KullĦadd_30.01.2022

Page 1

MIN JIDĦAQ L-AĦĦAR … SE JIDĦAQ L-AĦJAR?! Il-Ħadd, 30 ta’ Jannar, 2022

Ħarġa Nru 1,490

Prezz €1

Rapport f’paġna 6

Rapport f’paġni 14 u 15

IN-NUQQAS TA’ ELLIS IŻID IS-SUSPETTI Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għar-Riformi Kostituzzjonali ma jitkellimx fid-dibattitu fuq il-governanza wara dak żvelat mill-KullĦadd … fid-Dar Ċentrali tiġri l-kelma li aħjar ma jitkellimx minħabba dubji li hemm aktar x’jista’ joħroġ Rapport f’paġna 3

EBDA EŻODU FIS-SERVIZZI FINANZJARJI L-MFSA tirreġistra żieda rekord fil-kumpaniji fi tmiem l-2021, għalkollox kontra dak li bassret l-Oppożizzjoni Nazzjonalista Malta rreġistrat żieda fil-kum­pa­ni­ji li joperaw fis-servizzi finanzjarji matul l-2021, min­kejja l-pandemija u żviluppi oħrajn li, skont il-Partit Nazzjo­nalista u l-esponenti tiegħu, kellhom iwasslu għal “eżodu” u eventwalment it-tmiem ta’ din l-industrija f’pajjiżna. Minkejja kull tbassir negattiv mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni, fejn ingħad li kum­paniji simili kienu qed iżarmaw minn fostna, ċifri uffiċjali, li għadhom kemm ġew ippubblikati

mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), juru b’mod ċar bil-maqlub. Fil-fatt, jirriżulta li pajjiżna rreġistra żidiet rekord f’dan ir-rigward. Meta l-istess ċifri tas-sena l-oħra jitqabblu ma’ dawk li kienu rreġistrati fl-2012, l-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjona­lista, il-qab­ża ’l quddiem hi mill-aktar sinifikanti. Tkompli f’paġna 5


02

30.01.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 14°C L-Inqas Temperatura: 7°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja fuq l-Alġerija ser testendi fuq il-Punent u ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Il-biċċa l-kbira xemxi li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral itTramuntana li jsir mill-Majjistral Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat għal qawwi li jsir moderat L-Imbatt: Baxx għal moderat mill-Grigal li jsir baxx It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

16°C UV 3

KUNTATT ĠENERALI

9°C

Il-Ħamis

15°C UV 3

9°C

Il-Ġimgħa

15°C UV 3

9°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

15°C UV 3

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

10°C

16°C UV 3

11°C

16°C UV 2

10°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567 Remedies Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 21387479 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Brown’s Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21432038 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Ix-Xgħajra – 27032296 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274 Għawdex Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat – 21556170 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala – 21555348 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

30.01.2022

IN-NUQQAS TAD-DEPUTAT ELLIS FI DMIRIJIETU JKABBAR IS-SUSPETTI IL-KELLIEM TAL-OPPOŻIZZJONI GĦAR-RIFORMI KOSTITUZZJONALI MA JITKELLIMX FID-DIBATTITU DWAR IL-GOVERNANZA WARA L-AĦBAR ŻVELATA FIL-KULLĦADD DWAR KONFLITTI TA’ INTERESS LI GĦANDU Joe Ellis, id-Deputat Nazzjonalista li normalment issibu fuq quddiem jipprietka dwar kwistjonijiet marbutin mal-ġustizzja u l-governanza, ma intervjeniex fid-dibattitu ta’ din il-ġimgħa dwar abbozz ta’ liġi mressaq mill-Partit Nazzjonalista marbut ma’ temi li saħansitra hu responsabbli għalihom bħala l-Kelliem Ewlieni għar-Riformi Kostituzzjonali. Ellis, avukat, ma kienx fost il-kelliema wara li fl-aħħar jiem qamu ħafna domandi internament fil-Partit dwar l-operat tiegħu fil-politika u lil hinn minnha. Il-Kap Bernard Grech qed jaqbeż għalih, anke għax hu membru ta’ Repubblika, iżda aħna infurmati li d-dubji interni dwaru żdiedu, mhux naqsu. Kollox beda minn aħbar żvelata minn din il-gazzetta filħarġa tal-ġimgħa l-oħra meta kxifna kif Ellis kien kritiku anke fil-Parlament dwar l-akbar pro­ ġett infrastrutturali li għaddej bħalissa f’Għawdex, fl-istess waqt li waħda mill-kumpaniji tiegħu, bil-moħbi, kienet qiegħda tipprovdi kwantità ta’ materjal tal-kostruzzjoni għalih. Jirriżulta li l-kumpanija Gozo Concrete Products Ltd, li Ellis imexxi ma’ ħutu, għandha tagħti ammont konsiderevoli ta’ flus lil diversi kuntratturi Għawdxin. Għaldaqstant, qiegħda taqta’ l-kontijiet li għandha billi tpartat materjali li tipproduċi, inkluż il-briks, u minflok jinqata’ parti mid-dejn li għandha tagħti. Fil-fatt, skont is-sorsi tagħna, il-kumpanija ta’ Ellis diġà ssupplixxiet madwar 50,000 briksa lill-kuntrattur ewlieni, li rebaħ is-sejħa għall-offerti, għall-proġett kbir li jmiss mal-konfini ta’ Għajnsielem u n-Nadur. Il-valur ta’ dan il-

Il-kumpanija ta’ Ellis (lemin) diġà pprovdiet b’€50,000 materjal fl-akbar proġett Għawdxi briks hu stmat li jiswa madwar €50,000. F’ġimgħa sħiħa, Ellis imkien ma ċaħad l-involviment talkum­pa­nija tiegħu fil-proġett. Il-kwistjoni qajmet mistoqsi­ jiet kbar dwar konflitt ta’ inte­ ress tad-Deputat Nazzjonalista li jirriżulta li hu involut f’numru kbir ta’ kumpaniji. Iżda, jidher li kienet l-aħbar li żveljana l-Ħadd li xegħlet bozoz ħomor fid-Dar Ċentrali u għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni li jkun aħjar li Ellis ma jitkellimx. Inkwetanti l-fatt li fl-istess ħin Ellis uża s-siġġu Parlamentari tiegħu biex jistaqsi, jattakka u possibbilment jinfluwenza

TIDDISKUTI

l-andament tal-proġett bi ksur ta’ etika sfaċċat u b’konflitt ta’ interess lampanti. F’Novembru li għadda hu staqsa lill-Minis­ tru għal Għawdex Clint Camil­ leri dwar, skontu, dew­mien u nuqqas ta’ ppjanar fil-proġett. Dan qanqal id-dubji jekk tali privileġġ Parlamentari hux jintuża wkoll biex issir pressjoni fuq kuntratturi oħrajn Għawd­xin ħalli jużaw il-materjali tal-kumpanija tiegħu. Fi żmien Gvern Nazzjonalista din il-kumpanija kienet ingħatat art kbira tal-Gvern bi prezz baxx biex timmanifattura l-materjali tal-kostruzzjoni.

ILLĦAMIS 3 TA’ FRAR 8:35PM

IS-SATIRA TIDDISKUTI

EDUKAZZJONI

IL-HAMIS 11 TA’ NOVEMBRU 8:35PM


04

30.01.2022

F’Diċembru li għadda kien hemm 1,167 persuna biss jirreġistraw ma’ JobsPlus għall-impjieg. Dan kien l-inqas numru ta’ nies fuq ir-reġistru mindu dan kien beda jinżamm fis-snin 60. Imqabbel mal-2020, kien hemm 1,598 persuna inqas fuq ir-reġistru, li jfisser li f’sena l-ammont naqas bi kważi żewġ terzi. L-akbar tnaq­qis kien f’dawk ta’ aktar minn 45 sena li kienu qed ifittxu xogħol, bi tnaqqis ta’ 644 persuna. Kien hemm tnaqqis qawwi wkoll fost dawk ta’ bejn it-30 u l-45 sena, fejn dawk jirreġistraw naqsu b’565 persuna meta mqabbel ma’ sena qabel. Fost dawk ta’ inqas minn 30 sena kien hemm tnaqqis ta’ 389 jirreġistraw fl-2021. Ta’ min jinnota li qabel bdiet il-pandemija l-inqas livell ta’ persuni jirre­ ġistraw kien intlaħaq f’Ġunju 2019. Dakinhar kien hemm 1,616-il persuna jirre­ġistraw, jew 449 persuna aktar mill-minimu l-ġdid li nkiseb f’Diċembru li għadda. Minkejja li meta faqqgħet il-pande­mi­ ja kien hawn it-tbassir li se jkollna aktar minn 50,000 persuna qiegħda, l-aktar li żdied il-qgħad kien f’Mejju 2020 meta l-ammont ta’ nies jirreġistraw kien tela’ għal 4,409. Dan b’kuntrast għal kważi 8,000 li kienu jirreġistraw fl-eqqel talkriżi ekonomika tal-2008. Bħala medja kull ġurnata mill-bidu ta’ Ġunju 2020 sa tmiem Diċembru li għadda sitt persuni li kienu fuq ir-reġistru sabu impjieg. F’madwar 13-il xahar, l-ammont ta’ nies qiegħda naqas daqskemm kien qabel bdiet il-pandemija, u issa ilna xahar wara l-ieħor nilħqu mi­nimi storiċi ġodda. Dan kien l-aktar tnaqqis rapidu filqgħad fl-istorja. Biex pajjiżna reġġa’ lura ż-żieda fil-qgħad li kienet seħħet wara r-riċessjoni tal-2008 kien ħa b’kollox 72 xahar, jew ħames darbiet aktar. Issaħħa tal-irkupru ekonomiku nħasset u għadha tinħass b’aktar qawwa fil-gżira Għawdxija. Fil-fatt, fi tmiem l-2021,

Ritratt: OMAR CAMILLERI/DOI

DIĊEMBRU JARA L-INQAS NUMRU JIRREĠISTRAW SA MIS-SITTINIJIET

PERJODU

L-INQAS GĦADD

1960 – 1969 1970 – 1979 1980 – 1989 1990 – 1999 2000 – 2007 2008 – 2012 2013 – 2019 2020 – 2021

3,620 (Ott ’69) 2,930 (Aww ’79) 2,980 (Ġun ’80) 4,220 (Mej ’91) 6,172 (Diċ ’07) 5,861 (Ġun ’08) 1,616 (Ġun ’19) 1,167 (Diċ ’21)

Taħt l-amministrazzjoni ta’ Robert Abela, aktar persuni qed jaħdmu … saħansitra iżjed mir-rekord tal-2019 f’Għawdex kien fadal biss 108 persuni jirreġistraw. Dan meta f’Marzu tal-2013 kien hemm 742 Għawdxi/ja jfittxu impjieg, jew seba’ darbiet l-ammont preżenti. F’Malta dawk jir­reġistraw fl-2013 kien sitt darbiet l-ammont preżenti. Ta’ min jinnota li t-tnaqqis fil-qgħad beda wara t-tħab­­­bir tal-pjan ta’ riġene­ razzjoni eko­nomika f’Ġunju tal-2020. Dan il-pjan ta fiduċja ġdida lill-konsu­ maturi Maltin u Għawdxin, li għall-ewwel darba fl-istorja rċevew vouchers mill-Gvern biex jonfquhom fl-ekonomija lokali. Fl-istess ħin ingħata ammont aqwa fis-suppliment lil dawk fuq l-in-

work benefit biex ġew ippremjati persuni bl-inqas dħul. Fl-istess ħin il-Gvern daħħal diversi miżuri oħrajn biex jgħin lin-negozji jerġgħu jibdew joperaw b’suċċess, flimkien mal-akbar pjan ta’ investiment fl-infrastruttura industrijali. Mal-effetti pożittivi ta’ dak il-pjan, wara żdie­du l-miżuri tal-Baġit 2021, li komplew taw dinamiżmu ġdid lill-ekonomija. Issa bl-implimentazzjoni tal-Baġit 2022, li terġa’ hu aktar b’saħħtu minn ta’ qablu, is-suq tax-xogħol mistenni jibqa’ għaddej b’saħħtu u jkompli jonqos il-qgħad.

F’madwar 13-il xahar il-qgħad naqas daqskemm kien qabel bdiet il-pandemija u issa ilna xahar wara l-ieħor nilħqu livelli minimi storiċi ġodda

L-OPPOŻIZZJONI TIBQA’ TĦAWWAD FIL-FINANZI Żewġ tweġibiet għal Mistoqsijiet Parlamentari millKelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi Mario Demarco din il-ġimgħa komplew jikkonfermaw f’liema stat fqir jinsab il-ħsieb ta’ min qed jippreżenta ruħu bħala Gvern alternattiv, speċjalment fl-analiżi ta’ qasam kruċjali bħal dan għall-iżvilupp nazz­jonali. Fid-diskors tiegħu b’risposta għal Budget 2021, ilKap tal-Oppożizzjoni, fuq parir tas-suppost esperti finanzjarji tiegħu, kien ipprova jirredikola t-tbassir tal-Ministru tal-Finanzi. Fil-fatt, kien sejjaħ l-istimi talGvern bħala tar-realtà virtwali. Dan għax skont hu ma kienx possibbli li fl-2021 il-Gvern iżid id-dħul tiegħu u li dan ikun ogħla milli kien fl-2019, qabel il-pandemija. Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ista­ tistika, xahar wara xahar, uriet kemm kien fieragħ iddiskors tal-Oppożizzjoni, għax id-dħul tal-Gvern kien kontinwament akbar u sa Novembru li għadda kien tela’ għal €4.539 biljun, jew €138 miljun aktar minn sentejn qabel. Wara li waqgħu għaċ-ċajt mal-Kap, is-suppost

esperti tal-Oppożizzjoni ppruvaw ibigħulu linja ġdida – dik li veru li d-dħul hu aktar mill-2019, imma dan għax fl-2021 qed jinġabru flus dovuti għall-2020 u li kienu differiti. Issa anke kieku dan veru, wieħed ftit li xejn jifhem il-loġika tal-argument. Jekk hemm min qed iħallas l-arretrati, din żgur hi konferma ta’ kemm l-ekonomija qed tirkupra u allura mhijiex żvilupp negattiv. Dan lil hinn mill-fatt li diskors fuq arretrati jfakkar biss fuq il-problemi ta’ arretrati ta’ taxxa li kellu l-Kap talOppożizzjoni stess u esponenti oħrajn tal-Partit. Intant dan waqqafx lill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi milli jistaqsi lill-Ministru Clyde Caruana kemm mit-taxxa li tħallset fl-ewwel tliet kwarti tassena li għaddiet kien taxxa dovuta f’dik is-sena. Firrisposta tiegħu, il-Ministru għall-Finanzi nnota kif minn €2.265 biljun f’taxxi miġburin f’dak il-perjodu, kien hemm €201 miljun li kienu arretrati. Dan filwaqt li fakkar lill-Oppożizzjoni li t-taxxa tinħadem dejjem b’sena lura, li jfisser li ħafna nies

għadhom lanqas bdew iħallsu t-taxxa dovuta fuq id-dħul tas-sena li għaddiet. Din fih innifsu jindika l-inkompetenza tal-Oppożizzjoni li donnha lanqas fatt bażiku bħal dan ma kienet taf. Dan in-nuqqas ta’ abilità joħroġ ukoll minn mistoqsija Parlamentari oħra tal-Oppożizzjoni, li wkoll ġiet imwieġba din il-ġimgħa. Hi staqsiet kemm tħallset taxxa fuq dħul ta’ pensjonijiet fis-snin 2018 sa 2020. Għal dan il-Ministru tal-Finanzi kellu jfakkar lil Demarco li, fis-snin indikati, ma kinitx titħallas taxxa fuq il-pensjonijiet sa ammont bejn €13,200 u €13,798. Minħabba li dawn l-ammonti kienu aktar mir-rata massima tal-pensjoni taż-żewġ terzi f’dawk is-snin allura ma kienet titħallas ebda taxxa. B’din il-miżura, li daħħal Gvern Laburista, ilpensjonanti ffrankaw sa €705 taxxa fis-sena. Dan b’kuntrast għal żmien Gvern Nazzjonalista li mhux talli qatt ma tahom żieda aktar minn dik tal-għoli talħajja, iżda saħansitra kien wasal biex jibda jintaxxa lil dawk fuq il-paga minima nazzjonali.


05

30.01.2022

IL-BOOSTER QED JINSTIGA T-TNAQQIS TAL-MIŻURI Grazzi għall-konkorrenza tajba fitteħid tal-booster, mis-7 ta’ Frar li ġej se jitneħħa l-obbligu li jkun ippreżentat iċ-ċertifikat tal-vaċċin biex wieħed jidħol f’restoranti, snack bars u każini, waqt li mill-14 ta’ Frar jitneħħa l-użu mandatorju taċ-ċertifikat tal-vaċċin biex persuna tidħol f’barijiet, swali taċ-ċinema, teatri, gyms u ċentri tal-fitness, pools, spas u saunas. Fl-ewwel parti tal-pjan tal-Ministeru għas-Saħħa fit-tnaqqis tal-miżuri restrittivi relatati mal-pandemija, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li għalissa l-avvenimenti organizzati se jibqgħu bilqiegħda u se jibqgħu bl-obbligu tal-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-vaċċin. Hu enfasizza li r-rilaxx ta’ dawn il-miżuri, li kellhom jiddaħħlu fl-Ewropa kollha minħabba l-varjant Omicron, hu instigat mill-fatt li llum f’pajjiżna għandna 75% tal-popolazzjoni adulta li tlaqqmet bil-booster kontra l-COVID-19. Dan hu rifless ukoll fin-numru iżgħar ta’ infezzjonijiet u sitwazzjoni li baqgħet stabbli fl-isptar, fosthom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

Hemm pazjenti fl-ITU li ma ħadux lanqas tilqima waħda kontra l-COVID-19 Id-Deputat Prim Ministru qal li l-biża’ li s-sistema tas-saħħa tikkollassa qed tkompli tmajna, grazzi għar-rata qawwija ta’ tilqim, waqt li fakkar li l-konsegwenzi li tkun infettat bil-COVID-19 u ma tkunx imlaqqam, huma kbar, tant li għad hemm pazjenti rikoverati fl-ITU bil-Coronavirus u li ma ħadux lanqas l-ewwel tilqim kontra l-virus. Għaldaqstant, id-Deputat Prim Ministru appella lil min għadu ma tlaqqamx biex jattendi wieħed mill-walk-in clinics tal-vaċċin jew japplika għal appuntament fuq vaccin.gov.mt. Hu kompla jirreferi għat-tnaqqis tal-miżuri fil-jiem li ġejjin u fisser kif ladarba jkomplu jonqsu l-każi fil-komunità, se jkun possibbli li l-kwarantina għal min kellu kuntatt ma’ persuna pożittiva (primary contacts) tinżel għal ħamest ijiem u eventwalment titneħħa għalkollox. Il-kwarantina ta’ sebat ijiem għall-primary contacts, s’issa, wasslet biex kien evitat iżjed tixrid, tant li mit-testijiet li jsiru fl-aħħar tal-kwarantina rriżulta li persuna waħda biss minn kull sebgħa ħarġet pożittiva. It-tneħħija tal-ewwel miżuri restrittivi fil-jiem li ġejjin intlaqgħet tajjeb ħafna mill-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Restoranti (MHRA) u l-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering (ACE).

GĦADD REKORD TA’ KUMPANIJI FINANZJARJI FI TMIEM L-2021 Tkompli minn paġna 1 Wara d-deċiżjoni tal-Financial Action Task Force (FATF) li tpoġġi lil Malta fuq il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li jeħtieġu monitoraġġ addizzjonali, ħafna mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni ddikjaraw li s-settur tas-servizzi finanzjarji tagħna kien se jispiċċa darba għal dejjem. L-aktar li bassar hekk kien id-De­putat Jason Azzopardi, li kien jixba’ jtella’ fuq il-midja soċjali dwar dak li, skont hu, kien eżodu ta’ ditti tas-servizzi finanzjarji mill-gżejjer tagħna. Kien ukoll beda jiddiletta jistaqsi Mistoqsijiet Parlamentari kull meta kien hemm xi liċenzja li tiġi ċeduta. Statistika, li għadha kemm ġiet ippubblikata, dwar kemm kien hemm entitajiet finanzjarji liċenzja­ti mal-MFSA fi tmiem l-2021 turi li mhux biss ma kienx hemm xi eżodu ta’ kumpaniji minn Malta, iżda nkisbu rekords ġodda prattikament f’kull aspett tas-settur finanzjarju. Jirriżulta wkoll li mqabbel mal-2012, l-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista, l-industrija llum hi ferm akbar. Dan minkejja li sadanittant kien hemm tliet xokki­jiet kbar – il-pandemija, il-Brexit bil-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u d-deċiżjoni tal-FATF – li skont l-Oppożizzjoni ta’ Bernard Grech

2012

2020

2021

Istituzzjonijiet finanzjarji/kreditu

50

73

74

Assigurazzjoni

58

68

71

Servizzi ta’ investiment

113

147

148

-

171

216

Company service providers kellhom iwasslu għat-tmiem ta’ dan is-settur f’pajjiżna. Minkejja dan, fi tmiem l-2021 kien hemm 74 istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja, żieda minn 73 fl-2020. Fiż-“żmien tad-deheb”, fl-2012, meta skont Azzopardi kollox kien miexi fuq ir-rubini, kien hemm żieda ta’ 50 istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja, 50% inqas mil-lum. L-għadd ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ kumpaniji kien ta’ 216 fi tmiem l-2021. Fl-2020 kien 171. Fi żmien Gvern Nazzjonalista dan is-settur ma kellu ebda bżonn ta’ liċenzja u kien imħolli totalment għal riħu, f’nuqqas ta’ governanza li kemm-il darba wassal għal twissijiet mill-MONEYVAL u mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF). L-għadd ta’ impriżi tal-assigurazzjoni fi tmiem l-2021 kien ta’ 71, żieda minn 68 fl-2020. Fl2012 kien hemm 58 kumpanija tal-assigurazzjoni liċenzjata, jew 20% inqas mil-lum. Jekk inħarsu lejn in-numru ta’ ditti liċenzjati għal servizzi ta’ in-

vestiment, niskopru li fi tmiem l-2021 kien hemm 148 ditta liċenzjata, żieda minn 147 sena qabel. Fiż-“żmien tad-deheb” tal-2012 kien hemm 113, kwart inqas mil-lum. L-uniku tnaqqis irreġistrat kien fl-ammont ta’ skemi ta’ investiment kollettiv jew fondi ta’ investiment alternattiv li fl-2021 ċedew il-liċenzja 75 minnhom. Fuq dan iffoka ħafna l-attenzjoni fl-istqar­rijiet tiegħu Jason Azzopardi. Li, iżda, qatt ma qal hu li fi żmien meta huwa kien fil-Gvern, fl-2012, l-għadd ta’ liċenzji kien ferm aktar baxx milli hu llum. Fil-fatt, 10 snin ilu kienu 94 skema ta’ investiment kollettiv jew fondi ta’ investiment alternattiv li ċedew il-liċenzja tagħhom, anke jekk mingħajr pandemija jew xok­ki­jiet oħrajn. Dan kollu jikkonferma l-ingann ta’ Azzopardi u oħrajn bħalu li dej­jem ħsiebhom biex ibassru għawġ ekonomiku għal pajjiżna. Minkejja dawn l-intoppi xorta l-ekonomija tagħna baqgħet tikber.


06

30.01.2022

Galea u l-Kap eżatt wara l-ġurament bħala Deputata nhar it-Tnejn Il-Kandidat u l-Eks Deputat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo

MIN SE JIDĦAQ L-AĦĦAR … SE JIDĦAQ L-AĦJAR?! MANUVRI FIL-PN BIEX SAL-ELEZZJONI JAĠEVOLAW LILL-MAĦRUQ IVAN J. BARTOLO U JIMMINAW LIL GRAZIELLA GALEA WARA “D-DAQQA TA’ ĦARTA” LIL BERNARD GRECH Il-kandidat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo ġie mwiegħed aktar spazju minn oħrajn fuq il-midja sal-elezzjoni ġenerali li jmiss, wara li fl-aħħar jiem esprima r-rabja tiegħu fil-pubbliku għall-fatt li l-Kap Bernard Grech u l-Partit injorawh meta ġie biex jimtela l-post vakant ta’ David Thake, li rriżenja minħabba €820,000 f’taxxa li għandu jagħti lill-Istat. Grech, li jinsab fil-Parlament minn fuq is-siġġu ta’ Bartolo stess, kien sforzat mill-“Blue Heroes” tal-establishment biex jagħżel lil Graziella Galea fil-co-option flok Thake. Bartolo rriżenja apposta mill-Parlament biex jagħmel spazju lil Grech li kien għadu kif inħatar Kap u dan seba’ xhur biss wara li kien daħal fil-Kamra tad-Deputati b’elezzjoni każwali flok Marthese Portelli, li rriżenjat minn Deputata f’Marzu tal2020. Il-fiduċja li Bartolo jgawdi mal-Kap kienet riflessa wkoll meta dan tal-aħħar ipproponieh bħala Viċi Kap tiegħu fil-bidu tas-sena l-oħra. Għaldaqstant, sorsi fid-Dar Ċentrali qalu lil din il-gazzetta li mhix sorpriża li issa Bartolo jista’ jiġi aġevolat fuq kandidati oħrajn

tal-Partit. Ta’ min ifakkar li, bħala kandidat fuq id-Disa’ Distrett, li hu magħmul minn Ħal Għargħur, l-Imsida, San Ġwann, is-Swieqi u Ta’ Xbiex, Bartolo jrid jiffaċċja, fost oħrajn, il-kompetizzjoni ta’ Robert Arrigo, il-Viċi Kap attwali għall-Affarijiet tal-Partit. Din il-gazzetta hi infurmata li dawk qrib Arrigo diġà bdew jimmollaw dwar l-aħbar li biha l-kandidat tagħhom jista’ jispiċċa ħaruf tas-sag­rifiċċju li jpatti għall-egoiżmu u r-regħba tal-estab­ lishment. Sadanittant, jirriżulta wkoll li d-deċiżjoni sforzata ta’ isem Graziella Galea fuq l-Eżekuttiv Nazzjonalista bħala l-unika għażla flok Thake u l-kummenti tagħha bħal-lum ġimgħa qanqlu rabja kbira fit-tmexxija. Waqt l-attività tal-Ħadd li għadda, Galea rringrazzjat lil kulħadd għan-nomina tagħha, inkluż lill-Kap “anke jekk ma kinitx l-għażla personali tiegħu”. Il-kliem, li rredikola u kixef it-tmexxija dgħajfa tiegħu, ġew deskritti bħala “daqqa ta’ ħarta enormi” għall-Kap Bernard

Grech li żgur ħassu rredikolat fil-pubbliku. Issa jirriżulta li Galea, li ħadet il-ġurament bħala Deputata nhar it-Tnejn li għadda, se tpatti qares, tant li kien hemm min ħalef li “(Graziella Galea) tista’ sserraħ rasha li ma titlax (fl-elezzjoni) issa!”, kliem li faċilment jista’ jiġi interpretat li l-magna tal-Partit se taħdem

Dawk qrib il-Viċi Kap Robert Arrigo, li joħroġ fuq l-istess distrett, diġà bdew jimmollaw kontriha biex tpattihielha. Din l-aħħar saga fil-maltemp intern Nazzjonalista bdiet proprju wara li l-Eks Membru Parlamentari Ivan J. Bartolo stqarr li jħossu diżappuntat għall-mod kif ġie stmat mill-partit tiegħu stess. Huwa qal dan meta kien ikkuntattjat mill-midja biex jagħti l-kummenti tiegħu dwar in-nomina ta’ Galea flok Thake. Kien Bartolo stess li, minbarra li ċedielu s-siġġu, għen lil Grech jirbaħ l-elezzjoni interna mal-Eks Kap Adrian

Delia f’Ottubru tal-2020. Hu kien il-perċimes biex tressqet petizzjoni għal vot ta’ fiduċja f’Adrian Delia u sussegwentement saħħaħ il-kampanja ta’ Grech permezz ta’ ġbir ta’ fondi (crowd-funding) li laħħaq mal€50,000. Għal dan ukoll wieħed jifhem li Bartolo kien qed iħossu ttradut mill-Partit. L-atteġġjament tal-PN fil-konfront ta’ Bar­tolo issa wkoll ma jagħmilx ġustizzja mal-kum­menti ta’ dan tal-aħħar fl-okkażjoni tal-ewwel 100 jum ta’ Grech bħala Kap. Fost oħrajn, hu qal li Grech żera’ żerriegħa pożittiva ta’ tama ġdida fil-Partit. Imma meta wasal il-mument biex Grech jirringrazzja b’mod konkret lil Bartolo, billi jagħtih lura s-siġġu parlamentari, kien obbligat li jħallih biss bit-tama u b’togħma morra. L-għażla tal-“Blue Heroes” għall-co-option ta’ Graziella Galea saret biex jiġi eliminat kull ċans li l-post imur għand l-Avukat Joe Giglio, kompetitur fuq l-istess distretti tad-Deputati Jason Azzopardi u Karol Aquilina, tnejn mill-uċuħ ewlenin tal-establishment.

Sorsi fi ħdan il-Partit Nazzjo­ nalista kienu qalu lill-KullĦadd li dan seħħ minħabba li Grech kellu pressjoni interna biex ma jingħatax iċ-ċans li jinħoloq momentum u l-Avukat Giglio, li hu meqjus bħala “nadif”, jiġi inkluż fil-Grupp Parlamentari Nazzjonalista lejlet l-elezzjoni. Hawnhekk ukoll hawn l-id tal-establishment, għax hu fatt magħruf li Repubblika, immexxija minn ħu l-istess Deputat Aquilina, kienet kontra li Giglio jsir parti mill-Grupp Parlamentari. Għal darb’oħra f’din Grech ċeda mill-ewwel għall-pressjoni li saritlu u fl-istqarrija li kienet ħarġet li fiha tħabbret ir-riżenja ta’ Thake kien intqal minnufih li l-Eks Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, Graziella Galea, se tkun proposta biex tieħu l-post fil-Parlament, kif fil-fatt ġara. Grech hija t-tifla tal-Eks Ministru Nazzjonalista Ċensu Galea u se tikkontesta s-Seba’ u t-Tnaxil Distrett. Ta’ kuljum qed joħorġu stejjer tal-qasma u l-fazzjonijiet differenti fil-PN, bl-aħħar kwistjoni tkompli turi kemm huma Repubblika u l-“Blue Heroes” li qed jimponu dak li għandu jsir. Din il-ġimgħa rriżenja l-Kunsillier Nazzjonalista Andrè Grech, alleat tal-Eks Kap Delia, wara li l-Kap Nazzjonalista naqas milli jieħu azzjoni fil-konfront tad-Deputata Therese Comodini Cachia, li attakkat lil Delia dwar kawża ta’ libell li fetaħ kontra l-Lovin Malta. Minflok, il-Kap attwali segwa l-linja ta’ Repubblika u ma wera l-ebda rimors li telaqlu ieħor mill-Partit. Esponenti ta’ Repubblika qalu lill-Kunsillier biex ifittex idabbar rasu u ma jfettillux jerġa’ jaħsibha.


07

30.01.2022

L-“ABBOZZ MEDJOKRI” TAL-OPPOŻIZZJONI BIEX TISTAĠNA PAJJIŻ SĦIĦ B’abbozz ta’ 11-il emenda, li jolqtu diversi liġijiet differenti u li m’għandhom l-ebda relazzjoni ma’ xulxin, din il-ġimgħa l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta’ Bernard Grech għamlet tentattiv medjokri fil-Parlament biex tipprova tistaġna l-ekonomija tal-pajjiż, waqt li tagħti s-setgħa lilha nnifisha li tikkontrolla l-Gvern, li ġie elett bl-akbar maġġoranza tal-poplu fl-aktar mezz demokratiku li jista’ jeżisti. F’seduta speċjali l-Ħamis li għadda, il-Gvern ta raġunijiet validi għaliex ma setax jaċċetta li jaqbel mal-abbozz ippreżentat, għalkemm se jkompli jaħdem biex mhux biss iwettaq irrakkomandazzjonijiet li joħorġu mirrapport tal-inkjesta pubblika, iżda wkoll biex itejjeb il-governanza kif għamel b’mod straordinarju fl-aħħar sentejn tat-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela. Fl-istess okkażjoni ġew ippreżentati l-abbozzi ta’ liġi li l-Gvern kien diġà ħejja, iżda ma ressaqhomx dirett filParlament fuq il-parir tal-esperti biex jiġu diskussi minn kumitat ta’ esperti. L-Oppożizzjoni għaġġlet biex tipp­ re­­żenta l-abbozz ta’ 11-il liġi f’daq­qa kif indunat li l-Gvern kien miexi fuq l-implimentazzjoni tar-rakko­man­ dazz­jonijiet fir-rapport tal-inkjesta pubblika, u ppretendiet li l-abbozz tagħha jgħaddi f’seduta waħda biss ta’ tliet sigħat mingħajr diskussjoni xierqa fuq kull emenda mitluba. Kif irrimarkaw il-Prim Ministru u l-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governan­ za Edward Zammit Lewis, l-iskop ewlieni wara l-abbozz Nazzjonalista hu wieħed perikoluż, għax jistaġna l-pajjiż u l-ekonomija. Fl-indirizz tagħhom fl-istess seduta, Jirriżulta wkoll, minn kliem il-Mi­nis­ kemm il-Prim Ministru kif ukoll iltru Zammit Lewis, li wħud mill-emendi Ministru Zammit Lewis enfasizzaw li tal-Oppożizzjoni diġà jeżistu f’liġijiet kulħadd jaf li kien biss matul l-am­ attwali Maltin, waqt li oħrajn ġew ministrazzjonijiet Laburisti li liġijiet ikkopjati “copy & paste” minn liġijiet antikwati, saħansitra sa minn żmien Taljani, bla ma saru l-verifiki neċessarji. kolonjali, tneħħew mill-Kostituzzjoni u Dan eventwalment ġie deskritt mill- mil-liġi Maltija biex tissaħħaħ is-saltna Prim Ministru bħala “abbozz dilet­tan­ tad-dritt f’dan l-pajjiż. tesk” u “minestra tal-Oppożizzjoni”, li Il-Prim Ministru enfasizza li llum l-ew­wel ressqu 12-il abbozz li, għandna f’pajjiżna qafas demo­ skont ir-regoli tal-Parla­ kratiku aktar b’saħħtu, ment, lanqas setgħu jip­ grazzi għal riformi favur preżentawh, għax kien governanza tajba, li jeħtieġ żieda fin-nefqa ġew imfaħħrin milltal-Gvern (Money Bill) Kum­missjoni Ve­nez­ Robert Abela: u allura dan seta’ ja u mill-Kum­ mis­ Abbozz dilet­tan­tesk jiġi ppreżentat biss sjoni Ewropea. Huwa minn Ministru, u qal li lanqas hemm li joħroġ l-arroganza mbagħad emendaw paragun meta dan tal-PN fl-Oppożizzjoni, jitqabbel ma’ qabel l-emendi biex niżżlu­ aħseb u ara jekk hom għal 11 u xorta l-2013 fi żmien l-aħħar ppreżentawhom ħallata Gvern Nazzjonalista. ikun fil-Gvern ballata f’daqqa, anke jekk B’referenza wkoll għal huma differenti. uħud mid-Deputati tal-Oppo­ L-iskop kien li l-Parlament żizzjoni, li dak iż-żmien kienu fitjaċċetta jew jirrifjuta kollox f’daqqa tmexxija, Dr Robert Abela qal li “dak f’vot wieħed kif ġara nhar il-Ħamis. iż-żmien qatt ma kellhom żelu favur

is-saltna tad-dritt … ukoll issograw Gvern sħiħ basta ma jdaħħlux ir-riformi li kienu qed jiġu imbottati anke minn deputat tiegħu stess. Minflok staġnaw is-sistema.” Bil-maqlub, taħt l-amministrazzjoni attwali seħħew bidliet li l-ebda Gvern ma kellu l-kuraġġ li jagħmel qabel, waqt li Robert Abela kien l-aktar Prim Ministru li neħħa poteri minn taħt idejh. Fl-istess ħin, qal il-Prim Ministru, dawk li llum mill-Oppożizzjoni qed jippritkaw favur is-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba, meta tiġi l-okkażjoni jagħmlu eżatt bil-kontra. Dr Abela saħaq li l-abbozz ta’ 11-il emenda, li l-Oppożizzjoni riedet tgħaddi f’ħin ta’ tliet sigħat biss, kien “gimmick politiku” u reġa’ wera l-arroganza tal-PN mill-Oppożizzjoni, aħseb u ara jekk ikun fil-Gvern. “Aħna avolja għandna maġġoranza komda, imxejna differenti. Jien l-ewwel wieħed iltqajt diversi drabi mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia, mal-Istitut tal-Ġurnalisti (IĠM), ġurnalisti barranin u Membri Parlamentari Ewropej. Sodisfatt li kull darba kien hemm ir-

rispett reċiproku. Ħtarna kumitat ta’ esperti presedut mill-Imħallef Michael Mallia, li wkoll mexxa l-inkjesta pubblika, u ħadna l-parir ta’ dawk li ltqajna magħhom li qalulna ‘ssabbtux saqajkom u l-abbozzi titfgħuhomx fil-Parlament, imma agħtuhom lillesperti,” spjega l-Prim Ministru dwar ilmod kif mexa l-Gvern. Hu kkritika wkoll lid-Deputata Nazzjonalista Therese Comodini Cachia li, fl-istess seduta Parlamentari, kienet għadha kemm qalet li l-abbozzi talGvern inżammu sigrieti. “L-Onorevoli Comodini Cachia qalet li żammejna kollox sigriet. Sigrieti meta kont jien li tajtha l-abbozzi f’idejha?!”, saħaq ilPrim Ministru, li tenna wkoll li l-Gvern ma kienx biħsiebu jressaq l-abbozzi fil-Parlament qabel ilesti x-xogħol ilkumitat tal-esperti. “U jekk l-esperti jiġu jitolbuna aktar diskussjoni, jekk jitolbuna li hemm bżonn xi White Paper, x’nagħmlu?” enfasizza Dr Abela. B’referenza għall-emenda proposta ta’ Gvern interim, simili għal dik li xhur ilu ppreżentat l-għaqda Repubblika, immexxija minn ħuh id-Deputat Naz­ zjonalista Karol Aquilina, il-Prim Mi­nis­ tru ddikjara li “l-Gvern jagħżlu l-poplu u ħadd iżjed … għalxejn jiġi d-Deputat Aquilina biex jgħidilna li l-elezzjonijiet ma jsolvu xejn.” Fi tmiem l-intervent tiegħu, Dr Abela qal li xi ħaġa li nnota komuni fl-emendi fl-abbozz tal-Oppożizzjoni kienet il-kelma “ffriżar”. “Oppożizzjoni li, bħal qabel l-2013, trid terġa’ tiffri­ ża l-ekonomija, tiffriża l-pagi, tiffri­ża l-pensjonijiet. Fil-verità qed tip­pre­ żen­taw politika negattiva, li l-poplu rriġettaha, u sakemm tibqgħu tinsistu bil-politika tan-negattività, il-poplu se jibqa’ jirriġetta lilkom.” Fil-kummenti tiegħu, il-Ministru Zammit Lewis qal li “l-Gvern sab ma’ wiċċu abbozz wieħed konfużjonali li l-Partit Nazzjonalista jrid jiddiskutih f’seduta waħda u jittieħed vot fuqu. Dan juri element ta’ double standards, filwaqt li lill-Gvern jgħidulu għarbel u ddiskuti, huma jridu jgħaddu abbozz f’seduta waħda. Il-Gvern Laburista jibqa’ dejjem miftuħ għad-diskussjoni għax nibqgħu ngħidu li hemm aspetti pożittivi f’dan l-Abbozz, bħal pereżempju l-estensjoni għal 72 siegħa tal-ħin tal-interrogatorju f’każi ta’ reati serji u b’kawteli affettivi jew fejn tidħol aktar libertà ġurnalistika.” Minkejja dan, hu insista li l-abbozz imressaq quddiem il-Parlament intiż li jistaġna lill-Gvern tal-ġurnata, jiddikjara lil Malta bħala “Stat Mafjuż”, iwerwer lin-negozjanti u jaqta’ l-motivazzjoni fluffiċjali pubbliċi, fost oħrajn. PN verament iħobb lill-pajjiżna, iridna nirrikonoxxu fid-dritt tagħna lil Malta bħala ‘Stat Mafjuż’. Ara kemm qed jgħinu sabiex immorru barra u nattiraw l-investiment lejn pajjiżna u nsaħħu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna barra minn xtutna. Waqt li elenka għadd kbir ta’ emendi li ddaħħlu fl-aħħar sentejn taħt it-tmex­ xija tal-Prim Ministru Abela, fosthom 121 abbozz ta’ liġi, il-Ministru għallĠustizzja u l-Governanza qal li hi biss l-amministrazzjoni attwali li saħħet il-li­ġijiet. “Aħna Gvern tal-Ġustizzja, ilGvern li saħ­ħaħna l-liġijiet. Aħna l-Gvern li nħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu bisserjetà. Aħna l-Gvern tal-libertajiet ċivi­ li. Aħna l-Gvern tas-saltna tad-dritt,” tenna Zammit Lewis.


08

30.01.2022

MALTA BL-INQAS FAQAR ASSOLUT FL-UE Id-direttorat ta’ riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, il-Joint Research Centre, ippubblika studju komprensiv li jikkonkludi li Malta għandha l-inqas rata ta’ faqar assolut minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, skont dan l-istudju huma biss 1.5% tal-popolazzjoni ta’ pajjiżna li m’għandhomx dħul biżżejjed biex jgħixu standard ta’ ħajja adegwat. Dan meta f’pajjiżi bħar-Rumanija l-proporzjon tal-popolazzjoni f’sitwazzjoni ta’ faqar assolut huwa ta’ 60%. F’pajjiżi fil-Mediterran ir-rati huma ferm ogħla minn pajjiżna, pereżempju 10% fi Spanja, 15% fl-Italja u kważi 30% fil-Ġreċja. Biex jiddeterminaw dawk f’sitwazzjoni ta’ faqar assolut, ir-riċerkaturi Ewropej iddeterminaw dak il-livell ta’ dħul bażiku li persuna għandha bżonn biex tkun tista’ tipparteċipa b’mod adegwat fis-soċjetà. Dan jinkludi l-ammont ta’ dħul li għandha bżonn persuna biex ikollha nutrizzjoni meħtieġa, housing diċenti, trasportazzjoni essenzjali, protezzjoni medika kif ukoll bżonnijiet soċjali adegwati, bħal vaganza darba fis-sena, internet, mobile u mawriet limitati f’restoranti. Fil-każ ta’ Malta bħala medja għall-popolazzjoni sħiħa dan id-dħul huwa stmat li jkun ta’ €500 fix-xahar, li naturalment kien ikun ferm ogħla kieku f’pajjiżna m’għandniex diversi servizzi essenzjali b’xejn, bħall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, iċ-childcare, miżati fuq l-eżamijiet, it-trasport, is-sussidju qawwi fuq il-kirjiet u diversi servizzi oħrajn. Dan huwa madwar 50% inqas mill-ammont ta’ dħul li għandhom bżonn persuni jgħixu l-Italja u tliet darbiet inqas mid-dħul minimu li għandek bżonn biex tkun tista’ tgħix b’mod adegwat fid-Danimarka. Dan jirrifletti differen-

RATI TA’ FAQAR FOST IL-POPOLAZZJONI (KEJL DIFFERENTI) ABSPO (rata ta’ faqar assolut); AROP (rata ta’ riskju ta’ faqar); AROPE (rata ta’ riskju ta’ faqar u eskluzjoni soċjali)

zi fl-għoli tal-ħajja u servizzi li bżonn jiġu injorati, għax jiġu f’ħafna pajjiżi Ewropej, dawk jingħataw b’xejn fil-pajjiż, fost jidhru b’mod artifiċjali li marru meqjusin f’sitwazzjoni ta’ rifatturi oħrajn. aħjar. Dan kien ġara fil-Ġreċja skju ta’ faqar huma wkoll Fi stqarrija b’reazzjoni għal wara l-kriżi tad-dejn tagħha f’sitwazzjoni ta’ faqar assolut, dawn ir-riżultati, il-Ministeru fejn dawk f’riskju ta’ faqar f’Malta l-maġġoranza ta’ dawk għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja dehru li naqsu b’20%, imma dan f’riskju ta’ faqar huma f’qagħda Soċjali, il-Familja u d-Drittiji- seħħ biss għax id-dħul medju li jipparteċipaw b’mod adegwat et tat-Tfal qal li dan ir-riżul- kien naqas bl-istess ammont. fil-ħajja soċjali. tat huwa simili meta wieħed Fl-istess ħin ċifri oħrajn kienu Dan jirriżulta minħabba iħares lejn it-tfal, tant li Malta wrew żieda ta’ aktar minn 10% l-fatt li biex ma titqiesx f’riskgħandha wkoll l-inqas rata ta’ fl-għadd ta’ Griegi f’qagħda ta’ ju ta’ faqar relattiv, persuna tfal f’sitwazzjoni ta’ faqar asso- ċaħda materjali severa. single f’Malta fis-sena li fiha lut fl-UE kollha. saret ir-riċerka msemmija, Dan l-istudju sar biex kellha bżonn dħul ta’ aktar il-pre­żenża tal-faqar tiġi minn €812 fix-xahar. Dan studjata aħjar f’kull pajjiż, l-ammont ta’ dħul huwa differenti minn indikatu­ri 42% ogħla mil-limitu ta’ B’iżjed nies jaħdmu u eżistenti u li jkejlu ċ-ċaħda dħul li kien jintuża fl-2012 materjali u soċjali. Riżulta- b’pagi ogħla, id-dħul medju għax dak iż-żmien id-dħul ti ta’ dawn jistgħu ma jirrital-familji kien ferm inqas. tal-popolazzjoni f’Malta flettux b’mod preċiż il-verIż-żieda tirrifletti t-tkab­ żdied bi 42% fuq l-2012 ità tal-ħajja. bir għoli fid-dħul medju Dawn l-indikaturi jis­ tal-popolazzjoni f’pajjiżna pe­ċifikaw li biex persuna tkun Fil-każ ta’ Malta fl-aħħar snin fl-aħħar snin u mhux xi żieda f’riskju ta’ faqar irid ikollha jidher li ġara bil-kontra. Id-dħul kbira fil-prezz tal-oġġetti u ta’ dħul inqas minn 60% tad-dħul medju żdied b’aktar minn 40% servizzi meħtieġa biex tgħix medju. Imma dan ifisser li meta mill-2013 ’l hawn minħabba li ħajja adegwata. d-dħul medju jonqos, bħalma aktar nies daħlu jaħdmu u l-paFil-fatt, il-kejl tal-inflazzġara minħabba l-pandemija gi għolew. Dan wassal biex is- joni mill-2012 ’l hawn jindika tal-COVID-19, dawk fuq dħul 60% tad-dħul medju tela’ b’mod li l-oġġetti u s-servizzi għolew baxx fiss – pereżempju dawk aċċellerat ħafna u li ma jaqbilx b’9%, jiġifieri inqas minn fuq servizzi soċjali – jidhru li maż-żieda fl-għoli tal-ħajja li kwart ta’ kemm għola d-dħul ma sarux inqas foqra. kien hawn fl-istess żmien. tal-familji Maltin u Għawdxin Dan hu riżultat pervers li Min-naħa l-oħra, l-istudju bħala medja. Li kieku wieħed jista’ jwassal biex wara kriżi l-ġdid tal-Kummissjoni Ewro- iżomm il-limitu tad-dħul talekonomika, dawk l-aktar fil- pea jikkonferma li filwaqt li 2012 u jżidu bl-inflazzjoni biss,

kieku r-rata ta’ dawk f’riskju ta’ faqar relattiv f’Malta tkun biss terz tar-rata li qed tirriżulta mil-limitu tad-dħul użat mill-Eurostat bħalissa. Il-limitu tad-dħul ta’ €812 fix-xahar għal persuna single li jistabbilixxi min huwa f’riskju ta’ faqar relattiv f’Malta, jitla’ għal €1,218 fix-xahar għal koppja, u saħansitra għal €1,705 fix-xahar għal familja b’żewġt itfal żgħar. Huwa proprju għalhekk li qed jirriżulta minn dan l-istudju riċenti li f’Malta l-maġġoranza ta’ dawk f’riskju ta’ faqar relattiv huma f’qagħda ferm aħjar li jipparteċipaw b’mod adegwat fil-ħajja soċjali. Dan il-fatt, flimkien marriżul­tat tal-istudju mill-Joint Research Centre tal-Kummissjoni Ewropea, juri kemm hu kruċjali li wieħed ma jħarisx lejn kejl wieħed biex jikkwantifika l-fenomenu tal-faqar. Ir-riżultat miksub minn pajjiżna f’dan l-istudju jikkonferma kemm ħadem tajjeb il-Gvern fl-aħħar snin. Dan meta mhux biss ipprova jtejjeb id-dħul ta’ dawk l-aktar vulnerabbli, pereżempju b’żieda fil-pensjonijiet, imma wkoll ħa passi biex jikkontrolla l-għoli tal-ħajja, bi stabbiltà fil-prezz tal-elettriku u tal-fuels. Mitlub jikkummenta dwar ir-riżultati ta’ dan l-istudju, il-Ministru Falzon qal li għal darb’oħra għandna konferma kemm il-politika soċjali u ekonomika tal-Gvern qed tħalli l-frott fil-ġlieda kontra l-faqar. Hu sostna li s-sistema tal-protezzjoni soċjali f’pajjiżna b’mod partikolari, megħjuna minn oqsma oħrajn ta’ servizzi essenzjali, hi verament tarka u xibka biex dak li jkun ma jaqax f’faqar assolut. Il-Ministru tenna l-im­penn tal-Gvern li jibqa’ jdaħ­ħal aktar benefiċċji u servizzi ħalli jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.


09

30.01.2022

L-IRKUPRU TAL-PASSIĠĠIERI JIBQA’ B’SAĦĦTU FL-AJRUPORT Kważi 255,000 passiġġier għaddew mill-Ajruport InterMOVIMENTI nazzjonali ta’ Malta f’Diċembru li għadda, li hu iżjed TAL-PASSIĠĠIERI minn erba’ darbiet aktar mill-istess xahar fis-sena ta’ (% TAL-2019) qabel. Imqabbel mal-livell tal-2019, allura qabel bdiet 2020 2021 il-pandemija, it-traffiku tal-passiġġieri fis-sena l-oħra kien jammonta għal 53% ta’ dak iż-żmien. Min-naħa l-oħra meta jitqabbel Diċembru 2020 mat-traffiku talJAN 114 11 passiġġieri sena qabel, dan kien biss 10% tal-attività qabel il-pandemija. FRA 117 8 Ta’ min jinnota wkoll li fl-istorja ta’ pajjiżna kienu biss erba’ okkażjonijiet meta l-movimenti tal-passiġġieri MAR 35 7 f’Diċembru qabżu dawk ta’ Diċembru 2021. Dawn kienu l-2016, l-2017, l-2018 u l-2019. Imqabblin ma’ DiċembAPR 0 6 ru 2012, meta ġie rreġistrat l-aħjar riżultat taħt Gvern Nazzjonalista, in-numri ta’ Diċembru li għadda kienu MEJ 0 11 ħames darbiet ogħla. Minbarra hekk, is-sena li għaddiet kien hemm aktar ĠUN moviment ta’ passiġġieri fl-Ajruport matul Diċembru 0 26 milli kien hemm f’Ġunju. Fih innifsu dan hu straordinarju u juri kif il-pandemija wasslet lil aktar nies biex LUL 19 39 juru interess li jiġu f’pajjiżna fl-aħħar xahar tas-sena, li tradizzjonalment mhux wieħed mill-aktar b’saħħithom AWW 31 49 għat-turiżmu, minflok f’Ġunju, wieħed mill-aktar xhur importanti tal-kalendarju turistiku. SET 17 55 Miċ-ċifri uffiċjali joħroġ ukoll li aktar nies ivvjaġġaw lejn Malta f’Diċembru 2021 milli kienu għamlu hekk OTT 16 61 f’Awwissu 2020, li kien l-aktar xahar b’saħħtu ta’ turiżmu fl-ewwel sena tal-pandemija. NOV 8 64 Meta wieħed iħares lejn is-sena kollha li għaddiet, ivvjaġġaw mill-Ajruport Malti mat-2.5 miljun passiġ­ DIĊ 10 53 ġier, jew 45% aktar mill-2020. Meta wieħed iżomm f’moħħu li fl-ewwel parti tal-2020 l-Ajruport ma F’Diċembru 2021 kienx affettwat mill-pandemija, il-passiġġieri li għaddew u għalhekk iħares lejn ix-xhur mill-Ajruport kienu minn April sa Diċembru, it-titjib tal-2021 hu iżjed eċċezzjonali. ħames darbiet iżjed Filwaqt li fl-aħħar disa’ xhur minn Diċembru tal-2020 kien hemm 0.7 miljun tal-2012 moviment ta’ passiġġieri, fl-istess perjodu tal-2021 kien hemm 2.4 miljuni, iżjed minn tliet darbiet aktar.

MUSCAT: ĦADD MHU SE JKISSER IL-MOVIMENT L-Eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li hu ma jippretendix li jkun ittrattat mill-istituzzjonijiet aħjar minn ħadd­ieħor, iżda lanqas li jkun stmat agħar minn ħaddieħor. F’filmat li ttella’ lbieraħ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Dr Muscat qal li qed jitkellem għax ma jridx iħalli lil min jipprova jdawwar l-affarijiet. “Mhux se nħalli min jipprova jbiddel l-aġenda u jdawwar l-affarijiet biex jipprova jivven­dika ruħu jew jużani biex b’xi mod ikisser il-moviment. Il-movi­ment, li bnejna flimkien, mhux se jitkis­ser u se jibqa’ b’saħħtu,” kompla Dr Muscat, waqt li qal li m’għandu l-ebda skop li jkun protagonist. Fil-messaġġ hu radd ħajr lil kull min wera solidarjetà miegħu u ma’ familtu fl-aħħar jiem wara t-tfittxijiet mill-Pulizija fir-residenza f’Burmarrad nhar id-19 ta’ Jannar li għadda.

L-operazzjoni tas-7:00 a.m. kienu diġà jafu biha esponenti ewlenin ta’ Repubblika, inkluż id-Deputat Nazzjo­ nalista Jason Azzopardi, li kien diġà kiteb dwarha fil-jiem ta’ qabel. Kien jaf ukoll biha l-President tal-għaqda Repubblika, Ro­bert Aquilina, ħu d-Deputat Karol Aquilina, li wkoll mar fuq ilpost biex isegwi l-operazzjoni. Minbarra hekk, dakinhar u fil-ġra­ net ta’ wara tqaj­mu dubji serji dwar il-leġittimità li l-Pulizija jikkonfiskaw il-mobiles ta’ wlied Muscat u saħansitra qallbulhom fil-basktijiet tal-iskola tagħhom. Kif wiegħed dakinhar tat-tfittixijiet, Muscat reġa’ rrikorra għall-midja soċjali lbieraħ fejn saħaq li hemm għalfejn jerġa’ jitkellem għax inkella ċerti affa­ rijiet jibqa’ ma jkun jafhom ħadd. “Kien hemm min qal għax Joseph irid ikun stmat differenti, għax huwa

Joseph. Jien ma rridx inkun ittrattat diffe­renti minn ħaddieħor, għax jiena Joseph Muscat. Jien ma rridx inkun ittrattat b’xi mod inġust, għax jien Joseph Muscat,” qal l-Eks Prim Ministru f’filmat li fih irrefera għal kif il-Presi­ dent tal-għaqda Repubblika kien wara l-bieb tiegħu meta saret it-tfittxija fuq l-ordni tal-Maġistrat Gabriella Vella. L-Eks Prim Ministru reġa’ tenna kif il-mod kif saru l-affarijiet seta’ jwassal biex intilfet il-fiduċja ta’ ħafna nies fl-istituzzjonijiet u fl-inkjesta dwar il-kuntratt tat-tliet sptarijiet immex­xi­ jin minn Steward Healthcare. Huwa rrefera wkoll għall-proċedura fil-Qorti biex tinġieb f’pajjiżna r-Russa Maria Efimova, li hi involuta fl-akbar gidba politika, dik ta’ Egrant, u li skont inkjesta oħra maġisterjali għandha tiġi akkużata fil-Qorti dwarha. Joseph Muscat tkellem dwar kif il-

każ kontra Efimova ġie differit b’mod indefinit (sine die), għax l-awtoritajiet donnu qatgħu qalbhom li jġibuha Malta. “U qisu ma ġara xejn,” qal Joseph Muscat, li b’rabta mal-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tiegħu, reġa’ tenna li hu m’għamilx xogħol mal-kumpanija li ħadet il-konċessjoni tal-isptarijiet. Minflok insista li x-xogħol li għamel, anke barra minn xtutna, kien ma’ kum­panija li jingħad li ħadet xi ħlasi­ jiet mingħand il-kumpanija li rebħet il-konċessjoni tal-isptarijiet. Kif kien tkellem fid-dettall fid-19 ta’ Jannar, Dr Muscat reġa’ enfasizza li x-xogħol, li hu tqabbad jagħmel, kien sar, huwa dokumentat u ddikjara l-ħlasijiet u anke ħallas it-taxxa f’pajjiżna għalihom. Dwar dan kien ħejja fajl bid-dokumenti u l-irċevuti u talab li jippreżentahom lill-Maġistrat Vella, iżda din qatt ma bagħtet għalih.


10

30.01.2022

OFFICIAL MEDICINES CONTROL LABORATORIES (OMCLS)

DEO DEBATTISTA Segretarju Parlamentari

Waħda mill-viżjonijiet ta’ dan il-Gvern hi li nsaħħu u nixprunaw il-kompetenza li għandna f’pajjiżna biex naħdmu f’kollaborazzjoni ma’ entitatjiet internazzjonali u npoġġu lil pajjiżna bħala ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam xjentifiku. L-Awtorità tal-Mediċini, li tagħmel parti mid-dekasteru tiegħi, bħalissa qed twettaq ħidma u studji sabiex f’Malta jkollna Official Medicines Control Laboratory (OMCL).

Dawn l-Official Medicines Control Laboratories huma laboratorji pubbliċi li jimxu fuq sistema ta’ tmexxija tajba u joperaw skont l-aqwa prattiċi tal-laboratorji internazzjonali fosthom l-ISO17025. L-għan tagħhom hu li jassistu lill-aġenziji regolatorji nazzjonali tal-mediċini jew dipartimenti tas-saħħa pubblika biex jaċċertaw il-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tal-mediċini, anke dawk veterinarji u prodotti oħra farmaċewtiċi bħal dawk ippreparati fl-isptarijiet u fl-ispiżeriji. L-OMCLs għandhom irwol importanti u essenzjali fil-kontrolli neċessarji u l-ittestjar tal-mediċini u tat-tagħmir mediku li jsiru kemm qabel mediċina partikolari tiġi awtorizzata u jingħata l-permess biex tibda tinbiegħ fissuq kummerċjali, kif ukoll f’dak kollu li jiġi wara l-prattiċi tal-bejgħ kummerċjali (post-marketing). B’hekk, l-OMCLs huma importanti għas-sorveljanza u għall-ittestjar tal-mediċini biex tkun

assigurata s-saħħa publika b’mod li l-mediċini li jkun hawn fis-suq ikunu ta’ kwalità tajba, effikaċi u siguri u fl-istess waqt tkun protetta s-Saħħa Pubblika minn mediċini ffalsifikati. Ċerti mediċini bħal pereżempju t-tilqim jew mediċini li huma estratti minn plasma umana, għandhom kontrolli aktar stretti għax kull numru ta’ tilqim jew mediċini jrid ikun ittestjat u jinħareġ fis-suq. Dan il-kontrol isir permezz ta’ ttestjar minn OMCLs speċjalizzati li jisimhom Official Control Authority Batch Release

(OCABR). Fl-1994, L-Unjoni Ewropea għarfet l-importanza tas-sehem ta’ dawn il-laboratorji u ġie stabbilit il-General European OMCL Network (GEON), taħt id-direzzjoni tal-European Directorate for the Quality of Medicines and Healthcare (EDQM) b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa. GEON jikkonsisti f’70 OMCLs minn pajjiżi Ewropej sew fl-Unjoni Ewropea kif ukoll barra minnha bħall-Awstralja, il-Kanada, l-Iżrael, il-Marokk, Singapore u t-Tajwan.

L-Awtorità tal-Mediċini bħalissa għandha professjonisti li qed jistudjaw biex jiksbu d-Dottorat tagħhom sabiex f’Malta nilħqu l-għan li jkollna l-OMCLs li b’mod innovattiv jassistu fuq livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali

L-għan tal-GEON hu li ma jkunx hemm ittestjar ripetut u għalhekk isir aktar użu kemm tar-riżorsi umani kif ukoll tat-tagħmir li jintuża fil-laboratorju. Il-GEON jimxi fuq il-kunċett ta’ kollaborazzjoni fejn kull riżorsa tintuża bl-iktar mod effiċjenti. Malta taspira li tkun parti minn dan il-GEON u diġà bdew taħditiet biex isir dan il-pass fil-qasam regolatorju. L-Awtorità tal-Mediċini bħalissa għandha professjonisti li qed jistudjaw biex jiksbu d-Dottorat tagħhom sabiex f’Malta nilħqu l-għan li jkollna l-OMCLs li b’mod innovattiv jassistu fuq livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali fix-xogħol tant utli tax-xjenza regolatorja, tax-xjenza farmakoviġilanti, u tas-sorveljanza tas-suq tal-mediċini. Dan kollu sabiex inkomplu nikkontribwixxu b’mod proattiv lejn il-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tal-mediċini u tattagħmir mediku għall-ħarsien tas-soċjetà.

INIZJATTIVA AMBJENTALI SABIEX FLIMKIEN NAGĦMLU DIFFERENZA!

ANTHONY AGIUS DECELIS

Membru Parlamentari

Bħala Membru Parlamentari u Kandidat Laburista fuq il-11 u t-12-il Distrett waqt il-ħidma politika tiegħi nara li nkun viċin in-nies. Nitkellem magħhom u flimkien naqsmu l-ideat, il-ħsibijiet u l-opinjonijiet tagħna. Suġġett li huwa ferm għal qalbi huwa proprju l-ambjent. Meta nkun qiegħed indur id-djar Maltin ħafna huma dawk li jitkellmu fuq it-temi ambjentali u r-rieda li jipparteċipaw f’inizjattivi li jn-

aqqsu l-iskart. Għaldaqstant, ħsibt li nniedi inizjattiva f’dan il-qasam, li fiha jipparteċipaw il-familji Maltin. L-inizjattiva li qiegħed inniedi ġġib l-isem ta’ Green Pass. Green Pass huwa proġett pilota li jħeġġeġ lill-familji Maltin inaqqsu l-użu tal-plastik fil-ħajja ta’ kuljum, jippromwovi t-tnaqqis tal-iskart, kif ukoll modi innovattivi ta’ riċiklaġġ. Nemmen li l-ambjent ta’ madwarna huwa wirt kollettiv li writna mingħand missirijietna, liema wirt se jiġi mgħoddi wkoll lil uliedna u wlied uliedna. Għaldaqstant, jeħtieġ nagħtu s-sehem tagħna lkoll, bħala poplu wieħed, magħqud sabiex nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna bl-aħjar mod possibbli. Għal dan il-għan qiegħed inniedi l-inizjattiva Green Pass u nħeġġeġ lil dawk kollha li jixtiequ jnaqqsu l-iskart domestiku, kif ukoll l-użu tal-plastik fil-ħajja ta’ kuljum sabiex jissieħbu miegħi f’din

il-kampanja. Permezz ta’ din l-inizjattiva ser inkunu nistgħu naqsmu flimkien ideat, prattiċi, kif ukoll l-esperjenzi tagħna sabiex flimkien innaqqsu l-konsum tal-plastik u l-iskart u nħarsu l-ambjent ta’ madwarna. Dan inkunu qegħdin nagħmluh għall-ġid tal-ambjent u ta’ pajjiżna, iżda wkoll għall-ġid tagħna, t’uliedna u wlied uliedna. Għaliex meta nieħdu ħsieb l-ambjent inkunu wkoll qegħdin inħarsu l-ġid kollettiv tagħna u tal-ġenerazzjonijiet futuri.

Filwaqt li nemmen li huwa importanti li nqajmu kuxjenza fuq dan is-suġġett, nemmen ukoll li jeħtieġ nieħdu azzjoni, għaliex b’hekk biss inkunu verament nistgħu nagħmlu differenza. Bħalma jidher mit-tema ta’ din il-kampanja: “Flimkien Nagħmlu Differenza!” nemmen li meta wieħed jaħdem bħala tim, b’għanijiet komuni kapaċi jagħmel differenza. Huwa proprju dak li nixtieq li nilħqu bis-saħħa ta’ din l-inizjattiva; li b’kollaborazzjoni bejn il-familji Maltin nieħdu ritratt tas-sitwazz-

Għaliex meta nieħdu ħsieb l-ambjent inkunu wkoll qegħdin inħarsu l-ġid kollettiv tagħna u tal-ġenerazzjonijiet futuri

joni fejn jidħol l-iskart domestiku u l-użu tal-plastik fil-ħajja ta’ kuljum, u naraw il-miżuri li qegħdin iħallu impatt f’dan ir-rigward, u kif nistgħu nkomplu ntejbu fuq dak li diġà huwa eżistenti. Nemmen li meta s-suġġerimenti jiġu mingħand il-familji Maltin, li kuljum ikunu qegħdin jiltaqgħu ma’ ċirkostanzi differenti, iżda wkoll komuni għal ħafna, inkunu qegħdin verament nirċievu informazzjoni importanti. Din l-inizjattiva se tkun ukoll qiegħda tħares lejn modi innovattivi ta’ riċiklaġġ, fejn bis-saħħa tal-ideat ta’ kull min jipparteċipa f’din l-inizjattiva, inkunu nistgħu wkoll inkabru l-għarfien tagħna ta’ kif oġġett kapaċi jbiddel l-użu tiegħu u b’hekk inkomplu nnaqqsu l-iskart. Inħeġġiġkom sabiex tissieħbu ma’ din il-kampanja billi tagħmlu kuntatt magħna fuq 79555799 jew tony4mp@ gmail.com, sabiex Flimkien Nagħmlu Differenza!


11

30.01.2022

ŻMIEN L-GĦAŻLA

MICHAEL FALZON Ministru

Iż-żmien għaddej u qed noqorbu lejn tmiem leġiżlatura oħra. Leġiżlatura li kienet mimlija emozzjonijiet, opportunitajiet, tragwardi u sfidi mhux mistennija. Dawn l-aħħar ħames snin urew l-importanza ta’ tmexxija soda u li jkollha direzzjoni ċara, li tiflaħ għad-daqqiet, u li kapaċi tibdel sfidi f’opportunitajiet. Kienu bosta l-mumenti ta’ qtigħ il-qalb u oħrajn li jġegħluk taħsibha darbtejn u tlieta fl-irwol ta’ politiku. Iżda minkejja kollox, in-

ħossni onorat li flimkien mal-Prim Ministru u l-kollegi kollha, irnexxielna dejjem inqumu għall-okkażjoni, u nwettqu dak kollu fil-kapaċità tagħna. Bdejna din il-leġiżlatura b’kontinwità ta’ dak li rnexxielna nwettqu, mill2013 ’il quddiem. Komplew jikbru r-ruħ soċjali u l-impenn tagħna sabiex nindirizzaw l-aktar faxex vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Saħħaħna l-appoġġ għat-tfal, għażżgħażagħ, għall-familji u fuq kollox il-pensjonanti, li baqgħu jiġu mwieżna minn sena għal oħra. Gvern Laburista, huwa grat għal kull mexxej illi kellu, mexxejja, illi dejjem emmnu fil-prinċipji xellugin, fejn kull deċiżjoni dejjem kienet imnebbħa minn kuxjenza li taħdem favur iż-żgħir. Eżempju ċar, huma l-aħħar snin fejn fl-2013 tlaqna minn punt fejn kellna rati għoljin ta’ qgħad, l-akbar numru ta’ nies f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali, l-ogħla kontijiet tal-enerġija, u fi stat ta’ excessive deficit procedure. Kienet tmexxija għaqlija

mill-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, li biddlet ir-rotta ekonomika tal-pajjiż, u li ħolqot opportunitajiet ta’ xogħol bla preċedent. Bnejna ekonomija b’saħħitha li tilqa’ għall-isfidi mhux mistennija, u li għenet sabiex inkunu reżistenti għad-daqqiet minn kull aspett, li ġabet magħha l-pandemija. Illum inħossni ffortunat illi naħdem taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, li tul dawn l-aħħar sentejn dejjem ħa d-deċiżjonijiet fl-aqwa interess tal-famiji u n-negozji. Ejjew ma ninsewx li bħal dan iż-żmien sentejn, rajna l-ewwel każijiet tal-Covid f’Malta, u kellna niffukaw fuq politika t’għajnuna bla preċedent għal dawk li tilfu xogħolhom. Dan sar b’impenn, b’dedikazzjoni u b’bilanċ bejn l-interessi tas-saħħa u dawk ekonomiċi. Pajjiżna kien u għadu fuq quddiem nett, sew bħala tilqim, kif ukoll f’dik li hi ekonomija. Bil-fiduċja tan-nies, Malta u Għawdex se jsibuna dejjem hemm biex nibqgħu naħdmu għalihom, bl-aqwa mod u

b’aktar impenn milli għamilna s’issa. Personalment, ninsab konvint li t-track record ta’ dan il-Gvern, se jwassal għal apprezzament, gratitudni u fuq kollox fiduċja f’aktar snin ta’ prosperità u suċċessi ekonomiċi. Gvern Laburista dejjem taf fejn int miegħu, dak li wegħidna dejjem wettaqnieh. Is-settur soċjali kiseb prominenza, fejn il-Manifest Elettorali ġie mwettaq kollu. Perfetti m’aħniex, nafu fejn nistgħu ntejbu, imma ċert illi f’qalbna dejjem se jibqa’ dak is-sens t’imħabba lejn dan il-pajjiż. Imħabba li tingħata lura f’għajnuna u imbottatura ’l quddiem lil kulħadd, mingħajr ebda distinzjoni. Se mmorru għal din l-elezzjoni b’konvinzjoni u b’kuraġġ, għaliex nemmnu li għandna iktar x’nagħtu lil dan il-pajjiż, illi tant inħobbu. Nemmnu f’pajjiż sovran u demokratiku, fejn il-poplu għandu dritt isemma’ leħnu, u fejn l-għażla finali tal-poplu għandha dejjem tkun rispettata. Għaldaqstant għandna nkomplu naħdmu bla heda,

sa tmiem din il-leġiżlatura, u nagħtu sapport lil kull min għaddej minn diffikultajiet, miż-żgħir sal-kbir. Żmien l-għażla dejjem qed joqrob u tajjeb li kulħadd jirrifletti u jistaqsi lilu nnifsu, jekk jinsabx aħjar minn disa’ snin ilu. Nistaqsu x’kien jiġri taħt amministrazzjoni Nazzjonalista fi żmien ta’ pandemija, u li kieku ma kienx hemm il-finanzjament tant b’saħħtu li laqa’ għal dan il-maltemp. Konvint li l-poplu Malti huwa ferm intelliġenti u se jkompli jagħmel dawk l-għażliet favur il-ġejjieni tal-familji u tal-ambjent għax iħobb lil pajjiżu! Magħna dejjem taf fejn int. Aħna qatt ma niċħdu lil pajjiżna. Aħna kburin li aħna Maltin u Għawdxin. Aħna dak li nwiegħdu, inwettquh. Dan huwa Gvern tan-nies. Dan huwa Gvern għannies. Għalina konna, għadna u nibqgħu nemmnu, li Malta u l-poplu tagħha jibqgħu jiġu l-ewwel u qabel kollox.

IL-FUTUR TAX-XOGĦOL U S-SAĦĦA MENTALI

REBECCA BUTTIGIEG Kandidata fid-9 u l-10 Distrett

Qed ngħixu żminijiet mhux tas-soltu u ta’ inċertezzi hekk kif il-pandemija qalbet lid-dinja ta’ taħt fuq. Għaddew sentejn minn meta feġġ l-ewwel każ ta’ COVID-19 f’pajjiżna u minn dakinhar id-dinja virtwali saret waħda ferm aktar importanti hekk kif ilkoll kemm aħna kellna nsibu mod ġdid kif nikkomunikaw fl-assenza tal-kuntatt fiżiku. L-uffiċċju mexa għaddjar tagħna u l-laqgħat li kon-

na norganizzaw bejnietna issa nbidlu f’konferenza virtwali fuq Zoom. Filwaqt li huwa tabilħaqq tajjeb li qed nagħmlu użu sħiħ mill-laqgħat virtwali, jista’ jkun li l-fatt li sirna konnessi 24 siegħa kuljum qed jikkawża aktar ħsara milli ġid fuq il-post tax-xogħol? Fl-aħħar snin kien hemm bosta artikli u studji dwar l-effett li l-midja soċjali qed ikollha fuq is-saħħa mentali tagħna u l-invażjoni tal-midja soċjali fuq il-post tax-xogħol. Huwa stmat li madwar id-dinja hawn 264 miljun ruħ li jbatu minn dipressjoni, b’ħafna minn dawn in-nies isofru wkoll sintomi ta’ ansjetà. Studju riċenti sab li 40% tal-adulti jħarsu lejn il-mobile tagħhom kull ħames minuti minn meta jqumu. Dan in-numru jitla’ għal 65% tal-adulti li għandhom taħt il-35 sena. Min-naħa l-oħra, hemm statistika interessanti li turi kif 34% tan-nies jgħidu li jħossuhom maqtugħin jew mitlufin jekk jinqabdu

mingħajr l-internet u saħansitra 17% jsibuha stressanti li ma jkunux konnessi kull ħin u kull mument tal-ġurnata. Dawn in-numri jirriflettu ż-żminijiet li qed ngħixu fihom hekk kif aktar minn qatt qabel qed inqattgħu ħin id-dar b’konsegwenza li nispiċċaw niċċekkjaw il-midja soċjali tagħna aktar spiss. Ilfatt li qed inkunu daqshekk ‘plugged-in’ qed joħloq sitwazzjonijiet differenti fuq il-post tax-xogħol hekk kif is-saħħa mentali teħtieġ li tingħata aktar prijorità minn qatt qabel. Nemmen li

għandna nassiguraw li l-użu tal-midja soċjali joħloq bilanċ bejn il-produttività u l-benesseri tal-impjegati għandu jkun pass wieħed fl-implimentazzjoni ta’ programm tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol. Dan fih innifsu jwassal biex in-negozju jkollu aktar suċċess, fl-istess ħin li jiġi żgurat li l-impjegati ma jkunux mgħobbija żżejjed. L-istress mentali fuq il-post tax-xogħol huwa problema reali li min iħaddem u l-impjegati nfushom mhux dejjem huma konxji tagħha. Dan meta s-sintomi mhux dejj-

Fiż-żminijiet tal-lum il-bżonn ta’ aktar ħidma biex jitnaqqas l-istress fuq il-post tax-xogħol huwa ċar għaliex dan la jagħmel ġid lill-ħaddiema, la lill-post tax-xogħol u wisq anqas lill-familji tal-impjegati

em huma viżibbli, b’riżultat li l-effetti jistgħu jkunu kbar. Fiż-żminijiet tal-lum il-bżonn ta’ aktar ħidma biex jitnaqqas l-istress fuq il-post tax-xogħol huwa ċar għaliex dan la jagħmel ġid lill-ħaddiema, la lill-post tax-xogħol innifsu u wisq anqas lill-familji tal-impjegati. M’għandniex niddejqu milli niddiskutu s-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol u naqsmu l-esperjenzi u l-isfidi li kellna matul dawn l-aħħar sentejn biex bħala tim inkomplu niffaċċjawhom flimkien. Dawn huma parti essenzjali minn kwalunkwe strateġija ta’ benesseri fuq il-post tax-xogħol. Intervent fil-bidu ta’ problema jista’ jgħin lil xi ħadd biex jieħu saħħtu lura. M’hemmx futur tax-xogħol mingħajr ma nagħtu prijorità lis-saħħa mentali. Kulħadd jista’ jġarrab problemi ta’ saħħa mentali u għalhekk għandna nagħtu kas u nieħdu inizjattivi li jippromwovu l-għarfien tas-saħħa mentali.


12

30.01.2022

KISBIET LABURISTI MERAVILJUŻI EDWARD CASSAR DELIA KANDIDAT GĦAT-2 U T-3 DISTRETT MIN HU EDWARD CASSAR DELIA? Kandidat f’isem il-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq it-tieni u t-tielet distrett. Bin Joseph Cassar Delia, tabib tal- familja, u Dorothy (née Serracino), huwa trabba Ħaż-Żabbar u Wied ilGħajn ma’ ħutu. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ ta’ De La Salle f’Bormla, u l-Junior Lyceum Verdala f’Bormla. Plejer tal-futbol u tal-basketball fiż-żgħożija tiegħu, ipprattika wkoll il-bodybuilding, fejn kkompeta darba fil-kampjonati nazzjonali fil-bidu tad-disgħinijiet. Cassar Delia studja l-Università ta’ Malta, fejn iltaqa’ mal-mara futura tiegħu Dorothy. Dr Cassar Delia, wara li ggradwa mill-Università ta’ Malta, rebaħ diversi boroż ta’ studji differenti barra minn xtutna li kienu ta’ għajnuna kbira għalih u li għenuh jibda jispeċjalizza fl-Ortopedija, it-

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Naħseb li kien hemm żewġ raġunijiet prinċipali. Sa minn meta kont tfajjel kont nesperjenza mill-qrib il-karriera ta’ missieri fil-politika. Allura stajt nara ta’ kuljum numru konsiderevoli ta’ nies jirrikorru għall-għajnuna ta’ missieri biex jgħinhom fil-problemi li jkunu qed jaffaċċjaw. Sa minn kmieni għalhekk skoprejt is-sodisfazzjon li wieħed iħoss wara li jkun serva biex għen lill-proxxmu fil-bżonn. Wara kollox dan hu t-tagħlim ta’ Sidna Ġesù Kristu fil-prattika. It-tieni raġuni kienet, meta kont iżgħar stajt nara b’għajnejja u mmiss

Trawmatoloġija u l-Mediċina Fiżika. Filwaqt li kien qiegħed jgħix u jistudja f’Ruma, huwa ħadem id f’id ma’ diversi tobba li jispeċjalizzaw fl-Athtletic Performance Enhancement u flOrthopaedic Rehabilitation, b’uħud minn dawn it-tobba jkunu membri tal-CONI, ilKumitat Olimpiku Nazzjonali Taljan. Fl-1994, huwa żżewweġ lil Dorothy (née Busuttil), huma għandhom żewġt itfal, Andrea u Ana, u joqogħdu Ħaż-Żabbar. ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI Ask not what your country can do for you, but what you can do for your country. John F. Kennedy, Eks President tal-Istati Uniti tal-Amerka.

b’idejja. Il-ġid vast li kien għamel il-Gvern Laburista tal-1971. Daħħal iċ-Children’s Allowance, beda l-pensjoni taż-żewġ terzi, daħħal il-paga minima, ġab l-ekwilibriju fil-pagi tal-irgiel u tan-nisa. Ruxxmata ta’ benefiċċji għall-familji Maltin u Għawdxin. Minn stat ta’ tbatija biex jgħixu diċenti, l-anzjani tagħna kienu sabu ruħhom sinjuri żgħar. Il-Gvern Laburista tal-71 irnexxielu jattira fabbriki, u xogħol importanti mill-Ġermanja li għadu jrodd il-ġid lill-ekonomija sal-lum. Ħoloq l-Air Malta. Ġab fuq saqajh it-turiżmu. Radd lil Malta l-Ħelsien komplut u assolut. Dan iż-żmien meraviljuż ta’ tant kisbiet meraviljużi ma setax ma jimpressjonax

il-fantażija ta’ ġuvnott bħali. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? Fl-opinjoni tiegħi, iċ-Childcare mingħajr ħlas kien mod inġenjuż biex f’qasir żmien l-ekonomija tal-pajjiż issaħħet b’mod straordinarju bid-dħul fil-kamp tax-xogħol ta’ mijiet ta’ nisa. Illum qed naraw pajjiżi akbar minn Malta jaraw kif se jikkupjaw din l-istrateġija. Il-Gvern Laburista bil-ħolqien ta’ tant impjiegi tajbin irnexxielu jgħolli f’qasir żmien il-livell tal-għejxien tal-poplu Malti u Għawdxi. Ma nistax ukoll inħalli barra l-passi kbar ’il quddiem li wettaq il-Gvern Laburista fil-kamp tad-diżabilità. Kif ukoll il-mod kif qered ħafna mill-burokrazija li kienet qed toħnoq il-kummerċ. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista matul is-snin? Nieħu pjaċir ninnota l-kontinwazzjoni u l-konsistenza f’kull fergħa tal-Partit Laburista (żgħażagħ, nisa, anzjani). Ma jaqtgħux is-seminars, il-korsijiet u n-numru kbir ta’ laqgħat li jservu ta’ għejun friski ta’ proposti u ideat biex ilpajjiż jibqa’ miexi fit-triq tal-progress. Jekk inħarsu lejn l-avversarji politiċi tagħna, li jiftaħru bis-snin twal u storiċi mit-twaqqif tal-Partit tagħhom, naraw illi l-aħħar żewg mexxejja “nstabu” minn barra l-istrutturi tal-Partit talPN. Wieħed jista’ jgħid illi l-aħħar żewġ mexxejja ġew mit-triq u mhux mill-istrutturi tal-Partit! X’impressjonijiet ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Kull min hu ta’ rieda tajba seta’ jagħraf f’Robert Abela l-baħri qalbieni tal-maltemp. Rajna u għadna naraw, kif pajjiżi b’riżorsi ferm akbar minna, ittrattaw il-problemi li l-pandemija imponiet fuq id-dinja. Fl-aħħar xhur il-Gvern ta’ Robert

Illum qed naraw pajjiżi akbar minn Malta jaraw kif se jikkupjaw din l-istrateġija. Il-Gvern Laburista bil-ħolqien ta’ tant impjiegi tajbin irnexxielu jgħolli f’qasir żmien il-livell tal-għejxien tal-poplu Abela ħadem bi pjan u l-poplu sab Gvern attiv u preżenti miegħu. Hu stqarr: “Aħna ħadna f’dawn l-aħħar xhur forsi l-aktar deċiżjonijiet f’mument iebes u l-aktar deċiżjonijiet ibsin li qatt se jkollna ħtieġa li nieħdu. Iżda għax kellna l-kuraġġ li neħduhom f’mumenti diffiċli llum il-kuraġġ fitteħid ta’ dawk id-deċiżjonijiet qed jissarraf f’fiduċja u f’ottimiżmu b’konsegwenza tal-pjan li ħdimna bih.” Fil-fatt, ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea bassar kif l-ekonomija Maltija se tkun qed tikber iktar mill-medja Ewropea u darba u nofs aktar minn dak previst mill-esperti tal-Kummissjoni Ewropea. Ma’ Robert Abela ħa mmorru quddiem il-poplu b’bażi b’saħħitha biex infasslu l-futur ta’ pajjiżna. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Malta aktar ħadranija. Aktar kannizzati bil-fjuri. Aktar b’dehra Mediterranja. Aktar sabiħa. Parks ħodor sbieħ jilqgħu lill-familji għar-rikreazzjoni tagħhom. Il-Gvern preżenti qed jagħti importanza lill-ambjent, lill-ħudra, lis-sbuħija. Jalla jsib kull koperazzjoni. Għax ambjent nadif u sabiħ joħloq atmosfera fejn iċ-ċittadin ikun jista’ jitpaxxa u jserraħ il-menti f’ħajja mgħaġġla li qisu aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed toħloq stress fuq il-bnedmin. Nixtieq li l-isport, il-kultura u l-arti ta’ l-ispettaklu u min jipprattikahom jiġu mogħtija l-importanza mistħoqqa.


13

30.01.2022

NIBQGĦU FOST L-AQWA FL-UE ALISON ZERAFA CIVELLI KANDIDATA GĦAT-2 DISTRETT

MIN HI ALISON ZERAFA CIVELLI? Omm, Edukatriċi u Sindku. Miżżewġa lil Christian u għandha tifla ta’ ħames snin, Carla. It-tieni wild fost ħames aħwa u bint Emanuela u Anthony Zerafa. Lura fis-snin, kienet membru fl-Eżekuttiv taż-Żgħażagħ Laburisti u fil-Kumitat Lokali ta’ Bormla. Preżentament membru flEżekuttiv tan-Nisa Laburisti. Għal bosta snin tat is-sehem tagħha fuq One TV u One Radio. PROFESSJONI - Edukatriċi STAT – Miżżewġa

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista?

LOKALITÀ FEJN TGĦIX – Bormla IKEL FAVORIT – Għaġin il-Forn PASSATEMP – Shopping u qari KTIEB FAVORIT - A Thousand Splendid Suns ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI - Tagħmilx lil ħaddieħor dak li ma tridx li ħaddieħor jagħmel lilek!

pajjiżi.

Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li Il-Partit Laburista huwa l-partit li għamel il-Gvern Laburista fl-aħħar dejjem ħassejtni komda li nappart- snin? jeni fih. Il-Partit Laburista huwa l-għażla naturali tiegħi għaliex Il-kisbiet li għamel Gvern Laburista fljipprattika ideoloġija soċjalista li aħħar snin kienu bosta u għaldaqstant taħseb f ’kulħadd. Sa minn età żgħi- kompla jtejjeb u jagħmel il-ġid matul ra, l-ġenituri tiegħi dejjem għall- is-snin. Ġew introdotti numru ta’ inmuna biex naqsmu dak li għandna ċentivi li komplew jgħinu lin-nisa jidħmal-oħrajn, biex ngħinu lil min hu lu fid-dinja tax-xogħol, bħall-in-work fil-bżonn u li nwasslu dak li tgħallim- benefit u ċ-childcare b’xejn. na lil min jixtieq. Iż-żidiet fil-pensjonijiet għal sena Il-Partit Laburista huwa dak li wara oħra, rekord ta’ rati baxxi filnemmen fih jien; huwa l-partit tar- qgħad u l-introduzzjoni tad-drittijiet ruħ soċjali. Iddeċidejt li nikkontesta ċivili. Infakkar ukoll li f’sentejn, Gvern l-elezzjoni ġenerali li jmiss għaliex Labursita ressaq 40 abbozz li tkellmu u nemmen li nista’ nagħti iktar ħid- trattaw is-saltna tad-dritt. ma għall-komunitajiet u għall-poplu tagħna - Għaliex fuq kollox jien Kif baqa’ jiġġedded il-PL matul iskburija li jien Maltija u nħobb lil snin?

Il-Partit Laburista qatt ma waqaf jiġġedded. Minkejja li l-partit qiegħed Il-kisbiet li għamel fil-gvern, xorta waħda baqa’ jagħmel Gvern Laburista it-tibdiliet neċessarji. Ġie emendat l-istatut tal-partit sabiex żgħażagħ fl-aħħar snin kienu bosta ta’ 14-il sena jsiru membri u għalhekk u għaldaqstant kompla ikompli jattira aktar żgħażagħ għaliex il-partit jemmen fl-enerġija u fl-ideat jtejjeb u jagħmel iltagħhom. Insemmi wkoll il-Fondazzjoni Ideat li permezz tagħha jitressqu ġid matul is-snin. Ġew numru ta’ temi għad-diskussjoni. introdotti numru ta’ Il-Partit Laburista minn dejjem ħadem favur l-involviment tan-nisa. inċentivi li komplew Kien l-ewwel partit li introduċa l-kwoti għal aktar parteċipazzjoni tan-nisa jgħinu lin-nisa jidħlu fl-Eżekuttiv. Saħansitra għamel bidliet fid-dinja tax-xogħol fl-amministrazzjoni fejn issa għandu l-akbar numru ta’ uffiċjali nisa fl-istorja tiegħu. suċċess! Il-Partit Laburista dejjem emmen li l-bidla u t-tiġdid huma ċ-ċavetta għas- X’inhi l-impressjoni li ħadt middeċiżjonijiet li ħa Robert Abela flaħħar xhur? Robert Abela huwa persuna tannies. Baqa’ viċin in-nies u man-nies. Id-deċiżjonijiet li jieħu dejjem kellhom lin-nies fiċ-ċentru tal-ħsieb. Min-naħa l-oħra id-deċiżjonijiet li Robert Abela ha matul dawn is-sentejn juru kemm Robert Abela huwa Prim Ministru li jisma’, jiddeċiedi u jaġixxi. Impressjoni oħra li ħalla fuqi Robert Abela hija li minkejja d-diffikultajiet li l-pandemija ġabet magħha, baqa’ ffokat u ma qata’ qalbu qatt - Baqa’ jġib l-interessi tan-nazzjon u tal-poplu l-ewwel u qabel kollox. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Li Malta tkompli tkun fost l-aqwa pajjiżi fl-Ewropa. Li l-Maltin u l-Għawdxin ikomplu jgħixu ħajja komda u sabiħa… Li nkomplu ngħixu trankwilli, mingħajr biża’ u nesponu l-kapaċitajiet tagħna mad-dinja kollha. Minkejja li aħna żgħar fid-daqs, kapaċi noffru ħafna u kapaċi nkunu ta’ eżempju daqs l-ikbar pajjiżi. Fuq kollox noħlom li nkomplu nitgħallmu, nisimgħu u ntejbu fejn nistgħu nkunu aħjar.


14

30.01.2022

NUMRI JITKELLMU GĦALL-P L-aħħar proġett infrastrutturali massiċċ li tlesta, dak ta’ Central Link fiċ-ċentru ta’ Malta, se jkun qed irendi l-investimenti li saru mill-Gvern ċentrali permezz tal-aġenzija Infrastructure Malta f’ferm iżjed benefiċċji għarresi­denti tal-lokalitajiet li jmiss magħhom u anke dawk kollha li jużaw ir-rotta prinċipali bil-vetturi tagħhom. Wara li fil-ġimgħat li għaddew għamlet l-aħħar irtokki fil-konnessjonijiet ġodda tal-proġett, Infrastructure Malta bħalissa qed tagħmel testijiet u spezzjonijiet finali biex tiżgura li t-toroq u infrastruttura oħra ġdida, li ġab miegħu dan il-proġett, jilħqu livelli tal-ogħla kwalità. L-investiment f’dan il-proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea sar biex itejjeb it-toroq arterjali b’mod li jnaq­ qas bin-nofs il-ħin fl-ivvjaġġar f’waħda mir-rotot, li tinkludi Ta’ Qali, Ħ’Attard, Ħal Balzan, l-Imrieħel u Birkirkara. Il-proġett se jkun qed jagħti lura t-toroq residenzjali lin-nies li jgħixu f’dawn il-lokalitajiet u fl-istess waqt se jtejjeb it-traġitt għal eluf ta’ persuni oħrajn li kuljum jivvjaġġaw mill-inħawi. Il-benefiċċji li se jġib miegħu Central Link Project

Arja aktar nadifa • 50% inqas ħin fl-ivvjaġġar • Sa 66% inqas tniġġis mit-trabijiet fini fl-arja • Sa 41% inqas tniġġis tad-dijossidu tan-nitroġenu

Ambjent aħja

Konnessjonijiet aktar siguri għal inqas riskji t’aċċidenti • 11-il junction mibnija mill-ġdid • 4 junctions ikkontrollati bid-dwal ġew eliminati • 14-il kilometru ta’ korsiji ġodda • 5 kilometri ta’ korsiji li nbnew mill-ġdid

• 1,160 siġra indiġena ġdida • 13,774 arbuxel pjanta • 314-il lampa tat-to jużaw inqas ener • 170 dawl dekora fiż-żoni mħadd


15

30.01.2022

PROĠETT TA’ CENTRAL LINK se jissarrfu f’inqas traffiku, arja aktar nadifa, toroq ta’ kwalità aħjar u ambjent isbaħ. Hu kkalkulat li, għal kull €1 miljun li Infrastructure Malta investiet f’dan il-proġett, il-familji u n-negozji fil-pajjiż se jieħdu lura €16-il miljun f’arja aktar nadifa, inqas ħin fl-ivvjaġġar, aktar sigurezza u inqas spejjeż għall-fuel. Il-proġett tfassal fuq pjanijiet li kienu parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta tal-2006, li diġà kien identifika l-konġestjoni fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-madwar bħala problema kbira għal Ħ’Attard u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Infrastructure Malta tej­bet dawk l-istess pjanijiet tal-2006 biex irrendiethom aktar effiċjenti u sostenibbli għal aktar tul ta’ żmien u biex tnaq­qas l-impatti mhux mixtieqa fuq l-art tal-madwar. Fl-istess waqt, biex tħajjar aktar l-użu ta’ mezzi aktar sostenibbli għall-ivvjaġġar f’dawn il-lokalitajiet, l-aġenzija żiedet ukoll infrastruttura ġdida għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku, jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, faċilitajiet li kienu kważi ineżistenti f’din iż-żona.

Infrastruttura ta’ kwalità ogħla • 22 kilometru ta’ katusi u cables taħt l-art • 8.5 kilometri ta’ sistemi għall-ġbir tal-ilma tax-xita • 340 sprall għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita • 3 ġibjuni • 52,000 tunnellata asfalt

ar

a lla u

oroq li rġija attiv dra Faċilitajiet aħjar għal kull mezz ta’ vvjaġġar • 10 kilometri f’bankini ġodda • 22 post minn fejn taqsam bil-mixi • 12-il daħla għall-karozzi tal-linja • 4 kilometri passaġġi għar-roti u l-mixi


16

30.01.2022

L-GĦOLI TAL-ĦAJJA

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Il-Partit Nazzjonalista issa ilu xhur bl-istess diska li donnu huwa tort talGvern Laburisa jew tal-Prim Ministru, li pajjiżna, ilu mis-sena l-oħra jara żidiet tal-prezzijiet f’ċerti prodotti, partikolarment dawk tal-ikel. Iktar ma jtawwal din il-kantaliena l-Partit Nazzjonalista, aktar ser ikompli juri kemm hu maqtugħ mir-realtà u kemm mhux kredibbli. Dan għaliex il-prezzijiet ilhom li ħadu xejra ’l fuq tul l-2021 kollha. Dan mhux biss f’pajjiżna jew fl-Ewropa imma madwar id-dinja kollha. Għaldaqstant, il-ħsieb li qed jipprova jimbotta l-Kap tal-Oppożizzjoni li ż-żieda fil-prezzijiet hija xi ħaġa lokali biss jew li l-Gvern, ikun min ikun, għandu xi soluzzjoni mgħaġġla għaliha, hija biss ħrafa li qed tkompli turi kemm l-istess Partit m’għandux kredenzjali ekonomiċi biex imexxi lil pajjiżna. B’mod konkret, il-prezzijiet tal-ikel madwar id-dinja, żdiedu bi 28% fis-sena 2021. Dan skont l-aġenzija tal-ikel talĠnus Magħquda. Din kienet l-ogħla żieda fil-prezzijiet sa mill-2011, fejn f’dik is-sena, rajna żidiet ta’ 131.9 punti kkomparat mal-125.7 tas-sena li għaddiet. Anki l-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura, (FAO) ikkonfermat dan. Kien biss f’Diċembru li għadda li ż-żidiet ma komplewx jitilgħu bir-ritmu tal-aħħar xhur, minkejja li xorta waħda baqgħu jogħlew. Iż-żidiet fil-prezzijiet talikel ikkontribwixxew ukoll għall-inflazzjoni fl-istess perjodu fejn l-ekonomiji tal-pajjiżi kienu qed jippruvaw jirkupraw mill-kirżi li daħlu fiha minħabba l-virus u l-pandemija. Dawn l-effetti, bla dubju ta’ xejn jinħassu l-aktar minn pajjiżi li jridu jimpurtaw il-prodotti tal-ikel tagħhom. Malta mhix eċċezzjoni. U dan juri kemm hu importanti li bħala pajjiż u konsumaturi, nissapportjaw u nixtru l-prodott lokali. Filwaqt li normalment prezzijiet għoljin jibdew jonqsu b’żieda fil-produzzjoni, il-pandemija, l-inċertezza tat-tibdil fil-klima u l-fenomeni ambjentali li din qed iġġib magħha, żgur mhux jgħinu biex ikollna mill-ġdid prezzijiet aktar stabbli. Jekk wieħed jieħu biss il-prezz tal-energija barra minn xtutna, jinduna li danhuwa fattur ewlieni biex il-produzzjoni tal-prodotti tkompli togħla. Dan biex ma nsemmux li r-residenti Maltin qed iħallsu ferm inqas minn dak li qed iħallsu ċittadini oħra Ewropej. Dan ikompli ixejjen il-kritka bla sens li qed tagħmel l-Oppożizzjoni.

Fattur ieħor importanti li qed jolqot lid-dinja kollha huwa l-mod kif it-trasport qed jogħla b’mod allarmanti. Dan mill-Amerka sal-Ewropa u pajjiżi oħra bħaċ-Ċina u pajjiżi oħra ġirien. L-importazzjoni u l-esportazzjoni ma jsirux jekk ma jkollokx it-trasport li jmexxi l-prodotti minn post għall-ieħor u jekk allura qed naraw żidiet eżorbitanti f’dan is-settur, bilfors li din iż-żieda ser taffettwa il-prodott u l-prezz finali li għalih irid iħallas il-konsumatur. Hemm fatturi oħra li wieħed jista’ jsemmi, fosthom l-involviment tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Banek Nazzjonali u l-Bank Dinji, li bl-interventi taghhom, u ċ-ċaqliq fir-rati tal-interessi, ukoll jippruvaw jieħdu l-aħjar miżuri possibbli meta jistgħu. Dan kollu juri li meta pajjiż m’għandux il-ħażna u l-produzzjoni tal-enerġija tiegħu, meta jiddependi minn pajjiżi oħra għall-provvista tal-ikel, meta kull ħaġa li tidħol f’pajjiżna trid tiġi bil-baħar jew bl-ajru, ma jistax ikollu kontroll fuq il-prezzijiet ta’ ħafna mill-prodotti u misservizzi li jiġu offruti. Il-Gvern jista’ jikkumpensa għal dan il-fenomenu iżda kif jgħid il-Malti; “Tieħu bla ma trodd is-swar tħott”, u l-Gvern minn xi mkien irid iġib il-flus biex ikun jista’ jqassam u jagħti. Imma anki hawn l-Oppożizzjoni mhix kredibbli għaliex fl-aħħar sentejn, il-Gvern għamel aktar minn ħames Baġits sabiex jindirizza setturi differenti u f’waqtiet wieżen aktar billi żied il-benefiċċji biex salvajna n-negozji u biex salvajna l-impjiegi. Din hija problema dinjija u trid tissolva u tiġi indirizzata b’mod globali. Kull pajjiż jista’ jaddotta miżuri li jkunu mfassla għall-ekonomija tiegħu. Però dan jista’ jindirizza persentaġġ żgħir mill-problema. Għaldaqstant, wieħed ikollu jikkonkludi li l-kritika li qed issir u l-wegħdiet li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista, huma kritika u wegħdiet frivoli għaliex meta kien fil-Gvern, ma ddejjaq xejn iżid il-prezzijiet tal-enerġija bil-qalb għax dawn kienu qed jogħlew minn barra. Għaldaqstant, fuq dak li għalih nafu lill-Partit Nazzjonalista mill-passat, dan mhux kredibbli jew ma jistax jitwemmen meta jitkellem b’dan il-mod.

Dawn l-effetti, bla dubju ta’ xejn, jinħassu l-aktar minn pajjiżi li jridu jimpurtaw il-prodotti tal-ikel tagħhom. Malta mhix eċċezzjoni. U dan juri kemm hu importanti li bħala pajjiż u konsumaturi, nissapportjaw u nixtru l-prodott lokali

Sur Editur, L-ewwel nett, Sur Editur, ippermettili nirringrazzja lill-Prim tagħna, għax grazzi għax-xogħol li qed jagħmel se jkolli żieda fil-pensjoni. U grazzi wkoll mingħand in-neputi għax se jgawdi minn żieda fl-istipendju. U t-tifel se jgawdi wkoll mill-miżura tal-overtime u r-raġel tat-tifla li jagħmel naqra part-time, se jgawdi wkoll. X’ma ngħidulux Prosit Prim! Imbagħad jiġi l-PeNe u jgħid li Robert tagħna f’dawn is-sen­tejn ma għamel xejn! M’għamilx żikk, x’kull waħda! Ara vera qegħdin sew dawn tal-partit tagħhom ta. Jew jgħixu fis-sħab jew għandhom moħħhom imtappan. Jew combination of both. Bħall-oħra, jiġu jgħidu li Robert tagħna qed jirrikorri għal dak li jgħid il-partit tagħhom. U le! Hekk imissu l-Prim, jagħmel dak li jgħid il-partit tagħhom, niġu sew kieku! Issa din qaluha fuq il-miżuri li l-Gvern qed jieħu għall-pandemija. Jew għall-miżuri li l-Gvern qed ineħħi biex inkomplu nersqu lejn in-normalità. Nikkupjaw dak li qed jgħidu huma. Ara nixraq fil-kafè x’kull waħda, Sur Editur! Għax jekk kien hemm każ wieħed mill-ħafna, li fihom Bernard tagħhom ma jaf assolutament xejn la x’qed jiġri u lanqas x’qed jgħid, huwa żgur il-każ tal-pandemija. Il-Gvern tagħna baqa’ jieħu d-deċiżjonijiet b’mod konsistenti biex jipproteġi s-saħħa u l-għajxien tannies skont ir-riżultati marbuta max-xjenza. U mill-banda l-oħra, Bernard l-intamat baqa’ għaddej jibdel id-diska minn siegħa għal oħra. Għax il-kelma konsistenza lanqas biss qiegħda fil-vokabularju ta’ moħħu. Imma nsomma. Hu jaf. Hu qed jaqa’ għan-nelħ. F’kulma joħroġ minn ħalqu. Jew aħjar f’kulma jgħidulu biex jgħid. Ara vera għamel hit il-Pellegrin tal-Hatin’Labour meta mar miegħu biex jiggwidah fl-istrateġija. Ajma j’ommi, miskin! Jien nittama li wara li nerġgħu nitilgħu fil-gvern, u jiġi l-Papa Franġisku, iġib kartell ilma mbierek miegħu. L-ewwel ħalli jkollu biex ibierek lill-Prim tagħna mbagħad, jibqa’ jaħsel bih lill-membri kollha tal-Oppożizzjoni, forsi ma tafx kif! U ara kemm huma fjakki, Sur Editur. Qed jgħidu li l-Gvern tagħna jinsab f’nofs kriżi. F’nofs żikk qiegħed il-Gvern tagħna mela f’nofs kriżi! Staqsu lil Graziella Galea li ngħaqdet magħhom fil-Parlament u lil Ivan Bartolo min qiegħed fi kriżi! Taf xi tkun kriżi, Sur Editur? Ħa ngħidlek jien. Kriżi tkun meta f’seduta parlamentari t-Tnejn, l-Oppożizzjoni tivvota mal-Gvern u għalhekk b’mod unanimu tgħaddi mozzjoni biex id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar tinħatar Chairperson tal-Kumitat Parlamentari dwar is-Saħħa. Imbagħad it-Tlieta filgħodu, il-partit tagħhom jisħaq li l-mozzjoni li tressqet fil-Parlament quddiem kulħadd, tressqet b’mod sigriet. Kemm huma moħħ ta’ bankina, qaddisa Marija tal-ħniena! Issa dawn jafu kif tkun xi ħaġa sigrieta. Tkun sigrieta meta minn wara dahar kulħadd ikun hemm xi erbgħa minn tagħhom jiltaqgħu fid-dar ta’ Louis ‘Il-Bello’ Galea biex itajru lil Adrian Delia. Tkun sigrieta meta tiltaqa’ fis-satra tal-lejl biex ittajjar lil Ġorġ Borg Olivier. Ara vera jaħdmu maħmuġ dawn in-Nazzjonalisti ta! Minn dejjem hekk kienu Sur Editur. U meta tkun ġejja elezzjoni, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt! Issa nistennew xi ħaġa hekk la ġejja l-elezzjoni. Track record għandhom dawn fuq hekk. Hemm l-istorja ta’ Terinu. Kienu ġegħluh jiffirma affidavit biex jgħid li ra lil Strickland għand il-mażuni. Kien hemm Eddie ‘Hawn jien suq’ Fenech Adami li lejlet elezzjoni vvinta li Alfred Sant kien kaġun li ibnu ma daħalx l-Università. Imbagħad irriżulta li gideb. Kien hemm il-każ ta’ Lawrence ‘Par idejn sodi’ Gonzi li lejlet elezzjoni wiegħed lill-ħaddiema tat-tarzna li mhux se jitilfu xogħolhom, anzi kienu se jaqilgħu aktar f’overtime. Imbagħad irriżulta li mhux vera. Kien hemm il-każ ta’ Simon ‘Qatt ma rifes l-għatba ta’ Kastilja’ Busuttil li mbotta l-istorja tal-Egrant. Dejjem hekk dawn, Sur Editur u ma jfiqu qatt. Issa oqogħdu attenti għax ġejja elezzjoni u żgur l-istja li se jivvintaw xi ħaġa oħra, ja intamati li huma. Ara, għad-dieħla, għax se nieħu xi battikata llum!


17

30.01.2022

APPARAT ĠDID GĦAR-RIĊIKLAĠĠ TAL-ĦĠIEĠ

Sorting line ġdida li twaqqfet fil-faċilità tal-WasteServ f’Marsaskala biex tagħżel il-ħġieġ se tkun qed tirkupra madwar 45 miljun flixkun tal-ħġieġ fis-sena. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia li qal li din il-linja ġdida se tkompli ttejjeb il-prestazzjoni tar-riċiklaġġ ta’ Malta u se tkun qed tgħin biex jintlaħqu l-miri tar-riċiklaġġ. Il-Ministru spjega li l-maġġoranza tat-tagħmir użat għal din il-linja l-ġdida kien se jgħaddi għad-dekummissjonar, iżda t-tim tal-manutenzjoni fi ħdan il-WasteServ irnexxielu b’suċċess idawwar dan it-tagħmir f’linja ġdida. Minbarra li se tirriżulta f’materjal ta’ kwalità aħjar, din il-linja l-ġdida se tkun qed ittejjeb ukoll l-effiċjenza operattiva. Il-proċess li kien jintuża qabel kien jinvolvi l-użu ta’ għodda biex jintgħażel il-ħġieġ, madana-

kollu b’din il-linja ġdida, il-ħġieġ se jkun qed jiġi ttrasferit fuq conveyor belt biex jiġi magħżul manwalment billi jitneħħew kwalunkwe kontaminanti bħal għotjien u tappijiet talmetall. Din il-linja se tkun ukoll qed tagħti l-flessibbiltà biex jiġi sseparat il-ħġieġ trasparenti minn dak ikkulurit biex b’hekk jiżdied b’mod sostanzjali l-potenzjal tal-użu millġdid u l-valur tal-prodotti riċiklati. Waqt żjara fuq il-post, il-Ministru Farrugia kien akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv ta’ WasteServ Richard Bilocca li qal li dan l-investiment kien possibbli wara l-kampanja li saret is-sena li għaddiet biex il-ħġieġ jasal nadif. Fil-fatt, 99% tal-ħġieġ li qed jasal issa hu ħġieġ nadif. Is-Sur Bilocca ħabbar ukoll li dalwaqt se titnieda kampanja ta’ informazzjoni fuq skala kbira dwar il-borża l-griża/il-ħadra.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.


18

30.01.2022

SENTEJN U NOFS TA’ ĦIDMA FIL-MELLIEĦA U L-MANIKATA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Il-Kunsilli Lokali jagħmlu ħidma kbira li kultant tkun siekta wkoll. Sfortunatament xi drabi ma jgawdux ir-rispett li jistħoqqilhom. Isir ħafna xogħol u hemm ħafna responsabbiltà. Tkellimna mas-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella dwar dak li sar fil-Mellieħa mill-2019 lil hawn. Mill-1 ta’ Lulju 2019 minn meta nħtart Sindku, flimkien ma’ sħabi bdejna x-xogħol favur il-lokalità tagħna. Il-Kariga ta’ Sindku titlob minni iktar responsabbiltà u nkompli nwiegħed li ser nibqa’ nagħmel ħilti kollha biex inwettaq il-ħidma tiegħi bl-ikbar onestà u nibqa’ qrib kulħadd. L-għan jibqa’ dejjem wieħed; dak li naħdmu b’mod responsabbli u bil-għaqal lejn il-lokalità tal-Mellieħa u l-Manikata b’mod inġenerali. Fl-ewwel xhur ta’ din il-leġiżlatura komplejna fuq il-proġetti li kienu nbdew fil-Kunsill preċedenti u lestejniehom u bdejna nfasslu

proġetti oħra ġodda u anke Westreme), Wara li fl-2018 ambizzjużi għal-lokalità kienet saret applikazzjoni tagħna. għall-fondi Ewropej u l-applikazzjoni ġiet aċċettaRestawr ta, dan il-Kunsill beda bilproċess għar-restawr tiegħu Fejn jidħlu proġetti ta’ rest- fejn tlesta x-xogħol tar-restawr fil-lokalità tagħna kważi awr tal-ħitan fuq barra talwasal fi tmiemu x-xogħol fuq Mużew tat-Tunnara fejn wieħed mill-ikbar proġetti dawn kellhom jinħattu u ta’ dan il-Kunsill; il-Mużew jinbnew mill-ġdid minħabba tat-Tunnara (Il-Batterija ta’ l-istat li kienu.

Sar ukoll xogħol estensiv fuq ġewwa fejn issa sar ċentru ta’ interpretazzjoni biex jilqa’ lill-familja kollha u wieħed ikun jista’ jifhem iktar l-istorja twila li għandu dan il-bini marbuta mad-difiża, u wara mas-sajd tattonn. Proġett li se jkun qed jiswa madwar nofs miljun ewro li 400,000 minnhom se jkunu

diretti mill-fondi tal-UE, biddifferenza se jagħmel tajjeb għaliha l-Kunsill. B’hekk dan il-ġojjell se jgawduh il-ġenerazzjonijiet tal-futur u anke t-turisti li jżuru l-lokalità tal-Mellieħa. Fil-Manikata wkoll ġiet irrestawrata l-knisja l-antika wara li applikajna għall-fondi mad-dipartiment tar-restawr lura fl-2018. Infrastruttura

Sar xogħol estensiv ukoll fuq ġewwa fejn issa sar ċentru ta’ interpretazzjoni biex jilqa’ lill-familja kollha u wieħed ikun jista’ jifhem iktar l-istorja twila li għandu dan il-bini marbuta mad-difiża, u wara mas-sajd tat-tonn

Matul dawn is-sentejn u nofs saret ħidma intensiva fl-infrastruttura fil-lokalità tagħna. Tkompliet il-biċċa t’isfel ta’ Triq Ġorġ Borg Olivier bejn Triq l-Erwieħ u Triq il-Qalb Imqaddsa, wara li kien twaqqaf ix-xogħol minħabba r-restawr tal-kmamar tas-santwarju. Fost ix-xogħlijiet li saru, sar titjib fil-culverts għall-ilma tax-xita, tqegħid ta’ cables għas-servizzi, u pajpijiet tad-drenaġġ. Saret ukoll bankina iktar aċċessibbli


19

30.01.2022

quddiem iċ-Childcare Centre tas-sorijiet u b’hekk tneħħa l-periklu li kien hemm. Saru wkoll bankini iktar aċċessibbli kif ukoll servizzi meħtieġa għad-drenaġġ, ilma u dawl mal-kmamar tal-Pellegrini (Santwarju), kif ukoll tneħħew l-overhead cables mill-faċċata ta’ Triq il-Marfa biex tingħata dehra isbaħ. Barra minn hekk, sar xogħol ukoll fuq parti minn Triq il-Mellieħa, it-triq bejn il-Mellieħa u Manikata fejn tneħħiet il-parti dejqa li kienet qed toħloq periklu lil dawk li jgħaddu minnha u żżomm ħafna traffiku. Saru t-toroq ta’ Triq l-Armier iżŻgħir, Daħlet ix-Xmajjar kif ukoll tat-Torri l-Abjad u anke f’parti kbira minn Triq ilMiżieb sar l-asfaltar u ġew installati barrikati ġodda. Grazzi wkoll għal dan il-Ministeru u l-Ministeru għat-Turizmu sar parkeġġ fl-Għadira li jilqa’ ’l fuq minn 350 vettura. Bħalissa għaddej ix-xogħol ukoll fuq il-karreġġjata tat-Tramuntana, ta’ Triq il-Marfa mill-bajja tal-Għadira lejn iċ-Ċirkewwa fejn qed jitqiegħdu katusi ġodda għall-ilma u d-drenaġġ u anke se tinbena l-karreġġjata mill-ġdid. Qed jasal fi tmiemu wkoll ix-xogħol fi Triq Dawret it-Tunnara fejn intużaw madwar 92 blokka tal-konkos iddisinjati apposta biex inbniet mill-ġdid l-istruttura ta’ taħt Dawret it-Tunnara, fil-bajja

tal-Għadira, biex tissaħħaħ din it-triq mal-baħar, li kienet f’riskju li ċċedi wara li matul is-snin il-mewġ għawwar u dgħajjef il-pedamenti tagħha. Barra minn hekk, il-Kunsill baqa’ għaddej bid-diskussjonijiet mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali flimkien ma’ Infrastructure Malta biex isiru xogħlijiet ta’ toroq u turġien oħra, bħalma huma Triq it-Tabib Joseph Grech Attard, Triq ir-Rattan, Taraġ il-Landiera, it-taraġ bejn Triq ta’ taħt l-irdum u Triq in-Nixxiegħa u Triq id-Deru. Fil-bidu ta’ Frar se jkunu qed jitwettqu xogħlijiet temporanji fi Triq Għar u Casa u fi Triq il-Barkazza bil-għan li jitjieb l-aċċess għar-residenti. Postijiet ta’ Rikreazzjoni Il-Mellieħa huwa wieħed mill-postijiet li hawn numru sabiħ ta’ ġonna u playing fields. B’hekk qed issir ħidma biex inkomplu nżidu s-sigurtà fihom fejn bħalissa għaddejin b’diskussjonijiet biex jitwaħħlu numru ta’ CCTV cameras biex ikunu iktar sikuri. S’issa ġew installati żewġ kameras tas-sigurtà fi Ġnien tas-Salib grazzi għall-finanzjament mir-Reġjun Tramuntana, u bħalissa għaddejjin it-tħejjijiet biex jiġu installati kameras oħra fi

Ġnien Dun Anton Debono u l-Park tal-Familja f’Selmun. Bħalissa għaddejja ħidma wkoll biex din is-sena nwettqu proġett ieħor ambizzjuż, fejn għandna l-permessi kollha f’idejna, dak ta’ post ieħor ta’ rikreazzjoni fiż-żona ta’ Mellieħa Heights, eżattament fejn il-bini tal-Mużew. Proġett li huwa stmat li jiswa €430,000 u li la jitlesta jkun jista’ jitgawda mill-familji kollha. Lift Panoramiku Proġett ieħor ambizzjuż u li se jtejjeb l-aċċessibilità partikolarment għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u l-anzjani huwa l-proġett tal-Lift Panormiku. Lift li jgħaqqad Triq l-Inkurunazzjoni u l-Belveder tas-Sur. Dan se jiswa madwar €65,000 fejn ukoll ikkwalifikajna għall-għotja ta’ €33,400 taħt l-iskema Finanzjament ta’ Proġetti Kapitali – Aċċessibilità u Mobilità, imnedija mid-diviżjoni tal-Gvern Lokali. Ambjent Is-settur tal-ambjent huwa għal qalbi ħafna u dejjem rajna li nkunu ta’ eżempju u naħdmu bla waqfien biex verament inkomplu bil-ħidma favur l-ambjent tagħna. Komplew isiru numru ta’ clean ups u anke għenna b’mod regolari lill-għaqdiet

lokali f’dan ir-rigward. Komplejna naraw li s-servizzi li nagħtu fit-tindif ta’ toroq urbani, ġbir ta’ skart domestiku u ġbir ta’ skart goff ikun wieħed tajjeb biex ir-residenti jkollom is-servizz li jixirqilhom. Barra minn hekk, għaddejna l-ħsibijiet tagħna fuq numru ta’ applikazzjonijiet fil-lokalità tagħna li jirrigwardjaw żviluppi u oħrajn, però sfortunatament il-konklużjonijiet mhux dejjem kienu kif xtaqna. Xi ħaġa li ma tiddependix biss mill-Kunsill Lokali. Il-messaġġ tiegħi jibqa’ biex fejn immorru u nieħdu gost innaddfu warajna. Nemmen li flimkien nistgħu nimxu id f’id u nagħmlu d-differenza meħtieġa biex napprezzaw iktar dak li għandna. Affarijiet oħra Il-Kunsill baqa’ dejjem qrib ir-residenti u anke l-għaqdiet tal-lokal billi bqajna nagħtu l-għajnuna li jkun hemm bżonn. Bqajna qrib l-anzjani tagħna fejn komplejna nagħtu s-sapport kontinwu lill-anzjani b’attivitajiet li jiġu organizzati matul is-sena kif ukoll trasport mingħajr ħlas għall-ġarr tal-anzjani minn djarhom għaċ-Ċentru Anzjanità Attiva tal-Mellieħa u lura. Servizz li jintlaqa’ tajjeb ħafna, għax bis-saħħa tiegħu

l-anzjani mhumiex jinqatgħu għalihom fi djarhom, u hekk iħossuhom li għadhom parti mis-soċjetà. Fil-bidu ta’ dan il-mandat waqqaft kumitat biex naraw kif nistgħu ntaffu l-problema ta’ Triq Ġorġ Borg Oliver fejn wara numru ta’ diskussjonijiet illum qed naslu biex nibdew inwettqu dawn il-miżuri wkoll. Fil-qasam sportiv, komplejna noffru l-faċilitajiet fil-Park tal-Familja mingħajr ħlas lil diversi għaqdiet sportivi Melliħin. Inbidel ittagħmir u l-art tal-outdoor gym fl-istess park li kien kofinanzjat minn SportMalta. Dan dejjem bil-għan li l-Kunsill ikun minn ta’ quddiem li jħeġġeġ l-importanza tal-eżerċizzju fiżiku. Bqajna nagħmlu manutenzjoni madwar il-lokalità tagħna grazzi għall-ħaddiema li għandna assenjati mal-Kunsill kif ukoll bil-għajnuna ta’ Cleansing Department, FTZD u Public Works. Għalkemm il-pandemija waqqfet lid-dinja kollha, il-ħidma tagħna baqgħet għaddejja. Minn qalbi nirringrazzja dejjem lil sħabi l-viċi sindku, lill-kunsill u lill-ħaddiema kollha tal-impenn tagħhom favur il-lokalità, lill-Ministeri, lill-entitajiet u lid-dipartimenti governattivi tal-għajnuna tagħhom u lir-residenti u l-għaqdiet kollha ta’ din il-lokalità tas-sapport li jagħtuna biex inkomplu bil-ħidma tagħna.


20

30.01.2022

L-ISTORJA TAT-TUNNARA MELLIĦIJA - MIS-SEKLU 15 SAL-BIDU TAS-SEKLU 20 Minkejja ċ-ċokon ta’ Malta, kull roqgħa art, imqar l-iżgħar raħal, għandu xi ġawhra naturali, bini storiku, sengħa partikolari jew qasam kulturali li jidentifikah minn imkejjen oħra. Il-Mellieħa, minbarra li hi magħrufa għas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa u għall-ġmiel naturali tar-ramliet, l-irdumijiet u l-widien tagħha, bosta nies jorbtuha wkoll mat-tunnara; is-sajd għat-tonn b’qafas ta’ xbieki, li kien isir fil-portijiet Melliħin, fosthom l-Għadira, Irdum id-Delli, qrib il-Gżejjer ta’ San Pawl, Irdum il-Qawwi u Għajn Tuffieħa. Għal din l-intervista kellimt lil David Muscat, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u espert fuq it-tunnara. Minn CHARLES B. SPITERI

David, kif nistgħu nfiehmu lill-qarrejja, x’kienet it-tunnara? It-tunnara kienet tkun sistema kumplessa ta’ xbieki, li l-iskop tagħhom kien li jmexxu u jdaħħlu lit-tonn u ħut ieħor f’nassa ta’ xbieki mnejn ikun jista’ jinqabad. Is-sistema ta’ xbieki kienet tkun marbuta fil-wiċċ ma’ madwar 500 baga u/jew sufra filwaqt li fil-qiegħ, kienet tkun miżmuma minn madwar 30 ankra u għadd ġmielu ta’ mażżri. Kull biċċa xbiek kellha isem u funzjoni. Ngħidu aħna, ix-xibka li mill-marbat talart tagħti għall-baħar kienet tissejjaħ il-pedal jew il-pidar u xogħolha kien li tidderieġi t-tonn lejn ix-xibka ewlenija, li kienet tkun forma ta’ tebut. Mill-banda l-oħra, l-aħħar parti tat-tunnara, fejn kienet issir il-lieva, il-ġbid tax-xibka ’l fuq biex it-tonn jinġieb f’wiċċ l-ilma, kienet tissejjaħ qtil il-ħut, proprju għax fiha, il-ħut kien jittella’ bil-koppijiet u l-ganċijiet fix-xieru (id-dgħajsa prinċipali tat-tunnara). Fit-tunnara Melliħija ma kienx jinqabad biss it-tonn, bil-maqlub ta’ ħafna tnanar kbar Sqallin. Il-baħrin tat-tunnara, għax hekk kienu jissejħu s-sajjieda tat-tunnara, isemmu li minbarra t-tonn kien jinqabad ukoll it-tumbrell, il-lampuki, l-alungi, l-aċċoli, il-kubrit, il-korazzi u ġieli wkoll xi pixxispad, kelb il-baħar jew gabdoll, bħalma nqabad fl-1959, ftit qabel ma tkalat l-aħħar tunnara.

ta u fil-Mellieħa jmur lura għaż-Żmien Nofsani. Jidher li għall-ewwel, is-sidien tat-tunnara kalaw ix-xbieki tagħhom f’bosta daħliet biex jaraw fejn l-aħjar jistaduha. Ngħidu aħna, skont il-Professur Godfrey Wettinger, f’nofs is-seklu 15, l-aħwa Pullicino ngħataw permess mill-ħakkiema ta’ dak iż-żmien biex għal 10 snin jesperimentaw b’tunnara fil-qaliet ta’ madwar gżiritna. L-istess ġara fis-seklu ta’ wara, fl-1564, fi żmien ilGran Mastru Jean Parisot de Vallette. Ambroġ Tiradono, nobbli Ġenwiż, li kien joGħal liema żmien qgħod Trapani (belt fil-Punattribwixxu t-tunnara nent ta’ Sqallija, magħrufa f ’Malta u fil-Mellieħa? għat-tnanar tagħha) ingħaIl-bidu tat-tunnara f’Mal- ta permess biex għal 10 snin

Il-baħrin tat-tunnara mmexxija mill-padrun Franġisk Fenech. Ħajr lil Anthony Fenech ikala tunnara jew tnanar fejn irid fil-qaliet ta’ madwar Malta biex jara tistax tirnexxi din l-impriża. Fost oħrajn, Tiradono ntrabat li: a) fl-ewwel ħames snin ma jagħti l-ebda sehem mill-qabda tat-tonn lill-Ordni ta’ San Ġwann; b) fit-tieni ħames snin jagħti bettija (barili) waħda minn kull 10 btieti ta’ tonn immellaħ lill-istess Ordni; ċ) jipprovdi lis-suq Malti mhux inqas minn 500 bettija ta’ tonn immellaħ qabel ma jesporta l-bqija, jekk jidhirlu li għandu jesporta; d) meta l-kuntratt tiegħu jagħlaq, jekk Tiradono jagħżel li ma jġeddidx il-kuntratt, ilGran Mastru jkun jista’ jinqeda bix-xbieki tal-istess tun-

nara; e) wara 10 snin, terġa’ ssir sejħa għall-offerti u jekk Tiradono jagħmel offerta tajba, jingħata l-ewwel preferenza fl-għażla ta’ min ikollu d-dritt ikala tunnara. Mid-dehra, in-nobbli Ambroġ nefaq kemxa ġmielha biex rama t-tunnara tiegħu. Ġab ix-xbieki, id-dgħajjes u rkaptu ieħor minn Sqallija, fejn permessi simili lil nies tat-tajjeb, kienu jingħataw ta’ spiss. Ngħidu aħna, fl-1630, ilPrinċep Nikola de Villadorata ngħata d-dritt esklussiv li jkala t-tunnara ta’ Marzamemi, fil-Lvant ta’ Sqallija. X’ġara mit-tnanar li kalaw l-aħwa Pullicino u n-nobbli Ambroġ Tiradano, ma nafux. Lanqas ma nafu jekk dawn

it-tnanar tkalawx fil-qaliet ta’ madwar il-Mellieħa. Biss, wisq probabbli, fis-seklu 16, fil-Bajja tal-Mellieħa, tkalat tunnara u għal xi żmien kien jinqabad għadd ġmielu ta’ tonn, għax fl-1649, Ġan Franġisk Abela, fil-ktieb tiegħu, Della Descittione di Malta, Isola nel mare Siciliano, jikteb li l-Aħrax tal-Mellieħa, fi żmienu u qablu wkoll, kien magħruf bħala l-post fejn ipassi u jinqabad it-tonn. Fl-istess ktieb, Abela jirrakkonta kif fl-1642, fuq ir-ramel tal-Għadira, il-mewġ tella’ mostru tal-baħar mejjet, li jista’ jkun li kien xi gabdoll jew kelb il-baħar, għax dawn il-ħlejjaq tal-baħar kienu magħrufin li jsegwu t-tonn fil-mixja tiegħu mill-Punent


21

30.01.2022

Il-Mużew tat-Tunnara, l-Għadira. Ħajr lil Norbert Vella għal-Lvant tal-Mediterran u lura. Din il-ġrajja tant laqtet lil Abela li sa ħażż xbieha tal-mostru tal-baħar fil-ktieb tiegħu. F’liema żmien nistgħu ngħidu li t-tunnara bdew joktru? Skont għadd ta’ dokumenti fl-arkivji u għejun oħra ta’ tagħrif, insibu li l-għadd ta’ sidien u inizjattivi b’risq l-industrija tat-tunnara kotru mis-seklu 17 ’il quddiem. L-aktar postijiet Melliħin li fihom kienet titkala t-tunnara kienu l-Għadira jew ilPort tal-Mellieħa, kif kien magħruf, u Rdum id-Delli. Ngħidu aħna, fl-1 ta’ Ġunju 1748, il-Gran Mastru Manuel Pinto de Fonseca nieda tunnara ġdida fil-post fil-baħar imsejjaħ Fgura, fil-Bajja tal-Mellieħa. Il-maħżen ta’ din it-tunnara kien jinsab fil-Batterija Ta’ Qassisu jew Fedeau, fejn illum hemm il-lukanda Mellieha Bay. L-ewwel tonna nqabdet l-għada filgħodu u ngħatat rigal lill-Inkwiżitur Paolo Passionei. F’Awwissu tal-istess sajf inqabad għadd sabiħ ta’ aċċol f’lieva waħda. Il-Batterija Ta’ Qassisu jew Fedeau nbniet fl-1715-16 iżda fl-1748 sarulha xi tibdiliet biex tkun tista’ sservi ta’ maħżen tat-tunnara u impjant żgħir għat-tmelliħ u l-ħażna tattonn maqbud. Xhieda ta’ dan insibu pjanta tal-istess batterija tal-1748. Fil-pjanta jissemmew il-kmamar li fihom kienu jorqdu l-baħrin tat-tunnara (b’kollox 16-il ruħ), post imsaqqaf ta’ 25 kanna kwadra, li taħtu kienu jitqiegħdu l-btieti tat-tonn immellaħ (li kien jesa’ 300 bettija), tinda li taħtha kien jitqiegħed ilħut maqbud, hekk kif jinġieb

mit-tunnara u rampa li kienet tagħti għall-moll li miegħu kienu jittrakkaw id-dgħajjes tat-tunnara. Jingħad li f ’xi kitba tiegħu de Soldanis ukoll kiteb fuq it-tunnara. Huwa minnu? Iva. Il-Kanonku Ġan Piet Franġisk Agius de Soldanis, fil-ktieb tiegħu Damma tal kliem Kartaginis mscerred fel fom tal-Maltin u Ghaucin (1755-1759) isemmi t-tunnara tal-Port tal-Mellieħa u fuq ilmaħżen u l-kumpless li nbena biex taqbad din l-impriża. De Soldanis jgħid li l-ħidma li saret ma tatx il-frott mixtieq għax it-tunnara ma rendietx qligħ u għalhekk ma baqgħetx titkala. B’kuntrast, fl-istess żmien, fil-Lvant ta’ Sqallija, skont il-kittieb magħruf Massimo Lo Curzio, it-tnanar kienu fl-aqwa tagħhom. Mhux ta’ b’xejn fl-1726, il-familja Rao Torres bniet kumpless ta’ tmelliħ tat-tonn, maħżen u faċilitajiet oħra (malfaraggio), għat-tunnara ta’ Capo Passero u bl-istess mod, ftit tas-snin wara, fl-1753, għamlu l-istess ħaġa, il-werrieta talPrinċep Nikola di Villadorata għat-tunnara ta’ Marzamemi. Jista’ jkun li fis-seklu 18, it-tnanar tal-Lvant ta’ Sqallija mhux talli xekklu l-iżvilupp tat-tunnara Melliħija, talli saħansitra xejnuha. Il-qbid tat-tonn fl-ibħra Maltin jaf naqas minħabba ż-żieda ta’ aktar tnanar fl-istess xaqliba Sqallija, li wassal għal aktar qbid ta’ tonn f’dawk l-inħawi u inqas qbid f’artna. Ladarba naqas il-qbid tat-tonn, kif seta’ jibqa’ jinstab u jinbiegħ f ’pajjiżna? Fil-fatt,

insibu

li

f’nofs

is-seklu 18, kien hemm għadd ta’ Maltin li kienu jimpurtaw it-tonn minn Sqallija. Ngħidu aħna, fis-sajf tal-1745, Indri Farrugia minn Ħaż-Żabbar u ċ-ċorma tiegħu telgħu ħames darbiet Marzamemi biex jixtru t-tonn, filwaqt li Lippu Farrugia minn Bormla u ċ-ċorma tiegħu għamlu ħames vjaġġi lejn Marzamemi u Capo Passero għall-istess skop. It-tbaħħir għax-xiri tat-tonn kien isir bl-ixprunara, li fuqha kien ikollha minn ħames sa għaxar baħrin u f’kull vjaġġ dawn kienu jġibu lejn Malta minn 10 sa 15-il tonna mdaqqsa. Wara li għal xi snin f’nofs is-seklu 18, il-qbid tat-tonn bit-tunnara f’Malta naqas, lejn l-aħħar tas-seklu 18, taħt il-ħakma tal-Gran Mastru Emmanuel de Rohan, l-industrija reġgħet bdiet tqum fuq saqajha. Ngħidu aħna, fit-13 ta’ Marzu 1779, Felice Borg ingħata permess minn Fra Ludovicus d’Almeijda f’isem il-Gran Mastru Rohan biex ikala tunnara fil-Port tal-Mellieħa. Borg daħal għall-biċċa tax-xogħol b’ruħu u b’ġismu u nefaq mal-2,000 skud biex il-ħolma tiegħu tirnexxi. Fis-seklu 19, kienu bosta n-nies li ttantaw xortihom u investew f’tunnara. Iżda mhux kull min għamel l-almu tiegħu irnexxielu jwaqqaf tunnara li trendi. Ngħidu aħna, bejn l-1856 u l-1895, kull tentattiv li titwaqqaf industrija tat-tonn marbuta mat-tunnara Marsaxlokk falla u fl-1895, is-Società Maltese de Pesca qatgħet qalbha li tkala aktar it-tunnara tagħha Marsaxlokk, għax fost oħrajn, is-sajd b’metodi oħrajn tat-tonn, fosthom bit-tartarun, fil-qrib tat-tunnara kien qed ifixkel

lit-tunnara tal-istess raħal u l-Gvern Ingliż ma ħax biżżejjed passi biex iħares l-istess industrija. Fil-qaliet ta’ madwar il-Mellieħa, l-istorja kienet xorta oħra, anke jekk mhux kull staġun tat-tonn kien ikun ward u żahar. Ngħidu aħna, fl-1849, Carmela de Stefano ngħatat permess mill-Gvern Ingliż biex tkala x-xbieki tat-tunnara tagħha fi tliet daħliet, jiġifieri Rdum id-Delli, il-Gżejjer ta’ San Pawl u l-Għallis, iżda mid-dehra, wara xi staġuni tajbin, l-impriża għaddiet minn żmien imwiegħer u fl-1862, de Stefano ma baqgħetx tkala t-tunnara tagħha. Fil-fatt, xi snin wara, fl1876, Federiku Borg ingħata permess biex ikala t-tunnara tiegħu Rdum id-Delli u l-Gżejjer ta’ San Pawl, fl-istess postijiet li fihom kienet tkala x-xbieki tagħha de Stefano u dan minkejja l-protesti ta’ Carmela de Stefano u binha Dun Ġużepp, li insistew malGvern Ingliż li huma kellhom id-dritt jistadu fl-istess inħawi. Hawnhekk ta’ min jgħid li fit-tunnara tad-Delli, iċ-Ċirkewwa, il-Ġnejna u Għajn Tuffieħa kien jinqabad it-tonn bikri li jkun ipassi lejn il-Lvant tal-Baħar Mediterran, filwaqt li f’tal-Għadira u l-Gżejjer ta’ San Pawl kien jinqabad it-tonn tal-ħarifa, it-tonn li jkun ġej lura lejn il-Punent tal-Baħar Mediterran. Fl-istess staġun, is-sidien tat-tunnara ġieli kienu jużaw ix-xbieki tat-tunnara tagħhom f ’aktar minn banda waħda? Iva, tant li skont xi baħrin tat-tunnara, Turi Ellul Boni-

ci, sid ewlieni tat-tunnara fis-seklu 20, ġieli għamel dan f’żewġ bnadi differenti fl-istess sena, id-Delli u l-Għadira. Tul is-seklu 19 u fil-bidu tas-seklu 20 niltaqgħu ma’ bosta nies li kalaw it-tunnara tagħhom fl-inħawi ta’ madwar il-Mellieħa. Is-sidien ewlenin u fejn kalaw ix-xbieki tagħhom kienu: • Karlu Lanzon - Irdum il-Mejjiesa, Għajn Tuffieħa • Pawlu Micallef - Irdum id-Delli • Karmela de Stefano - Irdum id-Delli u l-Gżejjer ta’ San Pawl • Dun Ġużepp de Stefano Irdum id-Delli u l-Gżejjer ta’ San Pawl • Federiku Borg u nies oħra tal-familja Borg - Irdum id-Delli, l-Għadira u l-Gżejjer ta’ San Pawl • G. Maria Zammit - Irdum id-Delli • Karlu Bugeja - il-Gżejjer ta’ San Pawl • Annibale Zammit l-Għadira, il-Ġnejna, id-Delli u l-Għadira u • Salvatore Ellul Bonici, iċ-Ċirkewwa, id-Delli u l-Għadira. Fl-ewwel nofs tas-sena 1899, il-Gvern Ingliż iddeċieda li jbiddel il-mod kif jingħataw il-liċenzji għas-sajd bit-tunnara biex iħajjar aktar investimenti fl-istess industrija. Il-liċenzji ma kinux se jibqgħu jiġġeddu minn sena għal oħra b’sempliċi petizzjoni u lanqas setgħu jbiddlu l-idejn kif ġieb u laħaq, iżda kienet se tinħareġ sejħa għall-offerti għal kull min kien interessat, fil-Gazzetta tal-Gvern u l-liċenzja kienet se tingħata għal tliet snin. Is-sejħa għall-offerti ħarġet fl-20 ta’ Mejju 1899 u l-applikanti ntalbu jissottomettu l-offerti tagħhom sal-11 ta’ filgħodu tal-Ħamis, 31 ta’ Awwissu 1899. L-imkejjen li fihom setgħet titkala tunnara, skont l-avviż tas-sejħa kienu l-Bajja tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, il-Ġnejna, iċ-Ċirkewwa, id-Delli, Marsaxlokk u San Blas, Għawdex. Ħadd ma seta’ jitfa’ offerti għal aktar minn żewġ postijiet u l-Gvern kien se jirriserva d-dritt li jagħti l-liċenzja mhux biss skont il-valur tal-offerta, iżda wkoll skont il-proposti li l-applikanti jagħmlu fuq kif jista’ jinqabad aktar ħut u għalhekk igawdi mill-istess industrija l-poplu Malti. Fost l-imprendituri li wrew interess fis-sejħa għall-offerti kien hemm Federiku Borg, Annibale Zammit, Salvatore Ellul Bonnici u Karlu Bugeja. Dawn in-nies kienu l-protagonisti ewlenin fl-istorja tat-tunnara Melliħija fis-seklu 20. Ir-riċerka fuq it-tunnara fis-seklu 20 għadha għaddejja.


22

30.01.2022

LUCA LORENZO

ID-DYSLEXIA MHIX KUNDANNA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Il-bniedem qatt m’għandu jaqta’ qalbu, anke jekk ikun ibati minn xi kundizzjoni. Kemm jista’ jkun għandna nduru ma’ dak kollu li jiġrilna u naddattaw ħajjitna. Dan l-aħħar sirt naf b’ġuvni li għalkemm ibati mid-dyslexia, ma jħarisx lejha bħala kundanna, iżda jaraha bħala konferma li l-persuna ser tara d-dinja b’mod differenti. Qed nirreferi għal Luca Lorenzo. Għandu 27 sena, mill-Birgu. Bħala passatempi jħobb isegwi l-futbol u l-iktar li jara futbol Spanjol għax iżomm mal-Barċellona. Iżda jsegwi wkoll tim żgħir fit-tieni diviżjoni ta’ Spanja, SD Huesca, li teknikament, huwa ambaxxatur tagħhom hawn Malta. Il-konnessjoni bejnu u bejn Huesca hi minħabba l-post minn fejn kien ilPatrun tal-Birgu, San Lawrenz. Iħobb ħafna l-mużika, kif ukoll affarijiet tal-midja u t-teatru. Fil-fatt, apparti li jirreċta, jikteb u jipproduċi programmi għall-internet, kif ukoll għat-televixin. Madanakollu, huwa wkoll preżentatur fuq l-istazzjon tar-radju, Vibe FM. Imma l-full-time tiegħu hu bħala manager f ’Dipartiment mal-Gvern. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna ċajtiera, sal-punt li dak li jkun ma jafx jekk huwiex qed ikun serju jew le, li hi ftit ta’ sfida. Imma jħobb jara lin-nies ta’ madwaru ferħanin u jidħqu għax jemmen li l-isbaħ ħaġa li bniedem jista’ jilbes hija t-tbissi-

ma. Kapaċi jkun rasu iebsa ħafna, imma dik hi l-istess ħaġa li żżommu determinat ċerti drabi. Ta’ min jgħid li Lorenzo ilu jbati mill-kundizzjoni tad-dyslexia minn mindu kien tifel ċkejken, preċiżament mindu kellu sitt snin. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Proprjament kemm jien kif ukoll il-ġenituri tiegħi sirna nafu bid-dyslexia tiegħi meta kelli sitt snin, imma din hija ħaġa li tkun miegħek mill-bidu nett. Id-dyslexia hi magħrufa bħala learning disability u għalhekk taffettwa l-mod ta’ kif wieħed jikkonsma u jinterpreta l-informazzjoni. Ġeneralment, persuna li għandha d-dyslexia tbati biex taqra jew tispelli l-kliem. Ir-raġuni ta’ dan hi li s-soltu f ’każijiet ta’ dyslexia, il-moħħ ikun qed jaħseb ħafna ’l quddiem. Dan qisek ikollok film għaddej, imma l-kliem mhux qed jaqb-

lu mal-filmat li qed tara, u l-istess informazzjoni imma preżentata b’mod differenti. Però ma jfissirx li min għandu d-dyslexia hu injurant jew ma jista qatt jitgħallem, imma jfisser li jassorbi l-informazzjoni b’mod differenti. Ġeneralment dak li jkun jagħmel użu tad-disinn. Eżempju jien ma nispellix kliem, nassumihom u huma metodi bħal dawn li nies bid-dyslexia juru avvanzi kbar f ’sitwazzjonijiet artistiċi, kif ukoll numerali,” spjegali tajjeb Luca. Illum jemmen li jista’ jitkellem fuq is-suġġett bil-kunfidenza Minkejja kollox, Luca jsostni li bħala persuna li jbati mid-dyslexia, il-ħajja tiegħu tkompli mingħajr xkiel. “Ifhem, jien minn dejjem kont ngħid li m’għandi xejn differenti minn ħaddieħor. Tipo

kulħadd għandu xi ħaġa. Jien għandi d-dyslexia. Niftakar darba meta kont tifel kont m’ommi u ltqajna ma’ mara ġo ħanut u nfaqgħet tibki jien u nkellimha. Wara ommi kienet qaltli li hi għandha tifel bid-dyslexia u kienet tikkomunika ħafna magħha u nfaqgħet tibki bil-ferħ u bit-tama li jekk kont kapaċi jien allura kapaċi hu. Imma għal darb’oħra, insostni li għalija din normali. Memorja oħra hi meta gradwajt. Ġiet tgħidli prosit persuna li gradwat miegħi u jien staqsejtha għaliex. Filfatt qaltli li għax vera kburija bija għax għalija żgur kienet itqal. Jien għedtilha: “Le, għax din għalija normali u nfqajt nidħaq u għedtilha mela prosit lilek ukoll. Wieħed irid jifhem li din mhux xi darba qlajt daqqa ta’ trakk u boom, ma nafx naqra. Kelli nitgħallem bil-metodi tiegħi, kif tgħallem kulħadd b’tiegħu. Dak iż-żmien kont

Kelli nitgħallem bil-metodi tiegħi, kif tgħallem kulħadd b’tiegħu. Dak iż-żmien kont noqgħod kwiet biex qatt ma nuża d-dyslexia bħala skuża l-iskola, imma issa nemmen li nista’ nitkellem fuq is-suġġett bil-kunfidenza biex forsi ngħin lil xi ħadd

noqgħod kwiet biex qatt ma nuża d-dyslexia bħala skuża l-iskola, imma issa nemmen li nista’ nitkellem fuq issuġġett bil-kunfidenza biex forsi ngħin lil xi ħadd,” sostna miegħi. Luca huwa wkoll involut kemm fil-midja fejn kiteb reċta qasira li kellha tittella’ Ħaż-Żabbar, iżda minħabba l-Covid sfaxxa kollox, kif ukoll fuq web series bl-isem ta’ ‘Kollox Ġewwa’. “Eżatt qabel il-pandemija ġejt avviċinat mill-għaqda talĠimgħa Kbira ta’ Ħaż-Żabbar biex nikteb xi ħaġa ta’ 15-20 minuta, u ġejt lura b’short play dwar il-vjolenza domestika, abbuż ta’ sustanzi u b’elementi sottili tal-passjoni ta’ Kristu. Ġimgħa qabel ma kellha tittella’, kellna l-ewwel lockdown. Nittama li xi darba, l-bieb jara d-dawl tal-palk. Fil-lockdown moħħi ma kellux kwiet, għalhekk spiċċajt ktibt storja żgħira fuq ġuvni li jbati minn problemi ta’ saħħa mentali u tant kemm qed jibża’ mill-aħbarijiet foloz tal-Covid li nqafel fil-flat tiegħu flimkien mażżewġ personalitajiet tiegħu li bażikament huma t-tajjeb u l-ħażin. Għalija kien mod ta’ kif nibqa’ kreattiv, kif ukoll nipprattika xi ftit. Għamilt tliet episodji, kitba, editing, filming u nirreċta t-tliet karattri kollha f ’idejja. Eventwalment, ‘Kollox Ġewwa’ qabad u spiċċajt kelli nagħmel episodju ġdid kull ġimgħa u kienet sfida kbi-


08.11.2020 30.01.2022

23

SKEDA ONE Kalamita ONE News Popcorn Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:50 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Min Imissu Niftakru ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Telebejgħ

13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:25 16:55 17:30 18:30

Kalamita ONE News Żona Sport Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Point of Order Taf X’qed Jgħidu? Music Legends Mill-Chcina ta’ Dari ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

15:30 15:40 15:57 16:05 16:28 17:15 18:00 18:30 19:14

ONE News Music Legends Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 21:05 22:30 23:30

ERBGĦA ONE Sports 02-02 & Temp ONE News Primetime The Local Traveller Sajd bil-Kannizzati Flip the venue ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:56 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:45 16:00 16:05 16:26 17:00 17:30 18:30

Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reboot ONE News

06:30 06:45 07:54 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:45 13:00

15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 17:30 18:15 19:13 19:18

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp

19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:30 23:30 23:30

ONE News Primetime Niftakru Miraklu Ħabrikt Popcorn Żona Sport One News

06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:25 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak li Jgħodd

11:35 12:00 12:30 12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 17:25

What’s Cooking Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Taf x’qed jgħidu?! ONE News Mhux kemm taf Sabiħa l-Ħajja

18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30

Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

06:30 06:45 07:12 07:43 08:00 08:40 10:00 10:35 11:30

12:30 12:40 13:15 15:30 15:35 17:05 17:50 19:25

ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa Music Legends L-Argument One Sport & Temp

19:30 20:10

ONE News Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Awla ONE News

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up

TLIETA 01-02

ra bil-limitazzjonijiet kollha li kelli. L-ikbar sodisfazzjon kien li kien hemm nies li kienu jistennewh ta’ kull ġimgħa biex jidħqu daħqa fiż-żmien li kollha kellna bżonnha u meta nħares lura vera kburi b’li għamilt.” Jaħdem fuq it-televixin u fuq ir-radju Kompla jgħidli li wara s-suċċess ta’ ‘Kollox Ġewwa’, kien ġie avviċinat mit-tim tal-kumpanija tal-produzzjoni Brighter Image biex jipproduċi programm umoristiku għall-paġna tal-Facebook tagħhom “Tek Tek”. Fil-pandemija TikTok sploda f ’Malta u ddeċidejt li nagħmel programm għall-komunità tat-TikTok Maltija. Bażikament l-idea kienet li dan ikun magazine/comedy show ta’ ftit minuti fil-ġimgħa fuq it-TikToks Maltin u kull episodju ikolli tema differenti. Eventwalment, kemm il-karattri li vvintajt għal dan il-programm, l-istejjer u ċ-ċajt kif ukoll il-personalità tiegħi bdew jintgħoġbu! Inexxieli wkoll nintegra ħafna mistednin kemm mid-dinja tat-Tiktok, kif ukoll mit-televixin eżempju, Carlos Farrugia, Matthew Sant Sultana, Brian Farrugia, Eileen Montesin, Joe Demicoli, Domnic Said u oħrajn.” Mistoqsi xi jdejqu personalment mill-ħajja b’mod ġenerali, Luca stqarr miegħi li fil-ħin limitat li għandna f ’din id-dinja jeħtieġ li nagħmlu li

nistgħu biex ngħidu li għexna għal xi ħaġa. “Jien rajt ħafna nies li ffissaw fuq x’inhu s-suċċess għalihom li jekk ma jirnexxux jaqtgħu qalbhom jew jaqtgħu l-kundanna li huma falluti. Ma tantx nista’ nitkellem għax jiġuni ġranet hekk, imma jien dejjem ngħid li kuljum irridu naħdmu u nirsistu. Proprju għalhekk f ’dan l-istadju f ’ħajti qed nagħmel li nista’ biex ngħid l-istorja tiegħi, biex nagħti tama lil xi tifel jew tifla li jibżgħu li mhuma kapaċi jagħmlu xejn għax għandhom id-dyslexia. Ġenwinament nixtieq li meta niġi biex nitlaq minn din id-dinja, il-kliem Luca Lorenzo rridhom ifissru xi ħaġa jew għall-inqas ipoġġu tbissima fuq wiċċ xi ħadd,” stqarr miegħi. Fl-aħħar nett, tlabtu jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta speċjalment għal dawk il-ġenituri li indunaw li wliedhom għandhom dyslexia u forsi jkunu ser jaqtgħu qalbhom. “Id-dyslexia mhix kundanna li persuna mhi ser tagħmel xejn fil-ħajja, hi biss konferma li l-persuna ser tara d-dinja b’mod differenti, u ħafna drabi iktar interessanti. Meta kont inkun qed nagħmel eżami u konna nkunu fi klassi għalina tal-bżonnijiet speċjali, kont niċċajta u ngħid aħna l-klassi tas-super powers. Imma fir-realtà iva, għandna s-super powers,” temm jgħid Luca.

TNEJN 31-01

13:00 15:30 15:35 15:58 16:00 16:25 17:30 18:30 19:15

06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

ĦAMIS 03-02

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

SIBT 05-02

ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Flip the Venue

20:35 21:20 23:30

ĠIMGĦA 04-02

ĦADD 06-02


24

30.01.2022

reċensjoni tal-ktieb

BEJN STORJA U MITI

GIOVANNI BONELLO X’kien id-diżgwid li kien inqala’ bejn Dott. Giovanni Bonello u l-Prim Ministru Eddie Fenech Adami? U kif daħal il-Kap Laburista Alfred Sant biex instabet soluzzjoni? Kif u għaliex Giovanni Bonello spiċċa isem famuż fil-qasam tal-ġustizzja internazzjonali? X’inhi din il-kilba ma taqta’ xejn tal-Avukat Bonello għar-riċerka storika? U Sant’Ivo kif jidħol filħajja tal-Imħallef Emeritus Bonello? Dan u iktar fil-ktieb L-Imħallef Giovanni Bonello Bejn Storja u Miti, pubblikazzjoni prestiġjuża oħra ta’ Horizons. Il-volum, editjat minn Sergio Grech, awtur u riċerkatur, jippreżenta l-bijografija ta’ Dott. Giovanni Bonello miktuba mil-lenti ta’ 16-il kontributur. Għall-ewwel darba, f’dan il-ktieb qed tinkixef l-istorja ta’ Giovanni Bonello bħala fotografu ta’ ritratti partikulari. F’dan il-ktieb toħroġ kontinwament il-

ġlieda tal-Avukat Bonello favur id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Id-diversi kontributuri jgħarblu wkoll il-kitbiet tiegħu, kemm dawk legali kif ukoll dawk ta’ riċerka storika, u kollha jaslu għal konklużjoni waħda: Giovanni Bonello huwa patrijott. Il-kontributuri f’dan il-ktieb huma l-Professur George Cassar, Dott. Enrico Scicluna, Dott. Paul Xuereb, Francesca Balzan, in-Nutar Mark Anthony Sammut, l-Imħallef Toni Abela, Caroline Tonna, Dott. Joan Abela, l-Imħallef Lorraine Schembri Orland, ilProfessur Vicky Ann Cremona, il-Professur Kevin Aquilina, Dott. Tonio Borg, Daniel Cilia, Dott. Simon Mercieca, Dott. Austin Bencini, u Maroma Camilleri Il-ktieb jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin tal-kotba f’Malta u Għawdex. Iktar informazzjoni minn 21441604 jew info@ horizons.com.mt.

Mistoqsija: X’jinkixef għall-ewwel darba f ’dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb BEJN STORJA U MITI - GIOVANNI BONELLO. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 7 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IL-FORMA TAL-ILMA hija:

C. MIFSUD - MOSTA

01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm hu l-persentaġġ tal-popolazzjoni ta’ pajjiżna li m’għandhomx dħul biżżejjed biex jgħixu standard ta’ ħajja adegwat?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: N. MALLIA - IL-ĦAMRUN


25

30.01.2022

“THE TORSO KILLER” Richard Cottingham werwer żewġ stati fl-istess żmien IT-TIELET PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Iktar stqarrijiet Fl-2010 Cottingham qal li l-ewwel vittma tiegħu kienet Nancy Schiava Vogel, omm ta’ 29 sena, li qatilha billi fegaha fl-1967. Vogel ħarġet biex tmur tilgħab il-bingo ma’ sħabha iżda minflok marret iddur il-ħwienet fi stab-

m

i l-

ġu

r na

ta

ta

ill

u

Apparti dawn it-tliet vittmi, Dominick Volpe, li kien jaħdem ma’ Cottingham, xehed ukoll kontrih għax il-qattiel kien jiftaħar li jfittex isservizz tal-prostituti u jgħidilhom fejn kien jeħodhom. Cottingham kien arroganti fi kliemu u qal kemm-il darba li jkollhom jagħmlu li jrid hu għax fuq kollox qiegħed iħallashom. Volpe qal li darba, impjegat ieħor ġie b’ġurnal fejn kien hemm l-istorja fuq it-Torso Killer u qal kif jista’ bniedem jagħmel atti atroċi hekk. Għal dan il-kumment, Cottingham qabeż u qallu li “jista’ jkun li kont int jew jista’ jkun li kont jien” iżda ma ħaduhx bis-serjetà għax jafu li kien jiffanfra. Volpe ntebaħ li ma kienx qiegħed jiffanfra hekk kif ra ismu fil-ġurnali fejn ġie akkużat li kien it-Torso Killer. Saħaq li Cottingham kien jirranġa l-ħin tal-kompjuter biex jidher li qatta’ 10 sigħat xogħol mentri fil-verità jkun għamel 10 minuti u jitlaq ’l hemm. Din l-istqarrija kienet importanti waqt il-ġuri għax Cottingham qal li hu kien jaħdem filgħaxijiet allura ma setax ikun li kien hu l-qattiel. B’kollox, Cottingham kellu ġuri fi New Jersey fejn instab ħati ta’ żewġ omiċidji u ieħor fi New York fejn instab ħati ta’ tliet omiċidji. F’Awwissu tal1984, hu weħel kważi ’l fuq minn 200 sena ħabs u għadu qiegħed jiskonta s-sentenza fin-New Jersey State Prison.

C o t ti

ng

h

am

biliment. Cottingham raha, ħatafha u ħadha f’Ridgefield Park fejn fegaha b’ħabel. Tlett ijiem wara, il-pulizija sabu lil Vogel mejta fil-karozza tagħha f’dan l-istess park. Hi kienet bla ħwejjeġ u kellha jdejha marbutin filwaqt li ħwejjiġha nstabu mitwijin puliti fil-karozza.

Fl-2014, Cottingham ammetta li qatel tliet tfajliet oħrajn: Jacalyn Harp ta’ 13-il sena, Irene Blase ta’ 18il sena u Denise Falasca ta’ 15-il sena. Cottingham qatel lil Harp fis-17 ta’ Lulju tal-1968, lil Blase fis-7 ta’ April tal-1969 u lil Falasca fl-14 ta’ Lulju tal1969. It-tliet tfajliet inqatlu billi ġew fgati. Il-pulizija qalu li normalment, qattiel tal-massa ma jibdilx it-tip ta’ vittmi li jagħzel, iżda jista’ jkun li Cottingham beda billi joqtol tfajliet żgħar u wara fis-snin 70 u 80 dar għall-prostituti biex ma jinqabadx. Jista’ jkun ukoll li dar għall-prostituti għax kien iktar faċli għalih li jgħabbi prostituta billi jitlob għas-servizz tagħha u wara joqtolha. Fl-2021, Cottingham reġa’ ammetta li ħataf u qatel żewġ tfajliet oħrajn, Lorraine Marie Kelly ta’ 16-il sena u Mary Ann Pryor ta’ 17-il sena fl-1974 bil-patt u l-kundizzjoni li jingħa-

immunità.

Cottingham qal li ħadhom f’motel, żammhom għal diversi ġranet biex jistuprahom u wara għerriqhom fil-banju. B’din l-istqarrija, il-pulizija rnexxielhom jikkonfermaw li Cottingham kien ħati ta’ 11-il omiċidju, avolja l-qattiel qal li qatel bejn 85 u 100 mara b’kollox. Minkejja li Cottingham ammetta diversi omiċidji, hu baqa’ ma jridx jgħid lill-pulizija min kienet il-vittma l-oħra li nstabet bla ras fil-kamra ma’ Deedeh Goodarzi. L-investigazzjoni għadha għaddejja għax il-pulizija jemmnu li Cottingham huwa ħati ta’ diversi każi oħrajn li baqgħu mhux solvuti. Huma għadhom qed jipprovaw iġibu stqarrija mingħandu permezz ta’ diversi intervisti.

Għal dan il-kumment, Cottingham qabeż u qallu li “jista’ jkun li kont int jew jista’ jkun li kont jien” iżda ma ħaduhx bis-serjetà għax jafu li kien jiffanfra IL-VITTMI: IRENE BLASE, DENISE FALASCA U JACALYN HARP

TMIEM


26

30.01.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

30.01.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 418

D. BONNICI - SAN PAWL IL-BAĦAR

Bi 3 NUMRI 051 111 165 225 256 318 330 337 528 553 574 575 645 672 723

777 819 844 885 B’4 NUMRI 0202 0214 0327 0506 0702 0811 0848 0908 1234 1235

1440 1932 2358 3226 3252 3559 3582 3633 3737 4501 5021 5588 5928 6110 6262 6535

6541 6653 7118 7255 7284 7584 7626 8416 9405 9441 9452 9658 9795 9887

B’5 NUMRI 08225 12019 14363 17252 18110 21001 23382 27513 33256 44217 44292 48134 48195 52019 52454

B’6 NUMRI 007083 196115 450115 528958 631154 707221 965696 984566 B’7 NUMRI 9146385 9181798

MIMDUDIN: 7,16. 1. Kompli l-qawl: 9,10. Ġirienek f’.......... ġurdien f’għammarek (5) 10. 4. Jitkaxkar għal 12. żaqqu dan (4) 16.

Indurat? (5) 18. Ipoġġu fih 19. it-trabi li jitwieldu 20. qabel iż-żmien (9) 21. Ara 9 23. Frotta (6) 24. Ara 7

WEQFIN: 6,21W. 1. Xogħlok (6) 8. 2,3. Xogħol fin Malti? (6) 11. 3. Ara 2 12,19. 5,21M. Tista’ tkun 13. tal-Gvern (6) 14.

Ara 17 Ara 12 wieqfa Ikel (5) Ara 5 Mhux imbagħad (4) Tistkenn taħtha (5)

Ipinġu l-pjanti (6) 15. Għasfur mejjet? (9) 17,18. Uħud? (2) 21. Speċi ta’ keffa (5) 22. Stazzjon tat-tv (3) Kanarin bla ras (6)

Ħuta (6) Barmil (5) Ara 6 Jaqa’ fil-logħob tal-karti (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ġisem, 4.Bejt, 7,19.Obama, 9,11.Widna, 10.Raġuni, 12.Ballun, 16,21W. Qtajja, 18.Le, 20.Parir, 21.JAI, 23.Avis, 24.Aħseb

WEQFIN: 1.Ġewlaq, 2.Sid, 3,22.Morini, 5.Eku, 6.Tli, 8.Ballerina, 12,13.Balla, 14.Narċis, 15.Sallab, 17.Tua


28

30.01.2022

LI TKUN KBURI FIL-POLITIKA Editorjal

Id-diżgwid endemiku fil-PN illum qed jara lil Bernard Grech idur ċippitatu f’nofsu … jekk hemm ċajta politika, bla dubju, hi dik meta dan jiddikjara li hu kburi bħala l-Kap Nazzjonalista

Smajna kemm-il darba lill-Partit Nazzjonalista jħambaq filpub­bliku li m’hemmx kwistjo­ nijiet pendenti fi ħdanu. Li m’għandu l-ebda ġlied intern. Li m’hemmx fazzjonijiet diffe­ renti jaħdmu kontra xulxin. Li m’hemm l-ebda tiġbid ta’ spag li jista’ jwasslu għal deċiżjoni­ jiet konfliġġenti. Minkejja dan, ħadd ma tinżillu minn griżmejh kull darba li tipprova tingħata tali impressjoni. Lanqas nies minn ħdan l-istess Partit ma jemmnuha u l-aħħar disa’ snin urewna li, bil-kontra tal-prietki li jsiru, għandna Oppożizzjoni fl-agħar sitwazzjoni li qatt kienet. Aħna konxji wkoll li l-kwistjonijiet għall-PN baqgħu biss jiżdiedu mill-2013 lil hawn u llum dan hu maqsum f’mill-inqas tliet fazzjonijiet li ma jarawx għajn m’għajn – l-establishment tal-“Blue Heroes”, dawk favur l-Eks Kap Adrian Delia u oħrajn li m’għandhom assolutament minn ħadd minnhom. Dan id-diżgwid endemiku fil-Partit illum qed jara lil Bernard Grech idur ċippitatu f’nof-

su u jekk hemm ċajta politika, bla dubju, hi dik meta dan jiddikjara li hu kburi bħala l-Kap Nazzjonalista. Spiss ikun hu stess li jikxef idejh li m’għandux l-aħħar kelma fil-Partit li suppost imexxi u f’dawk id-drabi li jitkessaħ u jħalli lsienu jiġri bih, dejjem spiċċa biex jilgħaq kollox wara. Dawk tal-establishment, li ġabuh f’din il-qagħda, kienu ċari kristall miegħu sa mill-ewwel ġurnata li nħatar: “Qis li ma tfottix dan iċ-ċans, għax malajr insibu lil ħaddieħor flokok!” Għaldaqstant Grech m’għandu l-ebda fakultà li jis­ta’ jagħ­ milha “tal-cowboy”, avolja nafu li jħobb jippoppa sidru kull fejn ikun, b’mod speċjali meta filqrib jilmaħ il-kamera u/jew il-mikrofonu ta’ ONE News, biex imbagħad xorta jaħrab kull mistoqsija diretta li ssirlu, inkluż dwar l-awtorità tiegħu fil-PN. Issa qed insiru nafu wkoll li, bil-għan li jimponi xi ftit awtorità jew jagħmel ħoss, Grech qed jissogra li jistieden aktar inkwiet intern. Wara li ma tħal-

liex jimbotta lil min xtaq hu għal flok David Thake, li wkoll ħammarlu wiċċu qabel irriżenja minn de­putat, donnu qed iħoss li tilef l-aħħar nitfa rġulija anke ma’ dawk li għenuh jasal fejn hu, bħal Ivan J. Bartolo. Dan tal-aħħar kien respon­ sabbli biex organizzalu petizz­ joni ħalli jitwarrab min-nofs il-predeċessur tiegħu, għamil­lu ġabra abbundanti biex ikun armat għall-elezzjoni ta’ Kap u flaħħar saħansitra ċedielu postu biex jidħol fil-Parlament. Issa tali sitwazzjoni ma tkab­ bar il-profil ta’ ħadd, aħseb u ara ta’ wieħed li qed jokku­ pa pożizzjoni Kostituzzjonali, bħalma hi dik ta’ Kap tal-Oppo­ żizzjo­ni. Fil-verità l-profil ta’ Grech qed jiċċekken bil-minuti. Jekk xejn, bih fiċ-ċentru ta’ dan ilkaos kollu Nazzjonalista jikkon­ ferma biss li la għandu u lanqas qatt jista’ jkollu kontroll fil-Partit tiegħu. Bil-maqlub, tajjeb ukoll li jkun mgħarraf li poli­tiku kbu­ ri huwa dak li, b’ħidmietu u bid-deċiżjonijiet li jieħu, joħ­

roġ bl-unuri mill-agħar kriżi f’għexieren ta’ snin u ta’ dan jiġi mfaħħar internazzjo­nalment. Kburi jkun dak li ma joq­għodx jixxaħħaħ biex, bl-aħjar mod, isalva s-saħħa ta’ ġensu u l-eko­ nomija nazzjonali. Politiku kburi hu dak li, min­ kejja kollox, irażżan l-elementi kollha biex jevita xi splużjoni fil-qgħad jew fl-għeluq tan-negozji inkella fil-prezzijiet tal-aktar utilitajiet essenzjali għallħajja, fost oħrajn. Kburi hu dak li fil-politika ma jiddejjaqx jieħu d-deċiżjonijiet ibsin għallġid tal-poplu li jirrappreżenta. L-istess hu dak li jkabbar ix-xibka ta’ għajnuna soċjali biex jindokra lil dawk l-iżjed vulnerabbli fis-soċjetà. Minn dan kollu, il-Kap Nazz­ jonalista ma jistax jgħid li għandu xi ħaġa tiegħu. Fil-ve­rità, kemm ilu jmexxi l-PN, għamel ħiltu biex ifixkel dan u kull żvilupp ieħor nazzjo­ nali. Għax għal darb’oħra jinqabad ta’ dak li fil-fatt hu – politiku medjokri li tħalla jintuża temporanjament għall-iskopijiet ta’ erbgħa min-nies.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.