Il-Ħadd, 8 ta’ Novembru, 2020
Ħarġa Nru 1,426
Prezz €1
ILLUM JUM IT-TIFKIRA BI PREKAWZJONI
Rapport f’paġna 11
MARD LI DIĠÀ QATEL 16-IL DARBA IŻJED Rapport f’paġna 7
EVITAJNA MAT-8,000 IMMIGRANT Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo ħabbar li pajjiżna kieku qed iħabbat wiċċu mal-wasla ta’ iżjed minn 8,000 immigrant din is-sena, li kieku ma kienx għar-relazzjoni tajba mal-awtoritajiet Libjani li rnexxielhom iwaqqfu dgħajjes mgħobbijin b’madwar 6,000 fi triqthom lejn xtutna. F’post twila fuq Facebook ilbieraħ filgħodu, il-Ministru tenna li, minbarra hekk, waslu mal-2,200 immigrant inqas bejn Marzu u Awwissu meta jitqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. Dan fl-istess ħin li l-għaqda Repubblika fetħet kawża kostituzzjonali kontra l-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għallIntern Byron Camilleri u l-Brigadier talForzi Armati ta’ Malta Jeffrey Curmi biex jinġiebu f’pajjiżna 50 immigrant li f’April li għadda ma tħallewx jidħlu minħabba l-imxija tal-COVID-19. Tkompli f’paġna 6
400 INQAS FUQ L-ASSISTENZA SOĊJALI F’SENA PERSUNI FIL-FAXEX T’ISFEL TAS-SOĊJETÀ KOMPLEW ITEJBU L-GĦAJXIEN TAGĦHOM MINKEJJA SITT XHUR TA’ PANDEMIJA Iżjed minn 400 persuna fl-inqas faxex tas-soċjetà f’pajjiżna tejbu l-livell ta’ għajxien tagħhom f’din l-aħħar sena, tant li sa tmiem Settembru li għadda nqatgħu mir-reġistru tal-benefiċċji soċjali. Dan kien dovut, fost oħrajn, għal għajnuna bħall-In-Work Benefit, li jsostni persuni anke wara li jibdew jaħdmu, u seħħ minkejja li l-aħħar sitt xhur kienu kkaratterizzati minn pandemija ta’ bla preċedent. Minn tagħrif li għandha din il-gazzetta jirriżulta li l-għadd attwali ta’ dawk fuq assistenza soċjali issa laħaq l-inqas livell li qatt kien irreġistrat fl-istorja. Minbarra hekk, jirriżulta li dan hu wkoll terz l-ammont ta’ persuni fuq benefiċċji soċjali qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013. Waqt li dawk dipendenti fuq assistenza soċjali naqsu sew f’din l-aħħar sena, il-Gvern xorta waħda żied l-allokazzjoni għall-benefiċċji mhux kontributorji b’madwar €4 miljun fuq l-2019. Tkompli f’paġni 4 u 5
02
08.11.2020
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 22°C L-Inqas Temperatura: 16°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja ser tiksi minn fuq in-Norveġja sa fuq il-Libja It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir ftit jew wisq imsaħħab f’xi ħin Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Grigal li jdur mill-Majjistral it-Tramuntana sa filgħaxija Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Grigal It-Temperatura tal-Baħar: 22°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570
KUNTATT ĠENERALI
22°C UV 3
14°C
Il-Ħamis
21°C UV 3
15°C
Il-Ġimgħa
21°C UV 3
14°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
19°C UV 3
KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
15°C
21°C UV 3
15°C
21°C UV 3
15°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7, Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 Remedies Pharmacy, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, L-Imsida – 21346547 Mensija Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Millner, Tas-Sliema – 21335217 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta – 21417593 Il-Gżejjer, Triq il-Kurazza, Il-Qawra – 21581876 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala – 21637615 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Imtarfa Pharmacy, 207, Triq San David, L-Imtarfa – 21451261 Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra – 27551140 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
04
08.11.2020
INQAS BENEFIĊJARJI, €4M IŻJED F’BENEFIĊĊJI Tkompli minn paġna 1 Statistika uffiċjali ppubblikata din il-ġimgħa kkonfermat li, minkejja l-kriżi tal-COVID-19, in-numru ta’ dipendenti fuq l-assistenza soċjali kompla jonqos. Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) uriet kif 4,475 persuna kienu qed jirċievu tali għajnuna minħabba nuqqas ta’ mezzi finanzjarji sa Settembru li għadda. Imqabbel ma’ Settembru tas-sena li għaddiet meta kien hemm 4,882 persuna dipendenti fuq din l-għajnuna millIstat, allura jfisser li f’sena kien hemm tnaqqis ta’ 407 persuni. Bħala porzjon, ifisser ukoll li 1 minn kull 12-il persuna dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali sena ilu issa jinsab f’pożizzjoni li jfendi għal rasu. Dan it-tnaqqis osservat din is-sena hu simili għal dak li ilu jseħħ fl-aħħar snin, iżda jistona bil-kbir ma’ dak li kien seħħ fl-aħħar kriżi ekonomika ta’ 11il sena ilu. Fil-fatt, fl-2008/09 kien hemm żieda ta’ madwar 900 persuna fuq il-benefiċċji soċjali, avolja l-effetti tal-kriżi finanzjarja fuq Malta kienu ferm inqas minn dawk tal-lum. Żvilupp ieħor mhux antiċipat kien li n-numru ta’ single parents li jirċievu l-assistenza soċjali kompla nieżel minkejja l-pandemija. Fil-fatt, f’Settembru dan naqas għal 2,433, minn 2,578 is-sena ta’ qabel, tnaqqis ta’ 145 ġenitur li rnexxielhom itejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Mill-2019 ’l hawn, 1 minn kull 20 li kellhom bżonn dan l-appoġġ irnexxielhom ifendu għal rashom, minkejja l-problemi kollha tal-pandemija. L-istatistika uffiċjali tindika li minkejja li naqsu dawk dipendenti fuq l-assistenza soċjali l-Gvern xorta ma naqqasx l-allokazzjoni għall-benefiċċji mhux kontributorji. Fil-fatt, l-ispiża fuqhom żdiedet minn €141.8 miljun fl-2019 għal €145.6 miljun din is-sena. Dan kien jirrifletti diversi miżuri meħudin kemm fil-Baġit 2020 kif ukoll fil-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika mħabbar fid-9 ta’ Ġunju li għadda. F’uħud mill-benefiċċji żdiedu wkoll l-għadd ta’ benefiċjarji. Żieda qawwija kemm fl-
ispiża kif ukoll fl-għadd ta’ benefiċjarji ġiet reġistrata fl-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa. Din telgħet b’aktar minn €1 miljun għal €4.6 miljun. Dan kien dovut l-aktar għat-twettiq tal-aħħar fażi tar-riforma sinifikanti fl-Assistenza għal Diżabilità mibdija fl-2017. Din ir-riforma kienet tinkludi l-introduzzjoni ta’ dan il-benefiċċju maħsub għal dawk il-persuni li assolutament ma jistgħux jaħdmu. Il-pagament fil-ġimgħa żdied b’mod gradwali biex minn din is-sena tela’ għal €161.40, fl-istess livell ta’ Paga Minima Nazzjonali netta. In-numru ta’ persuni intitolati għal dan il-benefiċċju tela’ minn 157 fl-2017 għal 769 din is-sena. Bħala riżultat tat-twessigħ tal-kriterji mediċi sabiex persuni neqsin mis-smigħ jew li ma jitkellmux isiru eliġibbli għall-Assistenza għal Diżabilità meta jagħlqu s-16-il sena, żdied l-għadd ta’ persuni intitolati għal dan il-benefiċċju u l-ispiża sa Settembru laħqet
aktar minn nofs miljun ewro. B’kollox in-nefqa fuq assistenza għal diżabilità, li tinkludi wkoll l-allowance għal tfal b’diżabilità, bejn Jannar u Settembru kienet tlaħħaq aktar minn €20.6 miljun. Nefqa ġdida fil-benefiċċji mhux kontributorji kienet dik biex tagħmel tajjeb għall-introduzzjoni tal-bonus ta’ €300 li jitħallas lill-familji għal kull twelid jew addozzjoni biex tgħinhom ilaħħqu aħjar mal-ispejjeż ġodda. Sa Settembru ntefqu €651,000 f’għotjiet lil aktar minn 2,000 familja. Benefiċċju ieħor li ra n-nefqa tikber sew kien dak tal-In Work Benefit. Dan seħħ b’riżultat ta’ pagament ta’ suppliment speċjali ta’ €250 lil kull familja li tirċievi dan il-benefiċċju kif ukoll għat-titjib li sar fir-rati li jitħallsu ġenituri li jaħdmu għal kull wild taħt it-23 sena. Ir-rati żdiedu bejn €30 u €100 kull wild. Dan it-tibdil, li kien jifforma parti mill-pakkett ta’ miżuri għar-riġenerazzjoni ekonomika li tnieda f’Ġunju, was-
L-istatistika uffiċjali tindika li minkejja li naqsu dawk dipendenti fuq l-assistenza soċjali l-Gvern xorta ma naqqasx l-allokazzjoni għall-benefiċċji mhux kontributorji
sal għal nefqa ta’ €4.4 miljun, żieda ta’ kważi €1.3 miljun fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra. Minbarra hekk, madwar 2,000 familja gawdew minn benefiċċju tat-tfal, li laħħaq spiża ta’ kważi €0.7 miljun, kważi €1 miljun aktar intefqu fuq l-allowance miżjuda għall-carers, kien hemm żieda ta’ €1 miljun allokati għall-benefiċċju ta’ assistenza
lejn min għandu diżabilità severa, waqt li l-ispiża fuq l-għajnuna supplimentari żdiedet b’nofs miljun ewro frott żidiet fil-benefiċċji. Madwar 2,600 persuna fuq l-In-Work Benefit gawdew minn suppliment li tefa’ aktar minn €0.6 miljun fi bwiethom. Minbarra hekk, grazzi għal bidliet imħabbrin f’Ġunju, dawk li jikkwalifikaw għal
05
08.11.2020
STRATEĠIJA KONTRA SPEĊI ALJENI INVAŻIVI FL-AMBJENT
dan il-benefiċċju, li introduċa Gvern Laburista, żdiedu għal kważi 5,000 persuna u l-ispiża sa Settembru fuq din l-għajnuna lil min jaħdem u li għandu qligħ baxx telgħet għal kważi €4 miljun. Dan hu kważi d-doppju tal-ammont ta’ sentejn ilu u 50% aktar mill-ammont tas-sena li għaddiet. Fil-mixja soċjalista tiegħu, il-Gvern Laburista żied ukoll bil-qawwi l-ispiża fuq il-pensjonanti l-aktar fil-bżonn, tant li l-ammont minfuq fuq dawk bil-pensjoni minima nazzjonali żdied bi kważi €6 miljun, waqt li l-ispiża fuq pensjonijiet tar-romol telgħet bi kważi €5 miljun oħra. Dan minbarra €14.5 miljun li kienu ddedikati lil assistenza relatata mal-COVID-19, inklużi madwar €9 miljun favur ġenituri li ma setgħux jaħdmu bit-telework u allura l-employer tagħhom talab assistenza lill-Gvern. L-infiq totali fuq il-pensjonijiet u l-benefiċċji soċjali kollha sal-aħħar ta’ Settembru 2020
kien ilaħħaq €816.2 miljun jew 8.4% aktar mill-istess perjodu sena ilu. Dan seħħ minħabba diversi żidiet u benefiċċji li ta l-Gvern, fosthom iż-żidiet fil-pensjonijiet kollha tas-sigurtà soċjali u l-benefiċċji li tħallsu minħabba l-COVID-19, li meta tgħoddhom kollha flimkien żdiedu bi kważi €60 miljun. Waqt li seħħew dawn iż-żidiet, in-nefqa fuq l-assistenza soċjali kompliet nieżla u kkomparata mas-sena ta’ qabel naqset bi ftit aktar minn €2.5 miljun għal €36.2 miljun. Dan l-inżul fl-infiq ilu għaddej sena wara l-oħra mill-2014 meta n-nefqa kienet ta’ €61 miljun. Dan kien dovut għat-tnaqqis qawwi fuq id-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali kif ukoll għal miżuri li ttieħdu biex fi klima ta’ tkabbir ekonomiku aktar nies jingħataw spinta biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Mitlub jikkummenta dwar dan is-suċċess, il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tatTfal u s-Solidarjetà Soċjali Dr Michael Falzon qal li għalih l-akbar sodisfazzjoni meta jara dawn iċ-ċifri hu li dawn il-flus qed jaslu għand min verament ħaqqu. Għand persuni li l-ħajja tathom fuq wiċċhom u għandhom bżonn l-għajnuna u għand il-familji bieżla li għandhom dħul relattivament baxx jew medju mill-impjieg taghhom. Huwa qal li ferħan jara li daqstant familji gawdew mill-għotja tal-bonus għal wild ġdid fil-familja. B’din il-miżura l-Gvern wera għal darb’oħra kemm għandu għal qalbu l-familji u t-trobbija tal-ulied u jixhed li aħna gvern pro-life, favur il-ħajja. Dan il-bonus ikompli jorbot ma’ miżuri oħra li wettaqna f’dawn l-aħħar snin bħaċ-childcare b’xejn u l-benefiċċju tal-In-Work Benefit. Il-Ministru Falzon temm jgħid li r-riformi li saru flaħħar snin wasslu biex filwaqt li dawk li kienu jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali naqsu b’aktar minn nofs billi daħħlu fid-dinja tax-xogħol, il-flus li ġew iffrankati minn dan ġew investiti f’diversi inizjattivi, miżuri u benefiċċji soċjali oħra sabiex inwieżnu aktar lil min ma jiflaħx jaħdem.
L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) nediet strateġija biex tħares il-biodiversità ta’ pajjiżna u tqajjem kuxjenza dwar l-ispeċi aljeni invażivi fl-ambjent Malti u r-riskji tal-introduzzjoni u użu tagħhom, waqt li tieħu miżuri li jindirizzaw l-impatti tagħhom. Waqt li tkellem dwar din l-Istrateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni u t-Tnaqqis tal-Impatt ta’ Speċi Aljeni Invażivi, il-Ministru Aaron Farrugia qal li l-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-immaniġġjar għaqli tal-ekosistemi tagħna, inkluż bl-identifikazzjoni u l-prevenzjoni ta’ speċi aljeni invażivi fil-gżejjer tagħna, hi parti integrali mix-xogħol tagħna biex intaffu l-effetti tat-tibdil fil-klima. Waqt li kien akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv tal-ERA Michelle Piccinino, hu spjega li, bħala gżira, Malta hi suxxettibbli ħafna għal speċi li m’għandhomx oriġini lokali, kemm jekk dawn huma annimali, pjanti, fungi u organ-
iżmi oħra. Dawn jikkawżaw ħafna problemi għall-ekosistemi tagħna. Tul is-snin, kien hemm numru ta’ speċi aljeni li ġew introdotti fil-gżejjer Maltin. Għalkemm mhux l-ispeċi aljeni kollha huma problematiċi, uħud minnhom isiru invażivi u joħolqu problemi ambjentali serji. Diġà saru ħafna xogħlijiet
ta’ tindif madwar il-gżejjer Malti abbażi ta’ din l-istrateġija, fejn inġabru tunellati kbar ta’ speċi aljeni invażivi f’diversi żoni. Fl-2020, il-Ministeru ħadem biex tneħħew 93 tunellata ta’ dawn l-ispeċi mill-Irdum tal-Madonna, l-Aħrax tal-Mellieħa, u żewġ tunellati oħra minn Wied Għollieqa, Pembroke u Marsaxlokk.
06
08.11.2020
“MILL-EWROPA SE JEĦDULNA INQAS IMMIGRANTI ISSA” Tkompli minn paġna 1 “Minn Marzu ’l hawn il-Libja rnexxielha twaqqaf 6,000 immigrant irregolari ġejjin lejn il-gżira tagħna. Bejn Marzu u Awwissu ta’ din is-sena kellna 1,173 immigrant irregolari. Minn Marzu sa Awwissu tal-2019 kellna 3,357 immigrant irregolari,” qal il-Ministru Bartolo, waqt li żied li l-akbar żieda ta’ immigranti irregolari fil-Mediterran din is-sena kienet mil-Libja u t-Tuneżija. Hu kompla jgħid li kull rotta oħra rat tnaqqis. “Fir-rotta taċ-ċentru tal-Mediterran, li tieħu mil-Libja u t-Tuneżija lejn Malta u l-Italja għaddew 20,600 din is-sena, tliet darbiet daqskemm għaddew is-sena li għaddiet. Aħna nintlaqtu l-iżjed mid-dgħajjes li jitilqu mil-Libja. Waqt li din is-sena telqu t-triplu tas-sena li għaddiet, waslu fostna inqas min-nofs tas-sena li għaddiet. Irresponsabbli min jgħid: ‘Ħallihom jiġu kemm iridu, imbagħad xħin jiġu nħajru lil sħabna fl-Unjoni Ewropea jeħduhom’. “Ma ħaduhomx fis-snin li għaddew … u issa se jeħduhom inqas u inqas. Bejn is-sena 2005 u 2020, il-pajjiżi l-oħrajn fl-UE ħadulna biss 8 minn kull 100 li waslu. Issa hemm inqas rieda li jeħduhom,” kompla l-Ministru. Hu tkellem ukoll dwar meta kellna l-kwistjo-
ni tal-vapur Daniż Etienne Maersk b’27 immigrant irregolari abbord wara li nġabru mill-baħar Tuneżin u suppost li ħaduhom it-Tuneżija. “Il-Ministru ħabib tiegħi Daniż Jeppe qalli: ‘Evarist, 27 wisq għad-Danimarka li neħduhom’. Għedtlu: ‘Mela Malta kemm tiflaħ tieħu meta d-Danimarka hi ferm iżjed sinjura u kważi mitejn darba d-daqs ta’ Malta?’ Tbissem u qalli: ‘Ma tiflaħ tieħu xejn’. Hu qal li t-triq ’il quddiem mhix li jiġu l-immigranti hawn u wara noħolmu li nqassmuhom ma’ pajjiżi oħrajn fl-UE. “It-triq ’il quddiem li
kemm jista’ jkun ma jiġux mill-ewwel u bħala UE ngħinu lil-Libja tħares il-fruntieri tagħha mal-Afrika fis-Saħara u mal-Ewropa fil-Mediterran. Niġġieldu lit-traffikanti tal-bnedmin li jsiru miljunarji minn fuq dahar l-immigranti irregolari billi jeħdulhom il-flus biex jibagħtuhom fuq dgħajjes lejn l-Ewropa. Jinfetħu ċentri apposta fl-Afrika fejn l-immigranti irregolari jiġu stmati tajjeb u ta’ nies u japplikaw għall-kenn politiku u jeħduh jekk ikun jistħoqqilhom għax ikunu qed jaħarbu mill-gwerra u mill-persekuzzjoni waqt li
dawk li m’għandhomx dritt jintbagħtu lura mnejn telqu,” insista Bartolo, waqt li saħaq li xorta se jkollna bżonn li dawk li jieħdu l-kenn politiku jitqassmu bejn il-pajjiżi differenti Ewropej. Fir-rikors ippreżentat mill-Eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Pawlu Borg Olivier, ġie ddikjarat li Malta kisret id-dritt tal-ħajja tal-immigranti. Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech qed jappoġġja l-kawża biex jinġiebu f’Malta 50 immigrant li hemm fil-Libja u biex jiġi kkundannat il-Gvern Malti u l-Forzi Armati ta’ pajjiżna.
F’April li għadda, l-istess Borg Olivier, flimkien mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi, kienu ppreżentaw kwerela kontra l-Prim Ministru, is-suldati tal-patrol boat P52 u l-Brigadier tal-Forzi Armati fejn akkużawhom b’omiċidju volontarju, reat li jġorr piena massima ta’ għomor il-ħabs. Minkejja dan, inkjesta maġisterjali, li kienet ippubblikata fl-intier tagħha, ġabet fix-xejn l-allegazzjonijiet u kkonkludiet li dawn ma kienu involuti fl-ebda omiċidju volontarju ta’ immigranti irregolari.
IL-PRESIDENT JIDDISKUTI L-UE TAL-ĠEJJIENI Il-President George Vella qal li l-Unjoni Ewropea fil-futur għandha tibqa’ tiggarantixxi l-libertà, il-libertà tal-espressjoni, is-saħħa u s-sigurtà, filwaqt li tkun Unjoni soċjali li taċċerta li l-ġid li jinħoloq jitqassam b’mod ġust maċ-ċittadini Ewropej kollha kemm huma. Waqt diskussjoni pubblika mxandra online mal-Kap tal-MEUSAC Mandy Falzon, li ġabet fi tmiemha ġimgħa ta’ attivitajiet bit-tema “L-Unjoni Ewropea aktar aċċessibbli għalik”, il-President iddeskriva l-UE bħala proġett li, għalkemm mhuwiex ġenna talart, irnexxa bħala esperiment uniku mill-aspett tal-paċi u tad-demokrazija, u ġab sens ta’ għaqda b’interessi komuni, filwaqt li kull pajjiż żamm issovranità tiegħu. Fost l-isfidi diskussi, kien hemm dik tal-migrazzjoni, hekk kif l-UE ftit
tal-jiem ilu nediet il-patt il-ġdid dwar il-migrazzjoni u l-ażil. Il-President fisser dan il-patt bħala wieħed b’ħafna intenzjonijiet tajbin, iżda li ma joffri xejn daqstant ġdid. Filwaqt li qal li l-patt għandu jindirizza aktar ir-raġunijiet prinċipali għaliex isseħħ il-migrazzjoni, tkellem dwar l-importanza tal-bilanċ biex tiġi indirizzata din l-isfida. Settur ieħor diskuss kien dak tal-ambjent, li dwaru l-President saħaq fuq l-importanza ta’ edukazzjoni prinċipalment immirata lejn it-tfal ta’ età żgħira. Għamel ukoll referenza lejn il-pandemija COVID-19 u r-rispons talUE. Hu sostna l-importanza tal-koperazzjoni u l-kordinazzjoni bejn il-pajjiżi biex jiġi żgurat stat ta’ saħħa tajjeb fl-Ewropa kollha, waqt li faħħar ukoll inizjattivi politiċi oħrajn tal-UE, fosthom il-Patt Ekoloġiku Ewropew.
07
08.11.2020
MARD QATTIEL IŻJED MILL-COVID Fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena seħħew aktar imwiet f ’pajjiżna kawża ta’ mard tal-qalb, kanċer, dimensja u dijabete b’mod separat milli fil-fatt kellna b’riżultat talCOVID-19 sal-lum il-ġurnata. Waqt li kull waħda minn dawn il-mard kienet diġà l-kaġun ta’ 100 ħajja u iżjed sa April, flimkien ammontaw għal rata ta’ fatalità li tisboq is-16-il darba r-rata ta’ mwiet li kellna sallum b’riżultat tal-pandemija bħala r-raġuni ewlenija. Nifhmu li sal-lum id-diskrepanza baqgħet tikber sew. Avolja dan l-istess mard kapaċi jikkomplika l-kundizzjoni ta’ kull persuna infettata bil-Coronavirus, li sal-bieraħ kienet ħasdet il-ħajja ta’ 74 persuna, tagħrif uffiċjali jixhed kif bejn Jannar u April li għadda kellna 1,188 mewt li seħħew minħabba kundizzjonijiet oħrajn ta’ saħħa, partikolarment attakki tal-qalb u puplesiji. Id-dijabete u kundizzjonijiet oħrajn endokrinali, li żgur ma nqisuhomx daqstant perikolużi, ukoll kienu l-kawża prinċipali talmewt ta’ 100 persuna sa April. Ċifri li ġew ippubblikati din ilġimgħa fil-Parlament mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne juru kif l-attakki tal-qalb u l-puplesiji, fost mard ieħor taħt il-kategorija tal-mard ċirkolatorju, jibqgħu l-akbar kawża tal-mewt fost il-poplu mhux biss fl-ewwel erba’ xhur (442), imma anke fis-snin li għaddew. Isewgu fl-istess sekwenza tal-aħħar snin hemm il-kanċer, mard respiratorju, kundizzjonijiet mentali, bħad-dimensja, u kundizzjonijiet endokrinali. Warajhom jiġi mard fis-sistema diġestiva li sa April ukoll kien diġà qatel 54 persuna. Jirriżulta li, wisq probabbli l-pandemija, se tkun ir-riżultat għal iżjed imwiet b’mard tal-qalb din is-sena minn snin oħrajn. F’Mejju li għadda kien ġie rrapportat li mindu bdiet l-imxija tal-Coronavirus f ’pajjiżna, naqsu b’70% dawk li marru l-Emerġenza b’attakk tal-qalb, filwaqt li żdiedu ħafna dawk li nstabu mejtin f ’darhom. Dan ir-riżultat ta’ biża’ mill-virus wassal għall-appell imqanqal mill-Malta Resuscitation Council biex min iħoss uġigħ f ’qalbu, ma jibżax imur l-Isptar, għax ir-riskji fuq ħajtu huma ferm ogħla. Marius Caruana, membru tal-Malta Resuscitation Council, kien fakkar li r-rata ta’ mortalità tal-attakki tal-qalb f ’pajjiżna hi ta’ 30% u dik tal-puplesiji 10%. Qal li meta mhux ikkurat fil-ħin, il-mard tal-qalb jista’ joħloq ħafna kumplikazzjonijiet. L-informazzjoni mogħtija fi tweġiba għal mistoqsija Parlamentari tkopri r-raġunijiet tal-mewt għal 1,414-il persuna li kellna minn Jannar sa April, inklużi tlieta bilCOVID-19. Kif tenna l-Ministru Fearne stess, ir-rata ta’ mortalità marbuta malCOVID-19 f ’Malta għadha fost l-iktar
KAWŻA TAL-MEWT
2018*
2019*
2020 **
Mard ċirkolatorju inklużi attakki tal-qalb u puplesiji
1027
1054
442
Kanċer
898
796
330
Mard tas-sistema respiratorja
321
387
198
Kundizzjonijiet mentali (prinċipalment dimensja)
212
193
118
Kundizzjonijiet endokrinali (prinċipalment dijabete)
178
183
100
Mard tas-sistema diġestiva
80
97
54
Mwiet minħabba aċċidenti, suwiċidji u omiċidji
98
90
34
Mard tas-sistema newroloġika
82
88
33
Mard tal-kliewi u tal-bużżieqa tal-awrina
70
73
27
Mwiet minħabba infezzjonijiet li jeskludu infezzjonijiet respiratorji
39
42
22
Mwiet mill-COVID-19
0
0
3
Mwiet minħabba kawżi oħra
63
87
53
3068
3090
1414
TOTAL
*bejn Jannar u Ottubru
**bejn Jannar u April
Dan ir-riżultat ta’ biża’ mill-virus wassal għall-appell imqanqal mill-Malta Resuscitation Council biex min iħoss uġigħ f’qalbu, ma jibżax imur l-Isptar, għax ir-riskji fuq ħajtu huma ferm ogħla baxxi – taħt il-1% ta’ dawk infettati – u tikkuntrasta bil-kbir mar-rati ta’ stati oħrajn Ewropej, bħall-Italja (8%), ir-Renju Unit (6%) u Franza jew Spanja (4%). Ħarsa lejn il-pajjiż ġar tagħna, l-Italja, fejn feġġet l-ewwel il-pandemija fl-Ewropa, turik storja totalment differenti. Mindu fi Frar bdiet l-imxija tal-COVID-19 fl-Italja, laħqu mietu 38,826 sal-1 ta’ Novembru li għadda, bir-reġjun bl-akbar imwiet u infezzjonijiet hu l-Lombardija, tant li huwa meqjus bħala l-epiċentru tal-COVID-19 fil-pajjiż jekk mhux fl-Ewropa wkoll. Sas-6 ta’ Novembru, ir-Renju Unit irreġistra l-ogħla rata ta’ mwiet fl-Ewropa bil-COVID-19 – 48,120, waqt li Franza rreġistrat 39,037 mewta u 38,486 tilfu ħajjithom fi Spanja bl-istess kawża. Sal-istess data
fil-quċċata dinjija għad hemm l-Istati Uniti tal-Amerka b’241,026 mewta kawża ta’ din il-pandemija. Sadanittant, meta wieġeb lid-Deputat Godfrey Farrugia, li talab l-istatistika tal-imwiet lokali u r-raġunijiet warajhom bejn Jannar u Ottubru mill-2018 ’l hawn u l-għadd ta’ persuni li mietu speċifikament bl-infenzjoni tal-COVID-19 bħala l-kawża proprja tal-mewt (the underlying cause of detah), id-Deputat Prim Ministru fil-bidu ta’ din il-ġimgħa ta tabella dettaljata tal-perjodu indikat, fost oħrajn. Il-Ministru Fearne ta wkoll l-informazzjoni marbuta mal-64 persuna li kienu laħqu mietu sa dakinhar waqt li kienu pożittivi għat-test talCOVID-19. Hu qal li minn dawn kienu 47 li l-COVID-19 kienet il-kawża prinċipali ta’ mewthom. Fil-15-il każ
l-ieħor, il-COVID-19 kienet meqjusa bħala kawża kontributorja, waqt li kienu għadhom għaddejjin il-verifikazzjonijiet neċessarji dwar iżżewġt imwiet l-oħra. Dr Farrugia staqsa wkoll kemmil persuna li rriżultat pożittiva bilCOVID-19 kellha bżonn titqiegħed fuq ventilatur, kemm fiequ u kemm mietu, bit-tweġiba tkun li kien hemm 33 pazjent li ngħata l-ventilazzjoni mekkanika. Minn dawn 14 għadhom jieħdu l-istess kura, 11 mietu u 8 kienu rilaxxati u bdew jirkupraw f ’sala oħra mingħajr ventilatur. Fl-aħħar bulettin mediku tal-bieraħ, Malta rreġistrat 1,965 persuna attwalment infettati, wara li żdiedu 146 każ ġdid u 168 fiequ. B’kollox sal-lum kien hawn 7,039 persuna li nstabu pożittivi, waqt li 5,000 fiequ.
08
08.11.2020
KIRXA U MAZZIT LOKALI LURA FIS-SUQ DALWAQT? INVESTIMENT TAL-GVERN FIL-BIĊĊERIJA JIFFAĊILITA BIEX PRODUTTURI TAL-MAJJAL U Ċ-ĊANĠA JAGĦMLU UŻU MINN FDALIJIET TAL-KARKASSI LI S’ISSA QED JINTREMEW Prodotti li joħorġu mil-laħam taċċanga u l-majjal lokali, bħall-istonku, l-imsaren u d-demm, li s’issa jitwarrbu u jintremew minħabba standards Ewropej, jistgħu jirritornaw dalwaqt għall-bejgħ fis-suq wara li l-Gvern investa f’sistema li tisseparahom bl-iżjed mod iġjeniku. Sal-lum prodotti simili, bħall-kirxa għall-minestra jew mazzit għall-qali, jistgħu jiġu biss importati minn pajjiżi oħrajn, anke jekk it-togħma tagħhom hi differenti jew inferjuri minn dawk li l-kċina tradizzjonali Maltija kienet imdorrija għalihom qabel inqatgħu minħabba r-regolamenti msemmija. Din il-ġimgħa l-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo tkellem fil-Parlament dwar investiment riċenti li sar fil-Biċċerija nazzjonali u li se jkun qed jiffaċilita lill-korporattivi involuti fit-trobbija tal-baqar u l-ħnieżer biex jinvestu f’tagħmir għall-produzzjoni ta’ iżjed prodotti li jiġu kkunsmati mill-konsumatur Malti u allura jikkompetu ma’ prodotti simili importati. Minn tagħrif li kisbet din il-gazzetta jirriżulta li dan l-investiment partikolari wassal biex dawn il-fdalijiet tal-karkassi jkunu jistgħu jiġu sseparati fi tliet kategoriji – partijiet tajbin għall-konsum u/jew użu ulterjuri, inkluż fil-biedja, u materjal ieħor ta’ riskju għoli u allura jispiċċa dejjem għar-rimi. Peress li l-Gvern ma jistax jidħol f’tali kompetizzjoni, allura issa jmiss lill-produtturi lokali li jagħmlu l-pass li jmiss f’tagħmir apposta li jipproċessa dawn il-fdalijiet biex jespandu l-firxa ta’ prodotti li jipproduċu sal-lum. Jirriżulta li din is-sena biss diġà ġew investiti madwar €1.2 miljun
ENGERER ELETT MEP FLOK DALLI
fil-Biċċerija. “Investiment li qed nippjanaw hu dak ta’ faċilitajiet ta’ cold storage għal-laħam mill-Biċċerija biex tittejjeb l-iskeda għad-dispaċċ tallaħam u jkun hemm faċilitajiet għall-miżuri ta’ kontinġenza kif ukoll iffaċilitar ta’ investiment minn terzi għall-użu u t-tpoġġija fis-suq ta’ derivati tal-annimali li sal-lum jintremew. Wara li din is-sena komplejna bl-introduzzjoni ta’ teknoloġiji moderni fil-Biċċerija pubblika, is-sena d-dieħla se nkunu qed niffaċilitaw l-investiment biex isir użu u tqegħid fis-suq ta’ by-products li s’issa kienu jiġu mormija. B’din l-inizjattiva, se nkunu qed insaħħu lill-koperattivi, inżidu l-kompetittività tas-settur u jkollna prodotti speċjalizzati,” saħaq il-Ministru Refalo, waqt li kienu qed jiġu dibattuti l-estimi tal-Ministeru tiegħu. Hu tenna li dan l-in-
vestiment se jkun qed isir b’mod parallel ma’ investiment ieħor għal tagħmir ġdid fuq il-linji tal-qatla biex tittejjeb il-kwalità tal-prodott u jitnaqqas ir-riskju għall-iġjene, waqt li s-sena d-dieħla se ssir ħidma wkoll biex jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni u appoġġ lill-industrija tal-laħam lokali. Il-Ministru kompla li miżura oħra li se jkun jaħdem fuqha hi li titħejja kampanja ta’ promozzjoni biex tinħoloq kuxjenza dwar l-isforzi tal-bidwi u r-raħħal u l-benefiċċji marbuta mal-konsum ta’ ikel bnin u frisk Malti. F’Lulju li għadda, il-Prim Ministru Dr Robert Abela ħabbar investiment ta’ madwar €500,000 intiż biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-operat tal-Biċċerija, inkluż f’sistema ta’ madwar 700 pannella fotovoltajka u sistema ta’ misħun li taħdem bilgass, minflok sistema preżenti fejn l-ilma jissaħħan permezz ta’ boilers antiki li jaħdmu bil-heavy fuel oil. Dan l-investiment se jkompli jsaħħaħ l-effiċjenza fil-Biċċerija, ser tkun qed tisseddaq l-indafa fl-impjant u fl-istess ħin se tnaqqas b’mod sostanzjali l-emissjonijiet ta’ CO2 u gassijiet oħrajn. Dr Refalo qal li “l-istrateġiji Ewropej dwar il-Bijodiversità u Farm to Fork fil-qalba talGreen Deal Ewropew iħarsu lejn bilanċ ġdid u aħjar bejn in-natura, is-sistemi tal-ikel u l-bijodiversità, biex jipproteġu s-saħħa u l-benesseri tal-poplu tagħna u fl-istess ħin biex iżidu l-kompetittività u r-reżiljenza.”
Cyrus Engerer ġie elett bħala Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Laburista, flok Miriam Dalli li ħadet post fil-Parlament Malti wara co-option b’riżultat tar-riżenja tad-Deputat Etienne Grech. Fl-elezzjoni każwali li saret nhar il-Ħamis filgħodu, fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, Engerer ġabar l-akbar ammont ta’ voti mis-37,127 vot li kellhom jitqassmu fost is-seba’ nomini li ntefgħu. Dawn kienu ta’ Felix Busuttil Galea, Josef Caruana, Cyrus Engerer, Mary Gauci, James Grech, Robert Micallef u Lorna Vassallo. It-taqtigħa għall-post battal kienet l-aktar bejn Engerer u Caruana li wirtu l-akbar ammonti u kienu separati minn madwar 2,000 vot fil-proċess. Din kienet l-ewwel elezzjoni każwali f’Elezzjoni għall-Parlament Ewropew li l-għadd tagħha sar b’mod elettroniku. Mal-eżitu tal-elezzjoni każwali, Engerer irrimarka kemm hu kruċjali li l-Membri Parlamentari Ewropej jiġbdu ħabel wieħed. Qal ukoll li jixtieq ikompli jaħdem fuq dak li bdiet Miriam Dalli fis-settur tal-ambjent u dak tad-drittijiet ċivili. Fi stqarrija fejn feraħ lill-MEP ilġdid, il-Partit Laburista tenna li Engerer hu gradwat fil-Liġi Ewropea, Politika u Ekonomija mill-Università ta’ Malta u b’Masters fil-Politika Ewropea mill-Kulleġġ tal-Ewropa fil-Belgju. Minbarra hekk, bejn l-2014 u l-2019, Engerer serva bħala l-mibgħut tal-Prim Ministru f’istituzzjonijiet Ewropej, fejn waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mexxa n-negozjati f’isem il-Kunsill mal-Parlament Ewropew. Sa minn Jannar tal-2020 hu kien konsulent strateġiku ewlieni fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar. Hu wkoll attivist għad-drittijiet ċivili u kien fuq quddiem f’diversi kampanji f’Malta li xprunaw l-introduzzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ċivili.
09
08.11.2020
MAL-€150,000 LILL-INSPIRE Il-Fondazzjoni Inspire qed tgawdi minn għotja ta’ madwar €150,000 f’fondi mill-Operational Assistance Scheme, skema li tħabbret f’Ġunju li għadda bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika tal-Gvern biex jikkumpensa għad-diffikultajiet finanzjarji li ffaċċjaw l-għaqdiet volontarji fl-isfond tal-pandemija tal-COVID-19. Waqt li żar il-faċilitajiet tal-Fondazzjoni f’Marsaskala minn fejn toffri s-servizzi varji tagħha lil mijiet ta’ adulti u tfal bi bżonnijiet speċjali, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li l-Gvern qed juri biċ-ċar kemm l-għaqdiet volontarji huma importanti għall-pajjiż. “Illum għandna diversi għaqdiet li jimpjegaw magħhom nies li huma speċjalizzati f’diversi oqsma, xogħol li jikkumplimenta dak li qed jagħmel ilGvern fis-settur soċjali. B’hekk, l-ispiża rikurrenti tagħhom hi konsiderevoli. B’din l-għotja se ngħinu lil din l-għaqda tkompli topera,” saħaq Grima, li spjega li din l-iskema hi l-akbar investiment dirett li qatt sar fis-settur volontarjat. L-Inspire tipprovdi servizzi edukattivi, terapewtiċi u ta’ divertiment lil mijiet ta’ persuni b’diversi diżabilitaji-
et biex jiżviluppaw il-ħiliet neċessarji. F’Marzu li għadda, il-Fondazzjoni qalbet il-programmi tagħha online biex tiżgura l-kontinwità tal-kura għall-utenti, waqt li riċentement intlaqgħu lura fil-bini f’konformità mad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa. Minbarra xogħlijiet fil-bini biex jiġi żgurat użu aħjar tal-ispazju, il-Fondazzjoni bdiet proġett maġġuri b’investiment ta’ aktar minn €230,000, biex tbiddel is-sistema tattisħin tal-pixxina tal-idroterapija. Il-Kap Eżekuttiv tal-Inspire Antonello Gauci qal li din is-sena kienet ta’ sfida kbira għall-Fondazzjoni, bl-isfidi finanzjarji li din il-pandemija globali kkawżat. Waqt din iż-żjara, tnieda wkoll il-Premju Nazzjonali tal-Volontarjat li jagħti rikonoxximent lis-servizzi mill-voluntieri u l-organizzazzjonijiet volontarji fi ħdan il-komunità f’diversi oqsma. Dan il-premju nazzjonali jingħata lil voluntier individwali li jkun ikkontribwixxa fi kwalunkwe qasam, bħal dak soċjali u umanitarju, u hu kkumplimentat minn tliet premjijiet oħrajn, il-Premju għall-Volontarjat taż-Żgħażagħ, il-Premju għall-Organizzazzjoni Volontarja u l-Premju għall-Volontarjat Korporattiv.
10
08.11.2020
IR-REĠINA B’NOSTALĠIJA TAŻ-ŻMIEN SABIĦ F’MALTA L-AĦĦAR XHUR TAL-PANDEMIJA SERVEW GĦAL IŻJED ĦIN FLIMKIEN GĦALL-KOPPJA RJALI BRITTANIKA, L-EWWEL DARBA MINDU KIENU JGĦIXU F’VILLA GUARDAMANGIA MAS-70 SENA ILU Għall-ewwel darba f’madwar 70 sena, ir-Reġina Eliżabetta II sabet ħin biżżejjed xi tqatta’ ma’ żewġha l-Prinċep Filippu, grazzi għall-miżuri ta’ prevenzjoni minħabba l-pandemija talCOVID-19. Jirriżulta li l-aħħar darba li l-koppja rjali setgħu
jgawdu daqstant lil xulxin kien meta kienu jgħixu f’Villa Guardamangia f’Malta bejn l-1949 u l-1951. Skont ir-Reġina nnifisha dak kien fost l-isbaħ żmien f’ħajja “normali” fejn hi u żewġha, li kien stazzjonat f’Malta bħala
parti mis-servizz militari tiegħu, gawdew lil xulxin anke għall-kwiet tal-ġnien tal-istess villa li hi wkoll għenet fiddisinn tiegħu. Dak iż-żmien f’Malta, Eliżabetta kienet għadha Prinċipessa. Jingħad li l-aħħar seba’ xhur li għaddew fil-pandemija qanqlu n-nostalġija fir-Reġina għal ftit ħin maqtugħa mill-impenji rjali tagħha, simili għaż-żminijiet sbieħ f’Villa Guardamangia fejn kienet tqatta’ l-iżjed il-ħin ta’ filgħodu tagħmel xogħol ta’ ġardinaġġ u filgħaxija tgawdi lill-maħbub tagħha d-Duka ta’ Edinburgh. Fl-20 ta’ Novembru li ġej se jaħbat it-73 anniversarju miż-żwieġ tal-koppja rjali, li kien seħħ f’Westminister Abbey, Londra.
Kumbinazzjoni, din is-sena Villa Guardamangia nxtrat mill-Gvern Malti bl-iskop li tiġi ppriservata bħala patrimonju kulturali Malti u issa tinsab f’idejn Heritage Malta bilħsieb, li wara restawr intensiv, tinbidel f’mużew tal-istorja tar-relazzjonijiet bejn Malta u r-Renju Unit, li jinkludu wkoll id-diversi żjarat tar-Reġina f’Malta. Minbarra hekk, il-villa għad fiha numru ta’ oġġetti li kienu jintużaw mir-Reġina u għalhekk dawn ikomplu jagħtu valur storiku lil din il-proprjetà. Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, il-gazzetta Ingliża The Mail on Sunday irrapportat kif ir-Reġina ħarbet mir-restrizzjonijiet imposti bil-COVID-19 fil-Kastell ta’ Windsor biex tqatta’ tmiem il-ġimgħa twil mal-Prinċep Filippu f’Wood Farm, f’Sandringham. Wara li rritornat għall-impenji rjali, ir-Reġina kienet maqtugħa mid-Duka għall-aħħar xahar, iżda l-ġimgħa l-oħra ħadet l-opportunità biex tivvjaġġa sa Wood Farm biex tkun ma’ żewġha eżatt qabel ir-Renju Unit ingħalaq f’lockdown u kienet mistennija terġa’ titlaq lura għax-xogħol fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Id-Duka, li għandu 99 sena, ilu jgħix f’din il-farmhouse modesta f’Norfolk mindu faqqgħet il-pandemija u mindu rtira mill-ħajja rjali tiegħu fl2017. Ir-residenza, li hi nieqsa minn ħafna formalitajiet irjali, hi meqjusa wkoll bħala l-ħarba
ideali tar-Reġina mill-impenji tagħha u saħansitra ġieli ssajjar hi. Minkejja dan, f’Marzu li għadda l-Prinċep telaq biex jingħaqad mar-Reġina f’Windsor fejn qattgħu erba’ xhur flimkien taħt miżuri speċifiċi li ġew addottati. Ir-residenza fil-fatt ġiet imlaqqma l-“HMS Bubble”. It-tnejn ukoll kellhom vaganza f’Awwissu li għadda, iżda qattgħu ħesrem l-għaxar ġimgħat tas-soltu fl-Iskozja minħabba li r-restrizzjonijiet hemmhekk kienu jillimitaw iż-żjarat minn qraba u ħbieb. The Mail on Sunday qalet li d-Duka mbagħad ried jirritorna f’Wood Farm u, f’mossa mhux tas-soltu, ir-Reġina ddeċidiet li tingħaqad miegħu qabel irritornat f’Windsor waħedha fil-bidu ta’ Ottubru. Il-ħsieb tagħha kien li tivvjaġġa bejn Norfolk, Windsor u Buckingham Palace fejn ikollha l-impenji uffiċjali tagħha, iżda jidher li dan ma kienx possibbli bil-għan li tinżamm l-integrità tal-“Bubble”, fejn il-ħaddiema jridu jiżolaw lilhom infushom għal ġimagħtejn qabel ikunu jistgħu jservu lir-Reġina ta’ 94 sena. Nhar il-Ħamis li għadda, ir-Renju Unit irritorna għal lockdown u restrizzjonijiet oħrajn kawża tal-livell għoli ta’ infezzjonijiet. Il-Ħadd li għadda kienu rreġistrati iżjed minn 23,000 każ ġdid pożittiv fil-pajjiż.
11
08.11.2020
ILLUM JUM IT-TIFKIRA ...BI PREKAWZJONI Jum it-Tifkira, li hu ċċelebrat fil-pajjiżi kollha tal-Commonwealth, f ’ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ Gwerer Dinjin, se jkun imfakkar f ’Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali permezz ta’ Festivals Malta llum il-Ħadd. Għal din l-okkażjoni se jkun hemm quddiesa fid9:30 a.m. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna, li tixxandar b’mod dirett fuq TVM 2. Qabel il-quddiesa, il-President tar-Repubblika George Vella jispezzjona Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta’ Malta, bis-sehem ukoll ta’ Banda limitata tal-Forzi Armati. Fil-10.40 a.m. issir ċerimonja ta’ tifkira ħdejn il-Monument tal-Gwerra, fil-Furjana, fejn jitqiegħdu kuruni mal-Monument tal-Gwerra mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u persuni distinti. Din is-sena dawk li se jpoġġu kuruna qed ikunu limitati biex fi kwalunkwe ħin ikunu konformi mal-miżuri li qed jittieħdu fis-sitwazzjoni. Il-Forzi Armati u kontinġent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja tal-Unur matul iċ-Ċerimonja tat-Tqegħid ta’ Kuruni. Minħabba ċ-ċirkostanza preżenti, il-kontinġenti se jkunu ridotti għal numru minimu. Minbarra hekk, is-sehem tal-veterani tas-servizz se jkun limitat biss għal preżentazzjoni tal-istandardi akkumpanjati minn żewġ rappreżentanti tal-organizzazzjoni rispettiva. Dawk l-għaqdiet l-oħrajn li s-soltu
kienu jakkumpanjaw il-kontinġenti tal-veterani tasservizz din is-sena qed jintalbu biex ma jiħdux sehem. Il-Kumitat Festi Nazzjonali jħeġġeġ lill-pubbliku inġenerali biex jagħmel bħal pajjiżi oħrajn tal-Commonwealth u jfakkar il-vittmi b’mod remot bħala rispett u osservanza għal dawk li ssagrifikaw
Il-Kumitat Festi Nazzjonali jħeġġeġ lill-pubbliku inġenerali biex jagħmel bħal pajjiżi oħrajn tal-Commonwealth u jfakkar il-vittmi b’mod remot bħala rispett u osservanza għal dawk li ssagrifikaw ħajjithom matul iż-żewġ Gwerer Dinjin
ħ a j j i t hom matul iżżewġ Gwerer Dinjin. Bħas-soltu, l-appell tradizzjonali ta’ Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk ilMaltin li kienu fis-servizzi u lid-dipendenti tagħhom, isir fl-istess perjodu ta’ żmien.
12
08.11.2020
ID-DIŻABILITÀ, L-ISFIDI U L-GVERN
MATTHEW CHETCUTI
Partit Laburista kien u għadu l-partit li jaħseb fil-minoranza, u jaħdem sabiex dawn il-minoranzi jkunu inklużivi. M’għadniex ngħixu f’pajjiż fejn persuni b’diżabilità u persuni bi problemi mediċi oħra jitħallew imsakkrin fil-kantina. Dan mhux talli m’għadux jiġri, talli l-Gvern Laburista dejjem ħadem favur ħajja indipendenti għal kullħadd. Nisimgħu ħafna bil-kelma inklużjoni. Din il-kelma tfisser xi ħaġa sempliċi ħafna. Tfisser li persuna tidra u titgħallem tgħix bl-isfidi li jista’ jkollha. B’hekk tasal sabiex tgħix ħajja indipendenti skont ix-xewqat u l-aspirazzjonijiet tagħha. Bħala persuna b’diżabilità, minn ċkuniti ħdimt sabiex ngħix ħajja indipendenti u b’hekk nista’ nkun inkluż f’diversi aspetti tal-ħajja. Nemmen li dan tasal għalih bi proċess maqsum fi tliet fażijiet: Familja u ħbieb Dawn huma n-nies li jittrattawk daqs ħaddieħor iżda, ikunu ta’ spalla għalik u b’hekk ikunu qegħdin jimbuttawk biex timxi ’l quddiem. Minn dejjem sibt is-sapport tal-ġenituri tiegħi sabiex b’eżerċizzji frekwenti ntejjeb il-limitazzjonijiet tiegħi. Huma dejjem għallmuni l-importanza li naċċetta d-diżabilità tiegħi u nitgħallem ngħix biha. Fil-fatt, bħal kull tifel ieħor,
Anomalija li tinkwetani ħafna hija l-problema li wieħed jaffaċċja meta jiġi biex ikollu polza ta’ assigrazzjoni tal-ħajja meta jkollu diżabilità jew kundizzjoni medika u b’hekk jitwaqqaf jew ikollu problema kbira biex jieħu self fuq xiri ta’ dar
kont immur l-iskola, għamilt 12-il sena fl-iscouts, noħroġ ma’ sħabi b’mod regolari u, bħalma għamlu tfal oħra, mhux l-ewwel darba li dħalt f’xi bawxata. Dawn l-esperjenzi kollha, flimkien ma’ dawk tal-preżent, wassluni sabiex illum għandi ħajja kkulurita b’familja u ħbieb li għadhom jagħmluli kuraġġ sal-lum. Edukazzjoni u xogħol Huwa importanti li kull ċittadin ikollu opportunità li jirċievi l-edukazzjoni u b’hekk ikun jista’ jsarrafha f’xogħol meta jikber. Permezz tal-edukazzjoni u x-xogħol, persuna tikseb id-dinjità u s-sostenn finanzjarju. F’dawn l-aħħar seba’ snin, il-Gvern ħadem ħafna fuq linklużjoni mil-lat finanzjarju. Dan seħħ b’miżuri inklużivi
Huwa importanti li kull ċittadin ikollu opportunità li jirċievi l-edukazzjoni u b’hekk ikun jista’ jsarrafha f’xogħol meta jikber. Permezz tal-edukazzjoni u x-xogħol, persuna tikseb id-dinjità u s-sostenn finanzjarju
f’baġits preċedenti, fosthom, l-allowance tad-diżabilità lil min jaħdem, l-allowance daqs paga minima lil min ma jistax jaħdem, skema tas-second time buyers, kif ukoll 10 djar residenzjali fil-komunità. Dawn wasslu sabiex illum il-ġurnata ħafna persuni b’diżabilità għandhom sostenn finanzjarju tajjeb sabiex jibnu ħajjithom. Futur indipendenti Iż-żewġ punti li semmejt qabel iwassluk sabiex ikollok futur. Personalment, dejjem xtaqt li jkolli familja. Meta tibda familja, jibda jinħass ukoll ilbżonn li wieħed isib residenza fejn jgħix. Jien wasalt fi stadju tal-ħajja fejn qiegħed f’relazzjoni u, fil-futur qrib, se nibdew infittxu residenza biex verament ikun possibbli għalina ngħixu flimkien b’mod indipendenti. Anomalija li tinkwetani ħafna hija l-problema li wieħed jaffaċċja meta jiġi biex ikollu polza ta’ assigurazzjoni talħajja meta jkollu diżabilità jew kundizzjoni medika u b’hekk jitwaqqaf jew ikollu problema kbira biex jieħu self fuq xiri ta’ dar. Normalment ikun hemm tliet sitwazzjonijiet li jwasslu għal din il-problema: 1. Fil-polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja li ma tkoprix il-parti problematika. 2. Il-ħlas tal-polza (premium)
ikun bejn wieħed u ieħor erba’ darbiet ogħla min-normal. 3. Jirrifjutaw li jagħtuk polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja kompluta. Bħala persuna b’diżabilità nemmen li pajjiżna wasal fi stadju li jibda jaħdem fuq problemi li mhumiex monetarji jew jissolvew bil-flus. Biex nittrattaw dawn is-sitwazzjonijiet b’mod adegwat, nemmen li għandna nibdew nittrattaw lill-persuni b’diżabilità jew bi problemi mediċi oħra daqs kull ċittadin ieħor, u mhux bħala xi ħadd ‘speċjali’ jew ‘miskin’. Persuna b’diżabilità tgħaddi mill-fażijiet tal-ħajja, kollha, biss kultant ikollha bżonn ftit aktar għajnuna. Fl-opinjoni tiegħi, dan jista’ jsir b’aktar għarfien lill-poplu Malti fuq diżabilitajiet u kundizzjonijiet differenti sabiex min qatt ma kellu esperjenzi personali jifhem li dawn jistgħu jkunu problemi li mhux bilfors jidhru. Pereżempju, persuni b’nuqqas intellettwali. Nemmen ukoll li għandha tibda ssir distinzjoni ċara bejn persuna b’diżabilità kkawżata minn kundizzjoni u persuna b’diżabilità kkawżata minn kundizzjoni medika. Qed ngħid dan bl-ebda diżrispett, iżda għax nemmen li l-għajnuna u s-soluzzjonijiet għandhom ikunu differenti. Eżempju fattwali ta’ dan huwa bħall-każ tiegħi li jien persuna bil-kundizzjoni
tas-Cerebral Palsy. Din il-kundizzjoni tiġi kkawżata minn problema waqt il-ħlas jew eżatt wara, iżda mhix problema medika. Min ikollu kundizzjoni bħal tiegħi, b’ħafna eżerċizzju u bi ftit tbatija, isir aktar indipendenti u fortunatament qatt ma jista’ jiggrava jew ikollu problemi mediċi relatati oħra. Dan jiddistingwi d-diżabilità tiegħi u ta’ oħrajn minn dawk id-diżabilitajiet ikkawżati minn problemi mediċi bħal meta persuna jkollha bżonn trapjant. Sfortunatament, kundizzjonijiet mediċi jistgħu jwasslu sabiex issaħħa tagħhom tiggrava b’tali mod li jnaqqsu mill-abbiltajiet tagħhom. Waqt l-indirizz pubbliku li għamel il-Prim Ministru Robert Abela nhar il-Ħadd li għadda, irrikonoxxa din l-anomalija tal-life insurance u wiegħed li, fil-futur qrib, ilGvern ser ikun qed jindirizza din il-problema. Jiena konxju li s-CRPD flimkien ma’ xi Membri Parlamentari ilhom għal dawn l-aħħar tliet snin jaħdmu fuq metodu sabiex din l-anomalija tissolva u b’hekk għal darb’oħra l-Partit Laburista reġa’ kien strumentali fuq l-inklużjoni sħiħa. Il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela qed jikkonferma li l-futur tiegħi huwa possibbli u garantit bħal ta’ kulħadd. Il-ħolma tiegħi ma tibqax biss ħolma iżda ssir realtà.
13
08.11.2020
ALLEGAZZJONIJIET
GLENN BEDINGFIELD Whip għall-Gvern
Kemm nisimgħu diskors u allegazzjonijiet? Minn daqshekk lin-Nazzjonalisti ma jirbħilhom ħadd. Għax-shows l-ewwel jieħdu. Matul is-snin, u mhux fl-aħħar snin biss, inqdew b’għadd ta’ allegazzjonijiet li ġieli twemmnu min-nies. Fortunatament illum il-poplu qed jagħraf x’inhuma u dera li man-Nazzjonalisti allegazzjonijiet biss, provi xejn. Tiftakruh lil Eddie Fenech Adami fl-aħħar jum tal-kam-
panja elettorali tal-2033 waqt id-dibattitu jiponta subgħajh lejn Alfred Sant u jgħidlu int kont responsabbli biex ma ħallejtx lit-tifel tiegħi jidħol l-Università. Imbagħad sirna nafu li kienet gidba. Qajla jimpurtahom, ġaladarba dik l-allegazzjoni serviet il-ħtieġa tagħha. U ftit tagħmel differenza meta jkunu fil-Gvern jew fl-Oppożizzjoni. Però meta jkunu fl-Oppożizzjoni qishom jisfrenaw u jibdew ifajru bl-addoċċ. Kif nistgħu ninsew lil Simon Busuttil? Allegazzjonijiet galore u għadu ma ġabx prova waħda li hija waħda tal-allegazzjonijiet li għamel. Simon m’għadux hawn. Illum, flimkien ma’ sħabu qiegħed jikkontrolla lil Bernard Grech permezz ta’ kollegi Parlamentari bħal Jason Azzopardi li hu nnifsu mhux ġdid għall-allegazzjonijiet. Għaxshows ma jirbħilhom ħadd. L-aħħar minn sensiela ta’ allegazzjonijiet li għamel Jason Azzopardi tirrigwarda stqarri-
ja li ċertu Vince Muscat għamel waqt li qiegħed jipprova jikseb maħfra mill-każ li jinsab akkużat bih, l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Muscat, li hu wkoll magħruf bħala l-Koħħu allegatament huwa involut f’għadd ta’ atti kriminali oħra fosthom hold-up 10 snin ilu fil-kwartieri tal-HSBC. Serqa li sfaxxat minħabba l-intervent f’waqtu tal-Pulizija li sfaw fil-mira tal-ħallelin. X’għandu x’jaqsam Jason Azzopardi f’dan kollu? Id-Deputat tal-PN huwa l-Avukat tal-familja Caruana Galizia u qed jidher għalihom parte ci-
vile fil-kawża kontra Muscat. Madankollu, ħass li kellu jirrepeti fil-pubbliku dak li skont hu Muscat allega mal-Pulizija. Azzopardi, li għax-show ma jirbaħlu ħadd kompla jagħti kulur dak li allegatament qal l-akkużat, meta qal li Muscat semma Ministru Laburista li mhux Avukat li hu involut filhold-up fuq l-HSBC. Minn rapport fil-midja, għaliex il-midja dlonk qabżet fuq din l-istorja, ma taqbilx ma’ dak li qal Azzopardi. X’inhi l-verità? Ma nafux. Għax ħadd ma jaf x’qal Muscat lill-Pulizija, imma l-aqwa
Simon m’għadux hawn. Illum, flimkien ma’ sħabu qiegħed jikkontrolla lil Bernard Grech permezz ta’ kollegi Parlamentari bħal Jason Azzopardi li hu nnifsu mhux ġdid għall-allegazzjonijiet
li Jason Azzopardi għamel allegazzjoni ‘sensazzjonali’ biex jagħmel ħsara lill-Parti Laburista, mingħalih. Jew jagħmel ħsara lill-Pulizija wkoll? Għaliex wieħed jistaqsi, imma x’interess għandu Jason Azzopardi jagħmel dawn l-allegazzjonijiet? Minkejja li seta’ espona lilu nnifsu għal ksur tal-liġi kriminali bi ksur tal-Artiklu 133 tal-Kodiċi Kriminali, ma smajna lil ħadd li kkundanna l-allegazzjonijiet li għamel. Hekk sew ikollna Avukat prominenti li jagħmel allegazzjonijiet serji u jitħalla għaddej? Fejn hi l-Kamra tal-Avukati? Kif il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja mhi tagħmel xejn dwar dan? M’iniex se nsemmi lill-Kummissarju għall-Istandards filĦajja Pubblika, għaliex naturalment mhux se jidħol fiha. Mhux hekk! Imnalla li n-nies illum qed tagħraf x’inhuma n-Nazzjonalisti. Allegazzjonijiet biss. Shows biss. Paroli.
GĦAŻIŻ MATTEO jietna. Dan it-ton arroganti ta’ “Kif tista’ ma tivvutax lill-Partit Laburista, ma tħobbux, ma tadurahx, wara li ġabkom daqsna?” Id-drittijiet tagħna ma niddejnux għalihom, ma jiġux mogħtija jew meħuda. Id-drittijiet tagħna kienu tagħna sa mill-bidu u kienu ta’ qabilna li kellhom jgħixu u jħobbu fil-moħbi. Il-Gvern jista’ biss jirrikonoxxi dawn FELIX BUSUTTIL GALEA id-drittijiet u ta’ dan ċapċapna. Kandidat Ċapċapna mhux bħala forma ta’ ħlas imma b’sens ta’ rikonoxximent lura. Huwa l-ħsieb ta’ ħafna li dan iċ-ċapċip kellu Fuq pjattaforma ta’ midja soċ- jissarraf f’lealtà perpetwa. jali riċentement, ċertu Matteo Pullicino kiteb hekk: U nirrispondi: “Il-komunità queer mhix xi kumpanija taż-żfin ta’ taħt Għażiż Matteo – xtaqt li kieku it-tmexxija ta’ Felix Bużullot- nirrispondik wiċċ imb wiċċ ti li nbusu sieq Joseph Mus- anke jekk bi kliemek pruvajt cat jew it-tmexxija Laburista twaqqa’ lili, il-karriera tiegħi preżenti għax jagħmel hekk (li ma għandha x’taqsam xejn hu. Għadni kif nara porkerija mal-politika u t-twemmin li ta’ status li jgħid: “Kull persu- nħaddan) u l-kumpanija tiegħi na LGBT li bis-saħħa tiegħek fejn fosthom jinsabu ħafna setgħet tiżżewweġ il-maħbub Nazzjonalisti li ma jħalltux tagħha... u ħafna oħrajn, is- dak li jagħmlu fil-ħajja privaellmulek Joseph Muscat...” ta u l-ħin liberu tagħhom ma’ Id-drittijiet tagħna mhumi- xi kulur politiku. Ħlift meta ex hemm biex jixxejru qabel lbist il-kappell politiku li ma elezzjoni jew biex jaħslu idejn nirrispondix persuni li jinsuPilatu. La kellhom post fid-dis- lentawni b’xi mod u bla ebda kors tar-riżenja tiegħu u lan- sens u jippruvaw iħammġu qas għandhom post issa biex l-integrità u l-karattru tiegħi. jiġi kkanonizzat bħala l-ħaruf Però missejt suġġett għal qail-ġdid li ssallab għal dritti- lbi ħafna u ma stajtx nibqa’
sieket u ma nwiġbekx bl-ikbar rispett lejk. Mingħajr ma nkun patronizzanti. Meta Joseph Muscat stidinni (u dan qabel ma sar Prim Ministru) sabiex niddiskutu fost suġġetti oħra l-inviżibilità tal-komunità LGBTIQ f’Malta u f’Għawdex (u din kienet inviżibbli għal iktar minn 20 sena), jien aċċettajt u minn konverżazzjoni li kellha tieħu nofs siegħa spiċċajna nitkellmu xi sagħtejn. Ftaħt qalbi miegħu u semagħni f’isem il-Partit Laburista. Probabbli l-età tiegħi hi d-doppju jew xi ftit iktar u bħal ħafna bħali li twieldu fis-sittinijiet u għexu l-ħajja gay madwar it-tmeninijiet kienet ferm differenti minn dik li nafu biha llum. Int probabbli ma esperjenzajtx li tinħeba wara xi tieqa ta’ bar f’Paceville għax jekk jarawk hawnhekk malajr tiġri l-kelma u taqla’ daqqiet ta’ ħars
ikrah, xi kelma jew aktar dispreġjattivi u jgħajjruk fuq ilpost tax-xogħol. Int ma rajtx lil sħabek imutu bħad-dubbien b’marda kiefra waħedhom mimlijin kankru fuq laħamhom għax l-AIDS kienet il-kastig t’Alla fuq l-omosesswali. U kont tibża’ tmiss ma’ dak jew mal-ieħor għax tiġi infettat – u li tqum matul il-lejl bil-moħbi tal-familjari tiegħek waqt maltempata qalila sabiex jeħdulek id-demm l-Isptar Boffa sabiex tara kemm għandek xhur ħajja għax se tmut imġiddem. Int forsi ma rajtx lill-ħabib tiegħek imxengel mejjet malfann tal-kċina għax ma sabx sapport anzi sab biss disprezz minn familtu. U int forsi ma kellekx taħbi relazzjoni ta’ 20 sena bla ebda liġi li tipproteġiha jew bla ebda tama jew dritt (għax semmejthom ħafna d-drittijiet) li quddiem sala nies tgħid lid-dinja kollha
Ma kont qatt inviżibbli. Int issa tista’ jkollok familja. Tista’ tiżżewweġ. Tista’ jkollok tfal adottati. Malta llum magħrufa bħala n-numru wieħed għad-drittijiet LGBTIQ
li iva dan ir-raġel hu l-maħbub tiegħi u hawn hu ċ-ċurkett li jixhed din l-imħabba kollha. Il-platt sibtu lest. Ma kont qatt inviżibbli. Int issa tista’ jkollok familja. Tista’ tiżżewweġ. Tista’ jkollok tfal adottati. Malta llum magħrufa bħala n-numru wieħed għad-drittijiet LGBTIQ. Matteo bħali u bħal ħafna aħna xortina tajba u tajba ħafna – meta ħafna kienu kontrih Joseph f’isem il-Moviment Soċjalista qabeż għalik. Anke meta ħaddieħor bħal Pilatu ħasel idejh għax ġie jaqa’ u jqum minnek. U probabbli taħseb hekk għax tieħu dawn id-drittijiet for granted. Bħall-ilma li jinżel mill-vit. Bħall-arja li tgħix biha. Bħal-libertà li tħaddan. Imma xejn minn dawn ma huma for granted. La l-ilma. La l-arja. La l-libertà. U lanqas id-drittijiet ċivili. Jien ċapċapt mhux għax Laburist – jien ċapċapt u għadni nċapċap mhux għax dawn id-drittijiet huma dovuti lejja – jien ċapċapt għax wara 40 sena ta’ dlam Malti jien sirt ngħid li jien gay u kburi li jien gay – u li issa nilbes ċurkett u l-ID Card tiegħi tgħid li miżżewweġ - u dan iva, grazzi lill-Gvern Laburista. Ċapċapt mhux għax buffu imma għax naf ngħid grazzi minn qalbi u bid-dmugħ f’għajnejja.
14
08.11.2020
TRIQ ALDO MORO
Il-pont fi Triq Aldo Moro hu twil 59 metru u b’kollox jaqsam fuq 10 korsiji, bejn żewġ torrijiet u pilastru fin-nofs. Dan il-pont, li jiżen 70 tunnellata u nħadem b’140 biċċa tal-azzar, se joffri aċċess bit-taraġ jew bil-lift.
ŻEWĠ PONTIJIET OĦRAJN GĦALL-MIXI JEW BIR-ROTA Infrastructure Malta qed tagħmel l-almu tagħha biex tiffaċilita l-ħajja għal min hu diġà mdorri ma jagħmilx użu mill-karozza għal kull ħaġa ta’ xejn u tħajjar oħrajn jagħmlu l-istess. Meta tippjana proġett, kull fejn ikun possibbli, tinkludi wkoll infrastruttura għal min juża mezzi alternattivi biex jivvjaġġa. Il-bini ta’ pontijiet pedonali aċċessibbli għal kulħadd huma fost il-faċilitajiet ġodda li l-aġenzija qed tinvesti fihom biex it-toroq tagħna jkunu aktar siguri u aktar komdi għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja, iħobbu jimxu jew isuqu r-rota. Dawn l-istrutturi jiffaċilitaw l-ivvjaġġar f’ambjent li ma jkunx ta’ periklu billi taqsam minn fuqhom biex tmur minn naħa għal oħra f’żoni traffikużi. Dawn il-faċilitajiet joħolqu spazji aktar siguri biex aktar persuni jitħajru jivvjaġġaw minn post għal ieħor b’mezzi aktar sostenibbli li jagħmlu
inqas ħsara lill-ambjent, minflok jużaw ilkarozza privata. Wara l-pontijiet ġodda ta’ Blata l-Bajda u ta’ Vjal l-Avjazzjoni f’Ħal Luqa, fil-jiem li għaddew Infrastructure Malta poġġiet f’posthom żewġ pontijiet oħrajn bħala parti mill-Marsa Junction Project. Wieħed mill-pontijiet jaqsam minn fuq Triq Aldo Moro, fil-Marsa u l-ieħor minn fuq Vjal Sir Paul Boffa, bejn Raħal Ġdid u l-Marsa. Minn fuqhom se jkun hemm aċċess għal ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, il-Qasam Industrijali tal-Marsa, il-Marsa Sports Grounds, Albert Town, Is-Salib tal-Marsa, faċilitajiet ta’ park & ride u waqfiet għall-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-inħawi. Fi ftit tal-jiem oħra se jinfetaħ ukoll il-pont ta’ Kordin waqt li l-aġenzija diġà għandha ppjanati żewġ pontijiet għall-Imsida Creek Project u pont ieħor fi Triq it-Tiġrija, fil-Marsa.
VJAL SIR PAUL BOFFA
15
08.11.2020
€355,000 INVESTITI F’RESTAWR U TISBIĦ TAT-TORRI TAX-XLENDI
Il-pont fi Vjal Sir Paul Boffa hu twil 32 metru u jaqsam fuq erba’ korsiji. Bi 82 biċċa tal-azzar, din l-istruttura tiżen 46 tunnellata.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi żaru t-Torri tax-Xlendi fejn ħabbru li għadu kif beda l-proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ dan it-torri, b’valur ta’ €355,000 b’fondi Ewropej. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li r-restawr u t-titjib tas-siti turistiċi u storiċi kien u se jibqa’ prijorità għal dan il-Gvern. Huwa spjega kif “it-Torri tax-Xlendi, li nbena fl-1650 mill-Università ta’ Għawdex, kien ilu mitluq għal diversi snin u għalhekk ħassejna l-bżonn li jiġi restawrat għallistat oriġinali tiegħu. Permezz ta’ dan il-proġett, se nkunu qed nippreservaw binja storika importanti ġewwa Għawdex u nżidu mal-prodott turistiku li joffri Għawdex.” Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li l-Ministeru għal Għawdex jibqa’ kommess li jinvesti fil-potenzjal tal-Gżira Għawdxija, b’ħidma li twassal għal aktar proġetti ta’ tisbiħ u investimenti ġodda. Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi spjega kif €355,000 huma kofinanzjati b’fondi Ewropej li se jkopru r-restawr tat-torri. Hu qal li l-preservazzjoni ta’ binjiet storiċi hija essenzjali biex uliedna jkunu jistgħu jgawdu dak li ħallewlna missirijietna. Is-Segretarju Parlamentari qal li “permezz ta’ dan il-proġett, se nkunu wkoll qed insaħħu l-prodott turistiku Għawdxi, hekk kif se ntejbu t-turiżmu kulturali biex nattiraw turist ta’ kwalità.” Wara li jitlesta r-restawr tat-Torri tax-Xlendi, se jsir interpretation centre fit-Torri stess li se joffri informazzjoni dwar l-irwol militari li kellu dan it-torri taħt il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Ladarba l-proġett tat-Torri tax-Xlendi jkun lest, hu stmat li jżuruh madwar 10,000 persuna fis-sena.
16
08.11.2020
INVESTIMENT FIL-ĠUSTIZZJA
EDWARD ZAMMIT LEWIS Ministru
Bħala Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, ilbieraħ ħabbart il-bidu ta’ proġett li jinvolvi l-binja ta’ Uffiċini Legali biswit il-qrati tal-ġustizzja fi Triq id-Dejqa l-qorti. Dawn l-uffiċini huma parti minn investiment talGvern fil-qasam tal-ġustizzja. Dan l-investiment huwa rifless tal-ewwel għan tiegħi fil-ħidma li qed inwettaq
kuljum, liema għan huwa li nżomm iċ-ċittadin fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħi u sabiex nagħtu aċċess għall-qrati tagħna mill-aktar wiesa’. Insostni li l-proċessi ġudizzjarji għandhom isiru mingħajr telf ta’ żmien. Dan ħa jkun aktar possibbli permezz ta’ dan l-investiment li minnu ħa jgawdu ċ-ċittadini, kif ukoll kull min jaħdem fil-qrati tagħna. Investiment ta’ €4.6 miljun L-Amministrazzjoni Abela hija waħda li qed tara li tagħmel il-parti tagħha biex il-Qorti jkollha l-għodda kollha biex ittejjeb il-proċess ġudizzjali. U għalhekk ħabbart dan il-proġett estensiv, proġett li ser jara l-binja tal-Qorti eżistenti tiġi estiża f’binja oħra. Dan kollu se jsir permezz ta’ numru addizzjonali ta’ Awli u uffiċini, fejn se jkun hemm 4 awli ġodda, u 25 uffiċċju ġdid. Dan kollu ħa jammonta għal
investiment ta’ iktar minn €2 miljun. Huwa maħsub li x-xogħol fuq dan il-proġett ikun konkluż madwar sentejn oħra, jiġifieri lejn l-aħħar tas-sena 2022. Tragward ambizzjuz li aħna determinati li nwettquh. Apparti dan l-investiment, Ii bla dubju se jkun qed itejjeb is-servizz li l-ġudikanti se joffru liċ-ċittadin, wieħed jista’ jsejjaħ dan l-investiment proġett kulturali, hekk kif bħala Gvern se nkunu qed nagħmlu użu minn binja abbandunata fil-Belt Valletta, li se titranġa u tiġi rrestawrata mill-ġdid. Wieħed ikompli billi jagħraf li dan l-investiment huwa parti mill-isforzi tal-Gvern sabiex inkomplu ntejbu l-ġustizzja u l-governanza ġewwa pajjiżna. Qed isir pari pasu max-xogħol tal-Gvern f’dak li għandu x’jaqsam il-proċess ta’ riforma kostituzzjonali u istituzzjonali liema proċess diġà beda u ġie
mfaħħar mill-istituzzjonijiet barranin – fosthom, il-Kummissjoni Venezja u l-Kummissjoni Ewropea. Aktar riformi Fost ir-riformi li għamilna bħala Gvern, riformi li mexxejt jien stess, hemm ir-riforma tal-Avukat Ġenerali, l-età tal-irtirar tal-ġudikanti, ilproċess li bih jinħatar il-President tar-Repubblika ta’ Malta u dak tal-Prim Imħallef. Kburi li tul ix-xhur li għaddew mexxejt l-ħidma fuq għadd ta’ inizjattivi, bil-għan li dejjem tiżdied l-effiċjenza tal-istituzzjonijiet tagħna li huma imparzjali u independenti. Waqt li dawn ir-riformi leġiżlattivi huma importanti, tant li permezz tagħhom qed inbiddlu l-kostituzzjoni ta’ pajjiżna, huwa importanti wkoll li nkomplu ninvestu fis-settur ġudizzjarju ta’ pajjiżna anke b’mod tanġibbli
bħalma huwa dan l-investiment. Billi nagħmlu dan aħna ħa nkunu qegħdin naċċertaw li r-riformi li qed nagħmlu jistgħu jidħlu fis-seħħ anke fuq livell ta’ loġistika. Livell loġistiku li mhux biss jinkludi dan l-investiment tanġibbli imma anke permezz ta’ sistema ta’ video teleconferencing li biha persuna tistà tkun preżenti l-qorti mingħajr il-bżonn li tkun hemm fiżikament. Meta ħadt il-ġurament bħala Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, ħadt ġurament li naħdem favur pajjiżna u l-Maltin u l-Għawdxin kollha – huwa dan li jien għamilt kemm ili Ministru u li ħa nibqa’ kommess li nagħmel kull meta nkun mogħti l-fiduċja tal-poplu u dik tal-Prim Ministru. L-Amministrazzjoni Robert Abela ser tibqa’ mfakkra fl-istorja politika ta’ pajjiżna bħala l-Gvern tas-saltna tad-dritt u l-governanza tajba.
B’SAĦĦITNA, NISTGĦU NIMXU ’L QUDDIEM
GEORVIN BUGEJA President FŻL
Il-Maltin u l-Għawdxin se jimxu b’saħħithom ’il quddiem. Għas-sena 2021, il-Gvern ppjana Baġit li se jkompli jwieżen lill-familji u lin-negozji u jinkoraġġihom biex minkejja l-isfidi tal-pandemija, ma jaqtgħux qalbhom. Inissel fihom il-kuraġġ, biex jibqgħu jxammru l-kmiem u jaħdmu biex jaslu għall-ħolm tagħhom. Il-Baġit li tħabbar millGvern Malti f’Ottubru jħares lejn il-futur u jimpenja ruħu biex ikompli jiżviluppa, kif dejjem għamel s’issa taħt Gvernijiet Laburisti. Infakkar kif ħaddieħor fi żmien ta’ kriżi ssikka ċ-ċintorin tal-familji tagħna. Min bata? In-nies. Minflok, id-direzzjoni li ħa l-Gvern taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert
Abela, kienet li jibqa’ jinvesti fin-nies. Iżda din id-deċiżjoni setgħet tittieħed biss minħabba li l-finanzi tal-pajjiż kienu b’saħħithom biżżejjed u għax il-Gvern ma berbaqx il-flus bl-addoċċ. Dejjem ħares lejn x’jista’ jinqala’. Ippjana. Ħaseb. Kien bil-għaqal. Għalkemm għad hawn min qed jittama li malli jdoqqu t-tokki ta’ nofsillejl tal-31 ta’ Diċembru 2020 u nibdew is-sena 2021, dak kollu li esperjenzajna f’din is-sena straordinarja, jisparixxi, u nibdew ktieb ġdid li ma jkollu xejn x’jaqsam ma’ dak li għexna fit-366 jum ta’ qabel, din mhix ir-realtà. Il-pandemija jaf tibqa’ magħ-
na, skont l-effetti u meta jasal il-vaċċin – għalkemm dan jidher li jinsab fil-viċin (mhux immedjat). Dan l-entużjażmu li nħarsu ’l quddiem huwa sentiment li nifhem. Komuni ħafna. Kulħadd jixtieq li jgħix il-ħajja normali tiegħu kif kien qed jgħix mingħajr limitazzjoni jew restrizzjoni u distanzi. U nemmen li għal dan se naslu. Dan l-entużjażmu biex nippreparaw għall-għada, jinħass sa ċertu punt fil-Partit Laburista li din is-sena qed ifakkar il100 sena tiegħu. F’dawn il-ġimgħat kelli l-opportunità li nsir naf nies ġod-
da, b’esperjenzi differenti talħajja li qed jippilotaw l-kunċett ta’ 100 idea ’l quddiem. B’dan il-kunċett, il-Partit Laburista, qiegħed jiġbor 100 idea jew ħsieb li jista’ jimplimenta u jmexxi ’l quddiem. Nhar it-Tlieta 10 ta’ Novembru, flimkien ma’ dan it-tim ħabrieki, il-Forum Żgħażagħ Laburisti se jtella attività bit-tema ‘100 Youth Ideas’. L-għan ta’ din l-attività huwa li niġbru ħsibijiet u ideat differenti ta’ organizzazzjonijiet tażżgħażagħ u żgħażagħ oħrajn. Irridu li nisimgħu u nikkonsultaw. Bl-istess mod li għamilna f’dawn il-ġimgħat dwar il-mozzjoni li l-FŻL ressaq ’il
quddiem fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tiegħu u li se nkunu f’pożizzjoni li nniedu aktar tard din is-sena dwar l-użu personali b’mod responsabbli tal-Kannabis. Sinċerament, f’dawn ilġimgħat ħassejt enerġija sabiħa ta’ tiġdid fil-Partit Laburista. ‘A forward Looking Approach’ li tnisslet u li qed tressaq lejna nies ġodda, b’talenti ġodda u validissimi ħafna. Għandna nassiguraw li nżommu lura milli nibnu l-ħitan u minflok nestendu l-id tal-ħbiberija, anke lejn dawk li ma jaqblux magħna. Dan hu l-Partit tal-imħabba. Ħaddieħor jista’ jdum jedha fittgħajjir, u insulti, li wara jitolbu liċ-ċittadini biex jgħinuhom iħallsu d-danni. Aħna, kull individwu fi ħdan il-Partit Laburista, għandu għal qalbu l-kollettività. L-egoiżmu m’għandux lok f’soċjetà bħal tal-lum u qatt ma kellu postu. Għalhekk ma rridux inħallu dawn l-elementi negattivi jaħkmuna, għalkemm it-tentattivi għalihom huma probabbilment aktar faċli. Dan hu l-għan tal-kunċett ‘100 youth ideas’. Li kemm jista’ jkun inkomplu noħorġu idejna għal aktar persuni, biex nisimgħu aktar. Biex inkunu aktar rappreżentattivi. Biex fl-aħħar mill-aħħar inkomplu mexjin b’saħħitna ’l quddiem.
17
08.11.2020
KUNSILLI LOKALI AKTAR B’SAĦĦITHOM IT-TIELET PARTI
MARIO FAVA
President Sezzjoni Kunsilliera PL
Fl-artiklu tal-ġimgħa l-oħra tkellimt dwar il-bżonn li l-Kunsilli Lokali jsaħħu l-kommunikattiva tagħhom, kemm internament kif ukoll b’ mod estern, mar-resident. Illum se naraw il-viżjoni komuni li nedew il-Kunsilli Lokali kif ukoll l-ewwel minn sensiela ta’ elementi li jħaddmu l-aspett amministrativ tal-Kunsilli Lokali. Viżjoni Komuni Sa ftit tas-snin ilu, ‘Iċ-Ċittadin l-Ewwel’ forsi kienet l-aktar frażi li tagħmel sens imma f’Malta li qed ngħixu fiha llum fejn bejn l-2020 u l-2024 huwa antiċipat li l-popolazzjoni ser tkompli tikber permezz ta’ residenti barranin li qegħdin jgħixu fostna, ir-realtà nbidlet. Din qed iġġib magħha sfidi ġodda imma wkoll opportunitajiet. Nemmnu wkoll li hija wkoll ir-responsabilità tal-Kunsilli Lokali li joħolqu pjattaforma ta’ inklużjoni soċjali sabiex il-komunitajiet tagħna jkunu jistgħu jibbenefikaw minn din id-diversità u jkomplu jimxu ’l quddiem. Għal din ir-raġuni qed insemmu din il-viżjoni tagħna għall-erba’ snin li ġejjin; ‘Residents First’ – ‘Ir-Resident l-Ewwel’. Amministrazzjoni – Allokazzjoni – Funzjonijiet 1.0 – Funzjonijiet u kompetenzi tal-Kunsilli Lokali Qabel ma nitilqu biex naraw fejn irridu naslu, huwa meħtieġ li naraw fejn qegħdin u x’inhuma l-kompetenzi u l-obbligi li jridu jsegwu llum il-Kunsilli Lokali. Dan għaliex konsiderazzjoni ta’ dan tagħti indikazzjoni ta’ xi progress sar f’dak li hemm stabbilit fil-kostituzzjoni, u ċoè Local Self-Government. Kif wieħed jista’ jara mis-segwenti, il-poteri tal-Kunsilli Lokali huma limitati. Skont l-Artiklu 33(1) tal-Att tal-Gvern Lokali, il-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali huma; (i) Manutenzjoni ta’ passaġġi għall-mixi pubbliku. (ii) Kollezzjoni u ġbir ta’ skart. (iii) Żamma tal-latrini. (iv) Tindif u żamma ta’ playgrounds, ġonna pubbliċi, libreriji. (v) Żamma u installazzjoni ta’ sinjali u tabelli tat-traffiku, bus shelters. (vi) Jipprovdu sigurtà lit-tfal waqt iddhul u l-ħruġ mill-iskejjel. (vii) Jistabbilixxu u jmantnu żoni pedonali u parkeġġ. (viii) Jipproponu u jiddiskutu mal-awtorità kompetenti kull tibdil fl-immaniġġjar tat-traffiku. (ix) Jipproponu, jiddiskutu u jilmentaw
fejn meħtieġ mal-Awtorità Kompetenti kull fejn meħieġ fuq żvilupp u bini fil-lokalità. (x) Jipprovdu informazzjoni lir-residenti dwar id-drittijiet tagħhom. (xi) Jinfurmaw u fejn hu applikabbli jkunu infurmati b’kull deċiżjoni li tkun se tittieħed fil-lokal minn xi awtorità, li b’xi mod tkun ser taffettwa lil-lokal jew lir-residenti. (xii) Fejn hu possibbli jipprovdu postijiet għal childcare, day centre, bereġ eċċ... fil-komunità. (xiii) Jipproponu lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, persuni li jkunu jistgħu jservu bħala Presidenti fuq il-kumitat tal-iskejjel primarji. (xiv) Jippromwovu inizjattivi soċjali fil-lokal. (xv) Jassiguraw ħarsien tal-wirt storiku li hemm fil-lokalitajiet. (xvi) Jassistu lill-artisti lokali jew persuni oħra li għandhom talent fil-lokalità. (xvii) Jorganizzaw attivitajiet kulturali. (xviii) Jipproteġu l-ambjent urban u rurali u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw fejn possibbli, l-użu tal-enerġija alternattiva, inizjattivi għal tibdil fil-klima u mmaniġġjar ta’ skart. (xix) Jilħqu ftehim mal-awtoritajiet edukattivi fil-lokal sabiex isir l-aħjar użu mill-assi li hemm fil-lokalità, anki wara l-għeluq tal-iskejjel. (xx) Jorganizzaw attivitajiet sportivi lir-residenti ta’ kull età. (xxi) Jorganizzaw lezzjonijiet u jippromwovu l-kunċett ta’ tagħlim għal tul il-ħajja lir-residenti. (xxii) Jassistu lill-komunità tan-negozju kif u fejn meħtieġ u meta hu possibbli. (xxiii) Jidħlu fi ftehim ma’ entitajiet pubbliċi u dipartimenti governattivi sabiex jieħdu delegi ta’ funzjonijiet Ii jkun hemm qbil fuqhom. (xxiv) Jassumu responsabbiltà ta’ kull funzjoni mgħoddija lilhom mill-Gvern Ċentrali, permezz ta’ pubblikazzjoni fuq ilgazzetta tal-Gvern. (xxv) Jipprovdu materjal jew xogħol li minkejja l-obbligu ma joħroġx millAtt tal-Kunsilli Lokali, ikun qed joħroġ minn leġiżlazzjonijiet sussidjarji li jistgħu joħorġu minn Atti oħra. Artiklu 33 (2) tal-Att tal-Kunsilli Lokali, jipprovdi numru ta’ funzjonijiet li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali. Uħud minn dawn huma; toroq arterjali u distributorji, monumenti nazzjonali, ġonna nazzjonali, żoni industrijali, ajruporti, portijiet u binjiet oħra hekk kif speċifikat fi skeda 4 tal-Att u li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali u għalkollox esklużi mill-kompetenza tal-Kunsilli Lokali. Barra dan, l-istess Att, jimpedixxi lill-Kunsilli Lokali li jidħlu fi ftehim ieħor għajr dak li jipprovdi Artiklu 33. Barra dan, Kunsill Lokali, irid bilfors iġib permess mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jekk irid jissieħeb f’xi PPP mal-Privat jew għaqdiet mhux governattivi. Dan kollu għandu jiġi rivedut mill-ġdid jekk tassew irridu nagħtu aktar saħħa lill-Kunsilli Lokali. Il-ġimgħa d-dieħla nkomplu nelaboraw dwar dawn ir-responsabbiltajiet u kif għandhom jiġu trasferiti fil-ħajja ta’ kuljum u l-operat tal-Kunsilli Lokali.
Mid -Dj arju t a’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 29 ta’ Ottubru Lanqas irrid nemmen li diġà għaddew 40 sena minn meta l-maħbub u qatt minsi Ġorġ Borg Olivier ħalla dan ilwied tad-dmugħ. Niftakar sew kemm beka missieri, u anke bikka lili. Jammira kemm kien jammira lil Eddie l-kbir, missieri qatt ma niżillu l-mod kif ħelsu minn Ġorġ Borg Olivier. Kien iħobbu wisq, man! Mhux waħdu, tafux! U ejja ngħiduha kif inhi, kien maħbub minn kulħadd, anke mil-Laburisti, għax kien ġentlom. Anzi, skont missieri, fl-aħħar ta’ ħajtu l-Laburisti kienu jġibuh aktar mid-deputati tagħna, għax dawn bilkemm kienu jkellmuh, anke fil-Parlament. Illum ma tantx għadek issib bħalu! Il-Ġimgħa, 30 ta’ Ottubru Ma kienx mument li l-Kap il-ġdid u issa anke l-Kap tiegħi - Bernard Grech ammetta quddiem kulħadd li d-diskors tal-Baġit kitbuhulu. Għandu jkun ma jafx kemm hawn ilsna ħżiena, u jkolli ngħid li tgħidx kemm se ndumu nisimgħu biha din il-ħaġa. Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, li għall-ilsien ħażin li għandu, ma nafx kif għadni nagħmilha miegħu, tgħidx kemm għorok idejh waqt li qalli li l-għażla ta’ Bernard Grech hija qabża minn ġot-taġen għal ġon-nar. Ippruvajt infiehmu li mhux minnu li kitbulu d-diskors kollu u li kulma għamel kien li qrah, għax hu kiteb parti minnu. Imma ta’ lsien ħażin li hu Ġorġ qalli li kulma kiteb Bernard Grech kien meta qal ‘Sur President’. Is-Sibt, 31 ta’ Ottubru Issa erġajt qbadt id-drawwa li s-Sibt filgħodu mmur inqatta’ sagħtejn ħdejn sieħbi tal-Istamperija. Illum id-diskors waqa’ fuq Jason Azzopardi li mar fil-Qorti Ewropea biex jiġġieled il-kawża ta’ Manuel (mhux Adrian) Delia kontra pajjiżna. Sieħbi l-istess fehma tiegħi għandu, jiġifieri li ma missux mar għax qiegħed jimbarazza lill-partit darba glorjuż tagħna. Ippruvajt nitkixxef jekk marx bil-barka talKap, imma sieħbi kien pront weġibni li ma kellux bżonn barka mingħand il-Kap, għax Jason Azzopardi jagħmel li jrid. Kważi kważi qbilna li fil-verità huwa Jason Azzopardi li qiegħed imexxi u mhux Bernard Grech. Il-Ħadd, 1 ta’ Novembru Kemm morna mqarqa għax ħsibna li mhux se jkollna inkwiet ladarba bħala Kap intgħażel Bernard Grech, kif ried Jason Azzopardi! Ikolli ngħid li għall-agħar se mmorru għax Jason Azzopardi qiegħed jippretendi li jsir dak li jrid hu biss u jiġi jaqa’ u jqum mill-ħsara li ssir lill-partit darba glorjuż tagħna. Issa mal-kandi-
dat Għawdxi Ryan Mercieca qabad u ma jridx li jkun hu li jieħu s-siġġu tal-mibki Frederick Azzopardi. Imbagħad jippoża tal-aqwa difensur tad-demokrazija, imma fl-istess ħin irid ifixkel il-proċess demokratiku. Imma l-Għawxin mhumiex ċwieċ u jien ngħid li għamel sewwa Ryan Mercieca li sfidah. It-Tnejn, 2 ta’ Novembru Qiegħed ninkwieta mhux ftit, man! Donnu minn meta laħaq Kap Bernard Grech, il-partit tagħna waqa’ fil-muta u għajr fil-Parlament, kważi ħadd ma sar jiftaħ ħalqu. Ngħid għalija jien kont drajt, jum wara jum, nisma’ lillEks Kap Adrian Delia. Dak kuljum kien isib xi jgħid u kien jara kif jagħmel biex isemma’ leħnu. Daqqa jieħu sehem f’xi programm fuq l-istazzjon tagħna, daqqa jara kif jagħmel biex kienet issirlu xi intervista, u daqqa kien jiftħilha fil-Parlament. Insomma lil tal-Labour ma kienx iħallihom bi kwiethom. Imma l-Kap il-ġdid donnu jaħsibha mod iehor, għalkemm jista’ jkun li dawk li kitbulu d-diskors tal-Baġit huma mħabbtin u m’għandhomx il-ħin jiktbulu xi jgħid kuljum. It-Tlieta, 3 ta’ Novembru Kemm nixtieq li l-Prim Ministru jsejjaħ l-elezzjoni ġenerali llum qabel għada. Mhux għax għandi xi fiduċja kbira li nirbħuha, għalkemm m’iniex qalbi maqtugħa. Imma fil-fehma tiegħi, aktar ma jgħaddi ż-żmien, il-Prim Ministru Robert Abela aktar qiegħed jissoda u jekk nibqgħu sejrin hekk, iċ-ċansijiet tagħna jonqsu jistgħu u mhux jiżdiedu. L-ewwel u qabel kollox għax il-Kap il-ġdid tagħna Bernard Grech qiegħed dejjem jaħrab lill-ġurnalisti, waqt li Robert Abela ma jiddejjaq xejn ikellimhom u jwieġeb il-mistoqsijiet li jagħmlulu, ikunu fuq xiex ikunu. Jalla qiegħed naħseb ħażin, imma kull min isegwi l-aħbarijiet ta’ kuljum, bħali qiegħed jaħsibha. L-Erbgħa, 4 ta’ Novembru Din qatt ma naf li ġrat li fl-Amerka jdumu jgħoddu l-voti ma nafx kemm. Sa fejn naf jien issoltu nqumu filgħodu u nkunu nafu min rebaħ u min tilef. Imma din id-darba it-tiġrija hija close wisq, kif qegħdin jgħidu tasCNN. U dan kif Donald Trump qiegħed jgħid li kien hemm it-tbagħbis fil-voti! Jien kont naħseb li dawn l-affarijiet naħsbuhom u ngħiduhom aħna l-Maltin biss, imma kif kienet tgħid in-nanna Gerit, il-bnedmin kollha xorta. Jien ngħid li Donald Tramp kien diġà għamilha fatta u issa se jsibha diffiċli jammetti telfa, dejjem jekk jitlef għax sal-lum għadna ma nafux.
18
08.11.2020
MID-DINJA TAL-PRESTIĠJATURI XENA MILL-FILM THE GREAT ESCAPE
Wieħed mill-aktar persunaġġi magħrufin għall-maġija fi żminijietna, kien Erik Weisz. B’dan l-isem, ftit huma dawk in-nies li jaslu jagħrfu min kien, iżda min hu dilettant tal-maġija faċli jinduna li qed nirreferu għal Harry Houdini. Erik Weisz twieled fl-24 ta’ Marzu tal-1874 f’Budapest. Missieru, li kien rabbi, emigra bil-familja millUngerija għall-Istati Uniti u bdew jgħixu f’Wisconsin. Minn CHARLES B. SPITERI
Ta’ età żgħira nsibu li Erik Weisz beda jwettaq atti ta’ trapiż fiċ-ċirkli u meta fl-1882 marru joqogħdu fi New York, beda jieħu sehem fil-wirjiet tal-‘vaudeville’, iżda ma kellux suċċess. Imbagħad, fil-bidu tal-karriera maġika tiegħu nsibu li beda jiffoka l-aktar fuq tricks tradizzjonali tal-logħob tal-karti, tant li f’waqt minnhom kien laqqam lilu nnifsu ‘ir-Re tal-Karti talLogħob’. Wara, meta fl-1893 kien mar ma’ ħuh Dash fil-Gżejjer Cony biex jagħtu wirja tal-maġija, Harry ltaqa’ ma’ Wilhelmina Beatrice Rahner, li bdiet tgħinu flok ħuh. Għalhekk minn The Brothers Houdini, saru magħrufin bħala The Houdinis. X’wassal lil Weisz ibiddel ismu?
fuq l-arloġġi iżda kien jisimhom Scientific Amusements. Flok irritorna l-kotba, inkileb millkurżità u permezz tagħhom tgħallem l-għeruq tal-maġija. Beda jipprattika bosta sigħat kuljum. Fi żmien qasir Jean Houdin sar prestiġjatur ta’ fama enormi u kien meqjus ukoll bħala l-missier tal-prestiġjaturi moderni. Kien l-ewwel bniedem li għall-atti tiegħu uża l-elettriku, u rnexxielu joħloq metodu għat-telepatija. Hu wkoll kien jesponi bħala qarrieqa lil dawk il-prestiġjaturi li kienu jserrħu fuq is-sopranatural fil-maġija li jwettqu. Bħala prestiġjatur, Houdin kien juża apparat komuni u familjari u ġieli ta spjegazzjoni plawsibbli lill-udjenzi li kien ikollu, tal-proċeduri tekniċi li kien juża fil-maġija tiegħu. Aktar tard, f’Pariġi ħadem fuq tagħmir mekkaniku u fl-istess waqt wettaq il-maġija fil-Palazz Irjali. Il-maġija tiegħu kien jippreżentaha fuq palk għeri u kien ikun liebes libsa komuni u mhux kostum bħal tal-prestiġjaturi kif sirna mdorrijin narawhom lebsin illum. Hekk kien beda joħloq sensazzjoni bit-trick tat-tifel miżmum fl-arja, li kien iwettaq bi struttura tal-metall għall-appoġġ. Fl-1856, il-Gvern Franċiż bagħtu l-Alġerija biex jikkumbatti l-influwenza tal-membri ta’ ordni reliġjuża Musulmana, billi jidduplika l-atti tagħhom. Il-kotba influwenti tiegħu, miktuba l-aktar fuq l-aqwa ideat tal-predeċessuri tiegħu, jispjegaw l-arti tal-maġija u jfisser pass pass, kif jitwettqu.
Ir-raġuni għala Harry bidel ismu kienet li kien affaxxinat u ispirat ferm mill-prestiġjatur Franċiż, Jean Eugenie Robert-Houdin. Il-proprju Houdin għex bejn l-1805 u l-1871. Meta kien għadu ċkejken, missieru, li kien arluġġar, xtaqu jilħaq avukat, iżda hu kien moħħu fil-gadgets mekkaniċi. Madankollu, l-għalliem tiegħu qallu li aħjar jaqbad il-linja ta’ arluġġar hu wkoll milli jmur għal-liġi. Peress li missier Jean kien diġà rtira mix-xogħol, bagħtu jaħdem għal żmien qasir ma’ kuġinuh, li wkoll kien arluġġar. Ġara li f’nofs is-snin 1820, Jean faddal flus biżżejjed biex seta’ jmur jixtri sett ta’ żewġ volumi kotba fuq kif tibni arloġġ. Dawn kien jisimhom Traite de l‘horlogerie. Meta wasal id-dar u neħħa l-karta li kienet tgeżwer Houdini jesponi il-kotba, sab li s-sett ma kienx l-qerq ta’ Houdin
Żmien wara, Houdini wkoll kiteb il-ktieb The Unmasking of Robert-Houdin, studju li jesponi l-qerq tal-ħiliet ta’ Houdin. Kiteb ukoll l-artiklu fuq il-maġija għat-13-il edizzjoni tal-Enċiklopedija Brittanika. Minn madwar is-sena 1900, Houdini beda jikseb fama internazzjonali għall-atti ta’ ħila li beda jwettaq, l-aktar meta beda jinħall minn kull irbit li jsirlu, fosthom ta’ manetti u joħroġ minn kaxex, ġarar tal-ħalib u ċelel tal-ħabs, maqfulin bil-knataz. Att kuraġġuż li kien wettaq u bellah lil bosta spettaturi kien meta rabtuh bil-ktajjen, qegħduh f’kaxxa li sakkruha sew, rabtuha u niżżluha minn fuq dgħajsa għal taħt wiċċ il-baħar. Fi ftit ħin, Houdini rnexxielu jitla’ mill-ġdid f’wiċċ l-ilma wara li ħeles lilu nnifsu mill-irbit li kellu u ħareġ ukoll mill-kaxxa li kien maqful fiha. In-nies baqgħet imbellha. Eluf kbar isegwu lil Houdini Darb’oħra skanta lil eluf ta’ nies miġbura fil-Pjazza Madison, meta f’wirja fil-miftuħ laqa’ l-isfida li għamillu l-Kap tal-Pulizija, li kien jaf li se jmur iżur ilpajjiż biex jagħti xi wirjiet. Il-Kap tal-Pulizija xtaq jara jekk Houdini jirnexxilux jaħrab mill-qfil u l-irbit tal-membri tiegħu. Għalhekk, Houdini ħalla lil min jorbotlu jdejh warajh fi straitjacket u jdendluh rasu ’l isfel minn 23 metru (75 pied) fil-għoli. Skont filmat tal-Mużew Storiku ta’ Wisconsin, għal dan l-att mistenni, kien hemm preżenti 20,000 ruħ. Huma riedu jkunu xhieda u jaraw jekk Houdini jkunx kapaċi jeħles lilu nnifsu. Il-Mużew ta’ Wisconsin jgħid li
l-20,000 persuna dak iż-żmien, kienu jirrappreżentaw nofs il-popolazzjoni tal-pajjiż. Fl-istess waqt, il-gazzetta Wisconsin Street Journal ta’ nhar l-Erbgħa 21 ta’ Jannar, 1924 irrappurtat li kien hemm aktar minn 15,000 persuna b’għajnejhom imsammrin biex jaraw kif Houdini seta’ jinħall minn dak l-irbit, meta wkoll kien imdendel rasu ’l isfel. Iżda bħal fl-atti kollha tiegħu, fi ftit ħin Houdini rnexxielu jillibera lilu nnifsu minn kulma kien qed ixekklu. Meta kiseb il-popolarità mistħoqqa, Houdini beda jkun protagonist f’bosta films taċ-ċinematografija, li nħadmu bejn l-1916 u l-1923 u fihom jidher iwettaq l-atti li kien jagħmel. F’waqt ieħor ta’ ħajtu, Houdini nieda l-kampanja kontra dawk il-persuni li kienu jsostnu li jaqraw l-imħuh, mediums u oħrajn li kienu jisħqu li kellhom ħiliet sopranaturali. Hu ttimbrahom bħala ċarlatani u beda jipproduċi l-effetti kollha tagħhom permezz ta’ mezzi naturali u numru ta’ atti ta’ maġija. Fl-1920, sa ħareġ il-ktieb Miracle Mongers and Their Methods, u erba’ snin wara, fl-1924, kiteb A Magician Among the Spirits. Il-koppja Houdini fl-ispiritwaliżmu Madankollu, Houdini u martu qablu huma stess li jippruvaw esperiment bejniethom fl-ispiritwaliżmu. Ftiehmu li min imut l-ewwel jagħmel ħiltu u jikkomunika ma’ min ikun baqa’ ħaj minnhom. Kien Harry li miet l-ewwel, u qabel ma l-armla tiegħu mietet fl-1943, iddikjarat li l-esperiment ma ħadimx. L-akbar żvilupp radikali fil-maġija sal-lum, kienet is-ser-
je ta’ ‘ħarbiet’ sensazzjonali li ħoloq jew żviluppa Houdini nnifsu. Jingħad li s-suċċess li kiseb kien f’parti għas-saħħa fiżika enormi li kellu u f’parti oħra għal saqajh, għax kienu jinfetħu ’l barra minn irkupptejh. Apparti mis-suċċess li ġa semmejna, fejn rabtuh bil-ktajjen fi straitjacket rasu ’l isfel mill-għoli u rnexxielu jaħrab, Houdini kellu att ieħor daqshekk tal-għaġeb, li kien magħruf bħala ‘ċ-ċella Ċiniża tat-tortura bl-ilma’. Iċ-‘ċella’ kienet tank tal-kewba miksija bil-metall u l-faċċata kienet tal-ħġieġ. Dan it-tank jimtela bl-ilma, lil Houdini jniżżluh fih rasu ’l isfel u jorbtulu saqajh f’qafas tal-injam (stock). Xħin kollox ikun lest, isakkru t-tank b’katnazz u jdawruh b’purtiera. Mingħajr għajnuna ta’ xejn u ta’ ħadd, Houdini kien jirnexxilu jillibera ruħu mir-rabta tal-injam u joħroġ lilu nnifsu mit-tank tal-ilma f’żewġ minuti biss. Iżda dawn ma kinux l-uniċi atti sensazzjonali li kien iwettaq Houdini. Pereżempju ta’ min ifakkar meta darba ‘sparixxa’ ljunfant minn gaġġa li kienet f’nofs tal-palk bid-dawl kollu mixgħul fuqha. Att ieħor li ħawwad l-imħuħ tal-ispettaturi li kienu preżenti, kien dak magħruf bħala l-Hindu needle trick, fejn apparentement jidher ‘jibla’’ 100 labra tal-ħjata b’numru ta’ jardi ta’ ħajt fihom u wara joħroġhom waħda waħda minn ħalqu f’intervalli, bil-ħajt b’kollox. Houdini u l-libsa s-sewda Minn ktieb li nkiteb fuq Houdini nsibu li dan minn dejjem kien jilbes libsa sewda, u biha jidher
19
08.11.2020
HOUDINI MA’ SIR ARTHUR CONAN DOYLE
f’ħafna u ħafna ritratti. Sa anki meta mar għal logħba golf itteħidlu ritratt u jidher biha. Għalhekk, x’kienet l-istorja? Tgħid kienet il-libsa favorita tiegħu? Jew kellha xi ħaġa li torbtu magħha? Iżda hemm teorija li setgħet kienet realistika. Meta Houdini kien jagħmel xi ħaġa mhix mistennija fil-ħajja personali tiegħu, dejjem kienu jaħsbu li kellha xi rabta ma’ ommu. Għax dejjem hekk kien! U għalhekk kien hemm min ħaseb li din il-libsa setgħet xtrathielu ommu. Jew għax kienet tgħidlu li l-iktar li tixraqlu. U dan jaf kien biżżejjed biex insibu lil Houdini jilbisha kuljum għal erba’ snin sħaħ. Iżda minn tiftix li sar instab li l-ewwel darba li deher b’din il-libsa kien ftit xhur wara l-mewt t’ommu. Għalhekk, din taf kienet iċ-ċavetta tal-bixkla. Dan kien l-istess perjodu li fih Houdini beda juri d-dispjaċir tiegħu għat-telfa ta’ ommu b’diversi modi. Sa anki kellu l-karti li kien juża għall-kitba u l-kartolini li jibgħat, imdawrin b’faxx iswed. Għalhekk din setgħet kienet ir-raġuni li għal dawk is-snin kollha lil Houdini konna narawh bil-libsa tal-luttu. Fi żmienu, dawn il-ħwejjeġ tal-vistu kienu assoċjati l-aktar man-nisa. Terġa’ l-moda għalihom kienet titlob ukoll l-ilbies tal-velijiet, eċċ. Iżda għall-irġiel kien biżżejjed li jilbsu l-iswed. Terġa’ fit-tradizzjoni Lhudija, ħadd bil-luttu mhu permess jilbes ilbies ġdid għal perjodu ta’ sena. U din taf kienet ir-raġuni għaliex Houdini dejjem baqa’ jilbes l-istess libsa. Insibu li baqa’ jilbisha żgur sal-1916 meta bena l-monument tal-granit fuq il-qabar tal-ġenituri tiegħu fiċ-ċimiterju ta’ Machpelah. Waqt li r-ritratt tal-okkażjoni juri lin-nies lebsin formalment bit-tail coats u top hats, għal din il-ġrajja sagra, Houdini jidher bl-istess libsa sewda li kien jilbes kuljum. Dan jixhed li kien għadu vistuż għal
ommu. L-aħħar dehriet ta’ Houdini b’din il-libsa kienu f’April tal1919, meta mar jaħdem fil-filmat The Grim Game. Xi ħadd ġibidlu l-attenzjoni f’magażin, u qatagħha li kien ilu żmien vistuż. Għalhekk f’Mejju tal-istess sena, deher f’libsa ġdida sportiva u b’kappell tat-tibna li tatu dehra iktar żagħżugħa. Iżda tant kien ilu jidher bl-istess libsa sewda, li ispirat ukoll lil Harvey Keitel meta kiteb ilktieb tiegħu Fairy Tale: A True Story, tal-1998. Ħbiberija ma’ Sir Conan Doyle Insibu wkoll, li ċerti Steve u Patricia Hanson irrakkuntaw filmagażin Los Angeles, li Houdini wkoll kien sar interessat fil-kuntatt ma’ dawk li jkunu għaddew għal ħajja aħjar. Dan beda jagħmlu wara l-mewt t’ommu, fl-1913. Dawn it-tentattivi ġabuh f’kuntatt mal-kittieb Sir Arthur Conan Doyle, li ħoloq il-karattru ta’ Sherlock Holmes. Għall-pubbliċità, fl-1908, Houdini kiteb ittra lil Holmes, jitolbu jgħinu jaqbad lill-ħallelin li kienu serqulu t-tricks tiegħu. Fl-1920 insibu liż-żewġt irġiel fi ħbiberija bbażata kemm fuq it-talent li kellhom, kif ukoll għan-niket li ġarrbu – għax hekk kif Houdini tilef lil ommu l-maħbuba, Doyle mietlu ibnu fl-Ewwel Gwerra Dinjija. U t-tnejn li kienu fittxew modi kif setgħu jagħmlu kuntatt mad-dinja tal-ispirti. Il-ħbiberija tagħhom ġiet fi tmiemha wara ftit taż-żmien. Għax Houdini ma kellux fidi qawwija bħal Doyle fl-ispiritiżmu. Ma ninsewx li parti mill-karriera ta’ Houdini kienet li jesponi l-gideb ta’ dawk li kienu jgħidu li huma kapaċi jikkuntattjaw lill-mejtin. Kif irrappurtaw il-Hansons fil-magażin Los Angeles, Houdini ħass li Doyle tant kien għama bin-niket li waqa’ fih, li ma setax jara ċar, waqt li Doyle emmen li Houdini ma setax jiftaħ moħħu kemm kien
hemm bżonn għax kien anzjuż iżżejjed biex jesponi l-frodi. Għalhekk, il-ħbiberija ta’ bejniethom, intemmet. Tant hu hekk li m’hemm ebda xhieda li qatt seħħ kuntatt reali bejn Houdini u ommu. Li hu żgur hu li l-mewt tagħha kexkxitu u baqgħet tkarkar miegħu sakemm miet hu stess. Kif miet Houdini? Fuq mewtu nsibu ħafna stejjer li mhumiex korretti. Li ġara tabilħaqq hu li Houdini kien għal mawra f’Montreal, il-Kanada, jistrieħ fuq in-naħa ta’ wara talpalk, meta numru ta’ studenti tal-kulleġġ marru jżuruh. Houdini kellu d-drawwa li spiss jisfida lin-nies jagħtuh daqqa ta’ ponn b’saħħitha fuq l-istonku tiegħu. Dakinhar għamel l-istess, iżda d-daqqa ngħatatlu waqt li kien qed jistrieħ fuq is-sufan, u qabel ma tħejja għaliha. Bid-daqqa, Houdini ġarrab ħsara fl-appendiċite, li ma kkurahiex għal diversi jiem u għalhekk issarrfitlu f’peritonite, infezzjoni li ġegħlitu jtemm ħesrem, wirja li kien qed jippreżenta f’Detroit. Hu ttieħed mill-ewwel fi sptar, fejn qatta’ ftit jiem qabel ma fil-31 ta’ Ottubru tal-1926 – il-jum tal-Halloween, miet fi ħdan martu. Anki f’mewtu, Houdini kien jaf kif joħloq il-pubbliċità. L-armla tiegħu kienet tiġbed l-attenzjoni tal-gazzetti, meta kull sena fl-anniversarju talmewt ta’ żewġha kienet tħabbar li se tipprova tagħmel kuntatt mal-ispirtu tiegħu. Din id-drawwa damet sejra għal għaxar snin sħaħ, u għalkemm darba, Bess stqarret li l-kuntatt kien sar, wara bidlet il-verżjoni tal-istorja tagħha u ammettiet li l-kuntatt ma kien sar qatt. Madankollu, Houdini jibqa’ jgħix fl-immaġinazzjoni tal-pubbliku u wara karriera sħiħa jippretendi li kellu talenti mitiċi, Houdini sar mitiku hu nnifsu.
HOUDINI INKATENAT FIL-FILM TERROR ISLAND
20
08.11.2020
AMANDA KIDD
MALTIJA LI PPUBBLIKAT KOTBA GĦAT-TFAL
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Dan l-aħħar waqt li kont qed naqra ltqajt ma’ isem Maltija, li m’għadhiex tgħix hawn Malta. Qrajt ukoll li ppubblikat xi kotba u interessani nsir nafha aktar. Fil-fatt laqgħet l-istedina tiegħi u f’kemm ili ngħid irranġajna sabiex isseħħ din l-intervista. Qed nirreferi għal Amanda Kidd, oriġinarjament kunjomha Caruana u minn Marsaskala. Hija awtriċi ta’ Ellie and the Cupcakes u Sam the Sneezing Scarecrow. Dawn huma kotba bi stampi vivaċi, maħsubin għal tfal ta’ bejn tlieta u seba’ snin. Għalqet 40 sena f’Awwissu li għadda, ġimgħa wara li marret toqgħod l-Ingilterra. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna dħulija u tkellem lil kulħadd. Sfortunatament ftit diffiċli issa minħabba l-maskra. Però xorta titbissem lil kull min tara, avolja b’wiċċha mgħotti. Minn Malta, sabet ruħha l-Ingilterra flok l-Alaska Ta’ min jgħid li oriġinarjament telqet minn Malta f’Mejju 2005. Kienet deċiżjoni ta’ ħabta u sabta, wara li tħassrulha xi pjanijiet li tqatta’ sajf l-Alaska. “Rajt li kien hemm xi xogħlijiet il-Lake District, l-Ingilterra, ċempilt, u jumejn wara kont hemm. Kienet l-ewwel darba li żort l-Ingilterra. It-temp kien brillanti, u l-vjaġġ fuq il-ferrovija li kelli nagħmel biex nasal għad-destinazzjoni tiegħi, kien meraviljuż: sema blu, xemx tisreġ, fjuri u ħdura kullimkien, muntanji u għadajjar enormi… bellezza. Niftakarni ngħid bejni u bejn ruħi: ma nafx għaliex dejjem jgħidu kontra t-temp tal-Ingilterra – ara xi ġmiel! Tkellimt malajr wisq. Dik kienet l-aħħar ġurnata li rajt xemx għal xi xahrejn sħaħ! Għamilt erba’ xhur hemmhekk, imbagħad mort l-Iskozja nistudja għall-Masters in Criminal Psychology ġol-Università ta’ Glasgow
Caledonian. Sena wara erġajt inżilt l-Ingilterra fejn iltqajt mar-raġel, u għamilt 10 snin oħra noqgħod Yorkshire,” bdiet tirrakkontali Amanda. Kompliet tgħidli li għalkemm kienet kuntenta l-Ingilterra, Malta dejjem baqgħet f’qalbha u dejjem kellha x-xewqa li tiġi lura. “Ftit snin ilu ġietna l-opportunità li niġu lura Malta u ħtafnieha. Għall-ewwel kont ferħana ser intir. Però, iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, bdejt inħossni homesick għall-Ingilterra, u f’Awwissu ta’ din is-sena, erġajna morna lura. Hija sitwazzjoni stramba - peress li għext ħafna żmien fiż-żewġ pajjiżi, immur fejn immur, ser inkun homesick għall-pajjiż l-ieħor, imma s’issa kuntenta fejn qiegħda,” stqarret miegħi. Staqsejtha x’timmissja l-aktar minn Malta u kkonfermat miegħi li l-ewwel u qabel kollox, il-familja u l-ħbieb tagħha. “Imbagħad hemm postijiet bħal Munxar (Marsascala), ixxatt tal-Kottonera, il-Belt Valletta, l-Imdina, u rħula tipiċi Maltin. Ovvjament, prodotti Maltin tajbin wisq, kemm ħaxix u frott, kif ukoll affarijiet bħal pastizzi, eċċ...” Bħalissa Amanda qed toqgħod Suffolk, l-Ingilterra. Fi kliemha stess il-ħajja hemmhekk hija pjuttost differenti. “Nimxu lejn l-iskola kuljum, u ngħaddu minn bosk biex naslu s’hemm. Hawn ħafna siġar u annimali hawn li jiġu jżuruna fil-ġnien, bħal volpijiet, squirrels u bosta għasafar fost l-oħrajn. Inħallulhom l-ikel, u tarahom ġejjin. Nieħu gost ħafna narahom, speċjalment l-isquirrels għax qishom acrobats telgħin u neżlin fejn iridu. Ovvjament, lil Malta dejjem nimmissjaha. Hija art twelidi, u kburija li Maltija. It-tfal inkellimhom bil-Malti fejn nista’, għax ma rridhomx li jinsew dak kollu li tgħallmu fit-tliet snin li għamilna Malta. Nimmissja ħafna l-Munxar (Marsascala) ukoll, għax kont immur nimxi hemm filgħodu kmieni, u kont noqgħod nara x-xemx tielgħa.” Tal-inqas darba fis-sena tinżel mal-familja tagħha jaraw il-familja u l-ħbieb. “It-tfal għamlu ħafna ħbieb hawn, allura jieħdu gost jerġgħu jarawhom. Ovvjament, bħalissa
bil-pandemija, ma nistgħux niġu kif ġieb u laħaq, imma nisperaw li s-sena d-dieħla nkunu nistgħu nerġgħu nżuru.” Bdiet tikteb u eventwalment tippubblika l-kotba Minn fuq Malta u l-Ingilterra, tkellimt magħha dwar il-kotba li kitbet u ppubblikat. Filfatt staqsejtha b’liema mod għamlet l-arranġamenti tagħha sabiex il-kotba tagħha llum jinsabu hawn Malta wkoll, minbarra fuq Amazon. “Kelli x-xorti li ltqajt ma’ Joanne Micallef, il-fundatriċi ta’ Faraxa Publishing f’Malta. Peress li rajna li kien hawn interess Malta stess fihom dawn il-kotba, ftehemna biex il-kumpanija tagħha tistampa u tqassamhom lokalment.” Fil-fatt, din is-sena ppubblikat żewġ kotba - Ellie and the Cupcakes u Sam the Sneezing Scarecrow li t-tnejn li huma jistgħu jinxtraw minn fuq is-siti https://www.faraxabooks. com/product/ellie-and-thecupcakes jew https://www.faraxabooks.com/product/samthe-sneezing-scarecr ow Dawn jistgħu jinxtraw kemm mingħand Selections Stationery f’Marsascala, kif ukoll mingħand Faraxa Publishing, fejn jintbagħtu bil-posta b’xejn. Jistgħu jinxtraw wieħed wieħed, jew inkella bħala book bundle għal €14 minflok €15 minn fuq https://www.faraxabooks.com/product/ellie-andthe-cupcakes-sam-the-sneezing-scarecrow Naturalment, il-qarrejja li joqogħdu barra minn Malta, jistgħu jakkwistawhom mingħand Amazon: mybook. to/ELLIE-AND-THE-CUPCAKES u mybook.to/SAM-SCARECROW F’Novembru li ġej ser tippublika Pip Saves Christmas, dwar avventura ta’ ġerbill li mar inNorth Pole biex jgħin lil xi elves li kellhom bżonn l-għajnuna,” kompliet tgħidli Amanda. Ridt inkun naf eżattament x’ħajjarha tibda tikteb il-kotba. Minn dejjem kont inħobb nikteb. Meta kont l-iskola, l-hena tiegħi kienet meta l-għalliema kienu jagħtuna xi komponiment bħala xogħol għad-dar. It-tfal l-oħra ma kinux jieħdu
21
08.11.2020 gost, imma jiena kont inkun fis-seba’ sema. Kont noħlom li nsir awtriċi la nikber, però kont naqta’ qalbi u ngħid li dawn l-affarijiet ma jiġrux lili. Kont nikteb l-istejjer, però qatt ma ppubblikajthom. Imbagħad, din is-sena ġejt f’sensija u rrealizzajt li jekk irrid li din il-ħolma titwettaq, irrid inkun jiena li naħdem biex isseħħ. Ma nistax nistenna l-bajtra taqa’ f’ħalqi. Ladarba bdilt il-mod kif naħseb, bdejt ilproċess għall-pubblikazzjoni. Sa l-aħħar ta’ din is-sena ser inkun ilħaqt ippubblikajt tliet kotba, u biħsiebni nippubblika xogħlijiet oħra kull sena,” żvelat miegħi. Fil-bidu ma kellix idea xi trid tagħmel Rigward jekk kinitx triq faċli jew iebsa sabiex bdiet tikteb u finalment tippubblika l-ewwel ktieb tagħha, Amanda weġbitni li fil-bidu ma kellhiex idea xi trid tagħmel. “Kollox kien diffiċli. Ma kontx naf lil min irrid inkellem, x’jinvolvi l-proċess. Ma kont naf assolutament xejn. Imma bdejt infittex, nistaqsi, nitlob l-għajnuna u, minn hawn u minn hemm, bdejt insib is-soluzzjonijiet. L-ewwel ktieb kien diffiċli ħafna, però t-tieni wieħed kien ħafna iktar faċli. Issa li qed naħdem fuq it-tielet wieħed, għandi ċerta kunfidenza li tiġi bl-esperjenza, allura m’għadnix anzjuża bħalma kont inkun qabel.” Rigward il-feedback tal-pubbliku stqarret miegħi li kien tajjeb ħafna. “Iż-żewġ kotba għandhom ħafna 5 star reviews fuq Amazon, u qed jikkuntattjawni ħafna għalliema biex jgħiduli li qed jużawhom fil-klassijiet tagħhom saħansitra anke għalliema mill-Amerka u mill-Awstralja. Kien hemm anke ġenituri li qaluli li t-tfal tagħhom fl-aħħar qegħdin jieħdu interess fil-kotba, għax għoġbuhom l-istejjer tiegħi. Din il-ħaġa tagħtini pjaċir u sodisfazzjon enormi,” stqarret miegħi Amanda. Staqsejtha wkoll x’tippreferi jekk hux ktieb tradizzjonali jew ebook. “Fid-dinja tal-lum hemm lok għat-tnejn li huma. Minħabba l-pandemija, sfortunatament, ma bqajniex immorru l-librerija - u meta konna lockdown, ma ħriġniex lanqas, allura ma stajniex immorru nixtru l-kotba. Però, il-fatt li stajt inniżżel ebooks fuq it-tablet kien ta’ wens u konvenjent, għax b’hekk stajna nkomplu naqraw dak li ridna. Kieku jkolli nagħżel bħala preferenza, nippreferi ktieb tradizzjonali, imma l-ebooks fihom ċerta kumdità li ktieb tradizzjonali m’għandux.” Ta’ min jgħid li s’issa, Amanda dejjem ippubblikat bil-lingwa Ingliża. B’hekk staqsejtha jekk titħajjarx tippubblika kot-
ba bil-Malti. Fil-fatt stqarret miegħi li titħajjar tittraduċi Ellie and the Cupcakes. “Forsi ftit snin oħra nagħmel hekk. Iż-żewġ kotba l-oħra, Sam the Sneezing Scarecrow u Pip Saves Christmas huma miktubin birrima, allura kotba hekk huma diffiċli immens biex jiġu tradotti b’mod li jibqa’ jagħmel sens, bir-ritmu u r-rima intatti. Potenzjalment nikteb xi ħaġa bil-Malti fil-futur.” Magħha ddiskutejt ukoll minn dak li tinnota u tosserva madwarha, kemm taħseb li t-tfal għadhom ifittxu l-kotba tal-qari. “It-tfal iħobbu l-istejjer u jieħdu gost meta ġenituri, nanniet, jew adulti oħra li jafu, iqattgħu ħin magħhom u jaqrawlhom storja”. Taħseb x’ser tikteb waqt li tkun qiegħda tagħmel affarijiet oħrajn Ta’ min jgħid ukoll li ktieb partikolari minn tagħha jittratta dwar cupcakes u huwa ispirat meta uliedha kienu jagħmlu l-cupcakes man-nanna tagħhom. “Iva, fil-fatt dan huwa l-ewwel ktieb li ppubblikajt. Għamilna xi żmien ngħixu fil-post ta’ fuq ommi u missieri, allura t-tfal kienu ġejjin u sejrin għandhom. Ommi kienet tagħmel il-cupcakes magħhom ta’ spiss. Ittfal kienu jaħtfuhom malli joħorġu mill-forn, u malli jikluhom kollha, kienu jistaqsuha ‘meta ser nagħmlu iktar?’ Tant kienu jħobbuhom dawn il-cupcakes, li ġietni l-ispirazzjoni biex nikteb fuq tifla li tħobb il-cupcakes ukoll. ‘Ellie,’ it-tifla f’dan il-ktieb, ġiet impenġija b’tali mod biex tkun tixbah lit-tifla tiegħi stess, għalkemm hemm xi differenzi żgħar. Filktieb li nħareġ wara, din Ellie tidher f’waħda mill-paġni wkoll, flimkien ma’ ħuha, li huwa, ovvjament, it-tifel tiegħi fil-verità wkoll.” Illum il-ġurnata Amanda għandha x-xorti tgħid li l-kitba hija x-xogħol full-time tagħha, però xorta mhux faċli biex tlaħħaq ma’ kollox. It-tfal jokkupaw ħafna mill-ħin tagħha, allura tibda taħseb x’ser tikteb waqt li tkun qiegħda tagħmel affarijiet oħrajn, b’tali mod li meta jmorru l-iskola u tkun waħedha, tkun tista’ tibda tikteb mingħajr ma toqgħod taħli ħin u tiċċassa. Rigward il-ħajja inġenerali, Amanda stqarret miegħi li ma tantx idejquha affarijiet, imma l-inugwaljanza u min jagħmel ħsara lil ħaddieħor ma tistax għalihom. Fl-aħħar nett, Amanda xtaqet tħalli messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Taqtgħux qalbkhom, u ibqgħu ppersistu biex tilħqu l-għanijiet ta’ ħajjitkom. Min jixtieq jikkuntattjani, jista’ jsibni fuq www.facebook.com/amandakiddstories,” temmet tgħid.
SKEDA ONE 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30
Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy
TNEJN 18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports 09-11 & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Reboot 21:00 Follow Up 22:15 Gizelle 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 Better Living 10:30 Espresso 12:30 ONE News
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30 18:30
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up Dak li Jgħodd Pjazza
19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:45 Ħabrikt - Reel 8 21:00 Mija - PL 22:15 Music Legends 22:50 Ondroad 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40 12:45
13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30 19:15
Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Pink Panther Pajjiżi Pjazza ONE Sports & Temp
19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
08:30 09:15 09:30 10:30 12:30
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Pajjiżi Espresso ONE News
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt - Reel 8
18:00 18:30 19:15 19:30 20:15 20:35 21:00 22:30 23:30 23:45
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Flimkien ma’ Nancy Espresso ONE News Teftif
12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30 19:15
Telebejgħ Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Indhouse Pjazza ONE Sports
& Temp 13-11 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Min Imissu?! 22:00 Kick OFF 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 Pajjiżi
10:30 11:30 12:00 12:30 12:35 15:30 15:35
Indhouse Telebejgħ Maratona Caritas ONE News Maratona Caritas ONE News Maratona Caritas
19:15 19:30 20:10 00:00 00:15
07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55
12:30 12:35 15:30 15:35 16:15 17:30 19:15
ONE News Arani Issa ONE News Duurella Mija L-Argument One Sport & Temp
19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Attività Politika 21:30 Min Imissu?! 23:30 ONE News
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Indhouse Espresso ONE News Teftif
TLIETA 10-11
ĦAMIS 12-11
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak li jgħodd Espresso ONE News Teftif Telebejgħ
SIBT 14-11
ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ
ERBGĦA 11-11
Mhux kemm taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Dirett Ilsien in-Nisa Reboot ONE News Night Transmission
ĠIMGĦA
ONE Sport & Temp ONE News Maratona Caritas ONE News Night Transmission
ĦADD 15-11
22
08.11.2020
“SEBAĦ JUM U TNAX KIENU, MAGĦQUDIN GĦAL GĦAN WIEĦED – RIFORMA RIEDU” Hekk jibdew il-versi ta’ din il-poeżija ħelwa miktuba bi ħsieb mirqum minn Miguel u li tiġbor fiha l-istorja tal-Partit Laburista sa minn twelidu, fil-qosor. Kelli l-opportunità nitkellem u nsir naf aħjar lil Dr. Miguel Balzan; umli, dħuli u mimli tagħrif f’bosta oqsma, fosthom il-liġi kostituzzjonali, l-istorja saħansitra anke dik reliġjuża, il-kultura u l-mużika, partikolarment il-poeżija. Dr. Miguel Balzan qalli hekk...
LILL-PARTIT LABURISTA
(F’GĦELUQ IĊ-ĊENTINARJU MIT-TWAQQIF) 1920-2020 Sebaħ jum u tnax kienu, magħqudin għal għan wieħed – riforma riedu. Fuq bażi soda bnew partit, għal kulħadd bla distinzjoni, kemm jekk fqir u anke ’kk marid. Rerum Novarum l-enċiklika Papali, l-pedament tat-twaqqif ta’ importanza kruċjali. B’mexxejja kapaċi nbnew is-sisien, biex fil-qlub tal-Maltin tkebbsu n-nirien. Ugwaljanza, drittijiet, ġustizzja soċjali, fi żmien ta’ tiġrif u tmexxija kolonjali. Issoktat ħidma għal aktar rappreżentanza, xogħol politiċi ta’ stoffa u ta’ sustanza. Fi żmien l-isfidi u l-oppressjoni, huwa partit li jqum għall-okkażjoni. Partit b’elementi ta’ patrijottiżmu, kontra l-firda u l-elitiżmu. Strumentali fl-għajnuniet, iħeġġeġ iktar il-ħiliet. Wassal biex ġensna jgħix mill-ġdid, lil hinn mill-biża’ u t-theddid. Malta repubblika u Malta ħielsa, b’indipendenza mingħajr mittiefsa. Ħidmet missirijietna aħna writna, sabiex illum kburin b’gżiritna. Kien hemm min ried jeqridna, u għal xi mumenti dan dgħajjifna. Il-progress huwa importanti, iżda mill-għeruq qatt distanti. Għaddew mitt sena ta’ ħidmiet, b’futur mill-isbaħ ta’ kisbiet.
Min hu Miguel Balzan? Miguel Balzan huwa żagħżugħ ta’ 28 sena, avukat, b’interess partikolari fil-liġi kostituzzjonali. Fost affarijiet oħra jħobb ħafna l-politika, il-mużika, il-letteratura u ma jiddejjaqx jiddiskuti dwar suġġetti varji anke bħal dawk ta’ natura reliġjuza u morali. Ħa l-edukazzjoni tiegħu ġewwwa l-Liċeo tal-Ħamrun, imbagħad daħal il-Junior College u wara l-Università fejn studja l-Malti u l-Liġi sabiex eventwalment laħaq avukat. Iħobb isir jaf u jitgħallem dejjem iżjed dwar tradizzjonijiet u personaġġi tal-passat u jħobb ħafna l-isport tat-table tennis, sport li għamel mad-disa’ snin jipprattikah b’mod regolari. Kif nibtet l-idea tal-poeżija? Kif intqal qabel, l-imħabba lejn il-letteratura, partikolarment dik Maltija, hija waħda mill-interessi ewlenin tiegħi. Nista’ ngħid li l-poeżija hija xi ħaġa importanti u aspett li kien preżenti ħafna matul ħajti. Dan minħabba li kemm fis-sekondarja u anke wara, f’dak post-sekondarju u universitarju, l-istudju u l-ġibda lejn il-poeżija baqgħu kostanti. Ġieli ktibt xi poeżiji oħrajn kemm għalija, għall-gost personali tiegħi, kemm għal sħabi b’dedika u apprezzament lejhom u anke għal xi okkażjonijiet partikolari u speċjali. Bħala temi li nħobb nikteb dwarhom hemm il-politika, l-identità Maltija u r-reliġjon. Għalhekk għaċ-ċentinarju tal-Partit Laburista ħsibt li jkun opportun li nħejji daqsxejn ta’ poeżija żgħira bħalma għamilt sabiex fiha xi ftit jew wisq umilment niġbor aspetti mill-istorja ta’ li għadda minnhom u kiseb l-istess partit. Temmen li l-Partit Laburista għadu jgħodd u ser jibqa’ filġejjieni? Ir-relevanza tal-Partit Laburista llum hija waħda indiskutibbli. Bla dubju l-Partit bħal kull ħaġa oħra fil-ħajja kellu t-telgħat u l-inżul, iżda
persważ li jekk jibqa’ jkollna mexxejja denji u ta’ rieda tajba u kapaċissimi bħalma kellna u għandna mela allura m’hemmx dubju li r-relevanza u s-saħħa tal-Partit Laburista tkun waħda dejjiema. Il-bżonn li jkun hemm leħen għall-minoranzi; għall-ħaddiema; għan-nisa u għall-irġiel; għall-pensjonanti u t-tfal se jibqa’ hemm dejjem. Mingħajr ma forsi nkun metaforiku jew drammatiku żżejjed, nazzarda ngħid li diment li tibqa’ teżisti s-soċjetà Maltija, il-Partit Laburista jibqa’ jeżisti u jibqa’ relevanti. Inti għamilt it-teżi tiegħek dwar l-influwenza leġiżlattiva tal-amministrazzjoni Laburista (1971-1987) fuq illigi kostituzzjonali Maltija. X’tgħidilna dwar dan? X’kienet l-influwenza li qed issemmi? Iva, essenzjalment esplorajt u dħalt f’dawk il-liġijiet u partikolarment l-emendi leġiżlattivi ta’ natura kostituzzjonali li l-amministrazzjoni Laburista ta’ bejn il-71 u s-87 daħħlet u x’effetti setgħu ħallew f’dak iż-żmien u anke wara. Prattikament wieħed jara kif l-indipendenza li Malta kisbet fl-1964 taħt Gvern Nazzjonalista kienet waħda li kellha bżonn daqsxejn ta’ polixjatura tajba, ejja nqegħduha hekk. Dan seħħ biss permezz u bis-saħħa tal-pjan u l-viżjoni tal-amministrazzjoni Laburista mmexxija mill-Perit Dom Mintoff meta Malta mbagħad saret Repubblika. Importanti li apparti dan kollu wieħed jifhem u japprezza li f’moħħ ilPerit u dawk ta’ madwaru kien hemm dejjem il-għan li Malta ssir dejjem iżjed Maltija u dan fost oħrajn rajnieh meta sar Sir Anthony Mamo Gvernatur ta’ Malta li mbagħad sar anke l-ewwel President tar-Repubblika. Inqatgħu ċerti affarijiet li llum forsi neħduhom bħala ovvji u forgranted bħall-fatt li minn hemm ’il quddiem ma baqax ikun il-Gvernatur li jirrappreżenta r-Reġina f’pajjiżna u aktar minn hekk ma baqgħetx ir-Reġina bħala l-Kap tal-Istat Malti, iżda l-President tar-Repubblika. Aspetti bħal dawn apparti li kellhom bżonn
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
ta’ tibdiliet legali u kostituzzjonali li xi kultant anke kontroversjali sal-ġurnata tal-lum, trid teħodhom mill-aspett ta’ identità ta’ pajjiż. Qisek għandek wild u trid tarah jikber u jsir iktar indipendenti iżda li jkun ukoll għaqli u b’saħħtu u konxju fid-deċiżjonijiet li jieħu. Minkejja kollox, minkejja l-kurrenti ta’ kull tip u xorta, pajjiżna kiber u dik l-amministrazzjoni kienet li tagħtu dan l-istatus veru u reali mingħajr ebda rbit ieħor. Lejn l-aħħar tal-perjodu msemmi, jiġifieri lejn it-tieni nofs tat-tmeninijiet, imbagħad naraw anke ħidma u l-introduzzjoni tan-newtralità ta’ pajjiżna fil-Kostituzzjoni Maltija flimkien mal-emendi tal-mekkaniżmu korrettiv li fuqu komplejna nibnu permezz t’aktar emendi fejn jidħlu n-numru ta’ siġġijiet li jeleġġi partit f’kuntrast mal-voti miksuba. Dan sabiex jiġu evitati kemm jista’ jkun riżultati perversi kif kellna fil-passat u tiġi riflessa aħjar ir-rieda elettorali tal-poplu. Fil-fehma umli tiegħi nħoss li minkejja kollox irrenja d-djalogu u fuq kollox l-ispirtu demokratiku u ta’ rieda tajba tal-mexxejja mgħoddija u ta’ dan għandna nkunu grati lejhom bħala pajjiż – bħala poplu wieħed sħiħ u magħqud. Taħseb li l-Perit Duminku Mintoff kien tassew viżjonarju fejn saħansitra ċerti proposti li għamel hu fi żmienu, narawhom jitwettqu u jgħoddu llum? Li l-Perit huwa viżjonarju m’hemmx dubju. Kien avangardist. Ngħid ‘huwa’ u mhux ‘kien’ għax inħoss li persunaġġ bħalu għadu ħaj fostna anke llum wara mewtu. Dan għaliex apparti l-monumenti tiegħu li jfakkru l-memorja tiegħu, nistgħu ngħidu li ma’ Malta kollha nsibu monumenti li jfakkruna f’ħidmietu kemm tanġibbli bħal ngħidu aħna l-linja tal-ajru nazzjonali tagħna u anke wirt intanġibbli ieħor bħad-diversi għajnuniet li nsibu u servizzi varji bħassaħħa b’xejn għal kulħadd. Liema taħseb li kienu l-aqwa mumenti tal-Partit Laburista
23
08.11.2020
Li l-Perit huwa viżjonarju m’hemmx dubju. Kien avangardista. Ngħid ‘huwa’ u mhux ‘kien’ għax inħoss li persunaġġ bħalu għadu ħaj fostna anke llum wara mewtu. Dan għaliex apparti l-monumenti tiegħu li jfakkru l-memorja tiegħu, nistgħu ngħidu li ma’ Malta kollha nsibu monumenti li jfakkruna f’ħidmietu meta jiġrilu hekk naħseb li hemm konnessjoni, bejn il-firda u li partit ma jibqax relevanti. Dan għaliex meta partit jitlef il-konċentrazzjoni tiegħu u jaħli l-enerġija fuq problemi trivjali hemmhekk jibda jnaqqas mill-attenzjoni u mill-kapaċità li jħoss il-polz tal-poplu u allura ladarba partit politiku ma jibqax iħoss il-polz tal-poplu li jrid jiggverna, hemmhekk nasal ngħid li ma jibqax iktar relevanti u jkun żvija minn triqtu. Meta partit ma jibqax relevanti u allura jibda jissogra li jintemm mhix ħaġa li bħala ċittadini ta’ pajjiż demokratiku għandna nieħdu gost biha, għax dan inaqqas u jimpinġi fuq ċerti prinċipji bażiċi li huma essenzjali għat-tħaddim tad-demokrazija. Oppożizzjoni, viżjonijiet u perspettivi differenti u b’mod kostruttiv huma aspetti li għandna nieħdu pjaċir bihom u li għandna nkomplu nixprunaw f’pajjiżna għax permezz tagħhom biss nistgħu nikbru u nimmaturaw intellettwalment.
mill-bidu tiegħu sal-lum, f ’termini ta’ progress u storja?
2017.
Għaliex il-Partit Laburista dejjem ħaddan politika soċjali Biex tiddefenixxi mument favur il-ħaddiem? wieħed jew tnejn bħala l-aqwa mument/i ta’ Partit daqstant Il-ħaddiem u d-drittijiet glorjuż hija xi ħaġa impossib- tal-ħaddiema kienu fost il-pibli. Iżda matul iż-żmien fost lastri ewlenin li għalihom kisbiet oħra ta’ min isem- twaqqaf il-Partit Laburista. mi dawk notevoli fl-opinjoni Ma ninsewx li l-Partit twaqqaf tiegħi bħad-dritt tal-vot lin-ni- fl-isfond tal-irvellijiet tal-1919. sa fl-1947; il-perseveranza fi Apparti minn hekk, l-enċikżmien tant diffiċli tal-interdett lika Papali Rerum Novarum fis-sittinijiet; ir-rebħa tal-71; li fost oħrajn kienet tittratta bla dubju l-kisba importan- dwar id-drittijiet tal-ħaddiema tissima tar-Repubblika fl-74 kienet parti essenzjali mill-peu mbagħad il-Ħelsien fid-79 li dament tat-twaqqif tal-Partit. kien kisba tant għażiża u im- L-istess Partit imbagħad tul portanti għall-Perit Mintoff. iż-żmien irnexxielu jieħu xejra Naturalment imbagħad fl-is- skont il-ħtiġijiet taż-żmien u torja aktar reċenti ma jistax dawk tal-ħaddiema kontemwieħed ma jsemmix ir-rebħi- poranji. Iżda mhux biss, għax et elettorali rekord bla preċe- il-Partit ra kif jieħu ħsieb li dent li kiseb il-Partit Laburista fis-soċjetà kemm jekk żgħir jew fl-elezzjonijiet tal-2013 u tal- kbir, fqir jew sinjur, kulħadd ig-
Kif taħseb li se jkun il-partit filfutur? Temmen li l-poplu Malti ser jibqa’ jagħti kas kif jagħti llum lill-politika fejn f’pajjiżi barranin naraw li l-interess awdi mill-ġid li jinqasam b’mod mhux kbir daqskemm hu tajjeb ma’ kulħadd u li kemm f’pajjiżna? jista’ jkun inaqqas dik il-firda; dak id-distakk tal-klassijiet u Kif se jkun il-Partit fil-futur b’hekk jikber iktar ir-rispett ma nafx ovvjament, iżda jekk lejn kull wieħed u waħda nibqgħu mixjin fuq il-pasminna kemm bħala drittijiet si li semmejt aktar kmieni u tal-ħaddiema u anke ta’ dawk nibqgħu magħqudin naħseb li jħaddmu. Dan sabiex il-bnie- li bi tmexxija soda bħal dik dem jibqa’ jiġi rrispettat għal ta’ Dr Robert Abela għandna dak li hu – persuna. Li jitħal- naraw il-Partit b’futur mill-isla jaħdem u jaqla’ l-għajxien baħ. L-importanti li dejjem tiegħu mingħajr tfixkil, biża’, wieħed iżomm saqajh malart u b’umiltà jservi lill-popjew theddid. lu u jagħraf imexxih fit-toroq it-tajba. Jien dejjem ħassejt li Meta jkun it-tmiem ta’ partit politiku? Jiġifieri meta taħseb f’Malta l-politika qisha qiegħda f’demmna... Nies bħali li jħobbu li partit ma jibqax relevanti? l-politika u jistudjawha u jsegIt-tmiem ta’ partit politiku jkun wuha naħseb jistgħu jgħidu li meta tidħol fih il-firda. Fost af- huma ffortunati għax għandna farijiet oħra naħseb li dik l-ik- politika li hija tassew waħda tar ħaġa li tista’ tweġġa’ partit ħajja, li tinħass preżenti. Dan – il-firda interna u n-nuqqas ta’ jista’ jkun attribwit ukoll għallgħaqda u koperazzjoni bejn in- fatt li aħna pajjiż żgħir ħafna, nies fil-partit. Partit imbagħad allura l-impatt u r-reazzjonijiet
jinħassu u jinstemgħu malajr iżjed. Illum issib numru ta’ nies ta’ kull età li jgħidulek li ma tantx jifhmu u jinteressaw ruħhom fil-politika u saħansitra anke ssib min jgħid li l-interess fil-politika llum naqas, iżda rridu ngħidu wkoll kemm żdiedu żgħażagħ li jieħdu sehem attiv fil-politika u anke saħansitra jikkontestaw u jiġu eletti f’elezzjonijiet. Biex l-interess fil-politika jibqa’ li hu u jikber iktar il-politiċi jridu jkomplu jagħrfu kif ikunu hemm għannies u li b’ċerta responsabbiltà jwettqu xogħolhom f’isem ir-Repubblika u li jaġixxu b’mod li jagħti ġieħ lil Malta u lill-Maltin. B’hekk l-interess u l-istima lejn il-politika Maltija jogħla u mbagħad il-Maltin jibdew jagħtu iktar kas u jieħdu iktar interess fil-politika sforz l-integrità fil-ħidma tal-politiċi. Apparti hekk iżda, inħoss ukoll li l-interess u l-ħajra għal dik li hi politika tiġi wkoll minn dak li jkun, mhux kulħadd għandu l-istess interessi u ġibdiet. Madanakollu importanti wkoll li ċerti aspetti u kunċetti tal-politika jiġu mgħallma fl-iskejjel, għax il-valur tal-edukazzjoni speċjalment minn kmieni huwa imprezzabbli. Fl-aħħar mill-aħħar il-livell politiku ta’ pajjiżna jiddependi mill-ġenerazzjonijiet futuri tagħna, u għaldaqstant huwa vitali li jissawru żgħażagħ ta’ ċertu intellett u karattru, u dan jiġi mit-trobbija u l-edukazzjoni li tingħatalhom. Ma rridux inħalltu l-interess politiku mal-partiġjaniżmu. Filwaqt li napprezza u nifhem il-lealtà lejn twemmin jew partit, irridu nifhmu wkoll il-ħsieb u l-iskop ewlieni wara l-politika – dak ta’ tmexxija u amministrazzjoni ta’ pajjiż li trid tkun demokratika, fil-każ ta’ pajjiż modern u avvanzat, u li sservi lin-nies b’umiltà u vokazzjoni filwaqt li tieħu konjizzjoni tad-diversi realtajiet li nsibu f’soċjetà li dejjem tinbidel. Ċertament li dan mhuwiex xi xogħol faċli iżda żgur li huwa ta’ sodisfazzjon kbir għal min jagħraf iwettqu b’suċċess.
24
08.11.2020
reċensjoni tal-ktieb
ARLEKKIN ISFAR
Suġġeriment ċkejken: fittxu fuq google: Harlequin Head, ta’ Pablo Picasso, u arawha sew. Għax dik il-pittura ċelebri m’intom se tarawha qatt imkien jekk mhux online jew fuq il-kartolini. L-oriġinali kienet insterqet mill-mużew ta’ Rotterdam, u wara saret irmied meta omm wieħed mill-ħallelin tatha n-nar biex ma tispiċċax il-ħabs minħabba binha. Tisma’ dal-fatti, tkun trid tħabbat rasek mal-ħajt! Imma l-awtriċi Roberta Bajada marret pass oltre: kitbet rumanz għat-tfal dwar hekk! L-Arlekkin Isfar huwa s-sequel tal-ktieb tant popolari Arloġġ u Tila, li kien wieħed mill-finalisti tal-kompetizzjoni letterarja Abbozz tal-Merlin Publishers. Arloġġ u Tila tant kien intgħoġob mill-qarrejja żgħażagħ li sar bestseller, tant li l-kopji nbiegħu kollha u kellu jerġa’ jiġi stampat mill-ġdid – u Bajada wkoll rebħet il-premju tal-Aqwa Awtriċi Emerġenti mogħti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fl2015. Dan is-sequel jerġa’ jlaqqagħna ma’ Viktor Van der Mark. Huwa dak il-karattru li fl-ewwel ktieb kien nqabad u nżamm ġewwa pittura rinaxximentali, grazzi għall-maġija oskura ta’ arloġġ misterjuż b’poteri kbar. L-arloġġ flaħħar tal-istorja kien twaddab il-baħar, fejn kulħadd ittama li kien se jibqa’ … imma, ħeħe, li ġara kien li l-poteri tiegħu issa spiċċaw jipperikolaw anki pajjiżi oħra lil hinn minn Malta. Fil-fatt, Van der Mark qed jissuspetta li s-serqa ta’ pitturi imprezzabbli mill-mużew ta’ Rotterdam, huma xogħol dan l-arloġġ maġiku. U għalhekk, jitlob l-għajnuna ta’ ħabiba antika tiegħu, Elsa, u ta’ Sven – student mistħi
ta’ Elsa. Imma fil-frattemp, l-Harlequin Head ta’ Picasso maġikament ħadet il-ħajja fil-forma tat-tifel li fl-antik kien ippoża għall-pittura – ċertu Oscar Mendoza. Mendoza huwa ossessjonat b’li jkollu ċirku tiegħu u fl-istess ħin isir l-aktar bniedem kattiv b’saħħtu fid-dinja. Bħar-rumanz ta’ qablu Arloġġ u Tila, din l-istorja ġdida tesplora d-dinja tal-arti b’mod affaxxinanti. Fih ukoll, iżewquh, l-illustrazzjonijiet tal-artist Ingliż Robbie Cathro. Barra minn hekk, il-qarrejja se jintilfu wara din l-avventura ġdida tal-arloġġ u, fil-proċess, bla ma biss jindunaw se jkunu għaddew minn ġo speċi ta’ lezzjoni tal-Arti, fejn se jkunu ġew introdotti għax-xogħlijiet ta’ Salvador Dalì, Henri Matisse, Marc Chagall u Edgar Degas. Biex ma ngħidu xejn dwar li se jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ mal-famuż Picasso, fl-aqwa tiegħu fl1920.+ “Fl-aħħar mill-aħħar dal-ktieb hu maħsub biex jistimola l-kreattività tat-tfal,” qalet Bajada, li fl-istudji tagħha kienet iffukat fuq ir-relazzjoni bejn l-Arti u l-letteratura. Għalkemm l-istorja tar-rumanz hi waħda maġika u fittizja, l-ispirazzjoni kienet serqa li seħħet fil-verità: “F’Ottubru 2012, seba’ pitturi imprezzabbli kienu nsterqu mill-Kunsthal f’Rotterdam u fosthom kien hemm il-Yellow Harlequin ta’ Pablo Picasso,” kompliet Bajada. “Il-fatt li Rotterdam hi port marittimu kien bonus għax ħoloqli ambjentazzjoni perfetta għal avventura rokamboleska fil-baħar.” L-Arlekkin Isfar jinsab għall-bejgħ millħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com, b’pustaġġ b’xejn.
Mistoqsija: X’kienet għamlet omm il-ħalliel biex binha ma jispiċċax il-ħabs? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-ARLEKKIN ISFAR. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 15 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb META NĦARAQ IN-NOTRE DAME hija:
G. TABONE - QORMI
02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’inhu maħsub li jista’ jerġa’ jitħol lura fis-suq ta’ Malta? Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
08.11.2020
VITTMA INNOĊENTI TA’ LESTER EDWARD EUBANKS GĦADHA GĦADDEJJA T-TFITTXIJA GĦALIH WARA KWAŻI 50 SENA MAĦRUB
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Fl-14 ta’ Novembru tal-1965, Mary Ellen Deener, tfajla ta’ 14il sena minn Mansfield f’Ohio, kienet qed tgħin lil ommha fil-faċendi tad-dar. Il-familja Deener kellha sebat itfal b’kollox, u dawn kollha kienu jagħtu daqqa t’id fix-xogħol tad-dar. Dakinhar, Mary Ellen flimkien ma’ oħtha Brenda, li kellha 12-il sena, kienu qegħdin jaħslu l-ħwejjeġ u xħin marru biex jużaw il-magna li tnixxef il-ħwejjeġ indunaw li din ma bdietx taħdem. Kien għalhekk li l-aħwa qabdu taxi biex teħodhom f’ħanut fejn jitnixxfu l-ħwejjeġ, liema ħanut kien viċin id-dar tan-nanna tagħhom. Il-jum tal-14 ta’ Novembru kien l-aħħar wieħed li l-familja tagħha rawha ħajja.
Wara tliet kwarti biex lesta, hu reġa’ għadda minn fejn kienet Mary Ellen u ntebaħ li din kienet għadha ħajja u tokrob bl-uġigħ. Kien għalhekk li qabad briksa u taha daqqiet biha fuq rasha
Il-qtil ta’ Mary Ellen Deener Hekk kif Mary Ellen u oħtha Brenda kienu qegħdin inixxfu l-ħwejjeġ fil-magna, huma indunaw li ma kellhomx iktar muniti x’jitfgħu u lanqas tal-ħanut ma kellu flus żgħar xi jsarrfilhom. B’hekk, Mary Ellen iddeċidiet li tmur f’ħanut ieħor fejn jitnixxfu l-ħwejjeġ biex issarraf u qalet lil oħtha biex tibqa’ tistennieha. Brenda hekk għamlet iżda oħtha Mary Ellen ma rritornatx, minkejja li l-ħanut kien biss ħames minuti ’l bogħod. Wara numru ta’ sigħat tistenna, Brenda marret tħabbat lil nannitha u qaltilha x’kien ġara. In-nanna qaltilha biex tidħol ġewwa u tistennieha sakemm hi tmur tfittex lil Mary Ellen. Waqt li bdiet tfittex lin-neputija, in-nanna rat ilkarozzi tal-pulizija u xħin għaddiet minn ħdejhom rat il-ġisem bla ħajja ta’ Mary Ellen. Waqt li bdiet titkellem mal-pulziija, huma qalulha li t-tfajla kienet ilha mejta madwar sagħtejn. Mary Ellen inqatlet b’żewġ tiri ta’ arma tan-nar u b’daqqiet ta’ briksa fuq rasha.
twila ta’ offiżi sesswali u kien ukoll akkużat b’attentat ta’ stupru. Hekk kif ġie arrestat u interrogat, Eubanks ammetta li kien hu li qatel lil Mary Ellen Deener u ta kull dettall ta’ dak li kien ġara. Hu qal li kif ra lil Mary Ellen miexja fit-triq, hu qabadha u ħadha wara dar li kien hemm u prova jistupraha. Mary Ellen bdiet tirreżistih u tgħajjat għall-ajjut u kif ra hekk ħareġ il-pistola u sparalha żewġ tiri fl-istonku. Wara dan l-att krudili, Eubanks mar id-dar u beda jlesti biex imur lejl jiżfen. Wara tliet kwarti biex lesta, hu reġa’
għadda minn fejn kienet Mary Ellen u ntebaħ li din kienet għadha ħajja u tokrob bl-uġigħ. Kien għalhekk li qabad briksa u taha daqqiet biha fuq rasha. Il-ġuri Eubanks deher fil-qorti f’Mejju tal-1966, fejn għat-tieni darba reġa’ ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Uħud jgħidu li kellu sens ta’ kburija fil-mod ta’ kif beda jirrakkonta dak li ġara u qatt ma talab apoloġija b’mod uffiċjali lill-familja ta’ Mary Ellen għal dak li għamel. Hu ngħata s-sentenza tal-mewt iżda
Min qatilha? Il-pulizija li bdew jinvestigaw saru jafu l-kalibru tal-balla li ntużat x’kien u b’hekk bdew iduru kull ħanut tal-armi tan-nar u jfittxu fir-rekords tagħhom ix-xiri ta’ balal tal-kalibru .38. Huma rnexxielhom isibu li l-balal kienu nxtraw minn Lester Edward Eubanks, raġel ta’ 22 sena, li kellu storja
d-data tal-eżekuzzjoni tiegħu tmexxiet tliet darbiet. Sfortunatament, fl-1972, il-piena kapitali tneħħiet u dawk li kellhom din is-sentenza nbidlitilhom f’waħda ta’ għomor il-ħabs. Il-ħarba ta’ Eubanks Fl-1973, fil-ħabs fejn kien Eubanks kien tnieda programm fejn il-ħabsin setgħu joħorġu jagħmlu ċerti attivitajiet flimkien mal-gwardjani tal-ħabs. Eubanks kien parti minn dan il-programm u darba minnhom xi wħud mill-ħabsin ittieħdu fi stabbiliment biex jagħm-
lu xi xiri tal-Milied. Eubanks kien ma’ dawn il-ħabsin iżda l-gwardjani ħallewhom iduru l-istabbiliment waħedhom mingħajr ma qagħdu jgħassuhom. Din kienet l-opportunità li kien ilu jistenna Eubanks u ħarab minn fuq il-post. Il-pulizija damu jfittxuh iżda qatt ma sabuh. Tkellmu wkoll mal-familjari ta’ Eubanks iżda l-missier tahom x’jifhmu li jaf fejn hu ibnu iżda ma kellu l-ebda intenzjoni li jgħidilhom. Fil-fatt, il-missier qalilhom li kulħadd jinbidel u kulħadd ħaqqu jingħata ċans ieħor, filwaqt li qal li ma kienx jaf fejnu ibnu. Il-pulizija tkellmu wkoll mal-armla tal-kuġin ta’ Eubanks, u din ammettiet li meta ħarab mar għandha. Hi qalet li kienet tibża’ minnu għax kien manipulattiv u rnexxielha tkeċċih mid-dar billi gidbet li ċemplulha l-pulizija biex tmur tkellimhom dwaru. Hi qalet li minn dakinhar ma ratu qatt iżjed. Għotja ta’ flus għal iktar informazzjoni
Kif jista’ jidher illum li xjaħ
Il-pulizija qegħdin joffru s-somma ta’ 50,000 dollaru għal min jagħti informazzjoni siewja dwar fejn jinsab Eubanks. Huma xandru wkoll ritratti ta’ kif Eubanks seta’ jidher issa li kiber ħalli min jarah ikun jista’ jinforma lill-pulizija minnufih.
26
08.11.2020
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
08.11.2020
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 354
D. PANTALLERESCO - MARSAXLOKK
Bi 3 NUMRI 002 015 022 026 030 036 075 105 123 161
177 182 196 203 225 365 376 462 535 606 638
804 853 883 917 986 B’4 NUMRI 0033 0084 0137 0333
0669 0687 1098 1257 1936 2363 3034 3975 4181 4376 4637
4639 5151 5232 5622 5639 5758 5827 6792 6811 7157 7163
B’6 NUMRI 105534 117127 B’5 NUMRI 233547 14472 583862 17555 602609 50949 759969 64519 76394 B’7 NUMRI 82972 0772145 2732122 8183 9813
MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: 9,11. F’........ jsib 10. il-ftiet, il-bidwi u12. s-sajjied (5) 4. Ġebel? (4) 16. 7,16. Hekk titqassar 18,23.
Birkirkara (5) Iljieli Taljani (5) 19. Biċċa għodda (6) Belt 20. fl-Albanija (6) 21. Ara 7 23. Il-kontinent 24.
tagħna (6) Iċ-ċirku tilef l-enne (3) Użajt ħażin? (5) Tnejn (3) Ara 18 Tost (5)
WEQFIN: 1. Foresta? (6) 2,5. Immur (6) 3,15. Jobdi (9) 5. Ara 2 6. Frott (3)
Tikber taħt il-ħamrija (9) Ara 9 Tilqa’ biha (5) Richard Ebejer Lagana (1,1,1)
Kunjom (6) Ara 3 Ara 12 wieqfa Safi (3) Rest in Peace (1,1,1)
8. 11. 12,17. 13.
14. 15 17. 21. 22.
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Żball, 4.Frar, 7,9.Ombra, 10.Naspli, 12.Bandli, 16.RSA, 18,21W.Doċċa, 20.Dalli, 21.Ċar, 23.Ajma, 24.Adura
WEQFIN: 1.Żabbar, 2.Ara, 3,19.Londra, 5.RIP, 6.Rai, 8.Mandolina, 11.Pa, 12,13. Banda, 14.Idilku, 15.Patata, 17.SSA, 22.Rum
28
08.11.2020
AĠENT TAL-IPOKRISIJA Editorjal
Din il-ġimgħa wkoll skoprejna kif Azzopardi kien evażiv ħafna meta mistoqsi jekk qattx gawda jew irċieva rigali mingħand Yorgen Fenech. Fuq hekk għad irridu nistennew ħafna u ħafna aktar
Ma kellniex bżonn konfermi, imma din il-ġimgħa Jason Azzopardi, id-Deputat Nazzjonalista, Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja u rappreżentant tal-għaqdiet distruttivi Repubblika u Occupy Justice, reġa’ stabbilixxa ruħu bħala l-aġent ewlieni tal-ipokrisija. Hu l-bniedem li fl-aħħar snin ħa l-parti u sar il-wiċċ tal-establishment arroganti, tal-klikka estremista li ħatfet lill-PN, tefgħet ’il barra lil Adrian Delia minn Kap u dilket lil Bernard Grech minfloku. Azzopardi kien u għadu minn ta’ quddiem nett biex imexxi ’l quddiem l-aktar politika diviżiva u ta’ mibegħda. Fid-dagħdigħa biex jagħmel dan lanqas jinduna li jkun qed jinqela’ f’żejtu stess. Nhar il-Ħamis li għadda, Azzopardi, flimkien mal-Ministru Edward Zammit Lewis, ħa sehem fi programm tax-Xandir nazzjonali fejn ħarġu diversi punti li jikkonfermawh bħala ipokrita grass u li qiegħed fil-politika għax tassew hemm l-ispazju fil-Partit tiegħu. Wara li ftit aktar minn ġimgħa ilu Azzopardi ħareġ jgħid fuq ir-radju tal-Knisja li membru
fil-Kabinett preżenti seta’ kellu xi involviment jew kien jaf bl-attentat ta’ serqa fuq l-HSBC, fl-aħħar jiem is-soltu mezzi tax-xandir tgħidx kemm ġrew wara l-Prim Ministru u Ministru partikolari, li ġew imħeġġin minn taħt biex jistaqsu dwaru. Iżda meta l-Ħamis kien iffaċċjat bil-mistoqsijiet dwar din is-sunnara bla ħobż li tefa’ għall-konsum ta’ ġurnalisti għatxana, Azzopardi qal li hu sempliċiment irrepeta dak li qal wieħed mill-akkużati fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Ovvjament mhix kumbinazzjoni li dikjarazzjoni simili kellu jagħmilha fi żmien ta’ diskussjonijiet dwar maħfra jew le lill-istess akkużat. Hu ċar li Azzopardi qed juża tagħrif mill-kawżi fejn hu l-avukat tal-familja Caruana Galizia biex jagħmel ħsara lill-Gvern Laburista. Agħar minn hekk, iżda, hu li wara li għamel dawk id-dikjarazzjonijiet kollha, wara ħemel ta’ mistoqsijiet open-ended apposta, ma kellux u m’għandux il-kuraġġ li jdendel il-ġolġol, avolja ġie sfidat biex jagħmel dan. Lanqas ried jammetti li, b’xi mod,
qed jinsinwa xi ħaġa bi kliemu. Ilkoll nafu għal xiex!! Għax akkost ta’ kollox lest jamplifika dak li jasallu għal widnejh ladarba jista’ jużah kontra l-Gvern Laburista, anke jekk ma jkunx veritier. Fl-istess ħin skoprejna kif l-istess paladin tas-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba (!) għandu inkjesta mdendla fuq rasu dwar deċiżjonijiet li ħa fil-Lands meta kien il-politiku responsabbli. Azzopardi, li jitkellem tant fuq ħaddieħor waqt inkjesti, li jitlob ir-riżenji minnufih qabel xi forma ta’ konklużjoni, il-Ħamis immuta meta ħareġ li hu kien qed jiġi investigat dwar art li taqa’ fid-distrett elettorali tiegħu. Mhux l-ewwel darba li smajna stejjer ħerġin dwar iż-żmien li hu kien responsabbli minn din l-Awtorità, b’lista infinita li tinkludi każi ta’ encroachments, tal-Mare d’Oro, tal-eks fabbrika tal-Löwenbräu f’Ħal Qormi, il-każ ta’ Spinola u l-garaxx lill-kap tas-sigurtà tal-PN Ernest Tonna, fost oħrajn. Għalihom ukoll irċieva kundanna wara l-oħra mingħand l-Awditur Ġenerali. Oħroġ il-għaġeb, qatt ma refa’
responsabbiltà għal dawn il-kundanni kollha li rċieva, iżda għorok idejh meta Ministru Laburista rriżenja fuq il-każ ta’ Gaffarena u Triq Żekka, anke jekk dan ma kellux kontroll fuqu. Azzopardi jmissu tgħallem xi ħaġa dakinhar, anke jekk konna skoprejna li hu u sħabu kienu eqreb tal-istess Gaffarena milli pprovaw jagħtu l-impressjoni. Din il-ġimgħa wkoll skoprejna kif Azzopardi kien evażiv ħafna meta mistoqsi jekk qattx gawda jew irċieva rigali mingħand Yorgen Fenech. Fuq hekk għad irridu nistennew ħafna u ħafna aktar. B’dan waħdu, iżda, faċilment tikkonkludi li Azzopardi m’għandux post fil-politika Maltija. Huwa l-agħar tip ta’ politiku, dak li jpinġi lilu nnifsu tal-puritan, li jipprova jgħaddi lezzjonijiet morali lil ħaddieħor, meta fil-verità hu biss l-inkarnazzjoni ta’ dak kollu li hu immorali u mingħajr l-iċken farka ta’ diċenza. Jason Azzopardi hu l-aġent tal-ipokrisija u ż-żmien se jagħtina ħafna aktar raġun.