L-EBDA ISQOF ĠDID QABEL JIĠI L-PAPA
www.kullhadd.com Il-Ħadd 1 ta’ Marzu, 2020
Ara paġna 6
Ħarġa Nru 1,390 Prezz €1
PARLAMENTARI ĠODDA GĦALL-PN SA NOFS MARZU Fil-jiem li ġejjin il-Kummissjoni Elettorali għandha tħabbar elezzjonijiet każwali fuq id-9 u t-12–il Distrett biex timla l-postijiet battala ta’ Simon Busuttil u Marthese Portelli Sa ġimagħtejn oħra mistennija jsiru l-elezzjonijiet każwali li jagħżlu ż-żewġ rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista li se jimlew ilvojt li ħallew filKamra tad-Deputati l-Eks Kap Simon Busuttil u Marthese Portelli, b’sorsi jgħidu li l-elezzjonijiet wisq probabbli jkunu diġà lesti sat-13 ta’ Marzu. Iż-żewġ riżenji – dik ta’ Busuttil b’effett mill-bieraħ u ta’ Portelli b’effett mill-Ġimgħa li għadda – fetħu beraħ it-taqtigħa għall-postijiet li għalihom jistgħu jikkontestaw 23 kandidat fuq id-9 u t-12–il Distrett Elettorali. L-ismijiet tan-negozjant Ivan Bartolo fuq tal-ewwel u David Thake jew Graziella Galea fuq tal-aħħar diġà ssemmew bħala l-favoriti li jkunu eletti fil-Parlament. Fuq iż-żewġ distretti hemm ukoll żewġ
kandidati li jistgħu jikkontestaw iżżewġ elezzjonijiet każwali. Dawn huma Mark Azzopardi u Duncan Bonnici. Kemm–il darba t-tnejn li huma jew anke wieħed minnhom jikkontesta fiż-żewġ elezzjonijiet każwali, il-Kummissjoni tkun trid tiddeċiedi minn liema distrett se tibda l-għadd tal-voti. F’dan il-każ id-deċiżjoni tittieħed bil-polza li tittella’ mill-Kummissjoni quddiem il-kandidati nfushom jew delegati tal-Partit. L-għadd tal-voti fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar se jsir bl-idejn peress li l-proċess tal-għadd tal-poloz tal-votazzjoni għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 kien sar bl-idejn u mhux b’mod elettroniku. Tkompli f’paġna 9
IT-THEDDIDA TAT-TONN
SAJJIEDA MALTIN U L-MEDITERRAN F’RISKJU JEKK L-UE BEĦSIEBHA TIBQA’ TWEBBES RASHA FUQ IL-KWOTI TAL-IRZIEZET F’DIN L-INDUSTRIJA Ara paġna 11
02
01.03.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 21°C L-Inqas Temperatura: 13°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja fuq il-Libja li testendi saċ-ċentru tal-Mediterran, ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Moderat mil-Lbiċ, lokalment moderat għal ftit qawwi, li jsir ħafif għal moderat Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mill-Grigal li jsir min-Nofsinhar ix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
20°C
UV 2
15°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
17°C
UV 2
10°C
16°C
Il-Ġimgħa
UV 4
11°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
17°C
UV 5
2°C
18°C
UV 4
10°C
17°C
UV 2
11°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21234567 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta – 21415198 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 21689944 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
01.03.2020
kullhadd.com
Iż-Żejtun
Marsaxlokk
In-Naxxar
PJAZZA JAQBEŻ L-ISFIDA U JIĠBOR €46,252 Fl-isfida ambizzjuża li jiġbor is-somma ta’ €30,000 b’risq il-Partit Laburista, il-programm popolari Pjazza rnexxielu jegħleb anke l-aspettattivi tiegħu stess. Sal-bieraħ, dan l-appuntament fiss għal ħafna fil-faxxa televiżiva ta’ filgħaxija, ġabar is-somma totali ta’ €46,252, grazzi għall-kontribut sinifikanti mit-telespettaturi tiegħu u anke dawk li laqgħu l-istedina biex jinżlu fil-każini tas-sitt lokalitajiet li l-preżentatur Karl Stagno-Navarra kien qed iżur fi tmiem kull xandira. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Stagno-Navarra stqarr li jinsab sodisfatt immens li nqabżet il-mira oriġinali, waqt li d-donazzjonijiet kienu għadhom deħlin. “Din l-isfida kompliet turi kemm hi kbira l-ġenerożità talgħeruq tal-Partit Laburista, li dejjem huma lesti jirrispondu b’lealtà liema bħalha ma’ kull sejħa li ssirilhom,” qalilna l-preżentatur. Minbarra li kontinwament kien qed jiġbor il-flus permezz tat-tele-
fonati u l-SMSs, din id-darba l-programm, li jixxandar mis-6.30 p.m. fuq ONE, ħareġ mill-istudio fil-Marsa u żar iċ-Ċentri Laburisti ta’ Raħal Ġdid, taż-Żejtun, ta’ Marsaxlokk, tan-Naxxar, tar-Rabat u tar-Rabat, Għawdex, fejn ġew organizzati attivitajiet tal-okkażjoni. Minn dawn waħedhom inġabret is-somma ta’ €23,113 (Raħal Ġdid - €900, iż-Żejtun - €1,700, Marsaxlokk - €2,463, in-Naxxar - €6.335, ir-Rabat - €1,600 u r-Rabat, Għawdex - €10,115). Magħhom żdiedu wkoll €250 mil-lokal tal-Mellieħa li minn jeddhom għamlu ġabra għall-okkażjoni. Waqt li fl-istudio laqa’ lil diversi personalitajiet biex jitkellem fuq ilbżonn ta’ din l-“isfida”, mistednin speċjali ta’ Karl f ’waħda mis-serati kienu mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela u binthom Georgia Mae. Sentejn ilu l-programm kien ukoll ġabar mal-€35,000 f ’temp ta’ ġimgħa, waqt kampanja mlaqq-
ma “SFIDA10”, li ħabtet mal-10 anniversarju fit-tmexxija tal-Eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat. “Għaddejna ġimgħa li matulha jien, flimkien mad-Direttur
tal-programm, Jonathan Galea, u l-crew ħabrieka morna fil-lokalitajiet fejn iltqajna man-nies, smajniehom, kellimniehom u rringrazzjajniehom għall-appoġġ dejjiemi tagħhom lejn il-programm u
l-Partit. Nirringrazzja lill-kumitati kollha tal-PL fil-lokalitajiet li żorna u lit-tmexxija ċentrali tal-Partit għall-fiduċja,” temm jgħidilna Stagno-Navarra dwar l-esperjenza tal-aħħar jiem.
04
01.03.2020
FIT-TRIQ IT-TAJBA WARA ANALIŻI OĦRA POŻITTIVA GĦALL-EKONOMIJA LOKALI, IL-GVERN MALTI IMPENJAT LI JIBQA’ FL-ISTESS TRIQ U JTEJJEB FEJN HU L-AKTAR MEĦTIEĠ L-aħħar ċertifikat pożittiv għal Malta, dak imsemmi bħala l-Country Report 2020 maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea, ikompli jsaħħaħ idejn ilGvern Laburista li jibqa’ jaħdem fl-istess triq li qabad mill-2013 ’il quddiem. Fl-istess waqt se jkompli jiffoka iżjed biex itejjeb is-sitwazzjoni fejn jidħlu sfidi u problemi li jew sa seba’ snin ilu kienu litterlament injorati minn amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, bħall-impjiegi lill-persuni b’diżabilità, inkella dawk li nħolqu wkoll b’riżultat tat-tkabbir fl-ekonomija, bħal nuqqas ta’ ħaddiema mħarrġin u l-influss ta’ ħaddiema barranin f ’dan ir-rigward. Għal dan il-għan, hi ġustifikata wkoll l-insistenza tal-Gvern li Malta għadha teħtieġ l-għajnuna finanzjarja Ewropea daqs qatt qabel. F’dan l-aħħar rapport tagħha stess, il-Kummissjoni Ewropea tindika kemm fondi Ewropej kienu importanti għal Malta biex taffaċċja diversi sfidi fl-aħħar snin u tavvanza f ’ċerti oqsma ewlenin, inkluż dawk ekonomiċi, għal trasport sostenibbli, fl-inklużjoni soċjali, għat-taħriġ vokazzjonali u l-bini ta’ faċilitajiet ta’ riċerka, fost oħrajn. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu nhar l-Erbgħa, il-Gvern stqarr li, wara ħames rapporti pożittivi fl-aħħar sitt ġimgħat, il-Country Report għall-2020 hu ċertifikat ieħor ta’ fiduċja f ’pajjiżna minn istituzzjonijiet barranin. Filwaqt li jagħti indikazzjonijiet għal oqsma fejn hemm bżonn aktar ħidma, il-konklużjoni hi li Malta qed tgħix issuċċess u li l-Gvern għandu l-pjan għal aktar riżultati pożittivi biex pajjiżna jkompli jimxi ’l quddiem. Għal dan il-għan tlabna r-reazzjoni individwali tal-Ministri Edward Scicluna, Silvio Schembri u Michael Falzon, fost l-aktar li d-dekasteri tagħhom huma msemmijin fir-rapport ippubblikat din il-ġimgħa mill-Kummissjoni Ewropea. It-tlieta li huma jaqblu li, għalkemm għad fadal xi jsir, l-aħħar seba’ snin kienu
xhieda tal-progress kbir nazzjonali li tejjeb l-għajxien tal-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Fi stqarrija, il-Gvern qal li dan hu rifless fi kliem il-Kummissjoni Ewropea nnifisha fejn issostni li “Malta’s economy keeps growing faster than the EU average”. Dan b’differenza kbira mill-konklużjonijiet tagħha għall-2013. Dakinhar kienet qalet li “Malta faces important entrenched challenges that affect the sustainability of its public finances and its potential growth, and it was one of the countries identified by the Commission as experiencing macroeconomic imbalances.” Bil-maqlub illum tisħaq li “Malta’s annual growth in real gross domestic product (GDP) averaged 7.8% between 2014 and 2018, making it one of the fastest growing economies in the EU.” Fl-istess ħin, l-esperti Ewropej isostnu li, “robust economic growth has gone hand in hand with sustained employment growth,” tant li r-rata ta’ parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol f ’Malta qabżet il-medja tal-Unjoni Ewropea għall-ewwel darba fl-istorja. Filwaqt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għadha tiddikjara li t-tkabbir ekonomiku ma wasalx u mhux jasal għand dawk l-aktar fil-bżonn, l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea jgħidu li “strong economic growth and job creation helped to reduce the risk of poverty or social exclusion in recent years.” Il-Country Report jgħid ukoll li “Malta has relatively moderate inequality of income compared to EU averages”. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, “Malta is above the EU average in most of the indicators pertaining to decent work and economic growth, which contributed to advancing on reducing poverty.” Għalhekk ir-rapport jgħid li, “headline indicators of poverty and social exclusion show a good performance.” Fil-qasam tal-finanzi pubbliċi,
Filwaqt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għadha tiddikjara li t-tkabbir ekonomiku ma wasalx u mhux jasal għand dawk l-aktar fil-bżonn, l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea jgħidu li “strong economic growth and job creation helped to reduce the risk of poverty or social exclusion in recent years.”
kullhadd.com
Malta’s current account surplus is among the highest in the EU Public finances are expected to remain in good shape in the coming years Malta’s economy keeps growing faster than the EU average, supported by a thriving services sector After a strong decline, the risk of poverty or social exclusion is stabilising, but some groups are still at high risk Tax compliance has improved and further measures have been implemented The employment rate of people with disabilities in Malta (37% in 2017) increased by 8% in 1 year, and has more than doubled over 10 years, but remains one of the lowest in the EU (EU average: 51%) Social benefits reduced the incidence of poverty in Malta by slightly less than the EU average Since the start of the European Semester in 2011, 68% of all country-specific recommendations (CSRs) addressed to Malta have recorded at least ‘some progress’ il-Kummissjoni Ewropea tbassar li, “public finances are expected to remain in good shape in the coming years.” L-esperti Ewropej jirrimarkaw kif, “the ratio of public debt to GDP fell by more than 17% between 2014 and 2018 to about 45%, and is expected to decline further in the coming years.” Dan filwaqt li “Malta has one of the lowest tax burdens in the EU” – konferma ta’ kemm tnaqqsu l-piżijiet fuq il-familji u n-negozji, filwaqt li xorta tjiebu l-finanzi pubbliċi. Ir-rapport jilqa’ l-ħidma tal-Gvern f ’diversi oqsma. Fost oħrajn, jgħid li, “Malta is implementing European and internationally agreed initiatives to curb aggressive tax planning.” Isostni li, “tax compliance has improved,” minħabba diversi miżuri li ħa l-Gvern fl-aħħar snin. Skont il-Kummissjoni Ewropea, “Malta has stepped up efforts to enhance its anti-money laundering regulatory and supervisory framework,” fost l-oħrajn b’żieda fir-riżorsi tal-FIAU u l-MFSA. L-esperti Ewropej jisħqu li l-Gvern qed jaħdem biex itejjeb il-pensjonijiet, tant li se jkun hemm “hike of more than 20% in the average public pension in 2020, the largest increase since 1980.” Dwar il-qasam tas-saħħa, ir-rapport jgħid li “the health system appears to be effective and well accessible,” filwaqt li
l-ħinijiet tal-istennija tjiebu u ttieħdu diversi inizjattivi biex tiżdied l-effiċjenza. Ir-rapport jinnota wkoll ir-riformi biex tiżdied l-akkomodazzjoni soċjali u biex il-kirjiet isiru aktar affordabbli. Ir-rapport ifaħħar ukoll il-miżuri riċenti biex jonqos l-użu tat-trasport privat favur inqas tniggis ambjentali. Fondi ta’ koeżjoni Bħala parti minn grupp ta’ 17–il stat membru, Malta ma taqbilx li jitnaqqsu l-fondi ta’ koeżjoni fis-seba’ snin li ġejjin, primarjament minħabba t-tluq tar-Renju Unit. Wara s-summit Friends of Cohesion fil-bidu ta’ Frar fil-Portugall, il-Prim Ministru Robert Abela qal li “qegħdin naqblu fuq il-punt ta’ prinċipju li dawn il-fondi ma jonqsux. Filwaqt li għandek il-Presidenza u l-Kummissjoni Ewropea li jridu li jkun hemm tnaqqis fil-fondi allokati għall-koeżjoni, primarjament minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit millUE, dawn is-17–il pajjiż mhux jaqblu.” Fid-dawl tal-importanza tagħhom biex jinċentivaw l-investiment, isostnu t-tkabbir ekonomiku u jkomplu jqarrbu lejn xulxin il-livell ta’ għajxien fis-27 stat membru, dawn il-fondi huma eżempji tanġibbli tal-benefiċċji tal-UE għax jissarrfu fi proġetti li jgawdu minnhom iċ-ċittadini kollha.
05
01.03.2020
kullhadd.com
The labour market is tightening due to sustained job creation and low unemployment The inflows of skilled foreign workers helped lift productivity, but these inflows also create challenges Recent measures aim at diversifying pension income and increasing pension adequacy Inflation remains moderate and is expected to increase only gradually The number of new entrants in tertiary education is accelerating Malta has stepped up efforts to enhance its anti-money laundering regulatory and supervisory framework Wage growth started accelerating in 2018 and is expected to remain strong in 2019 and 2020 Measures to strengthen human capital are now under way, and previous reforms have helped to broaden the labour supply
Tlabna r-reazzjoni tal-Ministru Silvio Schembri, responsabbli mill-ekonomija, investiment u negozji żgħar. Hu qalilna li dak li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropea aktar kmieni din ilġimgħa jikkumplimenta sew il-ħames rapporti li ħarġu bejn Jannar u Frar minn istituzzjonijiet internazzjonali u aġenziji internazzjonali ta’ kreditu, jiġifieri li bħala pajjiż se nkomplu nesperjenzaw tkabbir ekonomiku ikbar mill-medja Ewropea u li l-istess tkabbir SILVIO ekonomiku mexa id f’id ma’ ħolqien ta’ SCHEMBRI xogħol sostenibbli fl-isfond li l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol f’Malta qabżet il-medja tal-Unjoni Ewropea għall-ewwel darba fl-istorja. “Riżultati pożittivi ferm għall-kuntrarju tal-karti ħomor li dejjem kienet twissina fuqhom il-Kummissjoni Ewropea sal-2013. Issa l-ekonomija ta’ pajjiżna se tidħol f’fażi interessanti, ngħid jien, fażi ta’ ċerta maturità b’mod li se tħares li jkun sostnut tkabbir ta’ kwalità,” saħaq il-Ministru. “Meta ngħid hekk inkun qed nirreferi għal ekonomija li hi iżjed knowledge-based, jiġifieri fuq l-għarfien tar-riżorsa umana u livell għoli ta’ ħiliet. Dan għax aktar ma jmur, qed inkomplu nsostnu l-ħidma tagħna biex nesploraw niċeċ ekonomiċi ġodda. Aktar minn hekk, prijorità li bħala Gvern se nkomplu naħdmu fuqha – u anke l-Kummissjoni Ewropea f’dan ir-rapport innotat il-progress li sar – hi li t-tkabbir jilħaq kull faxxa tas-soċjetà billi jkomplu jiżdiedu l-pensjonijiet kif ukoll li nkomplu noħorġu lil dawk li qegħdin f’riskju ta’ faqar. Infakkar li kienet din l-amministrazzjoni Laburista li żiedet għall-ewwel darba l-pensjonijiet u hekk determinati li nkomplu nagħmlu. Fl-isfond ta’ dawn ir-riżultati pożittivi, inħares ’il quddiem għal iżjed ċertifikati pożittivi, iżjed investiment u iżjed ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għall-ġenerazzjoni ta’ issa u ta’ għada,” temm jgħidilna Schembri.
Mitlub jikkummenta mill-perspettiva tad-dekasteru responsabbli mill-miżuri soċjali, il-Ministru Michael Falzon qal lil din ilgazzetta li dan ir-rapport juri biċ-ċar li s-sitwazzjoni ekonomika f’pajjiżna qed tkompli titjieb minn żmien għal żmien, riżultati li għandhom ikomplu jagħtu kuraġġ kbir lill-familji Maltin u Għawdxin. MICHAEL “Issa drajna nirċievu żidiet, FALZON benefiċċji addizzjonali u introduzzjoni ta’ miżuri soċjali ġodda. Iżda wara dan kollu hemm sigriet … biex inqassmu l-ġid, jeħtieġ li jkollna but b’saħħtu, sostenibbli u li jiflaħ għat-tul, anke jekk jinqalgħu sfidi mhux mistennija. Għalhekk, Gvern Laburista fassal pjan biex ikompli jżid il-pensjonijiet, biex isaħħaħ miżuri soċjali bħaċ-Children’s Allowance, emendi tas-sigurtà soċjali, child bonus, benefiċċju għall-foster care, eċċ.,” tenna l-Ministru. “Ninnota b’sodisfazzjon li r-rapport juri li Malta tinsab ’il fuq mill-medja Ewropea fejn jidħol xogħol diċenti u tkabbir ekonomiku. Dan kollu wassal għall-inqas persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. “Dan hu Gvern li jwettaq dak li jwiegħed u jmur lil hinn minn hekk, saħansitra anke jwettaq miżuri mwiegħda minn Gvernijiet Nazzjonalisti li ma saru qatt. Ir-rapport saħansitra jagħmel enfażi diretta għall-mod li bih il-Gvern se jkun qed jagħti żieda medja ta’ 20% fil-pensjonijiet. Dan hu l-akbar infiq sa mill-1980,” kompla jgħidilna. Finalment saħaq li dan il-Gvern għandu ruħ soċjali, imsejsa fuq valuri xellugin u li tiddistingwih minn ħaddieħor. “Se nibqgħu nagħtu l-għajnuna lil kull min għandu bżonnha, għax nemmnu li kulħadd għandu dritt jgħix ħajja komda u ta’ kwalità.”
Fir-reazzjoni tiegħu, il-Ministru Scicluna, li ilu mill-2013 responsabbli mill-finanzi tal-pajjiż, qal li l-Country Report 2020 ta’ Malta kien fih diversi punti pożittivi, flimkien ma’ numru ta’ rakkomandazzjonijiet. “Il-Kummissjoni Ewropea għarfet li l-ekonomija ta’ pajjiżna kompliet tikber b’rata aktar għolja millmedja tal-UE, filwaqt li faħħret l-andament b’saħħtu fis-settur tasservizzi. Bassret li Malta se tkompli EDWARD tikber b’rata b’saħħitha fis-snin li ġejjin, SCICLUNA grazzi għat-tkabbir fil-konsum tal-familji u tkabbir fl-investiment, li jirrifletti l-proġetti kbar li huma ppjanati fis-setturi tal-avjazzjoni, issaħħa u t-turiżmu. Fil-fatt it-tkabbir ekonomiku mistenni jkun madwar tliet darbiet akbar mill-medja tal-UE. Minkejja dan it-tkabbir, ir-rapport ibassar li l-inflazzjoni se tibqa’ moderata u inqas minn 2%,” tenna l-Professur Scicluna. Hu saħaq li, skont ir-rapport, sena wara sena rreġistrajna tnaqqis fir-riskju tal-faqar u/jew l-esklużjoni soċjali. Dan wara li ġie nnotat b’mod pożittv li Malta rreġistrat tkabbir qawwi fl-impjiegi biex il-qgħad niżel għal livell rekord u l-parteċipazzjoni tan-nies fid-dinja tax-xogħol qabżet għall-ewwel darba l-medja tal-UE. “Kien hemm ukoll żidiet b’saħħithom fil-pagi tal-ħaddiema li mistennija jkomplu fis-snin li ġejjin.” Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li permezz tar-riformi tal-Gvern fil-qasam tal-finanzi pubbliċi, Malta rnexxielha tirreġistra surplus annwali fil-finanzi pubbliċi mill-2016 ’il quddiem. “B’hekk id-dejn ta’ pajjiżna jew il-piż fuq il-familji tagħna jonqos b’aktar minn 17–il punt perċentwali mill-2014 sal-2018, tant li d-dejn issa qed iqarreb lejn il-45% u mistenni jkompli jinżel fis-snin li ġejjin. Dan filwaqt li, pajjiżna rreġistra waħda mill-inqas rati ta’ piżijiet tat-taxxi fuq il-familji u n-negozji fl-UE.” Rigward ir-rakkomondazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li Malta għamlet progress fejn jirrigwarda miżuri kontra l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa, iżda ħeġġet lil pajjiżna biex ikompli jimplimenta aktar miżuri f’dan ir-rigward. “Aħna, bħala Gvern, inwiegħdu li nkomplu nagħtu prijorità lil dawn l-oqsma fis-snin li ġejjin biex Malta tkompli tkun fost l-aqwa ekonomiji fl-UE,” temm jgħidilna l-Ministru għall-Finanzi.
06
01.03.2020
kullhadd.com
L-EBDA ISQOF ĠDID QABEL JIĠI L-PAPA Iż-żjara tal-Papa Franġisku I fl-aħħar ta’ Mejju li ġej temporanjament issospendiet it-tħejjijiet biex jilħaq isqof ġdid għall-gżira Għawdxija, li jrid jieħu post Mario Grech, li għalih se jkunu għaddew tmien xhur mindu nħatar mill-Vatikan stess biex imexxi s-Sinodu tal-Isqfijiet. Dun Frans Bonnici, li hu responsabbli mill-vokazzjonijiet internazzjonali fis-Santa Sede, ikkonferma l-aħbar meta mistoqsi mill-KullĦadd. Għall-mistoqsija speċifika tagħna jekk iż-żjara tal-Papa f ’Malta tliet xhur oħra jfissirx li l-Isqof Grech se jibqa’ Amministratur Appostoliku t’Għawdex sa dak iż-żmien, Dun Bonnici wieġeb “hekk hu”. Hu stqarr ukoll li biex jintgħażel isqof ġdid għal Għawdex ir-responsabbiltà hi tan-Nunzjatura Appostolika ta’ Malta, immexxija mill-Arċisqof Alessandro D’Errico. Sorsi qrib il-Vatikan, li tkellmu ma’ din il-gazzetta wkoll qalu li ladarba l-Kap tal-Knisja Kattolika se jkun qed iżur ilpajjiż, inkluż Għawdex, l-Isqof Grech għandu jibqa’ għal ftit ieħor fil-pożizzjoni “b’turija ta’ rispett mill-Qdusija Tiegħu”. Din ir-raba’ żjara Papali f ’Malta tħabbret mill-President tar-Repubblika George Vella nhar l-10 ta’ Frar li għadda waqt il-quddiesa dakinhar tal-festa ta’ San Pawl fil-Belt. Il-Papa Ġwanni Pawlu II żar lil Malta fl-1990 u l-2001, waqt li l-Papa Benedittu XVI ġie fostna fl-2010. Fi programm intensiv ta’ jumejn, li għadu qed jitfassal, il-Papa Franġisku mistenni jżur is-Santwarju ta’ Pinu fl-Għarb, il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat, Malta u l-immigranti f ’Ħal Far. Minbarra hekk se
IL-QASAM TAS-SERVIZZI B’ANDAMENT POŻITTIV FL-AĦĦAR KWART TAL-2019
L-Isqof Grech se jibqa’ f’postu għalissa “b’turija ta’ rispett mill-Qdusija Tiegħu”
jmexxi quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana. Il-ħatra ta’ Monsinjur Grech fil-Vatikan biex imexxi s-Sinodu tal-Isqfijiet, anke wara li jirtira s-Segretarju Ġenerali attwali l-Kardinal Lorenzo Baldisseri, saret fit-2 t’Ottubru li għadda. Id-deċiżjoni tal-Papa kienet deskritta minn Frank Zammit, Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede, bħala “turija tal-fiduċja enormi li l-Papa għandu fih (f ’Monsinjur Grech)”. Zammit ukoll spjega li dan hu wieħed mill-akbar rwoli uffiċjali fil-Vatikan li qatt serva fih xi persuna ta’ nisel Malti. Fi kliem Dun Frans Bonnici, “Malta u l-Vatikan huma żewġ djoċesijiet li jafu l-bidu tal-Kristjaneżmu lil San Pawl u huma mimlijin bl-attivitajiet tal-ħajja Nisranija.” Hu semma wkoll kif minn Malta marru u għad hemm ħafna missjunarji mferrxin
fid-dinja. “F’dan l-aħħar żmien, il-Knisja ħasbet biex l-Isqfijiet Maltin tagħtihom xogħol fil-Knisja Universali,” tenna Dun Bonnici, b’referenza wkoll għall-ħatra prestiġjuża ta’ Monsinjur Grech. Kor għall-Fosos Sadanittant bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa tħabbar li se jitwaqqaf kor apposta biex janima l-quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana l-Ħadd 31 ta’ Mejju 2020. Il-kor ta’ tfal u adulti se jkun taħt it-tmexxija ta’ Mro Christopher Muscat, Maestro di Cappella tal-Katidral Metropolitan u Direttur Mużikali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Minn tfal ta’ disa’ snin ’il fuq jistgħu japplikaw fuq papafrangisku.mt/kor.
IL-BDIEWA TAL-MAGĦTAB GĦAL KASTILJA GĦADA FUQ PROPOSTA TAL-PRIM MINISTRU Mingħajr telf ta’ żmien, il-Prim Ministru Robert Abela nnifsu ppropona data u ħin għal laqgħa mal-bdiewa li għandhom l-għelieqi tagħhom fl-inħawi tal-Magħtab u li lbieraħ filgħodu ħarġu jipprotestaw fi Triq il-Kosta minħabba pjani ta’ żvilupp fil-faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-iskart. Il-Prim Ministru ssorprenda lil kulħadd meta ddeċieda li jmur fuq il-post u jitkellem mal-persuni kollha involuti, waqt li laqa’ minnufih it-talba ta’ numru ta’ bdiewa biex issir laqgħa formali f ’Kastilja. “Nhar it-Tnejn l-ewwel ħaġa filgħodu,” kienet it-tweġiba spontanja ta’ Dr Abela. Il-Prim Ministru mhux biss qagħad jitkellem mal-bdiewa fi Triq il-Kosta fejn kienu miġburin, iżda saħansitra rikeb f ’vann magħhom biex waslu fuq il-post eżatt fejn il-bdiewa qed jilmentaw li se jkun affettwat bl-iżvilupp propost mill-Wasteserv.
STATISTIKA TGIDDEB LIL TAL-PN FUQ IN-NEGOZJI
Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia, li tkellem ma’ ONE, qal li l-ebda kumpens ma jista’ jtaffi r-rabja talbdiewa, iżda spjega li l-obbligu tal-Gvern hu li l-pajjiż ikollu pjan ħolistiku u fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart fl-interess
tal-ambjent. Hu ħabbar ukoll li, fil-jiem li ġejjin, se jsiru laqgħat individwali oħrajn malbdiewa, residenti, kunsilli lokali, għaqdiet ambjentali u dawk kollha interessati biex jittrattaw iżjed is-suġġett.
Skont l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fl-aħħar xhur tas-sena li għaddiet kien hawn inċertezza kbira fil-pajjiż, li wasslet għal riċessjoni. Skont il-kelliema tal-PN, l-aktar li nħass dan it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kien fil-qasam tas-servizzi, partikolarment il-bejgħ mill-ħwienet. Minkejja dan, meta din il-ġimgħa l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħareġ ċifri uffiċjali fuq l-andament fis-settur tas-servizzi fl-aħħar tliet xhur tal-2019, altru milli naqset l-attività … fil-verità żiedet fir-ritmu tagħha. Fl-aħħar kwart tal-2019, il-bejgħ tal-operaturi fil-qasam tas-servizzi kien 3.2% ogħla mil-livell irreġistrat fis-sena ta’ qabel. Dan meta fil-kwart ta’ qabel, iż-żieda kienet ta’ 1.7% biss. Fost l-oqsma li raw tkabbir hemm il-bejgħ bl-imnut (+4.6%), il-bejgħ filħwienet (+3.4%), fil-qasam tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (+11.3%) u fil-bejgħ tal-proprjetà (+18.3%). B’riżultat ta’ din iż-żieda fil-bejgħ, l-azjendi fil-qasam tas-servizzi għażlu li jżidu għal darb’oħra n-numru ta’ ħaddiema tagħhom. B’kollox, l-impjiegi f ’dan il-kwart tas-sena kienu 1.3% ogħla mill-istess żmien sena qabel. Il-ħwienet raw żieda saħansitra akbar fl-impjegati: 2.6%. Minbarra li żiedu l-impjegati b’mod sinifikanti, l-azjendi fil-qasam tasservizzi – dawk li skont l-Oppożizzjoni kienu qed jiffaċċjaw kriżi sħiħa – ħassew il-bżonn li jżidu l-ispiża fuq pagi bi 3.6%. Dan ifisser li żiedu l-paga medja b’aktar minn 2.3%. Din iż-żieda kienet tisboq sewwa r-rata ta’ inflazzjoni f ’dan il-perjodu. Kien hemm setturi fejn iż-żieda ta’ spiża fuq pagi saħansitra messet il-livell ta’ 7% jew aktar. Din l-istatistika tal-NSO tkopri stħarriġ li jsir b’mod regolari fost 900 azjenda f ’dawn l-oqsma ta’ attività ekonomika. Dan l-istħarriġ ma jkoprix is-settur finanzjarju u dak tal-gaming, imma jiffoka fuq attività f ’oqsma aktar tradizzjonali. Ta’ min ifakkar li aktar qabel, il-Eurostat kienet ippubblikat statistika li wriet li f ’Malta kellna fost l-akbar rati ta’ tkabbir fil-bejgħ mill-ħwienet li kien ġie osservat fl-UE. Statistika riċenti turi li l-bejgħ fl-aħħar kwart tal-2019, meta tikkunsidra ż-żieda fil-prezzijiet fuq sena qabel, kien 5.4% ogħla mil-livell tal-2018. Jekk tieħu l-2019 kollha kemm hi, iż-żieda f ’pajjiżna kienet darba u nofs dik fil-UE, waqt li kienet ukoll erba’ darbiet aktar dik osservata fl-2012.
07
01.03.2020
kullhadd.com
IL-METAMORFOSI FID-DAR ĊENTRALI IL-KAP NAZZJONALISTA ADRIAN DELIA MINGĦAJR ALTERNATTIVA GĦAJR LI JIRRASSENJA RUĦU GĦAT-TELF TA’ POŻIZZJONIJIET STRATEĠIĊI FIL-PARTIT TIEGĦU Kienet ġimgħa movimentata fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, bil-qiegħa donnha ma trid toqgħod qatt għall-Partit fl-Oppożizzjoni. Wara li fil-jiem li għaddew deffes sieq waħda fidDar Ċentrali wieħed mill-akbar kritiċi tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Manuel Delia, din il-ġimgħa komplew jidħlu aktar ismijiet fil-kurituri f ’Tal-Pietà, li żgur li jistgħux jingħaddu bħala ta’ Delia. Aħbar li qanqlet ħafna ħsibijiet kienet dik ta’ Boris Xerri. Boris Xerri li fiż-żmien kien it-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista, kariga tant importanti li għadha battala. Xerri daħal flok Angelito Sciberras bħala l-Kap tal-fergħa elettorali Nazzjonalista, l-ELCOM, wara li dan tal-aħħar ukoll tefa’ r-riżenja tiegħu flimkien ma’ Antoine Portelli, ħu Pierre Portelli. Issa din interessanti ferm, għax jidher ċar li dawn it-tnejn irriżenjaw biex jagħmlu l-wisa’ lil Xerri, li diġà kien fl-ELCOM. Xerri kien irreżenja mill-Elcom fil-passat. Aktar interessanti huwa l-fatt magħruf li Xerri jagħmel parti mill-kamp ta’ kontra Adrian Delia. Fil-fatt, Xerri kien irreżenja mill-Elcom mal-ħatra ta’ Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista. Kien ukoll wieħed li s-sena li għaddiet iffirma petizzjoni għal vot ta’ sfiduċja kontra Adrian Delia. Għalkemm fl-aħħar jiem ittella’ ritratt tiegħu mas-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech u l-istess Delia, fost il-posts tiegħu fuq Facebook wieħed għadu jsib sal-lum kritika ħarxa lill-Kap attwali u difiża għal dak preċedenti, Simon Busuttil, li issa wkoll żarma mill-Parlament lokali. “Il-PN li trabbejt niskopri ma kienx wieħed li jsejjaħ ġurnalista ‘biċċa bloger’ u ‘bloger tal-mibegħda’ għax esprimiet fehmitha. Il-PN li naf kien jieqaf u jiddefendi lil Simon Busuttil talli ġġieled għal dak li kien sewwa, mhux jikkundannah għal dan. Il-PN li kont naf kien jappoġġja kompletament meta l-MEP David Casa ppubblika r-rapport tal-FIAU dwar Konrad Mizzi. Mingħajr Oppożizzjoni vijabbli, Malta titħalla mingħajr tama għall-ġejjieni,” kiteb f ’nofs l-2018 fuq sfond ta’ tfajjel imgeżwer f ’maktur tal-Partit. F’Jannar tas-sena l-oħra, semma wkoll lil dawk bħalu li jħobbu
lill-Partit li xi darba kien glorjuż: “We Nationalists who love our once glorious party must remember that … There comes a time when you have to stand up and be counted.” Kliem iebes dirett esklussivament lejn Adrian Delia u li sab l-appoġġ tad-Deputati Karol Aquilina u Jason Azzopardi, fost oħrajn. Allura ma tista’ tlum lil ħadd li jistaqsi x’kien l-inċentiv issa li offrietlu t-tmexxija Nazzjonalista biex reġa’ daħal b’ruħu u b’ġismu jmexxi l-ELCOM, struttura li bla dubju trid taħdem fil-qrib mal-Kap Nazzjonalista. Kif jista’ jkun ma jiżdiedx it-tħassib ta’ dawk, anke Nazzjonalisti ġenwini li vvutaw favur Delia li jemmnu li l-kolp ta’ stat intern għadu ma ntemmx? Nazzjonalisti, li tkellmu ma’ din il-gazzetta fl-aħħar jiem, huma tal-fehma li dak li ma kellhomx il-kuraġġ li jagħmlu lill-Kap l-“eroj blu” ta’ Simon Busuttil, inkluż fil-Parlament, issa qed iduru għal pożizzjonijiet strateġiċi interni sakemm jiżolaw lill-Kap u jġibuh irrelevanti fil-pożizzjoni għax ma jkunx jista’ jopera iżjed. U tkompli titħabbel il-kobba meta wieħed jara wkoll li s-Segretarju Ġenerali qed jipproponi isem ieħor minn dawk ta’ kontra Delia biex jgħin lil Xerri fl-ELCOM – Dennis Zammit. Fost dawk midħla tad-Dar Ċentrali wkoll qarrsu wiċċhom appena semgħu l-isem ta’ Dennis Zammit, li lanqas fiż-żminijiet talEks Kap Nazzjonalista ma kien meqjus f ’xi dawl sabiħ. Għaldaqstant wara dawn il-proponimenti u laqgħat f ’Tal-Pietà ma’ għedewwa maħlufin kontra l-Kap, il-ħars biċ-ċiera u d-dubji kbar dwar x’intenzjonijiet tajbin għall-ġid tal-Partit u t-tmexxija attwali jista’ għandu Zammit Dimech. Dawk il-partitarji Nazzjonalisti, li fetħu qalbhom mal-KullĦadd, huma konvinti li qed jaraw pjan makabru jiżviluppa internament, li s’issa wassal ukoll għar-riżenji ta’ wħud mil-lealissimi ta’ Adrian Delia, inklużi Clyde Puli, Kristy Debono u Robert Arrigo.
L-ELCOM L-istorja riċenti tal-ELCOM tara lil Matthew Mangion u lill-istess Boris Xerri, appuntati minn Simon Busuttil biex jirrappreżentaw lill-PN fil-Kummissjoni Elettorali, jitwarrbu minn Adrian Delia appena t-tmexxija tal-Partit għaddiet f ’idejh. Wieħed irid jgħid li, b’etika, kif isir ma’ kull bidla fil-Gvern, imma l-istess bidla fil-Kap ta’ Partit, membri fuq bordijiet simili, barra dawk il-bordijiet, kumitati, eċċ, joffru r-riżenja tagħhom u ġeneralment jerġgħu jinħatru biex ikun hemm kontinwità. Imma meta Mangion u Xerri rriżenjaw, Delia aċċetta r-riżenja tagħhom u kien pront appunta flokhom lil Angelito Sciberras u Antoine Portelli, li issa r-riżenja tagħhom daħlet fis-seħħ mil-lum. Għadu mhux magħruf jekk Delia hux se jieħu wkoll il-parir tas-Segretarju Ġenerali biex idaħħal ukoll lil Dennis Zammit fil-Kummissjoni Elettorali.
jinżlu tajjeb u, allura, mhux b’sorpriża lanqas li kontrih hemm ħidma biex iwarrab. Apparti li qed jingħad li l-għażla ta’ Zammit Dimech kienet kontra l-istatut, qed iċċaqċaq x’se jiġri minn dak li se jkun laħaq iffirma jew iddeċieda fuqhom jekk il-pożizzjoni li qed jokkupa mhix statutarjament korretta. Waqt li dawk favur il-Kap iddarrsu mill-ewwel b’Zammit Dimech, aktar u aktar meta stieden fid-Dar Ċentrali lil Manuel Delia u issa bl-imbottatura lil Boris Xerri u Dennis Zammit, reġa’ daħal fix-xena Mark Anthony Sammut, li jingħad li tefa’ ħarstu fuq il-kariġa ta’ Segretarju Ġenerali. Biex tgħaxxaq, meta rriżenja minn President tal-Eżekuttiv Nazzjonalista, Sammut kien appella lil Adrian Delia biex ma jibqax marbut mas-siġġu u jerfa’ r-responsabbiltà quddiem l-agħar riżultat fl-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Sammut, flimkien mad-dissidenti Alex Perici Calascione u Karol Aquilina, kien preżenti fillaqgħa sigrieta ma’ Louis Galea. Illaqgħa fid-dar personali tal-istess Galea seħħet fl-isfond ta’ manuvri minn għadd ta’ deputati mill-fazzjoni ta’ Busuttil biex iwarrbu lil Delia minn Kap Nazzjonalista. Iżjed minn hekk, l-istorja politika lokali għad trid tesperjenza u tirrakkonta t-tmiem ta’ din il-logħba politika ċess – bl-uniku vittma jkun il-
magħżul tat-tesserati Nazzjonalisti wara tibdil fl-istatut li ironikament seħħ fi żmien it-tmexxija ta’ Busuttil, li issa mhux jaċċetta t-tali riżultat. Tgħaddi ta’ Simon Dak li seħħ, jew ma seħħx, f ’din is-saga fil-jiem li għaddew ukoll kien interessanti. Kienu qed isiru pjani biex ikun hemm programm ta’ attivitajiet li jfakkru t-tmiem tal-karriera politika ta’ Simon Busuttil, bil-għan li wkoll iservu ta’ skuża tajba biex jinġabru fondi għall-Partit. Minkejja dan, għaddiet ta’ Busuttil li ma tax permess biex jiġu organizzati f ’ismu. Mhux magħruf għal xiex l-Eks Kap, li ma jiddejjaqx ikun fiċ-ċentru tal-attenzjoni, irrifjuta l-attivitajiet li, skont sorsi fil-PN, kienu bdew jiġu ppreparati sa minn Jannar li għadda, tant li “l-pjani kienu żviluppati sew”. Biex tagħqad, l-istess attivitajiet spiċċaw vittma wkoll tal-ġlied bejn il-fazzjonijiet u mill-kumitat organizzattiv irriżenjaw l-Eks Segretarju Ġenerali Clyde Puli u l-Eks Viċi Kap u Teżorier Robert Arrigo. B’hekk baqa’ biss Karol Aquilina u Karl Gouder. Iċ-ċirasa fuq il-kejk għal din il-ġimgħa kienet it-tħabbira tar-riżenja ta’ Marthese Portelli minn Deputata Nazzjonalista. Din, li fl-aħħar ġimgħat ukoll sejħet għar-riżenja tal-Kap tagħha, xorta rringrazzjat lil Delia u ovvjament lill-Eks Kap Simon Busuttil fil-post tagħha fuq Facebook din il-ġimgħa.
Kontra Zammit Dimech Dawn il-pariri ta’ Francis Zammit Dimech mhux qed
Dennis Zammit u Boris Xerri (lemin)
08
01.03.2020
kullhadd.com
GĦAJNEJN INTERNAZZJONALI FUQ KUMPANIJI “MALTIN” TAL-GAMING Is-suċċessi tal-industrija tal-gaming, li hi stabbilita lokalment, qegħdin ikomplu jattiraw l-attenzjoni internazzjonali u jgħollu iżjed ’il fuq isem Malta f ’dan is-settur, li baqa’ jiżviluppa b’rata ferm aktar mgħaġġla minn oħrajn. Rapport f ’midja f ’Oregon, fil-Majjistral tal-Istati Uniti, indika tliet kumpaniji li wieħed għandu jżomm għajnejh fuqhom din is-sena fejn jidħol żvilupp ta’ logħob tal-casinos online. Dawn il-kumpaniji – NetEnt, Evolution Gaming u Yggdrasil – kollha għandhom bażijiet tagħhom f ’pajjiżna. Fejn jidħol software ġdid tal-logħob u t-teknoloġija ta’ logħob tal-azzard online, li kibru b’livelli rekord f ’dawn l-aħħar 10 snin, illum jifformaw industrija ta’ madwar $100 biljun fl-Istati Uniti waħedha. Hu mistenni li sal-2024 tiġi rreġistrata żieda addizzjonali oħra ta’ 5% fl-industrija. Cascade Business News (CBN), li topera mill-belt ta’ Bend, f ’Oregon, qalet li l-użu akbar ta’ smartphones illum irrenda l-ishma f ’din l-industrija tal-gaming bħala investiment fit-tul tajjeb ħafna. Skont CBN, it-tliet kumpaniji
AKTAR SERVIZZI SIMPLIFIKATI MINN IDENTITY MALTA indikati jgawdu fiduċja kbira mal-pubbliku, inkluż fix-xiri ta’ ishma fuq il-Borża ta’ Stokkolma għal NetEnt u Evolution Gaming. Fil-fatt, Evolution Gaming, li għandha bażijiet f ’Malta, fil-Latvija u fir-Renju Unit, kellha interess enormi għall-ishma tagħha tant li fl-aħħar tliet snin rat tkabbir ta’ 560% f ’dan ir-rigward. Fil-każ ta’ Yggdrasil, li twaqqfet f ’Malta fl-2013 u s’issa pproduċiet logħob popolari bħal Vikings, Holmes & The Stolen Stones, Nirvana u Golden Fish Tank, jingħad li l-ħsieb hu li toħroġ ishma għall-bejgħ lill-pub-
bliku fiżżmien li ġej biex tkun tista’ tkompli tikber. CBN jirrapporta li din il-kumpanija eċċentrika diġà qed tispikka fl-industrija bl-abbundanza ta’ features u effetti fil-logħob tagħha, li, għalkemm ma jammontawx għal xi numru kbir, jidher ċar li l-kwalità għolja f ’ħidmietha hi prijorità assoluta u din tagħmilha waħda mill-favoriti fost persuni li jippreferu s-slot machines.
INJEZZJONI TA’ €900,000 FIL-KULTURA F’GĦAWDEX L-artisti Għawdxin se jkollhom l-opportunità jipproponu l-attivitajiet tagħhom u jiżviluppaw proġetti artistiċi mill-komunità għall-komunità, permezz ta’ €250,000 fondi li ngħataw mill-iskema tal-Gozo Cultural Events.
Dawn il-fondi jagħmlu parti minn €900,000 ddedikati għal attivitajiet u inizjattivi kulturali organizzati mill-Ministeru għal Għawdex. L-applikanti, li jistgħu jkunu organizzazzjonijiet volontarji, individwi jew gruppi indipen-
OFFERTA GĦALL-KIRI TAL-BAR Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Marsaskala jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għat-tħaddim tal-bar tal-istess lokal. Dawk interessati jistgħu jimpustaw l-offerti fil-letterbox taċĊentru Laburista jew javviċinaw lil xi membru tal-Kumitat. Applikazzjonijiet issiġillati jintlaqgħu sa nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu fis-6:00 p.m. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġuża.
denti, entitajiet u kunsilli lokali, iridu jkunu ċittadini Maltin u jkollhom indirizz permanenti f ’Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li dan il-fond se jagħti l-ispazju neċessarju biex jiġu promossi l-kultura u l-kalendarju kulturali f ’Għawdex ikompli jissaħħaħ tul is-sena kollha.
VACANCIES We are looking for: cleaners, riggers, truck drivers, welders, carpenters and office clerks, upholsteres, steel fixer and helpers. Please send a letter of application, curriculum vitae, two references and a police conduct to TEC Ltd on info@tecmalta.com
Is-servizz kollu relatat mal-ħruġ tal-Passaport ta’ Stranġier se jiġi offrut mill-uffiċċju ta’ Identity Malta f ’Ħal Far minn għada t-Tnejn bħala parti minn titjib u simplifikar tas-servizzi offruti mill-istess aġenzija tal-Gvern. Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat sostna li dan se jfisser li l-applikanti se jibbenefikaw minn servizz aktar veloċi biex jinħareġ Passaport ta’ Stranġier. Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u oħrajn li għandhom status ta’ protezzjoni umanitarja nazzjonali, inkluż dawk li għandhom Specific Residence Authorisation, se jkunu jistgħu japplikaw direttament huma mal-Uffiċċju tal-Espatrijati f ’Ħal Far, u mhux iktar ma’ Dar l-Emigrant. L-applikanti jinqdew f ’darba meta jmorru biex jissottomettu
l-applikazzjoni tagħhom u jittiħdulhom il-karatteristiċi bijometriċi tagħhom. Dan kollu se jħaffef aktar ilproċess u f ’ċirkostanzi normali, il-Passaport ta’ Stranġier mistenni jieħu erbat ijiem tax-xogħol biss biex jinħareġ. Matul is-sena li għaddiet, nħarġu ’l fuq minn 2,288 passaport, waqt li f ’Jannar li għadda biss inħarġu mal-175 passaport. Is-Segretarju Parlamentari Muscat saħaq li din hi miżura oħra ta’ simplifikazzjoni li l-Aġenzija Identity Malta qed tieħu biex tkompli ttejjeb isservizz tagħha u li se tfisser inqas dewmien u skariġġ għall-applikanti li issa ser jinqdew minn post wieħed. Aktar kmieni din il-ġimgħa, Identity Malta ltaqgħet mal-imsieħba li jaħdmu fis-settur talażil biex tispjega aħjar it-tibdil fil-proċedura l-ġdida.
25 KUMITAT LOKALI LABURISTA BIL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI FIL-ĠIMGĦA LI ĠEJJA
Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-Kumitati Lokali tal-Partit Laburista se jissoktaw f ’din il-ġimgħa li ġejja b’25 li se jinżammu fiċ-Ċentri Laburisti rispettivi bejn nhar it-Tlieta u bħal-lum ġimgħa. Il-laqgħat, li se jibqgħu jsiru kull ġimgħa sal-aħħar ta’ Marzu, qabel imbagħad issir il-Konferenza Ġenerali lejn l-aħħar t’April, jibdew fis6.30 p.m. meta jkunu fost il-ġimgħa u fid-9.00 a.m. meta jkunu s-Sibt jew il-Ħadd. Nhar it-Tlieta 3 ta’ Marzu se jsiru l-Laqgħat Ġenerali Annwali tas-Swieqi, Raħal Ġdid, il-Marsa, l-Imġarr u Ħal Safi. L-għada jsiru dawk tal-Qrendi, il-Mosta, il-Fgura u Ħal Qormi, waqt li l-Ħamis ikun hemm dawk tal-Furjana, Ħal Balzan, Ħal Tarxien, Birżebbuġa u x-Xewkija f ’Għawdex. Il-Ġimgħa jitlaqgħu l-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-lokalitajiet ta’ Marsaskala, ix-Xgħajra, Ħal Kirkop, Ta’ Xbiex u l-Qala, Għawdex. Nhar is-Sibt 7 ta’ Marzu filgħodu tinżamm biss dik Tas-Sannat, Għawdex. Finalment għall-ġimgħa d-dieħla se jkun hemm ħames lokalitajiet oħrajn – l-Isla, Ħad-Dingli, Marsaxlokk, Tas-Sliema u n-Nadur, Għawdex.
09
01.03.2020
kullhadd.com
23 KANDIDAT TAL-PN JISTGĦU JIKKONTESTAW Tkompli minn paġna 1
TAS-SILĠ JIFTAĦ DALGĦODU B’XEJN Illum tista’ żżur is-sit arkeoloġiku Tas-Silġ, f ’Marsaxlokk, bla ħlas, waqt open day li qed tittella’ minn Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-Missione Archeologica Italiana, l-Ambaxxata tal-Italja f ’Malta u l’Istituto Italiano di Cultura. Din hija opportunità esklussiva għall-pubbliku biex jiskopri aktar dwar dan is-sit permezz ta’ żjarat bi gwida mal-membri tal-Missione. Il-Missione Archeologica Italiana ilha mill-1963 tiskava dan is-sit u sa mill-ewwel skavi arkeoloġiċi li twettqu fis-sittinijiet u fis-sebgħinijiet kien evidenti li dan is-sit kellu valur arkeoloġiku sinifikanti. L-investigazzjonijiet arkeoloġiċi sistematiċi li bdew isiru, bdew jikxfu fdalijiet ta’ strutturi ta’ tempju li kien ikopri diversi perjodi, li jibdew miż-żmien Neolitiku, jimxu għal żmien il-Feniċi, imbagħad għal dak Puniku, u eventwalment, anki għall-perjodu Repubblikan Ruman Tardiv. Dan is-sit huwa wieħed mill-aktar siti arkeoloġiċi importanti
f ’Malta u possibbilment fil-Mediterran Ċentrali. Min-naħa l-oħra, l-istudji li saru mid-Dipartiment tal-Istudji Klassiċi u l-Arkeoloġija tal-Università ta’ Malta, li twettaq finnaħa tan-Nofsinhar tas-sit prinċipali, wassal għas-sejba ta’ ammont sostanzjali ta’ fdalijiet tal-fuħħar, flimkien ma’ għadd ta’ għadam tal-annimali. Madankollu, mhux kull parti ġiet investigata. Parti minn dan is-sit, li taqa’ f ’din il-kategorija, tissejjaħ “ir-razzett”, li bħalissa hemm l-għan li jiġi rrestawrat biex isir ċentru għall-viżitaturi. Dan iċ-ċentru se joffri l-possibbiltà biex il-viżitaturi jingħataw servizz aħjar meta jżuru s-sit. Se jkollu wkoll interpretazzjonijiet diġitali biex isaħħaħ l-esperjenza tal-pubbliku. Il-programm taż-żjarat se jibda mid-9:00 a.m. sa 12 p.m. L-ispjegazzjonijiet isiru fid-9:00 a.m. u f ’12 p.m. bl-Ingliż, tal-10:00 a.m. bl-Ingliż u bi traduzzjoni bil-Malti, u dik tal-11:00 a.m. bit-Taljan.
Dr Busuttil, li fl-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017 kien ġie elett mill-11 u mit12–il Distrett, kien żamm it12–il Distrett u għaldaqstant dan il-post issa ġie battal. Dr Portelli ukoll kienet ġiet eletta minn żewġ distretti dak tad-9 u tat-13–il Distrett. Hi kienet żammet id-9 Distrett li issa spiċċa b’post imbattal. Sorsi li tkellmu ma’ din il-gazzetta qallu li hu mistenni li għada jew it-Tlieta l-President tar-Repubblika Dr George Vella jibgħat writ għal kull post li tbattal lill-Kummissjoni Elettorali. Skont il-Liġi, fi żmien ħamest ijiem mid-data li jasal writ, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż fil-Gazzetta tal-Gvern fejn tgħarraf li se ssir elezzjoni każwali (f ’dan il-każ tnejn) biex jimtela post battal. Hemm probabbiltà li l-Kummissjoni tfassal skeda waħda separata għażżewġ elezzjonijiet kemm għall-preparazzjonijiet ta’ qabel kif ukoll għall-għadd tal-voti li jinsabu fil-pakketti ssiġillati taż-żewġ deputati li rriżenjaw. Fi żmien ħamest ijiem mill-pubblikazzjoni tar-writ, imbagħad, kull persuna li tkun ikkontestat l-aħħar elezzjoni ġenerali, li ma ġietx
eletta u li jkun għad għandha l-kwalifiki meħtieġa biex tikkontesta, tista’, bil-kunsens tagħha, tiġi nnominata bħala kandidat għal dak il-post li tbattal. Fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara l-aħħar jum allokat għas-sottomissjonijiet tan-nomini, il-Kummissjoni tivverifika dawn in-nomini għall-validità tagħhom u tippubblika l-ismijiet tal-kandidati fil-Gazzetta talGvern. F’dan il-każ dan kollu japplika għaż-żewġ postijiet battala fiż-żewġ distretti elettorali. Fi żmien jumejn taxxogħol, il-Kummissjoni, imbagħad, għandha tibda teżamina l-poloz li jkunu jiffurmaw il-kwota u ssiġillati fil-pakkett. Għaldaqstant, hemm probabbiltà li ż-żewġ elezzjonijiet każwali jsiru l-Ħamis 12 jew il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu 2020. Għall-elezzjoni każwali biex jimtela l-post li tbattal minn Dr Simon Busuttil fit-12–il Distrett jistgħu jikkontestaw disa’ kandidati li huma: Abela Sam, Aquilina Simone, Azzopardi Mark, Bonnici Duncan, Galea Graziella, Mallia Salvu, Muscat Fenech Adami Anne Marie, Thake David u Torpiano Edward. Il-poloz tal-votazzjoni li ffurmaw il-kwota u li
jinsabu fil-pakkett issiġillat ta’ Dr Busuttil huma 3,899. Għaldaqstant, dak il-kandidat li jġib numri ta’ voti daqs in-nofs jew iżjed min-nofs tal-ammont tal-poloz fil-pakkett taddeputat li postu jkun tbattal, dan il-kandidat għandu jiġi ddikjarat elett. Il-kwota għal din l-elezzjoni każwali hi ta’ 1,950. Għall-elezzjoni każwali biex jimtela l-post li tbattal minn Dr Marthese Portelli fid-9 Distrett jistgħu jikkontestaw 16–il kandidat li huma: Abela Wadge Alan, Alden Timothy, Attard Previ Graziella, Azzopardi Mark, Bartolo Ivan, Bonnici Duncan, Borg Knight Roselyn, Buttigieg Albert, Farrugia Herman, Fenech Justin, Hewitt Wayne, Muscat Noel, Pullicino George, Selvaggi Charles, Vella Brincat Evelyn u Zammit Dimech Francis. Il-poloz tal-votazzjoni li ffurmaw il-kwota u li jinsabu fil-pakkett issiġillat ta’ Dr Portelli huma 3,853. Għaldaqstant, dak il-kandidat li jġib numri ta’ voti daqs in-nofs jew iżjed min-nofs tal-ammont tal-poloz fil-pakkett tad-deputat li postu jkun tbattal, dan il-kandidat għandu jiġi ddikjarat elett. Il-kwota għal din l-elezzjoni każwali hi ta’ 1,927.
10
01.03.2020
kullhadd.com
2
3
1
ATTENZJONI GĦAT-TIBDIL FL-IBĦRA TA’ MADWARNA! RIĊERKA FIL-MEDITERRAN MINN GRUPP TAL-UNIVERSITÀ F’AKTAR MINN 20 SENA ESTENDIET SAL-IBĦRA TAL-GREĊJA
4 F’20 sena ta’ riċerka, il-Prof. Adriana Vella (taħt) segwiet żviluppi kbar fl-ibħra madwarna, inkluż it-tnaqqis ta’ ħlejjaq lokali, bħaċ-ċerna (1), id-dniefel (2), klieb il-baħar (3) u fkieren.
Fl-opinjoni tal-esperti, il-Baħar Mediterran inbidel u għadu qed jinbidel b’rata mgħaġġla ħafna wkoll, mhux l-inqas wara t-twessigħ tal-Kanal ta’ Swejz fl2015 li wassal biex numru ta’ ħut aljen, li qatt ma konna rajna qabel, jibda jinqabad mis-sajjieda anke Maltin u Għawdxin. Din hi biss waħda mill-problemi li bijologi qed jiffaċċjaw, flimkien mat-tnaqqis ta’ speċi lokali, bħal dniefel, baleni, klieb il-baħar, ħamiem tal-baħar, ħut kbir bħaċ-ċerna, fkieren u tniġġis mill-plastik u l-ħoss dejjem jiżdied fil-baħar, fost oħrajn. Din il-gazzetta tkellmet mal-Professoressa Adriana Vella, riċerkatriċi ewlenija fil-Grupp ta’ Riċerka Bijoloġika għall-Konservazzjoni fl-Università ta’ Malta (CBRG-UM), li ilha mill-1997 tistudja l-ibħra ta’ madwar pajjiżna. Ir-riċerka tagħha estendiet fuq 100,000 kilometru kwadru mad-dawra tal-gżejjer Maltin u wara saħansitra ħaditha sa ibħra territorjali Taljani u Griegi. “Il-baħar tagħna qed jinbidel malajr. Speċi aljeni ġodda, inqas speċi lokali, aktar tniġġis mill-plastik, kull tip ta’ skart ieħor u saħansitra ħsejjes. Ilkoll ħafna drabi huma riżultat tal-opportuniżmu tal-bniedem u n-nuqqas ta’ kura għall-ħajja marittima,” qaltilna Prof. Vella. “Hemm bżonn azzjoni urġenti billi kulħadd jinvolvi lilu nnifsu, inkluż il-Gvern permezz tal-ministeri relatati mal-kura tal-bijodiversità lokali u l-ambjent inġenerali, li jibqgħu essenzjali biex ikollna l-prodotti u s-servizzi li neħtieġu lkoll kemm aħna.” Il-Prof. Vella ħeġġet lis-sajjieda u baħħara biex jibqgħu jirrapportaw id-dehriet ta’ ħlejjaq rari jew strambi waqt ix-xogħol tagħhom għax b’hekk jagħtu l-kontribut lix-xogħol importanti ta’ konservazzjoni. Dan huwa rilevanti għall-ġejjieni tar-riżorsi filbaħar u s-sajd innifsu. “Ir-rapportaġġ minnufih ta’ ħut aljen jew speċi vulnerabbli, rqajja’ ta’ tniġġis u tibdil f ’żoni magħrufa tas-sajd huma kontribut importanti li sajjieda u
baħħara jistgħu jgħaddulna biex intejbu l-ibħra tagħna. Importanti li meta jiġbru kampjuni ta’ ħut aljen, jerfgħuhom b’kawtela f ’kontenituri separati, preferibbilment bis-silġ, u jikkuntattjawni mill-ewwel appena jaslu l-art. “Fl-20 sena kemm ilna għaddejjin bir-riċerka sibna appoġġ minn diversi, inklużi sajjieda, baħħara, il-Forzi Armati ta’ Malta, it-taqsima marittima ta’ Transport Malta u l-pubbliku inġenerali,” kompliet il-kap riċerkatriċi tas-CBRG-UM, li wkoll twettaq stħarriġ mill-ajru, apparti dak fil-baħar. L-għadd ta’ talbiet li tirċievi l-Università minn studenti barranin biex jiġu f ’pajjiżna għax-xogħol ta’ riċerka tagħhom jirrifletti l-interess akbar fix-xogħol li qed jitwettaq minn dan il-grupp tal-Prof. Vella. Għal aktar tagħrif u kif tista’ tassisti dan ix-xogħol kontinwu tal-konservazzjoni tal-ħajja fil-baħar tagħna lkoll, ikkuntattja lill-Prof. Vella fuq 99429592 jew b’email fuq adriana.vella@um.edu.mt.
11
01.03.2020
kullhadd.com
IT-THEDDIDA TAT-TONN Hekk kif bdiet sew ir-rankatura għall-istaġun tat-tonn tal-pinna blu (bluefin tuna) fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, is-sajjieda Maltin, bħal fi stati membri oħrajn, jinsabu mħassbin ferm li din is-sena se jieħdu daqqa ta’ ħarta kbira fil-prezz li s-soltu jġibu għall-qabdiet tagħhom kemm–il darba l-Kummissjoni Ewropea tibqa’ twebbes rasha li ma żżidx il-kwoti tat-tonn fl-irziezet f ’pajjiżi bħal Malta u Spanja. Din il-ġimgħa l-Kummissjoni Ewropea kkomunikat il-pjan tagħha s’issa lill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u t-talba biex jiżdiedu l-kwoti tad-dħul tat-tonn mis-selvaġġ fl-irziezet tat-tonn ma ġietx milqugħa, minkejja l-permessi li dawn għandhom mal-awtoritajiet nazzjonali. Dan jista’ jwassal li s-sajjieda ma jkollhomx biżżejjed fejn ibigħu l-ħut tagħhom u allura l-konsegwenza naturali tkun il-waqgħa drastika fil-prezz li
twassal ukoll għal telf sinifikanti fl-operat. Din il-gazzetta hi infurmata li fl-aħħar erba’ snin l-għadd ta’ ħut li jista’ jinqabad żdied bi kważi 60%, imma l-isforzi li għamlu sajjieda fl-aħħar 10 snin biex din l-ispeċi terġa’ tirkupra jistgħu jisfumaw fix-xejn jekk il-Kummissjoni Ewropea ma tippermettilhomx fejn ikunu
jistgħu jbigħu l-ħut maqbud. Malta hi meqjusa bħala l-akbar importatur tat-tonn mis-selvaġġ fil-gaġeġ tagħha u tesporta bi kważi €250 miljun f ’valur tattonn kull sena, ħafna minnu lejn il-Ġappun. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bejn l-2015 u l-2018 ix-xiri tat-tonn frisk mis-selvaġġ, maqbud minn
sajjieda li għandhom kwota, irdoppja u laħaq il-kważi €110 miljun. Fis-sena 2015 waħedha, Malta xtrat 4,887 tunnellata ta’ tonn frisk mis-sajjieda tal-Mediterran għall-valur ta’ €57.5 miljun, waqt li fl-2018 l-għadd ta’ tonn mixtri qabeż id-9,000 tunnellata. Xjenzati jbassru li jekk ittonn, li issa tant qed jiżdied filbaħar, ma jinqabadx, dan jista’ jagħmel ħsara lil speċi oħrajn, partikolarment dawk l-ispeċi meqjusin dgħajfa u li jinsabu f ’riskju kbir li jintilfu. Sadanittant, aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Federazzjoni Maltija tal-Produtturi tal-Akkwakultura (FMAP) ħabbret sett ta’ 20 proposta biex tissaħħaħ il-governanza ta’ din l-ispeċi. Fost l-oħrajn qed tipproponi li jiddaħħal mekkaniżmu ta’ punti li jista’ jwassal għal telf tal-liċenzja lil min imiss b’xi mod mal-kummerċjalizzazzjoni tat-tonn, reġistru nazzjonali tal-ksur tar-regolamenti, skema ta’ multi amministrattivi kontra min ma
jimxix mar-regoli u investiment f ’makkinarju tad-DNA biex tiġi miġġielda l-frodi tal-ħut. Il-Kap Eżekuttiv tal-Federazzjoni Dr Charlon Gouder qal li l-kontrolli jridu jsiru kemm fuq il-baħar, imma aktar minn kollox fuq l-art. L-għadd ta’ tonn misruq jew imħanxar fil-baħar jindika li hemm min qed jipprova jabbuża fuq l-art. Għaldaqstant, qal Dr Gouder, “hu naturali li jekk l-abbuż fuq l-art jiġi indirizzat se jonqos sostanzjalment l-abbuż fuq ilbaħar.” Din il-ġimgħa stess kienet irrapportata s-sejba ta’ tonn jew il-fdalijiet tiegħu fil-bajja ta’ Birżebbuġa. Partijiet kbar tal-ħuta tqattgħu, waqt li ġew irrapportati snanar fil-ħalq talħut fil-gaġeġ tat-tonn li jindika li kien hemm min ipprova jew irnexxielu jisraq mill-ħut. Stejjer bħal dawn ma jagħmlu xejn għajr ħsara lis-sajjieda ġenwini u liċenzjati biex jaqbdu dan ilħut, tenna l-Kap Eżekuttiv talFMAP.
12
01.03.2020
kullhadd.com
KONFERENZA GĦAS-SINDKI • VIŻJONI 2024
Kitba ta’ Mario Fava mhux biss mal-Kunsilli Lokali PRESIDENT SEZZJONI iżda wkoll ma’ dawn l-entitajiet KUNSILLIERA PL u għaqdiet mhux governattivi. Proprju s-Sibt li għadda, 22 ta’ F’Ottubru li għadda, l-Assoċ- Frar, is-Sindki ltaqgħu madwar jazzjoni tal-Kunsilli Lokali, mejda biex jiddiskutu din il-viżnediet il-viżjoni tagħha 2019 joni tagħhom għall-erba’ snin li – 2024. Viżjoni li fiċ-ċentru ġejjin. Ma setax jonqos illi mattagħha għandha lir-resident u ul il-Konferenza, diversi Sindki kif il-proposti li hemm fiha ser qajmu kwistjonijiet li qed jafikunu qed itejbu l-kwalità tal- faċċjaw li qalu qed ixekkluhom milli jħarsu fit-tul. Dan jien niħajja tiegħu sas-sena 2024. Biex din il-viżjoni tkun tis- sta’ narah anki fil-frustrazzjoni ta’ titwettaq, hemm bżonn li li jħossu meta jiġu biex iwettqu jkun hemm parteċipi fiha wkoll xi ħaġa, iżda mhux dejjem isibu l-entitajiet kollha tal-Gvern kif koperazzjoni mill-Gvern Ċenukoll l-għaqdiet mhux governat- trali jew mill-Aġenziji tal-Gvern. tivi, li huma wkoll iridu jkunu Minkejja li rajna tijib f ’dan ir-rigjafu sewwasew x’qed tgħid din ward fl-aħħar snin, xorta waħda għad fadal ħafna xi jrid isir. il-viżjoni. Il-viżjoni, li għandha twassal Kien għalhekk illi wara li kien hemm it-tnedija ta’ din il-viżjoni sal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lof ’Ottubru, din is-sena qed isser- kali li jmiss, taħseb biex ir-resvi ta’ proċess ta’ konsultazzjoni, identi jħossuhom parti mhux
Aktar mill-Kunsill Lokali ħadd ma jaf il-bżonn partikolari ta’ dak il-lokal. Għalhekk, iridu jkunu mismugħa, iridu jkunu kkonsultati u jridu jkunu wkoll parti mid-deċiżjonijiet li jittieħdu. Dan għaliex ħafna drabi li tkun ikkonsultat mhux biżżejjed imma importanti li tkun ikkonsultat u tkun parti minn dik id-deċiżjoni
biss mil-lokalità imma anke mill-Kunsill tagħhom. Ir-residenti huma fiċ-ċentru tal-viżjoni li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali qed tipproponi għall-erba’ snin li ġejjin. Il-President tal-Assoċjazzjoni Mario Fava spjega li l-viżjoni twassal sal-2024, meta se jsiru l-elezzjonijiet li jmiss, hi bbażata fuq erba’ pilastri ewlenin, dawn huma; • Trasport Sostenibbli • Amjent Urban • Smart Cities • Spazji Miftuħa Kull wieħed minn dawn il-pilastri, jinqasam f ’għadd ta’ suġġetti oħra bħal; ħolqien ta’ spazji talmixi, aċċessibilità, parkeġġi, sigurtà, infurzar, komunikazzjoni u ħafna oħrajn. Għandek it-trasport u l-mobilità sostenibbli fil-lokalitajiet; open spaces – spazji miftuħa fejn wieħed jista’ jirrikrea ruħu u anke jiltaqa’ b’mod soċjali; għandek ukoll smart cities li jkollok ċerta teknoloġija li titħaddem fil-lokalitajiet b’mod li tagħti għarfien aħjar ta’ x’inhu għaddej fil-lokalità u anke fil-pajjiż fuq bażi nazzjonali u naturalment ukoll għandek l-ambjent urban. Dawn kollha, b’xi mod jew ieħor, jikkontribwixxu għal titjib fil-livell talħajja tar-resident. Jekk insemmu l-aċċess għallmixi rridu nfakkru li dan huwa mod fundamentali kif wieħed jivvjaġġa minn post għallieħor, huwa wkoll l-aktar mezz
13
01.03.2020
kullhadd.com
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 20 ta’ Frar
sostenibbli, huwa b’xejn, tajjeb għas-saħħa u ma joħloqx tniġġis tal-arja. Kieku kellna nieħdu eżempju u int li qed taqra dan l-artiklu, toħroġ mill-propjetà tiegħek bil-ħsieb li tagħmel nofs siegħa miexi fuq bankina, żgur ser issib li għal diversi raġunijiet dan ma tistax tagħmlu. Fost ħwejjeġ oħra ser issib bankini ta’ wesgħat differenti, bankini li ma jkomplux jew ostakli fuq il-bankina li jġegħluk timxi malkarozzi fit-triq. L-istess fejn jidħol l-użu tar-roti fil-qalba tal-lokalitajiet. L-infrastruttura mhix tagħti prijorità lil dawn iż-żewġ modi ta’ trasport u minflok tiddisinja l-infrastruttura għall-karozzi. Ir-resident m’għadux prijorità fil-lokalità tiegħu stess. Fejn lanqas għadu jkun hemm bilanċ bejn il-bżonnijiet tan-negozju u dawk tar-resident. Huwa proprju għalhekk li l-Assoċjazzjoni qed tinsisti li r-resident għandu jkun l-ewwel prijorità fit-twettiq ta’ policies u deċiżjonijiet oħra meħudha fil-lokalità. U min hu fl-aħjar pożizzjoni biex jagħmel dan jekk mhux il-Kunsill Lokali? Huwa għalhekk illi dan il-proċess ta’ konsultazzjoni li beda minn din il-laqgħa tas-Sindki ser ikun proċess aktar wiesa’, bl-involviment tal-NGOs, entitajiet governattivi u fuq kollox ir-resident. Irridu nassiguraw li fil-verità u b’mod konkret il-lokalitajiet jingħataw lura lir-residenti. Qed ngħid resident u mhux ċittadin għaliex biex dawn il-pjan u viżjoni jirnexxu jrid ikun hemm ukoll inklużjoni sħiħa ta’ residenti barranin, li minkejja li mhumiex ċittadini Maltin qegħdin jabitaw u jaħdmu fil-lokalitajiet tagħna. Għaldaqstant, huma wkoll iridu jkunu parti integrali minn dan il-proġett u minn din il-viżjoni. Fil-laqgħa għadd ta’ Sindki lmentaw li qed jaħlu ħafna ħin jippruvaw isolvu l-problemi li jinqalgħu ta’ kuljum. Fosthom is-Sindku ta’ Ħ’Attard li qal li qabel jitkellmu fuq viżjoni jridu jsolvu affarijiet bażiċi għax fi kliemu l-Kunsilli mhumiex
stmati u tliet kwarti tal-entitajiet jiġu jaqgħu u jqumu mill-ħtiġijiet tan-nies. Iktar mill-Kunsill Lokali ħadd ma jaf il-bżonn partikolari ta’ dak il-lokal. Għalhekk, iridu jkunu mismugħa, iridu jkunu kkonsultati u jridu jkunu wkoll parti mid-deċiżjonijiet li jittieħdu. Dan għaliex ħafna drabi li tkun ikkonsultat mhux biżżejjed imma importanti li tkun ikkonsultat u tkun parti minn dik id-deċiżjoni fosthom pereżempju fejn jidħlu ċerti permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar, fejn jidħol ċertu l-immaniġġjar tal-iskart, fejn għandu x’jaqsam bini ta’ toroq godda, il-mod kif iridu jsiru u l-wesgħat tal-bankini. Kull tibdil li jrid isir fil-lokalitajiet, għandu l-ewwel ikun ikkonsultat il-Kunsill Lokali fejn wara din id-diskussjoni, dan għandu jkun ukoll parti mid-deċiżjoni. Il-Ministru għall-Gvern Lokali José Herrera għaraf din il-frustrazzjoni. Qal li l-Kunsilli għandhom ikollhom vuċi aktar b’saħħitha mal-entitajiet regolatorji. Il-Ministru qal li qed jaħdem fuq dokument dwar kif il-Kunsilli jiġġeneraw il-flus b’mod awtonomu. Huwa ddeskriva lill-Kunsilli bħala r-raba’ pilastru tal-governanza tal-pajjiż. Kif għedt aktar ’il fuq, matul din is-sena ser ikunu qed jitħejjew dokumenti apposta dwar dawn l-erba’ pilasti, sabiex ikomplu jiġu diskussi mal-Kunsilliera, mal-NGOs, mal-entitajiet tal-Gvern u fuq kollox mar-residenti nfushom. Fl-istess Konferenza ġie mniedi l-kalendarju tal-Assoċjazzjoni sa Marzu 2021, li jinkludi taħriġ għall-Kunsilliera, attivitajiet ta’ team building, xogħol volontarju ma’ nies vulnerabbli u għadd ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni. Personalment konvint, li dan huwa żmien importanti ħafna għall-Kunsilli Lokali f ’pajjiżna u ċertament li jekk il-Kunsilli Lokali jaħdmu flimkien, tassew jistgħu jkomplu jagħmlu d-differenza filħajja tar-residenti tagħhom.
Hekk hu kif qal Simon Busuttil, m’għandniex fazzjonijiet fil-partit darba glorjuż tagħna! Tgħidx kemm qalgħalhom Clyde Puli fuq ir-radju tagħna. Minn kollox qalilhom. Ma qagħadx jiddejjaq jgħidilhom li mhux veru jemmnu fid-demokrazija u fis-saltna tad-dritt. U għandu raġun għax kieku kienu verament jemmnu fid-demokrazija u s-saltna tad-dritt, kienu jaċċettawh lil Adrian Delia bħala Kap tal-partit, u mhux bdew jagħtuh il-gambetti saħansitra mill-ewwel ġurnata li kien magħżul minna t-tesserati. Is-17–il eroj-tradituri jew tradituri-eroj ineħħuha minn rashom li Adrian Delia se jċedilhom. U issa, mingħajr Simon Busuttil, aktar u aktar ma jċedilhomx, man! Il-Ġimgħa, 21 ta’ Frar
fid-Dar Ċentrali għax dak lill-Kap tagħna ma jaħmlux. Għaddejt fl-uffiċċju ta’ sieħbu biex forsi jagħtini grokk, u dan qalli li m’għandix ċans narah lil Francis għax siefer biex igawdi l-karnival. Staqsejtu jekk kienx se jkollna aktar riżenji, u kien pront weġibni li diġà għandna tnejn oħra. Qalli li Angelito Sciberras u Antoine Portelli rriżenjaw mill-Kummissjoni Elettorali. Ma nafx, man, imma dawn ir-riżenji kollha, waħda wara l-oħra, qegħdin jinkwetawni wisq. Mhux ta’ b’xejn li ilni ftit ġimgħat mhux ħażin bil-pressjoni għolja! Il-Ħadd, 23 ta’ Frar Mhux xi dillettant kbir tal-karnival, imma dawn l-aħħar snin, minn meta bdew iżeffnu l-politika, ma sirtx niddejjaq nidħol nara l-karrijiet. Ħriġt ftit iddiżappuntat għax ngħid is-sewwa, stennejt aħjar. Imma karrijiet sbieħ kien hemm u ma nistax ngħid li ddejjaqt. Ovvjament ma bqajtx bil-għatx u flimkien ma’ xi ħbieb, morna nixorbu flixkun birra. Għedtilhom bid-diżappunt tiegħi, imma mhux kollha qablu miegħi, minkejja li kollha Nazzjonalisti bħali, imma mhux daqsi. Wieħed minnhom saħansitra qalli: X’ridthom jagħmlu, l-arma tal-partit tagħna bilkliem il-karnival is-sena kollha? Wieġbu ieħor u qallu: Setgħu għamlu lil Adrian Delia u lil Simon Busuttil jiġġieldu f ’ring tal-boxing, b’Jason Azzopardi referee, jew lil Clyde Puli jaqla’ bis-sieq.
Għalkemm jien dejjem leali lejn il-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna, dan ma jfissirx li jien naqbel miegħu f ’kollox. Pereżempju jien ma naqbilx mal-Kap Adrian Delia li fir-reshuffle tal-kelliema li suppost ilha li saret, jinkludi lis-17–il eroj-tradituri jew tradituri-eroj, kollha kemm huma. Li kieku kont minfloku, lil tal-inqas wieħed minnhom ma nagħtih xejn biex nagħti eżempju bih. L-għażla m’għandhiex tkun wahda diffiċli - jew Jason Azzopardi, jew Karol Aquilina. Anzi jmissu jħallihom barra t-tnejn li huma għax dawk inutli jappellalhom biex jiġbdu ħabel wieħed miegħu. Dawk It-Tnejn, 24 ta’ Frar ħalfu li jqaċċtuh. Xejn xejn, juri ftit snienu,man! Lanqas fil-karnival ma jaf joqgħod kwiet il-Kap tagħna Adrian Delia. Dejjem Is-Sibt, 22 ta’ Frar jara x’se jivvinta biex jgħid Dalgħodu mort sal-Istam- xi ħaġa kontra l-Gvern perija bit-tama li niltaqa’ u lil Robert Abela lanqas mas-Segretarju Ġenerali nifs mhu jagħtih. InsomFrancis Zammit Dimech ma, mhux għax illum ivbiex ngħidlu ma jerġax vinta xi ħaġa ġdida biex idaħħal lil Manwel Delia sejjaħ konferenza stampa
għax kulma għamel kien li rrepeta dak li ilu jgħid ma nafx kemm dwar l-isptarijiet li ngħataw lil dawk ta’ Vitals imbagħad lil dawk ta’ Steward. Għalkemm jien ma qbiltx miegħu li joffri l-għajnuna tagħna biex il-kuntratti jitwaqqfu. La l-borma jkunu ħawduha huma, li kont jien, inħallihom iħawdu huma. In-nanna Gerit kienet tgħid li min iħawwad fil-borma jkun jaf x’fiha. It-Tlieta, 25 ta’ Frar Sewwa jgħidu li kull deni ħudu b’ġid! Ġorg tal-ħanut ta’ ħdejna tgħidx kemm sejjer tajjeb. Qalli li kemm ilu bil-ħanut qatt ma biegħ daqs dawn l-aħħar jumejn għax minħabba li l-coronavirus issa tfaċċa wkoll fi Sqallija, minbarra l-Italja, kulħadd qiegħed jaħżen. Ġorġ qalli li kemm kellu laned ta’ ikel priservat kollha biegħhom. Kif biegħ ukoll kemm kellu sapun, toilet paper, u ma nafx xiex iżjed. Ġietni kurżità nistaqsih jekk kienx qiegħed idejjen għax skont il-gazzetti u l-istazzjonijiet tagħna, ħlief nies bil-ġuħ m’hawnx f ’dan ilpajjiż! L-Erbgħa, 26 ta’ Frar Aħbarijiet tajba kellna llum, man! Is-17–il eroj-tradituri jew tradituri eroj ċedew l-armi u mhux se jibqgħu jaħdmu biex ilKap tagħna Adrian Delia jerħi t-tmexxija tal-partit minn taħt idejh, kif kienu qegħdin jagħmlu. Dan ifisser li fl-elezzjoni li ġejja, se jkun Adrian Delia li jmexxina u jrebbaħielna biex mhux biss ikollu t-tmexxija tal-partit darba glorjuż tagħna, imma jkollu wkoll it-tmexxija tal-pajjiż. Dan m’għandux jonqos ladarba aħna issa magħqudin u, skont il-bravu ġurnalista Joe Mikallef (bil-k mhux bis-ċ) tal-Labour għandhom ħafna u ħafna inkwiet, anke jekk ma jidher minn imkien.
14
01.03.2020
kullhadd.com
PRIJORITÀ GĦAWDXIJA Wara l-ħidma sfiqa li wettaq fl-aħħar sentejn u nofs bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri issa huwa l-Ministru għal Għawdex. Camilleri huwa żagħżugħ determinat li meta serva bħala Segretarju Parlamentari wettaq parti kbira mill-wegħdi tal-manifest elettorali relatati mad-dekasteri li kien responsabbli minnhom. Tkellimna miegħu dwar il-prijoritajiet, il-ħidma tiegħu u r-responsabbiltajiet ġodda u impenjattivi ferm li għandu llum il-ġurnata bħala Ministru għal Għawdex.
X’inhuma l-prijoritajiet tiegħek għall-gżira Għawdxija? Sa mill-ewwel ġurnata għedt li l-proġetti u l-infrastruttura tat-toroq f ’Għawdex se jkunu prijorità. Il-proġetti jridu jingħataw spinta u jitwettqu fil-ħin, filwaqt li nassiguraw ukoll li l-inkonvenjent ikun minimu kemm għar-residenti kif ukoll għat-turisti u għall-Maltin li jitilgħu Għawdex. Filfatt, qegħdin jiġu evalwati l-proġetti infrastrutturali li qegħdin isiru madwar Għawdex, sabiex dawk li huma miftuħin jitlestew fl-inqas żmien possibbli. Il-policy li qed nesegwixxi hija li l-proġetti jkunu koordinati sabiex jibda proġett, nipprogressaw skont iż-żmien stabbilit u nagħlquh. Ftit tal-jiem ilu ġie ppubblikat tender ta’ €1.2 miljun għall-kumplament ta’ Triq Marsalforn u din il-ġimgħa ngħata l-konkos fil-menqa – parti mill-Master Plan ta’ Marsalforn. Bdejna naħdmu mill-ewwel sigħat għaliex ix-xogħol huwa kbir u ma ridniex nitilfu ħin. Eżempju żgħir imma importanti hija Triq San Ġużepp fil-Qala li ċediet biċċa minnha u rranġajnieha u rġajna tajnieha t-tarmak fi ftit jiem. Il-pjazez f ’Għawdex iridu jiġu rranġati u msebbħa għax huma ċ-ċentru ta’ kull lokalità u jitgawdew min-nies. Pjazza San Franġisk fir-Rabat se tkun miftuħa għall-vetturi sas-sajf li ġej, u dan jeħtieġ li jsir għaliex minbarra li hija l-pjazza ċentrali, u għalhekk tattira lejha ta’ kuljum diversi persuni, tgħaqqad diversi toroq f ’Għawdex. Bdejna immedjatament ix-xogħlijiet ta’ emerġenza fuq Triq iż-Żewwieqa li qiegħda fi stat ħażin ħafna u ta’ periklu għall-vetturi li jgħaddu minnha. Dan sabiex kif jerġgħu jkomplu x-xogħlijiet fuq Triq Sant’Antnin, Triq iż-Żewwieqa sservi ta’ triq alternattiva għar-residenti kollha tal-Qala, tan-Nadur u parti minn Għajnsielem. Triq iż-Żewwieqa li fiha madwar kilometru kien ilu ma jsir ma-
nutenzjoni fuqha għal għexieren ta’ snin. Il-Ministeru għal Għawdex għen ħafna lill-Kunsilli Lokali biex jidentifikaw it-toroq li jeħtieġu intervent u jgħinhom b’mod finanzjarju biex ix-xogħol fuqhom jitwettaq. Hemm ukoll numru ta’ toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà talgvern ċentrali. F’dan ir-rigward kelli taħditiet mad-Dipartiment li hu responsabbli mill-infrastruttura f ’Għawdex kif ukoll ma’ Infrastructure Malta biex meta jkun hemm bżonn ningħataw l-għajnuna teknika, tingħatalna biex inkomplu naħdmu bla waqfien u nwettqu l-proġetti. Irridu nsaħħu l-expertise u l-effiċjenza min-naħa tad-Dipartiment u ninsab kommess li ngħolli dan il-livell għal dak li jingħata f ’Malta. It-tkabbir ekonomiku tal-gżira Għawdxija huwa neċessarju li jibqa’ prijorità u l-għan tiegħi huwa li Għawdex fis-snin li ġejjin jilħaq il-massimu tiegħu fejn tidħol infrastruttura, ekonomija, turiżmu u xogħol f ’Għawdex għall-Għawdxin. Kemm tqis li l-konnettività hi importanti għall-investiment? Fejn jidħol investiment, il-konnettività hija vitali, kemm minħabba l-kumpaniji biex li jiġu lejn Għawdex u joperaw minn Għawdex ma jarawhiex bħala xi ħaġa ta’ skariġġ żejjed, kif ukoll għall-ħaddiema u l-istudenti Għawdxin li jkollhom jaqsmu ta’ kuljum lejn Malta. Il-viżjoni tiegħi hija li niffaċilitawlhom il-ħajja tagħhom, u nattiraw aktar investiment u xogħol lejn Għawdex. Kien pass tajjeb ħafna li ddaħħal ir-raba’ vapur. Taffa ħafna mill-istennija sabiex wieħed jirkeb u jasal. Dwar il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex hemm forsi min għadu xettiku. Però mexjin. Ħarġu d-dokumenti ta’ qabel it-tender. Bħala soluzzjoni short term hemm ir-raba’ vapur u bħala waħda long term hemm il-mina. Semmejt il-menqa bħala parti mill-Master Plan ta’ Marsalforn. X’sar u x’se jkun qed isir f ’dan il-proġett ta’ riġenerazzjoni? Nhar it-Tnejn li għadda beda jingħata l-konkos bi tkomplija mal-ewwel saff tal-bażi, u bdew jinfirxu wkoll l-ewwel sleeves bis-servizzi lejn il-proprjetajiet. Barra minn hekk, inqala’ l-materjal li kien hemm qabel, sar id-drenaġġ mill-ġdid bejn ir-ristoranti u ġie installat ukoll valve chamber u riserva ġodda konnessi ma’ setting tank ġdid. Fil-ġranet li ġejjin għandhom jaslu l-ewwel containers bil-porfido. Tajjeb nispjega li l-Master Plan tax-xatt ta’ Marsalforn jinkludi pavimentar bil-lava/porfido ta’ Triq il-Port, Triq il-Forn, Triq San Ġużepp, Triq ir-Rabat u Misraħ Sir Mi-
kullhadd.com
15
01.03.2020
chelangelo Refalo, kif ukoll installazzjoni ta’ dwal ġodda u street furniture biex iż-żona tingħata dehra kontemporanja. Se jkunu qegħdin jiġu allokati madwar 12,850 metru kwadru għall-imwejjed u s-siġġijiet tal-bars, ir-ristoranti u ħwienet oħra. Permezz ta’ dan l-investiment ta’ madwar €3 miljun il-Gvern qed jirrikonoxxi l-isforzi mwettqa mis-settur privat biex jittrasforma Marsalforn f ’hub turistiku u ta’ divertiment. Permezz ta’ dan l-intervent, il-Ministeru għal Għawdex għandu jistimula aktar investimenti biex jiżgura l-kompetittività tal-industrija turistika lokali li tirrappreżenta madwar 50% tal-produzzjoni ekonomika diretta t’Għawdex u hija responsabbli għal madwar 20% tal-impjiegi maħluqa fil-gżira Għawdxija. F’konformità mal-politika tal-Gvern li tħeġġeġ l-adozzjoni ta’ mezzi ta’ trasport aktar favur l-ambjent u stil ta’ ħajja iktar b’saħħtu, l-aċċess fil-promenade se jkun pedonali, b’aċċess biss għall-vetturi li għandhom permess biex jagħtu servizz. Ftit tal-jiem ilu nedejtu proġett interessanti fir-Ramla l-Ħamra. Telabora aktar dwaru? Iktar minn nofs l-ekonomija ta’ Għawdex tiddependi mitturiżmu u għalhekk jeħtieġ li nieħdu ħsieb dak kollu li jifforma parti mill-prodott turistiku tal-gżira. Ir-Ramla l-Ħamra, kif jaf kulħadd, hija bajja mimlija storja, patrimonju kulturali u naturali uniku, b’veduti mill-isbaħ, u fuq kollox ir-ramel aħmar karatteristiku tagħha li jagħmilha tant famuża. Għalhekk kien jeħtieġ li naċċertaw li dan ir-ramel partikolari, din ir-riżorsa tant importanti, ma nitilfuhiex. Biex nagħmlu dan irridu nimmaniġġjawha bl-aħjar mod possibbli. Il-Ministeru għal Għawdex jiżgura li din il-bajja tkun fl-aħjar stat possibbli għall-benefiċċju ta’ min iżurha. Imma dan ma kienx biżżejjed. Irridu wkoll nassiguraw li l-azzjonijiet tagħna huma sostenibbli u li bihom inkunu qed niżguraw li fil-futur, ir-ramel f ’din il-bajja ma jonqosx, ir-ramel li jeżisti llum, jibqa’ fil-post u ma jintilifx. L-element tat-tibdil fil-klima u d-danni li dan jista’ jġib miegħu jagħmel dan ħafna iktar importanti u urġenti. Sabiex inkomplu nagħmlu dak li diġà qed isir tajjeb, nibdlu prattiċi li jistgħu jkunu dubjużi, u jkollna pjan xjentifiku fittul għall-immaniġġjar ta’ din il-bajja u bajjiet ramlin oħrajn bħalha kellna bżonn ix-xjenza u l-għarfien ta’ esperti. Għal dan il-għan xjentisti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fasslu proġett u fittxew finanzjament għalih u partners b’expertise li kellhom bżonn biex dan il-pjan jitwettaq.
It-tkabbir ekonomiku tal-gżira Għawdxija huwa neċessarju li jibqa’ prijorità u l-għan tiegħi huwa li Għawdex fis-snin li ġejjin jilħaq il-massimu tiegħu
16
01.03.2020
kullhadd.com
AGĦMEL L-EWWEL PASS IL-MARD KRONIKU U T-TABAKK
Huwa stat ta’ fatt li l-prevenzjoni hija aħjar mill-kura. Dan japplika għalkollox, b’mod partikolari fejn tidħol saħħet il-bniedem. B’konformità ma’ dan l-istat ta’ fatt il-Ministeru għas-Saħħa għandu fi ħdanu Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni talMard. Il-missjoni tiegħu hija li tersaq kemm jista’ jkun u b’kull mezz lejn iċ-ċittadin biex twassallu tagħrif u għajnuna dwar kif jista’ jilqa’ għall-mard u kif jista’ jgawdi ħajtu b’mod san. Żewġ programmi ta’ dan id-Direttorat – Ħu Kontroll u Quitline 2020 – jittrattaw il-mard kroniku u t-tabakk. Mitlub jikkummenta dwar dawn iż-żewġ programmi d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal lil din il-gazzetta li “nibqa’ ninsisti li l-Gvern ma jiddejjaq xejn jonfoq il-miljuni kbar fuq il-kura tas-saħħa, kif jixhdu l-iżviluppi kontinwi li nipprovdu mill-isptarijiet, miċ-ċentri tas-saħħa, mill-bereġ u fi provvisti ta’ mediċini b’xejn, imma nemmen bis-sħiħ, u dan huwa loġiku, li aħjar tevita l-mard milli ġġib il-mard fuqek innifsek imbagħad tikkurah. Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard qed jaħdem bis-sħiħ
f ’din il-linja, ħidma li tkun tista’ tikseb aktar riżultati tajbin billi ċ-ċittadin jirrikorri għaliha.” Wieħed minn kull zewġ adulti jgħix b’kundizzjoni kronika bħall-mard tal-qalb, dijabete, ażżma, artrite u uġigħ kroniku. Dan il-mard jaffettwa kif il-persuna milquta u familtha se jgħixu ħajjithom. Persuni li jgħixu b’kundizzjoni kronika jqattgħu medja ta’ tliet sigħat biss fis-sena mal-professjonisti tas-saħħa. Dan ifisser li fil-bqija tal-ħin dawn ikunu qed ‘jgħixu’ l-ħajja ta’ kuljum waħedhom. Hemm firxa sħiħa ta’ affarijiet li wieħed jista’ jagħmel sabiex jgħin lilu nnifsu meta jkun qed jgħix b’kundizzjoni kroni-
ka. Dan ma jfissirx li għandu jagħmel kollox waħdu. Huwa importanti ħafna li l-individwu konċernat jaħdem mal-professjonisti mediċi, iżda bejn żjara u oħra għand it-tobba, dak li l-individwu jagħmel għall-kundizzjoni tiegħu jista’ jħalli impatt kbir fuq ħajtu! Id-Direttorat tal-Promozz-
joni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jipprovdi bla ħlas servizz ta’ programm ta’ awtoġesjtoni lill-persuni li għandhom kundizzjoni kronika. Il-programm “Ħu kontroll” isir b’kordinazzjoni ma’ diversi Kunsilli Lokali. L-għan ewlieni tal-programm huwa li jagħti lil dawn il-persuni l-appoġġ biex jieħdu kontroll fuq il-kundizzjoni tagħhom. It-tuturi li jwasslu dal-programm interattiv għandhom l-esperjenza li jgħixu b’kundizzjoni kronika, u/jew għandhom l-esperjenza li b’mod attiv jagħtu l-għajnuna lill-persuni fl-awtoġestjoni. Bit-tagħlim tat-tuturi mħarġġin f ’dan il-qasam, l-individwu konċernat ikun mgħejjun jiżviluppa l-ħiliet, l-għodda u l-kunfidenza sabiex jinkludi l -awtoġ es tj oni bħala parti vitali ta’ ħajtu. Il-programm huwa twil sitt ġimgħat, b’sessjoni kull ġimgħa. Kull sessjoni għandha tieħu mhux iktar minn tliet sigħat. Kull ċittadin qiegħed biss telefonata ’l bogħod mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb fuq 2326 6000. It-tabakk joqtol persuna minn kull tnejn li jpejpu apparti li jagħmel ħsara kważi f ’kull
organu tal-ġisem u jaffettwa s-saħħa tal-persuna b’mod ġenerali. Hemm madwar 7,000 kimika fid-duħħan tat-tabakk, li minnhom madwar 250 huma magħrufin li jagħmlu l-ħsara, u iktar minn 50 kimika huma magħrufin li jikkawżaw ilkanċer. Il-konsum tat-tabakk huwa fattur ta’ riskju qawwi għall-iżviluppar tal-mard malġisem kollu: riskju għall-arterji koronarji, ta’ puplesija u tal-mard taċ-ċirkolazzjoni periferika. Kostitwenti tadduħħan tat-tabakk jagħmlu ħsara fil-ħitan tal-arterji, billi jħaxxnuhom u b’hekk l-arterji jidjiequ (aterosklerożi). Meta l-arterji jidjiequ jkun hemm inqas ċirkolazzjoni għal diversi postijiet fil-ġisem, bħal fil-qalb, fil-moħħ u fis-saqajn. Jekk xi arterja timbblokka kompletament, dan jista’ jwassal għal attakk tal-qalb jew puplesija. Il-monossidu tal-karbonju wkoll iżid ir-riskju tal-mard kardjovaskulari. Anke min ipejjep inqas minn ħames sigaretti kuljum jista’ jkollu bidu ta’ sinjali ta’ mard kardjovaskulari. Ir-riskju ta’ kanċer tal-pulmun jiżdied b’25 darba. Jiżdied ukoll riskju tad-dijabete, l-infertilità, l-ażżma, u ħafna mard ieħor. 20.1% u 4% tal-popolazzjoni Maltija (15–il sena u iktar) jpejpu b’mod regolari u b’mod okkażjonali, rispettivament (Euro-
pean Health Interview Survey, 2014). It-tipjip huwa l-kawża ta’ ħafna mwiet kull sena li jistgħu jkunu evitati. Madwar 500 persuna jmutu f ’Malta ta’ kull sena kawża tat-tipjip (Directorate of Health Information and Research, 2014). Anke f ’dan ir-rigward id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni talMard jipprovdi fiċ-Ċentri tasSaħħa ta’ Raħal Ġdid, il-Mosta, il-Furjana u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex servizzi bla ħlas fil-qasam tal-waqfien mit-tipjip. Professjonisti tas-saħħa, imħarrġin fil-qasam tal-waqfien mit-tipjip, imexxu dawn il-kliniċi billi jipprovdu għajnuna professjonali fuq bażi individwali sabiex wieħed jieqaf ipejjep. Dawn jipprovdu wkoll ittestjar tal-monossidu tal-karbonju (gass preżenti fid-duħħan tat-tabakk li jagħmel il-ħsara). Min ipejjep u lest li jieqaf, jista’ japplika għas-servizzi tal-waqfien mit-tipjip billi jċempel fuq il-Quitline fuq 8007 3333. Għal iktar informazzjoni fuq dawn iż-żewg servizzi, wieħed jista’ jikkuntattja lid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fuq 2326 6000; permezz ta’ email fuq health.pro@gov.mt; fuq Facebook, Instagram jew Twitter – HPDPMalta jew fuq www. healthpromotion.gov.mt.
17
01.03.2020
kullhadd.com
NINDIRIZZAW L-ISFIDI TA’ PAJJIŻNA
Alex Agius Saliba Membru Parlamentari Ewropew
Bħalma jiġri kull sena bħala parti mill-proċess tas-Semestru Ewropew, matul din il-ġimgħa l-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ir-rapport annwali fuq l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, fosthom dak ta’ pajjiżna. Fiċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea ta’ kull sena tagħmel stħarriġ dettaljat fuq l-andament ekonomiku talpajjiż ikkonċernat, u tħares lejn dak li qiegħed jaffettwa jew li potenzjalment ser ikun qed jaffettwa l-ekonomija fil-futur. Dan l-eżerċizzju jagħti l-opportunità lill-Istati Membri biex jiddiskutu mal-Kummissjoni Ewropea l-pjanijiet ekonomiċi u l-miżuri baġitarji tagħhom, u fl-istess ħin il-Kummissjoni
tkun qed tagħmel il-moniteraġġ tagħha sabiex tassigura li jkun hemm koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi madwar l-Unjoni ħalli jiġu evitati kriżijiet bħalma rajna fil-passat. Ir-rapport li ġie mħejji dwar Malta huwa wieħed pożittiv għaliex għal sena oħra l-Kummissjoni ddikjarat li l-ekonomija tagħna għadha waħda b’saħħitha u hija waħda mill-aktar ekonomiji li qed tikber b’rata mgħaġġla li taqbeż il-medja tal-Unjoni Ewropea. Dan naturalment huwa ċertifikat ferm pożittiv speċjalment meta wieħed iqabbel dan ir-rapport ma’ rapporti li konna nirċievu fil-passat taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti li kienu kontinwament iwissuna li l-pjanijiet, jew in-nuqqas tagħhom, li kellu l-Gvern kienu qed ixekklu t-tkabbir ekonomiku. Illum b’differenza, il-Kummissjoni titkellem fuq il-progress li għamel il-pajjiż speċjalment fejn jidħlu miri marbuta max-xogħol, kemm fl-ammont ta’ nies li qed jaħdmu kif ukoll fil-kwalità tal-impjiegi li qed jiġu kreati. Hawnhekk il-Kummissjoni tinnota li matul dawn l-aħħar sentejn kellna żieda stabbli fil-pagi tal-ħaddiema tagħna, u
ROBERT
Felix Busuttil Galea
“Il-biża’ reazzjoni iżda l-kuraġġ huwa deċiżjoni” – kliem Winston Churchill, Prim Ministru Ingliż li bla dubju ta’ xejn nistgħu ngħidu li kien Prim Ministru mhux tal-bnazzi imma ta’ l-ikbar maltemp li qatt laqat il-kontinent Ewropew. Personalment minn dejjem ammirajt persuni li fl-iktar mumenti diffiċli ta’ ħajjithom ma nħbewx wara l-emozzjonijiet li huma reattivi – reazzjonijiet naturali li jqajmu paniku, jew inkwiet mentali żejjed jew nuqqas ta’ rieda li meta tfaqqa’ x-xita, ir-ragħad u r-riħ wieħed ikun irid jinqafel ġewwa jew jistaħba wara ħaddieħor. Nammira bniedem
u karattru li jagħmel il-kontra u jibda jaqdef kontra kull kurrent. U kemm hu aktar onorabbli li wieħed jiġġieled u jissielet mhux biss għal għanijiet personali jew partiġġjani jew forsi anke għal familtu biss imma jiġġieled u jissielet għal pajjiżu għax dan isejjaħlu, għax dan għandu bżonnu, għax hekk ġust – u d-deċiżjoni tittieħed li jien kapaċi, jien dispost, jien għandi s-sapport ta’ dawk l-aktar qribi, jien inħobb lil pajjiżi fuq kollox. Dawn huma l-ħsibijiet ta’ Robert. Il-Prim Ministru l-ġdid għar-Repubblika Maltija. Meta Robert ippreżenta n-nomina tiegħu għal mexxej ġdid tal-Partit Laburista kien jaf għal xiex dieħel. Kien jaf li mhix se tkun faċli. Kien jaf li kien hemm bżonn ta’ tibdiliet storiċi. Kien jaf li seta’ jkun il-mira ta’ ħafna u ħafna vleġeġ, kien jaf li l-manifest tal-Partit Laburista li kien mirbuħ b’mod straordinarju kellu jkun irratifikat. Kien jaf li kien hemm bżonn isib bilanċ fraġli bejn dak li kien imwettaq u kif kien imwettaq u dak li kien ser ikun il-preżent u l-futur tad-deċiżjonijiet li kien preparat
li t-tkabbir ekonomiku u ż-żieda fl-impjiegi xprunati mill-miżuri tal-Gvern kienu strumentali fil-ġlieda kontra u fit-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali f ’pajjiżna. Żgur li baqa’ aktar xi jsir biex insaħħu d-drittijiet u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema madwar l-Unjoni, imma f ’pajjiżna jidher li qegħdin fit-triq it-tajba. Ta’ importanza wkoll huwa l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet li l-Gvern qiegħed jaħdem biex isaħħaħ l-istrutturi u l-awtoritajiet sabiex tikber il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, filwaqt li nnotat ukoll li r-riformi neċessarji li ġew pjanati biex jissaħħu s-sistema ġudizzjarja u l-qafas tal-governanza f ’pajjiżna bdew jiġu implimentati, għalkemm hemm bżonn ta’ aktar żmien biex jintlaħaq il-progress mistenni. Aktar minn hekk, huwa pożittiv ukoll il-fatt li pajjiżna qiegħed itejjeb l-edukazzjoni u t-taħriġ inklussiv, però rridu naħdmu aktar biex naraw li l-ħaddiema tagħna jkunu aktar preparati għad-dinja tax-xogħol ta’ għada u jkunu mgħallma ħiliet essenzjali biex jaqdu d-domanda tas-suq tax-xogħol. Qasam ieħor li għad baqa’ ħafna xi jsir fuqu huwa dak tar-riċerka u l-innovazzjoni.
Dan huwa settur fejn l-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali għadha qed tbati biex tagħmel progress, u għalhekk dejjem insostnu fuq il-bżonn ta’ aktar appoġġ finanzjarju minn fondi Ewropej u anke oħrajn nazzjonali, sabiex kumpaniji u studjużi jew riċerkaturi madwar l-Unjoni jibqgħu ikabbru l-għarfien u jiżviluppaw aktar l-industrija. Filwaqt li ċertament dan huwa rapport pożittiv, huwa importanti li nirrikonoxxu li pajjiżna bħal kull pajjiż ieħor ser ikun jew f ’ċerti każijiet diġà qiegħed jaffaċċja sfidi f ’xi oqsma. Il-Kummissjoni elenkat numru ta’ punti li l-pajjiż għandu jipprijoritizza fil-pjanijiet futuri tiegħu sabiex jassigura li jżomm din il-kompetittività u s-saħħa ekonomika li kiseb matul dawn l-aħħar seba’ snin. Fost dawn, ir-rapport isemmi li għandu jsir sforz biex kumpaniji żgħar jingħataw aktar appoġġ finanzjarju u jkunu jistgħu jagħmlu użu aktar wiesa’ misservizzi bankarji. Il-Kummissjoni rrimarkat li għandna bżonn inkomplu naħdmu sabiex nilħqu l-miri ambjentali u dawk marbuta mat-tibdil fil-klima, għalkemm huwa fatt magħruf li l-ġeografija tagħna tagħmilhielna ferm aktar diffiċli biex nagħmlu progress
b’rata mgħaġġla bħal pajjiżi kbar li huma mogħnija bir-riżorsi naturali. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni għal darb’oħra reġgħet tefgħet dubji fuq is-sostenibbiltà tal-pensjonijiet u s-sistema tal-kura tas-saħħa, punti li ilhom isiru u ċert li ser jibqgħu jissemmew, però huma oqsma li l-Gvern għandu pożizzjoni politika ċara ħafna fuqhom u li qatt mhu ser jasal jikkonċedi li jintmissu dawn is-sistemi. Mhux talli hekk, talli l-Gvern huwa kommess li jissalvagwardja dawn is-sistemi u jkompli jsaħħaħhom fil-futur ħalli l-familji Maltin jibqgħu jgawdu minnhom. Dan ir-rapport huwa inkoraġġanti ferm għall-Gvern Laburista u jkompli jagħti tama lin-negozji u lill-familji Maltin li l-ekonomija tagħna hija b’saħħitha u li quddiemna għad baqgħalna snin ta’ tkabbir u prosperità. Naturalment, filwaqt li mhux bilfors wieħed jaqbel ma’ kull osservazzjoni u kumment li għamlet il-Kummissjoni, hemm numru ta’ punti fattwali li l-Gvern għandu jara li jaħdem fuqhom b’mod responsabbli matul is-snin li ġejjin ħalli nżommu dan iż-żmien ekonomiku pożittiv ħaj u pajjiżna jkompli jipprogressa.
jieħu. Bla ebda dubju, Robert kellu rasu fuq l-imħadda imma għadda ljieli jaħseb, jimmedita u jieħu deċiżjonijet – u qatt ma beża’. Hemm raġuni waħda biss ta’ dan il-kuraġġ – dik hija l-kelma ċara u tonda li ma tistax tittiekel. Il-kelma prinċipju. Li ħafna drabi ktibt fuq dan is-suġġett. Meta ltqajt l-ewwel darba ma’ Robert u smajtu jitkellem, l-ewwel li laqtitni hi kif kien kapaċi jersaq lejk – kellu ħarsa konvinċenti u kellu u għad għandu ħafna u ħafna passjoni. Kien wieħed minn dawk ilftit li semma u ta importanza l-għeruq tal-Partitu lil dawn innies għandna nagħtuhom kull rispett. Kull rikonoxxenza. Kull għarfien. Jien minn dejjem stqarrejt li siġra kbira hi kemm hi kbira jekk taqtgħalha l-għeruq tmut. U dan Robert isemmih ta’ spiss. Robert jifhem li l-forza ta’ kif jgħid l-Ingliż, “the core”, il-qalba teżisti u tissaħħaħ fuq l-għemil u l-preżenza ta’ dawk li ħadmu qabilna – mill-bidu, waqt il-mumenti diffiċli li kienu ta’ xhieda għalih matul iż-żminijiet. Lil dawn Robert jammirahom u
jirrispettahom. Robert jifhem fl-ugwaljanza speċjalment dik ekonomika u mhux se jibża’ jgħid li qegħdin niġġieldu kontra kurrenti soċjali Maltin li speċjalment matul l-era ta’ governanza Nazzjonalista tfajniehom taħt it-tapit. Il-Partit Laburista minn dejjem, minn tfulitu u minn żgħożitu ħaseb għal dawk li l-aktar għandhom bżonn. Li int għax titwieled fqir jew għax titwieled ġo dinja li qatt ma tat kasek allura hekk għandek tgħix u hekk għandek tmut. Le! Din mhix l-għajta soċjalista. Robert jaħseb u jitkellem favur l-emarġinat, favur dawk li inġustament għandhom inqas opportunitajiet. Iva għadu jeżisti dan il-faxx fil-poplu Malti, għad fadal nies li ma jlaħħqux mal-għoli tal-ħajja, li jinsabu inkwetati għall-futur ta’ wliedhom, dawk li moħħhom mhux mistrieħ għax ma jafux jekk il-kera tagħhom hix se togħla jew le, dawk inkwetati għax imweġġgħin, għax iħossuhom waħedhom, għax jaħsbu li għadhom inviżibbli. Dan hu l-karattru ta’ Robert. Dan hu wieħed mill-prinċipji ta’ Robert. Jem-
men strettament fil-ġustizzja soċjali. Robert jixtieq gvern trasparenti. Gvern governabbli. Gvern mibni fuq il-ġustizzja, fuq l-integrità u fuq l-amministrazzjoni sostenibbli. Robert jemmen fl-element żagħżugħ li mill-quċċata sa kull faxx tas-soċjetà jaffaċċja kull problema. Robert jemmen fl-umiltà, fil-poplu Malti u Għawdxi li bi kredenzjali tajbin, b’reputazzjoni tajba u fuq kollox b’rieda tajba, flimkien, nistgħu nirreaġixxu u mhux nibżgħu. Nistgħu nwettqu. Nistgħu naslu u nistgħu nerġgħu nirbħu u nirbħu bil-kbir mill-ġdid. U mhux waħdu, għax għandi esperjenza minn dan waqt l-aħħar kampanja li kont parti minnha jien. Lydia u bintu, għax dawn huma l-ewwel li jaraw wiċċ imħasseb, l-ewwel li jaraw wiċċ ħosbien u l-ewwel li jagħtu kull għajnuna, kull sapport, kull imħabba, bla ebda kundizzjoni. Dan hu r-Robert li nafu jien u jafu l-eluf, bniedem li mhux jibża’. Imma bniedem li jieħu deċiżjonijiet kbar u żgħar li jerġgħu jiktbu kapitlu rebbieħ Laburista fl-istorja ta’ pajjiżna.
18
01.03.2020
LEJN TRASPORT PUBBLIKU BLA ĦLAS
kullhadd.com
Minn CHARLES B. SPITERI
Il-fatt li pajjiżna hu żgħir u limitat, b’bosta vetturi jinstaqu fit-toroq tagħna, qed tkun studjata l-possibbiltà li l-Gvern jasal joffri trasport bla ħlas lil kull min juża s-servizz pubbliku. B’hekk, ħafna persuni jkunu inkoraġġuti jużaw inqas il-vetturi privati, biex kemm it-tniġġis kif ukoll it-traffiku jitnaqqsu għall-inqas livelli possibbli. Din l-intervista saret lil xi uffiċjali ta’ Trasport Malta. Dan l-aħħar issemma ħafna li persuni ’l fuq minn 75 sena se jibdew jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku mingħajr ħlas. Xi kemm ilaħħaq l-ammont ta’ nies ta’ din l-età li s-soltu jagħmlu użu mit-trasport pubbliku? Il-Gvern, bis-saħħa ta’ Transport Malta qed jestendi l-iskema magħrufa bħala Bus 20+ li għadha għaddejja u li permezz tagħha dawk li għandhom bejn l-14 u l-20 sena, kif ukoll dawk li huma studenti fulltime, jivjaġġaw b’tal-linja b’xejn. Mill-bidu ta’ din is-sena dawk li għalqu l-75 sena bdew jibbenefikaw ukoll minn skema simili, din id-darba msejħa Bus 75+, iżda taħdem eżatt bl-istess mod. Kull min għandu tallinja card irid jara li għandu biżżejjed flus fi kreditu biex iwassal salaħħar tax-xahar. Fil-bidu tax-xahar ta’ wara mbagħad jingħata lura fi kreditu fil-card dak kollu li jkun jew tkun nefqet fix-xahar ta’ qabel. Kull min għad m’għandux ittallinja card jista’ jmur f ’wieħed mill-uffiċini tat-Trasport Pubbliku Malti biex jibda jibbenefika minn din l-iskema jew inkella japplika online. Is-sena l-oħra iktar minn 22,000 persuna li kellhom 75 sena jew iktar ivvjaġġaw b’tal-linja. Bejniethom għamlu iktar minn 175,000 vjaġġ fix-xahar. Dawn kollha, u oħrajn li nantiċipaw li se jiżdiedu magħhom, se jivvjaġġaw b’tal-linja bla ħlas. Hemm xi faxxa oħra ta’ nies li jibbenefikaw minn servizz bla ħlas? Minn barra dawk li qegħdin jibbenefikaw mill-iskema Bus 20+ li semmejna qabel, dawk kollha li għandhom il-karta Ewropea għad-Diżabilità jew il-karta speċjali maħruġa mill-Kummissjoni għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, u li għandhom ittallinja card tat-tip ‘Konċessjoni’ jistgħu jivvjaġġaw b’tal-linja b’xejn ukoll. Ta’ kull sena qegħdin naraw li skemi bħal dawn jinżammu u jiġu estiżi biex jinkludu parteċipazzjoni iktar wiesgħa. Din hija parti mill-istrateġija tal-Gvern, li għandha twassal sabiex it-trasport pubbliku jkun b’xejn għal kulħadd. It-trasport pubbliku huwa bla dubju wieħed mill-iktar għodod importanti f ’kull pajjiż sabiex titrażżan il-problema tal-konġestjoni tat-traffiku. Kull karozza tal-linja għandha l-potenzjal li tnaqqas għexieren ta’ vetturi mit-triq. Huwa inkoraġġanti l-fatt li sena wara oħra, in-numru ta’ passiġġieri li qegħdin jużaw it-trasport pubbliku qiegħed dejjem jiżdied b’livelli rekord. L-impenn talGvern, ta’ Transport Malta u tal-operatur, jidher li qed iħalli l-frott tiegħu. Xhieda ta’ dan l-impenn, minbarra l-iskemi li semmejna, hu l-investiment kontinwu u l-inizjat-
tivi varji li qegħdin jikkontribwixxu biex jitjieb it-trasport pubbliku. Wieħed ma jistax ma jsemmix l-investiment kontinwu fil-flotta tal-karozzi tal-linja, flotta żagħżugħa b’livelli t’emissjonijiet mill-inqas. Flotta li magħha għadhom kemm żdiedu 40 karozza tal-linja ġodda fjamanti. Flotta li llum tgħodd 435 karozza tal-linja fis-servizz. Fl-aħħar jiem saħansitra, l-operatur beda proġett pilota u ġab f ’Malta l-ewwel karozza tal-linja elettrika li se tibda titħaddem fuq xi rotot. Innovazzjoni fis-settur li ma waqfitx, bid-daħla ta’ tallinja card, li kien kunċett ġdid għal pajjiżna, is-servizz tal-wifi fuq ilkarozzi tal-linja kollha u app tal-mobile, li kontinwament tiġi aġġornata biex tipprovdi informazzjoni f ’ħin reali lill-passiġġieri. Settur li minbarra s-servizz imprezzabbli li jagħti lis-soċjetà, iħaddem mad-900 xufier u xufiera fuq bażi full-time u iktar minn 160 fuq bażi part-time. Numru ta’ nies għadhom igorru għall-fatt li f ’ċerti stejġis, jaslu tliet karozzi f ’daqqa minn destinazzjonijiet differenti, u mbagħad biex tasal oħra għal post ieħor ikollok tistenna ħin mhux ħażin. Jista’ jsir xi ħaġa għal dan l-ilment?
Ta’ kull sena qegħdin naraw li skemi bħal dawn jinżammu u jiġu estiżi biex jinkludu parteċipazzjoni iktar wiesgħa
allura jispiċċaw jaslu tard jew f ’daqqa. Bissaħħa tal-app, il-passiġġieri li jkunu qegħdin jistennew fuq l-istejġis jista’ jkollhom idea iktar ċara ta’ kemm fadlilha biex tasal il-karozza li jmiss. Għaliex fil-venda tal-Belt Valletta, ġieli jkun hemm waqtiet fejn il-kjuwijiet tan-nies ikunu twal u ma jkun hemm ebda karozzi għas-servizz? Il-karozzi tal-linja joperaw skont l-iskeda. Madanakollu, jista’ jagħti l-każ li jkun hemm sitwazzjonijiet bħal dawk spjegati hawn fuq, fejn il-karozzi jkunu tard u allura, sfortunatament, jinġema’ kju.
Meta jkun possibbli, wara diskussjonijiet mal-operatur, l-iskeda tinbidel biex Il-karozzi tal-linja huma kollha tagħmel tajjeb għal dawn l-istanzi. Madanamgħammra bil-kameras kollu, wieħed dejjem irid iżomm CCTV, iżda kemm filf ’moħħu li kull ċaqliqa fatt jingħata kas żgħira li ssir, tagħhom, taffettwa l-aktar l-waqfiet l-oħra. Ġieli jkollok xi inċident li jistaġna lill-karozzi tal-linja u li
meta kien hemm rapporti li żgħażagħ itellgħu saqajhom fuq is-seats tal-anzjani u ma jħallu lil ħadd ipoġġi bilqiegħda? Transport Malta tinvestiga r-rapporti kollha li tirċievi u fost affarijiet oħra tuża l-materjal mill-kameras tas-sigurtà fl-investigazzjonijiet tagħha. Fejn ikun possibbli mbagħad, tieħu l-passi meħtieġa. Dari konna mdorrijin naraw xi spettur jiċċekkja l-ħlas tan-nol. Ġieli telgħu nies bla ma jħallsu mill-bibien li minnhom suppost jinżlu l-passiġġieri? X’passi jittieħdu, jekk qatt ittieħdu? L-operatur, il-Malta Public Transport iħaddem għadd ta’ spetturi li jitilgħu fuq il-karozzi tal-linja biex jaċċertaw li l-passiġġieri għandhom aċċess validu, jew permezz ta’ biljett tradizzjonali jew inkella permezz tat-tallinja card. L-ispetturi jiċċekkjaw ukoll li l-card hija tal-persuna li qed iġġorrha. Passiġġier jista’ jeħel multa ta’ €50 jekk jinsab li uża card ta’ ħaddieħor u l-card tiġi konfiskata. Kien hemm numru ta’ każi simili. L-Awtorità mbagħad għandha numru ta’ spetturi tagħha. Dawn jaraw li l-karozzi tal-linja qegħdin jinżammu kif jixraq u b’mod speċjali jaraw li għandhom l-apparat meħtieġ għas-sigurtà bħal pereżempju fire extinguishers. L-ispetturi tal-Awtorità jaraw ukoll li kemm ix-xufiera kif ukoll il-vetturi jkollhom iċ-ċertifikazzjoni meħtieġa biex jinstaqu fit-toroq. Il-futur tat-trasport pubbliku jidher li huwa wieħed li qed isir iktar promettenti. Kulma jmur jidher li numru ta’ nies qegħdin jagħżlu li jagħmlu użu minnu. L-impenn li ma jaqta’ qatt mill-operatur, il-Gvern u l-Awtorità jawgura tajjeb.
19
01.03.2020
kullhadd.com
TIFTIX GĦAL PASSAĠĠI MITLUFIN 20 sena ilu, il-Gvern Ingliż għadda liġi biex isir magħruf kif il-pubbliku kien jgħaddi bil-mixi, biż-żwiemel, bir-roti jew bil-klieb li kien ikollu, fil-kampanja. Issa, l-istess Ingliżi li jħobbu jimxu qed jintalbu jidentifikaw aktar minn 10,000 mil ta’ passaġġi storiċi li huma mitlufin mill-mappa tal-Ingilterra u Wales u jistgħu jibqgħu mitlufin għal dejjem. Li jinstabu lkoll tkun qisek qed tfittex l-għeruq mifruxa ta’ siġra enormi. Minn CHARLES B. SPITERI Erba’ snin wara, sewwasew fl-2004 ilGvern nieda proġett, bl-isem ta’ Discovering Lost Ways, li għalih ħareġ baġit ta’ 15–il miljun lira, bit-tama li jsolvi l-problema. Il-proġett intemm erba’ snin wara u l-ġurnal Daily Telegraph ħareġ jirrapporta “Passaġġi Mitlufin se jibqgħu mitlufin.” Il-Gvern saħaq li dawn il-passaġġi qodma jridu jkunu identifikati qabel l-2026, għax imbagħad ma jkunx aktar possibbli li jżidhom fir-rekords uffiċjali li se jsiru mill-ġdid. Il-grupp ta’ nies li jħobbu jimxu, magħruf bħala Ramblers, ukoll qed jitolbu lill-istoriċi u entużjasti tal-mapep biex jgħinu fit-tfassil ta’ mappa ġdida li tidentifika l-passaġġi li m’għandhomx jidhru. Mappa uffiċjali li tkabbret u nqasmet f ’150,000 kwadru, li kull wieħed jirrappreżenta kilometru kwadru, qed tintuża biex jitqabblu flimkien il-mapep storiċi u dawk kurrenti, biex mid-differenza ta’ bejniethom jingħarfu u jkunu rappurtati l-passaġġi li naqsu matul iż-żmien. Ladarba jinstabu, ir-Ramblers se jħaddmu voluntiera biex jagħmlu l-applikazzjonijiet lill-awtoritajiet lokali, li min-naħa tagħhom ikunu jistgħu jieħdu lura l-passaġġi pubbliċi, li għax ma jidhrux, ma baqgħux jintużaw. John Cornish, il-maniġer tal-proġett, qal: “Il-passaġġi tagħna huma xi ħaġa prezzjuża immens. Jgħaqqduna mal-pajsaġġi tagħna u jassiguraw li nkunu nistgħu nesploraw il-bliet u l-irħula tagħna bil-pass, waqt li ngawdu l-mixi fil-kampanja. Barra minn hekk, inkunu nistgħu nagħtu ġieħ lill-istorja u lin-nies li ffurmawhom tul is-sekli.
“Jekk nitilfu dawn il-passaġġi, parti żgħira mill-passat tagħna tintilef magħhom. Din hi l-unika opportunità li għandna li nsalvaw eluf ta’ mili li ħarbu mill-memorja tagħna u ż-żmien qed jagħfas fuqna.” Uħud mill-passaġġi mitlufa għadhom jintużaw, waqt li oħrajn tgħattew għalkollox bil-ħaxix, iżda kollha twarrbu mill-mapep ‘definittivi’ ta’ 140,000 mil ta’ passaġġi li l-kunsilli kienu mitluba jidentifikaw fis-snin 50 tas-seklu li għadda. Xi nies li jħobbu jimxu diġà tkellmu mal-awtoritajiet lokali u għarrfuhom fejn kien hemm passaġġi mitlufin, iżda dawn jibżgħu li hemm ħafna oħra, li l-Gvern jistma li jtulu għal 10,000 mil. Fi stħarriġ li sar f ’Cornwall biss, kienu identifikati 3,000 passaġġ li ntesew u r-raġuni kienet li għax ma kinux baqgħu jintużaw. Paul Howland sab wieħed minn dawn il-passaġġi, li hu magħruf bħala The Markway, f ’Hampshire, li jintemm għal għarrieda taħt ħxejjex u arbuxelli. Dan il-passaġġ kien imblukkat temporanjament waqt it-Tieni Gwerra Dinjija u minn meta reġa’ nfetaħ fl1956, tant kibru ħxejjex fuqu li ntesa. Howland ikkalkula li fl-inħawi tiegħu jkollu bżonn żewġ applikazzjonijiet fil-ġimgħa biex jirreġistra l-passaġġi kollha qabel l-2026. Bil-liġi komuni Ingliża, il-passaġġi jibqgħu dejjem imniżżlin, iżda l-Att 2000 tad-Drittijiet tal-Passaġġi fil-Kampanja, jitolbu li dawn id-drittijiet ikunu reġistrati. Min-naħa tagħhom ir-Ramblers qed jitolbu lill-Gvern jestendi d-data tal-għeluq għar-reġistrar ta’ dawn il-passaġġi storiċi sa mill-inqas ħames snin oħra.
20
01.03.2020
IL-KARNIVAL 2020 JINTEMM B’SUĊĊESS Hekk kif ġie mniedi fil-bidu ta’ Frar, il-Karnival 2020 wiegħed li jinkludi taħlita ta’ elementi tradizzjonali tal-Karnival ta’ Malta, flimkien ma inizjattivi ġodda u interessanti. Dawn mhux biss kienu ta’ suċċess kbir, iżda rnexxielhom joffru spinta innovattiva għal waħda mill-akbar ċelebrazzjonijiet kulturali ewlenin f ’Malta. Mill-21 sal-25 ta’ Frar, il-kapitali ta’ Malta, il-Furjana u l-Ħamrun iżżewqu b’karrijiet spettakolari, koreografiji ta’ żfin uniċi u diversi kostumi elaborati kkuluriti. Hi u tikkummenta dwar il-Karnival 2020, id-Direttur ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala, saħqet li hi kuntenta ħafna bissuċċess kbir tal-edizzjoni ta’ din is-sena. “Jiena nħossni kburija bil-kollaborazz-
joni u l-kooperazzjoni murija mill-partijiet kollha, speċjalment meta tikkunsidra t-tibdil li kellna din is-sena fil-Karnival ta’ Malta. Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu biex dan l-avveniment ikun ta’ suċċess, speċjalment lill-parteċipanti. Minkejja ż-żieda sostanzjali tal-kumpaniji tal-Karnival, kulħadd irnexxielu jżomm mar-regolamenti,” saħqet Stivala. Jason Busuttil, id-Direttur Artistiku tal-Karnival, tkellem fuq is-suċċess u l-kummenti pożittivi li rċieva, hekk kif semma’ l-ammonti kbar ta’ nies li nġemgħu fit-toroq tal-Belt Valletta biex jiċċelebraw il-Karnival 2020. “Il-Belt Valletta ħadet il-ħajja għal ħamest ijiem sħaħ. Triq ir-Repubblika rat eluf ta’ Maltin u
turisti, u Pjazza San Ġorġ kienet dejjem mibjugħa kollha.” Meta ġie mistoqsi fuq x’ispira ċ-Ċelebrazzjoni tal-Karnival fi Pjazza Tritoni, li ġiet organizzata b’kollaborazzjoni malVCA, id-Direttur Artistiku qal li l-involviment ta’ DJ Tenishia fil-Karnival 2020 mhux biss żiedet it-telespettaturi, imma rnexxielha tikseb entużjażmu u interess minn dawk li normalment ma jattendux l-attivitajiet tal-Karnival. “Permezz ta’ DJ Tenishia, aħna rnexxielna nxandru l-atmosfera tal-Karnival lil aktar minn 900,000 persuna madwar id-dinja. Grazzi għal din it-trażmissjoni aħna ħloqna aktar interess għall-Karnival barra minn xtutna.”
kullhadd.com
Issa jmiss it-tħejjijiet għall-Karnival tas-Sajf, li jaħbat bejn il-21 u t-23 ta’ Awwissu li ġej, u li diġà għaddejjin ġmielhom, bi programm interessanti li se jinżel tajjeb ħafna mad-dilettanti kollha tal-Karnival. Minbarra hekk, Festivals Malta se tkun qed tintroduċi għadd ta’ workshops fil-ġimgħat li ġejjin, bl-iskop li tkompli tgħolli l-livell ta’ xogħol ippreżentat waqt il-Karnival ta’ Malta. Sadanittant Festivals Malta ħabbar ir-riżultati li jidhru hawn taħt relatati mal-konkorsi kompetittivi tal-Karnival 2020.
KONKORS NRU 1- KARRIJIET TRIJONFALI - KATEGORIJA “A” L-Ewwel Premju: “Tomorrowland ma’ Tribali bi spettaklu oriġinali” ta’ Antoine Grech u Donald Balzan ma’ Step in plus DonPe Carnival Company It-Tieni Premju: “Kultura Amerikana u ara min ġie jarana” ta’ Joswa Borg u Ronnie Spiteri – Triton Carnival Company It-Tielet Premju: “Iftħu t-twieqi u l-purtelli, għaliex ġej Freddie Portelli” ta’ Roderick Zerafa u Raymond Zerafa – Toto Perżuta One Team
KONKORS NRU 2 - KARRIJIET TRIJONFALI - KATEGORIJA “B” L-Ewwel Premju: “Bil-Baħar u l-Ajru ġejna għax l-Amerika skoprejna” ta’ Ronald Ghiller u Redeemer Casha – Ta’ Nena Carnival Group It-Tieni Premju: “Aquaman” ta’ Charlie, Totwin u Owen Briffa – Tal-Kaptan Carnival Company It-Tielet Premju: “Pajjiżi dort, il-qtates tmajt u fil-Karnival spiċċajt” ta’ Tonio u Isaac Scerri – Tonio Scerri Carnival Company
KONKORS NRU 3 - KARRIJIET TRIJONFALI - KATEGORIJA “Ċa” L-Ewwel Premju: “Tlift iż-żarbuna xħin irfistek bit-takkuna” ta’ Charlie Briffa – Tal-Banda Carnival Troupe It-Tieni Premju: “Minn gżira għall-oħra vjaġġajna, biex in-natura salvajna!” ta’ Kevin u Brenda Chetcuti - Crusher Carnival Company It-Tielet Premju: “Skandinavja” ta’ Daniel Attard – Kitla and Friends Ritratti ta’ SEBIO AQUILINA
KONKORS NRU 3 - KARRIJIET TRIJONFALI - KATEGORIJA “Ċb” L-Ewwel Premju: “Il-mummji Eġizzjani u Cleopatra mit-tron tarani” ta’ Costantino Gouder u Nicholas Gouder – Ta’ Custo Carnival Company It-Tieni Premju: “Il-buffi li saru kantanti” ta’ Jesmond Goodlip u Fletcher Cini – Ta’ Familja Waħda Carnival Company It-Tielet Premju: “Inħossni fortunat għax logħob tradizzjonali lħaqt” ta’ Elton Edward Xuereb u Riccardo Napoli – Beraq Carnival Company & Pop Dance Studio & Friends
21
01.03.2020
kullhadd.com
KONKORS NRU 4A – ŻIFNA - KUMPANIJI (TFAL) KATEGORIJA “Ċ” L-Ewwel Premju: “Incantesimo” ta’ Gabriella Stagno Piscopo – Lookstar Dancers Tarxien It-Tieni Premju: “Welcome to Neverland” ta’ Wendy Caruana f’isem Żejtun Carnival Troupe It-Tielet Premju: “Barbie Magic” ta’ Alan Bianco-Galea u Heidi Camilleri – Little Angels
KONKORS NRU 4B - KOSTUM – KUMPANIJA (TFAL) KATEGORIJA “Ċ” L-Ewwel Premju: “Incantesimo” ta’ Gabriella Stagno Piscopo – Lookstar Dancers Tarxien It-Tieni Premju: “Welcome to Neverland” ta’ Wendy Caruana f’isem Żejtun Carnival Troupe It-Tielet Premju: “Barbie Magic” ta’ Alan Bianco-Galea u Heidi Camilleri – Little Angels
KONKORS NRU 5A – ŻIFNA - KUMPANIJA KATEGORIJA “B” L-Ewwel Premju: “Heart of the Moors” ta’ Christian Caruana f’isem Shake Dancers It-Tieni Premju: “Sinfonia Allegra” ta’ Clinton Abela Galea – Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata Tarxien It-Tielet Premju: “La Fiesta Cubana” ta’ Tiziana Grech u Nicole Cutajar – The Dancing Angels
KONKORS NRU 5B – KOSTUM - KUMPANIJA KATEGORIJA “B” L-Ewwel Premju: “Sinfonia Allegra” ta’ Clinton Abela Galea – Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata Tarxien It-Tieni Premju: “Heart of the Moors” ta’ Christian Caruana f’isem Shake Dancers It-Tielet Premju: “La Fiesta Cubana” ta’ Tiziana Grech u Nicole Cutajar – The Dancing Angels
KONKORS NRU 6B – KOSTUM - KUMPANIJA KATEGORIJA “A” L-Ewwel Premju: “Maġija Mużikali fuq dgħajjes kulturali” ta’ Manuel Pace u Stefania Gellel - Putullu u Stephania Gellel Carnival Company It-Tieni Premju: “Bil-pjumi Brażiljani mal-Maltin u l-Venezjani” ta’ Chris u Marvic Aquilina – Tad-Deheb Carnival Company bil-kollaborazzjoni ta’ Continental Cars Ltd. It-Tielet Premju: “Ali Karnivalata”– Paul Chircop u Stiefnu Debattista - Beqqu u Stiefnu Carnival Company bil-kollaborazzjoni ta’ Kenneth Caruana KONKORS NRU 7 – KUMPANIJA KATEGORIJA “D” L-Ewwel Premju: “Piuma D’Orata” ta’ Joseph Abela Galea – Joseph Abela & Friends Tarxien It-Tieni Premju: “Draco Dormiens Nunquam Titillandus” ta’ Angelle Vella – Hypnotic Dancers Carnival Group It-Tielet Premju: “Fiċ-Ċinema rajnieha, għall-Karnival stedinnieha” ta’ Charlton Scicluna u Joanne Briffa
KONKORS NRU 6A – ŻIFNA - KUMPANIJA KATEGORIJA “A” L-Ewwel Premju: “Ali Karnivalata” – Paul Chircop u Stiefnu Debattista - Beqqu u Stiefnu Carnival Company bil-kollaborazzjoni ta’ Kenneth Caruana It-Tieni Premju: “Maġija Mużikali fuq dgħajjes kulturali” ta’ Manuel Pace u Stefania Gellel - Putullu u Stephania Gellel Carnival Company It-Tielet Premju: “Bil-pjumi Brażiljani mal-Maltin u l-Venezjani” ta’ Chris u Marvic Aquilina – Tad-Deheb Carnival Company bil-kollaborazzjoni ta’ Continental Cars Ltd. KONKORS NRU 6Ċ – KARRU - KUMPANIJA KATEGORIJA “A” L-Ewwel Premju: “Bil-pjumi Brażiljani mal-Maltin u l-Venezjani” ta’ Chris u Marvic Aquilina – Tad-Deheb Carnival Company bil-kollaborazzjoni ta’ Continental Cars Ltd. It-Tieni Premju: “Maġija Mużikali fuq dgħajjes kulturali” ta’ Putullu u Stephania Gellel Carnival Company It-Tielet Premju: “Oriġini” ta’ Raymond u Mark Mallia flimkien ma’ Clint Chircop – Titti Carnival Company
KONKORS NRU 8 – SETT MASKERUNI L-Ewwel Premju: “Fl-ewwel karnival li armajna, bilqwiel aħna tlajna” ta’ Bjorn Bonett u James Azzopardi – ĊaqquBon Carnival Company It-Tieni Premju: “Zodiac” ta’ Dino u Joachim Armeni – Armeni Carnival Company
REBBIEĦA TAL-KONKORSI KUMPANIJA - SEZZJONI “A” - “Maġija Mużikali fuq dgħajjes kulturali” ta’ Putullu u Stephania Gellel Carnival Company KUMPANIJA - SEZZJONI “B” - “Sinfonia Allegra” ta’ Clinton Abela Galea – Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata Tarxien KUMPANIJA - TFAL SEZZJONI “Ċ” - “Incantesimo” ta’ Gabriella Stagno Piscopo – Lookstar Dancers Tarxien KUMPANIJA D - “Piuma D’Orata” ta’ Joseph Abela Galea – Joseph Abela & Friends Tarxien KARRU TRIJONFALI - SEZZJONI “A” – “Tomorrowland ma’ Tribali bi spettaklu oriġinali” ta’ Antoine Grech u Donald Balzan ma’ Step in plus - DonPe Carnival Company KARRU TRIJONFALI - SEZZJONI “B” – “Bil-Baħar u l-Ajru ġejna għax l-Amerika skoprejna” ta’ Ronald Ghiller u Redeemer Casha – Ta’ Nena Carnival Group KARRU TRIJONFALI - SEZZJONI “Ċa” – “Tlift iż-żarbuna xħin irfistek bit-takkuna” ta’ Charlie Briffa – Tal-Banda Carnival Troupe KARRU TRIJONFALI - SEZZJONI “Ċb” :- “Il-mummji Eġizzjani u Cleopatra mit-tron tarana” ta’ Costantino Gouder u Nicholas Gouder – Ta’ Custo Carnival Company SETT MASKERUNI :-“Fl-ewwel karnival li armajna, bil-qwiel aħna tlajna” ta’ Bjorn Bonett u James Azzopardi – ĊaqquBon Carnival Company.
22
01.03.2020
kullhadd.com
IMĦABBA PPROJBITA Marianna kien għad għandha bejn 12 jew 13–il sena u ġaladarba missierha beda ħajja ġdida f’pajjiż ieħor iddeċieda li l-unika triq għal bintu kienet il-kunvent. Dik l-istess sena daħħalha novizza mas-sorijiet ta’ Santa Margerita f’Monza
Kitba ta’ waqt li lil żewġha ħallietlu l-użuMARY CHETCUTI frutt biss. Malli l-omm mietet inbdiet kontestazzjoni ħarxa fil-konSuor Virginia Maria de Leyva wirtet fortuna enormi front ta’ dan it-testment minn mingħand ommha u poter asso- uliedha bniet tal-ewwel żwieġ. lut fuq Monza mingħand mis- Wara kawża li damet sejra erba’ sierha – żewġ fatturi ewlenin snin intlaħaq kompromess bejn li maż-żmien fetħulha l-bibien Martino de Leyva u wlied martu fejn il-ġid spettanti liċ-ċkejkna tal-infern f ’din ud-dinja. Suor Virginia Maria (fis-sek- Marianna ġie ridott b’mod oxxlu Marianna) imwielda fl-1576, en sabiex hu daħal fis-sehem kienet l-unika wild mill-ewwel ukoll. Sadanittant, Marianna komżwieġ ta’ missierha Martino de Leyva, amministratur u kman- pliet titrabba ma’ xi zijiet filwaqt dant tal-armata ta’ Monza u li missierha telaq ’il bogħod fuq mit-tieni żwieġ ta’ ommha Vir- kampanji militari għalkemm, ginia, bint l-aktar bankier sinjur dejjem kellu f ’moħħu li lil bintu jżewwiġha għand familja tat-tajjta’ Milan. Sa Ottubru tal-istess sena Mi- eb. Madanakollu, il-pjan tiegħu lan kienet maqbuda fil-morsa nbidel meta fl-1588 Martino de ta’ epidemija tal-pesta. Omm Leyva iżżewweġ għat-tieni dariċ-ċkejkna Marianna ħejjiet test- ba lil Ana Viquez de Moncada, ment meta nħakmet mill-marda mara għanja minn Valencia fi fejn riedet li ġidha kollu jinqa- Spanja. Marianna kien għad għandha sam indaqs bejn binha l-kbir bejn 12 jew 13–il sena u ġaladarmill-ewwel żwieġ u ba missierha beda ħajja ġdida l-istess Marf ’pajjiż ieħor iddeċieda li ianna l-unika triq għal binfiltu kienet il-kunvent. Dik l-istess sena daħħalha novizza mas-sorijiet ta’ Santa Marg erita f ’Monza. De Leyva
wiegħed lill-kunvent somma sostanzjali bħala dota ta’ bintu li fil-verità qatt ma ngħatat. Minflok, Marianna bdiet tirċievi mingħand missierha somma ċkejkna annwali kemm iżżommha ftit aktar komda minn novizzi oħrajn. Fit-12 ta’ Settembru 1591, Marianna temmet b’suċċess in-novizzjat tagħha u pprofessat bħala Suor Virginia Maria. Fl-1596, missierha kompla ħasel idejh meta għadda l-poteri amministrattivi kollha li kellu fuq is-sovranità ta’ Monza lil bintu biex b’hekk saret is-Sinjura ta’ Monza li tiddetta u tagħmel illiġi hi għan-nom tad-De Leyva. Suor Virginia ġibdet l-ammirazzjoni taċ-ċittadini ta’ Monza għar-rettezza tagħha fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja bħal meta f ’Ottubru tal-1597 qabdet lin-novizza Isabella Ortensia ssellem liż-żagħżugħ Giovanni Paolo Osio li ta’ kuljum kien jixxabbat ma’ siġra biex ikellimha. Suor Virginia ordnat li l-novizza titkeċċa mill-kunvent biex ikun evitat skandlu. Ftit ġranet wara dan l-inċident, inqatlet persuna li kienet taħdem taħt l-ordnijiet ta’ Suor Virginia. Ġriet il-kelma li l-qattiel kien Giovanni Paolo Osio stess imma hu ċaħad li kellu x’jaqsam ma’ dan id-delitt u pprova jiġbed l-attenzjoni tas-Sinjura ta’ Monza sabiex jipprova l-innoċenza tiegħu. Suor Virginia li kienet iddispjaċuta għal din il-mewt u rrabjata għal Osio, ordnat l-arrest tiegħu. Meta ra hekk Osio ħarab u dam madwar sena ’l bogħod minn Monza. Meta Osio rritorna lejn Monza l-istorja tal-qtil kienet taffiet bħalma kienet taffiet ir-rabja ta’ Suor Virginia. Il-familja Osio kienu nies għonja imma b’reputazzjoni kriminali. Darhom kienet tmiss mal-Kunvent ta’ Santa Margerita u għaldaqstant ma kenitx biċċa xogħol diffiċli għal Giovanni Paolo biex għadda ittra lil Suor Virginia ħalli jirringrazzjaha talli aċċettatu lura f ’Monza. Minn hawn nibtet korrispondenza reċiproka. Għalkemm Osio kien jaf jikteb talab l-għajnuna tas-saċerd o t ko n f e s -
sur tal-kunvent, Paolo Arrigone, biex jgħinu jdaħħal vrus poetiċi fl-ittri tiegħu lil Suor Virginia. Fl-ittri tiegħu kien kontinwament jitlobha biex jiltaqa’ magħha. L-ewwel darba li ltaqgħu wiċċ imb wiċċ kien f ’Awwissu tal-1599; ftit xhur wara Suor Virginia u Giovanni Paolo Osio esperjenzaw l-ewwel intimità sesswali bejniethom. Il-laqgħat klandestini fil-kunvent bdew isiru ta’ spiss u bl-għajnuna ta’ erba’ sorijiet oħra li kienu jobdu l-ordnijiet ta’ Suor Virginia. In-nies barra t-triq bdew jinnutaw u s-seksik wasal f ’widnejn il-Madre Superjura. Madanakollu, ġriet xniegħa oħra li Osio kien qed jiffrekwenta l-kunvent għax kellu f ’moħħu s-saċerdozju. Fl-1602, Suor Virginia welldet tarbija mejta u għaddiet minn perjodu ta’ dipressjoni u toqol tal-kuxjenza. Għaldaqstant, riedet taqta’ kull kuntatt ma’ Osio. Min-naħa tiegħu, Osio kompla jippersisti sakemm ġabha taċċettah lura f ’dirgħajha. Fl1603, Suor Virginia welldet tifla li semmietha Alma Francesca Margerita u għaddietha lill-maħbub tagħha Osio biex ikompli jrabbiha f ’daru. Fl1606, Osio rrikonoxxa formalment lit-tifla bħala bintu leġittima. F’dik l-istess sena beda l-inkwiet għal Suor Virginia u Osio meta waħda novizza Caterina da Meda bdiet thedded li se tikxef l-imħabba pprojbita ta’ bejniethom ma’ Monsinjur Pietro Barca li kien se jżur il-kunvent. Suor Virginia beżgħet u qalet kollox lil Osio li ma ra l-ebda soluzzjoni oħra ħlief li joqtol lin-novizza biex isikkitha. Osio qatel lil Caterina da Meda u xeħet il-katavru tagħha ġo bir. Ġewwa l-kunvent kulħadd ingħata x’jifhem li n-novizza kienet ħarbet minħabba l-karattru ribell li kellha. Imma kif jgħid il-Malti – iddnub ma jorqodx – u hekk ġara fl-1607 meta nqatel il-ħaddied li kien għamel sett ċwievet tal-kunvent lil Giovanni Paolo Osio u beda jparla li kienu għaddejjin affarijiet strambi fil-kunvent. Osio reġa’ ħarab minn Monza imma ġie arrestat u nxteħet filħabs ta’ Pavia. Hawnhekk Osio għamel żball kbir. Sabiex jinħeles mill-ħabs bagħat appell lill-Arċisqof ta’ Milan, il-Kardinal Federico Borromeo fejn kiteb li l-ħabs kien ta’ dettriment għal ħajtu peress li kien ibati minn marda. Fl-istess waqt, Suor Virginia bagħtet appell lill-gvernatur ta’ Milan
23
01.03.2020
kullhadd.com
issekondat minn sorijiet oħrajn sabiex Osio li kellu “rapporti korretti u integri mal-kunvent” jinħeles mill-arrest. Il-Kardinal Borromeo tkixxef sabiex ikun jaf min kien dan Giovanni Paolo Osio u kien hawnhekk li ħarġet l-istorja kollha ta’ x’kien għaddej fil-Kunvent ta’ Santa Margerita. Meta ra l-gravità tas-sitwazzjoni Borromeo talab laqgħa immedjata ma’ Suor Virginia u sfurzaha tgħidlu kollox; hi stqarret il-verità u tefgħet il-ħtija kollha fuq Osio li skont hi kien għamlilha seħer. Osio, aktarx maħrub millħabs ta’ Pavia, irritorna Monza u qatel persuna oħra li kienet qed ixxerred l-istorja tiegħu ma’ Suor Virginia; immanipula l-provi sabiex jeħel bil-qtil is-saċerdot Paolo Arrigone. Il-purtinar tal-kunvent xehed favur is-saċerdot u nħareġ mandat ta’ arrest għal Osio. Osio staħba mil-liġi l-ewwel fi knisja u wara fiċ-ċelel ta’ Suor Ottavia u Suor Benedetta, sħab Suor Virginia. Fi ftit ġranet inkixfet il-moħba tiegħu u s-sorijiet ġew irrappurtati lill-Kardinal Borromeo. Konsegwenza ta’ hekk, Suor Virginia nħarġet
bil-forza mill-kunvent u baqgħet tinżamm arrestata mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi. Osio pprova joqtol lil Suor Ottavia u Suor Benedetta meta dawn it-tnejn, imwerwrin mill-konsegwenzi ta’ għemilhom, talbuh iħarrabhom mill-kunvent. Meta Suor Ottavia nstabet mitluqa għal mejta, ittieħdet fil-Kunvent ta’ Sant’Orsola f ’Monza fejn stqarret kulma kienet taf qabel mietet. Suor Benedetta ħelsitha ħafif u hi wkoll għamlet qrara ġenerali. Minn dawn iż-żewġ stqarrijiet instab il-katavru tan-novizza maqtula minn Osio. Inġabru għadd ta’ stqarrijiet maħlufa oħrajn li b’kollox iffurmaw il-kapi ta’ akkuża kontra kull min kien kompliċi fit-twettiq mhux tar-relazzjoni intima klandestina bejn soru u żagħżugħ kriminali biss imma tas-sensiela ta’ delitti li seħħu biex jinħeba l-iskandlu. Fit-18 ta’ Ottubru 1608, Suor Virginia Maria de Leyva ġiet ikkundannata li titkaħħal ġo ċella fil-ħajt għal 13−il sena fid-Dar tal-Konvertiti ta’ Santa Valeria. Bħalha ġew ikkastigati għal għomorhom is-sorijiet kompliċi magħha, Benedetta, Candida u
Il-laqgħat klandestini fil-kunvent bdew isiru ta’ spiss u bl-għajnuna ta’ erba’ sorijiet oħra li kienu jobdu l-ordnijiet ta’ Suor Virginia. In-nies barra t-triq bdew jinnutaw u s-seksik wasal f’widnejn il-Madre Superjura Silvia. Is-saċerdot Paolo Arrigone intbagħat għal tliet snin jaqdef fuq il-galjuni. Il-Qorti sekulari poġġiet kundanna għall-mewt fuq ras Giovanni Paolo Osio u rigal għal min isibu u jġibu sabiex jieħu dak li kien ħaqqu. Is-sentenza qatt ma ġiet esegwita u jingħad li Osio kien ġie assassinat waqt il-ħarba tiegħu.
Osio f’attentattiv biex jeħles minn Sour Benedetta
24
01.03.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
PAPA AĦMED “ ‘Annuntio vobis gaudium magnum: Habemus Papam!’” Hekk jibda t-thriller ta’ dan is-sajf — b’fumata bianca, id-duħħan abjad li joħroġ miċ-ċumnija tal-Kappella Sistina. Ir-raġel liebes l-abjad joħroġ fil-gallarija u jxejjer. Il-folla teżulta u tifraħ bil-Papa l-ġdid: Massimo Falzon. Il-mexxej il-ġdid tal-Knisja Kattolika huwa Malti, u għażel l-isem kontroversjali Papa Aħmed. U minn hemm tibda sensiela ta’ avvenimenti ta’ qtugħ tan-nifs. Il-Papa, waqt żjara papali fl-Art Imqaddsa, fis-satra tal-lejl jiżgiċċa lill-uffiċjali tas-sigurtà tiegħu biex imur iżur l-Ort tal-Ġetsemani fil-kwiet. U jgħosfor. X’sar minnu l-Papa? Il-Mossad, is-servizzi sigrieti Amerikani u aġenti Palestinjani lkoll qed ifittxuh ma’ belt sħiħa. Imma ġa tard wisq – raġel li jarah għaddej jagħrfu, u malajr jiddeċiedi li l-ħtif ta’ Papa jkun simbolu perfett għall-pjanijiet terroristiċi tiegħu, u jibda jħammem u jikkonfoffa biex jixgħel l-aħbarijiet tad-dinja b’waħda mill-aktar atroċitajiet sensazzjonali li qatt dehret. In-narratur tal-istorja huwa Malti ieħor – Thomas – ħabib tat-tfulija tal-Papa meta dan kien għadu Massimo Falzon. Thomas jaqbad korrispondenza elettronika malħabib antik tiegħu, u bil-mod il-mod ir-rwol ta’ konfidant tiegħu jwasslu biex jikxef sigrieti li ilhom mistura snin twal.
Ir-rumanz ta’ Joe Pace ma jaqtax mit-tensjoni u l-misteru. L-awtur jaf jagħġen is-sensibbiltà spiritwali ta’ karattru bil-piż ta’ reliġjon sħiħa fuq spalltu, ma’ azzjoni u xeni ta’ insegwiment u sigrieti mistura. L-idea għall-plott ta’ Papa Malti ġietu millħsieb li bħala poplu aħna l-Maltin insulari wisq. “Aħna l-Maltin nemmnu li aħna l-aqwa nazzjon li qatt eżista … li aħna iżjed Kattoliċi mill-Papa. Allura mbagħad ħsibt: Stenn, allura kieku veru jkun hemm Papa Malti? Kieku fl-aħħar noħorġu mill-insularità tagħna bħala poplu? U l-bqija, kif jgħidu, qiegħed fil-ktieb,” qal Pace. Qalb it-tensjoni tal-istorja, nirrealizzaw li għalkemm aħna mdorrijin naraw il-figura tal-Papa bħala l-kap spiritwali ta’ aktar minn biljun ruħ, wara l-figura formali, hemm bniedem tad-demm u l-laħam. F’Papa Aħmed naraw ukoll dan l-aspett uman tal-figura ta’ dan il-mexxej, hu u jippassiġġa fl-Ort u fit-toroq ta’ Ġerusalemm. L-awtur magħruf Trevor Żahra faħħar dan ir-rumanz bħala “tassew oriġinali”. “Storja b’saħħitha u li żżommok tqalleb il-paġni bil-ħeffa. Aqrawh,” qal Żahra. Il-pubblikaturi, Merlin Publishers, tellgħu silta mill-ktieb online fuq merlinpublishers. com fejn tista’ tinqara b’xejn. Papa Aħmed jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, jew online direttament minn merlinpublishers.com
Mistoqsija: X’kienet in-nazzjonalità ta’ dan il-Papa? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb PAPA AĦMED. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 8 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb MARIJA - IL-ĦAQQ huwa: G. CAMILLERI - ŻABBAR
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
01
TIRBAĦ €100
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’inhu l-għan ewlieni tal-programm “Ħu Kontroll” ?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
Rebbieħ: J. GRECH - L-IMTARFA
25
01.03.2020
kullhadd.com
DEJJEM IDUR MADWAR ID-DINJA FL-AQWA KUMPANIJA TIEGĦU NNIFSU Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Ħafna persuni jħobbu jsiefru minn żmien għal żmien, sabiex jaqtgħu mir-rutina tax-xogħol. Ħafna jippreferu jsiefru mal-familja, filwaqt li oħrajn jippreferu l-kumpanija ta’ xi ħbieb. Iżda kif jgħid il-Malti, għalhekk il-baqra tinbiegħ kollha, għax għall-kuntrarju hawn min jippreferi li ma jsiefer ma’ ħadd, ħlief fil-kumpanija tiegħu nnifsu. Fil-fatt, dan l-aħħar sirt naf b’individwu li ilu snin sħaħ idur id-dinja fil-kumpanija tiegħu biss. Qed nirreferi għal Donald Mifsud. Għandu 32 sena, joqgħod il-Ħamrun, u bħala passatempi għandu għal qalbu l-ivvjaġġar l-aktar. Fil-fatt, jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna avventuruża. Tul dawn l-aħħar snin, Donald beda jsiefer f ’ diversi postijiet u dejjem waħdu. Fil-fatt, ilu jesperimenta b’dan il-passatemp minn mindu kellu 18–il sena. Ridt inkun naf x’sodisfazzjon jieħu meta speċjalment biex ngħid hekk ma jkollux kumpanija miegħu matul il-vjaġġi tiegħu. “Li nkun liberu u nista’ nagħmel u mmur fejn irrid togħġobni ħafna,” kienet ir-risposta spontanja li tani. Fil-fatt, kompla jgħidli li huwa diġà persuna responsabbli u li jgħix waħdu,
jiġifieri żgur li jivvjaġġa waħdu mhux ser jiddejjaq. Meta staqsejtu jekk forsi jkunx jaf lil xi ħadd fid-destinazzjoni li jkun sejjer, infurmani li mhux dejjem, imma minn banda oħra dejjem jagħmel ħbieb ġodda. Ta’ min jgħid li l-itwal vaganza li qatt għamel kienet meta mar bejn l-Asja u lura l-Ewropa u l-Marokk u l-Amerka Latina għal xahar u ġimgħa. S’issa b’kollox żar 53 pajjiż differenti minn madwar id-dinja. Fosthom ta’ min isemmi l-Afrika t’Isfel, in-Nepal, it-Tajlandja, Singapore, imbagħad kien qasam b’tal-linja għall-Malasja, l-Oman, u l-Ġordan. Wara kien qasam il-fruntiera bejn Iżrael u l-Palestina, l-Eġittu u l-Marokk, l-Arġentina, imbagħad qasam b’vapur għall-Urugwaj, il-Brażil, il-Libya u s-Sirja qabel il-gwerer. Ibati minn kundizzjoni, iżda xorta huwa individwu indipendenti Fatt dwar Donald huwa li għandu kundizzjoni partikolari, li tagħmlu ftit diżabbli, però huwa persuna indipendenti u ma jaqtax qalbu xorta waħda. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar din il-kundizzjoni li għandu. “Il-kundizzjoni li għandi tissejjaħ ataxia li
taqbadni rogħda u biex innaqqas normalment ifittex kollox fuq ir-rogħda, nieħu pirmli imma l-internet, ifittex guest houses u dawn jaffettaw il-vuċi tiegħi, xi hostels irħas u fiċ-ċentru tal-post drabi anki ntemtem meta nit- u t-titjiriet li jkunu irħas ukoll, kellem. L-ataxia taffettwa wkoll u jara jekk ikunx hemm tours il-mixi, għalkemm nimxi, ma li mhux dejjem isib għall-baġit nimxix normali daqs ħaddieħor,” li jkun irid, jiġifieri jew jaqbad fissirli Donald. tal-linja jew ferrovija għal postiMistoqsi jekk għandux xi av- jiet oħra. ventura partikolari jew xi ħaġa Kurżità dwar Donald, hija li li ltaqa’ magħha waqt li kien im- l-ewwel darba li siefer waħdu siefer waħdu u jekk jistax jirrak- kienet meta kellu 19–il sena. S’iskontaha lill-qarrejja tiegħi, Don- sa l-iktar li dam barra minn Malald weġibni: “Il-Jordan ġo Petra ta xahar u ġimgħa li kien bejn konna għamilna trekking - nimxu Marzu u April 2019. L-oħrajn erba’ sigħat ma’ żewġ Taljani, kellu darbtejn xi tliet ġimgħat u għax jien imbagħad l-bqija kollha ġimgħa u meta nkun hemm nofs jew inqas, ġieli niltaqa’ ma’ nies fl-Ewropa anke li huma millweekends Id-dinja sabiħa u post u anke siefer. m’oħrajn Ta’ min tibżax tiskopriha. li m’huj g ħ i d Tingħalaqx biss miex.” ukoll li Donnormalf’din il-gżira ald żar m e n t diversi m e t a jew f’postijiet li pajjiżi, Donald jissemmew biss. k e m m isiefer, jitd a w k laq b’backDik mhix popolari pack biss dinja mat-turismhux bagalji. ti u anke dawk Dan għaliex jivli ma tantx huma vjaġġa minn hostel bħall-Georgia li żar ftit ilu. għal oħra biex joqgħod Fil-fatt, qabel ma jżur xi pajjiż, idur u jkun ħafif mit-toqol. Mis-
toqsi jekk jirnexxilux iġorr kollox f ’backpack u jekk ikampax, weġibni: “Iva, fil-bidu kont insiefer bil-bagalja, imma issa qed insibu komdu li m’għandix għalfejn nibqa’ f ’post wieħed biss.” Spiċċa tkisser waqt vjaġġ ta’ ħafna sigħat fuq karozza tal-linja Xi avventuri li kellu mis-safar li għamel s’issa, darba minnhom Donald rikeb tal-linja li biha qasam minn Istanbul għal Damascus li damet 24 siegħa. Immaġinajt li ma tantx kienet xi esperjenza eċċellenti għal dak it-tul kollu ta’ sigħat, però għalkemm Donald stqarr miegħi li kien tkisser, però tul dan il-vjaġġ seta’ jara rħula differenti u ambjent ieħor mill-ibliet. Mistoqsi x’sodisfazzjon jieħu mis-safar, bla tlaqliq Donald fissirli li l-memorji sbieħ li jibqgħu jiġru miegħu u s-sodisfazzjon li jkun mar u ġie lura hija meravilja kbira. Fl-aħħar nett, Donald xtaq jaqsam messaġġ mal-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Id-dinja sabiħa u tibżax tiskopriha. Tingħalaqx biss f ’din il-gżira jew f ’postijiet li jissemmew biss. Dik mhix dinja,” temm jgħid.
26
01.03.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
01.03.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 318
A. PACE - ŻEJTUN
Bi 3 Numri 170 175 233 320 346 516 573 746 776 783 863 931 B’4 Numri 0130
0137 0295 0374 0707 1646 2273 2279 2477 2484 2803 3823 4048 4050 4238 4269 4307
4771 5277 5729 6013 6214 6532 6838 7215 7218 7251 7433 7448 7505 7684 8163 8261
9202 9662 9821 B’5 Numri 03110 03777 09360 09895 18110 20886 23932 38813 39981 45493 60477
72748 77181 79193 88658 89353 90875 99828 B’6 Numri 070062 212579 299981 440258 B’7 Numri 0467183
1702236 2306379 3471532 Bi 8 Numri 27410536 97487725 B’9 Numri 018576223 622744498 B’10 Numri 7832622616 8652812881
Mimdudin: 1. Fejn qed isir il-proġett tal-flyovers (5) 4. Ibiduh it-tiġieġ (4) 7,9. Lesta? (5) 9. Ara 7 10, 21W. Jitpejpu dawn (9) 12. Taqqab? (6) 16. Għadu ma sarx (3) 18. Ara 11 19. Ara 12 wieqfa 20. Telaq (5) 21. Għamel bħall-għasfur (3)
23. 24. 1. 2. 3. 5. 6.
Inbex (4) 8. Neħħa l-ħofor (5) 11,18. Weqfin: 12,19. Kompli l-qawl: San ........ il-biedja tifraħ 13. bih (6) 14. Irridu nibżgħu 15. għaliha għax waħda għandna (3) 17. Karta 21. tal-logħob (3) 22. Ilmaħ (3) Tnejn Taljani (3)
Tagħmlu isimkom? (8) Belt (4) Tittiekel mat-tadam, ħass, basal, eċċ (5) Ajk (3) Fenek Ingliż (6) Tikber taħt il-ħamrija (6) Żmien (3) Ara 10 Lemħek (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Jasal, 4.Ġara, 7,9.Arena, 10.Riedni, 12.Baruni, 18,19.Iltim, 20.Aptit, 23.Wita, 24.Iżuru
Weqfin: 1.Tiekol, 2,16.Skalin, 3,17.Larinġ, 5.And, 6.Ali, 8.Riżultati, 11,21 mimduda. Raġġi, 12,22.Bniet, 13.Rip, 14.Ittiru, 15.Immutu, 21.Ġew
28
01.03.2020
kullhadd.com
“UCCELLI DEL MALAUGURIO” Editorjal
Aktar minn dan, jitolbu li jinqala’ l-għawġ, għax il-poter hu biss il-mira singolari tagħhom. Allura ma jinteressahomx li kull faxxa tas-soċjetà, mill-iżgħar sal-ixjeħ, imxiet sew ’il quddiem
Ilsien rikk u b’għeruq fondi dejjem joffri espressjonijiet ta’ għaqal. Ngħidu aħna frażijiet li għandhom mill-għerf ta’ missirijietna u jibqgħu jitqiesu bħala patrimonju minn ġenerazzjoni għal oħra. Fit-Taljan, daqskemm fil-Malti, insibu dawn l-eżempji li kultant jaqbillek tuża biex tiddeskrivi bl-aħjar mod xi sitwazzjoni, persuna/i. It-titlu bit-Taljan ta’ din il-fehma llum fil-fatt jissimbolizza perfettament lil min jaf biss ikun pessimist fil-ħajja. Dak li f ’kull ċirkostanza ma jafx jara għajr il-partijiet mistkerrha, anke jekk żgħar u insinifikanti, waqt li jinjora għalkollox sinjali pożittivi li jkunu akbar. U fil-qagħda politika ta’ pajjiżna, dan kollu żgur ma jistax jgħodd aħjar jekk mhux għall-Partit Nazzjonalista u r-rappreżentanti tiegħu, li biex tgħaxxaq huma stess jinsabu proprju fl-agħar sitwazzjoni possibbli … s’issa. Dawn li, kontra kull fehma popolari oħra, jemmnu li l-2013 immarka l-bidu tat-tmiem għal pajjiżna, jibqgħu mhux biss ma
jridux jaraw is-suċċessi vasti li saru taħt il-Gvernijiet Laburisti, iżda f ’kull okkażjoni jaqbdu ma’ kull tentufa biex joħorġu biss in-negattiv. Aktar minn dan, jitolbu li jinqala’ l-għawġ, għax il-poter hu biss il-mira singolari tagħhom. Allura ma jinteressahomx li kull faxxa tas-soċjetà, mill-iżgħar sal-ixjeħ, imxiet sew ’il quddiem. U jafu li l-poplu mhux se jafdahom, aktar u aktar issa li qed jgħix aħjar. Mhux biss għax fi żmienhom mill-Gvern m’għarfux isarrfu ħidma simili favur ilġid komuni, imma għax lanqas għandhom il-kapaċità li jirranġaw “darhom”, aħseb u ara kemm se jindokraw u jtejbu l-qagħda nazzjonali. Wara ħames rapporti pożittivi fl-aħħar sitt ġimgħat, l-enfasi tagħhom kienet li għad fadal numru ta’ problemi (għalina sfidi) nazzjonali li jeħtieġ jiġu indirizzati llum qabel għada. Fil-verità tali sitwazzjonijiet għadhom ikarkru sa minn qabel l-2013 u li s-soluzzjoni għalihom mhix xi daqqa ta’ bakketta maġika, li tisparixxihom f ’tebqa
t’għajn kif jippretendu l-awturi ipokriti li ħolquhom. Ovvjament jinfiskawk kull meta mid-Dar Ċentrali jkollhom l-ardir li jippontaw subgħajhom lejn xi qasam jew ieħor, inkella bl-arroganza jiġu jagħtu l-“lezzjonijiet” lil ħaddieħor. Altru milli joffru l-għajnuna! Bil-maqlub saħħew l-impenn biex jilħqu s-“soluzzjoni” li tista’ ssalvahom mill-miżerja preżenti, jiġifieri li ħidmet il-Gvern tisfaxxa, hux bl-għajjat u t-theżżiż tas-snien jew it-tixwix ta’ sħabhom biex joħorġu l-bsaten fir-roti. L-interess nazzjonali qatt ma kien il-prijorità tagħhom u spiċċaw jiddendlu anke mat-tama li Malta taħt il-Prim Ministru Robert Abela ma jirnexxilhiex tikseb mill-Unjoni Ewropea l-istess ammont ta’ fondi (€1.2 biljun) li nkisbu fi żmien Gvern Nazzjonalista taħt Lawrence Gonzi. Il-verità hi li mhux biss iċ-ċirkostanzi lokali huma totalment differenti, imma anke dawk fl-UE nbidlu. It-tluq tar-Renju Unit waħdu fisser li l-baġit Ewropew awtomatikament inx-
torob b’€60 biljun kull sena. Għaldaqstant meta tal-PN jittantaw jagħmlu kapital fil-Parlament Malti min-nuqqas ta’ stqarrija ministerjali mill-Prim Ministru dwar in-negozjati relatati Ewropej, avolja Dr Abela diġà ta spjega tajba dwar is-sitwazzjoni, tifhem il-ħsieb malinn tagħhom li jwessgħu ferita qabel biss inħolqot. Għall-korrettezza, l-argument tal-UE fi kliem sempliċi, hu li pajjiżna għamel qabżiet sinifikanti fl-aħħar snin u allura ma jixraqx li jibqa’ jiġi sostnut finanzjarjament kif kien fi żmien il-PN. Min-naħa l-oħra, il-Gvern Malti jinsisti li, anke jekk sar dan l-avvanz, ċerti setturi partikolari jonqoshom jitjiebu, kif indikat ukoll il-Kummissjoni Ewropea fil-Country Report tagħha ta’ nhar l-Erbgħa li għadda. Il-Partit Laburista fil-Gvern jibqa’ ottimist li, daqskemm kien għaqli biex juża bl-aħjar mod u fl-intier tagħhom tali fondi, filjiem li ġejjin jikseb ukoll l-aħjar pakkett possibbli għal pajjiżna … irrelevanti mill-pessimisti kollha li se jibqgħu mas-saqajn.