KullĦadd_18.10.2020

Page 1

Il-Ħadd, 18 ta’ Ottubru, 2020

Ħarġa Nru 1,423

KEYCHAIN B’XEJN GĦALIK MA’ DIN IL-ĦARĠA

Prezz

Ritratt: ANTHONY AXIAQ

13-IL FTEHIM IEĦOR BĦAL TAL-MIŻIEB

Minn dawn, il-Birdlife u n-Nature Trust qed jieħdu ħsieb 10 f’żoni varji li huma mferrxin mal-pajjiż

Kontra l-ftehimiet li saru mal-Birdlife dwar żoni varji li għandhom aċċess limitat, l-FKNK mhux se tieħu fondi pubbliċi biex tamministra l-Miżieb u l-Aħrax fil-Mellieħa

eko-Skola u Tree Your Town. Sorsi infurmati sew jisħqu li t-tali ftehimiet jinvolvu “mijiet ta’ eluf kull sena” f’sostenn minn fondi pubbliċi, waqt li fi Xrobb l-Għaġin ukoll teżisti hostel ta’ 30 sodda fejn wieħed jista’ jalloġġja fi gruppi għall-prezz ta’ €18 kull persuna kull lejl. Kontra l-impressjoni li dawn l-għaq­ diet ambjentali u oħrajn ipprovaw jagħtu, il-ftehim ta’ ġimgħa ilu bejn l-Awtorità għar-Riżorsi Ambjentali u l-Awtorità tal-Artijiet mal-FKNK, li kien presedut mill-Ministri Ian Borg, Aaron Farrugia u Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius, jistipula li ż-żoni jkunu miżmumin sew, waqt li titħares is-saħħa u s-sigurtà tal-viżitaturi.

Tkompli f’paġna 6

70.3%

28.3% BINI

RABA’ JEW KAMPANJA

L-għaqda Birdlife, li kienet minn ta’ quddiem fl-oġġezzjonijiet kontra l-ftehim tal-Gvern mal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) dwar l-art tal-Miżieb u l-Aħrax tal-Mellieħa, għandha mill-inqas erba’ ftehimiet simili mal-awtoritajiet. Dawn il-ftehimiet, li ġew iffirmati mal-awtoritajiet fi snin varji, iġorru l-istess prinċipji ta’ indokrar ta’ żoni mdaqqsin fl-Għadira, fis-Salini, is-Simar fix-Xemxija u saħansitra f’Kemmuna. In-Nature Trust, li bħall-Birdlife ukoll oġġezzjonat għall-ftehim malFKNK, għandha sitt ftehimiet simili għal żoni f’Għajn Tuffieħa, parti millPark Nazzjonali tal-Majjistral, ir-Riżerva Naturali ta’ Wied Għollieqa, fil-limiti ta’ San Ġwann, ir-Riżerva Naturali tal-Ballut fil-limiti ta’ Marsaxlokk, ilPark Naturali ta’ Marsaxlokk u l-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin, fil-limiti taż-Żejtun, waqt li tamministra żewġ skemi wkoll iffinanzjati mill-Gvern,

Rapport f’paġna 7

TKABBIR TA’ 5% FL-EKONOMIJA FI ŻMIEN TA’ KRIŻI FL-AĦĦAR SITT XHUR TAL-PANDEMIJA PAJJIŻNA ĦOLOQ ĠID LI KIEN DISA’ DARBIET AKBAR MINN DAK LI PPRODUĊA BAĠIT F’SENA SĦIĦA TAĦT GVERN NAZZJONALISTA

L-għadd ta’ pakketti f’benefiċċji, li tqassmu lin-negozji u liċ-ċittadini individwali fl-aħħar sitt xhur, wasslu biex ir-rota ekonomika f’pajjiżna tibqa’ ddur b’mod tajjeb ħafna, meqjusin iċ-ċirkostanzi ta’ bla preċedent li bdiet tiffaċċja d-dinja kollha fl-istess perjodu. Fil-fatt, jirriżulta li l-miżuri introdotti mill-Gvern Laburista wasslu biex jinħoloq ġid li jlaħħaq il-5% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD). B’riżultat t’hekk l-ekonomija, in-negozji u l-familji Maltin ġew salvati minn daqqa ħafna akbar bil-pandemija talCOVID-19, li f’għadd ta’ pajjiżi oħrajn, inkluż fl-Unjoni Ewropea, ħalliet effetti

katastrofiċi. Malta wkoll marret ferm aħjar mill-medja fl-Unjoni Ewropea fejn ġie rreġistrat tnaqqis ekonomiku drastiku. Din il-ġimgħa l-Gvern ippubblika analiżi ekonomika tal-impatt tad-diversi skemi ta’ appoġġ li ġew imnedija mindu bdiet il-pandemija tal-COVID-19. Ir-rapport jindika li fin-nuqqas ta’ dawn l-iskemi, kieku d-daqqa ekonomika kienet tkun ferm qawwija. Minbarra d-daqqa immedjata filġid nazzjonali, kien ikun hemm impatt sostanzjali fuq il-kapaċità produttiva ta’ paj­jiż­na li kienet ixxekkel il-fażi ta’ rkupru ekonomiku. Biex wieħed jieħu idea kemm hu

konsiderevoli l-impatt ta’ tkabbir ta’ 5% biżżejjed jiftakar li t-tkabbir ekonomiku medju ta’ pajjiżna mindu sirna membri tal-UE laħħaq 4.4% fis-sena. Skont dan l-istudju, hu kkalkulat li l-COVID-19 Wage Supplement u benefiċċji ġodda mnedija mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tejbu b’1.8% il-PGD ta’ pajjiżna billi sostnew id-domanda domestika, speċjalment il-konsum privat. Mingħajrhom id-daqqa ekonomika ta’ pajjiżna kienet tilħaq dik antiċipata fil-bqija tal-UE, iżda minflok għamlu tajjeb għal kwart tad-daqqa ekonomika fuqna.

Tkompli f’paġni 4 u 5


02

18.10.2020

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 22°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq il-Punent saċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab bil-possibilità ta’ xi ħalbiet iżolati tax-xita Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Majjistral it-Tramuntana Il-Viżibilità: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 25°C

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

KUNTATT ĠENERALI

22°C UV 4

16°C

Il-Ħamis

23°C UV 8

16°C

Il-Ġimgħa

23°C UV 4

16°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

24°C UV 4

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

18°C

26°C UV 4

19°C

24°C UV 4

18°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488613 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 21387479 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Il-Mosta – 21411197 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Hortan, Marsaskala – 21633788 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja – 21676294 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21454187 Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur – 21566431 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

18.10.2020

ŻEWĠ BAĠITS F’SENA WAĦDA

a M

w ar dS

rio

Ed

Pajjiżna kien wieħed mill-ftit li fl-2020 waħedha rnexxielhom jinfilsaw żewġ baġits nazzjonali mimlijin b’miżuri li jibbenefikaw biss liċ-ċittadini u l-ekonomija inġenerali, fost il-problemi kollha li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19. Minbarra l-Baġit normali allokat għal din is-sena f’Ottubru 2019, fl-ewwel xhur tas-sena ġew introdotti erba’ pakketti li jammontaw b’kollox għal €2.7 biljun bħala pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika u salvagwardja tal-impjiegi u n-negozji. Dawn it-tnejn setgħu jibdew jitwettqu grazzi għall-qafas finanzjarju mill-iżjed b’saħħtu li kellha Malta fil-bidu tas-sena, differenti minn ħafna pajjiżi oħrajn, li issa wkoll qed jaraw problemi doppji bid-djun fenomenali li f’ċerti każi jilħqu wkoll il-100% tal-ġid kollu li jipproduċu. “Minkejja li din is-sena kienet ikkaratterizzata minn sfida ta’ kriżi globali, fejn ħafna mill-ħidma tal-Gvern ġiet iffukata bla mistenni fuq il-pandemija, dan il-Gvern xorta waħda wettaq 65% ta’ dak li wiegħed fil-Baġit għall-2020,” saħaq il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji l-Professur Edward Scicluna, waqt li l-Ġimgħa tnediet il-pubblikazzjoni “It-Twettiq tal-Baġit 2020”.

cicl una

Dan id-dokument, li ġie mniedi għas-seba’ sena konsekuttiva, jagħti rendikont tal-ħidma tal-Gvern fit-twettiq tal-miżuri mħabbra fil-baġit li ġie ppreżentat f’Ottubru tal-2019. Il-Ministru Scicluna fakkar li din is-sena, il-Gvern ma kellux biss dawn il-miżuri tal-Baġit 2020 xi jwettaq. F’Ġunju li għadda, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, ġie mħabbar baġit ieħor straordinarju biex immedjatament tingħata għajnuna lill-familji u lin-negozji. Dan il-pakkett ta’ miżuri kien l-ikbar injezzjoni li qatt għamel

Cu taja

r

dan il-Gvern fl-istorja ta’ pajjiżna. Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru Scicluna għamel referenza għal diversi miżuri li ġew imħabbra waqt dawn iż-żewġ baġits. Fost dawn il-miżuri, il-Ministru Scicluna semma l-miżura tat-tnaqqis tat-taxxa fuq l-overtime. Il-Ministru Scicluna spjega kif għas-sena 2020, l-ewwel 100 siegħa ta’ overtime fis-sena, għal dawk kollha li l-paga bażika tagħhom ma taqbiżx l-€20,000 fis-sena u m’għandhomx pożizzjoni maniġerjali, bdiet tiġi ntaxxata bil-15%. Din il-miżura mistennija

tiswa lill-Gvern €5.3 miljun. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar ħabbar li, “minkejja l-pandemija, twettqu 65% tal-miżuri tal-Baġit fl-2020, biex b’hekk it-total ta’ miżuri tal-baġit imwettqa f’dawn l-aħħar seba’ snin jammonta għal ċifra impressjonanti ta’ 1,606 miżuri”. Hu qal li kien hemm xi miżuri li kellhom jiġu posposti minħabba li l-pandemija ħarbtet il-prijoritajiet tal-Gvern, però s-Servizz Pubbliku se jkompli jaħdem biex il-miżuri li jinsabu fi stadju tal-proċess, jekk għadhom applikabbli, jiġu implimentati fix-xhur li ġejjin. Dan kollu jindika li s-Servizz Pubbliku qiegħed ikompli jsaħħaħ l-istrutturi tiegħu u jagħtihom permanenza. Hu semma wkoll kif bil-miżuri eċċezzjonali minħabba l-pandemija, li s-Servizz Pubbliku dejjem implimenta fi żmien qasir ħafna, gawdew eluf kbar ta’ Maltin u ġew salvati madwar 93,000 impjieg. Bis-saħħa t’hekk, b’għajnuna bla preċedent, l-ekonomija Maltija mhux biss se tirkupra, iżda hu mbassar li se tikber b’7% is-sena d-dieħla. Għall-ħidma bla waqfien tal-Gvern, ara l-paġni speċjali tagħna (11, 14-47) f’din il-ħarġa tal-lum.


04

18.10.2020

Ritratt: KEVIN ABELA / DOI

Impatt pożittiv fuq valur miżjud

(%)

Servizzi finanzjarji 0.1 Kostruzzjoni 0.2 Servizzi professjonali Arti u rikreazzjoni Saħħa privata Komunikazzjoni Agrikoltura u sajd Proprjetà Manifattura Edukazzjoni privata Trasport privat Servizzi amministrattivi Ħwienet Lukandi u restoranti Servizzi oħrajn

0.3 0.4 0.5 0.8 0.9 1.0 1.9 2.0 3.0 3.2 5.1 8.8 10.3

Il-Prim Ministru f’waħda mil-laqgħat mal-imsieħba soċjali bi tħejjija għall-Baġit 2021

PJAN LI JISSOKTA BIL-BAĠIT Tkompli minn paġna 1 Meta kien qed iwieġeb il-Mistoqsijiet Parlamentari aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri semma kif kien ikkalkulat li l-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun waħdu ħoloq tkabbir ta’ 3%. Hu tenna li dan it-tkabbir fisser ħames darbiet iżjed minn dak li kien irnexxielu jirreġistra baġit f’sena sħiħa fil-leġiżlatura 2008-2013 meta pajjiżna ntlaqat minn kriżi oħra, dik finanzjarja li, iżda, kellha dimensjoni ħafna inqas mill-COVID-19. Dak iż-żmien Gvern Nazzjonalista kien irnexxielu jkabbar l-ekonomija b’0.6%, li jfisser ukoll disa’ darbiet inqas mit-tkabbir ta’ 5% imħabbar mill-Gvern għall-ewwel sitt xhur tal-2020 b’riżultat tal-miżuri kollha li ġew introdotti minn Marzu ’l hawn. “Rigward l-għajnuna, mhux xi ħaġa li qed ngħidha jiena, imma qaluha tista’ tgħid kull istituzzjoni jew aġenzija ta’ kreditu. Biex nagħti ftit eżempji, pereżempju, ħa ngħid x’qalet Standard & Poor’s. Din qalet li filwaqt li l-ekonomija Ewropea naqset bir-rata ta’ 9.8%, Malta kellha rata ta’ tnaqqis ferm inqas,” stqarr il-Ministru Schembri. Waħda mill-aktar miżuri li ħallew impatt pożittiv kienet, bla dubju, tal-Wage Supplement fejn il-Gvern sostna mal-100,000 impjieg fil-privat bi ħlas ta’ €800 u €500 fix-xahar għal full-timers u għall-part-timers rispettivament fl-industriji l-aktar milqutin (Annex A). Ma’ dawn ingħata sostenn finanzjarju lil oħrajn f’industriji ftit inqas milqutin (Annex B) li ammonta għall-ekwivalenti ta’ ġurnata fil-ġimgħa sa massimu ta’ €360 fix-xahar. Il-Ministru Schembri enfasizza li dawn ma jinkludux għajnuniet oħrajn ta’ assistenza li ngħataw lill-ħaddiema, bħal dawk lill-persuni b’diżabilità u lill-ġenituri li kellhom jieqfu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb lil uliedhom wara l-għeluq tal-iskejjel. F’numru ta’ setturi dan l-impatt tal-iskemi talGvern kien ferm għoli, speċjalment fil-qasam tasservizzi għax dawn kienu aktar affettwati minn nuqqas ta’ attività. Fost l-oħrajn, fil-qasam tal-lukandi u r-restoranti l-għajnuna sosniet kważi 10% tal-valur miżjud li

kien hemm qabel il-COVID-19, mentri għas-sidien tal-ħwienet l-impatt kien ta’ 5%. Anke fil-manifattura, fit-trasport u fis-servizzi amministrattivi l-impatt hu aktar mill-impatt medju. Kienu oqsma ekonomiċi speċifiċi, bħas-servizzi finanzjarji, il-konstruzzjoni u l-igaming, fejn l-impatt tal-Wage Supplement kien inqas, għax dawn is-setturi baqgħu sejrin tajjeb ekonomikament. Kif joħroġ mit-tabella annessa, anke setturi li ma kinux qed jirċievu l-COVID-19 Wage Supplement xorta gawdew mill-iskemi tal-Gvern b’mod indirett. Pereżempju, kważi 1% tal-valur miżjud tas-settur agrikolu u tal-proprjetà kien sostnut mill-ispiża maħluqa minn din l-iskema. Minbarra li l-għajnuna tal-Gvern sostniet 93,000 impjieg b’mod dirett permezz tal-COVID-19 Wage Supplement u madwar 6,000 impjieg ieħor grazzi għall-benefiċċji soċjali ġodda, din l-ispiża sostniet b’mod indirett madwar 900 impjieg ieħor. Il-moratorju fuq id-dejn u d-differiment tat-taxxi huma stmati li sostnew it-tkabbir ekonomiku bi kważi 0.3%, ladarba din il-likwidità ntużat biex tiġi ffinanzjata l-attività u b’hekk wasslet għal domanda akbar għal prodotti intermedjarji u provvisti. Il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika fit-totalità tiegħu hu proġettat li jkabbar il-Prodott Gross Domestiku ta’ pajjiżna bi kważi 3%. L-element ta’ spiża kapitali li se tirriżulta f’infrastruttura industrijali ġdida se jagħti injezzjoni ta’ madwar 1.3%, u jwassal biex iżid il-livell ta’ investiment f’pajjiżna b’aktar minn 13.5%. F’termini ta’ impjiegi, l-istudju tal-Gvern ibassar li l-investiment fl-infrastuttura industrijali jiġġenera 3,250 impjieg. Dan hu sempliċement l-impatt tal-bini tal-infrastuttura ġdida. Minbarra hekk, imbagħad, ikun hemm impatt ferm aktar ogħla meta din l-infrastuttura tibda tiġi użata mis-settur privat. Skont l-istudju dan l-impatt ekonomiku jista’ jwassal għal żieda fil-potenzjal ekonomiku ta’ pajjiżna ta’ aktar minn 5%. Skont il-Eurostat, Malta kienet l-uniku pajjiż flUE fejn l-impjiegi żdiedu bejn l-ewwel u t-tieni kwart tal-2020, tant li rreġistrajna żieda ta’ 0.6%. Bil-maqlub, fl-UE kien hemm waqgħa ta’ 2.9% fl-impjiegi.

L-għadd tal-qgħad f’Awwissu li għadda kien ta’ 3,672 persuna (4.1%), inqas minn nofs l-għadd li kien hemm fil-kriżi finanzjarja tal-2009 meta kien hemm 7,400 (6.8%) jirreġistraw. Ir-rata tal-qgħad f’Awwissu 2009 kienet 6.8%, kontra 4.1% f’Awwissu 2020. 11-il sena ilu kellna s-sitt l-inqas rata talqgħad fiż-Żona Ewro u Gvern Nazzjonalista kien jonfoħ rixu minħabba f’hekk. Illum għandna l-inqas rata fiż-Żona Ewro. Jekk wieħed iħares lejn il-bqija tal-miżuri talpjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, flimkien dawn mistennija jsostnu l-ġid nazzjonali b’1.6%. L-akbar impatt hu mistenni mill-vouchers, fejn hu mbassar li, flimkien mat-tnaqqis fir-rata tal-boll, tejbu l-PGD b’1%. Ir-rapport inkluda wkoll erba’ eżempji prattiċi ta’ kif il-miżuri ekonomiċi meħuda mill-Gvern tejbu l-għajxien ta’ diversi familji u negozji, kif qed nirrapportaw fuq il-lemin ta’ dawn il-paġni. Riżultat ieħor tal-effetti pożittivi fuq iċ-ċittadini u n-negozji fl-ewwel xhur ta’ din is-sena huma l-ammonti ta’ flus depożitati fil-banek u kemm dawn seta’ kellhom jew għandhom serħan tal-moħħ. Bejn Jannar u Awwissu tal-2009 id-depożiti tal-familji fil-banek kienu naqsu b’€138 miljun, meta din is-sena u fl-istess perjodu dawn żdiedu b’€697 miljun. Fil-każ tan-negozji, fl-2009 dawn kellhom depożitati mal-banek €1.4 biljun, mentri f’Awwissu li għadda dawn kellhom €3.2 biljun. Minbarra hekk, minn lat ieħor, sa Ġunju li għadda kellna inqas minn 4,400 persuna dipendenti fuq l-assistenza soċjali, meta fl-2009 kellna 11,350. Jiġifieri llum għandna ftit aktar minn terz l-ammont ta’ 11-il sena ilu. Issa kif tħabbar diġà, il-pjan tal-Gvern hu li jkompli jgħin f’din il-linja lin-negozji u liċ-ċittadini u din hi l-mira tal-Baġit 2021, li se jiġi ppreżentat mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna proprju għada. Anke fiċ-ċirkostanzi ħżiena u diffiċli li ġabet magħha l-pandemija, il-Baġit 2021 se jkompli jibni fuq il-passi kruċjali li ttieħdu sa minn April li għadda biex itaffu l-ħsara mill-virus li niżżel ruxmata pajjiżi għarkupptejhom.


05

18.10.2020

Il-ġid tal-aħħar xhur, li hu separat mill-miżuri tal-Baġit li kien tfassal għal din is-sena, kien ilfrott ta’ deċiżjonijiet għaqlin immirati li jagħtu l-imbottatura lill-ekonomija ħalli, fl-iqsar żmien possibbli, tkun tista’ tibda terġa’ tirpilja u taqbad l-istess ritmu li kienet fih fil-bidu tas-sena. Dan kollu kien biss possibbli grazzi għat-tfaddil li sar fl-aħħar seba’ snin taħt Gvern Laburista, inkluż bil-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment (IIP) u l-ħolqien tal-Bank Nazzjonali tal-Iżvilupp Soċjali (NDSF), fost l-oħrajn. F’laqgħa mar-rappreżentanti tal-Kamra tal-Kummerċ bħala parti minn proċess ta’ konsultazzjoni għall-Baġit 2021, il-Prim Ministru Robert Abela qal li dan mhux biss se jindirizza l-isfidi tal-mument kawża tal-pandemija, iżda se jkun katalista wkoll għall-futur. Fil-Berġa ta’ Kastilja, fejn saret il-laqgħa bħala parti minn sensiela, Dr Abela saħaq fuq l-importanza ta’ ekonomija b’saħħitha u qal li din hija kruċjali biex il-Gvern ikun jista’ jieħu aktar miżuri biex insaħħu l-qasam tas-saħħa, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u l-pensjonanti. Hu insista wkoll fuq l-importanza li nibqgħu miftuħin għan-negozju b’osservanza sħiħa tar-regolamenti tas-saħħa, u tenna l-appell għal infurzar b’saħħtu tal-miżuri kollha li jagħtu l-awtoritajiet tas-saħħa. Qal li ż-żieda fl-infurzar hija meħtieġa u dan jikkumplimenta l-bżonn li nibqgħu miftuħin għax-xogħol. Il-Prim Ministru tenna l-impenn tal-Gvern li jibqa’ jaħdem favur governanza tajba u nnota dak li rrapporta dwar Malta s-sit awtorevoli Politico, fejn irrimarka b’mod pożittiv ir-riformi importanti li saru minn din l-amministrazzjoni fl-aħħar xhur bl-unika kritika tkun li r-riformi saru b’ħeffa kbira minn pajjiżna. Il-Prim Ministru saħaq ukoll li rridu naraw li dak li niddeċiedu dwaru llum ikun sostenibbli u qal li jinsab fiduċjuż li għada se jkun aħjar. B’referenza għall-pandemija, Dr Abela tenna li ma nistgħux ngħidu li l-affarijiet jinnormalizzaw ruħhom waħedhom, għax mill-esperjenza rajna li jekk ilGvern ma jaġġornax il-miżuri li għamel u jżomm kontroll kawt tas-sitwazzjoni, l-affarijiet jistgħu jmorru għall-agħar. Appella biex inkomplu bir-ritmu li qbadna f’pajjiżna fejn għall-kuntrarju ta’ pajjiżi oħrajn fejn uħud jinsabu f’lockdowns jew kważi f’lockdowns parzjali, qal li f’Malta rnexxielna nżommu r-rota ekonomika u l-ħajja ta’ kuljum għaddejjin. Qal li biex inkunu nistgħu nżommu dan, il-poplu jrid ikun iktar responsabbli. Sostna li l-eħfef ħaġa għall-Gvern hi li jżid ir-restrizzjonijiet u għalhekk appella biex inkomplu nobdu r-regolamenti biex flimkien ngħaddu minn dan il-perjodu fost l-iktar diffiċli fid-dinja b’suċċess biex wara naħarbu niġru fit-tkomplija tas-suċċess li esperjenza dan il-pajjiż fl-aħħar seba’ snin. Id-diskors tal-Baġit fil-Kamra tad-Deputati għada se jibda għall-ħabta tas-6:30 p.m. wara s-sessjoni tal-mistoqsijiet Parlamentari. Bħal għada ġimgħa, fl-istess ħin, issir ir-reazzjoni għall-Baġit mill-Kap tal-Oppożizzjoni, bit-tweġiba tal-Prim Ministru ssir l-għada t-Tlieta, 27 t’Ottubru.

Skont il-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, Malta kienet l-uniku pajjiż membru fejn l-impjiegi żdiedu bejn l-ewwel u t-tieni kwart tal-2020, tant li rreġistrajna żieda ta’ 0.6%. Bil-maqlub, fl-UE kien hemm waqgħa ta’ 2.9% fl-impjiegi bħala medja.

HAIRDRESSER SELF-EMPLOYED Katy hija hairdresser Għawdxija selfemployed. Filwaqt li l-COVID Wage Supplement naqas minn Lulju għal €320, hi tista tapplika għar-rifużjoni tal-kera u tal-kont tad-dawl sa €4,000. Mhux talli ma naqsitilhiex l-għajnuna, talli Katy issa jekk tiftaħ il-ħanut tagħha ser tingħata għajnuna d-doppju ta’ dik li ngħatat fit-tliet xhur ta’ qabel.

RISTORANT ŻGĦIR Manuel għandu ristorant li fih iħaddem 10 full-timers. Filwaqt li l-COVID Wage Supplement ser jonqos għal €600, issa ser jieħu rifużjoni tal-kera u tal-kont tad-dawl sa €4,000. Manuel ser jingħata wkoll lura l-ħlas tal-liċenzji, medja ta’ €800. Għax is-sena li għaddiet uża l-Microinvest biex għamel refurbishment tar-ristorant ser jirċievi grant ta’ €2,000. B’kollox ser jieħu €1,000 aktar milli bil-COVID Wage Supplement oriġinali.

FAMILJA BI DĦUL BAXX John u Rita t-tnejn jaħdmu bi dħul bejniethom ta’ €18,000 u għandhom żewġ ulied. Huma ser jieħdu refund tat-taxxa ta’ €128 bejniethom. Fuq fuel bħala medja ser jiffrankaw €82 sal-aħħar tas-sena. It-titjib fl-inwork benefit ifisser li ser igawdu minn żieda filbenefiċċju tagħhom ta’ €100. Barra minn hekk, sejrin jingħataw suppliment ta’ €250. Bħal familji oħra bħalhom sejrin jieħdu €200 f’vouchers. B’kollox ser imorru tajjeb b’€760. Dan ifisser titjib fid-dħul disponnibli ta’ kważi 5%.

KOPPJA ŻAGĦŻUGĦA Eman u Christine kienu ser jiżżewġu f’Mejju u wara jixtru l-ewwel propjetà tagħhom b’valur ta’ €300,000. Minħabba li diġà kellhom garaxx f’isimhom ma kinux ser igawdu mill-first time buyers, u meta pposponew it-tieġ kienu weħlu spejjeż addizzjonali ta’ €2,000. Permezz tal-miżuri mħabbra huma ser jieħdu lura din l-ispiża filwaqt li sejrin jiffrankaw boll ta’ €10,500. Dan barra li ser jirċievu €300 bejn vouchers u tax refund, u flimkien mar-roħs fil-fuel it-titjib jitla’ għal €382 fid-dħul disponnibli. Meta jitqies l-iffrankar tal-boll u tal-ispiża tal-posponiment, b’kollox ilpurchasing power tagħhom tjieb b’41% din is-sena.


06

18.10.2020

L-iffirmar tal-ftehim (lemin) għall-indokrar mill-FKNK taż-żoni tal-Miżieb u l-Aħrax fil-Mellieħa. Ftehimiet simili jeżistu mal-Birdlife u n-Nature Trust.

FTEHIM LI SE JTEJJEB IŻ-ŻONI Tkompli minn paġna 1 Dan speċjalment għax id-dawra talkosta se tibqa’ fid-dominju pubbliku u s-siti jridu jibqgħu aċċessibbli għall-pubbliku, bil-partijiet immarkati għallkaċċa wkoll iridu jibqgħu aċċessibbli blesklużjoni ta’ ħinijiet fissi u mmarkati b’mod ċar waqt l-istaġun tal-kaċċa. L-FKNK se tkun obbligata wkoll timmarka spazji ddedikati bħala picnic areas u siti tal-ikkampjar għall-pubbliku u se jkun qed jingħata aċċess sħiħ lilluffiċjali tal-konservazzjoni biex jiżguraw li tiġi mħarsa l-liġi u ma jsir l-ebda abbuż, filwaqt li se jinħoloq joint monitoring board li jinkludi wkoll rappreżentanti tal-Kunsill Lokali biex ikun żgurat li l-obbligi qed jintlaqgħu b’mod sħiħ. Il-maġġoranza tal-Kunsillieri fil-Mellieħa jaqblu mal-ftehim, kif indikat fi stqarrija mis-Sindku Dario Vella, il-Viċi Sindku John Buttigieg u l-Kunsillieri Annabelle Brincat Stellini, Rebecca Bartolo Cutajar u Kurt Buttigieg. Minkejja dan, Spazji Miftuħa, grupp ta’ għaqdiet li, minbarra lill-Birdlife u n-Nature Trust, iħaddan ukoll lil Graffitti, Daphne Foundation u Repubblika, fost oħrajn, kienu voċiferi kontra l-ftehim. Birdlife u Nature Trust huma saħansitra firmatarji ta’ protest ġudizzjarju fil-Qorti kontra l-Gvern għal dan il-għan, fejn, anke jekk il-ftehim ġie ppubblikat mal-iffirmar, saħqu li “l-ftehim hu nieqes mhux biss mit-trasparenza, iżda wkoll mill-konsultazzjoni ma’ dawk li jagħmlu użu ta’ rikreazzjoni mill-kampanja, li issa se jaraw it-tgawdija tagħhom titnaqqar serjament minn dan il-ftehim. L-art pubblika qiegħda tingħata b’mod arbitrarju u għal raġunijiet mhux xierqa, u dan allura jirriżulta f’abbuż ta’ poter. Konċessjoni fuq din l-iskala kienet teħtieġ proċess kompetittiv b’termini u objettivi ċari.” Ħarsa lejn il-website tal-Birdlife stess, jirriżulta li s-siti tagħha jinfetħu biss f’perjodu u ħinijiet speċifiċi tas-sena, jiġifieri ħadd ma jista’ jkollu aċċess waqt li huma magħluqin. L-NGO tgawdi minn fondi pubbliċi fl-amministrar

ŻONI AMMINISTRATI MILL-BIRDLIFE B’AĊĊESS RISTRETT

SETTEMBRU – MEJJU

It-Tlieta u l-Ġimgħa (14:00-19:00)

NOVEMBRU – MEJJU Il-Ħadd (10:00-16:00)

tal-postijiet. Minbarra hekk, għalkemm id-dħul hu b’xejn, l-NGO taċċetta donazzjonijiet mill-viżitaturi. Fi kjarifika għall-ħafna dikjarazzjonijiet fażulli li saru, il-Gvern iddikjara li r-riservi tal-Miżieb u tal-Aħrax ilhom jiġu amministrati mill-FKNK sa mill1986, jiġifieri għal dawn l-aħħar 34 sena taħt gvernijiet differenti u l-ftehim li ġie ffirmat ma jibdel xejn għajr li qiegħed jirregola dak li fil-prattika kien diġà qiegħed fis-seħħ tul dawn l-aħħar snin. “Il-pubbliku inġenerali se jibqa’ jkollu aċċess liberu għal dawn ir-riservi tul is-sena kollha kif dejjem kellu matul dawn l-aħħar 34 sena. Il-ftehim qiegħed jiżgura wkoll li l-passaġġi u t-toroq pubbliċi kollha jibqgħu miftuħa għall-pubbliku l-ħin kollu, il-picnic u l-camping sites se jkunu miftuħa bħal qabel filwaqt li se jinfetħu spazji rikreattivi ġodda, dan kollu filwaqt li se jkun hemm aktar obbligi ġodda fuq l-FKNK u se jkun hemm il-ħarsien tal-ambjent,” qalet stqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. Il-Gvern qal ukoll li l-FKNK mhi se tieħu l-ebda fondi pubbliċi biex tamministra ż-żoni, li jirrikjedu ħidma wiesgħa bħaż-żamma tal-abitat naturali, il-kura tas-siġar u l-manutenzjoni

SETTEMBRU – MEJJU

It-Tnejn u l-Ħamis (14:00-19:00)

NOVEMBRU – MEJJU

Is-Sibt u l-Ħadd (10:00-16:00)

tal-ħitan tas-sejjieħ, fost oħrajn. “Il-Federazzjoni, permezz tal-membri u numru ta’ voluntieri, dejjem ħadet ħsieb din iż-żona, ikkultivat is-siġar u għamlet il-manutenzjoni ta’ kilometri ta’ ħitan tas-sejjieħ. Ir-riżultat ta’ dan kollu jista’ jiġi apprezzat illum il-ġurnata għax f’dawn iż-żoni nsibu ammont kbir ta’ siġar endemiċi, flora u fawna naturali li jistgħu jitgawdew minn kull min imur f’dawn is-siti jew jgħaddi minn dawn iżżoni.” Bil-maqlub, din il-gazzetta hi infurmata li l-Birdlife u n-Nature Trust għandhom aċċess għal eluf ta’ ewro li jinġarru mill-Istat biex ukoll jagħmlu xogħol siewi fl-amministrar ta’ żoni assenjati lilhom. Fl-istqarrija maħruġa mill-Gvern jingħad li “Birdlife Malta qegħdin jingħataw ukoll għajnuna finanzjarja kull sena għall-amministrazzjoni u r-rapportaġġ taż-żona tas-Salini, kif ukoll numru ta’ impjegati tal-Gvern biex jgħinu fl-immanġġjar ta’ dan is-sit.” Fl-attakki msejsin fuq it-tagħwiġ tal-fatti ngħaqad ovvjament il-Partit Nazzjonalista, l-inqas wieħed li qatt kellu xi kredenzjali ambjentalistiċi. Analisti politiċi jqisu li din hi l-istess tattika li rajna fir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa fl-2015, li kien ikkonklu-

APRIL – SETTEMBRU

Mit-Tnejn sal-Ħadd (07:00-20:00)

OTTUBRU – MARZU

Is-Sibt u l-Ħadd (07:00-18:00)

da b’maġġoranza favur. Ironikament dakinhar il-Birdlife ukoll m’aċċettatx id-deċiżjoni tal-poplu u ddikjarat li se taħdem biex ikun hemm referendum ieħor. Bil-ftehim mal-FKNK, il-Gvern se jkompli jara li żoni naturali f’pajjiżna jkunu amministrati minn NGOs li għandhom l-esperjenza, il-kapacità u n-namur proprju għaż-żoni rispettivi ħalli jkollna l-aqwa siti ambjentali f’pajjiżna. “Qed nassiguraw ukoll li l-FKNK tissalvagwardja l-ambjent naturali tas-siti, permezz ta’ numru ta’ obbligi li l-ERA tpoġġi fuq il-ftehim u permezz tad-direttorat tal-Awtorità li jieħu ħsieb l-infurzar. Mexxejna ’l quddiem ftehim addizzjonali biex tiġi assigurata amministrazzjoni xierqa tas-siti, implimentazzjoni ta’ numru ta’ miżuri ambjentali, moniteraġġ u rondi ta’ infurzar, attivitajiet edukattivi u ta’ għarfien, kif ukoll l-involviment xieraq tal-partijiet interessati,” ingħad fl-istqarrija governattiva, b’referenza għal dmirijiet li qabel ma kinux regolati. Id-differenza llum hi li l-ftehim formali li se jkun qed iwassal għal sinjali aktar speċifiċi, ħarsien u manutenzjoni obbligatorja mill-istess għaqda.


07

18.10.2020

Kontra l-perċezzjoni ta’ ħafna, il-maġġoranza assoluta tal-art f’pajjiżna mhijiex żviluppata u, minflok, għadha fl-istat naturali tagħha jew inkella qed tintuża fil-biedja. Jirriżulta li aktar minn żewġ terzi tal-art limitata li għandna hi magħmula minn raba’ li tinħadem fil-produzzjoni agrikola u kampanja b’xagħri naturali. L-art agrikola waħedha tlaħħaq it-52% tal-pajjiż kollu, waqt li 18.3% hi kampanja b’veġetazzjoni naturali. Ma’ dan, 28.9% tal-art fil-Gżejjer Maltin hi mħarsa b’liġijiet ambjentali jew tal-ippjanar, inkluż partijiet li huma skedati u allura assolutament ma jsir l-ebda żvilupp fihom. Minn dawn, 13.8% tal-art tifforma parti min-netwerk Natura 2000. Minkejja dan, nibqgħu xorta meqjusin fost l-aktar pajjiżi densi fid-dinja u mażżmien l-ammont ta’ bini li ġie żviluppat spiċċa jlaħħaq it28.3% tal-art kollha, inklużi żoni industrijali. Dan it-tagħrif, li ngħata mill-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia din il-ġimgħa, hu bbażat fuq informazzjoni li toħroġ minn studju xjentifiku Ewropew imsejjaħ Corine Land Cover, li l-aħħar li sar kien fl2018. Hu kien qed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Godfrey Farrugia. Il-Gvern Laburista, li bil-fatti għandu għal qalbu l-ambjent naturali, mhux biss qed jimpenja ruħu li regolarment

Ritratt: ANTHONY AXIAQ

70.3% TA’ MALTA “NATURALI”

52% tal-art kollha f’pajjiżna hi raba’ li tinħadem, waqt li aktar minn 18% għadha fl-istat naturali tagħha iħawwel eluf ta’ siġar u arbuxelli fl-inħawi kollha tal-pajjiż, iżda anke jikkumpensa b’oħrajn li kellhom jinqalgħu biex jitwessgħu ċerti toroq jew kellhom isiru proġetti massiċċi meqjusin essenzjali fl-iżvilupp tal-pajjiż. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kienu diġà tħawlu aktar minn 29,500 siġra ġdida madwar il-pajjiż, b’medja ta’

kważi 5,000 siġra ġdida kull xahar, grazzi għall-impenn ta’ diversi entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ diversi ministeri. Minbarra hekk, artijiet li kienu abbandunati jew saħansitra miżbliet qed jiġu riabilitati u jintraddu lura liċ-ċittadini biex igawduhom, bħalma hu l-każ ta’ żona ta’ 95,000 metru kwadru f’Wied Fulija, fil-limiti

taż-Żurrieq. Qed tingħata wkoll għajnuna diretta lill-bdiewa u r-raħħala li, sfortunatament, ikomplu jonqsu flimkien ma’ snajja’ oħrajn importanti. Ta’ min ifakkar li l-unika amministrazzjoni fil-pajjiż li għamlet sfreġju ambjentali kienet dik Nazzjonalista li, fl2006, taħt il-Ministru George Pullicino, iddeċidiet li twessa’ ż-żona tal-iżvilupp b’artijiet li

flimkien hu stmat li jlaħħqu daqs il-Mosta kollha kemm hi. Minbarra akkużi ta’ tixħim fil-Partit Nazzjonalista, ħafna kienu saru sinjuri mil-lejl għannhar meta artijiet li ma kinux jiswew flus, għax ma setgħux jiġu żviluppati skont ir-regolamenti sa dakinhar, inbidlu fi plotts għall-bini bid-deċiżjoni unilaterali tal-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi.

L-AĦĦAR REGOLI TAL-COVID-19 • MASKRA OBBLIGATORJA FIL-PUBBLIKU MILL-BIERAĦ, B’MULTA TA’ €50 LI TISTA’ TIRDOPPJA • MINN GĦADA, BARS U KAŻINI JISTGĦU JIFTĦU BISS SAL-11:00 P.M. • MIT-28 T’OTTUBRU JIDDAĦĦLU R-RAPID TESTINGS FL-AJRUPORT, FL-EMERĠENZA TAL-ISPTAR, F’POSTIJIET TA’ KURA PRIMARJA, FID-DJAR TAL-ANZJANI U FL-ISKEJJEL Bil-għan li nipproteġu lil dawk vulnerabbli, jeħtieġ li nkunu responsabbli lkoll b’imħabba lejn pajjiżna. Fuq din il-premessa, nhar il-Ġimgħa l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar sett ta’ miżuri ġodda biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-pandemija COVID-19, li qed tirreġistra żieda fil-każi prattikament kullimkien fid-dinja. F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastil-

ja, akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri u s-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci, Dr Abela ħabbar li l-ilbies talmaskri issa hu obbligatorju anke fuq barra, għajr għal ftit sitwazzjonijiet, waqt li stabbilimenti ta’ divertiment, bħal bars u każini, iridu jagħlqu sal-

11:00 ta’ billejl. Il-Prim Ministru qal li ninsabu f’mument kritiku biex nikkontrollaw il-COVID-19, fl-istess ħin li rridu nħarsu l-għajxien tan-nies u l-impjiegi tagħhom. “Nhar it-Tnejn (għada) se nħabbru numru ta’ miżuri biex nindirizzaw l-ekonomija. Is-saħħa tiġi l-ewwel, iżda l-ħajja trid tkompli. Il-ħaddiema jridu jaħdmu, uliedna jridu jmorru l-iskola”, tenna Dr Abela, waqt li rrefera li, sfortunatament, hawn min fostna li jieħu gost jara l-problemi jitkattru fil-pajjiż. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa spjega li l-miżuri preċedenti kienu għadhom effettivi, inkluża dik li fl-istabbilimenti ta’ divertiment fejn jiġi servut ix-xorb il-klijenti jridu jkunu bilqiegħda u jiġu servuti biss jekk ikun hemm għall-ikel. Chris Fearne spjega li, wara ċertu żmien, daħal dak li qed jissejjaħ pandemic fatigue li wassal għal nuqqas ta’ dixxiplina. Hu sostna li hemm bżonn aktar edukazzjoni, avolja diġà għandna infurzar effiċjenti li qed isir mil-LESA, mill-

MTA, mill-Pulizija u mid-Direttorat Ambjentali, tant li tul s-sajf li għadda saru 150,000 spezzjoni, u hemm qbil li jekk jinstabu stabbilimenti li baqgħu jiksru b’mod ripetut ir-regolamenti imposti se tkun anke qed titneħħilhom il-liċenzja biex joperaw. L-għeluq tal-istabbilimenti fil11:00 p.m. minn għada ma japplikax għar-restoranti, fejn hemmhekk ma kienx hemm problemi f’dan ir-rigward, waqt li l-obbligu tal-użu talmaskri, li s’issa kien għal trasport pubbliku, ħwienet u postiijet pubbliċi, ġie estiż ukoll għal kullimkien, fittriq, pjazez u postijiet tax-xogħol, b’xi eċċezzjonijiet, inkluż tfal taħt it-tliet snin. Min ma jobdix hu suġġett għal multa ta’ €50, li titla’ għal €100 jekk ma titħallasx. Id-Deputat Prim Ministru ħabbar ukoll li mit-28 ta’ Ottubru se jidħol ir-rapid testing. Dan se jkun qed jiġi użat inizjalment fl-ajruport, mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni fl-iskejjel, f’postijiet mediċi bħall-emerġenza u l-kura primarja u anke fid-djar tal-anzjani.


08

18.10.2020

DALLI U CARUANA GĦALL-PARLAMENT MALTI Miriam Dalli u Clyde Caruana se jkunu qed jirrappreżentaw lill-Partit Laburista fil-Parlament wara li l-Prim Ministru Robert Abela nnifsu laqqa’ lill-Grupp Parlamentari u lill-Eżekuttiv biex jiġu diskussi dawn ilco-options li ġew approvati unanimament wara li skatta l-mekkaniżmu biex is-siġġijiet vakanti fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Huma se jieħdu post l-Eks Mexxej Joseph Muscat u d-Deputat Etienne Grech, li rriżenjaw fl-aħħar jiem. Din id-deċiżjoni issa wkoll tiftaħ il-proċess biex jinħatar Membru Parlamentari Ewropew minflok Dr Dalli fejn kienet tmexxi d-delegazzjoni ta’ erba’ rappreżentanti għall-PL. Fil-Parlament Ewropew, Dalli hi wkoll ilViċi President tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D), iffukat ħidmietha fuq il-ħolqien tax-xogħol, l-ambjent u l-enerġija, is-saħħa fiżika u mentali, l-immigrazzjoni, l-ekonomija l-ħadra u dik blu, fost oħrajn. Clyde Caruana, li fl-aħħar xhur serva bħala

Il-proċess biex jimtela l-post ta’ Dr Dalfil-Parlament Ewropew mistenni jieħu ġimgħa mindu l-Kummissjoni Elettorali lokali tiġi mgħarrfa bir-riżenja uffiċjali u ftit minuti biex jiġu trasferiti l-kwota ta’ 37,174 fuq dawk li jistgħu jitfgħu isimhom għall-elezzjoni każwali. Waqt li jrid ikun hemm ħamest ijiem biex jintlaqgħu n-nominazzjonijiet u ġurnata għall-approvazzjoni u/jew oġġezzjonijiet, qabel jinfetħu l-voti ta’ Dr Dalli, it-tħaffif tal-proċess se jkun possibbli grazzi għall-għadd elettroniku li ġie introdott għall-ewwel darba f ’pajjiżna proprju minn dik l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, li kienu saru flimkien fil-25 ta’ Mejju tal-2019. Għalkemm Dr Dalli kienet ġabet 63,438 vot tal-ewwel preferenza, hi biss il-kwota ta’ voti li eleġġietha (37,174) li trid terġa’ tinfetaħ u tintiret mill-kandidati prospettivi. Għaldaqstant il-kwota biex jimtela l-post battal tagħha issa tkun ta’ 18,587, nofs il-kwota oriġinali. li

MIRIAM DALLI

CLYDE CARUANA

Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, hu ekonomista u lettur fl-Università ta’ Malta, waqt li preċedentement okkupa wkoll il-kariga ta’ Ċermen Eżekuttiv ta’ Jobsplus. Hu kien il-moħħ wara s-sistema taċ-childcare centres b’xejn li ġiet introdotta f ’pajjiżna fl-2014, taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat.

GRECH OSTAĠĠ F’IŻJED MANUVRI WARA LI WISSEWH BIEX MA JFOTTIX IĊ-ĊANS LI GĦANDU, L-ESTABLISHMENT BEDA JIMPONI FUQ IL-KAP IL-ĠDID NAZZJONALISTA MIN GĦANDHOM IKUNU L-KANDIDATI U FUQ LIEMA DISTRETTI Jidher li t-taqbida tal-establishment biex jieħu l-kontroll lura tal-Partit Nazzjonalista ma ntemmitx bl-elezzjoni ta’ Bernard Grech bħala l-Kap il-ġdid. Sorsi infurmati sew qalu lil din il-gazzetta li s-sitwazzjoni ħraxet sal-punt li bdew il-manuvri mill-istess fazzjoni biex tagħżel hi u timponi fuq it-tmexxija min għandhom ikunu l-kandidati għall-elezzjoni ġenerali li jmiss u fuq liema distretti għandhom jikkontestaw. Fl-ewwel jiem ta’ ħidma tiegħu bħala l-Kap, Grech jinsab taħt pressjoni qawwija biex iqaċċat lil kull min kien qrib il-predeċessur tiegħu Adrian Delia, waqt li l-establishment qed ikompli jagħmel il-ħajja diffiċli għall-Eks Kap “biex jaqbad u jitlaq” minn jeddu, skont sorsi mid-Dar Ċentrali stess. Illum nistgħu niżvelaw li l-qofol talpjan kontra Delia hu li ma jitħalliex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq Birkirkara, minn fejn joriġina. Jirriżulta li, fil-jiem li għaddew, Grech induna bil-manuvri li għaddejjin minnaħa tad-Deputat Beppe Fenech Adami, li akkost ta’ kollox ma jridx lil Delia jikkontesta fuq id-distrett li “għamlu tiegħu”. Qed isir aċċenn għall-fatt li Delia rrifjuta li jaċċetta pożizzjoni fix-Shadow Cabinet ta’ Grech, għandu jintuża kontrih biex jiġi kkastigat mill-amministrazzjoni l-ġdida u ma jitħalliex jikkontesta l-elezzjoni li jmiss fuq it-Tmien Distrett. B’hekk jitkeċċa mill-PN jew, aħjar, jintwera l-bieb ta’ barra bil-pulit, waqt li Fenech Adami jingħata l-ispazju kollu b’inqas xkiel fuq id-distrett. Fenech Adami qed jibża’ li Delia kapaċi jikseb ferm aktar voti minnu fuq id-distrett, u jekk kemm-il darba din isseħħ, tkun tfisser daqqa umiljanti għad-dinastija ta’ Fenech Adami fil-Par-

tit. Tliet snin ilu, meta Delia kien magħżul mit-tesserati biex imexxi lill-Partit, Fenech Adami ma qagħadx jomgħod kliemu u ddikjara li dan ma kienx il-Kap tiegħu. Iżda l-kwistjoni ta’ Delia mhix l-unika sfida li għandu quddiemu Grech. F’dawn l-ewwel ġimagħtejn mindu ħa t-tmexxija f’idejh, beda jinduna li l-establishment, rappreżentat minn deputati li imbottawh għall-ħatra ta’ Kap, flimkien ma’ attivisti ta’ Occupy Justice, il-bloger Manoel Delia u tal-Common Sense, taw bidu għall-proċess ta’ teħid lura tal-kontroll tal-PN, permezz tal-influwenza kbira li għandhom fuq l-istrutturi interni, bħall-Eżekuttiv u l-Kunsill Amministrattiv. Grech, flimkien mal-istaff il-ġdid li daħħal miegħu fid-Dar Ċentrali, qed ikunu bbumbardjati minn messaġġi diretti u indiretti biex jaġevolaw lil dawk li ħadmu biex eleġġewh fil-kariga ta’ Kap tal-Partit. Kriżi oħra li għandu fuq idejh Grech hi l-“gwerra” li qed tiżviluppa fl-Għaxar Distrett, magħmul mill-Gżira, Pembroke, San Ġiljan, Tas-Sliema, parti min-Naxxar u Baħar iċ-Ċagħaq. Avolja hu meqjus fortizza Nazzjonalista, minn hawnhekk fl-aħħar elezzjoni ġenerali, il-PN kien tella’ biss lil Robert Arrigo mill-ewwel għadd, waqt li iżjed tard ġew eletti Karl Gouder u Marlene Farrugia, li dak iż-żmien kienet qed tirrappreżenta lill-Partit Demokratiku fi ħdan il-koalizzjoni maħluqa mal-PN ta’ Simon Busuttil. Karol Aquilina kien tela’ bil-casual election wara li Arrigo, li ġie elett ukoll fuq id-Disa’ Distrett, kien sfurzat iċedi d-distrett proprju tiegħu. Issa jidher li l-establishment għażel lill-Avukat Joe Giglio biex joħroġ fuq

dan id-distrett flimkien ma’ Jason Azzopardi, anke jekk dan joriġina minn Raħal Ġdid. Il-manuvra hi intiża li tiggarantixxi l-elezzjoni ta’ dawn it-tnejn tal-aħħar fil-Parlament u l-probabbiltà li jiġi mdgħajjef jew saħansitra eliminat Arrigo stess, Viċi Kap kien baqa’ leali sal-aħħar lejn Delia. L-informazzjoni f’idejn il-KullĦadd tindika li dawn il-manuvri huma influwenzati minn Jason Azzopardi (ritratt) innifsu, li fi ħdan l-establishment jilbes ħafna kpiepel, fosthom bħala l-Avukat tal-familja Caruana Galizia u r-rappreżentant legali ta’ Occupy Justice, Repubblika u Manoel Delia. Jidher li biex ikunu jistgħu jaħdmu b’mod xamplat fuq l-Għaxar Distrett, l-establishment qed jitfa’ pressjoni fuq il-Partit biex Karol Aquilina ma jitħalliex jikkontesta minn fejn ġie elett bi żbrixx. Skont l-istess sorsi, Aquilina, li ma nġabarx fid-distrett proprju tiegħu – is-Sitt Distrett – ħa din il-mossa b’offiża kbira tant li qed ixerridha ma’ kulħadd li ġie ttradut. Ma’ dan, Bernard Grech irid joħloq pont ġdid ma’ Therese Comodini Cachia, li nqatgħet kompletament mill-grupp li f’Ġunju li għadda webbilha tieħu post Adrian Delia tant li riduha tkun il-Kap tal-Oppożizzjoni ad interim. Comodini Cachia ħassitha wkoll ittraduta minn sħabha stess, li biddlu l-pjan fl-aħħar ħinijiet fuq parir ta’ Simon Busuttil u minflokha nnominaw lil Grech. Din il-gazzetta hi infurmata wkoll li s-sitwazzjoni qed titqies pjuttost stramba għal Comodini

Cachia, għax l-istess establishment li imbotta lil Grech għal Kap tal-PN, kien ħadha qatta’ bla ħabel kontra Delia meta talab lil Grech biex ikun kontestant Nazzjonalista. Kien hemm mill-inqas ħames laqgħat tal-Grupp Parlamentari, l-Eżekuttiv u l-Amministrattiv fejn Delia ppropona lil Grech bħala kandidat kemm fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li saru s-sena li għaddiet kif ukoll għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Jirriżulta, iżda, li dak iż-żmien l-aktar voċiferu kontra l-kandidatura ta’ Grech kien proprju Jason Azzopardi, li skont imkejjen fi ħdan il-PN, “kien qed jaqbeż għall-interessi ta’ sħabu”, b’indikazzjoni għal David Casa u Roberta Metsola, iż-żewġ kandidati lispiċċaw eletti fil-Parlament Ewropew.


09

18.10.2020

PULIZIJA EQREB TAĊ-ĊITTADIN FI 12-IL LOKALITÀ Il-pulizija tal-komunità bdew jaħdmu fi 11-il lokalità ġdida, bl-inklużjoni ta’ ħames timijiet ġodda. Issa l-Pulizija għandha sitt timijiet ta’ dan it-tip bi 28 uffiċjal iddedikati ta’ kuljum fil-qalba ta’ 12-il lokalità. Il-lokalitajiet fejn il-community policing issa beda jaħdem uffiċjalment huma l-Belt Valletta, il-Furjana, Marsaxlokk, Birżebbuġa, ir-Rabat, l-Imdina, l-Imtar-

fa, Ħad-Dingli, Pembroke, is-Swieqi u l-Fgura. Magħhom hemm il-Mellieħa, li kienet il-lokalità fejn sar il-proġett pilota. Dawn it-timijiet ta’ pulizija tal-komunità, li se jkunu qed joperaw minn binjiet viċin il-komunità u li tħejjew apposta għal dan is-servizz, ingħataw taħriġ speċifiku u ċ-ċittadini tal-ibliet u l-irħula affettwati se jirċievu fuljett id-dar bit-tagħrif u bil-kuntatt dwar il-pulizija tagħhom. Waqt konferenza stampa fejn ingħatat l-aħbar, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri spjega li issa li dawn il-pulizija tħarrġu u bdew jaħdmu fil-lokalitajiet magħżula, tibda l-konsultazzjoni biex il-proġett jinfirex f’lokalitajiet oħrajn, inklużi lokalitajiet bi sfidi akbar. Hu żied li, bil-proġett tal-community policing, ilKorp tal-Pulizija llum qed ikun punt ta’ referenza. “L-għan hu li ċ-ċittadin iħossu sigur, mis-

mugħ u moqdi. Dan hu Gvern li l-investiment kollu li hemm bżonn fil-Pulizija se jagħmlu,” qal il-Ministru filwaqt li tenna kemm hu kburi li hu l-Korp tal-Pulizija li qed jerġa’ jżid is-sens ta’ komunità fl-ibliet u fl-irħula. Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà qal li dawn it-timijiet huma komposti minn fost l-aktar nies iddedikati li għandna fil-Korp. Kienu huma li b’mod volontarju u wara sejħa interna kif ukoll wara taħriġ, inkluż minn professjonisti fis-suġġett, intagħżlu biex iwettqu dmirhom bħala community police officers. “Fil-maġġor parti tagħhom huma żgħażagħ entużjasti u b’enerġija liema bħalha. Filfatt, l-età medja tagħhom hi dik ta’ 25 sena. Min-naħa l-oħra, it-team leaders huma surġenti b’esperjenza fil-Korp, filwaqt li nieħu gost nara li minn fost 28 uffiċjal għandna 10 nisa, inklużi 2 li huma team leaders”, qal il-Kummissarju.

€13M MIĠBURIN GĦAL AMBJENT AĦJAR MILL-2016 Sa Ġunju li għadda kienu diġà nġabru aktar minn €13-il miljun mill-eko-kontribuzzjoni ta’ 50ċ kull lejl li postijiet ta’ akkomodazzjoni huma obbligati li jżommu lil kull persuna ta’ aktar minn 18-il sena li toqgħod għandhom. Il-miżura, li kienet ġiet introdotta fil-Baġit għall-2016 u bdiet tinġabar mill-20 ta’ Ġunju ta’ dik l-istess sena, għandha l-għan prinċipali li ttejjeb il-kwalità tal-valur offrut fl-industrija tatturiżmu. Il-kontribuzzjoni ma tistax taqbeż il-€5 għal kull persuna

f’akkomodazzjoni kontinwa u trid tiġi ddikjarata fuq irċevuta separata minn dik li tkopri l-kir­i tal-akkomodazzjoni. Kull min hu responsabbli li jip­ provdi akkomodazzjoni turistika fuq bażi kummerċjali hu obbligat li jgħaddi l-kontribuzzjoni kull tliet xhur, waqt li jżomm tagħrif fuq in-numru ta’ misted­nin f’kull kamra u l-etajiet tagħhom. Minn tweġiba li ta l-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna din il-ġimgħa fil-Parlament wara mistoqsija tad-Deputat Clau-

dio Grech, joħroġ li l-ammont miġbur minn din l-eko-kontri­ buzzjoni sa tmiem Ġunju 2020 kien ilaħħaq it-€13,168,475. Il-Ministru wkoll ippreżenta tabella biċ-ċifri li nġabru f’eko-kontribuzzjoni kull sena bejn l-2016 u l-2020, fejn l-akbar ammont kien dak tas-sena li għaddiet meta hu magħruf li pajjiżna wkoll laqa’ rekord ta’ 2.7 miljun turist. Minbarra hekk, joħroġ li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena nġabru aktar minn €1,300,000, anke jekk kienu kkaretterizzati mill-pandemija tal-COVID-19.

SENA

AMMONT (€)

2016

248,224

2017

3,395,097

2018

4,002,758

2019

4,197,977

(Sal-aħħar ta’ Ġunju)

2020

1,324,419

Total

13,168,475


10

18.10.2020

IL-KAPPELLA TA’ SAN ĊIR FIR-RABAT

IL-KAPPELLA PRISERVATA FIL-GUDJA DDEDIKATA LIL SANTA MARIJA

L-OGĦLA GRAD GĦAL KAPPELLI MEDJEVALI Wara li saru s-sottomissjonijiet mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali quddiem il-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, din il-ġimgħa sitt kappelli Medjevali ta’ importanza storika ġew skedati f’livell ta’ Grad 1, l-ogħla protezzjoni possibbli li jista’ jkollu bini. Tnejn minn dawn il-kappelli, Santa Duminka f’Ħad-Dingli (Ħal Tartani) u Santa Marija ta’ Bir Miftuħ, fil-Gudja, kienu fost l-ewwel għaxar parroċċi dokumentati fl-1436, minbarra dawk tal-Birgu u l-Imdina. L-erba’ siti l-oħrajn, li fuqhom saret il-proposta tal-iskedar, huma San Ċir fir-Rabat, Wasla tal-Familja Mqaddsa mill-Eġittu f’Kemmuna, Santa Marija ta’ Ħal Xluq fis-Siġġiewi u Santa Marija tas-Sokkors f’Bormla. Il-Ministru responsabbli mill-Kultura, José Herrera, tenna li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha sehem ewlieni u essenzjali biex nassiguraw il-ħarsien u l-protezzjoni tal-wirt nazzjonali ta’ pajjiżna. “Huwa importanti li binjiet storiċi li għandna f’pajjiżna jkomplu jiġu salvagwardjati u protetti hekk kif dawn huma parti integrali mill-istorja u l-identità ta’ pajjiżna.” Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali rrimarka wkoll li s-Sovrintendenza twettaq ħidma strumentali b’mod kontinwu biex ħafna mill-patrimonju ta’ pajjiżna ma jintilifx darba għal dejjem.

IL-FDALIJIET TA’ SANTA DUMINKA F’ĦAD-DINGLI


18.10.2020

11


12

18.10.2020

IEĦOR MHUX AFFIDABBLI

ALEX MUSCAT Segretarju Parlamentari

Li l-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jibdel fehmtu jew idawwar l-istess argumenti tiegħu ta’ taħt fuq, ma jawgura xejn sew. Mill-ftit li sirna nafuh mill-kampanji għar-referendum tad-divorzju fl-2011 u dik tal-aħħar ġimgħat, ħadna stampa ċara ħafna ta’ persuna oħra li mhix affidabbli fit-tmexxija tal-PN. Jekk xejn, dak li llum qed iwiegħed li jieħu f’direzzjoni ġdida lill-Partit fl-Oppożizzjoni, fil-verità huwa eżatt bħall-predeċessuri kollha tiegħu, li flaħħar snin kienu ħfief biex jisparaw dikjarazzjonijiet ta’ kull ġeneru, imma qatt waslu biex jippreżentaw fatti jew kalkoli biex jissostanzjaw kliemhom. Bil-bejgħ tal-valuri tiegħu fil-każ tad-divorzju jew

tal-identità Maltija tiegħu, Grech żgarra bl-ikrah. Kompla għaxxaqha meta waħħal f’kulħadd għan-nuqqasijiet fil-ħlas tat-taxxi dovuti minnu. Jaħseb li billi jitfa’ l-ħtijiet tiegħu f’ħoġor ħaddieħor jew jibdel il-pożizzjoni skont l-istaġuni se jimpressjona jew jikkonvinċi lil xi ħadd. Wisq inqas se jidher iżjed pur meta mhuwiex. Ir-reazzjoni tiegħu, jew il-verżjoni mibdula, dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni fl-ewwel laqgħa li kellu malPrim Ministru Robert Abela din il-ġimgħa, wieżnet il-karattru doppju li jidher għandu l-Kap Nazzjonalista. Bil-mod kif qaleb l-argument wara l-ħasla li kienet qiegħda tistennieh f’dan ir-rigward, mhux biss kisser id-dikjarazzjonijiet kollha li għamel s’issa fuq issuġġett, iżda saħanistra wera li anke hawn ma jafx x’qed jgħid. Ħa nispjega aħjar. Mela sa ftit ilu Dr Grech kien qed jiftaħar li mhux veru Malta mimlija b’immigranti li jaqsmu b’mod irregolari mil-Libja. L-argument ġie skreditat mill-Prim Ministru mill-ewwel pubblikament u Grech ma bidilx diskorsu. Imma kif ġie ffaċċjat minn Robert Abela fil-Parlament fejn qallu li dan id-diskors mhux jagħmel ġid lil pajjiżna u fl-argumen-

ti tiegħu fil-fora Ewropej biex ikun hemm qsim tal-piż fuq dan l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea, il-Kap Nazzjonalista ġebbed il-lasktu biex jinkludi l-immigrazzjoni b’mod inġenerali. Anzi kellu l-ardir jgħid li l-Prim Ministru ma fehem xejn, flok ammetta li hu kien qed ikun konvenjenti fl-argument. Is-sabiħa hi li l-metafora li “aħna m’aħniex xi xarabank biex inkunu full-up”, issa f’daqqa waħda nbidlet għal xi Mini Minor u l-passiġġieri saru problema kbira għal Grech. Tali inkonsistenza tikxef ukoll id-defiċjenza fis-suġġett dwar tipi oħra ta’ immigrazzjoni u li l-argumenti ta’ Grech jagħmlu l-ilma minn kullimkien. Fil-verità ma jafx x’qed jgħid u qed iħallat lil min jiġi f’pajjiżna illegalment ma’ dawk li qed jiġu skont il-liġi. Fl-istess ħin jinvolvi fis-somma sħiħa tiegħu lil dawk li jiġu minn pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea u allura jgawdu mid-dritt tal-moviment ħieles. Dawn jagħmlu l-maġġoranza tal-barranin fostna. Allura Bernard Grech u l-PN huma kontra l-moviment ħieles?! Ma’ dan, irridu nagħrfu l-fatt li pajjiżna u l-komunitajiet fi ħdanu huma mimlijin diversità: minn dejjem hekk kienu u hekk se jibqgħu. Id-diversi-

tà sawritna tul is-snin f’dak li aħna llum u din l-istess diversità tant wiesgħa li qed naraw illum hi riżultat ta’ aktar minn fattur wieħed. Ma ninsewx lanqas li konna aħna li mraħna fi rkejjen varji tad-dinja, fejn rajna opportunitajiet tajbin ta’ xogħol, ibda mill-Maltin li attwalment jgħixu u jaħdmu fi Brussell jew Strasburgu għal dawk li f’nofs is-Seklu 20 abbandunaw lill-familji tagħhom biex telqu l-Amerka, l-Ingilterra u l-Awstralja, fost oħrajn. Bil-maqlub minn dawk iż-żminijiet koroh għal art twelidna, fl-aħħar seba’ snin pajjiżna ħoloq iżjed minn biżżejjed xogħol għall-Maltin u l-Għawdxin u minn pajjiż li jitlef iż-żgħażagħ mimlija ħeġġa li jaħdmu u l-imħuħ mogħnija bl-esperjenza, sirna post fejn il-ġenerazzjonijiet tal-lum, inklużi barranin, ifittxuh għall-opportunitajiet li joffri. Il-barranin li jinsabu hawn Malta b’mod regolari qed jagħmlu xogħol siewi ħafna. Allura l-Kap tal-PN hu kontra l-carers li jieħdu ħsieb b’tant dedikazzjoni lill-anzjani tagħna; l-infermieri li jieħdu ħsieb lill-pazjenti tagħna fl-isptarijiet; il-fattigi fl-iskejjel, fl-isptarjiet u istituzzjonijiet oħrajn; ix-xufieri tal-karozzi tal-linja li qed jagħtu servizz

daqstant utli; dawk fis-settur finanzjarju fejn għandna nuqqas ta’ Maltin? Kliemu stess ħa lil Dr Grech minn estrem għal ieħor biex illum sar jinstiga sentimenti ta’ razziżmu, xenofobija u intolleranza, meta sal-bieraħ ried jiftaħ beraħ il-portijiet tagħna. Nispera li issa wkoll ma jgħidilniex li “seta’ kien aktar attent”, kif ġara fil-każ tat-taxxa dovuta minnu, jew li ż-żieda filkawżi fil-Qorti biddlulu l-valuri ta’ taħt fuq, kif ġralu wara li ddaħħal id-divorzju. Għaldaqstant mhux se neħodha bi kbira, lanqas, jekk għada pitgħada dan il-magħżul tal-fazzjoni ta’ Busuttil joħroġ b’xi verżjoni differenti minn dik li tana din il-ġimgħa f’dan ir-rigward jew iwaħħal fil-poplu kollu li mhux jifhmu. Bħal sħabu kollha fl-establishment l-antik Nazzjonalista, li wkoll qed iżommuh responsabbli u jwissuh li faċilment isibu sostitut floku jekk ma jimxix kif jgħidulu, għandna għax nistennew aktar pożizzjonijiet diverġenti, attakki viljakki u kulma jista’ jaffettwa ħażin ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Meta wkoll jitfa’ t-tort ta’ kollox fuq kulħadd, Dr Grech ma jirrealizzax li qed ineżża’ lilu nnifsu minn kull setgħa li kapaċi jirranġa xi ħaġa, la r-riedni mhumiex f’idejh.

GVERN LI JAĦSEB F’KULĦADD

LYDON VELLA

Aħna l-bnedmin għandna tendenzi li nidraw u nieħdu l-affarijiet for granted f’diversi affarijiet. Hija ħaġa normali li l-bniedem iqum filgħodu u jmur għax-xogħol jew għall-iskola. Hija normali wkoll li jasal il-weekend u nagħmlu dak li nieħdu gost nagħmlu fil-ħin liberu tagħna. Iżda din is-sena kienet eċċezzjoni, minħabba l-pandemija COVID-19, li nxterdet madwar id-dinja kollha u kull pajjiż kellu jieħu l-miżuri neċessarji, skont l-esiġen-

zi individwali. F’Malta mhux eċċezzjoni! Illum il-ġurnata nħarsu lura u nistaqsu lilna nfusna kif irnexxielna naslu s’hawn bil-problemi u l-isfidi kollha li ġabet magħha din il-pandemija. Pandemija li rat lil Malta kif qatt ma rajnieha qabel: litteralment wieqfa. Ir-rwol tal-Gvern f’din il-pandemija żgur li kien kruċjali biex jassigura bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija ta’ pajjiżna, għax dawn iż-żewġ oqsma jikkumplimentaw lil xulxin. Gvern li bl-għaqal tiegħu kien ta’ sostenn kemm għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin kif ukoll għan-negozji. Meta naħseb minn xiex għaddejna u nħares lejn ilmod kif il-Gvern mexxa f’dan iż-żmien inħoss sens ta’ sodisfazzjon u kuraġġ kbir. Inħossni sodisfatt li nara Gvern Laburista li daħal għall-piż tal-pagi tal-ħaddiema permezz tal-COVID Wage Supplement. Spiża li waħedha swiet lill-Gvern miljuni ta’ ewro u li, iżda, salvat ix-xogħol ta’ eluf

ta’ ħaddiema u eluf ta’ negozji milli jagħlqu. Inħossni sodisfatt li nara Gvern Laburista li daħal għal 50% tal-piż fuq il-kontijiet taddawl tan-negozji. Bla dubju ta’ xejn l-iktar miżura popolari kienet dik tal-famużi vouchers tal-€100 li tqassmu lil kull ċittadin biex jonfoqhom kif irid hu fl-industriji li ntlaqtu l-agħar. Fiż-żmien li dawn il-vouchers kienu qed jiġu kkunsmati, ir-restoranti kienu kollha kelma waħda: “skużani, imma full-up”. Din il-frażi għadni nismagħha sal-lum il-ġurnata mingħand in-negozji, iżda mhux minn fomm il-Kap ilġdid tal-Oppożizzjoni Dr Bernard Grech, li għalih lanqas Malta mhi ‘full up’ fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari. Dan l-argument jinkwieta lil ħafna għas-sempliċi raġuni li, għalkemm inbidlet it-tmexxija, tal-Partit Nazzjonalista xorta baqgħu maqtugħin mir-realtà tal-poplu Malti, li jinsab urtat li pajjiżna fuq il-fruntiera tal-Unjoni Ewro-

pea għad m’għandux l-appoġġ meħtieġ minn Brussell u għadd ta’ stati membri, anke jekk aħna l-iżgħar fil-familja Ewropea. Minkejja dan, lura għallmod kif ġab ruħu l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, ma nistax ma nirrimarkax kif il-pjan ta’ riġenerazzjoni ta’ €900 miljun ta spinta biex taffa l-istaġnar tal-ekonomija b’riżultat tal-pandemija. Gvern b’viżjoni li jaf fejn irid jasal. Gvern għaqli li jaħseb f’kulħadd. Gvern li għada stess se jmur b’wiċċu minn quddiem biex jippreżenta l-baġit għas-sena d-dieħla. L-ewwel indikazzjonijiet tiegħu, skont il-Prim Ministru nnifsu, dan se jerġa’ jkun bħal dawk li drajna fl-aħħar seba’ snin. Gvern Laburista biddel il-mod kif innies iħarsu lejn dan l-eżerċizzju annwali. Niftakarni meta kont żgħir litteralment in-nies kienu jibżgħu mill-ġurnata li xi Tonio Fenech jew xi Lawrence Gonzi jħabbru l-baġit, li jiġu dejjem

b’iżjed issikkar taċ-ċinturin fuq l-għajxien tal-ħaddiema u l-familji tagħhom, minbarra d-daqqiet tal-frosta l-oħrajn matul is-sena kollha. Illum il-ġurnata n-nies tistenna b’ħerqa din il-ġurnata ħalli jaraw x’piżijiet naqsu u/ jew x’benefiċċji żdiedu. Differenza li jħoss kulħadd fuq din l-art, inkluż in-Nazzjonalisti, li jibqgħu negattivi xorta minkejja kollox. U kif jidher mhux se jinbidlu lanqas, issa li l-partit reġa’ nħakem minn dawk li moħħhom biss biex jagħmlu ħsara lil Malta u sfaċċatament jgħidu li jistħu li huma Maltin! Dak li għaddejna minnu fl-aħħar xhur jixhed li dan ilGvern ma waqafx jew ċeda quddiem virus li niżżel dinja għarkupptejha, aħseb u ara kemm se jieqaf quddiem Oppożizzjoni oħra distruttiva, speċjalment fejn jidħol l-interess komuni ta’ pajjiżna u l-poplu inġenerali. Għax kif kien jgħid il-Perit Duminku Mintoff: “Biex tmexxi lil Malta trid tkun tħobbha.”


13

18.10.2020

MITT SENA U LILL HINN MINNHOM

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Ta’ unur għalija li qed nikteb dan l-artiklu fil-ġimgħa li l-Partit Laburisa għalaq 100 sena minn meta twaqqaf. Ta’ unur akbar li jien nappartjeni għal dan il-partit, li nħaddan il-prinċipji ta’ dan il-partit. Aktar minn hekk mhux biss huwa unur imma kburija li jiena Laburista u li jiena Maltija. Is-sodisfazzjon kbir f’ħajti hu li nimmilita f’dan il-partit u mill-adolexxenza tiegħi interessajt ruħi fil-Partit Labursta u fittixt li nkun attiva b’xi mod jew ieħor f’dan il-partit. Għalija l-PL kien l-għażla naturali. Iva veru, l-influwenza mill-familja kienet fattur ewlieni li nħossni viċin il-PL, imma bħal kulħadd għandi d-dritt u d-dmir li nevalwa u niżen u nagħżel il-prinċipji li se nsejjes ħajti fuqhom. U għal diversi raġunijiet jiena qatt ma nista’ nappartjeni għal ideali oħra ħlief għas-soċjaliżmu u l-prinċipji Laburisti. Sa mit-twelid tiegħu dan il-partit dejjem fittex l-interessi tal-ħaddiem, tal-faxxa l-baxxa tas-soċjetà, tal-iżvantaġġjat. Dan il-partit kien pijunier sabiex jippromwovi l-ġustizzja soċjali u fuq kollox il-mobbiltà soċjali. Kien pijunier li pajjiżna joħloq il-ġid u dan il-ġid jitqassam b’mod xieraq fejn il-faxxa t’isfel tirċievi dak li hu xieraq għaliha mill-ġid maħluq. Dan il-partit li saħaq u implimenta fil-verità li kulħadd ħaqqu l-impjieg, il-ħobża ta’ kuljum, ħaqqu li jkollu l-ikel fuq il-mejda, ħaqqu saqaf fuq rasu, ħaqqu ħwejjeġ x’jilbes u żarbun

f’saqajh, ħaqqu jieħu l-edukazzjoni, ħaqqu jieħu l-aqwa kura għal saħħtu u meta jikber ħaqqu pensjoni u mistrieħ xieraq. Dan il-partit saħaq fuq l-importanza tal-ilsien Malti u kemm għandna nindokrawh u nieħdu ħsieb il-lingwa unika u sabiħa tagħna. Dan il-partit emmen sa mill-bidu nett li kull ċittadin adult għandu jkollu l-vot u jesprimi l-opinjoni politika tiegħu fl-elezzjonijiet. Ma rridux ninsew li l-PL twieled biex jirrapreżenta lil dawk il-Maltin li qas biss kellhom vot, qas biss kellhom leħen. Mill-bidu nett kien kostrett li jara telgħa qawwija quddiemu sabiex ixerred it-twemmin u l-prinċipji tiegħu u fl-aħħar mill-aħħar iwettaqhom. Partit Laburista fil-gvern seta’ jkun biss permezz ta’ koalizzjoni ma’ partiti oħrajn bħalma ġara fi żmien il-Compact mal-Partit Kostituzzjonali fl-aħħar tassnin 20. Kien biss wara l-ħidma u tħabrik tal-istess Partit tal-Ħaddiema li fl-1947 ingħata l-vot liċ-ċittadini Maltin kollha rġiel u nisa mill-21 sena ’l fuq biex il-PL immexxi minn Paw-

Sa mit-twelid tiegħu dan il-partit dejjem fittex l-interessi tal-ħaddiem, tal-faxxa l-baxxa tas-soċjetà, tal-iżvantaġġat. Dan il-partit kien pijunier sabiex jippromwovi l-ġustizzja soċjali u fuq kollox il-mobbiltà soċjali. Kien pijunier li pajjiżna joħloq il-ġid u dan il-ġid jitqassam b’mod xieraq fejn il-faxxa t’isfel tirċievi dak li hu xieraq għaliha mill-ġid maħluq

lu Boffa għamel l-akbar rebħa elettorali li qatt ġiet reġistrata f’pajjiżna. U minn hemm il-poplu ħa r-ruħ, għax il-poplu fil-maġġoranza l-kbira tiegħu huwa ħaddiem, li jaqlagħha u jikolha, huwa bieżel u jrid ix-xogħol imma jridu ġo pajjiżu u mhux ikollu jemigra f’pajjiż imbiegħed sabiex isib ix-xogħol. Il-kisbiet kbar ekonomiċi, finanzjarji, industrijali imma fuq kollox soċjali li kiseb dan ilpajjiż, huma grazzi għall-Partit Laburista fil-gvern fil-50ijiet u s-70ijiet. M’iniex se nistħi ngħid li jien mhux talli jien ġejja minn familja tal-ħaddiema, imma wkoll minn familja li daqet ilfaqar u ċ-ċaħda. Kien Gvern Laburista li refa’ minn xagħarhom familji bħall-familja tiegħi, li tahom opportunitajiet sabiex ikollhom edukazzjoni b’xejn, ħa ħsieb saħħithom b’saħħa b’xejn, ħa ħsieb għall-pensjonijiet u għajnuniet soċjali mhux kontributorji għal min lanqas kellu sold fuq xiex jaħlef u kien jattallab fit-toroq. Saħansitra lil dawn il-familji tahom saqaf fuq rashom u bil-bżulija tagħhom dawn il-familji saru wkoll sidien djarhom. Il-PL filgvern għamel l-aqwa kisba għal pajjiżna meta ħoloq il-faxxa tal-middle class billi għolla l-familji foqra ’l fuq, b’pagi li ma jistgħux ikunu inqas mill-paga minima, ta d-dinjità lill-ħaddiem, b’ġimgħa t’40 siegħa xogħol u b’numru stipulat ta’ leave li l-ħaddiem hu intitolat għalih u s-sick leave. Il-Partit Laburista kien appuntament mad-destin ta’ pajjiżna. Ġie mwieled biex ibiddel lil pajjiżna. Ġie mwieled biex kull meta jkun fil-gvern jirregola mill-ġdid il-polz soċjali u jara

li l-ġid u l-prosperità finanzjarja ta’ dan il-pajjiż ma jinħolqux bl-introduzzjoni ta’ taxxi, miżuri t’awsterità u kontijiet għolja, imma billi jattira l-investiment, joħloq opportunitajiet akbar ta’ xogħol, miżuri li jħallu aktar flus fil-but tal-poplu u b’hekk il-poplu jħossu kunfidenti u ma jibżax jonfoq u r-rota ekonomika ddur u l-finanzi tal-pajjiż jissaħħu. Din il-filosofija ta’ Gvern Laburista partikolarment tul dawn l-aħħar 7 snin dawret l-ekonomija ta’ pajjiżna minn waħda li tgħum fid-defiċit u d-dejn għal waħda ta’ surplus. Dan is-surplus ta prova tal-għaqal ta’ Gvern Laburista proprju f’dan iż-żmien ta’ sfida li qed ngħixu fih illum, meta dawn il-flus qed jintużaw biex pajjiżna jkompli għaddej u ma jintilfux l-impjegi minkejja li globalment tinħass riċessjoni finanzjarja kbira. Gvernijiet Laburisti ma ħadux biss ħsieb il-but tal-poplu batut. Ħadu ħsieb persuni oħra żvantaġġati fis-soċjetà billi tahom id-dinjità li jixraqilhom. L-ugwaljanza mhix dik biss finanzjarja u ekonomika, ugwaljanza tfisser ukoll li tinċentiva lill-mara sabiex toħroġ taħdem b’miżuri bħal maternity leave itwal, inwork benefit, tapering u child care b‘xejn. Gvern Laburista ħaseb fl-ugwaljanza għal persuni LGBTIQ bi dritt għax kull individwu għandu d-dritt li jħobb. Daħħal il-liġi tal-IVF f’pajjiżna u qed jgħin bis-sħiħ fl-ispejjeż finanzjarji li tinvolvi addozzjoni ta’ tfal barranin għaliex kull koppja għandha d-dritt li jkollha ċ-ċans li tħaddan l-ulied. Ħadem favur li jiddaħħlu drittijiet ċivili bħad-divorzju u fis-70ijiet introduċa ż-żwieġ

ċivili u b’hekk witta t-triq għal pajjiż sekulari. Introduċa liġijiet sabiex isaħħaħ it-trasparenza u s-saltna tad-dritt f’pajjiżna bħal-liġijiet tal-preskrizzjoni fuq il-politiċi u l-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti, riformi fil-qrati, rifomi kostituzzjonali fosthom kif jinħatru l-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali, l-Avukat tal-Istat, il-President tar-Repubblika. Dan hu l-partit fil-gvern li qed ibiddel wiċċ pajjiżna b’investiment bla preċedent fil-manutenzjoni u bini ta’ toroq u infrastruttura state of the art, immodernizzar tal-iskejjel preżenti u bini t’oħrajn ġodda, immoderizzar u bini ġdid ta’ kliniċi u bereġ tas-saħħa, miżuri għall-ħarsien tal-ambjent, eredika l-HFO u introduċa enerġija ferm aktar nadifa tal-gass sabiex jitħaddmu l-power stations. Dan kollu li semmejt għamlu l-PL, qed jagħmlu u se jibqa’ jagħmlu għax dan hu l-partit tan-nies, il-partit li qatt ma jistrieħ, imma dejjem irid li jiġġedded u jinbidel. Madanakollu, il-prinċipji jibqgħu l-istess. Jinbidel il-mod ta’ kif il-prinċipji jitwettqu imma l-ideali jibqgħu hemm għax nemmnu li s-sisien tas-soċjetà tagħna huma x-xogħol, il-familja, l-edukazzjoni, ilħolqien tal-ġid u l-ġustizzja soċjali, il-mobbiltà soċjali, issaħħa fiżika u mentali tal-poplu, il-paċi, id-demokrazija, is-sigurtà u s-serenità. Dan kollu hu li jikkomponi l-PL. Dan kollu li nemmnu fih. 100 sena ilu l-fundaturi emmnu f’dan kollu. Illum nemmnu f’dan kollu wkoll b’konvinzjoni. 100 sena oħra dawn il-prinċipji persważa li se jibqgħu l-pern u l-qafas tal-Partit Laburista tal-ġejjieni.


14

18.10.2020


18.10.2020

15


16

18.10.2020


18.10.2020

17


18

18.10.2020


18.10.2020

19


20

18.10.2020


18.10.2020

21


22

18.10.2020


18.10.2020

23


24

18.10.2020


18.10.2020

25


26

18.10.2020


18.10.2020

27


28

18.10.2020


18.10.2020

29


30

18.10.2020


18.10.2020

31


32

18.10.2020


18.10.2020

33


34

18.10.2020


18.10.2020

35


36

18.10.2020


18.10.2020

37


38

18.10.2020


18.10.2020

39


40

18.10.2020


18.10.2020

41


42

18.10.2020


18.10.2020

43


44

18.10.2020


18.10.2020

45


46

18.10.2020


18.10.2020

47


48

18.10.2020

BAĠIT FI ŻMIEN TA’ SFIDI U TA’ OPPORTUNITÀ

MIRIAM DALLI

Membru Parlamentari Ewropew

Dan huwa żmien ta’ sfidi kbar, però huwa wkoll żmien ta’ opportunitajiet. Qatt daqs illum fl-istorja reċenti ma kellna l-ħtieġa li nibnu ekonomija reżiljenti u b’saħħitha. COVID-19 urietna li mhux talli rridu nkattru t-tkabbir ekonomiku, talli rridu nagħmlu dan b’mod sostenibbli u b’mod li jaħseb għall-futur. L-għaqal fil-mod kif pajjiżna amministra l-ekonomija

tagħna fl-aħħar snin qed jippermettilna llum biex nippreżentaw baġit li fil-qalba tiegħu għandu r-ruħ soċjali tal-pajjiż. F’dan iż-żmien ta’ pandemija s-saħħa tibqa’ prijorità assoluta, imma bl-istess mod irridu nagħtu importanza kbira lill-qasam soċjali, l-anzjani u l-edukazzjoni ta’ wliedna. Dwar saħħitna, ma rridux biss naraw li nillimitaw l-impatt tal-virus, imma rridu naraw kif ninvestu f’tip ta’ ekonomija li trendi kemm finanzjarjament, soċjalment u anke għal saħħitna u saħħet il-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Quddiemna għandna opportunitajiet kbar, fosthom li niddikarbonizzaw l-ekonomija tagħna sas-sena 2050. Biex nagħmlu dan, irridu nfasslu flimkien mudell ekonomiku ġdid. Dawn iż-żminijiet għallmuna ħafna wkoll. Qed nintebħu li mhux neċessarjament irridu nkunu fiżikament preżenti x-xogħol biex inkomplu b’ħidmietna. Qed

nindunaw li mhux bilfors irridu nużaw il-vetturi tagħna. U nittama li qed nirrealizzaw li l-biedja Maltija u Għawdxija huma importantissimi biex nibdew innaqqsu d-dipendenza tagħna minn fuq prodotti agrikoli li jidħlu minn barra. Irridu nħarsu u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna. Fuq dan, nisimgħu ħafna. Imma issa wasal iż-żmien li naġixxu għaliex il-kwalità tal-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna għandha tkun l-għan ewlieni li naħdmu għalih. Il-kwalità tal-ħajja tinkludi s-saħħa fiżika u mentali, il-benesseri emozzjonali u s-sehem tagħna fis-soċjetà. Hemm ċerti affarijiet li nħoss li nistgħu naħdmu aktar fuqhom biex inħarsu dawn l-aspetti. Pereżempju, aktar spazji miftuħa fl-iżvilupp urban jagħtu serħan il-moħħ ferm akbar liċ-ċittadini. Attività fiżika regolari tgħin lil kull wieħed u waħda minna biex nilħqu bilanċ fiżiku u anke

mentali. Ħafna drabi però, ninnota f’pajjiżna nuqqas ta’ spazju fejn nistgħu nieħdu nifs u nirrilassaw. Hemm bżonn li fl-ippjanar urban tagħna, naħsbu fil-profitt finanzjarju u bl-istess importanza fil-profitt għal saħħitna, li għalkemm ma tistax tikkwantifikah finanzjarjament, iħalli impatt pożittiv enormi. Ħaġa oħra li neħtieġ nagħmlu hi li nżommu lill-vulnerabbli fis-soċjetà tagħna, b’mod partikolari l-anzjani, attivi mentalment u fiżikament, mhux biss f’dan iż-żmien ta’ pandemja iżda fit-tul. Dan ma jfissirx biss li ninkoraġġuhom jaqraw jew isegwu dak li qed jiġri. Ifisser li ninkluduhom f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, u b’hekk inkunu qed inqisu l-opinjonijiet ta’ min ġarrab aktar fil-ħajja. F’bordijiet, f’Kunsilli Lokali, fi kwalunkwe grupp jew għaqda rappreżentattiva tas-soċjetà, jeħtieġ ninkoraġġixxu l-parteċipazz-

joni attiva ta’ aktar anzjani. L-appell tiegħi huwa biex dan il-mument inqisuh bħala opportunità biex nitgħallmu affarijiet li ma niddiskutuhomx ta’ spiss daqskemm nixtiequ, kemm bejnietna kif ukoll f’kull livell fis-soċjetà tagħna: fl-iskejjel tagħna, f’diskussjonijiet mas-settur privat, u fil-pjanijiet li jfassal il-Gvern għall-ġejjieni. Irridu nanalizzaw dak li qed jiġri biex naraw kif nistgħu nitgħallmu minn din l-esperjenza ħalli nħarsu l-ambjent ta’ madwarna, ħalli nesploraw kif nistgħu nitgħallmu nidibattu b’mod aktar matur u demokratiku u kif nistgħu nsaħħu l-volontarjat u nagħtu ftit mill-ħin tagħna għall-ġid komuni fost l-oħrajn. Nemmen li t-triq ’il quddiem hija mimlija opportunitajiet, jekk nagħrfu nisfruttawhom filwaqt li ma nneħħu qatt minn quddiem għajnejna l-ħtiġijiet ta’ dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

li qed jgħidulna stakeholders f’dan il-qasam, biex dejjem ikollna l-polz tan-nies u anke viżibilità ta’ problemi ġodda li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal ieħor. Minn tibdil żgħir li jaffettwa grupp żgħir ta’ nies sa avvenimenti ferm ikbar - bħalma hi l-COVID. Il-COVID żgur li ser taffettwa l-isforz u r-riżultati li konna qed niksbu anke lokalment biex niġġieldu l-faqar. Għalhekk l-impenn tagħna jrid ikompli jiżdied u mhux jonqos. Għaldaqstant aħna se nibqgħu nistudjaw dak li jkun qed jiġri, nisimgħu u niltaqgħu mar-realtajiet kollha tas-soċjetà tagħna għaliex dak hu tassew għalfejn qegħdin fil-politika - biex ngħinu n-nies u nagħtuhom futur aħjar. Nifhem ukoll li f’dawn iljiem hemm min huwa inkwetat li qed ikun hemm aktar każi ta’ COVID hekk kif wkoll l-ittestjar li qed jagħmel pajjiżna kompla jiżdied. Naqbel perfettament ma’ dak li qal il-Prim Ministru li għandu jkollna aktar infurzar tar-regolamenti biex inkomp-

lu nikkontrollaw aħjar il-pandemija. Fost oħrajn l-użu aktar wiesa’ tal-maskla u l-ħtieġa ta’ aktar screening ta’ passiġġieri li jaslu fl-ajruport anke permezz ta’ rapid testing. Filwaqt li ma rridux immorru fl-estrem nemmen ukoll li dawn il-miżuri mhux se joħonqu lill-pajjiż iżda se jippriservaw aħjar is-setturi ekonomiċi ta’ pajjiżna biex noħorġu minn dan il-perjodu b’suċċess. Din il-ġimgħa fakkarna wkoll il-100 sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista. Partit li twieled minħabba l-bżonnijiet tan-nies, l-aktar dawk li ma kellhomx vuċi u drittijiet. Partit li dejjem kien u jibqa’ viċin in-nies. Bħala Partit filGvern wettaqna bidliet kbar għall-ġid ta’ pajjiżna u l-poplu tagħna. Fejn dejjem u f’kull ċirkostanza konna kburin li aħna Maltin għax għalina Malta dejjem tiġi l-ewwel u qabel kollox. Hija din l-imħabba lejn il-pajjiż li tkompli tispirana biex immexxu, immexxu b’ruħ soċjali – f’kull mument inkluż f’mumenti ta’ prova li qegħdin fihom bħalissa.

BAĠIT B’RUĦ SOĊJALI

CARMELO ABELA Ministru

F’dawn il-jiem kelli l-privileġġ li npoġġi biswit il-Prim Ministru Robert Abela għal għadd ta’ laqgħat ma’ diversi korpi kostitwiti, unions u għaqdiet. Huwa ċar li hemm stennija kbira għal dan il-Baġit speċjalment fil-kuntest li qegħdin fih. Dan hekk kif in-nies qed tistenna l-miżuri ta’ appoġġ u riġenerazzjoni li jmiss wara erba’ mini budgets li diġà kellna din is-sena. Rajna kif kull entita’ li ltqajna magħha irrimarkat fuq l-effett pożittiv li kellhom l-għajnuniet tal-Gvern matul il-COVID. Sidien ta’ ristoran-

ti, ħwienet u lukandi li rringrazzjaw lill-Gvern għall-iskema tal-Wage Supplement u l-vouchers li kienu kruċjali biex ġew salvati l-impjiegi u b’hekk salvata l-kwalità talħajja ta’ ħafna nies f’mument tant diffiċli. Il-fatt li ħafna nies żammew il-post tax-xogħol tagħhom waslet ukoll biex ikollhom il-fiduċja li jonfqu. Konvint li l-Baġit ta’ għada se jkompli jagħmel kulma hu possibbli biex l-għajnuna talGvern tkun sostnuta. Ħadt pjaċir ukoll ninnota d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru dwar kif il-baġit se jolqot lill-pensjonanti, fejn assigurana li l-Gvern se jibqa’ jagħti s-serħan il-moħħ li kellhom il-pensjonanti matul dawn l-aħħar seba’ snin. Din il-ġimgħa kelli wkoll il-pjaċir li nimmarka l-ġlieda li qed nagħmlu f’pajjiżna kontra l-faqar f’konferenza tal-aħbarijiet mal-kollega Miachael Falzon. Rajna kif l-ammont ta’ persuni li għandhom ċaħda materjali niżlet għal 3.7% minn 10% fl-2013. Jidher biċ-ċar li l-ħidma tal-Gvern f’dan is-settur ħadmet sew, speċjalment għall-mod li bih

irnexxielna ndaħħlu aktar persuni fid-dinja tax-xogħol, permezz ta’ miżuri bħall-InWork Benefit u t-Tapering of Benefits. Fakkarna wkoll il-ħafna ħidma oħra li saret mill-2017 fuq il-qasam soċjali: biż-żidiet fic-children’s allowance, it-trasport b’xejn lejn l-iskejjel, iż-żidiet lill-pensjonanti, il-paga minima għall-persuni b’diżabilità u tant miżuri oħra. Ħadt pjaċir inħabbar kif l-istess Minsteru li hu responsabbli mill-qasam soċjali laħaq 85% tat-twettiq tal-commitment elettorali. Xogħol, miżuri u għajnuniet li laqtu lil diversi faxxi tas-soċjetà u allura laqtu b’mod dirett l-ġlieda tagħna kontra l-faqar u l-għan li kulħadd ikollu d-dħul u l-kwalità talħajja li jixraqlu. Ejjew, iżda ma nilludux ruħna li wasalna. Irridu nibqgħu nħejju programmi u miżuri, inkluż kif ser isir fil-baġit li jmiss, sabiex dejjem infittxu, insibu u nindirizzaw dawk il-gruppi ta’ nies li għadna ma lħaqniex. Irridu dejjem inkunu miftuħin u lesti nisimgħu dak


49

18.10.2020

IL-KOTTONERA U L-MADWAR

CHRIS AGIUS Segretarju Parlamentari

Sa ftit tas-snin ilu, il-Kottonera u l-madwar kienu meqjusa bħala żoni minsija f’Malta. Kienu żminijiet meta anke kien hemm min kien iqisna li għandna xi ħaġa anqas minn ħaddieħor. Iżda daqs 15-il sena ilu, il-Gvern induna bil-potenzjal li għandhom l-akkwati u n-nies tagħhom. Kien il-lokal tal-Birgu, li b’Kunsill determinat, bidel il-lokal minn lejl għannhar. Hemm imbagħad ġie xprunat ilGvern sabiex hu wkoll jagħmel il-parti tiegħu. Saret marina, numru ta’ restoranti, dar għall-anzjani u aktar. Iżda minkejja dan, l-ibliet l-oħra, Bormla, l-Isla u l-Kalkara xorta ma’ gawdewx minn dak li sar. Ħafna emmnu li t-trasformazzjoni tal-Baċir Numru 1 u l-promenade mill-Isla sal-Kalkara kienu kruċjali sabiex ikun hemm it-trasformazzjoni tant mixtieqa. Il-proġett tal-Baċir u l-promenade beda lejn is-sena 2011, iżda sfortunatament dam ħafna u n-nies u n-negozji tal-akkwati batew. Kienet anke mietet anzjana sforz l-abbandun. Kellu jkun Gvern Laburista li malli tela’ fil-Gvern fl-2013 daħal bis-serjetà għal dan ilproġett u tlesta fi ftit xhur. Illum l-Kottonera hija żona mfittxija ħafna, u ħafna Maltin qed jiskopru l-ġmiel tagħha. Iżda minkejja li għamilna ħafna, għad baqa’ ħafna xi jsir. Waħda mill-problemi kbar f’dawn in-naħat hija dik tal-Housing Soċjali. Anke hawn il-Gvern għaddej bi proġett ta’ bini ta’ 65 appartament u garaxxijiet għall-valur ta’ €6 miljun fil-lokalità ta’ Bormla. Fl-Isla għaddejjin bi proġett ieħor kbir għall-valur ta’ €3.1 miljun, li jinkludi bidla fid-daħla tal-Belt tal-Isla, manutenzjoni kbira fuq l-arloġġ maestuż,

kif ukoll bini ta’ belvedere fuq is-sur ta’ San Mikiel, minn fejn wieħed jista’ jgawdi d-dehra tal-Kottonera. Il-valur storiku li għandha l-Kottonera rridu nieħdu ħsiebu u nħalluh lil ta’ warajna aħjar minn kif sibnieh. F’Bormla bdejna x-xogħol fuq is-swar ta’ San Ġwann. Għaddej ġmielu x-xogħol fuq il-Barumbara li tmur lura għal żmien il-Kavallieri. U fiż-żmien li ġej irridu naraw li jibda x-xogħol fuq il-mitħna ta’ San Ġwann u nieħdu ħsieb ukoll l-oħra li hemm fuq Santa Margerita. Meta semmejt il-promenade mill-Isla sal-Kalkara, kelli f’moħħi n-naħat li aħna nafu bħala t-Toqba u x-Xewkija. Dawn huma partijiet mill-promenade li kull maltempata jispiċċaw perikolużi għan-nies. Anke hawn għandna proġett kbir ta’ €9 miljun sabiex dan ix-xatt jinbena mill-ġdid u sabiex id-dawra sax-xatt tal-Kalkara tkun waħda mill-isbaħ b’xatt trasformat biex jitgawda min-nies. Fil-Kalkara bħala Gvern Laburista għamilna wieħed mill-akbar investimenti bil-bini tal-Esplora. Ser naraw li jsiru l-interventi sabiex fil-Fortizza Rikażoli jibda jsir ix-xogħol sabiex nsalvawh minn aktar ħsarat. Mal-kosta li tagħti għax-Xgħajra ser inkomplu naraw li jsir aktar xogħol ta’ protezzjoni talkosta kif ukoll railings. Marbuta mat-Toqba tajjeb li nsemmi wkoll il-club tar-Regatta tal-Birgu. Il-kumitat ilu s-snin jitlob li jkollu club li jixraq għaż-żminijiet tal-lum. Dan ukoll ser inkunu qed nittrasformawh f’binja moderna li tilqa’ għall-bżonnijiet tal-lum. F’Ħaż-Żabbar bdilna żona mitluqa f’park li qed jitgawda mill-familji tagħna. Ser naraw li tingħata dehra aħjar lil Misraħ San Ġakbu. U rajna li l-post li l-aktar jużawh Żabbarin, il-qalb tar-residenti Żabbarin, iċ-Ċentru Ċiviku ssirlu manutenzjoni u tisbiħ. Dan hu post li fih jingħataw servizzi ta’ Berġa tas-Saħħa, għassa tal-Pulizija, uffiċċju tal-Posta, Librerija Pubblika, uffiċċju tas-Sigurta Soċjali, l-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali u numru ta’ ħwienet. Hemm ħafna xogħol għaddej imma qatt mhu biżżejjed u għad baqa’ ħafna x’nagħmlu, f’parti ta’ Malta li għal tant snin tħalliet abbandunata, forsi għax min kien jiddeċiedi ma kienx jara għajn m’għajn ma’ min dejjem emmen li tmexxija Laburista hija l-aqwa għażla għal pajjiżna.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 8 ta’ Ottubru Sa fejn naf jien is-saltna tad-dritt, id-demokrazija, il-governanza, eċċetra eċċetra kullimkien tifsira waħda għandhom, imma milli fhimt, l-Ewroparalamentari tagħna Roberta Metsola u David Casa jifhmuha mod ieħor. Kieku mhux hekk, kieku ma kinux jivvutaw kif ivvutaw dwar is-saltna tad-dritt fil-Bulgarija. Ngħid is-sewwa jien ma fhimtx eżatt x’ġara u ma ġarax, imma skont Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, ikkonfermaw li dak li, dejjem skont huma, huwa kundannabbli f’Malta, mhux bilfors huwa kundannabbli f’pajjiżi oħrajn li huma mmexxija minn partiti sħabna fil-Partit Popolari Ewropew. Għandu jkun sewwa jgħidu tal-Labour li qegħdin fil-Parlament Ewropew biex jagħmlu l-ħsara lil pajjiżna! Mhux sewwa, anke jekk filgvern hemm huma. Il-Ġimgħa, 9 ta’ Ottubru Mhux ta’ b’xejn rebħilna, Bernard Grech, ġabar dawk il-flus kollha! Għallkurżità nixtieq inkun naf mingħand min ġabarhom, għax min jaf x’somma tawh Simon Busuttil, Jason Azzopardi, David Casa, Manuel Delia u l-bella kumpanija, għax dawk kienu ilhom is-snin jaħdmu bla heda biex iqaċċtu ras Adrian Delia. Imma l-importanti li ppubblika rapport u qalilna li dak li ma nefaqx se jagħtihom lill-partit, forsi ma tafx kif nibdew innaqqsu ftit mid-dejn kbir li għandna ħalli jkollna x’nonfqu għall-kampanja elettorali. Wara kollox, kulma jmur, l-elezzjoni qiegħda toqrob ġmielha u kif jgħid il-Malti, bla flus la tgħannaq u lanqas tbus. Is-Sibt, 10 ta’ Ottubru Kif itir iż-żmien! Diġà għaddiet ġimgħa minn meta Bernard Grech laħaq kap tal-partit darba glorjuż tagħna. Issa rrid nara kif se nibda nindiehes biex nerġa’ naqbad id-drawwa li kull nhar ta’ Sibt filgħodu mmur inqatta’ nofs ta’ nhar id-Dar Ċentrali. Illum aktar minn qatt qabel għax issa għaddejjin minn żmien eċitanti, anke jekk forsi mhux daqshekk pożittiv minħabba r-riżenja ta’ dawk li kienu ma’ Adrian Delia. Ngħid għalija, jien ma nasal qatt li nirriżenja mill-partit tagħna, aktar u aktar meta għandna kap li qiegħed jilqa’ lil kulħadd b’idu miftuħa beraħ. Ladarba jilqa’ lil kulħadd, żgur li lili jilqagħni wkoll għax ma jistax jgħid le lill-akbar Nazzjonalist fil-pajjiż, mhux hekk! Il-Ħadd, 11 ta’ Ottubru Xejn ma niżlitli d-dikjarazzjoni ta’ Bernard Grech li se jibqa’ jinsisti biex Adrian Delia jkun jifforma parti mix-shadow cabinett. Xejn m’għoġbitni għax jekk ma niżbaljax, l-għażla tax-shadow cabinet hija prerogattiva tiegħu u al-

lura l-għażla hija f’idejh u f’idejh biss. U ngħid jien ma’ min se jinsisti!? Għax jekk se jinsisti ma’ Jason Azzopardi u ma’ Manuel Delia, m’għandux ċans li jġibha żewġ għax dawk, flimkien ma’ sħabhom, li kien għalihom lil Adrian Delia ilhom li qatgħulu rasu, u żgur li se jkomplu jagħmlu minn kollox biex iwarrbuh minn kollox u minn kullimkien. Issa naraw jekk hux se tgħaddi tagħhom jew tal-Kap Bernard Grech. It-Tnejn, 12 ta’ Ottubru Sieħbi tal-Istamperija qiegħed irabbi l-kuraġġ wara li t-tesserati għażlu lil Bernard Grech bħala kap. Skont hu, anke n-nies l-oħra li jaħdmu fl-Istamperija u fid-Dar Ċentrali qegħdin jgħidu li mhix se tkun diffiċli għalihom li jaħdmu id f’id ma’ Bernard Grech, issa l-Kap tal-Partit darba glorjuż tagħna. Ngħid id-dritt dan il-kliem weġġagħni ftit għax dawn, bħali, kollha kienu jappoġġjaw lil Adrian Delia, għalkemm ikolli nammetti li sewwa qegħdin jagħmlu jirrispettaw l-għażla tat-tesserati. M’hemmx li nisma’ li dawk li rriżenjaw wara li laħaq Bernard Grech, bdew jerġgħu lura ħalli nibdew niġbdu ħabel wieħed, għax l-elezzjoni mhix daqshekk ’il bogħod. It-Tlieta, 13 ta’ Ottubru Ma’ kollox ilaħħaq ir-raġel, man! Jikteb l-artikli, jagħti l-intervisti, jiltaqa’ mal-korpi kostitwiti u ma’ għaqdiet oħra. U ma ninsewx li bħalissa jinsab imħabbat sew bit-tħejjija għall-ewwel diskors tiegħu biex iwieġeb id-diskors tal-baġit, u wkoll biex jaħseb dwar il-ħatra tax-shadow cabinet, għalkemm Adrian Delia, ta’ raġel li hu, infurmah li ma jridx jifforma parti mix-shadow cabinet, u allura għamilhielu aktar faċli. Hekk ikunu l-irġiel sinjuri Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami, Simon Busuttil, Manuel Delia, Carol Aquilina, u l-bella kumpanija! M’għamilx bħalkom meta bdejtu tagħtu l-gambetti lil Adrian Delia sa mill-ewwel jum li nħatar Kap tal-Partit. L-Erbgħa, 14 ta’ Ottubru Mhux bħalma kienu qaluli li Bernard Grech mhuwiex ġellied bħal Adrian Delia u Simon Busuttil. Tal-anqas minn dak li rajna u smajna tul l-ewwel ġranet tiegħu bħala kap tal-partit darba glorjuż tagħna, se jkun xewka kbira għallPrim Ministru Robert Abela. Mhux se jiddejjaq jagħmel mozzjonijiet fil-Parlament u jiftaħ kawżi l-Qorti, anke jekk 99 fil-mija jkun kollu ta’ xejn, għax fejn konna għadna u fejn aħna se nibqgħu. Kultant ngħid li l-flus li nonfqu biex niftħu kawżi fil-Qorti, aħjar inħalluhom għall-kampanja elettorali għax jekk ma jkollniex flus, wisq nibża’ li jerġgħu jiġru bina.


50

18.10.2020

IL-GREMXULA, IL-WIŻGĦA U L-KAMALEONT Mill-aħħar kitba tiegħu Arnold Sciberras, studjuż tar-rettili Maltin, ġabar affarijiet oħra fuq il-gremxul. Kif qalilna, il-kulur li jkollha l-gremxula fi żmien in-namra hu wieħed li jiġbed l-għajn. Kien hawn Maltin li kienu joqtlu l-gremxul bil-wadab. Kien hawn ukoll barranin li xtaqu jieħdu magħhom xi wieħed f’pajjiżhom għal xi raġuni jew oħra, iżda sabuha diffiċli jakkwistawhom minħabba l-ħeffa li għandhom. Illum se nkomplu nittrattaw is-suġġett tar-rettili. Minn CHARLES B. SPITERI

Arnold, allura x’kienu jagħmlu biex jaqbduhom? In-nies ippruvaw diversi sistemi, li ħafna minnhom kienu jintużaw ukoll għallqbid tal-għasafar, fosthom waħda msejħa ‘turmentina’. Fl-1843 kien dokumentat minn ċertu George Waring, li baqa’ mistagħġeb bis-sħubija ta’ dawn l-annimali f’pajjiżna, iżda sabha diffiċli jaqbad xi eżemplari. Kien uża sistema blow pipe, li f’pajjiżu uża fuq ħlejjaq oħra. Din kienet tikkonsisti fi tliet biċċiet kanen (biex ikun faċli jġorrhom) li jintramaw waħda f’oħra. Kienet tiġi kkargata b’boċċi żgħar ta’ tafal ippressat. Wieħed jimmira lejn ilpriża, jonfoħ bis-saħħa u peress li l-boċċa tat-tafal tkun magħmula eżatt biex tiġri fil-kanna, l-arja kienet tisparaha b’saħħa kbira lejn il-priża. Irnexxielu jieħu minnhom miegħu?

joqtol ħlejjaq żgħar bħar-ret- tal-kampanja (Tarentola mauritanica) li tlaħħaq tul tili. ta’ madwar 10ċm. Minbarra d-daqs, id-differenza hi vasSibt xi ħaġa oħra ta, fosthom il-kuluri u l-qarigward ir-rettili? għda. Filwaqt li l-wiżgħa tal-kamLi sibt, jirrigwarda l-gremxula, u għandha rabta panja għandha l-ġilda tixbah mal-mediċina. Lejn Għa- lil dik ta’ kukkudrill, tad-djar jn Tuffieħa u xi partijiet m’għandhiex dawk il-qxur mill-Mellieħa kienu jużawha ħorox, u lewnha hu mill-vjobħala rimedju għall-felul. la ċar għal roża skur, li jagħti Tinqabad gremxula ħajja, tin- l-impressjoni li hi trasparqasam min-nofs, titqiegħed enti. Jekk wieħed jifliha sew, fuq il-felula u tingħorok bid- l-aktar fin-naħa posterjuri demm sħun tagħha. Madan- lejn iż-żaqq, ikun jista’ jara kollu mhix magħrufa l-epoka l-forma tal-organi ta’ ġewwa. ta’ meta kien isir dan. Ġbart imbagħad żewġ Xi jġiegħel lil bosta qwiel u frażi marbutin ma’ jistkerrhu lill-wiżgħat? dan l-annimal: “Għawdxi żokrati l-gremxul ħasbu ka- Forsi minħabba l-istruttura vati”. Ifisser li l-Għawdxi hu tagħhom u l-ħila li jitilgħu rgħib wisq. U: “min għandu ma’ wċuħ lixxi ferm. Ħafna l-faħam miblul kull xkumva- jemmnu li għandhom xi tip ta jaħsibha gremxul,” jiġifi- ta’ kolla ma’ saqajhom. Dan eri min ikollu t-tort, qatt ma mhu minnu xejn. Il-ħila li jgħix bil-kuxjenza kwieta, u għandha l-wiżgħa biex titla’ ma’ dawn l-uċuħ, hu meraviljaħseb ħażin f’kollox. Il-frażi hi għal xi ħadd li ja tan-natura, għax fil-verità jkun qiegħed jieħu ħsieb jew xejn mhu daqshekk lixx. Jekk wieħed jeżamina għassa ma’ xi ħaġa li mhix importanti, jew jaħdem f’xi b’mikroskopju qawwi wiċċ post diżabitat. Lil dawn in- ta’ ħġieġa, jinnota li xorta ma nies tismagħhom jgħidul- tkunx lixxa. Dak jippermettilhom: “dak xogħlu għassa hom jiggranfaw. Hawn min jgħid li l-wiżgħa mal-gremxul.” Tintqal f’ħafna nħawi f’Malta, tant li ġieli għandha f’saqajha bħal sucknkitbet f’xi stejjer lokali, bil- ers. Għalkemm dan mhux eżatt, fir-realtà, l-istruttura Malti. tas-sieq tifforma wkoll xi tip ta’ vakum, li jkompli jgħin Semmejtli l-wiżgħa. Minn lis-sieq tqabbad. din għandna żewġ speċi?

Iva. Isemmi li ħadhom miegħu fi flixkun wiesa’. L-istess metodu uża biex qabad il-wiżgħa tal-kampanja. Fid-dokument kiteb li dan hu sport pjaċevoli u minn banda hu irħas mill-qtil tal-għasafar. Għalkemm jien ma tantx jogħġobni l-qtil tal-għasafar, ma nsibhiex bi kbira li fl-antik kien hawn min iħobb Hekk hu. Għandna l-wiżgħa Hu minnu li l-wiżgħa dejjem

kienet meqjusa bħala annimal ikrah?

ħomor fuq il-wiżgħa. Kif jirriżulta?

Mhux biss, iżda wkoll diżgustanti. Ġieli tisma’ min jgħid: “qisha wiżgħa din, daqskemm hi kerha”. Fl-antik kienu jassoċjawha wkoll mal-mard tal-ġilda, fosthom il-ġdiem, minħabba d-dehra tal-ġilda. L-aktar, ilwiżgħa tal-kampanja u l-mod kif tinża’ l-ġilda l-qadima. Hi tinża’ l-ġilda tagħha f’biċċiet żgħar mhux bħas-serp, li jinżagħha sħiħa. U lanqas bħall-gremxula jew ir-rettili l-oħra li jinżgħu b’mod differenti u ħafna drabi tagħti dehra ta’ xi ħaġa marida, peress li l-ġilda l-antika tkun bajda, u biex ma taħli xejn, iddur għaliha u tikolha. B’hekk titqies aktar bħala animal maħmuġ.

Fl-antik, kienu jaħsbuhom tip ta’ qurdien. Illum ix-xjenza sabet li dawn huma akari, li f’temperaturi normali jinstabu fl-irkejjen tal-ġisem. Meta togħla t-temperatura, l-akari jinfirxu malġisem. Dawn huma endemiċi għal post wieħed f’Malta u fil-Wikipedia huma magħrufin bħala Geckobia estherae ad unur marti Esther, għall-għajnuna kontinwa li tagħtini fil-qasam tal-istorja naturali.

Hu minnu li meta l-wiżgħa tixxemmex ħafna, il-ġilda tagħha tinħarqilha?

Għasfur, speċjalment tal-għana, jista’ jitgerrex minn wiżgħa, li tista’ tlaħħaq ċertu daqsijiet, pjuttost ikbar mill-għasfur. Li tisraq il-bajd, naraha diffiċli, għalkemm ma neskludix li wiżgħat kbar, kapaċi jibilgħu bajda ta’ għasfur tal-għana, jekk ikun hemm riħa li tiġbidhom; bħal xi bajd mifqugħ. Iżda jekk jattakkaw, in-numru jkun negliġibbli.

Jingħad ukoll li l-wiżgħa toqtol lill-għasafar tal-gaġġa bil-qatgħa li tagħtihom u tisirqilhom il-bajd. Hu minnu?

Iva, iżda m’għandux x’jaqsam max-xemx. Filgħodu kmieni, il-wiżgħa tiskura, biex tassorbi kemm jista’ jkun malajr l-enerġija mis-sħana tax-xemx. Li jiġri hu li mbagħad tibda tiċċara l-kulur tagħha biex b’xi mod tikkontrolla naqra t-temperatura tagħha. Ma ninsewx li r-rettili huma annimali ta’ demm kiesaħ Għaliex il-wiżgħa għandha u dawn ma jikkontrollawx lsien twil ħafna? U ssib it-temperatura tagħhom, minnhom b’żewġt idnieb? bħalna. Ir-raġuni hi li l-wiżgħa tkun trid tilgħaq għajnejha biex Ġieli naraw tikek irqaq


51

18.10.2020

iżżommhom imxarrbin, għax m’għandhiex kpiepel tal-għajnejn u għalhekk dan hu l-uniku sors mnejn jistgħu jixxarrbu. Rigward id-dnieb, huma biss uħud mill-gremxul li jkollhom tnejn. Il-wiżgħa fid-dar toffri xi benefiċċju? Id-dehra tagħha tbeżża’ lil uħud u għalkemm ħafna nies jafu li dan ir-rettili hu ta’ ġid u jidħol fid-djar għall-priża tiegħu, xorta ma jkunux iriduh f’darhom. Ħafna jemmnu li l-wiżgħa tista’ taqa’ fuqu jew f’ħalq dawk li jorqdu b’ħalqhom miftuħ. Rettili ieħor li nsibu f ’Malta hu x-xaħmet. X’tgħidilna fuqu? F’pajjiżna nsibu speċi waħda minn din il-familja (Scincidae). Ix-xaħmet l-art ta’ Malta, Chalcids ocellatus hu wieħed minn dawk ir-rettili meqjusa bħala speċi primittiva, għax għandhom ħamest iswaba’ u huma qosra. Dan l-annimal hu tawwali u mibrum u għalkemm jidher tond, xorta għandu erba’ naħat. Ismu bil-Malti żviluppa għax għandu dehra ta’ gremxula kbira mimlija xaħam, titkaxkar mal-art. F’ċerti rħula, bħal f’Birżebbuġa, jirreferu għalih bħala zalzett jew mazzit tal-ħitan u dawk li mhumiex intiżi fin-natura jitfixklu bejn xaħmet l-art u ħanżir l-art, li hu tip ta’ krustaċ. F’pajjiżna, ix-xaħmet l-art ilu ħafna jkun ippersegwitat. Barra li kien jinqabad u jinqatel għalxejn b’xejn u b’diversi modi, kien jinqabad ukoll għal użu mediċinali. Kien jinqabad l-iktar meta jiġi biex idur u jidħol fit-toqba jew xaqq li jkun fih. Altrimenti ma taqbdux malajr. Meta jinqabdu kienu jittieħdu għand xi spiżjar, li jagħtihom sa żewġ soldi (żewġ ċenteżmi tal-lum) u jekk ikun kbir sew, kien jitħallas xelin għalih (12-il ċenteżmu). Taf x’kien ikun l-użu mediċinali tiegħu? Minn tagħrif li ksibt, mixxaħam tax-xaħmet kien joħroġ xi tip ta’ żejt, li kien jitħallat ma’ xi sustanza oħra meħuda mill-istess xaħam, kif ukoll ma’ xi fdalijiet maħruqin tiegħu, u din it-taħlita kienet isservi bħala forma ta’ loppju. Jingħad ukoll li x-xaħam tiegħu kien jgħin nisa ħawlin (infertili) isiru għammiela u prolifiċi. Ingredjenti oħra minnu kienu jintużaw għall-problemi tal-għajnejn.

Minn twemmin ieħor, bla ebda provi xjentifiċi, ixxaħam ta’ taħt il-ġilda tiegħu kien jgħin lil min hu qargħi jew fartas biex jitlagħlu xagħru. Dan l-użu mediċinali nsibuh mill-antik? Mhux magħruf meta beda, iżda skont dokument, ilu minn qabel l-1843 u żgur li baqa’ sejjer sas-sebgħinijiet tas-seklu l-ieħor. Dan ikkonfermajtu ma’ persuna li fi tfulitha kienet taqbad ix-xaħmet għal dawn l-iskopijiet li semmejna. Ilqtil tax-xaħmet naqas sew fid-disgħinijiet, meta ġie protett mal-bqija tar-rettili l-oħra. Il-ġilda tax-xaħmet hi l-aktar waħda li tleqq. Għaliex dan? Forsi jerħi xi żejt? Dan hu dak li jaħsbu ħafna, iżda l-leqqa hi naturali. L-istruttura ta’ kif hu mibni dan l-annimal hi kemxejn differenti mis-sriep u l-gremxul, għax il-ġilda fiha nnifisha, qisha tarka ta’ protezzjoni għalih. Li wieħed kellu jara xaħmet li jkun ilu ftit mejjet, jinnota, li ma jkunx hemm biss l-iskeletru tiegħu, li għall-proporzjon ta’ dan l-annimal hu żgħir u dgħajjef, iżda jkun hemm ukoll, ħafna drabi, il-qxur ta’ barra għadhom sħaħ. Hu minnu li jekk jigdmek xaħmet ma tinqalax minnu malajr? Hu minnu li dan l-annimal għandu gidma tassew b’saħħitha. Ma rridux nesk-

ludu l-fatt li dan jiekol frott u insetti b’qoxra iebsa sa anki bebbux, iżda wieħed jista’ jevita billi ma jittantahx għalxejn. Bħala rettili, mhux velenuż u m’għandux likwidi li jirritaw, iżda qatt ma tista’ tgħid xi jkun għadu kemm kiel. U għaliex qatt ma jinstabu l-qxur tal-bajd li jkollu? Forsi jikolhom? Hekk kienu jaħsbu n-nies tal-Qrendi u ta’ Birżebbuġa, iżda mhu minnu xejn. Irraġuni hi li x-xaħmet hu l-uniku rettili f’pajjiżna li ma jbidx, iżda jwelled. Allura qatt ma tista’ ssib bajd tiegħu. Induru għal annimal ieħor li nsibu wkoll fil-ġonna. Il-kamaleont. Kif sab ruħu fostna?

tal-kuluri tiegħu u l-mod kif 66% tat-tul ta’ ġismu u denbu jimxi. flimkien. Ilsienu mhux romblu, iżda ppakkjat qisu għonq Għaliex? Ma jitlaqx jiġri, jew ta’ straw fuq biċċa qarquċa. għax ibiddel il-kulur? Kif jara l-priża tiegħu b’għajnejh, li jduru 360 Din il-kreatura tipprova grad, jiffoka fuqha u b’saħħa tinħeba mill-għadu jew mill- ta’ muskolu ppumpjat priża billi tibda timxi lura u bid-demm, ilsienu jistira. ’l quddiem bl-iskossi, qisha Fil-ponta għandu ħofra b’riq werqa fir-riħ. Ħafna jaħs- iwaħħal. Il-priża teħel u bu li skont fuq xiex ikun, jiġbidha lura. il-kamaleont ibiddel il-kuSnien għandu madwar 100, lur tiegħu awtomatikament. li huma żgħar ħafna. Huma Iżda dan mhux minnu sa bar- parti mill-għadam tax-xera. Għax hu jbiddel il-kulur daq, li hu forma ta’ serrieq. tiegħu wkoll kemm biex juri Snienu ma jintużawx biex l-emozzjonijiet u biex jikko- iqatta’ l-priża, għax din tinbemunika ma’ ħbiebu. la’ sħiħa, iżda biex jgħaffiġha Filwaqt li kamaleont kalm bihom. issibu kulur il-ħaxix, wieħed irrabjat issibu minfuħ, Hawn ukoll min hu b’ħalqu miftuħ u ta’ kulur tal-fehma li l-kamaleont iswed. ma jismax. Jista’ jkun?

Arnold, hawn min jemmen li kamaleont fuq madum abjad Minn din il-familja, f’Mal- jista’ jmut. Hu minnu dan ta nsibu speċi waħda. Din hi it-twemmin? l-kamaleont li nsibu fl-Ewropa (Chamaeleo chamaelon). Le. Fuq madum abjad, kuluru Dan ir-rettili mhux minn jinbidel għal griż ċar. Iżda dan dejjem kien jinstab Malta. In- ma jfissirx li jmut. Hu meta ġieb hawn bejn l-1846 u l-1865 tara wieħed bajdani ħafna u minn xi missjunarji protes- għajnejh fil-ħofra, li jindika li tanti. l-mewt tkun fil-viċin. Minn dak iż-żmien ’l hawn Hawn ukoll min jemdan l-annimal infirex u sab men li kamaleont imut jekk postu fl-ambjent naturali tqiegħdu fuq xi ħaġa ta’ lewn Malti. Hu jippreferi s-siġar aħmar, għax jgħidu li jkun u l-arbuxelli, waqt li rettili irid jippompja ħafna l-vini oħrajn iħobbu l-art u l-ħi- biex jieħu dak il-kulur. Lantan. Kapaċi jlaħħaq tul ta’ qas dan mhu minnu. madwar 30 ċentimetru, iżda ħafna drabi f’pajjiżna nsi- Fir-rigward ta’ lsienu, hu buh ferm iżgħar. Ibid fil-bejta minnu li jkun irrumblat tiegħu, madwar 15-il bajda. u jwassal darbtejn it-tul Għalkemm il-maġġoranza tiegħu? tan-nies semgħu bih, hawn ħafna li għadhom qatt ma Diċeriji. Hawn ukoll min raw wieħed ħaj. Probabbli, li jgħid li m’għandux snien, r-raġuni hi l-ħila ta’ dan l-an- iżda ħanek b’saħħtu. Skont nimal, li jinħeba fl-ambjent l-aħħar studji nstab li lsien li jkun qiegħed fih, permezz dan l-annimal kapaċi jlaħħaq

Fil-fatt, dan hu wieħed millftit rettili li tabilħaqq ma jisimgħux. Mhux biss m’għandux tanbur tal-widnejn, iżda lanqas toqob tagħhom m’għandu. Skont xi xjenzjati, dan ir-rettili jħoss biss xi vibrazzjoni li jirċievi minn ħsejjes u minn xi ċaqliq li jinzerta jaħbat ma’ ġismu. Għaliex il-kamaleont ma tantx jinstab fuq is-siġar taċ-ċitru? Ir-raġuni hi sempliċi. Fuqhom ma jsibx ħafna ikel. Hu iżjed jitgħaxxaq fuq xi xitla tal-bużbież jew xi tamarisk. Sas-snin 90 kont issib tixtrih minn fuq il-monti, b’madwar tliet liri Maltin. Kien jinqabad billejl għax jirrifletti d-dawl minn fuqu. Uħud kienu jitimgħuh it-tadam, iżda jmutilhom wara ftit ġimgħat, għax il-kamaleont jiekol u jgħix biss fuq l-insetti.


52

18.10.2020

KIRSTEL GIUSTI

PERMEZZ TA’ TIKTOK TĦOSSHA PRODUTTIVA B’MOD KREATTIV Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Il-maġġoranza taż-żgħażagħ u anke dawk aktar maturi b’xi mod jew ieħor jużaw TikTok. Hemm min biex isegwi lil ħaddieħor u hemm oħrajn li jieħdu gost jipparteċipaw huma stess. Ngħid għalija għandi n-neputija tiegħi, Almikaya, iffissata fuqu. Tista’ tgħid li ta’ kuljum tuża din l-applikazzjoni u ttella’ l-filmati tagħha wkoll. Dan l-aħħar waqt waħda mid-diskussjonijiet li ta’ spiss ikollna flimkien, bdiet tgħidli li hemm TikToker Maltija li tħobb issegwiha u li anke qed tikseb ċertu followers warajha. Interessajt ruħi u staqsejtha diversi domandi sabiex nifhem aħjar. Minn hawn u minn hemm għamilt kuntatt ma’ din it-TikToker li nista’ ngħid li kkoperat magħna tajjeb ħafna. Qed nirreferi għal Kirstel Giusti. Għandha 21 sena, eks studenta fil-business, u hija mill-Furjana. Ilha żeffiena minn mindu kellha erba’ snin jiġifieri għal dawn l-aħħar 16il sena. Tħobb ukoll it-tpinġija, il-logħob, il-qari, il-business, l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sbuħija bħal make-up, u ma jonqosx ukoll il-midja soċjali. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna iktar introverta fil-verità, però mbagħad estroverta fuq il-camera. Kirstel hija TikToker, u għandha 105.4K followers u ilha tagħmel filmati fuq TikTok mis-sena 2018. Fil-fatt, isimha fuq TikTok huwa @ kirstelgiusti. “Preferejt li ismi jkun iktar prominenti fil-bidu, milli jkolli isem ieħor u sal-ġurnata tal-lum ħallejtu hekk. Nistqarr li TikTok jagħtini sodisfazzjon kbir. Minn TikTok, inħossni produttiva b’mod kreattiv, xi ħaġa li dejjem xtaqt, u nieħu gost inkun naf li n-nies jogħġbuhom il-videos tiegħi. Is-sapport jagħtini l-iktar sodisfazzjon. Illum il-ġurnata nqatta’ ħafna inqas ħin milli kont fil-bidu (2018-2019). Dan għaliex il-kontenut ta’ dak iż-żmien kont insibu iktar interessanti. Però nqatta’ ħin nara filmati ta’ TikTokers oħrajn ukoll,” bdiet tgħidli dwarha u t-TikTok.

Żeffiena b’diversi esperjenzi lokali Ta’ min jgħid ukoll li Kirstel ilha żeffiena għal dawn l-aħħar 16-il sena u titgħallem fl-iskola ta’ Annalise Dance Studio. Kellha diversi żifniet fosthom fuq X Factor Malta, Malta Eurovision u Malta Junior Eurovision, Malta Fashion Week u oħrajn. “Iż-żfin li nagħmlu l-iskola huma Modern and Commercial Style. Aħna nkunu l-istudio l-iktar ovvjament, però għall-performances m’hemmx l-iktar u l-inqas, għax kważi kullimkien nieħdu sehem.” Erġajt qlibt id-diskors dwar TikTok, u ridt inkun naf x’tip ta’ filmati normalment ittella’ fuq TikTok, xi kemm ittella’ filmati kuljum, u x’kummenti jkollha missegwaċi tagħha. “Oriġinarjament l-iktar filmati li kont intella’ huma naturalment żfin, reċtar, slow motions, u transitions. Illum il-ġurnata nagħmel il-maġġoranza żfin, memes, u kultant reċtar ukoll. Filmati ma ntellax kuljum, però qisu ntella’ tnejn kull jumejn bejn wieħed u ieħor. Ir-rispons li nirċievi ħafna drabi jkun pożittiv ħafna. Anke jkellmuni fuq Instagram biex jistaqsuni l-mistoqsijiet,” stqarret miegħi. Ta’ min iżid jgħid li Kirstel kellha madwar ħames filmati li laħqu madwar 100K likes kull wieħed. Kellha wkoll rekord ta’ filmat partikolari li laħaq 9 miljun views. Mistoqsija għaliex taħseb li laħqu daqshekk, Kirstel bla tlaqliq ta’ xejn weġbitni. “Ħaġa waħda nista’ ngħid, li l-filmati kollha kienu jew oriġinali, jew ġabu xi ħaġa żejda fi trend li kienet diġà teżisti. Dak hu fattur kbir li mill-ewwel ġurnata emmint fih u filmat kapaċi jmurlek tajjeb meta ma timxix wara l-folla.” Ridt inkun naf kif jaħdem TikTok eżattament, meta persuna tilħaq dawn l-ammonti kbar ta’ likes u views, jew jekk hemmx xi tip ta’ kumpens jew ħlas. “Din hija l-iktar mistoqsija li

n-nies għandhom kurżità fuqha. Fil-verità TikTok ma jagħtix kumpens uffiċjali. Għalkemm sa ftit jiem ilu stess, smajt li jaf jibda jagħti xi ħaġa żgħira fil-futur, però nista’ nikkonferma li qatt ma ħadt l-ebda ħlas mill-kumpanija. Però, hemm mod kif tieħu kumpens żgħir, u dan huwa mill-live streams, għax is-segwaċi jistgħu jibagħtulek gift points, li jissarrfu f ’kumpens. Imbagħad hemm sponsors, li m’għandhom l-ebda assoċjazzjoni ma’ Tiktok, però kelli ħafna esperjenzi magħhom, u bħalissa qiegħda nitgħallem kif jaħdem dak is-settur. Is-sistema kważi taħdem eżatt bħal ta’ Instagram”, stqarret miegħi. Kompliet tgħidli li tixtieq ħafna li eventwalment taħdem iktar fuq il-midja, il-midja soċjali u l-kreattività. “Din il-ħaġa xtaqtha

għal ħafna żmien, u TikTok mhux talli għallimni u tani esperjenza f ’dan is-settur, imma wkoll immotivani biex ninvesti lili nnifsi iktar fih. Ma tantx għandi creators favoriti minn TikTok bħala ispirazzjoni, ħlief Lea Elui Ginet u Croes Brothers li

ili nsegwihom minn mindu niżżilt l-app. Però ispirata ħafna minn YouTubers bħal Jeffree Star, KSI, Michelle Phan, Shane Dawson, il-kantant Harry Styles, u ġieli anki gamers.” Bla dubju Kirstel tqis ruħha bħala persuna kreat-

Ta’ min jgħid ukoll li Kirstel ilha żeffiena għal dawn l-aħħar 16-il sena u titgħallem fl-iskola ta’ Annalise Dance Studio. Kellha diversi żifniet fosthom fuq X Factor Malta, Malta Eurovision u Malta Junior Eurovision, Malta Fashion Week u oħrajn


53

18.10.2020

tiva u produttiva, u bissaħħa ta’ TikTok tħossha li qed tiżviluppa aktar it-talenti tagħha. Fil-fatt, stqarret miegħi li bis-saħħa ta’ TikTok kuljum titgħallem u tipprattika iktar fuq li toħloq hija stess, u anke affarijiet ġodda. Bdiet mix-xejn, u bdiet waħedha u li għandha ħadmet għalih waħedha L-account tagħha ta’ TikTok beda jiżviluppa u jikber proprju xahar wara li kienet fetħet l-account tagħha. Dak iż-żmien kienet tiffoka l-aktar fuq mużika, u kienet tikkollabora ħafna ma’ tnejn minn sħabha – Riyana u Oxana. Kienu wkoll għamlu meet & greet flimkien fejn ġew ħafna tfal ħdejhom. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar. “Dak wara xahar kien ikolli erba’ filmati sejrin tajbin kultant, u f ’kemm ili ngħidlek kiber l-account. Imbagħad kważi sena wara ltqajt ma’ sħabi Riyana u Oxana, li huma creators Maltin ukoll fuq TikTok, u ftehemna li nagħmlu meet & greet. Tant morna tajjeb, li s-sajf ta’ wara għamilna oħra jiena u Riyana, u rġajna morna tajjeb. Sal-lum għandi nies jistaqsuni biex norganizza iktar”, tbissmet tgħidli. Kif qaltli hija stess, bdiet proprju mix-xejn, u bdiet waħedha u li għandha ħadmet għalih waħedha. Illum

sodisfatta li waslet s’hawn, tant li mhux l-ewwel darba li jwaqqfuha tfal għal ritratti magħhom jew biex tiffirmalhom. Ħadt ukoll il-kummenti tagħha rigward dan il-fatt. “Hekk hu. Fejn hawn min kellu vantaġġi bħal ikunu diġà famużi, jew ikollhom iktar materjal biex jaħdmu, jew ikunu hand in hand ma’ kumpaniji, jiena bdejt minn proprju xejn. Dan għaliex xejn ma kelli, u ħadd ma kien jafni, u li għandi ġibtu bissaħħa u l-ħidma tiegħi biss. Dik hija ħaġa li l-iktar sodisfatta u kuntenta biha. Fuq tar-ritratti; iva ħafna tfal jew adolexxenti, jew anka ġenituri tagħhom, iwaqqfuni għal ritratti jew biex ikellmuni kważi kull fejn immur. Sal-lum kultant nieqaf nipproċessaha, peress li hija ħaġa li ma kontx qed nobsor sentejn ilu, però kull ġurnata napprezza, u anzi vera nieħu gost meta jwaqqfuni.” Konxja mill-fatt li ħafna persuni jħarsu lejn TikTok bħala ħela ta’ ħin, ħadt il-kummenti tagħha dwar dan ir-rigward jew biex ngħid hekk għajdut. “Li nista’ ngħidilhom hu li huwa post ta’ entertainment, fejn għandek potenzjal li tidħaq u titgħallem xi ħaġa. Il-proċess mhux ħela ta’ ħin għalija. Anzi nistedinkom biex tieħdu ċans, u tesploraw il-platform, għax esperjenza tieħdu minnha żgur,” temmet tgħid Kirstel.


54

18.10.2020

IL-GARDJOLA FL-ISLA

TGĦASSES U TIMRAĦ FUQ IL-PORT IL-KBIR Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Ritratt ta’ FREDRICK MUSCAT

Ġmiel pajjiżna huwa magħruf bil-bosta. Iżda huwa wkoll fatt li aħna nħobbu nikkritikaw dak li hu tagħna, għalkemm imxejna ħafna ’l quddiem fir-rigward ta’ apprezzament. Il-Kottonera tibqa’ tiġbed lejha ammirazzjoni kemm lokali u anke mit-turisti li jżuruna. Din is-sena hija sena stramba fejn in-nuqqas tal-viżitaturi naqsu bla preċedent minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Bil-mod li nistgħu, fosthom bil-kitba nagħtu spazju u ġieħ lejn art twelidna. Illum se nitkellmu dwar il-Gardjola tal-Isla. Qabel ma wieħed jitkellem dwar il-Gardjola, wieħed irid jitkellem fuq fejn tinsab u l-pożizzjoni ġeografika tagħha biex jifhem l-iskop tagħha fil-passat. Il-Gardjola tinsab fl-Isla, li għalkemm l-isem tagħha jagħti indikazzjoni li din hi gżira, fil-fatt hija peniżola. Dan ifisser li hija mdawra bil-baħar fuq tliet naħat. L-oriġini ta’ din il-belt tmur lura fi żmien it-tmexxija ta’ Malta mill-Kavallieri ta’ San Ġwann. Fi żmien il-Gran Mastru Fra Philippe Villiers de L’Isle-Adam kienu ġew miżrugħa numru ta’ pjanti tas-siġar taż-żebbuġ sabiex l-art tkun tajba biex tintuża għall-kaċċa. Il-Gran Mastru Spanjol Fra Juan d’Homedes kien ġie affaxxinat mis-sbuħija ta’ dan il-masġar u fil-fatt il-Casa Magistrale tiegħu kienet tinsab ġewwa dan il-masġar. Huwa wkoll kien ħa l-inizjattiva li jdawwar din il-peniżola bi swar. Fil-fatt, fis-sena 1550 il-Gran Mastru Juan D’Homedes qabbad lill-Arkitett Pedro Pardo biex jibni forti (iktar tard magħrufa bħala Forti San Mikiel) fejn illum hemm id-daħla tal-Isla. L-għan ta’ dan il-forti kien biex jindokra u jgħasses id-daħliet ta’ madwar il-Port il-Kbir. Aktar tard fis-sena 1553 taħt it-tmexxija tal-Gran Mastru Claude de la Sengle, din il-belt bdiet tieħu sura ta’ belt u bdew jimbarraw is-swar li llum idawru din il-belt, filwaqt li wkoll bdew jinbnew anke xi

ftit abitazzjonijiet. Eżatt fil-ponta tal-Isla, issib il-Gardjola. Din il-binja grandjuża toħroġ ’il barra iżda hija mwaħħla mal-kumplament tas-swar tal-Isla. Jekk ma tkun qatt rajtha, faċli tgħid li din hija gardjola bħall-oħrajn li hemm mas-swar oħra li bnew il-Kavallieri. Li għandha speċjali din il-gardjola hija l-pożizzjoni tagħha. Minbarra li hija ikbar minn gardjoli oħra tal-istess perjodu tagħha, minnha kont iġġib l-inħawi tal-Port il-Kbir kollu. Din il-Gardjola kienet tkun post ta’ għassa. B’hekk minħabba li minnha kien faċli tara l-imkejjen kollha tal-port, kienet tagħmel dan ix-xogħol iktar faċli għall-għassiesa li riedu jgħassu li fil-Port il-Kbir ma tidħol l-ebda opra tal-baħar

tal-għadu. Il-gardjola kienet kamra tal-ġebel, li bħalma ssemma qabel kienet isservi bħala punt t’għassa. Iżda karatteristika oħra li għandha l-Gardjola tal-Isla biss hija s-simboli li għandha fuqha. Skolpiti fuq in-naħa ta’ barra hemm għajn u widna u fuq id-daħla tagħha hemm pellikan. Fuq dawn is-simboli hemm tradizzjoni folkloristika li tgħid hekk: “L-ajru għandu għajnu u l-ħajt għandu widintu; li jisma’ jgħidu lil ibnu”. Skont kif jgħidu din kienet bħala twissija għas-suldati għassiesa li m’għandhomx jgħidu dak li jisimgħu. Il-pellikan qiegħed imnaqqax hemm minħabba li jingħad li kien l-istorbju li għamlu xi pellikani f’dik l-akkwata li qajmu l-għassie-

sa biex jiddefendu l-Isla waqt xi attakk fi żmien l-Assedju l-Kbir. L-Isla ġarrbet ħafna attakki waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Ħafna mill-bini antik u storiku li kien hemm spiċċa mġarraf. B’hekk, ħasbu li ġawhra bħall-Gardjola li kienet u għadha għal qalb is-Sengleani, għandha tinħatt u tiġi priservata mill-attakki. Fil-fatt, il-ġebel tagħha ġie nnumerat u mwarrab biex meta jgħaddi kollox din terġa’ tinbena millġdid, kif fil-fatt sar. Meta tħares lejha tara li qisha qiegħda f’nofs il-port u d-dehra tagħha ssebbaħ il-port kollu. Illum l-iskop tagħha m’għadux t’għassa kontra l-għadu imma turistiku. Ħafna kotba turistiċi jġibu din il-Gardjola fuq il-faċċat-

ta tagħhom. Ħafna coaches mimlija turisti jiġu jaraw din il-ġawhra li għandna fil-Port il-Kbir. Fejn qabel kien hemm forti żgħir fil-ponta tal-Isla li kien jintuża għad-difiża ta’ din il-belt illum hemm ġnien, fejn wieħed jista’ jistrieħ. Il-kanuni li kont issibhom fit-trunċieri ta’ dan issur illum m’għadhomx hemm iżda wieħed jista’ joqgħod fihom u jissaħħar bis-sbuħija tal-veduti li hemm tal-Port ilKbir. Għalkemm l-għadu Mislem illum m’għadux il-problema li jista’ jkisser is-swar, illum hemm għadu ieħor ta’ postijiet storiċi bħal dawn, il-vandali kif ukoll in-nuqqas ta’ restawr. B’hekk, importanti li nħallu dan il-wirt kif insibuh biex ikunu jistgħu jgawduh il-ġenerazzjonijiet futuri.


18.10.2020

55

SKEDA ONE Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Pjazza

18:30 Budget 2020 21:00 Budget 2020 21:30 Budget 2020 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:00 Paperscan 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Duurella 08:50 Ieqaf 20 Minuta 09:15 Telebejgħ 09:30 Better Living 10:30 Espresso 12:30 ONE News

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview The Local Traveller Dak li Jgħodd

18:30 19:15 19:30 20:15 20:45 21:00 23:30 23:45

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 19:15

Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Pink Panther Pjazza ONE Sports & Temp

19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Pink Panther 09:15 Telebejgħ 09:30 Reboot 10:30 Espresso 12:30 ONE News

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt - Reel 8

18:00 18:30 19:15 19:30 20:15 20:35 21:00 22:30 23:30 23:45

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40 12:45

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Flimkien ma’ Nancy Espresso ONE News Teftif Telebejgħ

13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30 19:15

Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Dirett Indhouse Pjazza ONE Sports & Temp

19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Min Imissu?! 22:00 Kick OFF 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 Reboot 10:30 Popcorn 11:00 Indhouse

11:55 12:30 12:35 13:05 14:45 15:00 15:30 15:35 16:30

Telebejgħ ONE News Mhux kemm taf Kick Off Ħabrikt The Local Traveller ONE News Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy

17:30 Il-Kelma 18:00 Pink Panther 18:40 Ondroad 19:15 ONE Sport & Temp 19:30 ONE News 20:15 Ieqaf 20 Minuta 20:45 Arani Issa 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:10 10:30 11:25 11:55

12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 16:15 17:30 19:15 19:30

ONE News Popcorn Arani Issa ONE News Duurella Mija L-Argument One Sport & Temp ONE News

20:15 Ieqaf 20 Minuta 20:45 Attività Politika 21:15 Min Imissu?! 22:30 Distintivi 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Indhouse Espresso ONE News

TLIETA 20-10

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak li Jgħodd Espresso ONE News Teftif

Ritratt ta’ lifeglobe.com

ĦAMIS 22-10

SIBT 24-10

L-isla ġarrbet ħafna attakki waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Ħafna mill-bini antik u storiku li kien hemm spiċċa mġarraf. B’hekk, ħasbu li ġawhra bħall-Gardjola li kienet u għadha għal qalb is-Sengleani, għandha tinħatt u tiġi priservata mill-attakki. Fil-fatt, il-ġebel tagħha ġie nnumerat u mwarrab biex meta jgħaddi kollox din terġa’ tinbena mill-ġdid, kif fil-fatt sar

TNEJN 19-10

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30

ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ħabrikt Attività Politika Il-Kelma Telebejgħ

Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Ħabrikt - Reel 8 Budget 2020 ONE News Night Transmission

ERBGĦA 21-10

Mhux kemm taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Dirett Ilsien in-Nisa Reboot ONE News Night Transmission

ĠIMGĦA 23-10

ĦADD 25-10


56

18.10.2020

reċensjoni tal-ktieb

KIF ISSIR SUPEREROJ

SORPRIŻA GĦAL LINDORA

Dan hu ktieb bi storja mhix tas-soltu. L-istorja tirrakkontaha tifla waqt li tinsab f’koma. Lindora hija tifla fl-ewwel klassi tal-Iskola Medja. Klikka ta’ tliet studenti jaqbdu magħha u jibdew jibbuljawha. L-ibbuljar tagħhom mhuwiex biss verbali imma wkoll fiżiku. Jum wieħed iwaqqgħuha u taħbat rasha max-xifer ta’ siġġu. Lindora tintilef minn sensiha u taqa’ f’koma. L-istorja ma tittrattax biss il-kruha tal-bullying imma tidħol ukoll fl-isfera tal-koma. Tassew li Lindora tkun qed tisma’ kollox waqt li qiegħda fil-koma? Kif iġġib ruħha għal dak li jkun qed jiġri madwarha? X’jissuġġerixxi t-tabib biex forsi toħroġ mill-koma? Min huma dawk li jżuruha? X’joqogħdu jagħmlu biex jippruvaw jikkomunikaw magħha? Min hu Sebastian u kif jidħol fl-istorja? U x’inhi s-sorpriża li twassal biex fl-aħħar Lindora toħroġ mill-koma?

F’daqqa waħda Lisa indunat li wieħed mill-kotba ta’ fuq l-ixkaffa kien qisu ħiereġ id-dawl minnu. “Manwal għas-Supereroj”, kellu miktub fuq l-ispina. Il-ktieb kien donnu qed ikellimha u jitlobha bil-ħniena biex taqbdu f ’idejha u tibda tqalleb il-paġni … Lisa ma kinitx kuntenta fl-iskola l-ġdida. Kienet qed tiġi bbuljata minn grupp ta’ subien, u kuljum kien ikollha taħrab lejn il-librerija biex tevitahom. Jum wieħed sabet ktieb li kien jispjega fid-dettall kif takkwista l-abbiltajiet — 101 b’kollox — biex issir supereroj. Tgħid veru jista’ jkun?

Mistoqsija: X’hemm simili fiż-żewġ kotba? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba KIF ISSIR SUPEREROJ U SORPRIŻA GĦAL LINDORA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 25 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb GABRIEL hija:

D. BONNICI - QAWRA

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Liema kienu fost l-ewwel 10 parroċċi dokumentati fl-1436? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


57

18.10.2020

PEGGY CARR U FAMILTHA – VITTMI TA’ VVALENAR KAŻ LI NBIDEL F’WIEĦED TA’ OMIĊIDJU WARA LI NSTABU TRAĊĊI TAT-TALLJU FIL-MEMBRI TAL-FAMILJA Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

L-EWWEL PARTI F’Ottubru tal-1988, Peggy Carr u bintha Cissy kienu qegħdin waqt ix-xogħol xħin Peggy ma bdietx tħossha sew. Peggy bdiet tħoss uġigħ kbir f’sidirha u f’riġlejha u bdiet tħoss idejha mtarrxin. Hi bdiet tibża’ li kien se jagħtiha attakk tal-qalb u b’hekk marret id-dar biex tistrieħ. Minkejja din id-deċiżjoni, Peggy bdiet tħossha agħar u b’hekk ittieħdet fil-Bartow Memorial Hospital. Lit-tobba qaltilhom li bdiet tħoss ħruq kbir ma’ ġisimha kollu iżda t-tobba ma setgħux isibu x’kien qed iġegħelha jħossha hekk. Fil-fatt, tabib minnhom qalilha li qed tħossha hekk għax qiegħda stressjata. Wara li nżammet tlett ijiem l-isptar għal iktar osservazzjoni, Peggy intbagħtet id-dar. Iktar membri tal-familja jħossuhom ma jifilħux It-tifel ta’ Peggy, Duane, u t-tifel tar-rispett tagħha, Travis, ukoll bdew iħossuhom ma jifilħux. Huma bdew jilmentaw bi wġigħ fl-istonku, li kienu qed iħossu ħruq kbir ma’ ġisimhom kollu u li bdew iħossu s-swaba’ ta’ jdejhom imtarrxin. Ftit jiem wara, Peggy ukoll reġgħet bdiet tħossha ħażin ħafna u ttieħdet fil-Winter Haven Hospital. Wara ħafna testijiet, it-tobba ma setgħux isibu x’kien qiegħed iwassal lil Peggy biex tħossha daqshekk ħażin. Kien hemm tabib li waqt li kien qed jeżaminaha qalilha biex tqum bilqiegħda ħalli jismagħha tieħu n-nifs u kien dak il-waqt li nnota li fuq l-imħadda kien waqgħalha ħafna xagħar. Kif ra hekk, it-tabib beda jissuspetta li dan kien każ ta’ vvalenar. Hu emmen li v-valenu li ntuża kien it-tallju għaliex dan kien bla togħma u bla riħa. It-tallju kien insettiċida li l-użu tiegħu ġie projbit fl-1972 minħabba l-qawwa tiegħu. Dan kien jintuża wkoll biex joqtlu l-ġrieden u doża żgħira ta’ gramma setgħet toqtol bniedem adult. L-effetti li jħalli t-tallju fuq bniedem huma tal-biża’, fejn wieħed iħoss partijiet minn ġismu mtarrxin, ħruq kbir ma’ kullimkien, uġigħ kbir fl-istonku, jivvomta u jista’ anke

Il-każ jinbidel f’wieħed ta’ omiċidju

jagħmel imsarnu. Apparti dawn is-sintomi, hemm sintomi oħrajn bħal konfużjoni u dgħufija kbira. Jekk każ ta’ vvalenar bit-tallju jinqabad fil-bidu, il-persuna tista’ tfiq permezz ta’ pillola jew trasfużjoni biex jitneħħa l-valenu mid-demm. Min-naħa l-oħra, jekk it-trattament ma jinbediex mill-ewwel, l-effetti tat-tallju jkunu laħqu għamlu ħafna ħsara u ma teżistix kura li tfejjaq il-ħsara li tkun saret fin-nervituri tal-ġisem. Iktar testijiet It-tabib għamel it-testijiet tal-awrina u hemmhekk sab traċċi kbar tat-tallju. Mir-riżultati sar magħruf li l-ammont ta’ tallju li kellha f’ġisimha Peggy kien 20,000 darba iktar mill-ammont

naturali. Duane u Travis ukoll ġew ittestjati u nstab li huma wkoll kellhom it-tallju fis-sistema tagħhom iżda mhux ammonti kbar bħalma kellha ommhom Peggy. Ir-raġel ta’ Peggy, Pye, binthom Gelena u n-neputija Kacey ukoll instabulhom traċċi tat-tallju f’ġisimhom. Duane fieq wara xahrejn l-isptar u Travis wara li qatta’ sitt xhur

l-isptar. L-istess xorti ma messitx lil Peggy għaliex din kellha l-akbar ammont ta’ tallju f’ġisimha u kien tard wisq biex jitneħħa t-tallju minħabba l-ħsara li kien għamlilha diġà. Wara t-tbatija kbira li bdiet tgħaddi minnha ta’ kuljum, Peggy waqgħet f’koma u mietet fit-3 ta’ Marzu tal-1989. Hi mietet fl-età ta’ 41 sena.

Mal-mewt ta’ Peggy, il-pulizija daħlu fix-xena u ddikjaraw ilkaż bħala wieħed ta’ omiċidju. L-ewwel suspettat tagħhom kien Pye, ir-raġel ta’ Peggy. Għall-bidu ħasbu li kien hu għax saru jafu li kellu relazzjoni ma’ eks sieħba li kellu waqt li kien miżżewweġ lil Peggy. Kien l-ewwel suspettat ukoll għaliex eżatt kif telaq għall-kaċċa, Peggy bdiet tħossha ħażin. Iżda meta sar magħruf mal-pulizija li anke hu u ibnu Travis kellhom traċċi tat-tallju f’ġisimhom, hu tneħħa mil-lista tas-suspettati. Il-pulizija riedu jkunu jafu kif it-tallju spiċċa fis-sistema tal-familja Carr u wara ħafna investigazzjoni sabu t-traċċi tiegħu fi fliexken tal-luminata. L-eżaminaturi indunaw li l-fliexken tal-luminata kienu tneħħewlhom it-tappijiet b’attenzjoni kbira u b’għodda apposta, li wieħed jinduna biss li tneħħew u tpoġġew taħt il-mikroskopju l-kbir. Kien għalhekk li l-pulizija issa bdew ifittxu persuna li kienet intelliġenti ħafna u li kienet tifhem fil-kimika.


58

18.10.2020

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


59

18.10.2020

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 351

M. MIFSUD - BIRKIRKARA

BI 3 NUMRI

051 111 165 225 256 318 330 337 528 553 574 575 645

672 723 777 819 844 885 B’4 NUMRI

0202 0214 0327 0506 0702 0811

0848 0908 1234 1235 1440 1932 2358 3226 3252 3559 3582 3633 3737 4501

5021 5588 5928 6110 6262 6535 6541 6653 7118 7255 7284 7584 7626 8416

9405 9441 9452 9658 9795 9887 B’5 NUMRI

08225 12019 14363 17252 18110 21001

23382 27513 33256 44217 44292 48134 48195 52019 52454 B’6 NUMRI

007083 196115 450115

528958 631154 707221 965696 984566 B’ 7 NUMRI

9146385 9181798

MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: F’Ħadd il-Bluh, 9,22. ix-xita ..... tfuħ (Karnival) (5) 10. 4. Is-singular ta’ 12. qlub (4) 16. 7,12M. Matematiku 18. WEQFIN: 1. Tikber? (6) 2,3. Frotta (6) 3. Ara 2 5,11. Pjazza? (5) 6,15. Botta u risposta (9)

famuż 19. Ara 17 Ġappuniż (8) 20. Sogħba (5) Torbot mal- 21. Tony Enriquez qiegħ? (6) Kissaun (1,1,1) Moħħok hemm(6) 23. Ara 13 Ara 7 24. Hemm ħafna Kunjom (3) residenti Ara 12W f’Istanbul (5)

8. Fil-futbol 15 quddiem jilgħab 17,19. (9) 21. 11. Ara 5 12,18. Qawwi? (4) 22. 13,23. Tiġieġ irġiel (7) 14. Turu? (6)

Ara 6 Isuq? (6) Tlieta Taljani (3) Ara 9

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Lulju, 4.Dras, 7,21 wieqfa. Libja, 9,21 mimduda. Nikber, 10.Inċira, 12.Idjomi, 16,18.Tadam, 20.Tapit, 24.Espri

WEQFIN: 1.Lanżit, 2,23.Lukandi, 3,11. Ulied, 5.Rai, 6,22.Scared, 8,19. Inkompetenti, 12.ID, 13.JAA, 14.Intopp, 15.Nixtri, 17.Abe


60

18.10.2020

IL-ĦSAD FI VJAĠĠ TWIL Editorjal

Jekk xejn, kull wieħed u waħda minna llum għandna għal xiex inħossuna fortunati li l-vjaġġ li wassalna s’hawn fost it-tlajja’ u l-inżul għamilna aħjar fl-għarfien tagħna li nibqgħu ffukati nħarsu ’l quddiem u favur iżjed ugwaljanza fost il-poplu

Li kieku missirijiet il-Partit Laburista jistgħu jħarsu fuq dan il-vjaġġ sħiħ ta’ 100 sena u jaraw fejn jinsab il-poplu Malti u Għawdxi llum, grazzi għallħidma li bdew huma u l-għaqal ta’ dawk li segwewhom, kienu żgur iħossuhom kburin. L-avvanzi kbar irrakko­ ntati fl-istorja kif seħħew, partikolarment, fit-tletinijiet, fil-ħamsinijiet u fis-sebgħinijiet tas-seklu l-ieħor u fl-għaxriet u issa fl-għoxrinijiet tas-seklu l-ġdid ma kinux parti minn rima normali tal-mewġ tażżminijiet. Kienu frott l-impenn Laburista. Frott il-ħidma u s-sagrifiċċji bla qies ta’ kull element fi ħdan dan il-Partit f’perjodu jew ieħor, ibda millMexxejja tiegħu u spiċċa flinqas ċittadin li afda fihom. Iżda anke wara seklu sħiħ, dawk l-istess għorrief kuraġġużi, li fl-1920 ma ħamlux iżjed lil min ikasbar lill-inqas għonja jew l-inqas litterati f’ġensna, illum kienu jagħrfu tajjeb kif din il-mixja baqgħet dejjem issib elementi qawwija kontriha. Kull żvilupp li nkiseb kien

dejjem kontra kull mistenni u kontra forzi qawwija, li jqisu lilhom infushom superjuri għal kulħadd u sal-lum għadhom jippretendu li l-aġenda jfassluha biss huma. Jekk xejn, kull wieħed u waħda minna llum għandna għal xiex inħossuna fortunati li l-vjaġġ li wassalna s’hawn fost it-tlajja’ u l-inżul għamilna aħjar fl-għarfien tagħna li nibqgħu ffukati nħarsu ’l quddiem u favur iżjed ugwaljanza fost ilpoplu. U meta u jekk inħarsu lura nagħmlu dan biss b’tifkira, biex ma ninsewx minn fejn tlaqna u, fuq kollox, biex ma nirrepetux dak li stajna għamilna ħafna aħjar. Tifkiriet ta’ żminijiet li t-tajjeb fihom isaħħilna biss il-fehma li l-Partit Laburista minn dejjem kien u għadu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja: • mill-isfidi kolonjali u konservattivi ta’ dawk li b’mod kuraġġuż għamlu l-ewwel pass biex jorganizzaw difiża qawwija u kollettiva, fil-forma ta’ partit, favur il-ħaddiem, iż-żgħir u l-batut; • il-bidu tal-ġlieda biex jibda

jingħata l-wens u l-appoġġ lil min ma kellu xejn u kien imċaħħad minn kollox; • l-introduzzjoni ta’ drittijiet umani, livell ogħla ta’ għajxien u l-qawmien deċiż kontra l-aħħar ħakkiem f’artna; • l-immodernizzar u t-tisħiħ tal-istrutturi tal-Partit innifsu biex jikseb lura l-fiduċja mitlufa tal-poplu meta kien diġà diffiċli li jsemma’ leħnu; • il-ħolqien ta’ moviment li offra d-dawl tas-salvazzjoni lil poplu sħiħ li kien għotor sew taħt piżijiet inġusti u t-tnaqqir tal-bażiku li kien imdorri fih; • l-għaqal u l-bżulija li bidlu ta’ taħt fuq is-sitwazzjoni fil-pajjiż, waqt li nkisbu riżultati straordinarji, anke bla preċedent, li minnhom għadha qed tgawdi kull faxxa tas-soċjetà, mhux l-inqas dawk l-aktar vulnerabbli u • t-tiġdid ta’ dak kollu li jirrappreżenta l-Moviment Laburista f’era tal-akbar sfidi, inklużi mediċi. Wara seba’ snin oħra fittmexxija tal-pajjiż, il-poplu Malti u Għawdxi jrodd ħajr għar-rivoluzzjoni li ra sseħħ

quddiem għajnejh mill-2013 meta l-pajjiż kien wasal f’xifer l-irdum, b’riżultat ta’ regħba bla qies mill-istess elementi Nazzjonalisti li jikkalkulaw lil ħaddieħor bħala ċ-ċuċ jew it-tielet klassi fis-soċjetà, jogħxew ikasbru lil Malta barra minn xtutna, waqt li jixegħlu x-xemgħat biex il-poplu jiftaqar u jispiċċa tallab fit-toroq. Minflok, anke fi żmien ta’ kriżi, fl-aħħar sitt xhur konna f’pożizzjoni li jinħarġu ħemel ta’ miżuri u benefiċċji li żammew il-vapur f’wiċċ l-ilma u rnexxielu jbaħħar lejn il-kenn tal-port, waqt li prattikament kull min kien abbord spiċċa salva. Għada jiġi ppreżentat baġit ieħor prosperuż li se jkompli jimbotta l-ekonomija, anke iżjed minn pajjiżi ġganti li jinsabu qrib li jegħrqu fid-djun u t-taxxi. Fl-istess ħin jitjieb l-għajxien ġenerali u l-poplu jkompli jsaħħaħ il-fiduċja għal 100 sena oħra li għad iridu jiġu. Dan mill-ġdid hu grazzi għall-amministrar bil-galbu ta’ Gvern Laburista … u ta’ ħadd aktar.


Suppliment

1920

2020

18.10.2020

I

SUPPLIMENT SPEÄŠJALI PARTIT LABURISTA 1920-2020


II

18.10.2020

1920

IL-MEXXEJJA TAL-PARTIT Il-kariga ta’ Mexxej tal-Partit Laburista nħolqot fl-1928. Fis-snin ta’ qabel, jiġifieri mill-1921 sal-1928, il-kariga kienet magħrufa bħala President tal-Camera del Lavoro, l-isem ta’ qabel ma’ dan inbidel għal Partit Laburista. F’din il-lista hemm inklużi kemm Dr Michael Dundon u kif ukoll in-Nutar Charles Mangion li assumew il-kariga sakemm jinħatar Mexxej Laburista ġdid wara r-riżenja ta’ dak ta’ qablu. Huma għalhekk sebgħa l-Mexxejja talPartit Laburista s’issa, bil-Mexxej preżenti l-Avukat Robert Abela li daħal fil-kariga fit-12 ta’ Jannar li għadda. Il-lista tinkludi wkoll, kif issemma qabel, lil Dr Michael Dundon u lin-Nutar Charles Mangion li minkejja li ma kinux eletti fil-kariga, imma assumew ir-responsabbiltà għal perjodu sakemm inħatar Mexxej Laburista ġdid wara li dan irriżenja. Ftit statistika Ħarsa lejn dawn il-Mexxejja tal-Partit

Suppliment

2020

Laburista turina li sal-lum l-aktar li dam fit-tmun ta’ din il-kariga huwa l-Perit Dom Mintoff, li għamel 35 sena, xahrejn u sitt ijiem bħala Mexxej. Warajh Sir Paul Boffa, li għamel 20 sena 10 xhur u 13-il jum filkariga. L-aktar Mexxej elett tal-Partit Laburista li daħal fil-kariga ta’ età kbira kien Dr William Savona li ħa t-tmexxija f’idejh fletà ta’ 60 sena. Warajh l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici li kellu 51 sena. L-iżgħar Mexxej Laburista meta daħal fil-kariga kien il-Perit Dom Mintoff li nħatar Mexxej ta’ 33 sena u warajh Dr Joseph Muscat, ta’ 34 sena. L-inqas li damu fit-tmun tal-Partit Laburista kienu n-Nutar Charles Mangion, li għamel xahrejn u 27 jum, u warajh l-anqas li dam kien Dundon. Ovvjament minħabba li dawn kienu fil-kariga sakemm jinħatar Mexxej. Jekk tħares lejn dawk eletti, l-anqas li dam kien William Savona u warajh Karmenu Mifsud Bonnici li għamel 7 snin, 3 xhur u erbat ijiem.

WILLIAM SAVONA

15 ta’ Marzu 1921 – 16 ta’ Awwissu 1927

MICHAEL DUNDON

16 ta’ Awwissu 1927 – 3 ta’ Diċembru 1928

PAWLU BOFFA

3 ta’ Diċembru 1928 – 12 ta’ Ottubru 1949

DOM MINTOFF

16 ta’ Ottubru 1949 – 22 ta’ Diċembru 1984

KARMENU MIFSUD BONNICI

22 ta’ Diċembru 1984 – 26 ta’ Marzu 1992

ALFRED SANT

26 ta’ Marzu 1992 – 10 ta’ Marzu 2008

CHARLES MANGION

10 ta’ Marzu 2008 – 6 ta’ Ġunju 2008

JOSEPH MUSCAT

6 ta’ Ġunju 2008 – 12 ta’ Jannar 2020

ROBERT ABELA

12 ta’ Jannar 2020 –


Suppliment

1920

2020

18.10.2020

III

100 SENA ILU … Tnax-il Malti, ġejjin minn sferi differenti tas-soċjetà, b’taħlita ta’ professjonisti, negozjanti u ħaddiema tal-id, kellhom ħolma, dak li joħolqu moviment li jkun lest li jiġġieled, li jħabrek għall-ħaddiem, għaż-żgħir, għal min leħnu ma jwassalx daqskemm iwassal ta’ dawk fil-faxex ’il fuq tas-soċjetà. F’dak iż-żmien li kienet imwaqqfa ‘La Camera del Lavoro’ li eventwalment żviluppat fil-Partit Laburista, kienet aktar evidenti d-differenza bejn il-klassijiet fis-soċjetà tagħna u anke kienu aktar evidenti d-differenzi f’dawk li huma drittijiet tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom. Kien żmien fejn kien hemm bosta li l-ilsien Malti kienu għadhom iħarsu lejh bħala l-lingwa tal-kċina. Kien hemm bżonn leħen sod li jkun jista’ jitkellem għaż-żgħir, fuq l-importanza li jkun hemm l-għajnuna lil min ikollu bżonnha, xi ħadd li jitkellem fuq aktar drittijiet li forsi llum inħarsu lejhom bħala bażiċi. Sa mit-twaqqif, il-Partit Laburista dak iż-żmien anke mnebbaħ mill-influwenzi ta’ Manuel Dimech, ried ikun hemm biex ibiddel, biex ma jibqax imwaħħal mal-passat, biex ma jkunx anakronista, iżda permezz tat-twemmin tiegħu jkun jista’ jġib id-differenza. Jekk inħarsu lura lejn dawn il100 sena żgur li l-Partit Laburista baqa’ fidil lejn it-twemmin soċjal-demokratiku li jħaddan billi jaħdem tabilħaqq għal dawk l-aktar li għandhom bżonn u li jaħdem sabiex ikun hemm ġustizzja soċjali. Tul dawn l-aħħar 100 sena, il-Partit Laburista kellu l-mumenti s-sbieħ tiegħu wara rebħiet elettorali kbar, kellu d-diżappunti tiegħu, il-ferħ u anke d-dwejjaq. Fl-ewwel elezzjoni li wasslitu sabiex ikun fil-Gvern għall-ewwel darba, ir-rebħa tal-1947, dak iżżmien taħt Pawlu Boffa, il-Partit Laburista mill-ewwel beda jikteb l-istorja meta dik is-sena n-nisa kienu ħadu d-dritt li jivvutaw għall-ewwel darba. Jekk wieħed iħares lejn l-istorja, il-Partit Laburista kull darba li kien fil-Gvern daħal hemm biex jieħdu d-deċiżjonijiet u biex ibiddel.

Kien il-Partit Laburista li wara l-gwerra mexxa l-pajjiż u r-rikostruzzjoni li kienet meħtieġa wara. Inbnew mill-ġdid l-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin wara tant ħerba u tifrik u ngħataw l-ewwel sinjali b’saħħithom ta’ għajnuna li Gvern Laburista kien se jagħti lill-poplu Malti u Għawdxi. Kien il-Partit Laburista li permezz tax-xogħol li wettaq fis-snin ħamsin anke jekk fi żmien relattivament qasir u wkoll mimli taqlib li beda jaħdem sabiex naqbdu t-triq lejn l-Indipendenza xi ħaġa li mbagħad George Borg Olivier irnexxielu jġib wara li r-Renju Unit ma qabilx li l-Maltin u l-Għawdxin ikollhom l-istess drittijiet daqs il-Brittaniċi. Kien il-Partit Laburista, li wara l-perjodu turbolenti li weġġa’ lil ħafna nies tas-snin 60, fis-snin 70 u fis-snin 80, permezz ta’ Duminku Mintoff ħabrek sabiex tinbena l-ekonomija ta’ Malta, ekonomija mhux aktar ibbażata fuq l-infiq militari tar-Renju Unit, iżda ekonomija mibnija fuq il-manifattura, it-turiżmu u s-servizzi. Kien f’dan iż-żmien ukoll li nbena welfare state b’saħħtu li għadu sal-lum tant

importanti biex jgħin lill-familji Maltin u Għawdxin, l-iktar dawk li għandhom bżonn ta’ għajnuna sabiex ma jaqgħux lura. M’hemmx dubbju li l-welfare state, li sal-lum għadna nindukraw b’tant saħħa, għożża u enerġija żgur li se jibqa’ fost l-ikbar legati li qatt ħalla jew jista’ jħalli Gvern imexxi mill-Partit Laburista. Kien dan l-istess Partit li fl-2013 wara 25 sena ta’ Gvern Nazzjonalista reġa’ ħa r-riedni f’idejh u biddel l-ekonomija tagħna għal waħda aktar iddiversifikata u issa jmiss lili u l-Gvern li mmexxi li wara dan il-perjodu ikrah għad-dinja, nerġgħu nqumu fuq saqajna u nitilqu niġru bħalma konna qed nagħmlu, anzi rridu niġru aktar. Jien ninsab konvint u fl-istess ħin imċekken, li bħall-Mexxeja kollha li ġew qabli, se naraw li nkomplu naqdu fedelment lill-poplu. Irridu nibqgħu nkunu l-Partit li jbiddel, iżda fejn ikun meħtieġ li jinbidel. Dan kollu jiggarantixxi li aħna nibqgħu forza politika relevanti, saqajna mal-art u li nżommu l-polz tal-poplu f’idejna.

Il-Partit Laburista jrid jibqa’ jkun dak il-Partit li ma jiddejjaqx jieħu d-deċiżjonijiiet, xi kultant dawk id-deċiżjonijiet li forsi jkunu iebsa u li jħallu anke l-konsegwenzi, għandna l-obbligu nagħmlu dan. Irridu nibqgħu nkunu Partit li jibqa’ saqajh mal-art, u saqajh mal-art ifisser li jdur jitkellem man-nies, li jisma’, li jaġixxi, li jkun l-ewwel wieħed li jkun lest li jammetti fejn ikun żbalja, li ma jkunx superv. Dan l-element kien minn dejjem fil-Partit u għalhekk kulħadd jaf fejn qiegħed magħna. Mhux se nkunu qed nipprietkaw il-perfezzjoni għax perfetti ma nistgħu nkunu qatt, iżda l-imħabba lejn il-pajjiż, l-imħabba lejn dak li nemmnu fih għandhom ikunu ingredjenti biżżejjed sabiex dan il-Partit jibqa’ jkun l-ikbar forza politika, strument sabiex tibqa’ ssir id-differenza filħajja tan-nies ta’ kuljum. Nawgura lil kull min ta, għadu u se jagħti fil-futur il-kontribut tiegħu lejn il-Partit Laburista, lejn il-Partit tal-ħaddiema u min iħaddem, il-Partit tal-minoranzi daqskemm huwa tal-maġġoranzi, il-Partit li jħobb lil pajjiżu u dejjem ġabu l-ewwel u qabel kollox.

Robert Abela


IV

18.10.2020

1920

Suppliment

2020

MEXXEJJA PASSATI TAL-PARTIT LABURISTA William Savona

William Savona, magħruf bħala Willie Savona, twieled fis-7 ta’ Jannar tas-sena 1865 fil-Belt Valletta, iben Sigismondo Savona u Filomena mwielda Caruana. Sigismondo kien il-fundatur tal-Moviment Anti-Riformista u wkoll Direttur tal-Edukazzjoni fis-seklu 19. Interessanti li Sigismondo Savona, missier William Savona, kien ukoll in-nannu tal-Qassis Politiku Enrico Dandria – William Savona kien zijuh. Willie Savona kien miżżewweġ lil Nusa Rosenbush. Studja fil-Liċeo u fl-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa fil-Liġi. Apparti Avukat, Savona kien ukoll uffiċjal fl-Armata u politiku. Kien suldat mar-Royal Malta Artillery u fl-ewwel gwerra serva fi Franza u f’Salonika. Ingħata t-titlu ta’

Kurunell u Membru tal-Imperu Ingliż. Kien fis-sena 1919 meta Savona ingħaqad mall-Camera del Lavoro. Serva bħala l-Viċi President ta’ dan il-Moviment. Aktar tard, fl-1921, inħatar bħala l-President tal-Camera del Lavoro. Din il-ħatra saret fil-15 ta’ Marzu, 1921 waqt l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Ġenerali li rat lill-Kurunell William Savona jinħatar bħala President. Naqraw li F’Mejju tal-1921 dik li kienet il-Camera del Lavoro saret formalment il-Partit tal-Ħaddiema bil-motto magħżul ‘Labore et Fiducia’ (Xogħol u Fiduċja) u t-tmexxija tiegħu ġiet fdata f’idejn il-Kurunell W. Savona LL.D., M.B.E. Immexxi mill-Kurunell William Savona, il-Partit Laburista kkontesta

l-elezzjonijiet ġenerali li saru fl-1921 u l-1924 taħt Kostituzzjoni ġdida li tat lill-pajjiż togħma ta’ self-government. Interessanti li għall-elezzjoni tal-1921 il-programm elettorali taħt Savona kien jitlob għal riforma fis-sistema tat-tassazzjoni, it-tneħħija tat-taxxa fuq il-ħobż u aktar enfasi fuq użu ta’ taxxa diretta. Kien jgħid ukoll li għandu jkun hemm edukazzjoni obbligatorja u titjib fil-kurrikulu elementari, u wkoll housing aħjar għall-ħaddiema fost oħrajn. F’din l-elezzjoni William Savona inħatar fis-Senat f’isem itTrade Union Council. Taħt il-Kostituzzjoni ta’ Amery, bejn l-1922 u l-1923 fil-koalizzjoni tal-Partit Laburista mal-Unione Polit-

Interessanti li għall-elezzjoni tal-1921 il-programm elettorali taħt Savona kien jitlob għal riforma fis-sistema tat-tassazzjoni, it-tneħħija tat-taxxa fuq il-ħobż u aktar enfasi fuq użu ta’ taxxa diretta

ica Maltese, f’April 1922, Savona serva bħala Ministru tal-Posta, Dwana, Agrikoltura u Sajd u dam sa Jannar 1923 fl-amministrazzjoni ta’ Howard. Kien membru tal-Assemblea Leġiżlattiva u Mexxej tal-Partit Laburista bejn l-1924 u l-1927. Fit-2 ta’ Jannar, 1924 kienet sfaxxat il-koalizzjoni bejn il-Partit Laburista u l-Unione Politica Maltese meta l-Ministri Laburisti, il-Kurunell William Savona u l-Kurunell Michael Dundon irriżenjaw minħabba li l-Unione ma kinetx imxiet sew mal-Partit Laburista. Fl-1924, Savona rtira mis-Senat u ġie elett fl-Assemblea Leġiżlattiva mill-ħames distrett. L-alleanza magħrufa bħala Labour-Constitutional Alliance kienet rebħet l-elezzjoni ġenerali tal-1927, imma l-Partit Laburista ħa daqqa, ġab 13.9% tal-voti, tilef tliet siġġijiet u spiċċa bla rappreżentanza fl-Assemblea. F’din l-elezzjoni Gerald Strickland inħatar bħala Prim Ministru. Fl-elezzjoni tal-1927, Savona ma kienx elett u rtira mill-politika. Savona baqa’ attiv fil-politika sal-1928, meta nerġgħu nsibuh bħala Viċi President u President tal-Partit Laburista. Bħala suċċessur tiegħu fil-kariga ta’ Mexxej tal-Partit Laburista kien hemm il-Kurunell Michael Dundon u fl-1928 Pawlu Boffa. William Savona miet fl-1937 fl-età ta’ 72 sena.


Suppliment

1920

2020

18.10.2020

Michael Dundon

Dr Michael Dundon twieled fl-10 ta’ Novembru tal-1854. Kien is-seba’ wild ta’ William u Ellen O’Regan u twieled l-Irlanda. Ħa l-edukazzjoi tiegħu fil-kulleġġ Queens ta’ Cork u f’Ceclia Street Hospital f’Dublin. Minn hemmhekk huwa ggradwa bħala tabib. Dundon daħal fl-armata bħala kirurgu fit-30 ta’ Lulju tal-1881 u laħaq Logutenent Kurunell fil-Korp Mediku tal-Armata Rjali. Wara 20 sena servizz fil-11 ta’ Diċembru tal-1907, kien irtira. Serva fil-gwerra tal-Afrika t’Isfel dik tal-Boeri mill-1899 sal-1901. Wara s-servizz tiegħu mal-Armata fl-Afrika t’Isfel ġie stazzjonat f’Malta, imma reġa’ ngħaqad mal-Armata biex jagħti servizz fl-Ewwel Gwerra Dinjija bejn l-1914 u l-1918. F’Malta kien jgħix fuq Santa Margerita, Bormla. Magħruf sew bħala bniedem twajjeb u karitattiv u li għen bosta familji tal-ħaddiema. Kien Kelliem Ewlieni tal-Partit Laburista sa mill-bidu. Ikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali tal-1921 u kien elett. Fl-1921, fl-ewwel sessjoni tal-Assemblea Leġiżlattiva li kienet saret is-Sibt 29 ta’ Ottubru, Dr Michael Dundon ma’ kienx aċċetta li jinħatar Deputat Speaker. Flimkien miegħu kienet saret ukoll it-talba lil Dr Pier Luigi Frendo, Antonio Dalli, Dr Luigi Camilleri, Dr Francesco Buhagiar, il-Marquis Dr Alfredo Mattei, Dr Paolo Borg Grech, il-Kanonku Carmelo Bugelli u Sir Gerald Strickland, minkejja li kien il-Kap tal-Oppożizzjoni, u ħadd minn dawn ma kien aċċetta. Eventwalment imbagħad kien inħatar in-Nutar Salvatore Borg Olivier fil-kariga ta’ Deputat Speaker. Michael Dundon kien ingħata f’idejh il-Ministeru għas-Saħħa waqt il-koalizzjoni mal-Unione Politica Maltese f’April tal-1922. Dak iż-żmien kien Deputat Mexxej tal-Grupp Par-

Kien Kelliem Ewlieni tal-Partit Laburista sa mill-bidu. Ikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali tal-1921 u kien elett

lamentari. Għalkemm Dundon ma ġiex elett fl-elezzjoni tal-1924, huwa reġa’ beda jirrappreżenta l-poplu fl-Assemblea fl-1927. Minn hawn, huwa nħatar ukoll Mexxej tal-grupp Laburista u tal-Partit. Kien Mexxej temporanju wara r-riżenja ta’ William Savona. Minħabba raġunijiet ta’ saħħa kien irreżenja minn din il-kariga fil-Partit Laburista fid-29 ta’ Novembru tal-1928. Il-pożizzjoni ta’ Mexxej tal-Partit Laburista kien ħadha Pawlu Boffa. Lil hinn mix-xena politika, interessanti li meta kien qed isir dibattitu dwar meta ffurmat ruħha t-tieqa tad-Dwejra ta’ Għawdex, f’album tar-ritratti li kien ta’ Michael Dundon, instabu ritratti meħuda mill-fotografu rinomat Richard Ellis u li kellhom id-data tas-26 ta’ Lulju 1879. Dan wassal biex id-diskussjoni dwar il-formazzjoni tat-tieqa twassal li din kienet iffurmata bejn l-1876 u l-1879. Dr Michael Dundon iżżewweġ lil Rebecca Madrona fis-7 ta’ Lulju tal1885 u kellu żewġt itfal, Francis Michael Dundon li għex biss għal 17-il xahar u Ellen Rebecca Dundon li mietet fl-1980. Dundon miet fil-5 ta’ April tal-1936 fl-età ta’ 81 sena fil-Belt Valletta u huwa midfun fiċ-Ċimiterju ta’ Marija Addolorata f’Raħal Ġdid.

PARTIT LABURISTA 1920-2020 Akkwista tifkira għalik u għall-għeżież tiegħek fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mit-twaqqif tal-Partit Laburista Irrikorri fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun

V


VI

18.10.2020

1920

2020

Suppliment

Pawlu Boffa

Pawlu Boffa twieled fit-30 ta’ Ġunju tal-1890 fl-Isla. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo u ggradwa mill-Università ta’ Malta bħala tabib tal-famijla fl-1912. Fl-Ewwel Gwerra Dinjija serva fir-Royal Medical Corps kemm f’Malta kif ukoll f’Salonika, il-Greċja u fi sptarijiet fuq il-vapuri. Wara l-gwerra huwa fetaħ klinika f’Raħal Ġdid. Fil-fatt ir-rabta tiegħu ma’ Raħal Ġdid fejn kien ukoll jgħix, hija kkommemorata bl-isem ta’ Vjal Sir Paul Boffa li hija t-triq ewlenija li minn Kordin tieħdok għal quddiem dak li kien il-Malta Shipbuilding u lejn Triq Aldo Moro. Għamel żmien tabib tal-Workers Benefit Society, waħda mis-soċjetajiet tal-Mutuo Soccorso, li l-membri tagħha kienu l-aktar ħaddiema tat-tarzna. Sa mill-għoxrinijiet u matul is-snin 30, Pawlu Boffa kien fuq quddiem nett jiddefendi u jimbotta l-ilsien Malti ’l quddiem, ħadem kemm felaħ biex ilsienna jingħata r-rikonoxximent li jistħoqqlu u f’din il-ħidma għadda minn martirju ta’ min ipprova jirredikolah. Fl-1921 huwa żżewweġ lil Genoveffa Cecy u miż-żwieġ kien hemm erbat itfal, żewġ subien u żewġt ibniet. Boffa daħal fil-politika meta Malta ngħatat is-self government fl-1921 u ngħaqad mal-Partit Laburista fl-

1923. Kien elett f’isem il-Partit Laburista fl-Assemblea Leġiżlattiva taħt il-Kostituzzjoni Amery-Milner fl-1924, fl-1927 u fl-1932. Inħatar Mexxej tal-Partit Laburista fl-1928 u dam imexxih sal-1949. Din kienet is-sena li fiha kien hemm dik li hija magħrufa bħala t-tieni qasma tal-Partit Laburista. Fit-tmun tal-Partit Laburista, Boffa għadda minn żmien ta’ tilwim politiku-reliġjuż bejn l-1928 u l-1932. Dan wassal għal rebħa tal-Partit Nazzjonalista tal-1932 għad-detriment tal-Partit Kostituzzjonali u tal-Partit Laburista mmexxi minn Boffa. Fl-1932 Boffa kien l-uniku kandidat tal-Partit Laburista li kien elett fl-Assemblea Leġiżlattiva, sakemm din kienet xolta fl-1933. Kien nominat bħala membru tal-Kunsill Eżekuttiv bejn l-1936 u l-1939 u kien elett għal darb’oħra bħala l-uniku kandidat elett f’isem il-Partit Laburista fil-Kunsill tal-Gvern fl-1939. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija Boffa serva bħala Kummissjonarju tad-Distrett u wkoll bħala uffiċjal mediku talARP fl-inħawi tal-Kottonera, ir-Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Ingħata l-OBE fl1941. Sar ukoll membru fil-Kunsill talGvern l-1945. Laħaq il-quċċata tal-karriera politika tiegħu meta sar

l-ewwel Prim Ministru Laburista f’Novembru tal-1947. F’din l-elezzjoni mexxa Gvern b’maġġoranza ta’ 24 membru parlamentari. U kienet ukoll elezzjoni bl-akbar rebħa elettorali għall-Partit Laburista meta dan ġab 60% tal-voti. Fl-1949, wara l-ultimatum li ngħata lir-Renju Unit dwar għajnuna finanzjarja, kien hemm il-qasma fil-Partit Laburista, imma Boffa kompla jmexxi l-pajjiż bħala Prim Ministru Laburista sal-1950. Pawlu Boffa kien elett mill-ġdid fl1951 u wkoll fl-1953. Huwa ngħaqad fil-Gvern ta’ Koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista li kien immexxi minn Giorgio Borg Olivier. Bħala membru tal-Kabinett kellu l-portafoll tasSaħħa u s-Servizzi Soċjali.

Fl-1932 Boffa kien l-uniku kandidat tal-Partit Laburista li kien elett fl-Assemblea Leġiżlattiva, sakemm din kienet xolta fl-1933

Tajjeb jingħad li fil-ħamsinijiet, wara l-isplit tal-Partit Laburista, Boffa waqqaf u mexxa l-Malta Workers Party li kien tilef l-elezzjonijiet tal-1950. Il-MWP ma kkontestax fl-elezzjonijiet tal-1955 u f’dik is-sena wkoll Boffa rriżenja mill-Parlament minħabba raġunijiet ta’ saħħa, għalkemm baqa’ involut fil-politika bħala President Onorarju tal-Christian Workers’ Party. Fl-1956 ingħata t-titlu ta’ Sir mill-Ingilterra bħala rikonoxximent għal servizz pubbliku li qeda b’distinzjoni. Boffa kien strumentali biex l-ilsien Malti jkun rikonoxxut fil-Qrati tal-Ġustizzja u wkoll kien daqstant ieħor strumentali għall-introduzzjoni tal-edukazzjoni primarja obbligatorja għal dawk bejn 6 u 14-il sena, għall-pensjoni tal-età, u wkoll biex jingħata l-vot lin-nisa ’l fuq minn 21 sena. Pawlu Boffa miet fir-residenza tiegħu f’Raħal Ġdid fis-6 ta’ Lulju tal1962. Mingħajr il-mezzi moderni teknoloġiċi tal-lum, l-aħbar tal-mewt tiegħu xorta waħda kienet xterdet mal-pajjiż bħal leħħa ta’ berqa. Huwa midfun fiċ-ċimiterju tal-Erwieħ f’Ħal Tarxien. Fl-1976, dak li kien l-Isptar Re Ġorġ V fil-Florjana, inbidillu ismu u ngħata l-isem ta’ Sptar Sir Paul Boffa. Monument tiegħu jinsab f’Misraħ Kastilja biswit il-Kavallier ta’ San Ġakbu, u hemm ukoll ieħor bix-xieraq, fid-daħla tal-Birgu.


Suppliment

1920

2020

18.10.2020 VII


VIII

18.10.2020

1920

2020

Suppliment

Dom Mintoff Dominic Mintoff, magħruf aħjar bħala Dom Mintoff jew il-Perit u wkoll is-Salvatur, twieled fis-6 ta’ Awwissu 1916. Iben kok man-Navy, huwa tgħammed f’Belt twelidu, Bormla. Beda l-istudji tiegħu fl-iskola elementari tal-gvern, kompla l-Liċeo u wara l-Università Rjali ta’ Malta minn fejn irnexxielu jirbaħ Rhodes Scholarship għal Oxford. Minn hemm ħareġ b’Masters fix-Xjenza fl-1939. Politiku Soċjalista u revoluzzjonarju Anti-Kolonjali. Beda l-karriera politika tiegħu pjuttost ta’ età żgħira, billi meta kellu biss 19-il sena ssieħeb fil-Kumitat Laburista ta’ Bormla. Meta wara l-Gwerra ġie lura Malta mill-Ingilterra, kien minn ta’ quddiem nett fil-laqgħa tal-Labour Sympathisers li wasslet għal proċess ta’ tiġdid kbir fi ħdan il-Partit Laburista. Fil-fatt riżultat ta’ hekk kien inħatar Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista bejn l-1935 u l-1945, ħlief għal perjodu żgħir matul dawk is-snin meta rriżenja biex ikun jista’ jmur ikompli l-istudji tiegħu f’Oxford. Elett għall-ewwel darba fl-1945 fil-Kunsill tal-Gvern u kien minn ta’ quddiem fil-Labour Front fl-Assemblea Nazzjonali biex inkisbu d-drittijiet tal-Maltin u wkoll Kostituzzjoni ġdida. F’din is-sena, l-1945 Mintoff kien maħtur Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Kien kaxkar ammont sostanzjali ta’ voti li poġġewh f’pożizzjoni vantaġġuża ferm li jkun is-suċċessur jew l-isfidant prinċipali tal-Mexxej Laburista ta’ dak iż-żmien, Pawlu Boffa. Mar-rebħa Laburista tal-1947 huwa nħatar Deputat Prim Ministru u Ministru għar-Rikostruzzjoni u wet-

taq programm kbir ta’ bini mill-ġdid wara t-tiġrif li kienet tinsab fih Malta kawża tat-Tieni Gwerra Dinjija. F’Novembru tal-istess sena waqt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista nħatar Deputat Mexxej. Kien l-isplit tal-1949 li ta spinta sew lil Dom Mintoff fil-karriera politika tiegħu. Pawlu Boffa, li kien lest għal kompromess u moderazzjoni mal-Awtoritajiet Kolonjali rriżenja mill-Partit Laburista u fforma l-Malta Workers Party. Mintoff inħatar Mexxej Laburista. Imma l-isplit dgħajfet kemm lill-Partit Laburista u wkoll lill-Malta Workers Party tant li kien biss fl-1955 li l-Partit Laburista ħa l-Gvern u Mintoff sar it-tieni Prim Ministru Laburista fl-età ta’ 39 sena. B’hekk sar ukoll l-iżgħar Prim Ministru fil-Commonwealth. Il-Gvern ta’ Mintoff tal-1955 bl-għajta tal-Integration mar-Renju Unit wassal għat-tnawwir tar-relazzjonijiet mal-Knisja, li wasslu għall-perjodu infami fix-xena politika – l-interdett. Kien iż-żmien meta l-Knisja ddikjarat li vot lil Mintoff huwa dnub mejjet. Hawnhekk nibtet u ħadet is-saħħa wkoll l-għajta tas-Suldati tal-Azzar għal dawk li ħaduha kontra l-Knisja u sfidawha f’din id-dikjarazzjoni. Imma din is-sitwazzjoni wasslet biex il-Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff jitlef iż-żewġ elezzjonijiet ta’ wara, tal-1962 u l-1966. Bejn dawn l-elezzjonijiet il-Partit Laburista kien ibbojkottja ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza tal-1964, minħabba nuqqas ta’ qbil bil-ftehim li sar biex Malta ssir Indipendenti, fuq quddi-

em li l-Indipendenza kienet biss fuq il-karta. L-interdett tneħħa fis-sena tal-Indipendenza u b’hekk tjiebu r-relazzjonijiet bejn il-Partit Laburista u l-Knisja. Fl-1971 Mintoff reġa’ rebaħ l-elezzjoni ġenerali, inħatar Prim Ministru u mill-ewwel beda jinnegozja mar-Renju Unit għal ftehim dwar il-militar Ingliż kif ukoll pakkett finanzjarju. Kien Gvern li mexxa programm ta’ nazzjonalizzazzjoni, it-tisħiħ tas-settur pubbliku u wkoll il-welfare state. Ġew riveduti l-Liġijiet tax-Xogħol li wasslu għal ekwalità tal-ġeneru fejn jidħlu pagi. Kienu introdotti wkoll iż-żwiġijiet ċivili u kienet ġiet dekrim-

Fl-1971 Mintoff reġa’ rebaħ l-elezzjoni ġenerali, inħatar Prim Ministru u mill-ewwel beda jinnegozja mar-Renju Unit għal ftehim dwar il-militar Ingliż u wkoll pakkett finanzjarju

inalizzata l-omosesswalità. B’pakkett ta’ riformi Kostituzzjonali li għalihom kien hemm qbil mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista, Malta ġiet iddikjarata Repubblika fl-1974. Il-Gvern ta’ Mintoff kien ikkonfermat fit-tmexxija bl-elezzjoni tal-1976. Tliet snin wara fl-1979, l-aħħar truppi militari Ingliżi ħallew lil pajjiżna f’jum li baqa’ magħruf bħala Jum il-Ħelsien. Għal darb’oħra l-Gvern ta’ Mintoff kien ikkonfermat fit-tmexxija bl-elezzjoni tal-1981. B’Mexxej ġdid, Eddie Fenech Adami, il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni tal-1981 ġab maġġoranza ta’ voti imma ma rnexxilux jikseb maġġoranza ta’ siġġijiet fil-Parlament. Kien żmien ieħor ta’ sfidi għall-Gvern ta’ Mintoff bħal dak tas-sittinijiet li wassal għal diżubbidjenza ċivili u protesti mmexxija min-Nazzjonalisti. Mintoff dam Prim Ministru sal1984. Huwa rriżenja minn Prim Ministru u minn Mexxej Laburista fl-1984 fl-età ta’ 68 sena. Floku nħatar Karmenu Mifsud Bonnici. Mintoff żamm is-siġġu parlamentari bħala backbencher. Imma l-ħidma tiegħu hawnhekk kompliet ukoll u rnexxielu jikkonvinċi lil sħabu fil-Parlament biex jagħtu appoġġ għal riformi kostituzzjonali li jassiguraw maġġoranza parlamentari għall-partit li f’elezzjoni jġib il-maġġoranza tal-voti. Dawn ir-riformi wasslu biex il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ta’ wara, dik tal-1987. Mintoff baqa’ jik-


Suppliment

1920

2020

18.10.2020

IX

Karmenu Mifsud Bonnici Karmenu Mifsud Bonnici twieled f’Bormla fis-17 ta’ Lulju tal-1933, iben Lorenzo Mifsud Bonnici u Catherine Buttigieg. Familja li kienet ankrata sew fil-Partit Nazzjonalista. Tant li fi ħdanha għandha ismijiet marbuta mal-politika maż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Fil-fatt ħu Karmenu, Antoine Mifsud Bonnici kien Deputat Nazzjonalista u wkoll Segretarju Parlamentari. Kuġinuh, Ugo Mifsud Bonnici kien ukoll Deputat Nazzjonalista, Ministru ta’ Gvern Nazzjonalista u wkoll President ta’ Malta. Iggradwa bħala Avukat fl-1954 u kompla jistudja dwar is-sistema tattaxxa u l-Liġi Industrijali fl-Università ta’ Londra bejn l-1967 u l-1968. Minn dak iż-żmien beda wkoll bħala għalliem tal-Liġi Industrijali u l-Liġi Fiskali fl-Università ta’ Malta. Kien attiv ħafna fost l-għaqdiet reliġjużi taż-żgħażagħ tant li kienu wkoll għażluh bħala konsulent legali għall-ġurnal tagħhom Il-Ħaddiem. Fil-fatt fis-sittinijiet, fl-eqqel tal-ġlieda bejn il-Knisja u l-Partit Laburista, Mifsud Bonnici kien uffiċjal ta’ numru ta’ organizzazzjonijiet lajċi fi ħdan il-Knisja, fosthom il-Catholic Social Guild u wkoll il-Young Christian Workers Movement. Karmenu Mifsud Bonnici nħatar konsulent legali tal-General Workers Union u kien issielet bil-kbir kontra l-Liġi Industrijali li ried jgħaddi Gvern Nazzjonalista fl-1969 bil-għan li jċaħħad u jxekkel lill-ħaddiema middritt ta’ stajk. Din il-liġi riedet li jkun hemm sanzjonijiet sa anke ħabs għal dawk il-ħaddiema li jistrajkjaw. Minn hawn issaħħet ir-rabta ta’ Karmenu Mifsud Bonnici fi ħdan il-Partit Laburista. F’Mejju tal-1980, il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista ħatret lil Mifsud Bonnici bħala Deputat Mexxej. Kien Karmenu Mifsud Bonnici li

kontesta l-elezzjonijiet kemm dik tal1987 u wkoll ta’ warajha, tal-1996. Il-Perit Dom Mintoff miet f’xahar twelidu fl-età ta’ 96 sena, fl-20 ta’ Awwissu tal-2012. Huwa kien miżżewweġ lil Moyra de Vere Bentinck, li kien iltaqa’ magħha waqt l-istudji tiegħu f’Oxford. Minn dan iż-żwieġ twieldu żewgt ibniet. Mintoff ingħata funeral statli fil-25 ta’ Awwissu. Fl-2013 il-misraħ ta’ quddiem il-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena ta’

Bir id-Deheb, parroċċa taż-Żejtun, issemmiet Pjazza Dom Mintoff. Din kienet il-Knisja fejn Mintoff iżżewweġ lil Moyra. Statwa tal-Perit kienet inawgurata f’Bormla fl-2014. Fl-2016 Triq Kordin f’Raħal Ġdid inbidlilha isimha għal Triq il-Perit Dom Mintoff u sena wara ġnien pjuttost mitluq f’Raħal Ġdid beda jiġi riġenerat u ngħata l-isem ta’ Ġnien Dom Mintoff. Fl-2018 kienet inawgurata statwa ta’ Mintoff f’Misraħ Kastilja.

kellu f’idejh l-immaniġġjar tal-kampanja elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-1981. Din kienet it-tielet rebħa elettorali għall-Partit Laburista ta’ Mintoff, imma wkoll l-aħħar waħda taħtu bħala Mexxej Laburista. F’Ottubru tal-1982 il-Konferenza Ġenerali għażlitu bħala l-Mexxej Suċċessur tal-Perit Dom Mintoff. Meta f’Mejju tal-1983 kien irriżenja mill-Parlament id-Deputat Laburista Pawlu Xuereb, Mifsud Bonnici kien ġie co-opted fil-Parlament u ngħata l-ġurament ta’ Ministru tal-Edukazzjoni, Ministeru li baqa’ jaħdem fih sal-1986. Taħtu bħala Ministru għall-Edukazzjoni kienet iddaħħlet l-edukazzjoni b’xejn għal kulħadd – pass li wassal mill-ġdid għal tilwim bejn il-Gvern Laburista u l-Knisja. Imbagħad fit-22 ta’ Diċembru tal1984, meta Dom Mintoff irriżenja minn Prim Ministru, Karmenu Mifsud Bonnici daħal imexxi l-pajjiż u wkoll lill-Partit, bħala Prim Ministru u Mexxej Laburista. Hawnhekk żamm il-portafoll tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u miegħu l-Ministeru għall-Intern. Bħala Prim Ministru, Karmenu Mifsud Bonnici kien żamm l-istess kabinett tal-Gvern ta’ Mintoff. L-elezzjoni tal-1987 intilfet għal ftit u Karmenu Mifsud Bonnici baqa’ jservi fil-Parlament bħala Kap tal-Oppożizzjoni sal-1992. Huwa rriżenja wara li anke din l-elezzjoni, tal-1992, intrebħet mill-Partit Nazzjonalista. Floku daħal bħala Mexxej Laburista u Kap tal-Oppożizzjoni Dr Alfred Sant. Karmenu żamm is-siġġu parlamentari sal-elezzjoni tal-1996 u minn dakinhar ma’ reġax ikkontesta elezzjoni oħra. Baqa’ attiv fil-mestier tiegħu bħala Avukat u bil-Kampanja għall-Indipendenza Nazzjonali, imma mhux daqstant fix-xena politika. Karmenu Mifsud Bonnici llum jgħodd 87 sena.


X

18.10.2020

1920

2020

Suppliment

Alfred Sant Alfred Sant huwa mwieled f’Tas-Sliema fit-28 ta’ Frar tal-1948. Ir-residenza tiegħu hija f’Birkirkara. Apparti l-karriera tiegħu fix-xena diplomatika u politika, Sant huwa wkoll fuq quddiem fil-lista ta’ kittieba u drammaturgi rinomati fil-qasam letterarju, b’għadd ta’ kotba u wkoll drammi marbuta ma’ ismu. Fil-fatt rebaħ għadd ta’ premjijiet letterarji. Kiseb il-Baċellerat fix-Xjenza fl1967 u wkoll Masters fix-Xjenza fl-1968 mill-Università ta’ Malta. Studja wkoll l-amministrazzjoni pubblika fl-1970 fl-Istitut Internazzjonali tal-Amministrazzjoni Pubblika tal-Ėcole Nationale d’Amonistration ta’ Pariġi. Bejn l-1970 u l-1975 ħadem fl-Ambaxxata Maltija fi Brussell kemm bħala Second Secretary u wkoll bħala First Secretary. Huwa rriżenja biex jissokta l-istudji tiegħu fl-Universitajiet ta’ Boston u Harvard fl-Istati Uniti minn fejn kiseb dottorat. Mill-1977 kien konsulent maniġerjali fis-settur kemm pubbliku kif ukoll privat. Bejn l-1977 u l-1978 Sant serva bħala konsulent dwar Immaniġġjar Ġenerali u Finanzjarju fil-Ministeru għall-Industriji Parastatali u tal-Poplu. Imbagħad bħala Direttur

Maniġerjali tal-Medina Consulting Group bejn l-1978 u l-1980. Fl1980 irritorna fis-servizz pubbliku bħala Deputat Ċermen Eżekuttiv mal-Malta Development Corporation. Wara l-MDC kien għal żmien Ċermen tal-fabbrika tal-ħwejjeġ ewlenija tal-gżira Bortex u tal-funderija Metalfond, fost inkarigi oħra ta’ konsulenza privata u tmexxija li ħaduh il-Libja, is-Swaziland, l-Ażerbajġan, is-Slovenja, il-Malasja, Kalifornja, il-Benelux, u l-Pakistan. Dr Alfred Sant beda l-karriera politika tiegħu bħala Ċermen tad-Dipartiment tal-Informazzjoni tal-Partit Laburista fl-1982, u għamel sal-1992 f’din il-kariga. Marbut max-xogħol li permezz tiegħu kien hemm il-pubblikazzjoni ta’ kotba fis-Sensiela Kotba Soċjalisti. Bejn l-1984 u l-1988 okkupa l-kariga ta’ President tal-Partit Laburista. Kien ukoll Ċermen tal-Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer tal-Partit Laburista u l-General Workers’ Union. Bejn l-1987 u l-1988 għamel żmien bħala editur tal-ġurnal Il-Ħelsien. Huwa kkontesta l-elezzjoni ġenerali l-ewwel darba fl-1987 u ġie co-opted fil-Parlament f’Diċembru ta’ dik is-sena stess wara l-mewt tad-Deputat Laburista l-Ispiżjar Jo-

seph Sciberras. Bejn l-1988 u l-1989 kien Ċermen ta’ Grupp ta’ Ħidma tal-Partit Laburista dwar ir-relazzjonijiet mal-Komunità Ewropea. Studju ieħor marbut ma’ ismu kien dak tal1995 “L-Isfida Ewropea ta’ Malta” li ffoka dwar il-bżonn li Malta tistabbilixxi l-aħjar relazzjonijiet possibbli mal-Unjoni Ewropea li tkun kompatibbli mal-pożizzjoni ta’ pajjiżna fiċ-ċentru tal-Mediterran. Fl-1992 ġie elett Mexxej tal-Partit Laburista wara r-riżenja ta’ Karmenu Mifsud Bonnici. Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni tal-1996 taħt it-tmexxija ta’ Alfred Sant u għalhekk Alfred Sant beda jmexxi l-pajjiż bħala Prim Ministru Laburista. Madankollu, ilGvern ta’ Sant kellu maġġoranza ta’ siġġu parlamentari wieħed biss. Dawn wassal biex minħabba nuqqas ta’ qbil mal-Perit Mintoff dwar konċessjoni ta’ art lil kumpanija privata, Sant ħass li l-maġġoranza tal-Gvern kienet kompromessa u talab lill-President tar-Repubblika

biex ixolji l-Parlament u jmur għal elezzjoni. L-elezzjoni li saret f’Settembru tal-1988 intrebħet mill-Partit Nazzjonalista. Alfred Sant serva bħala Prim Ministru bejn l-1996 u l-1998. Wara r-referendum dwar l-Unjoni Ewropea li sar fl-2003, Eddie Fenech Adami sejjaħ elezzjoni li reġgħet intrebħet mill-Partit Nazzjonalista. Alfred Sant tefa’ r-riżenja tiegħu minn Mexxej Laburista imma reġa’ ġie elett. Fl-elezzjoni tal-2008 għal darb’oħra tela’ fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista din id-darba mmexxi minn Lawrence Gonzi. Telfa għal 1,580 vot biss. Fl-10 ta’ Marzu 2008, Sant irriżenja minn Mexxej Laburista. U ftit wara, fil-5 ta’ Ġunju tal-2008, irriżenja minn Kap tal-Oppożizzjoni. Huwa żamm is-siġġu parlamentari. Bħala Mexxej Laburista sakemm inħatar Joseph Muscat, daħal jassumi r-responsabbiltà n-Nutar Charles Mangion li wkoll sar il-Kap tal-Oppożizzjoni.


Suppliment

1920

2020

18.10.2020

XI

Charles Mangion Fl-2014 Alfred Sant ħababr li kien se jikkontesta bħala kandidat f’isem il-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Ġie elett bi 48,739 vot – l-aktar kandidat li ġab voti. Reġa’ kien elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjoni tal-2019. Alfred Sant huwa l-Kap tad-Delegazzjoni Maltija fil-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew. Dr Alfred Sant huwa r-rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Lifetime Achievement Award, rikonoxximent prestiġjuż li jiċċelebra ħajja ta’ kontribuzzjonijiet għal-letteratura u l-kultura tal-kotba f’Malta. Il-premju ngħata lil Sant għar-rwol li kellu fl-arrikkiment tal-letteratura u s-soċjetà Maltija. F’karriera letterarja twila u distinta, Sant kiteb numru notevoli ta’ xogħlijiet li huma ppubblikati u li jvarjaw minn rumanzi, stejjer qosra u drammi, kif ukoll kitbiet akkademiċi, politiċi u awtobijografiċi. Huwa rċieva l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb f’ħames okkażjonijiet

Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni tal-1996 taħt it-tmexxija ta’ Alfred Sant u għalhekk Alfred Sant beda jmexxi l-pajjiż bħala Prim Ministru Laburista. Madankollu, il-Gvern ta’ Sant kellu maġġoranza ta’ siġġu parlamentari wieħed biss

f’kategoriji differenti. Sant kiteb l-ewwel rumanz tiegħu, L-Ewwel Weraq tal-Bajtar fl-1968, meta kellu biss 19-il sena. Dan ix-xogħol illum huwa meqjus bħala xogħol importanti mill-perjodu ta’ wara l-gwerra, li jimmarka l-bidu tar-rumanz kontemporanju f’Malta. Fis-sittinijiet Alfred Sant serva bħala editur tar-rivista “Ferment”, ir-rivista ta’ kull xahar “Tomorrow” (1982-1984), u r-rivista “Society” (1989-1992); bħala editur kontributorju għar-rivista letterarja trimestrali “NEO” (1989-1991). Bejn l-1978 u l-1992, Sant kien il-korrispondent ta’ Malta għall-“Economist Intelligence Unit”, u korrispondent għal “The European Review” bejn l-1986 u l-1992. Minbarra studji għal bosta pubblikazzjonijiet, Sant ikkontribwixxa artikli u opinjonijiet b’mod regolari kważi fuq il-gazzetti kollha ewlenin. Sant kien membru fundatur tal-grupp tad-drama sperimentali Xsenuru (1967-1968), li fl-1966, rebaħ l-ewwel premju fl-ewwel kompetizzjoni ta’ kitba ta’ drammi tat-TV f’Malta u sena wara, l-ewwel premju f’kompetizzjoni nazzjonali ta’ dramm fuq ir-radju. Bosta drammi tiegħu raw ilħajja fuq il-palk Malti u kienu wkoll studjati minn studenti fl-iskejjel u f’istituzzjonijiet edukattivi – fosthom “Min Hu Evelyn Costa?”. Alfred Sant idderieġa d-dramm tiegħu stess “Aħna u l-Iżvizzeri” li kien ittella’ mill-grupp Politeatru fit-Teatru tal-General Workers Union f’Settembru tal-1989. Xogħol ieħor ta’ Alfred Sant kien ukoll drammatizzat għal fuq it-televixin. Alfred Sant jitkellem b’diversi ilsna fosthom il-Franċiż u r-Russu. Miż-żwieġ tiegħu ma’ Mary Darmanin, Alfred Sant għandu tifla.

Charles Mangion għamel perjodu qasir imexxi l-Partit Laburista wara r-riżenja ta’ Alfred Sant u sakemm ġie elett u nħatar Joseph Muscat bħala Mexxej. Mangion twieled fl-14 ta’ Novembru tal-1952 f’Tal-Pietà u joqgħod Ħal Luqa. Miżżewweġ lil Carmen u għandu tlett itfal. Wara l-istudji primarji, Mangion kompla fil-Liċeo u ggradwa mill-Università ta’ Malta fl-1974 b’Baċellerat fil-Letteratura Ingliża, filwaqt li fl-1982 gradwa wkoll bħala Avukat. Jipprattika bħala Nutar. Charles Mangion ingħaqad mal-Partit Laburista u kien involut fiż-Żgħażagħ Soċjalisti fil-bidu tas-sebgħinijiet. Fl-1987 kien elett l-ewwel darba fil-Parlament u baqa’ jiġi elett fl-elezzjonijiet kollha ta’ wara. Bejn l-1992 u l-1994 serva bħala Shadow Minister għall-Intern; bejn l-1994 u l-1996 bħala Shadow Minister għall-Industrija u l-Gvern Lokali. Kien ukoll Deputat Speaker bejn l-1992 u l-1996. Fil-Gvern, wara li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni tal-1996, Mangion inħatar bħala Ministru għall-Ġustizzja u l-Gvern Lokali u dam b’dan il-portafoll sal-1998. F’dik is-sena l-Partit Laburista tilef l-elezzjoni li ssejħet b’mod bikri. F’Mejju tal-2003, il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista eleġġietu bħala Deputat Mexxej tal-Partit għall-Affarijiet Parlamentari. F’din is-sena wkoll serva bħala Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Finanzi. Wara t-telfa elettorali tal-2008 u r-riżenja ta’ Alfred Sant minn Mexx-

Charles Mangion ingħaqad mal-Partit Laburista u kien involut fiż-Żgħażagħ Soċjalisti fil-bidu tas-sebgħinijiet. Fl-1987 kien elett l-ewwel darba fil-Parlament u baqa’ jiġi elett fl-elezzjonijiet kollha ta’ wara

ej Laburista, Mangion kellu t-tmexxija tal-Partit Laburista f’idejh bħala interim leader għal perjodu qasir bejn Marzu u Ġunju ta’ dik is-sena, sakemm ġie elett Joseph Muscat bħala Mexxej Laburista. Wara r-riżenja ta’ Alfred Sant, bejn il-5 ta’ Ġunju u l-1 ta’ Ottubru tal-istess sena, Mangion assuma wkoll ir-rwol ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. F’April tal-2013 ġie appuntat bħala Ċermen tal-Enemalta. Huwa rriżenja minn din il-kariga wara li ġie elett mill-ġdid fil-Parlament f’elezzjoni każwali li saret f’April tal-2014 biex jimtela s-siġġu vakat minn Marie-Louise Coleiro Preca wara li nħatret bħala President tar-Repubblika. F’Lulju tal-2017 Charles Mangion ġie appuntat bħala Ċermen tal-Air Malta u rnexxielu jdawwar ittelf ta’ din il-kumpanija fi profitt. Attiv ħafna fl-isport u jieħu sehem ukoll fil-maratoni tal-ġiri.


XII

18.10.2020

1920

2020

Suppliment

Joseph Muscat

Joseph Muscat twieled fit-22 ta’ Jannar tal-1974 f’Tal-Pietà, tifel uniku għall-familja li toqgħod Burmarrad, fejn joqgħod ukoll Muscat mal-familja tiegħu. Huwa miżżewweġ lil Michelle Tanti u għandhom twemin bniet. Beda l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Gvern f’San Pawl ilBaħar, kompla fil-Kulleġġ Stella Maris u wara fil-Kulleġġ San Alwiġi. Iggradwa mill-Università ta’ Malta fil-Kummerċ fl-1995 u ggradwa wkoll fil-Public Policy mill-Università sena wara, fl-1996. Sena wara fl-1997, ħa Masters Degree fl-Istudji Ewropej. Huwa ħa dottorat fl-Ekonomija mill-Università ta’ Bristol fir-Renju Unit fl-2007. Il-ħidma politika tiegħu fil-Partit Laburista bdiet meta kellu biss 18-il sena, fl-1992, mal-istazzjon tar-Radju Super 1, bħala ġurnalist. Ħadem biex inbdiet il-gazzetta KullĦadd u wkoll ta ħidma fis-snin bikrija u wkoll wara f’Super 1 Television. Muscat kien ukoll Assistent Kap tal-Aħbarijiet fl-1996. Ippreżenta u pproduċa għadd ta’ programmi għat-televixin u għar-radju, u stabbilixxa ruħu bħala analista politiku regolari f’gazzetti bil-Malti u bl-Ingliż. Kien kontributur għal diversi gazzetti. Fl-2001 kien l-ewwel editur tal-ġurnal elettroniku maltastar. Fl-1994 involva ruħu fil-Forum Żgħażagħ Laburisti u bejn l-1994 u l-1997 serva bħala Segretarju Finanzjarju u Acting Chairman fl-1997. Fl1995 Muscat ġie elett membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit sakemm fl-2001 inħatar Segretarju Edukattiv tal-Partit, kariga li okkupa sal-2003. Fil-Gvern Laburista tal-1996 kien parti mill-grupp li waqqaf l-Istitut għall-Promozzjoni tal-Intrapriżi

ż-Żgħar (IPSE) u wara huwa kompla bix-xogħol tiegħu fl-industrija tasservizzi finanzjarji. Fl-2003, Joseph Muscat kien innominat bħala parti minn grupp żgħir ta’ ħidma li fassal il-politika ġdida Laburista dwar l-Unjoni Ewropea. Dan il-grupp ta’ ħidma kien fassal id-dokument “Il-Partit Laburista u l-Unjoni Ewropea: Għall-Ġid talMaltin u l-Għawdxin”, li kien addottat fil-Konferenza Ġenerali Annwali Straordinarja f’Novembru tal-istess sena. Muscat kien inħatar Ċermen ta’ din il-Konferenza li kellha l-għan li tieħu deċiżjoni dwar il-politika tal-Partit Laburista dwar l-Unjoni Ewropea. Joseph Muscat ħareġ f’isem il-Partit Laburista bħala kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl2004 u kien l-ewwel MEP li ġie elett u wkoll l-aktar kandidat li ġab voti. Il-ħidma ta’ Joseph Muscat fil-Parlament Ewropew hija vasta. Okkupa l-kariga ta’ Viċi President ta’ Kumitati Parlamentari: dak għall-Ekonomija u Affarijiet Monetarji u dak dwar ir-relazzjonijiet mal-Belarus. Kien ukoll membru ta’ diversi Kumitati Parlamentari oħra. F’isem il-Parlament Ewropew kien ukoll rapporteur f’materji fis-settur ekonomiku u finanzjarju. Bħala Membru Parlamentari Ewropew ħadem fuq diversi fronti li jinkludu dawk relatati mal-protezzjoni tal-ambjent f’Malta. Muscat għamel impressjoni tajba ferm bil-ħidma tiegħu tant li fl-2006 irċieva l-unur ta’ Outstanding Young Person of the Year. Joseph Muscat irriżenja minn Membru Parlamentari Ewropew fl-

2008 meta nħatar bħala Mexxej Laburista u Kap tal-Oppożizzjoni fis-6 ta’ Ġunju. Tajjeb li jingħad li qabel ma rriżenja minn Membru Parlamentari Ewropew, il-Parlament Ewropew addotta ir-rapport tiegħu li kien jipproponi regolazzjonijiet ġodda għas-settur finanzjarju tal-Unjoni Ewropea. Kif ħa t-tmexxija tal-Partit Laburista f’idejh, Muscat mill-ewwel beda ħidma kbira ta’ tiġdid li fost l-oħrajn wasslet għall-bdil tal-isem u wkoll tal-emblema. Ftit tax-xhur wara, fl2009 fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, b’Joseph Muscat fit-tmun tal-partit, il-kandidati f’isem il-Partit Laburista akkwistaw 55% tal-ewwel preferenzi tal-voti mitfugħa, u l-Partit Nazzjonalista ġab 40%. Muscat ikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali għall-ewwel darba f’Marzu tal-2013 u kien elett mit-2 Distrett u mir-4 Distrett mal-ewwel għadd, f’elezzjoni li tat rebħa storika lill-Partit Laburista. Inħatar Prim Ministru fil-11 ta’ Marzu tal-2013. Rebħa storika b’żieda ta’ voti kienet

Is-snin li Dr Muscat għamel imexxi lill-Partit Laburista huma kkaratterizzati minn ħidma ma taqta’ xejn ta’ tiġdid, tibdil u tisħiħ

l-elezzjoni tal-2017. Is-snin li Dr Muscat għamel imexxi lill-Partit Laburista huma kkaratterizzati minn ħidma ma taqta’ xejn ta’ tiġdid, tibdil u tisħiħ. Kif wiegħed sa minn qabel ma nħatar Mexxej, Muscat bena madwar il-Partit Laburista Moviment mill-iktar b’saħħtu u inklussiv tal-Liberali, Progressivi u Moderati. Dan il-Moviment żamm miegħu lillMaltin u lill-Għawdxin li minn dejjem kienu jappoġġjaw lill-Partit Laburista waqt li ġibed lejh eluf oħra li resqu lejn il-Partit Laburista għall-ewwel darba. Is-snin li Joseph Muscat għamel bħala Mexxej jibqgħu mfakkra wkoll għall-mod kif il-Partit Laburista kiseb 10 rebħiet f’10 elezzjonijiet li saru bejn l-2008 u l-2019. Il-Partit Laburista mhux biss kiseb rebħiet storiċi fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2013 u tal-2017, iżda sar ukoll l-uniku partit politiku f’pajjiżna li rebaħ l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kemm mill-oppożizzjoni u anki mill-gvern, waqt li fl-istess ħin fl-2019 fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru mal-pajjiż kollu, kiseb l-ikbar distakk fuq il-Partit Nazzjonalista fl-istorja tal-elezzjonijiet f’pajjiżna. Joseph Muscat jibqa’ sal-lum mhux biss l-iktar Mexxej politiku li kiseb numru ta’ voti fl-ewwel għadd f’elezzjoni ġenerali, iżda jibqa’ wkoll l-uniku Mexxej politiku f’Malta li rebaħ l-elezzjonijiet kollha li kkontesta. Fiż-żmien li Joseph Muscat dam Mexxej tal-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista kellu tliet Kapijiet differenti wara xulxin. Ħidma ta’ Gvern Laburista b’Joseph Muscat bħala Prim Ministru u Mexxej


Suppliment

Laburista rat li mill-2013 ’il quddiem bħala medja kull sena l-ekonomija Maltija kibret bi kważi 7% - iktar minn tliet darbiet tal-medja Ewropea. Taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat, Malta rreġistrat surplus fil-finanzi pubbliċi għall-ewwel darba fi 32 sena u kull sena pajjiżna dejjem kellu l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-impjiegi minn fost ilpajjiżi kollha tal-UE. Gvern Laburista raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u mexa b’politika li wasslet għal stabilità fil-prezz tal-fuel għall-familji u n-negozji. Fl-istess ħin li żarma l-power station tal-Marsa li għal snin sħaħ kienet sors ewlieni ta’ tniġġis tal-arja fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta u ċ-ċumnija tal-power station ta’ Delimara, simbolu għal snin sħaħ tal-użu minn Gvernijiet Nazzjonalisti tal-heavy fuel oil, l-aktar żejt li jħammeġ, inbniet power station ġdida li taħdem bil-gass. Gvernijiet Laburisti mmexxija minn Joseph Muscat ressqu wkoll l-ewwel baġits fl-istorja mingħajr taxxi. Iż-żieda fix-xogħol wasslet għall-ħolqien ta’ middle class ġdida. Fl-istess ħin innies ikkunsidrati f’riskju ta’ faqar naqsu bin-nofs. Gvern Laburista intaroduċa l-iskema taċ-child care centres bla ħlas. Sa tmiem l-2019 l-għajnuna tal-Gvern lill-ġenituri telgħet għal iktar minn €80 miljun u n-nisa fid-dinja tax-xogħol fl-2019 żdiedu b’60% fuq l-2012. Il-pensjonanti kienu fuq quddiem nett tal-prijoritajiet tal-gvernijiet immexxija minn Joseph Muscat, b’żidiet kull sena tant illi l-ispiża fuq pensjonijiet taħt Gvern Laburista kienet ta’ €600 miljun iktar mill-2012. Kisba oħra ta’ Gvern Laburista kienet l-iffirmar tal-ftehim storiku mal-imsieħba soċjali kollha tal-

1920

MCESD li ra żieda għall-ewwel darba fil-paga minima nazzjonali wara ħafna snin. Minn naħa l-oħra iktar minn 19,000 persuna gawdew mill-iskema tal-first time buyers u ffrankaw iktar minn €60 miljun fi ħlas ta’ taxxa talboll. Fl-istess waqt għal ħames snin konsekuttivi Malta żammet l-ewwel post fl-indiċi li janalizza s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-qasam ta’ persuni LGBTIQ madwar l-Ewropa. Gvernijiet Laburisti daħħlu fost oħrajn il-Liġi tal-Unjoni Ċivili u l-Liġi dwar Żwieġ Indaqs. Kien Gvern Laburista wkoll li daħħal is-servizz tal-IVF f’Mater Dei waqt li daħħal emendi fil-liġi tal-IVF biex iktar persuni jkollhom possibilità li jsiru ġenituri. Malta saret ukoll it-tieni pajjiż tal-Unjoni Ewropea li niżżel l-età tal-votazzjoni fl-elezzjonijiet kollha minn 18 għal 16-il sena. Għall-ewwel darba wkoll b’Joseph Muscat bħala Prim Ministru bdew jittieħdu l-passi biex pajjiżna jkollu infrastruttura li tkun kapaċi tilqa’ għar-realtajiet ġodda tal-ekonomija. Għal dan il-għan kien allokat baġit rekord ta’ €700 miljun u minnufih bdew sensiela ta’ xogħlijiet fuq it-toroq li pajjiżna qatt qabel ma ra bħalhom. Bħala Prim Ministru, Dr Muscat żamm kelmtu anki fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għaliex immedjatament kif seħħ dan id-delitt, kien wiegħed li ssir ġustizzja sħiħa u hekk ġara, għaliex kien hemm ir-rieda li jseħħ dan. Fil-ħin liberu tiegħu, Joseph Muscat huwa persuna sportiva u jsegwi ħafna l-futbol, b’sapport lit-tim Taljan AC Milan. Filwaqt li jħobb ukoll isajjar għall-familja tiegħu, personalment iħobb l-ikel pikkanti, l-aktar dak Indjan.

2020

18.10.2020

XIII


XIV

18.10.2020

1920

2020

Suppliment

MEXXEJ ATTWALI Robert Abela Robert Abela twieled fis-7 ta’ Diċembru 1977, iben il-President Emeritus George Abela (it-tmien President tar-Repubblika ta’ Malta) u Margaret Cauchi. Abela huwa l-14-il Prim Ministru ta’ pajjiżna. Imwieled Tas-Sliema, trabba Ħal Għaxaq u Marsaskala imma l-għeruq tiegħu nsibuhom f’Ħal Qormi. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola tas-Sorijiet f’Santa Luċija, fl-Iskola Primarja ta’ San Franġisk f’Bormla u ssokta jistudja fis-Sekondarja u s-Sixth Form ta’ San Alwiġi. Iggradwa mill-Università ta’ Malta bħala Avukat fl-2002. Kien fl-Università li ltaqa’ mal-mara tiegħu Lydia, li kienet fl-istess kors tiegħu u li wkoll hija Avukat. Il-koppja Robert Abela u Lydia Zerafa żżewġu fl-2008 u għandhom tifla, Giorgia Mae. Wara li gradwa beda jipprattika l-liġi mad-ditta ta’ Avukati tal-familja u jispeċjalizza fil-Liġi Industrijali u tax-Xogħol. Serva wkoll bħala rappreżentant legali ta’ bosta entitajiet, fosthom l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Airmalta. Robert Abela beda l-karriera politika tiegħu fiż-żmien meta missieru George kien Deputat Mexxej tal-Partit Laburista fl-1996 u kien ukoll jipparteċipa f’dibattiti ta’ ġrajjiet kurrenti fejn irrappreżenta kemm-il darba lill-Partit Laburista. Sa minn qabel ma ħareġ bħala kandidat f’isem il-Partit Laburista baqa’ attiv fix-xena politika

u kien issejjaħ biex jindirizza laqgħat politiċi u wkoll meetings fl-elezzjoni tal-2013. Kien ukoll parti mill-kampanja tal-2008 meta missieru George kkontesta l-elezzjonijiet għall-Mexxej

tal-Partit Laburista. Fi żmien il-Gvern ta’ Joseph Muscat kien ukoll Konsulent Legali tal-Kabinett u serva wkoll fuq Kumitat Parlamentari. Ta’ 40 sena, fuq stedina ta’ Joseph

Muscat, ħareġ għall-elezzjoni tal2017 u kien elett mill-ewwel mis-6 Distrett. Robert Abela kien elett bħala Mexxej Laburista wara r-riżenja ta’ Joseph Muscat f’elezzjoni interna li saret fit-12 ta’ Jannar li għadda. Huwa ħa l-ġurament ta’ Prim Ministru l-għada, fit-13 ta’ Jannar 2020. Ta’ 42 sena, Robert Abela huwa r-raba’ l-iżgħar Prim Ministru jew Kap ta’ Stat fl-Unjoni Ewropea. Il-Mexxej Laburista attwali huwa bniedem li jħobb ħafna l-isport. Fil-fatt f’żgħożitu kien jilgħab il-futbol, lagħab kemm mal-Hibs u wkoll ma’ Tas-Sliema u fil-pożizzjoni ta’ goalkeeper mat-tim nazzjonali taż-żgħażagħ. Kien ukoll jipprattika l-bodybuilding, u kkompeta fuq livell nazzjonali lejn l-aħħar tas-snin 90.

Fi żmien il-Gvern ta’ Joseph Muscat kien ukoll Konsulent Legali tal-Kabinett u serva wkoll fuq Kumitat Parlamentari


Suppliment

1920

18.10.2020

2020

XV

KURŻITAJIET MILL-ISTORJA GANNI U ROBERT BENCINI

L-EWWEL TA’ MEJJU

Fl-istorja tal-Partit Laburista tiltaqa’ ma’ Ġanni Bencini u ma’ ħuħ tewmi Robert. Ġanni u ħuħ kienu fost dawk li waqqfu l-Camera del Lavoro, li wara bdiet tissejjaħ l-Għaqda tal-Ħaddiema, jew Labour Party Club. Ġanni mexa biex sar l-ewwel Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista. Kemm Ġanni kif ukoll Robert kienu eletti fil-Parlament f’isem il-Partit Laburista u sal-lum jibqgħu mniżżlin fl-istorja politika bħala l-uniċi tewmin li qatt kienu eletti fl-istess leġiżlatura fil-Parlament Malti. Robert kien ingħaqad mal-Partit Kostituzzjonali imma rritorna fi ħdan il-Partit Laburista wara l-Gwerra, qabel ma rtira mix-xena politika wara l-qasma bejn Pawlu Boffa u Dom Mintoff. Imma l-istorja tat-tewmin Bencini hija wkoll marbuta mal-ewwel każin tal-Għaqda tal-Ħaddiema, li kien f’127, Triq Santa Luċija, il-Belt Valletta, fejn illum hemm ilkażin tal-futbol tal-Belt Valletta. It-tewmin Bencini kienu talbu lil ommhom biex tislifhom 300 lira sterlina biex ikunu jistgħu jwaqqfu l-Camera del Lavoro bħala fergħa tal-Workers’ Union Branch numru 3. Fil-15 ta’ Ottubru tal-1920, sar kuntratt għand in-Nutar Pawlu Carbonaro li permezz tiegħu 12-il persuna ntrabtu li joħorġu 25 sterlina kull wieħed biex titħallas lira fix-xahar sakemm jitħallas lura dan is-self mingħand omm it-tewmin Bencini. Hekk bdiet il-Camera del Lavoro, u f’Mejju tal-1921 saret formalment il-Partit tal-Ħaddiema bil-motto Labore et Fiducia (Xogħol u Fiduċja) bit-tmexxija fdata f’idejn il-Kurunell William Savona.

ROBERT BENCINI

TPINĠIJA TA’ LAQGĦA TAL-EWWEL TA’ MEJJU FL-1926 FIL-KAŻIN TAL-ISLA

Ma tistax tikteb dwar l-istorja tal-Partit Laburista jekk ma ssemmix l-Ewwel ta’ Mejju. Hemm diversi episodji marbuta mal-Partit Laburista, li jibqgħu mniżżlin fl-istorja bħala kisbiet jew ukoll punt fejn l-istorja ta’ pajjiżna ħadet żvolta f’toroq oħra bis-saħħa tal-Partit Laburista. Jew ukoll, episodji li jibqgħu mniżżlin bħala rieda tal-partit u s-segwaċi tiegħu biex imexxu ’l quddiem lill-ħaddiem, imma li minħabba din il-ħidma batew il-konsegwenzi. Hawnhekk mill-ewwel jinbtu wħud minn dawn l-episodji: l-Interdett, id-Dnub il-Mejjet, id-Dfin fil-Miżbla, l-Irvellijiet tat-28 ta’ April tal1958 u ħafna oħrajn. L-Ewwel ta’ Mejju li huwa magħruf aħjar bħala Jum il-Ħaddiem jaf il-bidu tiegħu lill-ġlieda għal ġurnata xogħol ta’ 8 sigħat u jekk taqra l-istorja tara x’ġara fl-1 ta’ Mejju tal-1886 meta l-Unjins Amerikani kienu ordnaw strajkijiet fl-ibliet prinċipali favur il-ġurnata ta’ 8 sigħat xogħol. Imbagħad naraw li l-Ewwel ta’ Mejju ġie mfakkar għall-ewwel darba b’mod internazzjonali fl-1890 b’manifestazzjonijiet kbar fl-ibliet prinċipali. Is-sena ta’ wara, fl-1891, it-Tieni Kungress tal-Internazzjonali Soċjalista għamel sejħa biex l-Ewwel ta’ Mejju jibqa’ jiġi mfakkar kull sena. Imma anke hawn daħlet il-Knisja. Naraw li wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-firxa tax-xellug kienet qed tinkwieta ferm lill-awtoritajiet tal-Knisja Kattolika. Bil-popolarità

GANNI BENCINI

tikber tal-festeġġjamenti tal-Ewwel ta’ Mejju, il-Papa Piju XII għamel attentat biex idgħajjef din il-festa u fl-1955 ta xejra reliġjuża lil din id-data billi ddikjara li dan il-jum huwa dedikat lil San Ġużepp Ħaddiem. F’Malta nafu t-tfakkir tal-Ewwel ta’ Mejju lill-attivista tal-Partit Laburista John F. Marks. F’Malta wkoll naraw li dan il-jum kien marbut mal-ġlieda biex jitnaqqsu s-sigħat tax-xogħol tal-ħaddiema. Anki f’pajjiżna dan il-jum kellu jkun ċentru għal nuqqas ta’ qbil. Fosthom anki minn nies fil-Partit Laburista stess li kienu aktar jimbottaw li għandu jkun aktar iċċelebrat il-15 ta’ Mejju – Jum ir-rerum Novarum. Naraw ukoll li fl-Ewwel ta’ Mejju tal-1930, l-Isqof Mawru Caruana kien niżel personalment Bormla biex iwiddeb lill-ħaddiema ħalli jobdu b’għajnejhom magħluqa lid-diriġenti tal-Knisja biss. Tant li maċ-ċelebrazzjoni ta’ dan iljum, fl-1931, fl-istess ħin li l-Partit Laburista kien qed jiċċelebra

l-Ewwel ta’ Mejju, il-Knijsa organizzat attivitajiet fiż-Żejtun, fl-Isla u Bormla biex iċ-ċelebrazzjoni tal-Partit Laburista tkun imfixkla. Fl-1933 il-festi ta’ Jum il-Ħaddiem tħassru minħabba li attivisti tal-partit kienu ġew arrestati f’dak li jibqa’ magħruf bħala Każ ta’ Sedizzjoni. Kien imbagħad Dom Mintoff meta sar Mexxej tal-Partit Laburista fl-1949, li reġa ta bidu għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem u fl-1956 fi żmien it-tieni Gvern Laburista dan il-jum sar btala pubblika. Il-Knisja f’Malta skont direzzjoni tal-Vatikan li ngħatat sena qabel, fl-1956 ukoll bdiet tfakkar lil San Ġużepp Ħaddiem fl-Ewwel ta’ Mejju. Kienu ħraxu l-attivitajiet tal-Knisja f’dan il-jum fis-sittinijiet waqt il-ġlieda politiko-reliġjuża. Tant li f’dan il-jum, il-Ġunta Djoċesana kienet ittella’ attivitajiet f’ġieħ San Ġużepp fuq il-Fosos tal-Furjana. Dan baqa’ għaddej sakemm seħħet il-paċi bejn il-Knisja u l-Partit Laburista.

L-INNU TAL-PARTIT LABURISTA Lejn din l-Għaqda fis nittajru Xjuħ u żgħażagħ ħaddemin Leħen sbejjaħ lilna jsejjaħ Biex ningħaqdu f’dan il-ħin Mal-ewwel battuti ta’ mużika li jagħtu bidu għall-Innu tal-Partit Laburista, ma tistax ma temozzjonax ruħek, ma taqbiżlekx demgħa meta tara folla enormi partitarji jxejru l-maktur tal-partit, jaqbżu u fost “Viva l-Labour”, ikantaw dan l-innu tant għal qalb il-Laburisti ta’ kull età. Issa l-jum mistenni twieled, Issa tar tal-biża’ ż-żmien Bierku s-siegħa li aħna fiha Rajna d-dawl rajna l-ħelsien L-Innu tal-Partit Laburista, li huwa forma ta’ talba, inkiteb fl-1930. Dwar il-kitba tiegħu hemm fehmiet differenti. Il-mużika rebbieħa kienet dik taż-żgħażugħ Ġużeppi Pace u

l-versi magħżula kienu dawk attribwiti lil Ġużè Ellul Mercer għax hekk kien xandar fuljett tal-Partit Laburista għal Jum il-Ħaddiem tal1930. Hemm min jattribwixxi l-versi lil Manuel Pace, kif jagħmel il-poeta Karmenu Vassallo fil-ktieb tiegħu Vatum Consortium.

jgħid li l-innu għandu “jesprimi l-fehmiet politiċi u soċjali ta’ dawk midħla tal-Partit tal-Ħaddiema”.

Issuktaw f’dil-ħidma mbierka Jibqa’ demmkom jiġri sħun, Seddqu talbkom, qawwu qalbkom, Tagħna r-rebħa fl-aħħar tkun.

Interessanti l-ewwel vers tat-tieni strofa tal-innu - Issa l-jum mistenni twieled. Fil-fuljett imsemmi aktar qabel li ħareġ il-partit għal Jum il-Ħaddiem tal-1930, hemm nota li tirreferi għal dan il-vers u jingħad li dan qed jalludi għall-kisba tasself government fl-1921. Xhieda li dan l-ewwel pass ta’ sovranità kien għal qalb il-Partit Laburista.

L-innu ġie approvat mill-Eżekuttiv tal-Partit Laburista nhar is-16 ta’ April tal-1930. Indaqq għall-ewwel darba fl-1 ta’ Mejju 1930 fit-Teatru San Ġorġ f’Bormla. It-tħejjijiet kienu ilhom għaddejjin sa mis-sena ta’ qabel meta l-Eżekuttiv iddeċieda li jiftaħ konkors biex jagħżel innu. F’Il Cotra tat-28 ta’ Marzu tal-1928 deher avviż li kien

Tagħder qalbna l-ġuħ u l-faqar, Dmugħna jkun għall-imnikktin, Sew ħilitna kemm saħħitna, Hienja nagħtu għall-fqajrin

Li bħall-aħwa lkoll ninħabbu U li ngħinu lil xulxin Sew kif Alla b’amar ħalla L-għaqda jrid tal-ħaddemin

Maż-żmien inbidel l-isem tal-partit, kif inbidlet l-emblema u wkoll il-bandiera. Imma l-Innu tal-Partit Laburista għadu mhux mimsus sa mill-1930, jiġifieri għal dawn l-aħħar 90 sena. Issuktaw f’dil-ħidma mbierka, Jibqa’ demmkom jiġri sħun, Seddqu talbkom, qawwu qalbkom, Tagħna r-rebħa fl-aħħar tkun. Interessanti wkoll li fl-Innu tal-Partit Laburista, il-kittieb jagħmel ħiltu kollha u jfittex dejjem il-kelma Maltija Semitika. Il-fatt li l-innu tal-Partit Laburista huwa miktub kollu kemm hu b’Malti safi juri wkoll il-kuntrast ideoloġiku u mhux biss stilistiku, mal-pożizzjoni pro-Taljana tal-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt il-kittieb tal-Innu tal-Partit Nazzjonalista, b’kuntrast, jagħżel kliem qawwi, tipiku tal-lingwaġġ tar-Risorġiment Taljan.


XVI 18.10.2020

1920

2020

Suppliment


Suppliment

1920

2020

18.10.2020

XVII

L-EMBLEMA TAL-PARTIT LABURISTA L-EWWEL EMBLEMA L-ewwel darba li ssemmiet l-idea li l-Partit Laburista jkollu l-emblema tiegħu kien fi Frar tal1924 waqt laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit. F’din il-laqgħa l-membri ddeċidew li jissejjaħ konkors fost il-partitarji permezz tal-Labour Opinion, il-ġurnal tal-partit ta’ dak iż-żmien. Fis-7 ta’ Marzu 1924, l-Eżekuttiv, wara diskussjoni twila għażel l-emblema tiegħu. Imma sfortunatament mhux magħruf kif kienet. F’Jannar 1927 reġa’ ssemma l-bżonn ta’ emblema. Mosè Gatt, li kien wieħed minn tal-bidu tal-Partit tal-Ħaddiema u membru tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista ppropona li jkunu avżati l-kumitati distrettwali biex jintbagħtu disinji li kellhom ikunu studjati flimkien ma’ dawk id-disinji li l-partit diġà kellu – probabbli dawk tal-1924. Kienet iffurmata kummissjoni ta’ tlieta magħmula minn Carmelo Longo, il-Kjeriku Egidio Galea Balzan u Giovanni Satariano biex jagħżlu mid-disinji li ntbagħtu u li issa kellu f’idejh il-Kumitat Eżekuttiv. Il-Kummissjoni għażlet tliet disinji u fil-11 ta’ Mejju tal-istess sena, il-membri tal-Eżekuttiv ivvutaw u għażlu d-disinn ta’ Alfred Gerada, meqjus bħala l-aqwa karikaturist li kien hawn f’Malta, fl-epoka ta’ qabel il-gwerra u anke għal snin wara. Id-disinn kien jinkludi arma ta’ Malta fl-isfond u raġel bil-mazza: simbolu ta’ enerġija, bl-iskrizzjoni bil-Malti mad-dawra, Partit tal-Ħaddiema. Il-bażi tal-arma kien l-isfar li jirrappreżenta r-reliġjon u l-ikħal għax Malta kienet parti mill-Imperu Ingliż. Fiċ-ċentru tal-arma - il-ħaddiem - għax għall-ewwel darba l-ħaddiem kien fiċ-ċentru tal-programm ta’ ħidma ta’ partit politiku. It-torċa, li llum hija sinonima mal-Partit Laburista, dehret għall-ewwel darba f’Diċembru tal-1928 bħala parti mit-titlu tal-ġurnal tal-partit Il-Cotra. Din ukoll kienet disinn ta’ Gerada. L-isem li jirrappreżenta l-Kotra Maltija jidher imdawwar bil-ktajjen tal-injoranza u t-tbatija, l-arma tal-partit fuq il-lemin poġġuta strateġikament biex il-ħaddiem jidher jaqta’ bil-mazza l-ktajjen u jiskopri d-dawl tat-tagħlim li jillibera l-kotra biex timxi ’l quddiem. L-arma u t-torċa kienu marbuta flimkien. Bit-tagħlim ilkotra setgħet teħles ruħha mill-ktajjen tal-injoranza.

IT-TIENI EMBLEMA

Wara r-riżultat elettorali tal-1932 Pawlu Boffa beda jwettaq tibdil radikali fil-partit. Fost affarijiet oħra ordna biex ma tibqax tidher u tintuża l-bandiera ħamra, biddel l-isem minn Partit tal-Ħaddiema għal Partit tax-Xogħol u biddel ukoll l-arma. Hekk twieldet it-tieni emblema tal-Partit Laburista. Mhux magħruf min kien id-disinjatur imma x’aktarx kien xogħol ta’ Gerada. Fejn qabel kien jiddomina l-blu, issa jiddomina l-isfar, il-kulur kannella jirrappreżenta x-xogħol tal-art. Fejn qabel iċ-ċentru kien ħaddiem bil-mazza issa ċ-ċentru kienet flambeau. Waqt konferenza f’Raħal Ġdid, Pawlu Boffa ta spjega tat-tifsira tal-emblema l-ġdida. Huwa qal li ċ-ċirku isfar jirrappreżenta l-poplu Kattoliku bil-kliem fuqu Partit tax-Xogħol, fin-nofs arma Maltija fuq fond ikħal għax partit Malti taħt il-protezzjoni tar-Renju Unit, u l-flambeau/ torċa li tfisser progress, dawl, intelletwalità u mħabba. Boffa spjega li l-emblema l-oħra kienet tissimbolizza ħaddiema tal-id, imma l-Partit Laburista jiddefendi lil kull klassi ta’ ħaddiema.

IT-TIELET EMBLEMA Wara l-isplit fl-1949 inħass il-bżonn li l-partit isirulu xi tibdiliet. Fl-1950 reġgħet inbidlet l-emblema u l-isem minn Partit tax-Xogħol inbidel għal Labour Party. Fl-emblema ġdida l-kuluri baqgħu l-istess - Sfond blu li jirrappreżenta l-imperu Ingliż u hemm min jgħid li jirrappreżenta l-Mediterran, abjad u aħmar tal-bandiera Maltija. U l-isfar li jirrapreżenta r-Reliġjon Kattolika. Sfortunatament anke hawn mhux magħruf min iddisinja din l-emblema imma jidher li reġa’ kien Gerada li ddisinja l-arma l-ġdida. Fuq iċ-ċirku l-kelma Malta separata b’żewġ sinjali żgħar min-naħa ta’ isfel, mill-kliem Labour Party. It-torċa li tirrappreżenta t-tagħlim u l-progress miżmuma b’id għera. L-id tal-ħaddiem li kien għadu batut u li jrid ikun hu, permezz tal-Partit Laburista biex jgħin u jerfa’ lilu nnifsu. Fis-7 ta’ April 1951 dehret l-arma l-ġdida bħala parti mit-titlu tal-ġurnal tal-partit Is-Sebħ. Fl-1955 wara li sfaxxa l-partit ta’ Boffa – il-Malta Workers Party – bħala sinjal ta’ għaqda bejn iżżewġ partiti l-isem sar Malta Labour Party u ż-żewg linji żgħar fl-arma tneħħew. Matul is-snin saru wkoll tifsiriet tal-kuluri ta’ din l-emblema fosthom dawk relatati man-newtralità u l-Mediterran.

IR-RABA’ EMBLEMA Wara l-ħatra ta’ Joseph Muscat bħala mexxej tal-Partit, f’Novembru tal-2008 id-delegati tal-Partit Laburista waqt Konferenza Ġenerali Straordinarja ivvutaw għal numru ta’ tibdil fl-istaut tal-Partit Laburista. Fost dawn kien hemm li tinbidel l-emblema tal-partit, li issa kienet ilha għal 60 sena sħaħ. Meta ħabbar dan, Muscat kien qal li l-emblema kellha tirrifletti t-tiġdid li għaddej fil-Partit Laburista. Din kienet għalhekk ir-raba’ darba li nbidlet l-emblema tal-Partit Laburista. Fit-18 ta’ Mejju tal-2010 tnediet kompetizzjoni għal disinn ġdid tal-emblema biex imbagħad matul l-2010 saret votazzjoni għall-emblema l-ġdida. Id-disinn il-ġdid kellu jħalli fl-emblema l-bandiera, it-torċa u l-isem tal-partit. Għal din is-sejħa kienu daħlu 260 disinn li eventwalment tniżżlu għal tliet disinji li minnhom kellha ssir l-għażla. Id-disinn rebbieħ li ġab l-aktar voti kien dak tal-kumpanija TBWA/ANG. Dan kien disinn li għall-għażla tiegħu pparteċipaw aktar minn 11,000 persuna permezz ta’ votazzjoni b’sms u matul il-perjodu ta’ votazzjoni kienu daħlu wkoll 1,358 membru ġdid fil-Partit Laburista.


XVIII 18.10.2020

1920

2020

Suppliment


Suppliment

1920

2020

18.10.2020

XIX


XX 18.10.2020

Suppliment

2020

1920

Jitwieled il-patrijott Malti Manwel Dimech, li baqa’ magħruf f’ħajtu, u anke wara, għall-mod kif qabeż għad-drittijiet tal-Maltin oppressati fi żmienu u kif ħadha kontra l-ħakkiema kolonjali u l-klassijiet privileġġati f’Malta.

Iseħħu l-irvellijiet tas-Sette Giugno minħabba l-qagħda ekonomika, soċjali u politika fil-pajjiż. Sitt Maltin – Wenzu Dyer, Ġużeppi Bajada, Manwel Attard, Karmenu Abela, Ċikku Darmanin u Toni Caruana – kienu nqatlu mill-forzi Ingliżi b’riżultat ta’ dawn l-irvellijiet.

25/12/1860

7/6/1919 7/5/1917

Taħt il-Gvern tal-“Compact”, magħmul mill-Partit Kostituzzjonali tal-Prim Ministru Gerald Strickland u appoġġjat minn barra l-Gvern mill-Partit Laburista ta’ Pawlu Boffa, titpoġġa l-ewwel ġebla tal-Isptar San Luqa.

L-Imperial Government Workers’ Union tibda strajk fit-Tarzna fejn is-segwaċi ta’ Manwel Dimech kienu l-aktar b’saħħithom. Iktar tard, bilgħajnuna tad-trejdjunjinista Matthew Giles, jitwaqqfu l-Workers’ Union Branch Number 1 għall-ħaddiema tat-Tarzna, il-Workers’ Union Branch Number 2 għall-impjegati mas-Servizzi, u l-Workers’ Union Branch Number 3 għall-ħaddiema tal-partikular. Minn dan tal-aħħar joħroġ il-Partit Laburista. Għall-ewwel darba, Jum il-Ħaddiem jitfakkar f’Malta fil-każin Laburista fl-Isla.

5/4/1930

4/5/1926 03/12/1928

11/6/1928

It-Tabib Boffa jinħatar Mexxej tal-Malta Labour Party

Tibda l-ewwel kwistjoni politiko-reliġjuża f’Malta u jiġu imposti sanzjonijiet reliġjużi kontra l-Partit Laburista. Din il-kwistjoni tibqa’ għaddejja sal-1932.

Fi żmien il-“Kwistjoni tal-Lingwa”, il-Mexxej Laburista Pawlu Boffa jinsisti mal-Kummissjoni Rjali li l-Ilsien Malti huwa l-ilsien tal-poplu u għandu jingħata l-ewwel post.

Laburisti jittellgħu l-Qorti għax kellhom letteratura meqjusa sedizzjuża fil-pussess tagħhom.

Il-Malti (flimkien mal-Ingliż) isir Ilsien Uffiċjali ta’ Malta bil-ħidma tal-Partit Laburista.

13/6/1931

18/3/1933

1/1/1934

11-13/6/1932 Issir l-ewwel elezzjoni ġenerali wara l-kwistjoni politiko-reliġjuża u li b’riżultat tagħha, il-Partit Laburista jġarrab telfa kbira. Jiġi elett biss il-Mexxej tiegħu Pawlu Boffa.

9/6/1933 Fl-agħar żmien fl-istorja tal-Partit Laburista, il-ġurnal Nazzjonalista The Mid-Day Views iħabbar mewt imminenti għall-Partit Laburista. Il-Mexxej Laburista Pawlu Boffa jwettaq ir-riformi meħtieġa biex isalva l-Partit, fosthom ma tittellax il-bandiera ħamra fuq il-każini Laburisti, ma jitkantax “L-Innu talBandiera l-Ħamra” fl-attivitajiet, tinbidel il-bandiera tal-Partit, u l-isem tal-Partit isir “Il-Partit tax-Xogħol”.


Suppliment

1920

18.10.2020

2020

XXI

Jitwaqqaf il-Partit Laburista bl-isem “Camera del Lavoro”. Il-fundaturi tal-Partit huma 12: Antonio Agius, Guliermo Arena, Ġanni Bencini, Robert Bencini, Carmelo Bonello, Gaetano Bonello, Mikiel Borg, Mikielanġ Borg, Agostino Matrenza, Antonio Schembri, Giacinto Tua u Salvu Zammit Hammet.

15/10/1920 15/12/1920

15/3/1921

Jasal Malta l-Ġiżwita, Father Charles Dominic Plater, bniedem li kien jaħdem ħafna għall-ġid talħaddiema. Jibda jżur il-każini tal-Partit Laburista u jagħmel konferenzi ta’ tagħlim soċjali kbir. Jagħmel erba’ ġimgħat ta’ diskorsi u ta’ laqgħat u jqajjem entużjażmu kbir fost il-ħaddiema. Kaġun tal-fatt li kien marradi, imut fil-21 ta’ Jannar, 1921.

Issir l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Ġenerali tal-Partit Laburista. Matulha, il-Kurunell William Savona jinħatar l-ewwel President, u allura Mexxej, tal-Partit Laburista.

Ġino Muscat Azzopardi jibda joħroġ il-ġurnal Dr. Xecchec, ġurnal umoristiku niggieżi.

Malta tingħata Kostituzzjoni li tipprovdi għal Gvern Responsabbli. Il-Partit Laburista jikkontesta l-ewwel elezzjoni ġenerali f’Malta f’Ottubru tal-istess sena.

25/4/1925

14/4/1921

25/1/1926

2/1/1924

Il-Partit Laburista jiffirma l-“Compact” mal-Partit Kostituzzjonali, immexxi minn Gerald Strickland, li permezz tiegħu tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni soċjali wara l-1927, bl-iktar importanti jkunu l-Workmen’s Compensation Act, l-Urban Rent Regulation Act, u s-Small Dwellings Acquisition Act, kollha fl-1929.

Tisfaxxa koalizzjoni bejn il-Partit Laburista u l-Unione Politica Maltese hekk kif il-Ministri Laburisti, il-Kurunell William Savona u l-Kurunell Michael Dundon jirriżenjaw minħabba li tal-UPM ma mxewx sew mal-Partit Laburista. Tingħata Kostituzzjoni ġdida lil Malta li toħloq Kunsill Eżekuttiv flok il-Gvern Responsabbli tal-Kostituzzjoni tal-1921. Pawlu Boffa jużah għal kisbiet importanti: titnaqqas it-taxxa tal-ħobż; jiġu vvutati flus għad-drenaġġ, għad-dawl u għallġbir tal-iskart; issir żieda fit-taxxa tassuċċessjoni; isiru liġijiet dwar il-prinċipju tal-paga minima u s-sigħat tax-xogħol; titjib fid-Dipartiment tas-Saħħa; u jitwaqqaf iċ-Ċentru tal-Pastorizzazzjoni tal-Ħalib.

2/9/1936 jissokta f’paġni 22 u 23 ›››

5/4/1936 Imut it-Tabib u Kurunell Michael Dundon li serva bħala Ministru tas-Saħħa fis-snin 20 u kien anke jmexxi l-Partit Laburista.

15/5/1939 Iż-żagħżugħ Dom Mintoff jikteb fid-Daily Malta Chronicle: “Malta għandha bżonn ta’ membri b’ideat friski biex jiġbru flimkien l-elementi progressivi kollha u jibdlu s-sistema soċjali medjevali f’oħra li tkun ta’ għira għall-bqija tad-dinja”.


XXII 18.10.2020 Titwaqqaf il-General Workers’ Union, li nibtet minn fost il-ħaddiema tat-Tarzna, dak iż-żmien tal-Ammiraljat Brittaniku.

Suppliment

2020

1920

Il-General Workers’ Union tibda toħroġ il-gazzetta The Torch li eventwalment inbidel isimha għal It-Torċa. Din il-gazzetta għenet lill-Partit Laburista biex iwassal il-messaġġ tiegħu lill-poplu Malti.

5/10/1943

Delegazzjoni magħmula mill-Partit Laburista u l-GWU tiltaqa’ mal-Prim Ministru Laburista Ingliż Clement Attlee u s-Segretarju għall-Kolonji George Henry Hall fejn jitolbu li l-Ingilterra tagħmel tajjeb għall-ħsarat tal-gwerra u taghti għajnuna finanzjarja lil Malta.

8/7/1944

14/8/1945

››› jissokta minn paġni 20 u 21 20/1/1945 Tibda tiltaqa’ l-Assemblea Nazzjonali li fiha l-Partit Laburista u l-General Workers’ Union jiffurmaw il-“Labour Front” biex jaqbeż għad-drittijiet talħaddiema Maltin u Għawdxin. Jitneħħa l-“plural voting” u s-Senat. Jingħata l-vot lin-nisa.

Fl-eqqel tat-tieni kwistjoni politiko-reliġjuża, l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista jingħata l-Interdett mill-Kurja taħt l-Arċisqof Mikiel Gonzi.

Dom Mintoff u delegazzjoni tal-Partit Laburista jmorru Londra bil-għan tal-Partit ikun li “jikseb l-indipendenza politika minn mal-Ingilterra”.

Fl-Assemblea Leġiżlattiva, Il-Prim Ministru Dom Mintoff iressaq il“Break with Britain Resolution” li l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni jivvota favuriha. Dan wara li l-Ingliżi riedu jissensjaw in-nies mingħajr ma jipprovdulhom impjiegi alternattivi.

8/4/1961

19/11/1958

30/12/1957

9/1/1959

28/4/1958

Fi żmien meta l-ħakkiema kolonjali kienu qed jagħmlu minn kollox biex ikissru lill-Partit Laburista, b’sentenza tal-Qorti l-ġurnal IsSebħ jiġi miżmum milli joħroġ għal xahrejn filwaqt li l-editur, Joseph Micallef Stafrace, jeħel erbat ijiem ħabs u Lm35 multa. Dan għax intqal li maqdar lill-Gvernatur Ingliż.

Wara r-riżenja tal-Gvern Laburista fil-ġlieda kontra l-intransiġenza tal-ħakkiema kolonjali u l-aġir aggressiv tagħhom, il-GWU torganizza strajk ta’ protesta nazzjonali. Isiru skontri bejn il-partitarji Laburisti u l-pulizija. Wara, diversi Laburisti jingħataw pieni ta’ ħabs, fosthom l-Eks Ministri Agatha Barbara u Bertu Hyzler.

Wara l-għoti ta’ kostituzzjoni ġdida, issir l-Elezzjoni Ġenerali ta’ “Frar l-Iswed”. Il-Partit Laburista jkollu jikkontesta taħt sanzjonijiet reliġjużi u diskriminazzjoni totali fil-konfront tiegħu. Minkejja li jitlef, xorta waħda jikseb riżultat sodisfaċenti.

17-19/2/1962 22/9/1961 Imut id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, is-Sur Ġużè Ellul Mercer u jindifen f’parti mhix ikkonsagrata taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, magħrufa bħala l-“Miżbla”. B’kollox ikunu sebgħa l-Laburisti li jindifnu fiha (f’din l-ordni): Ġorġ Gravina, Ġużè Ellul Mercer, Toni Zahra, Karmenu Cini, Amletu Spiteri, Toninu Caligari, u Liza Zammit.

19/11/1962 Il-General Workers’ Union tibda toħroġ il-ġurnal ta’ kuljum L-Orizzont.

1/9/1963 Dom Mintoff, ilMexxej Laburista, jinawgura l-Freedom Press fil-Marsa. Fi żmien il-kwistjoni politiko-reliġjuża tas-snin 60, ilġurnali tal-Partit Laburista jaqgħu taħt sanzjonijiet reliġjużi.


Suppliment

1920

18.10.2020

2020

Issir elezzjoni ġenerali taħt il-kostituzzjoni l-ġdida tas-“Self-Government”. In-nisa jivvotaw għall-ewwel darba grazzi għall-ħidma tal-GWU u l-Partit Laburista fl-Assemblea Nazzjonali tal-1945. Jitla’ fil-poter l-ewwel Gvern Laburista mmexxi minn Pawlu Boffa. Il-Partit Laburista jikseb 59.9% tal-voti, jiġifieri 24 siġġu minn 40 possibbli.

XXIII

Dr Antonio Schembri Adami, il-Ministru għas-Saħħa u s-Servizzi Soċjali tal-Gvern Laburista, flAssemblea Leġiżlattiva jagħti statistiċi li juru progress kbir fil-ġlieda kontra diversi tipi ta’ mard li kienu għadhom prevalenti fil-Gżejjer Maltin f’dawk iż-żminijiet, fosthom id-Diphtheria, it-Tuberkulożi, u l-Poliomyelitis.

25-27/10/1947

21/3/1949

1/2/1946

2/8/1948

Tidħol fis-seħħ il-“Compulsory Education Ordinance” li tagħmel l-iskola primarja ta’ bilfors. Dan bis-saħħa tal-ħidma tal-Partit Laburista li dejjem saħaq fuq l-edukazzjoni ta’ bilfors sa mit-twaqqif tiegħu.

Old Age Pensions Regulations. Qabel daħlet fis-seħħ din il-pensjoni, min jirtira kien jispiċċa jgħix fil-faqar. Il-Gvern Laburista ta’ Boffa jdaħħal ukoll l-Income Tax.

Fuq idea tal-attivist Laburista Gerry Zammit mill-Gżira, jitwaqqaf il-Labour League of Youth, illum il-Forum Żgħażagħ Laburisti.

Wara s-Split, il-Perit Duminku Mintoff jilħaq Mexxej tal-Partit Laburista.

14/1/1951

16/10/1949 1/9/1950

26-28/2/1955 Issir elezzjoni ġenerali li tintrebaħ mill-Partit Laburista b’Duminku Mintoff jilħaq Prim Ministru. Wara li kienet eletta l-ewwel Deputat mara fl-1947, Agatha Barbara ssir l-ewwel Ministru mara u tmexxi ’l quddiem l-edukazzjoni f’Malta bi programm ta’ bini ta’ skejjel madwar il-Gżejjer Maltin. Fl-1956, il-Gvern Laburista jestendi u jsaħħaħ is-servizzi soċjali permezz ta’ “The National Assistance Act” u “The National Insurance Act”. Il-pjan tal-Gvern Laburista għallIntegration ifalli u l-Partit imur għall-Indipendenza.

Isir attentat fuq il-ħajja tal-Perit Dom Mintoff f’Raħal Ġdid.

Il-Ministru Nazzjonalista Ċensu Tabone jressaq Abbozz ta’ Liġi li jillimita d-dritt tal-istrajk u bi klawsola li tipprovdi biex mexxejja ta’ unjins jistgħu jeħlu sa tliet xhur ħabs. Bil-ħidma tal-Partit Laburista u l-General Workers’ Union, partikolarment Dr Karmenu Mifsud Bonnici, l-Abbozz jiġi rtirat.

12/3/1969 jissokta f’paġni 24 u 25 ›››

21/9/1964 Malta ssir indipendenti. Il-Partit Laburista ħadem qatigħ għall-kisba tal-Indipendenza, iżda ried ukoll li Malta ssir Repubblika u mhux tibqa’ r-Reġina Eliżabetta II bħala Kap tal-Istat.

26-28/3/1966

4/4/1969

Issir elezzjoni ġenerali oħra taħt is-sanzjonijiet reliġjużi kontra l-Partit Laburista li joħroġ tellief.

Il-Partit Laburista u l-Knisja Kattolika f’Malta jiffirmaw ftehim ta’ rikonċiljazzjoni.


XXIV 18.10.2020

Suppliment

2020

1920

L-elezzjoni ġenerali tintrebaħ mill-Partit Laburista. Il-Perit Dom Mintoff jilħaq Prim Ministru u jibdew sensiela ta’ riformi kbar.

Jintlaħaq ftehim vantaġġuż ħafna għal Malta bejn il-Gvern Laburista u l-Gvern Ingliż dwar l-użu tal-faċilitajiet militari f’Malta.

12-14/6/1971

27/3/1972

››› jissokta minn paġni 22 u 23 4/10/1971

31/3/1972

Titneħħa l-piena kapitali ħlief f’ċerti każijiet marbuta mal-Forzi Armati u f’każijiet ta’ tradiment fi żmien ta’ gwerra. Fl-2002, dawn ukoll jitneħħew u l-piena kapitali tintemm għalkollox. Jum il-Ħelsien. Tingħalaq darba għal dejjem il-bażi militari Ingliża, bl-aħħar suldati Brittaniċi jitilqu mill-pajjiż abbord bastimenti militari li joħorġu mill-Port il-Kbir, waqt li eluf ta’ Maltin segwew b’sodisfazzjon kbir minn fuq ix-xtut.

Il-Prim Ministru Laburista, Dom Mintoff, iżur iċ-Ċina. Huwa l-ewwel Prim Ministru mill-Ewropa tal-Punent li jżur dan il-pajjiż.

Titwaqqaf l-Università l-Ġdida u magħha l-Fakultà tal-Edukazzjoni.

31/3/1979

1/8/1978 28/12/1977 Fi żmien il-kwistjoni tat-tobba, iż-żagħżugħa Karin Grech tinqatel b’ittra bomba li ntbagħtet lil missierha l-Professur Edwin Grech. Bomba simili, li iżda ma ħaditx, intbagħtet fid-dar ta’ Dr Joe Chetcuti Caruana.

Tiddaħħal fi tliet fażijiet l-Iskema Nazzjonali tas-Saħħa biex is-servizzi tas-saħħa jkunu b’xejn għal kulħadd.

1/4/1979

12/12/1981 6/12/1981

Issir l-ewwel logħba futbol uffiċjali tal-MFA fil-grawnd il-ġdid f’Ta’ Qali, bejn Żurrieq u Senglea Athletic (2-1). B’hekk, il-Gvern Laburista jaqta’ x-xewqa tad-dilettanti tal-futbol li għal ħafna snin ħolmu li Malta jkollha grawnd tal-futbol bil-ħaxix.

Il-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali billi jikseb aktar siġġijiet mill-Partit Nazzjonalista li min-naħa tiegħu jġib aktar voti. Riżultat “pervers” li jwassal għal inkwiet politiku kbir.

16/2/1982 Agatha Barbara ssir l-ewwel mara li tingħata l-kariga ta’ President tar-Repubblika ta’ Malta.


Suppliment

1920

Radju Malta jibda jxandar.

18.10.2020

2020

Żewġ persuni minn Birkirkara jintbagħtu 60 ġurnata ħabs u jeħlu Lm100 kull wieħed talli ppruvaw (mingħajr suċċess) jixtru lid-Deputat Għawdxi Anġlu Camilleri l-“Bedeq” bil-għan li jwaqqgħu l-Gvern Laburista li kellu maġġoranza ta’ siġġu wieħed.

Inawgurata l-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta.

31/5/1973

31/3/1974

8/1/1973 29/1/1973

21/3/1974

L-omosesswalità ma tibqax reat kriminali.

Jiġi stabbilit il-Bank of Valletta p.l.c. L-għada jħabbar dan il-Prim Ministru Dom Mintoff.

XXV

Iffirmat l-Att Finali ta’ Helsinki tal-Kummissjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (CSCE). F’dikjarazzjoni fi tmiem is-summit, is-sigurtà tal-Ewropa tintrabat mar-reġjun tal-Mediterran, wara l-insistenza tal-Perit Dom Mintoff. Il-Prim Ministru Malti argumenta li ma jista’ qatt ikun hemm stabilità Ewropea jekk l-ewwel ma jkunx hemm paċi u stabilità fil-Mediterran.

Leġiżlazzjoni ġdida twaqqaf l-Enemalta biex topera fil-qasam tal-enerġija u tiżviluppah.

1/10/1977

1/8/1975 17-18/9/1976

29/7/1976

12/8/1975

13/12/1974

Il-Partit Laburista jibqa’ fil-poter wara li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali.

L-Att Numru XXX Dwar Ir-Relazzjonijiet Industrijali jirrikonoxxi d-dritt tal-istrajk.

Jidħol iż-żwieġ ċivili f’Malta.

Malta ssir Repubblika b’Sir Anthony Mamo bħala l-ewwel President. Jidħol il-vot ta’ 18-il sena.

F’Ruma jiġi ffirmat il-ftehim bejn il-Gvern Laburista u s-Santa Sede biex b’hekk wara l-kriżi tal-1984, l-edukazzjoni f’Malta ssir b’xejn għal kulħadd, inklużi l-istudenti tal-iskejjel tal-knisja.

27/4/1985 jissokta f’paġni 26 u 27 ›››

1/1/1983

22/12/1984

1/1/1987

Malta tiġi maħtura membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda.

Karmenu Mifsud Bonnici jilħaq Prim Ministru ta’ Malta.

Att Dwar Is-Sigurtà Soċjali biex jistabbilixxi skema ta’ sigurtà soċjali u biex jikkonsolida, flimkien ma’ emendi, id-dispożizzjonijiet li jeżistu dwar il-ħlas ta’ benefiċċji dwar sigurtà soċjali, pensjonijiet u allowances, assistenza soċjali u medika, pensjonijiet li ma ssirx kontribuzzjoni għalihom, u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni dwar sigurtà soċjali minn impjegati, minn min iħaddem, minn min jaħdem għal rasu u mill-Istat.


XXVI

18.10.2020

1920

Suppliment

2020

Il-Partit Laburista jitlef l-elezzjoni ġenerali u jispiċċa mill-poter. Matul kważi 16-il sena fil-gvern, bena l-Welfare State f’Malta, iddiversifika u żviluppa l-ekonomija biex Malta tikseb l-indipendenza ekonomika, u aċċerta li l-Maltin ikollhom rajhom f’idejhom.

Super 1 Radio, l-istazzjon tar-radju tal-Partit Laburista jibda bix-xandiriet uffiċjali tiegħu.

9/5/1987

11/8/1991

››› jissokta minn paġni 24 u 25 27/1/1987

19/4/1988

Il-Parlament japprova tibdil fil-Kostituzzjoni ta’ Malta. Malta tkun pajjiż newtrali u b’politika ta’ non-alignment, u jiggverna l-partit politiku li jġib aktar minn 50% tal-voti validi fl-elezzjoni ġenerali.

Titwaqqaf l-Għaqda Veterani Laburisti.

Issir riforma fi ħdan is-sezzjoni tan-nisa tal-Partit Laburista u titwaqqaf “Nisa Laburisti”.

Issir elezzjoni ġenerali li fiha l-Partit Laburista jirbaħ b’maġġoranza ta’ 36,000 vot (54.83%). Dan kien wieħed mill-akbar riżultati fl-istorja. Dr Joseph Muscat jilħaq Prim Ministru.

8/3/2014

9/3/2013

Joseph Muscat isir Mexxej Laburista u jibda l-bini ta’ moviment, li jħaddan lil dawk progressivi u moderati u li jwassal għal ġenerazzjoni rebbieħa.

Malta ssir membru tal-Unjoni Ewropea.

6/6/2008

1/5/2004

20/8/2012 Imut il-Perit Dom Mintoff fl-għomor ta’ 96 sena. Hu kien Prim Ministru ta’ Malta bejn l-1955 u l-1958 u bejn l-1971 u l-1984. Hu serva wkoll bħala Mexxej tal-Partit Laburista bejn l-1949 u l-1984. Il-funeral statali tiegħu sar ħamest ijiem wara.

Introdotta l-miżura taċ-Childcare b’xejn, li għenet lil ħafna nisa biex jerġgħu jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol.

L-aħħar impjant tal-enerġija li jaħdem bl-HFO jintefa u jitpoġġa fuq “cold standby”. Fl-istess jum, Electrogas Malta tinawgura id-Delimara 4 gas-fired CCGT plant, l-LNG Supply u l-faċilitajiet ta’ regasification.

1/4/2014

24/4/2017 14/4/2014 Jidħol fis-seħħ l-Att li jirregolarizza l-Unjonijiet Ċivili, waħda minn għadd ta’ miżuri introdotti minn Gvern ġdid Laburista f’dik li hi meqjusa bħala l-akbar qabża fl-istorja lokali favur il-komunità tal-LGBTIQ.

31/8/2016

3/6/2017

Ċifri uffiċjali tal-Eurostat juru li, taħt Gvern Laburista, Malta għandha l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea – 3.9%. Fl-istess perjodu ġie rreġistrat l-ewwel surplus nazzjonali f’16-il sena.

Minħabba l-kwistjoni Egrant, dik li wara nstabet kienet l-akbar gidba politika, tissejjaħ elezzjoni ġenerali li tirriżulta f’rebħa akbar Laburista taħt it-tmexxija ta’ Dr Joseph Muscat, b’maġġoranza ta’ 55.04% fuq il-PN, li ngħaqad f’koalizzjoni malPartit Demokratiku.


Suppliment

1920

18.10.2020 XXVII

2020

Il-Mexxej Laburista, Dr Alfred Sant, jinawgura ċ-Ċentru Nazzjonali ġdid Laburista fil-Ħamrun. Sal-lum il-kwartieri tal-Partit kienu filbini antik u storiku tal-Maċina fl-Isla.

Toħroġ ukoll l-ewwel ħarġa tal-gazzetta ppubblikata mill-Partit Laburista. L-isem magħżul ikun “KullĦadd”.

25/7/1993

28/5/1995 25/2/1994

26/10/1996

Super One Television jingħata l-liċenzja biex jibda jxandar.

Il-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali u Dr Alfred Sant jilħaq Prim Ministru. Dr Myriam Spiteri Debono ssir l-ewwel Speaker mara tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Issir elezzjoni ġenerali u jiġi deċiż ukoll jekk Malta tagħżilx relazzjoni ta’ partnership mal-UE inkella sħubija sħiħa. Il-Partit Laburista jitlef l-elezzjoni u għalhekk Malta tmur għal sħubija kif ried il-PN.

Wara nuqqas ta’ qbil bejn il-Prim Ministru Dr Alfred Sant u d-Deputat Laburista u Eks Mexxej tal-Partit il-Perit Dom Mintoff issir elezzjoni ġenerali li tintilef mill-Partit Laburista.

12/4/2003

5/9/1998

Titlaqqa’ f’Malta s-Second Euro-Mediterranean Ministerial Conference. Jattendu l-Mexxej Palestinjan Yasser Arafat u d-Deputat Prim Ministru ta’ Iżrael, David Levy.

15-16/4/1997

10/2/1999

3/2/1998

L-Arċisqof Ġużeppi Mercieca jitlob apoloġija pubblika f’isem il-Knisja għal dak li seħħ fi żmien il-kwistjoni politiko-reliġjuża tas-sittinijiet li, fost oħrajn, wasslet biex attivisti Laburisti ndifnu fil-“Miżbla”, parti mhux ikkonsagrata tal-Addolorata.

Permezz tal-Att Numru 2, il-Gvern Laburista jagħti spinta lill-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi.

Malta ttemm b’suċċess l-ewwel Presidenza tagħha tal-Kunsill tal-Ewropa.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iħabbar li se jkun qed jirriżenja mill-kariga wara li jinħatar Mexxej Laburista ġdid f’Jannar.

Wara s-suċċess lokali fil-kontroll tal-pandemija, li niżżlet ħafna pajjżi għarkupptejhom, il-Gvern immexxi minn Robert Abela jħabbar l-akbar pjan ta’ rkupru ekonomiku ta’ €900 miljun f’għajnuniet lil kull ċittadin ta’ ’l fuq minn 16-il sena u negozji milqutin.

30/6/2017

1/12/2019

24/6/2020

25/5/2019 Il-Partit Laburista jirbaħ l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew b’54.29% tal-voti u jeleġġi 4 rappreżentanti minn 6. Jirbaħ ukoll l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali b’57.96% tal-voti. Żewġ riżultati storiċi.

12/10/2020 Dr Robert Abela jingħażel bħala l-Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista u eventwalment Prim Ministru. Din kienet l-ewwel elezzjoni għal Kap tal-Partit li għaliha vvotaw il-membri wara tibdil li kien sar fl-istatut.

15/10/2020 Il-Partit Laburista jagħlaq 100 sena mit-twaqqif tiegħu, ċentinarju li matulu ħadem bla heda għall-progress u l-prosperità ta’ Malta u l-Maltin.


Suppliment

1920

2020

IT-TIFKIRA TIEGĦEK TAL-PARTIT LABURISTA

Irrikorri fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun

18.10.2020

XXVIII


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.