KullĦadd_29.09.2019

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd 29 ta’ Settembru, 2019

Ħarġa Nru 1,368

Prezz €1

Ara paġna 3

€10 MILJUN F’ŻEWĠ PROĠETTI GĦAS-SAJJIEDA

Qabad ritmu tajjeb ix-xogħol fuq żewġ proġetti kbar maħsuba biex igawdu minnhom issajjieda f’ħidmiethom. Wieħed mill-proġetti qiegħed isir fil-Ponta tal-Qrejten f’Marsaxlokk u l-ieħor fil-Menqa tal-Port tal-Imġarr, Għawdex. Dan ix-xogħol qiegħed isir b’investiment ta’ €10 miljun.

ĦARĠET SEJĦA GĦAT-TOBBA FIL-PRIVAT BIEX ILAQQMU B’XEJN

• IL-EUROSTAT JIKKONFERMA LI ŻDIEDU L-MALTIN SIDIEN TA’ DJARHOM L-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, ikkonferma li żdiedu l-Maltin li saru sidien ta’ djarhom u dan kompla jpoġġi lill-Maltin fost l-iktar popli sidien ta’ djarhom flUnjoni Ewropea. L-istess riċerka dettaljata ppubblikata fl-aħħar jiem tikkonferma kif il-Maltin huma fost l-inqas mill-popli Ewropej li jħossu l-piżijiet marbuta mal-proprjetà tagħhom. Dawn iddettalji ħarġu fl-istess ġimgħa li l-Gvern għaddej b’għadd kbir ta’ inizjattivi biex jgħin lil dawk li għandhom bżonn l-appoġġ biex huma wkoll isiru sidien ta’ djarhom.

Ara paġna 9

Ara paġna 5

Il-Ministeru għas-Saħħa ħareġ sejħa bil-għan li jkun jaf min huma dawk it-tobba fil-privat li lesti jidħlu fi skema fejn ikunu provduti tilqim b’xejn mingħand il-Gvern biex ilaqqmu lill-pazjenti tagħhom. It-tilqim huwa strument importanti ħafna għall-prevenzjoni mill-mard u l-Gvern qed ikompli bil-politika tiegħu li jressaq isservizzi tas-saħħa iktar lejn ilkomunità. Dan permezz ta’ kullana ta’ inizjattivi li qed jittieħdu fis-settur tal-kura primarja.

FOST L-IKTAR SIDIEN TA’ DJARNA


02

29.09.2019

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 28°C L-Inqas Temperatura: 22°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja tiksi l-Punent u ċ-ċentru talMediterran It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mill-Punent Majjistru li jsir ħafif għal moderat Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 26°C

Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

28°C

Indirizz Postali KullĦadd

UV 5

22°C

Il-Ħamis

28°C

UV 5

21°C

28°C

Il-Ġimgħa

UV 5

20°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

27°C

UV 5

20°C

27°C

UV 5

20°C

27°C

UV 5

21°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys Birkirkara – 21488613 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex – 21341649 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru In-Naxxar – 21411438 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Cilia’s Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja – 21676294 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Għawdex

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur – 21566431 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

29.09.2019

kullhadd.com

€10 MILJUN F’INVESTIMENT GĦAS-SAJJIEDA MINN INFRASTRUCTURE MALTA L-akbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed twettaq bħalissa fl-infrastruttura marittima jammontaw għal investiment ta’ €10 miljun li minnu se jgawdu l-aktar is-sajjieda. Dawk Xlukkajri kien ilhom żmien jitolbu biex jinbena breakwater fil-Ponta tal-Qrejten ħalli jkennilhom il-port ta’ Marsaxlokk, u daqstant ieħor kien ilhom jistennew is-sajjieda Għawdxin biex jiġu mtejbin il-faċilitajiet tagħhom fil-Menqa talPort tal-Imġarr. Wara ħafna snin ta’ stennija, ix-xogħol fuq iż-żewġ proġetti miexi ġmielu wara li dawn ingħataw prijorità minn Infrastructure Malta malli fil-bidu ta’ din is-sena l-Gvern għaddielha wkoll ir-responsabbiltà tal-investimenti tiegħu f ’dik li hija infrastruttura fil-portijiet u x-xtut ta’ Malta u Għawdex. L-ewwel ma ġie varat kien ilproġett tal-Menqa b’investiment ta’ €6 miljun biex jinbnew millġdid il-mollijiet ta’ din iż-żona biex magħhom jitwaħħlu puntuni ġodda għal aċċessibilità aħjar, aktar sigurtà u iżjed spazji ġodda fejn is-sajjieda jistgħu jorbtu d-dgħajjes u l-laneċ tagħhom għall-kenn talport. Ix-xogħol beda fir-rebbiegħa bit-tħammil ta’ materjal ikkontaminat. Sal-aħħar tal-proġett se jkunu tħammlu 20,000 metru kwadru ta’ qiegħ il-baħar fejn hemm mollijiet u puntuni. Matul is-snin f ’qiegħ il-baħar f ’dawn l-inħawi nġemgħu kwantitajiet kbar ta’ ħama u materjali oħrajn, tant li s-sajjieda ma tantx kienu għadhom jistgħu jimmanuvraw il-bċejjeċ tagħhom mal-mollijiet. Din il-parti tal-port qed titnaddaf u titfannad madwar żewġ metri u nofs. Wara li saret l-ewwel fażi tat-tħammil, inbeda x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tal-mollijiet. Gradwalment se jibdew jitpoġġew ukoll erba’ puntuni ġodda li se jkunu akbar minn dawk eżistenti, biex jiżdiedu madwar 90 post ġdid għall-irmiġġ tad-dgħajjes ta’ sajjieda li ilhom snin twal jistennew li jingħataw spazju fejn jorbtu b’mod sigur l-opri tal-baħar li jaqilgħu l-għajxien tagħhom minnhom. Fil-Menqa, Infrastructure Malta se tagħmel ukoll faċilitajiet ġodda

fejn is-sajjieda jkunu jistgħu jisseparaw u jarmu l-iskart li jiġi ġġenerat mill-ħidma tagħhom. B’hekk, dawn l-inħawi jkunu jistgħu jinżammu aktar nodfa. Fit-tliet xhur kemm ilu li beda l-bini ta’ breakwater ġdid fil-Ponta tal-Qrejten, investiment ieħor ta’ €4 miljun biex jittejjeb l-aċċess u l-użu tal-Port ta’ Marsaxlokk, ix-xogħol fuqu diġà avvanza għal tul ta’ madwar 30 metru. Il-breakwater se jkun twil mal-110 metri, u qed jinbena f ’fond ta’ madwar tliet metri u nofs taħt il-livell tal-baħar. Il-wiċċ tiegħu ’l fuq mill-baħar

ser ikun wiesa’ mas-sitt metri. Madwar din l-istruttura, se jitqiegħed ġebel kbir biex ikisser il-mewġ u jżommu milli jidħol b’qawwa filport. L-istruttura se tkun tixbah lil dik tal-breakwater tal-Port talImġarr, Għawdex. Il-proġett qed isir f ’fażijiet, billi kull darba li jitlesta t-tħammil f ’tul ta’ madwar sitt metri, issir mill-ewwel sodda tal-konkos biex jiġi invellat qiegħ il-baħar. Permezz ta’ għaddasa qed jitniżżlu u jiġu invellati blokki kbar tal-konkos li permezz tagħhom jinbena bħal ħajt mill-qiegħ sa wiċċ l-ilma. Il-blokki jimtlew bil-konkos u hekk kif jit-

lestew sitt metri, dan il-proċess jibqa’ jiġi ripetut sakemm jinbena l-breakwater kollu. Wara jinbnew id-deck u l-wave wall li jkun bħal ħajt ogħla mil-livell tal-baħar biex jilqa’ l-mewġ. Finalment, ma’ dan il-ħajt jitpoġġew il-blajjet kbar li magħhom jitkisser il-mewġ. B’hekk, il-breakwater fil-Ponta tal-Qrejten se jnaqqas il-forza talmewġ li jidħol fil-bajja ta’ Marsaxlokk u li jikkaġunaw ħafna ħsarat kemm lid-dgħajjes tas-sajjieda kif ukoll lill-binjiet, strutturi u attivitajiet ekonomiċi madwar il-kosta ta’ dan il-villaġġ pittoresk. Se jip-

proteġi wkoll l-infrastruttura ta’ max-xatt, li tintuża mis-sajjieda u minn ħafna persuni oħrajn għal attivitajiet differenti. Fost dawn il-faċilitajiet hemm l-10 skali ewlenin madwar il-bajja li s-sajjieda jużaw biex iniżżlu jew itellgħu d-dgħajjes tagħhom mill-baħar. Infrastructure Malta għadha kemm bniet u rranġat dawn l-istrutturi mill-ġdid permezz ta’ proġett separat b’investiment apparti ta’ €700,000. Barra minn hekk, f ’Marsaxlokk ukoll, l-aġenzija bħalissa għaddejja wkoll bl-ippjanar ta’ proġett ieħor sabiex tibdel u ttejjeb il-puntuni tas-sajjieda fl-inħawi tal-Magħluq.


04

29.09.2019

kullhadd.com

MIXLI LI KKORROMPA ERBAT IBNIET • IR-RAĠEL TA’ 63 SENA JWIEĠEB MHUX ĦATI U JINŻAMM ARRESTAT Joseph Ebejer, pensjonant ta’ 63 sena nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li kkorrompa u li pparteċipa f ’atti sesswali mingħajr kunsens ma’ erbat itfal taħt l-età. Ebejer, imwieled l-Awstralja u li joqgħod Ħal Kirkop, ġie mixli li aktar kmieni dan ix-xahar u qabel, fl-Armier limiti tal-Aħrax tal-Mellieħa kkorrompa u wettaq atti sesswali mingħajr kunsens ma’ tfal minorenni bejn is-sebgħa u l-11-il sena. Il-vittmi huma kuġini. Ebejer ġie akkużat ukoll li pparteċipa f ’attivitajiet sesswali ma’ waħda mill-vittmi li kienet ukoll taħt l-età ta’ 12-il sena u li fl-istess żmien offenda l-pudur tal-vittmi f ’post pubbliku. Ebejer tressaq il-Qorti s-Sibt filgħodu eskortat minn uffiċjal tal-ħabs, b’maktur abjad fuq rasu sabiex jaħbi l-identità tiegħu. Fil-fatt l-identità tal-imputat kienet kwistjoni taħraq fil-Qorti hekk kif iż-żewġ partijiet argumentaw favur u kontra divjett fuq isem Ebejer. L-avukat għad-difiża Joseph Brincat apparti li talab divjett fuq isem il-vittmi u l-familjari tagħhom, talab ukoll sabiex l-isem tal-imputat ma jixxandarx biex b’hekk tiġi protetta l-identità u l-interessi tal-minuri kkonċernati

f ’dan il-każ. Madankollu, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi John Spiteri u Clayton Camilleri oġġezzjonat għat-talba tad-difiża rigward id-divjett fuq isem l-imputat. Dan hekk kif skont l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ma kienx hemm periklu li l-identità tal-minuri involuti f ’dan il-każ tiġi skoperta. Spiteri sostna wkoll li l-isem tal-akkużat fil-beraħ jista’ jinċentiva iktar vittmi sabiex jersqu u jit-

kellmu mal-Pulizija. Wara li l-Qorti semgħet is-sottomissjonijiet tal-partijiet kollha laqgħet parti mit-talba tad-difiża rigward divjett fuq isem il-vittmi u l-familjari tagħhom. Madankollu, ma laqgħetx it-talba għal divjett fuq isem Ebejer. Intant hekk kif il-Maġistrat Astrid May Grima staqsiet lil akkużat kif iwieġeb għall-akkużi miġjuba kontrih, Ebejer quddiem il-ġenituri ta’ tnejn mit-tfal li kienu

preżenti fl-awla u li dehru mbikkmin, wieġeb mhux ħati. Permezz tal-avukat tiegħu huwa talab ukoll għall-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat immedjatament għal din it-talba u qalet li l-imputat kien diġà instab ħati f ’każijiet ta’ korruzzjoni tal-minuri fil-passat. Żiedet tgħid li fadal xhieda x’jidhru u jixhdu u b’hekk it-talba għall-ħelsien mill-arrest f ’dan l-istadju hija pjuttost bikrija.

B’hekk il-Maġistrat ordnat li l-akkużat jibqa’ miżmum taħt arrest. Fuq talba tad-difiża, il-Maġistrat ordnat ukoll lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex jipprovdi lill-imputat eżaminazzjoni medika u kull għajnuna medika oħra li tista’ tkun neċessarja hekk kif riċentement kellu operazzjoni. Dr Arthur Azzopardi u Dr Rene Darmanin dehru Parte Civile għall-vittmi.

“MALTA HIJA DESTINAZZJONI SOSTENIBBLI GĦALL-INVESTITURI” - IL-PRIM MINISTRU JOSEPH MUSCAT

Waqt avveniment imtella’ fil-Union League Club ma’ diversi investituri minn New York, il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega l-viżjoni ekonomika ta’ Malta u l-opportunitajiet li joffri pajjiżna bir-rieda li għandu favur l-innovazzjoni u d-diversifikazzjoni. Matul is-snin li għaddew, l-ekonomija Maltija kibret b’rata mgħaġġla u llum pajjiżna għandu fost l-aqwa rati ta’ ħolqien ta’ impjiegi fl-Unjoni Ewropea. “Dawn ir-riżultati jirriflettu ekonomija b’saħħitha li tibqa’ tattira lejha persuni ta’ talent minn madwar id-dinja kollha,” qal Dr Muscat. Il-Prim Ministru qal li l-investituri jirrappreżentaw il-qalb tal-viżjoni ekonomika ta’ Malta. Il-Gvern jifhem li l-investiment jibqa’ kruċjali għat-tkabbir ekonomiku u għat-titjib fil-kwalità talħajja ta’ dawk kollha li jgħixu f ’Malta. Dr Muscat fisser kif l-istrateġija talGvern hija li, l-ewwel, jikkonsolida l-investiment li diġà jinsab f ’pajjiżna – fosthom kumpaniji Amerikani bħall-Methode

Electronics Inc., Baxter u Cardinal Health – u li jirrappreżentaw stejjer ta’ suċċess għal Malta bħala destinazzjoni sostenibbli għall-investituri. “Madanakollu, il-Gvern mhux se jistrieħ fuq dawn is-suċċessi. Għalhekk, qegħdin kontinwament inħarsu lejn żvilupp ta’ niċeċ ekonomiċi ġodda b’investituri li joperaw f ’industriji ta’ valur għoli.” Il-Prim Ministru qal li Malta qed tikkompeti ma’ ħafna ġurisdizzjonijiet oħra iżda qal li pajjiżna għandu benefiċċji uniċi

għall-investituri li jridu jistabbilixxu lilhom infushom fl-Ewropa jew jespandu operat dinji. Malta hija membru tal-Unjoni Ewropea u taż-żona ewro, b’sehem attiv fil-Commonwealth, u b’relazzjoni eċċellenti mal-Istati Uniti. Fl-aħħar snin, kumpaniji Amerikani bħall-Crane Currency u Starr Insurance għażlu lil Malta bħala d-dar Ewropea tagħhom. Raġuni ewlenija hija l-pożizzjoni ġeografika ta’ pajjiżna fiċ-ċentru tal-Med-

iterran, li tagħti aċċess lill-investituri għall-Ewropa, għall-Afrika ta’ Fuq u għalLvant Nofsani. Kif għamel fil-qasam tal-kannabis għall-użu mediċinali u d-Digital Ledger Technologies, il-Gvern huwa kommess li jkompli jsaħħaħ il-qafas leġiżlattiv biex joffri l-aqwa ambjent minn fejn din ittip ta’ attività kummerċjali tista’ topera u tespandi. Dr Muscat semma kif Malta tiggarantixxi wkoll stabbiltà politika li l-investituri għandhom bżonn biex jagħmlu investiment fit-tul. Intant, wara d-diskors tiegħu, Dr Muscat wieġeb għad-domandi tal-investituri li xtaqu jkunu jafu iktar dwar oqsma differenti bħall-blockchain u l-eSports bil-għan li jikkunsidraw lil Malta bħala l-post fejn jagħmlu l-investimenti futuri tagħhom. Fl-istess avveniment tkellem ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela.

Ara wkoll paġni 10 u 11


05

29.09.2019

kullhadd.com

TILQIM TAT-TFAL B’XEJN ANKE MINGĦAND IT-TOBBA TAL-FAMILJA Fi ftit ġimgħat oħra se jkun faċilitat ferm aktar is-servizz ta’ tilqim ta’ tfal b’xejn li bħalissa jingħata miċ-Ċentri tas-Saħħa u l-bereġ. Il-pjan tal-Ministeru għas-Saħħa huwa li t-tilqim jibda jingħata wkoll mit-tobba li jaħdmu fil-privat bla ma jkun hemm ħlas għattilqim. B’hekk il-ġenituri issa se jkunu jistgħu jieħdu lil uliedhom żgħar għattilqim b’aktar kumdità għand it-tabib kuranti tagħhom. Għal dan il-għan inħarġet Sejħa ta’ Interess mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika u mid-Dipartiment tal-Kura Primarja biex ikunu magħrufin it-tobba li jaħdmu fil-privat li huma interessati li jkunu provduti b’tilqim b’xejn mingħand il-Gvern biex ilaqqmu lill-pazjenti tagħhom. Is-Sejħa ta’ Interess Il-prevenzjoni tagħlaq fi tmiem din il-ġimgħa u hija strumentali minn hemm imbiex mard prevedibbli bagħad jibda nevitawh. Pajjiżl-eżerċizzju biex jkun kontrollat na huwa fost it-tobba interessakemm jista’ l-aktar pajjiżi li ti li jagħtu dan isjamministra tilqim servizz lill-pazjenti jkun lit-tfal sa minn ftit tagħhom ikunu proġimgħat wara li jitvduti bit-tilqim. wieldu. Is-servizz ta’ Id-Deputat Prim Ministtilqim b’xejn diġà huwa fost ru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li dan is-servizz “huwa kon- l-aqwa imma xorta rridu nagħmlu iżjed formi mal-prinċipju li l-prevenzjoni hija biex kemm jista’ jkun ma jkollna ebda aħjar mill-kura. Huwa fatt stabbilit li tifel jew tifla li ma jitlaqqamx kontra t-tilqim tat-tfal huwa fost l-aħjar għo- ċertu mard li nafu bih. Huwa għalhekk dod biex ikun kontrollat mard li nistgħu li se nkunu qed nagħmluha aktar faċli

għall-ġenituri biex ilaqqmu lil uliedhom. Il-prevenzjoni hija strumentali biex mard prevedibbli jkun kontrollat kemm jista’ jkun.” Ta’ min ifakkar li tul dawn l-aħħar tliet snin marda li kienet tista’ tgħid taħt kontroll assolut, il-marda tal-ħosba, reġgħet feġġet f ’diversi pajjiżi mal-Ewropa kollha. F’Malta s-sena li għaddiet kienu rappurtati sitt każi, ħamsa minnhom ġew minn barra minn Malta u l-każ ieħor ittieħed minnhom. Matul din is-sena ġew rappurtati 31 każ u dwar kull wieħed

minnhom sar eżerċizzju investigattiv biex ikun hemm kontroll kemm jista’ jkun ħalli l-marda ma tinfirixx. Jirriżulta li hemm każijiet minnhom fost adulti li ma kinux tlaqqmu mill-ġenituri tagħhom meta kienu għadhom tfal żgħar. Dan wassal biex tkun intensifikata kampanja ta’ tilqim mibnija fuq diversi miżuri, fosthom edukattivi imma bl-aktar miżura diretta u b’insistenza tkun dik li għaddej ix-xogħol fuqha bħalissa u li litteralment se tkun qed twassal ittilqim fuq l-għatba tad-dar taċ-ċittadini.


06

29.09.2019

kullhadd.com

WIED IL-GĦAJN ĦAJ, IŻDA B’IKTAR POTENZJAL • SAJF TAJJEB F’MARSASKALA LI QED TINBIDEL B’RITMU MGĦAĠĠEL • PROĠETTI DIVERSI JĦALLU L-FROTT U OĦRAJN ĠEJJIN Il-lokalità ta’ Marsaskala qed tinbidel b’ritmu mgħaġġel u għalkemm in-negozju u l-attività fiha żdiedu, dawk li jaħdmu fiha jafu li fil-lokalità għad hemm potenzjal li jista’ jkun sfruttat. Oriġinarjament mibnija madwar port naturali, din il-lokalità kienet magħrufa għas-sajd. Iżda, illum hija l-post li qed ifittxu biex jgħixu eluf ta’ Maltin u barranin li jridu jgħixu f ’post viċin il-baħar, riżultat tal-fatt ukoll li l-iżvilupp f ’din il-lokalità żdied. Filwaqt li dan iżid pressjoni fuq l-awtoritajiet tal-lokal, is-Sindku ta’ Marsaskala Mario Calleja jitkellem b’entużjażmu dwar l-avvenimenti li jkunu ħallew differenza kbira għax lokal sabiħ iktar ħaj. “Bħal kull sena, il-festa tal-lokal tat spinta kbira lil dan ir-raħal minn lenti kummerċjali kif ukoll mil-lenti ta’ popolazzjoni. Il-Karnival tas-Sajf kif ukoll Jum Mar-

saskala li jiġi ċċelebrat fl-1 ta’ Settembru, din id-darba attira ħafna aktar nies minn snin preċedenti. Is-sidien tal-istabbilimenti kuntentissimi bil-kummerċ u fl-istess waqt jingħataw il-kuraġġ biex kulma jmur, dejjem ikomplu jkabbru,” jgħid Calleja.

Miegħu jaqbel Matthew Pace, sid ta’ negozju li qal: “Irrid nagħti ġieħ kbir lill-Kunsill ta’ Wied il-Għajn għax il-Karnival tas-Sajf ta spinta kbira lin-negozju hawnhekk. Il-ħidma tagħhom f ’dan ir-rigward għenet in-negozju jibqa’ jkun suċċess.” Sid ta’ ristorant ieħor, li xtaq li ma jissemmix b’ismu qal li inizjattivi bħal dawn jgħinu l-iktar li min illum mhux stabbilit. “Ngħid għalija, il-Karnival minkejja li jġib miegħu ħafna nies anke barra l-lokal, lili personali ma tantx għamilli differenza fil-bejgħ. Tgħidli kif jista’ jkun? Jiena l-ġurnata tal-Ħadd hija essenzjali għan-negozju. Issa li stabbilixxejt ruħi bil-klijentela, iż-żieda ta’ persuni fl-attivitajiet li jsiru, kważi kważi ma taffettwani xejn,” qal dan ir-ristoranti. Għal Pace, li jgħid li ż-żieda fir-ristoranti setgħet ukoll firxet xi ftit il-klijentela fuq iktar nies, iż-żieda fil-popolazzjoni minn 7,000 għal 15,000 f ’10 snin fissret ukoll f ’differenza fil-klijentela. Isostni li dawk minn barra l-lokal l-iktar li jiffrekwentaw ir-ristorant. “Iż-żieda fil-popolazzjoni għenet biex inkunu b’saħħitna wkoll fil-bejgħ ta’ deliveries. Li hu żgur hu li ż-żieda ta’ ristoranti ġġib magħha kompetizzjoni kummerjali. Illum il-ġurnata, dak li jkun għandu għażla kbira fejn irid jiekol,” qal Pace. U jekk il-komunità kummerċjali laqgħet għar-realtajiet il-ġodda l-istess l-awtoritajiet. Fl-aħħar snin rajna għadd ta’ inizjattivi b’saħħithom imorru lejn dan il-lokal kif ikkummenta s-Sindku ta’ Wied il-Għajn innifsu. “Il-proġetti kbar li twettqu f ’Marsaskala ħallew il-frott

tagħhom. Biss biss insemmi l-iskola ġdida li minn biċċa art kważi mitluqa, illum ġiet state of the art, waħedha tiswa 6 miljuni u tilqa’ fiha 1,200 student. Apparti minn hekk, proġetti oħra bħall-grawnd tal-futbol, il-family park, il-pixxina ġdida li tinkludi fiha element anke ta’ logħob nazzjonali (li tħabbru l-pjani għaliha) wasslu biex dan ir-raħal ma jibqax minsi,” qal sodisfatt Calleja. Iridu l-Jerma tingħata ħajja ġdida It-tlieta li huma qablu li hemm bżonn li l-Jerma tingħata ħajja ġdida. Il-lukanda Jerma għalqet il-bibien tagħha f ’Marzu tal-2007. Din kienet l-akbar lukanda li kellu pajjiżna u kienet tgawdi minn prestiġju kbir. Illum, għad fadal biss il-bini tagħha fi stat mitluq u ta’ abbandun u għalkemm in-nies żdiedu, it-turist li kuljum jiekol barra u jonfoq lira sew sar kważi ineżistenti. “Minn mindu ngħalqet 12-il sena ilu, in-negozju kien ħa daqqa ta’ ħarta mhux ħażin. Fil-verità, il-kummerċ

jimxi ’l quddiem mhux bit-turisti biss iżda anke bir-residenti Maltin li jiġu minn lokalitajiet oħra. Nemmen li t-twaqqigħ u l-binja l-ġdida tal-Jerma jistgħu joffru dan il-lokal opportunità biex ikollu ċirkulazzjoni ta’ negozju għaddej u li jista’ jitgawda minn ħafna nies,” jgħid Mario Calleja. Matthew Pace jispjega xi jrid ifisser ladarba fl-istess ħin qed nitkellmu fuq lokal li llum sar iktar ħaj. “Jien ili Marsaskala 20 sena. Meta għalqet il-Jerma, tista’ tgħid li tlifna pulmun fix-xitwa. F’Jannar, bil-Jerma, ix-xogħol kien jibqa’ għaddej qisu s-sajf. Biss biss kien hemm influss ta’ 700 sodda sena sħiħa. Immaġina dawk it-turisti x’effett kummerċjali jagħmlu għalina apparti li d-dawra tax-xatt tkompli tingħata l-ħajja,” spjega Pace, bis-sid tar-ristorant l-ieħor ifakkar kif din kienet waħda millaqwa fil-pajjiż u hekk għandha terġa’ tkun. “Il-Jerma kienet “one of the most successful hotels on the island.” Bil-Jerma taf x’ifisser? Li l-istabbilimenti mhux biss jistabbilixxu ruħhom fis-sajf iżda jibqgħu konsistenti fil-klijentela s-sena kollha. Illum, ix-xita tgerrex in-nies. Jekk terġa’ tinfetaħ, tassigura li n-negozju jibqa’ suċċess minn Jannar sa Diċembru,” temm jgħidilna.


07

29.09.2019

kullhadd.com

1,700 FAMILJA ŻDIEDU €5.61 OĦRA FIL-ĠIMGĦA Maż-żidiet għall-għoli tal-ħajja jew iż-żidiet fil-pensjoni u f ’ċerti każi saħansitra t-tnejn li huma, hemm 1,723 familja li gawdew minn żieda wkoll fl-għajnuna medika mhux kontributorja. Dan b’nefqa tal-Gvern ta’ nofs miljun ewro li tingħaqad f ’kullana ta’ inizjattivi għal dawk li huma l-iktar fil-bżonn. Din hi wkoll bidla li neħħiet diskriminazzjoni. Kien fil-baġit għal din is-sena li tħabbret din il-bidla meta l-Ministru għall-Finanzi qal: “Mis-sena d-dieħla se nżidu l-ħlas tal-għajnuna medika mhux kontributorja b’€5.14 fil-ġimgħa lil dawk il-persuni miżżewġa fejn hemm żewġ adulti li jbatu minn mard kroniku u li qed jirċievu din l-għajnuna. Din iż-żieda tirriżulta mid-differenza li hemm illum bejn ir-rata mħallsa lill-ewwel adult u r-rata mħallsa lit-tieni adult. B’dan il-mod issa kull adult fil-familja se jitħallas indaqs. L-aktar li se jibbenefikaw minn din il-miżura huma koppji anzjani li t-tnejn għandhom mard kroniku u huma eleġibbli.” Mitlub jikkummenta dwar din iż-żieda li meta magħquda ma’ oħrajn tkompli tagħmel differenza kbira, il-Ministru għall-Politika Soċjali Michael Falzon tenna li dawn huma l-bidliet li juru d-differenza minn amministrazzjoni oħra. “L-impenn u l-fatturi li jagħmlu lil dan il-Gvern differenti minn ta’ qablu, ilkoll iduru mal-qalb soċjali li verament tħabbat fil-post it-tajjeb. Gvern Laburista minn dejjem kien jemmen li għandu jagħti l-aktar għajnuna lill-batut u l-vulnerabbli. Din il-miżura hija propju xhieda ta’ dan, għax f ’sena rnexxilna ngħinu 1,723 familja li bbenefikaw minn din l-għajnuna,” qal il-Ministru Falzon.

“Il-maġġoranza ta’ dawk li rċivew din l-għajnuna finanzjarja kienu koppji anzjani li t-tnejn li huma għandhom mard kroniku. Ma ninsewx li din iż-żieda tikkumplimenta wkoll għajnuniet oħra għal persuni morda, tant li din l-għajnuna speċifika, tlaħħaq it-€52.90 fil-ġimgħa għal kull koppja. Il-vulnerabbli, il-morda u l-pensjonanti se jibqgħu jingħataw prijorità fis-snin li ġejjin. Il-baġit tal-14 t’Ottubru li ġej se jkun sinjal ieħor ta’ kemm il-ġid li ħloqna fl-aħħar snin se jkompli jasal fejn hemm l-aktar bżonn. Dan hu Gvern illi mhux biss jirnexxilu għal sena wara sena, joħloq il-ġid ekonomiku iżda huwa kapaċi wkoll iqassmu b’mod ġust,” qal il-Ministru Falzon.

Din iż-żieda tirriżulta mid-differenza li hemm illum bejn ir-rata mħallsa lillewwel adult u r-rata mħallsa littieni adult. B’dan il-mod issa kull adult fil-familja se jitħallas indaqs


08

29.09.2019

kullhadd.com

3,000 STUDENT JINGĦATAW TOGĦMA TAN-NEGOZJU • PROGRAMM FI SKOLA SAJF MEQJUS BĦALA WIEĦED LI JAGĦTI ĦJIEL TA’ DIN ID-DINJA

Wara li għamilna evalwazzjoni komprensiva u smajna l-feedback tal-istudenti u tal-ġenituri tagħhom, deher biċ-ċar kemm il-lezzjonijiet ta’ taħriġ kienu ta’ suċċess

paw il-ħiliet u l-kapaċitajiet kreattivi tagħhom. Dawn huma ħiliet essenzjali, li fuq kollox huma parti minn infrastruttura umana meħtieġa biex nibqgħu sejrin ’il quddiem. Fl-aħħar ġimgħa, l-għalliema organizzaw kompetizzjoni ta’ pitching fejn it-tfal kellhom jispjegaw l-idea tagħhom quddiem bord ta’ edukaturi biex intgħażlet l-aqwa idea fosthom. Kienet interessanti ħafna meta tara l-istudenti li għandhom bejn sebgħa u 13-il sena, joħorġu b’ideat oriġinali. F’kummenti mal-gazzetta KullĦadd, Jeffrey Bugeja, Direttur tal-Policy Development and Programme Implementation Directorate fil-Ministeru tal-Ekonomija mmarka l-importanza ta’ programm bħal dan. “Id-dinja li qed ngħixu fiha llum teħtieġ aktar innovazzjoni u aktar imprendituri. Dan għaliex imprendituri għandhom il-ħila li jbiddlu l-mod kif ngħixu u naħdNemmen mu. Jekk jirnexxu, l-innovazzli fil-qasam jonijiet tagħhom jistgħu edukattiv jtejbu l-istandards tal-għajxien, il-kwalità tal-ħajja, għamilna passi kbar. joħolqu l-impjiegi Insemmi l-investiment u jikkontribwixxu għall-ekonomija. Filli qed isir fil-My Journey, fatt, uħud mill-akfejn il-perspettiva tar innovazzjonital-iżvilupp edukattiv hija jiet importanti fis-seklu li għadda waħda ta’ vjaġġ u mhux seħħew minħabrestrittiva kif konna nafuha ba imprendituri li ma qatgħux qasa ftit tas-snin ilu

Tul is-sajf li ntemm ftit tal-jiem ilu ’l fuq minn 3,000 student fiċ-ċentri ta’ SkolaSajf madwar Malta u Għawdex kellhom l-opportunità li jitħarrġu minn għalliema kwalifikati dwar id-dinja tan-negozju. Waqt il-lezzjonijiet huma tgħallmu dwar diversi affarijiet fosthom xi tfisser li tiftaħ negozju, tgħallmu kif jagħmlu business plan bażika, kif tħallas it-taxxa u problem-solving skills. Matul il-kors, it-tfal kellhom joħorġu b’idea ta’ negozju u kif bi ħsiebhom jattwaw din l-idea sabiex issir realtà. Il-lezzjonijiet kienu strutturati speċifikament sabiex jgħinu littfal joħorġu aktar il-kreattività tagħhom. Il-mod kif naħdmu, nikkomunikaw, nixtru u naħsbu nbidel ħafna għalhekk huwa kruċjali li ngħinu lit-tfal tagħna jiżvil u p -

lbhom. Insemmi lil Steve Jobs li beda l-kumpanija ġganta Apple mill-kantina tiegħu. Għaldaqstant, l-intraprenditorja hija importanti biex tixpruna l-bidla soċjali,” qal Bugeja. Iżda lil hinn minn dan kollu, ilħiliet tal-intraprenditorja huma wkoll ħiliet tajbin għall-ħajja. “Allura wieħed jistaqsi, kif nistgħu nrawmu l-ispirtu intrapenditorjali fit-tfal tagħna? Bħala parti mill-viżjoni tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, iffinanzjajna programm edukattiv għall-istudenti ta’ SkolaSajf biex it-tfal ikunu jistgħu jitgħallmu l-prinċipji bażiċi ta’ kif jaħdem negozju. Nedejna dan il-proġett lura fl-2018 fejn bdejna proġett pilota, f ’kollaborazzjoni ma’ JAYE, sabiex naraw ir-reazzjoni tal-istudenti. Wara li għamilna evalwazzjoni komprensiva u smajna l-feedback tal-istudenti u tal-ġenituri tagħhom, deher biċ-

ċar kemm il-lezzjonijiet ta’ taħriġ kienu ta’ suċċess,” kompla Bugeja. Spjega li l-Ministeru tal-Ekonomija qiegħed joħloq sensiela ta’ inizjattivi u programmi biex wieħed jilqa’ għall-isfidi kbar li għandna quddiemna u dan id f ’id mas-settur edukattiv. “Nemmen li fil-qasam edukattiv għamilna passi kbar. Insemmi l-investiment li qed isir filMy Journey, fejn il-perspettiva tal-iżvilupp edukattiv hija waħda ta’ vjaġġ u mhux restrittiva kif konna nafuha sa ftit tas-snin ilu. Iżda fadlilna triq twila x’nimxu. Dan il-kors ta’ intraprenditorja, huwa ffukat fuq l-istudenti tagħna u għandu jservi għall-iżvilupp tal-istudenti u l-ħiliet tagħhom,” kompla Bugeja. Filwaqt li xi nies għandhom it-tendenza li jaħsbu li l-intraprenditorija tfisser biss li tiftaħ negozju dan mhux neċessarjament ikun il-każ. Tista’ tkun ukoll intrapren-

ditur fi ħdan organizzazzjoni. Dan ifisser li tkun innovattiv jew li kapaċi tmexxi negozju ’l quddiem. Illum qed naraw iktar universitajiet li qed joffru opportunitajiet lill-istudenti biex jiżviluppaw ħiliet intraprenditorjali. Mhumiex biss studenti tan-negozju, iżda anke programmi oħra bħall-inġinerija, li qed jgħallmu wkoll lill-istudenti l-valur li jkollhom attitudni intraprenditorjali. Fl-era diġitali, in-nies fid-dinja tax-xogħol huma dejjem aktar mistennija li jkunu ħassieba innovattivi u kreattivi. Hekk kif l-użu tat-teknoloġija fil-ħajja tagħna ta’ kuljum jiżdied, hemm bżonn ta’ aktar nies li jaħsbu barra l-kaxxa., It-tfal għandhom jiġu mgħallma wkoll ħiliet siewja li huma marbuta mal-intraprenditorija sa minn ċkunithom. Ċert li jekk insostnu dan il-programm edukattiv, ser ikollna aktar riżultati pożittivi fil-ġenerazzjoni li jmiss.


09

29.09.2019

kullhadd.com

IS-SITWAZZJONI TAL-HOUSING FERM AĦJAR F’MALTA MILL-UE • RAPPORTI TAL-UE JIKKONFERMAW LI F’MALTA GĦANDNA IKTAR SIDIEN TA’ DJARHOM • NAQSU L-PIŻIJIET META MQABBLA MA’ ŻMIEN IL-PN • MINKEJJA DAN IL-GVERN JIBQA’ JGĦIN LIL MIN GĦANDU BŻONN Rapporti tal-Eurostat ippubblikati din ilġimgħa jikkonfermaw rapporti oħra talGvern Malti li 80% tal-Maltin huma sidien ta’ djarhom. Imqabbla mas-sitwazzjoni f ’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea dawn ir-rapporti juru li s-sitwazzjoni f ’Malta hi ferm iktar b’saħħitha bil-Maltin huma fost l-iktar popli li huma sidien ta’ djarhom. Filwaqt li fl-Unjoni Ewropea u fiż-Żona Ewro dawk li jikru huma bejn 30% u 35% f ’Malta huma inqas minn 20% li jikru l-post fejn jgħixu. Is-sidien tad-djar tagħhom fl-Unjoni Ewropea huma madwar 70% u madwar 65% filpajjiżi taż-Żona Ewro. F’Malta dawn ilaħħqu t-80% u filwaqt li fl-aħħar snin kien hemm tnaqqis żgħir, f ’Malta kien hemm żieda fil-persuni sidien ta’ djarhom meta mqabbel mal-2013, is-sena li fiha nbidel il-Gvern. Naqsu wkoll għal inqas minn 2% dawk li jqisu li l-ispejjeż marbuta mad-dar jew post fejn jgħixu huma piż li ma jifilħux għalih. Filwaqt li r-riżultati juru li s-sitwazzjoni f ’Malta hi ferm aħjar minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti għaddej b’ħidma biex jindirizza l-isfidi ta’ dawk il-persuni li għandhom bżonn xi ftit appoġġ biex huma wkoll ikollhom akkomodazzjoni xierqa. Fl-aħħar jiem is-Segretarjat għall-Akkomodazzjoni Soċjali ta rendikont kif il-Gvern ħadem qatigħ biex implimenta l-miżuri kollha tal-Baġit 2019 biex b’hekk wassal għal diversi soluzzjonijiet fl-oqsma tal-housing soċjali, l-akkomodazzjoni affordabbli u t-tisħiħ tas-suq fosthom ir-riforma tal-kera. Wara l-introduzzjoni tal-benefiċċju

msaħħaħ tal-kera, 1,200 familja bi dħul baxx gawdew minn dan il-benefiċċju li ssaħħaħ, għaliex beda jieħu inkonsiderazzjoni d-dħul tal-applikant u l-ammont tal-kirja. Dwar issuq tal-kirjiet, bħalissa għaddejjin l-aħħar diskussjonijiet fil-Parlament biex ir-riforma tas-suq tidħol fis-seħħ minn Jannar li ġej. Fil-qasam tal-affordabilità, l-iskema tal-Equity Sharing diġà attirat 170 applikant f ’inqas minn erba’ xhur, li issa qegħdin jiġu vverifikati mill-APS Bank. Din l-iskema se tgħin biex persuni ta’ aktar minn 40 sena wkoll ikunu f ’pożizzjoni li jsiru sidien ta’ darhom. Fil-qasam soċjali, dan il-Gvern ikkommetta ruħu għall-akbar investiment fil-bini tal-housing soċjali fl-aħħar 40 sena bil-bini ta’ 1,700 appartament. Wara li tlesta l-iskavar fi 13-il sit, bħalissa għaddej xogħol tal-ġebla fis-Siġġiewi, f ’Ħ’Attard u f ’Birkirkara, filwaqt li għaddej xogħol ukoll fuq siti fiż-Żurrieq, Ħaż-Żebbuġ u Bormla.

il-Gvern Malti għaddej b’ħidma biex jindirizza l-isfidi ta’ dawk il-persuni li għandhom bżonn xi ftit appoġġ biex huma wkoll ikollhom akkomodazzjoni xierqa


10

29.09.2019

kullhadd.com

MALTA ATTIVA FL-ASSEMBLEA ĠENERALI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA • MILL-BIDLA FIL-KLIMA, GĦAL-LAQGĦAT BILATERALI U L-MESSAĠĠ TAL-PRIM MINISTRU • FI NEW YORK JISPIKKAW L-APPELLI U D-DEHRIET TA’ GRETA THUNBERG Meta fl-aħħar jiem iltaqgħu fi New York il-Mexxejja minn madwar id-dinja ddominat it-tema tat-tibdil fil-klima. Tant li kien hemm summit dwar il-klima mgħajjat mis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Antonio Guterres biex gvernijiet, operaturi privati u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili joħorġu bi pjani konkreti u realistiċi għat-tnaqqis fl-emissjonijiet. Għal dan l-avveniment attenda wkoll il-Prim Ministru Malti, Joseph Muscat. Is-Segretarju Ġenerali talĠnus Magħquda Antonio Guterres iddeskriva dan is-summit bħala wieħed t’azzjoni u mhux biss ta’ diskussjoni. B’referenza

għall-kwistjoni tat-tibdil tal-klima Huwa qal li jinsab ottimist, iż-żmien qed jgħaddi iżda mhux se jaqta’ qalbu. Is-summit kien indirizzat ukoll minn istituzzjonijiet internazzjonali prinċipali u Għaqdiet Mhux Governattivi. Qabel is-summit kien hemm protesti kbar dwar il-bżonn li l-kwistjoni tittieħed bis-serjetà fejn protagonista kien hemm ukoll l-attivista Greta Thunberg. Iżda, min hi din it-tfajla li ddominat l-aħbarijiet? Greta hija ambjentalista żagħżugħa Żvediża ta’ 16-il sena. Voċifera dwar l-effetti u r-riskji tat-tisħin globali. Is-sena

li għaddiet, allura ta’ 15-il sena, ħadet ħin liberu mill-iskola biex għamlet dimostrazzjoni quddiem il-Parlament Żvediż li matulha sejħet għal azzjoni aktar konkreta dwar il-bidla fil-klima u l-effetti tagħha. Ingħaqdu magħha aktar studenti biex wasslu li jwaqqfu moviment li sejħu “Fridays for Future”. Bdiet ukoll azzjoni konkreta fid-dar tal-ġenituri tagħha stess, billi daħħlet ukoll miżuri li jnaqqsu l-effett fuq il-klima. Ta’ età zgħira qed tħalli impatt sew fuq dan is-suġġett, indirizzat diversi konferenzi internazzjonali, fosthom is-summit li sar ftit tal-jiem ilu fi New York dwar

il-klima, dak li attenda għalih ilPrim Ministru Joseph Muscat. Magħrufa li ma tomgħodx ilkliem, fil-fatt fis-Summit ta’ New York akkużat lill-Mexxejja Dinjija li ċaħħduha mill-ħolm tat-tfulija tagħha minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni dwar it-tibdil fil-klima. F’Mejju li għadda wkoll, dehret fil-faċċata tar-rivista “Time”, xi ħaġa li hija meqjusa bħala prestiġjuża ħafna, u ġiet deskritta bħala l-Mexxejja tal-ġenerazzjoni l-ġdida. Kif jiġri s-soltu hemm ħafna li jappoġġjawha u hemm ukoll dawk li għandhom kritika qawwija lejha. Fi New York, Malta mhux biss

kienet rappreżentata mill-Prim Ministru, iżda wkoll mill-MEP Miriam Dalli li attendiet f ’isem il-Parlament Ewropew. Dalli, li hi wkoll Viċi President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi. ħadet sehem attiv f ’konferenza u f ’dibattitu fi New York. Saħqet li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima teħtieġ bidla fil-ħsieb, biex mill-ekonomija tradizzjonali mmorru għal waħda aktar sostenibbli u li biex niġġieldu l-impatti tal-bidliet fil-klima, neħtieġu bidla fil-mentalità, li twassal għal evoluzzjoni minn tkompli f’paġna 11 >>

MESSAĠĠ B’SAĦĦTU DWAR IL-ĠEJJIENI MILL-PM Il-Prim Ministru Joseph Muscat fi New York fl-Istati Uniti attenda u pparteċipa fl74 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda, li għaliha kien hemm mexxejja ta’ 193 pajjiż madwar id-dinja, bit-tema, “Galvanizing multilateral efforts for poverty eradication, quality education, climate action and inclusion”. Diskussjoni li ffukat dwar kif il-pajjiżi dinjija jistgħu jaħdmu iktar flimkien biex jindirizzaw temi u sfidi globali bħall-iżvilupp, il-paċi u s-sigurtà. Permezz tal-Ambaxxatur għallĠnus Magħquda, Carmelo Inguanez, Malta ppresediet uħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali. Wara l-elezzjoni ta’ suċċess f ’Ġunju li għadda, Malta qed isservi bħala Viċi President tal-Assemblea Ġenerali, u rritornat għall-pożizzjoni wara nuqqas ta’ 18-il sena, l-itwal minn meta l-pajjiż ingħaqad mal-Ġnus Magħquda. Kien mument storiku għalhekk għal Malta, meta wara 18-il sena, l-Ambaxxatur Malti għall-Ġnus Magħquda Carmelo Inguanez,

bħala Vici President tal-Assemblea Ġenerali talĠnus Magħquda, stieden lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jindirizza l-Assemblea. Id-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat kien wieħed frisk u indirizza diversi suġġetti, imma l-qofol kien ibbażat fuq l-ugwaljanza – il-futur għandu jkun indaqs u wkoll dwar id-drittijiet ċivili għall-persuni LGBTIQ. Diskors li jirrifletti l-ħidma ta’ dan il-Gvern u wkoll l-għadd ta’ miżuri li daħħal biex ikun hemm l-ugwaljanza, biex il-mara tkun fuq quddiem nett tas-soċjetà biex il-komunitajiet kollha jħossuhom parti minn poplu sħiħ. Tkellem dwar l-emanċipazzjoni tan-nisa u fakkar kif għal sekli sħaħ in-nisa kellhom rwol importanti fis-soċjetà iżda ma kinux rikonoxxuti. Kien hawnhekk li dawwar ħarstu lejn pajjiżna u rrefera għal dik li sejjaħ bħala rivoluzzjoni siekta li saret f ’dan il-kamp. Irrefera kif qabel ħafna nisa kienu qed joħorġu jaħdmu biex il-paga tiffinanzja s-servizz tal-ħarsien tat-tfal u spjega li pajjiżna ta s-servizz taċ-child care b’xejn u minn 52%, ir-rata tal-parteċipazzjoni tax-xogħol żdiedet għal 66.4%. Imma pajjiżna mhux se jistrieħ hemm. Il-Prim Ministru Malti spjega kif dan mhux biżżejjed u fadal x’naqdfu, biex tiżdied u jkollna bilanċ fir-rappreżentanza tan-nisa fil-politika. Tkellem dwar il-ġustizzja soċjali u semma n-nisa li kienu fost l-aktar li ntlaqtu mix-xibka tal-faqar, imma l-Gvern Malti ħa diversi miżuri biex joħroġ in-nies mill-faqar u jkunu attivi billi jidħlu fis-suq

tax-xogħol. Il-Prim Ministru Muscat għamel referenza għal studju tal-Ewrobarometru li juri li pajjiżna huwa tal-ewwel li jirrikonoxxi l-identitajiet tal-ġeneri differenti, imma anki hawn qal li hemm bżonn li jsir iżjed f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ kif il-familji jaċċettaw iżjed persuni differenti. Diskors li jirrifletti sew il-miżuri li ħa dan il-Gvern u wkoll l-implimentazzjonijiet ta’ liġijiet li permezz tagħhom in-nisa jinsabu bil-wisq aħjar minn kif kienu ftit taż-żmien ilu u wkoll miżuri u implimentazzjonijiet ta’ liġijiet li wasslu biex pajjiżna huwa kkunsidrat bħala l-aktar pajjiż li jipproteġi d-drittijiet tal-persuni tal-komunità LGBTIQ. Id-disors tal-Prim Ministru juri ħeġġa ta’ Gvern li ma jistriħx fuq is-suċċessi, imma li jara kif dejjem se jtejjeb il-qagħda tal-mara fis-soċjetà u wkoll biex il-komunitajiet kollha, dawk li jissejħu wkoll komunitajiet minuri, jkompli jtejbilhom il-qagħda tagħhom. Nieħdu gost nisimgħu diskors bħal dan għal diversi raġunijiet. Juri l-konvinzjoni fil-ħidma li qed issir, imma juri wkoll l-impenn vera ta’ Gvern li ma jħarisx lejn il-popolarità b’dak li jimplimenta, imma jħares b’mod ġenwin lejn it-tisħiħ tas-soċjetà kemm b’mod ħolistiku, imma iħares lejn l-individwu u dak li għandu bżonn. Ħidma li mhix immirata biex tiġbor trofej għall-esibizzjoni, imma ħidma mmirata lejn kull wieħed u waħda minna u l-bżonnijiet individwali li għandna bħala persuni li lkoll flimkien aħna soċjetà, poplu Malti.


11

29.09.2019

kullhadd.com

F’Mejju li għadda wkoll, dehret fil-faċċata tar-rivista “Time”, xi ħaġa li hija meqjusa bħala prestiġjuża ħafna, u ġiet deskritta bħala l-Mexxejja tal-ġenerazzjoni l-ġdida << tkompli minn paġna 10 mudell ekonomiku tradizzjonali għal wieħed sostenibbli. Hija appellat għal bidla fl-imġiba tagħna u titjib fil-mod li bih joperaw diversi industriji. Kompliet li l-bidla fil-klima qed taffettwana lkoll u għalhekk irridu ninċentivaw imġiba li twassal biex nilħqu miri stabbiliti, inkluż mobilità aktar nadifa fis-setturi kollha; fit-trasport, fl-avjazzjoni u fis-settur marittimu. Miriam Dalli qalet li l-klima m’għandhiex titqies bħala piż finanzjarju iżda bħala oppor-

tunità għal mudell ekonomiku ġdid li jinċentiva komunitajiet sostenibbli, l-innovazzjoni, industrija aktar nadifa u infrastruttura aħjar. Fil-Parlament Ewropew, Dalli qed tinsisti biex ikun hemm tranżizzjoni effettiva f ’dan is-sens għall-ħaddiema, għall-kumpaniji u għaċ-ċittadini. Il-fenomenu tal-bidla fil-klima Il-klima tad-dinja li ngħixu fiha nbidlet matul l-istorja tagħha. F’dawn l-aħħar 650,000 sena, kien hemm seba’ ċikli li matulhom is-silġ glaċjali naqas jew

kiber, bl-aħħar ċiklu li seħħ 7,000 sena ilu u li huwa meqjus bħala l-bidu tal-era tal-klima moderna – il-bidu taċ-ċivilizzazzjoni umana – it-tmiem tal-era tas-silġ. Madankollu, it-tisħin tal-klima li qed naraw f ’dawn iż-żminijiet hija sinifikanti għaliex illum il-ġurnata huwa aċċettat li dan it-tibdil huwa (aktar minn 95% tal-probabbiltà) riżultat dirett tal-attività umana sa min-nofs is-seklu 20. It-tibdil fil-klima qed jipproċedi b’rata li hija bla preċedent. Dan jidher sew minn informazzjoni miġbura minn satelliti li jduru mad-dinja u wkoll minn avvanzi teknoloġiċi oħra li jiġbru

din l-informazzjoni b’mod globali. In-natura tad-dijossidu tal-karbonju u wkoll gassijiet oħra huwa li jżomm is-sħana. M’hemmx dubju dwar l-effett allura ta’ dik li hija msejħa bħala l-greenhouse effect, l-effett li qed iġib it-tisħin tal-klima. Studji li jsiru qed jagħtu riżultati li t-tisħin tal-klima li qed naraw bħalissa qed ikunu mgħaġġlin ħafna – kważi 10 darbiet aktar mill-medja tal-irkupru tal-era tas-silġ. Apparti studji xjentifiċi, l-effett tat-tibdil fil-klima jinħass sew madwarna. Bi sjuf li aktar ma

jmorru, aktar qed ikunu sħan, imma hemm ukoll effetti oħra li jinħassu sew. It-temperatura dinjija dejjem qed togħla – l-aktar f ’dawn l-aħħar 35 sena; rekords ta’ temperaturi għoljin mill-2016 ’l hawn; qed ikunu reġistrati wkoll temperaturi dejjem jogħlew fl-ibħra; tnaqqis sostanzjali tal-massa tas-silġ fl-Antartiku; ilglaċieri wkoll qed jonqsu; is-silġ fl-emisferu tat-Tramuntana qed jibda jinħall qabel u wkoll naqas fil-massa; il-livelli tal-ibħra qed jogħlew; qed naraw ukoll aktar estremitajiet fit-temp – b’urugani u wkoll tempesti qawwija li żdiedu fl-aħħar snin.

SENSIELA TA’ TAĦDITIET BILATERALI Apparti sehem attiv fl-Assemblea u wkoll fis-Summit, il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu diversi laqgħat. Waqt laqgħa li kellu mal-Prim Ministru tal-Maċedonja ta’ Fuq Zoran Zaev tenna l-appoġġ ta’ Malta biex il-Maċedonja ta’ Fuq tissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara li l-pajjiż wettaq bosta riformi, fosthom il-bidla fl-isem tal-pajjiż hekk kif imħeġġeġ jagħmel mill-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru attenda wkoll għal laqgħa ta’ livell għoli bit-tema “Sejħa Globali biex tkun protetta il-libertà tar-Reliġjon” li kienet immexxija mill-President tal-Istati Uniti Donald Trump. Id-diskussjoni iffukat fuq l-importanza t’appoġġ internazzjonali biex ikun protett il-wirt reliġjuż fid-dawl tal-persekuzzjoni ta’ nies minħabba t-twemmin tagħhom, flimkien ma’ attakki li kulma jmur qed jiżdiedu fuq postijiet ta’ qima. Pajjiżna huwa kommess li jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem, partikolarment membri ta’ gruppi żgħar, u individwi f ’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Malta qed taħdem biex twaqqaf

istituzzjoni ta’ drittijiet tal-bniedem li tassigura ugwaljanza, u tindirizza d-diskriminazzjoni. Ma naqsitx laqgħa li kienet imqanqla ħafna mal-komunità Maltija fi New York, speċjalment meta l-Prim Ministru Muscat wiegħed lill-Maltin, li kien se jerġa jiltaqa’ magħhom ma jdumx! F’dawn il-laqgħat il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l- Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela li min-naħa tiegħu, fost xogħol ieħor, kellu laqgħat bilaterali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Istat tal-Palestina Riyad al-Maliki, mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Armenja Zohrab Mnatsakanyan, li matulha kien iffirmat ftehim dwar it-taxxa doppja bejn iż-żewġ pajjiżi, u wkoll mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Mongolja Damdin Tsogtbaatar li wkoll matulha kien iffirmat ftehim ieħor li għandu jwassal biex fil-futur ikun hemm konsultazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.


12

29.09.2019

kullhadd.com

ARTI ĦAJJA U MIEXJA Meta nsemmu t-tpinġija, forsi l-ewwel ħaġa li tiġina f’moħħna hija taħżiża ħelwa fuq il-pitazz tal-iskola jew xi sett ġdid lapsijiet ikkuluriti. Min-naħa l-oħra tista’ tirreferi

għal stil ta’ arti differenti għalkollox, wieħed li joħroġ bir-reqqa ta’ labra u li jsir bil-galbu fuq il-ġisem ta’ dak li jkun. Kim Cauchi hija artista li tispeċ-

jalizza fi tpinġija ta’ dan it-tip: it-tila tagħha hija l-ġilda, u l-kreazzjonijiet li toħloq kważi kważi jistgħu jitqiesu bħala ħbieb ta’ dejjem għal dawk li jgħaddu minn dan il-proċess. Flim-

kien ma’ Stefan Abela u Vukasin Ilić, hija taħdem fi ħdan l-istudio bl-isem ta’ Modern Tribe, u tagħti l-ħajja lil kull xogħol tal-arti li jiġi f’idejha wieħed wara l-ieħor. Kitba ta’ KURT GABRIEL MELI

Kif ġietek il-ħajra li tibda karriera bħala artista ta’ dan it-tip? Il-ħajra tiegħi ġiet waqt li kont qed nagħmel Baċċellerat filFine Arts ġewwa l-MCAST: minn dejjem kont interessata fit-tpinġija, però qatt ma kont konxja tal-proċess li jsir. Meta kelli 19 mort ma’ ħija biex inġib l-ewwel tpinġija tiegħi, u wara li rajt kif kollox iseħħ mill-ewwel tlift għaqli għaliha. Bdejt nagħmel aktar riċerka dwar l-istili diversi li hemm f ’din l-arti u bil-mod il-mod ninkorporahom fl-istil individwali tiegħi sakemm fl-aħħar tellajt uħud mid-disinji tiegħi online. Kont tlabt artista oħra biex ningħaqad magħha għal ap-

F’industrija kollaborattiva, huwa wisq importanti li l-klijenti jħossuhom komdi kemm jista’ jkun, speċjalment meta tqis li dawn aktarx deħlin fi spazju mhux familjari u bil-ħsieb li jgħaddu minn proċess ta’ wġigħ

prentistat: għalkemm ma setgħetx tgħallimni, kienet hi li dderiġietni lejn Stefan, l-imgħallem li għad għandi issa: hu ħa interess fix-xogħol tiegħi, u minn hemm għenni ninserixxi ruħi fl-industrija. Għaliex tħoss li nġbidt l-aktar lejn it-tpinġija? Li jattirani lejn it-tpinġija huwa

l-fatt li hija xi ħaġa tant personali: fl-aħħar mill-aħħar inti qiegħed timmarka lil xi ħadd għal għomru, allura hemm dak l-element ta’ kanvas miexi. Xogħlok qed turih fuq persuna u mhux imdendel fuq xi ħajt, allura jħaddan dak iċ-ċertu sens ta’ intimità. Naraha wkoll bħala kollaborazzjoni mal-klijent, u dik laqtitni aktar milli sempliċiment noħloq xi xogħol waħdi, noħorġu, u nieqaf hemm. L-istil tiegħek tiddeskrivih bħala ‘Neotradizzjonali’. Dan xi jfisser eżattament? In-Neotradizzjonali jitnissel mill-istil Amerikan Tradizzjonali b’esponenti bħal Sailor Jerry fis-seklu 20: kienet kultura fejn tidħol fil-ħanut, issib dak li jogħġbok u taqbad u tagħmlu. L-Amerikan Tradizzjonali huwa aktar illustrattiv milli realistiku; in-Neotradizzjonali jieħu minn dan il-prinċipju, iżda jżejnu b’xejra moderna. Ħafna mill-arti li tiddefinixxi n-Neotradizzjonali, bħall-pitturi tan-nisa jew tal-annimali, kienu ta’ spiss jinstabu fuq flash sheets ta’ dawk iż-żminijiet: infatti, ħaġa li ssir ta’ spiss f ’dan il-ġeneru hija li wieħed jaqbad xi desinji minn dawn il-folji u jdawwarhom għalkollox għal stil aktar aġġornat u kontemporanju. Tista’ titqies bħala t-taħlit tal-ġdid u l-qadim. Ġieli esperimentajt bi stili oħrajn? Waqt l-apprentistat tiegħi ġejt mgħallma nagħmel prattikament kollox, minn skritti sa pitturi iperrealistiċi, però ovvjament kien hemm xi stili li nġbidt lejhom aktar minn oħrajn. Apparti milli nħossni komda bin-Neotradizzjonali, inħoss li hemm ħafna libertà f ’dan l-istil u għandi ċ-ċans li nesperimenta. Stil bħall-Ġappuniż, pereżempju, fih bosta regoli stretti li trid iżżomm magħhom: huwa stil sabiħ iżda tradizzjonali għalkollox, allura jekk taqta’ ftit minn dawn ir-regoli tispiċċa bi stil li lanqas jibqa’ jitqies Ġappuniż.

Għalik, x’inhuma l-karatteristiċi li artist tat-tpinġija jagħmluh tajjeb? F’industrija kollaborattiva, huwa wisq importanti li l-klijenti jħossuhom komdi kemm jista’ jkun, speċjalment meta tqis li dawn aktarx deħlin fi spazju mhux familjari u bil-ħsieb li jgħaddu minn proċess ta’ wġigħ. Dejjem trid tkun professjonali mal-klijent, imma nħoss ukoll li jrid ikun hemm ċertu rispett lejn l-industrija nnifisha. Il-mod kif titgħallem waqt l-apprentistat toħloq differenzi enormi bejn artist u ieħor, u ma nħossx li tkun qed trabbi sens xieraq ta’ etika jew tidħol fil-fond fis-suġġett jekk sempliċiment tattendi xi kors u tiġi liċenzjat wara biss ġimagħtejn. Fl-aħħar mill-aħħar din mhijiex biss karriera, iżda stil ta’ għajxien. Xogħli ma jiqafx kif nasal id-dar, għaliex mal-ewwel nibda nippjana għall-ġurnarta li jmiss: qatt ma naqta’ minnu. Li kieku xi ħadd jagħmel apprentistat miegħi ngħaddih mill-istess proċess li kelli jiena, fejn jitgħallem għal sena sħiħa u fiha joħloq għarfien ta’ stili eżistenti u t-teknika li tintuża, l-istorja li hemm wara l-industrija, u l-bqija. Huwa xogħol impenjattiv u li jisfidak emozzjonalment, iżda huwa wieħed li jibnilek il-karattru u jrawwem id-dixxiplina neċessarja. Issemmi l-kumdità talklijent bħala fattur ewlieni li tikkunsidra. Hemm diversi elementi li jqanqlu sens ta’ biża’ dwar it-tpinġija, mhux biss l-uġigħ imma anki l-fatt li permanenti. Kif tħossok dwar dawn il-biżgħat bħala artista? Il-biżgħat tan-nies huma validi: ngħiduha bid-dritt, il-proċess iweġġa’, u għalkemm uħud isibuh aktar komdu minn oħrajn niddubita kemm hemm min verament jieħu pjaċir jgħaddi minnu. Ħafna nies narahom jaħsbuha żżejjed, speċjalment dwar l-ewwel tpinġija. Li hu importanti huwa li l-klijent ifittex artist li mhux biss ikun fela xogħlu u


13

29.09.2019

kullhadd.com

fehem l-istil tiegħu iżda li jkun wieħed professjonali u reputtabbli, u mbagħad irid ikun hemm djalogu bejn il-klijent u l-artist sabiex jiftiehmu preċiżament dwar x’se jsir. Wara li jgħaddu mill-proċess, bosta jkunu dawk li jintebħu li fil-verità l-inkwiet kien esaġerat. Għaldaqstant nammetti jien stess mill-esperjenzi tiegħi li wara xi ħin, l-uġigħ jaf isir aktar emozzjonali milli fiżiku: hija xi ħaġa inevitabbli. B’din ir-realtà f ’moħħna, l-esperjenza tkun waħda wisq aktar komda u attraenti meta jkun hemm komunikazzjoni adegwata bejn il-klijent u l-artisti għaliex trawwem sens qawwi ta’ fiduċja f ’dak li jkun. Huwa għalhekk li meta jiġini klijent ġdid, dejjem ikollna konsultazzjoni l-ewwel sabiex nifhem eżattament x’għandu f ’moħħu u noħloqlu ambjent li jkun aċċessibbli għalih. Għadha teżisti stigma kbira kontra l-professjoni tiegħek: xi nies iqisuhom ħamalli, mentri oħrajn ma jarawx it-tpinġija xierqa fuq il-post tax-xogħol. X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar din bħala waħda intiża f ’din l-industrija? L-istigma bla ebda dubju naqset ħafna f ’dawn l-aħħar ħames snin li ilni naħdem. Fil-lingwaġġ tagħna nirreferu għal xi tpinġijiet bħala ‘jobstoppers’, ċjoè disinji fuq il-wiċċ, l-għonq, is-swaba’ u postijiet oħrajn kemxejn problematiċi għax-xogħol. Ta’ spiss kien ikollna nwissu lill-klijent u naċċertaw li l-imgħallmin kienu konxji tat-tpinġija li se ssir għaliex setgħet tagħmel id-differenza bejn xogħol u qgħad. Illum il-ġurnata, l-istigma ta’ dan it-tip fuq il-post tax-xogħol verament rajtha naqset hekk kif naraw nies minn diversi professjonijiet iħaddnu t-tpinġijiet, ibda mill-għalliema u spiċċa bl-avukati. Għalkemm saru aktar aċċettati f ’dan is-sens, l-istigma għadha tidher fil-mod kif iħarsu lejk in-nies: qabel biss ma tkun ftaħt ħalqek, diġà jkollhom stampa

sħiħa ta’ kif int. Illum ma tantx għadha tagħmel wisq differenza li timtela kollok tpinġija, però fuq livell soċjali nemmen li hemm firda qawwija bejn il-ġenerazzjoni l-ġdida u dik ta’ qabilhom, li għadha ġġorr konnotazzjoni ferm negattiva tat-tpinġijiet. Ma nagħtihomx tort meta nqis il-kuntest soċjali tal-imgħoddi, imma llum naħseb li hemm aktar nies pinġuti milli dawk li mhumiex! Minn lat aktar personali, qatt iltqajt ma’ preġudizzju int stess minħabba l-professjoni tiegħek?

dejjem se jibqgħu hemm, u jekk ma titħarriġx kif għandu jkun ilvjaġġ tiegħek faċli jintemm ħesrem wara sitt xhur. Irid ikollok saħħa mentali li tittollera l-pressjoni, bħal li tispiċċa taħdem sas2 ta’ filgħodu biex tlaħħaq ma’ kollox. Bħal kull ħaġa oħra, dejjem trid tieħu kollox pass pass u twettaq li hemm bżonn bil-galbu, u tara kif ix-xogħol kollu jwassal għal premjazzjoni xierqa. U x’inhuma wħud mill-aqwa esperjenzi li kellek s’issa? Għalija, l-aktar mument ta’ valur huwa meta wiċċ il-klijent jixgħel bil-ferħ wara li kollox ikun lest u jkun qed jara t-tpinġija tiegħu filmera għall-ewwel darba: jagħtik sodisfazzjon kbir li tkun affettwajt lill-persuna b’mod pożittiv għal ħajjitha kollha. Nikkuntenta ruħi wkoll meta nara li nkun parti mill-proċess li klijent jirnexxilu jaċċetta lilu nnifsu aktar: ħafna jkunu dawk li jiġu fuqi biex jgħiduli li aktar ma bdew ipinġu, aktar bdew iħossuhom komdi bihom infushom. Xi klijenti tiegħi saħansitra saru wħud mill-akbar ħbieb li għandi, u dik żgur xi ħaġa li ma npartatha ma’ xejn.

Iva, anki li sempliċiment nidħol ġewwa ħanut u kulħadd jispiċċa jiċċassa lejja u jittimbrawni mill-ewwel. Fuq tal-linja wkoll inzertajt xi kummenti ’l hemm u ’l hawn; saħansitra xi nies ma jaħsbunix Maltija u ma jkunux konxji li qed nifhem kull kelma li qed jgħidu! Fil-verità, is-sitwazzjoni ma narahiex daqshekk serja: veru li għad hemm kultura konservattiva, iżda qed niltaqa’ ferm anqas mal-preġudizzju milli kont ħames snin ilu. Filfatt, ir-reazzjonijiet li nqanqal ta’ spiss ikunu pożittivi, bi kliem ta’ tifħir għall-kuntrarju ta’ kummenti dispreġjattivi. Semmejt li l-professjoni tat-tpinġija hija waħda Xi tqis li huma l-akbar impenjattiva. Kieku lil min diffikultajiet f ’dan ix-xogħol? tirrakkomandaha din il-linja ta’ xogħol? Kif semmejt inti, kważi kważi trid tagħti ħajtek għal dan ix-xog- Sempliċiment nirrakkomandaha ħol: anki meta toħroġ, ix-xogħol lil dawk kollha lesti li jagħmlu ħa ssibu jiġri warajk. Ħa tieħdu dak is-sagrifiċċju kbir li hemm miegħek kullimkien, u teħodhiex bżonn. In-nies iridu jkunu lesbi kbira jekk tispiċċa toħlom ti għall-impenn tal-apprentibih ukoll! Huwa proċess diffiċli stat għaliex jekk l-imgħallem sakemm tidra l-ambjent, u ap- se jitlaq fil-11, mela int se titlaq parti minn hekk huwa negozju fil-11 ukoll. Fi ftit kliem trid kompetittiv: trid iżżomm ruħek trabbi sinsla, u tkun lest tpoġġi aġġornat u tibqa’ fuq tiegħek sa- x-xogħol fl-ewwel post f ’kull biex ma tinġarrx mal-kurrent. waqt: bil-mod il-mod tidra, iżda Barra minn hekk, dan huwa hemm bżonn li ġġenneb kollox xogħol awtonomu, u għalhekk sakemm verament tidħol fiż-żifjaf iddum sakemm tiġi fuq saqa- na. Barra minn hekk, irid ikollok jk. Ħafna nies jidħlu bil-ħsieb li għajn artistika u passjoni kbira għandhom kemxa flus garantita għall-arti: huwa xogħol adegwat iżda din il-mentalità hija peri- għal individwi kreattivi, li jaħskoluża: veru, għandi biex ngħix bu li jistgħu joffru xi ħaġa ġdida b’mod komdu, imma r-riskji fl-industrija.

Illum il-ġurnata, l-istigma ta’ dan it-tip fuq il-post tax-xogħol verament rajtha naqset hekk kif naraw nies minn diversi professjonijiet iħaddnu t-tpinġijiet, ibda mill-għalliema u spiċċa bl-avukati


14

29.09.2019

SKEDA MILL-AQWA FUQ ONE MINN GĦADA

Kull skeda l-istazzjonijiet ONE joffru lit-telespettaturi u lis-semmiegħa varjetà kbira ta’ programmi għall-gosti ta’ kulħadd u dan l-istaġun mhux se jkun eċċezzjoni. B’iktar minn 30 programm għat-televixin u 60 programm tar-radju differenti, ONE qed jiggarantixxi li f ’xi ħin jew ieħor fuq l-istazzjonijiet tiegħu se ssib xi ħaġa li tgħodd għalik. Garanzija. Sport, politika, aħbarijiet, drama, kummiedja, tagħrif ġenerali, ikel u riċetti, bini u proprjetà, films, kotba, reality, trobbija, kura tal-annimali, kura ta’ saħħitna, karozzi, kultura, wirt storiku tagħna, kura tad-dar, moda, programmi mużikali u ħafna aktar. Ejja nagħtu ħarsa fuq fuq lejn il-programmi televiżivi li se naraw f ’din l-iskeda: Min Imissu żgur huwa l-programm li se jkun fuq fomm kulħadd din is-sena. Min Imissu huwa programm ġdid divertenti maħdum fl-istudios ta’ ONE, il-Marsa bi produzzjoni ta’ Take 2. Programm ieħor ġdid fjamant din is-sena li ser jibda jixxandar kull nhar ta’ Ħadd huwa Elf Metodu. Din hija ‘kummiedja sewda’ mtellgħa bl-għajnuna ta’ Kultura TV, fi ħdan l-Arts Council, bi produzzjoni ta’ Mad Movies Productions tal-koppja Mark u Louise Doneo. L-iskeda ta’ ONE, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa tiftaħ bil-breakfast show ta’ dan l-istazzjon: ONE Breakfast, preżentat minn Wayne Sammut u Elaine Degiorgio, fis-6.45am kuljum mit-Tnejn sal-ġimgħa, Wayne Aquilina ikompli jżommilna kumpanija bil-programm Espresso. Mingħajr ebda bżonn ta’ introduzzjoni, kuljum ukoll, jissokta Kalamita. F’din l-iskeda, mit-Tnejn sal-Ġimgħa f ’nofsinhar. Fis-6:30pm, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa, Karl Stagno Navarra, bil-programm politiku tiegħu, Pjazza. Wara Pjazza, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7:15pm, minuta ta’ informazzjoni permezz ta’ Teftif. Wara l-bulettin tal-aħbarijiet, għat-8:10pm, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa, Owen Bonnici u l-programm popolari tiegħu, PrimeTime.

IT-TNEJN

programm popolari tagħhom Ilsien in-Nisa.

Nancy Buhagiar tirritorna għal staġun ġdid ta’ riċetti u informazzjoni waqt Flimkien ma’ Nancy. Fit-8:30pm, kwarta dwar l-istorja ta’ pajjiżna b’mod animat permezz talprogramm Storjaanimalta. Id-disa’ staġun tar-reality show Hazzzard - Wara Kalamita, għal-3:45pm, aġġornament mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta’ xi jkun qed jiġri fir-reality show Hazzzard.

IL-ĠIMGĦA

IT-TLIETA Fil-5:30pm, Claire Agius Ordway tirritorna bil-programm edukattiv Dak Li Jgħodd. L-uniku programm dwar l-avjazzjoni fuq l-istazzjonijiet lokali, Airborne ma’ Clare Agius, jixxandar it-Tlieta, fit-8:30pm. Fid-9pm, il-programm ta’ ġrajjiet kurrenti: Stat ta’ Fatt. Tippreżenta Paula Cauchi.

L-ERBGĦA Mario Bonnici jkompli bil-programm tiegħu dwar diversi dixxiplini sportivi, Żona Sport. Il-logħba għall-prezz, waqt il-programm divertenti Aqta’ Kemm flimkien ma’ Melanie Kelly. Fit-8:30pm, Moda: L-istorja, produzzjoni ta’ Sharpshoot Media. Fid-9pm, jirritorna Division 7, bis-seba’ staġun.

IL-ĦAMIS Fil-5pm, Ruth Frendo tkompli taġġornana dwar films li nsibu fis-swali taċ-ċinema, waqt il-programm Popcorn. Fil-5:30pm, Manuel Aquilina jissokta b’ħafna riċetti waqt il-programm What’s For Dinner? Fit-8:30pm, Clare Agius, Pauline Agius u Claire Agius Ordway jirritornaw bil-

Fil-4:45pm, l-unika programm ta’ mużika country fuq l-istazzjonijiet lokali, ippreżentat minn Marisa D’Amato, Country Jamboree. Fil-5:30pm, Pauline Agius u l-mistiedna tagħha, jwasslulna l-programm informattiv Indhouse. Fit-8:30pm, il-programm tal-ġimgħa filgħaxija. Din is-sena, fuq ONE: Min Imissu? Wara Min Imissu?, fid-9:30pm, il-programm dwar il-futbol internazzjonali: Kick Off.

IS-SIBT Filgħodu fit-8am, is-Sibt jibda ma’ Paulanne Vella u l-mistiedna tagħha ta’ Better Living. Fil-5:30pm, Nevise Borg Caligari tippreżenta skeda oħra tal-programm dwar iddinja tal-annimali, Pink Panther. Fis-6:15pm, Pierre Borg iwasslilna staġun ġdid ta’ Ondroad. Wara l-aħbarijiet fi tmiem il-ġimgħa, is-Sibt fit-8:10pm, kif ukoll il-Ħadd, Simone Cini b’intervista informattiva waqt Ieqaf 20 Minuta. Is-Sibt filgħaxija, Joseph Chetcuti jwasslilna skeda oħra tal-programm popolari Arani Issa.

IL-ĦADD Fit-8:30am, il-Ħadd filgħodu nibdew ma’ Manuel Micallef waqt l-analiżi u d-diskussjoni dwar il-gazzetti tal-Ħadd, waqt il-programm PaperScan. Fl-10am tirritorna s-sensiela L-Għoġol tad-Deheb. Fil-11:30am, il-programm soċjoreliġjuż, ippreżentat minn Antonella Galea Loffreda, Il-Kelma. Fil-5pm, Clinton Buhagiar jissokta staġun ġdid tal-programm li jittratta l-futbol lokali, L-Argument.

kullhadd.com


15

29.09.2019

kullhadd.com

MIT-TELEVIXIN GĦAR-RADJU One Radio, 92.7FM miegħek kullimkien...jibqa’ l-aqwa u l-akbar stazzjoni f ’Malta bi skeda mimlija, immirata għal kulħadd. 6 servizzi tal-aħbarijiet, żewġ aġġornamenti sportivi u analiżi tal-ġurnali mit-Tnejn sal-Ħadd. Is-suċċess tal-iskeda ta’ ONE Radio huma l-preżentaturi li jipproduċu u jwasslu l-programmi bl-istil tagħhom. Mal-preżentaturi eżistenti ser jingħaqad id-Dj popolari Ryan Spiteri li se jwassal il-programm Rewind the 90’s & 00’s mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-6:30pm u t-8:30pm. Il-Professur Joe Friggieri ngħaqad ukoll ma’ ONE Radio permezz tal-programm Storja Wara l-Oħra li ser jibda jixxandar nhar ta’ Ġimgħa fis-1:30pm. Il-programmi ta’ diskussjoni, ġrajjiet kurrenti u politika jibqgħu segwiti f ’kull stħarriġ ippubblikat u għalhekk matul l-iskeda tal-ħarifa ser jirritona mill-ġdid il-programm tal-5pm sabiex b’hekk jiżdied mal-programm tan-12:30pm li hu ġa ferm segwit mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Il-kuntatt dirett mas-semmiegħa jibqa’ importanti u għaldaqstant il-paġna ONE Radio 92.7 fuq Facebook se żżid l-interattività, kif ukoll fuq Instagram u fil-jiem li ġejjin is-semmiegħa ser ikollom aktar mezzi moderni kif inżommu kuntatt biex is-semmiegħ ikun parti aktar minn ONE Radio.

Din hija l-iskeda tal-istazzjonijiet ONE. Dejjem miegħek issa għal aktar minn 25 sena.


16

29.09.2019

kullhadd.com

Ritratt: The People of Malta

FAMILJA TA’ SAĊERDOTI Il-ħidma fil-Katidral t’Għawdex minn dejjem kienet l-iskop ta’ ħajtu, tant li wara ż-żmien tat-tfulija ħass li l-vokazzjoni għas-saċerdozju kienet aktar faċli għalih. Jumejn oħra, fit-2 ta’ Ottubru Mons. Ġużeppi Gauci jagħlaq 83 sena u għadu attiv ferm fil-ħajja pastorali Għawdxija. Joqgħod fi Pjazza Savina, ir-Rabat Għawdex. Missieru Victor kien assistent għalliem, jgħallem fl-iskola ta’ billejl. F’Malta għallem fl-iskola ta’ Ħaż-Żabbar u wara għadda ħafna snin jgħallem fl-iskola tal-Għarb matul il-ġurnata, f’tax-Xewkija waranofsinhar u aktar tard f’tar-Rabat. Ommu kien jisimha Ewkaristika u llum, fid-dar ta’ tfulitu, toqgħod waħda minn ħutu. Minn CHARLES B. SPITERI Mons. kontu ħafna tfal?

em li xtaqu jagħtu lil binthom. Mons. Vella, bl-istess ferħ li kelOmmi kellha darbtejn tewmin. lu fuqu, qallu ma jinkwieta xejn, B’kollox konna 13. Minn par għax kien se jmur jgħid lill-Istewmin mietet waħda u l-ieħor qof hu stess. daħal qassis, li llum miet ukoll u mit-tieni tewmin miet it-tifel. X’tiftakar fuq l-edukazzjoni Oħtna li fadal ħajja, għalkemm ta’ żmienek? Fejn kont miżżewġa u nanna, għadha tattendi? tieħu ħsiebna. Jien kont immur l-iskola elMeta tiftakar f ’ismijiet ementari tal-Vajrinġa. Qabel tal-antik u tqabbilhom ma’ kont nattendi għand is-sorijital-lum, tara differenza? et, għax ommi u missieri kienu jibagħtuna minn żgħar. Jien Ħafna wkoll u nirrakkuntal- naħseb li lanqas kelli tliet snin ek aneddotu. Meta twieldet meta kont immur l-iskola. Naf ommi, li kienet it-tmien waħda li kont nitwassal minn xi ħadd fil-familja, ommha u missier- akbar minni minn tad-dar, ha kienu joqogħdu fl-istess dar bl-idejn. Meta kienet tkun ix-xima’ Mons. Vella tal-Ewkaristi- ta, kien jiġi għalija ziju, li kien ja, f ’Savina. Jirrakkuntawlna li qassis, u bil-karozzin kien iwasdan il-Monsinjur tant ħa pjaċir sal lili, xi kuġini u tfal ġirien. li se jsemmuha Ewkaristika, li t-taraġ kollu niżlu jiżfen. U fil- Mill-aħwa, int kont fatt, in-nannu, li ma kienx ta’ wieħed mill-kbar? wisq skola, qallu li bħal staħa jmur jgħid lill-Arċipriet bl-is- Le, jien il-ħames wieħed. Illum

il-ġurnata, sitta mit-tmien aħwa li bqajna ħajjin, mietu. Ma kinux żgħar fl-età. Naf iżda li l-iżgħar wieħed li kellha ommi, miet meta kellu erba’ xhur. Madankollu, fl-antik ir-rata tal-mewt fost it-trabi kienet kbira. Meta temmejt l-iskola tas-sorijiet, mort l-iskola primarja? Iva. Imma l-iskola tiegħi kienet kif jgħidu, minn hawn għal hemm, għax kien żmien il-gwerra. Għall-bidu kont immur l-iskola tal-Vajrinġa, iżda mbagħad ġew joqogħdu fiha s-suldati. Wara, fiha wkoll bdew jaslu r-refuġjati xjuħ minn Malta. Allura lilna għat-tagħlim ħaduna quddiem il-Mall, fejn kien hemm il-Housecraft u minn hemm tellgħuna fl-istabbilimenti li kellhom Galea, tal-Orjenti. Hemm għamilt sena oħra. Fil-gwerra niftakar li biex naslu l-Katidral ħalli nagħmluha ta’ abbatini u ngħinu fil-quddies, konna nitilgħu kmieni. Għalhekk fil-blackout konna nitilgħu b’xi dawl, biex naraw fejn nimxu. Jien kelli torchlight, li darba minnhom waqqgħuhieli u kissruli l-lenti. Ħabib tiegħi, li llum jinsab l-Amerka u li ma sarx qassis, kien jitla’ bil-fanal bix-xemgħa. Il-kor kien jibda fis-sitta u kwart, għalkemm jekk ikun hemm xi quddiesa kantata kienet issir qabel u aħna suppost li konna rridu nkunu l-Katidral mal-ħamsa u kwart ta’ filgħodu. Fil-gwerra, bħala abbatini miegħi minn Malta kelli

wieħed Garzia, li kien sar Patri tal-Kapuċċini. Oriġinarjament il-familja tiegħu kienet minn Ħaż-Żabbar. Kien kiteb anki l-istorja ta’ xi kunvent tal-Kapuċċini. Imbagħad kien hawn iż-żewġt aħwa Barbara, li kienu refuġjati. Niftakar ieħor li dam iservi ta’ abbati sa ma kien f ’Form VI u wara mar missjunarju. Kontu tqumu daqstant kmieni biex tiġu l-Katidral? Dak iż-żmien il-qawmien kien isir kmieni, għax kulħadd kien jorqod kmieni. Televixin ma kienx hawn u għalhekk ma kienx hemm għalfejn iddum ma torqod. Jiġifieri l-iskola għalikom ma waqfitx? Ma baqgħetx regulari bħal qabel, iżda kellna skeda addattata għaċ-ċirkustanzi. Daqqa kien ikollna nattendu l-iskola fin-nofstanhar ta’ filgħodu u skont il-ħinijiet li jagħtuna. Anki s-Seminarju kien hekk. Tiftakar xi logħob ta’ żmienek?

f ’kull dar kont issib annimali bħal tiġieġ, fniek u ħamiem. Dawn ukoll kienu jieħdu millħin liberu tagħna t-tfal. Illum, qisu ħadd ma jrid dak l-intrigu. Ħafna mill-bniet kienu jintefgħu wkoll jitgħallmu l-ganċ u l-bizzilla. Ħuti l-bniet hekk kienu, għax kienet tgħallimhom ommi, li kienet taħdimhom it-tnejn. U għad għandi waħda minn ħuti li għadha ħajja, li tgħidx kemm kienet taħdem knitting għan-nies. Is-Seminarju ta’ kemm-il sena bdejt? Fl-1943 dħalt abbati l-Katidral. Dak iż-żmien, sitta mill-abbatini tal-Katidral ma kinux iħallsu għat-tagħlim fis-Seminarju. Niftakar li kien hemm qassis, jgħidulu l-lettur, li kien jagħti sagħtejn tagħlim lill-kbar u liż-żgħar bla ħlas. Għad fadal xi qassisin ħajjin li bħali ħadu t-tagħlim tas-Seminjarju b’xejn. Naf b’wieħed li jservi fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, ieħor hawnhekk fil-Katidral, li hu ftit akbar minni u ieħor li bħalissa qiegħed il-missjoni.

Minn Għawdex ħarġu numru ta’ saċerdoti u kellna Fi Pjazza Savina s-subien kon- wkoll Arċisqof ta’ Malta. na nilagħbu bil-lewż u l-boċċi u l-bniet biż-żibeġ. Dak iż-żmien Dażgur. Kien hemm l-Arċisukoll, peress li ħafna Għawdx- qof Mercieca, li kien studja in kienu jrabbu l-bhejjem u wkoll Ruma. Niftakar kemm jħobbuhom, it-tfal kienu jilagħ- lilu jistudja, kif ukoll lil ħuh, bu anki magħhom. Jien ilħaqt li kien qassis u studja fl-istess mort xi dawra fuq karettun ta’ snin miegħi. Illum, anki dan xi żiemel, fil-ħin liberu tiegħi. miet. Imbagħad niftakar sew Terġa’ kienu żminijiet fejn kważi lill-Isqof Cauchi, li hu midfun


17

29.09.2019

kullhadd.com

fil-Katidral. Dan qaddes qabli, iżda s-Seminarju għamilna xi sentejn bil-kmamar tagħna mifrudin b’waħda biss. Kien baqa’ jġibni ħafna, għax meta kien jiġi l-Katidral u ma jsibnix, jistaqsi għalija.

It-tliet aħwa. Mix-xellug: Mons. Arċidjaknu Ġovanni Bosco, Mons. Anton u Mons. Ġużeppi Gauci.

X’kienet il-ħajra li ġegħlitek tidħol saċerdot? Dejjem emmint li l-Mulej kien qed isejjaħli biex nidħol inservih fl-għalqa tiegħu. Minn ċkejken kelli ammirazzjoni lejn is-saċerdoti u kont inħobb ferm l-affarijiet tal-Knisja, kif għadni sal-lum. Allura studjajt biex nilħaq l-iskop tiegħi, u fil-fatt sirt.

Kelli 24 magħluqa, għax darba kont tlift sena skola, allura filwaqt li tnejn minn ħuti qaddsu qabel ma għalqu l-24, jien kont għalaqthom.

Iva, iżda t-tnejn l-oħra mietu. Kienu Monsinjur Anton u Monsinjur Arċidjaknu Giovanni. Jien qaddist fl-1957. Fost ħbiebi f ’Għawdex kelli tnejn Maltin; wieħed minn Ħal Qormi, li għal xi żmien kien il-Kappillan tal-Arċisqof Mercieca u Dun Nazzaren Tonna miż-Żurrieq. Minn Għawdex fadal jien, ieħor iservi fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, illum irtirat f ’dar tas-Sorijiet Dumnikani u ieħor li jinsab l-Amerka, li kultant jiġi Għawdex għall-vaganzi. It-tlieta talgrupp aħna mir-Rabat. U dejjem qaddist fil-Katidral? Għamilt sentejn inqaddes fis-Seminarju wkoll u ġieli għaddejt sajf sħiħ inqaddes fil-Katidral, anki fil-festa. Kont immur inqaddes anki f ’Marsalforn, għax meta fix-xogħol saċerdotali ma tkunx marbut b’xi ħaġa oħra, kienu jibagħtuk ’l hawn u ’l hinn. Għalhekk nista’ ngħid li qaddist fl-irħula kollha Għawdxin; minn funerali sa anniversarji ta’ dak li jkun. Is-saċerdoti f ’Għawdex kienu numerużi? Fi żmieni kien hawn numru sew ta’ saċerdoti. Anki s-Seminarju kien ikun mimli. Niftakar li fis-Seminarju kienu żiedu l-kmamar u mhux talli mtlew kollha, talli kien hemm min ma kellux kamra għalih. Kien hemm 41 student li kellu l-kamra tiegħu; kien hemm oħrajn li kienu għamlu xi sena jmorru d-dar u jiġu għat-tagħlim, u oħrajn kienu joqogħdu kamer-

ata, flimkien. Jien, fil-fatt hekk bdejt, iżda mbagħad naqas wieħed, tellgħu x-xorti u mess lili biex ħadt il-kamra battala. X’tifkiriet għandek tas-Seminarju? Hemm għamilt erba’ snin Prefett; sentejn qabel qaddist u sentejn wara. Imbagħad ħriġt minn hemm u bdejt xi ħaġa hawnhekk, fil-Katidral, bħala Kappillan tal-Kor. Qatt wettaqt xi xogħol fl-iskejjel? Għamilt xi żmien ngħallem fl-iskola sekondarja tal-bniet fir-Rabat. Hemm kien hemm Sinjora mqarqċa, li ma ngħidx kontra tagħha, għax kienet iġġibni u tirrispettani. Anki meta kibret, għax ma damitx ħajja wisq, kont immur inqarbinha. Kienet benefattriċi tal-Knisja Katidrali. Jiġifieri ma domtx wisq taħdem fl-iskola? Le, ma tantx għax ġara li fil-Katidral kien hawn qassis, jgħidulu s-sagrista, li kien kiber u qatagħha li jħalli. Allura sabni xi ħadd, li ma kienx saċerdot u staqsieni kontx lest nieħu postu. Aċċettajt, iżda kelli nħalli jien ukoll mit-tagħlim tal-iskola, għax dik il-ħabta kien ikollna anki l-quddies tal-mejtin filgħodu. Għajnuna sibt minn kulħadd, anki minn saċerdoti oħra li offrewli nibqa’ ngħallem u jgħinuni fil-quddies meta ma kontx inkun nista’ nqaddes jien. Iżda ħassejt li jkun aħjar jekk niddedika ħajti għall-Knisja. Wieħed minn dawn li kien

jgħini u għadu ħaj, aktar tard siefer. Kien jgħini ħafna anki fil-knisja ta’ Savina, fejn jien Rettur. Ieħor miskin, li għeni wkoll, miet wara sitt snin, għax jien bdejt ċertu xogħol fl-1967 u hu miet għal għarrieda fl-1974, meta kellu xi 49 sena. Il-Katidral, tieħu ħsiebu int? Le. Hawn, hawn it-taqsim. Hawn l-Arċidjaknu għall-Kapitlu u l-Arċipriet jieħu ħsieb il-parroċċa. Imbagħad hawn il-prokuraturi, min għall-introjti u min għall-infiq. Jien l-iktar li kont inkun imqabbad nagħmel ċerti spejjeż u mbagħad nippreżenta l-infiq lid-depożitarju, u jagħtini l-flus li nkun infaqt. Jekk tkun xi ħaġa kbira u li tiswa ħafna flus, ngħidilhom minn qabel, biex ikolli l-approvazzjoni, iżda jekk ikun xiri ta’ xemgħat, li jrid isir dejjem u llum, xiri ta’ żejt, dawn trid tagħmilhom. Fil-Katidral kellek xi titlu? Bħala titlu ngħatajt dak ta’ Prokuratur tal-Eżitu. X’tiftakar l-iktar hawn? Niftakar id-dfin fil-kannierja. Iżda dan inqata’ fl-1974 u biex jindifen xi Isqof trid permessi speċjali mill-Gvern. L-aħħar li ndifen kien l-Isqof Nikol Cauchi. Is-saċerdozju fil-familja tiegħek, kif tarah? Niżżi ħajr lil Alla għal dan, għax barra milli aħna konna tliet aħwa saċerdoti, għandna tliet neputijiet li wkoll għażlu

bogħod, iżda ġeneralment dejjem iwassalni xi ħadd, anki jekk inkun miexi fit-triq. Imbagħad biex nitla’ hawn... illum hawn il-lifts. Nieħu l-ewwel wieħed minn quddiem is-Sorijiet sa quddiem il-Mina l-ġdida u minn hemm nieħu l-lift tal-knisja. Meta tilħqu l-età veneranda, hawn xi dar tal-Kleru, bħalma hemm f ’Malta?

Le, hawn m’hawnx hekk. Naf b’xi qassis li hu rtirat f ’dar tal-anzjani, iżda s’issa, f ’Għawdex għadha d-drawwa qadima, Hawn post għal 18 u kollha li min mis-saċerdoti jkollu lil xi huma okkupati, uħud minn- ħadd tal-familja min jieħu ħsiehom minn saċerdoti kbar fl-età. bu, jibqa’ d-dar. Imbagħad kien hawn sezzjoni oħra, li jgħidulhom Kappillani Qatt sifirt? tal-Kor. Le, qatt. Kelli bosta stediniet u offerti minn tal-familja stess, X’tara differenti fil-Knisja iżda sal-lum l-aktar li ħriġt minn miż-żminijiet l-antiki Għawdex kien biex inżilt Malta. għal-lum? Issa qed inħejji għall-itwal vjaġġ Il-frekwenza tal-Knisja nhar ta’ ħajti! ta’ xogħol f ’dak li hu talb komunitarju kien aktar numeruż. Nies meqjusin bħala F’Għawdex, nhar ta’ Ħadd, “qaddisin” tiftakar hawn? l-attendenza tkun tajba ħafna, għalkemm peress li jkun hawn Niftakar u kont naf lil Frenċ ħafna quddies, in-nies ikunu tal-Għarb. Ruħ tajba immens. mqassmin. Għax kull nhar ta’ Kellu żewġ neputijiet saċerdoti. Ħadd, fir-Rabat; fil-Katidral, Wieħed li kien jieħu ħsieb Ta’ fil-Bażilika ta’ San Ġorġ u fi Pinu għadu ħaj u l-ieħor kien knejjes oħra, ikun hawn 70 qud- bravu ħafna fil-liturġija. L-aħħar diesa, bl-Isptar b’kollox. Din li kellimtu kien għand kuġintu, tal-aħħar tkun ta’ nofsinhar f ’post jgħidulu Santi Pietru, u tkun mimlija nies. Nhar ta’ xħin tinżel min-naħa ta’ San xogħol, in-numru tal-fidili jkun Lawrenz għall-Għarb. ferm inqas. Mons. int li tista’ tgħid Mela xħin jibdew li qattajt ħajtek kollha il-quddisiet? għat-tagħlim ta’ Kristu, x’messaġġ tista’ tgħaddi Illum, l-ewwel waħda fil-Kati- liż-żgħażagħ tal-lum? dral tkun fis-6.30 a.m. Fl-antik kienu jibdew fl-4.30 a.m., Ngħidilhom biex jevitaw għalkemm fil-Bażilika ta’ San kapriċċi żejda; jippruvaw jilħqu Ġorġ, l-ewwel waħda tkun fil- d-dmirijiet tagħhom mingħajr 5.15 a.m. ma jinkwetaw lill-ġenituri. Barra minn hekk, ma jittraskurawx X’tagħmel biex tasal s’hawn, it-talb, kemm komunitarju kif għax għandek erba’ tarġiet ukoll dak individwali, għax dan ġmielhom? hu importanti ħafna. Irridu niftakru li mingħajr it-talb ma nistMid-dar s’hawn m’għandix wisq għu nagħmlu xejn. Bħala Monsinjuri kemm hawn fil-Katidral?

Tiftakar kemm kellek żmien meta lħaqt saċerdot?

Jiġifieri kontu tliet aħwa saċerdoti?

li jimirħu fl-għelieqi tal-Mulej. Wieħed hu Dun Ġwann Gauci, li jservi bħala Viċi x-Xewkija u fl-Isptar u jgħin lili fil-knisja ta’ Savina. Imbagħad għandi tnejn oħra: wieħed qiegħed kappillan qrib Londra, li hu Dun Victor Vella Gauci u ħuh Mons. Joe Vella Gauci, li kien Arċipriet ir-Rabat u llum qiegħed membru tal-UNESCO. Hu wkoll Monsinjur tal-unur fil-Katidral.


18

29.09.2019

kullhadd.com

KLIEM IŻ-ŻGĦIR ŻOMM FIH

Josianne Cutajar Membru Parlamentari Ewropew

Sena ilu, Greta Thunberg, Żvediża ta’ 15-il sena, qabżet ġurnata skola biex weħidha, marret tipprotesta quddiem il-Parlament Żvediż, bil-għan li tqajjem kuxjenza fuq it-tibdil fil-klima. Illum, 12-il xahar biss wara l-ewwel strajk tagħha, ingħaqdu magħha miljuni ta’ tfal u adulti madwar id-dinja kollha biex jipprotestaw kontra l-apatija talpolitiċi fil-konfront tal-kriżi ambjentali li qed isseħħ quddiem għajnejna.

Thunberg mhijiex l-ewwel tifla li semmgħet leħinha fl-isfera politika. Ahed Tamini, żagħżugħa Palestinjana li ġiet arrestata inġustament mill-Gvern Iżraeljan, illum qed twassal il-messaġġ tal-poplu tagħha li safa mingħajr artu fuq sfera internazzjonali. Emma Gonzalez u sħabha, li salvaw minn sparatura fl-iskola tagħhom ġewwa Florida, qed imexxu kampanja nazzjonali fl-Istati Uniti għal bidla fil-liġijiet Amerikani dwar l-armi tan-nar. Malala Yousafzai, li ta’ 15-il sena ġiet kważi maqtula mit-Taliban, illum magħrufa għall-attiviżmu tagħha favur id-dritt tal-edukazzjoni tal-bniet f ’pajjiżha, il-Pakistan. Dawn iż-żgħażagħ juruna bl-iktar mod ċar li l-ġenerazzjoni li għadha qed tikber hi interessata ferm fid-dinja ta’ madwarha, u iktar minn hekk, għandhom l-għatx għal bidla fejn jaraw li hemm bżonn ta’ dik il-bidla. F’Malta wkoll, ħadt gost nipparteċipa f ’diversi laqgħat organizzati mill-Fondazzjoni

għall-Benesseri Soċjali, li taw pjattaforma lit-tfal biex jitkellmu magħna l-membri tal-Parlament Ewropew. Magħhom iddiskutejna diversi suġġetti, mill-ugwaljanza għall-ambjent, mis-saħħa għall-esklużjoni soċjali, u ħareġ ċar li t-tfal huma konxji immens tal-istat li jinsab fih pajjiżna, u li diġà għandhom numru ta’ ideat u proposti ta’ kif jistgħu jtejbu s-soċjetà li lkoll ngħixu fiha llum. It-tfal u ż-żgħażagħ huma stakeholders kruċjali tal-politika talpreżent, u għalhekk hu pożittiv li qed isemmgħu leħinhom dejjem iktar. U bir-raġun, għaliex id-deċiżjonijiet li nieħdu llum se jinħassu l-iktar mill-ġenerazzjonijiet tagħhom. Fuq dan tkellimt ukoll fuq livell Ewropew iktar kmieni din il-ġimgħa. Waqt l-ewwel laqgħa tal-Intergrupp għad-drittijiet tat-tfal, enfasizzajt il-bżonn li jinħolqu iktar spazji fejn it-tfal u ż-żgħażagħ iħossuhom komdi li jesprimu ruħhom, u fuq kollox, li jkunu mismugħa minna l-politiċi.

Fl-era diġitali tagħna, dan hu ffaċilitat bl-użu tal-internet; iżda enfasizzajt ukoll il-bżonn li t-tfal ikunu mgħallma jużaw l-internet bl-aħjar mod, li jkunu jafu d-drittijiet tagħhom online, kif ukoll ikunu jafu kif jiddistingwu bejn il-fatti u l-informazzjoni inkorretta li spiss wieħed isib meta jkun qiegħed jagħmel ir-riċerka tiegħu. Fuq kollox, is-sigurtà ta’ kull tifla u tifel online hi kruċjali, u hi element li jrid ikun preżenti fil-politika tagħna. Iżda biex it-tfal ikunu f ’qagħda li jsemmgħu leħinhom, qabel kollox, irid ikollhom sigurtà tal-iktar elementi bażiċi. Huwa impossibbli li tifla jew tifel ikollhom ħsibijiet dwar il-politika jekk ma jkollhomx saqaf fuq rashom; jekk ma jkollhomx aċċess għal ikel adegwat; għal edukazzjoni mingħajr ħlas, jew saħansitra servizzi ta’ saħħa meta jkollhom bżonn. Din hi realtà ta’ miljuni ta’ tfal madwar l-Ewropa kollha kif ukoll lil hinn minnha, realtà li għalija hi inaċċettabbli. Wasal iż-

żmien li l-Unjoni Ewropea żżid il-ħidma tagħha lejn dawn it-tfal li qegħdin f ’riskju serju ta’ faqar u esklużjoni soċjali, u li tgħaddi mill-kliem għall-fatti. Ilna niddiskutu l-Garanzija Ewropea għatTfal – proġett li joffri strateġiji li jindirizzaw lit-tfal fil-faqar – mill2015. Hemm bżonn li din il-Garanzija tiġi konkluża llum qabel għada, jekk verament irridu soċjetà b’saħħitha, li tieħu ħsieb lil uliedha. Dil-ġimgħa, Greta Thunberg tat diskors impressjonanti quddiem l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York. Iżda m’għandniex għalfejn nistennew lit-tfal jaslu sal-ogħla forum internazzjonali biex nibdew nisimgħuhom. M’għandhiex tkun xi ħaġa straordinarja li l-idea ta’ tifla jew żagħżugħa tasal għand dawk li bħalissa qegħdin imexxu l-pajjiż. It-tfal ħaqqhom aħjar, u jistennew aħjar minna l-politiċi. Xogħolna issa hu li ma niddiżappuntawhomx.

MODULI DIFFERENTI TA’ TRASPORT €80 biljun fl-UE. X’inhi l-alternattiva? L-użu tar-roti u l-potenzjal għal bidla. Kif jista’ jsir?

Mario Fava President Sezzjoni Kunsillier PL

Mill-1950 ’il quddiem, l-ippjanar b’rabta mat-trasport, il-bliet u l-użu tal-art sistematikament ipprijoritizza t-trasport motorizzat individwali a spejjeż tal-mobbiltà attiva u t-trasport pubbliku f ’bosta postijiet madwar l-Ewropa. L-użu tal-karozzi sar il-mezz ewlieni tat-trasport, anke għal ħafna vjaġġi qosra. Malta mhix eċċezzjoni. Dan ħoloq numru ta’ sfidi serji, partikolarment it-tibdil fil-klima, it-tniġġis tal-arja, l-istorbju, is-sigurtà fit-toroq, il-konġestjoni, il-kwalità baxxa tal-ispazju pubbliku, is-segregazzjoni tal-użu tal-art, id-dipendenza miż-żejt tas-settur tat-trasport u l-piż fuq il-kapaċità tal-akkwist tal-konsumatur, u livelli insuffiċjenti ta’ attività fiżika fost parti kbira tal-popolazzjoni, u oħrajn. Studju partikolari stima li n-nuqqas ta’ attività fiżika waħdu jikkawża spejjeż ekonomiċi ta’ madwar

1. 8% taċ-ċittadini tal-UE jużaw ir-rota bħala l-aktar mezz ta’ vjaġġar importanti f ’ġurnata tipika, li jvarjaw minn rati ta’ ċikliżmu ta’ 1% jew inqas f ’Ċipru, f ’Malta, u fil-Portugall sa 36% fl-Olanda. Fil-livell lokali, il-proporzjon taċċikliżmu jista’ jilħaq il-perċentwal ta’ 60%, pereżempju fil-belt Olandiża ta’ Groningen. Dan juri kemm għadna ’l bogħod. 2. Iċ-ċikliżmu għad-divertiment u t-turiżmu qed ikun dejjem iżjed popolari fl-Ewropa; l-industrija tat-turiżmu taċ-ċikliżmu tiġġenera dħul annwali ta’ €44 biljun. 3. Madwar 650,000 impjieg huma marbuta mal-ekonomija taċ-ċikliżmu. Jistgħu jinħolqu 400,000 impjieg ieħor jekk ir-rata taċ-ċikliżmu tirdoppja fl-Ewropa. 4. Il-potenzjal li l-vjaġġi bil-karozza fuq distanzi qosra jew medji jinbidlu għal vjaġġi bir-rota fl-UE huwa għoli ħafna: madwar 20% tal-vjaġġi bil-karozza huma iqsar minn 2 km, u madwar 40% huma iqsar minn 5 km. Madwar żewġ terzi tal-vjaġġaturi kollha jgħixu mhux iżjed ’il bogħod minn 1.5 km mill-post tax-xogħol tagħhom. Iċ-ċikliżmu jista’ wkoll jintuża għal vjaġġi fuq distanzi twal, b’mod partikolari meta użat flimkien mat-trasport pubbliku.

5. Il-provvediment ta’ infrastruttura sigura u attraenti għaċ-ċiklisti huwa l-mezz li jillibera dan il-potenzjal. It-titjib fl-infrastruttura bħall-parkeġġ sigur huwa partikolarment essenzjali fi ħdan u madwar żoni ta’ trasport tal-massa bħal tal-karozzi tal-linja, sabiex b’hekk jissaħħaħ l-użu intermodali ta’ trasport pubbliku u attiv. L-innovazzjonijiet riċenti fis-settur tar-roti jkomplu jżidu ma’ din il-bidla fil-potenzjal: ir-roti elettriċi għandhom klijentela wiesgħa, u nbiegħu iżjed minn 1.3 miljun waħda fl-2015 u madwar 6.5 miljun jinstaqu fit-toroq Ewropej. Għadd ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali qed jaħdmu fuq il-kostruzzjoni ta’ awtostradi jew mogħdiji għar-roti bħala għodda biex tittaffa l-konġestjoni u jitnaqqas it-tniġġis. L-hekk imsejħa cargo bikes qed isiru iktar alternattiva realistika, effiċjenti mil-lat ta’ spejjeż u nadifa għall-konsenja tal-prodotti u s-servizzi ġewwa ċ-ċentri tal-bliet. Il-proġett Cyclelogistics iffinanzjat mill-UE kkalkula li 51% tal-vjaġġi kollha motorizzati relatati mat-trasport tal-merkanzija jistgħu realistikament isiru bir-roti jew bil-cargo bikes. Tajjeb wieħed jgħid li bosta awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali f ’dawn l-aħħar 10 snin tkellmu biex ikun hemm bidla. 16 minn fost 28 belt kapitali tal-UE attwalment għandhom għan ambizzjuż b’rabta mal-proporzjon modali taċ-ċikliżmu, u qed jist-

maw li ser ikollhom żieda medja fiċ-ċikliżmu ta’ madwar 180% għal perjodu ta’ 10 snin. Fattur ieħor importanti hu li hemm evidenza akkademika soda li l-investimenti f ’infrastruttura taċ-ċikliżmu jġibu magħhom proporzjon bejn il-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ mill-inqas 5:1. Il-benefiċċji taċ-ċikliżmu għas-saħħa jistgħu jitkejlu permezz tal-Għodda għall-Evalwazzjoni Ekonomika tas-Saħħa għaċ-ċikliżmu żviluppata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Iċ-ċikliżmu huwa essenzjalment attività sigura, iżda r-rapporti jgħidu li l-biża’ dwar is-sigurtà fit-traffiku tikkontribwixxi għall-perċezzjoni mifruxa li ċ-ċikliżmu huwa attività perikoluża, u dan joħloq ostaklu kbir għall-użu tar-roti. Il-veloċità eċċessiva hija l-aktar kontributur importanti għall-imwiet fit-toroq u l-kolliżjonijiet ikkawżati mis-sewqan eċċessiv tal-utenti tat-trasport motorizzat jistgħu jkunu l-kawża ewlenija li twassal biex iċ-ċiklisti jinqatlu jew jindarbu serjament. Instab li s-severità tal-korrimenti tiżdied meta l-veloċitajiet ikunu akbar. It-tibdil fil-klima u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE b’rabta mad-dekarbonizzazzjoni għas-settur tat-trasport, jinħtieġu diversi komponenti tal-politiki, inkluża l-bidla modali mit-tra-

sport individwali motorizzat għaċ-ċikliżmu. Iċ-ċikliżmu jista’ jikkontribwixxi biex jintlaħqu 11 minn fost l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Bidla radikali fil-politika tat-trasport Il-bosta sfidi marbutin ma’ approċċ iffukat fuq l-użu tal-karozza jitolbu bidla radikali fil-politiki tat-trasport. Dan jeħtieġ ġerarkija ġdida ta’ vjaġġar sostenibbli, prijoritizzazzjoni b’mod li l-mezzi attivi (il-mixi u ċ-ċikliżmu) jiġu l-ewwel, it-trasport pubbliku t-tieni, il-kondiviżjoni tal-użu talkarozzi (car-pooling) it-tielet u l-użu individwali ta’ karozzi privati fl-aħħar. Dan irid jiġi rifless fl-aspetti kollha tal-ippjanar tat-traffiku, inkluża l-prijoritizzazzjoni talfluss tat-traffiku għal utenti attivi tat-trasport, l-investimenti fl-infrastruttura, l-allokazzjoni tal-ispazju fit-toroq, il-prijoritizzazzjoni tal-kodiċi tat-triq, eċċ. Data affidabbli u komparabbli hija essenzjali biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati u jitkejjel l-impatt tal-interventi tal-politika u l-finanzjament. Il-KE għandha, għalhekk, tiżviluppa metodoloġija komuni għall-ġbir tad-data u definizzjonijiet armonizzati għad-data nazzjonali dwar l-użu tar-roti. Tul il-ġimgħat li ġejjin nitkellmu aktar fuq mobbiltà sostenibbli u kif dan jista’ jaffettwa b’mod pożittiv il-mod kif ngħixu.


19

29.09.2019

kullhadd.com

IMPENN B’MANDAT Editorjal

Matul dawn l-erba’ snin wettaqna ħafna xogħol biex illum ninsabu fl-aktar pożizzjoni avvanzata li qatt konna f’dan il-proġett

Il-ħsieb li jkun hemm xi forma ta’ konnettività permanenti bejn Malta u Għawdex ilu snin kbar. Diskussjonijiet dwaru kien hemm ħafna anki mill-poplu. Diskussjonijiet li maż-żmien intensifikaw tant li naraw li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali iż-żewġ partiti tkellmu dwar mina bejn iż-żewġ gżejjer fil-manifesti elettorali rispettivi tagħhom. Il-Partit Laburista fil-manifest li ppreżenta għall-elezzjoni tal-2017 wera l-viżjoni konsistenti tiegħu: “Waħda mill-ħsibijiet u mill-inkwiet għall-Għawdxin tibqa’ l-konnettività bejn Malta u Għawdex u kif ukoll kif din timpinġi direttament fuq il-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin stess. Għalhekk Gvern Ġdid immexxi minn Joseph Muscat impenjat li jwettaq il-proġett tat-tunnel bejn Malta u Għawdex.” U jkompli: “Matul dawn l-erba’ snin wettaqna ħafna xogħol biex illum ninsabu fl-aktar pożizzjoni avvanzata li qatt konna f ’dan il-proġett.” Fl-elezzjonijiet tal-2013 il-Partit Nazzjonalista kien ċar li jappoġġja l-bini ta’ link permanenti wara

li jsiru l-istudji. Fl-elezzjonijiet tal-2017 il-Partit Nazzjonalista imbagħad kien wiegħed li dan ilproġett kellu jsir. Fil-fatt f ’Jannar tal-2017, Simon Busuttil, li dak iżżmien kien il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, kien ċar dwar il-mina. Waqt l-għeluq tal-Konvenzjoni Ġenerali, Idea Għawdex, li saret f ’Villa Fiorita f ’Marsalforn, dwar l-importanza tal-aċċessibilità Busuttil kien qal li huwa jaqbel li jkun hemm link permanenti permezz ta’ mina bejn Għawdex u Malta. Fil-Parlament ftit tax-xhur ilu dan l-impenn ikkonfermah il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia. Imma anki dwar dan, l-inkonsistenza tal-Partit Nazzjonalista toħroġ ċara. Anki dwar il-mina kien hemm u-turn li turi wkoll nuqqas ta’ viżjoni. Wara li fis17 ta’ April, il-Parlament ivvota b’mod unanimu favur il-proġett ta’ link permanenti bejn iż-żewġ gżejjer, Adrian Delia beda juri dubji kbar. Tajjeb li wieħed jinnota wkoll li l-Gozo Business Chamber u l-Front Favur il-Mina wrew sodisfazzjon għall-mozzjoni

mressqa fil-Parlament, bħalma hemm appoġġ minn diversi setturi oħra u fuq kollox minn 85% tal-Għawdxin infushom. Imma ’l hinn minn dan kollu ... x’vantaġġi għandu dan il-proġett? L-iżvilupp ta’ konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex huwa essenzjali biex il-familji f ’Għawdex igawdu minn kwalità ta’ ħajja aħjar, filwaqt li jkollhom l-istess opportunitajiet soċjali u ekonomiċi tal-familji f ’Malta. Eluf ta’ familji f ’Għawdex ilhom snin ibatu minn diffikultajiet f ’diversi oqsma tal-ħajja minħabba n-nuqqas ta’ konnessjoni affidabbli u permanenti bejn il-Gżejjer Maltin. Fuq quddiem nett hemm li l-mina tiswa għax tagħti spinta meħtieġa lil kull aspett tal-ħajja Għawdxija u wkoll tneħħi ċerti żvantaġġi li għandhom bħalissa l-Għawdxin, fosthom f ’opportunitajiet edukattivi u opportunitajiet ta’ impjieg li allura jersqu ħafna aktar għal-livell tal-Maltin. Hawnhekk anki l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Chris Said kien imbotta bil-kbir dan l-argument, anzi kif qal fl-2018 waqt

dibattitu fuq it-televixin mal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana: “Ili li rrealizzajt li Għawdex ma jistax jibqa’ sejjer fid-direzzjoni li sejjer fiha – bil-ġenerazzjoni żagħżugħa jinżlu b’mod permanenti f ’Malta u Għawdex qed jispiċċa bħala dar għall-anzjani.” Dwar ħsibijiet li l-mina tista’ tkun il-qerda ta’ Għawdex, Said indika b’mod ċar li huwa favur il-mina. Kif għidna, il-ħidma ta’ ppjanar u studji għal dan l-iżvilupp importanti għall-familji Għawdxin ilhom għaddejjin diversi snin. Fil-fatt, l-istudji kollha meħtieġa, fosthom dawk tekniċi, ekonomiċi u ambjentali, saru jew qed jiġu ffinalizzati minn esperti indipendenti approvati mill-awtoritajiet konċernati. U li lesti huma ppubblikati. Min-naħa tal-Gvern, ix-xogħol miexi bl-attenzjoni kollha li hemm bżonn għal proġett bħal dan. Min-naħa tal-Oppożizzjoni għadna qed nistennew pożizzjoni ċara. Delia ma jistax jibqa’ jitkellem skont fejn ikun qiegħed. Għandu jgħid hux lest iżomm il-wegħda tal-PN mal-Għawdxin?


20

29.09.2019

kullhadd.com

GĦAWDEX IGAWDI MIS-SUĊĊESS

Justyne Caruana Ministru

L-istatistika li tinġabar minn żmien għal żmien tintuża għal diversi raġunijiet, primarjament biex tanalizza u tipparaguna s-sitwazzjoni minn żmien għal ieħor. Fuq kollox turina fejn konna u fejn wasalna, u tgħabbina b’aktar responsabbiltà fejn irridu nwasslu lil pajjiżna. Is-suċċess jinkoraġġina imma jixprunana biex naħdmu aktar ladarba determinati li nkomplu nsostnuh u nsaħħuh. Fis-sajf li għadna kif ħriġna minnu reġa’ kellna tkab-

bir ekonomiku f ’Għawdex, fejn kompla jispikka s-suċċess fil-livelli varji tas-settur turistiku. Il-fatti konkreti rajniehom madwarna u l-figuri jkomplu jikkonfermaw. Nafu uffiċjalment li l-Gozo Channel matul dan is-sajf ġarret xejn inqas minn 1,872,000 passiġġier, u 550,000, permezz ta’ 8,386 vjaġġ li operat il-kumpanija, ħafna minnhom lil hinn mill-iskeda normali tas-sajf. Hawn joħroġ ir-riżultat tal-istatistika. Naraw żieda ta’ 3.4% fil-passiġġieri u 7.7% fil-vetturi fuq is-sajf tal-2018. Żgur li biż-żieda tar-raba’ vapur mal-flotta eżistenti, il-Gozo Channel kienet f ’pożizzjoni aħjar biex tippjana u tilqa’ għad-domanda li kulma tmur qiegħda dejjem tiżdied. Lil Għawdex tassew bdilnieh f ’destinazzjoni distinta b’żieda kbira ta’ attivitajiet kulturali għall-gosti ta’ kulħadd u żieda qawwija fil-kampanji ta’ pubbliċità barra minn xtutna. Il-fatti tas-suċċess seta’

jħosshom Għawdex kollu u ntlaqgħu tajjeb mill-Assoċjazjoni Għawdxija tat-Turiżmu li faħħret l-inizjattivi li qed inniedu minn żmien għal żmien. Il-ħidma tal-Ministeru id f ’id ma’ kull min ried jikkopera wasslitna biex negħlbu l-isfida tal-istaġjonalità u llum l-attività turistika f ’Għawdex - li dejjem kienet marbuta mas-sajf - qed tibqa’ għaddeja tul is-sena kollha. L-impjiegi f ’Għawdex Din il-ġimgħa wkoll l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħabbar li l-qgħad f ’pajjiżna kompla jonqos minn sena għal oħra u mhux inqas f ’Għawdex. Dan hu frott tal-ħidma għaqlija talGvern Laburista li sa mill-bidu nett wera li għandu viżjoni ċara ta’ fejn irridu naslu f ’dan il-qasam hekk importanti u li hu termometru ta’ kull ekonomija li tagħmel suċċess. Il-qgħad f ’Għawdex naqas bi 8.7% meta kkumparat ma’

Awwissu tal-2018 u llum qed nitkellmu fuq ċifri relattivament baxxi paragunati ma’ kull żmien ieħor. Ma jfissirx li lħaqna l-miri tagħna. L-inizjattivi u l-inċentivi li fassal u implimenta l-Gvern qegħdin iħallu impatt pożittiv, ewlenija fosthom il-Gozo Employment Scheme. L-iskema ġiet introdotta din is-sena u permezz tagħha nħolqu aktar minn 80 impjieg ġdid f ’Għawdex fis-settur privat. Anzi, illum m’għandniex l-isfida ta’ ħolqien ta’ xogħol f ’Għawdex imma kif ser nattiraw aktar ħaddiema lejn il-gżira. Kien għalhekk li l-Ministeru għal Għawdex introduċa din l-iskema bl-iskop li jkomplu jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li jaħdmu f ’Għawdex. Fadal ħafna aktar x’isir u l-ħolma tiegħi bħala Ministru għal Għawdex tibqa’ dik li jinħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità f ’Għawdex stess biex aktar Għawdxin li ta’ kuljum jaqsmu lejn Malta għax-xogħol,

isibu impjieg diċenti f ’Għawdex stess. Għawdex u l-Baġit

B’aktar insistenza mill-Ministeru fl-aħħar sentejn, Għawdex gawda żieda sostanzjali fil-baġit annwali allokat lilu. Infatti f ’dawn is-sentejn li għaddew, ingħatajna żieda qawwija ta’ 40% filbaġit li qed tintuża bi pjan bilgħaqal għall-ġid ta’ Għawdex u l-Għawdxin. L-Għawdxin dan jafuh u qed jesperjenzawh bil-ħafna proġetti kapitali li għamlu snin fuq l-ixkaffa u li issa qed jitwettqu. Persważa li fil-laqgħa preparatorja għall-pubbliku ftit ġranet ilu, il-Ministru tal-Finanzi, ilProf. Edward Scicluna segwa sew x’kellhom xi jgħidu l-Għawdxin u konvinta li l-baġit li jmiss, ser ikun ieħor pożittiv għal Għawdex u l-Għawdxin. Ninsabu f ’nofs it-tieni leġiżlatura Laburista, wettaqna ħafna imma ħafna aktar qed jitħejja għal Għawdex tal-lum u ta’ għada.


21

29.09.2019

kullhadd.com

BAĦAR JAQSAM

Naomi Cachia President FŻL

Fergħa taż-żgħażagħ tikkompeti m’oħra, teżorier ġdid li ma jifhimx fil-finanzi u l-iktar ċelebrazzjoni fqira tal-Indipendenza li qatt saret: hija evidenti li t-triq tat-tiġdid tal-Partit Nazzjonalista hija ferm iżjed iebsa milli forsi ħafna setgħu jantiċipaw. Matul dan is-sajf, fid-dell tat-tkaxkira tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, il-Partit Nazzjonalista baqa’ jiddiżintegra għal livelli li wieħed jista’ jqishom kważi komiċi, li kieku ma kinux ifissru ukoll li pajjiżna m’għandu l-ebda ħjiel t’Oppożizzjoni. Is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fil-Partit Nazzjonalista hija waħda li kont ili nantiċipa mill-ewwel darba li smajt li fi ħdan il-PN inħolqot it-tieni fergħa taż-żgħażagħ, Team Start. L-enerġija żagħżugħa fi ħdan partit politiku, ikun liema jkun, għandha dejjem tkun nukleu wieħed illi dejjem jikber u jattira talent ġdid, u mhux żewġ fazzjonijiet polarizzanti. Fejn iżżgħażagħ ikollhom opinjonijiet differenti u kritika lejn il-partit tagħhom, dawn għandhom jinstemgħu internament u l-veduti tagħhom għandhom dejjem jittieħdu bis-serjetà. Il-mument li l-fergħa prinċipali taż-żgħażagħ ma tibqax tingħata widen huwa l-mument li partit effettivament jitlef kull potenzjal ta’ tiġdid. F’għajnejja, dak li rajna fil-Partit Nazzjonalista meta l-fergħa taż-żgħażagħ prinċipali ngħatat il-ġenb u l-Partit beda jimbotta lill-fergħa l-ġdida, kien sinjal iżjed allarmanti minn kwalinkwe telfa elettorali kolossali. Hija ferm iżjed problematika meta wieħed jikkunsidra li dan il-grupp ta’ żgħażagħ ġodda fi ħdan il-PN jidher li huma kollha yes men tal-fazzjoni Delia. Għalija, bħala żagħżugħa li l-passat politiku nafu l-iżjed mill-qari tal-kotba u r-rakkonti tal-ġenerazzjonijiet ta’ qabli, il-qagħda tal-Partit Nazzjonalista bħalissa hija lezzjoni ta’ dak kollu li m’għandux isir. Trabbejt inseg-

wi l-Partit Laburista fiż-żmien li kien fl-Oppożizzjoni u issa li qed nikber qed nara l-viżjoni ta’ moviment Laburista modern tiġi fisseħħ. Inħossni xxurtjata li qed nesperjenza dan iż-żmien fl-irwol ta’ President tal-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Laburista, għaliex dan għalija jfisser ċans li nsemma’ leħni, ċans li nikkontribwixxi għal din il-viżjoni u opportunità biex inkun fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Iżda nħoss ukoll responsabbiltà li nwissi lil ħaddieħor, speċjalment żgħażagħ oħra, li dan il-mument li qed ngħixu, ta’ Gvern Laburista li qabad il-barri minn qrunu wara tant snin ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti jkaxkru saqajhom fuq deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu, huwa wieħed li m’għandniex nieħdu for granted. Anke meta wieħed iqis li l-Partit Nazzjonalista jidher li huwa ferm ’il bogħod milli jippreżenta ruħu bħala Gvern alternattiv. U xi jfisser dan għall-Partit Laburista? Ifisser li rridu nkunu awtokritiċi iżjed minn qatt qabel. Ifisser li l-irwol taż-żgħażagħ fil-partit huwa iżjed kruċjali. Ifisser ukoll li rridu nibqgħu kawti biex f ’dan il-mument fejn il-Gvern Laburista huwa fil-quċċata tal-popolarità nibqgħu niftakru minn fejn bdejna u dawk il-prinċipji nibqgħu nħaddnuhom dejjem magħna u f ’ħidmietna. Inħares madwari fil-ħidma tiegħi fil-Partit u verament nieħu pjaċir nara d-diversità fl-opinjonijiet, diversità li l-Partit dejjem ħaddan u qatt ma twarrab ħadd sempliċement għax ma qabilx ma’ xi punt politiku jew xi deċiżjoni. Id-diversità fil-ħsieb tagħmel lil kwalinkwe partit wieħed iżjed b’saħħtu u iżjed preparat biex jifhem ir-realtajiet varji tal-Maltin u tal-Għawdxin. Minkejja li f ’dan il-punt tal-istorja politika ta’ pajjiżna ftit huma l-paraguni bejn it-tmexxija tal-PN u tal-PL, din tibqa’ l-ikbar baħar jaqsam: il-PN qed jitmexxa minn fazzjoni waħda, b’eluf fi ħdan il-PN iħossuhom urtati u wħud saħansitra jiddeskrivu lilhom infushom bħala politikament orfni. Min-naħa l-oħra, il-Partit Laburista, fit-tiġdid tiegħu bħala l-Moviment tal-Maltin u tal-Għawdxin irnexxielu jgħaqqad spettru ta’ nies differenti wara Joseph Muscat. Fis-snin li ġejjin l-isfida tagħna hija li nżommu kemm il-momentum u kemm il-qalb tħabbat li żżommna qrib il-Maltin u l-Għawdxin, u nibqgħu nagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tannies.

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 19 ta’ Settembru jaħsbuha bħali. Imma jien niġi naqa’ u nqum minn dak Anke ma’ Saviour Balzan mar li jagħmel ħaddieħor. Għalija tajjeb ħafna l-Kap Adrian De- l-Indipendenza tibqa’ l-isbaħ lia. Ma qagħadx jibża’ minnu, jum fl-istorja tal-partit darba anzi stiednu biex jagħmillu glorjuż tagħna u fl-istorja ta’ mistoqsija diffiċli. Li kont pajjiżna. Hekk kien jemmen jien darb’oħra nġib il-ġurnal- ukoll missieri. Anzi dak ma isti tal-One biex nuri kemm kien jitlef l-ebda ċerimonja u ma nibżax mill-ġurnalisti u bħal-lum lanqas kien jilħaq jiskemm jien kapaċi nwieġeb tenbaħ li ma jibdiex jipprepakull mistoqsija li jagħmluli. U ra biex imur il-Konkatidral reġa’ ħareġ b’garanzija oħra, ta’ San Ġwann, għax ma kien man! Qalilna li jiggarantilna jaħrablu xejn. Imma missieri ekonomija b’ruħ soċjali. Ħal- kien Nazzjonalist ta’ prinċipju liha li jien ma nafx xi tfisser, u mhux bħal ħafna oħrajn li imma tinstema’ sabiħa. Ig- telquna. garantielna li se jkun bastun tas-sewwa u li se jibqa’ kon- Il-Ħadd, 22 ta’ Settembru tra l-korruzzjoni, għalkemm dan il-kliem jgħidu kull kap ta’ Tgħidx kif sirt meta qrajt partit. Niftakar lill-kbir Eddie fil-gazzetti tal-lum li Louis jiggarantilna li se jeqred il-kor- Galea qiegħed jipproponi li ruzzjoni bl-għeruq u x-xniex- nibdlu l-isem tal-partit. Qatt el. Ma rnexxilux mhux tort ma stennejtha minnu għax lil tiegħu, imma minħabba dawk Louis Galea jien inqisu bħala Nazzjonalist kbir, għalkemm ta’ madwaru. mhux daqsi. Għalhekk ħadtha Il-Ġimgħa, 20 ta’ Settembru bi kbira. Jekk il-proposta tiegħu tintlaqa’, jien xorta waħQomt mimli entużjażmu da nibqa’ Nazzjonalist. Nibqa’ għall-aktar appuntament im- nxejjer il-bandiera sabiħa tagħportanti fil-kalendarju tal-par- na. Nibqa’ nġorr il-maduma tit darba glorjuż tagħna. Kont fuq il-pavru tal-ġlekk għax ħerqan għad-diskors tal-Kap jien ma naċċetta qatt li l-ParAdrian Delia għax kont kon- tit Nazzjonalista ma jibqax vint li wara d-diskorsi kbar jeżisti. Jekk mhux xi bawxata li għamel f ’dawn l-aħħar ta’ Simon Busuttil ma’ Marġimgħat, l-aqwa diskors ħal- lene Farrugia li llum, flimkien lih għall-Mass Meeting tal- mal-partner tagħha rriżenjaw lum. Imma mbagħad spiċċajt mill-partit tal-oranġjo! bilkemm nagħti kas dak li kien qiegħed jgħid għax ma stajtx It-Tnejn, 23 ta’ Settembru nemmen lil għajnejja meta rajt dik il-folla miżera li kell- Erġajna koppi. Nattakkaw na. Lanqas l-isqaq li għamil- lil xulxin fuq il-midja soċjali, na ħdejn l-Istamperija, aħseb qisna boloh. B’hekk m’aħna u ara kemm konna nimlew se nirbħu xejn. Kulma qegħdik il-pjazza żgħira li konna din nagħmlu huwa li npaxxu nagħmlu fuq il-Fosos. Spiċċa- lil dawk li huma kontra l-Kap jt b’nervi ta’ bagħal u b’rabja Adrian Delia, li minbarra Sikbira għal Simon Busuttil u mon Busuttil, Jason Azzopardi u l-bella kumpanija, jindawk ta’ madwaru. kludu wkoll lil-Laburisti. Jien Is-Sibt, 21 ta’ Settembru konvint li Simon Busuttil u l-bella kumpanija mhuma jidL-isbaħ jum fl-istorja ta’ dejqu xejn, aktar u aktar jekk pajjiżna, imma milli jidher ħaf- qegħdin jippreparaw biex jifna Nazzjonalisti m’għadhomx furmaw partit għalihom, flim-

kien ma’ Marlene u Godfrey Farrugia. Għalhekk jien dawn l-affarijiet ma nagħmilhomx u nħalli kollox għal meta tasal l-elezzjoni ġenerali li jmiss. It-Tlieta, 24 ta’ Settembru Dalgħodu lanqas ilħaqt qomt li ma erħejtilhiex lejn l-istamperija. Għamilt lejl sħiħ nitqalleb. Ma stajtx norqod bit-thewdin f ’moħħi dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-partit darba glorjuż tagħna. Għalhekk iddeċidejt li mmur l-Istamperija. Imma jkolli ngħid li ma tantx sibt lil min isabbarni, imma spiċċajt nipprova nsabbar lil ħaddieħor jien. Kulħadd qisu ras maqtugħa. Bilkemm mhux diġà qatgħu qalbhom li nirbħu l-elezzjoni li jmiss. Għalxejn bdejt ngħidilhom li għad baqa’ aktar minn sentejn oħra, u li jgħidu li fil-politika, ġimgħa hija żmien twil. It-tweġiba li ħadt kienet biex ma nkomplix noħlom. Kont pront weġibthom li Joseph Muscat dejjem joħlom. L-Erbgħa, 25 ta’ Settembru Aħna aħna jew m’aħniex! Possibbli għad hawn min qiegħed jaħseb li l-partit darba glorjuż tagħna mhux magħqud. Lanqas emmintu lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna meta qalli l-istorja ta’ ChirCop (ismu nsejtu) li minflok laqa’ lill-Kap Adrian Delia bil-fjuri laqgħu bir-riżenja mill-partit għax skont hu, il-partit tagħna maqsum. Niżżiltha għax ikkonfermahieli sieħbi tal-Istamperija. Iżda dan assigurani li Adrian Delia jagħmel minn kollox qiegħed biex iżomm il-partit magħqud, bħalma għamel illum meta ċeda dwar il-ħatra tal-bord tal-inkjesta dwar il-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia, għax la kienu ħarġu kontra David Casa u Jason Azzopardi, ma riedx iwaqqagħhom għaċ-ċajt.


22

29.09.2019

L-IMPORTANZA TAL-EWWEL GĦAJNUNA

kullhadd.com

Kitba ta’ RAMONA POTELLI Ħafna drabi niġu bejn ħaltejn meta nsibu ruħna quddiem sitwazzjoni li tirrikjedi l-ewwel għajnuna. Din taf issalva l-ħajja ta’ dak li jkun. B’hekk l-aħjar li kull persuna għandha tkun aġġornata xi ftit jew wisq. Ilu ħafna kont ħadt kors tal-ewwel għajnuna, iżda dan l-aħħar reġgħet ġietni opportunità oħra u erġajt attendejt għalih. Biss biss dak li kont ħadt l-ewwel darba jservi għal tliet snin biss u mnalla għax tilħaq tinsa kollox, u b’hekk erġajt aġġornajt ruħi. Konxja mill-fatt tal-importanza tiegħu, ħsibt li nintervista lill-President tal-istess għaqda – Malta Red Cross, sabiex inqajmu kuxjenza fil-poplu u jkun imħeġġeġ japplika wkoll, sabiex kulħadd ikun aġġornat f ’każijiet tal-ewwel għajnuna. Fil-fatt tkellimt mal-President tal-Malta Red Cross - Edward Gruppetta. Għandu 53 sena, miżżewweġ lil Natalie, għandhom żewġt itfal u joqogħdu ż-Żejtun. Bħala passatempi jħobb isiefer, jimxi u jgħum. Jaħdem bħala radjografu fejn ħadem għal 15-il sena f ’postijiet kliniċi bħall-emerġenza, CT scan, teatri ta’ operazzjonijiet u oħrajn. Għal dawn l-aħħar snin speċjalizza fil-protezzjoni mir-radjazzjoni medika u jieħu ħsieb ukoll is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol tad-dipartiment tiegħu. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem pjuttost kalm, altruwist u jipprova jgħin lil kulħadd fejn jista’. Iħobb iqatta’ ħafna ħin mal-familja u jipprova jlaħħaq ma’ ħafna affarijiet. Apparti l-Malta Red Cross, huwa membru fil-Kunsill Nazzjonali Malti tal-Volontarjat, membru fil-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina u jirrappreżenta lill-Malta Red Cross fil-First Aid European Education Network. Ilu jokkupa l-kariga bħala President tal-Malta Red Cross għal dawn l-aħħar seba’ snin f ’dan l-irwol u iktar minn 27 sena involut fil-volontarjat mal-Malta Red Cross. “Il-President huwa l-persuna li jiżgura li s-soċjetà tkun leali lejn il-missjoni u l-iskop tagħha u li topera b’konformità mal-istatut u mad-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-bord nazzjonali u mil-laqgħat

ġenerali. Imexxi l-laqgħat talbord, kif ukoll tal-laqgħat ġenerali. Bħala President nirrappreżenta lis-soċjetà kemm hawn Malta, kif ukoll barra u xi drabi niddelega parti minn dax-xogħol lid-direttur ġenerali,” spjegali Edward meta staqsejtu x’inhu r-rwol preċiż ta’ president fi ħdan il-Malta Red Cross. Ridt inkun naf ftit tagħrif dwar il-Malta Red Cross, bħal kemm ilha teżisti u x’inhuma l-għanijiet prinċipali tagħha. Fil-fatt sirt naf li l-Malta Red Cross twaqqfet fl24 ta’ Ottubru tal-1991. “Permess ta’ att legali l-Parlament Malti rrikonoxxa lill-Malta Red Cross fid-19 ta’ Ġunju 1992. L-għanijiet prinċipali huma msejsa fuq seba’ prinċipji – Umanità, Imparzjalità, Unità, Univesalità, Indipendenza, Newtralità u Volontarjat. L-oġġettivi prinċipali tal-Malta Red Cross Society bħala għaqda umanitarja, huma li jipprevenu u jnaqqsu s-sofferenzi tan-nies b’imparzjalità, u ma tagħmel ebda diskriminazzjoni bejn nazzjonalità, razza, ġeneru, twemmin reliġjuż, klassi jew opinjoni politika,” beda jispjegali Edward. Ridt nieħu l-kummenti tiegħu u spjegazzjoni għaliex l-ewwel għajnuna hija ferm importanti. Fil-fatt spjegali li waħda mill-missjonijiet tagħhom hija li jħarrġu u jħeġġu lin-nies jattendu għat-taħriġ fl-ewwel għajnuna. “Ħafna mill-inċidenti jsiru meta wieħed l-anqas li jistenniehom. L-ewwel ftit minu-

ti wara inċident huma kruċjali. L-għajnuna mmedjata li tingħata lill-midrub tgħin ħafna fir-riżultat aħħari tal-persuna involuta. L-ewwel għajnuna tista’ tagħmel differenza bejn ħajja u mewt. Mhux dejjem ser issib tabib, infermier jew xi paramediku fil-viċinanza ta’ xi inċident. Anzi, nafu li ħafna mill-inċidenti jsiru ġewwa d-djar u fil-pubbliku. Għalhekk hija ferm importanti li f ’każ ta’ inċident wieħed ikun jaf kif għandu jirreaġixxi mingħajr ma jpoġġi lilu nnisfu jew lil ħaddieħor fil-periklu. Għalhekk huwa importanti ħafna li wieħed ikun ippreparat u mħarreġ fl-ewwel għajnuna.” Hawn kważi 200 pajjiż fejn hemm Red Cross jew Red Crescent Ħallejt f ’idejn Edward sabiex jgħaddili ftit storja ċkejkna dwar kif twieldet ir-Red Cross u kif żviluppat madwar id-dinja. Fil-fatt spjegali li kien ċertu Henri Dunant, businessman Żvizzeru li kien il-fundatur tar-Red Cross. “Fl-24 ta’ Ġunju 1859, huwa kien għaddej minn Solferino, ġewwa l-Italja ta’ fuq, fejn iltaqa’ ma’ battalja li kienet għaddejja. Huwa ra ħafna suldati midruba u seta’ josserva s-sofferenzi umanitarji li kienu għaddejjin minnhom. Bl-għajnuna ta’ diversi nies mill-villaġġ beda jara kif ser jgħin lis-suldati midruba. Wara li wasal lura d-dar ġewwa Geneva, ma qagħadx kwiet u beda

jara x’jista’ jagħmel biex affarijiet bħal dawn ma jerġgħux jiġru, jiġifieri li l-midruba ħadd ma jagħti kashom. Fl-1862, Dunant kiteb u ppubblika ktieb jismu A Memory of Solferino, fejn issuġġerixxa li f ’kull pajjiż ikun hemm għaqda umanitarja fejn tgħin lill-midruba, mingħajr diskriminazzjoni, f ’każ ta’ gwerra. L-idea ntgħoġbot u twaqqaf l-ewwel kumitat internazzjonali tar-Red Cross f ’Ottubru ta’ 1863. Illum hawn kważi 200 pajjiż fejn hemm ir-Red Cross jew Red Crescent. Aktar min 150 sena wara, il-moviment tar-Red Cross huwa l-akbar għaqda umanitarja fid-dinja li tagħti diversi għajnuniet fosthom f ’każijiet ta’ diżastri naturali, inċidenti kbar, epidemiji, fi gwerer, ma’ refuġjati, suldati u priġunieri tal-gwerra.” Qabel ma’ mort għal din l-invervista, kont konxja mill-fatt li bħala Malta Red Cross joffru diversi korsijiet għall-pubbliku, b’miżata minima fejn jistgħu jitgħallmu affarijiet bażiċi li tirrikjedi l-first aid. Fil-fatt il-korsijiet li joffru huma fl-ewwel għajnuna bażika, emerġenza, l-ewwel għajnuna waqt attivitajiet sportivi u għas-sewwieqa tal-muturi. Joffru wkoll korsijiet li jikkonċentraw fuq it-tfal fejn jagħmluh ħafna ġenituri, għalliema, child carers u nanniet li jieħdu ħsieb it-tfal. Għandhom ukoll korsijiet li jagħmlu għall-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol u oħrajn jinvolvu l-użu ta’ AED (Automat-

Nagħtuhom l-abbiltajiet, l-għarfien u l-ħiliet u biex bħala first aiders ikunu jistgħu jirreaġixxu malajr, b’effiċjenza f’każ ta’ emerġenza. It-taħriġ jipprovdi opportunità linnies biex jitgħallmu eżattament kif din il-biża’ tista tingħeleb ed External Defibrillator). It-tul tal-korsijiet ivarjaw bejn erbgħa u 16-il siegħa, jiddependi mill-bżonnijiet tal-klijenti. Għal dan ittaħriġ kulħadd jista’ jattendi minn 14-il-sena ’l fuq. Apparti korsijiet jagħtu wkoll taħriġ u taħditiet anki lil tfal iżgħar. Ħafna mill-parteċipanti jesprimu ċertu biża’ meta jiġu għat-taħriġ Konxja mill-fatt li ħafna nies u ħafna drabi ċerti persuni f ’każ ta’ emerġenza jiffriżaw u ma jkunux jafu x’għandhom jagħmlu, iddiskutejt ma’ Edward kif allura l-Malta Red Cross tista’ tkun ta’ għajnuna lejn dawn in-nies qabel ma jkunu jistgħu jagħtu l-ewwel għajnuna tagħhom. “Dan huwa minnu u ħafna mill-parteċipanti


23

29.09.2019

kullhadd.com

jesprimu din il-biża’ meta jiġu għattaħriġ. Għalhekk huwa importanti t-taħriġ għax aħna niggwidaw kif din il-biża’ tista’ tingħeleb jew titnaqqas. Nagħtuhom l-abbiltajiet, l-għarfien u l-ħiliet u biex bħala first aiders ikunu jistgħu jirreaġixxu malajr, b’effiċjenza f ’każ ta’ emerġenza. It-taħriġ jipprovdi opportunità lin-nies biex jitgħallmu eżattament kif din il-biża’ tista’ tingħeleb. B’hekk it-taħriġ joffri l-abbiltà lill-parteċipanti biex ikollhom aktar kunfidenza, kif jirreaġixxu f ’emerġenza.” Ta’ min jgħid ukoll li normalment kull kors li jittieħed magħhom ikun iservi għal tliet snin biss. Ridt inkun naf għaliex mhux bħal korsijiet oħra li tagħmilhom darba f ’ħajtek u daqshekk. “Aħna nsegwu prinċipji u standards internazzjonali fejn jissuġġerixxu li ċertifikati fl-ewwel għajnuna għandhom ikunu validi sa mhux aktar minn tliet snin. Aħna nafu li wara ftit żmien ħafna mill-affarijiet li nkunu tgħallimna ser ninsewhom. Għalhekk huwa importanti li ma nagħmlux kors ta’ darba u daqshekk għax ninsew kollox. Infatti, aħna noffru wkoll refresher courses qosra fejn wieħed jista’ jagħmel dan it-taħriġ ta’ erba’ sigħat għall-inqas darba kull 18-il xahar,” spjegali Edward. Awareness talks għal tfal żgħar Qlibt id-diskors dwar il-korsijiet immirati lejn tfal żgħar. Fil-fatt ikkonferma miegħi li huma jkunu mistiedna biex jagħtu taħriġ u awareness talks lil tfal żgħar. Dan isir kemm ġewwa skejjel, kif ukoll f ’għaqdiet volontarji bħal tal-isports, scouts eċċ... “It-tagħlim u t-tul tiegħu jiddependi mill-etajiet tat-tfal. It-tfal juru interess kbir f ’dak kollu li ngħidulhom, u ġieli jkunu huma li jħajru lill-ġenituri biex jattendu xi kors,” tbissem jgħidli. Konxja mill-fatt ukoll li ħafna jaħsbu li biex titgħallem il-first

aid trid tkun qed tistudja għal tabib jew infermier. B’hekk tlabtu jgħidli għaliex jaħseb hekk, u kif tista’ din l-affari tinqata’ millimħuħ tan-nies. “Żgur li le. Infatti aktar minn 95% tal-parteċipanti tal-korsijiet tagħna jattendi għalihom il-pubbliku ġenerali li ma jkollux idea tal-ewwel għajnuna. It-taħriġ li noffru nagħmluh b’tali mod li jinftiehem minn kulħadd. Indaħħlu ħafna attivitajiet, prattika u esperjenzi ħalli n-nies jifhmu aktar u jiftakru aktar. Dejjem nisħqu li kulħadd għandu jkun ippreparat li jkun jaf kif jaġixxi f ’każ ta’ inċident għax ħafna drabi dik l-għajnuna trid tingħata immedjatament qabel ma jaslu n-nies professjonali,” sostna miegħi. Ta’ min jgħid li x-xogħol mal-Malta Red Cross huwa vast, varjat u numeruż. Kull meta jagħmlu sejħa għall-voluntiera dawn jingħataw taħriġ fuq ix-xogħol li jkunu jridu jagħmlu. “Hemm diversi xogħlijiet li wieħed jista’ jagħmel fosthom fuq l-ewwel għajnuna, ambulanzi, amministrazzjoni, IT, mekkaniks, għalliema, mar-refuġjati eċċ... Ovvjament l-għajnuna finanzjarja dejjem bżonjuża għall-proġetti li nkunu ser inwettqu. Nappezzaw ukoll għajnuna minn nies professjonisti li jkunu jistgħu jkomplu jħarrġu lin-nies tagħna permezz ta’ tagħlim kontinwu.” Tajjeb wieħed isemmi li l-voluntiera jiltaqgħu regolari. Hemm diversi raġunijiet, fosthom biex jitħarrġu, jikkomunikaw u jagħtu daqqa t’id f ’kulma hemm bżonn. “Meta jkunu ġejjin avvenimenti kbar u tal-massa, l-voluntiera flimkien mal-ħaddiema tagħna jkunu impenjati aktar fi preparazzjoni ta’ riżorsi li jkollna bżonn għal dik l-attività partikolari.” Fl-aħħar nett, Edward xtaq jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ huwa wieħed sempliċi. Jekk int verament tagħti każ tiegħek innifsek u tirrispetta lill-maħbubin, familjari u ħbieb tiegħek, tgħallem kif tagħti l-ewwel għajnuna.

Ma tafx meta, fejn, kif, min jista’ jiltaqa’ ma’ inċident. Mela aħjar wieħed ikun dejjem ippreparat għal dak li jista’ jinqala’. Għalhekk ninkoraġġixxi ħafna biex kulħadd

jitħarreġ fl-ewwel għajnuna. Dan ma tantx jieħu ħin u naf mill-esperjenza ta’ instructor li għandi, kemm il-partiċipanti jieħdu gost meta jattendu, għax mhux biss

jisimgħu imma jipparteċipaw, jipprattikaw u japprezzaw li ngħataw l-abbiltajiet meħtieġa li jistgħu jsalvaw ħajja prezzjuża ta’ xi ħadd li forsi tant jgħożżu,” temm jgħid.


24

29.09.2019

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

IL-KAPPELA TAĊ-ĊIMITERJU F’jum bis-silġ, mara tinsab mejta f ’kappella ta’ ċimiterju. Il-pulizija tinvestiga. Fl-istess waqt, f ’naħa oħra, jinstab raġel bla ħajja f ’karozza. Fiż-żewġ każi, min qatel għamel użu mill-istess arma bil-pon-

ta. Għaliex għamel dan, u x’rabta kien hemm mal-kappella taċ-ċimiterju? Il-pulizija u l-maġistrat jagħmlu ħilithom… iżda għadhom ’il bogħod wisq għall-fatti. Jiftakru f ’eks pulizija

mara li kienet kapaċi ferm. Imorru jkellmuha u taċċetta li terġa’ taħdem għalihom. L-intriċċi ma jieqfu qatt, għax il-flus jagħmu lil kulħadd. Rumanz addattat minn Charles B. Spiteri.

U ma tarax, xi tridu jiddispjaċik meta taf li jien ma nħobbx ħlief lilek.” “Inti hekk tgħid... iżda l-karti ma jgħidux bħalek,” qalilha Maurizio. “Il-karti? Allaħares kont nieħu għall-karti jien...” “Għaliex?” “Fejn taf kemm sibtek fi praspar.” “ Tassew?” “Bis-serjetà. Iffigura... int kont bejn id-donna tal-pikki u raġel mill-kampanja, ir-re tad-denari. Kellek l-ass tal-piki fix-xellugija, sinjal ħażin għalik.. Fuq il-logħob tiegħek kien hemm ukoll l-ass tal-fjuri, li jfisser flus, iżda dan kien jinsab bejn issette denari u s-sette tal-qlub, li jfisser assassinju, ħabs...” Għalkemm iż-żagħżugħ ma kienx jagħti kas tal-karti u tat-tfissir tagħhom, il-kum-

binazzjoni ħassha ftit stramba. Tant hu minnu li ġbinu mtela bl-għaraq. B’danakollu qabad jidħaq, iżda b’ċertu daħq sfurzat. “Ħallini mill-ġenn ta’ rasek,” qalilha mbagħad. “Ħallini mill-karti u nitħaddtu ftit bis-serjetà. Malli ħrigt mit-teatru, ġejt id-dar, irqadt sagħtejn, imbagħad xgħelt id-dawl u qabbadt in-nar. Tajtha għax-xogħol u spiċċajt sewwasew xħin ċempilt int..” “U ebda mara bajda bajda ma ġiet hawn?” “L-ebda waħda, ġiet biss il-ħelwa smajra li nadura...” U malli qalilha hekk Maurizio għannaqha u Ottavia kienet pronta qaltlu tidħaq, “Jekk fassaltli xi gidba, ittendi rasek! Jien, safrattant, għal-lum se nemmnek u naħfirlek.”

Silta Mill-Ktieb “Ilbieraħ filgħaxija ħallejtek fis-sebgħa neqsin kwart. Fejn mort wara?” “Mort niċċena.” “Għand min?” “Għand Brebant.” “Waħdek?” “Mort waħdi, iżda hemmhekk sibt tliet żgħażagħ li kont nafhom u ċċenajna flimkien.” “Min huma dawn?” Maurizio semmihomlha. “Imbagħad?” staqsietu Ottavia. “Meta wasalt il-bulvar, għaddejt minn quddiem it-Teatru tal-Varejtà... u dħalt.” “Minflok ma ġejt fil-kafè, fejn kont qiegħda nistenniek!” “U fejn int ma kontx waħdek! Jien inħobb nitkellem ċar. Iddispjaċini wisq li rajtek mal-konti...”

Mistoqsija: Min fejn għaddha qabel daħal id-dar? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ta’ IL-KAPPELLA TAĊ-ĊIMITERJU. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 6 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb FIS-SATRA TAL-VELU huwa: E. BONNICI CACHIA - GŻIRA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

04

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Matul din is-sena kemm ġew rappurtati każijiet relatati mal-marda tal-ħosba?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:



26

29.09.2019

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

29.09.2019

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 296

A. TESTAFERRATA DE NOTO

Bi 3 Numri 012 042 096 145 147 152 203 228 263 307

313 367 422 442 495 518 523 542 564 643 663 677

701 768 785 788 855 856 896 996 B’4 Numri 1059

1203 1220 1862 1976 2620 2672 3162 3944 4272 4382 4785 4931

5577 6016 6526 6563 6959 8054 8485 9001 9370 9709 9819

B’5 Numri 26235 30660 40456 67624 75794 86504 B’6 Numri

140836 290924 498218 715338 991272 996187 B’7 Numri 4198863 7421005

Mimdudin: 1. Kompli l-qawl: Aħjar ħobż niexef f ’darek milli frisk għand ......... (5) 4. Sandli? (4) 7,9. It-tifel tiegħek (5) 9. Ara 7 10. Miftiehem? (6) 12. Brikkun! (6) 16. Kunjom (3) 18,21M. Omnipotenti? (5) 19. Isem Għarbi (3)

20. 21. 23. 24.

Tista’ tieħdu f ’dahrek (5) Ara 18 Ara 2 Kapaċi (5)

Weqfin: 1. Jintrabat m’għonq xi annimal! (6) 2,23. Storja? (7) 3. Kimberly (3) 5,15. Fid-dmir (9) 6,21W. Irrakkontalek? (6)

8. 11. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.

Tfisser taħwid (9) Lemaħ (2) Omm (2) Leonard Attard Kissaun (1,1,1) Jaqbad l-għasafar (6) Ara 5 Żgur? (3) Ara 6 Frott (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Tnejn, 4.Bard, 7,9.Eżami, 10.Taħrab, 12.Ħabbat, 16.Att, 18.Ra, 19,21W. Ingliż, 20.Ħares, 21.LRI, 23.Żrar, 24.Altri

Weqfin: 1.Tnalja, 2,17.Editur, 3.Net, 5,15. Arroganti, 6,11.Debba, 8.Żabbarija, 12,22.Ħtija, 13.Bra, 14.Tisbit


28

29.09.2019

kullhadd.com

ISEMMGĦU LEĦINHOM FAVUR U KONTRA L-ABORT Fil-Belt ilbieraħ saru żewġ dimostrazzjonijiet dwar l-istess suġġett iżda b’veduti differenti. Min kien qed jitkellem favur l-għażla għall-abort f ’pajjiżna u min kien qed jgħid li dan m’għandux ikun. Kien proprju fil-jum internazzjonali għall-abort sigur li saru dawn id-dimostrazzjonijiet f ’pajjiżna. Id-dimostrazzjoni favur iddritt li l-mara ttemm it-tqala tagħha, saret fil-ġnien ta’ Hastings fil-Belt, fejn għexieren ta’ nisa kif ukoll irġiel li jaqblu mal-abort ingħaqdu flimkien biex titqajjem kuxjenza li mal400 mara Maltija fis-sena tirrikorri għall-abort u fid-dawl tal-illegalità ta’ dan l-att, ħafna minn dawn jirrikorru għal mezzi perikolużi. Iċ-Chairperson tal-Women’s

Fi Triq ir-Repubblika ltaqgħu dawk li jsostnu li l-abort huwa qtil u xejn iktar

Rights Foundation Dr Andrea Dibben fissret kif l-għan tad-dimostrazzjoni hija li titmexxa l-karba tal-mara li jkollha d-dritt li tiddeċiedi dwar ġisimha. “Nagħmlu awareness fuq iċ-challenges li n-nisa Maltin jaffaċċjaw biex jaċċessaw dan is-servizz ta’ saħħa li f ’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huwa xi

Diversi persuni tkellmu dwar l-għażla tal-mara u kif l-abort huwa aċċessibbli għal min imur barra l-pajjiż

ħaġa li jeħduh for granted. Nafu li għal ħafna nisa l-abort huwa realtà, meta jgħaddu minn din l-esperjenza ma jistgħu jitkellmu ma’ ħadd. Iridu jżommu dan is-sigriet, jistgħu jiġu kriminalizzati jekk jagħmluh hawn Malta bil-pilloli fuq l-internet għax hija xi ħaġa li tiġri wkoll,” saħqet Dr Dibben.

Fid-dimostrazzjoni li tmexxiet mill-koalizzjoni Voice for Choice magħmulha mill-għaqdiet Doctor’s for Choice, il-Women’s Rights Foundation fost oħrajn, ġew irrakkontati l-istejjer ta’ erba’ nisa differenti li rrikorrew għall-abort. U ftit ’il bogħod fi Triq ir-Repubblika, il-grupp Pro Malta

Christiana mexxa dimostrazzjoni favur il-ħajja, u kontra l-abort. Preżenti għal din id-dimostrazzjoni kien hemm diversi individwi u għaqdiet magħrufin għall-appoġġ totali tagħhom favur il-ħajja. Attivist bl-isem ta’ Jason Borg kien ikkwotat jgħid minn ONE News li filwaqt li hawn ħafna nies li jaqbżu u jiddefendu diversi kawżi, ħadd mhu qiegħed jiddefendi l-ħajja tat-tarbija filġuf. “Sfortunatament dik it-tarbija ma tistax tiddefendi ruħha u għalhekk importanti li issa kull wieħed u waħda minna nifhmu ir-responsabilità li għandna mil-lum illi nfiehmu lil kulħadd f ’kull okkażjoni, kull opportunità li jkollna li għandna bżonn kelma waħda niddefendu din ilħajja,” qal is-Sur Borg.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.