SUĊĊESSI EKONOMIĊI LI SPIKKAW
Għaxar riżultati li pajjiżna kiseb tul is-sena li spiċċat b’riżultat tal-għaqal amministrattiv taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela
M’hemmx dubju li l-2022 kienet sfida kbira għal ħafna ekonomiji dinjin. Fil-bidu, l-akbar problema kienet il-pandemija, speċjalment bilvarjant tal-Omicron, iżda wara waslu l-akbar problemi kawża tal-Gwerra fl-Ukrajna, li ġabet kriżi fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel u żieda ulterjuri fl-inflazzjoni globali.
Waqt li pajjiżna kien affettwat direttament minn din is-sitwazzjoni mwiegħra, it-tmexxija għaqlija tal-Gvern Laburista tal-Prim Ministru Robert Abela wasslet biex l-ekonomija tagħna kompliet miexja ’l quddiem. Fost oħrajn, din qabżet anke livelli ta’ qabel il-pandemija, bilmaqlub ta’ għadd ta’ pajjiżi li spiċċaw anke jidħlu f’riċessjoni. Ma’ dan, il-ġid tal-familji f’pajjiżna baqa’ jikber, waqt li l-qgħad irreġistra l-aktar livelli baxxi fl-istorja.
Dan kollu joħroġ biċ-ċar ukoll mirrapporti pożittivi li ppubblikaw dwar pajjiżna istituzzjonijiet rinomati, bħallFond Monetarju Internazzjonali (IMF), il-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji ta’ kreditu internazzjonali.
Tkompli f’paġni 4 u 5
PJAN IMĠEDDED LI JIBQA’ JMEXXINA ’L QUDDIEM
Il-pjan magħżul u mġedded mill-poplu fl-2022 se jibqa’ jmexxina lejn aktar suċċessi fuq dawk li diġà nkisbu biex f’din is-Sena l-Ġdida pajjiżna jibqa’ miexi fit-triq tal-progress għal kwalità ta’ ħajja mill-aqwa, mhux l-inqas biex ikomplu jiġu megħjuna l-familji u l-aktar vulnerabbli, b’mod speċjali. Dan kien il-qofol tal-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela, li xxandar ilbieraħ filgħaxija fl-okkażjoni tal-bidu tas-Sena l-Ġdida.
F’messaġġ viżjonarju, Dr Abela fisser kif il-fiduċja li
nkisbet fl-aħħar 12-il xahar, tixprunana bħala poplu li anke l-akbar sfidi kapaċi ndawruhom f’opportunitajiet, b’referenza għall-irkupru b’saħħtu mill-pandemija tal-COVID-19 u l-effetti tal-kriżi tal-enerġija.
“Qatt ma ġejna quddiemkom biex naqtgħulkom qalbkom … fil-kuntest globali, li qed ngħixu fih, f’Malta komplejna nieħdu deċiżjonijiet ħalli nagħtukom il-mezz li tkomplu tagħmlu kuraġġ, għax grazzi għallħidma tagħkom se nibqgħu lkoll mexjin ’il quddiem,” tenna l-Prim Ministru, waqt li fakkar kif fl-aħħar ġim-
għat pajjiżna rċieva għadd ta’ konfermi kif qed jirkupra malajr u kif ir-riżultati miksuba huma fost l-aħjar
Hu enfasizza wkoll fuq il-ħtieġa li, biex ikollna soċjetà b’saħħitha, jeħtieġ li din tkompli bir-riformi biex toħloq ġustizzja “għax il-kwalità tal-ħajja mhix biss dħul finanzjarju aħjar. L-2023 trid tkun ukoll is-sena fejn tarana nkomplu b’bidliet soċjali b’saħħithom, li jibnu fuq dak li għamilna fl-aħħar snin.”
Ħarġa Nru 1,538 Prezz €1 Il-Ħadd, 1
ta’ Jannar, 2023
awguri lill-qarrejja tagħna għas-Sena l-Ġdida mingħand l-Editur u l-istaff kollu
Ritratt:
GARETH DEGIORGIO L-isbaħ
Ara
3 Fil-messaġġ tiegħu għas-Sena l-Ġdida, il-Prim Ministru Robert Abela jisħaq li fl-2023 irridu nkomplu nibnu fuq is-suċċessi kollha li nkisbu fl-aħħar 12-il xahar biex il-pajjiż jibqa’ joffri kwalità ta’ ħajja mill-aqwa
l-messaġġ sħiħ tal-Prim Ministru f’paġna
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 17°C
L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 2
Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja qed tippersisti fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mill-Grieg il-Lvant li jsir ħafif għal moderat Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif
L-Imbatt: Ftit li xejn
It-Temperatura tal-Baħar: 19°C
It-Tnejn
Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta — 21238577 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun — 21221512
Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi — 21487020
Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara — 21441589 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann — 21386974
Krypton Pharmacy, Triq l-Ibraġ, Tal-Ibraġ — 21370141 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema — 21334635
Smiths St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur — 21413402
Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta — 21417593
Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa — 21523536
Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien — 21672757
MC Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura — 21801962
St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala — 21637615
Brittania Pharmacy, 5, Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa — 21658622
Remedies Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, L-Imqabba — 21641133
St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà — 21241293
Imtarfa Pharmacy, 207, Triq San David, L-Imtarfa — 21451261
Għawdex
Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat — 21556170
Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem — 27203615
L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m. Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
01.01.2023 02 NUMRI IMPORTANTI MEZZI SOĊJALI SIT ELETTRONIKU INDIRIZZ POSTALI KUNTATT ĠENERALI DISINN TAL-PAĠNI REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI EDITUR STAMPAT KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 www.one.com.mt tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722 email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722 email: ronald.vassallo@partitlaburista.org Miller Newsprint Ltd. KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000 www.facebook.com/kullhadd KIMBERLY CEFAI KIMBERLY CEFAI RONALD VASSALLO Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182 DETTALJI
18°C 17°C 18°C 16°C 14°C 13°C 14°C 13°C UV 3 UV 2 UV 3 UV 2
Is-Sibt
Il-Ħamis L-Erbgħa
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD 19°C 15°C UV 3 It-Tlieta 17°C 13°C UV 2 Il-Ġimgħa
“I
s-serħan il-moħħ li pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba. Huwa dak li ħdimna għalih fl-aħħar 12-il xahar. Huwa dak li se nibqgħu niggarantixxu fiż-żmien li ġej. Huwa għan li naħdmu għalih u nilħquh bħala poplu wieħed flimkien.
Ridna li wara sfida tant kbira, bħall-pandemija, il-familji mhux biss ikunu jistgħu jippjanaw is-sena li ġejja, iżda wkoll il-futur.
Dan f’pajjiż li fih jinħolqu opportunitajiet ġodda għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna u fejn jikber is-sostenn lill-pensjonanti u dawk l-aktar fil-bżonn.
Biex nilħqu dawn l-għanijiet, pajjiżna għandu pjan imġedded. Pjan magħżul minnkom aktar kmieni din is-sena fl-aktar proċess demokratiku b’saħħtu u miftuħ, dak ta’ elezzjoni ġene-
nagħżlu li nib-
ODZ fiż-Żonqor nipproteġuha. Rajna lill-Ħondoq jiġi salvat u lliberajna spazji oħrajn biex fuqhom isiru proġetti li jitgawdew mill-familji.
Ifisser li għamilna biżżejjed? Dażgur li le. Għalhekk fix-xhur li ġejjin din il-ħidma trid tieħu forma aktar mgħaġġla biex ikollna l-bażi b’saħħitha għal aktar proġetti ambizzjużi.
Konvint li naslu għax għandi fiduċja f’pajjiżna.
U mhux aħna biss għandna fiduċja f’pajjiżna.
Pajjiżi oħrajn għandhom fiduċja f’pajjiżna. Se nibdew inservu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Se nġibu f’pajjiżna s-sena d-dieħla summit li jiġbor fih il-pajjiżi kollha tan-naħa ta’ isfel tal-Unjoni Ewropea. Ingħatajna ċertifikat mill-FATF għar-riformi li għamilna. Dawn huma kollha
ekonomiku ta’ pajjiżna jrid ikun akkumpanjat minn progress personali, kemm bħala missier, kif ukoll bħala politiku. jeżistux. Għax, meta
01.01.2023 03 CH R ISF E AR N E C O M f t l Nixtiqilkom Sena Gdida Hienja u mimlija Sahha j . l l PAJJIŻNA FIT-TRIQ IT-TAJBA ANKE
FL-2023
tat-tmiem tal-2022 bl-isfidi tagħha u l-bidu ta’ sena ġdida
Messaġġ
sħiħ
tal-Prim Ministru Robert Abela fl-okkażjoni
GĦAXAR RIŻULTATI SINIFIKANTI
Tkompli minn paġna 1
Dak li segwejna s-sena li għadha kemm intemmet hu fil-fatt tkomplija ta’ dak li esperjenzajna f’għeluq l-2021 ukoll. Dak iż-żmien, fl-eqqel tal-effetti li ġabet il-COVID-19, Malta kompliet tikseb riżultati importanti, inkluż oħrajn bla preċedent.
Waqt li dakinhar fl-UE wkoll kien hemm pajjiżi li setgħu biss jittamaw li mal-bidu tal-2022 ikollhom xi ftit irkupru millagħar kriżi globali fl-aħħar 80 sena, Malta xorta kienet laħqet livelli għoljin u waslet f’irkupru sħiħ f’diversi oqsma qabel ħafna oħrajn, bħalma hu l-każ fl-għadd ta’ persuni f’impjieg.
Il-Gvern tal-Prim Ministru Abela baqa’ jipproteġi u jinvesti fin-nies, fil-familji u fin-negozji, li ntlaqtu l-agħar, waqt li xorta kompla jmexxi b’riformi importanti fl-iżvilupp ta’ pajjiż denju li jista’ jiftaħar b’demokrazija li tagħmel ġustizzja ma’ kulħadd.
Dan l-għaqal, flimkien massnin preċedenti li kkapitalizzaw anke fuq il-bżulija Maltija u ġġeneraw ġid bla preċedent, għenu biex mill-2020 ’l hawn il-Gvern kien kapaċi jibqa’ jgħin liċ-ċittadini Maltin f’mumenti ta’ kriżi internazzjonali mhux biss biex ma jitilfux il-ħobża ta’ kuljum, imma anke biex ma jkollhomx iġorru piżijiet żejda, bħalma kien fil-każ tal-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels li ggravaw bl-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
Analiżi tal-KullĦadd tat-12-il xahar li għaddew wasslet għal ġabra tal-aktar 10 suċċessi ekonomiċi prinċipali li spikkaw f’pajjiżna fl-aħħar sena…
F’Settembru l-familji Maltin u Għawdxin kellhom imfaddlin mal-banek lokali somma rekord ta’ €16.4 biljun jew żieda ta’ 8% fuq is-sena ta’ qabel.
Kemm ilu Prim Ministru Robert Abela, il-familji żiedu t-tfaddil tagħhom bi €3 biljun, li jfisser li għal kull €4 li kellhom il-bank f’Jannar tal-2020, illum bħala medja għandhom €5.
rreġistra l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja, bil-maqlub ta’ diversi stati membri Ewropej fejn il-ħaddiem tħalla jfendi għal rasu bil-konsegwenzi li negozji u industriji għalqu u spiċċaw ikeċċu lil kulħadd.
Fix-xahar ta’ Awwissu li għadda f’pajjiżna r-rata talqgħad niżlet għal 2.9%, aħjar minn qabel laqtitna l-pandemija meta f’Jannar tal-2020 il-qgħad kien jirreġistra 3.5%, filwaqt li qabel il-bidla fl-amministrazzjoni f’Marzu tal-2013 ir-rata kienet aktar mid-doppju ta’ dik tal-lum.
b’€225 sal-aħħar tas-sena, jew bi 23%. F’Malta l-konsumaturi ma ħassew l-ebda żieda u kellhom l-orħos prezzijiet f’dan ir-rigward fiż-Żona Ewro.
il-75% tal-livell ta’ dak li kien hemm fl-2019. Statistika uffiċjali tindika li f’Ottubru d-dħul minn din l-industrija kien diġà laħaq kważi 95% ta’ dak li kien tliet snin ilu qabel il-pandemija u sena rekord.
Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, il-Prodott Gross Domestiku (PGD) ta’ pajjiżna laħaq is-somma rekord ta’ €10.6 biljun. Dan ifisser żieda ta’ kważi 10% fuq il-livell li kellha l-ekonomija tagħna fl-2019, qabel il-pandemija.
Ta’ min ifakkar li ħafna esperti ekonomiċi kienu qegħdin ibassru li matul is-sena li għaddiet l-ekonomija tagħna kellha sempliċiment tirkupra għal kif kienet tliet snin ilu.
Bil-maqlub, madwar l-Unjoni Ewropea l-PGD kien ta’ 3% akbar milli kien fl-2019, li jfisser li pajjiżna kiber bi tliet darbiet il-medja Ewropea. Fis-sena l-oħra, pajjiżna laħaq rekords ġodda fl-ammont ta’ konsum privat, kif ukoll fl-ammont ta’ esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi.
Din iż-żieda hi ferm impressjonanti, speċjalment fid-dawl li fl-2022 il-familji baqgħu jixtru ammont rekord ta’ proprjetà residenzjali, tant li sa Novembru l-ammont ta’ proprjetajiet mixtrijin qabeż il-valur ta’ €3 biljun, żieda ta’ €165 miljun fuq l-istess perjodu sena qabel.
Il-valur medju ta’ proprjetà mixtrija tela’ għal €227,000, titjib ta’ madwar 3% meta mqabbel mal-€220,000 fl-2021.
Waqt li l-prezz medju tal-petrol madwar l-UE varja bejn minimu ta’ €1.61 u €2.04 tul is-sena l-oħra, dak f’pajjiżna dejjem baqa’ stabbli għal €1.34. B’mod simili, id-diesel dejjem baqa’ jiswa €1.21, bid-differenza li fil-bqija tal-istati membri l-prezz medju tad-diesel varja bejn €1.49 u €2.04.
Dan ifisser li xi ħadd li kien jonfoq €20 fil-ġimgħa fuq petrol fil-bidu tas-sena, kellu jonfoq madwar €135 aktar sa ġimgħa ilu minħabba bidla fil-prezz. Din hi żieda fil-piż ta’ 14%. Għal xi ħadd li kien jonfoq €20 diesel fil-ġimgħa, l-ispiża għolietlu
Skont il-Eurostat, fl-ewwel nofs tal-2022 il-prezz tal-elettriku f’Malta għall-familji kien €0.13 kull kilowatt hour. Dan meta fiż-Żona Ewro l-prezz tal-istess konsum hu ta’ €0.26, id-doppju ta’ dak li jħallsu l-familji Maltin u Għawdxin. L-istatistika Ewropea tindika li l-familji tagħna għandhom ir-raba’ l-orħos kontijiet fl-UE kollha u t-tieni l-orħos fiż-Żona Ewro. Ta’ min jinnota li, waqt li l-prezzijiet f’Malta baqgħu stabbli, dawk fl-UE żdiedu fi kważi kull pajjiż matul l-2022. L-akbar żieda, dik ta’ 70%, kienet irreġistrata fir-Repubblika Ċeka, segwita minn żieda ta’ 57% fid-Danimarka.
Fil-fatt, jekk wieħed jeskludi l-infiq ta’ turisti li jiġu fuq package holidays, id-dħul tal-industrija turistika f’Ottubru li għadda kien diġà qabeż il-livell tal-2019. Jekk tinżamm din it-tendenza, l-irkupru sħiħ fit-turiżmu jkun wasal kważi sentejn qabel il-previżjonijiet kollha li kienu saru mill-esperti.
L-esperti kienu qed ibassru li l-aktar li jista’ jirkupra t-turiżmu Malti fl-2022 kien li jilħaq
Grazzi għas-saħħa tal-irkupru ekonomiku, sa Ottubru d-dħul tal-Gvern laħaq livell rekord ta’ €4.5 biljun, minkejja li ma kien hemm l-ebda taxxa ġdida. Dan kien ifisser żieda fuq is-sena ta’ qabel ta’ nofs biljun ewro, bil-maġġoranza ġejja mill-VAT u t-Taxxa tad-Dħul (Income Tax).
B’hekk id-defiċit fuq il-Fond Konsolidat naqas bin-nofs meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2020, jiġifieri fl-eqqel tal-pandemija. Dan minkejja li, sa Mejju li għadda, il-Gvern kien għadu jħallas il-Wage Supplement, filwaqt li ta sostenn
01.01.2023 04
Ftit wara li laħaq Prim Ministru Dr Abela, it-tbassir kien li l-pandemija kienet se twassal biex aktar minn 50,000 persuna jiġu qiegħda. Fil-verità, pajjiżna
L-ekonomija taqbeż b’10% il-livell tal-2019 1 Rekord ta’ depożiti l-bank u fil-proprjetà Irreġistrata l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja 3 L-uniku pajjiż bi prezzijiet stabbli tal-fuels 4 Il-prezzijiet tad-dawl nofs taż-Żona Ewro 5 It-turiżmu f’livell kważi 95% tal-2019 6 Rekord ġdid fid-dħul tal-Istat u nofs id-defiċit 7 Taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela (lemin), pajjiżna rnexxielu jilħaq riżultati impressjonanti fl-2022, 2
MINKEJJA L-ISFIDI
QED JIRKUPRA B’RATA LI HIJA
Fl-2021 l-ekonomija Għawdxija kibret b’rata rekord ta’ 16.2%, li jfisser li kienet ferm aktar qawwija minn dik fil-bqija tal-pajjiż, fejn ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-istess sena laħqet it-13.7%.
Stqarrija ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) tindika li sentejn ilu l-ekonomija Għawdxija laħqet il-livell rekord ta’ €638 miljun, żieda fil-Prodott Gross Domestiku Għawdxi ta’ kważi €90 miljun.
Aktar minn kwart ta’ dan it-tkabbir rekord kien osservat fis-settur tal-bejgħ u dak tar-restoranti u l-lukandi. Dan kien jirrifletti l-ħidma tal-Gvern biex jattira turiżmu domestiku lejn il-gżira Għawdxija permezz ta’ skemi, fosthom dawk tal-vouchers ta’ €100 lil kull ċittadin, li nħarġu darbtejn.
Kwart ieħor tat-tkabbir seħħ grazzi għall-industrija tal-kostruzzjoni. L-inċentivi li offra l-Gvern f’dan il-qasam fejn jidħol xiri ta’ proprjetà wassal biex ħafna Maltin xtraw proprjetà fil-gżira Għawdxija, fattur li ħoloq ħafna xogħol f’dan il-qasam.
differenti minn ħafna pajjiżi oħrajn, inklużi dawk fl-Unjoni Ewropea stess
ta’ kważi nofs biljun ewro f’assistenza ħalli tonqos il-pressjoni tal-inflazzjoni.
Is-sena, li għadha kemm spiċċat, rat f’Għawdex żieda ta’ kważi 960 impjieg full-time u madwar 530 impjieg part-time.
L-ammont ta’ Għawdxin jirreġistraw għal xogħol naqas għal 64 f’Ottubru li għadda, minimu storiku ġdid għal din il-ġżira. F’Marzu tal-2013, fi tmiem l-aħħar Gvern Nazzjonalista, kien hemm 742 Għawdxi u Għawdxija jfittxu impjieg, jew 12-il darba aktar l-ammont preżenti.
Din hi evidenza ċara ta’ kemm l-ekonomija Għawdxija kompliet tikber b’ritmu mgħaġġel, frott is-sostenn partikolari li ngħatat tul il-pandemija u l-investiment qawwi li qed jagħmel il-Gvern f’din il-gżira.
kien hemm tnaqqis ta’ 234 persuna fuq il-benefiċċju tal-Assistenza Soċjali. Dan ifisser li fuq medda ta’ sentejn kien hemm tnaqqis ta’ 372 persuna, jew 8%.
Dan it-tnaqqis jistona bilkbir ma’ dak li kien ġara fil-kriżi ekonomika ta’ wara l-2008, meta kien hemm żieda ta’ kważi 900 persuna fuq l-Assistenza Soċjali.
Dan filwaqt li fl-2013 kien hemm id-doppju jiddependu minn din l-għajnuna milli hemm illum.
Imqabbel mas-sena ta’ qabel, fl-ewwel tliet kwarti tal-2022
L-għaqal Laburista, flimkien mas-snin preċedenti li kkapitalizzaw anke fuq il-bżulija Maltija u ġġeneraw ġid bla preċedent, għenu biex fil-pandemija u issa fil-kriżi tal-enerġija l-Gvern kien kapaċi jibqa’ jgħin liċ-ċittadini f’mumenti ta’ kriżi internazzjonali mhux biss biex ma jitilfux il-ħobża ta’ kuljum, imma anke biex ma jkollhomx iġorru piżijiet żejda
Statistika oħra tal-Eurostat tindika li, sa Settembru, dawk jaħdmu f’pajjiżna kienu laħqu kważi 285,000. Dan kien rekord ġdid għal pajjiżna, b’żieda ta’ kważi 17,000 ħaddiem ġdid.
Mindu sar Prim Ministru Robert Abela, kull xahar kellna tkabbir medju fl-impjiegi ta’ madwar 1,000 persuna. Dan ittkabbir fl-impjiegi matul is-sena li għadha kemm għaddiet hu ta’ madwar erba’ darbiet iżjed mill-medja Ewropea.
Fl-istess ħin id-dħul tal-ħaddiema f’pajjiżna laħaq iċ-ċifra rekord ta’ €5.5 biljun. Dan hu kważi nofs biljun ewro akbar mill-ammont ta’ dħul osservat is-sena li għaddiet, żieda ta’ 8%.
Żewġ sorsi oħrajn ta’ tkabbir kienu s-servizzi professjonali u dak tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Dawn bejniethom kibru daqskemm kibret il-kostruzzjoni, tant li issa dawn is-setturi diġitali jiffurmaw kważi wieħed minn kull ħamsa tal-ekonomija Għawdxija, kważi d-doppju ta’ kemm kienu ħames snin qabel.
Din ir-rata ta’ tkabbir qawwi tispjega kemm kienet f’waqtha d-deċiżjoni tal-Gvern li, matul il-pandemija, investa wkoll fit-tieni fibre optic cable ħalli s-settur diġitali jkompli jespandi f’Għawdex.
Settur ieħor li kiber b’rata mgħaġġla kien dak tal-industrija, fejn il-valur miżjud issa laħaq somma rekord ta’ €54 miljun. Dan ifisser li fuq medda ta’ ħames snin kien hemm tkabbir ta’ kważi 60%, biex issa dan is-settur kważi laħaq dak tal-bejgħ tal-proprjetà fil-gżira bħala kobor ekonomiku. Dan ukoll jindika kemm kienet effettiva l-ħidma tal-Malta Enterprise fil-gżira Għawdxija flaħħar snin.
Id-diversifikazzjoni ekonomika li qed isseħħ fil-gżira Għawdxija hi l-kawża ewlenija għaliex it-tkabbir ekonomiku fiha qiegħed b’mod konsistenti jisboq lil dak ta’ Malta. Fil-fatt, waqt li fl-2016, il-ġid nazzjonali f’Għawdex ras għal ras kien 58%, dak f’Malta, sa tmiem l-2021, tela’ għal kważi 64%. Fuq medda ta’ ħames snin, l-ekonomija Għawdxija kibret kważi bin-nofs, minkejja l-pandemija
In-numru ta’ persuni jaħdmu f’Għawdex stess tela’ għal livell rekord ta’ 15,208, li jfisser tkabbir ta’ kważi 4,000 persuna mqabbel mal-2016. Fl-2021 waħedha kien hemm żieda ta’ kważi 950 persuna jaħdmu, l-aktar rata għolja li qatt ġiet osservata, u f’termini ta’ persentaġġi t-tkabbir fl-impjiegi f’Għawdex kien darba u nofs dak f’Malta.
B’kuntrast ta’ dak li ġara fi kriżijiet ekonomiċi preċedenti, din id-darba l-ekonomija Għawdxija ma tħallietx tfendi għal rasha. Dan wassal biex l-irkupru ekonomiku kien aktar dinamiku f’din il-gżira. B’hekk kif imwiegħed millPrim Ministru, l-Għawdxin mhux biss ma tilfux mill-progress ekonomiku li kienu gawdew fis-snin ta’ qabel, imma spiċċaw ferm aħjar milli kienu qabel il-pandemija.
01.01.2023 05
L-ekonomija fil-gżira kellha rata aqwa mill-kumplament tal-pajjiż matul l-2021
GĦAWDEX
REKORD
8 Id-Dipendenti fuq fuq l-Assistenza jkomplu jonqsu 9 Rekord ta’ impjiegi u dħul minn pagi 10
Minimu storiku ta’ Għawdxin li jirreġistraw
JIPPROVAW IFARFRU MINN IRRESPONSABBILTÀ U PERIKLU
LI ĦOLQU HUMA STESS FL-2013
Lejlet l-Elezzjoni tal-2013, proġett Nazzjonalista kien elimina aċċess importanti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bil-konsegwenza li nhar il-Ħadd li għadda numru ta’ infermieri u pazjenti spiċċaw jissograw ħajjithom biex jevakwaw waqt nirien
F’nofs kampanja elettorali ta’ 10 snin ilu Gvern Nazzjonalista kien inawgura estensjoni ta’ sala fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex bil-konsegwenza li, fl-istess ħin, għalaq l-aċċess għal ħruġ ta’ emerġenza fissala tal-irġiel, l-istess waħda li nhar il-Ħadd li għadda kienet l-aktar qrib tan-nirien li żviluppaw.
Bil-konsegwenza ta’ din l-irresponsabbiltà ta’ Gvern Nazzjonalista, ħajjet il-pazjenti u l-infermieri tpoġġiet f’riskju meta fil-Milied li għadda nqalgħet l-emerġenza kawża ta’ ħruq fil-kamra tal-IT, li tinsab biswit.
Fil-fatt, għadd ta’ ħaddiema u infermieri kellhom jevakwaw lill-pazjenti billi jgħadduhom minn maġenb l-istess nirien, b’sogru għal ħajjithom. Ġie rrapportat li numru minnhom kellhom jingħataw anke l-kura għal dħaħen li belgħu.
Anke jekk fortunatament ħadd ma ndarab fl-inċident u n-nirien ġew ikkontrollati fi ftit ħin mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, iċ-ċirkostanzi set-
għu faċilment kellhom konsegwenzi aktar serji.
Fis-6 ta’ Frar tal-2013, xahar wara l-bidu tal-kampanja elettorali, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono inawguraw estensjoni tas-sala tal-operazzjonijiet fost kritika qalila dak iż-żmien dwar l-istat miżerabbli li kien tħalla fih l-Isptar Ġenerali.
Rapporti ta’ telqa, ħmieġ, nuqqas ta’ iġjene, arja kundizzjonata ma taħdimx, soqfa jisfrondaw u anke ġrieden jiġru fis-swali, fost l-oħrajn, kienu l-ordni tal-ġurnata. Fil-fatt, fl-istat li kien tħalla jaqa’ fih dak iż-żmien, l-Isptar kien jiġi deskritt bħala “tat-Tielet Dinja”.
ju wassal biex ġie eliminat kuritur, li kien jifred is-sala tal-operazzjonijiet mis-sala tal-irġiel, u ġonġewhom it-tnejn ħajt ma’ ħajt. B’hekk l-Emergency Exit fis-sala talirġiel ġiet awtomatikament eliminata, mingħajr ma ttieħdu miżuri oħrajn biex ipattu għaliha.
F’diskors tal-inawgurazzjoni tas-sala, fejn intużaw aktar
sena ta’ qabel ma kien sar prattikament xejn.
Avolja issa jirriżulta li l-ħajja ta’ numru ta’ pazjenti u ħaddiema tpoġġew f’periklu ċar minn dakinhar ’l hawn bl-eliminazzjoni tal-ħruġ ta’ emerġenza tas-sala biswit, il-Prim Ministru Gonzi f’dik l-istess okkażjoni kien ftaħar li tali investiment kien “imsejjes fuq il-prinċipju u t-twemmin li l-bniedem għandu jkun fiċ-ċentru tal-politika tagħna”.
Estendew sala ġo kuritur u għalqu ħruġ ta’ emerġenza, bla ma ħolqu alternattiva għalih
Għaldaqstant, fil-ġenn elettorali biex jippruvaw jimpressjonaw li qed jagħmlu xi ħaġa, kienu użaw il-fondi Ewropej fi proġett ta’ rinnovar, li wkoll gawda minn plakka kommemorattiva.
In-nuqqas ta’ ppjanar ser-
minn €3 miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Ministru Giovanna Debono kienet ammettiet li l-Isptar kien “jeħtieġ ristrutturar qawwi fejn tista’ tgħid kollox jinbidel mill-ġdid”, bl-iskuża “għax ilu jaqdi s-servizzi tassaħħa f’Għawdex għal kważi 40 sena”, anke jekk għall-25
Stqarrija uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista nhar it-Tlieta li għadda, iffirmata mid-Deputati Alex Borg, li f’Għawdex inzerta hu l-eredi tat-“tron” tal-istess Giovanna Debono, Stephen Spiteri u Adrian Delia, staqsiet jekk kienx hemm biżżejjed miżuri ta’ saħħa u sigurtà flIsptar.
L-Eks Ministru Chris Said, li ma kienx inkluż fl-istqarrija tal-Partit, għax il-Kap attwali ħallieh mingħajr portafoll, għamel l-istess b’mod separat
fuq il-midja soċjali.
Said, li ironikament 10 snin ilu kien ukoll preżenti għall-inawgurazzjoni tas-sala l-ġdida, it-Tlieta stess staqsa: “Għaliex f’ċerti swali tneħħa l-ħruġ ta’ emerġenza u qatt ma reġa’ sar? Kif jista’ jkollok sala ta’ sptar mingħajr ħruġ ta’ emerġenza?”.
L-għada kompla jżejjinha u, f’post oħra fuq Facebook, qal, fost oħrajn: “tal-mistħija: swali fi sptar, b’għexieren ta’ pazjenti fihom li m’għandhomx emergency exit. Xi ħadd irid jirrispondi għal dan,” waqt li pprova jitfa’ l-piż fuq it-tliet Ministri minn Għawdex li jagħmlu parti mill-Kabinett Laburista.
Steward Malta, li llum topera l-Isptar Ġenerali, qalet wara l-inċident tal-Ħadd li n-nirien li żviluppaw fil-kamra tal-IT ta’ waħda mis-swali kienu kkontrollati fi ftit ħin, iżda d-duħħan tferrex f’numru ta’ swali u kurituri fil-qrib.
“Il-pazjenti kollha fis-swali tal-irġiel u tan-nisa ġew evakwati b’mod immedjat u ġew trasferiti għad-Dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar u fl-Iskola Medika ta’ Barts. Ma kien hemm l-ebda midruba fost pazjenti u staff b’riżultat tal-inċident u kull persuna li kienet ġewwa hija sigura. L-Emergency Response Team tal-Isptar attwa l-pjani ta’ kontinġenza, bl-assistenza ta’ timijiet oħrajn ta’ emerġenza,” ingħad minn Steward Malta fl-ewwel reazzjoni tagħha nhar il-Ħadd stess.
Aktar tard billejl, il-kumpanija kkonfermat li l-pazjenti kollha ġew irritornati fis-swali tagħhom wara li ġie assigurat li ma kienx fadal iżjed periklu għal saħħithom.
01.01.2023 06
Il-kxif tal-plakka għax-xogħlijiet, li wasslu biex jiġi eliminat ħruġ ta’ emerġenza, minn Gonzi u Debono (xellug). Preżenti wkoll Chris Said (fuq).
METSOLA TKOMPLI TIDDIŻAPPUNTA FL-UE BID-DEĊIŻJONIJIET TAGĦHA
It-tmiem tal-2022 u l-bidu ta’ din is-sena l-ġdida mhu xejn trankwill għall-President tal-Parlament Ewropew u Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Roberta Metsola hekk kif deċiżjoni oħra tagħha qed iżżid mar-rabja fl-istituzzjonijiet ta’ Brussell u ma’ għaqdiet li jiġġieldu favur il-governanza t-tajba u s-saltna taddritt.
B’mod partikolari għax kienet tipprietka ħafna kontra l-korruzzjoni u favur l-meritokrazija, fl-ewwel sena taghha, Metsola qed tkompli tinkixef kif f’dan ir-rwol importanti nkixfet il-maskra tagħha u qed turi biċ-ċar li l-politika tagħha hi dik li tippremja lil qrabatha u lil tal-qalba.
L-ewwel deċiżjoni li niżlet ħażin u qajmet kritika anke internazzjonali kienet dik li taħtar liċ-Chief of Staff tagħha, it-Taljan Alessandro Chiocchetti, bħala Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, l-ogħla kariga amministrattiva.
Minkejja li kienet imwissija u diġà kienet taħt kritika ħarxa dwar l-istess ħatra, Metsola baqgħet għaddejja bil-pjan biex Chiocchetti jingħata kariga ogħla.
Issa nkixef sew il-pjan tagħha. Fil-fatt, riedet li jiċċaqlaq Chiocchetti ħalli tinħoloq vakanza ta’ Chief of Staff u b’hekk taħtar lir-raġel t’oħtha, Matthew Tabone, fl-ogħla pożizzjoni fost l-istaff personali tagħha bħala President. Dan kien se jfisser li r-raġel t’oħtha jibda jirċievi salarju abbundanti ta’ madwar €200,000 fis-sena.
Wara li l-kelliem tagħha ġġustifika din id-deċiżjoni, Metsola kellha tagħmel U-turn, anke jekk għamlet dan biss wara kritika ġustifikata fil-konfront tagħha minn għaqdiet barranin, mis-soċjetà ċivili internazzjonali u saħansitra wara rapporti lill-Ombudsman Ewropew.
Qabel dan kollu, il-kelliem tagħha kkummenta mal-ġurnal Taljan Il Foglio li, bħala ingaġġ ta’ person of trust, “kien f’idejn il-President (Metsola) biex tinnomina lil xi ħadd li għandha fiduċja fih”, b’referenza għall-pjan li jinħatar Tabone bħala Chief Of Staff tagħha.
Dan l-iskandlu ġdid ta’ Metsola jsegwi t-theżżiża tal-Parlament Ewropew, magħrufa bħala l-iskandlu Qatargate. Meta bdew ħerġin id-dettalji dwar Qatargate, Metsola kienet qed twiegħed li se tiġġieled il-korruzzjoni u l-konflitti t’interess. Iżda, fl-istess waqt, kienet qiegħda twettaq il-pjan li kien ilu jinħema x-xhur minn wara l-kwinti u inkiss, inkiss – dak li ċċaqlaq lil Chiocchetti minn Chief of Staff biex il-familja t’oħtha tibda tgawdi minn ftit inqas minn kwart ta’ miljun ewro fis-sena.
Sadanittant, din il-ġimgħa wkoll saret analiżi li tidħol fil-fond dwar kif l-iskandlu Qatargate, li ġie deskritt mill-EU Observer bħala riżultat tal-kultura ta’ impunità fil-Parlament Ewropew.
Il-ġurnal influwenti nnota kif, meta ħareġ kollox dwar il-każ fil-beraħ, Metsola qalet li l-Parlament Ewropew kien ilu jikkollabora mal-awtoritajiet Belġjani. F’dan ir-rigward, għaldaqstant, l-EU Observer staqsa għaliex Metsola żammet lill-Viċi President Eva Kaili bħala l-mibgħuta tagħha għal-Lvant Nofsani.
Dan dejjem jekk din il-kollaborazzjoni kienet teżisti kif fil-fatt qalet Metsola, għax l-EU Observer fakkar ukoll kif il-Prim Ministru tal-Belġju Alexander De Croo qal li l-awtoritajiet tal-Belġju għamlu dak li l-Parlament Ewropew falla li jagħmel.
L-MEP Griega, fiċ-ċentru ta’ dak li qed jiġi deksritt bħala l-akbar skandlu Ewropew, ukoll qalet, permezz tal-avukat tagħha, li hi ma ħadet l-ebda inizjattiva meta żaret il-Qatar ftit taż-żmien ilu u dak kollu li għamlet kien fuq ordni tal-istess Metsola, President tal-Parlament Ewropew.
Fl-analiżi tal-ġurnalisti tal-EU Observer, li elenka diversi bidliet li l-Parlament irrifjuta li jagħmel, intqal ċar u tond min hu ħati ta’ dan il-kultura ta’ impunità.
President. “Hemm oppożizzjoni miftuħa għal kull tip ta’ riformi mill-mexxejja tal-kamra, li jiltaqgħu bħala l-Bureau,” kompla jingħad minn dan il-ġurnal espert fuq temi Ewropej, filwaqt li ta diversi eżempji.
Waqt li kienet ilha għal dawn l-aħħar sentejn fl-ogħla pożizzjonijiet, Metsola ħadet it-tmexxija tal-Parlament Ewropew sena ilu. Kemm ilha tokkupa din il-kariga qatt ma kienet ’il bogħod mill-kontroversja. Saħansitra l-aġir tagħha spiċċa kkundannat minn Transparency International.
Reċentement dan il-grupp, li hu parti minn moviment globali kontra l-korruzzjoni, appella mill-ġdid biex il-ħatra tat-Taljan Alessandro Chiocchetti, bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Parlament, tiġi rrevokata, fi proċess xejn trasparenti. Issa l-appell biex dan ukoll jirriżenja ġej mill-fatt li aktar kmieni din is-sena hu wkoll kellu mill-inqas żewġ laqgħat mal-awtoritajiet tal-Qatar.
L-Eks Viċi President Kaili, li magħha jdur Qatargate, kienet ivvotat kontra l-linja tal-partit tagħha biex tappoġġja lil Metsola għall-ħatra ta’ Chiocchetti.
Proprju dak il-kumitat ta’ tmexxija li fl-aħħar snin kienu fih kemm Metsola kif ukoll l-MEP l-ieħor Nazzjo
Dan kompla jqajjem id-dubji interna ment fil-Partit Nazzjonalista stess. Speċjal ment meta Metsola diġà hi meqjusa bħala l-magħżula tal-establishment biex tkun l-eredi tal-Kap Bernard Grech fiż-żmien li ġej. Fl-2021, Grech kien ukoll avviċina lil Metsola biex tkun il-Viċi Kap tiegħu, iżda dakinhar din irrifjutat.
“Fiċ-ċentru ta’ din l-impunità hemm il-Bureau,” kompla l-EU Observer, li nnota kif dan jitmexxa mill-Pres ident tal-Parlament Ewropew. F’dan il-Bureau hemm ukoll dawk li jissejħu kwesturi u li wieħed minnhom kien il-Membru Parlamen tari Ewropew Casa. Magħhom hemm ukoll 14-il Viċi
01.01.2023 07
Dubji fl-UE dwar l-aġir ta’ Metsola fil-konfront ta’ Kaili (inset)
Iżjed dubji fuq it-tmexxija tal-President tal-Parlament Ewropew fl-ewwel sena biss tagħha bi skandlu ieħor li jkompli jqanqal rabja ulterjuri minn organizzazzjonijiet favur il-governanza u s-saltna tad-dritt
BENEDITTU JMUT FL-ETÀ TA’ 95 SENA
Il-Papa Emeritu Benedittu XVI, li ismu proprju kien Joseph Aloisius Ratzinger, miet ilbieraħ fl-għomor ta’ 95 sena. Saħħtu baqgħet sejra lura mindu rriżenja mill-kariga kważi 10 snin ilu.
Imwieled fil-belt Ġermaniża tal-Bavarja nhar is-16 t’April tal-1927, Benedittu XVI serva fl-ogħla kariga tal-Knisja Kattolika Rumana għal tmien snin, waqt li sar l-ewwel wieħed li rriżenja minn jeddu f’aktar minn 700 sena ta’ storja.
Minkejja li kien talab biex ma jintgħażilx, Ratzinger ġie maħtur Papa fid-19 t’April tal-2005, fl-età ta’ 78 sena, wara li kiseb il-fiduċja b’maġġoranza fil-Konklavi, biex sar l-ixjeħ Papa elett mis-sena 1730.
Fis-17 t’April tal-2010, Benedittu XVI kien żar pajjiżna, it-tielet wieħed wara Ġwanni Pawlu II fl-1990 u fl-2001 u l-aħħar wieħed qabel ġie jżurna s-suċċessur tiegħu u l-Papa attwali, Franġisku, fil-bidu tas-sena li għadha kemm intemmet.
Fit-28 ta’ Frar tal-2013, Benedittu XVI ħabbar ir-riżenja tiegħu minħabba raġunijiet ta’ saħħa, biex b’hekk ħa t-titlu ta’ Papa Emeritu. Fl-aħħar indirizz tiegħu, Benedittu indirizza udjenza ta’ aktar minn 50,000 fil-pjazza ewlenija tal-Vatikan. Din ir-riżenja kienet waħda unika, f’perjodu ta’ madwar 700 sena, hekk kif l-aħħar Papa li rriżenja kien Gregorju XII fl-1415, waqt li kien l-ewwel Papa li rriżenja b’mod volontarju minn dik ta’ Ċelestin V li seħħet fl-1294.
B’rabta ma’ pajjiżna wkoll, il-Papa Benedittu XVI kien ikkanonizza lil Dun Ġorg Preca bħala l-ewwel qaddis Malti fl-istorja ta’ 2,000 sena ta’ Kristjaneżmu f’Malta.
Il-Gvern Malti kien fost dawk li lbieraħ sellmu l-memorja tal-Papa Eme-
ritu u wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-Istat tal-Vatikan. Filwaqt li nnota l-laqgħa li kellu fuq livell personali meta Benedittu XVI żar pajjiżna, ilPrim Ministru Robert Abela rrefera għal-laqgħat sinifikattivi li kellu l-Papa f’Malta, fosthom maż-żgħażagħ.
Il-Papat ta’ Benedittu ma ġiex
mingħajr kontroversji lanqas, inkluż meta kien ħareġ fil-midja li, għal perjodu qasir, kien membru tal-Hitler Youth, fergħa taż-żgħażagħ tad-dittatur Nażista, sħubija li saret mandatorja fil-Ġermanja fl-1941.
Minbarra hekk, f’rapport li kien ġie kkummissjonat mill-Arċidjoċesi ta’
Munich, il-Papa Emeritu kien akkużat li, fi żmienu bħala Isqof tal-belt, naqas milli jaġixxi f’mill-inqas erba’ każi ta’ abbuż sesswali.
Hu kien ċaħad l-involviment tiegħu, iżda talab maħfra għall-mod kif aġixxa f’dawn il-każi li wkoll heżżu lill-Knisja Kattolika Rumana.
Eluf kbar ta’ Maltin u anke turisti għażlu li jaqsmu l-fliegu u jżuru l-gżira Għawdxija f’dan il-perjodu ta’ festiv. Minn tagħrif, li ppubblika ONE News, jirriżulta li 22,626 persuna qabdu l-vapur lejn il-gżira l-għada tal-Milied, flimkien ma’ 7,050 vettura, f’102 vjaġġi li saru matul il-ġurnata. L-istess seħħ fil-bidu ta’ dan ittmiem il-ġimgħa.
Joe Cordina, Kap Eżekuttiv tal-Gozo Channel, qal li l-kumpanija qed tistma li d-domanda għas-servizz fil-ġurnata kienet waħda rekord, kif rifless fl-ammont ta’ karozzi li dehru
jaqsmu lejn Għawdex l-għada tal-Milied.
“Il-Gozo Channel kienet qed taħdem bilkapaċità sħiħa tagħha, jiġifieri b’erba’ vapuri għaddejjin gas down shuttle service iġorru dik il-kwantità kbira ta’ nies li ddeċidew li jaqsmu lejn Għawdex,” tenna Cordina.
Meta mistoqsi dwar kif dan il-perjodu festiv jitqabbel mas-snin preċedenti, il-Kap Eżekuttiv stqarr li dan mistenni jkun ikkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa li esperjenza Għawdex fl-aħħar 10 snin. “In-numru kbir ta’ Maltin li qegħdin jaqsmu lejn Għawdex, mhux fil-Milied biss, jiġifieri anke qabel, juri li se jkun perjodu festiv tajjeb ħafna.”
Hu nnota wkoll li t-temp sabiħ f’pajjiżna kompla jinkoraġġixxi lill-Maltin iqattgħu ftit ħin ta’ mistrieħ fil-gżira magħrufa tat-tliet għoljiet.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu (GTA), Joe Muscat ukoll spjega kif, minkejja l-isfidi li ffaċċja pajjiżna bħall-bqi-
ja tad-dinja fl-aħħar sentejn, il-Maltin xorta baqgħu jfittxu l-gżira Għawdxija għal dan iżżmien ta’ festi.
Hu nnota li s-setturi tal-akkomodazzjoni u tal-ikel qegħdin jesperjenzaw domanda qawwija, li kienet mistennija tkompli sa dawn l-ewwel jiem tas-sena l-ġdida.
“L-akkomodazzjoni tidher li se tkun movimentata ħafna … l-istess l-istabbilimenti talikel tagħna qegħdin jirrapportaw li għandhom domanda qawwija għall-postijiet, b’mod speċjali għall-ikliet tal-aħħar tas-sena u l-ikla ta’ nofsinhar tal-Ewwel tas-Sena,” kompla l-Kap Eżekuttiv tal-GTA, waqt li ma naqasx milli jinnota wkoll il-kummerċ li ġabu dawk il-Maltin li għandhom proprjetà f’Għawdex, hekk kif ħafna minnhom qasmu l-fliegu biex igawdu l-festi.
Muscat qal li dan il-kummerċ lejn Għawdex għandu jkun attribwit għall-esperjenza li joffri Għawdex fi żmien il-Milied.
01.01.2023 08
Il-Kap tal-Knisja Kattolika Rumana, li kien l-ewwel li rriżenja f’aktar minn 700 sena, għamel l-ewwel qaddis Malti
Joseph Ratzinger kien ħa t-titlu Papali ta’ Benedittu XVI fl-2005
L-AQWA PERJODU FESTIV GĦAL GĦAWDEX L-għadd ta’ Maltin u turisti li l-għada tal-Milied qasmu l-fliegu lejn Għawdex qed jitqies bħala rekord mill-Gozo Channel
Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista
Robert Abela, flimkien ma’ membri mill-amministrazzjoni Laburista, fakkar il-memorja ta’ Karin Grech, li 45 sena ilu nqatlet permezz ta’ ittra bomba u sussegwentement il-Qorti kienet iddikjarat li kien qtil politiku.
F’San Ġwann, ħdejn il-mafkar tattfajla, li ħajjitha nħasdet fl-età ta’ 15-il sena, il-Prim Ministru fisser il-qtil ta’ dik li kienet waħda minn oħtna u bint Maltija, bħala att ta’ terroriżmu politiku fi żmien meta missierha l-Prof. Edwin Grech kien qed jagħti s-servizzi tiegħu fl-isptarijiet Maltin.
Dr Abela qal li jkun hemm min jargumenta li, minn żmien għal żmien, dejjem se jkollok xi tip ta’ dawn il-każi, iżda aċċenna li bħala soċjetà rridu nibagħtu messaġġ ċar li dawn m’hemmx posthom u l-firda u l-mibegħda ma għandna qatt inħalluhom jirbħu.
Il-Prim Ministru spjega li, bil-maqlub, irridu nibqgħu naħdmu fuq il-valuri tal-paċi u r-rispett u nagħrfu dak li jgħaqqadna.
IL-PRESEPJU “GĦAWDXI” MILL-ITALJA GĦALL-UE
Il-wirja ta’ presepji tipikament Għawdxin f’Bergamo, l-Italja, li qed tittella’ bħalissa mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju - Sezzjoni t’Għajnsielem, bl-appoġġ tal-Ministeru għal Għawdex, diġà żaruha aktar minn 35,000 persuna. L-esebizzjoni, armata fl-ambjent ta’ pjazza Għawdxija, infetħet mill-Ministru Clint Camilleri fil-bidu ta’ Diċembru u għandha sal-15 ta’ Jannar għaddejja. Din tinkludi 31 presepju minn artisti lokali. Fuq stedina tal-MEP Laburista Alex Agius Saliba, din issa se tkun qed tiġi esebita fil-Parlament Ewropew fl-2024.
01.01.2023 09 2090 8600
KARIN GRECH IMFAKKRA
Waqt it-tqassim taċ-ċertifikati
MADWAR 7,000
Diversi fatturi, fosthom dawk ekonomiċi
Madwar 1.3% tal-popolazzjoni tagħna huma tfal barranin li bħalissa qegħdin jistudjaw fl-iskejjel tal-Gvern, bejn il-Kinder u s-Sekondarja. L-inklużjoni tagħhom fis-sistema edukattiva lokali hi riżultat ta’ diversi fatturi, fosthom it-tkabbir tal-ekonomija, li fl-aħħar snin kibret drastikament, il-moviment ħieles fl-Unjoni Ewropea u saħansitra l-konflitti f’pajjiżi terzi. Waqt li l-akbar għadd jirriżulta mill-pajjiż ġar tagħna, l-Italja, is-sistema edukattiva tilqa’ wkoll għal tfal minn pajjiżi ferm imbiegħda, bħall-Amerka Latina u l-Ażja.
1,147 STUDENT S’ISSA JGAWDU MINN BOROŻ
TA’ STUDJU TA’ €11M
Minn seba’ sejħiet li ħarġu s’issa fl-Iskema ta’ Boroż ta’ Studju Endeavor, li tappoġġja edukazzjoni terzjarja fuq livell ta’ Masters, ibbenefikaw diġà 1,147 student b’investiment edukattiv ta’ ftit aktar minn €11-il miljun.
L-iskema hi mmirata biex tappoġġja studenti jirnexxu fledukazzjoni tagħhom, waqt li s-suq tax-xogħol ikollu nies imħarrġin fl-ekonomija nazzjonali u l-pajjiż ikun f’pożizzjoni aħjar biex jikkompeti f’livell internazzjonali
Endeavor hi parzjalment iffinanzjata mill-Programm Operattiv Ewropew II (Politika ta’ Koeżjoni 20142020), b’diversi għanijiet, fosthom li tħajjar individwi jkomplu birriċerka akkademika tagħhom; ittejjeb il-kwalità u r-relevanza tassistema edukattiva; tnaqqas iddiskrepanzi fil-ħiliet, speċjalment f’setturi ekonomiċi ta’ prijorità; tappoġġja aktar riċerka fix-xjenza u t-teknoloġija; u żżid il-kapaċità u l-livell ta’ riċerka, innovazzjoni u attività ta’ żvilupp f’Malta.
Fil-jiem li għaddew il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qassam iċ-ċertifikati tal-boroż ta’ studju tas-seba’ sejħa. Hu fakkar li kull sena l-Ministeru għall-Edukazzjoni jħabbar diversi skemi ta’ boroż ta’ studju b’investiment dirett fl-istudenti.
F’Ġunju li għadda tnedew sitt
skemi ta’ boroż ta’ studju b’valur totali ta’ €3 miljun: il-Malta Arts Scholarships Scheme; il-Malta Sports Scholarships Scheme; ilVeterinary Studies Scholarships Scheme; Live the Language; Endeavour 2; u l-Iskema TESS.
Il-Ministru qal li dawn is-sitt skemi ta’ boroż ta’ studju huma opportunità oħra għall-istudenti biex ikomplu l-istudji tagħhom u jiżviluppaw aktar l-għarfien u l-ħiliet tagħhom. “Dan huwa investiment importanti mhux biss fl-istudenti tagħna, imma f’pajjiżna. La l-aqwa riżorsa li għandna fil-pajjiż hija dik umana, allura importanti li nkomplu ninvestu fil-ħiliet tan-nies,” qal Grima, waqt li żied li l-Gvern qed ikompli jipprovdi aktar opportunitajiet edukattivi għal kulħadd, biex b’hekk ikun qed jinvesti aktar fil-Maltin u fl-Għawdxin sabiex jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom.
L-impenn tal-Gvern fl-edukazzjoni hu li jsir dak kollu possibbli biex jingħataw l-aqwa opportunitajiet lill-istudenti ħalli jiksbu l-isbaħ esperjenza fil-formazzjoni tagħhom bl-appoġġ ta’ programmi eżistenti ta’ scholarships.
“Nemmnu li l-investiment qawwi fl-istudenti tagħna jiggarantixxi suċċess għalihom, għas-soċjetà u għal pajjiżna,” temm jgħid il-Ministru Grima, waqt li awgura lill-istudenti li rċevew iċ-ċertifikati għallboroż ta’ studju Endeavour.
Kull sena l-iskejjel tal-Istat jirreġistraw numru konsiderevoli ta’ studenti ġodda li jkunu ġejjin mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi terzi. Dawn huma tfal ta’ familji li jkunu rrilokaw f’pajjiżna kemm minħabba natura ta’ xogħol tal-ġenituri, għal skop ta’ residenza jew dawk ta’ immigranti li jkunu ħadu stat ta’ ażil.
Bħala parti mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, Malta wkoll tonora l-kunċett ta’ moviment ħieles tal-ħaddiema, li hu prinċipju fundamentali tat-trattat dwar il-funzjonament tal-istess grupp ta’ pajjiżi fejn iċ-ċittadini tagħhom huma intitolati li jfittxu xogħol f’kull stat ieħor membru, jaħdmu hemm mingħajr il-ħtieġa ta’ permess partikolari tax-xogħol kif ukoll jgħixu fih anke wara li jintemm l-impjieg.
Fl-istess ħin igawdu minn trattamenti ndaqs bħaċ-ċittadini tal-istess pajjiż, inkluż kundizzjonijiet ta’ xogħol u l-vantaġġi l-oħrajn kollha soċjali jew ta’ taxxa.
Il-moviment ħieles japplika wkoll, f’termini ġenerali, għall-pajjiżi msieħba fiż-Żona Ekonomika Ewropea, jiġifieri l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.
Minn tweġiba Parlamentari li ta flaħħar ġimgħat il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima għal mistoqsija mid-Deputat Ivan Bartolo, toħroġ statistika dwar in-numru ta’ tfal barranin fl-iskejjel tal-Istat u l-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom.
Minbarra li ċ-ċifri mogħtija jirriflettu s-snin skolastiċi mill-Kinder sas-Sekondarja, jeskludu wkoll studenti barranin li jinsabu fi skejjel tal-Knisja jew dawk indipendenti.
Bħalissa fl-iskejjel tal-Istat hawn 7,039 student u studenta li ġejjin minn pajjiżi barranin. Minn dawn, 1,939 joriġinaw minn pajjiżi membri sħaħ tal-Unjoni Ewropea, waqt li 1,181 minn pajjiżi li qed jittamaw li jkunu wkoll
u ta’ gwerra,
imsieħba u bħalissa huma meqjusa bħala kandidati għal sħubija sħiħa flUE, inkluża l-Ukrajna. Minbarra hekk, 2,349 jiġu minn pajjiżi terzi, li jinkludu wkoll tfal mir-Renju Unit, li għadhom kemm ħarġu mill-UE sentejn ilu.
L-akbar numru ta’ tfal barranin jistudjaw fostna huma mill-Italja (855). Eluf ta’ familji u ċittadini minn dan il-pajjiż ġar illum sabu futur għalihom fostna, anke aħjar minn dak li tista’ toffrilhom arthom stess, kemm minħabba l-opportunitajiet kbar ta’ xogħol li sabu, imma wkoll minħabba l-problemi li qed jiffaċċja pajjiżhom b’riżultat ta’ kriżijiet ekonomiċi, mhux l-inqas dik attwali tal-enerġija.
Fl-Italja, bħal numru ta’ pajjiżi oħra
01.01.2023 10
skema ta’ boroż ta’ studju Endeavour
tas-seba’
3,538 tifel u tifla joriġinaw minn pajjiżi li huma membri fl-Unjoni Ewropea, pajjiżi li huma kandidati biex isiru wkoll membri sħaħ u mir-Renju Unit li ħareġ mill-UE sentejn ilu
BARRANIN FI SKEJJEL TAL-ISTAT
li huma barranin minn popolazzjoni sħiħa ta’ 519,562. Waqt li fl-2011 kienu rreġistrati 20,289 persuna ta’ nazzjonalità barranija (4.9% tal-popolazzjoni), l-aħħar Ċensiment wera li din żdiedet b’iżjed minn erba’ darbiet b’riżultat tat-tkabbir bla preċedent li esperjenzat l-ekonomija tagħna.
L-akbar żieda kienet f’San Pawl ilBaħar – aktar minn 14,000 – biex issa hemm aktar minn 17,000 barrani li joqogħdu f’din il-lokalità. Fit-tieni post hemm Tas-Sliema, b’żieda ta’ 7,510 barrani u wara l-Gżira b’6,756.
Dawn il-figuri għalhekk jirriflettu wkoll in-numru ta’ studenti barranin fiż-żewġ kulleġġi msemmija u oħrajn.
Minn tagħrif li kisbet il-KullĦadd, jirriżulta li l-istudenti u l-familji barranin jingħataw diversi għajnuniet mill-Gvern biex jgħinhom fl-integrazzjoni tagħhom. Fl-2014 kienet ukoll twaqqfet il-Migrant Learners’ Unit (MLU) bil-għan li tappoġġja l-inklużjoni ta’ tfal li ġejjin minn sfond ta’ migrazzjoni fl-iskejjel statali.
Xogħol l-MLU, fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, hu li jirreġistra tfal minn pajjiżi terzi għal skola talIstat; jipprovdi programm ta’ preparazzjoni għal tfal li jkunu ġejjin minn sfond barrani biex jgħinhom fit-taħriġ tal-komunikazzjoni; u jipprovdi strutturi ta’ appoġġ għal prattiċi aktar inklussivi fl-edukazzjoni għalihom u tal-familji tagħhom.
KULLEĠĠI Għadd
Kulleġġ Maria Reġina 1,881
Kulleġġ Santa Klara 1,517
Kulleġġ St Thomas More 807
Kulleġġ Santa Tereża 680
Kulleġġ San Ġorġ Preca 485
Kulleġġ San Benedittu 374
Kulleġġ t’Għawdex 351
Kulleġġ San Injazju 344
Kulleġġ San Nikola 220
Migrant Learners’ Unit 205
Kulleġġ Santa Margerita 175
NAZZJONALITAJIET* Għadd
Ewropej li ma ħasbux għal miżuri adegwati ta’ mitigazzjoni biex jilqgħu għall-impatt devastanti mill-invażjoni Russa fl-Ukrajna, qed jintilfu ħafna negozji u impjiegi, waqt li familji mhumiex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja, partikolarment bil-kontijiet tad-dawl li splodew.
Wara t-tfal Taljani, fl-iskejjel tagħna jiġu dawk Sirjani (617), Serbi (522), Brittaniċi (418) u Libjani (351). Dawn tal-aħħar, li ilhom konsistenti bl-akbar ammonti u sa ftit ta’ snin ilu kienu fil-quċċata tal-lista, flimkien ma’ dawk Sirjani, ġejjin minn pajjiżi li għadhom mifnijin bil-konflitti.
Il-ġlied u l-gwerer madwar id-dinja jaraw migrazzjoni mill-pajjiżi affettwati lejn stati siguri, fosthom pajjiżna. Dan ukoll hu rifless fil-popolazzjoni ta’ tfal barranin fl-iskejjel tal-Istat lokali, tant li b’kollox insibu xejn inqas minn 1,281 tifel u tifla mill-Ukrajna, mis-Sirja u mil-Libja.
Interessanti li fl-iskejjel tal-Istat hemm numru mdaqqas ta’ tfal Indjani (333), Filippini (218) u anke Ċiniżi (177).
Ta’ min jinnota li hemm ukoll numru, għalkemm żgħir, ta’ studenti li ġejjin minn pajjiżi li forsi ma tantx tis-
tenniehom. Fost dawn hemm il-Vjetnam, l-Afrika t’Isfel, il-Perù, New Zealand, il-Messiku, il-Kyrgyz, il-Ġappun, il-Venezwela, il-Kolumbja, il-Costa Rica u l-Kamerun.
L-akbar konċentrazzjoni ta’ dawn it-tfal barranin tinstab fil-Kulleġġ Maria Reġina u fil-Kulleġġ Santa Klara. Dan hu mistenni u jirrifletti l-konċentrazzjoni ta’ familji barranin f’dawn il-lokalitajiet, kif jindika wkoll l-aħħar Ċensiment nazzjonali, li riżultati preliminari tiegħu għadhom kemm ġew ippubblikati fl-aħħar xhur.
Il-Kulleġġ Maria Reġina jinkorpora l-lokalitajiet tal-Qawra, San Pawl ilBaħar, in-Naxxar u l-Mosta u fih hemm 1,881 tifel jew tifla ta’ familji barranin, filwaqt li l-Kulleġġ Santa Klara, li jinkorpora l-lokalitajiet ta’ Pembroke, Tas-Sliema, San Ġiljan u San Ġwann, hemm 1,517-il student jew studenta ta’ nazzjonalità barranija.
Iċ-Ċensiment indika wkoll li San Pawl il-Baħar illum il-ġurnata jagħmel l-aktar lokalità popolata, imma wkoll fuq quddiem nett f’dik li hi popolazzjoni barraniija.
Jirriżulta li fil-gżejjer Maltin għandna 22.2%, jew aħjar 115,449 persuna,
Ikun hemm tfal li jkunu ġejjin minn sfond ta’ migrazzjoni u li jkunu se jibdew jew ikomplu l-edukazzjoni tagħhom fis-sistema edukattiva Maltija li jkunu għadhom ma jistgħux jikkomunikaw bil-Malti u bl-Ingliż, iż-żewġ lingwi li jintużaw fl-iskejjel Maltin. Għalhekk il-Ministeru għall-Edukazzjoni, permezz tal-MLU, jipprovdi programm li permezz tiegħu dawn it-tfal jitħarrġu jitgħallmu dawn il-lingwi ħalli jkunu jistgħu jaċċessaw il-kurrikulu u għalhekk jibbenefikaw minnu.
Din it-taqsima taħseb ukoll biex tindirizza b’mod effettiv il-bżonnijiet tal-migranti, permezz ta’ diversi inizjattivi, inkluż wara l-ħin tal-iskola, b’kors intensiv tal-lingwa matul issajf (“Language to Go”), bil-għan li jappoġġja lit-tfal ikomplu jitgħallmu l-lingwi matul il-vaganzi.
Importanti wkoll inizjattivi oħrajn bil-għan li jappoġġjaw lit-tfal migranti jintegraw fis-soċjetà billi jibnu komunitajiet ibbażati fuq il-ħbiberiji. Dawn isiru wara l-ħin tal-iskola fl-iskejjel Primarji tal-istat f’numru ta’ lokalitajiet li jirreġistraw numru kbir ta’ migranti ġodda.
It-taħriġ ma jsirx biss għat-tfal u l-familji tagħhom, imma l-għalliema wkoll jingħatalhom taħriġ u jingħataw ir-riżorsi neċessarji. Fil-fatt, l-MLU ngħaqdet ma’ diversi aġenziji kemm lokali kif ukoll internazzjonali biex tipprovdi dan it-taħriġ kull sena. Fost l-aġenziji hemm iċ-Ċentru Ewropew għal-Lingwi Moderni (ECML) u inizjattivi bħal Erasmus+.
Taljani 855 Sirjani 617 Serbi 522 Brittaniċi 418 Libjani 351 Indjani 333 Bulgari 316 Ukreni 314 Rumeni 219 Filippini 218 Albaniżi 198 Ċiniżi 177 Ungeriżi 155 Maċedonjani 147 Pollakki 138 Pakistani 124 Niġerjani 111 Franċiżi 99 Ġermaniżi 79 Żvediżi 78
*l-ewwel 20 pajjiż bl-aktar studenti
STATI Għadd
Membri sħaħ tal-UE 1,939
Kandidati għall-UE* 1,181
Pajjiżi terzi** 2,349
*inkluża l-Ukrajna **inkluż ir-Renju Unit
01.01.2023 11
iwasslu għal numri simili bejn studenti minn pajjiżi Ewropej u pajjiżi terzi fis-sistema edukattiva lokali
ŻMIEN SABIĦ U TA’ RIFLESSJONI
ta’ relazzjoni u interazzjoni bejnietna bħala membri fis-soċjetà.
plessa, qegħdin nirrispettaw ir-razez, is-sesswalità u t-twemmin ta’ ħaddieħor?
ETIENNE ABELA Ministru
Resqin lejn it-tmiem ta’ sena oħra. Sena ta’ ħidma li meta nħares lura u npoġġi kollox fuq miżien, insib li matulha wettaqna ħafna pożittiv. Nirrifletti u naħseb; imma li sar, sar kollu tajjeb? Użgur li le.
Bħal dejjem hemm bilwisq x’nistgħu ntejbu u nagħmlu aħjar. Iżda f’dan iżżmien ta’ ferħ, dwal, rigali, festini u awguri, nemmen li huwa dover tagħna li nirriflettu sew dwar l-aġir tagħna lejn xulxin.
L-ewwel ħaġa li tiġini f’rasi hija r-rispett li nemmen li huwa l-qofol ta’ kull tip
M’iniex nitkellem dwar dak it-tip ta’ rispett superfiċjali fejn nirreċiproka kartolina, jew stedina, xi rigal jew flixkun xorb; qed nitkellem dwar dak is-sens, jew aħjar sentiment ta’ apprezzament jew rikonoxximent, li wieħed jaċċetta lil għajru mingħajr riservi jew tlellix żejjed. Nemmen ħafna fir-rispett reċiproku.
Il-Milied huwa suppost żmien ta’ paċi, ħbiberija u divertiment. Għal ftit żmien qisha s-soċjetà tiġġieled kontra s-sentimenti ta’ egoiżmu u edoniżmu. F’dan is-sens ir-rispett huwa l-bażi ta’ kollox. Ir-rispett għandu jiġi mrawwem minn età żgħira u għandu jkun il-bażi tal-valuri mgħoddijin lil uliedna.
M’hemmx xi ngħidu, m’hemmx età. Ma nistgħux nippretendu rispett lejn l-adulti u lejn l-anzjani jekk dan il-valur mhux imsawwar sew minn età ċkejkna. Is-soċjetà tagħna saret moderna, pluralista u multietnika. F’din id-dimensjoni kum-
Qegħdin ngħarblu ftit il-messaġġi li jibbumbardjawna mill-pajjiżi ġirien u ’l bogħod? Fadal post għall-esperti jew il-kumpass għadda f’idejn il-midja soċjali u l-opinjonisti?
Dan is-suġġett jitqanqal iżjed fi żminijiet bħal dawn. Min iġib rispett mhux bully, ma jabbużax lill-vulnerabbli, ma jqarraqx, ma jweġġax, ma jħarisx lejn uċuħ u wisq anqas lejn il-karnaġġjon.
Ħafna mit-tajjeb li għandna f’pajjiżna huwa frott ir-rispett. Daqstant ieħor il-ħażin u dak li nistgħu nirranġaw, fl-opinjoni tiegħi, ġej min-nuqqas ta’ rispett. Fil-Malti, għandna l-espressjoni ta’ “niġi naqa’ u nqum minnek”.
Kemm hi kerha! Ejja ngħidu aħna, bħala eżempju, kif insuqu fit-triq, b’xi grokk f’rasna jew agħar minn hekk, wara li għamilna użu minn sustanzi illeċiti u jkollna xi inċident gravi. Inutli nsabbtu jdejna fuq sidirna jew inwaħħlu f’xulxin, kieku
għandna xi tip ta’ rispett lejna nfusna, u lejn ħaddieħor li jsuq fit-triq, naħsbuha darba darbtejn nagħmlu xi ċuċata bħal din. Niċċelebraw iva imma b’responsabbiltà u b’rispett għal min qed juża t-triq magħna.
Xi ngħidu għad-diżastri fid-djar u għall-vjolenza domestika. Din is-sena, riċentement esperjenzajna traġedji li ssummaw poplu sħiħ. Dan huwa każ ċar ieħor li ġej min-nuqqas ta’ rispett.
Il-liġi tal-femiċidju hija pass kbir ’il quddiem fid-direzzjoni t-tajba. Però meta wieħed jiftakar li liġijiet simili kienu diġà fis-seħħ fittmien seklu A.D., nistaqsi: X’ġara eżatt minn dakinhar, sekli twal ilu?
Insemmi l-imwiet u l-inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni. Min iħaddem irid ikollu rispett lejn il-ħaddiema u daqstant ieħor il-ħaddiema jrid ikollhom rispett lejn ir-regolamenti u l-miżuri tas-sigurtà.
Ma nistax ma nsemmix irrispett lejn l-anzjani. Sfortunatament din is-sena rajna diversi inċidenti fejn l-anzja-
L-2022
Marzu li għadda ġejt elett mit-tielet distrett, il-Prim Ministru Robert Abela għoġbu jafdani b’żewġ karigi importanti, dik ta’ Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali kif ukoll il-Whip tannaħa tal-Gvern.
Mill-ewwel xammarna l-kmiem u bdejna bil-ħidma. Ħidma li fost oħrajn issarrfet fi drittijiet ġodda lill-ħaddiema.
Aktar bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol
fis-sena li ġurnata minnhom hija mħallsa fis-settur pubbliku u li tista’ tintuża biex ħaddiem jieħu ħsieb familjari jew qraba f’każ ta’ raġunijiet mediċi.
L-istess liġi tipprovdi wkoll id-dritt li wieħed jitlob arranġamenti ta’ xogħol flessibbli. Nemmen li din il-liġi se tkompli tbiddel il-kultura fis-soċjetà tagħna għal aktar ugwaljanza anke fil-familja. Dan hu pass ieħor, u ma jfissirx li għandna nieqfu naqdfu f’dan is-settur.
liġi li ser tidħol fis-seħħ fil21 ta’ Jannar li mhux biss ser tkun qed tirregola dan is-settur iżda ser taqta’ l-abbużi u tagħti kundizzjonijiet aħjar u dinjità lill-ħaddiema li jaħdmu f’dan is-settur.
Daħħalna wkoll sett ta’ miżuri dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fejn ġew projbiti l-kuntratti ta’ sigħat żero għajr għal xi eċċezzjonijiet.
Nippromwovu d-djalogu soċjali
ni sfaw abbużati.
Dan mhux sew. Nifraħ nara anzjani b’saħħithom u indipendenti. Huwa dover tagħna li nikkuraw lill-anzjani li huma vulnerabbli. Ikun ta’ għajb jekk wara snin jaħdmu għall-familji tagħhom u pajjiżhom, ma nirrispettawhomx meta jkunu l-aktar filbżonn.
Nagħlaq billi nsemmi wkoll ir-rispett lejn opinjonijiet differenti. Kulħadd għandu d-dritt għall-opinjoni personali mingħajr ma jkun attakkat jew imżeblaħ. It-tabib li jieħu ħsieb mara tqila, qed jieħu ħsieb żewġ pazjenti.
Huwa dover sħiħ tiegħi li nirrispetta u nipproteġi lin-nisa tqal, kif ukoll lit-tobba u lill-infermiera li b’dedikazzjoni kbira jikkurawhom. Bl-istess mod għandi dover sħiħ li nirrispetta u nipproteġi lit-tarbija filġuf, minkejja l-fatt li din m’għandhiex opinjoni moderna jew aċċess għall-midja soċjali.
Nieħu din l-okkażjoni sabiex, minn qalbi nawguralkom is-Sena t-Tajba.
Is-sena 2022 kienet waħda speċjali għalija mhux biss għaliex fl-10 ta’ Jannar ġejt co-opted fil-Parlament ta’ Malta iżda wkoll għaliex fl-istess żmien kont għaddej bil-kampanja tiegħi tal-elezzjoni ġenerali fejn laqqgħetni ma’ diversi nies.
Nies li għallmuni wkoll dwar ir-realtajiet diversi li jeżistu, xi ħaġa li kompliet isawwarni bħala politiku u tagħtni l-enerġija sabiex naħdem biex kemm jista’ jkun il-politika tagħna tilħaq lil kulħadd.
Wara li fl-elezzjoni ta’
Fl-ewwel 100 jum mill-bidu tal-mandat tiegħi bħala Segretarju Parlamentari ħdimt sabiex indaħħlu fis-seħħ leġiżlazzjoni dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Din il-liġi daħlet fis-seħħ f’Awwissu li għadda u permezz tagħha l-leave tal-paternità żdied għal għaxart ijiem imħallsa b’mod sħiħ u l-leave tal-ġenituri, issa xahrejn minn erbgħa minnu beda jiġi mħallas.
Kunċett ġdid li ġie introdott permezz ta’ din il-liġi huwa dak tal-Carers’ Leave. Dan illeave, huwa ta’ ħamest ijiem
Kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema
Matul din is-sena daħħalna wkoll liġijiet li jagħtu aktar dinjità lill-ħaddiema, u hawnhekk qed nirreferi għall-ħaddiema li jaħdmu ma’ pjattaforma diġitali bħal food couriers.
Dan it-tibdil fil-liġi stajna nagħmluh wara li d-dipartiment għamel studju fejn ġew mitkellma ’l fuq minn 300 ħaddiem fis-settur u l-maġġoranza tal-kumpaniji involuti.
Abbażi ta’ din l-informazzjoni stajna mbagħad infasslu
Fl-irwol tiegħi bħala Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali ħadt sehem ukoll f’diversi laqgħat mal-imsieħba soċjali. Fl-2022, l-MCESD kien strumentali sabiex jorganizza u jmexxi laqgħat u konsultazzjonijiet li jindirizzaw numru ta’ sfidi fosthom il-problema tal-inflazzjoni u l-loġistika li ġabu magħhom il-pandemija u l-gwerra fl-Ukrajna. L-MCESD ħa ħsieb ukoll li fil-plenarja tiegħu tinbeda diskussjoni mal-imsieħba soċjali dwar il-mekkaniżmu ġdid li huwa indipendenti mill-COLA.
Nippremjaw lill-ħaddiema
Fl-aħħar jiem kellna wkoll l-opportunità li nirrikonoxxu d-dedikazzjoni u l-bżulija tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin waqt ċerimonja ta’ Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena li saret taħt il-Patroċinju tal-eċċellenza tiegħu l-President ta’ Malta u li fiha ġew ippremjati diversi ħaddiema u negozjanti minn setturi diversi.
Ċertament li s-sena 2023 ser tkun impenjattiva daqs dik ta’ qabilha. Bħala Gvern, ninsabu kommessi li nkomplu nsaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema filwaqt li ngħinu lil min iħaddem isir aktar kompetittiv.
Dan jista’ jsir biss billi d-drittijiet tal-ħaddiema jkomplu jissaħħu u għalhekk fost oħrajn ser inkomplu għaddejjin bl-istudju dwar ir-reviżjoni u l-armonizzazjoni tal-Wage Regulation Orders kif ukoll dwar il-ħsieb li jiġu regolati l-aġenziji ta’ xogħol temporanju.
Finalment, nieħu din l-opportunità sabiex f’ismi u f’isem il-familja tiegħi nawgura lilkom u lill-familji tagħkom is-sena t-tajba.
01.01.2023 12
ĦARSA LEJN
Segretarju Parlamentari u Whip għall-Gvern
ANDY ELLUL
JO
SENA MIMLIJA RISQ U PAĊI
na, mingħajr ebda restrizzjonijiet.
In-negozji u l-ekonomija tal-pajjiż ukoll kellhom bżonn dan in-nifs kruċjali, sabiex jagħmel tajjeb għad-diffikultajiet illi kulħadd iffaċċja matul dawn l-aħħar sentejn. Issa, nistgħu nħarsu ’l quddiem u nibnu viżjoni, illi ssaħħaħ l-aspirazzjonijiet ta’ kull wieħed u waħda minna. Irridu nkunu reżiljenti, u nippreparaw ruħna għal kull okkażjoni diffiċli li taf terġa’ tfeġġ, bħalma ffaċċjajna bil-gwerra fl-Ukrajna.
lill-poplu Malti, il-poplu li dejjem lest jagħti s-sapport u s-solidarjetà, b’qalb li taf tagħder. F’mumenti diffiċli għandna nduru lejn il-kuxjenza tagħna u ngħinu lil min hu fil-bżonn. Huwa minnu li wara l-maltemp dejjem ifeġġ il-bnazzi, iżda l-kontribut tagħna, jaf iwassal biex toħroġ ix-xemx qabel mistenni.
li tieħu lura.
Illum il-Ħadd, nagħtu bidu għal sena ġdida, u tajjeb illi mhux biss nibdew naħsbu fl-ambizzjonijiet personali tagħna, iżda nħarsu lil hinn minn dan.
għall-volontarjat u għall-ġid soċjali.
Nieħu din l-opportunità sabiex minn qalbi nawgura l-isbaħ festi u xewqat sbieħ għal sena ġdida mimlija prospetti sbieħ u ferħ!
Ħbieb, Nixtieq nibda billi minn qalbi nawgura lil kulħadd sena ġdida, mimlija opportunitajiet sbieħ, paċi u hena. Għaddejna flimkien żminijiet li ma konniex qed nistennew, bil-pandemija taħsad u tibdel ir-rutina illi konna drajna fiha.
Fortunatament imma, dawn l-aħħar jiem reġgħu għaqqduna, u kellna ċ-ċans niltaqgħu mal-għeżież tagħ-
Bħala Gvern, se nkomplu nkunu hemm f’dawk il-mumenti l-aktar delikati, fejn naraw li ma nħallu lil ħadd jegħreq. Inħeġġeġ hawn lil kulħadd, sabiex kull fejn nistgħu, inkunu dejjem ta’ spalla għal dik il-persuna li tista’ tkun għaddejja minn żmien diffiċli. Għandna d-dmir, bħala soċjetà, li nkunu solidali, u li nifhmu u ngħinu lill-oħrajn.
Dan hu dak li jagħżel
Qalb li taf tħobb, tirċievi lura mħabba u sodisfazzjon. Mhuwiex sigriet li l-kefrija tas-solitudni tista’ twassal għal dwejjaq, qtigħ il-qalb u konsegwenzi ferm aktar gravi.
Kemm huwa sabiħ għalhekk illi nibagħtu messaġġ b’saħħtu li ħadd mhu waħdu u li hemm min jemmen li int se tasal u tegħleb il-ġlieda ma’ dak li għaddej, jew għaddejja minnu. Ejjew nkunu hemm u ngħinu lil xulxin. Qatt ma taf meta inti stess tista’ tiġi bżonn l-għajnuna.
Qalb ferħana hija dik li tagħti mingħajr ma tistenna
Kulħadd għandu sehem x’jagħti f’din is-soċjetà, u hawnhekk nixtieq illi nara l-għajnuna tagħkom lkoll, biex flimkien nagħmlu s-sena l-ġdida waħda fejn kulħadd, bla ebda eċċezzjoni, iħossu stmat u rispettat.
Dan iseħħ, jekk kulħadd jerfa’ r-responsabbiltajiet li jkun mgħobbi bihom, iwettaqhom b’onestà u trasparenza u jpoġġi l-interess talpajjiż l-ewwel u qabel kollox. Aħna l-Maltin magħrufin għall-qalb twajba tagħna, u konvint illi kulħadd se jagħmel sforz, żgħir kemm hu żgħir, sabiex iferraħ lil min hu anqas ixxurtjat.
Nemmen illi nistgħu nkunu aktar inklussivi, filwaqt li nagħtu aktar millħin tagħna għal kawżi ġusti,
IX-XEWQAT TIEGĦI GĦAS-SENA L-ĠDIDA
diskussjonijiet maturi dwar l-ideat tagħna.
Huwa b’hekk li dan il-pajjiż li tant inħobbu, jista jkompli jimxi ’l quddiem. Ninkedd meta jkollna tkasbir personali, insulti, akkużi fiergħa u impożizzjoni tat-twemmin tagħna fuq ħaddieħor. Ikun aħjar kieku minflok nitkellmu, niddiskutu u naraw l-aħjar triq ’il quddiem.
lu nitkellmu dwar x’naħsbu li għandu jitjieb u fejn irridu naħdmu iktar. Nixtieq ngħix f’soċjeta, fejn l-ambjent fil-prattika huwa verament prijorità.
Bħala Gvern, se nkomplu nkunu hemm f’dawk il-mumenti l-aktar delikati, fejn ma nħallu lil ħadd jegħreq
Hekk kif jibdew resqin l-aħħar ġranet tas-sena, ħafna jibdew jaħsbu dwar ir-riżoluzzjonijiet tas-sena l-ġdida. Għal uħud dan ikun ċans ta’ bidu ġdid b’intenzjonijiet li nkomplu ntejbu l-ħajja tagħna. B’mod simili, fuq livell lokali, huwa grazzi għall-ideat kollettivi tagħna li nistgħu nkomplu nibnu pajjiż aħjar.
Mitt bniedem, mitt fehma. Huwa naturali li ser ikollna ħsibijiet differenti, fejn m’aħniex dejjem ser naqblu iżda li nkunu kapaċi jkollna
Jien ukoll għandi x-xewqat tiegħi għal din is-sena l-ġdida. Bħala żagħżugħa nixtieq lil dan il-pajjiż ikompli joffrili serħan il-moħħ għall-futur tiegħi. Dan permezz ta’ opportunitajiet ta’ studju u xogħol, ambjent aħjar u stabbiltà finanzjarja fost l-oħrajn.
Nirrikonoxxi li f’pajjiżi oħrajn, mhux wisq bogħod minn tagħna, Gvernijiet qed jaffaċċjaw turbulenzi u sfidi bla preċedent li f’pajjiżna qed isir minn kollox sabiex l-impatt tagħhom fuq in-nies ikun minimalizzat.
B’mod realistiku wkoll ninnota li rridu nkunu aħna ż-żgħażagħ li nkomplu noħolmu dwar il-futur li nixtiequ ngħixu fih. Li nkomp-
Nixtieq futur, fejn aktar nisa jkollhom pożizzjonijiet ta’ tmexxija u fejn il-mara tkun verament ugwali fl-isferi kollha tas-soċjetà. Jingħad ħafna, iżda sfortuntament qed inkomplu naraw kemm baqgħalna x’nagħmlu bħala pajjiż sabiex verament negħlbu din il-misoġinija.
Nixtieq nara li l-ekonomija tkompli tikber iżda mhux bi żvantaġġ lejn il-ħajja ta’ kuljum tan-nies. Nixtieq li l-għoli tal-ħajja jiġi kkontrollat u li jkollna prezzijiet tal-bini li jkunu affordabbli minn kulħadd. Ma nistgħux nippermettu li dan il-pajjiż ikun vittma tar-regħba ta’ klikka żgħir ta’ nies li tkompli titħanżer għall-ispejjeż tagħna.
Inħares ’il quddiem lejn pajjiż aktar progressiv. Pajjiż li ma jħalli lil ħadd jaqta’ lura jew li jkun żvantaġġat minħabba l-karatteristiċi tiegħu. Irridu nkunu kurraġġużi
nitkellmu wkoll anka meta nafu li l-vuċi tagħna mhix tal-maġġoranza iżda li ħa tkun qed ittejjeb il-ħajja tannies. Għaliex kien dejjem dan il-Partit li ħadem favur iżżgħir u li ħadem biex ma ħalla lil ħadd waħdu.
Bħalma dejjem sar, inħares b’ottimiżmu lejn ħidma żagħżugħa li tkompli tkun il-katalista ta’ ħafna ħsibijiet progressivi f’pajjiżna sabiex inkomplu nagħmlu d-differenza.
Huwa għalhekk li Gvern Laburista joffri garanzija sabiex kulħadd ikun jista’ jilħaq il-potenzjal tiegħu. Partit li dejjem żamm il-bieb miftuħ, li dejjem sema’, li umilment skuża ruħu meta żbalja u li kontinwament joffri serħan il-moħħ.
Għalhekk, hekk kif ninsabu fl-ewwel ġurnata ta’ sena ġdida, inħares ’il quddiem għal aktar ħidma bħala Segretarju taż-Żgħażagħ Laburisti. Il-forza ta’ din il-fergħa hija l-leħen kritiku li għandu jinstiga l-ħidma tagħna.
Il-legat li nixtieq ngħid li ħallejt warajja huwa wieħed fejn fil-prattika nkunu ve-
rament soċjalisti fil-ħsieb, b’ġieħ lejn il-ħidma ta’ dawk li ġew qabilna. Fuq kollox,ninsab ħerqana għal dak li tista’ ġġib magħha sena ġdida. Awguri!
B’mod realistiku wkoll ninnota li rridu nkunu aħna ż-żgħażagħ li nkomplu noħolmu dwar il-futur li nixtiequ ngħixu fih. Li nkomplu nitkellmu dwar x’naħsbu li għandu jitjieb u fejn irridu naħdmu iktar.
01.01.2023 13
Ministru
MICHAEL FALZON
Segretarju Ġenerali ŻL
MARIA ELLUL
L-GĦAQDA TOĦLOQ IL-ĠID
sabiex il-poplu jisma’ u jagħti l-għajnuna u l-kontribuzzjoni tiegħu, ilMaltin u l-Għawdxin mhux se joqogħdu lura. Dan jagħmlu b’sens ta’ dmir u b’rispett. Jagħmlu għax għandu xhieda fattibbli li dak li jikkontribwixxi qed jiġi amministrat u mqassam b’għaqal u b’korrettezza. U dan hu fatt importanti ħafna, il-fiduċja.
Mhumiex sitwazzjonijiet feliċi, ejjew inkunu ċari. Qed nitkellmu fuq tbatija, fuq mard. Imma l-ħajja hi dik li hi, inżul u tlajja’. Però, huwa sabiħ li tara poplu magħqud sabiex jgħin u jagħti konfort u imbuttatura meta jara lil ħutu Maltin u Għawdxin fit-telgħa.
Sur Editur, Bdejna sena oħra ‘kk Alla jrid, Sur Editur. U kif dejjem ngħid ma’ bidu ta’ sena ġdida, min jaf x’hemm lest għalina din is-sena. Issa naraw hux, f’idejn is-Sinjur dik. U awguri lilek, il-familja kbira Laburista u lil Melda tiegħi wkoll. Issa naraw x’sena se jkolli magħha, għax ma’ kull sena li tgħaddi, id-doża ta’ tgergir u qrid tikber. U Ġesù ħniena e!
Qed nikteb dan l-artiklu ftit minuti wara li għadha kif spiċċat il-ġabra tal-Istrina b’risq il-Malta Community Chest Fund. Inġabret is-somma sabiħa ta’ aktar minn ħames miljun ewro f’temp ta’ 12-il siegħa.
U dan juri ħaġa waħda prinċipali: il-kobor ta’ dan il-poplu ċkejken li fissiegħa tal-prova jwarrab dak kollu li hu diviżiv u jingħaqad għal manifestazzjoni ta’ solidarjetà bil-fatti u bilftit mingħand il-ħafna, qatra qatra mtliet il-ġarra.
Għax dan hu poplu ġeneruż, minn ta’ quddiem sabiex juri empatija, jieħu azzjoni biex jgħin il-faxxa tas-soċjetà u l-individwi li qed ibatu partikolarment f’sitwazzjonijiet ta’ mard u l-kura għall-mard.
Dan hu s-sabiħ ta’ dan il-poplu Malti u Għawdxi, dan hu s-sabiħ ta’ din l-art ħelwa li qatt u qatt ma ntweriet indifferenza fis-siegħa talbżonn. Poplu solidali u ta l-għajnuna lil komunitajiet barranin, aħseb u ara x’lest li jagħmel u kemm lest li jgħin lil ħutu oħra Maltin u Għawdxin għax fl-aħħar mill-aħħar il-karità tibda mid-dar.
U hekk għandu jkun f’dan in-naqra ta’ pajjiż b’popolazzjoni tant ċkejkna kkomparata mal-kumplament tad-dinja. Ilkoll aħwa Maltin, ilkoll ulied ta’ omm waħda, Malta. Matul is-sena hemm ħafna avvenimenti u sitwazzjonijiet li kapaċi jifirdu u joħorġu d-differenzi ta’ bejnietna, jekk hix il-politika, il-festa, il-banda, d-delizzji, l-isport, semmi li trid.
Madanakollu, fil-passat u filpreżent rajna u naraw li fil-mument tal-bżonn il-poplu kapaċi jwarrab dan kollu u jiġbed ħabel wieħed sabiex insalvaw flimkien.
Rajnieha sseħħ fil-passat bħal eżempju fi żmien it-tieni gwerra dinjija fejn in-nies tal-irħula fiċ-ċentru u n-naħa ta’ fuq tal-pajjiż fetħu djarhom bil-qalb lil ħuthom Maltin li kienu jgħixu fl-ibliet madwar il-port u li kienu huma l-aktar milquta millbombi tal-għadu, tant li kellhom jabbandunaw djarhom u jfittxu refuġju f’postijiet fuq il-gżira li huma inqas impattati.
U llum għal kull sejħa li tissejjaħ
Dan jagħmilni kburija li jien twelidt f’din in-naqra ta’ gżira b’qalb kbira. Immur fejn immur, dejjem infittex li nfekren lura lejn din l-art ħelwa. Difetti għandna bosta, imma ċerta li ma jisbqux il-preġji li għandna u fost dawn il-preġji hemm il-kapaċità li nagħrfu l-bżonn tal-għaqda nazzjonali meta jiġi l-waqt.
Nawgura li għas-sena l-ġdida li qed tħabbat il-bieb bħala poplu nibqgħu ngħożżu lil xulxin u qatt ma nċedu quddiem l-indifferenza. L-għaqda toħloq il-ġid. Bl-għaqda jgawdi kulħadd.
Inkunu patrijotti billi nieħdu ħsieb xulxin u l-batut jew ħutna li għaddejjin minn żminijiet ta’ sfida partikolarment fejn tidħol is-saħħa nagħtuhom kull mezz ta’ sapport u kompassjoni. Hekk dejjem għamilna, hekk nibqgħu nagħmlu.
U fl-okkażjoni tal-għeluq il-100 sena mill-kompożizzjoni tal-Innu Malti nżommu f’moħħna l-aħħar vers li kiteb Dun Karm: “seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem”.
Nieħu l-opportunità sabiex nawguralkom sena ġdida mimlija saħħa, paċi, kuntentizza u ġid.
Iva Marija tal-ħniena, ma nista’ nagħmel xejn, għax kollox ikun suġġett għal tgergira. U anki jekk ma nagħmel xejn, tgergira oħra għax ma nkun qed nagħmel xejn. Aħjar balleċ għamilt xi reat minflok għidt is-Sinjor Si, għax kieku ilni liberu barra mill-ħabs snin. Imma ma’ din għal għomri, qaddisa ħanina! Ifhem, kultant nagħtiha raġuni ta biex teqred u tgerger, biex ma jkunx hemm xi għaref jgħidlek li qed ngħid kontra n-nisa. Imma nsomma. Ħa naqleb ara, għax inkun bdejt is-sena jien bit-tgergir inkella, Sur Editur.
Ara l-partit tagħhom bla raġuni u ħlief jeqirdu ma jagħmlux. Ħadu ras il-Litanija tal-Qaddisin issa. U xi tgergir dak! Ħarġu stqarrija biex jgħidulna li l-Gvern tagħna għandu jserraħ ras kulħadd għax skont ma ħarrfu, hemm lista sħiħa ta’ mediċini out of stock li qed titwal. Ħasbu li qegħdin fi żmienhom għandu jkun dawn, Sur Editur.
Taf għal xiex qed ngħidlek? Mela ħa ngħidlek jien Sur Editur. Niftakar fi żmienhom anki pillola għall-uġigħ ta’ ras ma kontx issibha. Niftakar kont immur għand l-ispiżjar u l-ispiżjara kienet tibqa’ ċassa tħares lejja, għax ma kien ikollha xejn x’tagħtini. Issa ħalliha li ma kontx niddejjaq li kienet toqgħod tiċċassa lejn wiċċi, għax kienet qisha ħawħa t’Awwissu. Vara, Sur Editur.
Imma kont immur lura d-dar mingħajr il-mediċina. Tant kienet gravi, li s-sitwazzjoni kienet tkun battibekk waqt il-kampanji elettorali. U s-soltu l-partit tagħhom kien jaqa’ għan-nelħ fiha din.
Imbagħad konna tlajna aħna fil-gvern u mill-ewwel bdejna naħdmu biex ġibna s-sitwazzjoni taħt kontroll. Niftakar anki fl-ewwel Baġit tagħna meta tlajna fil-gvern, konna għedna li se nsolvu din il-probema li writna mingħand il-PeNe. U l-Kamra tal-Ispiżjara dak iż-żmien kienet qaltilna Thank God! U kif dejjem nagħmlu aħna, Sur Editur, dak li nwiegħdu nwettquh, għax konna solvejnieha.
U aħna u nsolvuha niftakar konna sibna partita mediċina skaduta fl-imħażen. Għax lanqas biss amministrazzjoni ta’ stokk tal-mediċini ma kienu kapaċi jagħmlu. U jgħidu li mnalla hemm il-partit tagħhom għal pajjiżna dawn. Iva u mnalla għandhom għajnhom tispara ’l isfel dawn, għax kieku ...
Ħa ngħidlek, ħadt gost li weġibniehom mill-ewwel lil dawn. Mela jiftgħu l-kakka biss jew? Għednielhom li s-sitwazzjoni hija taħt kontroll, u li l-mediċini li semmew il-kelliema tagħhom kienu fil-fatt in stock. Aħjar jixtru kwart stokk tal-ħġieġ u joqogħdu jogħomoduh. Għax malajr għednielhom li mhux vera li l-lista tal-mediċini out of stock qed titwal, imma l-pinokkjo mnieħerhom qed jitwal, x’kull waħda.
Mela fil-messaġġ tagħha f’Jum il-Milied, Berta l-Metsola talbet lill-Ewropa kollha biex tingħaqad fil-valuri Ewropej. Ok, hux, Miss Metsola. Aħna nuru solidarjetà magħha wkoll. Biex tiskopri x’inhuma l-valuri li tipprietka, Sur Editur. Dawk li ma jinkludux korruzzjoni u li tħammeġ pajjiżek akkost ta’ kollox.
Imbagħad fil-messaġġ tiegħu għall-Milied, dak li jaħseb li huwa l-kap tagħhom, Bernard il-Grech, qalilna li l-poplu Malti għandu qalb kbira. U jien inżid ngħidlu li l-poplu għandu stonku xieref ukoll biex jissapporti l-ħmerijiet li jgħid. U l-messaġġ minn Għawdex għamlu, Sur Editur. Għax mar weekend break għandu jkun. Kellu bżonn miskin, għax l-għeja ta’ sena politika patetika għamlet tagħha.
Nittama li għamel xi żewġ riżoluzzjonijiet dan, biex ma jħallix lil ta’ madwaru jkomplu jwaqqgħuh għan-nelħ fit-two oh two three. Għad-dieħla!
01.01.2023 16
Però, huwa sabiħ li tara poplu magħqud sabiex jgħin u jagħti konfort u imbuttatura meta jara lil ħutu Maltin u Għawdxin fit-telgħa
Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
CATHERINE FENECH
VALLETTA CRUISE PORT TIĊĊELEBRA 20 SENA TA’ TKABBIR KONTINWU
L-operaturi ta’ Valletta Cruise Port iċċelebraw l-20 anniversarju mill-bidu tal-ħidma fil-Port il-Kbir, li sena wara oħra rathom jikbru f’wieħed mill-aqwa port of calls fil-Mediterran, tant li fl-aħħar żminijiet bdew jilqgħu t-triplu tal-passiġġieri li jaslu f’pajjiżna permezz tal-cruise liners.
F’riċeviment tal-okkażjoni, Stephen Xuereb, Kap Eżekuttiv ta’ Valletta Cruise Port plc u Kap Uffiċjal tal-Operazzjoni ta’ Global Ports Holding plc, qal li s-snin bikrin ippermettewlhom biex jirritornaw issit storiku tal-Valletta Waterfront għall-istat maestuż tiegħu, kif kien intenzjonat mill-Gran Mastru Manuel Pinto de Fonseca lura fl-1752.
“Kien vjaġġ mimli avvenimenti b’diversi miri li ntlaħqu tul it-triq. Hemm storja ta’ suċċess x’tiġi rrak-
kontata fejn jidħlu l-operazzjonijiet tal-cruises bi tkabbir sena wara oħra, bil-maġġoranza tal-kumpaniji fis-settur illum huma viżitaturi regolari fil-gżejjer tagħna,” tenna Xuereb, li ilu mal-kumpanija mill-bidu tagħha u ilu għal dawn l-aħħar tmien snin imexxiha.
Hu kompla jispjega kif il-kumpanija żiedet il-moviment tal-passiġġieri minn 260,000 għal iżjed minn 900,000 fl-2019, u għadha qed tiffjorixxi. “Valletta Cruise Port irnexxielha tnaqqax isem għaliha nnifisha fl-industrija u dan grazzi għall-appoġġ u l-impenn tal-istakeholders kollha involuti,” qal Xuereb, waqt li rringrazzja lid-diretturi u lis-shareholders, lil Global Ports Holding, li wkoll għandha rappreżentanza madwar id-dinja kollha, lil AX Group u lill-Lukanda Excelsior fil-Furjana, lill-maniġment u l-istaff, dawk passati u
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24.
Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek.
Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
tal-lum, lill-imsieħba fl-industrija u lill-istakeholders li “lkoll huma parti minn din l-istorja ta’ suċċess.”
Waqt ir-riċeviment fil-Magazino Hall, fejn ġew esebiti ritratti tal-post minn Davide Degano, il-kumpanija ppremjat lil 19-il ħaddiem li taw 10, 15 u 20 sena servizz lill-kumpanija b’tifkira ta’ apprezzament għal-lealtà u l-impenn. Il-mistednin ukoll irċevew pittura nnumerata u ffirmata tal-Valletta Waterfront mill-artista Jacqueline Agius.
Il-Valletta Cruise Port, li llum tgawdi miċ-ċertifikat “Safe Travels” mill-Kunsill Dinji tal-Ivvjaġġar u t-Turiżmu (WTTC), qalet li tibqa’ leali lejn il-missjoni tagħha li toffri “destinazzjoni ewlenija tad-divertiment billi tixhed dehra ta’ eċċellenza f’kull aspett tal-
01.01.2023 17
ID-DIPENDENZA TAL-ORDNI FUQ IL-KORS
Il-flotta tal-kursari f’Malta minn dejjem kienet meħtieġa. Hi kienet toffri siġurtà supplimentari lill-Ordni, għax fi żmien qasir ta’ ftit sigħat kienet tarma lilha nnifisha sew biex twettaq servizz mistħoqq għad-difiża, skont il-ġurament li tkun ħadet biex taħdem f’pajjiżna. Apparti dan kollu, il-kors kien jista’ jitqies bħala forċina għall-Ordni ta’ San Ġwann, għax kien jipprovdi t-taħriġ kemm għall-Kavallieri, għas-suldati u l-baħrin. U dan kienu jixhduh ukoll il-qawwiet barranin ta’ dak iż-żmien. Kien minħabba dan kollu li l-kursari Maltin kienu jitqiesu bħala kongregazzjoni paramilitari, li fuqha seta’ jiddependi l-Ordni meta jinqala’ l-bżonn. Dan it-tagħrif ksibtu mingħand LIAM GAUCI, Kuratur tal-Mużew Marittimu, fil-Birgu.
Minn CHARLES B. SPITERI
Liam Gauci qalli li dawn l-affarijiet nistgħu naslu għalihom għax insibu xhieda miktuba. Pereżempju minn ittra mibgħuta Londra u indirizzata lil Lord Grenville (1759-1834), li kien is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Ingliżi, naqraw dak li nkiteb fis-snin 1790. Kienet ittra anonima li ħeġġet l-idea li l-Ingliterra taħtaf lil Malta għall-interessi tagħha. L-ittra tagħti tagħrif tat-taqsimiet u tan-nies li l-Ordni seta’ jsejjaħ għad-difiża ta’ Malta. Silta minnha taqra: “…hemm tlieta jew erba’ linji ta’ bastimenti tal-gwerra, frejgata qalila, erba’ galeri, li għandhom ekwipaġġ ta’ 700 persuna, l-oħrajn 500 kif ukoll bosta xambekki u galjotti (li huma tal-kursari) u li fuqhom ġeneralment iġorru 200 persuna…”
Skont l-intelliġenza Brittanika dawn kienu l-irġiel li kienu lesti jiddefendu lil Malta. Apparti mill-persuni uffiċjali li jwieġbu direttament għall-ordnijiet talGran Mastru, il-Konslu żied fil-lista, lill-kursari li jwettqu ħidmiethom minn Malta. Qal li ma jistgħux ikunu ċerti mill-għajnuna li jistgħu jagħtu l-kursari lejn id-difiża tal-gżira, f’każ li tinqala’ l-ħtieġa, iżda kien ikun jaqbel jekk wieħed iżomm f’moħħu din l-ipotesi.
Pirati f’pajjiżna
F’pajjiżna kellna kull kwalità ta’ kursari u minn kull pajjiż. Pereżempju fid-demografija tal-ekwipaġġ insibu: “(Jien) iben Biasio, mejjet, u Angelica, li għadha ħajja. Twelidt fil-Bajja tal-Kotor u għal dawn l-aħħar sentejn jien residenti fil-gżira ta’ Malta u se niżżewweġ lil Francesca Imbroll, Maltija. Għal dawn l-aħħar erba’ snin għamiltha ta’ kaptan, jew tenent tal-pri-
ma fuq diversi bastimenti tal-kursari. Għandi madwar 30 sena.”
Din kienet stqarrija ta’ Stefano Raffaelli, kaptan tal-kursari.
Fis-seklu 18 insibu konglomerazzjoni ta’ Maltin u barranin kienu jgħixu flimkien fuq din il-gżira, partikolarment fl-inħawi ta’ madwar il-Port il-Kbir. U nsibu dan miktub minn ċertu Patrick Brydone:
“Appena nżilna x-xatt (filPort il-Kbir), sibna rwieħna f’dinja totalment ġdida. It-toroq miżgħuda b’persuni lebsin sew, li lkoll għandhom id-dehra ta’ nies fiżikament b’saħħithom u sinjuri; waqt li f’Sirakuża qajla kont tara kreatura; u anki dawk il-ftit li rajna kellhom dehra ta’ nies morda u foqra.”
Id-demografija
Biex wieħed jifhem sew il-komunità li kien hawn tal-kursari, irid jiddiskuti t-tqassim ġeografiku tal-istess kursari bejn l-1760 u l-1798. Mid-39 lista tal-ekwipaġġi li studjajt, joħroġ tagħrif individwali fuq 1,966 baħri. Dawn ifissru l-ekwipaġġ tad-39 bastiment
inkwistjoni u t-tqassim demografiku tagħhom. It-tagħrif inġabar flimkien, u ħoloq bażi ta’ informazzjoni enormi għal statistika mill-aqwa tal-kors Malti u l-kursari nfushom.
Issa meta tanalizza d-demografiji, trid iżżomm żewġ kunsiderazzjonijiet quddiem għajnejk. Waħda hi n-nazzjonalità tal-kursar u l-oħra l-post fejn jgħix. Għalhekk, l-informazzjoni nqasmet skont din il-kriterja. Fl-ewwel taqsima, il-baħrin kienu jibqgħu jitqiesu li mhumiex Maltin jekk ikunu reġistrati bħala li ġejjin minn belt jew pajjiż stranġier. U jekk baħri jkollu mniżżel fid-dokumenti li hu barrani, iżda li qed jgħix f’Malta, hu xorta waħda kien jibqa’ meqjus bħala stranġier.
Imbagħad fit-tieni kategorija nsibu li fil-punt fejn issir referenza għall-post ta’ residenza, jekk l-istess baħri jagħti l-prova li jkun jgħix fostna, allura jitniżżel bħala li qed jgħix f’Malta.
Jiġifieri jekk il-Kaptan Domenico Nostro hu reġistrat bħala li hu minn Messina iżda jgħix fl-Isla, fl-ewwel kategorija kien meqjus bħala barrani, iżda mbagħad għad-demografija lokali jitqies bħala
baħri jgħix fl-Isla, għalkemm xorta waħda barrani.
F’eżempju ieħor, Giuseppe Romano minn Napli, li serva fuq l-istess bastiment mal-Kaptan Domenico Nostro, għalkemm kien ħaddiem migrant minn Napli li ma jgħixx f’Malta, jitniżżel bħala barrani, iżda għad-demografija Maltija mhux ikkalkulat. Ir-residenzi tal-kursara
Mal-ewwel daqqa t’għajn insibu li l-maġġoranza tal-kursari f’pajjiżna ma kinux jgħixu madwar il-Port il-Kbir u jidher li anki l-attività ekonomika ma kinitx iddur biss ma’ dak il-post.
Għall-kors ma kinux imħaddmin biss irġiel minn madwar Malta kollha, iżda anki mill-gżira oħt: Għawdex.
Mhix sorpriża li l-akbar numru ta’ ħaddiema fil-kors kienu jkunu jgħixu fil-Belt Valletta, l-Isla, Bormla, il-Birgu u l-Furjana rispettivament. U lanqas hu ta’ min jiskanta li l-Belt Valletta kienet l-aktar belt b’rappreżentazzjoni ta’ baħrin fuq il-bastimenti tal-kursari. B’popolazzjoni ta’ madwar 20,000 abitant lejn tmiem is-seklu 18, hi ħaġa
ovvja li ħafna baħrin kienu jgħixu fil-belt prinċipali ta’ Malta, Valletta.
Madanakollu, ta’ min isemmi li fl-istess żmien, l-Isla, b’popolazzjoni ta’ madwar 4,300 abitant, kellha rappreżentazzjoni tajba ħafna ta’ nies fl-istess xogħol. U wieħed kien jistenna li Bormla kellu jkollha wkoll l-istess importanza għal dawn il-ħaddiema, għax kellha d-doppju tal-popolazzjoni tal-Isla. Madanakollu, minn Bormla kienu reġistrati biss 171 baħri.
Sehem l-Għawdxin
Jekk wieħed jistaqsi s-sehem tal-Għawdxin kienx wieħed qawwi ikollna ngħidu li s-sitt l-aktar villaġġ rappreżentat, għalkemm mhux villaġġ fih innifsu, kien Għawdex. Hemm, lejn tmiem is-seklu 18, kien hemm popolazzjoni ta’ madwar 24,000 persuna. Għalkemm kien ikbar mill-Furjana u Ħal Qormi, għadha ħaġa impressjonanti kif kien hemm daqstant baħrin minn Għawdex.
Meta l-istess baħrin irreġistraw bħala ekwipaġġ, mhux kollha tniżżel il-pajjiż fejn joqogħdu, u għalkemm tniżżlu bħala minn Għawdex, il-villaġġi baqgħu mhux speċifikati. Dan għamilha iktar diffiċli għall-istudju demografiku ta’ Għawdex.
Fl-ewwel taqsima, il-baħrin kienu jibqgħu jitqiesu li mhumiex Maltin jekk ikunu reġistrati bħala li ġejjin minn belt jew pajjiż stranġier. U jekk baħri jkollu mniżżel fid-dokumenti li hu barrani, iżda li qed jgħix f’Malta, hu xorta waħda kien jibqa’ meqjus bħala stranġier
Iżda li hu interessanti għalina hu n-numru ta’ Għawdxin li kienu jgħixu Malta waqt li servew fil-flotta tal-kursari. Minn dawn kien hemm żgur 31 Għawdxi b’residenza permanenti f’Malta.
Jekk induru fuq il-barranin insibu li mill-istatistika li għandna, dawn l-aktar li kienu jgħixu kien fl-Isla. Jirriżulta li kien hemm 199 baħri barrani f’Malta li qalu li l-Isla kienet ilbelt fejn kellhom ir-residenza tagħhom.
01.01.2023 18
L-Isla kożmopolitana
Numru hekk qawwi ta’ barranin kellhom jagħmlu lill-Isla aktar kożmopolitana minn bliet oħra madwar il-port. U żgur li dan in-numru jistħoqq studju aktar fil-fond.
Matul dan il-perjodu, Malta kienet gżira kożmopolitana – possibbilment waħda mill-aktar portijiet kożmopolitani fil-Mediterran. Bla dubju, il-kors hu meqjus bħala l-fattur prinċipali għall-multietniċità fil-portijiet. U minbarra l-baħrin li attwalment kienu jgħixu fuq il-gżira, kien hemm oħrajn li jaslu fuq bażi temporanja biex jaħdmu fuq il-bastimenti tal-kursari. Minn dawn, wieħed isib uħud li ġew millbogħod sew, bħal mill-Iżvezja, mid-Danimarka, mir-Russja, mill-Ingilterra u minn Kostantinopli. Għalkemm l-aktar li ġew barranin, kien mill-Mediterran. Ħafna ġew mill-Italja, minn Spanja, minn Franza, mill-Greċja u mill-Kosta Dalmata.
Imbagħad irridu nsemmu li peress li aħna ninsabu qrib sew tal-Italja, l-akbar numru ta’ ħaddiema barranin imħaddma abbord il-bastimenti tal-kors kienu jkunu Taljani. Dawn kienu jaslu mill-istati kollha tal-peniżola Taljana iżda l-aktar li kien ikun hawn kienu minn Ġenova – b’total ta’ 47 raġel. L-ibliet l-oħra importanti kienu Napli, Venezja u Ruma rispettivament.
Sqallija wkoll kienet kon-
tributur ewlenija għallkors ta’ Malta, speċjalment mill-gżejjer ta’ Pantallerija, Lipari u Favignana. Madanakollu, gżejjer oħrajn apparti dawk fin-naħa t’isfel, ukoll issupplixxew baħrin. Dawn ġew minn Elba u minn Sardinja. Sardinja biss tat 10 ħaddiema fil-kors lejn tmiem is-seklu 18.
Kellna wkoll is-sehem ta’ Korika. Dik il-gżira, li kienet għadha tifforma parti mill-Italja, ikkontribwiet ukoll bil-kbir għall-kors. Tul il-perjodu li qed nitkellmu fuqu kien hawn madwar 48 baħri Korsikan. U l-kontribuzzjoni ta’ dak il-pajjiż lill-kors, m’għandhiex tkun sottovalutata. Dan peress li fl-istess seklu tat ħafna mill-kaptani kursari ta’ suċċess. Fost dawn insibu lill-Kaptan Giacomo Di Natale, lill-Kaptan Francesco Di Natale u lill-Kaptan Guglielmo Lorenzi.
Eventwalment, Korsika saret id-dar ta’ bosta kaptani li kienu mkeċċija jew skappaw minn Malta wara ċ-ċediment tal-Gvern Repubblikan Franċiż fl-1800. Irridu ngħidu li kemm Franza kif ukoll Spanja kkontribwew għad-diversità etnika tal-kors. Għalkemm ma kellhomx sehem qawwi, ma nistgħux inwarrbuhom għal dak li hu studju kożmopolitan filport. Kien hawn Franċiżi minn Pariġi, minn Marsilja u minn Monaco abbord il-bastimenti Maltin. Kien hemm imbagħad baħrin Spanjoli li kollha twieldu f’Majorka u Minorka. Mhix b’koinċidenza li t-tnejn huma
gżejjer bi tradizzjoni qawwija ta’ nies tal-baħar.
L-‘ishiavonijiet’
Anki r-reġjuni Slavi kkontribwew b’mod sod għall-kulur multietniku tal-kors. Ħafna minn dawn il-baħrin kienu jiddeskrivu lilhom infushom bħala ‘schiavone’, li tfisser ‘Slav’. Uħud qalu li twieldu f’Montenegro, waqt li oħrajn semmew li twieldu fil-Bajja tal-Kotor.
Fir-realtà l-kors kien jiġbed lejh bosta nies mill-Mediterran u pajjiżi aktar ’il bogħod, iżda mill-kampjun li ħadt jien tar-ruolli, żewġ terzi talbaħrin kienu Maltin u t-terz l-ieħor biss kienu barranin.
Minħabba xogħolhom, ħafna mill-barranin kienu jispiċċaw jiġu jgħixu Malta. Mhux hekk biss, talli spiċċaw iżżewġu xebbiet Maltin u bnew familja.
Il-Kaptan Giuseppe Estaden minn Majorka żżewweġ hawn Malta u martu baqgħet f’din il-gżira wara li miet. Il-familja Di Natale, Cardona, Preziosi u Mitrovich ilkoll stabbilixxew ruħhom fostna. U wieħed jista’ faċilment jgħid li l-familji Preziosi u Mitrovich ħolqu dinastiji fuq gżiritna permezz tan-negozju fil-kors.
Insibu xhieda qawwija li dawn il-familji kienu jingħaqdu qaqoċċa fi żminijiet ta’ ħtieġa, speċjalment f’każi fil-Qorti, fejn kienu jaqbżu għal xulxin. Għalhekk, f’ċer-
ta ħidma kienu jkunu qishom aħwa.
Wieħed isib diversi petizzjonijiet, iffirmati minn bosta gruppi ta’ kaptani li jaqbżu għal kaptan ieħor. Pereżempju l-Kaptan Leopoldo Desira, il-Kaptan Simone Cavasso, il-Kaptan Giorgio Mitrovich, il-Kaptan Gaetano Cumbi u l-Kaptan Giuseppe Franceschi, ilkoll intervenew favur il-Kaptan Guglielmo Lorenzi f’kawża li kellu kontra baħri.
Eżempju ieħor hu dak tal-Kaptan Domenico Nostro, kursar minn Messina, li kien jgħix l-Isla. Dan spiċċa jgħaddi mapep tan-navigazzjoni bi flus nominali lill-Kaptan Estaden, għall-ħidma li kellu jwettaq fl-1779. Hemm ukoll naraw kif il-komunità talkursara kienet taħdem flimkien. Ma ninsewx li l-komunitajiet li kienu joħorġu fuq il-baħar rari kienu jgħaddu tagħrif lill-barranin, aħseb u ara l-mapep li jkollhom. Għalhekk, atteġġjament bħal dan juri l-għaqda qawwija fost il-kaptani. Terġa’ mbagħad il-familji tagħhom kienu jsiru tal-familja peress li spiss kienu jagħmluha ta’ parrini għat-tfal ta’ xulxin.
Għaqda qawwija
Dan kollu juri wkoll li l-għaqda qawwija ta’ bejn il-kursari serviet ta’ benefiċċju lill-komunità Maltija tas-seklu 18.
Fl-istudju tiegħu, Frans Ciappara sab li meta bniedem jagħmilha ta’ parrinu, bejn
Minħabba xogħolhom, ħafna mill-barranin kienu jispiċċaw jiġu jgħixu Malta. Mhux hekk biss, talli spiċċaw iżżewġu xebbiet Maltin u bnew familja
il-ġenituri, bdiet tintuża l-kelma ‘xbin’, li tnissel affezzjoni u rabta ’l bogħod mir-relazzjoni ta’ demm fil-familja.
Iżda mbagħad insibu wkoll, li meta xi baħrin kienu jdumu barra minn arthom, seta’ kellhom relazzjonijiet maritali oħrajn. Pereżempju nsibu lil Giuseppe Farrugia mill-Belt Valletta, li kien il-ħabs u ngħata permess jingħaqad fuq il-vapur tal-Kaptan Lorenzi, fl1788. Bħala parti mill-kuntratt li ffirma mal-Kaptan, isemmi speċifikament li ħames skudi mill-paga tiegħu kellhom imorru għal martu. Referenzi oħra fid-dokumenti joħorġu fid-dieher ismijiet differenti ta’ nisa wara l-mewt tal-baħri.
F’dawk iż-żminijiet u l-aktar lejn nofs is-seklu 18 insibu li l-aktar opri tal-baħar popolari għall-kors kienu x-xambekki. Kienu maħluqin għall-esiġenzi ta’ dik il-ħidma u kienu jintużaw l-aktar mill-kursari Alġerini tal-Afrika ta’ Fuq. Meta saru magħrufin il-ħiliet tagħhom, ħafna Ewropej addottaw lilhom ukoll, tant li anke l-Ordni nnifsu beda jħaddimhom.
Ġeneralment, in-numru ta’ ekwipaġġ fuq kull bastiment kien ikun ta’ madwar 60 raġel tal-baħar. Il-Kaptan Guglielmo Lorenzi li fl-1777 ħadem b’xambekk, nafu li fuqu kellu 60 persuna. 20 sena wara, għamel l-istess il-Kaptan Michele Picasso.
Iżda nsibu li l-Kaptan Giovanni Andrea Preziosi ħaddem ix-xambekk tiegħu b’ekwipaġġ ta’ 54 raġel, minkejja li probabbilment il-qies tax-xambekk li kellu kien tal-istess qies bħal dak imħaddem minn Picasso u Lorenzi.
Madankollu, xambekki akbar kien hawn, għax jirriżulta li fl-1791, l-istess Michele Picasso kellu ekwipaġġ ta’ 130 persuna abbord. Dawn ix-xambekki kienu jinħadmu kemm f’Malta kif ukoll barra.
01.01.2023 19
Bastimenti tal-Ordni f’pajjiżna
IR-REĠJUN TAN-NOFSINHAR, IR-REĠJUN TAL-KULTURA 2023
Hekk kif fl-2023 pajjiżna jiċċelebra t-30 anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali fl-1993, se jibda jiċċelebra wkoll it-titlu tar-Reġjun Kulturali 2023. Dan it-titlu se jibda jgħaddi minn sena għal oħra minn reġjun għal ieħor.
L-ewwel reġjun li se jkollu l-unur jiċċelebra dan it-titlu se jkun ir-Reġjun tan-Nofsinhar, magħmul minn 12-il lokalità, li huma Ħal Qormi, iż-Żejtun, Marsaxlokk, Marsaskala, Santa Luċija, Birżebbuġa, Ħal Luqa, Ħal Għaxaq, il-Ħamrun, Santa Venera, il-Marsa u l-Gudja. Għalkemm il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar twaqqaf formalment fl-2009, ingħata l-formazzjoni b’dawn il-lokalitajiet matul is-sena li għaddiet hekk kif ir-reġjuni f’pajjiżna żdiedu minn ħamsa għal sitta. Hu tabilħaqq ta’ unur kbir li r-Reġjun tan-Nofsinhar se jkun qiegħed jiċċelebra dan it-titlu matul l-2023.
Il-programm li l-Kunsill Reġjonali ħejja għal din l-okkażjoni hu msejjes fuq ambizzjonijiet u impenn li hu mnebbaħ ukoll mill-Istrateġija Kulturali tar-Reġjuni li l-Gvern għadu kemm lesta u ħabbar ftit talġimgħat ilu.
Bla dubju din kienet aħbar mill-isbaħ li tirrikonoxxi wkoll l-impenn tal-Kunsill Reġjonali fil-qasam kulturali matul dawn l-aħħar snin. Iżda dan kien ifisser ukoll ħidma sfiqa li kellha ssir fi żmien relattivament qasir. F’Ottubru 2022, il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar beda jfassal il-pjan ta’ ħidma meħtieġ, pjan mifrux fuq 12il xhar, fejn kull lokalità se twassal messaġġ mhux biss lin-nies tal-lokal imma se jkun invit miftuħ lill-Maltin u lill-Għawdxin.
Messaġġ ċar fejn se jkun hemm manifestazzjoni ta’ dak kollu li jidentifika kull raħal jew belt fi ħdan ir-reġjun. Messaġġ li juri li d-diversità tista’ wkoll tgħaqqadna u tagħmilna aktar b’saħħitna. Iżda x’inhu l-ħsieb wara l-programm li
r-Reġjun tan-Nofsinhar se jkun qiegħed itella’ matul din is-sena hekk impenjattiva?
F’din is sena se nkunu qed niċċelebraw l-identità tagħna u dak li jsawwarna bħala
reġjun. B’mod partikolari se nkunu qed nagħtu importanza lil dak kollu li jagħmil-
na reġjun, min aħna u l-mod varjat kif ngħixu l-kultura jum wara jum.
Se niżirgħu żerriegħa bilgħan li xxettel f’inizjattivi ġodda. Hekk kif infittxu li nsawru l-futur tal-għażla tagħna, se ninvestu fi proġetti li jerġgħu jnebbħu l-imħabba lejn il-lokalitajiet tagħna, iseddqu l-imħabba lejn il-kultura u jinkoraġġixxu parteċipazzjoni dejjem usa’ u mifruxa fl-attivitajiet kulturali li jittellgħu minn żmien għal żmien fir-reġjun tagħna.
Dan se jitwettaq bil-parteċipazzjoni sħiħa tat12-il komunità fi ħdan ir-reġjun hekk kif jixhed it-titlu ta’ Reġjun Kulturali 2023.
Il-ħidma tagħna f’din
01.01.2023 20
Il-programm li l-Kunsill Reġjonali ħejja għal din l-okkażjoni hu msejjes fuq ambizzjonijiet u impenn li hu mnebbaħ ukoll mill-Istrateġija Kulturali tar-Reġjuni li l-Gvern għadu kemm lesta u ħabbar ftit tal-ġimgħat ilu. Bla dubju din kienet aħbar mill-isbaħ li tirrikonoxxi wkoll l-impenn tal-Kunsill Reġjonali fil-qasam kulturali
is-sena se tiffoka wkoll sabiex nerġgħu nrawmu preżenza akbar tal-kultura fil-ħajja taċ-ċittadini tagħna, kif ukoll inroddu lura spazji pubbliċi li storikament kienu l-imkejjen fejn il-komunitajiet tagħna jiltaqgħu u jgħixu flimkien iżda li tilfu xi ftit mir-rwol importanti li kellhom, sforz il-ħajja mgħaġġla li ngħixu.
Dan se jsir billi noħolqu attivitajiet li jiskopru aktar x’jistgħu joffru l-lokalitajiet. Dan, żgur mhux forsi, se jkun kontribut siewi lejn komunitajiet aħjar. Iżda, aktar minn kollox, se nagħfsu fuq il-legat mixtieq sabiex dak kollu li se jittella’, flimkien mal-firxa wiesgħa ta’ attivitajiet u manifestazzjonijiet li r-reġjun ilu jtella’ għal bosta snin, ikomplu jħallu l-frott mixtieq.
Din il-viżjoni, li hi wkoll ambizzjoni, se tixpruna programm varjat u impenjattiv ta’ attivitajiet imtellgħa u kkoordinati, kemm mill-amministrazzjoni ċentrali tal-Kunsill Reġjonali, kif ukoll b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali fi ħdan ir-reġjun.
Ninsabu ferm ħerqana sabiex fit-13 ta’ Jannar invaraw u nagħtu bidu għal
din is-sena permezz ta’ attività fil-Kappella ta’ Bir Miftuħ ġewwa l-Gudja, fejn bil-parteċipazzjoni tat-tfal se niżvelaw il-logo uffiċjali u nvaraw il-programm ta’ sena sħiħa, bl-ewwel attività tkun l-għada stess.
Sebħ Nofshinhar hu dramm mużikali miktub minn Brian Bonnici u b’mużika ta’ Domenic Cini li se jittella’ fit-teatru ta’ San Vinċenz De Paul ġewwa Ħal Luqa. L-iskop ta’ dan id-dramm hu li jiċċelebra r-rikkezza kulturali, hekk kif fl-istess ħin jagħti ħjiel ta’ dak kollu li r-reġjun se jkun qiegħed itella’ matul din is-sena.
Ir-Reġjun Kulturali tan-Nofshinhar 2023 għandu jkun titlu, mhux biss sensiela ta’ attivitajiet kulturali li jiġu u jmorru, imma li jqajmu ħeġġa ġdida, entużjażmu, kuraġġ lill-artisti, u għarfien għas-snajja’ u l-artiġjanat Malti.
Ir-Reġjun Kulturali 2023, hu titlu mogħti lir-Reġjun tan-Nofsinhar għall-ewwel darba. Titlu li se nġorru b’unur għal sena sħiħa fejn se nkunu qed naħdmu sabiex nippriservaw dik il-kultura li tgħaqqadna u niżirgħu ideat ġodda għall-ġenerazzjonijiet tal-futur.
Din il-viżjoni, li hi wkoll ambizzjoni, se tixpruna programm varjat u impenjattiv ta’ attivitajiet imtellgħa u kkoordinati, kemm mill-amministrazzjoni ċentrali tal-Kunsill Reġjonali, kif ukoll b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali fi ħdan ir-reġjun
01.01.2023 21
CHRISTINE ATTARD
TOĦLOQ L-ARTI MINN MATERJAL UŻAT
It-tpinġija hija arti vasta li timraħ minn kull aspett. Biċċa arti tirrappreżenta ħafna emozzjonijiet u tifkiriet filwaq li tista’ tħalli wkoll l-immaġinazzjoni tal-bniedem tiġri bih. Lokalment għandna diversi artisti li kull wieħed u waħda minnhom lesti li jesponu t-talenti tagħhom ma’ kull min japprezzahom.
Għall-intervista tal-lum, għażilt li nitkellem mal-artista lokali, Christine Attard. Hija twieldet Londra u ġiet tgħix Malta meta kellha 14il sena, u għexet ix-Xemxija. Bħalissa qed taħdem fuq l-arti tagħha, imma l-professjoni tagħha hija ta’ għalliema. Tħobb toħloq sfidi kreattivi speċjalment meta tkun qed taħdem b’materjal ġdid. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna kreattiva u enerġetika.
Bdejt billi staqsejtha kemm ilha tinteressa ruħha fl-arti u fuq liema tip ta’ arti tħobb tispeċjalizza. “Ili midħla u interessata fl-arti, minn mindu kont nattendi l-iskola primarja. Ipparteċipajt ukoll f’performance meta kont nattendi s-sekondarja
l-Ingilterra u din ispiratni u mmotivatni sabiex naqsam l-esperjenzi tiegħi ma’ tfal li għandi l-pjaċir ngħallimhom u niltaqa’ magħhom ukoll. Inħobb kull forma ta’ arti, iżda nħossni l-aktar komda ma’ kull tip ta’ arti astratta bħal żfin, drama, skultura u tpinġija,” bdiet tgħidli Christine.
Toħloq arti minn materjal użat b’diversi messaġġi Ta’ min jgħid ukoll li Christine hija artista li toħloq arti minn materjal użat b’messaġġ sabiex ma narmux l-esperjenzi tagħna. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar f’dan ir-rigward. “Inħoss li qalbi tkun qed tintrema ma’ oġġetti li mhumiex utli aktar fil-ħajja. B’hekk nieħu inizjattiva personali, u nara x’nista’ noħloq bihom, daqslikieku huma parti minni.
Kieku tkun persuna flok oġġett, ma nkunx irrid li l-istess persuna tħossha waħedha jew żejda. B’hekk l-istess oġġetti li mhumiex utli għal xi wħud, nara kif noħolqilhom skop ġdid filħajja. F’dan ir-rigward, in-
ħoss l-istess konnessjoni u noħloq arti mill-ġdid.”
Matul ix-xahar ta’ Ottubru li għadda, Christine tellgħet wirja “About Life” b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Richmond fid-dar fejn trabbiet fix-Xemxija fejn esibixxiet ix-xogħlijiet artistiċi tagħha. Din kienet wirja li tat esperjenza tanġibbli lil kull min mar iżurha u kienet tinkludi 35 biċċa xogħol artistika, bejn pitturi u installazzjonijiet minn diversi materjali li kieku ma spiċċawx f’din il-wirja, żgur kienu jintremew.
Din il-wirja kienet mimlija emozzjonijiet li jesperjenza l-bniedem, il-vjaġġi sbieħ u dawk inqas sbieħ li persuna tgħaddi minnhom. Ħallejt f’idejha sabiex tgħidli eżattament x’materjali intużaw u x’ħolqot eżattament bihom. “Il-materjali li użajt għall-installazzjonijiet kienu kollha materjali diġà użati jew li kienu tajba għal riċiklaġġ, bħal ngħidu aħna boroż taż-żibel suwed, kaxxi tal-kartun, injam, chandeliers, biċċiet minn forn, offcuts u anke saħansitra biċċiet minn saqaf.”
Konxja mill-fatt li milliskart ġieli tinħoloq l-arti, kont naf li Christine bħala artista trid tgħaddi messaġġ lin-nies.
“Bl-arti wieħed jista’ faċilment jgħaddi messaġġ hemm barra, u jesprimi dak li jkun għaddej minnu filħajja. Il-bniedem m’għandu jaqta’ qalbu qatt u jeħtieġ li jikkomunika u jfittex l-għajnuna meta jirrikjedi l-waqt.”
Ta’ min isemmi wkoll, li Christine ppubblikat ktieb tal-poeżiji mmirat għattfal sabiex jitgħallmu dwar il-ħajja u jgħinhom ukoll jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom permezz tal-poeżija u l-arti f’daqqa. L-istess ktieb jiggwida tajjeb lit-tfal x’għandhom jagħmlu fil-ħajja reali tagħhom ta’ kuljum.
L-arti tagħha tirrappreżenta l-vjaġġ ta’ ħajjitha Immaġinajt li kull biċċa arti tagħha tirrappreżenta xi esperjenza li tkun għaddiet minnha f’ħajjitha. B’hekk ħallejt f’idejha sabiex tgħidli x’tip ta’ konnessjonijiet l-arti tagħha għandhom ma’ ħajjitha u x’jirrappreżen-
taw eżattament. “Iva, l-arti tiegħi jirrappreżentaw ilvjaġġ ta’ ħajti. Kull biċċa arti qisha paġna li tirrappreżenta kapitli diversi ta’ ħajti.
Dawn jinkludu episodji minn ħajti li jittrattaw relazzjonijiet, imħabba, komunikazzjoni, prijoritajiet tal-ħajja u emozzjonijiet diversi. Meta kultant nħossni neħel f’ħajti, nirrikorri għat-tpinġija fejn tgħinni niskopri u nifhem aktar madwari. B’dan il-mod insib mezz ta’ konsultazzjoni miegħi nnifsi,” stqarret miegħi Christine.
Fil-fatt, Christine tqabbel il-ħajja mal-arti. Jekk xi ħaġa ma tmurx tajjeb, kemm fl-arti kif ukoll f’ħajjitna ma rridux naqtgħu qalbna. L-arti teħdilha ħafna enerġija. “Xi kultant l-affarijiet ma jmorrux kif pjanati fil-ħajja. Ma rridux inċedu fil-ħajja, anzi għandna nkomplu nistinkaw u niġġieldu mal-ħajja. Kieku qtajt qalbi jew waqaft fil-passat, illum il-ġurnata ma kontx inkun għent diversi persuni minn aspetti differenti tal-ħajja.”
Tixtieq li jkun hemm aktar opportunitajiet fl-arti
01.01.2023 22
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
fl-iskejjel lokali
Magħha ddiskutejt dwar jekk taħsibx li artisti lokali bħalha humiex qegħdin ikollhom opportunitajiet biżżejjed hawn Malta sabiex jesponu x-xogħlijiet tagħhom. “Ikolli nametti li ma tantx inżomm ruħi intiża f’dan ir-rigward. Min-naħa l-oħra, nixtieq ħafna li jkun hemm aktar opportunitajiet u ħin allokat fl-iskejjel lokali f’dak li jikkonċerna arti. Anke sabiex l-istudenti jibdew jesploraw
il-kreattività tagħhom stess,” stqarret miegħi.
Fl-aħħar ta’ din l-intervista, stedint lil Christine, sabiex tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “L-arti tinsab hemm kemm sabiex wieħed japprezzaha, kif ukoll sabiex wieħed jaqsam l-opinjoni ta’ dak li jkun qed jara b’għajnejh stess. Wara kull biċċa arti, dejjem ikun hemm xi tip ta’ domandi li jnisslu kurżità f’dak li jkun qed josserva u jammira l-arti,“ temmet tgħid Christine.
SKEDA ONE
06:30 ONE News
06:45 Popcorn
07:15 Mill-Chcina ta’ Dari
07:20 Denfil
07:25 Primetime
07:50 HazZzard update
08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Imqades l-istorja 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard update 09:55 Denfil
TLIETA
06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 07:50 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:50 HazZzard update
10:00 Fost il-Ġimgħa
12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 12:55 Denfil 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Indhouse 17:00 The Local traveller 17:30 Flimkien ma’ Nancy
18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 HazZzard 22:50 Pink Panther 23:30 ONE News
09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Flimkien ma’ Nancy 17:00 What’s Cooking
17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News
Il-materjali li użajt għall-installazzjonijiet kienu kollha materjali diġà użati jew li kienu tajjeb għar-riċiklaġġ, bħal ngħidu aħna boroż taż-żibel suwed, kaxxi tal-kartun, injam, chandeliers, biċċiet minn forn, offcuts u anke saħansitra biċċiet minn saqaf
06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 07:50 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:50 HazZzard update 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa
ĦAMIS
06:30 ONE News 06:45 What’s
Cooking 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 07:50 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update
06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 07:50 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:50 HazZzard update 09:55 Ħajjitna Makkjetta
SIBT
06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:21 Mill-Chcina ta’ Dari 07:27 Primetime 07:49 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 HazZzard 10:33 Aroma Kitchen
06:30 ONE News 06:48 Ondroad 07:22 Mill-Chcina ta’ Dari 07:26 Primetime 07:49 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Ieqaf 20 Minuta 10:30 Politika
12:30 ONE News
12:35 Telebejgħ
12:50 HazZzard update 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita
15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Dak Li Jgħodd 17:00 Ħajjitna Makkjetta
17:15 Pink Panther 18:00 What’s Cooking 18:30 Pjazza
09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 Primetime 16:00 Ieqaf 20 Minuta 16:30 Esperti 17:00 Żona Sport
10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard update 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Aroma Kitchen 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse
11:30 Popcorn 11:57 Telebejgħ
12:30 ONE News 12:35 Awla 14:00 Dak li Jgħodd 15:00 Esperti 15:30 ONE News 15:35 Country Jamboree 16:05 Flimkien ma’ Nancy
11:25 What’s Cooking 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Dak li Jgħodd 16:30 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 L-Argument
19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 The Local Travel 21:00 Twenty2Sixty 22:00 Awla 23:30 ONE News
04-01 ERBGĦA
17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Madwar Mejda 22:30 Imqades l-Istorja 23:10 Investigaturi tal-Mużika 23:30 ONE News
06-01 ĠIMGĦA
18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Esperti 21:05 Flip the Venue 23:30 ONE News
17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE NEWS 20:05 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Arani Issa 23:30 ONE News
19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Politika 21:00 Teżori fil-Garaxx 21:50 Country Jamboree 22:20 HazZzard 23:30 ONE News
08-01 ĦADD
08.11.2020 01.01.2023 23
02-01
TNEJN
05-01 03-01 07-01
L-IMXENNQA GĦALL-ĠIŻIRANA U STEJJER OĦRA
Apprezzajtha ħafna din il-ġabra ta’ novelli miktuba mill-Imħallef Toni Abela. Kitba li tippreżenta lingwaġġ li ma jipprovax jimpressjona bi kliem tqil, iżda fl-istess waqt għandu ħabta kif itaqqlek b’dilemma etika, mingħajr qatt ma jagħtik xejn bl-imgħarfa jew jipprova jinvadi l-konvinzjonijiet tal-qarrej. Is-sentenzi huma qosra u n-novelli wkoll, xi minn daqqiet saħansitra erba’ paġni kollox. Il-vjaġġ tal-istorja huwa wieħed li jieħdok dritt għall-punt b’tali mod li l-kitba tibqa’ friska l-ħin kollu u tħallik bil-għatx li taqra n-novella li tkun tmiss.
L-awtur jurina biċ-ċar li n-novella qed jużaha biex idewwaqna storja tajba, bħalma jagħmel permezz ta’ “L-Imxennqa għall-Ġiżirana” li jekk iddawwarha f’film żgur li tkun segwita sew fuq is-sett tat-televixin. Uħud min-novelli huma ankrati fl-istorja hekk kif ġrajjiet li tassew seħħew, jiżżewqu ma’ oħrajn immaġinati mill-awtur bħal fil-każ tan-novella “Eva”. F’“Shaina fil-Mużew”, Abela jeħodna fid-dimensjoni fantaxjentifika ta’ kif il-bniedem se jkun jgħix fis-sena 3782, fejn anke sostitut għall-ilma li nixorbu llum ikun instab.
L-istejjer huma ambjentati fi nħawi differenti madwar id-dinja. Wieħed għami jitfaċċa bil-kamera tar-ritratti mdendla m’għonqu ġewwa Looe fin-Nofsinhar tal-Ingilterra. Missier li tilef lil bintu jieqaf jistaqsi lil dawk li jgħaddu minn Stephansplatz fi Vjenna, l-Awstrija, jekk rawhiex. Il-laqta awtobijografika toħroġ ċara daqs il-kristall fin-novella “Fredrick the Great”, li fiha l-awtur jiddeskrivi l-impatt pożittiv li għalliem fi skola jista’ jħalli fuq dak it-tifel li ma jkollux kwiet f’ġismu. Il-kitba jaf tieħu wkoll xejra
makabra, bħalma jiġri fil-każ ta’ Sophie li tkun vittma tal-moħqrija ta’ dawk li kienu suppost sħabha fl-iskola ta’ Santa Monica. Din sabet ilmod tagħha kif tivvendika ruħha mit-turufnament li kienet għaddejja minnu, meta s-sħaħar spiċċaw jinħarqu. L-okkult ukoll jispiċċa jiġi trattat fin-novella “Obstat” fejn l-eżorċista li xtaq jippubblika ktieb, spiċċaw dawrulu l-kelma sagra f’waħda sagrilega.
Din il-mixegħla ta’ laqtiet differenti li jagħtu sustanza varjata lin-novella, b’forma li tinżel għasel mal-qarrej, għax mexxejja u kreattiva, żgur minnha nfisha hija riċetta li tixraq għal żminijietna. Illum il-ġurnata fuq il-midja soċjali mitluba nżommu mal-iċken numru ta’ karattri possibbli biex intellgħu tweet, jew inkella nieħdu ħsieb niktbu fil-qosor kemm jista’ jkun fuq Facebook, bil-għan li ningħoġbu kemm nistgħu mill-ħbieb virtwali. Dan jistqarru l-awtur stess fin-nota tiegħu meta jgħidilna li fiż-żmien tallum “ħadd ma baqagħlu s-sabar li jaqra fit-tul”.
Iżda tifsira iżjed fonda jagħtihielna Immanuel Mifsud fid-daħla tal-ktieb, hekk kif ifissrilna li n-novella ta’ Abela hija msejsa fuq l-“istil tradizzjonali tagħha”. Karattri mill-anqas, “protagonist wieħed u b’sitwazzjoni waħ da”. Jispjega kif l-awtur qed iwasslilna forom ta’ taqbidiet differenti ma’ biżgħat ta’ dak li ma nafux jew saħansitra sitwazzjonijiet li jdaħħluna f’qoxritna. Li jolqotni f’kitbet Abela huwa proprju l-fatt li qatt ma jinvadi lill-qarrej biex jipprova jisqi ħsibijietu, iżda minflok jimlielek il-bieqja bl-ilma u jħalli lilek tixxennaq biex tixrob minnha.
Mistoqsija: Min kiteb din il-ġabra ta’ novelli?
Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa
3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-IMXENNQA GĦALL-GIŻIRANA U STEJJER OĦRA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 8 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb ULIED IL-FENTON hija:
01.01.2023 24
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 02 X’anniversarju ċċelebraw l-operaturi tal-Valletta Cruise Port? Tweġiba: Isem: Numru tat-telefown: Indirizz:
r-risposta
reċensjoni tal-ktieb
Ibagħtu
tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE
MRS
L.CASSAR - MOSTA
Riċensjoni ta’ CHRISTOPHER CUTAJAR
THE BUTCHER BAKER
Tintalab l-għajnuna tal-FBI
IT-TIENI PARTI
Id-Detective Glenn Flothe mill-Alaska State Troopers kien parti mit-tim investigattiv li beda jsib diversi katavri f’Anchorage, f’Seward u fil-Matanuska-Susitna Valley. L-ewwel katavru nstab minn ħaddiema tal-kostruzzjoni ħdejn Eklutna Road. Dan il-katavru, li ġie msejjaħ bħala ‘Eklutna Annie’, qatt ma ġie identifikat. Fl-istess sena, il-pulizija sabu l-katavru ta’ Joanna Messina qrib Seward u fl-1982 sabu l-katavru ta’ Sherry Morrow qrib ixXmara Knik. Id-Detective Flothe beda jissuspetta li l-istess persuna qatlet lil dawn it-tliet nisa.
Kien għalhekk li Flothe kkuntattja lill-Aġent Speċjali tal-FBI, John Douglas, biex jgħinu jibni profil tal-qattiel. Douglas qallu li l-qattiel kien kaċċatur tal-esperjenza li kellu stima baxxa tiegħu nnifsu, li diversi nisa ma riduhx u li kien iżomm xi “tifkiriet” tal-vittmi, bħal ġojjellerija. Hu ssuġġerixxa li l-qattiel jista’ jkun ukoll li kien itemtem. B’dan il-profil, Flothe beda jinvestiga lista ta’ suspettati u fosthom kien hemm Hansen. Hansen kien jaqbel mal-profil u terġa’ u tgħid, hu kellu ajruplan.
Bis-saħħa tat-tagħrif li tathom Paulson u bil-profil ta’ Douglas, Flothe rnexxielu jġib mandat ta’ tfittxija biex ifittex fl-ajruplan, fil-vetturi u fid-dar ta’ Hansen. Fis-27 ta’ Ottubru tal-1983, l-investigaturi sabu ġojjellerija tal-vittmi moħbija fl-attiku, flimkien ma’ diversi armi tan-nar. Apparti dawn, il-pulizija sabu mappa b’37 salib immarkat fuqha. Huma nnutaw kif uħud minn dawn il-marki kienu postijiet fejn huma sabu l-vittmi u kif komplew bl-investigazzjoni, il-pulizija sabu iktar katavri bis-saħħa ta’ din il-mappa.
Għall-bidu, Hansen beda jiċħad li kellu x’jaqsam mal-qtil ta’ dawn in-nisa, minkejja l-evidenza li nstabet. Flaħħar, hu ċeda u beda jwaħħal fil-vittmi filwaqt li prova jiġġustifika dak li għamel. Hansen spiċċa biex ammetta li ilu jattakka n-nisa mill-1971 u li l-ew-
Megan Siobhan Emerick ta’ 17-il sena – Għebet fis-7 ta’ Lulju tal-1973. Hansen ċaħad li qatilha iżda kellu salib immarkat fuq il-mappa fejn instab il-katavru tagħha.
Mary Kathleen Thill ta’ 22 sena – Għebet fil-5 ta’ Lulju tal-1975. Hansen ċaħad li qatilha iżda kellu salib immarkat fuq il-mappa fejn instab il-katavru tagħha.
“Eklutna Annie” li kellha bejn 16 – 25 sena u nsabet fil-21 ta’ Lulju tal-1980.
Joanna Messina li kellha 24 sena – Għebet fid-19 ta’ Mejju tal-1980 u nstabet xahrejn wara.
Roxane Easlan ta’ 24 sena – Għebet fit-28 ta’ Ġunju tal-1980. Hansen ammetta li qatilha iżda l-katavru tagħha ma nstab qatt.
Lisa Futrell ta’ 41 sena – Għebet fis-6 ta’ Settembru tal-1980 u nstabet qrib Old Knik Bridge bl-għajnuna ta’ Hansen.
Malai Larsen ta’ 25 sena – Għebet f’Ġunju tal1981 u nstabet fl-24 ta’ April tal-1984 bl-għajnuna ta’ Hansen.
Sherry Morrow ta’ 23 sena – Għebet fis-17 ta’ Novembru tal-1981 u nstabet fit-12 ta’ Settembru tal-
wel vittmi tiegħu kellhom bejn 16 u 19-il sena, u li ma kinux jaħdmu bħala prostituti. B’kollox, il-pulizija jaħsbu li Hansen stupra u qatel iktar minn 30 mara, li kellhom bejn 16 u 41 sena. Minn dawn il-vittmi kollha, Hansen ġie mixli bil-qtil ta’ Sherry Morrow, Joanna Messina, “Eklutna Annie” u Paula Goulding. Hu ġie mixli wkoll bil-ħtif
1982 ħdejn ix-Xmara Knik.
Andrea Altiery ta’ 22 sena – Għebet fit-2 ta’ Diċembru tal-1981. Hansen ammetta li qatilha iżda l-katavru tagħha ma nstab qatt.
Sue Luna ta’ 23 sena – Għebet fis-26 ta’ Mejju tal1982 u nstabet f’April ta’ sentejn wara bl-għajnuna ta’ Hansen.
Robin Pelkey ta’ 19-il sena – Inqatlet f’Jannar tal1983 u nstabet f’April ta’ sentejn wara bl-għajnuna ta’ Hansen.
DeLynn Frey ta’ 20 sena – Inqatlet f’April tal-1983 u nstabet fl-20 ta’ Awwissu tal-1985 qrib ix-Xmara Knik. Sabha bdot waqt li kien qiegħed f’dawk l-inħawi.
Paula Goulding ta’ 30 sena – Għebet fil-25 ta’ April tal-1983 u nstabet f’Settembru tal-istess sena qrib ix-Xmara Knik.
Teresa Watson ta’ 22 sena – Għebet fid-29 ta’ April tal-1983 u nstabet fis-26 ta’ April ta’ sena wara bl-għajnuna ta’ Hansen.
Angela Feddern ta’ 24 sena – Għebet fi Frar tal1983 u nstabet fis-26 ta’ April ta’ sena wara bl-għajnuna ta’ Hansen.
Tamera Pederson ta’ 20 sena – Għebet f’Awwissu tal-1982 u nstabet fid-29 ta’ April ta’ sentejn wara bl-għajnuna ta’ Hansen.
Cindy Paulson ta’ 17-il sena – l-unika vittma li għexet. Hansen ħatafha fit-13 ta’ Ġunju tal-1983 iżda rnexxielha taħrab u marret għand il-pulizija.
u bl-istupru ta’ Cindy Paulson, b’serq u diversi offiżi fuq armi tan-nar. Hansen weħel 461 sena ħabs mingħajr il-possibbiltà tal-parole.
Għall-bidu tpoġġa fil-United States Penitentiary f’Lewisburg, imbagħad fl-1988 ittieħed l-Alaska u wara qatta’ xi żmien f’Lemon Creek Correctional Center f’Juneau. Wara, Hansen tpoġġa
fi Spring Creek Correctional Center f’Seward. Hu dam hawn sa Mejju tal2014 għax minħabba raġunijiet ta’ saħħa, hu ntbagħat f’Anchorage Correctional Complex.
Hansen miet fil-21 ta’ Awwissu tal2014 fl-Alaska Regional Hospital f’Anchorage. Hu miet fl-età ta’ 75 sena b’kawża naturali.
Bis-saħħa tat-tagħrif li tathom Paulson u bil-profil ta’ Douglas, Flothe rnexxielu jġib mandat ta’ tfittxija biex ifittex fl-ajruplan, fil-vetturi u fid-dar ta’ Hansen
01.01.2023 25
TMIEM
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Dawn huma l-vittmi li Hansen seta’ qatilhom jew qatilhom:
Ceilia Van Zanten ta’ 17-il sena – Għebet fit-22 ta’ Diċembru tal-1971. Hansen ċaħad li qatilha iżda kellu salib immarkat fuq il-mappa fejn instab il-katavru tagħha.
Cindy PaulsonL-unika vittma li salvat u li bis-saħħa tagħha nqabad Hansen.
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.
Eżempju:
Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
01.01.2023 26
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri. 1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24
01.01.2023 27 TISLIBA 467 MIMDUDIN: 1.Patri, 4.Tork, 7,16.Sfida,
10.Serata,
WEQFIN: 1.Pariri,
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 M.FORMOSA - RABAT Isem: Indirizz: WEQFIN: 1. Jaħdmu l-art (6) 2,7. Taħarqu (5) 3,11. Villaġġ (5) 5,23. Jintuża mal-ikel (7) 6,17. Taħwid (6) 8. Gallettina? (9) 11. Ara 3 12,21M. Ħass u tadam (5) 13. L-Amerka (1,1,1) 14. Tmienja u tmienja (6) 15. Frotta (6) 17. Ara 6 21. Riġel Ingliż (3) 22. Ara 18 MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: Għam il-........ kollu u għereq fir-ramla (5) 4. Kunjom (4) 7. Ara 2 9. Mhux jien (3) 10. Nagħlqu bihom (6) 12. Ajruplani Ġermaniżi ta’ żmien il-gwerra (6) 16. Aldo Galea Abela (1,1,1) 18,22. Pajjiż (5) 19. Żgur mhux le (3) 20. Qed isofri (5) 21. Ara 12 wieqfa 23. Ara 5 24. Ħareġ l-ilma minnu (5) Bi 3 NUMRI 039 049 067 188 325 339 341 375 422 734 894 924 952 994 B’4 NUMRI 2189 0283 2640 0399 2878 0467 3122 0818 3141 0998 3233 1059 3256 1162 3361 1326 4163 1338 5896 1446 5946 1523 6211 1917 6568 2139 7319 2159 7528 7936 8353 8763 9143 9191 9213 9261 9404 9442 B’5 NUMRI 03113 03933 05493 12086 12193 13036 25838 40989 45246 56818 60265 64393 66480 67033 71423 81087 84795 93411 B’6 NUMRI 186530 383922 692987 764327 868910 899746 B’7 NUMRI 0677162 3566823 4236781 6749866 9232691 9666877
9.Rak,
12.Kannol, 19.Età, 20.Denim, 21.Tut, 24.Zakak
2,12W. Tokka, 3,23. Isserra, 5,18.Obama, 6,17.Kwadru, 8.Fernandez, 11.Pa, 13.NME, 14.Lemħek, 15.Bankok, 21.Tre, 22.Tar
SENA ĠDIDA BI PJAN IMĠEDDED
Editorjal
Kull Malti u Għawdxi għandu raġuni valida biex iħares lejn din is-sena l-ġdida bl-akbar entużjażmu bil-għan li jkompli jilħaq iżjed ambizzjonijiet prosperużi. Wara li ffaċċjajna l-isfida qawwija tal-aħħar 12-il xahar b’kuraġġ u b’determinazzjoni biex, bl-appoġġ tad-deċiżjonijiet minn Gvern għaqli, ħriġna bl-aħjar riżultati possibbli, l-antiċipazzjoni għall-2023 tista’ biss tkun li nibqgħu mexjin fid-direzzjoni t-tajba.
Bil-viżjoni tal-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela, li wkoll fassal u ppjana tajjeb għal wara l-pandemija devastanti tal-COVID-19, waqt li introduċa miżuri ta’ protezzjoni mill-effetti akbar tal-kriżi tal-enerġija mill-bidu tas-sena li għaddiet, iċ-ċittadini tagħna għandhom rashom aktar mistrieħa għaż-żmien li ġej.
ġu imbuttatura żejda fis-soċjetà wkoll se jsibu xibka b’saħħitha li twennishom.
Dan hu kompletament differenti minn stati oħrajn fl-Unjoni Ewropea stess u lil hinn.
Mhux ta’ b’xejn li, fil-messaġġ tiegħu lill-poplu fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena l-ġdida, ilPrim Ministru tenna li “filwaqt li qatt ma pprovajna nċekknu dak li qed jiġri barra, qatt ma ġejna quddiemkom biex naqtgħulkom qalbkom. Fil-kuntest globali li qed ngħixu fih, f’Malta komplejna nieħdu deċiżjonijiet ħalli nagħtukom il-mezz li tkomplu tagħmlu kuraġġ, għax grazzi għall-ħidma tagħkom se nibqgħu mexjin ’il quddiem.”
fid-drittijiet umani, fl-ugwaljanza bejn is-sessi, fl-iżvilupp infrastrutturali u dak ambjentali, fost oħrajn.
Fosthom hi meħtieġa wkoll qabża oħra fid-drittijiet tan-nisa, kif inhu l-iskop tal-emenda fil-liġi li tinsab quddiem il-Parlament. L-abbozz ta’ liġi għandu l-għan li saħansitra jsalva l-ħajja u jipproteġi s-saħħa ta’ dawk il-ftit ommijiet li jsibu kumplikazzjonijiet serji matul it-tqala tagħhom.
tfassal u beda jiġi attwat f’nofs ċirkostanzi mill-aktar diffiċli. Ħaddieħor kapaċi biss jaqta’ qalb in-nies, ipinġi kollox imdallam u, li kieku ngħata ċ-ċans, kien joqtol kull tama għall-ġejjieni.
Malta tibqa’ mogħnija bl-aħjar riżorsi biex, fi kliem il-Prim Ministru, “kulħadd ikun jista’ jgħix aħjar, f’soċjetà li tħobb u f’pajjiż isbaħ li jagħraf jagħti kwalità ta’ ħajja mill-aqwa”
Bir-ritmu ekonomiku b’saħħtu li l-pajjiż reġa’ qabad, appena taffiet il-pandemija, u l-ispalla li l-Istat offra lill-familji u lin-negozji fl-aktar sfidi diffiċli ta’ dan is-seklu, miż-żgħir salkbir għandhom rajhom f’idejhom biex jibnu fuq dak tal-2022 u jtejbu ħajjithom.
Dawk vulnerabbli u li jeħtie-
Xprunat mir-riżultati ekonomiċi l-aktar pożittivi, li qed jirċievi minn istituzzjonijiet u aġenziji rinomati globalment, minkejja d-diffikultajiet kollha, pajjiżna jibqa’ mogħni bl-aħjar riżorsi biex, fi kliem Dr Abela stess, “kulħadd ikun jista’ jgħix aħjar, f’soċjetà li tħobb u f’pajjiż isbaħ li jagħraf jagħti kwalità ta’ ħajja mill-aqwa”.
Ma’ dan tissokta l-mixja lejn iżjed bidliet soċjali b’saħħithom, li bdew 10 snin ilu mal-bidla fil-Gvern, b’żieda sinifikanti
Il-qabża fl-ambjent ukoll hi mill-aktar mistennija. Partikolarment l-indokrar ta’ spazji ħodor li diġà jiċċirkondawna, il-ħolqien ta’ spazji miftuħa ġodda minn żoni li kienu abbandunati u dawk li se jibdew iwarrdu għall-ewwel darba f’għexieren ta’ snin fiċ-ċentri tal-ibliet u l-irħula, li sal-lum għadhom inaċċessibbli, iżidu mal-prospetti sbieħ li għandna lkoll għal pajjiżna u għal kwalità ta’ ħajja aħjar.
Kif imwiegħed mill-Prim Ministru nnifsu qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu li għadda, il-progress f’pajjiżna jibqa’ garantit mal-Partit Laburista, anke jekk il-manifest elettorali tiegħu, sostnut mill-poplu,
Meta 15-il sena ilu kien iffaċċjat bi problemi ferm iżgħar, il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern ma kellu l-ebda soluzzjonijiet u għotor quddiem id-diffikultajiet biex miegħu niżżel lillfamilji, lin-negozji u lill-pajjiż kollu kemm hu. Flok daħal biex jipproteġi lill-poplu, dak iż-żmien kompletament farfar mir-responsabbiltajiet u għabba fuq kulħadd piżijiet eżorbitanti, li wkoll irriżultaw akbar minn dawk li nħolqu biċċirkostanzi internazzjonali.
Illum mill-Oppożizzjoni – u wara r-raba’ Kap – għadu jarmi biss in-negattività, waqt li jattakka u jikkritika d-deċiżjonijiet tal-Gvern Laburista, avolja dawn wasslu lill-poplu Malti jkun aħjar minn maġġoranza ta’ ġnus oħrajn fid-dinja.
Għalhekk ukoll illum prattikament kulħadd f’artna jħares biss lejn iżjed ħidma sfiqa talGvern għal sena ġdida ta’ ottimiżmu u entużjażmu.
01.01.2023 28