MITLUB TAGĦRIF FL-INVESTIGAZZJONI DWAR KAROL www.kullhadd.com Il-Ħadd, 31 ta’ Mejju, 2020
Ħarġa Nru 1,403
Prezz €1
Rapport f’paġna 9
AKKUŻI KONTRA L-PM U L-FAM MIĠJUBA FIX-XEJN Ippubblikata l-Inkjesta Maġisterjali dwar l-allegat qtil volontarju ta’ immigranti f’April li għadda L-Inkjesta Maġisterjali fil-konfront tal-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati Jeffrey Curmi u l-ekwipaġġ sħiħ tal-patrol boat P52 ma sabithomx ħatja ta’ xi qtil volontarju ta’ immigranti f ’April li għadda, kif allegaw ta’ Repubblika. Bil-maqlub il-Maġistrat Joseph Mifsud, li mexxa l-indaġni, ikkonkluda li l-akkużi fiż-żewġ denunzji talNGO ma kinux imsejsa fuq provi. Iżjed minn hekk, fl-inkjesta twila 419-il paġna joħroġ ċar li Malta wet-
tqet l-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħha fil-każ inkwistjoni li seħħ bejn id-9 u l-15 t’April li għadda. L-akkużi kienu jġorru magħhom il-pieni ta’ għomor il-ħabs għal dawk kollha involuti. L-Uffiċċju tal-Prim Ministru lbieraħ waranofsinhar ippubblika r-rapport tal-Inkjesta Maġisterjali fl-intier tiegħu wara denunzji li tressqu bil-firma ta’ Jason Azzopardi, fejn ġie allegat qtil volontarju ta’ immigranti min-naħa tal-Prim Ministru, il-Brigadier u membri
oħrajn tal-Forzi Armati ta’ Malta. Malli ngħalqet din l-inkjesta, il-Maġistrat Inkwirenti għadda r-rapport lill-Avukat Ġenerali kif titlob illiġi. Bħala wieħed mill-persuni li fil-konfront tiegħu saru dawn l-allegazzjonijiet serji, l-Avukat Ġenerali laqa’ t-talba tal-Prim Ministru biex jingħata kopja talproċess verbal fl-intier tiegħu. Tkompli f’paġna 10
700 FUQ KANNABIS MEDIĊINALI Attwalment jeżistu ftit inqas minn 700 persuna li, minħabba mard jew kundizzjonijiet partikolari, qegħdin jikkuraw lilhom infushom permezz tal-kannabis mediċinali wara li applikaw mal-awtoritajiet rispettivi u ġabu l-permess neċessarju biex jixtruha direttament minn spiżerija. Meħud kont tan-numru ta’ pazjenti involuti u l-perjodu relattivament qasir mindu fl-2018 ġiet emendata l-Liġi dwar id-Dipendenza tad-Drogi (Rijabilitazzjoni Mhux Priġunerija) biex tippermetti tali konsum ta’ kannabis mediċinali, tagħmel iżjed sens il-politika tal-Gvern li fl-aħħar snin ippermetta l-bidu ta’ industrija simili fostna. Din il-politika u l-bdil fil-liġi relatata wkoll sabet l-appoġġ tal-Caritas li riċentament ukoll stqarret li “liġi dwar il-kannabis mediċinali kellha passi ’l quddiem peress li l-kannabis għandha proprjetajiet mediċi u li meta jiġu użati abbażi ta’ riċerka, ikunu ta’ benefiċċju għall-pazjent.” Ix-xahar li għadda, din il-gazzetta rrapportat kif kumpanija partikolari Iżrealita li qed topera minn Ħal Far, ħabbret li tinsab qrib li tpoġġi fis-suq lokali l-ewwel kannabis mediċinali prodotta f ’pajjiżna stess. Grazzi għall-possibbiltà li tuża wkoll il-faċilità li għandha għar-riċerka u l-iżvilupp, il-kumpanija Panaxia mistennija tespandi wkoll lejn diversi swieq oħrajn Ewropej. Tkompli f’paġna 5
F’DIN L-ERA TAL-JUNCTIONS Fi żvilupp mifrux f’diversi arterji tat-toroq tagħna li qed iseħħ minn Infrastructure Malta, illum qed nelenkaw 13-il proġett ewlieni li qed jibdlu wiċċ Malta b’iżjed rotot siguri, bi vjaġġar eħfef, b’ferm inqas traffiku u, allura, b’inqas tniġġis ukoll. Rapport f’paġni 6 u 7
02
31.05.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 24°C L-Inqas Temperatura: 18°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni baxxa fuq il-Golf ta’ Sidra ser tersaq lejn ilLvant It-Temp: Pjuttost imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mil-Lvant li jdur ħafif mill-Majjistral Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 21°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
25°C UV 11
16°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
25°C UV 10
17°C
25°C UV 11
Il-Ġimgħa
18°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
26°C UV 10
20°C
27°C
UV 8
20°C
28°C UV 11
19°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 Collis Williams St.Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovani Curmi, L-Iklin – 21435567 Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21432038 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillam c/w Triq William Baker,Il-Gudja – 21696422 St.Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 St.John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija – 21563052
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
31.05.2020
kullhadd.com
IL-COVID-19 FI TRIQTU ’L BARRA Minkejja li kienet ġimgħa kerha li fiha ġew irreġistrati tlett imwiet oħra b’riżultat tal-imxija, hu ċar li l-COVID-19 baqa’ fi triqtu ’l barra minn pajjiżna b’total ta’ 84 każ li kienu għadhom attivi salbieraħ waranofsinhar. Nhar l-Erbgħa tħabbret ilmewt ta’ anzjan ta’ 97 sena, waqt li l-Ġimgħa kien hemm żewġt irġiel oħrajn li tilfu l-battalja, ta’ 56 u 86 sena, ilkoll affettwati minn diversi kundizzjonijiet kroniċi. Minkejja dan, kif tgħarrafna wkoll il-Ħadd li għadda minn hawnhekk, il-pandemija komp liet tnaqqas is-saħħa tagħha matul din il-ġimgħa wkoll, b’total ta’ 525 pazjent li fiequ wara li kienu ġew infettati bil-COVID-19. Analiżi tal-ammont ta’ dawk li nstabu pożittivi mit-testijiet, ir-rata kompliet tonqos kif urejna f ’tabella l-ġimgħa li għaddiet. Fil-fatt din ir-rata naqset bi 2.1% bejn l-ewwel xahar tal-virus fostna għal ġimagħtejn qabel il-Ħadd li għadda. L-istess, ir-rati għal pajjiżna komplew ikunu ferm inqas mill-medja Ewropea
L-IMXIJA TAL-COVID-19 F’PAJJIŻNA 700
600
SKONT IS-SESS
618
500
400
367
251
KAŻI TOTALI
300
KAŻI ATTIVI
84
200
100
0
6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30
MARZU
tul il-perjodu kollu. Pereżempju f ’dawk l-istess ġimagħtejn ir-rata ta’ dawk li ttestjaw pożittivi f ’pajjiżna kienet kważi terz ta’ dik fil-bqija tal-UE. Pajjiżna dejjem kien fost ilpajjiżi bl-inqas rata ta’ persuni li
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30
APRIL
ttestjaw pożittivi minkejja li hu l-pajjiż bl-ogħla persentaġġ ta’ testijiet li saru. Mill-bidu ta’ din il-pandemija b’kollox saru 68,038 swab tests s’issa f ’Malta. Waħda mir-raġunijiet li n-numru ta’ każijiet kompla jinżamm
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30
taħt kontroll kienet li f ’pajjiżna l-awtoritajiet tas-saħħa ngħataw riżorsi akbar u mezzi biex jiġġieldu aktar l-imxija tal-Coronavirus. Il-prevalenza tal-COVID-19 kompliet tkun ferm limitata, tant li bħala każijiet attivi għandna 1
MEJJU
għal kull 4,000 persuna li tgħix f ’pajjiżna. Fl-aħħar aġġornament mediku tal-bieraħ ingħad li kien hemm żewġ persuni ġodda li nstabu infettati, waqt li 11 fiequ. Il-każijiet ġodda rriżultaw wara 1,374 test.
04
31.05.2020
kullhadd.com
DEĊIŻJONIJIET LI JIPPREMJAW MALTA B’DISTAKK EKONOMIKU AĦJAR MILL-UE ANKE FIL-COVID Ix-xejra qawwija pożittiva li l-ekonomija lokali kienet fiha sal-aħħar tas-sena li għaddiet issoktat fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, anke jekk b’rata mnaqqsa. Meħud kont li ħafna pajjiżi fid-dinja kienu diġà għarkupptejhom bil-pandemija tal-COVID-19, it-tkabbir lokali hu sinifikanti. Għal Malta, li rreġistrat tkabbir xorta waħda fl-ewwel kwart tal2020 u distakk akbar maż-Żona Ewro, dan fisser li l-miżuri li introduċa l-Gvern b’kawtela u fuq il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa lokali wasslu għar-riżultati mixtieqa. Dan anke jekk ma wasalniex għal-lockdown li kienet ilha tħambaq għalih l-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Bil-maqlub, il-maġġoranza assoluta tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea kellhom tnaqqis fl-ekonomiji tagħhom u xi wħud saħansitra daħlu f ’riċessjoni. Żewġ pajjiżi biss esperjenzaw tkabbir aħjar minn tagħna – Ċipru u l-Litwanja. Stqarrija maħruġa din il-ġimgħa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) tindika li minkejja l-impatt qawwi tal-COVID-19, matul l-ewwel kwart tal-2020 l-ekonomija Maltija kompliet tikber, bir-rata ta’ 0.5%. B’kuntrast fiż-Żona Ewro, skont il-Eurostat, kien hemm tnaqqis ta’ 3.2%. B’riżultat ta’ dan, id-distakk fl-andament ekonomiku bejn Malta u ż-Żona Ewro żdied b’mod ferm qawwi, minkejja l-pandemija. Fl-aħħar kwart tal-2019 l-ekonomija Maltija kibret b’4.3% mentri dik taż-Żona Ewro kienet żdiedet b’1.0%, jew distakk ta’ 3.3 punti perċentwali. Dan id-distakk fil-fatt żdied għal 3.7% fl-ewwel kwart ta’ din is-sena. Fil-fatt, skont stimi magħmula mill-Eurostat huma biss il-Litwanja u Ċipru fiż-Żona Ewro li kisbu tkabbir ekonomiku akbar minn dak osservat f ’pajjiżna. Mhux talli hekk talli pajjiżna kabbar id-distakk fit-tkabbir ekonomiku ma’ sitt pajjiżi, jiġifieri l-Belġju, l-Italja, Franza, Spanja, il-Portugall u s-Slovakkja. L-akbar distakk huwa ma’ Franza fejn fl-ewwel kwart tas-sena pajjiżna kiber b’5.9 punti perċentwali aktar. L-istatistika Ewropea tindika li l-Ġermanja, Franza, l-Italja u l-Ġreċja daħlu f ’riċessjoni fl-ewwel kwart tal-2020, għax diġà kellhom tnaqqis ekonomiku f ’żewġ kwarti konsekuttivi. B’kuntrast, Malta hija wieħed minn erba’ pajjiżi biss fiż-Żona Ewro li għadhom jikbru. L-istatistika maħruġa mill-NSO tindika kemm kienu għaqlija d-deċiżjonijiet tal-Gvern Malti matul dan il-perjodu. Meta segwa l-pariri mediċi u ma imponiex lockdown totali, bħalma riedet l-Oppożizzjoni, il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela ħalla setturi li kellhom ordnijiet qawwija biex ikomplu joperaw, bħal diversi fabbriki, il-kostruzzjoni u l-igaming. Dan wassal biex dawn l-oqsma komplew jiġġeneraw valur miżjud u dħul akbar għall-ħaddiema tagħhom. Iż-żieda fil-produzzjoni industrijali, kif ukoll l-andament pożittiv fejn jidħol il-bejgħ ta’ oġġetti essenzjali, wassal biex l-ekonomija tagħna baqgħet ’il fuq mill-medja Ewropea. M’hemmx dubju wkoll li s-saħħa tal-pakkett ta’ għajnuna li ħabbar il-Gvern, imfaħħar bħala l-aqwa wieħed fid-dinja, għenet biex ġew salvati mal-100,000 impjieg. Dan għen biex il-livell ta’ konsum f ’pajjiżna kien aħjar minn dak tal-pajjiżi ġirien tagħna. L-għaqal talGvern li kompla għaddej bil-proġetti kapitali ppjanati wassal ukoll biex il-livell ta’ investiment f ’pajjiżna jibqa’ sostnut. Fil-fatt, setturi bħar-remote gaming iġġeneraw tkabbir ta’ aktar minn €20 miljun, filwaqt li s-settur tal-proprjetà u l-kostruzzjoni kkontribwew flimkien kważi €30 miljun. L-industrija wkoll marret tajjeb, u kompliet tesporta. Minkejja r-restrizzjonijiet neċessarji biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-Coronavirus, anke s-servizzi professjonali u finanzjarji rnexxiel-
hom ikomplu jikbru. Bil-kontra, f ’pajjiżi bħal Spanja u Franza fejn sar lockdown komplet, l-industriji, il-kostruzzjoni u s-servizzi professjonali fissru iżjed minn nofs id-daqqa ekonomika tal-pajjiż. Għax il-Gvern Malti mexa b’mod differenti, mingħajr ma kien hemm żieda fl-imxija tal-COVID-19, pajjiżna minflok kompla joħloq il-ġid u jiffinanzja l-bżonnijiet tal-familji tagħna. Ir-riżultati ppubblikati mill-NSO jikkonfermaw it-tbassir tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri li l-impatt ekonomiku tal-COVID-19 f ’pajjiżna se jkun inqas mill-medja Ewropea u li se nkunu mal-ewwel grupp ta’ pajjiżi li jirkupraw malajr mit-tbenġil ikkawżat mill-virus. Ta’ min ifakkar li l-esponenti tal-Oppożizzjoni kienu ppruvaw imieru dan it-tbassir u kienu pproġettaw li pajjiżna se jkollu għexerien ta’ eluf ta’ sensji u waħda mill-akbar daqqiet ekonomiċi fl-Ewropa. Minflok pajjiżna issa kien ikkonfermat li żamm id-distakk pożittiv li kellu fejn jidħol andament ekonomiku. B’hekk dan ir-riżultat ikkonferma kemm kienu għaqlija l-aġenziji internazzjonali ta’ kreditu meta ddikjaraw li l-prospetti għal pajjiżna huma stabbli. Grazzi għall-miżuri ta’ stimolu ekonomiku li l-Gvern se jkun qed iwettaq fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna huwa mistenni li jibqa’ jkun ferm aħjar minn dak tal-ġirien Ewropej tagħna.
Żieda totali
€ miljun 72.2
Agrikultura u sajd
Industrija
Kostruzzjoni
-1.2
5.1
14.6
F’Mejju beda l-irkupru Stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea jindika li l-indiċi tas-sentiment ekonomiku lokali tul dan ix-xahar ta’ Mejju kien ta’ 57, jew titjib ta’ 9% fil-fiduċja minn April. Ir-riżultati jindikaw li beda jirkupra s-sentiment ekonomiku f ’pajjiżna, għalkemm f ’diversi setturi għadu aktar baxx minn dak fl-Unjoni Ewropea. B’kuntrast fl-UE il-livell tela’ għal 67, jew 4.5% aħjar mix-xahar ta’ qabel. Fiċ-ċirkostanzi jirriżulta li kull settur hu pessimist f ’Malta u l-uniċi setturi fejn il-fiduċja hija aħjar minn dik fil-bqija tal-UE
huma dawk tal-familji u l-impjiegi. Il-fiduċja fost il-familji, għalkemm baqgħet negattiva, ġiet lura għall-medja storika. Waqt li 36% tal-familji jħossu li mhumiex f ’qagħda li jagħmlu akkwisti kbar (46% f ’April), persentaġġ ta’ 6% jbassru li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom se teħżien, 18% jħossu li l-ekonomija se tonqos (37% f ’April) u 38% jistennew żieda filqgħad (56% kienu jaħsbu hekk fix-xahar ta’ qabel). Fl-industrija kien hemm titjib fil-fiduċja ta’ 11% fuq April, imma l-livell għadu baxx ħafna. Dan irriżulta minn żieda qawwija fil-proporzjon tal-azjendi li qed jistennew produzzjoni aħjar fix-xhur li ġejjin. Il-maġġoranza tal-kumpaniji qed ibassru tnaqqis fil-produzzjoni, 17%, rata li sa xahar ilu kienet 61%. Il-fabbriki qed jgħidu li għandhom ordnijiet għal sena u nofs sħiħa ta’ produzzjoni. Min-naħa l-oħra l-kumpaniji tal-kostruzzjoni tejbu s-sentiment, kważi bin-nofs, avolja għadu taħt il-medja. 13% tal-operaturi rrapportaw li naqsulhom l-ordnijiet u li allura 28% se jnaqqsu l-impjiegi. Minkejja dan, in-negozji tal-kostruzzjoni rrapportaw li għandhom bi tmien xhur xogħol b’lura. Fis-settur tas-servizzi kien hemm titjib inqas, ta’ 6%, u l-livell għadu baxx immens, għalkemm il-maġġoranza li tistenna tnaqqis naqset minn 54% għal 28%. Dawk li qalu li se jnaqqsu l-impjiegi issa niżlu minn 33% għal 17%. In-negozji fil-qasam tar-retail kellhom tnaqqis ieħor fis-sentiment għal rekord negattiv ġdid. Maġġoranza ta’ 40% tal-operaturi qed jantiċipaw tnaqqis fix-xhur li ġejjin u maġġoranza ta’ 16% ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ qalu li se jnaqqsu l-impjiegi.
Bejgħ, lukandi, ristoranti u trasport
-23.5
Informazzjoni u komunikazzjoni
6.0
Servizzi finanzjarji
Propjetà
Servizzi professjonali u amministrattivi
8.9
13.5
10.4
Amministrazzjoni pubblika, edukazzjoni, 18.0 saħħa
Rikreazzjoni u servizzi oħra
20.3
05
31.05.2020
kullhadd.com
MAS-700 F’MALTA KKURATI BIL-KANNABIS MEDIĊINALI PAZJENTI B’MARD U B’KUNDIZZJONIJIET VARJI JISTGĦU JAPPLIKAW MAS-SUPRETENDENT TAS-SAĦĦA PUBBLIKA GĦALL-KURA WARA LI JĠIBU RAKKOMANDAZZJONI MIT-TABIB PERSONALI
Tkompli minn paġna 1
il-liċenzja għal spiżerija, tagħmilha ċara li l-prodott ma jistax ikun għat-tipjip. Fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija tad-Deputat Godfrey Farrugia, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne l-ġimgħa l-oħra saħaq li “kull applikazzjoni tiġi pproċessata minn dan il-kumitat, dejjem jekk l-applikazzjoni jkollha d-dettalji kollha mniżżla. Jekk dawn id-dettalji jkunu neqsin, it-tabib jiġi infurmat bil-miktub
Minn tagħrif li ngħata fl-aħħar jiem fil-Parlament mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne jirriżulta li sal-14 ta’ Mejju li għadda kienu ġew approvati 690 applikazzjoni għall-użu tal-kannabis mediċinali minn kumitat speċifiku li jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa. Minn informazzjoni li għandha din il-gazzetta, jirriżulta li terz ta’ dawk li għandhom permess għall-mediċina msemmija huma affettwati minn ansjetà, dipressTerz ta’ dawk li joni, nuqqas ta’ rqad (insonja) u Obsessive-Compulgħandhom il-permess sive Disorder (OCD). Dawn jammontaw għall-kannabis mediċinali għal total ta’ 239 pazjent. Waraf’pajjiżna huma affettwati minn jhom jiġu dawk li jbatu minn ansjetà, dipressjoni, nuqqas ta’ uġigħ tar-rerqad (insonja) u Obsessive wmatiżmu kkawżat minn Compulsive Disorder (OCD). Fibromyalità kummerċgia (140 każ) jali. Il-livelli Warajhom jiġu dawk li u wġigħ ieħor, meħtieġa jridu partikolarment jilħqu dak li hu jbatu minn uġigħ ta’ rewmatiżmu uġigħ fid-dahar stipulat mill-ko(136 każ). diċi ta’ prattika kkawżat minn Fibromyalgia u Il-lista twitajba tal-manila ta’ każi intitofattura fl-Unjoni wġigħ ieħor, partikolarment lati għall-kannabis Ewropea. Jirriżulta li dak fid-dahar. mediċinali hi vasta u tvarl-kumpanija qed tistenja minn pazjenti li jbatu minn na wkoll l-approvazzjoni uġigħ ta’ ras/emigranji jew Ecregolatorja tal-Gvern Malti. zema sa dawk milquta mill-ParIl-faċilità Maltija li se tkun kinson’s Disease jew kanċer. operata minn Panaxia, tinsab Skont ċirkolari maħruġa biex ġentilment jimla d-dettalji f ’Marzu ta’ sentejn ilu mill-Pro- li jkunu neqsin. It-tabib dejjem fessur Charmaine Gauci, persu- ikun infurmat bid-deċiżjoni finali na teħtieġ preskrizzjoni tat-tabib bil-miktub.” tagħha biex tkun tista’ tapplika b’formola apposta għand l-istess Produzzjoni lokali uffiċċju tas-Supretendent tasSadanittant, kif tħabbar minna Saħħa Pubblika. Wara li ssir l-evalwazzjoni fit-12 t’April li għadda, Panaxmeħtieġa mill-kumitat dwar ia Labs Israel Ltd, li hi l-akbar l-approvazzjoni għall-kannabis kumpanija f ’Iżrael li timmanifatmediċinali, id-deċiżjoni tiġi kko- tura prodotti mediċinali tal-kanmunikata lit-tabib, waqt li l-ap- nabis, fl-aħħar jiem ħabbret li provazzjoni bil-miktub għandha laħqet ftehim kuntrattwali biex tinżamm mill-pazjent biex tiġi tuża l-faċilità tagħha f ’Ħal Far ppreżentata meta tmur tixtri biex tkun tista’ tipproduċi prodotti bħal żjut, inhalers, pilloli u l-prodott mill-ispiżerija. L-ispiżeriji huma obbligati li suppożitorji, ilkoll magħmulin jżommu rekords tal-pazjenti, in- mill-pjanta tal-kannabis. Dawn klużi dati meta nbiegħ il-prodott, se jkunu mmirati speċifikament l-ammont u d-dożi preskritti għas-suq Ewropew. Il-produzzjoni lokali mistenu t-tabib li għamel l-istess prenija tibda fi ftit xhur biss, suġġett skrizzjoni. Iċ-ċirkolari indirizzata lit-tob- li jkun lest ix-xogħol meħtieġ ba, spiżjara, negozjanti bl-imnut biex is-sit f ’Malta jinbidel u jsir u dawk li fuqhom għandhom addattat li jilqa’ għal din l-attiv-
Il-politika tal-Gvern favur industrija lokali ta’ kannabis mediċinali tiffavorixxi lill-pazjenti Maltin lesta li tibda b’ċerti proċessi u għandha l-kapaċità li tipproduċi mijiet ta’ eluf ta’ prodotti kull sena. Dawn, flimkien ma’ prodotti vasti li jiġu manifatturati diġà f ’Iżrael, se jammontaw għal għażla abbundanti li eventwalment titpoġġa fis-suq Malti u fil-bqija tal-pajjiżi Ewropej. Il-kumpanija, iżda, mistennija li l-ewwel tibda tipproduċi għas-suq Ġermaniż u dak Malti. Panaxia diġà ħabbret li tinsab ukoll fil-proċess li tirreġistra
l-prodotti tagħha f ’aktar pajjiżi Ewropej, u għalhekk meta dan il-proċess jitlesta tkun tista’ timmanifattura l-prodotti tagħha f ’Malta u tibda l-kummerċ f ’aktar pajjiżi. Kif jimmatura l-pjan ta’ Panaxia u sussegwentement joperaw kumpaniji oħrajn simili fostna, il-pazjent Malti jkun jista’ wkoll igawdi minn għażla ta’ prodotti manifatturati lokalment li wisq probabbli jiġu orħos ukoll.
06
31.05.2020
kullhadd.com
FL-ERA TAL-JUNCTIONS
Triq Tal-Balal – Din ir-rotta ewlenija li tgħaqqad lil San Ġwann man-Naxxar inbniet mill-ġdid u twessgħet minn tnejn għal erba’ korsiji. Għall-ewwel darba nbniet bankina li toffri aċċess pedonali sigur bejn iż-żewġ lokalitajiet.
Luqa Junction – Dan il-proġett ġdid għall-2021 se jara li flok ir-roundabout prinċipali ta’ Ħal Luqa tinbena junction b’livelli differenti għal aktar ħeffa u sigurezza fir-rotot lejn Ħal Qormi, Sta Luċija, il-Marsa, il-Gudja, l-Ajruport, Ħal Kirkop u Birżebbuġa. Dan se jinkludi flyover, mina taħt l-art u korsiji ġodda, waqt li flok ir-roundabout se jkun hemm spazju miftuħ ta’ 5,900 metru kwadru.
C
N JU
I R T
Q
P
J RO
ECT
N
K
Airport Intersection Project – Skedat li jibda aktar tard din is-sena, il-proġett se jiżviluppa waħda mill-aktar ħoloq importanti fin-Nofsinhar, waqt li jtejjeb l-aċċess lejn żewġ destinazzjonijiet kruċjali għall-ekonomija, l-Ajruport u l-Freeport. Ir-roundabout tal-Ajruport se tinbena mill-ġdid b’livelli differenti permezz ta’ żewġ mini u flyover.
UQ ANA
LI
B IL -
N
RA
Pembroke-St Julian’s Connections – Proġett ieħor li qed ikun ippjanat u li jiġbor in-netwerk ta’ toroq arterjali li jgħaqqdu l-Madliena, Pembroke, is-Swieqi, San Ġiljan, Paceville u Tas-Sliema, li jinkludi l-bini ta’ toroq u mini ġodda, kif ukoll il-bini mill-ġdid ta’ Triq Sant’Andrija u diversi junctions li hemm tul din ir-rotta.
O TI
CENTRAL
Triq Reġjonali – Biż-żieda ta’ żewġ korsiji, disinn aħjar tas-seba’ junctions li jmissu magħha u l-bini mill-ġdid tal-pont tal-Wied tal-Imsida tjiebu s-sigurtà u l-effiċjenza f’din ir-rotta ewlenija bejn in-naħa ta’ fuq u n-naħa t’isfel tal-pajjiż. Dan il-proġett kompla jikkumplimenta t-titjib li kien diġà sar f’din iż-żona bil-flyover li nbniet ftit qabel fil-junction tal-Kappara.
u n-naħa t’isfel ta’ Malta), Triq Ġorġ Borg Olivier (it-triq max-xatt ta’ Tas-Sliema), Triq San Ġorġ (lejn Paceville) u żewġ toroq oħrajn residenzjali.
K A P PA
F’qasir żmien, Infrastructure Malta qed tibdel wiċċ pajjiżna bid-diversi proġetti li qed twettaq fl-infrastruttura tat-toroq bl-akbar tibdil qed narawh iseħħ fil-junctions importanti tan-netwerk tat-toroq arterjali prinċipali magħrufa bħala TEN-T. Dawn qed isirilhom diversi titjib u jingħataw dehra ġdida li sa ftit ilu lanqas biss konna nimmaġinawha, b’livelli differenti għal aktar ħeffa u sigurezza fir-rotot ewlenin madwar Malta. Għal għexieren ta’ snin, dawn il-junctions kienu ddo minati mir-roundabouts kbar u sistemi ta’ traffic lights li kienu jiffaċilitaw l-ivvjaġġjar lejn destinazzjonijiet diffe renti fil-madwar. Maż-żmien saru problema fihom infushom. Għaldaqstant Infrastructure Malta bdiet tiddisinja u tibni mill-ġdid il-junctions prinċipali biex iżżid is-sigurtà fit-toroq u tnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar u kull tniġġis tattraffiku. Flyovers u mini li jipprovdu konnessjonijiet diretti qegħdin jieħdu post ir-roundabouts u s-sistemi ta’ traffic lights jew inkella jikkumplimentawhom. Din li ġejja hija ħarsa ħafifa lejn id-diversi proġetti relatati li Infrastructure Malta diġà wettqet, dawk li qegħdin isiru bħalissa u oħrajn ippjanati għaż-żmien li ġej:
Triq il-Buqana – Bit-twessigħ ta’ din it-triq żdiedet korsija ġdida fid-direzzjoni tat-Tramuntana, mill-Imtarfa lejn il-Mosta, u korsija ġdida għar-roti fl-istess naħa. Ir-roundabouts fit-truf ukoll inbnew b’disinn ġdid, waqt li reġa’ nbena l-pont ta’ Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes) li fuqu tgħaddi t-triq.
O TI Msida Creek Project – Il-pjani jinkludu żewġ flyovers flok is-sistema ta’ traffic lights li hemm fix-Xatt tal-Imsida. Id-disinn propost se jelimina l-ħin ta’ stennija fit-traffic lights, inaqqas l-aċċidenti u jtejjeb il-kwalità tal-arja.
A
Spinola Junction – Is-sena l-oħra sar titjib f’din il-junction li hija punt strateġiku li jgħaqqad Triq Mikiel Anton Vassalli (ir-rotta ewlenija arterjali bejn in-naħa ta’ fuq
P R I
High Ridge-Pembroke Junction – Qed isir titjib f’salib it-toroq ta’ Triq Sant’Andrija ma’ toroq li hemm biswitha f’Pembroke u l-inħawi ta’ High Ridge fis-Swieqi.
Central Link Project – Dan il-proġett bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali, fejn diġà bdew jieħdu l-forma wħud mit-toroq, se jnaqqas bin-nofs il-ħin tal-ivvjaġġar bil-bini mill-ġdid ta’ 13-il junction, se jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiġu introdotti faċilitajiet għal vjaġġar alternattiv, inkluża l-itwal korsija għar-roti f’Malta. Se jiżdiedu wkoll mal-24,000 metru kwadru ta’ żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti.
INTER SEC
Junction fi Triq Gort – Fil-ġimgħat li ġejjin se jitlesta t-titjib fir-roundabout, b’aċċess aħjar għal Paceville.
PR
T OR
Sta Luċija Junction – Tlesta wkoll l-ewwel nofs talproġett tal-mini ġodda taħt ir-roundabout ta’ Sta Luċija. Dan il-proġett li wkoll se jkun lest sal-aħħar tas-sena jinkludi t-tħaffir u l-bini ta’ żewġ mini biex jgħaqqdu direttament Vjal Santa Luċija (it-Telgħa tal-Addolorata) ma’ Triq Tal-Barrani. Fuq dawn il-mini se terġa’ tinbena rounda bout b’disinn ġdid li tipprovdi aċċess eħfef u aktar sigur.
N
Marsa Junction – Aktar minn 65% tal-akbar proġett infrastrutturali li qatt sar fit-toroq f’Malta hu lest u l-istrutturi tas-seba’ flyovers qegħdin f’posthom. Dan il-proġett qed inaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar u t-tniġġis ikkaġunat mill-konġestjoni minħabba s-sistema tat-traffic lights li kien hemm sal-aħħar tas-sena l-oħra. L-erba’ flyovers li fadal mistennija jibdew jintużaw sal-aħħar ta’ Ġunju u l-proġett ikun komplut sal-aħħar ta’ din is-sena.
E OJ
CT
07
31.05.2020
kullhadd.com
TR
IQ
1 HIGH RIDGE-PEMBROKE JUNCTION
RE
ĠJO
N A LI
C
P RO J E
3 SPINOLA JUNCTION 4 PEMBROKE-ST JULIAN’S CONNECTIONS
MARSA JUNC TI O
N
CT
M
SI
D
A
EK RE
2 JUNCTION FI TRIQ GORT
ST A
L
U ĊI
JA
2
J U N CTIO N
4 3 1
O
LU Q A J U N CT I
N Wara għexieren ta’ snin numru ta’ junctions qed jinbidlu biex tiżdied is-sigurtà fit-toroq, flimkien ma’ tnaqqis drastiku fil-ħin tal-ivvjaġġar u kull tniġġis ikkawżat mit-traffiku
08
31.05.2020
kullhadd.com
NIĊĊA RELIĠJUŻA GĦAT-TURIŻMU Il-Ministru Julia Farrugia Portelli lbieraħ ħabbret il-pjani li l-Gvern jinvesti f ’niċċa oħra – dik reliġjuża – li tkun tista’ ssaħħaħ is-settur turistiku lokali ladarba dan jerġa’ jaqbad ir-ritmu tajjeb li kien fih sa ftit tax-xhur ilu. Il-Ministru responsabbli mit-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur varat proġett fir-raħal tal-Qrendi bħala parti minn rotta ġdida ta’ turiżmu reliġjuż, li tkun tista’ tesponi l-għadd kbir ta’ mqades u siti oħrajn konnessi li jgawdi pajjiżna, li wkoll għandu sehem fil-ġrajjiet bibliċi bin-nawfraġju ta’ San Pawl. F’konferenza tal-aħbarijiet minn quddiem ix-xena pittoreska tal-Maqluba fil-Qrendi, il-Ministru għat-Turiżmu qalet li dan ir-raħal kull sena jżuruh aktar minn 200,000 turist minħabba l-wirt storiku li joffri bit-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra, b’mod partikolari. Hi inawgurat ir-restawr fuq tliet statwi fil-lokal iddedikati lir-ruħ, lil Lourdes u lil Santa Marija, b’din tal-aħħar li għandha storja ta’ kważi 400 sena. Ixxogħol sar mill-Awtorità Maltija għatTuriżmu. Farrugia Portelli
enfasizzat li t-turiżmu reliġjuż huwa wieħed mill-pilastri li l-Gvern qed iħares lejh mill-aspett lokali, imma wkoll dak internazzjonali. Spjegat li b’dan il-proġett pilota, irħula oħrajn bħall-Qrendi, li jkunu mogħnijin bl-istorja, bi tradizzjoni u r-reliġjon, ikunu jistgħu joffru prodott turistiku aħjar lil dawk li jżuruhom. Il-Ministru rringrazzjat lill-Kunsill Lokali tal-Qrendi għall-kontribut tiegħu f ’dan il-proġett kif ukoll lill-Amministratur tal-Parroċċa Fr Mario Said u liż-żewġ soċjetajiet mużikali fir-raħal, is-Soċjetà Mużikali Santa Marija u s-Soċjetà Filarmonika Lourdes. Kevin Fsadni, Direttur dwar l-Iżvilupp tal-Prodott fl-MTA, żied li dan l-investiment fil-wirt storiku lokali hu turija tal-importanza li qed tingħata lill-prodott, speċjalment fil-villaġġi ż-żgħar tagħna. Qal li dan ma jkunx possibbli mingħajr l-involviment tal-organizzazzjonijiet lokali u tal-Ministeru. Is-Sindku tal-Qrendi David Schembri rringrazzja lill-Ministeru u lill-Awtorità tat-Turiżmu li permezz ta’ dan il-proġett qed ikun hemm għarfien akbar dwar il-kultura ta’ din il-lokalità, filwaqt li saħaq li proġetti bħal dawn huma essenzjali għar-residenti tal-lokal li jgħixu f ’ambjent aħjar daqskemm għat-turisti li jitpaxxew meta jħufu madwar il-post.
AZZJONI KONTRA DIŻINFETTANTI U MASKRI ILLEGALI It-tliet statwi fil-Qrendi li għadhom kemm ġew irrestawrati mill-MTA bħala parti mir-rotta ġdida ta’ turiżmu reliġjuż imħabbra lbieraħ
Il-pandemija tal-COVID-19 f ’pajjiżna wkoll wasslet għal importazzjoni ta’ numru ta’ prodotti ta’ diżinfettar u maskri protettivi li ma kinux konformi mar-regolamenti relatati, u għaldaqstant twaqqfu milli jkomplu jinbiegħu wara interventi mill-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA). Fil-fatt minn tagħrif li tat din il-ġimgħa fil-Parlament il-Ministru responsabbli Julia Farrugia Portelli, jirriżulta li minn total ta’ 333 spezzjoni nstabu 69 diżinfettant u 21 tip ta’ maskri li ma kinux konformi. F’żewġ mistoqsijiet Parlamentari li sarulha mid-Deputat Ivan Bartolo, il-Ministru Farrugia Portelli saħqet li fiddawl tal-imxija tal-COVID-19 l-MCCAA esperjenzat żieda fl-inċidenza ta’ prodotti ta’ diżinfettar mhux notifikati fissuq waqt l-ispezzjonijiet li jsiru b’mod regolari. Bħala parti mill-kontrolli, twettqu total ta’ 258 spezzjoni fl-aħħar xhur, fejn instabu 69 prodott li ma kinux konformi. L-Awtorità ħadet azzjoni u l-operaturi tan-negozji iden-
tifikati ġew infurmati dwar id-dispożizzjonijiet regolatorji biex il-prodotti relatati jiġu regolarizzati skont id-dispożizzjonijiet applikabbli li jinkludu wkoll ir-rekwiżiti neċessarji li tikketta għandu jkollha. Fil-każ ta’ maskri protettivi, jirriżulta li l-MCCAA għamlet 75 spezzjoni. Dawn kienu jinkludu maskri li kienu qed jinbiegħu online u fuq Facebook, kif ukoll spezzjonijiet fuq il-post. Fil-każ tal-maskri li nstabu mhux konformi, twaqqfu milli jinbiegħu jew tneħħew minn fuq is-suq. Minbarra hekk kien hemm 68 każ li jvarjaw minn talbiet għall-informazzjoni mingħand operaturi ekonomiċi u d-Dipartiment Ċentrali ta’ Akkwist ta’ Provvisti (CPSU), kif ukoll ilmenti u talbiet għal tagħrif ta’ informazzjoni mingħand konsumaturi li wasslu għall-investigazzjoni u għallkoperazzjoni mad-Dwana talKontroll tal-Fruntiera. Minn dawn aktar minn 50% talkażi ġew irrifjutati minħabba nuqqas ta’ marki u informazzjoni rikjesta mil-liġijiet applikabbli u lanqas ġiet ipprovduta d-dokumentazzjoni neċessarja li turi konformità.
09
31.05.2020
kullhadd.com
Waqt li l-Pulizija u l-Kummissarju għall-Istandards għadhom qed jinvestigaw l-aġir tiegħu, id-Deputat Nazzjonalista sab ir-refuġju tal-Kap tiegħu
MITLUB TAGĦRIF FIL-KAŻ TA’ KAROL
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler ikkuntattja lill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija biex jgħidlu jekk il-korp dixxiplinat hux jieħu passi diġà fil-konfront tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina b’rabta mal-imġiba irresponsabbli u perikoluża tiegħu fil-Marsa s-sena li għaddiet. Filmati li xxandru għall-ewwel darba fl-aħħar ġimgħat mill-preżentatur Karl Stagno Navarra fuq il-programm televiżiv tiegħu Pjazza, urew lil Dr Aquilina jimmanuvra l-karozza tiegħu f ’nofs żewġ muturi tal-Pulizija li kienu qed jeskortaw delegazzjoni ta’ ministru barrani li kien fostna għal żjara uffiċjali. Fihom jidher ċar ukoll kif, kontra dak li kien mistenni minnu, m’obdiex l-ordnijiet tal-uffiċjali biex jitfa’ mal-ġenb tat-triq u jagħmel wisa’ lid-delegazzjoni, anzi baqa’ jsuq magħhom b’veloċità eċċessiva u saħansitra għadda minn fuq id-dwal aħmar tat-traffic lights fi Triq Diċembru Tlettax. Minfuq jirriżulta li d-Deputat Nazzjonalista baqa’ sejjer dritt il-Parlament, fejn kienet se ssir seduta dakinhar filgħodu, u talab il-protezzjoni tal-Kamra, anke jekk spiċċa biex qarraq bl-Ispeaker Anġlu Farrugia, kif indika hu stess fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet li sarulu mill-ġurnal L-Orizzont il-ġimgħa l-oħra. Waqt li d-Deputat tal-Oppożizzjoni ddefenda l-aġir tiegħu għax għandu “immunità Parla mentari”, l-Ispeaker Farrugia
kkonferma li anke jekk Deputat għandu d-dritt li jattendi għas-seduti fl-ogħla istituzzjoni, m’hemm xejn li jista’ jipproteġih minn xi azzjoni żbaljata jew agħar minn hekk reat li jista’ jwettaq. Issa jirriżulta lil din il-gazzetta li l-Kummissarju Hyzler kiteb lil Stagno Navarra, li fetaħ l-ilment miegħu, biex jinfurmah li “l-allegazzjonijiet dwar aġir l-Ono revoli Aquilina huma suġġetti għall-investigazzjoni tiegħi”, iżda żied li kemm-il darba l-Pulizija qed jinvestigaw l-istess każ hu għandu obbligu li jissospendi l-investigazzjoni tiegħu. Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika wkoll għarraf lill-ġurnalist ta’ ONE TV li kemm-il darba jemmen li kien hemm xi uffiċjal li waqqaf minn jeddu milli jittieħdu passi dixxiplinarji, kif mistenni, fil-konfront tad-Deputat, għandu allura jitlob lill-Pulizija wkoll biex tinvestiga dan. Il-ġimgħa l-oħra tgħarrafna li, minn tagħrif li għandha IlKullĦadd, min iddeċieda li ma jiħux passi dwar ksur tal-liġi kontra d-Deputat mis-Siġġiewi sena ilu kien uffiċjal li “jiġi minn kollega tal-istess Aquilina”, mingħajr ma identifikaw għal min qed jirreferu. Id-difiża tal-Kap tal-Oppożizzjoni Sadanittant, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia baqa’ joħroġ għonqu għall-istess Deputat tiegħu, anke jekk kien ikun iżjed għaqli
li kieku ħalla l-proċeduri jintemmu qabel jikkummenta favur jew kontra. Minflok, meta mitlub mill-ġurnal The Malta Independent biex jagħti reazzjoni, wara li din ilġimgħa Stagno Navarra kiteb lill-Pulizija biex jieħdu azzjoni kontra Aquilina, il-Kap tal-PN qal li ma kellux dubju jemmen lil dan tal-aħħar u ddeskriva l-allegazzjonijiet bħala politikament motivati. “Assolutament m’għandi l-ebda raġuni biex niddubita lil Karol,” stqarr Delia. F’kumment lil din il-gazzetta, Stagno Navarra tenna li “jien ukoll ma kelli l-ebda dubju f ’moħħi li l-Kap Nazzjonalista se jiddefendih b’dan il-mod – ngħid jien fjakk – ġimagħtejn wara li żvelajt il-filmat ta’ dak li għamel id-Deputat Karol Aquilina. Madankollu, issa li wasalt s’hawn m’għandix għal xiex ngħid aktar, għax l-affarijiet issa jinsabu f ’idejn l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Xogħli għamiltu u lest.” Hu kompla jgħidilna li “jien nemmen fl-istituzzjonijiet li ħaddieħor żeblaħ b’kemm felaħ u għajjarhom ‘purċinelli’. Għaldaqstant, b’lealtà lejn dawk kollha ta’ rieda tajba, ejjew nafdaw fl-istituzzjonijiet. Jgħid x’jgħid Delia biex jiddefendi anke lil min inqabad jikkonfoffa minn wara dahru fis-satra tal-lejl (referenza għall-manuvri ta’ ftit xhur ilu li nkixfu li kienu qed iseħħu fid-dar ta’ Louis Galea fis-Siġġiewi bl-iskop li jtajruh minn Kap)”.
10
31.05.2020
kullhadd.com
TAL-P52 LANQAS BISS KIENU FUQ SALVATAĠĠ DAKINHAR Tkompli minn paġna 1 Fl-istqarrija tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ngħad li r-rapport wasal għand Robert Abela lbieraħ stess waranofsinhar u, b’konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ governanza tajba, iddeċieda li jippubblika l-proċess verbal sħiħ kif mgħoddi lilu mill-Avukat Ġenerali. Il-bloger Manwel Delia, Robert Aquilina, Joe u Marion Pace Asciak, Rosette Thake, Pia Zammit, Alessandra Dee Crespo, Simon Sansone, Paul Fleri Soler u Victoria Ann Cremona, ilkoll mill-għaqda qrib il-fazzjoni Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil, allegaw li numru ta’ persuni li kienu bejn sema u ilma mietu għax ma kinux salvati filħin. Huma saħansitra allegaw li membri tal-Patrol Boat P52 għamlu sabutaġġ fuq id-dgħajsa tal-istess immigranti bl-iskop ċar li jwassluhom jegħrqu. Jirriżulta li fil-mori tal-inkjesta nstemgħu 156 xhud, inkluż immigranti stess, bl-assistenza ta’ esperti tekniċi, esperti maħtura għall-ġbir tal-provi u b’talbiet għal assistenza mil-Libja u informazzjoni oħra. Kontra dak allegat, li ma kellu xejn x’jissostanzjah, ta’ Repubblika straħu biss fuq messaġġi u stqarrijiet ta’ organizzazzjoni oħra, Alarm Phone. Ma nstabet ebda rabta dokumentarja stampata jew xhieda oħra li torbot lill-ekwipaġġ tal-lanċa P52, il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap Kmandant Jeffrey Curmi mal-allegati reati minn Repubblika. Saħansitra
rriżulta li l-membri tal-P52 lanqas kienu fuq ħidma ta’ salvataġġ fil-ġranet indikati tal-allegat tentattiv ta’ omiċidju minnhom. Kien hemm diversi punti li jikkuntrastaw serjament mal-allegazzjonijiet magħmula minn Repubblika, u l-gazzetti Avvenire, New York Times u The Guardian, b’mod partikolari dawk id-dettalji li kienu jistrieħu fuq tweets u stqarrijiet ta’ Alarm Phone. Għalhekk ġie konkluż li la l-Prim Ministru Robert Abela, la l-Brigadier Jeffrey Curmi u lanqas
l-ekwipaġġ tal-P52 ma kienu involuti f ’xi omiċidju volontarju ta’ immigranti irregolari jew wettqu xi tentattiv ta’ omiċidju tal-istess persuni. Irriżulta wkoll li, qabel ressqu d-denunzji lill-Pulizija, ta’ Repubblika la talbu kjarifiki millPrim Ministru, la mill-Brigadier u lanqas mill-Armata. L-istess ma seħħx minn min għamel l-allegazzjonijiet oriġinali permezz ta’ Twitter, liema messaġġi kienu sors ta’ stejjer fuq mezzi tax-xandir internazzjonali u li effettiva-
ment issa joħorġu li huma foloz. Waqt li Malta aġixxiet kif kien mistenni fl-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħha, l-inkjesta tikkonkludi li l-komunità internazzjonali għandha tqum għar-responsabbiltajiet tagħha wkoll. Minbarra hekk tisħaq li aktar investigazzjonijiet għandhom isibu min huma t-traffikanti tal-bnedmin li qed jorganizzaw vjaġġi fuq il-baħar bi qligħ u dan biex ukoll jiġu ffinanzjati gruppi terroristiċi. L-inkjesta tenfasizza li għandu jkun hemm ftehim, bi protokolli ċari, dwar kif immigranti salvati jkunu rilokati f ’pajjiżi varji, mhux biss tal-Unjoni Ewropea, imma anke oħrajn membri tal-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet oħrajn tal-istati. Dan biex ikun hemm solidarjetà reali u mhux biss fuq il-karta. Soluzzjoni ewlenija fit-tul rakkomandata kienet it-titjib fil-livell ta’ għajxien madwar id-dinja, biex b’hekk il-persuni ma jiġux sfurzati li jaħarbu minn djarhom ħalli jsibu protezzjoni jew ifittxu ħajja aħjar. L-Inkjesta Maġisterjali ttenni li hu essenzjali li l-isforzi ta’ koperazzjoni jsiru mill-pajjiżi biex jiġi indirizzat id-delitt tat-traffikar tal-persuni b’mod kordinat madwar id-dinja u jitneħħew l-opportunitajiet għall-attivitajiet illegali li jieħdu vantaġġ fuq il-persuni. Fid-dawl ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-inkjesta tirrakkomanda lill-Kummissarju tal-Pulizija biex ikompli bl-istħarriġ tiegħu, b’koperazzjoni mal-forzi tal-ordni barranin, dwar it-traffikanti tal-bnedmin li tħallsu u organiz-
zaw il-vjaġġ tal-immigranti. Dawn kellhom l-obbligu jindokraw dawn il-persuni u allura effettivament għandhom jinżammu responsabbli għat-telf tal-ħajjiet. “Kollox f ’idejn Delia” – il-Partit Laburista Fi stqarrija maħruġa aktar tard, il-Partit Laburista saħaq li issa kollox jinsab f ’idejn il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia biex jara x’se jagħmel b’Jason Azzopardi, li ffirma d-denunzji li ma kien fihom xejn għajr allegazzjonijiet foloz. L-istess Azzopardi llum hu l-Kelliem Ewlieni Nazzjonalista għall-Ġustizzja. Il-PL qal li issa hu kkonfermat minn Inkjesta Maġisterjali li Azzopardi għamel allegazzjonijiet serji u foloz fil-konfront tal-Prim Ministru, il-Brigadier u membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u ried jibgħathom għomorhom il-ħabs. Ġie nnotat ukoll kif, skont il-konklużjonijiet tal-inkjesta, id-denunzji li instiga u ffirma Azzopardi, ma kellhom ebda provi xi jsostnuhom u l-persuni, li pprova jweġġa’ b’azzjonitu, fil-verità ma wettqu l-ebda wieħed mir-reati allegati. “Dwar dan il-każ, fl-aħħar jiem, Jason Azzopardi qal li mhu se jagħmel apoloġija qatt u xejn. Għalhekk, issa li l-Prim Ministru ppubblika l-Inkjesta Maġisterjali, kollox jinsab f ’idejn Adrian Delia. Jekk Jason Azzopardi ma jerfax ir-responsabbiltà sħiħa għall-azzjonijiet tiegħu, x’se jagħmel il-Kap tiegħu?” temm jistaqsi l-PL.
SEBA’ MIŻURI FIL-KURA TAL-ANNIMALI Il-Gvern adotta u se jkun qed jattwa seba’ miżuri favur il-ħarsien tal-annimali, li ġew ippreżentati minn attivisti fil-qasam. Dan tħabbar mill-Ministru Anton Refalo, li hu responsabbli għall-qasam, waqt li kien qed jindirizza laqgħa għall-membri l-ġodda tal-Kunsill għall-Ħarsien tal-Annimali. Dan il-Kunsill għandu d-dmir li jagħti pariri lill-Ministeru dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-Att dwar il-Ħarsien tal-Annimali u li jirrakkomanda miżuri relatati mal-ħarsien tal-annimali. Il-miżuri se jinvolvu politika aħjar dwar programm nazzjonali ta’ neutering tal-massa għall-qtates, l-importanza li s-sidien għandhom biex ikunu responsabbli fil-konfront ta’ annimali domestiċi, microchipping/reġistrazzjoni obbligatorja ta’ klieb u
qtates, ħarsien tal-annimali li jgħixu fl-irziezet, dwar iż-żamma ta’ annimali slavaġ, it-tneħħija immedjata ta’ veleni perikolużi li allegatament qed jiġu abbużati u l-ħtieġa neċessarja għal ċentru ġdid ta’ rehoming. Il-Ministru għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ddikjara li aktar kmieni din is-sena attivisti għall-ħarsien tal-annimali, li issa huma wkoll membri tal-Kunsill, ħarġu sejħa biex il-Ministeru jindirizza din il-lista ta’ punti li għandhom l-għan li jtejbu l-ħarsien u d-drittijiet tal-annimali f ’pajjiżna. “Kburi nsostni li bħala ministeru diġà imbarkajna u bdejna naħdmu fuq dawn il-proposti,” tenna l-Ministru Refalo, waqt li assigura lill-Kunsill li beħsiebu jżomm dan id-djalogu miftuħ ħalli jinkisbu dawn l-għanijiet komuni.
11
31.05.2020
kullhadd.com
PRISERVAR TAL-BIJODIVERSITÀ FIL-BAĦAR LI JDAWWARNA Il-bijodiversità marittima fil-Baħar Mediterran tinsab taħt theddida minn kważi 1,000 speċi mhux indiġena s’issa, waqt li oħrajn għadhom jiġu interċettati b’mod regolari b’riżultat ta’ tbaħħir millOċean Atlantiku u l-Baħar l-Aħmar. Il-Grupp ta’ Riċerka għall-Konservazzjoni Bijoloġika fi ħdan l-Università ta’ Malta (CBRG-UM) ilu jikkollabora għal diversi snin ma’ entitajiet differenti, bħall-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) u Transport Malta (TM), l-għaqda BICREF (NGO), sajjieda u baħħara individwali u kummerċjali, biex jagħtu appoġġ fis-sorveljar u għarfien tal-ispeċi li jinstabu fl-ibħra Maltin. Dan għen biex jikkumplimenta x-xogħol tal-CBRG-UM biex tiżdied l-informazzjoni mill-osservazzjonijiet u mis-sejbiet ta’ diversi speċi aljeni, inkluż uħud li kienu qed jiġu rrapportati għall-ewwel darba fil-Mediterran, inkluż il-preżenza fl-ibħra lokali tal-Lionfish fl-2016. Dan ix-xogħol jinvolvi wkoll analiżi ġenetika dettaljata li twassal għall-identifikazzjoni tal-ispeċi u f ’xi okkażjonijiet l-oriġini ġeografika
tal-kampjuni li jinqabdu. Uħud minn dawn l-ispeċi aljeni issa addattaw għall-ambjent il-ġdid tagħhom, tant li spiċċaw jitkattru f ’numri dejjem jikbru bir-riskju li jfixklu l-komunitajiet nattivi ekoloġiċi. IlGrupp ta’ Riċerka Universitarju, li hu mmexxi mill-Professur Adriana Vella, saħaq li din hi sitwazzjoni serja u li qed thedded il-ħajja marittima lokali kawża ta’ speċi invażivi li jikbru bla kontroll, bħall-Pufferfish. Biex takkumpanja din ir-riċerka, TM ħarġet notifika (Nu. 42 ta’ 2020) lillbaħħara biex jirrapportaw lill-Grupp Universitarju xi dehriet partikolari, mhux l-inqas ta’ dniefel, baleni, fkieren, klieb il-baħar, ħamiem tal-baħar, bram u kull speċi aljeni. Kull tagħrif, inkluż ritratti u koordinati fuq GPS tad-dehriet, jistgħu jintbagħtu direttament Prof. Adriana Vella fuq 99429592 jew adriana.vella@um.edu.mt. Jistgħu jintbagħtu wkoll fuq http://bicref.org/ notices-to-mariners/. Iktar tagħrif jinstab fuq: http://bicref.org/news/sos-marine-life/.
Ocean Puffer
Lionfish
13
31.05.2020
kullhadd.com
IL-ĦADDIEMA GĦAWDXIN PRIJORITÀ
Clint Camilleri Ministru
F’dawn l-aħħar ġimgħat minħabba l-pandemija talCOVID-19, ħeġġiġna ħafna lil min iħaddem biex fejn hu possibbli joffri t-telework lill-ħaddiema tiegħu. Bosta employers li offrew it-telework innutaw li filwaqt li x-xogħol baqa’ għaddej b’ritmu tajjeb, jekk mhux aħjar, naqqsulhom ukoll ħafna spejjeż. U għalhekk sabiex inkomplu nħeġġu t-telework din il-ġimgħa nedejna skema ġdida, il-Gozo Teleworking Scheme.
Din l-iskema li tirrigwarda lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu fis-settur privat f ’Malta hija kkunsidrata wkoll bħala miżura soċjali hekk kif qegħdin ninċentivaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja. Dan ifisser ukoll li l-Ministeru għal Għawdex wettaq wegħda kif stabbilit fil-Manifest Elettorali 2017 li tgħid: “Ninċentivaw kumpaniji Maltin li jagħtu l-opportunità lill-Għawdxin impjegati magħhom jagħmlu xogħol ta’ teleworking minn Għawdex. Il-pakkett tal-inċentivi jkun jinkludi sa 75% fi kreditu fuq l-investiment teknoloġiku u kapitali biex jiffaċilita dan kif ukoll sa €10,000 f ’rifużjoni fuq is-salarju ta’ kull impjegat Għawdxi. Ir-rifużjoni tingħata bi proporzjon tas-sigħat li l-ħaddiem jagħmel f ’teleworking.” Barra minn hekk, dan ifisser li bħala Gvern qegħdin nimplimentaw ukoll miżura tal-baġit għas-sena 2020. Minn din l-iskema, se jkunu
qed jibbenefikaw finanzjarjament kumpaniji bbażżati f ’Malta li joffru lill-ħaddiema Għawdxin, residenti f ’Għawdex il-faċilità ta’ teleworking, jiġifieri li jaħdmu mid-dar. Kull kumpanija tista’ tingħata benefiċċju sa massimu ta’ 10 ħaddiema fis-sena. Dan il-fond se jkun qed jagħti inċentivi finanzjarji fuq żewġ binarji. Kemm rimborż parzjali ta’ 75% sa massimu ta’ €850 fuq spiża ta’ appart teknoloġiku għal kull impjegat, kif ukoll rimborż tas-salarji sa massimu ta’ €10,000 fuq medda ta’ 3 snin, li jkunu offruti fuq bażi pro rata skont l-ammont ta’ ġranet fil-ġimgħa li l-impjegat ikun assenjat telework. Se nkunu qed inħarsu lejn is-sostenibbiltà ta’ din l-iskema b’mod sensittiv għaliex, dawk il-kumpaniji li joffru l-faċilità ta’ telework fit-tul, ser ikollhom ir-rimborż annwali sa massimu ta’ €3,000 fl-ewwel sena, sa massimu ta’ €3,000 fit-tieni sena u sa massimu ta’ €4,000 fit-
tielet sena. Ir-rimborż tas-salarji jingħata wara l-ewwel sena ta’ ħidma bit-telework, filwaqt li r-rimborż parzjali fuq l-apparat tekniku jkun eliġibbli meta l-applikazzjoni tiġi milqugħa mill-Ministeru skont il-linji gwida stabbiliti, li ser ikunu qed jidhru fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għal Għawdex. L-għan tal-Gozo Teleworking Scheme huwa li noffru inċentivi lil min iħaddem sabiex intaffu sew l-ispejjeż tal-kumpanija, u fl-istess ħin noffru opportunità lill-ħaddiema Għawdxin sabiex jitnaqqsilhom l-iskariġġ li ta’ kuljum iridu jaqsmu l-fliegu. Dan kollu qed nagħmluh filwaqt li nkomplu naħdmu sabiex noħolqu x-xogħol f ’Għawdex. Bħalma jaf kulħadd it-turiżmu f ’Għawdex mhux biss huwa importanti għall-ekonomija tal-gżira Għawdxija imma huwa l-mutur tagħha. U għalhekk, sabiex nattiraw diversi Maltin u turisti, il-Ministeru għal Għawdex kontinwament kien qiegħed
itella’ diversi attivitajiet li wasslu biex ingħelbet l-isfida tal-istaġjonalità u kellna żieda sostanzjali fit-turiżmu meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Sfortunatament fis-sitwazzjoni kellna nwaqqfu dawn l-attivitajiet, iżda kif jgħaddi kollox għandna lest programm kulturali u attivitajiet varji sabiex nibqgħu nattiraw it-turist intern u anki minn barra minn xtutna lejn il-gżira t’Għawdex matul is-sena kollha. Qegħdin nagħmlu ħilitna kollha biex nibdew nerġgħu naqbdu r-ritmu li konna għaddejjin bih bħala Gvern, bħala pajjiż u nkomplu noħolqu aktar impjiegi f ’Għawdex. Il-missjoni tagħna, l-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li Għawdex u l-ħaddiema Għawdxin jibqgħu prijorità. Hekk qegħdin nagħmlu aħna u nwegħedkom li bħala Ministru responsabbli minn Għawdex u bħala Gvern se nibqgħu naħdmu għal dan ilgħan.
PJAN GĦAL QAWMIEN EKONOMIKU
Stefan Zrinzo Azzopardi Segretarju Parlamentari
Wara li numru ta’ stati membri ressqu l-proposti tagħhom dwar kif għandu jkun imfassal pjan għall-qawmien ekonomiku tal-Unjoni Ewropea, matul din il-ġimgħa l-Kummissjoni Ewropea ppreżentat dokument bi proposta. Il-pjan huwa maħsub biex l-Unjoni Ewropea tirkupra mill-kriżi bla preċedent li nħolqot bil-pandemija COVID-19. Din il-kriżi heżżet is-sisien ekonomiċi u soċjali tal-pajjiżi Ewropej b’miljuni ta’ ċittadini jsibu kif mil-lejl għan-nhar inbidlilhom il-mod tal-għajxien tagħhom u anke l-mod kif jaħdmu flimkien. Miljuni ta’ ħaddiema jew tilfu l-impjieg tagħhom, jew sabu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jinbidlul-
hom għall-agħar f ’ħakka t’għajn. L-istati membri għarfu li fid-dawl tal-prinċipju bażiku tas-solidarjetà, l-Unjoni Ewropea kien jeħtiġilha li tagħmel xi ħaġa konkreta biex tassew tkun qed tgħinhom ħalli jerġgħu jqumu fuq saqajhom u jaqbdu t-triq tal-progress. Fil-jiem li għaddew il-President tal-Kummissjoni Ewropea Von der Leyen ippreżentat quddiem il-Parlament Ewropew il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex jinħoloq il-fond imsejjaħ “Il-Ġenerazzjoni li Jmiss tal-UE”, fond ta’ €750 biljun li se jkun l-istrument li bih l-Unjoni Ewropea trid tirkupra mill-ħsara li ġabet magħha l-pandemija tal-Coronavirus. Din il-proposta Ewropea għandha l-għan li tibdel din l-isfida l-kbira f ’opportunità billi ma tkunx biss qed tappoġġja l-qawmien ekonomiku tal-Ewropa imma wkoll tinvesti f ’dawk li se jkunu l-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea għas-snin li ġejjin, fosthom il-European Green Deal u d-diġitalizzazzjoni Ewropea. Bil-European Green Deal, l-Ewropa trid tbiddel ilmod kif taħdem biex b’dawn l-inizjattivi jerġgħu jitkattru l-impjiegi u l-ekonomija terġa’ tibda tikber waqt li jitħares l-am-
bjent tal-pjaneta tagħna. Għal dan il-fond ta’ rkupru, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li tiġbor minn diversi sorsi, fosthom b’self minn sorsi barranin is-somma ta’ €750 biljun biex imbagħad tqassam €310 biljun minnhom bħala għotjiet diretti u tagħmel għad-dispożizzjoni tal-istati membri, €250 biljun għal min ikollu bżonn jissellef biex isostni l-ekonomija tiegħu. Il-kumplament tal-fondi għall-irkupru se jintużaw fid-diversi programmi partikolari li jindirizzaw l-aktar l-impatti soċjali li se tħalli warajha l-pandemija fosthom ilqgħad fost miljuni ta’ żgħażagħ, it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa fl-istati membri, u r-riċerka fost ħafna inizjattivi oħrajn. Issa li saret din il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea l-istati membri se jidħlu fl-aktar fażi diffiċli tan-negozjati biex il-pakkett kollu jintlaħaq qbil dwaru u jkun jista’ jiġi approvat mill-mexxejja kollha tal-istati membri ħalli l-fondi jibdew jintużaw kemm jista’ jkun malajr. Diġà kien għad hemm nuqqas kbir ta’ qbil meta sa Frar li għadda kien għadu qed jiġi diskuss waħdu l-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2021-2027. Il-maġġoranza l-kbira tal-pajjiżi,
dawk imsejħa “ħbieb” tal-koeżjoni, riedu li l-Unjoni Ewropea ma tnaqqasx l-infiq tagħha f ’dawn il-pajjiżi għaliex il-fondi ta’ koeżjoni għenu mhux ftit ħafna pajjiżi u reġjuni Ewropej biex jimxu ’l quddiem u jibdew joqorbu ftit ftit lejn il-livelli tal-għajxien li jgawdu popli fl-aktar pajjiżi żviluppati fl-Ewropa. Issa, id-diskussjonijiet fl-Ewropa qed jieħdu dimensjoni ġdida għaliex barra d-diskussjoni dwar dan il-baġit daħal ukoll il-kunċett ta’ din in-nefqa straordinarja li qed tipproponi l-Ewropa minħabba l-pandemija. Pajjiżi kbar li ntlaqtu bil-kbir mill-pandemija, fosthom l-Italja u Spanja qed jinsistu li jingħataw biljuni kbar ta’ ewro mingħajr ma jkunu obbligati li jrodduhom lura. Min-naħa l-oħra pajjiżi sinjuri l-aktar dawk tal-Ewropa ċentrali u tat-Tramuntana li normalment aktar jikkontribwixxu milli jieħdu mill-Baġit Ewropew, qed jipproponu alternattivi għal dan il-kunċett tal-għotjiet. Fil-ġimgħat li ġejjin se jissoktaw it-taħditiet intensivi bejn ilpajjiżi kollha bil-għan li jippruvaw jilħqu kompromess dwar dan kollu. Min-naħa tagħha, sa minn qabel faqqgħet il-pandemija, Malta
għamlet il-pożizzjoni tagħha li se tibqa’ ssostni, jiġifieri li hija jixirqilha “fair deal” mill-Baġit Ewropew għas-snin 2021-2027. Issa qed naħdmu wkoll biex Malta tieħu s-sehem li jixirqilha mill-fond straordinaju propost mill-Kummissjoni Ewropea għall-qawmien ekonomiku wara l-imxija tal-COVID-19. Malta se tkun qed tara wkoll li l-mod kif il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li tiġbor il-fondi mill-istati membri ma jkunx wieħed ta’ detriment għall-ekonomija tagħna. Malta jista’ jagħti l-każ li ma jkunx jaqblilha tissellef flejjes minn Fondi Ewropej maħluqa minħabba l-pandemija għaliex ħlasijiet ta’ interessi fuq is-self jispiċċaw barra l-pajjiż minflok f ’Malta. Mhux il-waqt li naslu għal konklużjonijiet dwar x’jista’ jkun l-eżitu finali tan-negozjati iebsa li jridu jsiru fl-Ewropa kollha filġimgħat u x-xhur li ġejjin. Li jista’ jkun ċert il-poplu Malti f ’dan l-istadju huwa li għandu Gvern li għalih l-interessi tal-ħaddiema, tal-pensjonanti, tal-familji kollha u l-intrapriżi Maltin u Għawdxin jiġu l-ewwel u qabel kollox u għaldaqstant se jirsisti biex iġib lejn Malta l-aqwa pakkett finanzjarju possibbli.
14
31.05.2020
kullhadd.com
APPOĠĠ BLA QIES LILL-ANZJANI U LILL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ Żmien iebes għall-anzjani u għall-persuni b’diżabilità minħabba l-vulnerabbiltà tagħhom f’dan il-perjodu tal-imxija tal-COVID-19, imma sabu sostenn u wkoll appoġġ bla qies mis-Segretarjat għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità. Ridna naraw fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u x’passi ttieħdu. Tkellimna mas-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.
X’inhuma l-miżuri li ttieħdu u anki li għadhom jittieħdu fis-settur tal-anzjani u l-persuni b’diżabilità? Apparti l-pjani ta’ kontinġenza li ilhom imħejjijin, l-ewwel miżura ewlenija li ħabbarna kienet fis-7 ta’ Marzu, jiġifieri dakinhar li tħabbar l-ewwel każ tal-COVID-19 f ’pajjiżna. Dakinhar ħriġna avviż biex kull min iħossu ma jiflaħx jew għadu kif jivjaġġa fil-pajjiżi indikati mid-Dipartiment tasSaħħa Pubblika, m’għandux iżur il-qraba li jinsabu fir-residenzi għall-anzjani. Ġie żgurat li f ’kull entratura tad-djar residenzjali jkun hemm hand rub. Il-ħinijiet ġew restritti għal filgħaxija u waranofsinhar u limitati għal massimu ta’ żewġ persuni ħdejn kull resident. Fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul bdiet ukoll sistema ta’ monitoraġġ għal dawk li jidħlu u l-appuntamenti għas-servizzi tal-outpatients ġew skedati għal dati oħra. Tliet ijiem wara, fid-dawl tal-iżviluppi li saru, ħabbara li l-ħinijiet tad-dħul tal-viżitaturi kemm fir-residenzi għall-anzjani u anki fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul ġew restritti għall-11:00am san-12:30pm u mill-4:00pm u s-6:00pm. Ingħata wkoll permess li tidħol biss persuna waħda ħdejn kull resident u kull viżitatur u ħaddiem beda jsirlu monitoraġġ. Komplejna mbagħad billi bdejna
nħeġġu lill-anzjani u lill-persuni vulnerabbli sabiex ma joħorġux mid-dar tagħhom jekk verament mhux għall-bżonn. Fit-12 ta’ Marzu ħadna d-deċiżjoni iebsa li d-djar residenzjali għall-anzjani u r-residenza ta’ San Vinċenz De Paul iwaqqfu ż-żjarat kollha mill-viżitaturi u jkunu permessi li jidħlu viżitaturi f ’każi urġenti biss. Din id-deċiżjoni bdiet tapplika wkoll għad-djar residenzjali għall-persuni b’diżabilità. L-għada, bil-għan li nsaħħu s-servizzi essenzjali u nissalvagwardjaw kemm lill-ħaddiema, kemm lill-anzjani kif ukoll lill-persuni vulnerabbli saru emendi fis-servizzi offruti mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u mill-Aġenzija Sapport. Fis-16 ta’ Marzu mbagħad nedejna wkoll helpline għal dawk il-persuni li għandhom iżjed minn 60 sena, huma mingħajr l-ebda sapport, u għandhom bżonn xi mediċini, ikliet lesti jew xi groceries. In-numru huwa 25903030. Matul dan il-perjodu bdejna nassiguraw li jsiru video calls, telefonati, komunikazzjoni permezz tal-midja soċjali jew xi tip ta’ komunikazzjoni oħra bejn ir-residenti u l-qraba. L-Awtorità ta’ Standards u Ħarsien Soċjali ħarġet ċirkulari fl-14 ta’ Marzu sabiex dan isir. F”San Vinċenz De Paul beda jintuża Skype għal dan il-għan. Tqassmu wkoll tablets fid-djar tal-
Gvern. Bdew ukoll jixxandru diversi sessjonijiet tal-Università tat-terza età fuq ir-radju tal-Università u għal dawk il-familji ta’ persuni b’diżabilità, u l-Aġenzija Sapport bdiet twassal sensiela ta’ workshops immirati b’mod speċjali lejn il-ġenituri ta’ tfal u adulti b’diżabilità. Ta’ min li wieħed jgħid ukoll li l-familjari tal-persuni b’diżabilità qed jibqgħu jiġu segwiti permezz ta’ kuntatt online jew bit-telefown mill-Aġenzija. Dan għax nifhmu li mhux il-persuni b’diżabilità biss għandhom bżonn is-sapport, iżda wkoll il-qraba tagħhom. Huwa għalhekk importanti li nagħtu sostenn u widen għall-isfidi u d-diffikultajiet li l-qraba qed iħabbtu wiċċhom magħhom f ’din is-sitwazzjoni. Dan ix-xahar kien ukoll Jum l-Omm. Okkażjoni li hija festa għażiża ħafna. Huma bosta dawk li għandhom lill-għeżież tagħhom li jinsabu f ’residenzi tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità. Ħadna ħsieb għalhekk li fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, il-qraba li għandhom lill-għeżież tagħhom jgħixu f ’dar tal-anzjani, inklużi r-Residenza ta’ San Vinċenz De Paul, jew f ’dar tal-persuni b’diżabilità, setgħu jeħdulhom rigal. Permezz ta’ din l-inizjattiva l-qraba setgħu jferrħu lillgħeżież tagħhom f ’dan il-mument tant iebes għalina lkoll. Barra minn hekk, is-Segretarjat
bil-ħidma tagħhom imma qed jimlew il-vojt kbir li tħalla minnuqqas ta’ żjarat li qabel kienu jsiru. Min-naħa tiegħi bħala s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità flimkien mal-Kapijiet Eżekuttivi responsabbli mid-djar tal-anzjani u mir-residenzi għall-persuni b’diżabilità żorna wkoll minn barra, sabiex inżommu d-distanza, diversi djar tal-anzjani, b’mod speċjali dawk li fihom kien hemm il-ħaddiema f ’lockdown mar-residenti u anki r-residenzi kollha li jaqgħu taħt l-Aġenzija Sapport. Dan għamilnieh sabiex f ’dan iż-żmien diffiċli nwasslu messaġġ ta’ kuraġġ lir-residenti Nafu li waqt dan iżu nirringrazzjaw lill-ħaddiema żmien tant iebes, bħala tax-xogħol eċċezzjonali li qed s-Segretarju Parlamentari jagħmlu. Kieku ma kienx hemm żort minn barra diversi dawn il-persuni li qed jipresidenzi tal-anzjani u anki proteġu lill-anzjani u lill-persuni tal-persuni b’diżabilità. b’diżabilità b’tant dedikazzjoni Għaliex ħassejt li kellek u jagħmlu dak kollu possibbli tagħmel dan? biex jipprevjenu t-tixrid ta’ dan Ftit jiem ilu flimkien mal- il-virus, kieku żgur mhux qed Prim Ministru Robert Abe- ikollna dawn ir-riżultati. la żorna wkoll ir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul u Infurmati li hemm anki anki r-residenza għall-persuni diversi kumpaniji privati li b’diżabilità tal-Imtarfa minn f ’dawn iż-żminijiet diffiċli barra. Hemmhekk sellim- għażlu li joffru servizzi ta’ na mill-bogħod lill-anzjani u ġid għall-anzjani u għalllill-persuni b’diżabilità u tkel- persuni b’diżabilità. X’kienu limna mal-ħaddiema li ta’ kul- dawn is-servizzi? jum joffru għajnuna lil dawn il-persuni. Matul dan il-perjodu Dan huwa l-mument ta’ prova dawn il-ħaddiema wrew ku- għalina lkoll. Issa huwa l-muraġġ kbir u mhux biss komplew ment li lkoll kemm aħna, bħaassigura li l-Kumitat tal-Welfare jagħti rigali lin-nisa kollha li jinsabu fid-djar tal-anzjani tal-gvern u f ’dawk id-djar fejn hemm arranġamenti ta’ public-private partnership kif ukoll djar fejn il-gvern jixtri s-sodod. Fil-25 ta’ Mejju mbagħad, wara konsultazzjoni mal-partijiet kollha kkonċernati fosthom l-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, saru arranġamenti sabiex il-qraba jkunu jistgħu jibdew jaraw lill-anzjani li jinsabu fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul u filhomes. Madanakollu, b’diversi struzzjonijiet speċifiċi bil-għan li jassiguraw sigurtà għall-anzjani, qed jiġu segiwiti.
15
31.05.2020
kullhadd.com
la poplu wieħed u magħqud, nagħmlu l-parti tagħna u nuru kemm verament għandna qalb li taf tħobb u tgħin. Huwa ta’ unur għalija li nara li hemm diversi kumpaniji privati li qed jassistu wkoll lill-Gvern f ’dan iż-żmien diffiċli. Fil-fatt is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità qed jirċievi assistenza minn diversi kumpaniji. Ftit ġimgħat ilu l-kumpanija Sanondaf, b’mod volontarju bdiet tiddiżinfetta permezz ta’ fumigazzjoni ż-żoni ta’ barra tar-residenzi tal-anzjani kollha bil-għan li tkompli tiġi żgurata s-sigurtà ta’ dawn l-anzjani f ’dawn iż-żminijiet. Din il-kumpanija diġà ffumigat numru sostanzjali ta’ dawn iż-żoni u fil-ġranet li ġejjin se tlesti dan ilproċess kollu. Ftit jiem wara mbagħad, żewġ kumpaniji privati oħra, Norwex u Corinthia Group, taw total ta’ 22,000 maskra sabiex jintużaw fir-residenzi għall-anzjani u għall-persuni b’diżabilità. Ġesti bħal dawn huma fundamentali sabiex flimkien mal-inizjattivi mill-Gvern ikompli jiġi żgurat li l-persuni vulnerabbli u l-persuni li jaħdmu f ’dawn id-djar ikunu protetti. Wara kollox dawn l-inizjattivi flimkien mal-miżuri li qed jiġu implimentati mill-Gvern qed iwasslu għar-riżultati li għandna llum. Minn qalbi nirringrazzja lil dawn il-kumpaniji u lil dawk kollha li qed jaħdmu fil-qasam tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità tax-xogħol eċċezzjonali li qed jagħmlu.
ru lill-anzjani li jinsabu f ’San Vinċenz u fil-homes billi jsegwu diversi struzzjonijiet. Fil-fatt f ’San Vinċenz De Paul dawn iż-żjarat qed isiru b’apputament, ma jistgħux idumu iżjed minn kwarta, qed jintuża shuttle service, qed isiru minn wara il-perspex, il-massimu ta’ persuni li jistgħu jżuru anzjan jew anzjana huwa ta’ erba’, il-viżitaturi kollha qed jiġu screened qabel ma jidħlu u jridu jilbsu maskra jew visor qabel jidħlu mill-entratura prinċipali. Dan l-ilbies protettiv m’għandu jitneħħa fl-ebda ħin u jista’ jitneħħa biss wara li l-viżitatur ikun ħareġ minn San Vinċenz. Hekk kif tintemm iż-żjara il-viżitaturi qed jiġu mħeġġa li joħorġu mill-faċilità mingħajr dewmien sabiex b’hekk jiġi evitat iffullar ta’ nies fir-residenza. Fir-residenzi l-oħra ż-żjarat ukoll qed jiġu skedati permezz ta’ appuntament. Barra minn hekk, iż-żjarat qed isiru minn wara l-ħġieġ jew il-perspex li jisseparaw l-anzjani minn mal-qraba. L-istess bħal San Vinċenz ma jistax ikun hemm iżjed minn erba’ viżitaturi għal kull resident u kull żjara ma tistax iddum iżjed minn 15-il minuta. Il-viżitaturi kollha wkoll qed jilbsu maskra jew visor tul il-ħin taż-żjara kollha. Biex din is-sistema tibqa’ tkun ta’ suċċess inħeġġu lill-viżitaturi sabiex jibqgħu josservaw dawn l-istuzzjonijiet. L-għan ta’ dawn l-istruzzjonijiet huwa li tkompli tiġi assigurata s-saħħa tal-anzjani f ’dawn ir-residenzi. Kelma lil dawk l-anzjani li bħalissa qegħdin fid-djar privati tagħhom ...
X’messaġġ tgħaddi lil dawk il-qraba li għandhom il-qraba tagħhom fid-djar tal-anzjani? Qed ngħidu lill-anzjani u lill-persuni vulnerabbli sabiex jibqgħu Nibda billi ngħidilhom li kemm jistgħu fid-djar tagħhom. d-deċiżjoni li nwaqqfu ż-żjarat Dan qed ngħiduh minħabba mill-familjari għal tant ġimgħat li dan il-virus jaffettwa l-iżjed ma kinitx waħda faċli. Madan- lill-persuni vulnerabbli. Inkollu, kienet dik meħtieġa. Din id-deċiżjoni ttieħdet fuq il-pariri tal-esperti inkluż id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. L-għan tagħha kien li nnaqqsu kemm nifilħu ċ-ċans li dan il-virus jidħol f ’xi waħda minn dawn id-djar. Kif tafu l-anzjani huma suxxettibbli ħafna għal dan il-virus u jista’ jaffettawhom b’mod ħażin ħafna. Meta ħadna din id-deċiżjoni l-prijorità tagħna kienet li nissalvagwardjaw is-saħħa u l-ħajja tal-anzjani. Nifhem li l-qraba ħassew ħafna n-nuqqas tal-anzjani u għalhekk li konna ħriġna ċirkulari sabiex jiġi assigurat li jkun hemm komunikazzjoni bejn il-qraba u r-residenti f ’dawn id-djar. Ftit jiem ilu mbagħad ħabbarna aħbar sabiħa ferm f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ żjarat fid-djar tal-anzjani. Kif għedt ftit qabel wara konsultazzjoni mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika issa l-qraba jistgħu jżu-
ħeġġiġkom għalhekk sabiex tibqgħu tobdu din id-direzzjoni. Dan qed ngħiduh għallġid tagħkom. Kif għedt qabel dawk il-persuni li m’għandhom l-ebda appoġġ u li għandhom bżonn xi mediċini, ikliet lesti jew groceries jistgħu jċemplu fuq 25903030. F’dan il-mument nifhmu wkoll li jkun hemm min iħossu waħdu. Kien għalhekk li bħala Ministeru nedejna wkoll il-helpline 1772 immirat għal dawk li jkunu qed iħossuhom waħedhom jew jinsabu iżolati. Nagħlaq billi nwassal messaġġ ta’ kuraġġ lil kulħadd. Kif tafu f ’dawn l-aħħar jiem Malta ġiet klassifikata bħala waħda millaqwa ħames pajjiżi fid-dinja f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ reżistenza kontra l-imxija tal-Coronavirus. Dan huwa possibbli għaliex dan il-Gvern ħa l-miżuri kollha meħtieġa f ’waqthom u għaliex aħna lkoll qegħdin nobdu d-direzzjonijiet li qed ningħataw mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika. Inħeġġeġ għalhekk sabiex dawn id-direzzjonijiet il-poplu jibqa’ jobdihom biex b’hekk dan iż-żmien ma jdumx ma jgħaddi minn fuqna. Għad jerġa’ jasal dak iż-żmien li nerġgħu nibdew niltaqgħu u nieħdu gost ilkoll flimkien. Kuraġġ ħbieb!
Matul dan il-perjodu bdejna nassiguraw li jsiru video calls, telefonati, komunikazzjoni permezz tal-midja soċjali jew xi tip ta’ komunikazzjoni oħra bejn ir-residenti u l-qraba. L-Awtorità ta’ Standards u Ħarsien Soċjali ħarġet ċirkulari fl-14 ta’ Marzu sabiex dan isir
16
31.05.2020
kullhadd.com
VIŻIBILITÀ LILL-PRODOTTI TAL-ARTIĠJANAT MALTI
Carmelo Abela Ministru
Bħal dawk l-elementi kollha li jfissru min aħna u dak li se nkunu, l-artiġjanat jirrakkonta storja. Anzi bosta stejjer li jsawruna u jlewnuna bħala poplu wieħed li jħaddan identità. L-apprezzament ta’ din il-forma ta’ espressjoni artistika mnissla mill-istorja u magħġuna mat-tradizzjonijiet li ntirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra, huwa mingħajr l-ebda dubju sinjal ċar ta’ soċjetà b’saħħitha u għanja. Għanja għax tagħraf is-saħħa u l-importanza tal-għarfien tal-passat u r-rilevanza li dan jinġarr lejn il-preżent u lejn il-futur. U għaliex tirrikonoxxi l-fatt li b’għaqal u bi ħsieb din
tista’ tkun qasam ekonomiku b’saħħtu. Kien proprju għalhekk li matul l-intervent tiegħi fil-Parlament sħaqt dwar l-importanza li nitkellmu dwar l-artiġjanat, filwaqt li rrimarkajt l-isforzi li qed isiru millGvern, b’mod partikolari permezz tal-abbozz ta’ liġi dwar l-artiġjanat. Iżda lil hinn mil-liġi nnifisha, irridu naraw kif nistgħu nħarsu dak kollu li jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ artiġjanat. Dan huwa settur li qed jaffronta sfidi kbar illum il-ġurnata u mingħajr azzjoni ċara u konkreta nirriskjaw li nitilfu wħud mill-artiġjana u missnajja’ tagħhom. Hemm diversi raġunijiet għal dan, fosthom għaliex huma ftit dawk iżżgħażagħ li qed ikollhom l-opportunità u l-ħin li jiddedikaw lilhom infushom għal dan ilgħan. Fejn fil-passat konna nserrħu rasna li s-snajja’ qed jintirtu fil-familji, illum il-ġurnata dan m’għadux il-każ. Iż-żminijiet inbidlu u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ tagħna nbidlu magħhom. Ir-ritmu mgħaġġel tal-ħajja tal-lum ma jippermettix li dawn is-snajja’,
li fin-natura tagħhom jeħtieġu ħafna ħin u xogħol bl-idejn, jibqgħu meqjusa bħala għajn b’saħħitha ta’ xogħol u dħul. Iżda l-valur tal-artiġjanat minnu nnifsu huwa wisq kbir biex ma niħdux azzjoni u nħalluh jgħib fix-xejn. It-tradizzjoni hija tradizzjoni għaliex tegħleb l-isfida taż-żmien u tgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra fi spirtu ta’ tiġdid, tisħiħ u tfittxija għal rilevanza attwali. Jeħtieġ għalhekk, li dawn il-ħiliet jiġu mħarsa u hemm diversi metodi kif dan jista’ jsir. Nibdew l-ewwel nett billi ninvestu fl-edukazzjoni u nkomplu nsaħħu l-istituzzjonijiet li għandna u li qed jaħdmu bla heda favur il-ħarsien tal-artiġjanat. Huwa importanti li nilħqu liż-żgħażagħ tagħna u nagħtuhom l-opportunità li jmissu ma’ dan ix-xogħol u jagħrfu l-importanza tiegħu. Tajjeb ukoll li nkomplu ninvestu f ’istituzzjonijiet bħall-MCAST sabiex inkattru l-opportunitajiet ta’ taħriġ. Huwa ferm importanti wkoll li nagħtu kemm jista’ jkun viżibilità lil dan is-settur. Mhux biss lokalment iżda
wkoll ma’ dawk kollha li jżuru pajjiżna għal xi skop jew ieħor. Ngħid għalija l-hena tiegħi li meta niltaqa’ ma’ delegazzjonijiet barranin, nagħtihom bħala tifkira oġġett jew oġġetti tal-artiġjanat Malti. Japprezzawh ferm aktar minn kwalunkwe oġġett ieħor li ma jkollux dan is-sinifikat u din ir-rabta mal-identità Maltija. Għandna kemm jista’ jkun naqsmu dawn il-prodotti mat-turisti li jiġu jżuruna u b’naqra ħsieb nistgħu nagħmlu dawn il-prodotti viżibbli lokalment ukoll. Għandna nikkunsidraw, pereżempju, li f ’għeluq snin il-qraba u l-ħbieb nagħtu dawn il-prodotti bħala rigali. Għaliex le? X’hemm aħjar minn garanzija ta’ prodotti ġenwini, ta’ valur u li juru dedikazzjoni u ħila? Il-viżibilità minnha nnifisha hija importanti, iżda għandha wkoll l-iskop u l-benefiċċju li tagħti sostenibbiltà lil dan il-qasam. Li tiggarantilu futur. Għalhekk, biex insaħħu dan is-settur, irridu wkoll nikkunsidraw l-aspett ekonomiku tiegħu u nagħtu garanzija ta’ investiment li jippermetti mbagħad li jsir ix-xogħol u li
n-nies jersqu lejn l-artiġjanat. Nemmen li din l-amministrazzjoni kienet strumentali biex wasalna kemm għal rikonoxximent akbar tal-valur tal-artiġjanat, kif ukoll għal azzjoni ċara u konkreta li tgħin l-aspett ekonomiku ta’ dan is-settur. Bħala Gvern qed nagħmlu l-almu kollu tagħna biex nagħtu nifs ġdid lil dan is-settur. U dan għaliex, kif għidt qabel, nemmnu fil-valur tiegħu. Nemmnu li, bħal tradizzjonijiet oħra, huwa s-sinsla tas-soċjetà tagħna u li ma għandux jibqa’ biss fil-passat iżda għandu jsib leħen kontemporanju u rilevanti għal dak li għaddejjin minnu bħalissa. Hija r-responsabbiltà tagħna lkoll li naraw li l-artiġjanat ikompli jintiret, għandna nħajru lill-ġenerazzjoni żagħżugħa biex tidħol għal dan ix-xogħol ta’ sengħa u ta’ ħila. Għandna naraw ukoll li aħna l-Maltin, napprezzaw u nixtru aktar dak li huwa Malti biex nagħtuh lil ħaddieħor u għandna nippromwovuh ma’ dawk li jżuruna. Dan bil-għan li nkomplu nħarsu l-artiġjanat bħala wirt importanti ta’ pajjiżna u bħala attività ekonomika b’saħħitha.
IL-ĦIDMA TAL-GVERN FIS-SETTUR TURISTIKU F’DAN IŻ-ŻMIEN
Kimberly Borg Parteċipanta LEAD
Bħalissa ninsabu fil-pandemija tal-COVID-19. Minħabba ċerti restrizzjonijiet li ġew fis-seħħ fosthom l-għeluq tal-ajruport ċertament li s-settur turistiku ħa daqqa ’l isfel. Madanakollu, din l-isfida għandha sservi ta’
opportunità sabiex ninvestu aktar fis-settur turistiku li huwa parti kruċjali għall-ekonomija ta’ pajjiżna. B’hekk ikollna prodott turistiku aħjar u ta’ iktar kwalità. Il-Gvern mill-ewwel beda bil-ħidma tiegħu f ’dan is-settur. Fosthom il-Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur li flimkien mal-Awtorità Maltija għatTuriżmu bdew bir-restawr fl-irħula fosthom il-Mellieħa, iż-Żurrieq, il-Qrendi u ħafna oħrajn. Apparti minn hekk kompla wkoll ix-xogħol ta’ manutenzjoni fejn hu meħtieġ. Kemm ir-restawr kif ukoll il-manutenzjoni huma importanti ferm sabiex ikollna ambjent iktar attraenti kemm
għalina ċ-ċittadini kif ukoll għat-turist. Ġiet imnedija wkoll kampanja ta’ reklamar sabiex tħeġġeġ lit-turist jagħżel lil Malta bħala l-ewwel destinazzjoni wara li tgħaddi din il-pandemija. Din il-kampanja għandha l-isem ta’ “Oħlom issa... żurna ’l quddiem”. Flimkien ma’ din il-kampanija tnediet pjattaforma diġitali li qed toffri togħma żgħira tas-siti storiċi li hawn fil-Gżejjer Maltin. Din il-kampanja hija kruċjali għaliex bħalissa hawn ħafna turisti prospettivi li jkunu qegħdin fuq l-internet jaraw aħjar x’joffri pajjiżna. B’hekk dawn ir-reklami jkunu jistgħu jilħqu eluf ta’ turisti b’mod virtwali minn madwar id-dinja. Huwa importanti li la tgħad-
di din il-pandemija pajjiżna jibda joffri prodott turistiku li jkun iktar ta’ kwalità. Sabiex nilħqu dan l-għan hemm bżonn li ninvestu iktar firriżors uman. Il-Ministeru flimkien mal-MTA allokaw l-akbar investiment ta’ €5 miljun sabiex joffru korsijiet ta’ taħriġ b’xejn lill-ħaddiema li jaħdmu fis-settur turistiku. Permezz ta’ dan l-investiment il-ħaddiema ħa jkunu iktar professjonali f ’xogħolhom u se jkunu jistgħu joffru servizz tal-ospitalità aħjar minn qabel. Hemm ukoll it-turiżmu intern li huwa wkoll importanti. It-turiżmu intern huwa bħal meta mmorru xi weekend break f ’xi lukanda f ’pajjiżna stess. Dan huwa essenzjali sa-
biex ngħinu lill-industrija tatturiżmu terġa’ tqum fuq saqajha. Huwa importanti li dan it-tip ta’ turiżmu jkun wieħed sostenibbli. Nistgħu nkunu sostenibbli billi nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna. Kif ukoll nixtru prodotti lokali. B’hekk inkunu qed nagħtu l-kontribut tagħna sabiex ngħinu kemm lill-ekonomija u anka lis-settur tal-ospitalità. Din il-ħidma konġunta kemm mill-Ministeru kif ukoll mill-MTA qed issir sabiex Malta u Għawdex jerġgħu jkunu fuq quddiem għal meta t-turist jagħżel id-destinazzjoni tal-vaganza tiegħu. Biex ukoll wara din il-pandemija jkollna servizz tal-ospitalità aħjar minn qabel u iktar speċjalizzat.
17
31.05.2020
kullhadd.com
POPLU FIDUĊJUŻ
Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Pajjiżna għamel pass ieħor inkoraġġanti sabiex imur għan-normalità li tant aħna mxennqin għaliha u li tant il-poplu ekonomikament u soċjalment għandu bżonn. Però dejjem qed nagħmlu dan b’kawtela. U rridu dejjem inżommu f ’moħħna li r-rakkomandazzjoni tad-distanza soċjali kif ukoll il-protezzjoni jibqgħu jinżammu u jkunu mħarsa. Madanakollu, m’hemmx lok li xi ħadd joqgħod ibeżża’ u jwerwer u joħloq paniku fejn mhux meħtieġ. L-esperti tas-saħħa u esperti fir-riċerka jafu x’inhuma jagħmlu. Din mhix kwistjoni ta’ naqtgħu x’jista’ jiġri, imma nimxu u niddeċiedu fuq studji u trends xjentifiċi. Nisimgħu minn persuni ta’ integrità li jwasslu l-messaġġ b’ġenwinità u mingħajr aġenda moħbija. Mhux lok għal fake news u sensazzjonaliżmu ġurnalistiku fejn jinħolqu stejjer li mhux verifikati u huma biss qlajjiet jew għajdut bħal meta rraportaw li l-Professur Charmaine Gauci rreżenjat mill-kariga tagħha. Nixtieq inkun naf x’ħadu ta’ ġid il-mezzi tax-xandir li xandru aħbar fiergħa bħal din. L-għajnuna tant mixtieqa mill-UE mhix dik li tassew qed jippretendi dan il-poplu li kull sajf ikun mitlub li jagħmel sagrifiċċji kbar fil-qasam tal-immigrazzjoni irregolari. L-UE offriet pakkett t’għajnuna lill-membri stati tagħha li l-maġġor parti kbira minnu hu f ’forma ta’ self li l-pajjiżi jridu jagħtuh lura billi jiġbru l-flus mingħand il-popli tagħhom f ’forma ta’ taxxi. Din hi tip t’offerta li l-Gvern Malti mhux qed jaqbel magħha. Dan hu pajjiż li l-kelma dejn beda jħassarha mid-dizzjunarju ta’ pajjiżna. Barra minn hekk, Malta qed tistenna għajnuna differenti mill-Ewropa, għajnuna li tassew tagħmel sens u mhux fiergħa, għajnuna fl-isfida tal-immigrazzjoni, għajnuna konkreta mhux paroli ta’ solidarjetà biss u tieqaf hemm. Oħroġ il-għaġeb l-MEPs tal-PN ikkritikaw il-pożizzjoni li ħa l-Gvern. Ftaħħru li dan hu pakkett li nġieb bis-saħħa tal-PPE, u li l-MEPs tal-PN kienu protagonisti. Ma għandix dubju li pakkett bħal dan jogħġobhom u japprovawh b’għajnejhom magħluqa għax il-PN hekk imdorri, jiddejjen, u mbagħad iħallsu wliedna u wlied uliedna. F’dawn il-ġranet komplejna naraw Oppożizzjoni medjokri u kull jum li jgħaddi qed nirrealizzaw kemm fil-fatt m’hawnx Oppożizzjoni f ’pajjiżna. Dan hu ta’ għajb għal pajjiżna. Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għal governanza tajba qed jiġi allegatament akkużat b’imġiba li
ma tixraqx lil Membru Parlamentari li, fil-konfront ta’ uffiċjali tal-pulizija, kiser ir-regolamenti tat-traffiku u uża l-immunità parlamentari biex jipprova jaħrab milli jiġi investigat fuq dawn l-allegati akkużi. U dawn kellhom il-wiċċ li xhur ilu marru quddiem id-Depot tal-Pulizija jarmu t-tadam u jgħajru lill-Kummissarju tal-Pulizija purċinell. Id-divinità tibda magħhom u tintemm magħhom. Iriduna nieħdu l-lezzjonijiet mingħandhom u ma jarawx xi travu enormi għandhom f ’għajnejhom. Aktar minn hemm, donnhom ma jindmux. Ikomplu jxewxu u jaħdmu kontra pajjiżna. Esponenti tal-PN reġgħu fetħu proċeduri kontra membri tal-Kabinett u tal-armata fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni. Minflok jiġbdu ħabel wieħed sabiex pajjiżna jkollu leħen b’saħħtu biex l-Ewropa tisma’ l-karba ta’ dan il-poplu, li ntefgħet din il-problema enormi f ’ħoġru mingħajr ma qed jingħata widen mill-EU, jogħxew ifixklu u jitfgħu l-ħatab fuq in-nar. L-Oppożizzjoni komplew ukoll juruna kemm huma foqra fl-ideat. Ipproponew affarijiet li l-Gvern kien diġà ħabbar ġimgħa qabel bħal fil-qasam tal-edukazzjoni, fejn il-Gvern ħabbar pjan u qafas biex iħejji għall-eventwalità tal-ftuħ tal-iskejjel mill-ġdid minn Settembru li ġej. Il-PN għamlu wkoll lista ta’ proposti dwar l-ekonomija wara l-pandemija. Dr. Delia qal li l-pandemija wriet li s-surplus tal-Gvern ma serviex. Lanqas taf taqbadx togħxa bid-daħk jew bil-biki. Min f ’daru stess qed jegħreq fid-dejn u ma jafx minn fejn se jaqbad jibda biex jindirizza l-problema finanzjarja li għandu, irid jagħti l-pariri ta’ kif il-Gvern għandu jmexxi l-ekonomija fi żmien ta’ kriżi bla preċedent. Mela x’kienet turi kieku l-pandemija fi żmienhom meta l-kelma surplus lanqas kienet teżisti fil-vokabularju? U allura ma neħduhomx b’sorpriża r-riżultati tal-aħħar sondaġġi li wrew fejn iħabbat il-polz tal-poplu, lil min jafda u jemmen. Il-poplu jaf il-verità. Il-poplu jaf jiġġudika. Il-poplu jaf min tassew jaħdem għall-ġid ta’ pajjiżna. Mhux ta’ b’xejn l-Oppożizzjoni ma tistax taqbad art u reġgħu bdew iduru għall-Kap tagħhom biex itajruh minn hemm. Donnhom kif ixommu s-sajf ġej jaqbadhom l-aptit li jinfexxu ma’ xulxin. Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Dr Robert Abela huwa l-għażla naturali għall-elettorat Malti u Għawdxi.
Mid -Dj arju t a’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 21 ta’ Mejju Mhux ta’ b’xejn li niftaħar li jien l-akbar Nazzjonalist f ’dawn il-Gżejjer Maltin! Min kien qatt jobsor li xi ħadd mill-familja glorjuża ta’ Borg Olivier jieħu għalih għax jirreferu għalih bħala eks segretarju ta’ dan il-partit darba glorjuż tagħna? Iva, hekk għamel Paul Borg Olivier li kien segretarju ġenerali tal-partit tagħna, tal-inqas skont Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. Min jaf kemm tqallbu f ’qabarhom il-predeċessuri tiegħu, fosthom il-qatt minsi Ġorġ. U m’għandix dubju li anke missieri tqalleb f ’qabartu, għax lili minn twelidi kien jgħidli biex qatt ma niċħad lill-partit tagħna u biex nibqa’ ngħożż ma’ qalbi l-arma tagħna, il-maduma! Il-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju La ma fetħux il-barijiet kif nafhom jien, bl-apitizers u x’naf jien, seta’ ma fetaħ ħadd. Insomma, ladarba ġejt kmieni u qbiżt il-65 ma tantx għandi għażla għax suppost li noqgħod ġewwa l-ħin kollu. Ngħid id-dritt il-hairdressers, la jien, la sieħbi tal-Istamperija, u lanqas Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna ma mmissjajniehom għax xagħarna ilu li telaqna. U lanqas lil tad-dwiefer ma nimmissja. Imma milli jidher kien hawn ħafna li mmissjawhom għax minn dak li qaluli t-tfal ta’ ħuti dawk li fetħu, kellhom negozju ġmielu. Kulħadd gostih, hux veru! Jekk ifettilli, meta jgħaddi kollox, immur għand tad-dwiefer u ngħidlu biex jagħmilli l-maduma fuq kull difer, jekk jista’ jkun darba’ għal dejjem, u anke fuq ta’ saqajja! Is-Sibt, 23 ta’ Mejju Jekk tal-Malta Today joħorġu jgħidu li komplejna nonqsu fil-popolarità nibgħathom jixxejru. Ma jistax ikun li x-xogħol kollu li qiegħed jagħmel ta’ kuljum il-Kap Adrian Delia ma jħallix imqar xi ftit frott. Kuljum preċett jiltaqa’ ma’ dak jew mal-ieħor, ma’ dik jew mal-oħra. Ma’ kulħadd qiegħed jiltaqa’, saħansitra ma’ Repubblika ta’ Manuel Delia u dan minkejja li dan dejjem jinsisti li l-Kap tagħna għandu jkun investigat dwar allegazzjonijiet li kienet għamlet fuqu Daphne Caruana Galizia. U meta ma jiltaqa’ ma’ ħadd, jiġi fuq l-istazzjon tagħna u jwiegħed kollox lil kulħadd. Il-problema hi li ma nafx kemm jisimgħuh nies, għax l-istazzjon tagħna ma tantx huwa popolari. Il-Ħadd, 24 ta’ Mejju
Iriduna nieħdu l-lezzjonijiet mingħandhom u ma jarawx xi travu enormi għandhom f’għajnejhom
Bsartha jien li tal-Malta Today se joħorġu jgħidu li erġajna nqasna fil-popolarità. Lanqas ilħaqt smajt l-aħbar li ma bgħatthomx jixxejru. Mhux għax inkwetajt xi ħafna, imma mnalla kont miftiehem ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna li mmorru dawra bil-karozza biex indarri ftit. Biex żġur ma nagħmlu kuntatt ma’ ħadd, ftehemna li
nieħdu biċċa ħobż magħna u żewġ fliexken ilma, biex ma jkollna bżonn nersqu lejn ħadd. Erħejnielha bil-maskri ma’ wiċċna. L-għażla ta’ fejn morna ħallejtha f ’idejh, u jien ċert li għaddejna minn Marsaxlokk filħin tal-ikel għax hemmhekk hemm ħafna restoranti li jarmaw barra. Ma naqasx milli jixħitli botta meta qalli ‘hawn erba’ minnies Naz!’ Għalaqt ħalqi u ma weġibt xejn. It-Tnejn, 25 ta’ Mejju Illum kelli aptit inċempel lil Adrian Delia, Kap tal-partit darba glorjuż tagħna, u ngħidlu ‘ħudha ma’ saqajk’. Lil Manuel Delia u lis-17-il eroj jew 17-il traditur, m’għandu jafdahom qatt. U mela noqogħdu niftaħru li Manuel Delia daħal id-Dar Ċentrali u li ltqajna miegħu! Dak skop wieħed għandu. La iżjed u lanqas inqas. Kulma jrid hu li jneħħi lil Adrian Delia minn Kap tal-partit tagħna. Mill-ewwel approfitta ruħu mis-sondaġġ tal-Malta Today u reġa’ beda bil-kantaliena biex ineħħi lil Adrian Delia minn Kap. Nispera li ma nerġgħux narawh dieħel fid-Dar Ċentrali jew nerġgħu niltaqgħu miegħu, għax allura mbagħad nibda nsabbat fuq sidri u ngħid ‘ħtija tagħna, ħtija tagħna’. It-Tlieta, 26 ta’ Mejju Kultant niddubita jekk it-tmexxija tal-partit darba glorjuż tagħna hux tgħix f ’dinja oħra. Agħar minn hekk, kultant niddubita jekk jien iniex ngħix f ’dinja oħra. Għax il-Kap tagħna qiegħed ta’ kuljum jiltaqa’ man-nies, minbarra d-diversi għaqdiet, jew taparsi għaqdiet li għandna hawn Malta, suppost biex jisma’ mingħandhom u allura jiskopri x’qiegħed jagħmel ħażin il-Gvern ta’ Robert Abela. Imma milli jidher jew hu mhux jemmen dak li qegħdin jgħidulu, jew in-nies qegħdin jgħadduh biż-żmien u ma jgħidulux il-verità. Sieħbi tal-Istamperija qabel miegħi u qalli ma jistax ikun mod ieħor, għax kieku l-appoġġ għal Robert Abela ma jibqax jiżdied jum wara ieħor. L-Erbgħa, 27 ta’ Mejju Malli smajt l-aħbar li l-Unjoni Ewropea se tagħtina biljun ewro, għandu jkun nofshom self, iddeċidejt li nċempel lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, għax skont rapporti fil-midja tagħna, dawn il-flus ġejjin grazzi għax-xogħol li għamlu l-MEPs tagħna David Casa u Roberta Metsola fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew. Għedt għandi xi ħaġa biex niftaħar, imma ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, qatt ma nġibha żewġ. Kif bdejt niftaħar mill-ewwel għajjarni baħnan għax skont hu, kieku Casa u Metsola huma daqshekk influwenti, kieku jgħidu lil tal-Partit Popolari Ewropew biex jisimgħu minn Adrian Delia u juru solidarjetà vera fil-każ tal-immigranti. Ikolli ngħid li Ġorġ nesa li s-segretarju ġenerali tal-PPE mhu ħadd għajr Simon Busuttil!
18
31.05.2020
kullhadd.com
IS-SUFTADJA – XEBH MAL-KAMBJALA? Skont diversi studjużi Ewropej l-iżvilupp tal-kambjala, il-‘bill of exchange’, kien parti integrali mit-tkabbir u t-twessigħ tal-kummerċ li seħħew fin-Nofsinhar tal-Ewropa fi żmien il-Kruċjati. Min-naħa l-oħra l-istudjużi orjentali, huma kollha tal-fehma li l-kambjala hi mnissla mis-‘suftadja’ Għarbija ta’ żmien il-kalifat Abbasid. Din il-kitba tifli s-‘suftadja’ fil-kuntest ta’ dawk li kienu l-ambjent ekonomiku, iddrawwiet bankarji, ċerti teoriji legali, amministrattivi u kummerċjali, u l-isfond reliġjuż prevalenti f’pajjiżi Iżlamiċi fl-ewwel żminijiet ta’ din il-forma ta’ għodda bankarja. L-intervista saret lil Dr. John A. Consiglio, Ph.D., Dipartiment ta’ Studji Bankarji u Finanzjarji, Fakultà tal-Ekonomija, Management u Accountancy, fl-Università ta’ Malta. Minn CHARLES B. SPITERI Kif insibu li daħlet fis-seħħ u kellha l-bidu għall-użu tagħha l-kambjala? Spiss tkun perċezzjoni kważi ġenerali fost ħafna bankiera, ekonomisti, u studjużi talliġi kummerċjali fil-Punent, li l-kambjala (bill of exchange) kellha l-bidu tagħha fl-ordni ta’ ħlas innifisha li, sekli sħaħ ilu, kienet tifforma parti integrali minn kull kuntratt ta’ self. Skont din it-teorija, il-kambjala jew ‘tratta’, daħal l-użu tagħha hekk kif kiber u tkattar il-kummerċ fin-Nofsinhar tal-Ewropa, u dan bla ma essenzjalment kien hemm xi influwenza barranija profonda minn partijiet oħra tad-dinja fid-dħul jew fit-tixrid tagħha. Min-naħa l-oħra l-orjentalisti huma ċerti li t-tratta għandha tixxebbah mas-suftadja Għarbija, u li meta bdew jużawha l-Ewropej, dawn kienu sempliċiment qed jadattaw teknika bankarja orjentali għall-ħtiġiet kummerċjali tagħhom. Kif tista’ tissejjes din il-fehma? Hemm żewġ premessi. L-ewwel waħda hi l-ipotesi li fi żmien il-Kruċjati kienet teżisti xi forma ta’ liġi kummerċjali internazzjonali applikata u aċċettata popolarment fuq iż-żewġt ixtut tal-Mediterran, jew, kif kien jissejjaħ, il-Baħar l-Abjad. It-tieni argument hu dak li t-tixrid tas-self lingwistiku (f ’dan il-każ mill-Għarbi) hu xhieda li l-oġġett, jew l-istituzzjoni, li għalihom hemm riferenza – f ’dan il-każ is-suftadja - kien ġie milqugħ. L-ewwel ipotesi ssib sostenn fl-istudju tal-Professur A.L.Udovitch li juri d-diversità enormi li kien hemm bejn il-commenda Biżantina u wkoll Iżlamika min-naħa, u oħrajn mill-Punent mill-oħra. Dwar it-tieni ipotesi hu fatt rikonoxxut li kliem barrani ta’ spiss
jitlef it-tifsir oriġinali tiegħu għandna tal-Għaxar Seklu, jof- ħadu mingħand il-Biżantini u meta jiġi biex jintuża f ’pajjiżi fru xhieda biżżejjed ta’ ħafna d-drawwa diġà kienet imxerrattività bankarja. Insibu riferen- da sew fl-Eġittu xi sekli qabel oħra. zi għal dokumenti bankarji id-dominazzjoni Għarbija. Il-ħlas b’ċekk hu s-suġġett ta’ bħalma huma s-‘sakk’ (ordni Kemm nistgħu noqogħdu ta’ ħlas) , il-“khatt” (li hu bond studju fil-Misħna li hi l-kronaka fuq il-bażi xjentifika f ’dan jew kambjala, ir-‘ruk’a’ (ordni tad-drawwiet bankarji fil-Palesis-suġġett? ta’ ħlas ġenerika), u s-“suftadja” tina waqt il-ħakma Rumana. Fi ktieb antik ħafna tal-istorja Hemm element kbir ta’ kon- (tratta); u dawn it-termini huma tenzjożità. Ma jistax jiġi konk- kollha użati bla distinzjoni be- orjentali naqraw li Omar I, kien iħallas b’dan il-mod lil dawk li luż b’xi mod definittiv qabel ma jniethom. Il-kliem ‘khatt’, ‘ruk’a’, u ‘tau- kienu jbigħu l-qamħ lill-istat. jkunu ġew studjati u analizzati bir-reqqa d-dokumenti kollha, ki’ jfissru wkoll ċekk (cheque); fil-parti l-kbira Lhud u Għar- ‘sakk’ u ‘ruk’a’ t-tnejn jintużaw Fi ftit kliem, it-terminu ab, li jeżistu fil-għeniża tal-Kajr għal bond u għal ‘ħawala’, li suftadja mhux dejjem u fi bliet oħra tal-Lvant. Spiss hi d-delegazzjoni ta’ kreditu. jindika l-istess strument? jiġri li – anki f ’pajjiżi Għarab Minkejja dan, jidher ukoll, li kull – il-libreriji u d-depożitorji ta’ waħda minn dawn il-kelmiet. L-hekk imsejħa suftadja tista’ kotba, kitbiet, u għerf ieħor, kienet tindika strument bankar- titiqies bħala tip jew kwalità ta’ ħawala, li fl-essenzjal tagħha hi waqt rewwixti u rivoluzzjoniji- ju partikolari. wkoll delegazzjoni ta’ kreditu. et jisfaw attakkati u mneżżgħa A jislef somma flus lil B, u minn ħafna materjal ta’ valur Minn dan il-kliem kollu dan B imbagħad jagħti ordni lil storiku kbir. Il-għeniża tal-Kajr għarib għalina, ma’ xiex Ċ, li spiss ikun jgħix xi mkien ma kinitx eċċezzjoni f ’dan is- bqajna norbtu l-aktar? ieħor, biex fil-mument propizju sens, iżda almenu baqgħu, anki sal-lum, diversi dokumenti utli Mas-‘sakk’. Din hi l-kelma li jrodd is-somma flus lill-kreditur f ’dan il-kuntest. Hemm eluf ta’ minnha oriġina l-isem cheque oriġinali. Iżda xi ġuristi Musulittri dwar il-kummerċ li huma fl-ilsna Ewropej – hu awtenti- mani jagħtu wkoll definizzjoni miżmuma fil-għeniża tal-Kajr kament ċekk, fis-sens ta’ ordni kemxejn diversa: A jislef flus lil li jagħtu xhieda b’ħafna dettalji biex isir ħlas minn bankier li B taħt kundizzjoni li jroddhom ta’ dawk li kienu d-drawwiet fil- miegħu min qed jagħti l-ħlas, lil Ċ xi mkien ieħor. Fl-ewwel Lvant u fin-nofs tal-Mediterran, dak li jiġbed għandu kont (de- każ l-‘aġent’, il-bniedem li jrid jiġifieri proprju f ’dawk il-partiji- pożitu). U naqraw pereżempju jagħmel il-ħlas, hu debitur, ħabib et fejn in-negozjanti Taljani – li li l-Viżir Ibn al-Furat, xi bdiewa fil-kummerċ, jew sħab, ma’ min suppost ġabu is-suftadja fil-Pu- sinjuri, uffiċjali għolja tal-gvern, jiġbed is-suftadja (id-drawer). Għandna allura delegazzjoni u ħafna oħrajn, ħallsu b’sakk. nent – kienu jikkummerċjaw. Anki ħlas ta’ xiri, kemm ta’ kreditu jew, kultant, ordni normali kif ukoll korruzzjoni, ta’ ħlas li fiha l-‘aġent’ mhux Nistgħu nqabblu b’xi mod, kien isir b’sakk u l-vjaġġatur obbligat lejn min qabbdu. Iżda il-qagħda ekonomika fidPersjan Nasir-i Khosrau jgħi- fil-liġi Iżlamika anki din it-tip ta’ dinja Musulmana ma’ dik dilna li f ’Basra, għall-ħabta ta’ tranżazzjoni jsejħulha ħawala. tal-lum? Fi ftit kliem it-terminu suftnofs is-Seklu Ħdax, id-drawwa Fi żmien il-Kruċjati, u fi żmien kienet li l-ħlas isir permezz ta’ adja mhux dejjem jindika l-istil-kaliffi Abbasid, il-qagħda sakk. L-użu taċ-ċekk mill-Mu- ess strument bankarju. ekonomika fid-dinja Musulma- sulmani, fil-fatt kien wirt li na kienet simili biżżejjed għal dik prevalenti fil-Punent biex wieħed jikkonkludi b’ċertezza li dan ix-xebh kien megħjun u akkumpanjat minn żvilupp identiku f ’metodi tekniċi bankarji. F’xi dokumenti Għarab il-kelma Fi żmien l-Għarab tal-qedem, kienet qawwija l-attività bankarja? Id-dokumenti Għarab li jmorru lura sa żminijiet il-kaliffi Abbasid, u fuq kollox dawk li
suftadja tintuża biex tirreferi għal ordni ta’ ħlas mogħtija minn persuna privata, u din hi t-tifsira li tingħata f’test fuq il-ħlas ta’ taxxi permezz ta’ rappreżentant li jużaha
Allura s-suftadja fejn insibuha użata aktar spiss? Insibuha f ’każi fejn il-gvern iħallas lil min ikollu jagħti. Ilgvern tal-kaliffi Abbasid flIraq kien jagħmel ħlasijiet b’din is-sistema, u l-istess għamlu l-awtoritajiet Musulmani fl-Eġittu. Minħabba n-natura tagħha ta’ ordni ta’ ħlas, il-benefiċjarju kien ikollu jħallas taxxa magħrufa bħala “ħakk-as-suftadja”. F’xi dokumenti Għarab il-kelma suftadja tintuża biex tirreferi għal ordni ta’ ħlas mogħtija minn persuna privata, u din hi t-tifsira li tingħata f ’test fuq il-ħlas ta’ taxxi permezz ta’ rappreżentant li jużaha. It-taxxi spiss kienu jitħallsu bis-suftadja, kif insibu li kienu jirreferu għaliha fil-Persja (Khuzistan) u fl-Eġittu. Hekk ukoll kif għedna, kienu jitħallsu uffiċjali talgvern mixtrija (korrotti). Iżda s-suftadja kellha xi użu miżjud? It-taxxi li kienu jinġabru mill-Kalifat kienu jintbagħtu Bagdad bis-suftadja, u l-istess sistema kienet tintuża fis-Seklu Għaxra mill-gvern Abbasid meta kienu jirċievu t-taxxi minn Khuzistan, mis-Sirja, u mill-Eġittu. Dawn id-diversi suftadja, li spiss kienu għal ammonti kbar ħafna, għandhom bla ebda dubju ta’ xejn jitqiesu bħala krediti awtentiċi (letters of credit) indirizzati lill-bankiera u merkanti. Infatti, xi testi jsemmu b’mod ċar ħlasijiet magħmulin millgvern permezz ta’ suftadja fuq il-merkant’. Fuq kollox iżda, is-suftadja kienet ta’ siwi kbir għan-negozjanti nfushom, li permezz tagħha kienu jistgħu jibagħtu l-flus minn belt fl-Iraq għal oħra, mill-Eġittu għallIraq u wkoll minn Spanja għallIraq. Is-suftadja kienet ukoll mezz normali ta’ ħlas u trasferiment ta’ ammonti żgħar, u wieħed jista’ jikkwota ħafna
19
31.05.2020
kullhadd.com
testi li jwassluna għall-konklużjoni li s-suftadja kienet l-aktar strument bankarju importanti li għamel possibbli n-negozju għall-kummerċjanti u bankiera tal-Lvant. Jiġifieri setgħet serviet biex jitnaqqas is-sogru fl-ivvjaġġar bil-flus kontanti? Eżattament u s-sempliċi vjaġġaturi (jiġifieri dawk li ma kinux ukoll fl-istess ħin negozjanti), kienu jippreferu jġorru s-suftadja minflok flus. Ipotetikament, hawnhekk wieħed jista’ jagħmel tixbih mat-travellers’ cheques, li fil-Punent damu għal ħafna jintużaw bħala mezz bankarju utli ħafna għall-vjaġġaturi. F’ċerti każi kienu jintużaw suftadji magħmulin pagabbli f ’data stipulata u maqbula minn qabel, simili jiġifieri għal dak li jsir fitterm bill of exchange. F’każi oħra kien hemm suftadji pagabbli a vista jew al portatore, dawk li legalment huma meqjusa bħala pagamenti at sight jew bearer.
pa. Ħafna ħaddiema kienu ħielsa jieħdu sehem fiha. Il-kunċett ta’ esportazzjoni beda jitrawwem, u d-diversità ta’ oriġini ta’ muniti u denominazzjonijiet kienu jiċċirkolaw flimkien liberament. Din l-għodda finanzjarja (jew Kienu għadhom ferm u ferm ’il bankarja) fil-ħajja ekonomika bogħod il-kunċetti ta’ kontrolli fuq kambju (exchange control) li tad-dinja Musulmana fi ġew wara. U kien fl-ewwel nofs żmien il-kaliffi Abbasid, tal-Għaxar Seklu li l-kapitaliżmu kienu l-Għarab, jew aħjar Iżlamiku laħaq l-aqwa tiegħu. l-Iżlamiċi, li vvintawha, jew wirtuha bħalma wirtu ċ-ċekk X’nistgħu ngħidu li kien mingħand il-Biżantini jew l-element bażiku il-Persjani? għall-iżvilupp ta’ din Dwar li s-suftadja kienet qed il-fażi ekonomika? tintuża ferm qabel l-aqwa talera prekapitalista Musulmana, Bla dubju, kien id-deheb. Fejn ma hemmx dubju. Insibu l-kel- qabel, il-ħajja monetarja tal-Persma suftadja f ’papiri Għarab ja u l-Mesopotamja damet għal tal-ewwel u t-tieni nofs tas-Sek- ħafna sekli kkaratterizzata minnuqqas ta’ muniti tad-deheb, illu Disgħa. Fit-Talmud Babiloniż hemm gvern tal-kaliffi Abbasid (li taħt imsemmija speċi ta’ tratta, im- il-kontroll tiegħu kellu xi naħat sejħa diyukne, li aktarx hi l-kel- tal-Punent tas-Sudan, fejn kien ma Griega eixovixal – ordni hemm minjieri tad-deheb) kelta’ ħlas b’marki karatteristiċi. lu kwantitajiet konsiderevoli ta’ Għalkemm is-suftadja ma ti- deheb, u seta’ jipproduċi dinari stax tiġi attribwita lil pecunia tad-deheb fil-provinċji kollha traiecticia kif isostnu xi stud- tal-Lvant, fl-Imperu Musulman. jużi – għax din hi tranżazz- Fis-Seklu Disgħa d-deheb xtered joni bejn żewġ persuni, fejn sew fl-Iran, fil-Persja u fit-Tranis-sogru jkun tal-kreditur jew sexiana. Dinari tad-deheb inid-debitur skont fejn ikunu ħadmu fis-sena 842 f ’Merw, l-flus (fuq il-baħar jew fuq fit-849 f ’Rayy, mis-sena 861 l-art) – l-isem Grieg mogħti ’il quddiem f ’Samarkand, mitlis-suftadja fit-Talmud juri ċer- 884 f ’al-Aħważ u Ħamadhan, u ta konnessjoni ma’ strument mit-885 f ’Adarbandjan. It-tagħrif li nsibu fuq id-dħul Grieg-Biżantin. Iżda l-kelma suftadja nnifisha hi aktarx mit-taxxi f ’dokumenti tal-kaliPersjana, l-istess bħall-kelma fat Abbasid juri li fit-tieni nofs djahbadh, li f ’xi pajjiżi Iżlamiċi tad-Disa’ Seklu seħħet bidla tindika l-bankier. L-oriġini kbira: fi speċi ta’ pjan (il-baġit?) Persjana tat-tratta Musulmana għad-dħul u nfiq tas-sena 874. Id-dħul tal-Iran jidher ikkgħandu mnejn għalhekk li hu wotat f ’dirhams tal-fidda, waqt ferm aktar probabbli. li f ’dak tas-sena 915 hu msemmi f ’ċifri ta’ dinari tad-deheb. L-ambjent ekonomiku li fih kienet tintuża s-suftadja jista’ Xi rapporti ġeografiċi Għarab tas-Seklu Għaxra jixhdu wkoll jitqies bħala tipikament it-tkattir kbir fil-provvista ta’ pre-kapitalista? deheb. Isemmu li fil-provinċji L-industrija kienet bdiet tiżvilup- ta’ Fars, Kirman, u Bokhara il-
Fil-Medjuevu qajla kien hemm spazju għal liġi speċjalizzata għall-merkanti
L-użu tal-flus fl-Ewropa Medjevali
ħlas kien isir bid-dirhams; waqt li f ’Armenja, f ’ar-Ran, Adharbaidjan, Djibal, u fil-provinċji ta’ Daylam, Tabaristan, u Djordjan fuq ix-xtut tal-Baħar Kaspju, u f ’Samarkhand, kien hemm jiċċirkolaw kemm dinari kif ukoll dirhams. Iċ-ċaqliqa minn sistema monetarja ta’ metall wieħed għal żewġ metalli, u ċ-ċirkolazzjoni kbira ta’ muniti tad-deheb, jispjegaw in-natura tal-kambjala orjentali, jiġifieri s-suftadja. Meta l-Għarab kienu jinnegozjaw, biex spiċċaw iħallsu? Il-kontijiet ta’ negozji importanti kienu jsiru kullimkien f ’dinari. Id-dinar ‘kanoniku’, li kien jiżen 4.25 grammi, kien meqjus bħala munita legali fid-dinja Iżlamika, u ma nbidilx għal ħafna sekli. Iżda, minħabba li
z-zekki rari kienu jipproduċu dinari li verament kienu jkunu tal-piż legali, in-negozjanti kellhom id-drawwa li jiżnu l-muniti huma stess. Ħafna kuntratti li jsemmu tranżazzjonijiet kummerċjali jużaw espressjonijiet bħal dinar wazin, ta’ piż legali, miżgħun, meqjus, eċċ. Id-differenza bejn il-muniti tad-deheb kważi dejjem kienet tkun waħda konsiderevoli. Id-dinari maħdumin fid-diversi pajjiżi, jew maħruġin minn renjanti wara xulxin tal-istess dinastija, kellhom ismijiet u piżijiet, ferm differenti minn xulxin. Fi tmiem is-Seklu Ħdax, dinar tal-Almoravides kien jiswa daqs 2.58 jew 2.66 dinari żvalutati ta’ al-Mahdija. U dinar Eġizzjan tal-Fatamids kien jiswa 2.8. F’kull pajjiż, il-muniti maħruġin mill-gvern kienu jitqiesu mezz legali ta’
ħlas, għax il-kunċett ta’ ‘kull pajjiż għandu l-munita tiegħu’ kien diġà ġie milqugħ kullimkien. Madankollu il-ħajja ekonomika, jew f ’dan il-kuntest, forsi aħjar ‘monetarja’, talpajjiżi Musulmani kollha madwar il-Mediterran kellha bħala karatteristika ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ għadd u varjetà enormi ta’ muniti maħruġin minn rejiet mejta, jew muniti minn pajjiżi oħra. Din il-varjetà rikka ta’ flus, ċjoè l-faċilità li wieħed seta’ jakkwista flus ta’ pajjiżi oħra fil-bliet il-kbar kollha, kien element tipiku tal-ħajja monetarja tal-pajjiżi Iżlamiċi fi żmien il-kaliffi Abbasid u l-Kruċjati, u fil-fehma tiegħi, jagħżilhom bis-sħiħ mill-pajjiżi Ewropej. Din iċ-ċirkolazzjoni rikka u varjata tgħinna nifhmu aħjar il-karatteristiċi essenzjali tas-suftadja.
20
31.05.2020
kullhadd.com
FREDRICK MALLIA
L-HENA TIEGĦU JDOQQ MUŻIKA FOLKLORISTIKA BIL-KITARRA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
“Qatt ma kienet tagħmel bija l-mużika elettronika li wara ftit xhur tintnesa minn kulħadd. Il-mużika tradizzjonali Maltija hija mħallta ma’ dik Taljana u Spanjola u tan-naħa tal-Marokk u l-Libja. Għalija huma l-uniċi melodiji li ma jmutu qatt u li ilhom jeżistu mijiet ta’ snin. L-aktar ħaġa li taffaxxinani hija li meta niltaqa’ biex indoqq ma’ sħabi f ’dak il-kwiet u f ’dik il-ħemda, tisma’ dawk il-melodiji sbieħ tal-bużnanniet tagħna u tan-nanniet li tant kienu japprezzaw,” stqarr miegħi Fredrick. Fil-bidu li beda jinteressa ruħu f ’din it-tip ta’ mużika, darba fost l-oħrajn ċertu wieħed Toni li kien idoqq prim, kien wera lil Fredrick passaġġ ta’ melodija u fi ftit ħin tgħallmu kollu. Ħallejt f ’idejh sabiex jispjegali x’differenza hemm bejn prim u ritmu. “Bejn prim u ritmu d-differenza hija din. Ir-ritmu jkun fil-ġenb - tnejn fil-ġenb, fuq dak ir-ritmu tibda ddoqq il-melodija u kemm hu kapaċi jivvinta daqq il-prim. Il-prim dejjem aħjar mir-ritmu. Fil-fatt l-irwol tal-prim huwa Irid ikollok widna u ritmu li jintona l-kitarra kemm irid mill-aħjar biex toħroġ huwa stess u jekk humiex għolil-kwalità fid-daqq jin fl-intunar jew baxxi fl-inTa’ min jgħid li l-mużika li tunar. jispeċjalizza fiha hija mużika folkloristika bil-kitarra. Din Jitgħallem idoqq minn żewġ tikkumplimenta ħafna d-daqq persuni li kien sab f ’ħanut tal-għana Malti. “Mil-lenti tax-xorb tiegħi huwa stil uniku għaliex l-ikkurdar huwa differenti Fil-fatt lil dan Toni, Fredrick minn folklor ieħor. Irrid ikol- kien għoġbu ħafna, għalhekk lok widna u ritmu mill-aħjar tefa’ aktar attenzjoni fuqu u biex toħroġ il-kwalità fid-daqq. beda jieħdu d-dar tiegħu ta’ Trid iddoqq mill-qalb biex kuljum. Wara tliet xhur qabad b’hekk fid-daqq ikollok pass- it-triq biex wasal fejn wasal joni ta’ spjegazzjoni ta’ daqq. il-lum. Ħallejt f ’idejh sabiex Ngħid għalija dejjem hekk pru- jelabora aktar. “Kont immur vajt nagħmel, anke meta kont fil-klabb tal-boċċi f ’Tal-Pietà għaddej minn żmien diffiċli. b’tal-linja kuljum, xemx u xita. Fil-fatt meta tlift lil missieri, L-importanti li nisma’ d-daqq kont bqajt indoqq għalih biex tal-kitarra. Kont għamilt ħbieb nibqa’ nagħti l-mija fil-mija ma’ Toni u Salvu li ndunaw li ta’ dak kollu li ndoqq,” beda napprezza d-daqq tagħhom. Fil-bidu wrewni ritmu li nista’ jgħidli. Konxja mill-fatt li mhux ngħid l-aktar ħaġa iebsa li sibt, daqstant normali għal bħalma jgħidu l-bidu kollu ieżagħżugħ li tinteressah mużi- bes. Wara ftit żmien Toni kien ka folkloristika, għax aktar normalment isegwu mużika qalli biex nara nagħmilx dan tal-mument, bla ma ridt kelli il-passaġġ ta’ melodija u tbisnistaqsih x’jaffaxxinah eżatta- simli. Kont prattikajtu u għamment fil-mużika tradizzjonali. iltu u minn wieħed ġew tnejn. Il-mużika minn dejjem tferraħ lill-bniedem li kapaċi japprezzaha. Kif nafu hawn diversi tipi ta’ mużika madwar id-dinja. Kull mużika toffri l-melodija differenti tagħha, u kull bniedem għandu gosti differenti. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li l-hena tiegħu jdoqq mużika folkloristika bil-kitarra. Forsi mhux daqstant żgħażagħ japprezzaw din it-tip ta’ mużika, u b’hekk il-baqra tinbiegħ kollha. Qed nirreferi għal Fredrick Mallia. Għandu 32 sena, joqgħod in-Naxxar u huwa propjetarju ta’ tliet ħwienet. Bħala passatempi għandu għal qalbu l-kitarra u ż-żwiemel. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala sensittiv ħafna, xi drabi nervuż, imma jipprova jifhem lil kulħadd. Fredrick beda jdoqq il-kitarra minn mindu kellu 14-il sena. Mistoqsi għaliex tħajjar għall-kitarra u mhux xi strument ieħor, jgħid li fl-opinjoni tiegħu hija strument infinit – ma tispiċċa qatt u minn dejjem affaxxinatu.
Toni kien stedinni mmur id-dar tiegħu fejn hemm seta’ jagħtini aktar ħin. Kont immur kuljum fejn minn żewġ melodiji ġibnihom 50 u 60 melodija differenti. Kien urieni wkoll daqq funebri, daqq ferrieħi u ħafna aktar. Toni għeni wkoll biex nieħu sehem f ’serati tal-għana kbar, fejn kien ipoġġi lili prim u lil Toni jagħmilli ritmu bi ħsieb wieħed biss li jarani nikber fiddaqq tal-għana u dejjem imbuttani ’l quddiem. Illum il-ġurnata nixtieq nirringrazzjah, imma sfortunatament m’għadux magħna.” Fredrick qalli wkoll li fiddaqq tal-folklor Malti, normalment ikunu tliet mużiċisti, tnejn fil-ġenb u wieħed fin-nofs. Tal-ġnub jagħmlu ritmu u tannofs idoqq prim u li jagħmel melodiji. Ridt inkun naf jekk dawn humiex xi regoli f ’dan it-tip ta’ daqq. Fil-fatt stqarr miegħi li minn meta ivvintaw id-daqq tal-għana fil-passat kien jindaqq biż-żaqq u t-trampolin u ż-żavżav, imma d-daqq biss kien tajjeb u għadek tisma’ dan it-tip ta’ daqq, imma mal-għannejja ma tantx imur, għalhekk kienu għamlu tliet kitarristi - tnejn ritmu u wieħed prim.
Fil-fatt in-namra ta’ Fredrick bdiet meta kif qalli fl-introduzzjoni kien imur il-klabb tal-boċċi tal-Pietà, fejn ta’ kull ġimgħa kien ikun hemm l-għana. Kien għamel ħbieb ma’ ċertu wieħed Salvu l-Kanadiż u Toni tal-ħwejjeġ li kienu jdoqqu ta’ kull filgħaxija f ’dan ilklabb. Għall-bidu kienu wrewh kif idoqq il-kitarra u għal xi xhur kien idoqq magħhom bla ritmu. B’hekk ridt nikkonferma jekk tgħallimx idoqq il-kitarra magħhom. “Iva magħhom, imbagħad maż-żmien għamilt aktar ħbieb li komplew jimbuttawni bħal Raymond Schembri li huwa l-aktar wieħed li daqq miegħi Malta u barra minn Malta bħala ritmu.” Il-mużika tradizzjonali
ħaditu jdur madwar id-dinja Ta’ min jgħid ukoll, li Fredrick kien daqq preludju għat-tenur Joseph Calleja ġewwa Frankfurt fejn ta spettaklu ta’ mużika tradizzjonali. Fil-fatt il-mużika tradizzjonali ħaditu jdur f ’diversi avvenimenti kemm f ’Malta, marbuta mal-għana fosthom l-Għana Fest u avvenimenti oħra fi rħula ma’ għannejja magħrufin, kif ukoll madwar id-dinja, fosthom l-Awstralja, u l-Italja. Ħallejt f ’idejh sabiex jaqsam xi mumenti ħelwin minn dawn l-esperjenzi kollha tiegħu. “Iva, daqqejt f ’opri u f ’avvenimenti oħra li qatt ma kont nobsor li ser insib ruħi fihom. Li qatt ma nista’ ninsa Malta għandi reputazzjoni ta-
Kont immur fil-klabb tal-boċċi f’Tal-Pietà b’tal-linja kuljum, xemx u xita. L-importanti li nisma’ d-daqq tal-kitarra. Kont għamilt ħbieb ma’ Toni u Salvu li ndunaw li napprezza d-daqq tagħhom
21
31.05.2020
kullhadd.com
jba ħafna mad-dilettanti kollha. Fl-Awstralja kont milqugħ tajjeb daqs Malta stmawni. Kien hemm ħafna mumenti li jġagħluni nitbissem. Pereżempju li kulħadd jistedinni għallbbq. Kien ikolli erbgħa jew ħamsa kuljum u nkun diġà kilt mill-ewwel wieħed. Allura kont nattendi l-oħrajn u ma niekol xejn u tarahom iddiżappuntati. Fl-Awstralja u fi Franfurt mort bil-kitarra biex inpoġġiha fl-opera house. Niftakar li qabel ma kont ser indoqq ġie security guard u ħa lili u l-kitarra ġo kamra wara ħafna kuruturi twal sakkar il-kitarra ġo kamra u baqa’ wara bieb biex ħadd ma jmiss il-kitarra. Dan l-episodju jġegħelni nitbissem ukoll. Fl-Italja kont tajt żewġ shows mill-isbaħ u qatt ma neħħejt minn moħħi dak iċ-ċapċip kollu tat-Taljani,” tbissem jgħidli Fredrick b’ċerta nostalġija fuqu. Apparti li Fredrick idoqq mużika folkloristika, huwa wkoll kapaċi jdoqq dik Naplitana. Fil-fatt spjegali li riedu jivvintaw xi ħaġa Maltija li tista’ tgħanniha, imma fuq stil Naplitan, għalhekk kien possibbli li joħloq melodija li tista’ titkanta fuq stil tal-għana Malti, imma
fuq bażi Naplitan. B’wiċċu minn quddiem, Fredrick jista’ jgħid li daqq ma’ diversi għannejja mill-kbir sażżgħir. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan il-fatt. “Daqqejt ma’ diversi għannejja. Fil-bidu ħadd ma jagħtik dak iċ-ċans li ddoqq ma’ għannejja ta’ kwalità bħal speċi trid tkun kapaċi u temmen fik innifsek. Darba fost l-oħrajn Charlie Mangion qalli biex indoqq f ’serata li kien ser jorganizza fejn l-għannejja kienu ta’ sikka kolora u t-tifel ta’ kolora u s-super star. Minn dik is-serata ma waqaftx indoqq ma’ għannejja kbar bħal Mabli, Rajsu, Budaj, u Kalċ.” Fredrick għandu wkoll ħolma li jixtieq iwettaqha, li jagħmel album tad-daqq tradizzjonali Malti fejn dak kollu li jirnexxilu jiġbor imur għal Puttinu. B’hekk interessajt ruħi nkun naf b’liema mod qed jirsisti fuqha din il-ħolma. “Iva, għandi xewqa li nagħmel album ma’ orkestra Maltija, fejn indoqq melodiji Maltin u li niġbru kollu jmur għal Puttinu. Din ix-xewqa li għad irrid inwettaq b’aktar għajnuna min-nies, minn xi orkestri u għajnuna tagħhom.
Naf biżżejjed, diġà tlift lillgħażiż missieri bil-marda talkanċer. B’hekk nixtieq nagħmel xi ħaġa għalihom dawn in-nies.” Fl-aħħar ta’ din l-intervista, Fredrick għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Iddaqq tal-għana Malti huwa wirt li l-Maltin u l-Għawdxin kollha ma jridux iħalluh jintilef.
Kien hemm ħafna mumenti li jġegħluni nitbissem. Pereżempju li kulħadd jistedinni għall-bbq. Kien ikolli erbgħa jew ħamsa kuljum u nkun diġà kilt mill-ewwel wieħed. Allura kont nattendi l-oħrajn u ma niekol xejn u tarahom iddiżappuntati.
22
31.05.2020
kullhadd.com
ID-DELIZZJU TAL-KANARIN GLOSTER MA’ VICTOR SCERRI Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Donnu li ż-żmien inbidel u d-delizzji naqsu xi ftit. Ma nafx hux żbaljat ngħid hekk. Imma m’għadekx tisma’ dak l-ammont ta’ żgħażagħ bħal qabel li għandhom delizzji. Illum il-midja soċjali tirbaħ xi ftit jew wisq. Għalkemm hawn ukoll biex ngħidu kollox. Victor Scerri min-Naxxar huwa magħruf għall-imħabba kbira li għandu għal għasfur partikolari li nħoloq mill-bniedem. Jien qatt ma kont naf li hemm dan ix-xogħol kollu xi jsir f ’delizzju bħal dan. Tkellimna miegħu u spikkat id-dedikazzjoni fih! Dan il-passtemp għalija huwa xi ħaġa li bdiet minn meta kont daqsxejn ta’ tifel. Niftakar meta kelli l-età ta’ 6 snin kelli l-ewwel għasfur; kien għasfur li dak iż-żmien kienu jistgħu jonsbu għalih u kien tahuli missieri. Minn hemm ’il quddiem ħajti ma nbidlet qatt u dejjem bqajt moħħni biss fl-għasafar. Nista’ ngħid li minn dak iżżmien sal-lum ma għaddietx ġurnata waħda li ma kellix għasafar id-dar u l-għasafar saru qishom parti mill-familja. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien minn fuqi iktar bdejt ninteressa ruħi fl-għasafar. Dejjem kelli għasafar ta’ kull kwalità meta mbagħad madwar 20 sena ilu ddeċidjet li nibda nnissel xi ħaġa jien u mill-ewwel mort għall-kanarini hekk imsejħa komuni. Għamilt ftit taż-żmien mhux ħażin innissel minnhom meta mbagħad wara żmien iddeċidejt li nibda nnissel xi ħaġa iktar ta’ preġju u interess, fejn imbagħad mort għall-kanarini li ngħidulhom tar-razza. Dan il-qasam irid iktar attennzjoni u dedikazzjoni u għażilt ir-razza tal-kanarin Gloster, jew kif hawn min isejjaħlu tat-toppu jew tal-frenża. Dan hu tip ta’ kanarin li ġie maħluq mill-bniedem ġewwa Gloucestershire fl-Ingilterra minn Mrs. Rogerson fejn imbagħad kompla jiżviluppah bl-għajnuna ta’ J.H.Madagan. Qed nitkellmu fuq is-snin 1919 u 1920. Dan il-kanarin Gloster jikkonsisti f ’żewġ għasafar differenti imma tal-istess razza. Dawk li nsejħulhom Corona u Consort li meta jiġu biex jitlaqqgħu jridu li bilfors ikunu wieħed Corona u ieħor Consort; irrelevanti liema jkun Corona jew Consort jekk hux raġel jew mara. L-ewwel ma ħsibt kien li jkolli
Dan il-passatemp dħalt għalih b’ruħi u b’ġismi għax huwa passatemp li jirrikjedi ħafna xogħol, spejjeż u fuq kollox sagrifiċċju. Nibda biex insemmi l-ħin li jeħodlok għax dan id-delizzju huwa maqsum f’żewġ partijiet differenti li huma żmien it-tnissil, breeding, li huwa żmien qasir ta’ mhux iktar minn ħames xhur u ż-żmien l-ieħor outside breeding season kamra diċenti u spazjuża u fejn jien stajt nibni batterija ta’ gaġeġ kif ikun xieraq u b’kulma jkun hemm bżonn. F’din il-karma armajt sett ta’ gaġeġ li jammontaw għal 52 li kollha jinqasmu fi tnejn u hekk jiġu 104 b’żewġ guvi kbar fejn ikunu jistgħu jiġu mitluqa l-frieħ li jien jirnexxili nnissel ta’ kull sena. Dan il-passatemp dħalt għalih b’ruħi u b’ġismi għax huwa passatemp li jirrikjedi ħafna xogħol, spejjeż u fuq kollox sagrifiċċju. Nibda biex insemmi l-ħin li jeħodlok għax dan id-delizzju huwa maqsum f ’żewġ partijiet differenti li huma żmien it-tnissil, breeding, li huwa żmien qasir ta’ mhux iktar minn ħames xhur u ż-żmien l-ieħor outside breeding season. Nibda sabiex insemmi żmien it-tnissil li jirrikjedi sagrifiċċju u stress kbir għax trid tgħaġġel il-proċess kemm
tista’ bl-akbar ħila u kapaċità u bl-inqas intoppi li dejjem jinqalgħu f ’dan iż-żmien. Uħud mis-sagrifiċċji huma li trid tqum kmieni ta’ kuljum. Ma tistax tħalli f ’idejn ħaddieħor. Trid tkun taf eżatt x’qed tagħmel minn kull att, il-bqija aktarx jinqalgħu intoppi agħar u meta jiġri hekk fi żmien it-tnissil ikun kruċjali u ftit hemm ċans li ssib tarf tagħhom. Trid tagħżel liema għasafar ser tuża biex tnissel minnhom, kif ser tlaqqagħhom mara u raġel, għax għalkemm tkun ilek għaddej b’dan il-proċess xorta waħda l-affarijiet ma jkunux daqshekk faċli għal ċerti affarijiet. Hemm affarijiet li huma faċli biex ngħid kollox. Eżempju biex jingħażel minn mara għal raġel huwa faċli ħafna għax meta jkollok xi ftit esperjenza dan tagħżlu mad-daqqa t’għajn mill-kulur tar-rixa. Proċess ieħor li huwa
mitlub fi żmien it-tnissil huwa l-programm ta’ dawl li ttawwal il-ġurnata għal 14-il siegħa biex l-għasfur jigi f ’dik li nsejħulha ‘breeding condition’. Hemm imbagħad wieħed jibda jara li l-irġiel iżidu ħafna fl-għana u n-nisa jibdew jiġru b’kull ħaġa li jsibu mal-art f ’ħalqhom. Ikun fihom għaxqa! Meta nara li l-kanarini qegħdin f ’kundizzjoni tajba kif semmejt, hemm inkun nista’ nlaqqa’ mara ma’ raġel biex jibda l-proċess ta’ tnissil. Wara ġimgħa mitluqin ġewwa gaġġa flimkien nagħmlilhom il-bejta u nagħtihom materjal apposta biex il-mara tibni l-bejta bih. Ilmara kapaċi tibni l-bejta f ’ħin qasir ta’ 30 minuta. Meta tlesti l-bejta tibda ssejjaħ lir-raġel biex hu jberikha u hemm jibda s-sabiħ tal-breeding. Aktarx li mara, ħamest ijiem wara li r-raġel
iberikha hija tbid l-ewwel bajda tagħha. Hemm imbagħad tibqa’ tbid waħda kuljum ġeneralment erba’ bajdiet, imma ħames u sitt bajdiet mhumiex eċċezzjoni. Kull bajda li tbid neħodhielha u nerfagħha f ’kaxxa apposta fuq ftit dqiq u minflokha nagħmlilha dik li nsejħulha dummy egg. Meta mbagħad tbid erba’ bajdiet nibdel id-dummies ma’ dawk tajbin u wara sitt ijiem niċċekkja jekk ikunux fertili b’torch apposta. Imbagħad wara 13-il ġurnata dejjem jekk ikunu fertili, ifaqqsu f ’ħin ta’ 20 minuta. Wara żmien it-tnissil jibda żmien ieħor sabiħ, żmien li jibda t-tibdil tar-rix. Dan huwa proċess li jieħu bejn wieħed u ieħor ittliet xhur tas-sajf. Hawn il-kanarini jkunu ħafna stressjati u anke bid-deni fejn iridu attenzjoni partikolari għax jaħkimhom ħafna mard, u xi ħaġa oħra li tkiddhom hija s-sħana tas-sajf. Fix-xitwa l-kanarin ikun b’saħħtu iktar għalkemm l-umdità hija ħażina ħafna għalih u għalhekk xi drabi nuża dehumidifier. Wara li jkunu lesti mit-tibdil, jiġifieri għallaħħar ta’ Settembru, wieħed jibda jagħżel dawk li jkun ser iżomm għalih u dawk li jkun ser ineħħi (surplus). Apparti hekk nibda nwarrab ukoll dawk li naħseb li ser ikunu jippromettu għax ikun wasal ukoll żmien il-wirjiet. Dan iż-żmien għalija huwa ta’ sodifazzjon kbir għax inkun naf kemm kont kapaċi nnissel għasafar kompetittivi u tajbin. Niltaqa’ wkoll ma’ ħafna nies dilettanti u anke ma’ ġurija barranija li jiġu hawn Malta apposta biex jiġġudikaw. Meta niġi biex nagħżel l-għasafar li nkun ser inżomm għalija hemm żewġ kwalitajiet, hemm dak li nsejħulu ‘show bird’ u hemm dak li nsejħulu ‘stock bird’. Hawn imbagħad irrid nara liema linja nixtieq jekk hux tal-Corona jew Consort, biċċa xogħol iebsa u krepattiva ħafna li teħodli naqra żmien mhux ħażin u attenzjoni kbira għaliex żball ma jkunx sabiħ wisq. Wara li dan il-proċess ikun lest, ikolli l-għasafar li nkun ser intella’ għall-wirja, u li ser inżomm għalija jkunu kollha f ’gaġeġ separati fejn bejn wieħed u ieħor ikolli bejn 80 u 90 għasfur kulħadd għalih waħdu. Wasal issa żmien il-wirjiet fejn nibda nipprepara l-għasafar tiegħi għall-wirja. Jirrikjedi xogħol importanti fejn tidħol attenzjoni
23
31.05.2020
kullhadd.com
speċjali fuq il-ħasil tal-għasafar. Apparti li l-ħasil huwa importanti s-sena kollha, f ’dan iż-żmien ikun iżjed għaliex kif jgħidu l-ewwel li ma tiekol l-għajn. F’dan iż-żmien l-għasafar iridu jinħaslu kuljum. Saħansitra għandi banjijiet apposta jiddendlu fuq barra ta’ kull gaġġa biex l-għasfur joħroġ jinħasel waħdu. Meta jkun hemm xi għasfur li ma jinħasilx, dan bilfors trid taħslu int, xi ħaġa li ma tantx inħobb nagħmel għaliex huwa żmien delikat u ma niħux gost naqbad l-għasfur b’idi. Imma jkollok tagħmel li ma tridx! Tasal il-ġurnata tal-wirja u l-prepara-
menti jibdew minn filgħodu apparti li nkun ilni għaddej imma dik il-ġurnata nibda minn filgħodu għaliex meta ttella’ 40 għasfur għall-wirja mhix ċajta. Mal-11 ta’ filgħodu nibda nagħmel l-għasfar fix-show cage. Dawn ikunu gaġeġ apposta li jridu bilfors ikunu ta’ kull kompetitur fl-istess għamla u anke fil-kulur taż-żebgħa. Meta l-għasafar kollha jitpoġġew filgaġeġ u nwaħħlu fuqhom label mogħtija lilna mill-klabb, nagħmilhom ġo basktijiet magħmulin apposta li jesgħu sitt gaġeġ kull basket u hemm nerħilha għall-wirja fejn imbagħad l-għada jibda
t-taqtigħ tal-qalb waqt il-ġudikatura tal-għasafar. Sa issa nista ngħid li dejjem kelli riżultati tajbin fil-wirjiet lokali u anki meta kkompetejt barra minn Malta ksibt riżultati tajbin. Kelli anke x-xorti li ġejt mistieden minn klabb fl-Ingilterra sabiex nitla’ għat-tieni l-ikbar wirja fl-Ingilterra li ssir ġewwa Hull, Humberside fejn kien hemm xejn inqas minn 800 għasfur taħt saqaf wieħed kolla ta’ razza waħda bħal din li nrabbi jien. Jekk il-bambin irid qed nistenna wkoll konferma minn klabbs barranin sabiex nerġa’ mmur barra minn xtutna
bħala membru tal-ġurija. L-appell tiegħi lil min jixtieq jibda dan id-delizzju, huwa biex ma taqtgħux qalbkom. Illum hawn ħafna klabbs kemm dawk li jispeċjalizzaw f ’għasfur wieħed u kemm dawk li jispeċjalizzaw fl-għasafar kollha. Isiru bosta lectures u laqgħat ta’ informazzjoni u anke fuq il-midja soċjali ssib ħafna informazzjoni. F’Malta għandna żewġ klabbs li jispeċjalizzaw fl-għasafar kollha li huma l-Bird Breeders Association u l-Malta Cage Birds Association. Imbagħad għandna klabbs li jispeċjalizzaw f ’għasfur wieħed li huma
l-Malta Gloster Breeders Society, l-Assoċjazzjoni Kanarini tal-Kulur Malta u nsibu wkoll is-Song Birds Association Malta li jispeċjalizzaw fl-għasafar tal-għana. Hemm ukoll il-Gozo Bird Breeders Society. Jiena noffri wkoll l-għajnuna tiegħi lil kull min jixtieq xi informazzjoni jew tagħrif billi jikkuntattjani fuq Facebook. Xi ħaġa li xtaqt inħalli għallaħħar u li ħafna nies igergru dwarha hija l-ftit spejjeż li fih dan id-delizzju. Nemmen li fih l-ispejjeż veru, imma ħdejn il-gost u l-ferħ li jagħtik, l-ispejjeż ma huma xejn!
24
31.05.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
IL-KANONKU FORTUNATO PANZAVECCHIA 1797-1850 RAĠEL TA’ KULTURA U QADDEJ TAL-PATRIJA Reċensjoni tal-Prof. Arnold Cassola Bis-saħħa tal-ħidma tar-riċekatur David Agius Muscat, l-istudjużi issa għandhom f ’idejhom studju li jiswa mitqlu deheb għalkemm fih tagħrif mhux biss fuq min kien u x’għamel il-Kanonku Fortunato Panzavecchia – wieħed mil-letterati ewlenin u minsija ta’ pajjiżna tal-ewwel nofs tas-seklu 19 – imma wkoll għal kif kienet is-soċjetà Maltija ta’ pajjiżna ta’ dak iż-żmien. L-awtur għamel hekk billi stħarreġ il-manuskritti kollha ta’ Panzavecchia – mal-40,000 paġna (in-numru 200,000 f ’paġna xxxii huwa żball ġenwin). Dawn il-manuskritti jinsabu fil-Fondo Panzavecchia fl-Arkivju tal-Katidral ta’ Malta, l-Imdina. Barra r-rikkezza tal-materjal mislut mill-manuskritti, Agius Muscat stħarreġ ukoll bosta ġurnali rari li jinsabu Malta u barra. Ir-riżultat aħħari huwa ktieb ta’ 360 paġna li jipprovdi lill-qarrej minjiera ta’ tagħrif fuq l-istorja ta’ lsienna, is-sitwazzjoni edukattiva ta’ gżiritna tal-ewwel nofs tas-seklu, u wkoll għadd ta’ intuwizzjonijiet oħra li jfissru l-qagħda storika u kulturali ta’ dak iż-żmien. Fortunato Panzavecchia, qarib ilMons. Ignazio Panzavecchia, li kien il-fundatur tal-Partit Nazzjonalista, kien bnieden eklettiku: kien qassis, avukat, kittieb u wkoll edukatur ewlieni. Fl-1834 l-Ingliżi ħatruh il-President tal-Iskejjel Normali tal-Kottonera u kien il-moħħ ewlieni biex titwaqqaf din l-istituzzjoni edukattiva għat-tfal
il-foqra tal-inħawi. Għaxar snin wara, l-Ingliżi għamluh l-ewwel direttur tal-Iskejjel Primarji tal-Gvern ta’ Malta u Għawdex bil-ħsieb li jispezzjonahom u jikteb rapport fuqhom. Fost il-ħidmiet li għamel b’risq l-edukazzjoni popolari tat-tfal Maltin tul dan iż-żmien huwa ppubblika grammatika importanti tal-Malti flimkien ma’ diversi kotba għat-tfal. Uħud minnhom ħariġhom bil-Malti u bit-Taljan f ’daqqa. F’dan iż-żmien ukoll, Panzavecchia kien ħejja abbozz ta’ ktieb tal-ġeometrija bil-Malti u bit-Taljan u li Agius Muscat jagħtina r-referenza ta’ dan il-manuskritt uniku. L-interessi ta’ Panzavecchia kienu jmorru lil hinn minn dawk marbu-
tin mat-tagħlim biss. Fil-manuskritti tiegħu bl-isem Dizionario Enciclipedico huwa ġabar f ’ordni alfabetika informazzjoni li hu kien iħoss importanti. Insibu tagħrif fuq Malta u madwarha u tagħrif ukoll fuqu nnifsu u fuq ħbiebu. Barra dan Agius Muscat jirreferina għal qwiel, aneddoti, ċajt u għanjiet antiki bil-Malti li Panzavecchia kien jaf jew li ġabar mingħand in-nies. Barra għadd ta’ poeżiji bit-Taljan, in-noti awtobijografiċi tiegħu joħorġu l-aspett uman (u fallibbli!) ta’ raġel letterat. Waqt li faħħar nies li kien jistħoqqilhom it-tifħir tiegħu, huwa għamel lista ta’ dawk li rahom aktar bħala għedewwa tiegħu. Hija biss b’kumbinazzjoni li dawk li hu kien l-aktar iqishom bħala ħbieb ma kinux kollegi reliġjużi? Il-kollezzjoni tal-manuskritti ta’ Panzavecchia hija importanti wkoll minħabba li titfa’ dawl fuq l-istorja tal-ġurnali Maltin tal-bidu. Il-ktieb ta’ Agius Muscat jurina li l-uniċi żewġ kopji ta’ wieħed mill-eqdem ġurnali Maltin, Brighella (1838), jinsabu barra minn Malta – wieħed fl-Arkivju Sigriet tal-Vatikan u l-ieħor fil-British Library (il-kopji li kienu l-Biblijoteka Nazzjonali ta’ Malta sparixxew!). Jgħidilna wkoll li dan il-ġurnal ma kienx xogħol Dun Ġużepp Zammit, imlaqqam Brighella, hekk kif kienu jaħsbu r-riċerkaturi sallum, imma kien xogħol Panzavecchia. L-awtur jirreferina għall-verżjonijiet manuskritti ta’ dawn iż-żewġ kopji miktubin minn idejn Panzavecchia. Fil-fatt Panzavecchia kien beda jikteb il-ġurnali qabel ma l-ġurnali
kienu qed jiġu ppubblikati regolarment. L-ewwel żewġ ġurnali magħrufa tiegħu, li jeżistu biss bħala manuskritti, huma Il Gazzettiere u Il Notiziere – l-ewwel wieħed miktub fl-1819 u magħmul l-aktar minn aħbarijiet internazzjonali meħudin minn ġurnali barranin, u t-tieni wieħed miktub bejn l-1830 u l-1834 u magħmul l-iktar minn artikli fuq avvenimenti barranin u Maltin u wkoll xi bijografiji ta’ nies Maltin, fosthom Giorgio Fiteni, Cleardo Naudi, Vincenzo de Domenico u Federico Muscat. Barra l-ġurnali li ħareġ jew li kkontribwixxa fihom, fosthom Lo Spettatore Imparziale (1838, l-ewwel ġurnal politiku Malti qabel il-libertà tal-istampa), u L’Omnibus di Malta (1845), Panzavecchia kien ukoll l-awtur ta’ ktieb importanti fuq l-istorja ta’ pajjiżna, L’Ultimo Periodo della Storia di Malta sotto il Governo Gerosolimitano (1835), pubblikazzjonijiet ta’ bixra legali u oħrajn fuq ilMalti. Ix-xogħol ta’ Agius Muscat jitqies bħala kontribuzzjoni importanti fil-qasam tal-istudji marbutin ma’ pajjiżna u għandu jitiqies bħala wieħed “obbligatorju” għall-kolletturi kollha tal-Melitensia. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ pubblikazzjonijiet rari Maltin li l-awtur jirreferi għalihom, huwa jirringrazzja fost l-oħrajn l-għajnuna tal-Prof. William Zammit u ta’ Dr Albert Ganado. L-istudjużi tal-Melitensia huma dejjem rikonoxxenti lejn il-ġenerożità tagħhom biex huma jkunu jistgħu jaċċessaw materjal uniku miżmum fil-kollezzjonijiet privati tagħhom.
Mistoqsija: Kemm fihom paġni l-manuskritti kollha ta’ Panzavecchia? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-KANONKU FORTUNATO PANZAVECCHIA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 7 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba ĠOJJELL huwa: B. DALLI DECESARE - MQABBA
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
04
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il applikazzjoni ġiet approvata għall-użu mediċinali tal-kannabis? Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
kullhadd.com
ĦAJJA DOPPJA
Passiġġata ta’ żewġ namrati viċin ix-Xmara Hudson, fi New Jersey inbidlet f ’lejla ta’ orrur meta hi lemħet dak li deher qisu pakkett goff imgeżwer fil-gazzetti u mrażżan bl-ispag ħdejn l-ilma. Għelbitha l-kurżità biex tara x’kien u b’xokk kbir skoprew li kienet il-parti ta’ fuq ta’ katavru ta’ mara. Minn dakinhar, il-5 ta’ Settembru 1913, bdiet tfittxija intensiva biex jinstab il-kumplament ta’ dik li bdiet titqies il-vittma ta’ delitt waħxi. Jumejn wara u ftit ’il bogħod minn fejn instab l-ewwel pakkett, raġel lemaħ dik li kellha tkun il-parti t’isfel ta’ katavru. Meta s-sejba ttieħdet fil-kamra mortwarja ta’ Hoboken u tqiegħdet maġenb l-ewwel sejba ġie konkluż li kienu jappartjenu għall-istess vittma. Fil-ġranet ta’ wara nstabu d-dirgħajn u r-riġlejn, għalkemm ras il-vittma baqgħet ma nstabitx. Ġaladarba dan il-katavru kien tkebbeb f ’gazzetti li jiġu stampati fi New York, l-awtoritajiet raw li jkun aħjar jekk il-każ jgħaddi f ’idejn il-pulizija ta’ dak id-distrett. Għaldaqstant, l-investigazzjoni għaddiet f ’idejn l-Ispettur Faurot li beda billi ċċirkola deskrizzjoni tal-vittma fl-eventwalità li kienet mara diġà rrappurtata nieqsa. Il-fatti li fuq spallitha sabulha tebgħa fil-ġilda (birth mark) u li l-imsejkna kellha tqala avvanzata għenu ħafna sabiex tiġi identifikata. Anne Hirt, xebba li kienet taħdem bħala seftura fil-Knisja ta’ St. Boniface ta’ New York, talbet sabiex titkellem mal-Ispettur Faurot wara li rat l-avviż tal-pulizija fil-gazzetta. Hija qaltlu li kienet imħassba dwar ħabiba jisimha Anna Aumuller għax kienet ilha jiem sħaħ ma tisma’ b’aħbarha. L-aħħar li kienet ratha tatha x’tifhem li tqila u taf fiż-żgur li kellha tebgħa fuq spallitha. Biex ikun ċert, l-Ispettur xtaqha tara l-marka fuq il-ġilda biex tikkon-
fit-triq it-tajba kienu sikkina li tqatta’ l-laħam, serrieq u ritratti ta’ Anna Aumuller imqattgħin. Innutaw li xi ħadd ħasel partijiet mill-ħajt bil-bleach. Meta flew bir-reqqa l-kamra tal-banju ċkejkna sabu frak tal-għadam fl-art. L-ispettur staqsa lil Anne Hint kinitx taf lil ċertu Hans Schmidt, li kera l-appartament f ’ismu. Hija qaltlu li kulħadd kien jafu lil Father Hans Schmidt meta kien jagħmel xogħol pastorali f ’St. Boniface. Ħadem fil-parroċċa fl-istess żmien li kienet taħdem hemm Anna Aumuller imma mbagħad telaq f ’parroċċa oħra, St Joseph. Min kien Father Hans Schmidt?
Father Hans Schmidt Bla telf ta’ ħin, Faurot u fermalu kinitx hi jew le. Meta wrewha l-katavru, Anne Hirt tat l-għajjutanti tiegħu ġrew lejn b’rasha fl-affermattiv qabel ik- dan l-appartament, ħabbtu u meta ma fetħilhom ħadd tefkrollat mal-art b’ħass ħażin. għu l-bieb ġewwa. Il-post kien jidher li abitat għax sabu ħwejjMin kienet il-vittma? eġ femminili. L-interess kiber Anna Aumuller kienet xebba meta sabu xi ħwejjeġ tat-trabi. ta’ ftit aktar minn 20 sena li F’kexxun sabu kuntratt tal-kera kienet emigrat mill-Ġermanja għall-istess appartament f ’isem lejn l-Istati Uniti tal-Amerka xi Hans Schmidt. Sejbiet oħra li tefgħuhom ħames snin qabel ma’ ommha u missierha. Il-ġenituri mietu u hi spiċċat waħedha, għaddiet minn perjodu ta’ solitudni kbira. Qabdet taħdem fil-Knisja ta’ St. Boniface fejn saret taf lil Anne Hirt. Fl-aħħar xhur Anna Aumuller kienet inbidlet u dehret kuntenta. Stqarret ma’ ħabibitha li saret tħobb pittur u kienu se jiżżewġu imma ma qaltilha xejn aktar għajr l-indirizz tal-appartament ġdid fejn marret toqgħod - 68, Broadhurst Avenue, New York.
Għelbitha l-kurżità biex tara x’kien u b’xokk kbir skoprew li kienet il-parti ta’ fuq ta’ katavru ta’ mara. Minn dakinhar, il-5 ta’ Settembru 1913, bdiet tfittxija intensiva biex jinstab il-kumplament ta’ dik li bdiet titqies il-vittma ta’ delitt waħxi
Kien raġel attraenti ta’ 32 sena li wasal l-Amerka mill-Ġermanja fl-1909 u l-ewwel postazzjoni tiegħu kienet fil-Knisja ta’ St. Francis ta’ Trenton, New Jersey. Ma tantx dam hemm u telaq lejn New York fl-istess żmien li bdiet tiġri xniegħa li kien sar tbagħbis ta’ fondi tal-knisja. L-Ispettur Faurot mar St. Joseph biex jitkellem ma’ Schmidt. Father Hans Schmidt ċaħad li kien jaf lil Anna Aumuller aħseb u ara kemm kellu x’jaqsam mattmiem traġiku tagħha. Bil-kalma kollha, Faurot ħareġ il-kuntratt tal-kera mill-but u poġġihulu quddiem wiċċu. Hawnhekk, Schmidt ammetta li kien jafha għax kien għenha fi żmien
Anna Aumuller
25
31.05.2020
Kitba ta’ MARY CHETCUTI
diffiċli f ’ħajjitha u xejn aktar. Għall-mument, Faurot aċċetta r-risposta tiegħu avolja ma kienet konvinċenti xejn. L-ispettur tal-pulizija għamel riċerka ddettaljata sabiex ikollu profil ta’ dan il-qassis Kattoliku. Faurot sab li fl-1907 Hans Schmidt kien tkeċċa mis-Seminjaru ta’ Mainz fil-Ġermanja wara li kien iffalsifika dokumenti biex jagħmilha ta’ kappillan fir-raħal ta’ Burgel. L-apparenzi jqarrqu; Hans Schmidt kien jagħti l-impressjoni ta’ bniedem qed jaqdi missjoni reliġjuża filwaqt li kellu ħajja doppja, ħajja ta’ ingann. Il-pulizija interrogatu għal ħinijiet twal sakemm ammetta li kellu relazzjoni intima ma’ Anna Aumuller. Meta staqsewh għalfejn qatilha hu rrisponda li kien qiegħed sempliċiment jobdi l-ordnijiet ta’ Santa Eliżabetta tal-Ungerija li talbitu sagrifiċċju tad-demm. Lil Faurot qallu li kien saħansitra xorob ftit minn demmha. L-ispettur induna li Father Hans Schmidt kien raġel makakk u kien qed jipprova jgħaddi lilu nnifsu bħala miġnun. Schmidt stqarr li r-relazzjoni bejnu u bejn Anna bdiet meta t-tnejn kienu jaħdmu f ’St. Boniface u kompliet anki meta hu telaq minn hemm. Meta saret taf li kienet tqila hu serrħilha rasha li ried jiżżewwiġha. Fis-26 ta’ Frar 1913, Father Hans Schmidt u Anna Aumuller ingħaqdu fi żwieġ uffiċjalizzat minnu stess. Meta mistoqsi għalfejn wettaq ċerimonja taħt kull aspett illegali, hu wieġeb li biha kien ċert li Anna ma tirrappurtahx. Ħareġ ovvju li Father Hans Schmidt wettaq qtil premeditat. Hu ried jeħles minn Anna Aumuller biex jagħlqilha ħalqha u qattagħha biċċiet bil-ħsieb li l-katavru ma jiġi identifikat qatt. Faurot akkużah formalment bil-qtil brutali u żmembrament tal-vittma. Wara l-istqarrija li ta, Schmidt ittieħed f ’The Tombs Prison ta’ New York fejn kiel ikla tajba u raqad trankwill. Father Hans Schmidt għadda ġuri darbtejn wara li l-ewwel verdett baqa’ inkonklussiv. Schmidt kien jaf jirreċta l-parti tal-miġnun tajjeb ferm u l-ġurati tħawdu. Fit-tieni ġuri nstab ħati tal-akkużi kollha li nġiebu kontrih. Ingħata sentenza talmewt u appellaha. Tilef l-appell u fit-18 ta’ Frar 1916, Father Hans Schmidt miet fuq is-siġġu tal-elettriku. Sal-lum jibqa’ l-uniku qassis li ngħata l-mewt fl-Istati Uniti.
26
31.05.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
31.05.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 331
A. CASSAR - MOSTA
Bi 3 Numri 081 147 185 250 299 314 380 413 415 500 516 533
579 580 657 802 811 826 834 856 857 998 B’4 Numri 0090
0286 0658 0795 1586 2183 2580 2628 2676 3451 4051 4211 4958 5054
5312 6258 6358 7277 7361 8099 8588 9089 9262 9472 9595 9857
B’5 Numri 26708 26978 47916 56698 90773 92164 B’6 Numri 288886 879919 B’7 Numri
0683249 0686612 5391184 9788286 B’9 Numri 887690104 978929699 B’10 Numri 2113003095 6896875850
Mimdudin: 1. Kompli l-qawl: F’Jannar il-....... ġidra agħtiha lill-ħmar (5) 4. Jintuża fil-ksur tal-għadam (4) 7,9,11. Fihom ipoġġuna wara li mmutu (7) 9. Ara 7 10. Kantanti dawn (6) 12. Kewkba? (6) 16,18,19. Bis-sadid (8) 18. Ara 16 19. Ara 16
20. 21. 23. 24.
Ħallelin tas-sigrieti (5) Jaqa’ fil-karti tal-logħob (3) Tagħmel frott żgħir u jtebba’ ħafna (4) Basal tal-fjuri selvaġġ (5)
3. Ara 2 5. Ara 2 6,12W. Kemm-il darba (5) 8. Tatha l-ħajja (9) 11. Ara 7 12. Ara 6 13. Ingrid Agius Portelli (1,1,1) 14. Ditta famuża tal-ħwejjeġ (6) 15 Kap tal-ġurnal (6) Weqfin: Sikkina? (3) 1. Naħżnu l-ilma 17. 21. Nimxu fuqha (3) fihom (6) Jista’ jkun 2,3,5. Isir fuq il-mezzi 22. elettroniku (3) tax-xandir (9)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Anard, 4.Kowt, 7,9.Ittra, 10.Nemu- 1.Artist, 2,3.Aladin, 5.OIU, 6,23. sa, 12.Warrab, 18.Me, 19.Art, 20.Ra- Twaddab, 8.Terremoti, 11,16.Batta, mel, 21.Dar, 24.Ibnek 12,22.Warda, 13.RSA, 14.Balzan, 15.Stikek, 17.Tua, 21.Dud
28
31.05.2020
kullhadd.com
TRAVESTIMENT POLITIKU Editorjal
It-tfixkil fid-dmirijiet tal-forzi tal-ordni u anke t-tqegħid f’periklu tal-ħajja ta’ uffiċjal bla dubju kienu jwasslu għal passi dixxiplinarji serji fil-konfront ta’ kull ċittadin ieħor, imma kienet storja oħra għal Dr Aquilina
Sa mill-bidu ta’ dan il-millennju, u iżjed partikolari mal-imxija popolari tal-Internet u l-midja soċjali, il-pluraliżmu globali beda jesponi ħafna iżjed affarijiet, inkluż dnubiet li qabel kienu jibqgħu moħbijin. B’iżjed pjattaformi li kapaċi jwasslu messaġġi u saħanistra filmati minn tarf għal ieħor tad-dinja u lil kull persuna individwali f ’dak l-istess ħin, rwol li kien għadu f ’idejn il-mezzi tradizzjonali tal-komunikazzjoni, inħattu l-fruntieri kollha eżistenti. Min kien imdorri jiggwida spiċċa ħafna drabi jsegwi. Fost oħrajn, bit-tajjeb u l-ħażin kollu, tali żvilupp kixef iżjed illivell ta’ falzità li teżisti. Illum, avolja għadna prattikament fl-infanzja tal-era diġitali, diġà doqna biżżejjed biex noqogħdu iżjed attenti għal x’għandna nemmnu u lil min nafdaw. Ma nistgħux ngħidu li ma kienx hemm ukoll influwenzi fuq livell politiku lokali fejn ġensna tgħallem, bi spejjeż tiegħu, kif jagħraf aħjar il-ġenwinità ta’ min jixtieqlu l-ġid u min, min-naħa l-oħra, irid biss jużah biex jilħaq
skopijiet ulterjuri. Il-predikaturi, li użaw l-aħħar seba’ snin anke biex jabbużaw minn dawn l-iżviluppi ħalli jżidu u jsaħħu pjattaformi minn fejn iwasslu messaġġi qarrieqa kontinwament, xorta baqgħu jinqabdu fil-falzità tagħhom, almenu lokalment. L-aħħar eżempju ta’ dan ittravestiment politiku tahulna d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, li kompla nkixef x’inhu. Il-Kelliem Ewlieni talOppożizzjoni għall-Governanza t-Tajba u perċimes fl-hekk imsejħa “ġlieda għas-saltna taddritt” ħareġ tal-ipokrita suprem, grazzi għall-filmat li xxandar l-ewwel fuq il-programm televiżiv Pjazza mmexxi minn Karl Stagno Navarra u sussegwentement fuq mezzi differenti tal-Partit Laburista stess u ftit oħrajn. Dawk li jservu b’kumdità lil predikaturi foloz simili, avolja fl-“indipendenza” tagħhom, dehrilhom li l-aġir irresponsabbli fit-triq ta’ min suppost jaf aħjar ma kienx ħaqqu pubbliċità. L-aġenda tagħhom, għax falza
wkoll, tiddetta mod ieħor ovvjament. Niftakru kif aġixxew u ddefendew l-aġir ta’ ċorma ddisprati li quddiem il-bini tal-Parlament dehrilhom li għandhom jissuttaw lill-membri Parlamentari b’muniti u boroż tal-awrina, waqt li pprovaw jagħmlu sabutaġġ fuq karozza ta’ ministru billi jċarrtulha t-tajers u jiftħulha t-tank tal-petrol, avolja ma rnexxielhomx. L-istess reġgħu għamlu issa. It-tfixkil fid-dmirijiet talforzi tal-ordni u anke t-tqegħid f ’periklu tal-ħajja ta’ uffiċjal bla dubju kienu jwasslu għal passi dixxiplinarji serji fil-konfront ta’ kull ċittadin ieħor, imma kienet storja oħra għal Dr Aquilina li nħeba b’qerq wara privileġġ Parlamentari li xorta ma jilliberahx minn kull reat li jista’ jwettaq. Sena ilu, meta seħħ l-inċident u rredikola l-buon ordni filpajjiż, spiċċa qarraq anke blogħla istituzzjoni fil-pajjiż, kif indika l-Ispijker Anġlu Farrugia nnifsu f ’kummenti lil l-Orizzont fl-aħħar jiem.
Kienet f ’waqtha u anke pożittiva l-aħbar li jiġu invokati l-Kummissarju tal-Istandards filĦajja Pubblika u iżjed minn hekk saħansitra l-Korp tal-Pulizija li qed jevalwa l-filmati ta’ Aquilina jimmanuvra l-karozza tiegħu b’mod perikoluż u irreponsabbli biex ikun jista’ jipproċedi kontrih. Kif ġie rrapportat minna l-Ħadd li għadda, mhuwiex veru li kien hemm “xi ħadd qrib il-Partit Laburista” li ddeċieda li ma jiħux azzjoni sena ilu, kif ipprovaw ipinġuha fil-midja elementi millistess fazzjoni Nazzjonalista. Anzi kompletament bil-maqlub u hu allegat li min waqqaf iċcharges għandu parentela ma’ deputat ieħor Nazzjonalista. Għalkemm kliemhom u azzjonijiethom waħedhom isaħħu iżjed id-determinazzjoni f ’maġġoranza akbar tal-poplu, li jixtieq biss il-ġid għal pajjiżna u għajxien aħjar għalih u wliedu, ittama issa hi li dan it-travestiment politiku li nkixef ma jservix unikament biex ikompli jtellef ilkredibbiltà ta’ esponent ewlieni ieħor falz fl-Oppożizzjoni.