CHAMPIONS
Il-Beltin fis-seba’ sema Ara paġna 37
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 1 ta’ Mejju, 2016
Ħarġa Nru 1,190 Prezz €1
40 PERMESS IGIDDBU LIL CHRIS SAID “NIĊĊELEBRAW IL-KISBIET” Il-Prim Ministru
L-eks Ministru Chris Said u l-eks CEO Albert Buttigieg, il-protagonisti tad-deċiżjoni inspjegabbli Erbgħin permess għall-bini ta’ housing soċjali li l-Awtorità tad-Djar kellha sa Marzu 2013 iġibu fix-xejn id-difiża ta’ Chris Said dwar ‘deal’ elettorali li għamel lejliet l-aħħar elezzjoni ġenerali. ‘Deal’ żvelat millKullĦadd fl-aħħar ġimgħat u li ra proġett tal-housing jisfuma fix-xejn biex Chris Said paxxa lill–privat. Illum il-gazzetta KullĦadd tkompli ssegwi dan il-każ skandaluż.
BIDLA LI SE SSEĦĦ
F’jumejn il-Gvern ħabbar il-bidu ta’ żewġ proġetti kbar ta’ investiment f ’oqsma li raw żminijiet aħjar. Sar magħruf li investiment ta’ €55 miljun minn Ablecare Oilfield Services se jibdel is-sit tal-eks shipbuilding fil-Marsa f ’ċentru marittimu li joffri servizzi għall-industrija taż-żejt. Tħabbar ukoll li kien iffirmat MoU malAlitalia li se jiftaħ it-triq għan-negozjati biex din issir sieħeb strateġiku tal-Air Malta u tinvesti fil-linja nazzjonali. L-Alitalia llum imsieħba mal-linja internazzjonali tal-ajru
Etihad, li kisbet suċċessi kbar u li għandha fama li ssalva linji tal-ajru li jkunu jinsabu fix-xifer tal-falliment. L-investituri taċ-ċentru marittimu, kif ukoll il-Ministru inkarigat mill-Air Malta, tkellmu ma’ din il-gazzetta dwar l-importanza ta’ dawn iż-żewġ proġetti. Ara paġni 2 u 3
“Wasal iż-żmien li niċċelebraw il-kisbiet tagħna” hekk stqarr il-Prim Ministru Joseph Muscat f ’intervista fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem. Dan il-kliem qalu fid-dawl tal-fatt li llum mit-3:00pm tibda ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem minn Pjazza Kastilja. Illum l-1 ta’ Mejju huwa ddedikat lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin, u lill-pedamenti tal-Partit li tul is-snin dejjem kienu ta’ sostenn għalih. F’messaġġ għal Jum il-Ħaddiem fuq www.one.com. mt, il-Prim Ministru qal li issa huwa l-waqt li l-Gvern mhux biss jgħid dak li għamel, imma jgħid ukoll fejn se jmur fis-sentejn li ġejjin. Qal li dak li twettaq s’issa kien biss l-ewwel parti tal-pjan ta’ dan il-Gvern, ta’ kif bi ħsiebu jbiddel pajjiżna, ta’ kif Malta qed tinbidel u ta’ kif il-ħsibijiet se jitwettqu fil-prattika. Mistoqsi f ’liema ħaddiema se jkun qed jiftakar waqt id-diskors tiegħu tal-lejla, il-Prim Ministru wieġeb li f ’moħħu se jkollu lil dawk kollha li, irrelevanti mit-tip ta’ xogħol jew settur li jaħdmu fih, imorru għax-xogħol għaliex jaspiraw li huma u l-famlji tagħhom jimxu ‘l quddiem. Tenna l-impenn tiegħu lejn il-mobbiltà soċjali. “Aħna moviment tax-xogħol” qal il-Prim Ministru. “Gvern tax-xogħol”. Osserva kemm ix-xogħol iġib flimkien lil min joħolqu u lil min iwettqu. Esprima r-rieda tiegħu li jindirizza l-problemi li jeżistu fil-qasam tax-xogħol, sabiex il-livell tal-għajxien tal-ħaddiema u anke tal-pensjonanti jkompli jogħla. “Noħolqu aktar ġid li joħloq ix-xogħol u jinfirex”, temm jgħid il-Prim Ministru. Nirrakomandaw l-intervista sħiħa fuq is-sit www.one. com.mt, li tnieda llum bħala proġett ġdid tal-grupp ONE.
02 01|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
ONORATI LI SE JINVESTU FI PROĠETT TA’ EĊĊELLENZA FIL-MARSA ALEANDER BALZAN aleander.balzan@one.com.mt
L-investituri għall-proġett ta’ Maritime Hub fil-Marsa jemmnu li dak li qed jipproponu huwa kunċett li se jirnexxi għax huwa wieħed studjat u konkret. B’investiment ta’ €55 miljun fil-Marsa se jsir Mediterranean Maritime Hub, u Paul Abela, chairman ta’ Ablecare Oilfield Services, qal li l-kumpanija waslet għal dak propost wara analiżi birreqqa. “Meta kienet ħarġet l-espressjoni ta’ interess għall-proposti ta’ proġetti kif tista’ tkun rijabilitata l-eks Malta Shipbuilding, aħna dħalna bil-proposta ta’ ċentru ta’ eċċellenza għall-industrija taż-żejt. Il-proposta ħadniha bis-serjetà ħafna. Tant li fit-tħejjija tagħha ikkonsultajna ħafna mal-industrija barra minn Malta biex naraw x’kien hawn bżonn u x’jonqos fl-industrija,” iddikjara Abela malKullĦadd. Fisser kif dan wassal biex ilkumpanija ipproponiet proġett li l-industrija għandha bżonn. “Ma konniex fantaxjenza. Morna fuq il-konkret. Kien proċess twil għax ried l-istudji li kellu bżonn. Tinsiex li kien il-proċess ta’ evalwazzjoni fejn kienu analizzati l-proposti ta’ kulħadd u llum wasalna,” żied Abela. Abela tenna li dan il-proġett se jagħti direzzjoni lil dan is-sit b’potenzjal enormi fin-nofsinhar ta’ Malta. “Huwa proġett li se joħloq ħafna impjiegi. Biżżejjed ngħidlek li diġa’ għandna 85 ruħ
Paul Abela ħabbar l-investiment b’sodisfazzjon
IL-PROĊESS TAS-SEJĦA GĦALL-INTERESS Is-sit joffri potenzjal enormi f ’dan is-sit. Il-viżjoni li kellna hija viżjoni li diġa’ ħalliet il-frott u li tidher li hi ta’ suċċess,” qal Abela. Stephen Colville, Kap Eżekuttiv ta’ dan il-hub marittimu, ta sfond għal dak li qal Abela. Iddikjara kif madwar id-dinja l-industrija talgass u ż-żejt qed tiffaċja sfidi kbar. “Hemm bżonn li ttejjeb l-effiċjenża u tirregola l-ispejjeż. Għalhekk trid tieħu l-opportunità li tagħmel l-affarijiet differenti u aħjar u hemm l-opportunità għal Malta. Li taġixxi ta’ ċentru marittimu Mediterranju li jġib f ’post wieħed is-servizzi li jridu ħafna kumpaniji,” spjega
Colville li f ’dan il-qasam għandu esperjenza kbira. Abela emfasizza l-ħtieġa li l-investiment ikun wieħed qawwi u li jilħaq l-aspirazzjonijiet. “F’din l-industrija, il-kwalità u l-eċċellenza huma kruċjali. Dan is-sit kien ilu mitluq għal numru ta’ snin u għalhekk irid manutenzjoni u jrid żvilupp. Aħna se niżviluppawh f ’xi ħaġa differenti. Hawn mhux se nerġgħu nibnu l-vapuri, imma se tkun industrija iktar speċjalizzata, iktar iffokata fuq is-servizzi mal-industrija taż-żejt. Din hija industrija li għandha ħafna spin offs,” kompla jispjega Abela. Hawn għamel dikjarazzjoni ċara ħafna. “L-investiment qed ngħamluh b’kuraġġ. Irreputazzjoni ta’ Malta barra minn Malta hija tajba. Ir-rispons millindustrija huwa tajjeb ħafna. Aħna ma waqafnix hawn, fl-executive team tagħna għandna nies ta’ kalibru internazzjoni. Bil-viżibbiltà li se nagħtu barra m’għandniex dubju li l-investiment se jkun ta frott. Li l-investiment qed ngħamluh Malta huwa ta’ sfida u ta’ unur. Unur li qed ninvestu flf ’pajjiżna,” irrimarka l-investitur. Fil-fatt l-investiment isir Malta għal diversi raġunijiet. “Il-lista ma
31 ta’ Mejju 2013: Titħabbar espressjoni ta’ interess internazzjonali 1 ta’ Lulju 2013: 43 investitur ġabru l-espressjoni ta’ interess 5 ta’ Awwissu 2013: Daħlu 28 espressjoni ta’ interess 6 ta’ Marzu 2014: Identifikati l-aħjar għażliet għall-użu tas-sit 10 ta’ Lulju 2014: Il-Unit ta’ privatizazzjoni rċieva sitt proposti għal żvilupp 15 ta’ Jannar 2015: Il-Gvern ħabbar li Ablecare Oilfield Services Group bħala offerent favorit 25 ta’ Settembru 2015: Iffirmat il-memorandum of understanding 26 ta’ April 2016: Jitħabbar l-investiment ta’ €55 miljun u li kollox lest biex jibda x-xogħol tispiċċa qatt,” qal Colville. “Però primarjament hemm il-pożizzjoni f ’nofs il-Mediterran. Qiegħda qrib il-Punent u t-Tramuntata talAfrika u l-Ewropa ta’ isfel u talLvant. Imma mbagħad għandha tradizzjoni fis-settur marittimu b’nies ta’ ħila kbira. Dan irid ikun post għall-industrija millindustrija,” żied l-espert li spjega kif persuni involuti huma diġà talogħla livell. Paul Abela rrimarka kif bħala
investituri kienu wkoll sodisfatti bil-mod kif mexa l-proċess. “L-affarijiet kienu ċari u ma sibniex ostakli. Semugħna u sfidawna, però li talbuna tajnihom. Sibna ħafna ġustizzja u trasparenza u b’hekk tasal għassuċċess. M’għandi ebda diffikulta ngħid li l-mod biex wasalna sa hawn offra sfidi kbar, imma kienu sfidi fuq il-prodott, il-viżjoni u x’se ngħamlu... kif se jkun suċċess il-hub marittimu,” temm Abela.
LOKALI
kullhadd.com
01|05|2016 03
Ritratt: ALAN SALIBA
RAĠĠ TA’ TAMA ĠDID GĦALL-AIR MALTA B’LIEMA MOD JISTGĦU L-ALITALIA U L-ETIHAD JGĦINU LILL-AIR MALTA?
Din il-ġimgħa tħabbar il-ftehim bejn l-Air Malta u l-Alitalia li fuqu se jkomplu jsiru d-diskussjonijiet b’risq il-futur tal-linja tal-ajru nazzjonali. F’intervista ma’ RITIANNE AGIUS il-Ministru Edward Zammit Lewis iwieġeb ħafna mill-mistoqsijiet li jinsabu fuq fomm kulħadd b’rabta malfutur tal-Air Malta. (Ara wkoll paġna 9)
LIEMA KIENU L-EWWEL MIRI TAL-AIR MALTA?
Il-Ministru nkarigat mill-Air Malta jispjega li din il-linja tal-ajru l-Gvern preżenti wiritha fi stadju ta’ pjan ta ristrutturar li kien filproċess u li kien mifthiem minn Gvern preċedenti. “Minħabba li l-kumpanija kienet se tfalli bejn l-2011 u l-2012, dak il-Gvern daħal fi ftehim mal-Kummissjoni Ewropea biex din tirċievi l-flus bil-patt u l-kundizzjoni li ssegwi pjan ta’ ristrutturar maqbul.” Madankollu jsostni li din kienet miżura eċċezzjonali, għax linji tal-ajru mhux suppost jirċievu state aid, u għalhekk dawn il-fondi setgħu jingħataw biss darba. “Dik hi s-sitwazzjoni li sibna.” Iżid li l-linja tal-ajru ma kellhiex direzzjoni, minkejja li suppost kienet qed tagħmel dan ir-ristrutturar. Ħafna mill-objettivi lanqas kienu għadhom intmessu, wisq inqas intlaħqu. L-ewwel prijorità kienet li l-linja nazzjonali tibqa’ tiffunzjona; xi ħaġa li ma kinitx faċli fis-sitwazzjoni finanzjarja li kienet tinsab fiha. It-tieni prijorità kienet li jissokta l-pjan ta’ ristrutturar b’mod li jintlaħqu l-objettivi, u li jiġi mibgħut rapport lill-kummissjoni biex tevalwa fiex qegħdin. “Sas-sena 2015 ilħaqna ħafna mill-objettivi u dħalna f ’diskussjonijiet mal-kummissjoni biex navżawha x’qed isir.”
GĦALFEJN INTGĦAŻEL SIEĦEB STRATEĠIKU BARRANI?
Fl-essenza: L-Air Malta kellha tibqa’ topera b’mod normali flistess waqt li jintlaqħu l-miri maqbula malKummissjoni Ewropea.
Minkejja li l-objettivi qed jintlaħqu, il-Gvern ma riedx jieqaf biss mal-pjan ta’ ristrutturar. “Ridna linja tal-ajru li tħares ’il quddiem,” jisħaq il-Ministru. “U hawn jidħol ukoll id-dibattitu li kellna fil-Parlament din il-ġimgħa.” Jispjega li l-argumenti tal-oppożizzjoni kienu jduru madwar il-fatt li, ġaladarba l-pjan ta’ ristrutturar irnexxa, ma kinx hemm bżonn ta’ passi ulterjuri. “Ir-risposta hija sempliċi; aħna rridu futur għall-Air Malta, u mhux Air Malta talFl-essenza: break-even.” Dwar il-mistoqsija għalfejn il-Gvern ma jdaħħalx investituri Kien hemm Maltin li jixtru ishma mil-linja tal-ajru, bħal ma hu l-każ tal-BOV, bżonn mhux il-Ministru jispjega li l-Air Malta diġà rċeviet il-flus bejn l-2004 u biss ta’ l-2012. Iżda meta mudell kummerċjali ma jkunx qed jaħdem, inutli injezzjoni titfa’ l-flus fih mingħajr ma tibdlu, għax inkella l-problema tiġi po- finanzjarja, sposta imma mhux solvuta, u l-flus tħotthom u terġa’ tispiċċa fejn imma bidla kont. Jisħaq li dan kien ir-riżultat kull meta ġew ippumpjati l-flus fil-mudell kummerċjali li fl-Air Malta mingħajr ma nbidel il-mudell. “Aħna ridna li nsibu sħubija strateġika, u mhux biss kwistjoni li tkun ibbażata ġġib il-flus,” jisħaq Zammit Lewis. Bi sħubija mal-Alitalia, li tif- fuq mudelli forma parti mil-linja tal-ajru globali Etihad u li hija waħda mill-ik- ta’ kumpaniji tar sofistikati, se jinfetaħ bieb għall-aħjar prattiċi, għal prezzijiet barranin li aħjar fejn jidħol xiri ta’ fjuwil, għal teknoloġija tal-informazzjoni kisbu suċċessi iktar avvanzata, u taħriġ tal-ħaddiema, fost oħrajn. “Linja tal-ajru kbar li għandha biss seba’ ajruplani fix-xitwa u disgħa fis-sajf, ma tistax iġġib dan kollu waħedha.” Il-Ministru jżid li dan kien pass qalbieni li kellu jittieħed fl-aħjar interess tal-linja nazzjonali u l-ħaddiema tagħha. Mistoqsi dwar il-kritika tal-Partit Nazzjonalista, il-Ministru jgħid li fuq dan issuġġett il-PN mhux biss m’għandux kredibbiltà proprju għaliex wassal lill-Air Malta f ’dan id-diżastru, imma m’għandux kredibbiltà lanqas għaliex m’għandu l-ebda pjan għal-linja tal-ajru. Dan joħroġ ċar mill-fatt li d-deputati tal-Oppożizzjoni mhux qed jaqblu bejniethom meta jitkellmu fuq dan is-suġġett.
L-Alitalia għaddiet minn żmien ta’ diffikultà, pero permezz tas-sħubija mal-Etihad bdiet tagħmel turnaround. “Biżżejjed ngħid li bejn din is-sena u s-sena d-dieħla l-Alitalia se tagħmel L-essenza: investiment ta’ €400 miljun.” Il-Minis- Bħala parti tru jżid li l-Kap Eżekuttiv ta’ din il-lin- minn grupp ja tal-ajru, Cramer Ball, qed jistenna li kbir globali, jbiddel il-kumpanija għal waħda profit- l-Air Malta tabbli, bir-riżultati li diġà bdew jinħas- tibbenefika su. Isostni li l-Etihad għandha fost minn l-aqwa persuni fis-settur tal-avjazzjoni esperjenza kummerċjali, u bl-istess mod li dawwru usa, netwerks r-rotta tal-Alitalia, jistgħu wkoll idawwmifruxa, u ru r-rotta tal-Air Malta. Mistoqsi rigward il-benefiċċju ta’ prezzijiet netwerk ikbar, il-Ministru jgħid li bħa- ta’ fjuwil lissa għaddej studju bejn in-netwerk vantaġġjużi, tal-Air Malta u dak tal-Alitalia. “Aħna fost oħrajn. daħħalna nies esperti mhux biss mill-aspett tal-avjazzjoni, imma wkoll mill-aspett tat-turiżmu.” Jispjega li għalhekk dan in-netwerk irid jiġi studjat sew, biex nimmassimizzaw il-potenzjal turistiku ta’ pajjiżna. “Jekk naħdmu bil-għaqal wara dan l-ewwel pass, nara vantaġġi li nistgħu nieħdu mis-sinerġija mal-Alitalia u l-Etihad, li dawn tal-aħħar għandhom netwerk mad-dinja kollha.” Il-Ministru jisħaq li biex din ir-rotta tiddawwar se jkun hemm bżonn li niffaċċjaw sfidi ġodda, fosthom li jinbidlu l-prattiċi tax-xogħol. “Kellna l-għażla li nagħmlu bħal ħaddieħor u nħallu kollox kif kien, jew inkella li niffaċċjaw is-sitwazzjoni. Aħna responsabbli u għażilna li niffaċjaw is-sitwazzjoni.” Iżid jgħid li b’dan il-ftehim issa hemm raġġ ta’ tama ġdid għal linja tal-ajru nazzjonali.
HEMM ĊANS LI L-AIR MALTA TITLEF L-IDENTITÀ TAGĦHA? Mistoqsi jekk hemmx ċans li l-Air Malta titlef l-identità tagħha u tiġi emalgamata kompletament ma’ linji tal-ajru oħrajn bħall-Alitalia, il-Ministru jwieġeb bla tlaqliq li dan il-fattur kien wieħed minn żewġ prinċipji li l-Gvern beda n-negozjati Fl-essenza: bihom, u li kien għamilha ċara mill-bidu Le, dan huwa nett li dawn mhumiex negozjabbli. prinċipju “L-ewwel prinċipju kien li l-Gvern iżomm li mhux l-ishma maġġoritarji fl-Air Malta, u t-tieni prinċipju kien li l-Air Malta brand tibqa’ negozjabbli Air Malta.” Isostni li dawn iż-żewġ aspetti diġa’ ġew innegozjati u kien hemm qbil fuqhom, allura mhumiex se jinbidlu fil-kumplament tad-diskussjonijiet li se jsegwu l-MoU.
IX-XOGĦOL TAL-IMPJEGATI SE JIĠI SALVAGWARDJAT?
Finalment, il-Ministru jisħaq li l-ħaddiema se jkunu l-istakeholder ewlieni biex tiddawwar ir-rotta tal-Air Malta. “Jien kellimt lill-ħaddiema qabel ma kellimt lill-midja; iridu jgħinuna biex naslu.” Isostni li fil-bidu t-triq mhix se tkun faċli, iżda hija triq li se tiftaħ ħafna op- Fl-essenza: portunitajiet. Hemm qafas li huwa lest L-istudju dwar biex issir il-ħidma, fosthom permezz ir-riżorsi umani tal-eks President George Abela, li mhux għadu għaddej, biss huwa espert fil-liġi industrijali, iżda iżda l-Gvern wkoll għandu għall-qalbu lill-ħaddie- irid li jiggaranma. Il-pass li jmiss huwa li jiġi innegoz- tixxi xogħol lil kulħadd. jat ftehim kollettiv ġdid. “Jien nappella għar-raġonevolezza u għas-sens komun; li l-ħaddiema jħarsu fit-tul ħalli jkollna linja tal-ajru li hija vijabbli, u li għalhekk tkun tista’ tiftaħ opportunitajiet mhux biss lilhom imma wkoll liż-żgħażagħ tagħna.” Jispjega li għaddej studju dwar kemm hemm bżonn nies fl-Air Malta, iżda li huwa ċert f ’dan l-istadju huwa li l-Gvern qed jaħseb biex ikun hemm xogħol għal kulħadd, u xogħol ta’ dinjità. “Irridu biss li l-ħaddiema jkunu magħna f ’din il-mixja mportanti.”
04 01|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
L-GĦAŻLA TAL-FJUWIL FI ŻMIEN IL-PN U L-EFFETTI FUQ IS-SAĦĦA...
“AVVIŻ LEGALI LI ĦAREĠ FL-2009 DAWWAR IR-ROTTA LURA” Dr Jason Bonnici GLEN FALZON glen@kullhadd.com
Fid-dawl tal-kummenti li għadda ftit tal-jiem ilu fil-Parlament ilKap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, fejn sostna li l-Partit Nazzjonalista (PN) kellu fuq il-mejda l-istess proposta għallbini tal-power station ġdida f ’Dellimara ħafna qabel l-aħħar elezzjoni li għaddiet, proprju fl-2009, liema proposta kellha twassal għall-kwalità ta’ arja aħjar iżda xorta waħda ġiet rifjutata mill-PN u ma sar xejn dwarha, f ’kummenti li ta lil din il-gazzetta t-Tabib Dr Jason Bonnici kkonferma li minkejja li sal-2009 kien hemm kunsens nazzjonali li l-ġenerazzjoni tal-elettriku għandha tkun bil-gass bħala karburant, kien proprju avviż legali li dawwar ir-rotta lura u għalhekk ittieħdet deċiżjoni millamministrazzjoni preċedenti biex jibqa’ jintuża karburant li jħammeġ u jmarrad aktar. Dan kollu wassal biex pattiet qares saħħet il-Maltin u l-Għawdxin kollha, b’mod partikolari dawk li jgħixu fl-inħawi ta’ Dellimara. Dan ikompli jikkonferma li Busuttil, li kien jagħmel parti integrali mill-aħħar gvern Nazzjonalista liema gvern kien falla milli jagħlaq il-power station tal-Marsa, la ried li jkun hemm impjant li jaħdem bil-gass f ’Dellimara, la ried kontijiet orħos għall-familji Maltin u Għawdxin kollha, u wisq anqas ried li tittejjeb ilkwalità tal-arja.
kellu l-PN fejn tidħol il-politika tal-enerġija kienu li jerġgħu jogħlew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma kif ukoll kien lest jibgħat lill-familji Maltin u Għawdxin jaħslu l-ħwejjeġ u jużaw l-ilma fil-magni tal-ħasil filgħaxija. B’kuntrast għal dan, Gvern Laburista mhux talli raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’medja ta’ 25% lill-familji kollha Maltin u Għawdxin u linnegozji, iżda talli wkoll għalaq għalkollox il-power station tal-Marsa, u dalwaqt se tkun inawgurata power station ġdida li taħdem bil-gass f ’Dellimara. Dan apparti l-fatt li għadhom għaddejjin proċeduri l-Qorti b’rabta ma’ individwi li huma Proposti fażulli implikati fl-akbar skandlu li qatt ra pajjiżna, dak tax-xiri Fil-fatt, l-unika soluzzjonijiet li taż-żejt, liema każ seħħ taħt
ieħor tal-istess perjodu kien wera li sa 2 kilometri madwar impjant tal-ġenerazzjoni talelettriku tal-Marsa r-riskju ta’ kanser fil-pulmun kien aktar mir-rata medja tal-pajjiż. Mitlub jgħid x’se jkunu l-benefiċċji ta’ dawn iż-żewġ proġetti kbar, Bonnici qal li f’pajjiżna nafu li għandha rata għolja ta’ tfal u adulti li jbatu minn għadd ta’ allerġiji fosthom dik tal-imniffsejn u tal-għajnejn, kif ukoll l-ażma u l-ekżema. “Fil-fatt, għandna fost l-ogħla rati fid-dinja għal kull kategorija għal bosta snin u dawn il-persuni jkollhom aktar sintomi meta jogħla u jiżdied ittniġġis fl-arja.” Diġà bdiet differenza
amministrazzjoni preċedenti, u li għalih ingħatat maħfra Presidenzjali u ftit taż-żmien ilu rriżulta li l-Qorti stess mhux temmen il-verżjonijiet ta’ George Farrugia nnifsu, minkejja li dan huwa marbut b’ġurament li jgħid il-verità kollha.
Domino effect
Dr Bonnci qal li “aktar ma jkun hemm trab fin fl-arja aktar ikollna nies ibatu minn sintomi marbuta ma’ dawn il-kundizzjonijiet, aktar ikun hemm nies li jfittxu kura medika, aktar nies li jieħdu aktar mediċini, aktar nies li jfittxu għajnuna medika fis-servizzi tal-emerġenza fil-komunità, aktar nies li jfittxu s-servizzi talemerġenza fil-isptarijiet u aktar nies li jiġu ammessi għall-kura fl-isptarijiet.” Dan kollu barra l-konsegwenzi tal-mard, ifisser ukoll żmien li l-persuna tqatta’ ‘l bogħod mill-familja u mix-xogħol, kif ukoll spejjeż għall-pajjiż u telf ta’ introjtu minn xogħol ghallpersuna kkonċernata.
Mitlub jikkummenta dwar kemm huwa importanti għas-saħħa tal-bniedem li ngħalqet il-power station talMarsa u l-bini ta’ oħra ġdida f ’Dellimara li taħdem bilgass, it-Tabib Bonnici fisser li t-trab fin fl-arja jaffettwa s-saħħa tan-nies li jbatu minn mard kardjovaskulari u dak Madwar 300 mewta fis-sena respiratorju.
Bonnici żed jgħid li sfortunatament ikun hemm ukoll imwiet tal-għeżież tagħna minħabba attakki tal-qalb u/ jew attakki tan-nifs. Fil-fatt, rapport tal-2015 u li kien anke deher fil-mezzi tax-xandir kien ta stima ta’ madwar 300 mewt fis-sena marbuta mal-kwalità tal-arja. It-Tabib Bonnici spjega li l-gass huwa karburant ħafna aktar nadif mill-HFO u għaldaqstant meta jinħaraq jipproduċi ħafna anqas trab fin fl-arja. Dan ifisser li l-qalba għall-gass għandha tfisser anqas sintomi ta’ mard kardjovaskulari u respiratorju għall-Maltin u l-Għawdxin. Mard ikkawżat mill-HFO Apparti minn hekk, madwar 15-il sena ilu, kien hemm studju li wera li r-rata ta’ korrimenti flinħawi ta’ 2 kilometri madwar l-impjant tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Marsa kienet 4 darbiet aktar mir-rata filkumplament tal-pajjiż. Studju
tinħass
id-
Intant, proprju ftit tal-jiem ilu biss, sena wara li Enemalta tfiet l-aħħar impjant tal-elettriku fil-power station tal-Marsa, ir-residenti u l-ħaddiema fillokalitajiet tal-inħawi jistgħu jgawdu minn titjib fil-kwalità talarja. Minn meta l-power station tal-Marsa ntfiet u tpoġġiet fuq cold standby fil-bidu tas-sena 2015, l-emissjonijiet tal-carbon dioxide (CO2) fl-inħawi naqsu b’madwar 761,000 tunnellata fis-sena, il-medja tal-livelli reġistrati bejn l-2010 u l-2014. Sabiex tilħaq dan il-livell ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet serra li jwasslu għat-tibdil fil-klima, kien ikun jeħtieġ installazzjoni ta’ pannelli tax-xemx kbira daqs 900 grawnd tal-futbol. Studji tal-monitoraġġ talkwalità tal-arja li saru f’Jannar 2016 juru li l-emissjonijiet tal-gassijiet sulphur dioxide (SO2) fl-istess inħawi naqsu b’madwar 80% meta mqabbla mas-snin meta l-istazzjon kien għadu jaħdem. Fil-fatt, illivelli ta’ SO2 mkejla fl-inħawi tal-power station din is-sena kienu kważi fl-istess livelli ta’ dawk osservati fl-istazzjoni talmonitoraġġ tal-arja Global Air Watch tal-Università ta’ Malta, fil-Fanal tal-Ġordan, fl-Għarb, Għawdex. Titjib ieħor kien irreġistrat fl-emissjonijiet NO2, għalkemm dan it-tip ta’ tniġġis jiġi kkawżat ukoll minn sorsi oħrajn, fosthom il-karozzi. L-Enemalta spjegat ukoll li r-residenti fil-lokalitajiet talinħawi m’għadhomx jilmentaw dwar trab iswed fil-proprjetajiet tagħhom fil-Marsa, Raħal Ġdid, il-Fgura, il-Ħamrun, Ħal Tarxien u rħula oħrajn flinħawi. L-aħħar rapporti ta’ trab iswed li waslu għand Enemalta jmorru lura għall-2013. F’Marzu 2011, rapport tal-Prof. Alfred J. Vella kien ikkonferma li “malli l-Marsa Power Station tingħalaq, it-trab iswed x’aktarx jonqos b’mod konsiderevoli.”
LOKALI
kullhadd.com
01|05|2016 05
IT-TRIBUNAL TAD-DROGA RA KWAŻI 500 KAŻ F’SEBA’ XHUR
“QED NIŻGURAW LI JKUN HEMM INQAS KRIMINALI U INQAS ADDICTS”
Il-Kummissarju Vicky Scicluna
xhur ħabs, multa ta’ €500, jew it-tnejn f ’daqqa. “Jekk persuna ma tikkoperax is-sitwazzjoni teskala,” tisħaq Scicluna.
Minn meta bdew is-seduti tat-Tribunal għall-utenti u l-vittmi tad-droga f ’Settembru li għadda, dan it-Tribunal ippresedut mill-Kummissarju Vicky Scicluna ra b’kollox iktar minn 480 każ. Minkejja dan l-ammont kbir ta’ każijiet f ’perjodu qasir ta’ seba’ xhur, il-Kummissarju Scicluna saħqet mal-KullĦadd li kull persuna tingħata attenzjoni individwali. “Għalkemm in-numri huma importanti, jien niżgura li kull persuna tingħata l-ħin neċessarju għall-każ individwali tagħha.”
Għajnuna immedjata tagħmel differenza kbira
Il-pulizija pajżana u l-qraba tal-utenti wkoll għandhom rwol Il-Kummissarju tispjega li meta l-persuna tidħol fil-kamra tattribunal issib lilha u lill-pulizija li jkunu lebsin b’mod pajżan. “Jien nitkellem ma’ kull klijent li jattendi u nipprova nrendi l-konverżazzjoni u l-mistoqsijiet personali kemm jista’ jkun ħalli nieħu stampa aħjar tal-ħajja talpersuna.” Scicluna tispjega kif tistaqsi lill-persuna għalfejn qed tuża d-drogi, u minn hemm tissokta d-diskussjoni ibbażata fuq dak li joħroġ mid-dettalji tar-risposta. Hawnhekk il-pulizija wkoll jieħdu l-irwol ta’ persuni li jridu jagħtu l-għajnuna, u jinkoraġixxu lil dawk li għandhom bżonn din l-għajnuna biex jaċċettawha. Scicluna tispjega li fil-kamra ma jkun hemm ebda viżitaturi, bħal ma jista’ jkun hemm preżenti filQorti, iżda l-qraba tal-persuna jistgħu jakkumpanjawha, speċjalment jekk din tkun taħt l-età. Il-qraba li jattendu s-seduta wkoll għandhom rwol importanti għaliex jgħinu biex
tiġi provduta stampa aktar ċara tal-istil ta’ ħajja tal-persuna u l-aġir tagħha. “Ġeneralment il-persuni jikkoperaw u japprezzaw li qed nieħdu interess fis-sitwazzjoni u fil-bżonnijiet tagħhom, u li qed nippruvaw nagħtu l-għajnuna.” Il-Kummissarju tisħaq li xi wħud saħansitra jinfaqgħu jibku meta jħossu li hemm xi ħadd li jimpurtah mill-problemi tagħhom, filwaqt li oħrajn jiddikjaraw li din l-esperjenza kienet biżżejjed biex iġġiegħlhom jirrealizzaw li d-drogi huma ħżiena u li jġibu biss konsegwenzi negattivi. Minn hemmhekk Scicluna tipproċedi billi tibgħat ir-referrals lill-aġenziji speċjalizzati, u tibqa’ ssegwi l-każijiet skont il-bżonn.
utenti tad-droga. L-ewwel tip huwa dawk li jużaw id-drogi b’mod rikreattiv; jiġifieri dawk li jibdew jesperimentaw biddrogi għall-gost. It-tieni tip huma l-utenti; jiġifieri dawk li qegħdin jużaw id-droga regolari b’mod li resqin lejn il-vizzju. Imbagħad it-tielet tip ta’ utenti huma l-addicts; jiġifieri dawk li nqabdu l-ewwel darba, iżda jkunu ilhom jużaw id-droga. Dawk li nqabdu l-ewwel darba, magħrufa bħala firsttime offenders, jistgħu jaċċettaw l-għajnuna b’mod volontarju. Madankollu, dawk li jerġgħu jinqabdu jiġu obbligati jaċċetaw l-għajnuna. “Jien nibgħat referral lid-Drug Offenders Rehabilitation Board li min-naħa tiegħu jgħaddi d-dettalji lill-ħaddiema soċjali, li eventwalment tiltaqa’ malQuddiem it-tribunal jidhru persuna u tfassal pjan ta’ kura li jrid jiġi osservat. Jekk il-persuna tliet tipi ta’ utenti ma ssegwix dan il-pjan, din Il-Kummissarju tispjega li f ’dan titressaq quddiem maġistrat u it-tribunal jidhru tliet tipi ta’ tista’ tiġi ssentenzjata għal tliet
Scicluna tispjega li s-sistema ġiet imfassla b’tali mod li dawk l-utenti rikreattivi li użaw iddroga darba u jirrealizzaw li għamlu żball, ikunu jistgħu jħallsu l-penali u jibqgħu għaddejjin b’ħajjithom, mingħajr ma tintmess ilkondotta. Madankollu, dawk l-utenti li qegħdin fit-triq talvizzju jaf jispiċċaw jidhru quddiem it-tribunal għattieni darba, u hemm tiskatta l-proċedura ta’ għajnuna obbligatorja. Il-Kummissarju tisħaq li l-għajnuna immedjata li tingħata f ’din is-sistema hija kruċjali għall-futur ta’ dawn il-persuni. Għal dawk li jużaw id-drogi b’mod rikreattiv, din l-esperjenza ġeneralment tkun biżżejjed biex tgħinhom jiffaċċjaw ilkonsegwenzi negattivi tad-drogi u jwaqqfuhom għalkollox. Millbanda l-oħra, l-utenti jinqabdu fi stadju bikri u b’hekk jirċievu l-għajnuna neċessarja minn kmieni biex ma jkomplux fittriq tal-vizzju u jsiru addicts. L-addicts, imbagħad, jingħataw għajnuna immedjata biex tittaffa l-problema u jibdew jirkupraw. It-tribunal itaffi l-piż millQrati Huwa kkalkulat li aktar minn kwart tal-persuni residenti filFaċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jistennew li tinqata’ s-sentenza tagħhom mill-Qorti.
Mistoqsija jekk dan it-tribunal itaffix il-piż minn fuq il-Qorti, Scicluna ssostni li dan żgur huwa l-każ. F’seba’ xhur ittribunal ra qrib il-500 każ. Kieku dawn il-każijiet kien ikollhom jidhru quddiem il-Qorti. Hekk il-Qorti issa tista’ tikkonċentra aktar fuq każijiet oħra li jridu jidhru quddiem Maġistrat. “Għalhekk it-Tribunal mhux biss qed joffri għajnuna fil-ħin, imma qiegħed jevita wkoll li jinħolqu aktar kriminali, għaliex qed jinqabdu kmieni. B’dan ilmod it-Tribunal qed jgħin ukoll biex inaqqas il-kriminalità.” Scicluna ssostni li normalment l-użu tad-droga huwa sinjal ta’ dwejjaq jew problem. “Huwa lingwaġġ li jkellimna dwar kawża li trid tiġi mifhuma.” Il-Kummissarju ssostni li, wara kollox, Kapitlu 537 huwa intitolat Treatment not Imprisonment. “B’hekk qed nirrikonoxxu li l-mod kif niġġieldu d-droga huwa billi noffru l-għajnuna, u fejn neċessarju, nimponuha. B’din illiġi qed niżguraw li jkun hemm inqas kriminali, inqas addicts, u aktar persuni li huma konxji talħsara li d-drogi jagħmlu fil-ħajja ta’ kull persuna li tagħmel użu minnhom.”
06 01|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
SAID JGĦID MOD U L-PROVI IEĦOR ALEANDER BALZAN aleander.balzan@one.com. mt Biex jiddefendi d-‘deal’ elettorali lejliet elezzjoni ġenerali b’rabta ma’ art fin-Naxxar, l-eks Ministru Chris Said qal li l-Awtorità tad-Djar ma kinitx interessata li tibni iktar proprjetà. Skont hu din kienet waħda mir-raġunijiet għaliex l-art li fuqha kien hemm proġett ta’ housing soċjali ngħatat lill-privat fil-bidu tal-2013. Iżda, minn tagħrif li kisbet il-KullĦadd jirriżulta li kien hemm 40 sit tal-housing li kellhom permess validu mill-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar biex fuqhom isir żvilupp. Permessi li kollha kienu validi sad-9 ta’ Marzu 2013, il-jum li fih inbidlet l-Amministrazzjoni. Iktar minn hekk jirriżulta li numru sostanzjali ta’ applikazzjonijiet u tiġdid ta’ permessi kienu ffirmati minn Albert Buttigieg, l-eks Kap Eżekuttiv tal-Awtorità li ma’ Chris Said iffirma l-approvazzjoni biex l-art tingħadda lill-privat. Buttigieg li llum huwa kandidat nazzjonalista, ukoll ġab l-istess skuża ta’ Said, bil-fatt li għandna f ’idejna juru li fuq kollox din hija skuża li ma treġiex. Is-sorsi tagħna jikkonfermaw fl-aħħar jiem li l-uniċi drabi fejn l-Awtorità tad-Djar titlaq art minn idejha hi meta din issir green area u għalhekk ma jkunx baqa’ skop għaliex tibqa’ għand l-Awtorità. “U d-dokumenti li naraw ta’ spiss juru li l-affarijiet ma kinux isiru kif għamilhom Chris Said lejliet elezzjoni ġenerali. Hemm ċerti proċeduri li jkunu segwieti li f ’dan il-każ ma sarux,” qalu s-sorsi tagħna. Kienet il-gazzetta KullĦadd li fl-aħħar ġimgħat żvelat kif talba li kienet ilha tkun irrifjutata bosta snin kienet milqugħa mal-bidu ta’ kampanja elettorali. Bil-kuntratt bejn id-Dipartiment tal-Artijiet u l-privat isir proprju fis-7 ta’ Marzu 2013, 48 siegħa qabel l-elezzjoni ġenerali. Il-Ħadd li għadda imkejjen fid-Dipartiment tal-Artijiet qalulna li d-deal kien wieħed imbażwar anke għaliex l-ittra ta’ Chris Said m’għandiex is-saħħa ta’ deċiżjoni tal-bord. Filfatt fl-aħħar jiem kien irrapportat kif il-bord tal-Awtorità tad-Djar qatt ma’ approva li din l-art ma tibqax għand l-Awtorità biex il-piż tad-deċiżjoni fi żmien gvern caretaker refaħa l-Ministru.
LOKALI
kullhadd.com
01|05|2016 07
TONQOS IT-TQALA FOST TFAJLIET MINORENNI
“AKTAR KUXJENZA, RESPONSABBILTÀ U EDUKAZZJONI”
GLEN FALZON ukoll li jsiru programmi ta’ prevenzjoni glen@kullhadd.com speċifiċi għall-istudenti tal-Form Servizz Għożża huwa servizz 4, segwiti minn laqgħat informazzjoni minn fi ħdan id-Direttorat għas- ta’ Servizzi Edukattivi li joffri speċjalisti fil-qasam mediku, għajnuna u appoġġ lit-tfajliet legali, edukattiv u soċjali – minorenni, lis-sieħeb u lill- dan isir biex kemm it-tfajliet ġenituri tagħhom ilkoll. Dan kif ukoll is-sieħeb u l-ġenituri jintlaħaq permezz ta’ għadd jkollhom informazzjoni li ta’ programmi speċifiċi u tkun korretta u wkoll linja sessjonijiet għal tal-apposta gwida fuqiex jimxu – u flli jsiru biex dawn it-tfajliet u aħħar nett jingħata wkoll l-familjari tagħhom jingħataw counselling għat-tfajla tqila, l-għajnuna kollha possibbli. is-sieħeb tagħha u l-ġenituri Kien proprju għalhekk li tagħhom. Dan kollu fid-dawl l-gazzetta KullĦadd tkellmet tal-fatt li meta tfajla tinqabad mal-uffiċjal responsabbli tqila, kemm hi kif ukoll dawk minn dan is-servizz Melanie ta’ madwarha jesperjenzaw Bonavia fejn ingħatat ħarsa diversi emozzjonijiet kif ukoll lejn is-servizzi li huma offruti, diffikultajiet. in-numru ta’ każijiet li qed jiġu trattati bħalissa, kif ukoll xi Sforz kollettiv esperjenzi li ġew irrakkontati lilna minn tfajliet li rrikorrew Skont informazzjoni li għal dan is-servizz. ngħatat fil-Parlament riċentament jidher li hemm Għadd kbir ta’ programmi tendenzi li kulma jmur qed jonqsu l-każijiet ta’ tqala fitMitluba tgħid fiex jikkonsistu tfajliet. X’inhuma l-fatturi li d-diversi sessjonijiet li jsiru, kkontribwew għal dan? jew Melanie elenkat għadd din hija biss kumbinazzjoni? kbir minn dawn fosthom Melanie spjegat li huwa programm speċifiku għat- diffiċli li wieħed isemmi tfajla tqila li jsir tliet darbiet l-fatturi kollha li setgħu fil-ġimgħa, grupp ta’ appoġġ għenu biex in-numru ta’ li jiltaqa’ darba fil-ġimgħa tfajliet li ġew referuti naqqas għat-tfajla omm u t-tarbija, tul dawn l-aħħar snin. “Però programm ta’ appoġġ għall- nemmen li l-isforz kollettiv li ġenituri tal-ommijiet u sar minn ħafna professjonisti missirijiet żgħażagħ, kif ukoll għen biex inħolqot aktar responsabbiltà programmi ta’ prevenzjoni kuxjenza, għall-ġenituri fl-iskejjel u edukazzjoni fejn tidħol sekondarji kemm tal-Istat tqala ta’ minorenni,” stqarret kif ukoll tal-Knisja u dawk Melanie. Żiedet tgħid li bħala servizz indipendenti. Fil-fatt, Melanie spjegat dejjem għamlu ħilithom
kollha biex jaħdmu malġenituri għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-ġenituri huma l-ewwel għalliema. Melanie qalet ukoll li “fil-fatt, wieħed mis-seminars li nagħmlu huwa proprju għall-ġenituri li jkollhom it-tfal tagħhom filForm 1. Is-seminar innifsu jenfasizza l-importanza li l-ġenituri mhux biss ikunu mgħarrfa dwar il-bidliet fiżiċi, sesswali, emozzjonali u psikoloġiċi ta’ wliedhom iżda nenfasizzaw l-importanza li bħala ġenituri jinvestu f ’komunikazzjoni effettiva.” Barra minn hekk, f ’dawn isseminars il-ġenituri jingħataw ukoll l-ispazju fejn ilissnu l-biżgħat u d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fittrobbija ta’ wliedhom. 16-il każ s’issa din is-sena Mistoqsija dwar l-ammont ta’ tfajliet li din is-sena rrikorrew għal dawn is-servizzi, Melanie sostniet li l-istatistika tagħhom tinġabar fuq bażi annwali, iżda bejn Jannar u April ta’ din is-sena, kien hemm 16-il każ li ġie riferut għas-servizzi tagħhom. Kien hawnhekk li Melanie enfasizzat li mhux kull każ jiġi ttrattat bl-istess mod u dan għaliex meta tfajla tiġi kkuntattjata, wieħed irid jara l-ewwel u qabel kollox x’inhuma l-ħtiġijiet tat-tfajla f ’dak il-mument partikolari u jkun issuġġerit lilhom pjan ta’ azzjoni li jilħaq il-bżonnijiet tat-tfajla f ’dak iż-żmien tant delikat.
Minkejja dan kollu, Melanie fissret li hemm tfajliet li x-xewqa tagħhom tkun li jibqgħu jattendu l-iskola b’mod regolari, allura tingħata għajnuna wkoll lil dawn it-tfajliet biex jintlaħaq bilanċ bejn li tkun studenta adoloxxenti u omm żagħżugħa bir-responsabbiltajiet kollha li din iġġib magħha. Mitluba tgħid fiex jikkonsistu l-programmi ta’ prevenzjoni għall-istudenti tal-Form 4, Melanie spjegat li hemm żewġ programmi prinċipali ta’ prevenzjoni għal dawn l-istudenti, wieħed għat-tfajliet u ieħor għallġuvintur. “L-għan ta’ dawn il-programmi hu li niddiskutu mal-istudenti issues kurrenti relatati ma’ relazzjoijiet u esperimentazzjoni sesswali permezz ta’ fatti u esperjenzi konkret.” “Dan nagħmluh biex inkomplu nsaħħu x-xogħol siewi li diġà jsir fl-iskejjel. F’dawn il-programmi nenfasizzaw li wara kull deċiżjoni li tittieħed hemm ukoll marbuta responsabbiltà,” fissret l-uffiċjal responsabbli minn dan is-servizz. Jitkellmu t-tfajliet li jużaw dan is-servizz Mistoqsija dwar jekk forsi kienx hemm xi esperjenza li baqgħet ittimbrata f ’moħħha, Melanie b’sodisfazzjoni qalet li ġieli tirċievi telefonati minn tfajliet li jkunu ilhom snin twal ma jattendu imma fil-verità
jċemplu biex jieħdu parir fuq it-trobbija u l-edukazzjoni ta’ wliedhom. “Din hija xi ħaġa li tolqotni ħafna u turini wkoll x’responsabbiltà kbira għandna fix-xogħol li nagħmlu. Is-sodisfazzjon tagħna hu meta tfajla tilqa’ l-isfidi ta’ omm żagħżugħa bir-responsabbiltajiet kollha li dawn iġibu magħhom u jirnexxilha teduka ruħha mhux biss fuq livell akkademiku, iżda wkoll fuq livell emozzjonali u psikoloġiku,” enfasizzat Melanie. Intant, din il-gazzetta tkellmet ukoll ma’ żewġ tfajliet li qasmu l-esperjenzi tagħhom dwar dan is-servizz. Waħda minnhom sostniet bla tlaqliq li Servizz Għożża għenha ssir aktar kunfidenti fi żmien fejn kien diffiċli ħafna għaliha. “Minkejja li sibt appoġġ mingħand il-familja tiegħu, Servizz Għożża għeni biex ma nħossnix waħdi billi naqsam l-esperjenzi tiegħi ma’ tfajliet oħrajn li kienu għaddejjin mill-istess sitwazzjoni tiegħi. Tfajla oħra kompliet fejn ħalliet din il-persuna u qaltilna li hi bdiet tattendi dan isservizz u fl-istess ħin kompliet bl-istudji tagħha. “Minkejja li kont tqila, xorta ridt li nagħmel l-eżamijiet tal-Livell Ordinarju. Dan is-servizz għeni mhux biss biex nieħu ħsieb it-tarbija tiegħi, iżda għeni niffaċċja wkoll l-isfidi li kont niltaqa’ magħhom ta’ kuljum,” temmet tgħid din ittfajla omm.
08 01|05|2016
MIL-LUM JORĦOS IL-GASS
Mil-lum il-Maltin se jibdew igawdu mill-irħas prezz tal-gass flaħħar ħames snin. Dan meta jerġa’ jidħol fis-seħħ roħs ieħor li se jara ċilindru tal-gass jinżel għal €14.50 minn €15. Fi stqarrija tal-gvern intqal li dan ir-roħs se jibqa’ stabbli fuq medda ta’ diversi xhur bħala parti mill-politika ta’ stabbilità fuq il-prezzijiet tal-gass mill-Gvern. Il-Gvern, tul dawn it-tliet snin ħadem biex il-prezzijiet tal-gass ukoll ikunu stabbli. Fl-istqarrija ntqal li permezz tal-politika ta’ stabbilità kemm il-familji kif ukoll in-negozji qed ikollhom l-opportunità li jippjanaw u jqassmu l-ispiża tagħhom fuq medda ta’ xhur. Dan kuntrarjament għal dak li kien jiġri fi żmien Gvernijiet tal-Partit Nazzjonalista meta kull l-aħħar tax-xahar kien jinbidel kemm il-prezz tal-fjuwil kif ukoll il-prezz tal-gass.
IL-BERĠA TA’ ST LUĊIJA F’IDEJN IL-KUNSILL
Bħala parti minn proġett ta’ devoluzzjoni tal-bereġ lill-kunsilli lokali, ilbieraħ ġiet devoluta l-Berġa ta’ Santa Luċija lill-kunsill lokali tal-istess lokalità. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-bereġ, 54 b’kollox, huma pilastru ewlieni tas-servizzi tas-saħħa fil-komunità u qed issir ħidma biex ikomplu jissaħħu. Kull sena jkun hemm aktar minn 200,000 vista fil-bereġ madwar Malta u Għawdex. “Bħalma għamilna f ’numru ta’ bereġ, f ’din ukoll se nkunu qegħdin noffru s-servizzi ta’ lifestyle clinics. Klinika li l-għan tagħha mhux biss li tfejjaq, iżda li tipprevjeni,” qal Fearne. Il-Ministru qal li l-kura primarja hija pilastru importanti fil-qasam tas-saħħa - li dan il-gvern qiegħed jieħu bis-serjetà. “Fil-jiem li ġejjin se nkunu qegħdin ninawguraw kmamar ġodda għal podjatrija fil-poliklinika ta’ Raħal Ġdid, dan barra proġett ta’ ristrutturar fil-poliklinika tal-Gżira.’’ Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo qal li l-Berġa ta’ Santa Luċija hija prodott ieħor tal-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet. Huwa qal li “permezz ta’ dan il-proġett, kull ma jmur, qed inressqu s-servizzi tas-saħħa eqreb lejn il-komunità permezz ta’ investimenti mmirati, sabiex jiġu rrinovati binjiet li qabel kienu abbandunati jew mhux użati, u s-servizz tas-saħħa fil-komunità jingħata f ’ambjent isbaħ u aktar akkoljenti.” Is-Segretarju Parlamentari Buontempo saħaq li s-servizz tassaħħa fil-komunità qed jitjieb, fost l-oħrajn, għax iċ-ċittadin qed ikun moqdi fil-lokalità tiegħu stess u grazzi għax-xogħol li qed isir, qegħdin jiżdiedu wkoll il-ħinijet tal-ftuħ.
kullhadd.com
LOKALI
LOKALI
kullhadd.com
01|05|2016 09
TITWETTAQ WEGĦDA ELETTORALI OĦRA...
JITNIEDA Ċ-CHARTER TAD-DRITTIJIET TAL-ĦADDIEMA u d-drittijiet li joħorġu mirrelazzjoni ta’ impjiegi. Filfatt, meta jkun hemm ksur ta’ liġi f ’dan ir-rigward, dan ikun nuqqas ta’ għarfien minnaħa tal-ħaddiema jew ta’ min jimpjegahom, u għalhekk huwa kruċjali li ż-żewġ partijiet ikunu infurmati tajjeb dwar x’inhuma l-kundizzjonijiet hekk kif stipulati fil-liġi.
GLEN FALZON glen@kullhadd.com
Ilbieraħ filgħodu, proprju lejliet Jum il-Ħaddiem, ilMinistru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli nediet iċ-charter tad-drittijiet tal-ħaddiema biex b’hekk twettqet wegħda elettorali oħra li fiċ-ċentru tagħha hemm proprju d-drittijiet talħaddiema. Dan iċ-charter tħejja flimkien mal-unions u mal-għaqdiet ta’ min iħaddem u jiġbor fih il-prinċipji ewlenin tal-Liġi tax-Xogħol. Dan se jkun qed jitqassam liċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin biex ikun hemm tagħrif aħjar taddrittijiet kollha tal-ħaddiema, x’inhuma dawk ir-rimedji li jeżistu kif ukoll min jista’ jkun ta’ għajnuna għall-istess ħaddiema nfushom. Fost informazzjoni oħra, dan iċ-charter se jkun qed jinkludi fih informazzjoni dwar iddrittijiet bażiċi tagħhom fosthom il-kuntratt ta’ servizz, iż-żmien tal-probation, ilpaga minima għall-2016, meta għandu jsir il-ħlas tal-paga, is-sahra, informazzjoni dwar x’inhuma s-sigħat normali tax-xogħol fil-ġimgħa, ilperjodi ta’ mistrieħ, drittijiet ta’ leave, sick leave talmaternità u forom oħra ta’ leave speċjali, il-perjodu tannotice u informazzjoni oħra dwar it-terminazzjoni ta’ impjieg.
Emendi fiż-żmien li ġej
Ingaġġ ta’ aktar spetturi Fl-aħħar tliet snin, bħala parti mill-politika tal-Gvern biex jitħarsu d-drittijiet talħaddiema, il-Gvern saħħaħ il-qasam tal-Ispettorat tadDipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Imjiegi, l-entità governattiva b’mandat biex twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-lant tax-xogħol u tara li l-ħaddiema qed jingħataw iddrittijiet kollha dovuti lilhom. Dan sar permezz tal-ingaġġ ta’ aktar spetturi tax-xogħol flimkien ma’ investimenti
oħrajn f ’mezzi u sistemi tal-informatika biex dawn l-ispetturi jkollhom l-għodod kollha neċessarji u meħtieġa biex jagħmlu xogħolhom kif suppost. It-trażżin prekarju
tax-xogħol
Pass ieħor importanti li sar biex jissaħħu d-drittijiet talħaddiema kien meta ddaħħlet liġi li l-għan ewlieni tagħha huwa li trażżan il-prattiċi taxxogħol prekarju. Fil-fatt, għal dan il-għan, il-Gvern ingaġġa
uffiċjali għal tal-apposta li l-funzjoni tagħhom hija dik li jinvestigaw kuntratti tal-provvista ta’ servizzi li jingħataw lill-Gvern. F’każijiet fejn ma jkunx hemm konformità ma’ din il-liġi, ilkuntratturi jitressqu quddiem it-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali bil-possibbiltà li jiġu blacklisted sa sentejn. Minkejja din il-ħidma tant sfiqa, kwalunkwe mezz ta’ infurzar ma jistax ikun effettiv biżżejjed jekk il-ħaddiema u min iħaddimhom ma jkunux mgħarrfa sew dwar l-obbligi
Fi kliem il-Ministru Dalli, din il-ħidma hija biss parti żgħira minn firxa wiesgħa ta’ xogħol li għaddej f ’dan il-qasam. Qalet li bħalissa qed ikunu finalizzati numru sostanzjali ta’ emendi għal-liġi tax-xogħol li għandhom jitressqu għallkonsultazzjoni pubblika lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Qalet ukoll li dan ix-xogħol qed isir fi sfond ta’ drittijiet ġodda li qed jingħataw bħal paga ndaqs għall-ħaddiema tal-kuntrattur u tal-gvern li qegħdin fuq l-istess post taxxogħol u dritt ta’ childcare bla ħlas għall-ġenituri kollha li qed jaħdmu jew li qed jistudjaw. Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali Sandra Gatt spjegat kif l-aktar ilmenti komuni li qed isib id-Dipartiment huma jew li ma tinħariġx il-payslip jew li l-paga ma tingħaddiex dirett fil-kont bankarju tal-impjegat. Qalet li fil-maġġoranza talkażijiet, dawn kienu kollha sforz nuqqas t’għarfien minnaħa ta’ min iħaddem.
L-ALITALIA TNAQQAS IT-TELF BI €381 MILJUN
L-Alitalia, is-sieħeb strateġiku magħżul biex tinnegozja miegħu l-Air Malta, ħabret ir-riżultati finanzjarji għas-sena li għaddiet u kkonfermat li tinsab fit-triq it-tajba biex is-sena d-dieħla tagħmel il-qligħ. Fil-fatt is-sena li għaddiet naqset it-telf bi tliet mija wieħed u tmenin miljun ewro. Konferma ta’ kemm is-sħubija strateġika mal-Etihad qed tbiddel is-sitwazzjoni tal-Alitalia. Fil-fatt l-elfejn u ħmistax kienet l-ewwel sena minn pjan ta’ tliet snin. Fil-fatt filwaqt li fl-elfejn u erbatax l-Alitalia tilfet ħames mija u tmenin miljun ewro, is-sena li għaddiet tilfet inqas minn mitejn milnjun ewro. Dan skont il-
pjan industrijali li qed jintlaħqu l-miri tiegħu. Iċ-ċermen tal-Alitalia, Luca Cordero di Montezemolo qal li tnaqqis fit-telf huwa l-ewwel pass importanti. Dan fl-istess waqt li saħħet il-flotta u nfetħu rotot stateġiċi internazzjonali ġodda. “Qligħ fl-elfejn u sbatax,” tibqa’ l-mira tagħna qal Montezemolo. “Ftit huma l-linji tal-ajru li għamlu bidla radikali bħal mihi qed tgħamel l-Alitalia bħalissa. Qed inwettqu l-wiegħda li nibdlu l-linja tal-ajru f ’waħda ta’ livell dinji,” kompla jgħid Montezemolo. Is-sena li għaddiet l-Alitalia ġarret tnejn u għox-
rin miljun ewro u rapporti ta’ esperti tal-avjazzjoni spjegaw kif is-sħubija mal-Etihad kienet kruċjali għall-Alitalia. Dawn l-aħbarijiet pożittivi ħarġu fl-istess ġimgħa li l-kumpanija ffirmat Memorandum of Understanding mal-Air Malta bil-għan li jinfetħu n-negozjati biex l-Alitalia tikseb disgħa u erbgħin fil-mija tal-linja nazzjonali Maltija. Biex filwaqt li tibqa f ’idejn ilgvern Malti l-air Malta wkoll tibdel il-ġejjieni tagħha. Ġejjieni li għandu jkun wieħed li jara lil Air Malta tibqa ttir bi kburija, filwaqt li tigarantixxi l-impjiegi tal-ħaddiema.
10 01|05|2016
kullhadd.com
OPINJONI
MALTA TISTA’ SSERVI TA’ EŻEMPJU
Mike Lord, Kap tal-Operat tar-RedMed Group Fuq fomm delegati minn kull rokna tal-Mediterran li attendew għal The Mediterranean Leadership Summit kien hemm diskors dwar kif Malta tista’ sservi ta’ eżempju għall-pajjiżi oħra. Dan minħabba l-mod kif minkejja ċokon tagħha u l-pożizzjoni ġeografika f ’reġjun mimli kunflitt xorta waħda inkisbu suċċess kbir. Marie Francoise Marie-Nelly, Direttur fil-World Bank Group, qalet kif ir-rappreżentanti diversi fehmu li hemm il-possibbiltà li jitgħallmu minn Malta. “Malta pajjiż żgħir imma jekk naraw kif qed tmur ekonomikament nifhmu kemm hemm lezzjonijiet x’nieħdu. Tkabbir ekonomiku ta’ 6% meta madwar
Marie Francoise Marie-Nelly, Direttur fil-World Bank Group id-dinja hemm rata ta’ tkabbir ta’ tlieta fil-mija. Din hi xi ħaġa inkorraġanti ħafna,” qalet ir-rappreżentanta tal-Wolrd Bank Group f ’pajjiżna. Ma setax jonqos li ssir ukoll referenza għall-qasam tal-impjiegi: “Malta għandha rata ta’ qgħad baxxa ħafna meta l-pajjiż kollha partikolarment dawk fin-Nofsinhar tal-Mediterran qed jiffaċċjaw rata ta’ qgħad għolja. Għalhekk irridu nikkolabroraw Malta.” Tkellem b’mod pożittiv ukoll Robert Yuksel Yildirim, Kap Eżekuttiv Yildirim Holdings li għandha nofs l-ishma fil-Freeport. Fisser kif Malta għandha ekonomija li sejra tajjeb u l-avveniment ta’ The Economist serva biex investituri u nies b’interess f ’oqsma
Robert Yuksel Yildirim, Kap Eżekuttiv Yildirim Holdings differenti jikkolaboraw u jesploraw kif jistgħu jsaħħu r-rabtiet bejniethom għal ġejjieni. Mike Lord, Kap tal-Operat tar-RedMed Group kumpanija ewlenija fis-settur tal-enerġija fil-Mediterran qal li f ’Malta ġew ifittxu sieħeb u sabuh. “Se nżidu l-impjiegi u nieħdu ħaddiema Maltin fl-Alġerija, li ma’ ħafna Maltin qed issir popolari. Ovvjament dan kien megħjun bit-taħdidiet bejn iż-żewġ gvernijiet,” qal Lord li kellu kliem ta’ tifħir għall-Prim Ministru Malti. “Il-Prim Ministru għandu idea tajba ta’ x’inhu għaddej fil-Mediterran u din importanti. Qed iġib in-nies flimkien u dik hu koll importanti,” temm jgħid Mike Lord.
CLAUDETTE BUTTIGIEG TKOMPLI TĦAWWAD FIL-FIGURI TAS-SAĦĦA F’opinjoni ppubblikata fuq The Malta Independent ilbieraħ, ix-Shadow Minister għas-Saħħa Claudette Buttigieg mill-ġdid ħawdet fil-figuri li kkwotat. Fl-artiklu tal-bieraħ, Buttigieg ippruvat titfa’ mhux biss dubju dwar iċ-ċifra ta’ kemm saru operazzjonijiet fl-2015 iżda wkoll fuq ir-rapporti dwar il-ħidma tal-isptar, ippubblikati mill-Isptar Mater Dei. Dwar l-ammont ta’ operazzjonijiet tal-2015, fejn kien hemm xejn inqas
minn 52,889, Buttigieg allegat li dawn ġew minfuħa għax magħhom żdiedu n-numri ta’ kemm saru MRIs. Fil-verità, dan huwa assolutament żbaljat u mhux minnu. Fil-fatt, din hija prova oħra li turi li Buttigieg m’għandhiex idea ta’ dak li jseħħ f ’Mater Dei. Matul l-2015 saru total ta’ 52,889 operazzjoni u għalhekk kienet irreġistrata żieda ta’ 3% fuq l-2014 li diġà kienet sena rekord. Dawn l-operazzjonijiet huma maqsuma f ’45,285 operazzjoni pjanata u 7,604 (elective) operazzjoni ta’ emerġenza. Dawn apparti l-MRIs u l-ultrasounds li saru. Apparti minn hekk, filwaqt li fl-2008 kienu saru 5,000 MRI, issena li għaddiet biss saru xejn inqas minn 20,000. Fl2008 saru 17,000 ultrasound filwaqt li s-sena li għaddiet saru 33,000 ultrasound. L-istqarrija kompliet tgħid li bil-kliem u l-insinwazzjonijiet tagħha mingħajr ebda bażi, ixShadow Minister Buttigieg qed tipprova titfa’ dell ikrah fuq professjonisti kollha flIsptar Mater Dei. Dan mhu jinżel xejn tajjeb mal-istess impjegati, tant li l-uffiċċju tas-CEO ta’ Mater Dei waslitlu dikjarazzjoni ta’ għadab lejn Buttigieg milluffiċjal inkarigata li tikteb ir-rapporti.
OPINJONI
kullhadd.com
01|05|2016 11
INKOMPLU L-ĦIDMA MINKEJJA T-TFIXKIL Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Minkejja l-bumbardament tal-Oppożizzjoni, megħjuna mill-alleati tagħhom; minkejja t-tfixkil u l-ħsara li jxandru saħansittra barra pajjiżna, xorta dan il-pajjiż miexi ’l quddiem. Xorta dan il-Gvern qed jagħmel suċċess u joħloq il-ġid, xorta l-Prim Ministru Joseph Muscat igawdi l-fiduċja assoluta tal-poplu, anzi din kompliet tissaħħaħ. Rajna kif f ’temp ta’ ġimgħa l-Gvern ħabbar investimenti li jlaħħqu kważi €100 miljun. Ftit tal-jiem ilu ġie mħabbar investiment ta’ €55 miljun fil-Maritime Hub li qed tiġi żviluppata f ’dik li kienet il-Malta Ship Building. Din il-ġimgħa rajna wkoll li, minbarra xitwa ta’ suċċess flindustrija tal-cruiselining fejn il-passiġġieri kważi rduppjaw fuq ix-xitwa tas-sena l-oħra, irreġistrajna wkoll l-aqwa xitwa għas-settur tat-turiżmu f ’dawn l-aħħar ħames snin. Rajna roħs fil-fjuwils u se nerġgħu naraw roħs ieħor fiċ-ċilindri tal-gass. Rajna li fi tliet snin id-defiċit niżel binnofs hekk kif id-defiċit fiskali ġie mnaqqas għall-1.5% fl2015. Huma fatti li ma jista’ jmerihom ħadd li meta fl-2012 il-Prodott Domestiku Gross żdied b’0.8%, fl-2015 żdied b’6.3%; li meta fl-2012 ir-rata tal-qgħad kienet ta’ 6.9%, fl2015 kienet ta’ 5.4%; li meta fl-2012 ir-rata tal-inflazzjoni kienet ta’ 2.4%, fl-2015 kienet ta’ 1.2%; li meta fl-2012 ir-rata ta’ dejn imqabbel mal-PDG kien ta’ 72.5%, fl-2015 kien ta’ 63.6%. U dan kollu f ’pajjiż li l-Oppożizzjoni qalulna li huwa staġnat bi gvern fi kriżi. Nixtieq inkun naf meta ma nkunux fi kriżi fiex jittrasforma lil Malta dan il-Gvern. Sondaġġi
Imbagħad, meta taħseb li tkun smajt kollox mingħand ilPN, joħorġu jgħidu li bil-Labour fil-Gvern in-nies jimirdu aktar
Il-politika negattiva tal-PN waqgħet fl-aktar livelli baxxi fejn jattakkaw personalment; politika li ħsibna li saret xi ħaġa tal-passat; politika li l-elettorat irrifjuta li jikkonfermaha tliet snin ilu. U għalhekk ħsibna li min kien iħaddem it-tali politika tgħallem u mexa ’l quddiem. Imma ma jidhirx li hu l-każ għax erġajna koppi u wrewna li ma jinbidlu qatt u ma jafux mod ieħor. Imma l-poplu reġa’ tkellem u wera li, meta l-livell ta’ politika negattiva u distruttiva u personali teskala, il-poplu jissokta fil-ħsieb tiegħu li jirrifjuta dan it-tip ta’ politika. Din il-ġimgħa rġajna rajna li l-elettorat wera fiduċja sħiħa fil-Prim Ministru tagħna fejn, skont sondaġġi ppubblikati, rajna li l-Prim Ministru Joseph Muscat żied fl-appoġġ u filfiduċja u, minkejja t-tsunami ta’ tfixkil u negattiviżmu, ilPartit Laburista fil-Gvern qed
igawdi fiduċja u maġġoranza soda fl-aktar żmien li suppost partit fil-Gvern ikun l-inqas popolari. Qares l-għeneb Partit politiku jagħżel hu x’politika se jadotta. Li tadotta politika negattiva hija għażla. Nieħdu pereżempju l-investiment tal-Huawei, fejn sabu xi jmaqdru fih ukoll mingħajr ma fittxew ftit u raw li l-eks-Ministru Austin Gatt ipprova jattira dan l-istess investiment u ma rnexxilux. Imma fi żmienhom kien tajjeb li ttir nofs id-dinja saċĊina biex dan kollu, skont l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, tiftaħ biċċa uffiċċju. Mhux hekk hux! Eżempju ieħor tal-għeneb qares huwa l-proġett tal-power station li taħdem bil-gass LNG. Issa, f ’daqqa waħda, qamu mir-raqda u ħolmu li qabel l-elezzjoni kellhom l-istess proposta magħmula lilhom. Imma donnhom qed iżommu lura biex jiġġustifikaw il-fatt li, ġaladarba kellhom din ilproposta wkoll quddiemhom, ma implimentawhiex u b’hekk kienu jraħħsu l-kontijiet taddawl u fl-istess ħin joffru kwalità ta’ arja aħjar. Kif, la kienet f ’idejhom, ħarġu jgħidu proprju issa li kellhom din l-istess proposta meta l-power station kważi lesta? Kien ikun aktar ta’ vantaġġ politiku fil-kampanja elettorali li għaddiet li jgħidu li kellhom l-istess proposta u rrifjutawha għax, kif mingħalihom qed jippruvaw jinsinwaw u jitfgħu d-dubji issa wara tliet snin, jista’ jkun li din il-proposta fiha l-irregolaritajiet. Mela bla ma trid tikkonkludi li, ġaladarba veru kellhom din il-proposta, mela allura l-PN
kien qed jigdeb fil-wisa’ flaħħar kampanja elettorali. Kien jaf sew li mhix gimmick tal-millenju. Kien jaf li tista’ ssir. Kien jaf li jistgħu jorħsu l-kontijiet u m’għandniex għalfejn inqumu f ’nofs ta’ lejl biex insajru, ngħaddu l-ħwejjeġ u naħslu l-ħwejjeġ u l-platti. Il-verità hi li, iva, kellhom din il-proposta qabel l-elezzjoni ġenerali, imma ma ridux jadottawha għas-sempliċi raġuni li kienu komdi li jkollna power station tal-BWSC li l-kuntrattur tagħha sabuh fuq il-Yellow Pages u taħdem blHFO, l-aktar fjuwil li jniġġes, u l-commissions fuq ż-żejt deħlin għand min għandhom jidħlu. X’jimpurtahom li l-poplu kien qed iħallas fost l-ogħla kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-Ewropa; anzi, mhux talli hekk, talli għollewhom bil-qalb u qalulna biex nidrawhom. Imbagħad, meta taħseb li tkun smajt kollox mingħand il-PN, joħorġu jgħidu li bilLabour fil-Gvern in-nies jimirdu aktar. Tajba hux? Din hija stqarrija oħra denja sabiex tiġi inkluża fil-ktieb voluminuż tal-ħmerijiet li joħorġu bihom tal-Oppożizzjoni, bħal talkumpanija tal-Brażil, bħal li se jogħla l-għaġin f ’Wied ilGħajn, il-maktur tal-mitt sena u, l-aħħar waħda, tal-iskalora. Nuru fiduċja Il-Partit Laburista fil-Gvern ried ikun biex minn pajjiż li jiddependi mill-karità tal-bażi Ingliża f ’Malta, żviluppah f ’pajjiż b’ekonomija li titħaddem permezz talinvestiment, b’inċentivi biex iħajru lin-negozjant Malti jespandi u jattira investituri barranin u hekk jinħolqu diversi industriji differenti tal-manifattura, tat-turiżmu,
marittimi, avjazzjoni, servizzi finanzjarji u teknoloġija. Ħoloq entitajiet li kienu pilastri fl-ekonomija u l-istabbiltà talpajjiż bħat-Tarzna, l-Enemalta, l-Air Malta, is-Sea Malta, ilBOV u l-Mid-Med Bank. Dawn huma entitajiet li, sfortunatament, rajniehom jisparixxu jew jispiċċaw kważi falluti taħt amministrazzjoni Nazzjonalista. Raw kif għamlu biex qerduhom. U issa reġa’ kien id-destin talPartit Laburista fil-Gvern biex isalva milli fadal minn dawn il-monumenti ekonomiċi u soċjali ta’ gvernijiet Laburisti tas-sebgħinijiet. Imbagħad jiġu jgħiduli li bi Gvern Laburista għandi nistħi ngħid li jien Maltija. Il-poplu juri biċ-ċar u kontinwament li hu favur il-bidla, irid il-pożittività, irid il-ħolqien tal-ġid kif qed jagħmel dan il-Gvern. Il-politika negattiva ta’ kollox ikrah, il-poplu jiddiżapprovaha. Wasalna fi stat li l-Oppożizzjoni tgħid li t-tħabbir tal-investimenti f ’pajjiżna huwa aljenazzjoni u devjazzjoni. Dan hu t-tip ta’ politika distruttiva li tassew tmarrad ’il-poplu. U għalhekk inħeġġeġ lilkom ilkoll biex illum waranofsinhar flimkien ningħaqdu fi Pjazza Kastilja sabiex nagħtu sinjal b’saħħtu u ċar li dan il-poplu miexi ’l quddiem, li dan il-poplu huwa favur ta’ Malta pożittiva, Malta ekonomikament b’saħħitha, poplu san u msostni, favur Malta li għandha gvern li ma jħares lejn wiċċ ħadd u l-ġid li joħloq qed jaħdem sabiex jitqassam b’mod ġust malpoplu kollu, favur Malta li għandha Prim Ministru li ma jibżax jieħu d-deċiżjonijiet għall-ġid ta’ pajjiżna u talpoplu Malti u Għawdxi kollu.
12 01|05|2016
kullhadd.com
OPINJONI
BEJN ĊELEBRAZZJONI U PROTESTA
Etienne Grech Deputat Laburista
Dan il-Gvern iffaċilita t-triq lil dawk li kienu qed isibuha diffiċli biex joħorġu jaħdmu
Illum qed niċċelebraw Jum il-Ħaddiem; festa li għandha sinifikat speċjali għall-Partit Laburista. F’din il-festa l-Partit Laburista tal-lum jista’ jħares lejn il-ħidma ta’ gvernijiet Laburisti tal-passat u jħossu kburi b’dak li wettqu, b’mod speċjali b’risq il-ħaddiem. Illum hija normali li l-ġimgħa tax-xogħol tkun mifruxa fuq 40 siegħa, li l-festi u l-frank ikunu mħallsa, li t-taxxa titħallas skont il-qligħ, u li jkun hemm paga minima nazzjonali. Iżda ftit għexieren ta’ snin ilu s-sitwazzjoni kienet għalkollox differenti. L-anzjani tagħna jiftakru żmien meta kienu jmorru għal xogħol minn sbieħ il-jum sa nżul ix-xemx, iżda xorta jitħallsu bil-laqx tant li bilkemm kien ikollhom biex jitimgħu lil uliedhom. Jiftakru dak iż-żmien meta ‘l-imgħallem’ kien iħallashom meta jfettillu, kif ukoll il-biża’ kbira li jimirdu u ma jkunux jistgħu jmorru għax-xogħol, għax sick leave ma kienx jeżisti. Jiftakru wkoll iż-żmien meta kienu jmorru għax-xogħol u jerġgħu jintbagħtu d-dar b’idhom f ’idhom, għax dakinhar inzerta ma kienx hemm xogħol għalihom. Il-kisbiet kbar li għamel il-ħaddiem f ’pajjiżna għandna nibqgħu niftakruhom u nfakkruhom lil uliedna, għax dawn huma parti mill-istorja kollettiva tagħna. Madankollu, din il-festa
għandha tagħmilna wkoll kburin meta nħarsu lejn il-preżent, u lejn kif il-Gvern Laburista talaħħar tliet snin żamm il-wegħda li joħloq ix-xogħol għal kulħadd. Dan il-Gvern mhux biss ħoloq ix-xogħol, tant li pajjiżna qed jesperjenza l-inqas rati ta’ qgħad fl-istorja riċenti, iżda wkoll iffaċilita t-triq lil dawk li kienu qed isibuha diffiċli biex joħorġu jaħdmu. Is-servizz tal-ħarsientat-tfal b’xejn għamilha faċli għall-ġenituri bit-tfal żgħar biex ikunu jistgħu jaħdmu t-tnejn li huma fulltime, permezz tal-in-work benefit persuni li kienu ilhom snin fuq ir-reġistru tax-xogħol ingħataw motivazzjoni biex jaħdmu, filwaqt li diversi miżuri b’risq
il-persuni b’diżabbiltà qegħdin jiftħu wkoll it-triq tax-xogħol għal din is-sezzjoni vulnerabbli tas-soċjetà. X’inhu x-xogħol? Forsi għal xi wħud li jgħixu biss ġurnata b’ġurnata x-xogħol huwa biss mezz kif jaqilgħu l-flus għall-għajxien tagħhom. Għal oħrajn ix-xogħol huwa mezz kif jibnu lilhom infushom u jitgħallmu affarijiet ġodda. Hi x’inhi r-raġuni għalfejn wieħed jaħdem, fl-aħħar mill-aħħar ix-xogħol jibqa’ l-iktar fattur li jagħti indipendenza u dinjità lill-bniedem. Bix-xogħol kull individwu jaf li għandu rwol fis-soċjetà, u li ta’ madwaru għandhom bżonn il-ħidma
tiegħu. Huwa għal dawn ir-raġunijiet li llum qed niċċelebraw il-festa tal-ħaddiem. U hawn ma nistax nonqos milli nirrimarka dwar il-fatt li din tal-lum hija proprju ċelebrazzjoni. Filwaqt li l-Partit Laburista huwa pożittiv u se jgħaqqad in-nies fil-Belt biex jiċċelebraw ix-xogħol, il-Partit Nazzjonalista, fin-negattività tiegħu, ipprova jgħaqqad in-nies biex jipprotestaw kontra gvern li qed jaħdem qatigħ għall-ġid tal-poplu kollu. Din hija d-differenza bejn iżżewġ partiti, u l-fatt li ninsabu fuq in-naħa tal-pożittività hija raġuni oħra għalfejn illum qegħdin niċċelebraw.
GVERN VIĊIN IL-POPLU
Bryony Bartolo Segretarja Ġenerali FŻL
Is-sabiħ ta’ din l-attività kien li għaqqdet liżżgħażagħ f ’attività waħda minkejja d-differenzi fl-ideat politiċi tagħhom
Ħaġa pożittiva li dejjem laqtitni ta’ dan il-Gvern hija l-importanza li jagħti ’l-komunikazzjoni u l-kuntatt maċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Matul it-tliet snin li għaddew, ta’ sikwit ġew organizzati laqgħat bit-tema Gvern li Jisma’, bil-għan li l-Gvern jisma’ s-suġġerimenti tal-poplu u jkompli jtejjeb il-ħidma tiegħu. L-istess saru laqgħat mażżgħażagħ, bl-iktar waħda riċenti tkun l-attività organizzata mill-Forum Żgħażagħ Laburisti nhar l-Erbgha li għadda fi Pjazza Kastilja bit-tema #AskJM. Waqt din l-attività kienu mistednin għaqdiet li jirrappreżentaw żgħażagħ minn oqsma differenti tal-ħajja. Dawk li laqgħu l-istedina setgħu jistaqsu mistoqsijiet u jgħaddu kummenti u suġġerimenti lill-Prim Ministru Joseph Muscat innifsu. Waqt din il-laqgha tqajmu diversi suġġetti, bl-iktar popolari jkunu l-edukazzjoni u x-xogħol. Iż-żgħażagħ staqsew ukoll mistoqsijiet dwar drittijiet ċivili, saħħa, ambjent, it-tmexxija amministrattiva talpajjiż u anke fuq pensjonijiet. Dawn it-temi kollha, b’xi mod jew ieħor, jolqtu l-ħajja ta’ kuljum taż-żgħażagħ. Is-sabiħ ta’ din l-attività kien li għaqqdet liż-żgħażagħ f ’attività waħda minkejja d-differenzi fl-ideat politiċi tagħhom. Huma opportunitajiet bħal dawn li jressqu lill-Prim Ministru viċin iż-żgħażagħ b’tali mod li jifhem
x’inhuma l-prijoritajiet tagħna u, bħalma sar f ’dawn l-aħħar tliet snin, iż-żgħażagħ ikomplu jkunu fiċ-ċentru tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Spikkat l-umiltà ta’ Prim Ministru li, minkejja s-suċċessi kbar li kellu dan il-Gvern matul dawn it-tliet snin, xorta waħda hu awtokritiku lejn it-tmexxija tiegħu flimkien mal-ministri l-oħra. Din turi umiltà u kapaċità fit-tmexxija ta’ Prim Ministru li mhux supperv u, filwaqt li jaċċetta l-kritika, jaħdem fuq l-iżbalji sabiex dawn ma jerġgħux isiru, mhux biss bilkliem iżda bil-fatti. Din l-imġiba matura rajnieha diversi drabi, bl-iktar ricenti tkun ftit tal-jiem ilu meta l-Prim Ministru għamel għażla fil-każ tal-Ministru Konrad Mizzi u
c-Chief of Staff Keith Schembri. Kienet deċiżjoni li waslet wara li l-Prim Ministru wiżen il-fatti u, għalkemm ma ġiet allegata l-ebda illegalità, xorta qies il-korrettezza politika u s-sentiment tal-poplu. Iżda fil-qalba tad-deċiżjoni li ħa kien hemm bla dubju l-ġid tal-pajjiż li, grazzi għall-ħidma ta’ dan il-Gvern, irnexxielu jnaqqas il-qgħad b’mod sostanzjali, ikabbar l-ekonomija b’6.3% u jnaqqas il-faqar. Dan jikkuntrasta bil-qawwi ma’ Kap tal-Opożizzjoni negattiv li, filwaqt li saħaq kemm-il darba li jekk ikun hu fil-Gvern ikun hemm politika onesta, fl-Oppożizzjoni għadu mdawwar b’nies involuti f ’każijiet ta’ korruzjoni. Kap tal-Oppożizzjoni bla ebda pjan li l-għan ewlieni
tiegħu hu li jżeblaħ lil Malta lil hinn minn xtutna billi jipprova jpinġi stampa ta’ pajjiż li għaddej minn żminijiet imwiegħra. Iżda r-riżultati pożittivi li qed jikseb pajjiżna żgur li jxejnu din in-negattività tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Il-poplu qed iħoss ir-riżultati pożittivi tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Lil hinn minn dan, Il-Gvern għandu jkompli jimxi ’l quddiem bil-ħidma tiegħu għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi. Għandu jkompli jagħti dak li verament jixraq lill-poplu filwaqt li jaċċetta l-kritika kostruttiva, kif dejjem għamel. Iżda fuq kollox għandu jibqa’ jkun viċin il-poplu biex jisma’ u jifhem il-ħtiġijiet. Huwa b’hekk u bil-ħidma bil-għaqal li jista’ jkompli jikseb aktar riżultati pożittivi.
EDITORJAL
kullhadd.com
01|05|2016 13
www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna
EDITUR
Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2230
ĠURNALISTI
Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com +356 2090 1410
Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2090 1413
INDIRIZZ POSTALI
KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717
Glen Falzon glen@kullhadd.com
KUNTATT ĠENERALI editorial@kullhadd.com + 356 2090 1411
SALES U DISTRIBUZZJONI Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2090 1520
DISINN TAL-GAZZETTA Leanne Grech
BEJN MIN IDDEĊIEDA U MIN LE Ftit snin ilu l-midja tal-Partit Nazzjonalista kienet tkażat għax konsulent talPrim Ministru Ingliż li kien intervistat fuq il-midja talPartit Laburista kien qal: “If you can’t act spin.” Kienet qalet li din ma tirriflettix serjetà politika. Minkejja dan, din il-frażi llum il-Partit Nazzjonalista jgħixha l-ħin kollu. L-istess ipprova jagħmel nhar ilĦamis. Meta ffaċċjat bi Prim Ministru li jiddeċiedi, ilKap tal-Oppożizzjoni prova jagħti l-impressjoni li l-Prim Ministru ma ħa ebda passi b’rabta mal-każ tal-Panama Papers. Però, min se jemmnu? Ma ħax passi meta l-Ministru Konrad Mizzi tneħħewlu d-dekasteri tal-enerġija u s-saħħa? B’wieħed jassumi r-responsabbiltà tiegħu l-Prim Ministru nnifsu, u l-ieħor Chris Fearne li kien Segretarju Parlamentari. Ma ħax passi meta Konrad Mizzi mhux se jibqa’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista? Fil-verità ma jiddeċidix min għandu żewġ viċi kapijiet involuti f ’każi serji ta’ nuqqas ta’ etika politika u li biex iddefendiehom spiċċa gideb. Simon Busuttil qed jibża’
jieħu l-parir tal-konsulent talPartit Nazzjonalista, Simon Mercieca, u jkeċċi lil Mario de Marco. Mercieca qal ċar u tond li de Marco huwa daqqa għall-kredibbiltà tal-Partit Nazzjonalista u Busuttil kellu jurih il-bieb ta’ barra. Busuttil m’għamilx dan, minkejja li għal snin twal de Marco kien qed isirlu xogħol minn bniedem involut filPanama Papers, u ma jħallasx għalih. Xogħol b’valur ta’ €34,000 li de Marco talab li jħallas għalih wara li sar magħruf pubblikament li Pierre Sladden involut filPanama Papers. Ma jiddeċidix min lill-
whistleblower, fil-każ taxxogħol għall-voti f ’Għawdex, staqsieh għaliex kompla bixxogħol meta kien jaf li se tintilef l-elezzjoni. Minflok mar għand il-pulizija u keċċa lil min kien politikament responsabbli. Anzi, ma jiddeċidiex min qal li ddispjaċieh li rriżenjat Giovanna Debono mill-Partit Nazzjonalista wara dan il-każ skandaluż. Ma jiddeċidiex Simon Busuttil li qal li Joe Cassar ma kellux għalfejn jirriżenja, minkejja li meta kien ministru rċieva rigali mingħand Gaffarena. Fil-fatt, Cassar irriżenja biss għax kien
raġel iktar mill-Kap tiegħu, jew għax ma felaħx għallpressjoni bħalma donnu jiflaħ de Marco. Ma min hu b’saħħtu Busuttil m’għandux saħħa jiddeċiedi. Iddeċieda biss li jissospendi x-xufier tiegħu biex jużah bħala eżempju. Għax b’saħħtu maż-żgħir u dgħajjef mal-kbir. Tant li l-Ispeaker tal-Parlament ma ħax il-parir tiegħu u lix-xufier baqa’ jħallsu għax mill-ewwel intebaħ li l-aġir ta’ Busuttil ma kienx ġust. Fuq kollox dak li seħħ fl-aħħar jiem reġa’ ħareġ differenza kbira bejn iż-żewġ mexxejja. Prim Ministru li jgħarbel u forsi jieħu l-ħin, imma fl-aħħar mill-aħħar jiddeċiedi fl-interess tal-pajjiż, u Kap tal-Oppożizzjoni li jitkellem ħafna peró, meta jiġi għall-azzjoni, ma jibqax juri l-istess entużjażmu li juri meta jiġi biex jitkellem ilĦadd filgħodu. Biex tiddeċiedi trid tkun mexxej u sa issa Simon Busuttil wera li mhux. Tant li lanqas il-wegħda li jiftaħ kafetterija ma wettaq. Dan filwaqt li l-Prim Ministru ġab kisbiet kbar għal Malta, fosthom l-inqas rata ta’ qgħad u l-ikbar tkabbir ekonomiku.
14 01|05|2016
kullhadd.com
ITTRI
SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETTRONIKU editorial@kullhadd. com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tindikaw li qed tibagħtu ittra.
L-EWWEL TA’ MEJJU
MIN SE JGĦID LIL SIMON BUSUTTIL BARRA, BARRA, BARRA?
Sur Editur,
Id-dizzjunarju tagħhom jibda bil-kelma ‘inkwiet’ u jispiċċa biha wkoll. Flok jisma’ naqra mill-Prim Ministru li jrid l-għaqda, Simon Busuttil irid il-firda. Qatt ma rajt u smajt lil Simon Busuttil jitpastaż u jagħmilha ta’ ħamallu daqs meta għajjarna “imġienen”għal darba, tnejn, tlieta. Naħseb aktar hu miġnun dak li bena l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei bil-konkos inferjuri li seta’ qered il-ħajja ta’ bosta. Imbagħad, skont dak li dejjem f ’sensih Busuttil, aħna l-Laburisti mġienen! Mela llum se jkun hemm Laburisti li huma mġienen il-Belt Valletta! Mur għoddom! Miġnun hu dak li jgħid: “Jien mhux qed ngħid li rrid inkun fil-Gvern, irrid inneħħi lil Joseph Muscat.” Għalfejn qed jirsisti allura? Mhux biex ikun fil-Gvern hu? L-għira daħlet sewwa ġo Simon Busuttil, tant li jrid jgħajjat biex jitkellem għax iddisprat għall-poter. Joseph Muscat, fost ħafna affarijiet oħra, ġab tkabbir ekonomiku, id-defiċit nieżel, għandna rekord ta’ impjiegi, għandna rekord ta’ turisti u mhux minn dawk li flixkun luminata jaqsmuh bejn tnejn, għandna rekord ta’ nies jaħdmu u ħafna aktar. X’ma mmorrux il-Belt illum biex nirringrazzjaw lil dak li tagħna u għad irid jagħtina. Grazzi lill-Gvern li, mhux biss ħaseb fi wliedna, imma anke fi wlied uliedna, meta ħaddieħor ħaseb biss fih innifsu. Wasal il-jum mistenni, l-Ewwel ta’ Mejju. Grazzi ta’ kollox Joseph. Sur Editur,
Marco u lil Beppe Fenech Adami, wara li dawn inqabdu f ’każijiet fejn żġur li l-imġieba politika tagħhom xejn ma kienet korretta. Iżda min jaf sew kif jaħdmu n-Nazzjonalisti ma kellu l-ebda dubju li Simon Busuttil mhux se jiċċensura lill-ebda viċi kap tal-partit tiegħu. Mill-banda l-oħra, partitarji Nazzjonalisti huma rashom mistrieħa li l-Kap tagħhom, Simon Busuttil, mhux se jgħid, “Barra, barra, barra,” lill-ebda viċi kap tal-partit tagħhom,
għax aktar hu faċli li Mario de Marco jgħid lil Simon Busuttil, “Barra, barra, barra,” wara l-elezzjoni tal-2018 milli Simon Busuttil jgħid lil Mario de Marco, “Barra, barra, barra,” issa. U aktar hu faċli li Beppe Fenech Adami jgħid lil Simon Busuttil, “Barra, barra, barra,” wara l-elezzjoni li jmiss milli Simon Busuttil jgħid lil Beppe Fenech Adami, “Barra, barra, barra,” issa. Apparti dan, Simon Busuttil mhux talli ma qalx, “Barra, barra, barra,” lill-ebda ministru Nazzjonalista li taħtu sar l-akbar skandlu li qatt ra l-pajjiż – jiġifieri dak tax-xiri taż-żejt meta Simon Busuttil kien Viċi Kap talPN u Delegat Speċjali tal-PM Nazzjonalista – talli Simon Busuttil, meta kien avukat tal-kumpanija internazzjonali Shell, din ingħatat €5 miljun minn flus il-poplu bħala kummissjoni għax din qatt ma setgħet tirbaħ kuntratt biex tissupplixxi ż-żejt peress li kien għaddej l-iskandlu taż-żejt taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista. Allura kif jista’ xi ħadd jistenna li l-Kap tal-PN jgħid lil xi viċi kap tal-istess partit, “Barra, barra, barra,” meta wieħed jista’ jdur lejh u jgħidlu li aħjar jitlaq ’il barra hu! Daqshekk tiswa l-kredibbiltà politika tal-Kap tal-PN!
VALERIE BORG, Apparti li l-elettorat flIL-BELT VALLETTA elezzjoni tal-2018 se jgħid ċar u tond lill-PN, “Barra, barra, barra mill-Gvern”; tgħid min se jgħid lil Simon Busuttil, “Barra, barra, barra bħala Kap tal-PN? Mario de Marco jew Beppe Fenech Adami? Wara l-għajjat sfrenat ta’ Sur Editur, “Barra, barra, barra,” li esklama l-Kap tal-PN Simon Kienet ferm interessanti l-attività dwar l-awtiżmu organizzata Busuttil, ħafna ħasbu li hekk fiċ-Ċentru Pastorali tan-Nigret, ir-Rabat, Malta, nhar ilĊENSU W. MUSCAT, se jgħid liż-żewġ viċi kapijiet Ħadd li għadda. Imexxu t-taħdita kien hemm ġuvni u tfajla RAĦAL ĠDID tal-PN, jiġifieri lil Mario de li, milli fhimt, jaħdmu maċ-ċentru tal-awtiżmu li hemm filMosta. Dehru ddedikati sew u involvew ħafna lill-ġenituri bi wlied bl-awtiżmu, sew dawk bi wlied żgħar u oħrajn adoloxxenti. Saħansitra tkellem ġuvni ta’ 25 sena li wkoll għandu l-awtiżmu, ilu jmur fiċ-ċentru ħames snin u impjegat talMITA għal erba’ snin. Fil-ħin liberu tiegħu jilgħab il-futbol ma’ sħabu. Ammirajt ħafna l-mod li bih tkellem u kkonsulta ma’ missieru. M’iniex wisq versat fis-suġġett, imma laqtuni tliet punti li jinkwetaw lill-ġenituri bi wlied bl-awtiżmu: – Ir-riġidità tas-sistema. kien hemm każ ta’ ġenituri li kienu waqt il-Prize Day tat-tifel tagħhom u n-nurse għajtitilhom biex iġibu t-tifel f ’nofsinhar għax ma setgħetx tistenna, għax kienet mgħaġġla. Każijiet oħra meta l-LSAs jagħmlu sena skolastika waħda biss mat-tfal u s-sena ta’ wara jkollhom jidraw tfal oħra. Tħassib ieħor hu li wara l-iskola ftit jidher li hemm assistenza għal persuni bl-awtiżmu bejn is-16 u t-18il sena li jkunu fis-sistema edukattiva. Fil-perjodu li jtul salanzjanità għajnuna jsibu ftit li xejn. – Il-ħtieġa li ċ-ċentru tal-awtiżmu jingħata baġit għal tliet snin minflok għal sena biex ikun jista’ jsir ċertu ppjanar, Ġbidt l-attenzjoni kemm-il darba fuq din l-imbierka triq, imma dejjem waqet fuq widnejn torox. Din it-triq, li hija l-iktar triq traffikuża f ’Malta, tant isiru abbuzi li impossibli li l-ġustizzja tlaħħaq speċjalment rigward riċerka. – Żgur li hemm bżonn ta’ iżjed għarfien dwar is-suġġett. mal-kontravenzjonijiet. L-iktar waħda hija d-double parking. Ċertu sewwieqa jiġu jaqgħu u jqumu Dan il-grupp wasal fejn wasal għax xi ġenituri ilhom snin jekk jostakolawx il-karreġġjata biex jidħlu jixtru. F’din it-triq traffikuża hemm żewġ ħwienet partikolari li jbigħu l-ħobż li, sfortunatament, qed jitħabtu b’risq uliedhom. Fadal ħafna xi jsir sabiex ilbżonnijiet ta’ dawn il-persuni fis-soċjetà ikunu realizzati. jikkaġunaw dan il-periklu kollu. Jien nissuġġerixxi li quddiem dawn il-ħwienet għandu jkun hemm Mingħajr persuni b’ħiliet differenti, wisq nibża’ li s-soċjetà parkeġġi vojta għal tliet karozzi biex it-trakkijiet tal-merċa jkollhom post fejn iħottu. Meta tkellimt taqa’ f ’rutina ta’ qoffa tielgħa u oħra nieżla u ma ssirx ir- ma’ gwardjan lokali fuq din il-problema qalli: “Kultant nagħlqu għajnejna.” Mela stenna diżgrazzja oħra! riċerka u l-isforz biex naħsbu barra mill-konfini tas-soltu.
L-AWTIŻMU JISFIDANA BĦALA SOĊJETÀ
ŻABBAR ROAD JEW TRIQ IL-ĠUNGLA?
J. BONNET BALZAN, IL-BALLUTA
IRRESPONSABBILTÀ, IL-FGURA
16 01|05|2016
kullhadd.com
TA’ BARRA
JERĠGĦU JIMPONU RUĦHOM
LIAM GAUCI n-nomina hija tagħhom. Filliam@kullhadd.com fatt, fl-aktar diskorsi riċenti li għamlu huma ftit li xejn It-tellieqa presidenzjali irreferew għall-avversarji Amerikana ħadet żvolta ġdida attwali tagħhom u minflok kmieni din il-ġimgħa hekk infexxew f ’xulxin bi tħejjija kif Donald Trump u Hillary għall-kompetizzjoni eventwali Clinton kisbu rebħiet ċari fl- għall-presidenza. elezzjonijiet primarji ta’ diversi Madankollu, l-ebda wieħed stati li reġgħu tawhom vantaġġ mill-avversarji ta’ Trump ma konvinċenti fuq l-avversarji ammetta t-telfa, anzi sostnew tagħhom. Dan kien kuntrast li diġà qegħdin jiffukaw fuq ilmas-sitwazzjoni li kellhom votazzjonijiet li se jsiru matul ftit tal-jiem ilu fejn iż-żewġ il-ġimgħat li ġejjin. Forsi l-aktar partiti kienu qegħdin iħabbtu wieħed li kompla jesprimi wiċċhom ma’ ċans qawwi ta’ l-konvinzjoni fil-possibbiltà konvenzjonijiet ikkontestati li jdawwar is-sitwazzjoni b’mod iebes. kien Cruz li, wara r-riżultat L-aħħar sett ta’ stati li għamlu diżappuntanti li kiseb nhar l-għażla dwar min jixtiequ li it-Tlieta li għadda, saħansitra jaraw jirrappreżenta l-partit ppreżenta l-persuna li se tkun tagħhom kienu Connecticut, il-viċi president tiegħu jekk Delaware, Maryland, jikseb in-nomina. Pennsylvania u Rhode Island. L-għażla tiegħu kienet Fuq in-naħa tal-Partit Carly Fiorina l-eks CEO talRepubblikan, Donald Trump kumpanija tal-informatika kien ir-rebbieħ ċar hekk kif Hewlett-Packard li sal-10 ta’ irnexxielu jkaxkar l-istati Frar li għadda kienet għadha kollha kkontestati. qed tikkompeti għan-nomina Min-naħa tad-Demokratiċi, tal-Partit Repubblikan qabel Hillary Clinton sabet ma abbandunat it-tellieqa oppożizzjoni aktar iebsa mill- minħabba nuqqas ta’ appoġġ. avversarju tagħha, però xorta Qabel il-votazzjoni tatwaħda ħadet erbgħa mill- Tlieta, Cruz u Kasich għamlu ħamsa kkontestati, filwaqt li wkoll patt li bih ikkommettew Bernie Sanders rebaħ f ’Rhode ruħhom li ma jattakkawx lil Island. xulxin matul il-kumplament B’hekk, wara l-votazzjonijiet tal-kampanja. Dan sar bitta’ din il-ġimgħa għar- tama li bis-saħħa konġunta Repubblikani hemm Donald tagħhom jirnexxielhom Trump b’994 delegat, Ted iżommu lil Trump milli Cruz b’566 delegat u John jkompli jkaxkar stat wara Kasich b’153 delegat, b’572 ieħor. Madankollu, hemm oħra għad-dispożizzjoni fl- min qiegħed iħoss li din idelezzjonijiet tal-ġimgħat li deċiżjoni waslet tard wisq hekk ġejjin. Għad-Demokratiċi kif il-biljunarju Amerikan hemm Hillary Clinton b’ mhuwiex ‘il bogħod wisq milli 2,165 delegat u Bernie Sanders jikseb in-nomina, kif rajna b’1,357 delegat, b’1,243 aktar qabel. delegat ieħor x’jiġu allokati. Barra minn hekk, f ’għajnejn xi nies din ilMa jaqtgħux qalbhom mossa aktar għamlet ħsara milli ġid għaliex ikkonfermat Dan il-vantaġġ kbir wassal l-argument ta’ Trump illi kemm lil Trump, kif ukoll l-Partit Repubblikan qiegħed lil Clinton biex jiddikkjaraw jaħdem kontrih minkejja li illi t-tellieqa ntemmet u li qed jikkontesta f ’ismu. Skont
popolarità, però l-affarijiet inbidlu mill-attakk ta’ Pearl Harbor. Minn dak iż-żmien ‘il hawn, president wara ieħor baqa’ jħaddan politika ta’ intervent ħalli jkun evitat P o ż i z z j o n i j i e t attakk ieħor direttament fuq territorju Amerikan. kontradittorji Trump, ir-raġuni wara dawn l-atti ta’ sabotaġġ huwa l-fatt li huwa qatt ma ddejjaq jikkritika l-mod kif jaħdem dan il-partit.
Minkejja s-suċċessi li kiseb, Trump ma qagħadx b’idejh fuq żaqqu. Fil-fatt, l-għada stess tal-votazzjoni huwa żamm il-wegħda tiegħu li jipprova jkun anqas spontanju u aktar konkret hekk kif għamel diskors dwar ilprijoritajiet tiegħu fejn tidħol il-politika internazzjonali. Madankollu, ir-reazzjonijiet għal dan id-diskors, li kellu t-tema ‘America First’, ma kinux eżattament pożittivi. Fil-fatt, kienu bosta li sostnew illi l-pożizzjonijiet li ħa Trump dwar diversi kwistjonijiet kienu kontradittorji. Eżempju ta’ dan kien meta kkritika lil Obama għall-ftehim li għamel mal-Iran, biex imbagħad sostna li huwa jkun lest li jilqa’ pajjiżi antagonisti bħala ħbieb. Pożizzjoni simili ħadha filkonfront tal-Ewropa fejn qal li huwa jrid isaħħaħ irrelazzjoni ta’ pajjiżu ma’ dan il-kontinent, imma mbagħad sostna li l-alleati tal-Istati Uniti jridu jitgħallmu jfendu għal rashom f ’kwistjonijiet militari u ekonomiċi. Din l-attitudni negattiva li Trump ħa fil-konfront talalleati ta’ pajjiżu wasslitu biex ikun akkużat li qiegħed jipprova jiżola lill-Istati Uniti. Akkuża ta’ din ix-xorta għandha piż mhux ħażin fl-Istati Uniti għaliex tiġi assoċjata ma’ elementi politiċi li ppruvaw iżommu lil dan ilpajjiż barra mit-Tieni Gwerra Dinjija. Fis-snin tletin u l-bidu tassnin erbgħin, din il-pożizzjoni gawdiet livell tajjeb ta’
Sinjali ta’ ċediment Fuq in-naħa Demokratika, Sanders ikkonferma li se jibqa’ jiġġieled sal-aħħar, però wara d-disfatta ta’ nhar it-Tlieta huwa ħabbar li se jkun qiegħed iċekken id-daqs tal-kampanja tiegħu. Din ilbidla nvolviet fost l-oħrajn ittkeċċija ta’ mijiet ta’ ħaddiema li kienu jikkampanjaw għalih madwar l-Istati Uniti. Mistoqsi jekk dan huwiex sinjal ta’ ċediment, Sanders sostna li l-ħaddiema li tkeċċew kienu jaħdmu fl-istati li l-elezzjonijiet fihom saru diġà, allura m’għadx hemm bżonnhom aktar bħalissa. Minflok, huwa ddeċieda li jiffoka r-riżorsi tiegħu fuq l-istati li għadhom qegħdin jiġu kkontestati, speċjalment Kalifornja li toffri numru kbir ħafna ta’ delegati lirrebbieħ. Madankollu, huwa fatt magħruf illi kandidat li jkun konvint li għandu ċans tajjeb li jikseb in-nomina ġeneralment jżomm il-ħaddiema tiegħu salkonvenzjoni tal-partit hekk kif ikun iridhom ikomplu jaħdmu matul l-elezzjoni presidenzjali nniffisha. B’hekk, hemm min qiegħed jispekula li Sanders għandu biss l-għan li jirbaħ kemm jista’ jkun delegati ħalli xorta jkollu vuċi qawwija fil-konvenzjoni. Dan ikun qiegħed jagħmlu bit-tama li jirrappreżenta l-fazzjonijiet aktar progressivi u xellugin fost id-Demokratiċi li jħossu li Clinton għandha mentalità konservattiva wisq.
Ġimgħa kwieta Sadanittant, Clinton kellha ġimgħa kemxejn kwieta hekk kif ma ħadet l-ebda tip ta’ inizjattiva barra min-normal. Fil-fatt, kellu jkun kumment ta’ Trump li poġġiha f ’pożizzjoni prominenti flaħbarijiet meta akkużaha li qegħda tuża’ l-fatt li hija mara biex iġġib il-voti għaliex m’għandha xejn konkret x’toffri. Kif wieħed jistenna, dan il-kumment kien milqugħ b’ostilità kbira minn ħafna gruppi li jirrappreżentaw in-nisa, kif ukoll diversi figuri prominenti femminili. Clinton inniffisha esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għallfatt illi qegħda tiġi kkunsidrata bħala waħda mill-kelliema politiċi ewlenin għan-nisa u fakkret lill-votanti fid-diversi kummenti kemmxejn sessisti li Trump għamel fil-konfront tan-nisa matul il-ġimgħat li għaddew. L-appuntamenti li jmiss L-appuntament elettorali li jmiss se jkun nhar it-Tlieta li ġej fejn il-kandidati tażżewġ partit se jkunu qegħdin jikkompetu f ’Indiana. Kollox ma’ kollox, Mejju mhuwiex mistenni li jipprovdi xi sorpriżi kbar għaliex innumru ta’ delegati għaddispożizzjoni fl-istati li jmiss huwa żgħir. Però, is-sitwazzjoni se tinbidel fis-7 ta’ Ġunju meta se jkun hemm Super Tuesday oħra li fiha ż-żewġ partiti jkollhom rawnd ta’ votazzjoni f ’diversi stati. Fil-każ tal-Partit Repubblikan, din id-data ikun l-aħħar appuntament tagħhom qabel il-konvenzjoni għan-nominazzjoni, filwaqt li l-Partit Demokratiku jkun għad jibqalu votazzjoni waħda f ’Washington DC.
TA’ BARRA
kullhadd.com
01|05|2016 17
MINN MADWAR ID-DINJA KRIŻI FIL-VENEŻWELA
IS-SEKULARIŻMU MHUX NEGOZJABBLI
Il-gvern Veneżwelan immexxi mill-President Nicolas Maduro ddikkjara li l-ħaddiema tas-settur pubbliku se jibdew jidħlu għax-xogħol darbtejn fil-ġimgħa biss. Din il-miżura estrema ttieħdet hekk kif il-gvern qiegħed jipprova jnaqqas l-użu tal-enerġija elettrika minħabba l-fatt li l-aċċess għal dan ir-riżors naqas sostanzjalment b’riżultat tan-nixfa li affettwat b’mod negattiv il-ġenerazzjoni tal-impjanti idroelettriċi. L-Oppożizzjoni, però, ikkritikat din il-miżura hekk kif sostniet li n-nies li se jibqgħu d-dar xorta waħda se jużaw l-elettriku. Barra n-nuqqas ta’ elettriku, il-pajjiż qiegħed iħabbat wiċċu ma’ problemi ta’ forniment ta’ ikel li qegħdin iwasslu għal protesti kbar fit-toroq li eventwalment jistgħu jheddu l-presidenza ta’ Maduro.
Il-Prim Ministru tat-Turkija Ahmet Davutoglu wiegħed li l-kostituzzjoni l-ġdida ta’ pajjiżu se tħaddan il-prinċipju tas-sekulariżmu daqs dik attwali. Il-biża’ ta’ diversi faxex tas-soċjetà li dan il-prinċipju jiġi abbandunat mhijiex ġdida hekk kif Davutoglu jagħmel parti mill-AKP, partit konservattiv li jagħti importanza kbira lir-reliġjon Iżlamika. Madankollu, dan it-tħassib żdied ftit taljiem ilu wara kummenti li għamel l-ispeaker tal-Parlament Ismail Kahraman li sostna li, la t-Turkija huwa pajjiż Musulman, għandu jkollu Kostituzzjoni li tagħti prominenza lir-reliġjon tiegħu. Davutoglu, però, qal li l-prinċipju ta’ sekulariżmu, li kien aspett ċentrali talpolitika Torka għal dawn l-aħħar mitt sena, mhux negozjabbli għall-Gvern tiegħu.
BŻONN TA’ KORDINAZZJONI
PROTESTI KBAR
Il-Kunsill Presidenzjali, il-gvern il-ġdid tal-Libja, talab lill-fazzjonijiet armati kollha biex jissospendu l-operazzjonijiet militari tagħhom kontra l-Istat Iżlamiku. Din it-talba saret għaliex il-gvern qiegħed jittama li joħloq struttura militari ġdida li tkun tista’ teżegwixxi kampanja militati kordinata kontra dan il-grupp terroristiku. Il-Kunsill Presidenzjali, li jgawdi mill-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti, qiegħed jibża’ li jkun hemm eskalazzjoni ġdida ta’ vjolenza fil-pajjiż. Din hija possibbiltà serja hekk kif għad hemm diversi fazzjonijiet madwar il-pajjiż li għadhom ma aċċettawx l-awtorità tal-gvern il-ġdid. Dan il-gvern talab ukoll lill-pajjiżi l-oħra biex ma jintervjenux f ’dan il-kunflitt b’mod militari biex ma joħolqux tensjonijiet ġodda.
Fl-aħħar jiem Franza rat diversi protesti tal-massa li ddeġeneraw fi vjolenza hekk kif mijiet ta’ eluf ta’ Franċiżi qegħdin juru l-oppożizzjoni tagħhom għar-riformi fis-suq tax-xogħol li qed iressaq il-gvern. Fost ir-riformi proposti hemm dik li tagħti aktar libertà lil min iħaddem fejn jidħol l-impjieg jew it-tkeċċija tal-ħaddiema. Skont il-gvern Franċiż, in-negozji se jkunu jistgħu jużaw din il-flessibbiltà biex joħolqu aktar postijiet tax-xogħol fi żmien meta l-ekonomija Franċiża tinsab staġnata u b’livell ta’ qgħad ta’ madwar 10%. Madankollu, il-gvern mill-ewwel sab reżistenza kbira hekk kif numru kbir ta’ Franċiżi esprimew il-biża’ li n-negozji se jużaw ir-riforma biex jabbużaw mid-drittijiet tal-ħaddiema.
SELF IEĦOR
10 SNIN ĦABS
In-negozjaturi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) waslu għal ftehim mal-gvern tas-Sri Lanka biex jagħtih bailout ta’ ftit aktar minn €1.3 biljun biex jgħinu jlaħħaq mal-obbligi li għandu ma’ diversi kredituri. Dan il-ftehim huwa suġġett għall-approvazzjoni tal-bord tal-FMI nniffsu li mistenni jiddiskuti l-kwistjoni f ’Ġunju li ġej. Il-flus li jagħmlu parti mis-self tal-FMI mistennijin jingħataw fuq medda ta’ 36 xahar u jingħataw biss jekk il-gvern tas-Sri Lanka jwettaq diversi riformi fosthom is-simplifikazzjoni tas-sistema ta’ tassazzjoni u t-tnaqqis tad-defiċit li fl-2015 laħaq is-7.4%. Dan kien it-tieni self li l-FMI tat lis-Sri Lanka mill-2009 meta l-pajjiż ngħata ftit aktar minn €2 biljun.
Il-Qorti Suprema tal-Korea ta’ Fuq tat sentenza ta’ għaxar snin ta’ xogħol sfurzat lil Kim Dong Chul, raġel ta’ 62 sena li għandu ċ-ċittadinanza doppja tal-Korea ta’ Isfel u l-Istati Uniti. Huwa kien akkużat li wettaq atti ta’ spjunaġġ inaċċettabbli meta ħareġ informazzjoni sigrieta dwar il-Partit Komunista blgħan li jhedded l-istabbiltà tal-pajjiż. Oriġinarjament, il-prosekuzzjoni kienet qiegħda tipprova tikseb piena ta’ ħmistax-il sena, però huwa ngħata kundanna aktar ħafifa minħabba l-età tiegħu. Minkejja li Kim ammetta għall-akkużi kollha li saru fil-konfront tiegħu, huwa fatt magħruf li l-priġunieri f ’dan il-pajjiż jiġu mġiegħla jammettu biex jevitaw pieni aktar ħorox.
IT-TRAMM
Mezz ta’ trasport li fl-imgħoddi kien popolari ħafna kien it-tramm. Dan kien forma ta’ vagun tal-ferrovija li jimxi fuq linji tal-ħadid bl-elettriku. Dawn kienu jintużaw anke f ’pajjiżna u l-iżjed li kienu popolari kienu fiż-żoni urbani. Id-differenza bejn tramm u tren hija waħda minima; bl-iżjed evidenti tkun dik li tren ikollha iktar minn vagun wieħed waqt li tramm ikun vagun waħdu li jiġi kkontrollat minn persuna fuqu stess. Evolviment
L-evoluzzjoni tat-tramm tmur lura għal bosta snin, b’diversi żviluppi minn dak miġbud b’żiemel, dak li jaħdem bl-isteam, għal dak li jaħdem bil-fuel (petrol jew diesel) għal dak li jaħdem bl-elettriku kif għadek issib sal-ġurnata tal-lum f ’ċerti pajjiżi. L-ewwel tramm li ġie vvintat, deher f ’Wales fl-Ingilterra fl-1804 li kien miġbud minn żiemel. Att parlamentari biex l-użu tat-tramm jiġi legalizzat għal użu ta’ trasport pubbliku, wassal biex dan iseħħ fl-1807. Servizz li beda fl-1832 fl-Amerka, beda jaħdem fuq bażi regolari fejn dan ma kellux għalfejn jiġi bbukkjat minn qabel. Kienu bosta l-kumpaniji differenti li bdew jaħdmu f ’bosta pajjiżi madwar id-dinja li kollha ħadu spinta filpopolarità tagħhom lejn nofs is-seklu dsatax. Lejn tmiem is-seklu dsatax, l-evolviment tat-tramm ġie evidenti fejn rajna l-ewwel tramm mekkanizzat li kien jaħdem bl-isteam. Minn dawn kien hawn żewġ tipi kemxejn differenti. L-iżjed wieħed komuni kien dak b’minimu ta’ żewġ kabini, fejn kabina minnhom kienet tintuża bħala l-magna u l-kumplament fejn jinġarru n-nies.
Dan kien metodu simili ħafna għal tren żgħir. It-tip l-ieħor kien dak li jixbaħ ittradizzjonali fejn kellu l-magna u post għall-passiġġieri f ’kabina waħda. Ftit snin wara, rajna sistema iżjed moderna fit-tramm fejn dan kien jitħaddem b’cable tal-elettriku. Din issistema kienet tissejjaħ cable car line, għaliex xorta waħda, dawn il-vetturi kellhom linji tal-ħadid imdaħħlin flart. Dawn kienu kemxejn iżjed stretti fl-użu u fil-ħidma tagħhom għaliex kellhom bżonn l-użu ta’ powerhouse li tiġġenera l-elettriku biex ikunu jistgħu jaħdmu. It-tramm kien u għadu jintuża f ’ħafna bliet madwar l-Ewropa. Lisbona, ilkapitali Portugiża hija magħrufa ħafna għal dawn it-tramm, b’mod speċjali għall-karatteristika ġeografika ta’ din il-belt li fiha ħafna għoljiet, għalhekk it-tramm għandu makkinarju apposta biex jiffaċilita it-tlajja’. Vjenna u Praga, huma bliet oħra fejn it-tramm huwa magħruf ghall-ħidma favur l-ambjent u ekonomika tagħhom. Żvilupp fid-disinn
Iż-żmien ġab ukoll diversi disinni differenti fit-tramm. Kien hemm trammijiet kif wieħed jista’ jimmaġina b’faċċata waħda iżda kien hemm ukoll dawn b’żewġ faċċati, hekk imsejħa double-ended. Maż-żmien ġew maħduma trammijiet low-floor kif ukoll aktar wara dawk ultra lowfloor. Kien hemm trammijiet doubledecker jiġifieri b’żewġ sulari kif ukoll dawk hekk imsejħa tram-train. Dan kien tramm b’magna kemxejn iżjed b’saħħitha li tixbah lil dik ta’ tren. Użi differenti Barra dan, insibu diversi trammijiet
għal użi differenti minn dawk li jġorru lill-passiġġieri. Cargo trams li jġorru l-merkanzija, hearse trams li kienu jġorru l-katavri lejn il-bidu tas-seklu għoxrin, dog car li kienu trammijiet li jġorru lill-annimali u lis-sidien tagħhom lejn iċ-ċentri tal-ibliet, mobile office għall-kuntratturi f ’siti ta’ kostruzzjoni, ristoranti, libreriji mobbli, nursery trams, li kienu servizzi apposta li jwasslu lit-tfal għall-ġenituri tagħhom mill-iskejjel jew postijiet tax-xogħol, trammijiet għal servizzi speċjali taxxogħol kif ukoll għal użu ta’ reklamar billi jinksew b’reklami fuq barra u/jew ġewwa. It-tramm f ’Malta Kien fi Frar tal-1905 li f ’Malta ġie introdott it-tramm. Sa dan iż-żmien, il-Maltin kienu għadhom biss igawdu mill-ferrovija bħala mezz ta’ trasport mekkanizzat. Is-servizz tal-ferrovija kien strett ħafna fejn kien jgħaddi biss minn periferiji ta’ ċerti irħula (Belt, il-Furjana, il-Ħamrun, Birkirkara, Ħ’Attard, ir-Rabat, L-Imdina) iżda t-tramm seta’ jilħaq iċ-ċentri tal-irħula ferm iżjed aħjar. Il-linji tat-tramm kienu tpoġġew f ’Birkirkara, Kottonera, Raħal Ġdid u Ħaż-Żebbuġ. Dan isservizz kien jitħaddem mill-kumpanija McCartney, McElroy & co Ltd li kellha bażi f ’diversi pajjiżi. Ir-rotta ta’ ĦażŻebbuġ kienet rotta li tellfet flejjes kbar lill-kumpanija għaliex kienet rotta li tgħaddi minn qalb ħafna għelieqi biex tilħaq bosta żoni abitabbli. Għal TasSliema u San Ġiljan, din il-kumpanija ġiet imċaħħda milli topera. Din il-kumpanija kellha f ’Malta 32 tramm b’16 minnhom kienu double deckers u 6 minnhom kellhom il-parti ta’ fuq miftuħa. Tnejn minn dawn ittrammijiet kienu li jnaddfu t-toroq u
l-linji. Sistema komuni ħafna biex tramm tal-elettriku jaħdem, kien li l-elettriku jgħaddi minn wire imdendel fil-għoli tat-triq u jinżel għall-magna permezz ta’ trolley pole li jkun imqabbad massaqaf tal-vettura. Is-sewwieq joqgħod bilwieqfa biex iħaddem it-tramm, u blid ix-xellugija jikkontrolla l-ammont ta’ elettriku li jidħol fil-magna waqt li blid il-leminija jikkontrolla il-brejkijiet. Miegħu kien ikun hemm kunduttur li kien ibigħ il-biljetti lill-passiġġieri. L-introduzzjoni tat-tramm ġabet magħha bosta problemi, kif ukoll sabet diversi problemi bl-iżjed waħda komuni tkun l-introduzzjoni tal-karozzi tal-linja għaliex dawn kienu ferm iżjed komdi mit-tramm. Il-problemi li sabet il-kumpanija tat-tramm f ’Malta, kienu l-protesti li ressqu s-sewwieqa talkarozzini minħabba tgergir fit-telf ta’ flus kif ukoll minħabba ħsarat li bdew jiġrulhom fir-roti tal-karozzini minħabba r-rails tal-ħadid. Problema oħra kien il-qtugħ tad-dawl għaliex ittramm tal-elettriku ma setax jaħdem mingħajr dawl. Ir-ramm aħmar li kellhom dawn it-tramm, ħafna drabi kien jinsteraq mill-Maltin stess. Saru ukoll xi inċidenti bit-tramm fejn l-iżjed komuni kienu meta tramm jaqbeż il-linji jew jitlef il-kontroll u l-brejkijiet waqt li jkun nieżel xi niżla. Ġraw diversi każi fejn anke mietu n-nies. Is-servizz tat-tramm intemm fl-1929 wara diversi problemi u telf ta’ flus. Is-servizz tal-karozzi tal-linja beda jissaħħaħ u sar ferm iżjed komdu biex jilħaq ħafna rkejjen tal-irħula li bittramm ma kinux jintlaħqu. Apparti hekk, il-karozza tal-linja la kellha bżonn dawl u lanqas linji biex taħdem. Is-servizz tat-tramm baqa’ qatt ma ra l-ebda investiment dieħel tul is-snin.
KAROZZI
kullhadd.com
01|05|2016 19
TISBIĦ FIR-RECEPTION AREA TA’ TOYOTA
Michael Debono Ltd, importaturi lokali tad-ditta Toyota flimkien ma’ parti minn Debono Group, issieħbu flimkien għal rinovazzjoni sħiħa tar-reception area fejn tilqa’ lill-klijenti, fix-showroom ta’ Toyota f ’Ħaż-Żebbuġ. Ix-showroom ta’ Toyota hija diġà meqjusa bħala ikona fl-industrija lokali tal-karozzi. Bi struttura kompletament tal-ħadid u ħġieġ hija konferma ċara ta’ stil u teknoloġija moderna. Toyota dejjem tistinka biex iżżomm l-aġġettiv ‘Kaizen’, li tfisser progress kontinwu, għalhekk żviluppat Toyota Retail Concept li jitfa’ lill-klijenti tagħha fiċ-ċentru tal-attivitajiet fl-istess showroom. Jiġifieri, sew jekk klijent qed jistaqsi għal karozza ġdida jew użata, jew jixtieq jibbukkja l-karozza għal servizz jew xogħol ta’ tiswija, dawn ir-rikjesti kollha jistgħu jiġu milħuqa f ’post wieħed f ’reception area waħda li hija komuni li taqdi kemm lill-klijenti għal servizzi ta’ sales kif ukoll after-sales. Il-loġika wara disinn ġdid ta’ reception hub hija waħda ta’ trasparenza u attenzjoni personali. Il-klijent mhux moqdi wara skrivanija kbira, iżda hu
jew hi jiġu moqdija f ’attenzjoni individwali, b’attenzjoni personali minn aġenti mħarrġa apposta minn Toyota Service. Dawn l-aġenti jara b’reqqa kull dettall tax-xogħol li sar fuq il-karozza u jispjegaw il-kont f ’dettall biex il-klijent jifhem sew il-proċess kollu. Il-messaġġ b’saħħtu li jridu jwasslu Michael Debono Ltd u Toyota, huwa li service customers mhumiex klijenti inqas importanti, u għalhekk jingħataw l-istess livell ta’ attenzjoni daqs dawk li marru biex jixtru karozza. Il-klijenti kollha huma milqugħa minn hostess, u huma liberi li jirrilassaw fillounge area li għadha kemm ġiet rinovata. Te, capuccino u espresso huma kollha disponibbli kuljum mingħajr ħlas, flimkien ma’ użu ta’ iPad, WiFi, gazzetti u tv-news area. Hemm ukoll żona żgħira fejn it-tfal jistgħu jilagħbu jew jaraw it-televiżjoni. Għal iżjed informazzjoni dwar Toyota u l-prodotti tagħhom, żur ix-showroom li tinsab fi Triq Mdina Ħaż-Żebbuġ, żur il-paġna ‘Toyota Malta’ fuq Facebook jew ċempel 22694000.
20 01|05|2016
kullhadd.com
MILL-ISTORJA
DAWN ĠEW MALTA
JOHN HOOKHAM FRÈRE: POETA U DIPLOMATIKU Fis-sena 1807, sieħbu George Canning laħaq Segretarju talAffarijiet Barranin. Kien hemm il-ħsieb li Frere imur il-Prussja bħala ambaxxatur, imma dan baqa’ ma seħħx għax dan ilpajjiż qata’ r-relazzjonijiet malIngilterra u daħal f ’alleanza ma Franza.
Kitba ta’ JOSEPH R. SCICLUNA Kien f ’April tas-sena 1821 meta John Hookham Frere ġie joqgħod fostna u fi ftit żmien ħass ġibda lejn pajjiżna. Il-klima ta’ Malta għogbitu u baqa’ affaxxinat bis-sbuħija tal-knejjes, il-monumenti u l-palazzi żgħar fil-gżira tagħna. “Malta, sovereign isle, the destined seat and asylum Of chivalry, honour and arms – the nursing mother of heroes, Mirror of ancient days, monumental trophy recording All that of old was felt or feared or achieved or attempted” Il-kittieb Ingliż Samuel Taylor Coleridge kien sejjaħ lil John Hookham Frere “A perfect gentleman”. Frere kien jaf jitkellem bit-Taljan, bil-Franciż u l-Ispanjol. Kien midħla sew ma’ Bryon, Scott u Coleridge u, għalkemm ma laħaqx il-kalibru tagħhom, ħalla biżżejjed kitba biex ismu baqa’ mniżżel ma’ dawk li taw gieħ lil-letteratura Ingliża. It-trobbija u l-edukazzjoni John Hookham Frere twieled fil-21 ta’ Mejju tas-sena 1769 filbelt ta’ Londra. Missieru kien ġej minn familja sinjura li kellha proprjetà f ’diversi postijiet flIngilterra. Missier ommu kien tat-tajjeb u ma setax jonqos li t-tfajjel John trabba ma jonqsu xejn. Il-ġenituri tiegħu setgħu jagħtuh edukazzjoni mill-aqwa u, ta’ 16-il sena, mar jistudja filkulleġġ ta’ Eton u wara daħal l-università ta’ Cambridge fejn iggradwa fil-letteratura. Fis-sajf 1792 , waqt li Frere kien fuq żjara fi Franza, faqqgħet ir-revoluzzjoni. Inqala’ l-ġlied, il-poplu qam għall-klassi għolja tal-pajjiż u ħafna minnhom ħallew rashom taħt il-giljottina. Fl10 ta’ Awwissu, is-suldati talGwardja Nazzjonali attakkaw il-palazz ta’ Tuileries u r-Re ġie mneħħi. Kien bniedem li jħobb il-paċi u li jemmen li ż-żgħir għandu jiġi ttrattat tajjeb missinjur, imma mill-banda l-oħra kien tal-fehma li meta wieħed irid jipprotesta m’għandux jirrikorri għall-vjolenza. Iż-żmien fil-politika d-diplomazija
John Hookham Frere ġie Malta fl-1821 kienu Cambridge u dan talaħħar kien ta’ għajnuna kbira għal Frere aktar tard fil-karriera politika tiegħu. F’Jannar tassena 1801 ġie mibgħut bħala rappreżentant speċjali talGvern Ingliż f ’Lisbona. Ma tantx dam wisq, għax sena wara mar Spanja biex itejjeb u jsaħħah ir-relazzjonijiet ta’ dan il-pajjiż mal-Ingilterra. Frere qatt ma basar li l-Prim Ministru tal-pajjiż, li-Prinċep Manuel de
Godoy, kien qiegħed jaħdem minn wara dahru u jitħabbeb ma’ Napuljun. Kien tard wisq meta Frere induna, u kellu jerġa’ jmur lura f ’pajjizu meta faqqgħet il-gwerra bejn Spanja u l-Ingilterra . Frere ma tantx għamel suċċess matul il-karriera diplomatika tiegħu u, bhalma jgħidu: ilfortuna ma daħkitlux. Ma kienx maqgħtuh għall-politika u sab min ifixklu kemm-il darba.
u
Fis-sena 1796 irnexxielu jieħu siġġu fil-Parlament Ingliż, u mar iżur il-Prussja ma’ delegazzjoni tal-Gvern. Tliet snin wara nħatar Assistent Segretarju flUffiċċju tal-Affarijiet Barranin minflok sieħbu George Canning. Lil Canning kien għamel ħbieb miegħu meta
Dehra ta’ wieħed mit-terazzini ta’ Ville Frere, ippublikata f ’Country Life Magazine fl-1930
provinċja Spanjola u ma jkunx qiegħed jidher li se jabbanduna lill-Ispanjoli. Għaddiet ta’ Frere u, wara ġlied qalil, l-armata Ingliża tħarbtet għalkollox. F’Jannar tal-1809 Moore safa midrub għal mejjet. L-għajta tan-nies fl-Ingilterra kienet li hu kien il- kaġun ta’ li ġara u l-Gvern sejjaħlu biex imur lura Frere fi Spanja f ’pajjiżu. Minn hemm irrifjuta li jkun l-Ambaxxatur f ’San Fis-sena 1808, truppi Ingliżi Pitruburgu, u fis-sena 1810 daħlu fi Spanja taħt il-kmand telaq mis-servizz diplomatiku. tal-Ġeneral John Moore, biex jgħinu lis-suldati tal-ġunta Ir-rabta ma’ Malta Spanjola ixejnu l-qawwiet militari Franciżi. Moore ma Meta kien l-università ħa kienx intebaħ li Napuljun interess u studja l-letteratura innifsu kien qiegħed imexxi klassika tal-Greċja, tant li l-armata Franċiża u dan il- qabel ġie Malta kien diġà qaleb fatt mela b’kuraġġ lis-suldati għall-lingwa Ingliża wieħed Franċiżi tant li l-armata mid-drammi komiċi talSpanjola ma setetx twaqqaf lil kittieb u poeta Aristophanes. Napuljun milli javvanza lejn Forsi Frere ma tantx baqa’ Madrid. Sadanittant, Frere magħruf bħala politiku imma, reġgħet ġietu l-opportunità li min hu midħla tax-xogħlijiet jmur Spanja bħala ministru tiegħu, jintebaħ bil-kobor talplenipotenzjarju. Kif wasal pinna tiegħu meta jirnexxilu kiteb lill-Ġeneral Moore fejn jżomm ħajjin ir-rakkonti ta’ qallu, anzi ordnalu, li ikun aħjar dan id-drammaturgu kbir. jekk jitlaq malajr biex jipprova Meta wieħed jaqra l-poeżija jżomm lil Napuljun milli jidħol ta’ Hookham Frere, iħoss f ’Madrid. Mill-banda l-oħra, l-armonija tal-versi li l-poeta Moore ma setax jaqbel ma’ dak romantiku jaf iqabbel biex li kien qiegħed jgħidlu Frere joħroġ il-ħsibijiet tal-poeżija għax ħass li kien se jpoġġi lis- oriġinali. Hookham Frere żżewweġ suldati tiegħu fil-periklu u ftit li xejn kellu tama li jegħleb lill- lil Elizabeth fl-1816, wara li Franciżi, għalhekk ħass li kellu ltaqa’ magħha għall-ewwel jirtira t-truppi u jaqsam għal darba tmien snin qabel fi triqtu lejn Lisbona. Elizabeth kienet Lisbona fil-Portugall. Frere kien tal-fehma li jkun l-armla tal-Konti George aħjar jekk Moore jieħu triq ’il Errol li kien għamel suwiċidju fuq għall- Port ta’ Corunna meta bi żball żvela xi sigrieti biex b’hekk il-Gvern Ingliż militari waqt li kien uffiċjal seta’ jżomm kontroll fuq il- kmandant fl-armata. Elizabeth
MILL-ISTORJA
kullhadd.com
mardet u għalhekk żewġha ġabha Malta biex tgawdi l-klima sħuna ta’ pajjiżna. Meta waslu Malta, f ’April tas-sena 1821, krew post fi Triq l-Ifran, il-Belt Valletta, imbagħad sena wara marru joqogħdu f ’dar Tal-Pietà għal ftit żmien sakemm bnew villa fin-niżla ta’ Gwardamanġa – il-post li baqa’ jgħix fih sakemm miet. F’Malta Frere studja l-lingwa Maltija u l-Ebrajk u kien iqatta’ ħin twil jaqra u jedha fil-ġnien li huwa stess kien fassal il-pjanta tiegħu. Kien sab id-dar adattata u għallkwiet seta’ jgħaddi aktar ħin jistudja u jikteb. Huwa kompla jaqleb għall-ilsien Ingliż ittliet kummidji tal-poeta Grieg Aristophanes. Sadanittant għamel ħbieb ma’ xi Ingliżi li kienu jgħixu jew iżuru pajjiżna. Fuq parir ta’ sieħbu Cornwall Lewis, hekk kif lesta t-traduzzjoni tax-xogħlijiet ta’ Aristophanes, dawn ġew ippubblikati u stampati flIstamperija tal-Gvern. Frere kien jaf sew il-Grieg u l-Latin u kien igawdi rispett minn nies magħrufa filqasam tal-letteratura. Millbanda l-oħra, kien hemm min kien jarah bħala bniedem xi ftit arroganti u li mhux faċli tagħmel ħbieb miegħu. Dan kien forsi ġej mill-fatt li Frere kien mistħi u nervuż, u jista’ jkun ukoll li Frere kien jaġixxi b’dan il-mod biex jaħbi n-nuqqas ta’ fiduċja fih innifsu. Mill-banda l-oħra kien iħobb jgħaddi xi ċajta u jnissel tbissima. Jieħu interess fl-edukazzjoni ta’ pajjiżna
01|05|2016 21
Dehra riċenti tal-gazebo fil-ġnien ta’ Villa Frere xogħol, il-familji kienu kbar u anke kien hawn tallaba fittoroq. Frere kien jgħin in-nies fil-bżonn u jagħtihom ukoll flus. Huwa kien il-president ta’ kumitat li jieħu ħsieb li tingħata l-għajnuna u solliev lill-fqar u lil dawk li kienu jisfaw mingħajr impieg. Kien jara kif jagħmel biex jipprovdi għajnuna lil dawk li kienu jsiefru biex isibu impjieg barra minn Malta. Dak iż-żmien kienet id-drawwa li l-Maltin imorru jfittxu xortihom f ’Tunes, fi Tripli jew fil-belt ta’ Alessandra fl-Eġittu. Kien benefattur u ġeneruż ma’ min jitolbu l-għajnuna. Meta faqqgħet il-marda talkolera fl-1837, Frere qassam flus lil familji milquta minn dan il-flaġell u jingħad li baqa’ jikkontribwixxi mal-£1000 fissena f ’karità, sakemm miet. Huwa kien ta donazzjoni tal-akbar somma flus (aktar milli kien ħareġ il-Gvernatur innifsu) biex imorru għallfamilji Maltin u Ingliżi li tilfu membri tal-famija tagħhom li kienu baħrin u mietu fittraġedja tal-għarqa tal-iskuna Meteor li ġrat fil-Port il-Kbir fil-15 ta’ Frar tas-sena 1834. Anke l-mara ta’ Hookham Frere kienet magħrufa għall- ħidma tagħha ma’ dawk inqas iffortunati. Hija waqqfet għaqda u baqgħet imfakkra għal dak li għamlet ma’ persuni li kienu morda, u speċjalment ma’ dawk bi bżonnijiet speċjali. Kienet tiġbor flus għal familji fqar u saħansitra kienet tħallsilhom il-kera biex tevita li dawn imorru jittallbu fit-toroq. Linnisa kienet tinkorraġġihom billi tipprovdilhom magni biex jaħdmu n-newl fi djarhom u jkunu jistgħu jaqilgħu xi ħaga tal-flus.
Ma setax jonqos li personaġġ bħal Frere, bniedem kolt u studjuz, josserva xi jkun għaddej f ’pajjiżna. Ma kienx ilu ħafna fostna meta l-Gvernatur ħatru Chairman tal-Kunsill talUniversità, liema Kunsill kellu jissuġġerixxi x’jista’ jsir biex jitjieb il-livell tal-edukazzjoni fi gżiritna. Kultant kien jieħu post ir-rettur fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-lawrja lil tobba Protestanti gradwati f ’Malta. Saħansitra ħareġ minn butu ftit aktar minn £100 sterlina biex inxtraw kotba li ngħataw lill-istudenti tal-mediċina. Hookham Frere ħadem bla heda biex iġib ’il quddiem l-ilsien Malti. Tħabat u stinka biex il-Malti jiġi mgħallem fl-iskejjel primarji, u kien il-protagonist biex Mikiel Anton Vassalli jinħatar lettur biex jgħallem il-lingwa Maltija għall-ewwel darba flUniversità ta’ Malta. Kien ipprova jqajjem interess fost il-membri tal-Kleru biex jistudjaw l-Ebrajk u, fis-sena 1838, il-Kunsill aċċetta li dan is-suġġett u l-istudju talIskrittura Mqaddsa jkunu parti Frere ħadem għall-ġid talmis-sillabu fl-Università. Maltin
Frere benefattur mal-Maltin Frere baqa’ jgħix Malta u qatt ma mar lura l-Ingilterra. Xorta Il-faqar f ’pajjiżna kont tħossu waħda kien ikun jaf x’qiegħed b’idejk. Kien hawn nuqqas ta’ isir f ’pajjiżu billi jżomm
ruħu aġġornat u jirċievi ittri mingħand nies barra minn Malta. Kien jiltaqa’ ma’ Ingliżi li kienu jiġu hawn fostna u jagħtuh l-aħħar aħbarijiet dwar il-qagħda politika u dak kollu li jkun għaddej fl-Ingilterra. Hemmhekk in-nobbli kienu qegħdin jitilfu l-privileġġi, filwaqt li l-klassi tal-ħaddiema kienet qiegħda tfittex biex tkun stmata aħjar. Hawn Malta wkoll il-poplu kien imdejjaq u saru protesti fit-toroq. IlGvernatur kellu poteri li seta’ jiddeċiedi u jordna hu mingħajr ma jieħu l-parir tal-Kunsill talGvern. Il-Gvern Kolonjali
kien ħatar kummissjoni biex tagħtih parir ħalli jitwettqu xi riformi f ’pajjiżna. Frere ħataf l-okkażjoni biex jiltaqa’ malmembri ta’ din il-kummissjoni u jesprimi l-proposti tiegħu, fosthom li l-Maltin jingħataw karigi ta’ responsabbiltà fid-dipartimenti tal-Gvern minflok li jiġu impjegati Ingliżi b’salarji għoljin. Frere magħruf u rrispettat f ’pajjiżna Għalkemm Frere kien Protestant, huwa kien daħal membru fil-Mażunerija fis-27
ta’ Frar tas-sena 1822. Qatt ma kien bniedem fanatiku u kien jemmen li kull persuna għandha dritt tħaddan ittwemmin reliġjuż li tixtieq. Kellu rispett kbir għal dawk li ma kinux tal-istess twemmin tiegħu. Saħansitra kien ħabib ma’ diversi persuni distinti fil-Knisja Kattolika, fosthom il-Ġiżwita Luigi Maria Rigord, il-qassis Serafino Marmarà u l-Isqof Francesco Saverio Caruana. John Hookham Frere miet fis- 6 ta’ Jannar fissena 1846 fl-età ta’ 76 sena u ndifen fl-istess qabar ta’ martu fiċ-ċimiterju tal-Imsida.
KUN AF
kullhadd.com
01|05|2016 23
KUN AF
TĦASSIB SERJU BIS-SĦANAT TAD-DINJA 100 sena oħra l-livell tal-baħar jiżdied b’sitt piedi. Veneżja tibqa’ tidher fuq il-kartolini. L-Istati Uniti, għalkemm għandu persentaġġ ta’ 4% millpopolazzjoni tad-dinja, huwa l-iktar pajjiż li qed iniġġes iddinja bil-gassijiet valenużi. Fil-fatt, 22% minn dawn l-emissjonijiet ġejjin minn dan il-kontinent
Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’
SAVIOUR
MAMO
Minn żmien il-ħamsinijiet ’l hawn sar żvilupp tremend f ’dik li hi teknoloġija, imma min-naħa l-oħra l-bniedem ma ħasibx biżżejjed fuq il-konsegwenzi li setgħu jinqalu ’l quddiem jew l-effetti negattivi li jinħolqu fuq din il-pjaneta tagħna. Waħda mill-iktar problemi li qiegħda tinħass hi dik tas-sħanat u l-bidla fl-istaġuni. Dan hu kollu kaġun tat-tniġġis fl-arja. Illum ix-xjentisti jinsabu inkwetati ħafna b’din il-problema għax b’dan it-tniġġis id-dinja qiegħda tisħon b’mod allarmanti u diffiċli treġġa’ lura jew tikkoreġi din il-ħsara li diġà saret u li qed issir. Kull ħaġa li taħdem biżżejt (fossil fuel), bħall-karozzi, ajruplani, vapuri u kull xorta ta’ inġenji, qegħdin jikkontaminaw l-atmosfera tad-dinja. Kaġun ta’ dan it-tniġġis, it-temperatura qiegħda kulma tmur tiżdied u qed taffettwa kull ħlejqa fiddinja. Ħafna pajjiżi, fosthom Malta, qegħdin ibatu minn nuqqas ta’ ilma. Biżżejjed insemmu kemm għamlet xita din is-sena. Is-soltu f ’pajjiżna
Riskju ta’ iktar mard u ġuħ
tagħmel medja ta’ 600mm (24 pulzier) xita; din is-sena għamlet biss 231mm (9.2 pulzieri), li tfisser inqas minnofs. Min qatt kellu jgħidilna li f ’Jannar is-siġar tal-frott ħarġu ż-żahar? Fejnu dak il-bard u l-ksieħ li jxoqq il-għadam? Issa li s-sajf jinsab magħna, min jaf kemm se jogħlew ittemperaturi? Tajjeb li wieħed jaħseb ftit.
ħasbu. Il-gassijiet fl-atmosfera laħqu livell tant għoli li qiegħed jikkaġuna bidla fl-istaġuni. Hemm ħafna iktar rapporti li jafu bihom ix-xjentisti, imma ma jridux jallarmaw iktar lillTħassib inkwetanti poplu. Ħafna kreaturi qegħdin Spiss il-mexxejja tad-dinja imuti jew ibiddlu l-post fejn isjiltaqgħu u jitkellmu fuq soltu jgħixu. dan il-fenomenu. Hawn isir bil-global ftehim biex jippruvaw isibu X’nifhmu soluzzjonijiet alternattivi biex warming? inaqqsu kemm jista’ jkun l-emissjonijiet perikolużi fl-arja. Id-dinja hija globu kbir ta’ Pereżempju bħalma għamel il- nar miksi b’qoxra. Is-sħanat Prim Ministru ta’ Malta Joseph iġġenerati minn dan in-nar Muscat meta għalaq il-power joħorġu fl-atmosfera. Mijiet ta’ station tal-Marsa. eluf ta’ snin ilu ma kienx hawn Skont rapporti f ’ġurnali carbon dioxide fl-atmosfera daqs barranin, ix-xjentisti jinsabu illum. Din il-kwantità ta’ gass, inkwetati minħabba li r-rata li hu ġġenerat mid-dħaħen li biha qed tisħon id-dinja tal-fabbriki u ingenji oħra, hija għaxar darbiet aktar milli qiegħed iservi ta’ lqugħ mad-
dawra tad-dinja u mhux qed iħalli s-sħana tinfirex fl-ispazju. It-temperaturi mifruxin maddinja huma bbilanċjati biex il-bniedem u kull ħlejqa oħra fid-dinja jgħixu komdi u jieħdu arja pura u nadifa. Effetti koroh Kaġun ta’ din iż-żieda fis-sħana, fin-naħa ta’ fuq tad-dinja, il-baħar Artiku kulma jmur qiegħed jisħon u ħafna millblokok tas-silġ qegħdin idubu. Art imdaqqsa ta’ silġ fejn jgħixu ċerti speċi ta’ annimali qiegħda tonqos. Il-livell taloċeani ftit ftit qiegħed jogħla. Dan ifisser li hu ta’ periklu kbir għall-pajjiżi li jinsabu ħdejn dawn l-ibħra. Huwa mbassar, skont ix-xjentisti, li fi żmien
Ċertu mard li kien kważi spiċċa minn wiċċ id-dinja, illum qiegħed jerġa’ jfeġġ. It-tobba qegħdin jiltaqgħu ma’ mard konness ma’ nemus li saħansitra qed iħalli konsegwenzi koroh fuq trabi tat-twelid. Ħafna insetti qegħdin jiżdiedu minħabba sħanat żejda. L-agrikultura wkoll qed tmur lura minħabba ċertu mard konness ma’ sħana eċċessiva. Tħobb ħaġa u tobgħod oħra. Jekk tuża l-pestiċida biex toqtol l-insetti tagħmel iktar ħsara lillambjent. Meta staġun jinbidel, ibiddel l-istaġun ta’ warajh. U hekk qiegħed jiġri. Wasalna fi żmien li prodotti tal-ikel taxxitwa saru skarsi u wieħed irid iħallas sew biex jixtri xi prodott xitwi. Minbarra li nbidlet il-klima, żdiedu n-numru ta’ terremoti, nirien fl-imsaġar, tsunami u kull xorta ta’ diżastri. Dan kollu ġabu l-bniedem b’idejh u issa qegħdin inbatu aħna stess. Jien nitħassar lil uliedna u lil ulied uliedna.
REĠGĦET TILFITU
Fr Mario Attard OFM Cap
Wara t-telfa ta’ dawn il-ġawhriet, illum sirt aktar konxja tan-nies muġugħin madwari
L-għajta. Id-daħka. Il-fatt biss tal-preżenza tiegħu jew tagħha. Għalkemm ċkejknin, jidhru insinifikanti, daqs naqra! Imma kemm iġibu ferħ! It-tfal! Kienet qed tistennieh b’tant ħerqa! Diġà għaddiet mill-esperjenza qarsa li titlef l-ewwel wieħed. Issa t-tieni. Imbagħad it-tielet… Titlef. Titlef. U titlef ! Stallett wara l-ieħor! Hi u hu għamlu dak kollu li x-xjenza talbet minnhom. Ħadu l-prekawzjonijiet kollha. Għamlu ma nafx kemmil test. L-aktar hi. Kemm qagħdet attenta. Darba aktar minn oħra. Ħadet ma nafx kemm-il injezzjoni. U x’sewa? Li l-ġawhra reġgħet intilfet! Mar, iva, bħalma jmur issħab fl-arja. Filli ħassitu ġo żaqqha, u filli le! Skiet kbir! Baħħ tal-mewt! Silenzju li jnissel tant dmugħ u wġigħ! Din hija parti wkoll millħajja li qed ngħixu ħbieb! Wara tant aspettativa. Biżibilju tħejjijiet. Wara ma nafx kemm-il ħolma! U x’jiġri? Kollox imur għal rasu! Dak li kellu jseħħ jispiċċa ma jseħħx. U d-dubji jibdew ifaqqsu. Tgħid tort
ta’ min din id-darba? Tiegħi? Tiegħu? Għamilt xi ħaġa li ma kellix nagħmel? Obdejtu lit-tabib? Imxejt kif qalli? Ma nafx! Inħossni mħawda! U, il-bużillis hu li tgħidx kemm tlabna li kollox jiġi sew! Ma nafx kemm-il talba għamilt. U wegħdi lil dak il-qaddis u lil dik il-qaddisa. Issa nħossni iddiżappuntata. Mitlufa. Imkissra. Għandi aptit inqatta’ kull santa li tiġi quddiemi! Anke jekk wara jiddispjaċini. Mhux biss għax ommi u missieri tawni trobbija tajba, jew għax bagħtuni fi skola talKnisja u l-Mużew, imma wkoll għax: il-Mulej x’tort għandu f ’dan kollu? Nispera li m’għamiltx xi dnub u issa qiegħed jikkastigani! Imma, ngħid jien, jikkastigani meta dan Alla jgħidilna li hu ħniena? U, jekk veru hu Alla li jagħmel il-mirakli, għaliex ma interveniex f ’din it-tqala tiegħi? Almenu għal din iddarba jagħtini l-ferħa li nsir omm? U lil żewġi jew lissieħeb tiegħi li jkun missier? Nipprova nfittex it-tweġiba tiegħi. Nistaqsi b’interess lil dak l-espert u lill-ieħor. Forsi naqbad ftit tarf ta’ dak
li għadda mingħalija. Imma xi nsib f ’idejja? Proprju xejn! Kollox għadu jiġri flarja. Imma għaliex kellu jiġrilna hekk lilna? Aħna li tant nitolbu? Immorru l-quddies? U d-dar, jekk ifettillek tiġi s’għandna, ma tarax ħlief inkwatri ta’ Ġesù ’l hawn u ta’ Ommu u Ommna Marija ’l hemm. Fi ftit kliem: għaliex dawn l-affarijiet iseħħu lin-nies li huma tajbin? X’għamilna ħażin biex jistħoqqilna dan kollu? Imbagħad hawn min li donnu aktar kemm lit-tfal ma jiħux ħsiebhom aktar kollox jiġih warda! U, jekk jogħġbok, hawn min lit-tfal joqtolhom fil-ġuf ! U aħna, li tant ilna mixtieqa għallulied, nibqgħu dejjem b’xejn! B’idejna vojta! Il-vojt li nħoss ġo qalbi huwa tassew kbir! Imrar! Swied il-qalb! Kemm inħossni waħdi! Madankollu, u biex inkun għedt kollox, meta rġajt għaddejt minn din il-burraxka tgħidx kemm irċevejt sapport. Dik ilkartolina, dik it-telefonata, dak il-messaġġ li hemm xi ħadd qed jitlob għalija tant kemm farraġni f ’dan l-uġigħ!
Xi erwieħ tajba saħansitra offrewli li jsajruli għal xi żmien sakemm niġi f ’tiegħi. U anke jnaddfuli dari jew jaħsluli l-ħwejjeġ. U kemm apprezzajt it-talija li, meta ġiet għandi, qagħdet tismagħni. Avolja ġieli ma kellimthiex, hi baqgħet hemm, siekta, tilqagħni muġugħa kif jien. U meta ħabibti għannqitni u qaltli; “Inħobbok!” għajnejja ma waqfux inixxu d-dmugħ. Dak id-dmugħ ta’ wġigħ u flistess ħin ta’ serħan li xi ħadd kien qed jismagħni. Wara t-telfa ta’ dawn ilġawhriet illum sirt aktar konxja tan-nies muġugħin madwari, l-aktar ta’ nisa bħali li għaddew millistess uġigħ tiegħi għax tilfu frott imħabbithom. Mill-esperjenza morra tiegħi tgħallimt li l-weġgħa, għalkemm kbira, bdiet tiddewwa meta nftaħt għallgħajnuna li bdiet tingħatali. Veru li ħadt iż-żmien nibki lil uliedi. Għadni nibkihom sal-lum. Madankollu, qed nitgħallem li, għalkemm jiena muġugħa, nista’ wkoll inkun ta’ għajnuna għall-ommijiet muġugħin bħali wkoll. Mulej! F’idejk!
24 01|05|2016
kullhadd.ċom
MADWARNA
WIRJA AGRARJA F’ĦAD-DINGLI L-400 ANNIVERSARJU
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli ta’ kull sena jorganizza attivitajiet li jippromovu t-tradizzjonijiet tal-gżejjer Maltin, b’mod speċjali dawk Dinglin. Attività bħal din, Ħad-Dingli – Ħidma Agrarja u Tradizzjonijiet, hija mera ta’ x’joffri r-raħal fil-qasam kulturali, agrikolu, gastronomiku tradizzjonali u l-aspetti ekoloġiċi tal-madwar. Għal diversi persuni, b’mod speċjali t-turisti, ir-raħal ta’ Ħad-Dingli huwa sinonimu mal-irdumijiet, però din l-attività se sservi ta’ pjattaforma għal dak li r-raħal kapaċi joffri, b’esperjenza agrikola unika. Huwa għalhekk li għal sena oħra l-attività se ssir il-Buskett. Dawk li jżuru l-wirja agrarja jistgħu jibbenefikaw minn espejenza unika fejn josservaw
u jieħdu sehem fi tradizzjonijiet agrikoli li, sfortunatment, qed jispiċċaw u posthom jittieħed minn diversi żviluppi teknoloġiċi. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli huwa kommess li jkompli jippromovi l-ħidma agrikola tal-bdiewa tal-lokal, l-artiġjanat u l-attrazzjonijiet ta’ Ħad-Dingli li matul is-sena kollha jattiraw numru sabiħ ta’ turisti, b’attività li kull sena tkun suċċess u li għaliha s-sena l-oħra attendew iktar minn 5,000 persuna. F’din it-13-il edizzjoni li se ssir nhar il-Ħadd l-1 ta’ Mejju 2016, se jkun hemm diversi innovazzjonijiet. Il-wirja agrarja hija unika għax toffri lill-viżitaturi opportunità li jaraw it-tradizzjonijiet antiki li maż-
żmien qed jintesew. Fil-wirja se jkun hemm posti bl-artiġjanat, wirja tan-nagħaġ u l-mogħoż, esibizzjoni tażżwiemel, wirja tal-fniek, wirja tat-tiġieġ, kompetizzjoni talħlib u tal-ġmiel, wirja tal-klieb, petting-section għat-tfal, kids area, wine tasting competition, pittura fuq il-post, kif ukoll programm mimli daqs bajda b’għana, kant Malti, u diversi esibizzjonijiet oħra. Attrazzjoni oħra interessanti hija dik għat-tfal li jistgħu jitgħallmu kif jagħmlu tajra. Se jingħaqdu magħna wkoll Garby u Tidy. Barra dan kollu, wieħed jista’ jduq imqaret, fenek, timpana, laħam taż-żiemel, kirxa, sfineġ, ftira biż-żejt, pulpetti bl-ikkapuljat, u diversi prodotti agrikoli li se jkun hemm.
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-400 anniversarju mittwaqqif tal-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar, is-Società Filarmonica Maria Mater Gratiae ħasset il-ħtieġa li tagħti s-sehem tagħha f ’dawn l-okkażjonijiet speċjali u, għaldaqstant, il-banda se tkun qed ittella’ akkademja mużikali nhar il-Ħadd 8 ta’ Mejju mis-7.30 ta’ filgħaxija ’l quddiem fil-Knisja Arċipretali u santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, taħt il-patroċinju distint tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca. F’din l-okkażjoni hekk speċjali, il-banda se terġa’ ssib postha f ’dan is-santwarju wara 15-il sena, hekk kif fis-sena 2001 kienet ittellgħet akkademja mużikali fejn kien qed jiġi ċċelebrat il-50 anniversarju mill-inkurunazzjoni tal-kwadru titulari tal-Madonna tal-Grazzja. F’dan il-kunċert t iżżanżnet il-cantata Maria Mater Gratiae b’mużika tal-eks-Surmast Direttur u Surmast Onorarju il-Mro Ray Sciberras FLCM, u lirika tas-Sur Ġorġ Peresso M.Th. Għaldaqstant, inħass li jkun xieraq li din l-istess cantata terġa’ tindaqq fis-santwarju tagħna f ’din l-okkażjoni. Għal din is-serata l-banda ħejjiet programm mużikali ddedikat kollu kemm hu lill-Madonna tal-Grazzja. Il-programm jiftaħ bl-antifona Ave Spes Solamen tal-Mro Lorenzo Galea, li se tiġi esegwita għall-ewwel darba bil-banda fuq arranġament tas-Surmast Direttur Kevin Mizzi. Wara tindaqq Salve Maria Salve tal-Mro Pacifico Scicluna, segwita mill-innu Tifħir lill-Madonna tal-Grazzja u Salve Regina talMro Ray Sciberras. Il-qofol jintlaħaq bil-cantata Maria Mater Gratiae, u l-programm jagħlaq bis-silta Sultana ta’ Beltna. Il-banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Kevin Mizzi B.Sc.(Hons.), M.Sc., LLCM, AMusLCM, bis-sehem tattenur Charles Vincenti, is-sopran Rosabelle Bianchi, il-kantanti Rita Pace u Stephanie Cauchi, u l-kor Mirabitur taħt id-direzzjoni ta’ Simone Attard, b’narrazzjoni ta’ Ġorġ Peresso.
MADWARNA
kullhadd.com
01|05|2016 25
ĊERTIFIKAT TA’ KWALITÀ GĦAL ĦONDOQ Moviment Ħarsien Ħondoq jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li l-bajja ta’ Ħondoq ingħatat iċ-ċertifikat ta’ ‘Bajja ta’ Kwalità mill-Blue Flag International. Din hija aħbar tajba għal dawk kollha li ħadmu bis-sħiħ biex itejbu l-faċilitajiet eżistenti u jipproteġu lil din il-bajja mill-iżviluppaturi. Ir-rakkomandazzjonijiet kollha kienu kontra l-iżvilupp ta’ din il-bajja sabiħa, inkluż l-eNGOs, il-MEPA, il-Knisja, u l-poplu, b’mod speċjali l-Qalin. Iċ-ċertifikat lil din il-bajja huwa konferma oħra li Ħondoq għandu jibqa’ jiġi protett. Il-moviment jesprimi t-tama li r-rapport tant mistenni talMEPA jiġi ppubblikat dalwaqt, u li jkun favur li Ħondoq jiġi salvagwardjat mill-iżvilupp. Minn hemm ikun possibbli li nimxu lejn il-possibilità ta’ park nazzjonali f ’din iż-żona.
PROFITTI TA’ €68.5 MILJUNI GĦALL-EWWEL SITT XHUR TAS-SENA
Il-Bank of Valletta jirrapporta Il-Grupp Bank of Valletta qed jirrapporta profitt qabel it-taxxa ta’ €68.5 miljuni għall-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja (SF2016). Il-profitti rraportati għall-istess perjodu tas-sena l-oħra kienu ta’ €58.8 miljuni. Il-qligħ qabel it-taxxa fuq ir-redditu fuq l-ekwità medja huwa ta’ 19.9% p.a. (2015: 18.4%), filwaqt li r-redditu fuq l-assi medji jammonta għal 1.4% p.a. (2015: 1.3%). Il-Grupp iġġenera dħul mill-operat ta’ €134.5 miljuni, żieda ta’ 12.5% fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra. L-ispejjeż tal-operat kienu jammontaw għal €58.4 miljuni, tkabbir ta’ 7%. Il-proporzjon tad-dħul meta mqabbel mal-ispejjeż (cost-to-income ratio) huwa ta’ 43.3%. Is-sena l-oħra dan kien ta’ 41.8%. It-tkabbir fid-dħul kien stimulat mis-servizzi tal-investiment. Dawn jinkludu stockbroking, bancassurance u servizzi tal-wealth management, kif ukoll tranżazzjonijiet bil-karti tal-kreditu. Iż-żieda fl-ispejjeż hija attribwibbli fil-parti l-kbira tagħha għal spejjeż ogħla relatati mar-riżorsi umani, wara li kien iffirmat il-Ftehim Kollettiv f ’Diċembru 2015. In-net impairment allowances ta’ €8.1 miljun, huma aktar baxxi b’41.8%, meta mqabbla mal-istess perjodu
is-sena li għaddiet. Dan huwa dovut l-aktar għall-fatt li qed tittieħed perspettiva aktar pożittiva lejn ċertu setturi ekonomiċi. B’riżultat ta’ dan, il-penali fuq l-impairment kollettiv hija aktar baxxa. Il-Bord tad-Diretturi approva interim dividend gross ta’ €0.0391 għal kull sehem, (2015: €0.036 restated għall-bonus issue). Dan ifisser €0.0254 għal kull sehem nett mittaxxa (2015: €0.0234). Dan id-dividend jirrappreżenta rata ta’ distribuzzjoni ta’ 22% mill-profitti wara t-taxxa, ikkomparat ma’ proporzjon ta’ 23% fl-2015. Iċ-Chairman tal-Grupp John Cassar White esprima sodisfazzjoni b’dawn ir-riżultati, iżda għamel ukoll twissija għal kawtela. “Il-prestazzjoni tal-Grupp qed tkun soġġetta għal pressjoni dejjem akbar minn rati talimgħax baxxi, spejjeż dejjem ogħla u rekwiżiti kapitali. Rati negattivi imposti mill-Bank Ċentrali Ewropew u banek oħra ewlenin, kif ukoll yields negattivi fuq ċertu dejn sovran (sovereign debt), ifisser li l-Bank qed ikun penalizzat għal-livelli għolja ta’ likwidità li għandu. Ir-rekwiżiti regolatorji u investiment akbar fl-IT qed jgħollu l-ispejjeż. Fl-istess waqt, ir-regolamentazzjoni bankarja qed iżżid ir-rekwiżiti kapitali, b’mod partikolari għal banek bħal BOV, li huma ikkunsidrati sinifikanti għal
pajjiżi ospitanti.” “Il-Bank,” kompla is-Sur Cassar White, “qed jagħti prijorità lit-tisħiħ tal-bafers kapitali u t-tnaqqis tal-profil tar-riskju. L-immaniġġjar tal-kapital huwa prijorità, speċjalment fid-dawl tad-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD) tal-2015. Skont din id-Direttiva, m’hemmx aktar lok għal assistenza mill-istat f ’każ ta’ banek li qed ifallu. Aħna qed niffokaw biex ngħollu sew il-kapital Tier 1 kif ukoll it-Tier 2, u din is-sena nedejna żewġ offerti ta’ noti subordinati b’total ta’ €125 miljun, li minnhom ittieħdu madwar €112–il miljun. Il-pass li jmiss huwa li nżiedu il-kapital Tier 1. Aħna qed nistennew li nilħqu dan il-għan billi nżommu proporzjon aktar mill-profitti. Qed nikkunsidraw ukoll il-ħruġ ta’ ishma ġodda fuq is-suq.” B’referenza għall-ħlas tad-dividend, iċ-Chairman spjega, “Żieda fir-ritensjoni tal-profitti twassal għal proporzjon ta’ dividend aktar baxxi. L-azzjonisti għandhom jifhmu li bank kapitalizzat tajjeb huwa fl-interess tagħhom stess, għax huma stess igawdu minn żieda fil-potenzjal ta’ apprezzament tal-kapital, kif ukoll mill-benefiċċji li jirriżultaw għall-ekonomija li huma stess jagħmlu parti minnha.” Il-Kap Eżekuttiv Mario Mallia stqarr li minbarra li jżid il-kapital, il-BOV qed jirrevedi l-mudell ta’ negozju tiegħu, bil-għan li jbaxxi l-profil ta’ riskju tal-Bank, billi jtemm linji ta’ negozji periferali fejn il-livell ta’ riskju inerenti preżunt mhuwiex ġustifikat mid-dħul. F’dan ir-rigward, il-Bank irreveda n-negozju tiegħu ta’ Trusts bis-sapport ta’ konsulenti independent. Aħna ddeċidejna li l-kompromess bejn ir-riskju u l-gwadanji ma kienx suffiċenti għal din il-linja operatorja. Għaldaqstant, ilBank wasal għad-deċiżjoni li jirtira minn din il-linja ta’ negozju u ddefinixxa strateġija ta’ stralċ (winding down). Il-Kap Eżekuttiv semma diversi inizzjattivi strateġiċi oħra li qed ikunu meħuda mill-Bank of Valletta. Fosthom huwa semma it-trasformazzjoni tas-sistema ċentrali tal-Bank, reviżjoni tal-proċessi tan-negozju, it-tisħiħ ta’ kontrolli interni u l-prijorità li l-Bank qed jagħti lill-funzjonijiet ta’ Risk Management, Anti-Financial Crime u Compliance. Is-Sur Mallia għalaq il-konferenza għall-Istampa billi irringrazzja lill-klijenti tal-Bank u l-impjegati kollha talBOV għas-sapport tagħhom, kif ukoll lill-awtoritajiet superviżorji għall-gwida tagħhom.
26 01|05|2016
kullħadd.com
PERSONALITÀ
MINN KAFÈ GĦAL XARULÙ RAMONA
PORTELLI TINTERVISTA LIL
XARULÙ
Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com
It-tieni single tagħhom: Smells Like a Relic
Xtaqt inkun naf xi jfisser eżatt l-isem Xarulù, u skoprejt li huwa ffurmat mil-laqmijiet tagħhom it-tnejn. Josef magħruf bħala ‘ix-Xagħru’ fuq ix-xogħol, peress li meta beda jaħdem hu kien l-uniku wieħed b’xagħar twila, u Luke magħruf bħala l-‘Lulù’; għalhekk partijiet mil-laqmijiet tagħhom magħqudin flimkien iffurmaw l-isem tad-duo: Xarulù. “Aħna ltqajna b’kumbinazzjoni meta kkuntattjajt lil Josef fuq tiswija tal-kitarra elettrika
Fil-31 ta’ Marzu ħarġu t-tieni single tagħhom Smells Like a Relic, li hija akkumpanjata b’vidjow. Wara l-ewwel single tagħhom Grand Paris, li kienet akkumpanjata minn vidjow ukoll, din id-diska l-ġdida għandha xeħta differenti f ’dak li hu stil u suġġett. Fil-fatt, Smells Like a Relic tibda b’akustika trankwilla u lejn in-nofs tinbidel fi krexxendo għoli orkestrat. “Inizjalment, din id-diska ġiet ispirata minn valve radio antik. Dawn l-affarijiet normalment, meta jinxtegħlu, joħolqu ċertu riħa u jqanqlu ċertu memorji wkoll. Imbagħad meta tqis li dan ir-radju kien magħmul il-Ġermanja fis-snin ħamsin, tibda thewden fuq kif ir-radju għaqqad ħafna ġenerazzjonijiet flimkien fi żmien u f ’pajjiżi differenti u għen itaffi mumenti diffiċli,” sostna Josef. Ilkoll konxji li Malta hija gżira ċkejkna fil-Mediterran. Nafu
fissruli t-tnejn li huma. Qlibt id-diskors biex nitkellem dwar il-vidjows li abbinaw mas-singles tagħhom. Ridt nara jekk vidjow ma’ kanzunetta hux prijorità, u x’importanza għandu. “Vidjow mużikali huwa l-pakkett komplut li l-mużika qed toħroġ bih illum il-ġurnata. Għalkemm mhux ilprijorità, bih tista’ tesprimi iktar il-kontenut tad-diska u twassal messaġġ li ġieli jkun ħarira
tiegħi. Weħilna nitħaddtu fuq diski, kitarri u bosta suġġetti oħra. In-nies iddedikati għallmużika, meta jaqbdu jitkellmu, bħalna jagħmlu. Iddeċidejna li niltaqgħu għal kafè u qattajna lejl indoqqu l-kitarri u minn hemm bdejna b’Xarulù,” spjegawli ż-żewġ membri. Dawwart id-diskors fuq l-stil ta’ mużika li jkantaw u jdoqqu. Fil-fatt, l-istil tagħhom huwa varjat. Bħala persuni mhux dejjem iqanqalhom l-istess. “Pereżempju, ġieli jkollok aptit tisma’ stil u ġieli ieħor. S’issa kien iktar ibbażat fuq akustiku u ritmiku meta ndoqqu live aħna t-tnejn. Però, ġieli ħriġna gigs b’full band, u anke fl-istudio nħobbu nużaw strumenti varji. Bħalissa mexjin lejn ħsejjes differenti, mhux stil wieħed. Nistgħu ngħidu li ma rridux nintrabtu ma’ ħoss partikolari, iżda li nesprimu dak li qed
wkoll li hawn ħafna talenti, b’ħafna bands dejjem ifaqqsu, għalhekk kienet xi ħaġa naturali li nistaqsihom dwar kif iħarsu lejn il-kompetizzjoni li jkollhom. “Fil-verità, kieku tagħti l-istess idea lil nies differenti u titlaqhom jaħdmu fuqha, ħadd minnhom mhu se jiġi lura bi prodott identiku. Li trid tifhem hu li jekk il-mużika hi personali u ġejja minn post fil-ġewwieni tiegħek, ħadd mhu se jagħmel mużika eżatt bħal tiegħek. Il-bniedem dejjem jaħdem għall-aqwa prodott u jinsisti biex ikun l-aħjar possibbli u li jqanqal lilu l-ewwel. Wara dak imbagħad tispera li n-nies tikkondividi l-emozzjonijiet miegħek fl-arti tiegħek. Aktar minn kompetizzjoni, aħna aktar narawha bħala avventura mużikali, nieħdu gost b’li qed nagħmlu u anke niżviluppaw relazzjonijiet ma’ baned oħra,”
differenti mil-lirika. Vidjow rari jkun traduzzjoni tal-kliem dirett mid-diska. F’Xarulù s’issa dejjem ħdimna bi ftit nies bħala crew. Bil-mod nixtiequ li nikbru f ’dan il-lat ukoll, meta jkunu jippermettu l-ispejjeż. Il-prodott juri u kburin ħafna bix-xogħol. Toqogħdux fuq kliemna; morru isimgħu u araw il-vidjow u, jekk jogħġobkom, mexxu l-kelma,” saħqu miegħi b’wiċċhom minn quddiem. Għalkemm s’issa għad ma kellhomx esperjenza li jdoqqu barra minn xtutna, f ’dawn l-aħħar sentejn Xarulù daqqew f ’bosta kunċerti u mxew biex anke ħadu sehem f ’Rockestra, daqqew fil-festivals tan-nar, oħrajn tal-inbid u dawk talbirra. Żiedu jgħidu li bħalissa t-tir tagħhom huwa li jkomplu jaħdmu fuq it-tiri li għandhom għal din is-sena u li jiktbu aktar materjal oriġinali. Hemm
Dan l-aħħar il-grupp Xarulù ħarġu t-tieni single tagħhom akkumpanjata b’vidjow, b’hekk ħsibt li huwa ż-żmien opportun li nintervistahom u nsir naf aktar dwarhom bħala duo. Fil-fatt, Xarulù huwa kompost minn Josef Camilleri u Luke Agius. Josef għandu 32 sena, minn Ħal Qormi u jgħix il-Fgura flimkien mat-tfajla u ġerwa Jack Russel ta’ xi erba’ xhur. Jaħdem fl-inġinerija u kapaċi jsewwi u jibni l-kitarri. Josef iqis ruħu bħala persuna storbjuża. Iħobb ħafna ċertu dettall. Jifli u japprezza affarijiet żgħar, li ftit li xejn jagħti kashom ħaddieħor, u mhux f ’mużika biss. Jogħġbuh il-karozzi antiki, u filgħodu jħobb iqum ftit tard u bil-mod. Però, filgħaxija jibqa’ mqajjem sa tard u sa ma jlesti dak li jkollu jlesti. Iħobb il-kafè, li minnu ġeneralment jagħmel pinta kull darba, u ġieli jinfexx fiċ-ċikkulata wkoll. Imbagħad xi drabi jaqbad ma’ xi platt favorit u jagħmel xi ġimgħa jsajjar dejjem minnu. Bla mużika ma jgħixx, għax iżżommu san, u xi kultant iġġennu wkoll. Madwarna kollox ritmu u kollox melodija. Min idoqq b’ċertu mħabba jifhem żgur Josef xi jrid jgħid. Min-naħa tiegħu, Luke għandu 24 sena. Joqgħod inNaxxar u jinsab f ’relazzjoni. Gradwat fil-kors National Diploma in Children’s Care Learning and Development u jgħallem il-kindergarten fi skola tal-Knisja. Gradwat u jgħallem il-mużika lit-tfal, kif ukoll idoqq ma’ band u huwa session musician għal ħafna kantanti magħrufin f ’pajjiżna. Jikkunsidra lilu nnifsu bħala l-iktar paċenzjuż, imma mhux dejjem. Tan-nofs minn tliet aħwa u għandu karattru differenti ħafna minn ta’ Josef daqskemm huma differenti l-karozzi tagħhom. Iħobb jaħdem ħafna mattfal, għax iħoss li huwa importanti li tedukahom blaktar mod ħolistiku. Fil-fatt, jintroduċilhom anke l-mużika waqt il-lezzjonijiet. Idoqq ilpjanu u l-kitarra, u l-għaxqa tiegħu jqum filgħodu u jmur jgħum jew jiġri meta jkollu l-ħin. Għal Luke l-mużika hija l-aqwa terapija li l-bniedem jista’ jkollu. Meta jdoqq iħossu apprezzat u jista’ jesprimi ruħu u, minħabba li jaħdem bla waqfien fuq ilmużika, din saret parti kbira minn ħajtu.
inħossu u dak li l-aktar jaħdem fil-produzzjoni. Xarulù, tista’ tgħid, għandu żewġ faċċati: dik enerġetika live u l-oħra mirquma fl-istudio.”
Xarulù: iffurmat millaqmijiet tagħhom stess
materjal li jrid jiġi finalizzat u hemm diski li huma ppjanati joħorġu aktar tard matul is-sena. Jixtiequ li f ’xi żmien is-sena d-dieħla jaħdmu fuq EP. L-idea ġenerali hija li x-xogħol kollu jkun ta’ livell għoli u mhux dejjem l-istess. Jemmnu li hekk jistgħu jimirħu aktar. Magħhom iddiskutejt ukoll jekk jaħsbux li f ’Malta hawn opportunitajiet għal bands bħal tagħhom. “L-opportunitajiet huma żgħar, però s-sitwazzjoni qed tinbidel ftit ftit. Illum hawn baned Maltin mingħajr label u li huma self-funded u mingħajr managers li mill-internet qed jirbħu niċeċ żgħar ta’ swieq barranin. Madankollu, trid tkun realistiku fil-ħajja. Huma ftit in-nies li veru għamlu suċċessi barra min xtutna fuq skala kbira. F’moħħok millewwel jiġi Joseph Calleja li jdur kontinwament id-dinja b’esibizzjonijiet quddiem eluf ta’ nies kważi kuljum. Irridu ngħidu li hawn nies ta’ ċertu importanza u prominenza f ’Malta li għandhom idea ċara, iżda xorta għadna ma ħloqniex toroq u mezzi biżżejjed biex l-artist Malti jinqata’ b’karriera soda barra minn xtutna. Minkejja dawn il-limitazzjonijiet, wieħed għandu jieħu din il-professjoni bħala passjoni u sodisfazzjon personali. Meta nħarsu lura, napprezzaw kemm aħna xxurtjati li nistgħu, bħala artisti, nesprimu ruħna, nieħdu gost u fl-istess ħin ikun hemm min jemmen tant fl-arti tiegħek li jkun lest li jħallas biex jgħinna u jarana ndoqqu.” Fl-aħħar nett, Xarulù xtaqu jgħaddu messaġġ lill-qarrejja tal-KullĦadd. “Inħeġġu lillqarrejja biex ikomplu jsegwu l-mużika tagħna, kif ukoll jibqgħu aġġornati billi jħallulna like fuq il-paġna tagħna ta’ Facebook – Xarulù Acoustic Duo. Ngħidulkom: sibuna fuq Youtube u mexxu l-kelma malħbieb u l-għeżież tagħkom. Fl-aħħar nett, jekk tarawna xi mkien, ejjew kellmuna; nieħdu gost!”
SKEDA
kullhadd.com
103 06.50 Flimkien ma’ Nancy (R) 07.45 Sejjaħtli helpline (R) 08.30 Paperscan 10.00 Teleebejgħ 10.15 Malta li qed tinbidel 14.00 Ċibus 15.30 Malta li qed tinbidel 17.50 L-Argument 19.30 Aħbarijiet 20.10 Malta li qed tinbidel 21.00 Andrew & Sue (Episodju 29) 22.00 On d road 22.30 Il-Patt (Episodju 15) (R) 23.30 Aħbarijiet
151 06.00 Lena 06.30 Cultura Memex 07.00 Due Uomini E Mezzo 07.20 Quelle Simpatiche Toilets Giapponesi 07.40 Heartland 08.20 Viaggi Da Record 08.45 Il Nostro Amico Charly 09.30 I Nostri Amici Animal 10.10 Cronache Animali 10.55 Festa Del Lavoro 12.00 Mezzogiorno In Famiglia 13.00 Tg2 Giorno 13.30 Tg 2 Motori 13.45 Quelli Che Aspettano 15.30 Quelli Che Il Calcio 17.10 90° Minuto 19.35 Squadra Speciale Cobra 11 20.30 Tg2 20.30 21.00 F1 Gran Premio Di Russia 21.10 Gara 21.25 F1 Gran Premio Di Russia
162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.00 Extreme Makeover Home Edition 08.45 Medi a Shopping 09.00 L’isola Dei Famosi La5 Edition’ 10.05 X-Style ‘16 10.45 Il Boss Dei Pre18esimi ‘16 11.50 Dr. House Medical Division 13.30 Ho Sposato Un Gigante 14.50 Lana, Fashion Blogger 17.35 Rosamunde Pilcher. Lascia Che Sia Amore 19.25 Dr. House Medical Division 21.10 The Rebound 23.30 Casa Siffredi XXX
372 06.00 Diners Drive-Ins and Dives 07.00 Save My Bakery 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Siba’s Table 11.00 Barefoot Contessa. Back to Basics 12.00 Chopped 13.00 Diners Drive-Ins and Dives 16.00 Chopped 17.00 Siba’s Table 18.00 American Diner Revival 19.00 Chopped 20.00 Cutthroat Kitchen 21.00 Man v Food 22.00 Chopped 23.00 Cutthroat Kitchen
412 09.00 Pawn Stars 17.00 Storage Wars 18.00 Pawn Stars 19.00 Swamp People 20.00 American Restoration 21.00 Ancient Aliens 22.00 Billion Dollar Wreck 23.00 Black Sails
01|05|2016 27
101 06.00 Aħbarijiet 07.30 Qalb In-Nies 08.00 Paq Paq On Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt L-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta U Lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb U Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 L-Ordni 19.15 Il-Vjaġġatur 20.00 Aħbarijiet 20.50 Britian’s Got Talent 21.50 Aħbarijiet 21.55 Paranatural 22.55 Paq Paq On Test 23.15 Aħbarijiet 23.30 Smack Down Wwe
152 07.15 La Cattura Di Zorro 07.40 La Sfida 08.05 L’asilo 08.15 Film: I Bambini Ci Guardano 09.35 Attenti A Quei Due Eventi A Catena 10.30 Speciale Community Le Storie 11.10 Tgr 12.00 Tg3 12.10 Speciale Tg3 Primo Maggio 12.55 Noi Siamo L’italia 13.05 Io & George 14.15 Tg3 14.30 In 1/2 Ora 15.00 Tg3 Lis 15.05 Anteprima Concerto Del Primo Maggio 16.00 Concerto Del Primo Maggio 19.00 Tg3 19.30 Tg Regione 19.51 Tg Regione Meteo 20.00 Concerto Del Primo Maggio
300 06.00 Green Balloon Club 06.25 Mr Bloom’s Nursery 06.45 Nina and the Neurons: In the Lab 07.00 Green Balloon Club 07.20 Jollywobbles 07.35 Doctors 09.35 EastEnders 11.30 Last of the Summer Wine 12.00 The Weakest Link 12.45 Atlantis 13.30 Last of the Summer Wine 14.30 The Weakest Link 15.15 Atlantis 16.00 Movie 17.30 The Musketeers 20.10 Father Brown 21.00 By Any Means 22.00 Jonathan Creek 23.30 Silent Witness
400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Fat N’ Furious 07.15 Fast N’ Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Extreme Car Hoarders 09.55 Classic Car Rescue 10.50 Salvage Hunters 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Classic Car Rescue 16.15 Extreme Car Hoarders 17.10 Outback Truckers 18.05 World’s Toughest Jobs 19.00 Men Women Wild 20.00 Running Wild With Bear Grylls 21.00 Bear Grylls 22.00 The Crucifixion Mystery 23.00 Surviving Exodus
452 06.00 Olive the Ostrich 06.15 Dora the Explorer 06.45 Ben & Holly’s Little Kingdom 07.10 Blaze and the Monster Machines 07.35 PAW Patrol 08.00 Winx Club 08.55 The Fairly OddParents 09.30 Sanjay & Craig 10.00 Alvinnn!!! and the Chipmunks 10.25 Kung Fu Panda 11.20 SpongeBob SquarePants 18.10 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.35 The Penguins of Madagascar 18.50 Henry Danger 19.15 The Thundermans 19.45 Bella and the Bulldogs 20.10 Sam & Cat 20.40 SpongeBob SquarePants 21.10 Avatar 22.00 Big Time Rush 22.55 The Penguins of Madagascar 23.20 iCarly
104 07.00 Aħbarijiet 08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma għall-ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-nies 10.45 Dot Eu 11.00 L-ordni 11.30 Awtokura 12.00 New Rooms 12.30 Il-Vjaġġatur 13.00 Paq Paq Lifestyles 13.30 Gadgets 14.00 Champions League 15.45 Europa League 17.15 Tertuqa 35 17.45 France 24 documentary 18.00 Animal Diaries 19.00 Għawdex Illum 19.30 Dwarna 20.30 Aħbarijeit għall-persuni b’nuqqas ta’ smigħ
153 06.10 Tg4 Night News 06.30 Media Shopping 07.00 Super Partes 07.30 Il Presidente 09.20 I Grandi Della Fede 10.00 Santa Messa 10.50 I Grandi Della Fede 11.30 Tg4 Telegiornale 12.02 Perry Mason 14.00 I Viaggi Di Donnavventura 14.15 Il Giro Del Mondo In Ottanta Giorni 17.19 L’ovest Selvaggio 18.50 Anteprima Tg4 18.55 Tg4 Telegiornale 19.36 Dentro La Notizia 19.55 Tempesta D’amore 21.15 Lo Chiamavano Bulldozer 23.38 I Bellissimi Di R4 23.42 Mystic River
306 06.00 Rich Kids of Beverly Hills 11.00 L.A. Clippers Dance Squad 13.00 I Am Cait 21.00 L.A. Clippers Dance Squad 22.00 I Am Cait 23.00 L.A. Clippers Dance Squad
403 07.40 Cake Boss 09.30 Little People Big World 11.20 Ugly House to Lovely House 12.15 Baby Changes Everything 13.10 Little People Big World 14.05 Cake Boss 15.00 Happily Ever Laughter 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress. Bridesmaids 16.25 My Crazy Italian Wedding 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed Something New 17.50 Bride by Design 18.15 Say Yes to the Dress Canada 18.45 Say Yes to the Dress. Randy Knows Best 19.10 Randy’s Wedding Rescue 20.05 90 Days to Wed 21.25 I Didn’t Know I Was Pregnant 21.55 My 600-Lb. Life 22.50 Extreme Time Cheaters
102 07.00 Aħbarijiet 08.15 Telebejgħ 10.15 Għalkulħadd 11.15 Quddiesa mis-Santwarju Ta’ Pinu 12.00 Telebejgħ 13.00 Road Trip (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 World Next Top Model Malta 2016 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Newsfeed 19.30 Aħbarijiet 19.50 Newsfeed 20.30 Vittmi 21.30 Aħbarijiet 21.35 Replay 23.15 NET NEWS
154 06.00 Prima Pagina Tg5 07.55 Traffico 08.00 Tg5 Mattina 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Supercinema 10.50 La Ricetta Perfetta 12.00 Melaverde 13.00 Tg5 13.40 L’arca Di Noè 14.01 Matricole Dentro O Fuori 16.15 Domenica Rewind 18.45 Caduta Libera 19.57 Tg5 Prima Pagina 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Il Segreto 23.30 L’isola Dei Famosi
307 07.15 Hawaii Life 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Cousins on Call 13.15 Kitchen Cousins 13.45 Platinum Weddings 14.35 Tiny House Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Rehab Addict 17.05 Platinum Weddings 18.00 Million Dollar Contractor 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Restoration SOS Virginia 20.35 Rehab Addict 21.00 Rachel Hunter’s Tour of Beauty 21.55 Tiny House
405 07.15 Gator Boys 08.10 Rugged Justice 09.05 Ten Deadliest Snakes with Nigel Marven 10.00 DogTV 10.55 Ten Deadliest Snakes with Nigel Marven 11.50 Mutant Planet 12.45 Wildest Indochina 13.40 Wild Hawaii 14.35 Wild Iberia 15.30 Island of the Mega Shark 16.25 Whale Wars 17.20 Gator Boys 18.15 Rugged Justice 19.10 Ten Deadliest Snakes with Nigel Marven 20.05 In Search of the King Cobra 21.00 Gator Boys 21.55 Ten Deadliest Snakes with Nigel Marven 22.50 Gator Boys
150 06.00 Parlamento Punto Europa 06.30 Unomattina In Famiglia 10.00 Easy Driver 10.30 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Regina 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde 13.30 Telegiornale 14.00 L’arena 16.30 Tg 1 16.35 Domenica In 18.45 L’eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Affari Tuoi 21.30 Una Pallottola Nel Cuore 23.30 Speciale Tg1
155 07.00 Super Partes 07.49 Titti E Silvestro 08.00 I Flinstones 08.30 Il Castello Di Cagliostro 10.35 Una Mamma Per Amica 12.25 Studio Aperto 12.40 Grand Prix Superbike 14.00 L’isola Dei Famosi 14.18 Flight 616 14.20 Dragon-La Storia Di Bruce Lee 16.50 Tmnt 18.30 Studio Aperto 19.00 L’isola Dei Famosi 19.15 Scemo & Piu’ Scemo 21.15 Le Iene Show 23.35 Emigratis
312 06.15 An American Rhapsody 08.00 Apache 09.30 A Funny Thing Happened on the Way to the Forum 11.10 Empire of the Ants 12.40 The Haunted Palace 14.10 The Manchu Eagle Murder Caper Mystery 15.35 An American Rhapsody 17.20 Bound for Glory 19.45 Big Screen 20.00 Overboard 21.50 Our Winning Season 23.25 Blue Steel
410 06.00 House Hunters International 08.05 Salvage Dawgs 09.00 The Vanilla Ice Project 10.00 Baggage Battles 11.00 Shed & Buried 12.00 Building Alaska 13.00 Man Caves 14.00 Lake Life 15.00 Catastrophe Inc. 16.00 Salvage Dawgs 17.00 Building Alaska 18.00 Hotel Impossible 19.00 Expedition Unknown 20.00 Mysteries at the Museum 21.00 Mysteries at the Castle 22.00 Building Alaska 23.00 Man Caves
600 06.30 Snooker 08.30 Watts 09.15 Superbike. World Championship In Imola 10.00 Tour Of Yorkshire 11.15 Superbike. World Championship In Imola 12.00 Formula E In Paris, France 12.30 Superbike. World Championship In Imola 14.00 Tour Of Turkey 15.00 World Championship In Sheffield 18.00 Superbike. World Championship In Imola 18.55 News 19.00 Snooker. World Championship In Sheffield 20.00 Snooker. World Championship In Sheffield 22.55 News 23.00 Cycling. Tour Of Yorkshire
ANDREW & SUE Illum fit-8.35pm fuq ONE Manuel joħroġ b’soluzzjoni biex b’hekk Sue ma titlaqx l-impjieg tagħha u fl-istess waqt Tereża ma tibqax weħidha fid-dar. Il-proposta ma tintlaqax tajjeb minn kulhadd. Intant missier Melanie jidher li hu eċċitat li se jsir nannu waqt li omm Melanie tara kif se tapprofitta ruħha minn din is-sitwazzjoni...
28 01|05|2016
kullhadd.com MIĊ-
ĊINEMA
RAPPORT TA’
ĊINEMA
CARMEL BONNICI
DESERT DANCER
BIJOGRAFIKU
IL-ĦOLMA PROJBITA TA’ ĠUVNI KURAĠĠUŻ Atturi Ewlenin: Reece Ritchie, Freida Pinto, Tom Cullen, Nazanin Boniadi, Marama Corlett Direttur: Richard Raymond Ħin: 104 min. Distributur: Metrodome Films Maħruġ minn Side Street Films Eden Cinemas Ċert. 12 Iż-żfin fl-Iran hu pprojbit minkejja li fil-bidu tal-film Desert Dancer insiru nafu li dan il-pajjiż hu l-post fejn inkitbet poeżija mill-aqwa u fejn anke daħal l-ewwel kapitlu taddrittijiet umani. Desert Dancer hu xogħol bijografiku, drammatiku u b’xi sekwenzi elaborati dwar l-ambizzjoni ħerqana ta’ żeffien li waħdu tgħallem din l-arti, fl-Iran. Afshin Ghaffarian (Ritchie), affaxxinat bl-istil taż-żfin talPunent, speċjalment mill-film Dirty Dancing (1987), jibda jattendi ċentru tal-arti. Xi għaxar snin wara, fluniversità ta’ Teheran, ħajjar grupp ta’ ħbieb biex jibdew lezzjonijiet ta’ żfin modern bil-moħbi f ’post battal li kien iservi ta’ fabbrika. Meta tingħaqad magħhom Elaheh (Pinto), it-tifla ta’ ballerina ta’ żmien il-ħakma tax-Shah, dawn isiru aktar akkaniti u kompettitivi Il-ħbiberija bejn
dawn it-tnejn tikber, kif ukoll Ashfin jirnexxilu jaqtgħalha l-vizzju tad-droga. It-tim kollu jorganizza bħal festival ta’ żfin fid-deżert, ’il bogħod mill-għajnejn tal-awtoritajiet, b’udjenza mdaqqsa, għalkemm ilpulizija qed ifittxuhom. Wara li jkun imsawwat u ttorturat, kif ukoll jirnexxilu jaħrab minn mewt ċerta, waqt żjara f ’Pariġi Ashfin jesibixxi żifna tassew innovattiva u movimentata fuq palk li turi l-istat ikrah li artisti bħalu jinsabu f ’pajjiżu, u meritatament jaqla’ ħafna ċapċip. Imbeżża’ bil-kbir jerġa’ lura u jitlob kenn ta’ refuġjat. Desert Dancer fih diversi mumenti ta’ eċitament qawwi, żfin attraenti u liberu, b’xi mossi u movimenti użati minn Isadora Duncan madwar tmenin sena ilu u oħrajn drammatiċi ta’ tensjoni palpabbli.
CRIMINAL
ADRENALITIKU
THRILLER FURJUŻ IŻDA AMBIGWU Atturi Ewlenin, Kevin Costner, Gary Oldman, Tommy Lee Jones, Alice Eve, Ryan Reynolds, Gal Gadot Direttur: Ariel Vroman. Distributur: Lionsgate UK Maħruġ minn KRS Releasing It-thrillers ta’ Hollywood dan l-aħħar, fil-maġġoranza tagħhom saru aktar aggressivi, aktarx b’andament improbabbli u kultant anke konfuż. Wara bidu eċitanti, Criminal jiżvolġi f ’wieħed mexxej, però li titħawwad tipprova tiffoka fuq l-istorja tiegħu b’mod raġjonevoli. B’kast mill-aqwa (Costner, Oldman, Reynolds u Gadot, ilWonder Woman ta’ Batman vs Superman) kien mistenni xi ħaġa aktar loġika u sensibbli. Meta aġent effiċjenti tal-FBI jinqatel b’informazzjoni fuqu tassew utli biex titwaqqaf il-minaċċja ta’ terrorist li jrid jieħu taħt idejh ħażna ta’ armi nukleari, l-FBI jiġu bejn ħaltejn kif se jaġixxu.
Ħin: 113 min. Ċert. 15
Is-soluzzjoni tasal meta Dr Frank (Jones) irfina teknika li kapaċi jimpjanta moħħ ta’ wieħed mejjet frisk f ’ħaddieħor. Il-memorji u r-rikordji tal-aġent mejjet jitpoġġew fil-menti ta’ Jericho Stewart (Costner), kriminal perikoluż li qed jistenna s-siġġu elettriku. Meta dan l-attentat ikun maħsub li falla, Jericho, li issa ma jaf xejn x’kien ġara lilu qabel, jaħrab u, mitluq għal riħu f ’Londra, jibda jesperjenza memorji li mhumiex tiegħu, dwar familja, imħabba u responsabbiltà, sentimenti li f ’ħajtu qatt qabel ma għadda minnhom. Meta dawk li sar iħobb jinħatfu, il-kapaċitajiet kriminali ta’ Jericho jerġgħu jirxuxtaw u jimbarka fuq
odissea ta’ vendetta u furja splussiva li kien espert fihom, waqt li tas-CIA qegħdin iħufu wara l-passi tiegħu. Criminal hu mimli b’azzjoni qawwija, intensità psikoloġika u ħjiel tax-xjenxa fittizja. It-
tema ta’ wieħed li qed jipprova jitkixxef jekk hux qattiel jew salvatur mhijiex spjegata biżżejjed. Kevin Costner jagħti waħda mill-aħjar partijiet tal-karriera mhix konsistenti tiegħu.
ĊINEMA
kullhadd.com
01|05|2016 29
CAPTAIN AMERICA: CIVIL WAR
IMĦARREK
QASMA VJOLENTI BEJN ŻEWĠ GRUPPI TA’ SUPEREROJJA
se jinżammu responsabbli Atturi Ewlenin: Chris Evans, Robert Downey Jr, Scarlett tal-kaos u l-ħsara li jistgħu Johansson, Anthony Mackie, Don Cheadle, William Hurt jikkawżaw. Grupp ta’ nies governattivi se jgħassu u Diretturi: Anthony u Joe Russo Ħin: 146 min. jidderieġu lil dan it-tim. Din Distributur: Disney Enterprises il-liġi taqsam lil The Avengers Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 12A f ’żewġ gruppi: wieħed immexxi minn Steve Rogers, li jridu li huma jibqgħu Captain America: Civil War, it- Marvel fejn The Avengers ma liberi jiddefendu lill-umani tielet film fis-serje Captain jaqblux ma’ xulxin u b’hekk mingħajr indħil minn naħa America hu bbażat minn fuq dawn l-eroji varji se jagħmlu tal-gvern; u l-grupp l-ieħor id-deċiżjoni il-ktieb komik u kult Marvel tal- gwerra bejniethom. Steve jissapportjaw 1941 u tal-istess isem. L-aħwa Rogers (Evans), imsejjaħ sorpriża li ħa Tony Stark diretturi, Anthony u Joe Captain America, imexxi tim (Downey Jr) magħruf aktar Russo, qed jerġgħu jidderieġu ġdid tal-Avengers f ’battalja bħala Iron Man, li jkunu taħt din il-produzzjoni ġdida wara biex jissalvagwardjaw lill- kmand governattiv. Dawn iż-żewġ għaqdiet s-suċċess kritiku u finanzjarju umanità. L-indħil tagħhom jirriżulta jiffaċċjaw lil xulxin fi ġlieda li kellhom b’Captain America: f ’ħerba fuq skala tant kbira qalila meta Captain America The Winter Soldier. B’dan il-film se tibda t-tielet li l-pressjoni politika ddur jkun irid jgħin lil ħabibu fażi fl-univers ċinematiku tal- kontrihom, fejn fil-futur dawn Becky Barnes (Sebastian
Stan), is-Suldat tax-Xitwa, li qabel ħadha kontrihom u issa ġie riabilitat, waqt li Iron Man jesiġi li Barnes hemm bżonn li jissakkar. Din id-darba jidħol fixxena wkoll Spider-Man (Tom Holland). Wara li m’ilux rajna lil Batman u Superman, żewġ supereroji ta’ D. C. Comics, ukoll isiru avversarji ħorox f ’taqtigħa titanika, issa ilqalbenin ta’ Marvel Comics ukoll se jiffaċċjaw lil xulxin b’qawwa tremenda.
L-istorja tagħti wieħed x’jifhem li ż-żewġ timijiet ta’ opinjonijiet differenti jista’ jkollhom ir-raġun validu tagħhom. Din id-darba għandu parti sostanzjali Anthony Mackie bħala Sam Wilson, jew Falcon, ħabib ta’ Captain America, li jtir b’mod spettakolari daqs seqer. Għaddilettanti tal-kotba komiks Marvel, dan hu xogħol ieħor li għandu jinżel għasel. L-effetti speċjali viżwali huma ferm eċitanti.
L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn l-20.04.2016 u l-24.04.2016
1. 2. 3. 4. 5.
The Jungle Book The Huntsman: Winter’s War Zootropolis London Has Fallen My Big Fat Greek Wedding 2
KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA
Mistoqsija għal din il-ġimgħa:
Bejn min hi l-glieda fil-film Captain America: Civil War?
Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: M. CARABOTT – l-Imsida
30 01|05|2016
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI PROPRJETÀ
TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. SERVIZZI
Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm. Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178.
Ray’s Woodworks, il-Mosta. Xogħol ta’ restawr fuq għamara u nagħmlu kull għamara li tinħtieġ fid-djar bħal kċejjen AFFARIJIET u kmamar tas-sodda. Ċempel GĦALL-BEJGĦ 7905 2497. Aħna nixtru kollox, bħal Investigazzjoni Privata: għamara, fajjenza, arloġġi, figŻwiġijiet, għerusija u urini, muniti, midalji, u kull relazzjonijiet oħra, DNA forensic ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 tests, tfal maħtufin minn Malta, 0128, 2123 7597 jew 9986 9519. każijiet ċivili, każijiet oħra filQorti, problemi f ’kumpaniji Għandna varjetà kbira ta’ jew negozju. Nagħmlu xhieda arloġġi bħal Tissot, Citizen, fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u Casio, Michael Kors, Fossil, anke barra. Għal appuntament Esprit, Festina u Q&Q. ċemplu 7959 0000. Email: info@ Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ privateinvestigationmalta.com cuckoo clocks mill-Black Forest. Korsijiet f ’Livell Ordinarju Noffru servizzi rigward tiswija f ’diversi suġġetti bħall- ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll Matematika, Ingliż, Malti, nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal wkoll korsijiet tal-ECDL. Prezz dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, €35 kull module. Noffru wkoll noffru s-servizz ta’ water pressure korsijiet bażiċi fil-kompjuter, test waqt li tistennew għalih. €50. Ċempel 2166 2241 Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija jew 7766 2241 jew żur is-sit ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ elettroniku www.tudorinstitute. clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur com is-sit: www.expresswatchrepairs. Tewmi Group għal lezzjonijiet com jew irrikorru 110, Triq iltal-karozzi kemm manual u kif Kungress Ewkaristiku, il-Mosta. ukoll automatic. Cab service u Ċempel 2141 7235. karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI 2422. Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew Latin-Amerikan. Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance
Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġjużi fuq sistemi tassatellita u fuq l-android TV boxes. Għal aktar informazzjoni
ċempel 2148 6211. Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq ilpond, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel fuq 7928 5444. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419.
Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www. wpmalta.com
AVVIŻI OĦRA
KORS TA’ TAĦRIĠ biex nimxu ’l quddiem fis-soċjetà u fix-xogħol. Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa qed jorganizza kors ta’ taħriġ għan-nisa u għall-irġiel ta’ kull età li jixtiequ jużaw il-potenzjal u jsaħħu l-ħiliet tagħhom biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Ilkors – li jieħu sitt ġimgħat, erba’ darbiet fil-ġimgħa – jibda nhar it-Tnejn 9 ta’ Mejju 2016, fiċĊentru tal-Kunsill Nazzjonli tan-Nisa, Triq Mountbatten, ilBlata l-Bajda, u huwa bla ħlas. Min jixtieq aktar informazzjoni dwar dan il-kors jista’ jċempel fuq in-numru: 2124 8881 jew 9929 1936. Dan il-proġett huwa ffinanzjat bil-għajnuna tal-Community Chest Fund. Ejjew naħdmu flimkien biex nimxu ’l quddiem!
Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00 san-12.30 u millGħal kull tip ta’ xogħol 16.00 sas-19.00. Paul & Waters fuq faċċata, bjut, appoġġi, Free Delivery Service. Ċempel gallarijiet, eċċ. Membrane jew 2766 3361. liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma MUSIC LINK Issibilna kull tax-xita u ċempel issa għal tip ta’ strumenti mużikali, stima b’xejn bin-numru 7905 fosthom drums kemm akustiċi 8883 jew idħol fuq is-sit www. u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand darrendoitall.com pianos, sound mixers u sound Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek il- bass guitars, strumenti tar-ram, problema. Nispeċjalizzaw wood winds, vjolini, spare parts fuq xogħol ta’ waterproofing u u aċċessorji oħra. Issib ukoll membrane b’10 snin garanzija. kotba tal-mużika tat-tagħlim. Xogħol professjonali bl-aqwa Mur Music Link, 262, Triq materjal ISO Pool. Għal Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel stima bla obbligu ċemplu 2148 2796. 7972 9967 jew żur is-sit www. AGR AUTO JAPANESE kendawaterproofing.com
KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU
ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ
AVVIŻI
Parts għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal ittoroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata millewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.
Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa
€5 €10 €15 €30 €56 €93
ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.
AVVIŻI
kullhadd.com
01|05|2016 31
AVVIŻI ĠENERALI KOMMEMORAZZJONI TA’ SAN ĠUŻEPP Illum il-Ħadd, l-1 ta’ Mejju 2016, fl-10.00am, il-membri kollha tal-Għaqda Dilettanti Mudelli tal-Knejjes huma mistiedna jattendu għall-kommemorazzjoni ta’ San Ġużepp, patrun tagħna, illum il-Ħadd l-1 ta’ Mejju, fl10.00am. Issir taħdita dwar San Ġużepp mill-membru Andrew Borg u wara taħdita dwar id-delizzju mill-membru Mark Psaila. Erbgħat ta’ Santa Marija Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Mejju jibdew l-Erbgħat ta’ Santa Marija, 15- il ġimgħa ta’ preparamenti li jwasslu għall-festa tal-Assunta. Il-Fergħa Nisa Santa Marija tal-Imqabba qed torganizza Rużarju Meditat kull nhar ta’ Erbgħa fis-7.15pm, fis-Sala tal-Palazz Santa Marija. Kulħadd imħeġġeġ jattendi. Attività għal Jum l-Omm Nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju se jsiru quddiesa u breakfast flokkażjoni ta’ Jum l-Omm. Tluq fid-9.00am minn ħdejn ilknisja. Nhar il-Ħadd 12 ta’ Mejju se jsir afternoon tea fiċ-Ċentru Familja Mqaddsa fit-3.00pm. Id-dħul minn dawn l-attivitajiet imur b’risq il-parroċċa ta’ San Ġużepp, l-Imsida. Għal aktar tagħrif ċemplu lil Monica Caruana fuq 7932 3380 jew lil Marianne Pace fuq 7929 8940.
Coffee morning Il-Fergħa Nisa Santa Marija tal-Imqabba qed torganizza coffee morning nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju, mid-9.30am ΄il quddiem, fis-sala tal-Palazz Santa Marija, l-Imqabba. Ikla bejn il-ħbieb L-Għaqda Armar Santa Marija tal-Imqabba qed torganizza ikla bejn il-ħbieb, nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju, mit-8.00pm ’il quddiem fil-Palazz Santa Marija, l-Imqabba. Bħala menù se jkun hemm majjal jew tiġieġ u deżerta. Għarriservazzjonijiet avviċina lill-membri tal-istess għaqda u l-helpers. Bażar u attivitajiet oħra fi tmiem il-ġimgħa ta’ Jum l-Omm Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm il-klabb tal-addoloxxenti Go Reds fi ħdan is-Soċjetà Santa Marija u l-Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba qed jorganizzaw attività fuq tlett ijiem li tinkludi: bażar ta’ pjanti, kejkijiet u oġġetti oħra; maratona ta’ liedna; tournament tal-Play Station; tournament tal-pool; u car wash. Dan kollu se jsir bejn il-Ġimgħa 6 u l-Ħadd 8 ta’ Mejju, fil-pjazza quddiem is-sede tas-soċjetà u fis-sede rispettivament. Din l-attività qed titella’ b’risq Puttinu Cares u djar tat-tfal. Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi. Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku www. santamarija.com jew www.facebook.com/santamarija Kunċert bandistiku L-Għaqda Filantropika Talent Mosti tippreżenta kunċert bandistiku mill-Mro Silvan Abdilla nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju 2016, fis-7.30pm, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Kulħadd hu mistieden jattendi. Dħul bla ħlas. Għal aktar tagħrif sibuna fuq is-sit elettroniku www. talentmosti.com, kif ukoll il-paġna ta’ Facebook razzett tal-markiż Bażar ta’ Jum l-Omm fl-Imqabba Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se ttella’ bażar fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, nhar is-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Mejju 2016, fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba, quddiem il-każin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. Waqt dan il-bażar se jkun hemm għażla ta’ oġġetti għallbejgħ bi prezzijiet moderati. Il-bażar ikun miftuħ mis7.00am ’il quddiem. Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com jew ċempel 7953 9542.
SEGWI L-GAZZETTA KULLĦADD FUQ FACEBOOK BILLI TAGĦFAS LIKE FUQ IL-PAĠNA TAGĦNA facebook.com/kullhadd
32 01|05|2016
kullhadd.com It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
19°C
20°C
2ċ°C
14°C
16°C
15°C
07
08
08
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
Is-Sibt
BAĦAR: Moderat li jsir qawwi
22°C
22°C
21°C
IMBATT: Baxx mix-Xlokk
14°C
15°C
15°C
09
07
4
TEMP GĦAL-LUM
ALMANAKK
RITRATT MILL-ANTIK
L-OGĦLA TEMPERATURA: 21°C L-INQAS TEMPERATURA: 16°C INDIĊI UV: 8 SITWAZZJONI ĠENERALI: Firxa ta’ pressjoni baxxa li testendi minn fuq ilLibja sa fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran se tersaq lejn il-Lvant
UV
TEMP: Imsaħħab u bil-possibilità ta’ ħalbiet tax-xita
Ritratt: Bay Retro
VIŻIBBILTÀ: Tajba RIĦ: Moderat mill-Grieg il-Lvant li jsir ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral wara nofsinhar
UV
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta - 2123 8355 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun - 2123 4570 Lantern Pharmacy, 46, Regional Road, Santa Venera - 2144 4648 St. Jude Pharmacy, - 213, Triq il-Wied, Birkirkara - 2149 2151 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, l-Imsida - 2133 1732 Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke - 2137 2784 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema - 2133 5492 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard - 2143 6531 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sagħjtar, il-Mosta - 2141 5198 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, il-Qawra - 2157 6308 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Paola - 2182 1646 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla - 3182 1671 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, ix-Xagħjra - 2703 2296 Gudja Pharmacy, 9, Triq San Ċiru, il-Gudja - 2169 6422 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop - 2164 1328 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ - 21466 5346 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat - 2145 5479 Għawdex
L-ewwel ajruplani tal-Air Malta
DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA
04.05.2015 Il-Parlament Malti jibda jitlaqqa’ fil-bini l-ġdid fid-daħla tal-Belt Valletta
Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria - 2156 3233 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, ix-Xagħar - 2156 1486 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi - 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
NUMRI REBBIEĦA SUPER 5 GRAND LOTTERY
22 07 19 32 28 04 02 07 08 01 08 04
05.05.1964 Il-Kunsill tal-Ewropa jiddikjara l-jum tal-5 ta’ Mejju bħala Jum l-Ewropa
KALEJDOSKOPJU
KURŻITAJIET
kullhadd.com
01|05|2016 33
DJARJU JIKXEF ĦAJJA Fatti miġbura minn
CHARLES B.
SPITERI
ĠRAW BĦAL-LUM 1912: 1925: 1926: 1927: 1929: 1931: 1934: 1934: 1935: 1936: 1936: 1940: 1940: 1941: 1943: 1945: 1946: 1946: 1947: 1948: 1948: 1948: 1950: 1950: 1951: 1959: 1961: 1963: 1966: 1977: 1979: 1985: 1986: 1987: 1991: 1993: 1997: 2004: 2009: 2011:
Tiftaħ il-Lukanda Beverly Hills. Ċipru ssir kolonja tal-Kuruna Ingliża. Il-ħaddiema tal-minjieri Ingliżi joħorġu bi strajk. L-ewwel linja tal-ajru Ingliża li sservi ikel imsajjar (Imperial Airways). Il-pulizija joqtlu 19-il dimostrant ta’ Jum Mejju f ’Berlin. L-Empire State Building jiftaħ fil-belt ta’ New York. L-Awstrija tiffirma patt mal-Vatikan. Il-leġiżlatura Filippina taċċetta proposta Amerikana għall-indipendenza. Jiġi ċċirkulat l-ewwel dollaru tal-fidda Kanadiż. L-Imperatur Haile Selassie jitlaq mill-Etjopja hekk kif issir l-invażjoni Taljana. J. Edgar Hoover tal-FBI jarresta lill-gangster Alvin ‘Creepy’ Karpis. 140 Palestinjan Lhudi jmutu hekk kif ajruplani Ġermaniżi jibbumbardjaw il-vapur li jkunu fuqu. Imħassar il-logħob Olimpiku tal-1940. Il-Ġermanja tassalta Tobruk. Ajruplan Ġermaniż jgħarraq dgħajsa mimlija b’Palestinjani Lhud fi triqthom lejn Malta. Madwar 1,000 ċittadin minn Demmin fil-Ġermanja, jikkommettu suwiċidju minħabba l-okkupazzjoni tal- Armata l-Ħamra Sovjetika. Bidu tat-tliet snin strajk f ’Pilbara, mill-Awstraljani indiġeni. Il-Konferenza tal-Paċi f ’Pariġi tikkonkludi li l-Italja għandha tagħti lura l-Gżejjer Dodecanese lill-Greċja. Jintwera l-ewwel radar għall-ajruplani kummerċjali u privati. Il-Korea ta’ Fuq tipproklama lilha nnifisha bħala Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Il-Papa Piju XII jippubblika l-enċiklika Auspicia Quaedam. Glenn Taylor, Senatur ta’ Idaho, jisfa arrestat f ’Birmingham, Alabama, talli pprova jidħol għal laqgħa minn bieb immarkat ‘għas-Suwed’. Is-Sindku ta’ Brussell jipprojbixxi l-parata tal-Ewwel ta’ Mejju. Jiddaħħlu liġijiet ġodda taż-żwieġ fir-Repubblika tal- Poplu Ċiniż. 600,000 jimmarċjaw għall-paċi u l-libertá fil-Ġermanja. Il-Ġermanja tal-Punent tintroduċi l-ġimgħa ta’ xogħol ta’ ħamest ijiem. Fidel Castro jħabbar li mhux se jkun hemm aktar elezzjonijiet f ’Kuba. L-ewwel Amerikan (James Whittaker) li jirnexxilu jitla’ fuq il-Muntanja Everest. L-aħħar kunċert Ingliż mill-Beatles (fl-Empire Pool) f ’Wembley. 36 persuna jinqatlu fil-Pjazza Taksim, f ’Istanbul, matul iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Labour Day. Elton John isir l-ewwel pop star li jkanta f ’Iżrael. Il-President Amerikan Ronald Reagan itemm embargo kontra n-Nikaragwa. L-aġenzija tal-aħbarijiet Russa Tass tirrapporta l-inċident fl-impjant nukleari f ’Chernobyl. Il-Papa Ġwanni Pawlu II jibbeatifika lil Edith Stein, soru li twieldet f ’Iżrael. Tintemm il-gwerra ċivili f ’Angola. Attakk b’bomba fuq il-President ta’ Sri Lanka. Imutu 26 persuna. Tony Blair jiġi elett Prim Ministru tal-Gran Brittanja. Malta, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja jingħaqdu fl-Unjoni Ewropea. Iż-żwieġ bejn l-istess sess jiġi legaizzat fl-Iżvezja. Il-Papa Ġwanni Pawlu II jiġi beatifikat mis-suċċessur tiegħu, il-Papa Benedittu XVI.
Din tinstema’ bħala xi ċajta ta’ tifel tal-iskola, iżda hi verità sal-aħħar. Fuq il-qoxra ta’ djarju qadim instabu l-kelmiet ‘National Sozialisten’ u, bilĠermaniż, kliem ieħor li jaqra ‘Dan il-ktieb hu ta’ Willy Hitler’. Il-ktieb, bit-truf tal-paġni milwijin, ġie salvat mit-trab u misjub bejn l-injam ta’ kamra ta’ fuq nett ta’ dar. Inżamm b’mod sigriet minn familja kwieta fi New York, li ppruvat taħbi minn hi sa tmiem itTieni Gwerra Dinjija – u għal raġunijiet validi ferm. Ir-raġuni kienet li hemm, f ’Patchogue, Long Island, għadhom jgħixu l-membri qrib ħafna tal-familja ta’ Adolf Hitler. U l-ktieb, li hu djarju, instab fid-dar li darba kienet tal-familja li l-missier kien jismu William Patrick Hitler, inneputi mwieled l-Ingilterra taddittatur Nażist. Illum, wieħed għadu jsib ħajjin tlieta mill-erba’ proneputijiet li kellu u lkoll speċi ta’ jaħbu l-għeruq tagħhom billi jużaw żewġ kunjomijiet. Dawn l-aħħar eredi ta’ Hitler qatt ma tkellmu fil-pubbliku fuq il-familja tagħhom. Anzi, qattgħu ħajjithom ’il bogħod kemm setgħu miz-ziju ta’ missierhom. Issa dan l-aħħar, wara li ġie ffaċċjat bis-sejba, Alex, l-akbar mill-aħwa, stqarr għall-ewwel darba u ammetta li baqa’ xxukkjat bl-eżistenza tad-djarju u bid-dawl li xeħet fuq it-Third Reich u l-istorja stramba talfamilja tiegħu. Qal li kien ipprova jsib lillHitlers permezz ta’ The Mail on Sunday aktar minn għaxar snin ilu u sussegwentement kiteb ktieb fuq il-familja tagħhom, iżda minħabba n-nuqqas ta’ ftehim mal-familjari, qabel li ma kellux jippubblika l-kunjom ġdid tagħhom biex jibqgħu fl-anonimità. Sal-lum, il-ktieb għadu ma rax id-dawl u dan
minħabba li jista’ jkun għad hemm xi ħadd li jġegħilhom iħallsu għal dak li wettaq iz-ziju ta’ missierhom. Alex żied li hu skantat bissejba tad-djarju ta’ missieru, li jmur lura 79 sena. Hu tal-fehma li dan id-djarju seta’ spiċċa fejn instab meta missieru ġarr minn dar għal oħra, iżda ma jistax jifhem kif kien se jitlaq djarju hekk sensittiv warajh. L-istorja tal-Hitlers ‘sigrieti’, skont ma jirriżulta mid-djarju, tibda fl-1910. Mhux filĠermanja, iżda f ’Londra, meta Alois Hitler, ħu Adolf, li kienu aħwa tar-rispett, iżżewweġ lillIrlandiża Brigid Dowling, li kienet taħdem bħala waitress f ’Dublin. Huma marru jgħixu f ’Liverpool u kellhom tifel, William Patrick Hitler, li twieled f ’Marzu tal-1911. It-tfulija ta’ William Patrick, bil-kunjom li kien iġib, saret problematika hekk kif Adolf ħa l-poter fil-Ġermanja. Fis-snin tletin Willy tħajjar jipprova jsib xogħol fil-Ġermanja. Hu dan il-perjodu, u partikolarment is-sena 1935, li jirreferi għaliha d-djarju qadim. Hu jagħti deskrizzjoni fantastika tal-ħajja f ’Berlin qabel il-gwerra, it-tilwim li kellu Willy mas-sidien, u saħansitra sfida għal dwell. Jissemma wkoll l-isforz li għamel b’kunjomu biex jakkwista trattament preferenzjali. Skont il-familja, ġie mġiegħel jaħrab mill-Ġermanja meta pprova jopponi lil zijuh u wara li ċaħad li jieħu ċ-ċittadinanza Ġermaniża. Għalhekk, fl-1939, Willy telaq minn hemm u mar fl-Istati Uniti ma’ ommu, fejn bdew jgħixu fil-kwiet. Hu sar ċittadin Amerikan u ssielet għall-pajjiż li adottah meta ngħaqad man-Navy Amerikana fil-Paċifiku. Wara l-gwerra twarrab minħabba ferita kaġunata minn
shrapnel, u għal xi żmien għex fi New York. Imbagħad, fl-1946 qatagħha li jibdel kunjomu u jwarrab għalkollox. William iżżewweġ Ġermaniża, oħt l-akbar ħabib li kellu, u flimkien kellhom familja ta’ subien, fosthom Alex, illum ta’ 64 sena; Louis, ta’ 62; u Brian ta’ 48, ilkoll imrobbijin f ’Patchoge, f ’Long Island. Għal Alex u ħutu, id-djarju joffri rakkonti mill-passat ta’ missierhom, li qatt ma tkellem dwarhom, għax Willy ma kienx jieħu gost jirrakkuntahom. Fajl li l-FBI żammet fuq William Patrick, ipinġih bħala opportunist li telaq millĠermanja wara li ma rnexxilux jakkwista l-favuri mingħand zijuh. Fl-1935, Willy kien imdejjaq bixxogħol tiegħu f ’bank f ’Berlin, li ma tantx kien jirrendilu, u fittex opportunitajiet oħra. “Ma tkunx ħtija tiegħi li għadni f ’dan il-faqar li ninsab bħalissa,” jikteb fil-5 ta’ Jannar, b’mod li jitfa’ l-ħtija kollha fuq zijuh. Għax wara rriżulta li, peress li kien neputi ta’ Adolf, kien jeħtieġ il-permess biex jibdel ixxogħlijiet u zijuh kien jirreferi għalih bħala ‘neputi li jobogħdu’ u għalhekk ried iżommu fejn kien. Fil-15 ta’ Jannar jikteb: “Illum irċevejt ittra mingħand ommi. Ninsab iddisprat. Ma nafx x’se nagħmel.” Is-sejba ta’ dan id-djarju kienet żvelata fil-film Meet The Hitlers dirett minn Matt Ogens, li jiddokumenta l-ħajjiet ta’ nies li jġibu l-istess kunjom ta’ Hitler, u li beda jintwera fi New Orleans. Ulied Willy, li għadhom joqogħdu f ’Long Island, dejjem irrifjutaw li jirrakkuntaw l-istorja tagħhom. Mhux hekk biss, iżda la jmutu huma, imut il-kunjom peress li ħadd minnhom mhu miżżewweġ u lanqas għandhom tfal.
34 01|05|2016
kullhadd.com
LOGĦOB
TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri
B’4 Numri
000 042 133 357 362 405 433 444 454 476 563 596 597 602 614 615 636 644 646 740 746 750 781 794 854 904 914 930 943 994
0298 0381 0682 0706 1107 1660 2118 2352 2722 2966 3312 3559 3935 4335 4408 4589 4679 4738 5357 5597 5649 5673 6255 6379 6392 6532 7436 7550 7594 7797 8068
8140 8168 8187 8807 9124 9470 9625 9731 9941 B’5 Numri 15560 35377 B’6 Numri
206637 237665 266583 273650 357273 588535 638614 639756 886172 896084 Bi 8 Numri 67019417 84895046
094066 146406 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:
Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: F. BUGEJA – l-Imsida
KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]
2
Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:
Nru tat-telefown:
LOGĦOB
01|05|2016 35
kullhadd.com
IRBAĦ €25 FI FLUS
121
Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.
TISLIBA
Mimdudin:
1. 4. 7,23. 9. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21.
Kompli l-qawl: Alla fina, aħna fih, ..... jagħmel għalina, kulma nagħmlu għalih (5) .... , lewż, qastan, tin, kemm inħobbu ’l San Martin (4) Missier missieru (6) Sieq Ingliża (3) Qabeż il-limitu (6) Frotta (6) Richard Balzan Lagana (1,1,1) Anonimu (1,1) M’hemmx duħħan mingħajr dan (3) Materjal iebes (5) L-ewwel tlieta tal- bukkett (3)
23. 24.
Ara 7 Isem (5) Weqfin:
1. 2,3. 3. 5. 6,21W. 8. 11,13. 12,14. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Jilbsuh il-qassisin (6) Kunjom (6) Ara 2 Ħoss ripetut? (3) Jintlibsu fis-saqajn (6) Telaq għal rieħu (9) Tal-ilma (5) Xemgħat li jinxtegħlu fil-knejjes ħdejn it-twiebet (8) Ara 11 Ara 12 wieqfa Kiber (6) Ikħal (3) Ara 6 Wara xulxin (3)
SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin: 1,5.Nebbieħi, 4.Ferħ, 7.Ra, 9,15.Sindikajr, 10.Erwieħ, 12.Barokk, 16.IGI, 20.Brava, 21.Nid, 23.Innu, 24.Awtur
Weqfin: 1.Nistħi, 2,22.Bondin, 3,21 wieqfa. Irendi, 6.Ħuħ, 8.Arroganza, 11,19.Fabri, 12,13.Birer, 14.Kbarat, 17,18. Grieg
QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Supereroji li se narawhom f’battalja kontra xulxin. Ara paġna 29. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-Ħadd 29 ta’ Mejju flimkien mal-logos tal-ħarġiet tal-1, 8, 15 u 22 ta’ Mejju.
RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA
Ryan Reynolds
Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: J. PULO – Ħal Għaxaq L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.
Ed Skrein
36 01|05|2016
kullhadd.com
SPORTS
SUĊĊESS GĦAL SPORTMALTA BL-EWWEL FORUM NAZZJONALI TAL-ISPORT Din il-ġimgħa SportMalta kienet impenjata bl-ewwel Forum Nazzjonali tal-Isport li qatt sar f ’pajjiżna li seħħ fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop. ‘Il fuq minn 800 parteċipant taw is-sehem tagħhom fil-forum nnifsu li kien mifrux fuq jumejn u fid-diversi seminars li saru qabel is-seminar innifsu. Fis-seminars li saru matul il-ġimgħa, SportMalta ippreżenta diversi temi li laqtu numru kbir ta’ nies ġejjien minn oqsma differenti iżda li kollha għandhom rabta mal-isports. Il-forum kien mżewwaq b’temi diversi fejn bosta mill-kelliema inġiebu minn barra l-pajjiż apposta għal din l-attività. Spikkaw temi marbuta mal-Unjoni Ewropea li kienu preżentati mill-Kap tal-Programmi Sportivi fl-Unjoni Ewropea Yves La Losteque u l-Policy Coordinator Agatha Dziarnavska. Sessjoni oħra interessanti kienet dik mill-President talAssoċjazzjoni Olandiża tal-Hockey Marijke Fleuren li trattat l-involviment tal-ġenituri fl-isport u r-rappreżentant ta’ SportRadar Marcello Presilla tkellem dwar il-fenomenu tal-match fixing. SportMalta matul il-jumejn ċċelebrat suċċessi li għamlu diversi atleti flisport. Semgħet l-problemi li jiltaqgħu magħhom u l-intoppi li kellhom jgħelbu sabiex waslu fejn waslu. Fil-fatt f ’pajjiżna kien hawn l-aħjar tennista Taljan ta’ kull żmien, Nicola Pietrangeli li tkellem dwar l-karriera tiegħu filwaqt li saru intervisti mal-plejer barrani nnaturalizzat Malti Alfred Effiong, Josephine Grima l-plejer tal-basketball li għamlet bosta snin tilgħab barra l-pajjiż, Karl Izzo l-kowċ tat-timijiet Maltin tal-waterpolo u Vlada Kravchenko atleta li qed titħarreġ sabiex tieħu sehem fil-paralympics li ser isiru f ’Rio de Janeiro fis-sajf li ġej. Waqt il-forum saru diversi workshops biex b’hekk ingħatat l-opportunità lil dawk kollha preżenti jipparteċipaw fid-diskussjonijiet li varjaw minn governanza tajba, għal organizzazjoni ta’ avvenimenti, ir-rabta bejn l-attività fiżika u l-isport, kif ukoll il-betting b’responsabbilità li kien preżentat mill-kumpanija Maltco. Minn dawn il-workshops ħarġu konklużjonijiet li jgħinu biex inkomplu intejbu l-isport f ’Malta. Minbarra s-seminar innifsu saru laqgħat bilaterali tal-għola livell malmistiedna barranin b’mod privat li kienu ferm pożittivi. Laqgħat li żgur jawguraw tajjeb għall-futur fil-preparazzjoni għall-Presidenza. Huwa mistenni li fil-ġimgħat li-ġejjin SportMalta se tkun qed tippreżenta l-konklużjonijiet ta’ dawn il-laqgħat lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius biex b’hekk ikun possibbli li titkompla il-ħidma tal-Gvern fil-qasam sportiv. B’mod parallel, l-ewwel Forum Nazzjonali tal-Isport kien imxandar wkoll fuq TVM2 wara ftehim li ntlaħaq bejn SportMalta u l-Public Broadcasting Services. It-telespettaturi setgħu jsegwu ‘il fuq minn seba’ sigħat millkumdità ta’ darhom. Dan huwa mod ieħor kif il-gvern juża għall-massimu r-riżorsi umani u jifrex ix-xogħol tiegħu permezz ta’ aktar kollaborazzjoni bejn l-entitajiet governativi. Is-suċċess ta’ SportMalta qed jikkontribwixxi bil-kbir għas-suċċess li laħaq pajjiżna fil-qasam sportiv hekk kif titkompla il-wegħda tal-Gvern li jkompli jagħmel dak kollu li hu possibli għal pajjiżna biex dan is-settur ikompli jikber u jissaħħaħ. Qabel il-Forum innifsu saru sitt seminars speċifikament immirat għal setturi ta’ nies mdaħħla fl-isport. Is-sitt seminars saru b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet diversi. L-ewwel seminar sar b’kollaborazzjoni mal-MCAST u kien immirat għall-istudenti, segwa seminar għall-ħaddiema taċ-ċivil u ieħor għaż-żgħażagħ bil-kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ. It-Tlieta s-seminar sar f ’Għawdex għall-isportivi Għawdxin bil-kollaborazzjojni talGozo Sports Board. Sar seminar għall-edukaturi u ieħor għall-ġurnalisti u l-assoċjazzjonijiet sportivi bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sport. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius kien ferm sodisfatt bin-numru sabiħ u inkoraġġanti ta’ parteċipanti li juri kemm Forum ta’ dan it-tip kien mixtieq f ’pajjiżna. Għalaq il-Forum il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar li għamel enfasi partikolari fuq l-organizzazjoni involuta biex itellghet din il-ġimgħa. Huwa rrikonoxxa l-impenn u x-xoghol b’dedikazzjoni li taw numru ta’ ħaddiema ta’ SportMalta u aċċenna li attivitajiet oħra simili huma fil-pjanijiet ta’ SportMalta għall-futur.
SPORTS
kullhadd.com
01|05|2016 37
PREMIER LEAGUE MALTI
Ritratti: STEPHEN GATT
VALLETTA INKURUNATI CHAMPIONS
IL-PREMIER LEAGUE MALTI
Fl-aħħar logħba talKampjonat Malti għal dan l-istaġun, it-tim ta’ Valletta u dak ta’ Hibernians spiċċaw f ’parità ta’ 1-1. Qabel ma bdiet il-logħba, il-captain ta’ Hibernians Andrew Cohen ippreżenta bukkett fjuri ħomor lill-captain tat-tim ta’ Valletta Jonathan Caruana b’ġest sabiħ ta’ fair play. Għal dik li hi kronaka, l-ewwel azzjoni tal-logħba waslet fit8 minuta meta freekick minn barra l-kaxxa għal Valletta jmur għoli. Fl-10 minuta azzjoni maħduma tajba minn bosta plejers ta’ Valletta, bil-ballun jasal għand Ian Azzopardi bil-ballun jixxellef għal barra. L-ewwel azzjoni ta’ Hibs waslet fit-13-il minuta meta ħarġa ħażina ta’ Henry Bonello fuq Jorge da Silva Pereira li però ħadd ma japprofitta minn dan l-iżball. Fit-26 minuta Hibs resqu viċin li jiftħu l-iskor meta da Silva Ribeiro qassam lejn da Silva Perreira li minn qagħda ferm tajba jfajjar xutt ċentrali fil-baxx b’Bonello jsalva però ma jżommx u l-Beltin
ibiegħdu l-periklu. Ċans tajjeb għal Valletta waqa’ f ’saqajn Jhonnathan Benites li jispara xutt djagonali li għadda jħakkek mal-lasta l-wieqfa. Fid-59 minuta Valletta fetħu l-iskor meta Nafti qassam lejn Federico Falcone li għalkemm kien segwit minn żewġ difensuri ta’ Hibs, daħal ferm tajjeb u għeleb lil Justin Haber b’xutt potenti fis-saqaf tax-xibka. Ftit minuta wara t-tim ta’ Raħal Ġdid ġab id-draw meta cross mix-xellug ta’ Cohen, id-daqqa ta’ ras ta’ Marcelo Dias għeleb għalkollox lil Bonello. Azzjoni oħra fis-77 minuta għal Valletta meta x-xutt ta’ Llewlyn Cremona kien salvat mingħajr ebda diffikultà minn Haber. L-aħħar azzjoni tal-logħba waslet fil-ħin miżjud minn Hibernians b’xutt ta’ da Silva Pereira minn quddiem il-lasta, iżda l-ballun mar ferm għoli. Valletta kienu ppreżentati t-tazza tal-Kampjonat Malti biex b’hekk kienu inkurunati champions ta’ Malta għat-23 darba fl-istorja tagħhom.
KLASSIFIKA
L R D Valletta 33 25 4 Hibernians 33 22 8 Birkirkara 33 20 8 Balzan 33 20 6 Floriana 33 18 4 Tarxien Rainbows 33 15 8 Sliema Wanderers 33 12 6 Pembroke Athleta 33 10 6 Mosta 33 10 7 St. Andrews 33 4 3 Naxxar Lions 33 5 4 Qormi 33 3 4
T F K +/- Pti 4 69 27 +42 53 3 85 33 +52 49 5 64 29 +35 47 7 69 33 +36 44 11 60 42 +18 39 10 59 31 +28 35 15 49 51 -2 30 17 48 61 -13 24 16 42 60 -18 22 26 32 90 -58 13 24 29 95 -66 12 26 26 80 -54 9
38 01|05|2016
kullhadd.com
PREMIER LEAGUE
RIŻULTATI TAL-BIERAĦ
SWANSEA V LIVERPOOL
Wara t-telfa ta’ fost il-ġimgħa kontra Villareal fl-Europa League, Liverpool se jkunu qed ifittxu li jirritornaw għar-rebħ meta se jkun qed jilagħbu kontra Swansea barra minn darhom f ’Wales. Dan kollu bl-għan li jilħqu lil West Ham fis-sitt post u b’hekk ikun iggarantit lilhom post fl-Ewropa, indipendentament milli jirbħux l-Europa League jew le. Proprju biex jagħmlu dan se jkunu qed iserrħu l-aktar fuq l-attakkant Ingliż Daniel Sturridge, li skurja sitt darbiet, fl-aħħar seba’ logħbiet. Swansea kkonfermaw posthom fil-Kampjonat Ingliż ftit tal-ġimgħat ilu b’rebħa ta’ 1-0 fuq Chelsea. Madankollu, xorta waħda ma jaffordjawx li jitilfu logħba oħra hekk kif żewġ telfiet konsekuttivi kontra Newcastle u Leicester riċentament ma niżlux tajjeb mal-kowċ Francesco Guidolin. MANCHESTER UNITED V LEICESTER Leicester se jkunu qed jilagħbu f ’Old Trafford bil-ħsieb li jekk jirnexxilhom jirbħu huma jkunu ddikjarati champions filKampjonat Ingliż. Dan kollu mertu għall-kowċ Taljan Claudio Ranieri li għaraf jadatta s-sistemi u jimmodernizza t-tim tiegħu speċifikament għall-intensità u l-livell għoli ta’ kompettitività tal-
Everton Newcastle Utd Stoke City Watford West Brom Arsenal
Swansea v Liverpool 13.00 Man. United v Leicester City 15.05 Southampton v Manchester City 17.30
LOGĦOB GĦAL-GĦADA Chelsea
v Tottenham H. 21.00
KLASSIFIKA
Kampjonat Ingliż. Madankollu, huma ilhom ma jirbħu f ’Old Trafford 18-il sena u se jkunu mingħajr is-servizzi ta’ Jamie Vardy minħabba li jinsab sospiż. Minkejja kollox, il-United ma jixtiqux li jkun hemm tim ieħor li jirbaħ il-kampjonat fil-grawnd tagħhom u apparti minn hekk iridu bilfors jirbħu biex iżommu t-tamiet tagħhom li jiġu malewwel erba’ ħajjin u għalhekk jikkwalifikaw għaċ-Champions League. SOUTHAMPTON V MAN. CITY Manchester City se jkunu mingħajr l-Ispanjol Davild Silva għall-ġimagħtejn li ġejjin hekk
RIŻULTATI TAL-BIERAĦ Udinese v Torino Tard Chievo v Fiorentina Tard
LOGĦOB GĦAL-LUM v Carpi 12.30 v Frosinone 15.00 v Bologna 15.00 v Sampdoria 15.00 v Verona 15.00 v Inter 20.45
LOGĦOB GĦAL GĦADA Genoa v Roma 19.00 Napoli v Atalanta 21.00
KLASSIFIKA Tim
L R D T F K P
Juventus Napoli Roma Internazionale Fiorentina * Milan Sassuolo Chievo * Lazio Genoa Empoli Torino * Atalanta Sampdoria Bologna Udinese * Carpi Palermo Frosinone Hellas Verona
35 27 4 4 67 18 85 35 22 7 6 72 30 73 35 20 11 4 74 38 71 35 19 7 9 47 32 64 35 17 8 10 56 40 59 35 14 11 10 44 37 53 35 13 13 9 44 39 52 35 13 9 13 43 42 48 35 13 9 13 45 47 48 35 12 7 16 39 43 43 35 11 9 15 37 46 42 35 11 9 15 45 50 42 35 10 11 14 37 43 41 35 10 10 15 48 51 40 35 11 7 17 33 44 40 35 10 8 17 32 52 38 35 8 11 16 34 51 35 35 8 8 19 33 63 32 35 8 6 21 32 68 30 35 4 13 18 30 58 25
* Il-pożizzjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat inħareġ wara li morna għall-istampar.
v Bournemouth 2 - 1 v Crystal Palace 1 - 0 v Sunderland 1 - 1 v Aston Villa 3 - 2 v West Ham 0 - 3 v Norwich Tard
LOGĦOB GĦAL-LUM
SERIE A
Juventus Milan Empoli Palermo Sassuolo Lazio
SPORTS
kif qed isofri minn injury filhamstring. Din l-injury ma tantx ġiet fi żmien ideali hekk kif huma qed ikomplu fil-missjoni tagħhom li jagħmluha malewwel erba’ filwaqt li għandhom ukoll semifinali kontra Real Madrid nhar l-Erbgħa li ġej filBernabeu. Matematikament Southampton xorta waħda għadhom jistgħu jispiċċaw fittmien post u jikkwalifikaw għall-Europa League imma dan jiddependi minn ħafna fatturi li jridu bilfors imorru favurihom. Fil-fatt, kif qegħdin l-affarijiet bħalissa, m’hemmx distakk kbir bejn il-ħames u t-tmien post u għalhekk it-tellieqa għal din ilkwalifikazzjoni fl-Europa League għadha miftuħa.
Tim L R D T F K P Leicester City 35 22 10 3 63 33 76 Tottenham Hotspur 35 19 12 4 65 26 69 Manchester City 35 19 7 9 66 34 64 Arsenal* 35 18 10 7 58 34 64 West Ham United 35 15 14 6 60 43 59 Manchester United 34 17 8 9 42 30 59 Liverpool 34 15 10 9 58 45 55 Southampton 35 15 9 11 49 37 54 Stoke City 36 13 9 14 38 52 48 Chelsea 34 12 11 11 53 46 47 Everton 35 10 14 11 55 49 44 Watford 35 12 8 15 36 42 44 WBA 36 10 11 15 32 46 41 AFC Bournemouth 36 11 8 17 43 63 41 Swansea City 35 10 10 15 34 49 40 Crystal Palace 36 10 9 17 36 46 39 Newcastle United 36 8 9 19 39 64 33 Sunderland 35 7 11 17 40 58 32 Norwich City* 34 8 7 19 35 60 31 Aston Villa 36 3 7 26 27 72 16 Il-pożizzjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat finali nħareġ wara li morna għall-istampar.
JUVENTUS V CARPI
PUNTI OĦRA
It-tim ta’ Max Allegri se jkun qed jittama li jkompli għaddej bil-forma straordinarja li t-tim tiegħu għaddej minnha, hekk kif se jkunu qed jilagħbu kontra Carpi fil-Juventus Stadium. Grazzi għattelfa ta’ Napoli kontra Roma, Juventus kienu kkonfermati champions tal-Italja għal ħames darba konsekuttiva. Infakkru kif dan it-tim tilef l-ewwel logħba li lagħab f ’daru dam sar-raba’ logħba biex jiġbor ġieħu u issa spiċċa rebaħ il-Kampjonat. Minnaħa ta’ Carpi, din kienet l-ewwel darba fl-istorja tagħhom li għamluha fis-Serie A, u b’mod sorpiż jinsabu ftit ‘il bogħod milli jsalvaw u għalhekk jiggarantixxu posthom għal sena oħra fis-Serie A.
IL-BANEK RIDUH JIBQA’
AC MILAN V FROSINONE Milan se jkunu qed jittamaw li jissieltu ma’ Sassuolo biex jikkwalifikaw għall-Europa League, iżda dan ittim irid jagħmel dan billi jegħleb lil Frosinone f ’San Siro. Din il-logħba tista’ wkoll tfisser it-tmiem ta’ Frosinone fil-Kampjonat Taljan u għalhekk jidher li mhux se tkun diffiċli għal Milan biex jirbħu din il-logħba. Mario Balotelli flimkien ma’ Carlos Bacca mistennija li jibdew fuq quddiem għat-tim ta’ Milan bl-għan li jsibu tarf tad-difiża ta’ Frosinone. Min-naħa tat-tim ta’ Frosinone, jekk dawn jitilfu ma’ Milan u Carpi jirbħu lil Juventus, huma jkunu rrelegati. LAZIO V INTER Logħba oħra interessanti li hemm illejla hija dik bejn Lazio u Inter liema logħba għandha memorji koroh għas-sapporters ta’ Inter minħabba l-avvenimenti li kienu ġraw fl-2002. Minn mindu daħal bħala kowċ interim Simone Inzaghi kellu u għad għandu biċċa xogħol delikata x’jagħmel, għalkemm issa kollox huwa mitmum għal Lazio. Li jikkwalifikaw għall-Europa League kienet minn dejjem diffiċli jekk mhux impossibbli dan hekk kif il-moral tat-tim jinsab fil-qiegħ. Min-naħa tat-tim ta’ Inter, issa huwa konfermat li kwalifikazzjoni għaċ-Champions League mhijiex possibbli iżda l-unika kwalifikazzjoni possibbli issa hija l-Europea League.
Il-manager ta’ Arsenal Arsene Wenger żvela li fl-2004 il-banek kienu insistew li huwa jibqa’ jmexxi lit-tim minn Londra biex jagħtuh isself li kien hemm bżonn biex jinbena l-Emirates Stadium li b’kollox sewa kważi €500 miljun. Skont il-Franċiż, il-banek riduh jiffirma għal ħames snin biex ikunu moħħhom mistrieħ illi tinżamm ilkonsistenza teknika li wasslet lill-Arsenal biex jiksbu diversi suċċessi fis-snin preċedenti. Huwa għamel dawn il-kummenti b’reazzjoni għad-diversi mistoqsijiet li staqsewh il-ġurnalisti dwar il-futur tiegħu. Dawn iddubji telgħu fil-wiċċ hekk kif qegħda ssir pressjoni kbira minn xi gruppi ta’ sapporters tal-Arsenal biex dan jitneħħa wara staġun diżappuntanti ferm li se joħorġu minnu b’idejhom vojta. IL-PLEJERS IDDISPJAĊUTI Il-manager temporanju ta’ Aston Villa Eric Black sostna li l-plejers qegħdin jiġu affettwati b’mod negattiv min-numru sostanzjali ta’ ħaddiema li kellhom jiġu mkeċċijin mill-klabb wara li t-tim kien irrelegat mill-Premier League Ingliż. Minkejja li fl-aħħar staġuni l-Villa ma tantx impressjonaw, dak attwali kien wieħed mill-agħar li qatt kellhom u wassalhom biex mill-ewwel ikunu kandidati prinċipali għar-relegazzjoni lejn iċ-Championship. Din is-sitwazzjoni ggravat is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Villans li diġà kienet diffiċli u ħolqot rabja kbira fost il-partitarji. Fil-fatt, hemm min akkuża lil Black li qiegħed jipprova jattira s-simpatija tan-nies lejn il-plejers bil-kummenti tiegħu. Huwa, però, ċaħad din l-akkuża u sostna li l-impatt negattiv fuq it-tim huwa reali. IĦALLUH BARRA MINN UFC 200 Is-saga bejn ta’ Conor McGregor u d-diriġenti tal-UFC kompliet għaddejja hekk kif dawn tal-aħħar iddeċidew li jżommu lill-ġellied Irlandiż barra minn UFC 200 wara li rriffjuta li jippromwovi l-attività kemm talbuh. Il-kwistjoni bejniethom bdiet wara t-telfa li McGregor ġarrab kontra Nate Diaz f ’UFC 196. L-Irlandiż deher li kien qiegħed jipprepara għall-ġlieda li jmiss b’mod normali, però meta ntalab biex jibda jippromwovi UFC 200 huwa sostna li se jirtira ħabta u sabta. Wara jiem ta’ għejdut, McGregor qal li mhux se jirtira u li fil-fatt huwa qal hekk għaliex kien frustrat mal-amministraturi tal-isport għaliex ma kinux qegħdin jagħtuh ċans jagħmel il-preparazzjoni fiżika li kellu bżonn minħabba l-promozzjoni li kien qiegħed jagħmel.
FORMULA 1
kullhadd.com
TELLIEQ NRU
01|05|2016 39
RAPPORT U ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI
04
Numru ta’ dawriet 53 Tul tat-tellieqa 309.745KM Dawra rekord S.VETTEL
AKTAR PROBLEMI GĦAL HAMILTON
Kif drajna naraw, iż-żewġ sewwieqa tal-Mercedes ħarġu kkargati u malajr ikkapparraw l-ewwel u t-tieni post. Madankollu, Hamilton irriskja problemi mal-istewards hekk kif qabeż ir-run-off fit-tieni kurva, manuvra illi m’għadhiex aċċettabbli skont id-direttivi li ngħataw is-sewwieqa din il-ġimgħa. Sadanittant, iż-
Medium
Rebbieħ tal-2015 L.Hamilton
Sochi Autodrom
Andament tas-soltu
8-10km/hr
2015
RUSSJA Sochi
Nico Rosberg kiseb ittieni pole position tiegħu għall-2016 hekk kif Hamilton fil-bidu ta’ Q3 esperjenza l-istess problemi fil-power unit li kellu fiċ-Ċina.
Tyres għad-dispożizzjoni Temperatura tal-art 11°c Supersoft Temperatura tal-arja 12°c Soft Riħ
żewġ Ferraristi kienu l-eqreb tal-Mercedes, imma d-distakk minnhom kien notevoli. F’din is-sessjoni kienu eliminati s-sewwieqa tasSauber, ir-Renault u l-Manor. L-andament ta’ Q2 kien kif wieħed jistenna fejn ilMercedes reġgħu ntefgħu fuq quddiem. Madankollu, Hamilton deher li beda jbati biex ilaħħaq mal-kollega tiegħu fejn spiċċa b’distakk ta’ nofs sekonda mill-ewwel post. Għal xi ħin deher illi l-McLaren setgħu daħlu f ’Q3, però ħarġa tard fis-sessjoni tas-sewwieqa tal-Ferrari u l-Williams imbuttawhom ‘il barra mill-ewwel għaxar pożizzjonijiet.
Umdità 82%
POŻ. ISEM IS-SEWWIEQ TIM 01 Nico Rosberg Mercedes 02 Sebastian Vettel* Ferrari 03 Valtteri Bottas Williams 04 Kimi Raikkonen Ferrari 05 Felipe Massa Williams 06 Daniel Ricciardo Red Bull 07 Sergio Perez Force India 08 Daniil Kvyat Red Bull 09 Max Verstappen Toro Rosso 10 Lewis Hamilton Mercedes * Ħa jitlaq mis-seba’ post minħabba penalità
Opportunità għall-Williams F’Q3 beda b’żvolta interessanti meta Hamilton spiċċa ankrat fil-garaxx minħabba problema fil-power unit illi ħallih l-art, problema wittiet it-triq għal Rosberg biex jikseb il-pole. Sadanittant, it-tieni pożizzjoni
Rai 1 fid-21.10 Ħin Oriġinali fis-14.00 ĦIN 1:35.417 1:36.123 1:36.536 1:36.663 1:37.016 1:37.125 1:37.212 1:37.459 1:37.583 No time
kienet ikkontestat minn Raikkonen u s-sewwieqa tal-Williams hekk kif Vettel kien fil-mira ta’ penalità li se ġġegħlu jitlaq mis-seba’ post. Din il-pożizzjoni kisibha Bottas li kien ftit aktar minn 0.100 sekondi aktar veloċi minn Raikkonen.
LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT
Nhar it-Tlieta li għadda kellha tkun ġurnata deċiżiva għall-futur talisport hekk kif il-fornituri kienu mistennijin jaqblu dwar bidliet sostanzjali fir-regolamenti tekniċi maħsubin biex inaqqsu l-ispejjeż għat-timijiet u jżidu l-ispettaklu. Madankollu, dan il-qbil ma wasalx meta mixtieq fatt li kważi ħarbat ilpjanijiet ambizzjużi li kien hemm għall-isport. Ifittxu kompromess
Tard is-sena l-oħra, l-FIA u l-FOM ippruvaw jimponu d-dħul talfornituri tal-magni indipendenti sabiex jagħtu garanzija ta’ forniment lit-timijiet u jbaxxu l-prezzijiet tal-power units. Madankollu, wara ħafna appelli u manuvri, il-fornituri attwali kkonvinċew lill-FIA u l-FOM biex jagħtuhom ftit taż-żmien ieħor biex jaslu għal kompromess li jilħaq l-għanijiet tagħhom mingħajr l-introduzzjoni ta’ fornituri ġodda. Wara ħafna posponimenti, kien deċiż li l-Istrategy Group u l-F1 Commission jiltaqgħu nhar itTlieta biex jiffinalizzaw ftehim dwar bidliet relatati mal-magni li se jintużaw fl-2017 wara li ftit talġimgħat ilu kien hemm qbil dwar riformi ajrudinamiċi. Il-punti ewlenin li kien imfittex qbil dwarhom kien li jonqsu l-ispejjeż
ta’ żvilupp tal-magni, ikun hemm garanzija ta’ forniment tagħhom, żieda fil-ħoss u li r-rendiment talmagni ta’ fornituri differenti jkun aktar simili. Problemi
Madankollu, l-affarijiet mill-ewwel bdew bil-problemi hekk kif kien hemm għejdut illi ma kienx hemm qbil unanimu dwar din ir-riforma fl-Istrategy Group. Rapporti mhux ikkonfermati sostnew li, għal darb’oħra, kienu l-Mercedes li mblukkaw il-proposti li tressqu. Matul dawn l-aħħar xhur huma ma ħbewx il-fatt li ma jaqblux mal-bidliet li ġew proposti għaliex qalu li dawn mhumiex se jżidu l-ispettaklu matul it-tlielaq. Is-sitwazzjoni kompliet tisserja aktar tard dakinhar meta vot li kellu jittieħed dwar l-istess kwistjoni matul laqgħa tal-F1 Commission kellu jiġi mħassar hekk kif bosta membri ma attendewx. Il-pessimisti fost l-osservaturi sostnew li dan kien attentat ta’ sabotaġġ biex min qiegħed igawdi fis-sitwazzjoni preżenti jkompli sejjer tajjeb. Madankollu, kien hemm min ħaseb li l-laqgħa talkummissjoni ġiet posposta fl-aħħar minuta biex il-fornituri jerġgħu jippruvaw jaslu għal kompromess sodisfaċenti.
Jasal il-ftehim
Fil-fatt, nhar il-Ġimgħa filgħaxija s-sitwazzjoni nbidlet hekk kif il-World Motor Sport Council (WMSC) ħabbar li kien intlaħaq qbil dwar ir-riformi li se jsiru fiż-żmien li ġej fir-rigward talpower units bejn l-2017 u l-2020. Fejn jidħlu l-ispejjeż relatati malmagni, kien deċiż li fl-2017 dawn jorħsu b’€1 miljun biex imbagħad jorħsu b’€3 miljuni oħra fl-2018. Sabiex wieħed jagħti kuntest, attwalment huwa maħsub li l-power units jiswew bejn €22 miljun u €25 miljun. L-istakeholders waslu wkoll għal qbil dwar mod kif jevitaw li jiġri bħall-istaġun li għadda fejn ir-Red Bull Racing (RBR) sabu ruħhom f ’riskju serju li jispiċċaw mingħajr fornitur talmagni. Dan se jsir billi jiddaħħal obbligu ta’ forniment li se jkun infurzat matul il-perjodu ta’ omologazzjoni tal-power units. Fejn tidħol l-omologazzjoni, l-WMSC approvat ukoll ittneħħija tas-sistema ta’ tokens mis-sena d-dieħla, riforma li se tħalli lill-fornituri jintroduċu żviluppi tekniċi b’aktar libertà matul l-istaġun. Madankollu, se jiġu introdotti riformi fl-2017 li se joħloq restrizzjonijiet ġodda dwar il-
piż, dimensjoni u l-materjali tal-partijiet differenti tal-power unit bl-għan li ma jkunx hemm distakki kbar ħafna bejn it-timijiet f ’termini ta’ rendiment. Fl-aħħar, l-FIA kkommettiet ruħha li ma tagħmilx aktar riformi radikali fir-regolamenti tekniċi matul dan il-perjodu. Dan essenzjalment jindika li l-possibbiltà li jkun hemm fornituri indipendenti se tkun remota, tal-inqas sa tmiem ilftehim attwali. Jiddebutta l-Aeroscreen
Fejn jidħlu bidliet tekniċi li nistgħu naraw implimentati fl2017 ta’ min isemmi li r-Red Bull Racing taw l-opportunità lill-pubbliku illi jara għall-ewwel darba l-Aeroscreen fl-azzjoni tul waħda mis-sessjonijiet ta’ prattika ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda. L-Aeroscreen hija l-alternattiva tal-RBR għall-Halo tal-Ferrari li għandha l-għan li toffri protezzjoni addizzjonali lil ras is-sewwieqa f ’każ ta’ inċident. Ir-reazzjoni inizzjali għal din il-modifikazzjoni kienet aktar pożittiva ikkumparati ma’ dawk li kellha l-Halo, però għadu mhuwiex ċar min se jingħata preferenza għaliex id-diskussjoni għadha fl-istadju bikri tagħha.
40 01|05|2016
kullhadd.com
L-ALLEGAT KAŻ TAX-XOGĦOL B’XEJN FIL-PROPRJETÀ TA’ DE MARCO
BUSUTTIL MA JGĦIDX FEJN ĠEW IPPUBBLIKATI L-IRĊEVUTI
Minkejja li ġie mistoqsi mill-midja, il-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil baqa’ ma qalx fejn ġew ippubblikati l-irċevuti taxxogħol li sar fuq il-proprjetà tal-Viċi Kap tiegħu Mario de Marco. Wieħed jifhem li dan ma qalux sempliċiment għaliex ma jistax, peress li mhuwiex minnu li dawn l-irċevuti kienu ppubblikati. F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru Edward Zammit Lewis u mis-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri ilbieraħ, intqal kif Simon Busuttil, mhux biss kien viżibilment
skomdu u evażiv meta mistoqsi dwar il-Viċi Kap tiegħu, iżda jinsab f ’paniku u spiċċa gideb biex jgħatti xtur DeMarco. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni talproċessi Amministrattivi semmiet kif meta mistoqsi mill-ġurnalisti dwar il-każ DeMarco, Busuttil mhux biss kien skomdu, iżda l-ewwel ħarab milli jwieġeb, u għallmistoqsija oħra spiċċa gideb meta qal li kien hemm ilpublikazzjoni tal-irċevuti minn Mario DeMarco meta dan mhux vera.
Dr Schembri ssoktat tgħid li wara li l-Kap talOppożizzjoni qal li kien hemm il-pubblikazzjoni ta’ dawn l-irċevuti, anke jekk mhux vera, huwa kien mistoqsi mill-ġurnalisti biex jgħid fejn kienu ppubblikati u jekk fil-verità kinux ippubblikati, iżda anke hawn, Simon Busuttil ħarab, qalet is-Segretarju Parlamentari. Min-naħa tiegħu l-Ministru tat-Turiżmu qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni li dejjem wera ruħu bħala palladin tal-istandards, issa għandu każ ieħor fejn irid jiddeċiedi. Simon Busuttil must walk the talk, tenna Dr Zammit Lewis filwaqt li semma kif filktieb li ppubblika l-Kap talOppożizzjoni huwa kien qal li m’għandhomx ikunu aċċettati rigali ta’ aktar minn €150. Bil-mod li jimxi bih Simon Busuttil hemm ipokrezija politika qal Edward Zammit Lewis filwaqt li stqarr li l-poplu ma jixraqlux hekk. Il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jiħux deċiżjonijiet u huwa kap li jrid jaqta’ l-kundanna ta’ kulħadd minbarra dik tannies tiegħu, temm jgħid ilMinistru Zammit Lewis.
LOKALI
CARDONA SE JIKKONTESTA GĦAL DEPUTAT MEXXEJ
Il-Ministru Chris Cardona kkonferma uffiċjalment li beħsiebu jikkontesta għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista. Dan f ’elezzjoni li mistennija ssir fil-ġimgħat li ġejjin wara r-rizenja ta’ Konrad Mizzi. F’kummenti mal-midja Cardona qal li hu min dejjem ħadem fl-istrutturi tal-partit, u żied li mas-suċess li kiseb fil-ministeru fl-aħħar snin issa jrid jikkontribwixxi iktar fil-Partit Laburista. Żied li dwar in-nomina tkellem ukoll mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Il-proċess biex jinħatar Deputat Mexxej ġdid mistenni jibda fil-jiem li ġejjin wara li jiltaqa’ l-eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista u jfassal l-aġenda għal ġimgħat li ġejjin. Bir-regoli talistatut tal-Partit Laburista għal din il-kariga jistgħu jikkontestaw kemm membri tal-grupp parlamentari u kemm membri oħra tal-Partit Laburista li mhumiex deputati.