KullĦadd_31.01.2021

Page 1

L-AWTORITÀ TA’ GRECH SFIDATA FIL-PUBBLIKU Il-Ħadd, 31 ta’ Jannar, 2021

Ħarġa Nru 1,438

Prezz €1

Rapport f’paġna 4

MARSAXLOKK GĦALL-KENN Bil-ħolqien tal-breakwater ta’ 110 metri fiż-żona tal-Qrejten f’Marsaxlokk, li tlesta din il-ġimgħa, twettqet ħolma għal dan ir-raħal tradizzjonali Malti u s-sajjieda li joperaw minnu. L-investiment ta’ €4 miljun, kofinanzjat minn fondi Ewropej, hu biss wieħed minn numru ta’ proġetti marittimi ta’ Infrastructure Malta, anke jekk hi iżjed assoċjata mal-bini u l-irranġar tat-toroq. Minbarra l-akbar proġett ta’ €50 miljun tal-Grand Harbour Clean Air Project, li se jnaqqas b’90% it-tniġġis ikkawżat minn cruise liners fil-Port il-Kbir, l-aġenzija qed tibni mill-ġdid għadd ta’ mollijiet fil-Bajja ta’ San Tumas u fiż-Żonqor ta’ Wied il-Għajn, fil-Port tal-Imġarr, Għawdex, fl-inħawi tat-Toqba fil-Birgu, puntuni fil-Magħluq ta’ Marsaxlokk stess u faċilitajiet ġodda għal-laneċ talpassiġġieri f’Tas-Sliema u f’Bormla.

FAMILJI U NEGOZJI JIRKUPRAW AKTAR MINN NOFS ID-DJUN MAL-BANEK LI TPOĠĠEW TAĦT MORATORJU REĠGĦU BDEW JITĦALLSU LURA … MAD-9,000 FAMILJA DIĠÀ QAMU FUQ SAQAJHOM GRAZZI GĦALL-MIŻURA T’APPOĠĠ MILL-GVERN Ċifri mill-Bank Ċentrali dwar il-moratorju li kien permess fuq id-dejn mal-banek kummerċjali, bħala parti mill-miżuri t’għajnuna li introduċa l-Gvern, joffru indikazzjoni tajba li l-qagħda tal-familji u n-negozji qiegħda tirkupra mill-għafsa li rriżultat bil-pandemija tal-COVID-19. Fil-fatt, analiżi ta’ statistika, li toħroġ kull xahar, tindika li, fl-aħħar xhur, aktar minn nofs id-djun li fuqhom intalab moratorju, issa bdew jitħallsu lura. Dawn jinkludu aktar minn 9,000 kont ta’ familji li l-pandemija xxottatilhom id-dħul finanzjarju tagħhom u allura rrikorrew għal din l-għajnuna mill-Istat. Bin-nifs li kien qed jingħata mill-piż tad-djun u l-imgħaxijiet fuqhom, fl-eqqel tal-kriżi f’Ġunju li għadda aktar minn 11,000 familja u kważi 2,500 negozju sabu refuġju fil-miżura tal-moratorju. Dan fisser li familji u negozji milqutin ħażin mill-pandemija u r-restrizzjonijiet imposti setgħu jitolbu li, għal xi żmien, ma

MARZU

APRIL

MEJJU

ĠUNJU

LULJU

AWWISSU

SETTEMBRU

OTTUBRU

NOVEMBRU

FAMILJI Numru ta’ djun Ammont ta’ djun (€ miljun)

1,836

5,656

6,961

11,330

7,399

7,207

6,022

3,732

2,074

157

491

610

621

642

627

554

337

188

NEGOZJI Numru ta’ djun Ammont ta’ djun (€ miljun)

885

1,672

1,883

2,475

2,226

2,613

2,314

1,703

1,012

330

764

941

1,066

1,169

1,300

1,243

1,021

737

jħallsux l-imgħax u l-pagamenti fuq id-dejn li kellhom malbanek. Stħarriġ ippubblikat din il-ġimgħa mill-Kamra tal-Kummerċ għan-Negozji Żgħar u Medji wera li 77% tan-negozji lokali fil-fatt ma kellhom l-ebda ħtieġa li jirrikorru għal din

il-miżura. Meta bdiet il-pandemija, ba­nek kummerċjali bdew joffru moratorju volontarju fuq id-djun lil dawk li kellhom l-attività tagħhom affettwa­ ta mill-pandemija, waqt li mbagħad f’April iddaħħal

moratorju uffiċjali permezz ta’ direttiva mill-Bank Ċentrali li japplika għal sitt xhur, bil-possibbiltà ta’ estensjoni ta’ sitt xhur oħra. Ġimagħtejn ilu, il-Bank Ċen­trali xorta ħabbar li, wara konsultazzjoni mal-Ministeri

għall-Finanzi u għas-Saħħa, se jkun qed jestendi l-perjodu sa Marzu għal min irid japplika għall-moratorju jew jitlob estensjoni għal dak eżistenti, fejn hu appli­kabbli. Tkompli f’paġna 9


02

31.01.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa fuq Franza u l-Italja ser testendi saċ-ċentru talMediterran It-Temp: Pjuttost imsaħħab b’xi ħalbiet iżolati tax-xita kultant Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Punent Majjistru li jsir qawwi Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Moderat li jsir moderat għal qawwi L-Imbatt: Baxx mil-Lbiċ It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

KUNTATT ĠENERALI KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

17°C UV 3

12°C

Il-Ħamis

17°C UV 3

11°C

Il-Ġimgħa

17°C UV 3

11°C

Is-Sibt

INDIRIZZ POSTALI 17°C UV 3

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

13°C

18°C UV 3

14°C

19°C UV 4

14°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Floriana Dispensary, 29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 Collis Williams - St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier k/m Triq Gianni Vella, Is-Swatar – 21440790 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Victory Pharmacy, 16, Pjazza l-Vitorja, In-Naxxar – 21412454 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454257 Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem – 21553018 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.



04

31.01.2021

L-AWTORITÀ TA’ GRECH SFIDATA FIL-PUBBLIKU MANUVRI MILL-FAZZJONIJIET TAL-PARTIT NAZZJONALISTA JINDIKAW LI DIĠÀ QED IĦEJJU L-BAŻI GĦAL MIN SE JKUN IS-SUĊĊESSUR TAL-KAP IL-ĠDID WARA BISS TLIET XHUR FIL-KARIGA L-attività ta’ diversi deputati tal-Oppożizzjoni fuq il-midja soċjali fl-aħħar ġimgħat ħarġet aktar fil-beraħ il-qasma dejjem tikber fil-Partit Nazzjonalista u li, bil-maqlub ta’ dak li ddikjara Bernard Grech din il-ġimgħa, mhux kulħadd kien sodisfatt bir-rwol ġdid li ngħata fir-reshuffle tal-ġimgħa li għaddiet. Jirriżulta li fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, l-għada li l-Kap tal-Partit għamel ftit ċaqliq u biddillu l-oqsma li suppost irid jissorvelja, Dr Jason Azzopardi xorta baqa’ jtella’ posts dwar il-qasam tal-ġustizzja, anke jekk dan issa spiċċa taħt Dr Karol Aquilina. Rapporti fil-midja indikaw il-kunflitt ta’ interess ta’ Azzopardi bħala r-raġuni li ngħata r-rwol ġdid ta’ Kelliem Ewlieni għax-Xogħol u l-Intrapriża. Minkejja dan, post li Azzopardi tella’, fost oħrajn, fuq azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ġiet interpretata bħala messaġġ lill-Kap li, minkejja l-ordnijiet tiegħu, se jkompli jitkellem pubblikament fuq dak li jogħġob lilu. Id-diżapprovazzjoni fuq il-bidliet proposti fix-Shadow Cabinet, li ħafna spiċċaw ma seħħewx sforz ir-reżistenza, toħroġ ukoll mill-midja soċjali. Din il-gazzetta hi infurmata li, minkejja li l-PN ħareġ l-ordni li kull deputat itella’ ritratt maħruġ mid-Dar Ċentrali fuq ir-rwoli speċifiċi fix-Shadow Cabinet, kien hemm numru li m’għamlux dan. Fosthom kien hemm Beppe Fenech Adami li ma tefa’ l-ebda post, l-istess bħal Ivan Bartolo. Kien hemm ukoll deputati oħrajn li għamlu post kif dehrilhom huma u injoraw dik li ġie mħejji mill-Partit. Fost dawn kien hemm Claudio Grech u Edwin Vassallo. Minbarra l-immaġini li bagħtulu, il-Viċi Kap Robert Arrigo żied l-arma tal-Partit, l-istess arma antika, magħru-

fa bħala l-“Maduma”, li l-Eks Segretarju Ġenerali tal-Partit u Eks Ministru Louis Galea għadu jrid jevita u jelimina akkost ta’ kollox. Minbarra hekk, kienu biss 10 deputati li poġġew is-slogan ġdid ta’ Bernard Grech – “Paġna Ġdida għal Pajjiżna” – bħala l-cover page tal-Facebook tagħhom. Bil-maqlub, il-Viċi Kap l-ieħor David Agius ħalla r-ritratt fejn tidher it-tmexxija tal-Partit fi żmien Dr Adrian Delia, waqt li Dr Stephen Spiteri, li kien destinat li jitlef postu bħala Kelliem Ewlieni għas-Saħħa, poġġa l-arma uffiċjali tal-PN. Sadanittant, ġurnata wara l-bidla fix-Shadow Cabinet, Azzopardi xerred il-kontenut ta’ artiklu miktub minn Kevin Cassar li ħareġ fuq il-portal taxShift News. Dan tal-aħħar ta’ spiss jikteb kontra l-fazzjoni ta’ Adrian Delia, imma din id-darba l-artiklu kien jittratta attakk fuq id-Deputat u Eks Viċi Kap Mario De Marco. Fil-fatt, f’dan l-artiklu jingħad li “Mario De Marco was in his pocket,” fejn Cassar jallega li De Marco kien fil-but tal-intraprenditur Silvio Debono. Dan fil-każ partikolari ta’ proġett maġġuri, li skont Kevin Cassar hu proġett li jinten. Jidher li dan l-attakk qed isir sem­ pliċiment għax De Marco qed jappoġġja kandidat ġdid, li hu interessat li jsir Kap tal-Partit wara li jispiċċa jitneħħa Dr Grech mill-kariga. Min-naħa tiegħu, iċċaqċaq li Azzopardi jippreferi kandidata oħra, li diġà qed tibda tippożizzjona ruħha għall-ġlieda interna li jmiss għattmun tal-Partit. Fid-Dar Ċentrali u fost l-establishment l-antik jew il-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil qed iqum it-tħassib li, minħabba li dawk li baqgħu leali lejn l-Eks Kap Adrian Delia ntebħu li diffiċli jerġgħu jieħdu l-Partit f’idejhom, qed jikkunsidraw li jagħtu l-appoġġ lill-istess kandidat appoġġjat minn Dr De Marco u sħabu. Għalhekk fl-aħħar jiem ġie deċiż li esponenti tal-establishment jagħtu sinjal ċar tas-saħħa li jgawdu. Dan sar, fost l-oħrajn, b’attakk fuq is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci. Minn qabel fetħet l-attakk is-sieħba ta’ Simon Busuttil, b’ar-

tiklu fuq it-Times of Malta, kien Jason Azzopardi stess li beda din il-manuvra. Permezz ta’ kumment fuq Facebook ipprova jżeffen fin-nofs lill-Professur Gauci fil-kwistjoni tat-transfer temporanju li sar biex Dr Kenneth Grech, Eks Segretarju Permanenti fi żmien Gvern Nazzjonalista, jaħdem biex ma jintilfux fondi Ewropej għas-settur tas-saħħa.

Fil-post tiegħu, Azzopardi qal li jħoss li għandu dritt jistaqsi jekk is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika hix f’pożizzjoni Sukkubi. Ladarba Sukkubi hu l-isem ta’ dimonju li jieħu figura femminili biex jittanta lil xi ħadd, il-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista ġiet interpretata bħala offensiva, apparti li mhux normali li t-terminu jintuża f’diskorsi pubbliċi, speċjalment fil-konfront ta’ xi mara. Dr Azzopardi staqsa wkoll jekk il-Professur Charmaine Guaci hix f’pożizzjoni ta’ sottomissjoni. Anke dan il-kliem jitqies li mhux f’loku f’diskussjoni ta’ din in-natura. Minkejja l-popolarità qawwija u r-rispett li tgawdi l-Professur Gauci, il-Kap Nazzjonalista xorta ma ħassx li kellu joħroġ jiddefendiha u għal darba darbtejn irrifjuta li jieħu pożizzjoni. Meta Edwin Vassallo ħareġ jgħid li l-liġijiet tad-divorzju u taż-żwieġ ċivili

huma diżumani, Dr Grech kellu jieħu pożizzjoni kontrih, avolja dan ma sarx mill-ewwel, imma wara li ħarġu wkoll kontra, fost oħrajn, David Thake u Dr Therese Comodini Cachia b’posts fuq Facebook. Esponenti qrib il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista fl-aħħar jiem ġibdulna l-attenzjoni li tali mavuri jindikaw biss kif il-membri tal-fazzjonijiet jagħtu importanza lil Dr Bernard Grech biss meta jkunu jistgħu jużawh biex idawru l-kanuni fuq xulxin. “S’issa jidher li Dr Grech għadu jħoss li jrid jaqdi lill-fazzjoni li għażlitu u imbottatu (biex rebaħ il-konfront ma’ Delia f’Ottubru li għadda) għax din l-akbar waħda fil-Grupp (Parlamentari),” stqarrew is-sorsi, għalkemm indikaw li l-fazzjonijiet l-oħrajn xorta huma b’saħħithom biżżejjed biex iwaqqfu lil tal-establishment milli jieħdu l-Partit lura f’idejhom kompletament. Hu mbassar li fil-ġimgħat li ġejjin ikun hemm aktar ġlied fi ħdan il-PN, speċjalment jekk il-fazzjoni ta’ Busuttil tibqa’ temmen li l-fazzjonijiet l-oħrajn se jingħaqdu madwar kandidat alternattiv għal dik li diġà qed jittimbraw bħala s-suċċessura ta’ Bernard Grech.


05

31.01.2021

JURU TĦASSIB LI L-PN JINSAB F’MELTDOWN Fl-isfond ta’ tmiem il-ġimgħa kkaratterizzat minn attakki fost il-fazzjonijiet u riżenji ta’ wħud mill-persuni fil-qalba tat-tmexxija ta’ kumitati lokali, partitarji tal-Partit Nazzjonalista qed juru tħassib serju li dawn huma biss sinjali li l-Partit m’għadux l-istess li jiftakru minn għexieren ta’ snin ’l hawn u dak li fadal qed jiżvinta wkoll. L-argumenti msejsa b’tgħajjir u block vote kontra dawk li kienu favur l-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia minn dawk li jappoġġjaw lill-Kap attwali Bernard Grech u l-fazzjoni tal-establishment wasslu għal tħarbit ta’ elezzjonijiet sezzjonali skedati din il-ġimgħa. Dan wassal saħansitra lil Dr Delia biex jibgħat messaġġ b’saħħtu lit-tmexxija attwali fejn tenna li b’attitudni u b’azzjoni simili, mhu se jifdal xejn iżjed x’jitkisser mill-Partit. Din il-gazzetta wkoll ġiet avviċinata minn partitarji li huma tassew inkwetati kif il-PN jista’ qatt jirkupra xi ħaġa minn dak li ntilef, kemm-il darba “issa spiċċajna nirriġettaw lil ħutna stess … lil min qiegħed magħna diġà fl-istess Partit”. Ir-rebus li qam fil-PN b’riżultat tal-ġlied u l-intriċċi waqt l-elezzjonijiet fil-kumitati sezzjonali ħa żvolta ġdida hekk kif ilbieraħ f’Ħal Qormi twaqqfet ħesrem il-votazzjoni għall-kumitat Nazzjonalista. ONE News irrapporta li l-votazzjoni twaqqfet wara li kandidat partikolari fl-elezzjoni, għal xi raġuni, tħalla barra mill-polza tal-vot. F’messaġġ li ntbagħat iżjed tard, il-PN qal li l-elezzjoni tal-kumitat sezzjonali ta’ Ħal Qormi ġiet posposta għal data oħra mhux magħrufa “minħabba raġunijiet amministrattivi”. Nhar il-Ġimgħa numru ta’ kandidati f’Tas-Sliema meqjusin ta’ Delia rtiraw mill-elezzjoni għax ma felħux iżjed jiġu mminati minn Nazzjonalisti stess, li bdew imexxu l-kelma għal block vote kontrihom. Kien wieħed minn ta’ Bernard Grech li beda jibgħat messaġġi u jimbotta għall-block vote ħalli fil-kumitat jitilgħu biss membri ta’ Bernard Grech. Filfatt fil-messaġġi, il-Kunsillier Nazzjonalista Slimiż Kevin Wain kiteb biex dawk ta’ Delia ma jiħdux vot mit-tesserati li kienu se jivvutaw. Riżultat ta’ dan, il-kandidati ta’ Delia u li kienu fl-elezzjoni tal-kumitat, il-Ġimgħa filgħaxija marru d-Dar Ċentrali u infurmaw lill-Kap tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech li qed jirtiraw il-kandidatura tagħhom għall-kumitat sezzjonali. B’riżultat t’hekk ma kienet meħtieġa l-ebda elezzjoni, għax is-seba’ kandidati tal-fazzjoni Busuttil li kien fadal se jkunu qed jiffurmaw il-kumitat huma. Il-kumitat sezzjonali ta’ Bormla, li kien għadu kif ġie elett, irriżenja f’daqqa b’solidarjetà ma’ sħabhom f’Tas-Sliema. F’ittra li s-sitt membri tal-kumitat ta’ Bormla bagħtu lis-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech qalu li l-Kummissjoni Elettorali Nazzjonalista mxiet b’idejn tat-tajjar u baqgħet passiva quddiem block vote ċar f’Tas-Sliema kontra Nazzjonalisti stess. Il-membri tal-kumitat Bormliż, magħrufa għall-appoġġ li jagħtu lil Delia, qalu li l-PN m’għadux l-istess Partit li twieldu u trabbew fih. L-Eks Kap Delia rrefera għall-mod kif ċerti Nazzjonalisti ġew imweġġa’ u riżultat ta’ dan se jibqa’ jitkisser il-Partit. F’kitba bla kantunieri, Delia, li ma riedx ikun kompliċi fix-Shadow Cabinet ta’ Grech, qal kif il-PN qed jagħlaq il-bieb saħansitra lin-Nazzjonalisti, waqt li ppubblika l-istqarrija li ħarġet mid-disa’ kandidati Nazzjonalisti f’Tas-Sliema.

SPEJJEŻ TA’ TĦADDIR TA’ RESIDENZI SE JIĠU KOPERTI MILL-GVERN Permezz ta’ skema li għandha baġit ta’ €2 miljun, il-Gvern se jiffinanzja l-ispejjeż kollha biex faċċati ta’ residenzi jissebbħu bi pjanti u siġar, isiru ġonna vertikali jew retrofitting ta’ front gardens eżistenti ta’ proprjetajiet privati f’żoni residenzjali. Ħwienet u uffiċċji li diġà għandhom front gardens f’dawn iż-żoni wkoll jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema. Il-Ministru responsabbli mill-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia ħabbar it-tnedija tal-iskema ġdida ta’ tħaddir fl-urban li tibdel binjiet minn “griżi” għal “ħodor” u f’ambjent aktar san. “Studji juru b’mod ċar li infrastruttura ħadra tnaqqas b’mod sostenibbli l-effetti ħżiena fuq l-ambjent li ġġib magħha l-urbanizzazzjoni ta’ żoni densa­ment popolati u li twassal għal kwalità ta’ arja aħjar, immaniġġjar tal-ilma u protezz­joni tal-bijodiversità. It-tħaddir tal-ibliet u l-irħula jgħin ukoll is-saħħa mentali u jħajjar lin-nies biex jimxu aktar,” qal il-Ministru. L-iskema, li se tkun ammi­ nis­trata mill-Awtorità tal-Ippjanar, se tirrifondi 100% tax-xogħlijiet eliġibbli, inklużi spejjeż assoċjati ma’ xogħol ta’ installazzjoni, materjal, kiri ta’ tagħmir, pjan ta’ ħames snin għall-immaniġġjar ta’ dan il-ħajt u kwalunkwe spejjeż oħra ta’ konsulenza. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu mit-Tnejn 15 ta’ Frar 2021 u l-iskema se tkun dis-

QABEL

WARA

Eżempju ta’ kif residenza tista’ tinbidel bi spejjeż imħallsin mill-fond allokat b’din l-iskema tal-Gvern ponibbli fuq bażi ta’ first come first served. L-iskema tibqa’ miftuħa sad-9 ta’ April 2021 jew sakemm jintuża l-baġit kollu allokat. Biex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ sottomissjoni, it-talbiet għall-finanzjament għal din l-iskema se jkunu qed isiru mill-periti permezz tal-online e-Application system tal-Awtorità. L-Awtorità ppubblikat ukoll linji gwida biex tassis­ti lil dawk interessati.

Iċ-Ċermen tal-Kunsill Eżekuttiv fl-Awtorità tal-Ippjanar, Martin Saliba, qal li fil-qalba tal-infrastruttura ħadra hemm il-prinċipju tal-koeżistenza, fejn nibdew nirrelataw mal-ambjent naturali minflok niżviluppaw kunflitt miegħu. Aktar tagħrif relatat mal-iskema Green Your Building jista’ jinkiseb billi ċċempel fuq 2290 1544 jew tibgħat email fuq greenyourbuilding@pa.org. mt.

SLOVAKKI FIL-QORTI MIXLIJIN B’SEKWESTRU Peter Tupta ta’ 49 sena, Anton Triscik ta’ 47 sena u Adam Mazurkovic ta’ 22 sena lkoll mis-Slovakkja wieġbu mhux ħatja wara li ttellgħu l-Qorti mixlija li ssekwestraw kompatrijott tagħhom, poġġewlu ħajtu fil-periklu, beżżgħuh, serquh u insulentawh. Fil-Qorti l-Ispettur Jessica Bezzina spjegat li l-Ħamis daħal rapport li kien hemm argument f’Tas-Sliema u meta uffiċjali tal-pulizija waslu fuq il-post sabu erbat irġiel ta’ nazzjonalità Slovakka, b’wieħed minnhom fi stat ta’ xokk. L-Ispettur qalet li meta kellmuh, l-allegat vittma stqarr li kien maħtuf mill-aggressuri tiegħu mill-Erbgħa u wara li sabuh fil-Mel­lieħa, rażżnuh

u ħaduh fil-karozza tiegħu stess sakemm biddlu l-karozza għal waħda tal-kiri.Minn hemm il-vittma ttieħed fl-Aħrax tal-Mel­lieħa fejn allegatament intrabat ma’ siġra, tneżża’ għarwien u beda jissawwat fix-xita. Il-Pulizija tifhem li l-akkużati ġew Malta apposta biex isibu lill-vittma, li kien f’negozju magħhom u kellu xi dejn mat-tlett irġiel. L-akkużati baqgħu jinżammu arrestati, waqt li l-Maġistrat Joe Mifsud stqarr li Malta dejjem kienet magħrufa bħala l-pajjiż li fih in-nies jil­ taqgħu biex jiftehmu fuq il-paċi u għaldaqstant saħaq li djun f’pajjiżi oħrajn m’għandhomx jiġu esportati lejn pajjiżna.


06

31.01.2021

TISLIMA LIL DR MICALLEF STAFRACE L-AĦĦAR MEMBRU FIL-KABINETT LABURISTA TAL-1971 IMUT FL-GĦOMOR TA’ 87 SENA L-Eks Ministru Laburista Joe Micallef Stafrace miet nhar ilĠimgħa fl-għomor ta’ 87 sena. Hu kien l-aħħar membru ħaj li kien fadal mill-Kabinett tal-1971 taħt it-tmexxija tal-Perit Duminku Mintoff. Minbarra hekk tul ħajtu kollha ta kontribut qawwi fil-ġurnaliżmu, inkluż b’kitbiet regolari, partikolarment fil-gazzetta It-Torċa fejn baqa’ jikteb sa mewtu. Dr Micallef Stafrace ġie elett fil-Parlament l-ewwel darba fl-1962 u baqa’ jiġi elett fiż-żewġ leġiżlaturi ta’ wara. Fl-1971, ilPrim Ministru ħatru Ministru għall-Industrija, l-Agrikoltura u t-Turiżmu. Bħala wieħed mill-ewwel vittmi tal-Interdett ordnat mill-Arċisqof Mikiel Gonzi, Micallef Stafrace kien spiċċa jiżżewweġ fis-sagristija tal-Knisja ta’ San Pawl tar-Rabat. Minbarra hekk kien ġurnalist, editur, avukat, għalliem tal-Liġi tal-Istampa fl-Università ta’ Malta u għal żmien Ċermen tal-Awtorità tax-Xandir. Waqt li rawwem għadd ta’ ġurnalisti, li kienu telgħin, Dr Mi-

callef Stafrace dejjem kien jisħaq li l-ġurnalisti għandhom responsabbiltà kbira b’dak li jiktbu u jxandru. Tul il-karriera ġurnalistika tiegħu jibqa’ magħruf kif kien ukoll weħel erbat ijiem ħabs talli ppubblika karikatura tal-Gvernatur Ingliż Sir Robert Laycock fil-ġurnal Is-Sebħ f’Awwissu tal-1958, eku tal-irvellijiet t’April ta’ dik is-sena fejn ħadd ma seta’ jipprotesta kontra l-Gvern Ingliż. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-ikbar tislima li nistgħu nagħtu lil Micallef Stafrace hi li fil-politika, inħaddnu l-ideal tal-onestà, li kien magħruf għaliha, waqt li l-Partit Laburista wkoll sellem il-memorja ta’ Dr Joe Micallef Stafrace u qal li din hija telfa ta’ bniedem li ħadem għall-ħelsien f’kull sens tiegħu. Hu ħalla warajh lil martu Yvonne, uliedhom Simon, Kyrill u Yana, u l-familji tagħhom. Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tlieta fit-8:30 ta’ filgħodu fil-Knisja ta’ San Duminku, il-Belt.

MALTA TASPIRA LI TKUN HUB TAT-TELEKOMUNIKAZZJONI IL-GVERN JITTAMA LI JISFRUTTA L-POŻIZZJONI ĠEOGRAFIKA GĦAL ĦOLQA BEJN L-AFRIKA U L-EWROPA B’SERVIZZI TAL-OGĦLA LIVELL LI JIĠĠENERAW IŻJED DĦUL EKONOMIKU U ĦOLQIEN TA’ IMPJIEGI ĠODDA Waqt li bħalissa għaddej xogħol estensiv minn operatur privat tat-telekomunikazzjoni għal cable sottomarin li jgħaqqad lil Malta ma’ Marsilja u l-Eġittu, ilGvern qed jaspira li eventwalment ikun hemm ukoll cable ieħor li jgħaqqadna mal-Libja. F’settur tat-telekomunikazzjoni li hu meqjus bħala pilastru tal-ekonomija u sors importanti ta’ dħul finanzjarju, il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija qed jittama li jkun jista’ jisfrutta l-pożizzjoni ta’ pajjiżna għal ħolqa bejn l-Afrika u l-Ewropa f’dan il-qasam bħala parti minn strateġija nazzjonali ta’ diversifikazzjoni Il-Ministru responsabbli Silvio Schembri jisħaq li l-iżvilupp ta’ cable ġdid mal-Libja jservi ta’ game-changer, għax Malta tkun f’pożizzjoni li tuża l-pożizzjoni strateġija tagħha f’nofs il-Mediterran bħala hub ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni bejn il-kontinenti. Is-sena li għaddiet Malta ġiet ikklassifikata millKummissjoni Ewropea bħala waħda mill-aqwa pajjiżi flEwropa fl-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni. Skont id-Digital Economy and Society Index (2020), Malta tikklassifika fost l-aqwa ħames pajjiżi fl-Ewropa fil-progress diġitali, b’mod partikolari flużu tal-broadband, kapaċità tal-internet u integrazzjoni

tat-teknoloġija diġitali fin-negozji lokali. “Dan ikun ifisser, settur ieħor minn fejn il-pajjiż ikun jista’ jżid l-introjtu ekonomiku tiegħu u potenzjal għal iżjed ħolqien ta’ impjiegi ġodda. Dan hu eċżempju ieħor ta’ kif il-Gvern f’ħidmietu dejjem iħares lejn ekonomija li tkun ta’ ġid għal kulħadd,” tenna l-Ministru b’referenza għallħolqien ta’ aktar infrastruttu-

ra. Hu tenna li, biex gżira bħal Malta, li tiddependi fuq il-komunikazzjoni mal-Ewropa u s-swieq internazzjonali, tibqa’ kompetittiva jrid ikollha konnessjoni u konnettività b’saħħitha. “L-infrastruttura tal-komunikazzjoni f’Malta hi mill-aktar żviluppata fl-Ewropa. Bħala Gvern naraw li nagħtu attenzjoni massima biex nassiguraw li l-industriji

kollha – saħħa, enerġija, trasport, turiżmu, settur pubbliku – ikollhom konnettività affidabbli ħalli jkomplu bl-operat tagħhom bl-inqas xkiel possibbli,” kompla Schembri, waqt li semma kif il-politika tal-Gvern hi li, id f’id mas-settur privat, tkompli tibni infastruttura diġitali mill-iżjed żviluppata. Il-Ministru fakkar fl-investiment riċenti tal-Gvern fl-installazjoni tat-tieni fibre optic

cable bejn Malta u Għawdex biex il-gżira ma baqgħetx tiddependi fuq cable wieħed mikri mill-Enemalta. “Kellna sitwazzjoni fejn kumpaniji li jiddependu fuq dawn is-servizzi, li huma fil-maġġoranza, kienu jibżgħu jinvestu f’Għawdex. Grazzi għall-ħidma ta’ dan il-Gvern, issa Għawdex qed igawdi bl-istess infrastruttura diġitali għat-telekomunikazzjoni bħal Malta. B’hekk ikomplu jinħolqu iżjed jobs f’Għawdex għall-Għawdxin,” qal Schembri. Il-Gvern hu miftuħ għal attività ekonomika li tpoġġi liċ-ċittadin l-ewwel, bħalma qed jiġri fil-ħidma tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA), li bis-servizzi tagħha qed tara li l-ħtiġijiet tal-konsumatur jiġu moqdija aħjar. Sa din il-ġimgħa stess, l-Awtorità nediet l-ewwel sit li se joffri lill-konsumatur il-possibbil­ tà li jqabbel l-offerti kollha disponibbli fis-suq lokali għal servizzi tat-telefonija u l-internet skont il-ħtiġijiet tiegħu personali. Il-Ministru Schembri wera l-apprezzament tiegħu lejn il-ħidma tal-MCA li, b’mod professjonali, taħdem biex issib bilanċ bejn li tkun regolatur serju u rispettat anke fuq livell internazzonali u li ma xxekkilx l-operat.


07

31.01.2021

SKEMA FAVUR XOGĦOL LI JISTA’ JSIR F’GĦAWDEX IMNEDIJA MIŻURA TAL-BAĠIT LI SE TIRRIFONDI SA €24,000 GĦAL KULL ĦADDIEM LI JIĠI INGAĠĠAT F’XOGĦOL TA’ BACK OFFICE FIL-GŻIRA Waqt li din il-ġimgħa kien qed iniedi waħda mill-miżuri ewlenin fil-baġit għal din is-sena, il-Gozo Back Office Employment Refund Scheme, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li l-għanijiet ewlenin ta’ din l-iskema huma li jinkoraġġixxu entitajiet privati lokali jew barranin biex jestendu, ikabbru u jinvestu fl-operat tagħhom fil-gżira. L-iskema se tagħti rimborż lil kum­ paniji li jingaġġaw ħaddiema f’Għawdex f’xogħol ta’ back office ta’ bejn €4,500 u €8,000 kull ħaddiem. “Wara d-diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija f’ċerti setturi ekonomiċi f’Malta u lil hinn minn xtutna, Għawdex ta prova ta’ reżiljenza. U għalhekk qegħdin f’pożizzjoni li nħabbru skema li toffri inċentivi finanzjarji lukrattivi. Din hi wkoll miżura li ssaħħaħ id-diversifikazzjoni tal-ekonomija fi gżiritna,” qal

SALARJU BAŻIKU ANNWALI €

RIMBORŻ ANNWALI KULL ĦADDIEM

RIMBORŻ TOTALI KULL ĦADDIEM WARA TLIET SNIN

17,000 - 23,000

€4,500

€13,500

24,000 - 30,000

€6,000

€18,000

31,000 u ‘l fuq

€8,000

€24,000

*Il-massimu annwali f’għajnuna finanzjarja lil kull azjenda m’għandux jaqbeż il-€65,000

il-Ministru Camilleri waqt konferenza tal-aħbarijiet. Hu ħabbar li l-impjiegi ġodda f’Għawdex li jiġu klassifikati bħala back office mill-1 ta’ Marzu 2020, se jkunu jistgħu jgawdu minn rimborż tas-salarju li jkun ikkalkulat skont

il-paga tal-impjegat. Kull kumpanija tista’ tibbenefika minn massimu ta’ €65,000 fis-sena minn din l-iskema. Id-Direttur tat-Turiżmu u l-Iżvilupp Ekonomiku fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex Ronald Sultana spjega li filfatt hemm tliet wage brackets fejn ak-

tar ma tkun għolja l-paga, aktar ikun ir-rimborż tas-salarju li tkun tista’ tibbenefika minnu l-kumpanija. Il-Ministru tenna: “Qegħdin nibnu reputazzjoni b’saħħitha ta’ gżira innovattiva b’infrastruttura moderna. Ma jfissirx li aħna kuntenti. Inwiegħed li nkompli ngħolli l-livell ta’ Għawdex f’dak li kapaċi joffri biex nattiraw aktar investiment barrani u nkattru dak intern. Irrid li Għawdex ikollu infrastruttura ta’ kwalità mhux biss f’dak li għandu x’jaqsam toroq, imma wkoll faċilitajiet teknoloġiċi, edukattivi, sportivi u storiċi.” Din l-iskema tħabbret proprju ftit ġimgħat wara li ġie inawgurat it-tieni fibre optic bejn Malta u Għawdex, proġett li jikkumplimenta bis-sħiħ din il-miżura kruċjali. Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jżur is-sit elettroniku tal-Ministeru għal Għawdex (mgoz.gov.mt).


08

© EUROCONTROL

31.01.2021

MALTA

L-AVJAZZJONI TIRREĠISTRA 57% INQAS TNIĠĠIS FL-2020 Ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar is-sena li għaddiet, kawża tal-pandemija talCOVID-19, wasslu għal tnaqqis drastiku ta’ 56.9% fit-tniġġis tas-CO2 minn titjiriet fl-Ewropa kollha meta mqabbel mal2019. Skont standards globali, it-tniġġis kollu tas-CO2 minn titjira jiġi assenjat lil dak il-pajjiż tat-tluq u jvarja minn stat għal ieħor. L-istess titjiriet tat-tluq naqsu b’ammont simili għas-CO2: 54.5% meta mqabbel mal-2019. Dawn ir-riżultati ħarġu minn rapport ġdid tal-aġenzija Eurocontrol, li ġie ppubblikat din il-ġimgħa, u li minnhom joħroġ li Malta, bi 62% tnaqqis fl-emissjonijiet mill-industrija tal-avjazzjoni, kienet taqa’ fit-tieni l-akbar faxxa ta’ pajjiżi li rreġistraw l-ogħla livelli ta’ tnaqqis.

Studju ppubblikat mill-istess aġenzi- aqqis kien il-Lussemburgu (-13%). fett tal-pandemija fuq it-titjiriet. ja Ewropea fl-4 ta’ Jannar li għadda wera Il-varjazzjonijiet konsiderevoli fit-tnPereżempju, it-titjiriet tat-tluq li, b’riżultat tar-restrizzjonijiet li ġew aqqis tas-CO2 bejn il-pajjiżi kienu jidde- mill-Belġju naqsu bin-nofs matul l-2020, imposti kontra t-tixrid tal-virus globali, pendu minn differenzi fil-flotta lokali ta’ simili għall-medja Ewropea. Minkejja kien hemm mal-1.7 biljun passiġġidan, it-tnaqqis tas-CO2 fil-pajjiż kien er inqas li vjaġġaw fl-Ewropa u lil biss ta’ 30%. hinn fit-12-il xahar li għaddew meta Raġuni ewlenija għal dan kienet mqabblin mal-2019. Dan wassal għal il-proporzjon għoli ta’ titjiriet Bir-restrizzjonijiet imposti, telf sħiħ ta’ €56.2 biljun għal-linji ta’ tagħbija li kienu qed joperaw Malta kienet fost il-pajjiżi tal-ajru, ajruporti u l-firxa wiesgħa mill-Belġju, li żdiedu minn 11% flta’ servizzi relatati. 2019 għal 25% fl-2020. Titjiriet ta’ fl-Ewropa li rreġistraw l-akbar Ir-rapport il-ġdid ta’ Eurocontrol tagħbija jużaw ajruplani akbar u issa sab li l-pajjiżi bl-aktar tnaqqis tnaqqis ta’ emissjonijiet CO2 fl-2020 jtiru aktar mill-medja tat-titjiriet fl-emissjonijiet b’riżultat tal-indus- meta mqabbel mas-sena ta’ qabel fil-pajjiż, għaldaqstant joħolqu livell trija tal-avjazzjoni s-sena l-oħra ogħla ta’ tniġġis. kienu l-Montenegro (-75%), il-Kroazja ajruplani li jkunu eħfef jew iżgħar fl-età, Raġuni oħra kienet li, minħabba titji(-73%), is-Slovenja (-71%), ir-Repubblika id-distanzi iqsar jew itwal fit-titjiriet, riet qosra mħassrin, il-medja ta’ titjiriet Ċeka (-71%), is-Slovakkja (-70%) u l-Iżlan- it-taħlita ta’ titjiriet fis-suq partikolari bi skeda kienet itwal minn dik irreġisda (-70%). Il-pajjiż li rreġistra l-inqas tn- (tagħbija, bi skeda, negozju, eċċ.) u l-ef- trata fl-2019, u allura b’iżjed tniġġis CO2.

FLYDUBAI SE TIBDA TOPERA MINN MALTA Il-linja tal-ajru bbażata f’Dubaj, Flydubai, ħabbret li se żżid lil Malta fin-network Ewropew tagħha b’titjiriet lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mit-12 ta’ Mejju li ġej. B’kollox se topera erba’ titjiriet fil-ġimgħa; tnejn diretti u tnejn oħra b’waqfa fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Catania, fl-Italja. Bħal pajjiżi oħrajn, Malta qed tippjana l-istrateġija tagħha għal wara l-pandemija biex, mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar, tilqa’ għal aktar persuni anzjużi li jerġgħu jibdew isiefru u iżjed linji tal-ajru jżidu r-rotot tagħhom, kif ħabbret Flydubai, li se tkun qed testendi lejn 66 destinazzjoni, b’20 minnhom fl-Ewropa. L-Ambaxxatriċi Maltija għall-Emirati Għarab Magħ­

quda Maria Camilleri Calleja qalet li, minbarra l-kummerċ u t-turiżmu, il-konnettività hi kruċjali għal rabtiet sodi bejn l-istati u tipprovdi opportunità għat-tħaddin u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi, kummerċjali u umani bejn iż-żewġ pajjiżi u l-aħbar li Flydubai topera titjiriet minn Malta, se tkun qed tipprovdi dawn l-opportunitajiet bejn iż-żewġ naħat. It-titjiriet, li se topera Flydubai, se jsiru minn Terminal 3 fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Dubaj biex joffru firxa wiesgħa ta’ destinazzjonijiet fin-networks tagħha u tal-linja Emirates, li jinkludu konnessjonijiet komdi għal 155 pajjiż jew reġjuni, fosthom l-Awstralja, iċ-Ċina, il-Ġappun, l-Oċean Indjan u l-Asja t’Isfel. Fuq l-ajruplani tagħha, Flydubai toffri l-għażla bejn il-klas-

si tan-negozju u dik ekonomika, flimkien mas-servizz tal-WiFi. Jeyhun Efendi, il-Viċi President Għoli tal-Operat Kummerċjali u l-Kummerċ Elettroniku ta’ Flydubai, kellu kummenti pożittivi dwar Malta fejn saħaq li l-kumpanija tinsab ħerqana li tibda toffri s-servizz tal-ajru f’pajjiżna minn Mejju li ġej. “Aħna kburin li, għall-ewwel darba, qed noffru titjiriet ta’ Flydubai bejn Malta u Dubaj.” Glenn Johnston, rappreżentant għal-Lvant Nofsani u Ċipru fl-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA), qal li permezz ta’ din il-linja tal-ajru, pajjiżna se jgawdi minn għadd ta’ attivitajiet, inizjattivi u kampanji promozzjonali fl-Emirati Għarab Magħquda.


09

31.01.2021

IT-TURIŻMU B’ĊIFRI BĦAL 40 SENA ILU IL-KAP EŻEKUTTIV TAL-MTA IBASSAR LI L-ISTRATEĠIJA NAZZJONALI MĦABBRA TRID TIBNI MILL-ĠDID NETWORK TA’ ROTOT U TILQA’ GĦAL SFIDI BĦAL DIK TAS-SUQ INGLIŻ Ritratt ta’ DANIEL MALINOWSKI

Iċ-ċifri baxxi rreġistrati fit-turiżmu lokali matul l-2020, b’riżultat ta’ nuqqas ta’ vvjaġġar u restrizzjonijiet imposti minħabba l-pandemija globali tal-COVID-19, kienu l-ekwivalenti għal 40 sena ilu meta pajjiżna kien għadu fil-bidu tal-industrija u beda jiffoka bis-serjetà biex isaħħaħha. F’artiklu ppubblikat f’din il-ħarġa, bit-titlu “Azzjoni immedjata, viżjoni fit-tul” (ara paġna 12), il-Kap Eżekuttiv tal-Awto­rità Maltija għat-Turiżmu (MTA) Johann Buttigieg jgħid li “s-settur turistiku ma setax jevita li jieħu daqqa sewwa ’l isfel, tant li l-figuri li rreġistrajna matul l-2020 tefgħuna lura ħesrem għal livelli li konna ilna ma narawhom mis-snin 80.” Buttigieg jisħaq li dan żgur qatt ma kien mistenni, speċjalment wara 10 snin li matulhom Malta rreġistrat rekord wara l-ieħor fis-settur. B’referenza għall-proċess ta’ kon­­ sul­tazz­joni għal strateġija tat-turiżmu għall-10 snin li ġejjin sal-2030, il-Kap Eżekuttiv tal-MTA jtenni li fl-immedjat din trid twaqqaf network ġdid ta’ rotot mil-linji tal-ajru stabbiliti, bħallAir Malta u dawk low cost, u tippreparana għal sfidi partikolari li se jkollna niffaċċjaw, bħal dik li ġejja mis-suq Ingliż, li kien fost l-akbar kontri­buturi għall-industrija lokali. Il-konsultazzjoni għal din l-istra­te­ ġija mħabbra nhar it-Tnejn li għadda mistennija tieħu madwar tliet xhur. “L-effetti negattivi fuq is-swieq ewlenin minn fejn jiġu t-turisti tagħna, fost­hom dak Ingliż, l-impatt ekonomiku gravi kkawżat minn telf ta’ xogħol u għeluq ta’ negozji, flimkien mat-tibdil sostanzjali fis-settur tal-ivvjaġġar bl-ajru li fuqu niddependu, dawn kollha huma sfidi li rridu niffaċċjaw u nirbħu,” jgħid il-Kap Eżekuttiv fil-kitba tiegħu, waqt li jsemmi wkoll kif inhi ppjanata kampanja intensiva ta’ reklamar li tenfasizza d-diversità rikka tal-Gżejjer Maltin. F’konferenza tal-aħbarijiet fil-bidu tal-ġimgħa, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo spjega li Malta issa qed tħares ’il quddiem lil hinn mill-pandemija biex tkun ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam turistiku. Hu tenna kif, b’din l-istrateġija bbażata fuq tliet pilastri, Malta se tkun minn ta’ quddiem biex tirpilja l-ekonomija mill-effetti tal-pandemija. Bartolo stqarr li din “l-istrateġija ta’ ‘Nirkupraw mill-Ġdid, Naħsbu millĠdid, Nagħtu Nifs Ġdid’ (‘Recover, Rethink, Revitalise’) taħseb biex nibdew billi nirkupraw in-numri li konna qed niksbu b’mod konsistenti sal-2019. Ma jfissirx li matul din is-sena se nkunu qed niksbu dawn in-numri, imma se nibdew it-triq għal irkupru turistiku.” B’dawn il-prinċipji, il-Ministru qal li

se jkun assigurat turiżmu ta’ kwa­lità u innovazzjoni f’dinja ta’ realtajiet ġodda. “Qed naraw ukoll l-aspett diġitali kif se jkun qed jidħol u kif nistgħu aħna nsaħħu d-diġitilizzazzjoni tal-prodott turistiku tagħna. Dawn huma kollha punti li fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed nirfinawhom biex imbagħad mill-istrateġija joħorġu iżjed action plans li jieħdu ħsieb dawn il-punti kollha.” Il-Ministru għat-Turiżmu spjega kif se jkun hemm pjan ta’ azzjoni għal Għawdex biex anke hawnhekk il-pajjiż ikompli jiġbed lejh aktar investiment. Fl-ewwel reazzjonijiet, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li, b’sodisfazzjon, tinnota li l-Gvern laqa’ l-proposti tagħha li kienet elenkat lill-Ministeru s-sena li għaddiet waqt il-kumitat eżekuttiv tat-taqsima tagħha għan-negozju turistiku. “Din l-istrateġija (talGvern) hi fl-istess linja tat-twemmin wiesa’ tal-Kamra tal-Kummerċ li ma tinkludix biss is-sostenibilità u esperjenza ta’ kwalità, iżda wkoll tipprijoritizza l-importanza tal-integrazzjoni tal-Green Deal u l-Istrateġija Diġitali tal-Unjoni Ewropea,” qalet stqarrija uffiċjali. Id-Deputat Ċermen tat-Taqsima tan-Negozju Alan Arrigo wkoll ikkummenta b’mod pożittiv dwar id-direzzjoni meħuda mill-awtoritajiet. “Il-konsultazzjoni ma’ stakeholders

hi kruċjali biex l-istrateġija turistika f’Malta ssir sostenibbli u tiffoka fuq miri fit-tul. Dan id-dokument (ippreżentat mill-Ministeru) jagħti indikazzjoni wiesgħa ta’ dak li hu meħtieġ biex jipprovdi lill-viżitaturi tagħna b’esperjenza awtentika u ta’ kwalità f’Malta u Għawdex. Inħarsu ’l quddiem għal diskussjoni u ħarsa fil-fond tal-istrateġija bil-għan li nikkonsultaw iżjed mal-awtoritajiet b’viżjoni li tirrifletti l-ħsibijiet tal-komunità kummerċjali.” L-assoċjazzjoni tal-aġenti tal-iv­ vjaġġar u t-turiżmu, FATTA, ukoll laqgħet id-dokument imniedi millMinisteru għat-Turiżmu u ddeskrivietu li hu fl-istess linja tal-viżjoni tagħha, bħalma hi l-attenzjoni fuq il-promozzjoni ta’ dak kollu indiġenu għall-Gżejjer Maltin u l-kisba ta’ miri sostenibbli ta’ żvilupp. Il-President tal-FATTA Iain Tonna qal li l-assoċjazzjoni taqbel li l-bidu tal-irkupru hu kritiku u ħeġġeġ l-importanza li t-tnedija ta’ xi miżuri intenzjonati li jistimulaw tali pass ’il quddiem għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-aħjar żminijiet għal niċeċ partikolari fis-suq biex irendu r-riżultati. “L-Assoċjazzjoni tħares ’il quddiem biex tipparteċipa b’mod attiv fil-konsultazzjoni biex tappoġġja d-direzzjoni li għandha terġa’ tibni industrija turistika reżiljenti u ta’ suċċess, ibbażata fuq pedamenti aktar b’saħħithom,” qal Tonna.

REĠA’ BEDA L-ĦLAS FUQ €0.6B DEJN Tkompli minn paġna 1 Sa tmiem Ġunju l-ammont ta’ familji li kienu applikaw għal dan il-moratorju żdied ħafna u minn 1,836 fi tmiem Marzu, dawn telgħu għal 11,330. L-ammont ta’ dejn kopert kien tela’ minn €157 miljun għal €621 miljun. Dan kien ifisser li €1 minn kull €10 f’dejn tal-familji mal-banek ma kienx qed jitħallas. In-numru ta’ negozji li ma kinux qed iħallsu d-dejn taħt il-moratorju żdied minn 885 fi tmiem Marzu għal 2,475 f’Ġunju. L-aktar li rrikorrew għal din il-miżura kienu r-restoranti u l-lukandi. Aktar minn nofs id-djun ta’ dawn in-negozji ma kinux qed jitħallsu. L-effett pożittiv tal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, kif ukoll il-ftuħ mill-ġdid tal-Ajruport, wassal biex f’Lulju n-numru ta’ djun koperti naqas. Aktar minn 4,000 familja ħarġu mill-moratorju u bdew iħallsu d-dejn, flimkien ma’ 250 negozju. It-tnaqqis fit-turiżmu esperjenzat f’Awwissu imma kien wassal biex f’dak ix-xahar in-numru ta’ kumpaniji li talbu moratorju reġa’ żdied biex laħaq 2,613 u l-ammont ta’ dejn kopert tela’ għal rekord ta’ €1.3 biljun. Min-naħa tal-familji, f’Awwissu xorta kompla jonqos ir-rikors għal moratorju. Fil-fatt, minn Ġunju ’l hawn kull xahar kien hemm tnaqqis. Dan wassal biex fi tmiem Novembru kienu biss 2,074 familja li kienu qed jitolbu moratorju. Dan kien kważi l-istess ammont tal-aħħar ta’ Marzu u rrifletta l-andament fis-suq tax-xogħol, fejn l-ammont ta’ persuni jirreġistraw naqas b’mod konsiderevoli fl-istess xhur. L-ammont ta’ familji koperti minn moratorju hu inqas minn wieħed minn ħamsa ta’ dawk li kien hemm f’Ġunju. L-ammont ta’ djun tal-familji taħt il-mo­ratorju kien €188 miljun f’Novembru, jew inqas minn terz l-ammont massimu li kien osservat fix-xhur ta’ qabel. Fejn jidħlu n-negozji, l-ammont li qed igawdu mill-moratorju naqas għal 1,012. Dan hu ftit aktar minn terz l-ammont massimu li kien osservat fi tmiem Awwissu. L-aħjar titjib seħħ fis-settur tal-manifattura u l-kostruzzjoni. Minn 189 fabbrika li talbu moratorju f’Awwissu kien għad fadal biss 52 sa tmiem Novembru, waqt li l-operaturi fil-kostruzzjoni naqsu minn 148 għal 38 li kienu qed jitolbu l-għajnuna. Setturi oħrajn ukoll raw titjib u l-ammont ta’ lukandi u restoranti li kienu dipendenti fuq il-moratorju naqas kważi bin-nofs. Tneħħi dawn, fil-maġġoranza tas-setturi d-dipendenza fuq il-moratorju naqset sostanzjalment. B’kollox minn €1.3 biljun taħt morator­ ju sa Awwissu, niżlu għal €0.7 biljun sa tliet xhur wara. Ta’ min jinnota wkoll li n-numru ta’ dawk jirreġistraw għax-xogħol naqas minn 4,400 fi tmiem Mejju għal inqas minn 2,900 f’Novembru, konferma oħra li l-attività ekonomika bdiet tir­kupra mixxokk tal-pandemija, bil-kumpaniji jibdew jimpjegaw lura numru ta’ ħaddie­ma, filwaqt li jiġu f’pożizzjoni li jerġgħu jibdew iħallsu lura d-djun u t-taxxi.


10

31.01.2021

SENA FID-DJARJU TAL-PRIM MINISTRU: MARZU-APRIL

FIL-BIDU TAT-TEST IL-KBIR Anke jekk kien daħal fil-kariga fost taqlib politiku, il-magħmudija tan-nar għall-Prim Ministru Robert Abela kienet għadha mhux mitmuma, anzi Marzu ppreżentalu test qawwi ħafna, anzi wieħed li l-ebda politiku f’din l-era qatt ma iffaċċja. Marzu beda bi traġedja fuq sit ta’ kostruzzjoni li ħalla mara mejta fil-Ħamrun u kompla bl-imxija talpandemija meta ġie rreġistrat l-ewwel każ fostna tal-COVID-19. B’inqas minn xahrejn fil-kariga, Dr Abela xorta affronta s-sitwazzjonijiet bl-akbar serjetà, b’deċiżjonijiet li wrew id-determinazzjoni ta’ tmexxija li tanalizza l-mument u tieħu l-passi li għandhom bżonn jittieħdu, anke jekk ikunu millaktar ibsin. Fost l-aktar deċiżjonijiet determinanti, il-Prim Ministru jiddikjara li t-tkabbir ekonomiku ma jistax isir a skapitu tal-ħajja umana u mill-ewwel ħabbar il-ħatra ta’ kumitat tekniku biex jagħmel rakkomandazzjonijiet b’mod urġenti dwar irregolamentazzjoni fis-settur tal-kostruzzjoni. Minbarra hekk, bdew jittieħdu miżuri li jilqgħu għal kull eventwalità għall-pandemija qabel ma tfaċċat f’pajjiżna, waqt li saru laqgħat malimsieħba soċjali kollha fejn il-Prim Ministru enfasizza s-serħan il-moħħ, li bħala pajjiż konna mħejjijin sew, kif jirriżulta anke llum il-ġurnata. Fil-keffa l-oħra tal-miżien, il-Prim Ministru jħabbar li Malta se tkun qed talloka pakkett finanzjarju b’saħħtu ta’ €1.81 biljun bħala protezzjoni għall-ekonomija, il-familji u n-negozji. Minkejja s-sitwazzjoni diffiċli u bla preċedent li ħolqot il-pandemija, April ra lill-Prim Ministru jkompli għaddej bil-ħidma tiegħu, mhux biss marbuta mal-COVID-19, imma wkoll tibdil flamministrar nazzjonali. L-għaqal politiku tiegħu, wassal għal qbil bla preċedent bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, biex jinħatar Prim Imħallef ġdid. F’dan ix-xahar, Robert Abela wkoll iddistingwa ruħu bħala bniedem tal-poplu, bi żjarat lillħaddiema li kienu qed jagħtu s-servizz tagħhom fl-isfida tal-COVID-19. Il-ħidma tal-Gvern baqgħet tiġi ċċertifikata bl-unuri, fosthom millKummissjoni Ewropea li approvat l-iskemi ta’ appoġġ ekonomiku mnedija mill-Gvern Malti biex jipproteġi l-impjiegi, in-negozji u dawk li jaħdmu għal rashom waqt li tkun ippriservata l-ekonomija, partikolarment il-pakkett ta’ miżuri ekonomiċi ta’ €215 miljun biex jipprovdi għall-Wage Supplement ta’ €800 fix-xahar lil kull impjegat fulltime, fost oħrajn. Ċertifikat ieħor dan ix-xahar kien minn Scope Ratings li poġġiet lil Malta mal-aqwa ħames pajjiżi fid-dinja f’dik li hi reżistenza għall-pandemija talCOVID-19. April ukoll immarka l-ewwel 100 jum fittmexxija tal-pajjiż għall-Prim Ministru, li minkejja għadd ta’ suċċessi oħrajn ma kinux neqsin minn aktar gambetti tal-Oppożizzjoni, b’azzjonijiet intenzjonati biss li jfixklu lill-Gvern, inklużi kwereli b’akkużi ta’ qtil volontarju ta’ numru ta’ immigranti fil-konfront ta’ Dr Abela nnifsu, il-Brigadier talForzi Armati Jeffrey Curmi u l-ekwipaġġ tal-Patrol Boat P52 tal-Armata stess.

16 TA’ MARZU: JITĦABBRU L-EWWEL MIŻURI DRASTIĊI, BL-GĦELUQ TA’ BARS, RESTORANTI, KAŻINI U SWALI TAĊ-ĊINEMA, FLIMKIEN MA’ MULTI SA €3,000 GĦAL MIN MA JOSSERVAX KWARANTINA MANDATORJA

4 TA’ MARZU: Diskors mirqum mill-Prim Ministru waqt business breakfast tal-MCESD u l-Bord tal-Produttività. Jgħid li t-tkabbir ekonomiku ma jistax isir a skapitu tal-ħajja umana b’referenza għat-traġedja li seħħet fil-Ħamrun. Jgħid li lil hinn mis-sentiment mimli diqa tan-nies, il-poplu issa jixraqlu jkun jaf il-fatti ta’ dan il-każ u li ssir ġustizzja ma’ dawk responsabbli. B’rabta mar-rapport li ġie mħejji mill-Bord Nazzjonali tal-Produttività, il-Prim Ministru jgħid li l-Prodott Gross Domestiku se jkun żdied b’aktar minn €7 biljun jew kważi €1 biljun fis-sena, meta qabel l-ekonomija biex kibret b’dak l-ammont ta’ €7 biljun f’7 snin, kienet ħadet 45 sena. Jgħid li riżultat bħal dan ma ġiex b’kumbinazzjoni imma għax ittieħdu d-deċiżjonijiet b’għaqal u f’ambjent ta’ għaqda. Ikompli li f’Malta għandna 250,000 persuna jaħdmu. Dan huwa 75,000 persuna aktar mill-2012. Jiġifieri rduppjajna l-ekonomija u qed nużaw 50% aktar ħaddiema milli konna nużaw fl-2012. Il-Prim Ministru jħabbar li nħatar kumitat tekniku li se jagħmel rakkomandazzjonijiet b’mod urġenti dwar ir-regolamentazzjoni fis-settur tal-kostruzzjoni. 5 TA’ MARZU: Il-Gvern f’laqgħa ta’ informazzjoni mal-imsieħba soċjali dwar il-Coronavirus u t-tħejjijiet li qed isiru. Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) jiltaqa’ mal-imsieħba soċjali, f’laqgħa ta’ informazzjoni dwar il-ħidma tal-Gvern fuq il-Coronavirus. Dan wara li l-Gvern ħass li kien pertinenti li l-imsieħba soċjali jiġu infurmati bil-preparamenti kurrenti fuq livell nazzjonali. 7 TA’ MARZU: L-ewwel każ ta’ Coronavirus. 10 TA’ MARZU: Il-Eurostat tikkonferma li, fl-aħħar kwart tal-2019, pajjiżna kellu l-akbar tkabbir fl-impjiegi u t-tieni l-akbar tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha taż-Żona Ewro. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa ta’ Kastilja fil-preżenża tal-Kabinett tal-Ministri, il-Prim Ministru jenfasizza s-serħan il-moħħ, is-serħan il-moħħ li ma hemm l-ebda ħtieġa ta’ paniku, u li bħala pajjiż ninsabu preparati. Jenfassizza l-kalma u t-trankwillità u jgħid li l-pri-

jorità tal-Gvern hija s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi. Jibdew jitħabbru miżuri biex jilqgħu għall-pandemija. 11 TA’ MARZU: Il-Prim Ministru jgħid li filwaqt li kulħadd għandu jżomm il-kalma, il-Gvern mhux se jaċċetta irresponsabilità. Iħabbar aktar miżuri fosthom kwarantina mandatorja. 12 TA’ MARZU: Il-Prim Ministru jħabbar li se jingħalqu l-istituzzjonijiet edukattivi kollha mit13 ta’ Marzu u qed ikun mitlub li jitħassru l-attivitajiet tal-massa kollha. 13 TA’ MARZU: Il-Prim Ministru jħabbar li kull min ġej lura Malta minn barra, irrelevanti minn liema pajjiż ġej, irid josserva kwarantina mandatorja. Il-Gvern iltaqa’ mal-importaturi maġġuri tal-ikel u s-sidien ta’ supermarkets ewlenin biex tkun diskussa l-provvista tal-ikel f’pajjiżna. 14 TA’ MARZU: Ekonomija li se tibqa’ b’saħħitha għax il-Gvern kien għaqli. Filwaqt li kkonfermat ir-rating A- għal pajjiżna, l-aġenzija S&P Global Ratings irrevediet l-outlook għal stabbli. Filwaqt li skont l-analiżi tagħhom it-tkabbir ekonomiku f’Malta mistenni jkun inqas minħabba l-isfida tal-Coronavirus, l-esperti internazzjonali xorta qed ibassru li pajjiżna se jikber b’erba’ darbiet iktar mir-rata medja Ewropea. Dan huwa l-istess distakk relattiv li kien hemm fl-2019. Robert Abela jħabbar l-ewwel pakkett ta’ miżuri msejsa biex jissalvagwardjaw l-ekonomija u jkunu protetti n-negozji u l-ħaddiema Maltin u Għawdxin. 16 TA’ MARZU: Il-Prim Ministru jħabbar li se jingħalqu l-bars, ir-ristoranti, il-gyms, il-każini u swali taċ-ċinema, u l-multa għal min ma josservax il-kwarantina mandatorja se titla’ minn €1,000 għal €3,000 u jappella lill-Maltin u Għawdxin li qegħdin barra jidħlu lura mill-aktar fis. 17 TA’ MARZU: Il-Prim Ministru Robert Abela jieħu sehem f’laqgħa b’mod diġitali mal-Mexxejja Ewropej tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Il-laqgħa, ippreseduta mill-President tal-Kun-


11

31.01.2021

sill Ewropew Charles Michel, trattat l-imxija talCOVID-19 u l-ħidma li l-pajjiżi Ewropej qed jagħmlu sabiex jilqgħu għal din l-imxija. 18 TA’ MARZU: Il-Prim Ministru jħabbar pakkett finanzjarju ta’ €1.81 biljun biex tkun megħjuna l-ekonomija. Jgħid li l-Gvern qed iniedi pakkett b’saħħtu biex nipproteġu lill-familji u lin-negozji għax konna bil-għaqal. 20 TA’ MARZU: Il-Gvern ikollu taħditiet kontinwi mal-imsieħba soċjali fosthom mal-Kamra tal-Kummerċ, il-Kamra tal-SMEs, l-MHRA, il-MEA, il-GWU, ilUHM Voice of the Workers, FORUM u s-CMTU. Waqt dawn il-laqgħat kordjali, tiġi diskussa b’mod miftuħ is-sitwazzjoni preżenti li ġabet magħha l-imxija tal-COVID-19 u l-isfidi li jeżistu. Jiġi maqbul li se jissoktaw aktar laqgħat biex kulħadd jiggarantixxi li jagħmel il-parti tiegħu biex pajjiżna jirbaħ din l-isfida globali mhux biss mill-perspettiva medika iżda anke dik ekonomika. 24 TA’ MARZU: Malta t-tielet l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li qed jagħmel testijiet għall-COVID-19. Il-Prim Ministru jippreżenta pakkett aġġornat ta’ għajnuna maqbul mal-imsieħba soċjali u jgħid li l-Gvern qed jiżgura li n-negozji jibqgħu b’saħħithom u nnaqqsu l-possibilità li jintilef l-impjieg. 1 TA’ APRIL: Qbil bla preċedent bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni: Dr Mark Chetcuti se jkun il-Prim Imħallef il-ġdid. 3 TA’ APRIL: Il-Prim Ministru Robert Abela jagħti tislima xierqa lill-membri tal-forzi tal-ordni waqt żjara spontanja li għamel fil-kumpless tal-RIU f’Ta’ Kandja. “Grazzi tax-xogħol tagħkom” jgħid il-Prim Ministru lill-pulizija u lil membri ta’ entitajiet oħra li qed jagħtu s-servizz tagħhom fl-isfida tal-COVID-19. 8 TA’ APRIL: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur il-ħaddiema li qed jikkontribwixxu lkoll fil-ġlieda kontra l-imxija tal-COVID-19 f’Għawdex. 9 TA’ APRIL: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur il-ħaddiema tad-Direttorat tat-Tindif Pubbliku. 13 TA’ APRIL: Il-Prim Ministru jżur il-proġett tal-mini ta’ Santa Luċija u jgħid li proġett bħal dan juri l-impenn qawwi li għandu l-Gvern fis-settur tal-infrastruttura. 16 TA’ APRIL: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur iċ-ċentru tas-saħħa f’Raħal Ġdid u jitkellem ma’ di-

versi ħaddiema fil-kura primarja minn għadd ta’ lokalitajiet madwar Malta. Ilkoll kemm huma qed jikkontribwixxu direttament fil-ġlieda kontra l-imxija tal-COVID-19. 17 TA’ APRIL: Il-Prim Ministru jgħid li “l-imħabba li għandna lejn il-poplu Malti u Għawdxi u lejn pajjiżna hi kbira wisq biex inċedu f’mument fejn il-pajjiż qiegħed isejħilna.” Dan b’reazzjoni għall-kwerela li Jason Azzopardi għamel fil-konfront tiegħu, tal-Brigadier Jeffrey Curmi u ta’ membri tal-Forzi Armati biex jiġi investigat l-ekwipaġġ sħiħ tal-lanċa tal-Forzi Armati flimkien mal-Brigadier Jeffrey Curmi. 18 TA’ APRIL: Minkejja l-impatt ekonomiku negattiv tal-pandemija tal-COVID-19, żewġ aġenziji ta’ kreditu internazzjonali, Fitch Ratings u Moody’s, ħarġu rapporti separati li fihom ikkonfermaw li l-prospetti għal rating ta’ pajjiżna huma stabbli. Dan b’kuntrast għall-mod kif fl-aħħar ġimgħat dawn l-aġenziji naqsu l-prospetti tal-Belġju, il-Latvja u r-Rumanija minn stabbli għal negattiv, filwaqt li l-Fitch Ratings saħansitra tat downgrade fir-rating tar-Renju Unit minn AA għal AA- bi prospett negattiv.

l-ekonomija. Fuq kollox, l-iktar sinifikanti hija l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-pakkett ta’ miżuri ekonomici ta’ €215-il miljun sabiex jipprovdi s-Suppliment tal-Paga COVID-19 lill-impjegati b’salarju ta’ €800. 25 TA’ APRIL: Fi żjara fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lill-uffiċjali korrettivi li ħallew lill-familji tagħhom sabiex joffru ħidmiethom fi ħdan il-faċilità bil-għan li jikkontrollaw l-imxija tal-COVID-19 fl-istess istituzzjoni. 27 TA’ APRIL: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur ilbażi tal-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta, f’Xatt it-Tiben. Isellem u jirringrazzja lill-uffiċjali kollha preżenti tax-xogħol tagħhom. Huwa fakkar li dawn l-individwi qegħdin jissograw ħajjithom kull darba li joħorġu fuq il-baħar lil hinn minn xtutna u bejn sema u ilma. F’isem il-poplu Malti u Għawdxi, il-Prim Ministru jgħid li jinsab rikonoxxenti ħafna tax-xogħol sensittiv li twettaq l-Armata lejl u nhar. Żied jgħid li bħalma l-Armata hija t-tarka tal-poplu, daqstant ieħor is-suldati tal-Armata se jsibu lill-poplu bħala t-tarka tagħhom.

21 TA’ APRIL: Il-Gvern jgħid li filwaqt li d-dinja kollha inkluż Malta qed tikkumbatti l-ikbar kriżi mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn konsegwenza tal-COVID-19, minkejja li tal-inqas tliet kumpaniji ta’ kreditu internazzjonali qalu li t-tbassir ekonomiku ta’ Malta wara li nediet il-pjani ekonomiċi tagħha se jibqgħu stabbli filwaqt li pajjiżi oħra kienu downgraded, l-Oppożizzjoni donnha qed tieħu pjaċir li kif prevvist kien se jkun hawn nies li se jispiċċaw bla xogħol u qed tipprova tikseb xi punt politiku minn dan il-fatt.

29 TA’ APRIL: Scope Ratings: Malta mal-ħames l-aqwa pajjiżi fid-dinja f’dik li hi reżistenza għall-pandemija tal-COVID-19.

21 TA’ APRIL: F’messaġġ f’għeluq l-ewwel 100 jum tiegħu, il-Prim Ministru jgħid li dawn kienu 100 jum li matulhom, flimkien mal-bqija tal-Kabinett, affaċċja sfidi kbar li għeleb billi wettaq bidliet deċiżivi. 100 jum li bdew b’wirt ta’ pajjiż ekonomikament u soċjalment b’saħħtu ħafna, imma li kien għadu kif għadda minn xokk istituzzjonali qawwi. Sitwazzjoni li jekk ma kinitx ser tiġi indirizzata, kienet kapaċi tkisser ilġid li konna ksibna fis-snin ta’ qabel. Mill-ewwel jum, ħdimna biex tinkiseb lura n-normalità. Insistejna fuq id-dixxiplina u s-serjetà; u daħħalna riformi biex l-istituzzjonijiet tagħna jiġu msaħħa. Bidliet favur ittisħiħ tas-saltna tad-dritt u l-governanza tajba.

29 TA’ APRIL: F’xahar li fih l-aktar li nħassu l-effetti tal-pandemija l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu lesti li jinvestu kwazi €900 miljun f’assi finanzjarji maħruġa mill-Gvern. Dan huwa l-aqwa konferma ta’ kemm hemm fiduċja fil-pjan ekonomiku talGvern. F’inqas minn xahar il-Gvern irnexxielu jsib il-finanzjament ekwivalenti għal kważi 9 xhur spiża fuq il-benefiċċji amministrati mill-Malta Enterprise u mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex insostnu l-ekonomija ta’ pajjiżna. Flimkien ma’ riżorsi oħra tal-Gvern, fosthom l-assi tal-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali, dawn il-flus ser iservu biex issalvaw għexerien ta’ eluf ta’ impjiegi.

25 TA’ APRIL: Il-Kummissjoni Ewropea approvat l-iskemi ta’ appoġġ ekonomiku mnedija mill-Gvern Malti biex jipproteġi l-impjiegi, in-negozji u dawk li jaħdmu għal rashom waqt li tkun ippriservata

30 TA’ APRIL: Lejlet Jum il-Ħaddiem, il-Prim Ministru jżur kumpanija Maltija Metallform Malta li tesporta apparat mediku madwar id-dinja, tħabbar li din se timpjega 50 ħaddiem ġdid.

29 TA’ APRIL: Il-Prim Ministru Robert Abela jrodd ħajr lill-ħaddiema ta’ San Vinċenz De Paule u Villino Maria, residenza li tospita persuni b’diżabilità. Fi żjara li għamel tkellem ma’ diversi ħaddiema li qed jikkontribwixxu direttament fil-ġlieda kontra l-imxija tal-COVID-19.

8 T’APRIL: FL-EWWEL ĠIMGĦAT TAL-IMXIJA, ROBERT ABELA JŻUR UĦUD MILL-ĦADDIEMA MALTIN U GĦAWDXIN LI QED JIKKONTRIBWIXXU FIL-ĠLIEDA KONTRA L-COVID-19


12

31.01.2021

AZZJONI IMMEDJATA, VIŻJONI FIT-TUL

JOHANN BUTTIGIEG

Kap Eżekuttiv Awtorità Maltija għat-Turiżmu

Bħal dan iż-żmien sena, kif nagħmlu kull sena, iltqajna mar-rappreżentanti ewlenin tas-settur turistiku lokali sabiex flimkien nagħtu daqqa t’għajn lejn ir-riżultati miksuba matul it-12-il xahar preċedenti u titwila ’l quddiem lejn dak li konna qed nipproġettaw li se jseħħ fil-ġejjieni. Wara 10 snin li matulhom Malta kisret rekord wara ieħor fit-turiżmu, hekk kif imkejjel b’numru ta’ viżitaturi, numru ta’ ljieli li qattgħu t-turisti fi gżiritna, u dħul finanzjarju għall-pajjiż, kulħadd kien qed ibassar sena oħra ta’ suċċess. Is-sinjali kienu kollha pożittivi u ħadd ma kellu l-iċken ħjiel li fi ftit ġimgħat is-sitwazzjoni kienet se tinqaleb mil-lejl għan-nhar. Iżda kien proprju dak li ġara, għax sa Marzu, il-pandemija li feġġet fl-aħħar xhur tal2019 kienet infirxet mad-dinja kollha u laħqet lil xtutna ukoll. L-azzjoni li ħa l-Gvern Malti kienet waħda f’waqtha u meqjusa, sabiex filwaqt li tħares is-saħħa taċ-ċittadini u ta’ dawk li jżuruna minn barra, tipproteġi wkoll l-għajxien tal-ħaddiema u tan-negozji Maltin. Dawn il-miżuri kienu effettivi u determinanti. Madankollu, il-pajjiż u b’mod partikolari s-settur turistiku, ma setax jevita li jieħu daqqa sewwa ’l isfel, tant li l-figuri li rreġistrajna matul l-2020 tefgħuna lura ħesrem għal livelli li konna ilna ma narawhom mis-snin 80. Bil-wasla ta’ numru ta’ vaċċini kontra l-virus u l-bidu ta’ programm intensiv ta’ tilqim f’Malta u madwar id-dinja, wieħed jibda jara raġġ ta’ dawl ħiereġ minn wara s-sħab. Fil-qasam turistiku, qed jikbru t-tama u l-ottimiżmu li, għalkemm il-Covid għadu magħna, ma jdumx ma jasal żmien fejn wieħed ikun jista’ jerġa jibda jivvjaġġa minn pajjiż għal ieħor mingħajr biża’ jew xkiel. Sadanittant, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu baqgħet

attiva matul ix-xhur li għaddew, minkejja li l-moviment ta’ passiġġieri fuq livell internazzjonali kien kważi wieqaf. L-MTA ħadet ħsieb biex mhux biss iżżomm isem Malta f’moħħ it-turist prospettiv, permezz ta’ kampanji mmirati fis-swieq ewlenin, mhux biss investiet fit-taħriġ tal-ħaddiema tat-turiżmu u fit-tisbiħ tal-prodott, iżda, flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, ħejjiet ukoll pedament sod permezz ta’ strateġija ġdida li tkopri perjodu ta’ 10 snin, minn din is-sena sal-2030. Din l-istrateġija hija msejsa fuq tliet pilastri ewlenin – Recover, Rethink, Revitalise jew aħjar, Nirkupraw mill-Ġdid, Naħsbu mill-Ġdid, Nagħtu Nifs Ġdid. Fl-immedjat, il-prijorità tagħna se tkun dik li nirkupraw kemm jista’ jkun malajr u noqorbu fl-iqsar żmien possibbli lejn il-livelli li kellna qabel il-pandemija. Dan mhux se jkun faċli, u mhux se jseħħ f’sena, iżda l-ewwel passi se juru li qegħdin fittriq it-tajba. Hawnhekk irridu nkunu lesti li nieħdu vantaġġ minn kull opportunità tajba li tiġi quddiemna, iżda dejjem nagħtu kas li nżommu mad-direzzjoni finali u nimxu lejn l-għan aħħari li rridu niksbu aktar ’il quddiem. L-ewwel u qabel kollox, irridu

nibnu mill-ġdid in-network ta’ rotot tal-ajru li jgħaqqdu lil pajjiżna mal-kumplament tad-dinja. Il-konnettività hija fundamentali għal kull destinazzjoni, speċjalment għal gżira bħal tagħna, u kollox jiddependi fuq kemm jirnexxilna nerġgħu nsaħħuha malajr. Dan jinvolvi r-rotot operati mil-linji tal-ajru hekk imsejħa legacy carriers, fosthom il-linja nazzjonali Air Malta, kif ukoll il-low cost carriers, li flimkien ikkontribwew għat-tkabbir sostanzjali li rreġistra pajjiżna matul issnin. Se jsir kull sforz biex il-kumpaniji li kellhom inaqqsu jew jikkanċellaw l-operat tagħhom minn Malta minħabba l-Covid jerġgħu lura kemm jista’ jkun malajr, filwaqt li oħrajn ġodda, fosthom dawk reġjonali, jiġu mħa-

jra li jibdew itiru lejn pajjiżna. Barra minn dan, il-pjan jipprevedi li tiġi stimulata d-domanda għal vjaġġi lejn pajjiżna billi tingħata prijorità lis-swieq u s-segmenti ġeografiċi li, skont ir-riċerka tagħna, l-aktar li jaqblu mal-profil tat-turist li nixtiequ nattiraw. B’hekk hija ppjanata li ssir kampanja intensiva ta’ reklamar li tenfasizza d-diversità rikka tal-Gżejjer Maltin waqt li tiffoka fuq swieq ġeografiċi, setturi ta’ interess u gruppi ta’ etajiet partikolari fejn l-aktar nistgħu nkunu effettivi. Prijorità partikolari se tingħata lill-Gżira Għawdxija bħala destinazzjoni distinta billi jiġu enfasizzati l-fatturi li jagħmluha differenti minn Malta, fosthom il-pajsaġġ naturali, u l-prevalenza ta’

Fl-immedjat, il-prijorità tagħna se tkun dik li nirkupraw kemm jista’ jkun malajr u noqorbu fl-iqsar żmien possibbli lejn il-livelli li kellna qabel il-pandemija

spazji miftuħa. Il-kampanja titnieda hekk kif ikun il-mument opportun, li jista’ wkoll ivarja minn pajjiż għal ieħor skont is-sitwazzjoni. Fix-xhur u s-snin li ġejjin, mhumiex se jonqsu l-isfidi, speċjalment fid-dawl tal-kompetizzjoni ħarxa li mistennija jkun hemm bejn id-destinazzjonijiet. Il-pandemija ħolqot inċertezzi kbar li se jdumu ma jfiqu kompletament. L-effetti negattivi fuq is-swieq ewlenin minn fejn jiġu t-turisti tagħna, fosthom dak Ingliż, l-impatt ekonomiku gravi kkawżat minn telf ta’ xogħol u għeluq ta’ negozji, u t-tibdil sostanzjali fis-settur tal-ivvjaġġar bl-ajru li fuqu niddependu, dawn kollha huma sfidi li rridu niffaċċjaw u nirbħu. Lil hinn minn dan, ilpjan strateġiku ta’ 10 snin li għadna kemm nedejna jagħmel enfasi fuq il-kwalità, is-sostenibbiltà, id-diversifikazzjoni tas-swieq, it-tnaqqis tal-istaġjonalità u t-titjib fil-livell ta’ sodisfazzjon tal-viżitatur flimkien ma’ tkabbir fin-nefqa medja tat-turist li jżur pajjiżna. B’hekk, waqt li tittieħed dik l-azzjoni immedjata u meħtieġa biex it-turiżmu jirkupra fl-iqsar żmien, jibda l-proċess ta’ tibdil strutturali biex is-settur turistiku Malti jitjieb u jissaħħaħ għall-ġid ta’ kulħadd.


13

31.01.2021

JEKK MHUX AĦNA, MIN?

DANIEL MICALLEF

Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit

Jekk ma jkunx il-Partit Laburista fil-Gvern li jaqbad il-barri proverbjali minn qrunu, u jirriforma millqiegħ affarijiet li jkunu ilhom biex jinbidlu deċennji, ma jkun ħadd. L-istorja tgħallimna dan, kemm dik passata, u anke dik riċenti. Huwa dak l-ispirtu li dejjem ta l-enerġija lill-Partit Laburista u l-attivisti fi ħdanu – l-għatx għall-bidla kontinwa għall-aħjar, u r-rieda li naslu anke quddiem reżistenzi u

mentalitajiet konservattivi li jkunu ddominaw qasam jew ieħor għal ħafna snin. Fl-aħħar snin ir-ritmu ta’ bidliet kien kbir, inkluż matul is-sena li għaddiet, bi program qawwi ta’ riformi fil-qasam tas-saltna taddritt. Fadal ħafna xi jsir f ’diversi oqsma imma. Matul din il-ġimgħa esprimejt ruħi fuq żewġ temi b’mod pubbliku. L-ewwel: il-ħtieġa ta’ riforma sħiħa fejn jidħol il-qasam penali f ’pajjiżna. Rajna żagħżugħ ta’ 25 sena jiġi sentenzjat tmien snin wara li għamel żball. Tmien snin biex isseħħ ġustizzja jfisser li għandna sistemi li minnhom infushom huma inġusti, aħseb u ara kemm jistgħu jagħmlu ġustizzja. U dan mhux każ iżolat – hemm mijiet ta’ persuni b’ħajjithom imdendla għal raġuni jew oħra, jistennew bil-ħniena biex jaraw kif ħa jkomplu ħajjithom. Jaħsbu fuq din ilħaġa l-ewwel ħaġa kif iqumu, u l-aħħar ħaġa qabel jorqdu.

Il-każ li rajna rappurtat din il-ġimgħa rajnieh rappurtat mhux għax kien hemm xi għajta kontra din l-inġustizzja, iżda sempliċement għax dan iż-żagħżugħ inzerta għandu d-dnub li huwa iben esponent politiku. Kieku bħal ħafna każijiet oħrajn kien jibqa’ inviżibbli. Mhux qed niħħol fil-merti tal-każ innifsu – iżda fuq il-mekkaniżmu inuman li għandna. L-appell li nagħmel huwa wieħed ċar ħafna – hemm ir-responsabbiltà tal-leġiżlatur li jassigura li l-mekkaniżmi kollha, kemm proċedurali u kif ukoll legali jkunu ġusti u umani li jassiguraw ġustizzja fl-inqas ħin possibbli. Sentenza ta’ tliet xhur ħabs fuq reat imwettaq fiż-żgħożija, tmien snin wara li sar l-istess reat… ma nistax nara l-benefiċċju minn dan, kemm għas-soċjetà, u wisq inqas għal dan iż-żagħżugħ u l-familja tiegħu. Nistgħu nitkellmu ħafna, iżda li tista’ tibdel xenar-

ji bħal dawn hija l-azzjoni. Għadda wisq żmien, u nqerdu wisq ħajjiet għalxejn. It-tieni tema li tkellimt dwarha hija differenti totalment: is-sistema elettorali ta’ pajjiżna. Segwejt numru ta’ interventi fil-Parlament dwar dan, inkluż m’għand persuni li huma awtorevoli fis-suġġett. Nixtieq nara diskussjoni u dibattitu aktar wiesa’. Mhux li nibqgħu nħarsu kif ħa nillapazzaw is-sistema li għandna fil-preżent – fejn nistgħu ntejbu, ħa ntejbu, iżda ejja nistaqsu jekk hemmx sistemi alternattivi li jassiguraw rappreżentanza demokratika u jsaħħu l-Parlament ta’ pajjiżna. Nemmen bis-sħiħ li s-sistema elettorali hija fattur li tikkontribwixxi b’mod dirett lejn il-kultura politika u l-mod ta’ kif isiru l-affarijiet. Kuntenti bis-sistema preżenti? Kuntenti bil-kandidati tal-istess Partit avversarji fuq id-Distretti? Is-sistema li għandna hija

fattur li timbotta lin-nies ’il bogħod milli jersqu lejn il-politika? Qed jirnexxilna nattiraw l-aqwa talent ta’ pajjiżna lejn l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż? Hemm bżonn dibattitu sħiħ, u matur. Din mhix tema li wieħed jiddeċiedi dwarha mil-lum għal għada, u bla dubju li d-diskussjoni trid tkun wiesgħa, studjata u li tinvolvi lil kulħadd. Lanqas hi tema ta’ natura partiġjana. Inkluż fil-Partit Laburista hemm persuni b’opinjonijiet diversi dwar dan. Jien l-ewwel wieħed miftuħ biex inkun konvint mod ieħor minn kif naħsibha sal-lum. Iżda l-importanti li d-diskussjoni ssir u li ngħarblu dak li għandna bħalissa, u kif jista’ jiġi mtejjeb. L-aġenda riformista trid tibqa’ l-pulmun tal-Partit Laburista. F’dawn l-aħħar 100 sena, dejjem u invarjabbilment f ’kull qasam, dejjem kien il-Partit Laburista li ġab il-bidla f ’pajjiżna, u hekk ser jibqa’ jagħmel.

IL-WORK-LIFE BALANCE U L-GENDER PAY GAP

CARMELO ABELA Ministru

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet kelli l-okkażjoni li nispjega t-tibdiliet li Malta ser tkun qed tagħmel fil-liġi tax-xogħol f’diskussjoni roundtable ma’ diversi stakeholders oħrajn. Id-diskussjoni żvolġiet fuq żewġ kwistjonijiet: id-direttiva li tikkonċerna l-work-life balance u l-implimentazzjoni tagħha, u dak li jissejjaħ il-gender pay gap li hija d-differenza bejn kemm jaqgħilu flus in-nisa u l-irġiel b’mod globali. Fejn tidħol id-direttiva talwork-life balance, tkellimt

fuq kif bħala Malta qegħdin naraw li l-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva tibda ssir permezz tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xogħol li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħi, u wara l-proċess ikompli fil-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi. Id-direttiva tipprovdi għal-linji gwida u minimu ta’ leave tal-paternità, leave tal-ġenituri, flessibilità fuq il-post tax-xogħol, u leave tal-persuni li jindukraw. Irridu nipprovdu aktar opportunitajiet lill-membri kollha tan-nukleu tal-familja li jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol filwaqt li nħallulhom il-flessibilità li jagħmlu wkoll rwoli oħrajn bl-istess dedikazzjoni. Hekk kif jinħoloq dan l-ispazju, li wieħed ilaħħaq mad-dmirijiet kollha tiegħu, noħolqu ukoll aktar ċans li d-deċiżjoni dwar il-parteċizzjoni fid-dinja tax-xogħol tkun aktar dejjiema u permanenti. Id-direttiva tagħti lok ukoll lill-missier ħalli jipparteċipa b’mod aktar attiv fit-trobbija tat-tfal u lill-irġiel fix-xogħol

regolari tad-dar. Dan għandu jwassal għal effett aktar pożittiv fejn tidħol il-kwalità tal-ħajja għall-popolazzjoni tagħna. Għalhekk, il-Gvern se jibda jimplimenta din id-direttiva b’mod mill-aktar effettiv ħalli naraw li ċ-ċittadini jiggwadanjaw kemm finanzjarjament kif ukoll fejn tidħol il-kwalità tal-ħajja li qegħdin jgħixu. Fl-aħħar mill-aħħar dawn kienu wkoll proposti li jinsabu fil-manifest elettorali tagħna. Dan iġibni għat-tieni suġġett li ddiskutejna li huwa d-differenza fil-paga skont il-ġeneru. Irrid nibda billi nagħmel parentesi żgħira f’dan ir-rigward, għaliex irridu niżguraw li meta nitkellmu fuq dan is-suġġett ma nitħawduhx ma’ suġġett ieħor li hu relattivament simili. Jiġifieri l-equal pay for equal work, li madanakollu huwa wkoll suġġett importanti ħafna li fuqu wkoll qed issir ħafna ħidma. Meta nħarsu lejn il-gender pay gap aġġustat, inkunu nistgħu nifhmu aħjar il-kwist-

jonijiet li qegħdin iwasslu għall-istess fenomenu. Nistgħu naraw pereżempju li meta nħarsu lejn ċerti karatteristiċi bħall-età u l-okkupazzjoni, nisa jistgħu jaqgħilu wkoll aktar mill-irġiel. It-telf għan-nisa madanakollu jiġi meta nqisu l-edukazzjoni (għaliex in-nisa nistgħu ngħidu li ser jaqilgħu 1.9% anqas mill-irġiel meta nikkunsidraw il-fatt li l-medja tal-edukazzjoni li għandhom in-nisa hija ogħla mill-medja tal-irġiel) u d-daqs tal-intrapriża. Għaldaqstant, wieħed irid jirrikonoxxi li dan il-kunċett huwa wieħed li rridu niddiskutu u nistudjaw fid-dettall, u mhux wieħed li niħduh “at face value” hekk kif jgħidu bl-Ingliż. Permezz ta’ analiżi fid-dettall, wieħed jinduna li għalkemm, anke permezz ta’ interventi tal-Gvern, qegħdin naraw li l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol tiżdied, in-nisa li daħlu fis-suq tax-xogħol qegħdin jagħżlu li jaħdmu għal inqas ħin mill-kontraparti tagħhom, fi rwoli part-time u f’xogħlijiet li tipikament iħallsu anqas. Dan

jallaċċja mas-suġġett li ddiskutejna fl-ewwel parti tal-artiklu, jiġifieri l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, għaliex naturalment ser ikollok nisa li ma jistgħux jaħdmu full-time minħabba responsabbiltajiet sproporzjonati fejn tidħol il-familja tagħhom. Konferma ta’ dan tiġi meta naraw li n-nisa jagħżlu li jutilizzaw miżuri family-friendly bħal teleworking, reduced hours u parental leave aktar millirġiel: liema fatt iwassal biex imbagħad l-irġiel javvanzaw aktar fil-karriera tagħhom min-nisa. Kif nistgħu naraw, dawn iż-żewġ suġġetti li ddiskutejna nhar il-Ġimgħa li għadda huma suġġetti kumplessi, li madanakollu il-ħidma fuqhom hija avvanzata u li jekk ikomplu jiġu indirizzati b’mod tajjeb kapaċi jwasslu għal titjib konsiderevoli fid-dinamika soċjoekonomika tagħna. Għaldaqstant, hija l-prijorità tagħna li x-xogħol fejn jidħol il-work-life balance u l-gender pay gap jibqa’ miexi b’mod mgħaġġel. Inkomplu naħdmu.


14

31.01.2021

GVERN GĦANBil-politika mħaddma, miżuri u deċiżjonijiet mittieħda, dan huwa Gvern li bil-fatti qed juri li għalih il-familji Maltin u Għawdxin huma fiċ-ċentru tal-politika kollha tiegħu. Politika li tirrifletti gvern li jaf fejn qed iħabbat il-polz tal-poplu u għalhekk jaf x’inhuma l-bżonnijiet tiegħu, mhux lanqas f’sitwazzjoni miġjuba mill-pandemija. Hija politika mibnija mhux biss b’laqgħat mas-setturi kollha, imma dan il-Gvern qed jagħti sinjali ċari li sema’, għarbel u fuq kollox, huwa Gvern li jiddeċiedi. Deċiżjonijiet li permezz tagħhom qed issir differenza fil-ħajja ta’ kull settur tal-poplu Malti. Kampanja li ntemmet il-ġimgħa li għaddiet kienet proprju xhieda ta’ dan. Kampanja ta’ ġimgħa li l-Gvern iffoka l-preżenza tiegħu fil-lokalitajiet tal-Fgura, Raħal Ġdid, il-Gudja, Ħal Tarxien u Santa Luċija. Bidu ta’ vjaġġ li permezz tiegħu l-Gvern qed idur il-lokalitajiet tal-pajjiż biex jenfasizza dak li dejjem kien - Gvern għan-Nies. Matul din il-ġimgħa, il-Gvern niżel fit-toroq ta’ dawn il-lokalitajiet mhux biss biex jifhem u jistħarreġ aktar ir-realtajiet u t-tħassib tal-komunitajiet li jgħixu f’dawn l-akkwati, imma wkoll żar u ħabbar bosta inizjattivi li minnhom se jgawdu n-nies, il-familji u n-negozji. U biex ikompli jkun qrib il-komunità, waqt il-kampanja, il-Kabinett iltaqa’ fil-qalba tal-komunità tal-Fgura. Minjiera ta’ proġetti u investimenti li jolqtu lil kull settur. 1. Ċentru tar-riżorsi fl-MCAST b’investiment ta’ €32.8 miljun kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, bl-

aqwa teknoloġija, u jink flessibbli għat-tagħlim u ma tal-kulleġġ fir-riċerk 2. Swali ġodda fl-Isk Luċija b’investiment ta’ vestiment massiċċ ta’ €5 vesti fis-settur edukatti Dan jikkumplimenta l-in l-Gvern investa fl-iskejje 3. Investiment ta’ € fil-qasam industrijali ta madwar €500,000 fuq walls, dehra ġdida fi tlie din, il-Mosta u l-Marsa, b jent ta’ kwalità aħjar lill4. Investiment ta’ €5 li fil-Gudja li flimkien ja parti minn sensiela ta’ rurali mill-2019 ’l hawn k kif ukoll b’fondi Ewropej 5. Il-Gvern għadda 1, fiż-Żona Industrijali ta’ ketball Club biex tiġi żvi ketball ġdid. 6. Investiment għal xi jata, dar residenzjali ġdi ien. 7. Investiment ta’ €1 mini ta’ Ħal Kirkop u tal-Ajruport, titjib fir-r over ġdida għal dawk li Kirkop, l-Imqabba, il-Qre żewġ mini ġodda biex ite


15

31.01.2021

-NIES BIL-FATTI

kludi librerija ġdida, spazji u awditorju, ser iżid il-ħidka u l-innovazzjoni. kola Sekondarja ta’ Santa €4 miljun u parti minn in50 miljun li l-Gvern qed jiniv fuq livell infrastrutturali. nvestiment ta’ €80 miljun li el sa mill-2013. €150,000 fi ġnien vertikali a’ Kordin b’investment ta’ il-proġett pilota tal-green et żoni industrijali, ta’ Korbiex jitħaddru u joffru amb-ħaddiema fiż-żona. 500,000 fi tliet toroq ruraagħmlu 2.8km, u jiffurmaw xogħlijiet oħra ta’ 230 triq kemm b’finanzjament lokali j. ,338 metru kwadru ta’ art Kordin lill-Hibernians Basiluppata f’padiljun tal-bas-

iri ta’ sodod f’Dar l-Annunzida għall-anzjani f’Ħal Tarx-

18-il miljun fil-proġett tall-Proġett tal-Intersezzjoni roundabout tal-Gudja, flyjivvjaġġaw minn u lejn Ħal endi, iż-Żurrieq u Ħal Safi u ejbu l-aċċess għall-Ajruport

u l-Freeport. 8. Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran f’Raħal Ġdid, investiment ta’ €42.3 miljun, li minnhom €33 miljun huma fondi Ewropej - l-ewwel ċentru tas-saħħa reġjonali f’Malta. L-iskop huwa li jiġu provduti servizzi tas-saħħa varji aktar viċin in-nies fil-komunità. 9. F’Santa Luċija, b’investiment ta’ €2 miljun, sar proġett ta’ bini u titjib ta’ seba’ toroq residenzjali ġodda kif ukoll tisbiħ ta’ belveder f’Wied ta’ Garnaw. 10. Underpass ta’ Santa Luċija b’investiment ta’ €20 miljun, parzjalment finanzjat mill-Fond ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea. Investiment li se jsarraf f’kambjament qawwi bil-ħin tal-ivvjaġġar mistenni jonqos b’aktar minn 30%, inqas traffiku u inqas emissjonijiet fl-arja kawża tal-konġestjoni. Waqt il-kampanja Gvern għan-Nies, tħabbru wkoll miżuri oħra li jolqtu l-pajjiż kollu: Ftehim bejn il-LESA u l-AKL ta’ €3 miljun mill-Fondi tal-Infurzar għall-komunitajiet. Fondi lill-Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex li jistgħu jinkisbu wara li jipproponu proġetti li minnhom igawdu r-residenti. Tnieda wkoll is-sit li aġenti tal-proprjetà immobbli, sensara tal-proprjetà, u konsulenti tal-proprjetà għandhom jaċċessaw biex ikunu jistgħu jirreġistraw kemm għal liċenzja kif ukoll għal min għandu intenzjoni li jkollu liċenzja iżda għad m’għandux il-kwalifiki neċessarji. Rajna wkoll 50 Kunsill Lokali bi proġetti favur annimali abbandunati. Fuq kollox tħabbar li twettqu iktar minn 90% tal-wegħdiet mill-manifest elettorali li jfisser li l-maġġoranza tal-miżuri diġà qed joperaw, u oħrajn se jiġu implimentati fix-xhur li ġejjin.


16

31.01.2021

LEJN AKTAR TKABBIR EKONOMIKU SOSTENIBBLI ALEX MUSCAT Segretarju Parlamentari

Il-ħarsien tal-interessi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin huwa dejjem fil-qalba ta’ dak li nagħmlu. Huwa f’dan l-ispirtu li għadna kemm nedejna programm imġedded ta’ residenza permanenti. Għalkemm diġà kien jeżisti programm li tfassal fl-2016 u li ġab qligħ konsiderevoli lejn pajjiżna, xorta waħda ħassejna l-bżonn li nagħmlu bidliet sabiex il-benefiċċji tal-investiment barrani jinħass ferm aktar miċ-ċittadini. Il-Programm joffri lil ċitta-

dini ta’ pajjiżi terzi ċans li jkollhom it-tieni residenza f’Malta. Individwi u familji spiss ifittxu t-tieni residenza f’pajjiż sigur u stabbli fejn jistgħu joqogħdu u jirrisjedu minħabba taqlib ekonomiku u politiku fil-pajjiż tagħhom, fost raġunijiet oħra. Il-bidliet mill-Malta Residency Visa Programme (MRVP) għal Malta Permanent Residence Programme (MPRP) huma ferm iktar minn dawk kożmetiċi jew kwistjoni ta’ isem. Il-programm preċedenti kien ilu fis-seħħ mill-2016 u ġie introdott millGvern biex ikompli jiżviluppa l-kapital uman tal-pajjiż u jattira nies ta’ stoffa fil-qasam tan-negozju, filwaqt li jiġġenera bilanċ pożittiv fil-finanzi pubbliċi. Dan is-surplus kien imprezzabbli fi żminijiet ta’ pandemija globali bħal dawn. Dan is-surplus ippermetta li jinħarġu skemi u inizjattivi li salvaw mijiet ta’ negozji u żammew eluf ta’ nies fl-impjieg tagħhom. Li kieku mhux għax pajjiżna kellu finanzi fissod iġġenerati minn inizjattivi bħal dawn, kieku ma konniex

inkunu f’pożizzjoni li nipprovdu tant għajnuna. Il-kontribut ta’ dan il-programm lejn il-finanzi tal-pajjiż huwa sostanzjali, tant li sal-lum, il-kontribuzzjoni lejn il-Fond Konsolidat tal-Gvern hija ta’ kważi €25 miljun. Il-Programm il-ġdid jintroduċi żieda fil-prezz tax-xiri tal-proprjetà li jirrifletti s-suq, b’kunsiderazzjoni xierqa għal kwalunkwe impatt negattiv possibbli fuq is-suq innifsu. Jintroduċi wkoll donazzjoni ġdida lejn organizzazzjoni non-governattiva li twettaq xogħol favur il-karità. Aġenzija ġdida se tinvesti parti mill-fondi riċevuti direttament fi proġetti ta’ Corporate Social Responsibility, pass li jfisser li l-benefiċċji ta’ investiment dirett barrani jkunu aktar tanġibbli għaċ-ċittadini. L-għan tagħna huwa li noħolqu kuntest li minnu jibbenefika kulħadd. Ċerti affarijiet aħna nidrawhom tant li nieqfu nagħtu kas l-importanza tagħhom, bħal pereżempju l-istabilità ta’ pajjiżna jew is-sistema eċċezzjonali tagħna

li għandna fejn tidħol saħħa u edukazzjoni jew inkella l-istil ta’ ħajja tagħna, fejn nistgħu nagħmlu minn kollox minn din id-daqsxejn ta’ gżira. Dawn il-kwalitajiet kollha stinkajna għalihom u għandhom iservu sabiex jattiraw persuni li huma wkoll stinkaw, u li għandhom x’joffrulna. Il-ġid iġġenerat għandu jmur sabiex jgħin lil min fis-soċjetà tagħna jħoss li s-suċċess ekonomiku li qed niksbu fit-teorija mhuwiex iħossu fil-prattika. Wara kollox, dan huwa prinċipju fundamentali soċjalista li għaqqad lil dan il-moviment li llum jinsab filGvern. Moviment li jifhem li l-ħarsien tal-interessi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ma jfissirx li niffukaw biss fuq il-benefiċċji finanzjarji. Għall-kuntrarju, l-Aġenzija qiegħda kontinwament tistinka biex tirfina l-iskrutinju rigoruż tagħha permezz ta’ proċess ta’ due diligence, maqsum fuq erba’ livelli. Aħna rridu biss li persuni u familji ta’ reputazzjoni jiġu attirati lejn il-Programm u huwa

għalhekk li nwettqu kontrolli rigorużi fuq is-sors tal-ġid u l-fondi tagħhom. L-Aġenzija għandha tim b’saħħtu ta’ professjonisti mħarrġa fl-awditjar u kontra l-ħasil tal-flus. Kull familja li tapplika għall-Programm tkun sottomessa għal skrutinju minn kumpaniji internazzjonali ta’ reputazzjoni tajba, biex dawn jiżguraw li l-intenzjonijiet huma tajbin u l-informazzjoni provduta hija veritiera. B’hekk, inkunu qed inserrħu rasna u ras il-poplu Malti li qed nattiraw biss kwalità lejn pajjiżna. Is-suċċess ekonomiku tagħna għandu jkun sostenibbli. Dan jista’ jiġri biss jekk nirrevedu kontinwament il-programmi tagħna, minkejja li sejrin tajjeb, biex naġġornawhom għar-realtajiet tal-lum, biex nimplimentaw bidliet pożittivi u biex dejjem infittxu l-aħjar interess taċ-ċittadini tagħna. L-impenn tagħna lejn is-sostenibbiltà ekonomika ma jiqafx fit-teorija jew bi kliem sabiħ, imma qed jiġi implimentat fil-prattika, riforma waħda wara l-oħra.

Nidħak meta nisma’ l-aħbarijiet ta’ barra jew naqra xi rapport minn xi pajjiż barrani dwar is-sitwazzjoni dinjija talCOVID-19 u tissemma Malta. L-aħħar wieħed li qrajt jikkritikana għax ma hawnx inforzar tar-regolamenti. Imma dawn bis-serjetà? Mela Malta huwa wieħed mill-uniċi pajjiżi fejn ma hawnx lockdowns u fejn ħafna mil-attività ta’ kuljum għadha miexja bl-istess mod li kienet timxi qabel. Vera b’mod regolat, però ma waqafniex. Allura għalhekk mhux jiġu infurzati r-regolamenti? Għax f’Malta għadek issib restorant miftuħ? Ħwienet miftuħa? Qorti topera? Skejjel joperaw? Huwa minnu li forsi hemm min qed jerfa’ aktar minn ħaddieħor, però ejjew ngħidu wkoll li l-Prim Ministru diġà qal u ddikjara li ser ikun qed janalizza kull każ sabiex ħadd ma jitgħaffeġġ taħt it-toqol tal-pandemija. Però, anke hawn, il-mal-

temp jgħaddi u meta ser ikun għadda, għax issa li l-vaċċin wasal allura x-xemx feġġet, allura l-ekonomija Maltija ser tkun fuq quddiem għax ser tkun f’pożizzjoni mhux li terġa’ tibni fejn ħalliet imma tkompli tibni fuq dak li rnexxielha tkompli timbotta ’l quddiem f’mument kruċjali ekonomiku mondjali. U allura ejjew ħalli nħarsu ’l quddiem u flimkien, b’mod pożittiv, inħarsu lejn futur aħjar. Ser ikun futur li jien jimlieni bil-kuraġġ għax moħħi mistrieħ li pajjiżna għandu Prim Ministru li kapaċi jieħu dawk id-deċiżjonijiet u miżuri li ser ikomplu jsaħħu l-ekonomija tagħna, itejbu l-ħajja ta’ kuljum ta’ kull wieħed u waħda minna u fuq kollox li jissalvagwardja l-interessi ta’ pajjiżna. Fiduċjuż li l-affarijiet jinbidlu u jduru u dan l-iswed u maltemp li wiret u ġie fuq pajjiżna jdur u jinbidel f’perjodu ta’ prosperità u avvanz għall-aħjar interessi ta’ pajjiżna u ta’ kulħadd.

FUTUR POŻITTIV

JOE SAMMUT Kandidat fil-5 Distrett

Huwa minnu li fil-mument jidher iswed biss però nemmen li bħal dejjem, wara l-maltemp jiġi l-bnazzi u dak li jkun isfel jitla’ fil-wiċċ u bil-kontra, dak li jkun fil-wiċċ jinżel isfel. Il-Prim Ministru tagħna beda minn isfel. Ma nafx x’ma nqalax kemm ilu li ħa t-treġija ta’ dawn iż-żewġ gżejjer f’idejh. Daħal f’mument politiku iswed ħafna kkaratterizzat mill-mewt traġika ta’ persuna

fl-ispettru tal-midja u aħbarijiet. Onestament, ma narax għalfejn dan ir-reat kellu jieħu x-xejra li ħa, ċoè ta’ xi qtil politiku. Personalment inqisu att kriminali esegwit minn persuni privati għal skopijiet privati. Ma nistax nifhem għalfejn ġie mżeffen il-pajjiż u saret ħsara lill-ekonomija Maltija u b’mod indirett lilna ċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin. Il-fatt li dan ir-reat ġie mogħti xejra politika sewa biss sabiex pajjiżi barranin li ma kinux kapaċi jimxu bil-passi li mexa pajjiżna jinqdew bih u jaqtgħulna saqajna. Din hija sfida li l-Prim Ministru Robert Abela daħal għaliha u b’mod intelliġenti, diplomatiku u sod indirizza u qed jindirizza u bl-għajnuna ta’ Alla, appena ngħaddu mill-eżami tal-Moneyval, ix-xemx tidher fuq ix-xefaq u jkun rebaħ l-ewwel battalja. Dik li jibda jindaf isem pajjiżna mit-tebgħa sewda li l-avversarji politiċi lokali pruvaw jagħmlu sempliċiment

biex jippruvaw jieħdu vantaġġ politiku u jissodisfaw il-kilba tagħhom għall-poter. Però, kif għidt aktar ’il fuq, ta’ isfel ser jitla’ fuq u l-Gvern ser joħroġ rebbieħ fl-aħħar tal-ġurnata. Però, dan ma kienx biżżejjed. Ftit wara li daħal Kastilja l-Prim Ministru Robert Abela kien affaċċjat bi problema li ħadd ma kien joħlom jew jistenna. Faqqgħet din l-imbierka COVID-19. Ngħid għalija meta smajt biha l-ewwel darba ma tajtx kas. Iċ-Ċina pajjiż ’il bogħod u mhux ser tkun problema għalina. Imma bil-kontra. Virus li pparalizza d-dinja. Ipparalizza ekonomiji mondjali kbar. Perjodu iswed fl-istorja ekonomika tad-dinja. Il-kriżi ekonomika li indirizza Gvern Nazzjonalista mhi xejn meta tipparagunaha mal-kriżi ekonomika li ġabet magħha din il-pandemija. Kriżi ekonomika li l-Prim Ministru indirizza bl-aktar mod sod, determinat u miftuħ.


17

31.01.2021

KUNSILLI LOKALI AKTAR B’SAĦĦITHOM

STRATEĠIJA TA’ IMPLIMENTAZZJONI ID-DISA’ PARTI

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsillier PL

It-tisħiħ fl-istrutturi tal-Kunsilli Lokali jista’ jseħħ biss bi pjan strateġiku ta’ azzjoni. Dan il-pjan għandu jibda fuq livell ta’ policies u mill-qafas leġiżlattiv biex imbagħad iwitti t-triq għal ristrutturar b’saħħtu fl-istrutturi amministrattivi. Id-definizzjoni preżenti tal-Kunsill Lokali permezz tal-Att Legali hija waħda vaga u limitata. Tinkludi responsabbiltajiet għal ħidma f’oqsma li jolqtu sezzjonijiet ta’ residenti iktar minn oħrajn. Responsabbiltajiet speċifiċi u selettivi li mhux dejjem jolqtu l-ħtiġijiet diversi u differenti tal-komunitajiet tagħna. Joħolqu aspettattivi kbar mir-residenti fil-Kunsilli tagħhom, li mhux dejjem huma realistiċi u possibbli u li jispiċċaw isarrfu f’diżappunt kemm minnaħa tar-residenti nfushom kif ukoll mir-rappreżentanti politiċi tagħhom, li jkunu jixtiequ jagħmlu iktar għall-komunitajiet tagħhom. L-ewwel Pass L-ewwel pass għandu jkun l-aġġornament legali fid-definizjoni ta’ Gvern lokali u allura l-Kunsill Lokali, billi ssir distinzjoni ċara bejn ir-responsabbiltà talGvern ċentrali u l-aġenziji tiegħu u dik lokali. Dan jista’ jsir b’għarfien ikbar ta’ dawk li huma l-għanijiet u r-responsabbiltajiet primarji tal-Kunsilli Lokali f’kuntest ta’ gvern. Il-Gvern ċentrali għandu ċ-ċittadin nazzjonali bħala r-responsabbiltà prinċipali tiegħu, fl-istadji kollha talħajja tiegħu, mill-aspetti kollha li jirrigwardaw l-għajxien u s-saħħa tiegħu. IlGvern lokali huwa estenzjoni tal-istess responsabbiltà,

imwaqqfa speċifikament b’għan li jissalvagwarda u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadin fil-komunità u l-lokalità tiegħu. F’dan il-kuntest partikolari, iċ-ċittadin huwa definit aħjar bħala r-resident. Id-definizjoni ta’ resident hija forma wiesgħa ta’ ċittadin mingħajr diskriminazzjoni, li tiġbor fiha lil kull individwu li qiegħed jgħix f’komunità b’mod legali u jagħti kontribut lejn il-komunitajiet tagħna. M’hemmx distinzjoni għal età partikolari, abiltajiet fiżiċi u mentali, sfond soċjali jew kulturali, għamla jew kulur tal-ġilda, orjentazzjoni sesswali, professjoni jew xi tip ta’ klassifikazzjoni soċjali oħra. Resident hija definizzjoni individwali f’kuntest ta’ komunità. U għaldaqstant, kollettiva. Iġġib magħha drittijiet imma wkoll obbligi u doveri. Tagħti l-individwu identità u sens ta’ appartenenza, responsabbiltà u rispett lejn l-istess individwu kif ukoll lejn il-komunità. It-Tieni Pass Il-ħidma tal-Gvern lokali favur ir-resident għandha tkun immirata biex tissalvagwarda u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja urbana fil-lokalità. Id-definizzjoni tal-kwalità tal-ħajja urbana fiż-żminijiet tal-lum hija waħda suġġettiva u dinamika li tmur lil hinn mill-prestazzjoni ekonomika u finanzjarja nazzjonali. Il-kwalità tal-ħajja urbana hija perċezzjoni tal-individwu f’lokalità partikolari u tinkludi l-kwalità tal-infrastruttura tal-madwar, l-aċċessibbiltà għat-trasport pubbliku, is-servizz lokali tas-saħħa, attivitajiet u faċilitajiet kulturali, faċilitajiet edukattivi, l-istat tat-toroq lokali u tal-bini urban tal-madwar, l-ispazji pubbliċi, kemm dawk mibnija kif ukoll dawk miftuħa,u l-attività kummerċjali speċjalment dik ta’ bżonnijiet bażiċi fil-madwar. Ir-resident iħares ukoll għall-opportunitajiet ta’ impjieg, possibbilment fil-viċinanzi fejn jgħix, il-prezz tal-propjetà, kemm għall-bejgħ kif ukoll għall-kiri, il-preżenza u l-integrazzjoni ta’ barranin, is-sigurtà u l-kwalità tasservizzi offruti mill-Gvern

lokali. Il-kwalità tal-arja, il-kontroll fuq l-istorbju urban, l-indafa u l-ispazji ħodor huma kollha fatturi li jinċidu fuq il-perċezzjoni tal-livell ta’ kwalità fil-lokalità. It-tfassil ta’ policies mibnija fuq viżjoni ħolistika bil-għan li dejjem tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-resident fil-lokalità tiegħu, aġġornati minn żmien għal żmien fuq bażi reġjonali u lokali, b’konsultazzjoni wiesgħa mal-komunitajiet u l-istakeholders, għandhom iservu biex jiddefinixxu l-ħidma tal-Kunsilli Lokali. Il-komunikazzjoni ta’ dawn il-policies fil-komunitajiet diversi għandha tgħin biex jikber l-involviment fit-tmexxija tal-Gvern lokali u l-apprezzament għall-ħidma tal-Gvern lokali fil-komunità. It-Tielet Pass L-identifikazzjoni u d-definizjoni tar-responsabbiltajiet ta’ ħidma fi ħdan il-Kunsill hija kruċjali għattisħiħ u t-titjib fil-ħidma talGvern lokali. L-ewwel nett, dan għandu jiġi aġġornat fl-Att tal-Kunsilli Lokali biex jirrifletti l-ħiliet meħtieġa għal tmexxija sana u iktar b’saħħitha tal-Kunsilli. Id-dekasteri tal-kunsilliera għandhom ukoll jiġu aġġornati sabiex il-kunsilliera eletti jieħdu sehem iktar attiv fit-tmexxija ġenerali fil-lokalità kif ukoll fl-implimentazzjoni ta’ proġetti favur il-komunità. Komunikazzjoni ċara ta’ dawn ir-rwoli u responsabbiltajiet tal-Kunsill għandha tibni aspettattivi realistiċi tal-komunitajiet fil-Kunsill tagħhom, li ssarraf f’fiduċja u sodisfazzjon fit-tmexxija lokali. Responsabbiltajiet ċari għandhom iservu wkoll biex jitfassal pjan ta’ taħriġ immirat u addattat għall-bżonnijiet tar-riżorsi umani talGvern lokali. Għandhom iservu biex jattiraw iktar nies b’talenti u ħiliet ikbar li jagħżlu t-tmexxija tal-Gvern lokali bħala għażla għal karriera professjonali amministrattiva, maniġerjali kif ukoll politika. Il-ġimgħa d-dieħla nagħtu ħarsa lejn dawn ir-responsabbiltajiet.

L-INKLUŻJONI FIS-SOĊJETÀ TAGĦNA LAĦQET IL-QUĊĊATA?

MARIAH MELI

Illum il-ġurnata, il-mentalità fir-rigward tan-nies b’diżabilità nbidlet. Sirna iktar konxji tad-diversi diżabiltajiet li nsibu fis-soċjetà tagħna meta mqabbla mas-snin ta’ qabel. Dan għaliex fil-preżent inqisuhom parti mis-soċjetà u mhux naħbuhom. Matul issnin, rajna diversi strateġiji implimentati fir-rigward tal-inklużjoni sabiex jiġu infurzati direttivi ġodda biex jitnaqqsu l-ostakli li dawn l-individwi jsibu. Fl-artiklu preċedenti tiegħi, ‘L-inklużjoni fis-soċjetà tagħna laħqet il-quċċata?’ trattajt b’mod speċjali l-inklużjoni fis-settur edukattiv u dak sportiv. Hawnhekk ser nagħti iktar ħarsa lejn żviluppi soċjali oħra li seħħew u li għad hemm bżonn jiġu indirizzati. Il-Prim Ministru Dr Robert Abela fl-aħħar jum internazzjonali tal-persuni b’diżabilità għadda messaġġ fundamentali li individwi b’diżabilità għandhom dritt għal futur sabiħ li jinkludi opportunitajiet ta’ xogħol u aċċess għal affarijiet li huma disponibbli għal ħaddieħor. Sabiex nassiguraw li tintlaħaq l-inklużjoni fis-soċjetà tagħna, twaqqaf ukoll ministeru ddedikat għall-inklużjoni u l-kwalità tal-ħajja mmexxi mill-Ministru Dr Julia Farrugia Portelli. Nemmen li dan se jħalli impatt pożittiv fuq l-inklużjoni fis-soċjetà peress li huwa aktar ffukat biex itejjeb ħajjet dawn in-nies. Barra minn hekk, Dr Robert Abela aġixxa bil-fatti wkoll meta għażel lill-Onorevoli Oliver Scicluna bħala membru parlamentari. Dan ilpass huwa pass li jservi ta’ rivoluzzjoni fl-istorja għaliex

b’hekk nistgħu tassew ikollna rappreżentanza ugwali fil-Parlament Malti u li hu ser jirrappreżenta dan il-grupp sabiex ikun iktar inklussiv u jiżgura li l-ħsibijiet tan-nies b’diżabilità qed jiġu indirizzati fir-riformi tal-liġijiet. Sa żmien reċenti, fil-qasam tas-self mill-banek, nies b’kundizzjonijiet mediċi sfaw vittmi tal-inġustizzja li kienet qed iseħħ fil-protokolli tasself mill-banek. Dan minħabba l-fatt li l-kundizzjoni kienet ixxekkel lil dawn l-individwi milli jkollhom l-opportunità sabiex jibnu familja f’dar bħal ħaddieħor. Sfortunatament għal tul ta’ snin dawn in-nies kienu jispiċċaw jaqtgħu qalbhom mill-futur li jkun qed jistenniehom. Iżda Dr Robert Abela wettaq rivoluzzjoni għal dawn in-nies meta għamel riforma fuq il-protokolli tasself mill-banek. Fil-preżent individwi b’dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jħarsu lejn il-futur b’mod ambizzjuż li jkunu kapaċi daqs ħaddieħor jilħqu l-għanijiet tagħhom wara li jlestu t-trattament meħtieġ. Il-ħtieġa primarja li kull individwu jkollu aċċess għar-residenza tiegħu issa laħqet livell ugwali. Bħala soċjetà għadna rridu niżguraw li jingħata aċċess adegwat lil dawn il-persuni b’diżabilità f’kull qasama. Ċinema lokali diġà daħħlu fis-seħħ li jippromwovu Jum l-Awtiżmu.Madankollu, dan għandu jsir aktar ta’ spiss sabiex anke dawn in-nies ikunu jistgħu jgawdu dan id-divertiment bħal ħaddieħor. L-aċċess mhuwiex biss dak fiżiku, iżda jinkludi wkoll aċċess lejn il-parteċipazzjoni tal-membri kollha fis-soċjetà fl-attivitajiet kollha li jistgħu jitgawdew miċ-ċittadini, fosthom li wieħed ikun jista’ jsegwi dak li għaddej fuq il-mezzi tax-xandir il-ħin kollu, minkejja l-ħtiġijiet varji ta’ vista jew smigħ li jista’ jkollu. Il-promozzjoni ta’ soċjetà inklussiva hija fl-opinjoni tiegħi fundamentali għaliex b’hekk tingħata l-importanza meħtieġa u l-Maltin u l-Għawdxin ikunu iktar mgħarrfa bl-azzjonijiet prattiċi li jistgħu jwettqu sabiex tintlaħaq aħjar l-inklużjoni fostna.

NOTA: Nazju n-Nazzjonalist din il-ġimgħa jinsab indispost


18

31.01.2021

OLIVER FRIGGIERI: WIRT ĠENSNA! Jekk hawn bniedem Malti li jgħix f’pajjiż barrani, li tabilħaqq ħabb, irrispetta u baqa’ jagħti ġieħ lill-Professur OLIVER FRIGGIERI, dan bla dubju hu Rigu Bovingdon. F’korrispondenza li kelli miegħu permezz tal-internet, wara li Dr. Charles Xuereb tkellem miegħu fuq il-paġni tiegħi fil-KullĦadd, Rigu wera x-xewqa li f’dawn il-paġni tiegħi juri r-rispett li minn dejjem kellu lejn dan il-Malti, Oliver Friggieri, li l-kburija ma kinitx tagħmel bih u li ħajtu ddedikaha biex tabilħaqq jgħallem il-lingwa Maltija lil kull min xtaq ikun jafha sew. Din hi l-intervista li slitt mingħand Rigu, mill-Awstralja. Minn CHARLES B. SPITERI Iżda min hu Roderick Bovingdon, jew aħjar Rigu? Twelidt f’Ħ’Attard. Fl-1942 emigrajt mal-familja tiegħi. Il-Malti bqajt nistudjah, tant li sirt awtur ta’ numru ta’ kotba bil-Malti. Ikkomponejt kanzunetti Maltin u fl-Awstralja ħriġt l-ewwel kanzunetta, li għalkemm b’mużika tal-għana tradizzjonali, intużaw il-kitarri elettroniċi. Allura, x’tifkiriet għandek tal-Professur Oliver Friggieri? Niftakar li kienet is-sena 1994, sewwasew ix-xahar ta’ Ottubru. Attendejt għall-ewwel lezzjoni tal-kors ta’ erba’ snin għall-B.A bl-Unuri filMalti, dritt mill-Awstralja. Ħabbatt fuq il-bieb tal-klassi mballata bl-istudenti li minnhom ma kont naf lil ħadd. “Għaddi Rigu” qalli l-Profs. Oliver Friggieri bl-akbar ħrara. “Ersqulu ftit ħa jpoġġi magħkom. Tafu min hu dan ir-raġel? Ċapċpulu għax jixraqlu merħba ta’ Malti uniku li jgħix barra…” Daqshekk niftakar milli kien qal il-profs dakinhar. Ħakmitni taħwida ta’ mistħija mħallta ma’ għadd ta’ ħbiberiji ġodda fost dik it-tajfa studenti. – Laqgħa li qatt ma stennejtha!

ja li dan il-għaref ħassieb, poeta par excellence, kritiku letterarju u soċjali u fuq kollox mexxej tan-nazzjon Malti, fetaħli tieqa għall-qalb ġeneruża tiegħu, fejn baqa’ jżommni b’għożża kbira salaħħar. Mhux lili biss, iżda lill-poplu kollu Malti, tant li fl-għanja tiegħu Lil Art Twelidna hekk għanna l-poeta Oliver: Agħtuna Malta ġdida/ li ma tixjieħx mas-snin./ Agħtuna ż-żmien ħa nibnu/ lil Malta tal-Maltin. Dan ir-ritornell fis-sempliċità apparenti tiegħu jixhed ċarament id-dedika ad vitam li l-poeta baqa’ jgħanni bi ħrara u b’passjoni għall-maħbuba Malta tiegħu. F’waqt ieħor aktar ħiemed u ta’ riflessjoni fil-poeżija famuża tiegħu Jekk, huwa jsaqsi mitt ħaġa u jistieden

lilek twieġeb: jekk taf kif kien il-bidu/ u kif se jkun ittmiem/ jekk taf kull fuq, kull isfel/ kull wara, kull quddiem… u il-petali tal-warda/ waqgħulek minn idejk,/ dan l-univers itektek/ inqasam hemm f’riġlejk… Fil-versi għarfa ta’ dan il-bniedem Malti li warajh ġibed il-ġens tagħna kollu, għal min jirrifletti fil-kwiet fuq il-qofol mislut fi kliemu, ma jdumx ma jinduna bil-qawwa li tinsab fil-kelma Maltija f’idejn mgħallem tal-vuċi tal-poplu.

għani ta’ għerf u għaqal, ta’ tjubija u umiltà liema bħalhom. Ngħid għalija appena waslitli l-aħbar ta’ diqa li dan il-kbir ħabib tal-Maltin kien ħalliena, għalkemm mistennija, ħassejtni li nqtajt minn ma’ ruħi. Indunajt minnufih illi l-blata, it-tarka, il-ħeġġa u kulma jfisser fil-fehma tiegħi li tkun Malti – uniku fost ilġnus – kien miġbur fix-xbieha tal-wisq maħbub Oliver Friggieri. Inħoss ġewwa l-kurituri ta’ moħħi u fit-tbaqbiq ta’ qalbi li l-ebda aġġettiv ta’ foħrija għal dan l-individwu Malti uniku X’nisslet fik it-telfa ta’ dan mhu sejjer ikopri r-rikkezil-professur Malti tant za u l-qofol tal-kobor tiegħu. maħbub? Lill-għażiż Oliver, li weġġaħni bl-ikbar unur meta daħħalni Ħassejt it-telfa ta’ iben għażiż, f’qalbu b’ħabibu fejn żammni tabilħaqq Malti. B’mewtu, il- sal-aħħar nifs ta’ ħajtu, inqiġens kollu Malti sar il-werriet su b’ħabib ġenwin u sinċier.

Iva, għaraft li kellu jkun ħabib kbir tiegħi u dejjem hekk stmani l-mibki Oliver Friggieri. Qisni qed narah issa, ifur bilferħ mal-iċken aħbar tajba; fl-istess ħin kien jimxi rett u sod fejn jilmaħ il-ħtieġa li jiġbidlek ir-riedni bla ma jweġġa’, bla ma joffendi iżda dejjem b’sens ta’ rispett.

Kien l-akbar privileġġ għali-

Ngħidlek din u nsemmiha biss nagħli. Għax darba, meta jiena ssottomettejtlu ismu lill-Kumitat tal-Premju Nobel għal-Letteratura (Svenska Akademiens Nobelkommitté) fi Stokkolma f’Marzu tas-sena 2004, ma rnexxilix inrebbħu din id-distinzjoni mondjali! Iżda xorta ngħożż is-sodisfazzjon personali li Oliver innifsu kien tassew ferħan u mweġġaħ b’dan it-tentattiv biex inpoġġih fl-ogħla oqsma fost l-għorrief tal-umanità. Kemm xtaqt li kont Malta sabiex f’dak il-mument hekk kommoventi, kont inkun mal-folol kbar ta’ segwaċi tiegħu sabiex inrodd l-ogħla ġieħ mistħoqq lilu minn din il-qalb sogħbiena u fl-istess ħin grata ta’ dik it-tjubija kollha li writt mingħand dan il-maħbub ħabib tal-Maltin li kien u dejjem jibqa’ Oliver. Bqajtu żżommu kuntatt minkejja ’l bogħod tal-ibħra li kien hawn bejnietkom?

Jiġifieri kellu stima kbira lejk?

Kif tħares lejn Oliver Friggieri bħala studjuż?

Sa fejn kienet twassal il-ħbiberija tagħkom?

Oliver Friggieri fin-nofs ma’ Rigu Bovingdon (bil-kappell) u ħabib ieħor tagħhom

Konna nikkomunikaw mhux ħażin. Fil-fatt, bqajt inżomm kopja tal-aħħar ittra li ktibtlu u li ġġib id-data tad-19 ta’ Ottubru 2019. Taqra hekk: “O Wisq Għażiż Oliver, Kemm ħabbtet fi żmienha dik il-qalb tenera tiegħek! Tenera għal għajrek il-Malti (il-Malti t-tajjeb); għall-Malti l-kolt (dak l-individwu fin li jaf japprezza; li jaf iħobb, jagħder, jgħożż u li jifhem il-qalb vera Maltija). Int li għarrixt u fannadt f’qiegħ ġuf niesek; in-nisel Malti! Iben dik l-art ċkejkna; dik l-art kbira! Għalkemm inti li tinsab magħtub taħt salibek, b’dik il-marda tant kiefra li ħafnitek fi fjur ħajtek, xorta waħda, asaħħ minni, għandek ilfaraġ li taf li qalbek, ġismek, ruħek għad ilkoll jitgħannqu għal dejjem ġewwa dik l-art


19

31.01.2021 għażiża fis-sikta u l-kalma tat-thanatos fejn jinsabu l-għeżież missierek u ommok. (Il-bikja ta’ Pascoli u tabilħaqq ta’ Laurent Ropà ukoll li baqa’ ħajtu kollha jixher għall-għażiża ommu li kellha tindifen f’art għariba fl-Alġerija). Jien u kull min infatam minn dik l-omm-pajjiż u li jħoss bħali – il-firda, l-eżilju, it-trawma, is-sentenza (il-cada tal-Kantilena) – jaf li xi darba jrid jissikket taħt għatu frustier ġo ħofra ta’ art għariba; minn ħadd magħruf; minn kulħadd minsi! O kemm hi qarsa d-dewqa ta’ dak il-mument ewlieni li naf li għad irrid inġarrab; imbiegħed minn kulma qatt ħabbejt u għożżejt u għannaqt bl-ikbar għaxqa ġenwina u sinċiera! (Ara l-versi tiegħi Irrid Ħ’Attard Nindifen li jinsabu fid-damma Aporija MillĠdid). Ħadd! Ħadd! Ħadd! ma jifhem jew jaf jew jagħraf ilweġgħa! Jien li ħabbejt lil Malta dejjem u f’kollox ġejt imgħajjar minn xi għorrief tal-Malti -faċċol u ipokrita! Dan kollu għax esprimejt il-valutazzjoni tiegħi tal-kapaċità dgħajfa, jew aħjar tal-inkapaċità ta’ dawk l-individwi. Ma kienx ħaqq fieragħ tiegħi! Kienet espressjoni ġenwina ta’ infiskar, ta’ frustrazzjoni li fl-aħħar ġegħlitni nisfoga l-għajta muġugħa tiegħi. Għax wara li ssagrifikajt erba’ snin minn ħajti, mifrud mill-għażiża familja tiegħi; marti u ż-żewġ uliedi fl-Awstralja u jien waħdi f’Malta għal dak il-perjodu twil - fi tmiem il-kors fil-Lingwistika Maltija (mhux le fil-Letteratura taħt it-tmexxija għaqlija tiegħek Oliver), bqajt ma ħriġtx sodisfatt bin-nuqqas ta’ speċjalizzazzjoni akkademika fil-linja tagħhom, li jiena stennejt minn għerfhom u minn tagħrifhom. Dan baqa’ ma safalix!

Rigu jidher jippreżenta l-Kantilena lil Frank Delia

Hu ta’ min isemmi li dan il-belliegħa ta’ niket il-qalb, mogħdrija mħallta ma’ ċertu għax waqt li l-Poeta ħabb u faraġ li jien, imbiegħed minn ir-radju li kien jasal għand gawda sal-aħħar, nagħraf li pajjiż trobbiti se nibqa’ sal- bosta familji Maltin f’Sydjiena qatt mhu se jkolli s-so- aħħar nifs ta’ ħajti mikrum ney, iżda wkoll fi bnadi diverdisfazzjon ingawdi bħalma biex nispiċċa għomri mgħan- si fl-Awstralja u barra l-pajjiż eventwalment se tgawdi int naq fi ħdan, fil-camposanto ukoll permezz tal-internet, u kull min bħalek ma nfa- li kiteb tant tajjeb dwarha kien jaqdi servizz l-aktar tamx mill-mamma tiegħu, Carducci f’Il Giorno Dei Mor- utli b’mod speċjali lil dawk Malta. Dan il-punt naħseb li ti! Hekk ukoll ħass Laurent il-Maltin ta’ età avvanzata. ftit huma dawk f’Malta li jap- Ropà għall-għażiża ommu Dawn in-nies ħafna minnprezzawh aħseb u ara kemm li mietet qasir il-għomor hom ma jużawx il-mezzi fl-Alġerija fejn tinsab midfu- moderni diġitali tal-internet. jirriflettu fuqu. na; pajjiż mhux biss barrani u Ħafna minnhom ukoll huma Rigu Bovingdon” Nota Bene – Din l-ittra, mbiegħed minn art twelidha romol u b’hekk aktarx jgħixu sa fejn irnexxieli nikkalku- iżda saħansitra pajjiż mhux weħedhom fid-dar mingħajr il-kumpanija ta’ ħadd iktar la jien, hi l-aħħar korris- Nisrani! Din hija x-xorti qar- għajr is-solliev li kien iwaspondenza li bgħatt bl-email lill-wisq għażiż ħabibi Oliver sa taċ-ċittadin devot, lea- slilhom ir-radju tas-SydFriggieri. Fiha, għal min jin- li, patrijott, kburi sal-aħħar neyOne. teressah, hemm riflessjoni nett bl-identità unika Maltija Kif tista’ tgħid li l-Maltin tiegħi, stimulata mill-qagħda tiegħu! tal-Awstralja ntlaqtu prekarja f’saħħet Oliver, li hu almenu għandu l-fortuna li Rigu, apparti t-telfa ta’ Oliver bl-għeluq tal-istazzjon? m’għandix jien u qatt mhu se Friggieri, fl-Awstralja kellek B’dan l-għeluq ta’ stazzjon jkolli (jekk ma ninzertax im- telfa oħra... dik tar-radju, tax-xandir Malti, dik is-sezmut xi darba waqt li nkun f’xi hux hekk? zjoni kbira tal-poplu milqut, żjara tiegħi f’Malta, pajjiżi), li hu sejjer eventwalment meta Tassew, għax is-sena 2020, sfat aktar iżolata milli qatt tal-Awstralja, kienet qabel, għaliex Frank jasal il-waqt tiegħu, jindifen għall-Maltin fil-ġuf tal-pajjiż li tant ħabb u l-aktar dawk ta’ Sydney fin- Delia, id-Direttur, kien iwasnaħat ’il barra miċ-ċentru slilhom ukoll diversi prorrispetta! Mhux kull min siefer b’im- tal-belt, sofrew daqqa ta’ ħar- grammi f’kollegamenti ma’ migrazzjoni bħali jgħaddi ta bl-għeluq tar-radju Malti Radju Malta tal-PBS u ma’ minn din l-esperjenza qarsa SydneyOne Radio. Id-direttur diversi stazzjonijiet Maltin u tant ħarxa. Lanqas dawk li u preżentatur tal-program- oħrajn. Dawn huma l-kolonni Issa f’salt wieħed dan koljħossuha ma jġarrbuha lkoll mi, is-Sur Frank Delia ħass l-ġodda tan-nazzjon Malti? li wara 20 sena servizz volo- lu spiċċalhom u ġew lambl-istess intensità. Mela dan il-messaġġ lil ntarju lill-komunità Maltija pa stampa fix-xandir Malti. Saħħa għal dejjem jiena ngħajjat lil dan l-għeżeż ide- Oliver mingħandi kien in- kellu jirtira minn din il-kari- Is-Sur Delia għamel l-almu tiegħu kollu biex jipprova al Malti tiegħi! L-ideal li jiena tenzjonat li jservih b’sens ta’ ga għal raġunijiet ta’ saħħa. kont rawwimt fija nnifsi wara snin twal ta’ turufnament u ħlim! Saħħa li talli stmajtek ja ideal u emmint fik, ikkultivajtek u xandartek, kelli nġarrab din il-kundanna hekk kiefra, hekk selvaġġa, hekk ħarxa u mhux mistħoqqa. Ilviltà fl-egoiżmu sfrenat ta’ min tkabbar bih innifsu! Bi ktiebek Dun Karm Kien l-akbar privileġġ għalija li dan il-għaref Le Poesie Italiane f’idejja għażiż Oliver, waqt li ngħarħassieb, poeta par excellence, kritiku letterarju u rex fil-versi ħelwin tal-poeta soċjali u fuq kollox mexxej tan-nazzjon Malti, fetaħli ċelebri tal-Maltin, tlanġas demgħa kiebja ma’ ħaddejja tieqa għall-qalb ġeneruża tiegħu, fejn baqa’ fl-għaxqa ta’ versih, versi li ironikament tefgħuni f’din jżommni b’għożża kbira sal-aħħar

jħajjar lil ħaddieħor jieħu r-radju f’idejh iżda ħadd ma nqala’ għal din il-biċċa intrigu ta’ impenn u ta’ responsabbiltà kbira! Is-soltu storja! Daqshekk jasal l-impenn patrijottiku ta’ ġensna! Dment li hemm il-pekunja (flus) jew xi ċans għall-avvanz egoistiku tal-individwu, kulħadd patrijott. Mank l-istess kantanti Maltin Awstraljani rinomati m’għadhom jinstemgħu la hawnhekk fl-Awstralja u lanqas f’Malta. Il-gazzetta popolari The Maltese Herald ilha li għabet mix-xena wkoll u naqra naqra anke r-radju nazzjonali SBS tal-Gvern qiegħed inin bil-mod il-mod. Għal din l-okkażjoni ta’ swied il-qalb, ta’ sogħba nazzjonali, b’turija ta’ apprezzament għas-servizz twil u leali lejn is-Sur Frank Delia, ħsibt li nippreżentalu gwarniċ b’kopja faksimile tal-Kantilena ta’ Pietru Caxaru; l-aktar dokument letterarju Malti antik li jippossjedi n-nazzjon Malti! Din id-drawwa bdejtha xi snin ilu sabiex waqt li b’hekk inrodd ir-rispett xieraq lil dak li jkun, fl-istess ħin, din l-għotja tkun isservi ta’ pubbliċità xierqa u denja ta’ din l-ikona nazzjonali. Jiġifieri ilek tqassam kopji tal-Kantilena? Riċevituri ta’ dan ir-rigal ta’ preġju għoli li qassamt s’issa, jinkludu lill-Konsolat Malti ta’ Sydney, lill-Editur ta’ The Maltese Herald, lill-klabb soċjali Malti ta’ Sydney La Vallette u numru ta’ individwi oħrajn li taw xi kontribut lill-kultura Maltija fl-Awstralja. Tkun drawwa wisq sabiħa li kieku xi organizzazzjoni f’Malta stess tieħu l-impronta minn din l-użanza kommendabbli tiegħi u tibda hija wkoll ixxerred din il-Kantilena fost il-poplu tagħna; xejn xejn tkun qiegħda tgħallmu japprezza dejjem aktar il-patrimonju tagħna l-Maltin. Mhux ta’ b’xejn mela li f’din l-art kbira fejn mijiet ta’ nazzjonijiet ġew jgħammru flimkien, aħna l-Maltin dejjem niġu mirfusa! Bħalma dejjem għedt jiena fl-imgħoddi u nibqa’ nsostniha: il-marda minn pajjiżna stess ġejja! Għax jekk aħna l-Maltin aħna tant bravi, kif jista’ jkun li l-barranin jirrispettawna meta aħna stess (jew kwantità kbira fostna) ma nirrispettawx lid-drawwiet u lill-ilsien għani, antik u sabiħ tagħna? Imissna nafu wisq aħjar minn hekk, għax l-istess filosofija Maltija tgħidilna fil-qawl antik tagħna “Ħadd ma jgħidlek taħsel wiċċek biex tkun aħjar minnu”!


20

31.01.2021

JORGE SPITERI

IT-TINGIŻA TAN-NAĦAL TOFFRI DIVERSI BENEFIĊĊJI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Ħafna persuni jrabbu xi annimal domestiku fid-dar tagħhom, bħal ngħidu aħna klieb, qtates, fniek jew għasafar. Iżda xi oħrajn id-delizzji tagħhom huwa kemxejn oriġinali. Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li jħobb irabbi n-naħal għal raġunijiet personali. Qed nirreferi għal Jorge Spiteri. Illum Jorge għandu 30 sena, twieled Ħal Safi u preżentament joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex fejn jaħdem. Għandu diversi passatempi, imma l-iktar wieħed għal qalbu bħalissa, tant li ġie passjoni terapewtika għalih, huwa dak tat-trobbija tan-naħal. Japrezza wkoll il-wirt artistiku u jħobb ħafna l-ikel speċjalment dak ħelu u iffermentat. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala ġuvni kalm u paċenzjuż ħafna, ta’ tul medju u kemxejn sportiv. Jorge ilu jrabbi n-naħal mis-sena 2013, fejn kien jassisti persuna anzjana li llum m’għadhiex magħna li għaddietlu s-sengħa tal-apikultura. “Jaffaxxinani l-mod ta’ kif jaħdmu f’armonija għall-ġid komuni kemm tagħhom, kif ukoll tal-ekoloġija tal-madwar. Ilfatt li jdakkru iktar minn 80% tal-ikel kollu li nieklu huwa affaxxinanti wkoll meta tqis iċċokon tal-insett. Interessanti wkoll li kull ħaġa li ġejja minnhom hija tajba inkluż it-tingiża li ħafna jibżgħu minnha, bla ma jafu kemm tista’ toffrilhom benefiċċji,” żvela miegħi.

naħal ieħor. Hija bla dubju reżistenti għal riħ li ta’ sikwit jaħkem lil pajjiżna kif ukoll tiflaħ għan-nixfa peress li Malta nieqsa mix-xita. Jidher li l-preżenza tagħha għadha prevalenti, kif għandu jkun; minkejja t-theddid ta’ importazzjoni ta’ naħal barrani bla waqfien. Huwa tassew ħasra li

Malta bħala gżira, ma nagħrfux nużaw il-potenzjal tagħha li huwa l-iżolament naturali (bilbaħar) minn pesti u mard aljen li llum il-ġurnata qisu ser jkollna nidraw ngħixu bihom.” Kurżità u fatt li qasam miegħi Jorge huwa li n-naħal huwa responsabbli għal madwar 80% tal-prodotti kollha li

nikkunsmaw. Fil-fatt stqarr miegħi li n-naħal tal-għasel idakkar tista’ tgħid il-frott li nieklu kważi kollu, bħal frawli, ċitru, tuffieħ, bajtra, lewż u frott tal-għadma. “Idakkar ukoll bosta fjuri li jagħmlu ż-żerriegħa u li wkoll għandhom benefiċċji għall-bniedem bħal ħarrub, silla, fidloqqom,

In-naħal responsabbli għal madwar 80% tal-prodotti kollha li nikkunsmaw Kompla jgħidli li f’Malta għandna naħla li ngħidulha endemika għaliex minkejja li hija ta’ speċi Apis mellifera hija addattata għal-lokal. Għaldaqstant, hija distinta minn sottospeċi oħra u hija magħrufa bħala Apis mellifera ruttneri (naħla tal-għasel ta’ Malta). Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan il-fatt. “Meta ngħidu endemika jfisser li teżisti hawnhekk biss u allura l-morfoloġija tagħha inkluż id-daqs tal-ġisem u talġwienaħ tagħha, il-pil tagħha, u sa ċertu punt ukoll, il-kulur tagħha huma distinti minn

Jaffaxxinani l-mod ta’ kif jaħdmu f’armonija għall-ġid komuni kemm tagħhom, kif ukoll tal-ekoloġija tal-madwar. Il-fatt li jdakkru iktar minn 80% tal-ikel kollu li nieklu huwa affaxxinanti wkoll meta tqis iċ-ċokon tal-insett. Interessanti wkoll li kull ħaġa li ġejja minnhom hija tajba inkluż it-tingiża li ħafna jibżgħu minnha, bla ma jafu kemm tista’ toffrilhom benefiċċji

klin, spika. Dawn il-frott, żrieragħ u ħxejjex jistgħu faċilment jingħataw għall-ikel lill-bhejjem li minnhom ukoll nieħdu prodotti oħra u allura wieħed jista’ japprezza nisġa ekoloġika sħiħa.” Madanakollu, Jorge jistqarr li hemm bżonn ta’ kuxjenza aktar dwar in-naħal u rispett għal min jieħu ħsiebhom b’tant sagrifiċċji. “Illum il-ġurnata in-naħla għadha miżinterpretata minn ħafna għaliex tlifna l-istaġjonalità u pereżempju jekk irridu larinġa barra minn żmienha, din insibuha mis-supermarkets. Għaldaqstant, ma napprezzawx biżżejjed iċ-ċikli naturali tal-lokal u daqstant ieħor il-prodott lokali. Tant hu hekk, illi ħafna mid-drabi meta wieħed isemmi n-naħal, ieħor jassoċjah biss mal-għasel u jekk in-naħal jintlemaħ, malajr jiġi assoċjat mat-tingiża. In-naħal mhux kollu l-istess bħalma l-Maltin mhumiex kollha l-istess. Però taħt kundizzjonijiet normali, in-naħal Malti minkejja li jaf ikun storbjuż, ma tantx jattakka għalxejn b’xejn.


21

31.01.2021 Allura sikwit ikollna xenarju fejn nies ta’ kull xorta jħarsu lejn in-naħal bħala theddida għal saħħithom u ma jkunux iriduh viċin tagħhom. Dan jirriżulta f’diżrispett kbir lejn innaħħal li jagħmel tant u tant sagrifiċċji sabiex iżomm innaħal b’saħħtu biex forsi jieħu xi prodotti minnu li kulma jmur qegħdin jonqsu. Il-kuxjenza hija tant nieqsa illi kull ħaxixa li naraw fiż-żoni rurali wkoll nsejħulha ħażina u naraw kif nagħmlu biex neliminawha meta fil-verità dan il-ħaxix selvaġġ jew indiġenu joffri ħafna benefiċċji lill-fawna lokali inkluż għan-naħal.”

sabiex jippriserva tajjeb. Meta jasal il-waqt, it-tilari tal-għasel jinġabru mingħajr naħal magħhom, terġa’ tinfetaħ il-fosdqa b’furketta apposta u mbagħad jiġi mdawwar ġewwa makkinarju msejjaħ żmellatur li juża l-forza ċentrifugali sabiex jestratta l-għasel mix-xehda. Wara dan l-għasel jitħalla joqgħod xi ġranet sabiex it-trab tad-dakra u biċċiet tax-xema’ jitilgħu fil-wiċċ, sakemm imbagħad jiġi bbottiljat ġo vażetti minn taħt tal-kontenitur.” Beda japprezza l-kobor t’Alla fliċken affarijiet u kemm aħna dipendenti min-naħal

Kieku jista’ joqgħod il-ħin kollu Kollox ma’ kollox, Jorge l-akħdejn in-naħal għaliex iserrħu tar li jrabbi n-naħal huwa għas-sodisfazzjon personali ħafna kbir tiegħu u għax iħalli efMistoqsi xi kemm iqatta’ ħin fetti tajbin ħafna f’ħajtu millman-naħal ta’ kuljum, u x’ji- ġenn kollu li jara madwaru. rrikjedi l-ħin u l-involviment “Sa minn meta kont għadni tiegħu magħhom, Jorge weġib- tfajjel, dejjem ridt il-preżenza ni: “Kieku nista’ noqgħod il-ħin ta’ xi annimali madwari u dejjkollu ħdejh għaliex iserraħni em kont nixtieq li l-annimali li ħafna. Però normalment kull jkolli joktru. In-naħal minkejja kolonja niċċekkjaha massimu li huwa passjoni li bdejt pjutta’ darba fil-ġimgħa. Fi żmien tost riċentement, jagħtini dak il-fjoritura l-involviment tiegħi is-sodisfazzjon. Jista’ jkun għax jkun intensiv sabiex nirrego- fin-natura tiegħu hu li joktor la l-ispazju tal-kolonji biex ma u jkattar. Però meta mbagħad jaħarbux. Fi żmien il-ħsad, l-in- bdejt nitgħallem iktar fuqu u volviment tiegħi hu li niġbor nosservah, iktar bdejt napprezil-prodott b’attenzjoni li nħalli za l-kobor t’Alla fl-iċken affariikel biżżejjed għall-għajxien jiet u kemm aħna dipendenti tagħhom. Fi żmien in-nixfa, minnu. Madwarna hawn ħafna l-involviment tiegħi jkun li nik- aljenazzjonijiet u ġenn li għalija kontrolla l-livell ta’ stress li jis- ma jagħmilx sens f’din il-ħajja ta jakkumula fil-kolonja u jaf qasira li għandna u li meta nkun fejn in-naħal ninsa dan ilimarrad lin-naħal innifsu.” Ta’ min jghid ukoll li Jorge ġenn kollu. Dan probabbilment jieħu ħsieb madwar 30 kolonja jiġi mill-ħsejjes u mill-irwejjaħ naħal. Għall-benefiċċju tal-qa- li jagħmlu n-naħal meta nkun rrejja tlabtu jispjega x’inhi fil-preżenza tagħhom għaliex eżatt kolonja. “Kolonja jiġifieri in-naħal huma insetti terapewmadwar 60,000 naħla f’bej- tiċi.” Irabbi n-naħal xorta waħta, b’reġina produttiva waħda, u bgħula skond in-neċessità da sew jekk jagħmel jew ma (ir-raġel fil-kolonja). Kemm in- jagħmilx għasel. Fil-fatt jibqa’ naħal kif ukoll il-bgħula huma jieħu ħsiebu għaliex għalih ulied ir-reġina li tibqa’ tbid bla biżżejjed li jżommu ħaj jagħmel waqfien. Il-bagħal forsi tmissu xogħlu. “Ix-xogħol prinċipax-xorti kiefra li xi darba jiffer- li tan-naħal huwa li jdakkar u tilizza reġina (għax wara jmut) b’hekk ikattar kemm lilu nnifu n-naħal jagħmel ix-xogħol su, kif ukoll il-ħlejjaq l-oħra kollu u jżomm l-indafa fil-kaxxa ta’ madwaru. Dan il-fatt huwa filwaqt li jaħżen l-ikel neċessar- biżżejjed għalija biex nieħu ju u jitma lil min ikun hemm ħsieb in-naħal mingħajr ma nistenna l-għasel jew prodotti bżonn.” Żied jgħid li t-tnaqqis fl-għa- oħra bħala kumpens.” Mistoqsi fejn normalment sel huwa relatat ma’ diversi fatturi, imma l-iktar fattur li pos- iżomm in-naħal tiegħu, u x’jiesibilment nistgħu nirregolaw kol bħala trobbija tiegħu, Jorge aħna huwa dak ta’ attivitajiet weġibni li n-naħal jinżamm mhux sostenibbli bħal żvilupp, kullimkien, basta jkollu aċċess prattiċi, u mġiba. “Fatturi oħra għall-fjuri u l-ilma fil-viċinanzi. li jista’ jkun relatati mill-viċin Id-dieta tan-naħal hija dik ta’ ma’ dawn ta’ qabel huwa t-tib- nektar, trab tad-dakra, u ilma. Fl-aħħar tal-intervista ħaldil mgħaġġel fil-klima lokali u allura qed naraw xita barra la messaġġ lill-qarrejja ta’ din minn żmienha, riħ esaġerat, il-gazzetta. “Nappella lill-qarrejja sabiex jistaqsu u jikkunnixfa qerrieda.” Interessajt ruħi dwar il- smaw prodotti lokali u kemm proċess ta’ meta jieħu l-għa- jista’ jkun ifittxuhom fl-istaġun sel min-naħal u t-tqassim tagħhom. Ukoll li jappoġġjaw u tiegħu. “L-għasel jinġabar meta ma jfixklux lin-naħħala lokan-naħal jissiġilla l-fosdqa li li li b’tant dedikazzjoni jieħdu ġo fiha xi darba jkun beda jid- ħsieb li jrabbu n-naħal li jipdepożita n-nektar wara li dan provdilna l-ikel tal-lum u ta’ ikun nixxfu mill-ilma eċċessiv għada.”


22

31.01.2021

X’QED ISIR IŻJED MODA? X’INHI T-TREND LI GĦADDEJJA FIX-XAGĦAR? Il-kumpanija The Body Shop żvelat x’kienu l-aktar trends ta’ sbuħija mfittxija fl-Ewropa u madwar id-dinja fis-sena 2020. Jidher li fis-seba’ post tat-Top Ten Beauty Trend fl-Ewropa hemm l-qatgħa tax-xagħar qasir bl-akbar numru ta’ tfittxija ssir proprju f ’pajjiżna. Jidher ukoll li fl-Ingilterra u fil-Ġermanja, l-aktar trend tas-sbuħija mfittxija online kienet dwar “boycut hair style” u “bob haircut”. Hemm ukoll il-furur għaxxagħar tal-għajnejn fejn fl-Ewropa huma popolari immens, bl-Ungeriżi l-aktar li jagħmluhom. Jidher imbagħad li hemm moda ġdida fil-Ġermanja fejn in-nies jieħdu l-kulur b’mod mhux naturali. Dik li t-Taljani jsejħulha “abbronzatura”. Mid-dehra l-kulur dehbien qed isir popolari immens speċjalment mat-tfajliet, iżda l-irġiel mhux inqas. Il-fenomenu li l-irġiel saru jagħtu kas aktar tad-dehra tagħhom issa daħal sew. F’Malta, tista’ tgħid li dan huwa evidenti ħafna speċjalmenti bil-midja soċjali fejn ħafna żgħażagħ jippruvaw jidhru l-aħjar jew fl-aqwa tagħhom. Apparti hekk, jużaw filters biex jemendaw id-dehriet tagħhom fejn anke ma jħallux ir-ritratt fl-istat oriġinali u naturali tiegħu. Din fiha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha; m’hemm xejn ħażin li wieħed jew waħda jidher tajjeb imma huwa ferm importanti li ma jinħoloqx stress żejjed fir-rigward ta’ perfezzjoni. L-oriġini li wieħed jieħu ħsieb anke l-kura tal-ġilda tiegħu u l-kożmetika, tmur lura għal żmien antik Eġizzjan u tul is-sekli, dan il-kunċett kompla jiżviluppa sew. Kienu l-Eġizzjani li bdew iġebbdu l-għajnejn bil-make up u jħaxxnu wkoll is-suf t’għajnejhom bil-lapes. Bdew ukoll il-kulur max-xufftejn (lipstick) li qabel, kellu x-xeħta kannella. Ix-xagħar tal-għajnejn falz, jidher li sar popolari lura fl-1899. Il-kumpanija internazzjonali The Body Shop analizzat informazzjoni online minn madwar 64 pajjiż fid-dinja u identifikat l-aqwa u l-aktar 10 modi popolari u li jsiru fil-pajjiżi b’mod globali.

Ritratt ta’ Oliver Pace

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Wieħed jiskanta kemm fis-sena 2020, 1.4 miljun google search kienet fuq l-istili tax-xagħar, fejn l-akbar tfittxija online saret mill-poplu tar-Renju Unit. Tgħid għaliex? Forsi għax kienet milquta tant b’mod qawwi bil-pandemija li ħafna bdew jaraw kif se jħossuhom aħjar u jaraw kif ibiddlu ftit id-dehra tagħhom? Imbagħad fuq tiftix online fir-rigward ta’ make up naturali, il-Google jara

mas-57,000 hit. Li tħammar il-ħuġbejn b’kulur roża jidher ukoll li huwa famuż sew. Fil-fatt, dan tfittex madwar 95,000 darba. Il-kulur dehbien li semmejna ftit qabel, jidher li nieżel tajjeb ukoll fejn kull xahar, kellu madwar 93,000 tfittxija online. Fil-Polonja, 58 minn kull 100,000 persuna fittxew dwar il-kulur roża mal-ħuġbejn. F’Monaco, 25 minn kull 100,000 persuna, fittxew

dwar il-‘bronzer’. Imbagħad, fl-Istati Uniti, 75 minn kull 100,000 fittxew prodotti naturali u anke dawk kreati mill-bniedem biex jintużaw mal-wiċċ u mal-ġilda. Din kienet l-akbar tfittxija online fl-Istati Uniti fir-rigward tas-sbuħija fis-sena 2019 u anke fis-sena 2020. Interessanti wkoll, li lokalment, kif semmejna, ilMaltin u l-Għawdxin saru jagħtu valur kbir lid-dehra tagħhom, anke l-irġiel. Tkel-

L-irġiel fis-snin 50 kienu vanitużi ħafna u wara s-sittinijiet, fi żmien il-flower power, il-vanità tal-irġiel inbidlet. Meta bdiet il-midja soċjali, l-irġiel bdew jinnutaw kemm hu importanti li tidher pulit mhux bil-ħwejjeg li tilbes biss iżda anke fir-rigward tal-istil tax-xagħar li jagħmel differenza kbira

limna mad-diriġenti ta’ Antonio’s Barber Shop li donnu rajna żieda qawwija u moda ġdida dawn l-aħħar snin, fejn l-irġiel m’għadhomx jaqtgħu xagħarhom għand il-hairdresser iżda jmorru għand barbier apposta għalihom fejn hemm jieħdu esperjenza rilassanti wkoll waqt li jaqtgħu xagħarhom u anke jqaxxru l-leħja. Qalulna hekk: “L-irġiel fissnin 50 kienu vanitużi ħafna u wara s-sittinijiet, fi żmien il-flower power, il-vanità talirġiel inbidlet. Meta bdiet il-midja soċjali, l-irġiel bdew jinnutaw kemm hu importanti li tidher pulit mhux bil-ħwejjeg li tilbes biss iżda anke fir-rigward tal-istil taxxagħar li jagħmel differenza kbira. Sa dak iż-żmien, raġel kien imur għand barbier jew hairdresser kemm iżomm xagħru qasir, iżda indunaw ukoll li l-moda tal-hairstyles fl-irġiel kienet qed tiżdied u l-barbiera ħadu l-okkażjoni li jżidu t-tagħlim fuq stili differenti tax-xagħar. Anke d-ditti tal-għodda tal-barbiera għamlu mezz li jagħmlu magni aħjar minn qabel.”


08.11.2020 31.01.2021

23

Sa dak iż-żmien, raġel kien imur għand barbier jew hairdresser kemm iżomm xagħru qasir, iżda indunaw ukoll li l-moda tal-hairstyles fl-irġiel kienet qed tiżdied u l-barbiera ħadu l-okkażjoni li jżidu t-tagħlim fuq stili differenti tax-xagħar

SKEDA ONE 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

TNEJN 19:15 ONE Sports & Temp 01-02 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Reboot 21:15 Follow Up 22:15 Stejjer wara t-Tmienja 22:50 Music Legends 23:30 ONE News 23:47 Kalamita

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up Dak li Jgħodd

18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Gladiator 22:00 Distintivi 23:00 Ondroad 23:30 ONE News 23:49 Kalamita

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 #Pajjiżi 18:30 Pjazza

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Ftit Ħin għal saħħtek

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35 18:00

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt Mhux kemm taf

18:30 19:15 19:30 20:10 20:30 21:05 22:40 23:24 23:30 23:47

13:20 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:00 17:30 18:30 19:15

Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Twenty One Indhouse Pjazza ONE

Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Kick OFF 21:40 Country Jamboree 22:15 Gladiator 23:30 ONE News 23:45 Kalamita

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

TLIETA 02-02

ĦAMIS 04-02 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:35

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 Press Conference: Covid-19 13:15 ONE News

SIBT 06-02

Il-metodoloġija li ntużat biex saret din ir-riċerka ġiet minn rapporti permezz tal-Google keyword planner fejn anke inkludew Mintel’s Beatury Report. Dan kien ikopri s-snin ta’ bejn l-2017 u l-2020. Din ir-riċerka ġiet tradotta għal kull pajjiż rispettivament. The Body Shop twaqqfet fi Brighton fl-Ingilterra u hija kumpanija internazzjonali

tas-sbuħija li l-għan tagħha hu li toffri esperjenza pożittiva u differenti fid-dinja fir-rigward ta’ dehra u sbuħija fejn il-prodotti tagħhom huma magħmula minn igredjenti naturali għall-aħjar kura tal-ġilda u tax-xagħar. The Body Shop għandhom madwar 3,000 ħanut f ’madwar 60 pajjiż fid-dinja. U intom, kemm tagħtu kas id-dehra tagħkom?

ERBGĦA 19:15 ONE 03-02 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Reboot 23:30 ONE News 23:47 Kalamita

Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Twenty One Ilsien in-Nisa Ondroad Teżori ONE News Kalamita

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty One 10:18 #Pajjiżi 10:57 Indhouse

11:53 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:37 Zonasport 13:10 Country Jamboree 13:43 Reboot 14:25 Ħabrikt 14:45 The Local Traveller 15:30 ONE News 15:35 Dak li Jgħodd 16:30 Flimkien ma’ Nancy

17:30 18:05 18:45 19:22 19:30 20:04 20:30 23:30 23:50

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30

12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Arani Issa Ikompli 15:50 Duurella 16:15 Gladiator 17:30 L-Argument 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News

20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Attività Politika 21:15 Turando 00:30 ONE News 00:45 Ilsien in-Nisa

ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ ONE News

ĠIMGĦA 05-02

Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News Flimkien ma’ Nancy

ĦADD 07-02


24

31.01.2021

reċensjoni tal-ktieb

IL-ĦREJJEF MAĠIĊI IL-PRINĊIPESSA U L-PIŻELLA IL-PRINĊEP ŻRINĠ QREMPUĊ Merlin Publishers għadha kemm nediet Il-Ħrejjef Maġiċi sensiela ta’ fairy tales klassiċi b’kulur sħiħ u b’format kbir bil-Malti. Ippubblikat oriġinarjament mid-dar tal-pubblikazzjoni Taljana rispettata internazzjonalment DeAgostini, Il-Ħrejjef Maġiċi, ġew tradotti għall-Malti mill-awtur Noel Tanti. Merlin Publishers huma ħerqana li jagħmlu dawn ir-rakkonti mimlijin illustrazzjonijiet aċċessibbli għat-tfal għax ir-rakkonti maġiċi huma parti kruċjali fit-trobbija tattfal u jistgħu jsawruna matul ħajjitna kollha. Skont psikologi tat-tfal madwar id-dinja, in-natura ċara tal-fairy tales tagħti lit-tfal l-opportunità li jitgħallmu lezzjonijiet tal-ħajja importanti dwar l-imġiba u l-moralità bażika. Huma jagħtu forma lill-biżgħat u l-ħolm profondi dwar il-ħajja iżda fid-dinja sigura tal-fantasija. Il-karattri jistgħu ma jkunux familjari mat-tfal iżda l-problemi u s-sentimenti huma trattati bi kwistjonijiet li jistgħu jidentifikawhom

faċilment magħhom. Ir-rakkonti jagħtu littfal mod kif jifhmu wħud mis-sentimenti verament konfużi u diffiċli li għadhom ma jistgħux jartikulaw għalihom infushom. Huma jippermettu lit-tfal jesploraw il-kunċett li l-ħajja mhix dejjem rikba bla xkiel, li l-affarijiet jistgħu jmorru ħażin, u n-nies mhux dejjem ikollhom l-aħjar interessi tagħhom fil-qalb. Madankollu, dan iseħħ flimkien mal-karattri ‘tajbin’ li jiġu ppremjati flaħħar, u b’hekk tissaħħaħ l-importanza li tkun tista’ tagħmel empatija, tkun onest u veru lejk innifsek. Mhumiex biss it-tfal ta’ 7 snin u aktar li jibbenefikaw minn Il-Ħrejjef Maġiċi. Ġenituri u gwardjani li jaqraw dawn l-istejjer tal-fairy għall-ulied tagħhom qabel l-irqad, se jirċievu ritorn sħun u komdu għal tfulithom. Fl-aħħar mill-aħħar dawn l-istejj-

er iserrħu moħħ kulħadd għax b’xi mod, maż-żmien kollox ikun tajjeb fl-aħħar. Id-disa’ kotba ta’ Il-Ħrejjef Maġiċi huma disponibbli għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba ewlenin kollha f ’Malta jew direttament online minn merlinpublishers. com.

Mistoqsija: Kemm hemm kotba b’kollox fis-sensiela Il-Ħrejjef Maġiċi? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu 3 KOTBA MIS-SENSIELA IL-ĦREJJEF MAĠIĊI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 7 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb L-GĦERIEN TAL-KATAVRI hija:

A. BALZAN - VALLETTA

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm se jingħataw il-kumpaniji għal kull ħaddiem li jingaġġaw Għawdex f ’xogħol ta’ back office?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

31.01.2021

IL-QTIL TA’ TIA SHARP JOQTOLHA MIN SUPPOST KELLU JIEĦU ĦSIEBHA Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

IL-VIT

TM AT IA

SH P AR

IN-NANNA, OMMHA FLIMKIEN MAS-SIEĦEB TAGĦHA WAQT IT-TFITTXIJA TAT-TIFLA Il-każ ta’ Tia Sharp kien fuq fomm kulħadd fir-Renju Unit f’Awwissu tal2012. Sharp kellha biss 12-il sena meta għall-bidu kienet meqjusa bħala persuna nieqsa. Kienet is-sejba tal-katavru tagħha li bidlet il-każ minn wieħed ta’ għejbien għal wieħed ta’ omiċidju. Din is-sejba saret fid-dar ta’ nannitha u l-katavru tagħha nstab mar-raba’ tfittxija mill-pulizija. L-għejbien Tia Sharp kienet tqatta’ ħafna ġranet ma’ nannitha, Christine Bicknell, u s-sieħeb li kellha dak iż-żmien, Stuart Hazell. Dakinhar tal-għejbien tagħha, Sharp kienet għand nannitha, li kienet toqgħod f’New Addington f’Londra fl-Ingilterra. Meta ġiet irrappurtata nieqsa, l-ewwel suspett li kellhom il-pulizija kien fin-nanna u fis-sieħeb tagħha. Jidher li waqt l-għejbien, in-nanna kienet ix-xogħol u d-dar kien hemm biss Hazell flimkien ma’ Sharp. Skont Hazell, Sharp ħarġet middar fit-3 ta’ Awwissu tal-2012 biex tmur f’Croydon ħalli tixtri żarbun mill-Whitgift Centre. Kien hemm ukoll wieħed mill-ġirien li qal li hu ra lil Sharp ħierġa mid-dar u din l-istqarrija wasslet lill-pulizija biex ifittxu ’l barra mid-dar tan-nanna. Il-pulizija provaw jiġbru kemm jifilħu filmati tal-kameras tas-sigurtà biex jaraw jekk Sharp tidhirx għaddejja minn ċerti toroq jew minn ħdejn xi ħwienet. Il-pulizija b’kollox ġabru 800 siegħa ta’ filmati iżda ma rriżulta xejn minnhom. Fis-7 ta’ Awwissu, iz-ziju tat-tfajla, David Sharp, appella fuq it-televixin biex tinstab in-neputija u biex tirritorna qawwija u sħiħa d-dar. Jumejn wara dan l-appell, Hazell kellu intervista ma’ preżentatur tal-ITV News fejn ċaħad li hu kellu x’jaqsam mal-għejbien ta’ Sharp u fejn talab ukoll biex tirritorna d-dar qawwija u sħiħa.

Filwaqt li bdew isiru dawn l-appelli, il-familjari ta’ Sharp flimkien ma’ Stuart Hazell bdew jipprovaw ifittxuha u damu jfittxu mal-pulizija għal sitt ijiem sħaħ. Tlett ijiem wara l-intervista, in-nanna ta’ Sharp bdiet ixxomm riħa tinten fid-dar tagħha u b’hekk ċemplet lill-pulizija. Kif waslu u telgħu fl-attiku, il-pulizija sabu l-katavru ta’ Sharp imgeżwer f’liżar u mitfugħ f’borża sewda. Din kienet ir-raba’ darba li l-pulizija marru fid-dar tan-nanna u wara li għaddew ħafna ġranet saret is-sejba tal-katavru ta’ Sharp, li kien diġà fi stat ta’ dekompożizzjoni. L-Uffiċjal li kien inkarigat mill-investigazzjoni talab maħfra lil omm Sharp tad-dewmien fis-sejba ta’ bintha u qal li kien se jagħmel mezz biex dan l-iżball ta’ traskuraġni ma jerġax jiġri fil-futur. Dan id-dewmien fis-sejba tal-katavru wassal għal diffikultajiet kbar waqt l-awtopsja bħal x’kien eżatt ilmod kif inqatlet u jekk kienx hemm xi marki fuqha. Il-pulizija jaħsbu li

Sharp ġiet fgata iżda din qatt ma ħarġet uffiċjalment bħala l-kawża tal-mewt tagħha. Mhuwiex eskluż li Sharp setgħet ġiet stuprata. L-arrest ta’ tliet persuni Hekk kif instab il-katavru, il-pulizija ħarġu mandat ta’ arrest għal Hazell u filgħaxija ta’ dakinhar stess sabuh f’Cannon Hill Commin f’Morden, wara li xi ħadd għarfu. In-nanna ta’ Sharp u l-ġar li qal li ra lit-tfajla ħierġa mid-dar ukoll ġew arrestati fuq suspett ta’ qtil fil-każ tan-nanna u fuq suspett ta’ informazzjoni ħażina fil-każ tal-ġar. Jidher iżda li t-tnejn li huma ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li ħallsu somma flus. L-istess ma jistax jingħad għal Hazell. Wara l-arrest tiegħu, il-pulizija reġgħu fittxew fid-dar tan-nanna u għamlu sejbiet kruċjali oħrajn. Sabu diversi memory cards moħbijin u fuqhom kien hemm ritratti ta’ Sharp tidlek saqajha bil-prodotti tas-sbuħija u anke oħrajn fejn kienet rieqda. Kien hemm ritratti b’pożizzjonijiet provokanti tal-katavru ta’ Sharp u oħrajn indiċenti ta’ Hazell. Il-psi-

kologa forensika, Dr Keri Nixon, qalet li Hazell jaf ħa dawn ir-ritratti biex jarahom xħin jaqbdu aptit sesswali. Dr Nixon saħqet li Hazell jaf qatel lil Sharp wara li l-vittma rrifjutat l-avvanzi sesswali ta’ Hazell. Kompliet tgħid li din iċ-ċaħda setgħet wasslet lil Hazell biex joqtolha ħalli ma tikxfux ma’ ommha. Fis-sigħat bikrin tat-12 ta’ Awwissu tal-2012, Hazell ġie akkużat bil-qtil ta’ Sharp. Huwa ntbagħat fil-ħabs Belmarsh fejn tefgħuh f’kamra iżolata biex ma jkunx ta’ periklu għalih innifsu. F’Marzu tal-2013, Hazell ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih iżda fit-13 ta’ Mejju tal-istess sena bidel il-verżjoni tiegħu u ammetta l-ħtija tiegħu. Hu weħel għomor il-ħabs u seta’ jappella s-sentenza wara 38 sena, jiġifieri fl-età ta’ 75 sena. In-nanna ta’ Sharp ma nstabitx ħatja filwaqt li l-ġar, Paul Meehan, instab ħati talli ħela l-ħin tal-pulizija. Meehan ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u ħallas somma biex jinħeles mill-arrest.

L-ATTIKU FEJN INSTAB IL-KATAVRU TA’ TIA

STUART HAZELL


26

31.01.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

31.01.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 366

C. AGIUS - ATTARD

Bi 3 NUMRI 513 015 532 022 557 023 589 060 676 064 755 067 945 082 965 106 149 B’4 NUMRI 175 0664 277 1065 299 1424

2166 2349 2365 2543 2692 2698 3019 3206 3793 3974 4722 4912 5182

5412 5974 6372 6678 7093 7256 7261 8460 8650 9028 9139 9383 9461

9653 9745 9915

60814 64494 72826 73958 74403 80715 98961 99475

B’5 NUMRI 13176 21755 24467 29986 46233 B’6 NUMRI 53474 015995 54542 132390 59767 136908

210299 374213 440658 512337 522086 560947 621153 631090 640253 669454 853549 859762 999519

MIMDUDIN: 7. Lemaħ (2) 19. 1. Kompli l-qawl: 9. Ara 3 20. Fid-dinja kollox 10,11. Tnax kien hemm frugħa: dak li ma’ Kristu (8) 21. tarah sabiħ 12. Tillarga bla 23. filgħodu filgħaxija l-aħħar tnejn (6) tarah ...... (5) 16. Isem (3) 24. 4. Joħroġ minnhom 18,21M. Ikun hemm il-qamħ (4) ħafna fil-ġonna (5)

Żmien? (3) Blat f’wiċċ il-baħar (5) Ara 18 Timxi fuq tnejn (4) Kantant (5)

WEQFIN: 1. Tidher fis-sema billejl (6) 2. Ħaddem? (3) 3,9. Ħarsu lejna (6) 5,12W. Itajru l-ajruplani (5)

Aħbi (6) Irrabja ma’ xi ħadd (6) Kunjom (3) Ibajdu bih (3) Drawwa fil-Knisja? (3)

6. 8. 11. 12. 13.

Naħa? (3) 14. Xi ħadd li jipprova 15 jidħol jaħdem? (9) Ara 10 17. Ara 5 21. Louise Saliba 22. Inglott (1,1,1)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Skola, 4.Daqs, 9,16.Insara, 10.Attakk, 12.Strega, 18,19.Intir, 20.Aptit, 21.But, 23.Arti, 24.Indri

WEQFIN: 1.Sliema, 2.Ors, 3.Ara, 5,7.Amara, 6,11.Siket, 8.Attentati, 12,17.Sargu, 13.RIP, 14.Attard, 15.Trikki, 21.Bra, 22.Tut


28

31.01.2021

STAMPA GĦAL KULĦADD Editorjal

Din hi biss storja antika. Jinbidlu l-metodi, imma t-tattika tibqa’ l-istess kif esperjenzaha l-istess Micallef Stafrace u oħrajn għexieren ta’ snin ilu. Jistgħu jġegħluna nogħtru, imma nerġgħu nqumu b’aktar saħħa.

L-aħbar tal-mewt tal-Avukat Joe Micallef Stafrace lbiraħtlula nikktet lil bosta li kienu jafuh mill-qrib jew inkella xi darba jew oħra ġew f’kuntatt miegħu. It-telfa tiegħu ħalliet vojt daqs is-sehem kbir li kellu fil-politika u anke fil-ġurnaliżmu. Fi kważi l-għomor sħiħ tiegħu ta’ 87 sena kkontribwixxa fl-iżvilupp tal-ispettru politiku lokali, b’mod partikolari fl-agħar żminijiet. Meta li tkun Laburist kienet “saħta minn Alla”, fost l-oħrajn. Micallef Stafrace ħallas prezz qares għal dan, kif tirrakkonta l-istorja lokali. F’dan l-istess perjodu, u iżjed, dan is-suldat tal-azzar stinka, permezz tal-pinna tiegħu, biex iwassal il-messaġġ politiku li emmen fih u l-valu­ ri umani li dejjem ħaddan. Għamel dan sal-aħħar ġurnata ta’ ħajtu. Fi żminijiet oħra kien ukoll strumentali biex sawwar ġurnalisti ta’ stoffa minn ġene­razzjonijiet varji li segwew il-perjodu tiegħu. Minbarra hekk, iżda, il-professjoni tiegħu, flimkien mal-esperjenza politika, ukoll imbottawh biex jispeċjalizza

fil-Liġi tal-Istampa, il-qafas legali li jirregola lil kull ġurnalist fil-pajjiż. Kien x’kien ir-rwol tiegħu jew il-kappell li libes, Mical­ lef Stafrace dejjem kien xem­ pju tal-onestà u l-irġulija. Kellu saħansitra d-don li jasal jirrispetta anke lil min, bħall-Knisja, ħallielu ġerħa dejjiema. Din ukoll spiċċat tilqgħu bħala kontributur re­golari fil-gazzetta Leħen is-Sewwa. Mis-snin twal u l-ġrajjiet li għamlu persunaġġi bħal Micallef Stafrace dak li kien, illum u ’l quddiem nistgħu biss niċċekknu biex nitgħallmu nagħrfu liema huma l-aħjar passi li għandna nieħdu skont iċ-ċirkostanzi. Dawn jgħinuna nifhmu aħjar ukoll lil dawk li joħolqu travestimenti biex jisfruttaw jew jimmanipulaw kull pożizzjoni u jissagrifikaw kull kre­dibbiltà l-aqwa li jilħqu l-aġenda tagħhom. Dawk li jippretendu li l-kelma ħielsa tibda u tieqaf fejn jaqbel lilhom. Huma jistgħu anke jinżlu fil-ħama biex jgħidu tagħhom, imma jibqa’ jkollhom dejjem l-ardir li jid-

dettaw lil ħaddieħor biex jimxi bil-pinna u l-klamar, mingħajr ma jikteb jew jgħid xi kelma żejda. Minn dawn, l-istess Micallef Stafrace iffaċċja diversi. U daqskemm eżistew fiż-żmien li hu kien attiv fil-politika u fil-ġurnaliżmu, sfortunatament għadhom hawn ferm aktar milli naħsbu. Għadhom jagħtu sinjali li se jibqgħu jeżistu għal aktar snin, avolja l-maġġoranza tal-poplu tin­jorahom u tagħmel kompletament l-oppost ta’ dak li jippriet­kaw huma. Dan jinfiskahom u jibdew juru aktar snienhom, iħabbtu iżjed fuq l-imwejjed u jirredikolaw lil min isammarhom b’mistoqsijiet leġittimi. B’ċorma żgħira, imma b’saħħitha, bħalma hu l-establishment Nazzjonalista, li lesti jagħmlu kollox u jirkbu fuq kull karru basta jaslu fejn iridu, ifisser għall-bqija li rridu noqogħdu iżjed attenti. Aktar ma l-pajjiż jibqa’ miexi tajjeb fil-pandemija, aktar ma oqsma oħrajn isibu l-ispalla tal-Istat fuq xiex iserrħu f’dawn iż-żminijiet, aktar ma

terġa’ tibda tirranka malajr l-ekonomija, aktar ma jsiru investimenti, aktar ma jibqa’ jikber il-ġid fil-pajjiż, aktar ma familji jesperjenzaw titjib fl-għajxien tagħhom, aktar ma nkunu aħjar milli konna fl2012, iżjed se nsibuhom ikkargati kontrina. Din hi biss storja antika. Jinbidlu l-metodi, imma t-tattika tibqa’ l-istess kif esperjenzaha l-istess Micallef Stafrace u oħrajn għexieren ta’ snin ilu. Bħala Partit Laburista, li kien hu li ta l-akbar drittijiet lil ġensna, ħadem biex jgħolli lill-inqas faxex fis-soċjetà u jagħti ħajja diċenti lil dawk l-aktar vulne­ rabbli, jista’ biss iżid l-impenn tiegħu mill-Gvern biex jilħaq miri oħrajn f’dan ir-rigward. L-aħħar tmien snin huma mera ta’ dan l-impenn u, minkejja l-intoppi u s-sabotaġġi kollha li nħolqu, xejn u ħadd ma qatgħalna qalbna. Jistgħu jġegħluna nogħtru, imma nerġgħu nqumu b’aktar saħħa. L-ispirtu Laburista, li ħeġġeġ il-qlub għal aktar minn 100 sena, għadu magħna u se jibqa’ magħna.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.