www.kullhadd.com Il-Ħadd, 1 ta’ Ottubru, 2017
Ħarġa Nru 1,264 Prezz €1
SURPLUS POSITIVE
SCREENING QABEL
Fil-ġimgħa li kien ikkonfermat li pajjiżna rreġistra surplus ieħor, ħareġ rapport ta’ Standard & Poor’s li kkonferma kif kien hemm bidla oħra. Din id-darba fl-outlook dwar pajjiżna li minn stabbli sar pożittiv. Dan sena wara li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għolliet il-grad ta’ Malta. Din hija t-tielet aħbar pożittiva minn aġenziji ta’ dan it-tip f ’40 jum.
Dawk fl-etajiet li l-Programm Nazzjonali talIscreening isejħilhom biex jagħmlu mammogram biex jittestjaw għandhomx kanċer tas-sider, missena d-dieħla se jibdew jirċievu stedina kull sentejn minflok kull tliet snin. Dan f ’pass ieħor favur iktar prekawzjoni minn dan il-kanċer li ta’ kull sena jaħsad il-ħajja ta’ għexieren ta’ nisa. Hekk Malta tkun qed tilħaq ukoll livell Ewropew mill-aqwa.
Ara paġni 4 u 5
Ara paġni 8 u 9
DELIA ĠEWWA JIDDEFENDI LIL DEBONO Adrian Delia ma rtirax mil-laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv li ddiskutiet lil Jean Pierre Debono u l-metodi “illeċiti” tiegħu flelezzjoni biex l-istess Adrian Delia sar Kap. Minkejja li Delia baqa’ fil-laqgħa, Debono kien imċanfar bl-aħrax għalkemm mhux ikkastigat. Dan għax kienu bosta li f ’wiċċ Delia qalu li Jean Pierre Debono ma setax jgħaddiha lixxa. Oħrajn li jappoġġjaw lil Delia qalu li issa għandhom jikkalmaw l-affarijiet u finalment intlaħaq ftehim fuq l-istqarrija li ta kontra Delia u qed jarawha bħala rebħa kbira. Dan għax fost oħrajn Jean Pierre Debono qal li mhux se jkun involut fi proċessi elettorali, u issa għandhom fil-komma lest l-attakk li jekk mhux tajjeb biex ikun involut filproċess, aħseb u ara kemm hu tajjeb biex ikun kandidat għal waħda millkarigi li se jkun hemm. Intant, li Delia ma rtirax mil-laqgħa kif ħasbu li se jagħmel dawk li mmarkaw li għandu kunflitt ta’ interess ċar fil-kurituri tad-Dar Ċentrali, kien ikkonfermat mill-President tal-Kunsill Amministrattiv.
Fil-PN bdiet tirranka wkoll il-ġlieda għall-Viċi Kap. Jidher li se jfalli l-attentat tal-Kap li jkun hemm David Agius u Clyde Puli mingħajr elezzjoni. Lil Kristy Debono offrewlha li tkun whip minflok Agius u jidher li qagħdet, iżda dlonk tfaċċa Edwin Vassallo li se jikkontesta sakemm ma jkunx hemm bieb miftuħ għal Chris Said. Robert Arrigo beda l-kampanja u fost l-ewwel kummenti kien hemm botta għal Delia dwar il-paga doppja. Ara paġni 3, 6 u 7
02
01.10.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 26°C L-Inqas Temperatura: 18°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja ser testendi għal fuq iċ-ċentru talMediterran u lejn il-Libja. It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli. Il-Viżibilità: Tajba. Il-Baħar: Ħafif. L-Imbatt: Ftit li xejn. It-Temperatura tal-Baħar: 25°C
email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
25°C UV 12
18°C
Il-Ħamis
26°C UV 12
20°C
Il-Ġimgħa
26°C
UV 9
20°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
26°C UV 12
18°C
26°C UV 19
18°C
25°C UV 12
19°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 Pharmaland Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, Ta’ Xbiex – 21346547 Numri Importanti Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Rihan, San Ġwann – 21372195 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 112 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Il-Għargħur Il-Pulizija ta’ Malta Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 2122 4001-9 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 2393 0000 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa – 21651031 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb – 27888128 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
01.10.2017
kullhadd.com
DELIA BAQA’ FIL-LAQGĦA... MINGĦAJR KONTROLL Fil-fatt l-istqarrija iebsa hija wkoll parti minn sforz minnies ta’ madwar Delia u Jean Pierre Debono biex il-każ ma jispiċċax irrappurtat lill-pulizija
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, baqa’ fillaqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li ddiskutiet lil Jean Pierre Debono, kanvaser ewlieni tiegħu u li l-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista kkundannatu għall-mod kif ħadem meta kien qed imexxi l-kampanja għall-istess Adrian Delia. Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista sostnew li Delia kellu jħalli lill-Kunsill Amministrattiv jiddeċiedi fil-libertà u jirtira mil-laqgħa. Iżda, Delia ma riedx jagħmel dan għax beża’ li l-Kunsill Amministrattiv jispiċċa jitlob passi dixxiplinarji kontra Jean Pierre Debono. Xi ħaġa li ma xtaqx wara li ċedielu s-siġġu. It-tagħrif li Delia ma rtirax mil-laqgħa kkonfermah Karol Aquilina, President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista. Fi tweġiba għall-mistoqsijiet
ta’ din il-gazzetta Aquilina qal: “Ilbieraħ saret l-ewwel laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv li attenda u pparteċipa fiha mill-bidu sal-aħħar il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista, Dr Adrian Delia, kif inhu l-obbligu tiegħu skont l-Istatut tal-Partit Nazzjonalista.” B’hekk jirriżulta b’mod ċar li Delia baqa’ ġewwa l-ħin kollu, filwaqt li rtira Jean Pierre Debono. Fil-fatt it-tweġiba ta’ Aquilina ssoktat tgħid: “Peress li waqt il-laqgħa ġie diskuss il-każ ta’ Jean Pierre Debono, dan tal-aħħar għażel li joħroġ mil-laqgħa meta l-Kunsill Amministrattiv kien qed jiddiskuti u jieħu deċiżjoni dwar il-każ tiegħu, liema deċiżjoni ġiet ippubblikata minnufih malli ntemmet il-laqgħa.” Għalkemm finalment ma ttieħdu ebda passi kontra l-Assistent Segretarju Ġenerali Jean Pierre Debono dwar
il-każ tal-firem u l-prokuri fil-proċess ta’ elezzjoni għallkap, il-Partit Nazzjonalista kien kostrett joħroġ stqarrija iebsa għaliex il-kwistjoni kienet se tibqa’ titwal. Għal darb’oħra dan kontra x-xewqa tal-Kap il-ġdid Adrian Delia li sa issa għad m’għandux il-kontroll fil-partit bin-numru minoritarju ta’ deputati li jappoġġjawh qed jipprovaw jagħmlu kull sforzi biex jagħtuh imbuttatura. Fil-fatt, hekk għamlu f ’laqgħa tal-amministrattiv li kienet qed tiddiskuti rapport intern tal-Kumissjoni Elettorali li fiha sabet li Jean Pierre Debono uża tattiċi “illeċti”. Fil-fatt Debono kien ikkundannat bil-kbir mill-Kummissjoni Elettorali, iżda l-klikka ta’ madwar il-kap ma riditx iċċedi, iktar u iktar issa li ċedielu s-siġġu, għax ma kienx hemm għażla oħra. Dan b’deputat wara ieħor jirrifjuta li jċedi s-siġġu lil Delia.
Fil-fatt l-istqarrija iebsa hija wkoll parti minn sforz minnies ta’ madwar Delia u Jean Pierre Debono biex il-każ ma jispiċċax irrappurtat lill-pulizija minn xi ħadd li Debono ġabar il-vot f ’ismu mingħajr ma infurmah. Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li l-Kumitat Amministrattiv iddiskuta l-aġir ta’ Debono u approva u għamel tiegħu l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni Elettorali u kkonkluda li ma jara l-ebda ħtieġa li jsiru aktar investigazzjonijiet. Ir-rapport intern tal-Kummissjoni Elettorali kien żvelat mill-Maltatoday u kixef li Jean Pierre Debono ffalsifika firem tat-tesserati fi prokuri foloz. Dan sar sabiex ikun jista’ jiġbor id-dokumenti talvot tagħhom hu. Debono nqabad meta tesserat mar id-Dar Ċentrali biex jiġbor id-dokument tal-vot tiegħu u skopra li Debono
kien preżenta prokura ffirmata biex ikun jista’ jiġbor ilvot f ’ismu. Meta ra l-prokura, it-tesserat sostna li dik ma kinitx il-firma tiegħu. Intant il-Kunsill Amministrattiv aċċetta wkoll dikjarazzjoni ta’ Jean Pierre Debono li permezz tagħha ngħad li talab skuża, refa’ r-responsabbilità għal dak li seħħ u obbliga ruħu li bl-ebda mod ma jkun involut fil-proċessi elettorali li għandhom isiru sal-aħħar tas-sena. “Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kunsill Amministrattiv iddeċieda li pubblikament iwiddeb lil Jean Pierre Debono għall-aġir tiegħu u jtenni li l-Partit Nazzjonalista ma jittollera l-ebda abbużi fi proċessi elettorali,” qal il-Kunsill Amministrattiv li żied kif Debono obbliga ruħu li bl-ebda mod ma jkun involut fil-proċessi elettorali li għandhom isiru sal-aħħar tas-sena.
04
01.10.2017
kullhadd.com
BQAJNA TILGĦIN ’IL FUQ S&P JINGĦAQDU MA’ AĠENZIJI TAL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KREDITU LI TEJBU R-RAPPORT DWAR MALTA Inqas minn sena wara li Standard & Poor’s żiedet ir-rating ta’ pajjiżna issa ddeċidiet li ttejjeb il-ħarsa għall-ġejjieni dwar Malta. Minn stabbli issa għandna dak li jissejjaħ “outlook” pożittiv. Din id-deċiżjoni studjata minn esperti ttieħdet anqas minn sena wara li l-aġenzija S&P Global Ratings għolliet ir-rating ta’ pajjiżna. Din l-aġenzija kienet ilha 20 sena tnaqqas ir-rating ta’ pajjiżna, tant li fil-leġiżlatura ta’ qabel il-bidla fil-gvern fl-2013, S&P Global Ratings kienet naqqset ir-rating għal pajjiżna darbtejn. Bid-deċiżjoni tagħha, S&P Global Ratings kienet it-tielet aġenzija tar-ratings li biddlet b’mod pożittiv ir-rating għal pajjizna f ’dawn l-aħħar 40 jum. Fil-fatt, fil-11 t’Awwissu, Fitch Ratings għolliet il-grad ta’ Malta għal A+, filwaqt li fl-19 ta’ Awwissu l-aġenzija DBRS bidlet l-outlook għar-rating minn stabbli għal pożittiv, eżatt kif għamlet issa S&P Global Ratings.
Ir-raġuni ewlenija wara l-bidla fl-outlook tidher li kienet reviżjoni ’l fuq fit-tbassir ekonomiku għal pajjiżna li sar mill-esperti tal-aġenzija. Fil-fatt, fl-analiżi li kienu għamlu f ’Marzu li għadda kienu bassru li r-rata ta’ tkabbir ekonomiku kienet se tkun ta’ 3% bejn l-2017 u l-2020. Minflok issa qed ibassru rata ta’ 4%. Tant li skont l-esperti ta’ S&P Global Ratings “Malta’s growth will continue to exceed that of peers at similar income levels and stages of development.” L-istqarrija ta’ S&P Global Ratings tinnota s-suċċessi tal-politika tal-Gvern fil-leġiżlatura li għaddiet. Fil-fatt, isostni li “amid a high-growth environment, the government has narrowed the budget deficit, reduced general government debt-to-GDP, and undertaken several structural reforms, notably those that have increased female participation in the labour market and have reduced the country’s energy bill.” Barra minn hekk, S&P Global Ratings, huma kunfidenti li l-aġenda tal-Gvern ser tibqa’ riformista.
Tant li l-istqarrija tgħid “we anticipate that macroeconomic policymaking will remain geared toward further fiscal consolidation”, u li “efforts to reform state-owned enterprises further, reduce skill mismatches, and improve the long-term sustainability of public finances in the context of an ageing population will be implemented gradually”. S&P Global Ratings jgħidu li jemmnu li Malta hija f ’pożizzjoni tajba biex tilqa’ għall-effetti ta’ Brexit. Fost l-oħrajn jinnutaw li l-qasam turistiku qed ikompli jikber. Fil-qasam fiskali S&P Global Ratings jgħidu li “Malta has made considerable progress in fiscal consolidation” u “we expect small surpluses over the forecast horizon arising from additional public savings from further spending reviews and tax reforms”. Tant li sal-2020 qed ibassru li d-dejn nazzjonali bħala persentaġġ tal-GDP se jkun ta’ 50%, l-anqas livell mill1997 ’l hawn.
2008-2013 TNAQQIS FIR-RATING Moody’s fis-6 Settembru 2011 minn A1 stable għal A2 negative, għal A3 negative fit-13 ta’ Frar 2013 Standard & Poor’s minn A negative għal A- negative fit-13 ta’ Jannar 2012 u għal BBB+ stable fis-16 Jannar 2013 Tnaqqis fl-outlook - 1 (Standard & Poor’s minn A stable għal A negative fil-5 Diċembru 2011)
2013-2017 Fitch fl-20 Settembru 2013 minn A+ stable għal A stable BIDLA POŻITTIVA FL-OUTLOOK Moody’s fl-4 Ottubru minn A3 negative għal A3 stable Standard and Poor’s minn BBB+ stable għal BBB+ positive Fitch minn A stable għal A positive fid-19 ta’ Awwissu 2016 Standard and Poor’s minn BBB+ positive għal A- stable fl-14 ta’ Ottubru 2016
2017 Fitch minn A positive għal A+ stable fil-11 Awwissu 2017 DBRS minn A stable għal A positive fil-25 Awwissu 2017 u Standard and Poor’s minn A- stable għal A- positive fid-29 Settembru 2017
05
01.10.2017
kullhadd.com
• IR-RAPPORT TAL-WORLD ECONOMIC FORUM JOĦROĠ IKTAR B’SAĦĦTU META MQABBEL MAL-2012 Ir-rapport tal-World Economic Forum, li wera li Malta qabżet żewġ postijiet f ’dik li hi kompetittività internazzjonali meta mqabbel mas-sena li għaddiet, juri riżultat iktar b’saħħtu meta mqabbel mas-sena 2012, l-aħħar sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista. Fil-fatt, analiżi oħra li għamlet ilgazzetta KullĦadd tkompli turi kemm kienet meħtieġa l-bidla fil-gvern tal-2013, u kif ir-riżultati pożittivi qed jibqgħu jibnu wieħed fuq ieħor. Meta wieħed jidħol fil-fond tar-rapporti u l-aħbar isib li mhi minnha xejn il-perċezzjoni li pprovaw joħolqu esponenti tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista li l-qagħda ekonomika kienet xi waħda tajba minn dejjem. Is-sena li għaddiet pajjiżna tela’ tliet postijiet fil-klassifika globali tal-kompetittività, biex issa jinsab fit-37 post skont il-Global Competitiveness Report 2017-18. Meta mqabbel ma’ sena ilu, pajjiżna qabeż lil pajjiżi bħall-Polonja u l-Litwanja. Fil-Global Competitiveness Report maħruġ fl-2012, jiġifieri fl-aħħar sena qabel il-bidla fil-Gvern, pajjiżna kien jinsab fis-47 post. L-akbar titjib f ’dawn l-aħħar snin kien fl-ambjent ekonomiku. Filwaqt li fl-2012 pajjiżna kien meqjus fil-71 post fil-klassifika mondjali, illum qiegħed fil-21 post. Fost il-fatturi li l-aktar ikkontribwew għal dan it-titjib wieħed jinnota t-tnaqqis fil-piż tad-dejn pubbliku u d-defiċit, iż-żieda fit-tifdil nazzjonali kif ukoll it-tnaqqis fl-inflazzjoni. Aspett ieħor fejn kien hemm titjib importanti kien fl-effiċjenza tal-qasam tax-xogħol. Fl-2012 konna meqjusin fit92 post fid-dinja, mentri illum
pajjizna tela’ fil-29 post. Dan jirrifletti l-bidliet sostanzjali li seħħew f ’dan il-qasam, b’miżuri bħaċ-childcare b’xejn u t-tapering tal-benefiċċji soċjali, flimkien ma’ programmi bħall-garanzija għażżgħażagħ li wasslu għal parteċipazzjoni ferm ogħla u tnaqqis qawwi fil-qgħad. Fil-fatt skont il-World Economic Forum, f ’Malta l-inċentivi biex persuna taħdem tjiebu ħafna, frott piż anqas ta’ tassazzjoni. Pajjiżna huwa fis-17-il post madwar id-dinja meta wieħed iħares biss lejn dan l-aspett. Meta mqabbel mal-2012 l-istudju tal-World Economic Forum jindika li naqas il-persentaġġ ta’ operaturi ekonomiċi li jgergru fuq l-ineffiċjenza tal-burokrazija tal-Gvern, il-livell ta’ inflazzjoni, it-taxxi, l-instabbiltà tal-Gvern, u l-aċċess għall-finanzjament. Dan ukoll jirrifletti tajjeb fuq il-politika li ħaddem il-Gvern f ’dawn l-oqsma. Dan l-aħħar ċertifikat pożittiv għal pajjiżna ħareġ f ’rapport li huwa fost l-aktar rispettati minn dawk meqjusa bħala business leaders mondjali. Minkejja dawn it-tip ta’ riżultati, il-Gvern kontinwament qed jinnota l-ħidma li għad fadal biex pajjiżna jkompli tiela’ fil-klassifika globali ta’ kompetittività. Fl-aħħar xhur kien iddikjarat kemm-il darba li fis-snin li ġejjin se tiżdied il-ħidma biex il-ħaddiema Maltin ikunu preparati aħjar għall-ħtiġijiet ġodda tas-setturi li qed jiġu attirati lejn pajjizna. Ser tkompli l-ħidma biex ikun hemm aktar aċċess għall-finanzjament u appoġġ lejn kumpaniji innovattivi, filwaqt li se tikber l-enfasi fuq investiment fl-infrastruttura ta’ pajjiżna.
Meta mqabbel mal-2012 l-istudju tal-World Economic Forum jindika li naqas il-persentaġġ ta’ operaturi ekonomiċi li jgergru fuq l-ineffiċjenza tal-burokrazija tal-Gvern
06
01.10.2017
ARRIGO JGĦID LI MA JRIDX PAGA MILL-PN
kullhadd.com
• BOTTA ĊARA GĦAL DELIA Filwaqt li kkonferma l-kandidatura tiegħu għal Viċi Kap fuq Facebook, id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo stqarr li jekk ikun elett għal Viċi Kap ma jridx salarju mill-partit. “Niddikjara li ma naċċetta ebda renumerazzjoni mill-Partit Nazzjonalista għax-xogħol tiegħi,” qal Robert Arrigo li qal li bil-kontestazzjoni tiegħu hu jrid jagħti u mhux jieħu mill-partit. “Jien dejjem tajt u se nibqa’ nagħti lill-partit,” qal Robert Arrigo. “Mhux se nieħu,” żied jikteb għal li jista’ jkun kien hemm xi ħadd li ma fehmux. Fil-fatt żied li l-flus għandhom imorru għall-impjegati tal-partit. Din hi daqqa taħt iċ-ċintorin għal Adrian Delia li f ’waħda mill-ewwel affarijiet li għamel wara li laħaq Kap staqsa dwar is-salarju tiegħu. Salarju
mill-partit li jrid iżid ma’ dak ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. Iffaċċjat bi kritika, wara li din ilgazzetta u l-Maltatoday żvelaw li se jieħu paga doppja, Delia qal li mhux se joħodha għalissa. Għalkemm għal darba tnejn tlieta tenna li ma jeskludix li jieħu paga mill-partit. Din il-gazzetta hi infurmata li mill-partit talab iktar minn €30,000 biex iżidhom mal-€45,000 li ħa bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Intant, Robert Arrigo qal li se jkun qed jikkontesta biex ikun hu. Mhux se jkun is-“sidekick” ta’ ħadd qal Robert Arrigo li saħansitra stqarr li hemm wisq uċuħ li jridu post wara l-Kap, għar-ritratt. Iżda, kiteb Arrigo, il-kariga ta’ Viċi Kap hija ferm iktar minn hekk. Arrigo fakkar kif li tkun Viċi Kap hija kwistjoni ta’ suċċess u hawn immarka l-kisbiet fil-karriera tiegħu.
Esplora nieda t-tieni edizzjoni tal-Programm Edukattiv uffiċjali għas-sena 2017-2018 issa li Esplora qed joqrob lejn għeluq is-sena millftuħ tiegħu. Il-programm huwa ktejjeb li jservi bħala gwida għall-attivitajiet fix-Xjenza, fit-Teknoloġija, fl-Inġinerija, fl-Arti u fil-Matematika, li ġew iddisinjati b’reqqa kbira, u li se jiġu offruti f ’Esplora. Mibnija fuq l-esperjenza miksuba f ’din l-aħħar sena, it-tim ta’ Esplora, im-
mexxi miċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), ħa ħsieb li jwassal esperjenza ta’ tagħlim li tħalli mpatt memorabbli għal dawk kollha li jżuru l-Esplora. Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-MCST, Dr Jeffrey Pullicino Orlando qal li wara s-suċċess tal-inklużjoni ta’ attivitajiet STEAM is-sena l-oħra, kienet naturali li din is-sena l-programm ikun mogħni bl-attivitajiet STEAM – forma ta’
tagħlim tas-seklu 21. Huwa sostna li “bla dubju din il-forma ta’ tagħlim mhix faċli iżda l-benefiċċji lejn is-soċjetà huma kbar. Il-viżitaturi li jieħdu sehem f ’attivitajiet STEAM huma aktar kapaċi li jagħmlu konnessjonijiet ma’ sitwazzjonijiet mill-ħajja ta’ kuljum u b’hekk Esplora ma’ jibqax biss post fejn wieħed iżur biex jitgħallem iżda isir l-esperjenza sħiħa ta’ tagħlim fih innifsu.”
07
01.10.2017
kullhadd.com
TA’ CHRIS SAID JIRRITALJAW B’EDWIN VASSALLO • ROBERT ARRIGO MAĦRUQ, IŻDA DETERMINAT
Kien hemm mumenti li l-kariga ta’ Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit bdiet tkun offruta lil Chris Said, bħala sinjal ta’ għaqda fil-Partit Nazzjonalista u oħrajn semmew li kellu jieħu l-kariga ta’ Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament, għax dik kellu Mario De Marco. Imma kemm David Agius kif ukoll Clyde Puli għamluha ċara li ma kinux se jċedu l-interess tagħhom fil-kariga ta’ viċi kap. Dan l-iktar wara li t-tnejn li huma kienu mwiegħda din il-kariga minn Adrian Delia qabel sar kap u fi kliem nies qrib tagħhom ħarġu għonqhom għalih meta kien għadu ma jafu ħadd. B’hekk jekk Chris Said irid isir viċi kap sa issa jrid jikkontesta. Xi ħaġa li d-deputat Għawdxi qed iqis bħala umiljanti wara 12–il ġimgħa jikkampanja għall-kariga ta’ kap. Għal dan, il-grupp ta’ Chris Said irritalja billi aċċerta li jkun hemm elezzjoni għall-karigi numru tnejn u numru tlieta fil-Partit Nazzjonalista, b’Edwin Vassallo jħabbar ilbieraħ li hu se jitfa’ ismu. Oriġinarjament kien imħajjar id-deputat Jason Azzopardi iżda fid-dawl li ħadd ma jarah jaħdem mal-kap il-ġdid ittieħdet deċiżjoni li jkun Edwin Vassallo li jitfa’ ismu fit-tellieqa. Il-logħba hi li Vassallo jidher iktar ġenwin Li kollox ġej mill-fatt li ta’ Delia ma ċedewx biex jidħol Chris Said, joħroġ mid-diskors li Edwin Vassallo nnifsu qal li hu lest jirtira l-kandidatura tiegħu jekk David Agius jirtira mit-tellieqa biex Chris Said isir viċi kap b’mod awtomatiku. Din id-dikjarazzjoni ta’ Vassallo qed
tkun meqjusa bħala sfida diretta għal Adrian Delia li iktar kmieni din ilġimgħa qal li Chris Said għandu jikkontesta l-kariga iżda f ’ebda ħin ma indika li seta’ jkun hemm xi ftehim biex jikkontesta waħdu kif kien sar fil-każ ta’ Mario De Marco wara li tilef ma’ Simon Busuttil. Fil-fatt dik ma kinetx l-ewwel darba li xi ħadd li kkontesta għall-Kap fil-Partit Nazzjonalista, ħadem ta’ viċi kap malkap elett. L-istess kien għamel Guido De Marco ma’ Eddie Fenech Adami. Però David Agius u Clyde Puli jemmnu li wara snin twal ta’ ħidma fil-partit dan huwa ċ-ċans tagħhom biex ikunu eletti f ’karigi importanti u qed jgħidu li la Chris Said tilef, m’għandhomx ikunu huma li jagħmlu spazju għalih. Fuq kollox, Agius u Puli qed jargumentaw, li r-relazzjoni bejn Mario De Marco u Simon Busuttil qatt ma kienet waħda tajba minkejja li wara l-ħatra tiegħu bħala kap, Simon Busuttil, ħadem biex għamlu viċi kap. Skonthom, Delia għandu jkollu n-nies tiegħu mdawrin madwaru. Però oħrajn jemmnu li dan kellu jkun sinjal ta’ rieda tajba minn Delia u mhux mar fuq Xtra jgħid li Said jekk irid jikkontesta bħalma se jikkontestaw oħrajn. Għax kollox jidher li hu pjanat f ’moħħ Delia Meta nhar it-Tlieta ħafna kienu ffukati fuq iż-żjara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u l-ewwel laqgħa tiegħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat, oħrajn kien iktar moħħhom f ’mossa li għamel Adrian Delia. Mossa li tfiss-
er ħafna għall-elezzjonijiet interni li se jibdew dalwaqt. Għal-laqgħa ma’ Joseph Muscat, Adrian Delia għażel li jieħu miegħu lil dawn iż-żewġ deputati. Biex ħafna fil-Partit Nazzjonalista qed itennu li Adrian Delia għamilha ċara li Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament irid lil David Agius u fuq in-naħa l-oħra, responsabbli mill-Affarijiet tal-Partit irid lil Clyde Puli. Din hi xi ħaġa li ħarqet bil-kbir lil Robert Arrigo
ijiet tal-Parlament kienet imwiegħda wkoll lil Kristy Debono li żewġha Jean Pierre Debono huwa d-deputat li ċeda s-siġġu lil Adrian Delia. Mossa li ġrat kif kienet żvelatha minn din il-gazzetta xhur ilu. Għalkemm dan mhux li xtaq Delia, l-imkejjen tagħna kienu qalu b’mod ċar li ma kienx hemm soluzzjoni oħra u ż-żmien tahom raġun. Meta l-ġurnalisti staqsew għaliex Delia għażel li jkun akkumpanjat minn Agius u Puli, Delia qal li m’hemmx raġuni. Dikjarazzjoni li ftit li xejn niżlet tajjeb, b’Delia mar jieħu kafè maż-żewġ deputati wara ż-żjara ma’ Muscat.
Għax inqas ma jkun hemm kandidati iktar aħjar qed jgħidu fid-Dar Ċentrali fejn ma jridux li jkomplu jikbru l-feriti li saru fl-elezzjoni għall-kap. Nies ta’ Delia qalu lil Robert Arrigo biex ma jikkontestax, però hu mill-ewwel wera x’jaħseb u bagħathom jixxejru. Biex jagħmel il-messaġġ tiegħu iktar ċar kiteb ittra lill-editur tat-Times biex jgħid li se jikkontesta. Ħafna raw stramb ilfatt li Arrigo kiteb dwar din il-kariga f ’ittra li dehret ta’ malajr fit-Times of Malta. Iżda, dawk li jafu x’qed jiġri jafu li Arrigo ried jibgħat messaġġ lil Delia. Messaġġ li hu se jikkontesta u l-ebda kap ġdid mhu se jwaqqfu. “Jien fassalt programm Il-mistoqsija ta’ ħafna hi x’se wara diskussjoni,” qal Arrigo tagħmel Kristy Debono? Jidher li li tenna li l-kampanja għal David Agius ħareġ bl-idea, li Adrian viċi kap daqt tkun hemm u Delia qed jappoġġja, li din tirtira hu se jkun hemm bil-programm tiegħu. Programm l-interess tagħha fil-kariga u jekk li fasslu wara diskussjoni inAgius jirbaħ il-kariga tinħatar terna u li mistenni jimbotta whip tal-grupp parlamentari. ’l quddiem f ’kampanja kbira Kariga li ġġib iktar viżibiltà u kif jaf jagħmel l-Eks Sindku u anke salarju ikbar milli Deputat Nazzjonalista. għandu deputat. Il-kariga ta’ viċi kap għall-Affar-
08
01.10.2017
kullhadd.com
BIŻA’ LI ŻŻID IR-RISKJU • 320 KAŻ ĠDID TA’ KANĊER FIS-SIDER KULL SENA U 80 KAŻ TA’ MEWT
phanie Xue Ste re b
Kitba ta’ na fl-irġiel. Għal kull 100 mara RACHEL POWELL li tiġi ddijanjostikata b’kanċer tas-sider, jiġi ddijanjostikat Hemm min jibża’ jagħmel it- raġel wieħed. Dan ifisser li test għax jibża’ li jingħata aħbar f ’Malta jiġu ddijanjostikati tliet ħażina. Din hi realtà li jilt- irġiel fis-sena. Il-Programm Nazzjonali aqgħu magħha dawk li jaħdmu fil-programm nazzjonali tal-is- tal-Iscreening tas-sider huwa creening. Biex tingħeleb din servizz iddedikat għall-Iscreenl-idea fil-bidu ta’ Ottubru tibda ing tas-sider għan-nisa. L-għan l-kampanja Pink October bil- aħħari tal-Programm Nazzjongħan li żżid iktar għarfien dwar ali tal-Iscreening tas-sider huwa il-marda tal-kanċer, u tħeġġeġ li nipprovdu servizz ta’ screeniktar nisa sabiex jieħdu kontroll ing tal-ogħla kwalità possibbli, f ’konformità mal-linji gwida tagħhom infushom. Tkellimna ma’ Dr Stepha- tal-UE, sabiex jinstab u jiġi nie Xuereb, Konsulenta fis- kkurat il-kanċer tas-sider fl-ikSaħħa Pubblika responsabbli tar stadju bikri possibbli. Fiċ-Ċentru Nazzjonali talgħan-National Screening Programmes u l-Kirurgu John Agi- Breast Screening ta’ kuljum isiru bejn 60 sa 100 mammous. Il-kanċer tas-sider huwa l-ik- gram. Minn meta twaqqaf dan tar kanċer komuni fin-nisa, u il-Programm Nazzjonali fl33 fil-mija tal-kanċers kollha 2009, iktar minn 120,000 mara fin-nisa huma fis-sider. Sfor- ġew mistiedna għal dan it-test tunatament kull sena jkun tas-sider. S’ issa saru iktar minn hemm madwar 80 każ ta’ mewt 64,000 mammograms. Minn minħabba l-kanċer fis-sider. dawn ġew identifikati madwar Kull sena naraw madwar 320 425 każ ta’ kanċer tas-sider, ħafna minnhom fi stadju bikri. każ ġdid ta’ kanċer fin-nisa. Il-Programm tal-IscreenIl-Kirurgu Agius qalilna li l-kanċer tas-sider huwa rari ħaf- ing tas-sider huwa mmirat
għan-nisa residenti f ’Malta u f ’Għawdex. Dan huwa servizz għan-nisa li huma b’saħħithom u mingħajr sintomi tal-kanċer tas-sider u li jagħrfu l-importanza li jagħmlu t-testijiet tal-iscreening regolari biex b’hekk ikomplu jieħdu ħsieb saħħithom. Il-Programm jipprovdi screening bla ħlas għan-nisa kollha f ’Malta u f ’Għawdex fletà bejn il-50 u 67 sena. Dr Xuereb qaltilna li għalkemm qabel in-nisa kienu jigu msejħa biex jagħmlu t-test tal-mammografija kull tliet snin, din is-sena rnexxielna nnaqqsu dan il-perjodu u mis-sena li ġejja n-nisa li jieħdu
sehem f ’dan il-programm ħa jibdew jissejħu għall-iscreening tas-sider kull sentejn, kif inhu rrakkomandat fil-linji gwida tal-Unjoni Ewropea. Iżda qed ikun hemm nisa li jiddeċiedu li jinjoraw l-istedina taċ-Ċentru biex imorru jagħmlu l-mammogram. Fi kliem Dr Xuereb ħafna minnhom jibżgħu li se jsibu li għandhom kanċer. “Huwa normali li tinkwieta u anke tibża’. Biss m’għandekx tħalli dawn ilbeżgħat iwaqqfuk milli tieħu ħsieb saħħtek. L-għan tal-iscreening huwa biex jekk hemm xi tibdiliet fis-sider li juri bidu ta’ kanċer, dan ikun jista’ jiġi
John Agius
kkurat fi stadju bikri fejn hemm iktar ċans li dan jitfejjaq u t-trattament jkun inqas aggressiv.” It-test li jintuża għall-iscreening huwa l-mammogram, li huwa x-ray tas-sider. Il-vantaġġ tal-mammogram huwa li jista’ jsib tibdil żgħir fis-sider li xi drabi jfisser kanċer bikri li ma jkunx jista jinħas waqt eżami normali tas-sider. Dan ir-ritratt tas-sider jittieħed minn radjografi (nisa) fl-uffiċini tagħna ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali għall-Iscreening tas-Sider, Numru 17, Xatt Lascaris, ilBelt, faċċata tad-Dwana. Kull darba li mara tattendi għall-iscreening tas-sider jittieħdu
09
01.10.2017
kullhadd.com
Minn meta twaqqaf dan il-Programm Nazzjonali fl-2009, iktar minn 120,000 mara ġew mistiedna għal dan it-test tas-sider. S’issa saru iktar minn 64,000 mammograms. Minn dawn ġew identifikati madwar 425 każ ta’ kanċer tas-sider, ħafna minnhom fi stadju bikri
żewġ x-rays għal kull sider, wieħed minn fuq u l-ieħor millġenb. Ir-ritratt tal-mammogram jinqara indipendentament minn żewġ radjologi. Fil-maġġoranza tal-każijiet, ma jkunx hemm bżonn ta’ iktar testijiet u r-riżultat jintbagħat bil-posta u l-klijenta terġa’ tissejjaħ għal mammogram ieħor fi żmien sentejn. F’numru żgħir ta’ nisa, inqas minn wieħed fil-mija, ir-riżultat jista’ jindika li aktar testijiet bħall-ultrasound jew il-biopsy huma meħtieġa u l-persuna terġa’ tingħata appuntament ieħor biex tiġi fiċ-Ċentru għall-Iscreening tas-sider. Jekk jiġi identifikat kanċer, il-persuna tiġi riferuta lill-multidisciplinary team ta’ Mater Dei Hospital li hu magħmul minn speċjalisti li għandhom x’jaqsmu mal-kura tal-mard tas-sider. Jinkludi fost l-oħrajn tobba, breast care nurses, fiżjoterapisti, radjoterapisti u psikologi. Dawn il-professjonisti jiltaqgħu regolarment u jiddiskutu l-każijiet kollha ta’ kanċer tas-sider u kif l-aħjar jiġi kkurat. Ir-riskju tal-kanċer fis-sider jiżdied mal-età. Huwa rari f ’nisa taħt il-35 sena u 8 minn 10 każijiet ta’ kanċer fis-sider (80%) jinstabu f ’nisa li għandhom 50 sena u aktar. Skond studji li saru, il-ħxuna żejda, in-nuqqas ta’ eżerċizzju, l-alkoħol żejjed, it-tipjip u l-użu għal ħafna snin tal-hormone replacement therapy jistgħu jżidu r-riskju li jaqbdek il-kanċer tas-sider. Perċentwal żgħir tal-pazjenti ikollhom problema ġenetika li jkunu wirtu mill-ġenituri tagħom li żżidilhom ir-riskju li jkollhom xi tumuri fosthom fis-sider. “Il-kura tista’ tinkludi operazzjoni, raġġi, chemotherapy u pilloli li jaffettwaw l-ormoni. Mhux il-pazjenti kollha jkollhom bżonn dawn kollha, anzi kull każ huwa partikolari. Staff professjonali jagħti sapport lill-pazjenta u lill-għeżież tagħha kemm qabel, waqt u wara li tingħata l-kura u jipprova jgħin lill-pażjenti f ’dak kollu li jkollhom bżonn. Ilmaġġoranża tal-pazjenti li jkoll-
hom kanċer tas-sider qatt ma jerġa’ jkollhom problemi wara li jispiċċaw il-kura, u dawk li jinfirxilhom il-kanċer jistgħu jgħixu għal ħafna snin.” Il-kawża komuni tal-kanċer fis-sider li jintiret hija meta jkun hemm difett li jintiret fil-genes BRCA1 u BRCA2, speċjalment meta familjari fil-qrib, bħal ġenituri, tfal, jew aħwa jkollhom kanċer fis-sider. Ir-riskju huwa akbar meta l-kanċer jiżviluppa qabel il-menopawża u jkun preżenti fis-sider kollu. Jekk ikun hemm qarib maskili li jkollu kanċer fis-sider, dan ukoll iżid ir-riskju li mara jkollha kanċer fis-sider. Jekk għandek xi ħadd fil-familja li kellu kanċer fis-sider imma ta’ età avvanzata, hemm probabbiltà kbira li dan mhuwiex minħabba difett fil-ġenetika, u allura inti m’intix f ’riskju akbar. Tfajliet li jkunu saru xebbiet ta’ età żgħira (qabel 12-il sena) u/jew nisa li jgħaddu mill-menopawża ta’ età kbira (wara l-55 sena) għandhom riskju medju ta’ kanċer fis-sider. Nisa li qatt ma kellhom tfal jew li kellhom l-ewwel tarbija wara t-30 sena għandhom riskju medju ta’ kanċer fis-sider. Nisa li jieħdu l-hormone replacement therapy wara l-menopawża għandhom riskju akbar ta’ kanċer fis-sider. Studji juru li nisa li jieħdu pilloli kontraċettivi għandhom riskju ta’ kanċer fis-sider naqra aktar minn dawk in-nisa li qatt ma ħadu dawn il-pilloli. Dan ir-riskju jidher li jinżel jekk jieqfu jieħdu dawn il-pilloli. Filfatt, nisa li jkunu waqfu jieħdu dawn il-pilloli aktar minn 10 snin qabel instabu li ma kellhomx riskju iktar min-normal li jiżviluppaw kanċer fis-sider. Ċerti studji juru li t-treddigħ inaqqas ir-riskju tal-kanċer fis-sider, speċjalment jekk jitkompla sakemm it-tarbija jkollha minn sena u nofs sa sentejn. “Naħseb li llum hemm iktar gharfien min-nies fuq din il-kundizzjoni u t-tabù assoċjat mal-kanċer qed jonqos. L-importanti huwa li t-testijiet isiru b’mod regolari u mhux ta’ darba.”
Il-linji gwida maħruġa mill-Unjoni Ewropea jirrikkmandaw screening kull sentejn għan-nisa kollha ta’ età bejn il-50 u l-74 sena. F’każijiet ta’ nisa b’riskju iktar għoli, screening ta’ età iżgħar minn 50 huwa wkoll irrakkomandat u wieħed għandu jieħu l-parir tat-tabib
jew tal-ispeċjalista tiegħu skont il-każ. Riċerka internazzjonali turi li screening regolari għall-kanċer tas-sider permezz tal-mammografija fin-nisa ta’ età bejn il-50 u d-69 sena, jista’ jnaqqas ir-rata tal-imwiet mill-kanċer tas-sider. Permezz ta’ screening
regolari tas-sider jista’ jinstab il-kanċer kmieni jew jinstabu kundizzjonijiet li jekk ma jitneħħewx jistgħu jwasslu għallkanċer. B’hekk il-kura tkun aktar effettiva u tibda aktar malajr, forsi qabel il-kanċer jilħaq jinfirex. L-iscreening jista’ jsalvalek ħajtek.
10
01.10.2017
kullhadd.com
IR-RABA’ WAĦDA TA’ MERKEL: XI TFISSER?
Angela Merkel reġgħet żammet postha bħala l-Kanċelliera tal-Ġermanja wara li rebħet ir-raba’ terminu tagħha. Kien fi Frar li għadda li bdew iqumu dubji serji rigward min ser ikun il-Kanċillier tal-Ġermanja. Dak li deher ċert għal Merkel beda jkun dubjuż. Martin Schulz, li huwa wieħed mill-aktar uċuħ identifikati mal-identità Ewropea kien għadu kemm jilħaq mexxej tas-Soċjalisti Franċiżi, u l-opinjoni pubblika favur is-Soċjalisti telgħet minn madwar 23 punt għal fuq it-30ijiet. Għall-ewwel darba fi snin, kien jidher li s-Soċjalisti sabu persuna li kienet kapaċi tantiċipa lil Merkel fejn jidħol l-Uffiċċju ta’ Kanċillier tal-Ġermanja. Però, dan ma kellux ikun. X’wassal għal dan ix-xenarju, fejn Merkel reġgħet spiċċat fuq quddiem? Fi kliem Brendan Zerafa, gradwat fil-Baċellerat talLiġi li x-xena internazzjonali jsegwiha b’interess kbir, kien hemm diversi raġunijiet. “Nemmen li malli Schulz sar il-Mexxej tas-Soċjalisti, il-momentum politiku sar tiegħu,” qalilna Zerafa. Kien hemm ħafna politiċi li rnexxielhom jisirqu l-momentum politiku u jżommuh sal-aħħar tal-elezzjoni biex fl-aħħar mill-aħħar spiċċaw ibbenefikaw minnu. Eżempji ċari ta’ dan huma l-Mexxej tal-Partit Laburista
tar-Renju Unit Jeremy Corbyn li rnexxielu jaqbeż 15-il punt. Bernie Sanders l-istess għamel, għalkemm dan ilproċess ħa aktar tul ta’ żmien, fejn minn meta kien ħabbar li ser ikun kandidat tela’ minn profil ineżistenti għal madwar 45 perċentwal fit-tiġrija għan-nominazzjoni tal-Partit Demokratiku. Il-qabża tas-Soċjalisti Ġermaniżi kieku żammet konsistenti, kienet tkun simili ħafna għall-qabżiet li kellhom Corbyn u Sanders, speċjalment meta tikkunsidra l-fatt li l-għan ta’ Schulz kienet li jibqa’ fuq quddiem nett sal-elezzjoni ġenerali. Madanakollu, filwaqt li Sanders u Corbyn irnexxielhom iżommu l-momentum bissaħħa ta’ tattiċi brillanti fejn jidħlu l-oqsma tal-organizzazzjoni politika u l-istrateġija, mhux l-istess nistgħu ngħidu għal Schulz. Kuntrarju ta’ ħaddieħor, Schulz minflok għamel użu minn dak li gwadanja fl-ewwel jiem tat-tmexxija tiegħu, nistgħu ngħidu li permezz ta’ sfortuna u traskuraġni spiċċa biex injora l-fatt li f ’numru ta’ opinion polls kien qiegħed jinsab fuq quddiem. Għidt li s-Soċjalisti kienu żvinturati u traskurati minħabba żewġ raġunijiet. Kienu żvinturati għaliex il-maniġer tal-kampanja tagħhom Markus Engels kellu jirreżenja minħabba problemi ta’ saħħa. Min-naħa l-oħra kienu
traskurati għaliex il-mexxej tagħhom, waqt l-elezzjonijiet statali fl-istat ta’ North Rhine-Westphalia ddeċieda li ma jiħux irwol ċentrali. Nemmen li meta kandidat partikolari jkollu l-momentum politiku, ikun żball li jagħmel bħalma għamel Schulz. Meta tkun qiegħed fuq quddiem, tara x’tagħmel biex tegħleb il-kompetituri tiegħek u tiġri aktar, mhux tnaqqas il-pass! Fil-fatt, jekk wieħed isegwi l-polls jinnota li kien minn meta Schulz iddeċieda li jieħu rwol sekondarju f ’din l-elezzjoni, beda sejjer lura. Il-mistoqsija allura tiġi waħidha: Fejn marru l-voti li tilef Martin Schulz? Jidher biċ-ċar li l-aktar persuna li gwadanjat mill-kollass ta’ Schulz kienet Angela Merkel. Meta s-Soċjalisti niżlu, il-partit ta’ Merkel tela’ fl-opinjoni pubblika. Partiti oħrajn li gwadanjaw kienu l-Partit Liberali Free Democratic Party u l-partit tal-lemin estrem Alternative for Germany. Il-Fenomenu tal-Lemin Estrem Bħalma ġara f ’postijiet oħrajn, fil-Ġermanja rajna li qed iqum moviment li jħaddan twemmin lemini estrem. Dan nistgħu ngħidu wkoll li qed narawh fi Franza, u anke sa ċertu punt fir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Biex jagħmel hekk, il-moviment lemini ħafna drabi jimmira lejn sezzjoni
JOSEPH MASINI
BRENDAN ZERAFA
ta’ votanti li ġejjin mill-klassi tal-ħaddiema, liema klassi tibda tħossha injorata minn partiti xellugin u Soċjalisti. B’mod speċjali, jidher biċċar li l-lemin estrem irnexxielu jimmobilizza mas-700,000 ruħ li kienu inattivi – jiġifieri dawk li ssoltu ma jivvutawx. Ħafna mis-sapport tal-lemin estrem ġie ukoll mil-Lvant tal-Ġermanja, liema post ħa daqqa minħabba t-tnaqqis fil-qasam industrijali. Bla dubju ta’ xejn, il-fatt li l-Ġermanja għandek kemm partit Soċjalist, u kif ukoll partit xellugi ma tantx jgħin ilkawża globali. Nemmen bissħiħ li kieku l-Partit tal-Lemin Die Linke kellu jingħaqad mal-Partit Soċjalista, dawn kien ikollhom aktar saħħa kollettiva li ġeneralment tirriżulta f ’riżultati elettorali aħjar.
ti kienu qegħdin isibuha ferm diffiċli li jikkritikaw Gvern li huma jinsabu parti minnu. Grazzi għal hekk, jidher li l-koalizzjoni ser tkun magħmula mill-Partiti ta’ Merkel (il-Christian Democratic Union (CDU) u l-Christian Social Union (CSU)) u mill-Free Democratic Party u l-Ħodor Ġermaniżi. Għaldaqstant, anke minħabba l-kuluri tal-Partiti rispettivi, din il-koalizzjoni ġiet imlaqqma bħala Jamaica Coalition. Wieħed jistenna li din il-koalizzjoni tkun waħda probusiness li tagħmilha aktar faċli għal min iħaddem biex jopera, madanakollu, nistennew ukoll kif ser jiġu indirizzati l-problemi li wasslu sabiex il-lemin estrem jikseb riżultat elettorali tajjeb. Nemmen li biex dan iseħħ, hemm bżonn li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet soċjali u l-inugwaljanza li forsi qed tirrenja f ’postijiet li ġew milquta ħażin bit-tnaqqis tal-industrijalizzazzjoni. Għal Joseph Masini, ukoll gradwat fil-Baċellerat tal-Liġi li jsegwi l-poltika internazzjonali, ir-raba’ konferma ta’ Merkel fit-tmun tal-politika Ġermaniża hi ferm differenti mill-okkażjonijiet preċedenti, hekk kif din id-darba l-elettorat ta mandat bi twissija
X’se jiġri? Il-Partit ta’ Angela Merkel għandu bżonn koalizzjoni biex ikun jista’ jiggverna. Fil-leġiżlatura li għaddiet, din il-koalizzjoni kienet mas-Soċjalisti. Jidher li dan mhux ser jerġa’ jkun il-każ, anke minħabba l-fatt li s-Soċjalisti ma jridux jerġgħu jkunu filGvern ma’ Merkel, għaliex dan ikun ifisser li meta tiġi għall-kritika, l-istess Soċjalis-
11
01.10.2017
kullhadd.com
ċara li l-kontinent Ewropew mhuwiex ħieles mill-forzi populisti li rajna jirnexxu fi bnadi oħra. Wara l-elezzjonijiet Daniżi u Franċiżi aktar kmieni din is-sena, saru bosta dikjarazzjonijiet li l-forzi populisti u estremi ma kienx irnexxielhom jiksbu s-sapport li rajna għalihom fl-Istati Uniti u r-Renju Unit. Nemmen li l-avvenimenti tal-ġimgħa li għaddiet għandhom iservu ta’ twissija għal iżjed kawtela f ’dan ir-rigward. Il-kredenzjali ekonomiċi tal-Amministrazzjoni Merkel dehru li għal darb’oħra provdew lill-koalizzjoni tagħha b’vantaġġ sostanzjali qalb l-elettorat, filwaqt li l-politika miftuħa dwar l-immigrazzjoni ffumentat it-tip ta’ rabja u biża’ li bosta drabi jiftaħ lok għall-populiżmu. Ċertament mhuwiex fatt feliċi li wara r-riżultat tal-Ħadd li għadda se nkunu qed naraw ir-ritorn tal-estremiżmu xellugi fil-Bundestag. Unjoni Ewropea dipendenti wisq? “It-tip ta’ rebħa li akkwistat Merkel ukoll iqajjem dubju dwar il-futur – mhux biss għall-Ġermanja iżda għall-Unjoni Ewropea li tul dawn l-aħħar snin kienet dominata mill-figura tal-Kanċilliera,” qalilna Masini. Ċertament li millkamp tal-politika ekonomika u fiskali, l-istabbiltà li toffri Merkel hi ta’ serħan il-moħħ għas-swieq. Minkejja dan, wisq nibża’ li l-Unjoni Ewropea rabbiet ċerta dipendenza żejda fuq persuna waħda, speċjalment issa li qed naraw
li bħal kull figura politika, hi suxxettibbli għall-elementi domestiċi. Il-battalja elettorali fi Franza u l-Ġermanja kompliet tikkonferma kemm il-futur ta’ dawn iż-żewġ nazzjonijiet hu determinanti għad-destin tal-proġett Ewropew. Fil-Ġermanja rajna taqbida bejn żewġ personalitajiet – Merkel u Shulz – li minkejja d-diverġenzi politiċi, iħaddnu l-istess filosofija bażika ta’ twemmin fl-Unjoni Ewropea. Naħseb li jkun skorrett jekk wieħed jinterpreta r-riżultat elettorali biss bħala vot ta’ sfiduċja f ’dan it-twemmin. Però huwa ċar li bosta fil-kontinent huma għatxana għal sensiela ta’ riformi li jpoġġu l-Unjoni Ewropea eqreb lejn lejn innies. Sigħat biss wara r-riżultat Ġermaniż, il-President Franċiż Emmanuel Macron svela l-‘ħolma’ tiegħu għal ‘tnedija mill-ġdid’ ta’ proġett Ewropew li jkun iżjed sensittiv dwar l-isfidi partikolari tal-istati membri. Fost oħrajn, rajnieh jisħaq dwar il-bżonn ta’ Ministru Ekonomiku Ewropew, forza militari komuni, aġenzija Ewropea kontra t-terroriżmu u impożizzjoni ta’ iżjed taxxi fuq l-ikbar kumpaniji tat-tekonoloġija. Fuq kollox, Macron wassal messaġġ ċar li dawn ir-riformi jistgħu jitwettqu biss permezz ta’ relazzjoni eqreb bejn pajjiżu u l-Ġermanja. F’dan l-istadju wieħed għadu jrid jara mhux biss jekk il-koalizzjoni ġdida li qed tibni Merkel taċċettax din l-offerta, iżda fuq kollox jekk il-popli fil-membri stati oħra jafdawx
lil dawn iż-żewġ pajjiżi dominanti bit-tmun tal-proċess ta’ tiġdid. Il-futur għall-SPD Fl-opinjoni tiegħu d-disfatta ta’ Martin Schulz kienet waħda kbira ferm għall-SPD. L-enerġija u entużjażmu li rajna fil-bidu tal-kampanja tiegħu intilfu hekk kif qorbot l-elezzjoni, wara li Merkel għamlet tagħha numru ta’ proposti prinċipali tal-partit xellugi. Jemmen li l-movimenti xellugin fl-oppożizzjoni għandhom sfida komuni dwar kif għandhom joffru alternattiva ċara ta’ tmexxija lill-poplu filwaqt li jevitaw is-sensazzjonaliżmu populist li qajla jsarraf f ’politika ta’ gvernar tajjeb. Kien ta’ interess il-fatt li ftit jiem biss wara r-riżultat elettorali Ġermaniż, il-Kap tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn iddikjara li l-moviment li jmexxi hu issa jirrifletti l-mainstream politiku fil-pajjiż. Corbyn, bħal Bernie Sanders fl-Istati Uniti, irnexxielu jikseb l-appoġġ ta’ bosta, speċjalment żgħażagħ, permezz ta’ politika ferm iżjed xellugija minn dik li konna qed naraw fil-passat. Dan però ma kienx biżżejjed biex jiksbu l-poter. Fl-istess waqt, jeżistu eżempji ċari ta’ suċċess fl-iggvernar minn partiti ċentru-xellugin – mhux b’inqas ġewwa pajjiżna. Għaldaqstant, l-SPD jrid jagħżel liem direzzjoni ser jadotta sabiex ikun f ’pożizzjoni li jippreżenta lilu nnifsu bħala gvern alternattiv la tasal elezzjoni oħra.
13
01.10.2017
kullhadd.com
SANTU ROKKU SE JIEĦU R-RUĦ
Il-pjaga li minħabba fiha r-residenti Għaxqin tkarrbu għal diversi snin, tista’ ssib ittmiem fix-xhur li ġejjin hekk kif l-Awtorità għall-Ippjanar approvat l-applikazzjoni tal-Kunsill Lokali Għaxqi biex iż-żona hekk msejħa ta’ Santu Rokku tiġi riġenerata. Il-pjan maħsub jara din il-pjazza tieħu nifs u tilbes libsa ħadra. Dan il-pjan mhux biss isebbaħ l-akwati u joffri faċilitajiet għattfal iżda jagħti wkoll dehra ġdida lil dan il-post fil-qalba
ta’ Ħal Għaxaq. “Permezz ta’ żewġ proġetti separati, l-Għaxqin se jkollom żona rikreattiva kemm għattfal, kif ukoll għall-persuni ta’ età avvanzata,” jgħid is-Sindku Darren Abela. “Proġetti li se jbiddlu l-inkonvenjent tal-komunità Għaxqija f ’żona mill-isbaħ.” Kien proprju fis-sena 2014, li s-Sindku tal-lokal, ressaq talba lill-Kunsill sabiex jibda jaħdem fuq il-proġetti msemmija. Talba li l-Kunsill qabel magħha
unanimament, u flimkien mal-Perit Għaxqi Marvin Ellul bdiet il-ħidma fuq il-pjanti u d-disinji neċessarji. Dan wassal sabiex fl-2016 tressqu għall-approvazzjoni tal-Bord tal-Awtorità għall-Ippjanar. Is-Sindku Darren Abela spjegalna li l-proġett ser jinqasam fi tnejn. L-ewwel fażi tkun dik tal-bandli. “Ix-xewqa tiegħi kienet li mhux sempliċiment issir manutenzjoni tal-bandli preżenti, iżda li tinbidel l-istruttura preżen-
ti, li nimmodernizzaw ż-żona sabiex b’hekk ssir aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Iż-żona se tkun mgħammra bl-akbar sigurtà, kif ukoll se jsiru latrini pubbliċi.” “It-tieni fażi ser tkun il-pjazza ta’ Santu Rokku fejn iż-żona ser tkun tiġi mmodernizzata bi strutturi ġodda ta’ bankijiet u dwal. Se tiġi rrestawrata l-istatwa ta’ Santu Rokku, jiżdiedu l-pjanti u l-fjuri. Se nkunu qed ninstallaw ukoll żewġ gazebos fiċ-ċentru tal-pjazza
għall-kumdità tal-anzjani. Din iż-żona wkoll se tkun mgħamra b’kameras tas-sigurtà sabiex ma jsirx abbuż u vandaliżmu.” Is-Sindku wera sodisfazzjon u entużjażmu li issa l-ħidma tagħhom tista’ tibda turi l-frott. “Kienu tliet snin ta’ ħidma kbira, u flimkien ma’ sħabi l-kunsilliera se nkun qed naħdem sabiex isir ftehim fuq il-finanzjament tal-proġett u wara jinħargu t-tenders malajr kemm jista’ jkun sabiex dawn il-proġetti jitwettqu.”
14
01.10.2017
kullhadd.com
SKRUTINJU STORIKU • JINTLAQA’ B’MOD POŻITTIV IL-KUMITAT TA’ SKRUTINJU GĦALL-ĦATRIET PUBBLIĊI
Kitba ta’ CLAIRE AZZOPARDI Persuni b’esperjenza diretta tas-settur pubbliku u li jesplorawha akkademikament iddeskrivew bħala storiku l-abbozz ta’ liġi li jippropni kumitat parlamentari li jiskrutinizza ħatriet pubbliċi. L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, sejjaħ dan l-abbozz bħala wieħed storiku. “Dan peress li qatt ma kellna kumitat Parlamentari li fi ħdanu jiġu diskussi l-ħatriet relatati ma karigi bħalma huma ta’ Ambaxxaturi li jkunu politically appointed u entitajiet oħra, li fil-liġi nniffisha hemm lista ta’ dawn l-entitajiet u għaldaqstant il-ħatriet ta’ nies pubbliċi f ’dan il-kuntest. Tajjeb ħafna li wasalna għal din ir-riforma, b’dan huwa riżultat ta’ riformi li saru fil-Parlament fejn qed tiżdied aktar it-trasparenza.” Min-naħa tiegħu l-Kap tad-Dipartiment tal-Public Policy fi ħdan l-Università ta’ Malta, Dr George Vital Zammit, tenna li dan l-abbozz ta’ liġi qed jiġi msejjaħ bħala wieħed storiku għaliex huwa wieħed li għandu l-għan li jindirizza aspett importanti ħafna f ’dan li għandu x’jaqsam is-Servizz Pubbliku. “Ħatriet pubbliċi, kif mistenni u kif mistħoqq, għandhom ikunu fl-interess tal-pajjiż u jimxu skont normi ta’ kontabbiltà u trasparenza. Jekk inħarsu lejn din l-emenda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, nistgħu nsejħulha storika għax timxi wkoll fuq mudelli barranin fejn dawn il-ħatriet ma jsirux biss bid-daqqa tal-pinna, imma jiġu wkoll soġġetti għat-tweġibiet tar-Rappreżentanti tal-Poplu li huma d-Deputati eletti fi-Parlament.” Bil-Perit Lino Bianco, jikkunsidra dan l-abbozz bħala wieħed storiku għaliex huwa wieħed li qiegħed idaħħal mod inqas suġġettiv ta’ kif individwi jinħatru f ’karigi uffiċjali. “Dan l-abbozz li tnieda ftit tal-jiem ilu huwa wieħed storiku fis-sens li qiegħed idaħħal mod inqas suġġestiv ta` kif individwi jinħatru f`karigi ufficjali. Huwa wkoll ħolqa oħra f`inizzjativi tal-Gvern elett fl-elezzjoni ta` 2013. Il mandat li ingħata dak il-gvern, liema mandat ġie mġedded bla dubju fl-elezzjoni ta` ftit xhur ilu, kien biex issaħħaħ il-kontabilità ta` persuni u entitajiet pubbliċi. Għaldaqstant dan l-abbozz huwa ħolqa min katina ta` ligijiet bħal tal-whistleblower, tal-finanzjament tal-Partiti u t-tneħħija tal-preskrizzjoni għall-politici f ’dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ korruzzjoni politika li hija immirata ghal-aktar kontabilità.”
L-Avukat Stafrace tenna li kie burista li ressaq abbozz stori “Hu fih innifsu u għax għandu ieħor ‘il quddiem fil-politika taljżied it-trasparenza u l-iskrutinj li hu ta’ interess dirett għall-iste il-labour, u mhux qabel, rajna tur, it-tneħħija tal-preskrizzjoni minn membri parlamentari u l-liġ tal-partiti politiċi. Gvern ta’ qabel imħejji imma ħalliħ fuq l-ixkaffa, mill-Ewropa.” B’riforma bħal din qed tiġi meq importanti għal pajjiżna. Vital Zammit spjega li dan hu biss tħares l-interess tal-Istat iżda “Din hija riforma importan bżonnha għaliex huwa fl-intere kif ukoll tal-poplu li jkun hemm jonijiet. Dawn jitmexxew minn fo taxxi li jħallas kulħadd, u allura għaqlija mhux għażla, imma dmir Issa jmiss l-implimentazzjoni
Il-Perit Lino Bianco, professur ta baxxatur, iżda sostna li l-implime tar importanti mill-abbozz innifs “Hemm skop ta` riforma fis-se qiegħed jidaħħal; issa importanti ħa tiddaħal u tkun implementata. Fil-fatt Dr Micallef Stafrace saħ
b’mod ġenerali dan i hu tisħiħ tad-demok u dan bi prudenza, w kollox il-Ministru jib jġorr hu l-piż tad-deċ finali li jieħu wara li u jqies kollox
X’inhi l-bidla? Meta jkunu se jsiru ħatriet pubbliċi, ilMinistri responsabbli jkunu obbligati jieħdu l-parir tal-ogħla istituzzjoni talpajjiż. Dan ifisser li l-Kumitat responsabbli se jibda jagħmel skrutinju tal-persuni nominati għall-karigi pubbliċi bħal Ambaxxaturi u Chairpersons ta’ Awtoritatijiet regolatorji. Iffurmat minn ħames membri – tlieta rappreżentanti tal-Gvern u tnejn talOppożizzjoni, il-Kumitat se jmexxi smigħ Parlamentari dwar il-persuni nominati millMinistri, u jagħti pariri lill-istess Ministri.
Waqt li ppreżenta l-abboz Ministru għall-Ġustizzja O spjega li għalkemm il-Minist se jkollu l-aħħar kelma, għal fl-istorja se jkun obbligat jie ‘Kumitat dwar il-Ħatriet Kamra tad-Deputati. Skont l-abbozz ta’ liġi, il-K se jagħmel skrutinju tal-per jiġu nominati, fost oħrajn, tal-Bank Ċentrali ta’ Malt għas-Servizzi Finanzjarji, tal-ippjanar, tal-ambjent, tal
Anġlu Farrugia
Dr Joe Micallef en biss Gvern Laiku bħal dan. u jitqies bħala pass -Gvern preżenti li ju pubbliku f ’dak ess pubbliku. Taħt l-liġi tal-infurmafejn jidħlu abbużi ġi dwar l-ifinanzjar l diġà kellhu kollox minkejja pressjoni
qjusa bħala waħda
uwa għaliex mhux a anke tal-poplu. nti li kien hemm ess kemm tal-istat m fiduċja fl-istituzzondi pubbliċi, mitt-tmexxija tajba u r.”
a’ esperjenza u amentazzjoni hija aksu. ens li dan l-abbozz i kif din r-riforma .” ħaq li din ir-riforma
il-pass krazija wara bqa’ ċiżjoni i jisma’
zz ta’ liġi, ilOwen Bonnici tru konċernat l-ewwel darba eħu parir millPubbliċi tal-
Kumitat ġdid rsuni ġodda li għat-tmexxija ta, l-Awtorità tat-trasport, l-artijiet u tat-
15
01.10.2017
kullhadd.com
Joe Micallef Stafrace
George Vital Zammit
jkun aktar ċar. Min-naħa tiegħu Dr Vital Zammit qal li l-abbozz ma’ “jagħmiliex ċara jekk l-intervent tal-pubbliku hux se jkun possibbli bħala parti mill-eżerċizzju tal-iskrutinju. Il-liġi tippermetti li l-mistoqsijiet u t-tweġibiet (kemm-il darba l-Kumitat ma jiddeterminax xort’oħra) ikunu pubbliċi imma ma tispeċifikax jekk membri tal-pubbliku jistgħux jieħdu sehem.” Min-naħa tiegħu l-Avukat Micallef Stafrace qal li biex dan il-proċess ikun wieħed ġenwin jrid ikun hemm, b’ċerta prudenza u b’ċerti eċċessjonijiet serji, l-proċess miftuħ għall-pubbliku. Iżda jaqblu li l-abbozz preżentat se jkun qed isaħħaħ id-demokrazija tal-pajjiż. Il-Perit Lino Bianco qal li bla dubju kumitat parlamentari bħal dan qed izid it-trasparenza. “Kumitat Parlamentari għall-ħatriet pubbliċi izid it-trasparenza. Prima face dan l-abbozz il-Gvern qiegħed iċedi mis-setgħat tiegħu u jgħaddihom lill-Parlament. F`dan is-sens, hu pass fid-direzzjoni t-tajba.” B’dan l-abbozz, fi kliem Dr Vital Zammit, huwa pass tajjeb biex tissaħħaħ il-governanza. “Dan l-abbozz huwa pass tajjeb biex insaħħu l-governanza tajba. Id-demokrazija nsaħħuha wkoll billi ma nħallux li ż-żewġ partiti prinċipali jkollhom kważi poter assolut. Irridu niftakru li lilhinn miżżewġ partiti l-kbar, hemm twemmin u ideat oħrajn.” Għalhekk huwa propona li biex il-Kumitat jissaħħaħ għandu jkun hemm ukoll membri oħrajn. “Il-fatt li l-Gvern iżomm il-maġġoranza, jista’ jagħti lok għall-fait accompli anki meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil. Il-liġi setgħet titjieb kieu dan l-għarbiel ma jkunx biss tal-politiċi. Kont nippreferi kieku fil-Kumitat ikun hemm ukoll ħatra ta’ uffiċċjal anzjan (bħal ex Ombudsman jew ex-Awditur Ġenerali – xi ħadd li jgawda fiduċja taż-żewġ naħat) kif ukoll il-Preżenza tal-Kummissarju għall-iStandards Pubbliċi. Għal xi raġuni din tal-aħħar hija kariga li għada ma ġietx appuntata, minkejja li l-liġi ilha lesta mill-2014.” Il-Perit Lino Bianco ukoll propona tibdil fil-mod ta’ kif isir l-iskrutinju. “L-abbozz ma għandux jindirizza biss ċertu ħatriet pubbliċi imma l-ħatriet pubblici kollha li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ PEP (politically exposed person). Ghaldaqstant, il-Gvern qabel ma jinnomina mhux biss ċerpersin għal Awtoritajiet regolatorji ewlenin u Ambaxxaturi mhux tal-karriera, imma wkoll segretarji permaneneti, Ambaxxaturi tal-karriera, u karigi pubbliċi tal-għola livell għandu jkollu l-obbligu li jieħu parir mill-Parlament.” Is-sehem tal-pubbliku Dr Vital Zammit żied ukoll persuni oħra li jixtieq jara l-Kumitat Permanenti għall-ħatriet pubbliċi Minkejja li l-opinjonisti stqarru mal-gazzetta jagħmel skrutinju dwarhom. KULLĦADD li dan il-proċess għandu jkun miftuħ “Il-politika hija proċess. Dan jista’ jkun punt tatgħall-pubbliku talbu biex dwar dan, l-abbozz ta’ liġi tluq, imma jista’ wkoll jinħtieġlu tibdiliet biex isir kien hawn bżonnha fil-pajjiz. “Kien hemm bżonnha, biex il-Gvern juri konsistenza fit-triq fejn jidħol sodisfazzjon lill-pubbliku.” Sodisfazzjon, li l-persuni li huma għazlu li jirrapreżentawhom fil-Parlament se jkollhom sehem importanti fil-ħatriet pubbliċi. Kif żied jgħid l-eks Membru Parlamentari. “Il-liġi żżid is-saħħa tal-Parlament u hi pass pozittiv. Fil-persuna tal-membri parlamentari għandna naraw lil dawk l-eluf li jkunu bil-vot tagħhom bagħtuhom jirrappreżentawhom fil-Parlament. Fl-elezzjoni jivvotaw sew għal partit kif ukoll għal membri individwali, dan għandna nuruh b’rispett lejn l-elettorat u dan jitlob rispett lejn l-elettorat.” L-Ispeaker tal-Kamra spjega li b’dan l-abbozz ta’ liġi, l-Parlament qed jingħata aktar saħħa u li dan jagħmlu wieħed aktar trasparenti. “Ovvjament dan huwa eżempju ċar kif il-Parlament Malti, bħala Parlament Nazzjonali fl-Ewropa, qed ikun wieħed mill-aktar Parlamenti Nazzjonali li ogħla ħafna f ’dak li huwa livell ta’ trasparenza, governanza u demokrazija parlamentari u allura nemmen li dan huwa pass qawwi, ovvjament kulħadd jista’ jgħid kif jidhirlu hu anke fil-konfront ta’ dan il-Kumitat, pero’ li hu żgur li dan huwa pass ħafna l-quddiem u ntenni pass qawwi ‘l quddiem fl-interess tat-tisħiħ tad-demokrazija.” Dr Vital Zammit tenna li jaqbel bi sħiħ f ’Parlament b’aktar saħħa u f ’Parlament li jkollu l-poter li jiskrutina lill-Gvern. “Il-Parlament għandu jingħata l-għodda meħtieġa biex ikun skrutinju mhux biss tal-Gvern, imma anki tax-xogħol fl-amministrazzjoni pubblika. Dan minn dejjem seħħ permezz ta’ mistoqsijiet parlamentari u interventi f ’dibattiti, iżda issa ser ikollna Kumitat li xogħolu ser ikun biss l-isktrutinju ta’ ħatriet pubbliċi. Dan huwa pass importanti ieħor biex tissaħħaħ l-idea li l-Parlament mhux qiegħed hemm biex jgħaddi liġijiet biss, imma biex iżomm il-Gvern, Awtoritajiet Regolatorji, Aġenziji u Entitajiet oħra taħt skrutinju.” Parlament aktar trasparenti, hekk kif il-Pubbliku, sakemm il-Kumitat ma jordnax mod ieħor, jista’ jsegwi mill-kumdità ta’ dahru d-diskussjoni dwar il-ħatriet pubbliċi. Kif spjega l-Ispeaker tal-Kamra. “Apparti li għandek is-seduta parlamentari lli hija f ’kumitat parlamentari li jkun hemm ix-xandir tiegħu pubbliku, hekk kif taf inti l-Parlament u l-kumitati jixxandru mit-televiżjoni parlamentari, fih inniffsu, il-fatt li qed isegwi, qed jara l-iskrutinju qed isir b’mod immedjat, dan jagħmel il-Parlament aktar trasparenti u aktar miftuħ.”
turiżmu flimkien ma’ entitajiet governattivi oħrajn. Lista li minn żmien għal żmien tista’ żżid magħha kwalunkwe entità oħra għajr Dipartimenti tal-Gvern. Iżda l-liġi mhux se tapplika għal ħatriet li diġà saru jew dawk li se jkunu qed jiġġeddu. Ic-chairperson ta’ dan il-Kumitat ġdid, li se jkun nominat mill-Gvern, se jkollu l-obbligu li jiċċirkola fost il-membri talistess Kumitat in-nomini li jsiru. Ladarba l-Kumitat ikun informat, l-membri se jkollhom ħamest ijiem biex jagħmlu l-mistoqsijiet lill-persuna nominata bil-
miktub. Bil-mistoqsijiet jridu jkunu rilevanti għal kompetenza professjonali u jibtbagħtu lill-Ministru li jkun għamel in-nomina biex jgħaddihom lill-persuna nominata li se jkollha ċans ta’ ħamest ijiem biex twieġeb il-mistoqsijiet tal-Kumitat Permanenti. Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet se jkunu pubbliċi sakemm il-kumitat jordna mod ieħor. F’każ li l-Kumitat jikkonkludi li l-persuna konċernata ma tilħaqx il-kriterji neċċessarji, il-Ministru konċernat għandu jagħti piż kbir lir-rakkomandazzjoni talKumitat.
Lino Bianco
Din hija riforma importanti li kien hemm bżonnha għaliex huwa fl-interess kemm tal-istat kif ukoll tal-poplu li jkun hemm fiduċja fl-istituzzjonijiet
iktar effettiv. Fl-iskeda annessa mal-Abbozz m’hemmx riferenza għall-ħatriet f ’karigi għolja tal-Korpi Dixxiplinati (Pulizija, Armata u Protezzjoni Ċivili). Nemmen li dawn l-istituzzjonijiet iridu jitpoġġew taħt skrutinju pubbliku għaliex spiss jispiċċaw f ’kontroversja partiġġjana u ma nistgħux nippermettu li l-pubbliku ma jkollux fiduċja fihom.” L-avukat Micallef Stafrace, min-naħa l-oħra, jemmen li dan il-Kumitat Parlamentari se jkun qed izid il-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-pajjiż. “Iva, b’mod ġenerali dan il-pass hu tisħiħ tad-demokrazija u dan bi prudenza, wara kollox il-Ministru jibqa’ jġorr hu l-piż tad-deċiżjoni finali li jieħu wara li jisma’ u jqies kollox. Ta’ min jenfasizza li, tagħmel x’tagħmel, dejjem jiddependi ħafna mill-ġenwinità ta’ min ikollu l-aħħar kelma f ’idejh. Hu pass ukoll li jzid il-fiduċja fl-istituzzjonijiet.” Minkejja dan huwa appella biex il-pubbliku jsemma’ leħnu dwar dan l-abbozz ta’ liġi. “Dan l-abbozz jinsab għall-kunsiderazzjoni tal-pubbliku. Nistennew fehmiet u suġġerimenti ġenwini u prattiċi. Nappella biex min għandu x’joffri f ’dan ir-rigward, joffrih. Dan differenti, mill-kliem vojt tal-armchair critics.” Ikkonkluda li l-Gvern ma ressaqx dan l-abbozz għall-attenzjoni tal-pubbliku biex taparsi jiġi konsultat, izda għax verament irid jisma’ x’għandu xi jgħid; “il-Gvern qatt ma wera li jippretendi li għandu monopolju.”
16
01.10.2017
kullhadd.com
META D-DETERMINAZZJONI TKUN AKBAR MID-DIŻABILITÀ FIŻIKA Antonio Flores huwa żagħżugħ ta’ 27 sena li għandu ferm għal qalbu l-isport, b’mod partikolari l-atletika. Huwa kkompeta f’diversi kompetizzjonijiet kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Huwa rrappreżenta lil pajjiżna fiċ-Ċina meta kellu biss 18-il sena.
Minkejja kollox huwa twieled bil-kundizzjoni tat-‘Talipes Equinovarus’, magħrufa aħjar bħala ‘Club Foot’ f ’siequ l-leminija. Sa minn meta kien għadu tifel għamel diversi operazzjonijiet bit-tama li jirranġa s-sitwazzjoni fiżika tiegħu. Iżda l-operazzjonijiet ħolqu iżjed problemi għaliex ħafna mill-ġogi bbiesu mhux ħażin. Il-kundizzjoni tiegħu minn dejjem kienet parti minn ħajtu hekk kif għamel żewġ operazzjonijiet waħda meta kellu ftit xhur u darb’oħra meta għalaq sitt snin. Madankollu fl-età ta’ 14-il sena ġrat xi ħaġa mhux mistennija iżda pożittiva fil-ħajja ta’ Antonio. Huwa kkompeta f ’tellieqa tal-klassi u rnexxielu jiġi fit-tielet post. Huwa bħal qisu skanta li rnexxielu jagħmel dan.
Dan l-episodju xpruna lil dan iżżagħżugħ sabiex jibda jieħu l-atletika aktar bis-serjetà. Erba’ snin wara, fl-età ta’ 18-il sena, Antonio Flores irrappreżenta lil Malta fil-logħob Paraolimpiku li sar fl-2008 f ’Beijing. Din kienet l-ewwel darba f ’24 sena illi Malta ħadet sehem f ’dan il-logħob. Din kienet ukoll aħbar ġdida għal pajjiżna tant li Antonio ssemma ħafna waqt dan il-logħob. Qabel din l-esperjenza, Antonio jgħid illi qatt ma kien sema’ b’dawn it-tip ta’ logħob u wara li rnexxielu jirbaħ il-klassifikazzjoni tiegħu f ’Manchester sab ruħu jikkompeti fiċ-Ċina. L-isbaħ esperjenza tiegħu kien meta proprju tellaq mal-atleta tant famuż Oscar Pistorius fejn Antonio ddeskriviha bħala xi ħaġa unika f ’ħajtu. Madankollu ftit tas-snin wara, Anto-
nio reġa’ beda jħoss xi uġigħ tant illi t-tobba qalulu li ftit setgħu jagħmlu tant li kellu jabbanduna l-atletika. Huwa rrifjuta li jaqta’ qalbu tant illi beda jfittex li jipprattika sport ieħor bħal powerlifting. B’xi mod irnexxielu għalkemm it-triq kienet diffiċli. L-uġigħ reġa’ żdied u kien hemm mumenti fejn saħansitra ma setax jimxi u wara li ddiskuta l-każ tiegħu ma’ xi tobba huma waslu għall-konklużjoni li hemm żewġ soluzzjonijiet possibbli; jew issirlu amputazzjoni jew inkella jgħaqqdulu l-joints. Huwa ddeċieda għall-ewwel soluzzjoni. Kienu ġimgħat diffiċli oħra għal Antonio illi kellu jgħaddi minn operazzjoni sabiex issirlu l-amputazzjoni. Fl-istess ħin minn riċerka li għamel sar jaf b’legbrace li setgħet issir minn kumpanija speċjalizzata fis-saqajn ar-
Iddeskrivi l-ewwel passi tiegħek fl-atletika.
Minkejja kollox qatt ma ngħix ħajja limitata u dejjem nipprova nagħmel dak kollu li nista’ sabiex ngħix ħajja komda. Jien nemmen illi jkollok xi jkollok għandek tipprova tilħaq il-potenzjal u għalhekk bħala persuna trid tiġġieled pass iktar sabiex tilħqu. B’hekk biss tista’ tilħaq il-potenzjal veru
tifiċjali. Din kellha tkun is-soluzzjoni sabiex jerġa’ jibda jiġri. Wara din l-operazzjoni Antonio bħal qisu kellu jerġa’ jibda jidhra metodu ġdid ta’ kif jibda jiġri bil-legbrace l-ġdida. Minkejja dan kollu huwa reġa’ sab problemi waqt il-mixi. Id-determinazzjoni tiegħu m’għandhiex tmiem u ħabta u sabta ddeċieda li jibda kors l-Università ta’ Malta sabiex isir podjatra. L-għażla kienet waħda faċli għal Flores minħabba li hu ried jgħix ħajja attiva b’sieq artifiċjali u mhux joqgħod f ’siġġu tar-roti. Ftit tal-ġranet ilu saritlu din l-operazzjoni u apparti minn hekk ser jiggradwa bħala persuna b’sieq amputata. Il-ħolma finali ta’ Antonio hu li jfieq b’mod sħiħ u jerġa jibda jitħarreġ fl-atletika.
sabiex nerġa’ nibda mill-ġdid imma m’għandix qalbi maqtugħa.
Kollox beda meta kelli 14-il sena u ħadt sehem f ’tellieqa mat-tfal tal-klassi. Minkejja l-problema li kelli f ’sieqi, Kif tħossok psikoloġikament li jkollok tgħix b’din irnexxieli niġi fir-raba’ post u vera kont ferħan se ntir il-problema? b’dak li rnexxieli nagħmel. Wara dan kollu nibtet imħabIfhem ġieli jkolli mumenti fejn noqgħod naħseb dwar ba ġdida fija billi bdejt nipprattika l-atletika. din il-problema iżda jien tgħallimt naċċetta din is-sitwazzjoni. Jien naraha illi għalxejn tkun irrabjat u huwa Il-problema ta’ sieqek twelidt biha jew żviluppat għalhekk illi qed nikkumbatti kuljum mal-ħajja filwaqt illi matul is-snin? nżomm ruħi pożittiv minkejja kollox. Din il-problema twelidt biha u xi kultant operazzjoni tirnexxi u xi kultant le. Fl-istess ħin joħorġu ċerti prob- Int kellek ix-xorti tieħu sehem fil-logħob lemi u għalhekk trid tieħu ħsieb sieqek mill-aħjar li tista’ Paraolimpiku ta’ Beijing. Kellimni dwar din l-esperjenza. permezz ta’ mistrieħ u anke fiżjoterapija. Naf illi fil-jiem li għaddew kellek tagħmel l-amputazzjoni. Kif mort f ’din l-operazzjoni?
Kienet esperjenza unika f ’ħajti ngħidlek il-verità. Ħadt sehem fit-tellieqa tal-100 metru u għamilt ħin ta’ 12.71 sekondi. Dan il-ħin kien ferm viċin tal-personal best. Iva hekk hu, għamilt l-amputazzjoni f ’saqajja l-leminija. Anke jien kont sodisfatt b’dak li ksibt f ’din it-tellieqa. Mument illi nibqa’ niftakar f ’din l-istess okkażjoni Tibqa’ x-xewqa tiegħi illi nerġa’ nibda niġri u għalhekk kienet meta tellaqt mal-famuż Oscar Pistorius u kien għamilt dan kollu. M’hemmx dubju illi issa rrid nieħu kollox pass pass eżatt fil-lane ta’ maġenbi. Dakinhar huwa rebaħ din
17
01.10.2017
kullhadd.com
it-tellieqa bla problemi. Semmejna lil Pistorius. Dan għandu blade f ’saqajh illi tgħinu fil-ġiri. Int ser ikollok waħda bħalha wkoll?
X’determinazzjoni turi sabiex tkompli tissielet mal-ħajja?
Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk iżżgħażagħ li għandhom diżabilità sabiex ma jaqtgħux qalbhom.
Jien nemmen illi jkollok xi jkollok għandek tipprova tilħaq il-potenzjal u għalhekk bħala persuna trid Jien nemmen ħafna fl-isport għal kulħadd, speċjalment tiġġieled pass iktar sabiex tilħqu. B’hekk biss tista’ l-atletika. M’hemmx għalfejn tkun l-aħjar biex tipprattikah. Dawk li għandhom xi diżabilità m’għandhomx jaqtIva, hekk hu fil-fatt. Wara kollox għalhekk għamilt din tilħaq il-potenzjal veru. għu qalbhom. Importanti li dejjem jikkonsultaw ma’ xi l-operazzjoni sabiex nerġa’ nibda niġri. Il-proċess mhux tobba jew speċjalista qabel jaqbdu jipprattikaw, però qatt ser ikun wieħed faċli għax hemm riabilitazzjoni sħiħa in- Meta t-tobba tawk l-aħbar illi trid tagħmel m’għandhom jaqtgħu qalbhom. amputazzjoni kif ħadtha? voluta, imma jien mhux ser naqta’ qalbi. Hemm min jgħid illi r-runningblade tagħti vantaġġ fuq atleti oħra. Xi tgħidli dwar dan? Ifhemir-running blade fiha kemm il-vantaġġi kif ukoll l-iżvantaġġi tagħha. Fil-fatt għalkemm hi tkun qed tgħinek mod, fl-istess ħin tkun qed ittellfek mod ieħor. Pereżempju trid toqgħod attent għall-bilanċ u trid tidhra sabiex iżżomm sew fuq saqajk. X’qed tagħmel bħalissa f ’ħajtek?
Ifhem la din l-amputazzjoni kienet ser isservi ta’ ġid ma tantx ħadtha daqshekk bi kbira. Aktar minn hekk kont jien stess illi saqsejt lit-tobba għal xi opinjonijiet x’nista’ nagħmel sabiex is-sitwazzjoni tiegħi tkun aħjar. Ridt illi l-affarijiet imorru dejjem aktar ’il quddiem. Meta qaluli li affarijiet oħra ma setgħux isiru ħlief amputazzjoni aċċettajt dan kollu basta naf li kienet ser tkun għall-ġid tiegħi. Naf illi wara kollox din l-operazzjoni ser nibbenefika minnha aktar ’il quddiem, għalkemm kollox jieħu ż-żmien tiegħu.
Riċentement għadni kemm gradwajt bħala podjatra. Iddeċidejt illi nibda nistudja dan il-kors fl-Università għax Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika u jien stess ridt infittex soluzzjonijiet kirurġiċi u fl-istess kif tarak 10 snin oħra? ħin nispeċjalizza f ’dan il-qasam. Jien qed inħares b’mod pożittiv lejn ħajti minkejja kull diffikultà li nista’ niltaqa’ magħha. L-objettiv tiegħi Kif jirnexxilek tgħix il-ħajja tiegħek ta’ kuljum? huwa li nerġa’ nibda nitħarreġ u nikkompeti fl-atletiIfhem jien kif għedt aktar qabel, inħobb ħafna naħseb ka. Imbagħad sa 10 snin oħra inkun ilħaqt ikkompetejt fil-pożittiv. Jien nipprova nagħmel kollox madankollu f ’xi logħob Paraolimpiku filwaqt illi nibda naħdem fullċerti attivitajiet li jinvolvu ħafna sigħat bilwieqfa jkolli time bħala podjatra. Għandi f ’moħħi wkoll illi niżżewnevitahom. Meta nkun f ’xi okkażjoni bħal tiġijiet u av- weġ. venimenti oħra, nara li jkun hemm siġġu fejn inpoġġi għax wara 15-il minuta saqajja jibdew jgħajjew. Anke ċer- Issib għajnuna mingħand SportMalta? ti bajjiet illi għandhom ramel fin u li huwa diffiċli timxi fuqu nipprova nevitahom ħalli ma nagħmilx dannu għal Iva jkolli ħafna sapport mingħand SportMalta u għalkemm għadhom daqsxejn ġodda bħala assoċjazzsieqi. Minkejja kollox qatt ma ngħix ħajja limitata u dejjem jonijiet huma dejjem jgħinu kemm jistgħu. Li naħseb nipprova nagħmel dak kollu li nista’ sabiex ngħix ħajja hemm bżonn huwa li titqajjem kuxjenza fuq din il-kundizzjoni. komda.
Jien nemmen ħafna fl-isport għal kulħadd, speċjalment l-atletika. M’hemmx għalfejn tkun l-aħjar biex tipprattikah. Dawk li għandhom xi diżabilità m’għandhomx jaqtgħu qalbhom. Importanti li dejjem jikkonsultaw ma’ xi tobba jew speċjalista qabel jaqbdu jipprattikaw, però qatt m’għandhom jaqtgħu qalbhom
18
01.10.2017
kullhadd.com
OMMHA TKOMPLI TAGĦTIHA L-KURAĠĠ
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Dan l-aħħar attendejt u segwejt mill-bidu sal-aħħar il-kompetizzjoni tal-immudellar – Miss Universe 2017. Laqtuni ħafna l-videos preparati fuq kull mudella li ħadet sehem għall-finali. Fost dawn il-videos laqatni video partikolari ta’ tfajla, li fil-finali inzertat kisbet it-tieni post. Qed nirreferi għal Caricia Sammut. Għandha 23 sena, u hija nofsha Maltija u nofsha Awstrijaka, u toqgħod ir-Rabat. Għandha l-business tagħha li ħallitilha ommha fejn xogħolha huwa li ġġib prodotti tax-xagħar. Il-passatempi tagħha huma l-gym, tħobb tmur tiġri mal-kelba tagħha, tilgħab in-netball, u tħobb ħafna s-safar. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna umli ħafna, outgoing u tkun taf fejn tinsab magħha. Onesta ħafna iżda rasha iebsa ħafna, u tiġġieled għal dak li temmen fih. Ma taqtax qalbha, għalkemm il-ħajja tatha ħafna fuq wiċċha. Proprju nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu 2017 Caricia ħadet sehem fil-Miss Universe 2017, u b’sorpriża ġiet fit-tieni post. Staqsejtha kif tħajret tibda timmudella u kemm ilha f ’din ix-xena. “Tħajjart nidħol għal din il-kompetizzjoni għaliex emmint fija nnifsi u meta nagħmel moħħi hemm għal xi ħaġa, nemmen li dejjem irnexxieli fil-ħajja. Kienet ukoll xewqa ta’ ommi li xi darba tarani f ’xi kompetizzjoni, u nista’ ngħid li kburija ħafna b’dak li ksibt bil-ħila tiegħi,” bdiet tgħidli. Miss Universe: L-ewwel kompetizzjoni tal-immudellar għaliha Fil-fatt Miss Universe kienet l-ewwel kompetizzjoni tal-immudellar għaliha. Bla dubju tinsab kuntenta ħafna bir-riżultat li kisbet f ’dan il-konkors prestiġġjuż, għaliex ħadmet ħafna għalih, u għamlitha bil-ħila u l-kapaċitajiet tagħha. Minn kif elaborat miegħi f ’din l-intervista, lil Caricia infetħulha ħafna opportunitajiet wara din il-kompetizzjoni u temmen li ser jinfetħu ħafna iktar ’il quddiem. Matul din l-intervista staqsejt lil Caricia, kif tispjega l-andament u l-preparamenti li għamlet qabel
Ritratt: SnarArt Photography is-serata finali ta’ Miss Universe u kif tiddeskrivi lil Alan u Jeff ta’ Glow Promotions li ħadu ħsieb l-organizzazzjoni kollha. “Il-preparamenti kienu kbar ħafna għalija. Kont ili sitt xhur naħdem għal din il-kompetizzjoni, gym kuljum, dieta stretta ħafna, nipprepara l-ikel kuljum, u nipprova nsib ħin għalija. Kif ukoll nlaħħaq ma’ kull rehersal jew xi attività li kien ikollna”. Qabel ma kont mort għal din l-intervista, kont naf li meta Caricia kellha 16-il sena, u kienet qed tistudja għall-O Levels, f ’Diċembru kienet qed tqalleb fuq Facebook u tinduna li qed tara l-vann ta’ ommha fl-aħbarijiet u li nqatlet mara. Kienet proprju ommha. Naturalment kien xokk qawwi għaliha, aktar u aktar li ħadet l-aħbar online biex ngħid hekk. Ħallejt f ’idejha sabiex tirrakkonta dan l-episodju ikrah minn ħajjitha. “Ħassejt id-dinja taqa’ fuqi, ħassejtni ma nafx x’qed jiġri, kont għadni żgħira ħafna lanqas kont naf xi jfissru ħafna affarijiet, iżda iz-ziju tiegħi James u l-familja tiegħu għenuni ħafna u nista’ ngħid li daħlu fin-nar għalija. Minn hemm ’il qudiem ma kienet triq faċli xejn, iżda bl-għajnuna ta’ Alla nemmen li wasalna u kburija ngħid li allavolja kont għaddejja minn l-agħar żmien ta’ ħajti, l-istudji tiegħi ġibthom kollha u ksibt l-ogħla marki ukoll,” sostniet mieghi Caricia. Minkejja li ommha m’għadhiex magħna, issostni li xorta tinsab magħha, u għenitha ħafna biex tikber u tkompli l-ħajja. B’hekk staqsejtha taħsibx jekk dakinhar tal-finali waqt Miss Universe kinitx kontinwament magħha wkoll. “Iva, ħassejtha ħafna miegħi. Hija xi ħaġa li ma tistax tiddiskriviha, iżda tħossha biss. Tħossha minn ġewwa, tħossha f ’qalbek, u qisu leħen jgħidlek: Jien kburija ħafna bik. Nammetti li waqt il-video tiegħi waqt is-serata, bdejt niġi naqra emozzjonata, iżda nista’ ngħid li kienet hemm miegħi, u meta għaddejt għal mat-top 3 ħarist ’il fuq, ma stajtx nemmen u rringrazzjajtha ta’ dan kollu li tatni,” qaltli emozzjonata Caricia. Fil-fatt dan nista’ nixhdu jiena stess, peress li kont preżenti għall-istess serata mal-kumplament tal-udjenza l-oħra.
Ma riedet tiġbed l-ebda simpatija bl-istorja t’ommha Dwar taħsibx jekk b’xi mod l-istorja ta’ ommha nisslet xi tip ta’ simpatija mal-ġurija u kull min ivvutalha, Caricia weġbitni: “L-istorja tiegħi bl-ebda mod ma qsamtha biex niġbed is-simpatija ta’ xi ħadd, jew biex jitħassruni, lanqas xejn. Anzi ma rrid lil ħadd li jitħassarni! Il-ġurija vvutawli għall-karattru sod u l-personalità tiegħi u għall-mistoqsijiet kollha li staqsewni u jien weġibt tajjeb, b’hekk ovjament ksibt l-award tal-Best Personality. Ħafna minn nies ivvutawli għax jafu min vera jien, u kemm vera jien persuna onesta u lesta li ngħin lil kulħadd, għalkemm nista’ ngħid li sibt ħafna nies li pruvaw iwaqqgħuni lura, iżda naħseb tajt risposta lil kulħadd,” weġbitni konvinta minn dak li qed tgħid.
Taqtgħu qalbkom qatt, u dak li tixtiequ għamluh għax ħajja waħda għandna. Lil dawk li tħobbu għidulhom kuljum li tħobbuhom għax ma tafx jekk hux ser tqum għada
19
01.10.2017
kullhadd.com
Caricia flimkien ma’ nannitha Naf ukoll li llum il-ġurnata, Caricia qed taħdem ħafna kontra l-vjolenza domestika. Fil-fatt temmen li l-vjolenza domestika hija l-agħar ħaġa li tista tiġri fuq mara, kif ukoll fuq raġel. “Tkissrek minn ġewwa. Hawn ħafna nies li għaddejjin minnha, iżda jibżgħu jitkellmu jew joħorġu minnha. Mhux ħaġa faċli naf, iżda jridu jkunu b’saħħithom biżżejjed biex jegħlbuha. Jien lesta li ngħin li kull persuna li għaddejja minnha u nagħtiha l-kuraġġ u l-għajnuna tiegħi,” sostniet b’tant determinazzjoni miegħi. L-intervista reġgħet daret fuq ommha. Fil-fatt sirt naf li l-aktar ħaġa prezzjuża li għandha hija ġiżirana li kienet t’ommha u kienet fuqha meta ġiet maqtula u f ’dawn is-sitt snin qatt ma neħħietha minn fuqha. Naturalment ma kinitx faċli biex tkampa mingħajr ommha, li nħasdet minn din id-dinja f ’daqqa waħda. “Ma kinitx ħaġa faċli, kienet iebsa ħafna. Ma nixtieq lil ħadd jgħaddi minnha. L-iktar ġrajja kerha f ’ħajti. Ommi kienet l-iktar persuna importani f ’ħajti, kienet u għadha kollox f ’ħajti. Bl-għajnuna ta’ ommi, tal-familja u l-ħbieb tiegħi rnexxieli nkompli f ’din il-ħajja.” Barra dan l-episodju ikrah f ’ħajjitha, skoprejt li Caricia meta kienet iżgħar, kienet tiġi bullied minħabba l-figura tagħha. Qatt ma kienet xi ħoxna ħafna, iżda kienet ftit mibruma. “L-iskola kelli ħafna għira għax dejjem kont l-itwal waħda u dejjem immur tajjeb fl-iskola. S’issa nqast kważi 20 kilo u naħdem kuljum biex nibqa’ b’din il-figura li għandi llum,” sostniet miegħi.
Il-messaġġ finali ta’ Caricia huwa dan. “Taqtgħu qalbkom qatt, u dak li tixtiequ għamluh għax ħajja waħda għandna. Lil dawk li tħobbu għidulhom kuljum li tħobbuhom għax ma tafx jekk hux ser tqum għada,” temmet tgħid.
Ħassejt id-dinja taqa’ fuqi, ħassejtni ma nafx x’qed jiġri, kont għadni żgħira ħafna lanqas kont naf xi jfissru ħafna affarijiet, iżda z-ziju tiegħi James u l-familja tiegħu għenuni ħafna u nista’ ngħid li daħlu fin-nar għalija
20
01.10.2017
1
MADWAR kullhadd.com
L-AMERKA
FIL-QOSOR
3 1
2
JIĊĦAD LI FACEBOOK QED JAĦDEM KONTRA TRUMP
Il-fundatur ta’ Facebook, Mark Zuckerberg ċaħad l-allegazzjonijiet ta’ Donald Trump li is-sit dejjem ħadem kontrih. Fuq Twitter, il-President Amerikan akkuża lil Facebook b’konfoffa u ddeskrivieha bħala kontra Trump. Huwa għamel l-istess allegazzjonijet fuq in-New York Times u Washington Post. Facebook dalwaqt se jkun qed jagħti aktar minn 3,000 reklam politiku lill-investigaturi tal-Kungress Amerikan li qed jinvestigaw l-allegazzjonijiet ta’ ndħil mirRussja fl-elezzjoni presidenzjali li għaddiet. Is-sit ta’ Facebook jemmen li dawn ir-riklami probabbilment inxtraw minn entitajiet Russi waqt u wara l-elezzjoni. Facebook, Twitter u Google ntalbu jixhdu quddiem is-Senat Amerikan fl-1 ta’ Novembru li ġej dwar l-allegazzjonijiet ta’ interferenza Russa.
2
L-AMERKA
3
L-IRLANDA
JIBDEW JINBNEW TMIEN PROTOTIPI TAL-FRUNTIERA Il-Gvern tal-Istati Uniti ħabbar il-bidu tal-bini ta’ tmien prototipi tal-fruntiera mal-Messiku. Din kienet wegħda elettorali tal-President Donald Trump. Il-Customs and Border Protection qal li erbgħa mill-prototipi se jkunu magħmula mill-konkrit, filwaqt li għall-oħrajn se jintużaw materjali alternattivi. Il-pjan hu li jkunu ppruvati diversi sezzjonijiet tal-ħajt viċin San Diego. Fil-post fejn beda x-xogħol hemm preżenza qawwija ta’ uffiċjali federali u tal-infurzar tal-liġi. Il-prototipi se jkunu disa’ metri għoljin u disa’ metri twal, u mistennija jkunu lesti fi 30 jum. Wara mbagħad issir tlett xhur evalwazzjoni tad-disinji.
RYANAIR TIKKANĊELLA 18,000 TITJIRA OĦRA Il-linja tal-ajru Ryanair se tikkanċella 18,000 titjira bejn Novembru u Marzu, fejn madwar 400,000 passiġġier se jiġi affettwat. Se tkun qed tuża 25 ajruplan inqas mis-soltu sabiex tnaqqas ir-riskju li jkun hemm iktar titjiriet ikkanċellati. Aktar minn 30 rotta se tkun sospiża din ixxitwa, fosthom minn Stansted għal Edinburgh u Glasgow, minn Gatwick għal Belfast u minn Newcastle għal Faro. Rappreżentanti tal-piloti argumentaw ukoll li l-linja tal-ajru qed tbati minn nuqqas ta’ piloti. Huma tennew ukoll li l-linja tal-ajru immaniġġjat ħażin il-bidla minn qagħda għal oħra li kien hemm bżonn minħabba regoli tal-avjazzjoni ġodda tas-sigurtà. Regoli li Ryanair kienet ilha taf bihom sentejn.
4
R ID-DINJA
21
01.10.2017
kullhadd.com
5
6
L-INDJA
6
INĊIDENT F’MUMBAI 22 persuna tilfu ħajjithom u 30 oħra ndarbu f ’inċident li seħħ f ’Mumbai fl-Indja kkawżat minn iffullar fi stazzjon talferrovija. L-inċident seħħ f ’ħin meta l-aktar ikun hemm nies fl-istazzjon Elphinstone – li jgħaqqad tnejn mill-iżjed rotot prinċipali fil-belt. Lil hinn mill-iffullar, ix-xita u l-għargħar kbir li bħalissa hemm f ’Mumbai m’għenx is-sitwazzjoni. Dawk midruba ttieħdu fi sptar fil-viċin għall-kura meħtieġa. Kelliem għall-istazzjon qal lill-ġurnalisti li fil-ħin tal-inċident kien hemm numru kbir ta’ nies li daħlu jistkennu mix-xita, fl-istess ħin li oħrajn kienu deħlin u ħerġin mill-istazzjon biex jivvjaġġaw.
5 4
L-ARABJA SAWDIJA
L-INGILTERRA
IR-RE JAGĦTI D-DRITT TAS-SEWQAN LIN-NISA
AKTAR QRIB LI JINTLAĦAQ FTEHIM FUQ BREXIT
Is-Segretarju ta’ Brexit David Davis isostni li saru passi deċiżivi ’l quddiem fl-aħħar rawnd minn sensiela ta’ taħditiet bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Sett ta’ taħditiet li saru wara li f ’diskors ta’ Theresa May il-ġimgħa li għaddiet fl-Italja, intqal li r-Renju Unit irid perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn. Minn naħa l-oħra xorta għad hemm differenzi kbar bejn iż-żewġ naħat fuq kwistjonijiet ta’ tluq. Dan kien kliem in-negozjatur ewlieni Michel Barnier fejn saħansitra qal li l-qbil fuq il-pass li jmiss għal taħditiet futuri jistgħu jieħdu ġimgħat jew xhur.
Ir-Re Salman tal-Arabja Sawdija ta ordni li permezz tagħha n-nisa fil-pajjiż se jkunu jistgħu jibdew isuqu. L-aħbar ingħatat fuq l-istazzjon nazzjonali tal-pajjiż. Din id-deċiżjoni ġabet fi tmiemha politika li saret simbolu globali ta’ ripressjoni fuq in-nisa f ’saltna ultrakonservattiva. Il-bidla, li se tidħol fisseħħ minn Ġunju tas-sena d-dieħla tħabbret fuq l-istazzjon tal-istat u fl-istess ħin waqt avveniment f ’Washington. Tul is-snin, l-uffiċjali Sawdi u l-kjeriċi taw bosta spjegazzjonijiet għal din il-projbizzjoni. Uħud qalu li fil-kultura tal-Arabja Sawdija ma kienx xieraq li n-nisa jsuqu jew li s-sewwieqa rġiel ma kinux jafu kif għandhom jittrattaw lin-nisa li jkunu qed isuqu magħhom. Oħrajn argumentaw li dan “id-dritt” iwassal għal aktar sess każwali u għat-tkissir tal-familja Sawdija. Saħansitra wieħed mill-kjeriċi qal, mingħajr ma kellu evidenza, li s-sewqan jagħmel ħsara lill-ovarji tan-nisa.
22
01.10.2017
kullhadd.com
12-IL GO PRO GĦAL MIN APPLIKA GĦALL-BOV VISA CLASSIC CARD L-aħħar grupp ta’ klijenti li akkwistaw BOV Visa Classic Card dan is-sajf u rebħu Go Pro (Hero 5) ġew ippreżentati bir-rigal tagħhom fil-pjazza tas-Siġġiewi mis-Sinjura Ramona Despott, Maniġer tal-BOV Cards Issuing u mis-Sur Josef Debono, Maniġer tal-Fergħa tal-BOV fil-lokalità. Ir-rebbieħa kienu s-Sur Paul Psaila, is-Sur Marvin Grixti, is-Sur Brian Borg u s-Sinjura Marina Felice. Dawn il-klijenti ngħaqdu mat-tmienja l-oħra li isimhom ittella’ minn fost il-ħafna li wieġbu għall-inizjattiva tal-Bank u applikaw għal BOV Visa Classic Card ġdida matul dan is-sajf. Dan l-aħħar grupp huma minn fost dawk li applikaw għall-kard tagħhom matul ix-xahar ta’ Awwissu 2017. Filwaqt li ppreżentat ir-rigali lir-rebbieħa, is-Sa Despott qalet li “ninsabu sodisfatti ħafna bir-rispons qawwi rreġistrat fost
tal-moħħ li joffru dawn il-kards għal xiri online u mill-ħwienet.” Hija spjegat ukoll kif dawn il-benefiċċji jiżdiedu meta l-klijent jagħżel il-pakkett ta’ servizzi tal-BOV 24x7, li jagħti aċċess kemm għal servizzi bankarji fuq l-internet kif ukoll bil-mowbajl. Ir-rebbieħ/rebbieħa tal-premju kbir finali ta’ Macbook laptop se jitħabbar/titħabbar dalwaqt
il-klijenti tagħna.” Hija spjegat li l-għan prinċipali wara din l-inizjattiva kien wieħed edukattiv. “Il-BOV VISA Classic Card hija l-kard ideali għal kull min ikun qed jikkunsidra biex japplika għall-karta tal-kreditu għall-ewwel darba. Din għandha ħafna mill-benefiċċji ta’ karta tal-kreditu, madankollu l-limitu tal-kreditu minimu huwa ta’ EUR 700,
għalhekk hija ideali għal min ikun qed juża karta tal-kreditu għall-ewwel darba.” Hija spjegat li meta l-klijenti jużaw il-karta tal-kreditu biex iħallsu għall-oġġetti u s-servizzi, huma jesperjenzaw il-benefiċċji li jipprovdu dawn il-kards meta mqabbla mal-metodi ta’ ħlas aktar konvenzjonali, bħall-flus kontanti u ċ-ċekkijiet. “Tradizzjonal-
ment, il-karti tal-kreditu kienu marbuta direttament mal-ivvjaġġar. In-nies kienu jużaw il-karta tal-kreditu meta jkunu se jsiefru, biex jevitaw li jġorru l-flus kontanti. Dak il-benefiċċju għadu validu ħafna, madankollu l-ħlasijiet bil-kards issa huma aċċettati b’mod ġenerali anke lokalment u n-nies qed jirrikonoxxu l-konvenjenza u s-serħan
Kull min huwa interessat isir jaf aktar dwar il-firxa ta’ karti tal-kreditu u ta’ debitu tal-Bank huwa mistieden iżur il-portal tal-Bank www.bov.com, iċempel il-Customer Service Centre tal-BOV fuq 2131 2020 jew jistaqsi f ’kwalunkwe fergħa. Ir-rappreżentanti tal-Bank ikunu lesti biex jgħinu lill-klijenti jsibu s-soluzzjonijiet bankarji xierqa għall-istil tal-ħajja tagħhom.
L-INIZJATTIVA GĦAT-TNAQQIS TAL-UŻU TA’ FLIEXKEN TAL-PLASTIK Filwaqt li iktar nies qed jagħmlu użu mill-ilma bbottiljat matul ix-xhur sħan tas-sajf, oħrajn f ’Malta qed jagħmlu użu mill-vit fil-kċina tagħhom biex jaqtgħu l-għatx. Dan qed iseħħ permezz ta’ sussidju li HSBC Malta qed jagħti fuq sistemi domestiċi ta’ reverse osmosis (RO). L-inizjattiva tal-Bank, li kienet disponibbli għall-membri kollha tal-istaff, wasslet biex 53 familja għażlu li jinstallaw is-sistema ta’ filtrazzjoni tal-ilma u jiffrankaw ix-xiri u l-ħażna tal-fliexken tal-ilma. Barra minn hekk, hu stmat li l-bidla mill-ilma tal-flixkun għall-ilma tal-vit filtrat qed tnaqqas il-produzzjoni u r-rimi ta’ iktar minn 45,000 flixkun tal-plastik kull sena. Nadia Micallef, impjegata ta’ HSBC Malta, li l-familja tagħha ta’ erba’ min-nies ibbenefikaw
mis-sussidju, qalet: “Qabel ma kellna s-sistema tar-RO konna noqogħdu nġorru pakketti tqal tal-ilma mill-ħwienet sal-karozza, u wara ntellagħhom fl-appartament tagħna li jinsab fl-ewwel sular. Ta’ kull ġimgħa ridna noħorġu boroż mimlijin bi fliex-
ken tal-plastik għar-riċiklaġġ. Permezz tal-HSBC u s-sussidju attraenti li offrew lill-istaff, il-familja tiegħi issa għandha s-serħan il-moħħ li tazza ilma tajba hi biss vit ’il bogħod.” Il-proċess ta’ RO juża għadd ta’ fażijiet differenti ta’ filtrazzjoni
biex ineħħi partiċelli u kimiċi mill-ilma tal-vit. Dan il-proċess itejjeb b’mod sinifikanti l-kwalità u t-togħma tal-ilma. L-impjant ta’ RO domestiku ġeneralment jirrikjedi installazzjoni ta’ darba, jieħu inqas spazju u jservi fit-tul.
“Id-djar mgħammra bis-sistema RO qed jiffrankaw l-inkonvenjent li joqogħdu jġorru u jaħżnu l-ilma bbottiljat. Fl-istess waqt, għall-ambjent, dan ifisser li inqas fliexken se jmorru f ’miżbla jew għar-riċiklaġġ,” qal Nikolaos Fertakis, iċ-Chief Operating Officer ta’ HSBC Malta. L-ilma hu wieħed mit-temi ewlenin tas-sostenibbiltà korporattiva ta’ HSBC Malta. Il-Programm tal-Ilma tal-HSBC - Catch the Drop, li tnieda fl2013, saret l-akbar kampanja ta’ konservazzjoni tal-ilma f ’Malta. Il-kampanja involviet aktar minn 50,000 student, kunsilli lokali, istituti ta’ edukazzjoni għolja, politiċi, kif ukoll Ministri tal-Ambjent tal-UE-28. L-inizjattiva tar-RO tal-Bank kienet issussidjata mill-Programm tal-Ilma tal-HSBC - Catch the Drop.
23
kullhadd.com
01.10.2017
RELIĠJUŻI “SOPPRESSI” Kitba ta’ EMAN BONNICI Is-soppressjonijiet reliġjużi fl-Italja fl-aħħar żmien tas-seklu 18 u fis-seklu li segwa, apparti l-għeluq ta’ bosta monasteri u kunventi, raw lill-membri ta’ dawn l-aħħar iħallu l-oqsma li fihom għammru u jinxterdu fi djar nieshom jew f ’oħrajn kanoniċi fil-kwalità ta’ saċerdoti djoċesani. Hekk infatmu mill-abitu reliġjuż li tant minnhom fittxew li jxiddu b’hekk għożża u mħabba u libsu minflok is-suttana. Xi wħud iżda - minkejja l-liġijiet imposti - issoktaw xorta waħda jilbsu l-abitu rispettiv tagħhom, waqt li fis-skiet tad-djar li sabu rwieħhom fihom, komplew josservaw kif setgħu, l-istess stil ta’ ħajja reliġjuża li għexu wara l-ħitan tal-monasteri rispettivi tagħhom. Kif intqal, kienu bosta r-reliġjużi li spiċċaw f ’tali ċirkustanzi. Illum xtaqt infakkar tnejn minnhom: Dun Pasquale Onofrio Bongiorno, raħeb Camaldolese, li mexa lejn Capistrano, fejn miet miżmum b’qaddis min-nies tal-lokal, u Dun Giuseppe Bonaventura De Martino, Kapuċċin minn Solofra, li ngħaqad mal-kapitlu kolleġġjali ta’ raħal twelidu. Pasquale Bongiorno L-ewwel wild ta’ Pietro Maria Bongiorno u Giulia Sculco tad-Duki ta’ Santa Severina u Patrizji ta’ Crotone, Pasquale Bongiorno twieled ġewwa l-belt ta’ Catanzaro fi Sqallija fl-1819. Imħejji għall-ħajja ġuridika skont il-prassi nobbiljari għallkbir fost l-aħwa, in-natural ħlejju u meditattiv li bih kien mogħni sa minn tfulitu, wasslu iżda sabiex fl-età ta’ 19-il sena, iħaddan ħajja ferm differenti minn dik maħsuba għalih: dik monastika fl-Eremitaġġ tal-irħieb Camaldolensi fuq l-għolja li ġġib l-istess isem ta’ din il-komunità ta’ rħieb f ’Napli. Hemm, f ’għoli ta’ 457 metru fuq il-livell talbaħar, Bongiorno - mogħti issa l-isem reliġjuż ta’ Dom Onofrio - għadda 27 sena bħala raħeb fl-istil awster tal-Kongregazzjoni Camaldolese tal-Ordni ta’ San Benedittu, imwaqqfa proprju f ’Camaldoli fit-Toskana, li minnu ħa ismu dan l-Ordni eremitiku li jaf il-fundazzjoni tiegħu lil San Romwaldu Abbati, ikkanonizzat mill-Papa Klement VIII fid-9 ta’ Lulju 1595. Magħrufin għall-ħajja meditattiva u fl-istess waqt awstera li jħaddnu, il-Camaldolesi jinsabu preżenti mhux biss fl-Italja, imma wkoll fil-Polonja, fi Franza, fit-Tanzanija, fl-Istati Uniti tal-Amerika, fl-Indja u fil-Brażil. L-Eremitaġġ ta’ Napli, li fih għex fost l-oħrajn l-ewwel protagonist tagħna, kien soppress darbtejn fl-istorja tiegħu: l-ewwel darba minn Napuljun Bona-
parti fl-1807 u t-tieni fl-1866 mid-Dar ta’ Savoia, li eventwalment iżda għaddew mill-ġdid lill-istess irħieb fl-1885, wara li daħal għalihom il-Kardinal Guglielmo Sanfelice d’Acquavella OSB., Arċisqof ta’ Napli. Hekk, mat-tieni soppressjoni msemmija, Dom Onofrio kien kostrett jerġa’ lura għand niesu f ’Capistrano. Hemm, fit-tmien snin li segwew, issokta jgħix bl-aħjar mod li seta’ l-istess stil ta’ ħajja eremetika li ħaddan għal daqstant tul ta’ żmien, fejn iżda ma damx ma beda jiġi mfittex minn bosta bħala konfessur u direttur spiritwali. Minkejja dan, kompla dejjem josserva bi skrupolożità kbira, il-ħinijiet u l-użanzi tal-familja reliġjuża li tagħha kien membru. Żgur li kien ikollna aktar materjal dwar il-figura axxetika, paċenzjuża u benevolenti ta’ dan il-bniedem li kieku l-biblijoteka tal-Palazz Bongiorno - li kienet tiġbor fiha mal-5,000 volum - ma spiċċatx inbiegħet u mxerrda ’l hawn u ’l hemm mal-bejgħ tal-binja f ’idejn barranin fis-sena 1950. Kemm-il darba jeżistu dokumenti li jistgħu jixħtu aktar dawl fuq il-ministeru sieket iżda mfittex ta’ dan ir-raħeb f ’Capistrano, allura dawn għadhom mistura xi mkien għad-dlam fost il-kotba li darba għammru l-librerija tal-palazz. Hu x’inhu, huwa fatt magħruf li mal-mewt tiegħu, li ġrat fit-3 ta’ Settembru 1874, in-nies tal-post fittxet takkwista mingħand niesu xi maktur jew bċejjeċ mill-abitu reliġjuż tiegħu sabiex tikkonservahom bħala relikwa għażiża. Il-katavru ta’ Dom Onofrio ndifen fil-qabar tal-familja fil-Chiesa Madre tal-lokal, fejn f ’għeluq ix-xahar minn mewtu sarlu funeral solenni b’tifkira tal-maħbub “‘u Santu Monacu” li n-nies tal-post laqgħet fi ħdanha b’dirgħajha miftuħa.
minn nah bit-traduzzjoni mill-Franċiż għall-Pjemontiż bil-barka Pontifiċja, ta’ xi volumi preservati Imwieled Cosenza, fil-Kalabri- fil-librerija tal-Kurja Pariġina. ja, fl-1836, Giuseppe De Mar- Iddekorat fost l-oħrajn bil-grad tino ssieħeb fi ħdan l-Ordni ta’ Kavallier Uffiċċjali tal-Mertu tal-Patrijiet Franġiskani Minuri tal-Ordni Kattoliku Ospedalier Kapuċċini u kien mogħti l-isem tal-Ajkla Rjali ta’ Montréal fisreliġjuż ta’ Bonaventura minn 27 t’Ottubru 1908, minkejja Cosenza. L-istess soppressjoni l-bosta l-karitajiet li kien iwetreliġjuża tal-1866, wasslet lil dan taq ġara li xi ilsna ħżiena xerrir-reliġjuż bħall-figura li dwar- du x-xniegħa illi “jekk Solofra ha tkellimna qabel - flimkien tintlaqat minn terremot, kollox ma’ dik ta’ eluf ta’ oħrajn - biex jinżel għajr għar-residenza ta’ iħalli l-ħajja reliġjuża li tagħha Patri Bonaventura għax il-ħitan kien membru u jerħilha minflok tagħha jibqgħu mwieżna milllejn ir-raħal li nisslu, fejn bolla ġid kbir li għandha maħżun maħruġa mis-Sagra Kongre- fiha”. Tali diċerija nħolqot sforz gazzjoni għall-Isqfijiet fil-31 ta’ tal-fatt li “Patri Bonaventura”, Lulju ta’ dik is-sena tgħarrafna fil-ġranet tat-tberik, kien jiġbor li l-eks reliġjuż inħatar predika- tant ħwejjeġ minn hemm u minn tur tal-Kolleġġjata ta’ San Mikiel hawn, li kellu bżonn l-għajnuna Arkanġlu tal-post, li eventwal- ta’ waħda mara biex iwassal l-afment laqgħetu bħala wieħed farijiet id-dar. Li ma kinux iżidu mill-membri kapitulari tagħha, ma’ din kien iżda li mal-wasla ta’ liema kien afdat bil-mansjoni tiegħu quddiem din tal-aħħar, tal-benefiċċji fit-18 ta’ Ġunju kien jintasab quddiem il-bieb u 1891 minflok il-Kanonku Dun ma jidħolx ġewwa qabel ikun qassam kollox. Darba jingħad li Francesco d’Orsi. Bniedem kolt u teologu ta’ ħila, rċieva mal-200 bajda waqt il-ġbir minkejja l-kanonikat li minn u qariba tiegħu li kienet issajjarissa ’l quddiem seħħlu jħaddan, lu, xħin ratu ġej b’daqstant bajd, De Martino baqa’ xorta waħ- ħasbet li għal filgħaxija kellha da msejjaħ min-nies tal-post tħejjijlu daqsxejn ta’ froġa tajba. sempliċiment bħala “Patri Bon- Iżda meta marret titolbu erba’ ventura”. Magħruf għall-ħila minnhom għal dan l-għan kien oratorika tiegħu, kliemu kien pront daħħal idu ġol-but u qaliljimmeravilja lill-iskulari, iżda ha: “Ħa, mur ixtri erba’ bajdiet: fl-istess waqt jimplimenta l-ist- dawk li kien hemm fiċ-ċestun ess effett fuq il-bqija tal-udjenza, servew biex jitimgħu tant nies hekk kien ċar diskorsu, arrikkit foqra”. Kull nhar ta’ Ħadd imb’silloġiżmi u eżempji sempliċi. bagħad kien jerħilha lejn il-monGħadd mhux ħażin ta’ paniġier- ti u akkumpanjat mill-istess ki u omeliji tiegħu kienu miġbura mara - erħilu jixtri pożati, platti, f ’volum għalihom li maż-żmien tazzi - regolarment imħallsa - li bi sfortuna ntilef. mar-ritorn tiegħu id-dar f ’Rione Appuntat membru tal-Maġ- Volpi kien aktarx jaqla’ xi ftit istratura tal-Akkademja Rjali jew wisq ta’ ċamata għalihom u Calligrafo di Primo Grado mingħand niesu, iżda hu, twajjfl-1874 għall-ħiliet kaligrafiċi eb kif kien, kien pront iweġibpartikolari tiegħu, f ’dik l-istess hom: “Jekk ħadd ma jixtri xejn sena, P. Dominique Marie Sire kif ser jagħmlu biex jgħixu dawk PSS., rettur tas-seminarju ta’ St. l-imsejkna li jiġu hawn Solofra Sulpice ta’ Pariġi, ikkumissjo- biex ibigħu? Ħa, warrbuhom P. Bonaventura Cosenza
iservuni ta’ rigal għal xi koppja fqira li wasslet biex tiżżewweġ”. U hekk kien, għax bosta kienu dawk li gawdew u rċevew ħwejjeġ bżonjużi għall-ħajja ta’ kuljum mingħand it-twajjeb Kanonku. Kull nhar ta’ Ħadd, il-foqra tal-lokal - li dik il-ħabta ma kinux ftit - kienu jinġabru fil-bieb tal-knisja wara l-quddiesa tal-11 u lil kull wieħed minnhom jieħu ħsieb iqassmilhom dak kollu mitfugħ matul il-kors tal-ġimgħa fil-kaxxa tal-elemożina. Meta tali somma mbagħad ma kinitx tkun biżżejjed biex imissu xi ħaġa kulħadd, kien ikopri d-differenzi dak il-ħin minn butu stess. Sakemm miet, ta’ 93 sena, kien jimxi ta’ kull filgħodu sal-kolleġġjata u lura biex iqaddes. Miet fqir, bħalma dejjem għex, minkejja l-affarijiet kollha li għaddew għal idejh; kien jiekol kemm kemm jgħix u l-bqija jqassam kollox lill-foqra, dan għall-għajb ta’ niesu li kienu jarawh jiekol biss dik id-daqsxejn t’għaġin bla zalza, krustin imfittet f ’nofs tazza nbid u frotta. Imma l-Kanonku hekk kien maqtugħ: għalih l-ewwel, qabel kollox u qabel kulħadd, imqar qablu stess, kienu jiġu l-foqra. Miet allura, kif dejjem għex, filfaqar, fl-1929. Warajh ma ħalliex imqar lira fi flus; ħalla biss wirt spiritwali vast. Difnuh għallqiegħa tal-art fiċ-ċimiterju talpost, akkumpanjat mis-sinjuri u mill-fqar. Bosta minn dawn talaħħar bkewh, għax tilfu bla dubju missier u benefattur mill-aktar ħanin. Fuq qabru tqiegħed salib tal-injam bl-iskrizzjoni “Kanonku Bonaventura” miktuba bla stil u bla gost, kważi insult għal bniedem rikonoxxut bħala kaligrafista tal-ewwel grad. Meta qabru tnaddaf fis-snin 40, l-għadam tiegħu nxteħet fl-ossarju ġenerali taċ-ċimiterju fejn tħallat ma’ dak ta’ tant Solofrani oħra, ħafna minnhom foqra, li għalihom tant irisista f ’ħajtu, biex bħal donnu f ’mewtu, huwa wkoll jibqa’ magħhom u wieħed minnhom. Fis-snin kollha li segwew, ħadd m’għamillu quddiesa b’suffraġju għal ruħu - hu li qaddes mijiet u mijiet ta’ quddies ta’ suffraġju għall-mejtin u tagħhom qatt ma tħallas - imma forsi ma kellux bżonn, għax il-ħlas nemmnu li rċevieh xorta waħda, ukoll jekk in-nies tad-dinja nsietu. Bongiorno u De Martino mhumiex għajr tnejn minn lista twila ta’ rġiel u nisa li kienu kostretti jħallu l-istat ta’ ħajja reliġjuża tagħhom u jfittxu jmorru joqogħdu band’oħra. Min jaf kemm stejjer oħra jeżistu meta żżomm f ’moħħok li kull bniedem għandu storja għalih. Imma ż-żewġ persunaġġi tal-lum iservuna ta’ prova biżżejjed li min iħaddan vokazzjoni tassew, kapaċi jgħixha taħt kull ċirkustanza u lok li l-avvenimenti ta’ żmienu jqegħduh fihom.
24
01.10.2017
‘ESPERIENZA DOCET’ EDWARD ZAMMIT LEWIS Membru Parlamentari
Fid-diskors tal-Indipendenza, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li ser jitfa’ sfida quddiem il-Prim Ministru Joseph Muscat. Din l-isfida tikkonsisti, dejjem skont l-istess Delia, li fejn jidħlu materji li jiġu diskussi l-Parlament, jew li n-naħa tal-Gvern tkun ser tilleġiżla dwarhom fil-Parlament u jkunu jolqtu materji ta’ morali, Joseph Muscat għandu jħalli lil kull wieħed millgrupp Parlamentari Laburista jiddeċiedi skont il-morali tiegħu u għalhekk jagħti dak li jissejjaħ free vote. Jiena ngħid li minn dan biss tibda toħroġ in-nuqqas ta’ esperjenza ta’ Adrian Delia fil-politika. Il-Prim Minist-
ru dlonk wieġbu u qatagħlu l-għatx bil-perżuta, kif jgħid il-Malti. Muscat fakkru li l-Partit Laburista ġie elett fl-aħħar elezzjoni ġenerali b’mandat b’saħħtu li kien ċar u li huwa bbażat fuq wegħdiet li huma mniżżla b’mod ċar kristall fil-Manifest Elettorali tiegħu. Għalhekk mhix kwistjoni ta’ free vote għaliex min ikkontesta għall-aħħar elezzjoni ġenerali mal-PL, kien jaf x’inhuwa l-programm tiegħu li ser jimxi miegħu b’mod skrupluż u li l-wegħdiet jinsabu mniżżla fil-Manifest u kellu l-għażla li jew ikun kandidat tal-PL jew jekk kellu xi riservi, anke morali, ma jikkontestax. Dan il-PM qalu fi spirtu li xorta waħda ssir diskussjoni wiesgħa fil-grupp Parlamentari iżda fl-ambitu ta’ dak li hemm fil-Manifest. Dan nista’ nixhdu jien stess li nattendi għal kull laqgħa tal-grupp Parlamentari fejn kull deputat għandu l-libertà kollha li jgħid tiegħu. L-unika differenza hija l-għaqda u hawnhekk Delia ma jistax jifhimha
għaliex din ma teżistix fil-PN. Id-deputati Laburisti jiddiskutu fl-istrutturi però barra joħorġu kompatti u b’leħen wieħed. Min-naħa l-oħra, ilPN u d-deputati tiegħu, l-istorja tagħhom tixbah aktar lillġrajja vera tal-Mutiny On The HMS Bounty li seħħet fuq il-bastiment tal-qawwa navali Brittanniku fl-1789 fl-Oċean Pacifiku. Tal-anqas hemm tliet riformi li jirriżultaw mill-Manifest Laburista. Il-PM tant ta importanza lir-riformi li għandhom iseħħu f ’din il-leġiżlatura li ħoloq Segretarjat Parlamentari fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu stess apposta, immexxi bl-aktar mod tajjeb minn Julia Farrugia. Ir-riformi huma dik dwar l-IVF, il-kannabis u l-prostituzzjoni. Il-PL jemmen li l-liġi li tirregola l-IVF għandha tissaħħaħ sabiex tirrifletti t-teknoloġija u l-aħħar żviluppi f ’dan is-settur li jolqot tant persuni miżżewġa f ’mumenti diffiċli f ’ħajjithom. Għalhekk m’għandniex inħallu l-affariji-
et l-istess, però nkunu kapaċi niddiskutu aspetti tagħha li huma sensittivi, bħall-iffriżar tal-embrijuni. Il-Manifest isemmi wkoll li hemm bżonn dibattitu nazzjonali u matur dwar il-kannabis u l-użu tagħha. Pajjiżi oħra avvanzati jużawha b’mod mediku u nistgħu nitgħallmu ħafna minn hekk u jekk u kif din tista’ tkun ta’ ġid. Irridu wkoll nibdew niddistingwu bejn tipi ta’ droga differenti u bejn min hu traffikant u min hu vittma tad-droga li hija pjaga soċjali. Lil dan tal-aħħar għandna nipprovdulu dejjem aktar strutturi ahjar, filwaqt li nibqgħu nkunu b’id tal-ħadid mat-traffikant. L-aħħar rikors huwa dak dwar il-prostituzzjoni u kif nistgħu nirregolaw dan ilfenomenu tant antik b’mod li nħarsu aktar lil min hu vulnerabbli u għalhekk jaqa’ fin-nasba tal-prostituzzjoni. Irridu nħarsu aktar lejn l-għeruq tal-problema u nsaħħu l-ġlieda kontra t-traffikar ta’ persuni kemm għal skopijiet sesswali u kemm għal skopijiet oħra
kullhadd.com
bħax-xogħol sfurzat. Dan is-suġġett ġie trattat b’saħħa, fosthom mill-Prim Ministru Ingliża nnifisha, il-ġimgħa l-oħra fit-72 Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda li jiena attendejt għaliha ġewwa New York flimkien mal-Prim Ministru. Għalhekk m’hemmx dubju li f ’din il-leġiżlatura l-Gvern Laburista ser jerġa’, bħal-leġiżlatura li għaddiet, mhux biss jimplimenta dawn ir-riformi, iżda jżomm mal-wegħdiet kollha tiegħu fil-Manifest Elettorali. Dan huwa l-mandat li għandu mill-poplu u ser ikun qed jimxi miegħu sabiex itejjeb l-għajxien f ’kull sens talMaltin u l-Għawdxin kollha u jiggarantixxi li l-aqwa żmien jibqa’ għaddej. Bħala konklużjoni, parir żgħir li nagħti lil Delia hu sabiex ma jgħaġġilx fl-isfidi tiegħu għaliex kif jgħid il-Latin ‘esperienza docet’ (mill-esperjenza titgħallem). Naċċertah li għandu ħafna x’jitgħallem mill-esperjenza ta’ politiku ta’ stoffa bħal Joseph Muscat.
MALTA LI QED NGĦIX FIHA B’SERĦAN IL-MOĦĦ CATHERINE
FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Din il-ġimgħa l-Gvern ħabbar li fl-ewwel tmien xhur tal-2017 il-pajjiż għamel surplus ta’ €31 miljun. Riżultat eċċezzjonali għall-ekonomija Maltija, riżultat bla preċedent għal dawn l-aħħar snin. Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2012, li kienet l-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista, kellna defiċit ta’ €268 miljun. Dan ifisser li mill-bidla filgvern erba’ snin ilu twettaq titjib ta’ kważi €300 miljun filFond Konsolidat. Il-kisbiet matul l-aħħar jiem għal pajjiżna kienu bla qies u għaldaqstant mhux ta’ b’xejn għandna għalfejn nikkonkludu li qed ngħixu fl-aqwa żmien ta’ pajjiżna. Rajna li f ’Awwisu rġajna rreġistrajna tnaqqis fin-numru ta’ persuni qegħda. Ċifri mill-NSO juru li aktar minn 7,000 persuna kienu jirreġistraw għax-xogħol matul l-amministrazzjoni Nazzjonalista. F’Awwissu li għadda l-għadd ta’ persuni jfittxu impjieg niżel għal an-
qas minn 2,500. Tkompli l-mewġa ta’ ċertifikati pożittivi internazzjonali miksuba minn pajjiżna. Malta kompliet ittejjeb il-kompetittività tagħha bl-aħħar rapport tal-Forum Ekonomiku Dinji jikklassifika lil pajjiżna fit-38 post minn 137 pajjiż f ’dak li huwa magħruf bħala l-Indiċi tal-Kompetittività. Dan ir-riżultat ifisser li Malta avvanzat żewġ postijiet oħra mir-rapport tas-sena li għaddiet li kien ikklassifika lil Malta fl-40 post. Din il-ġimgħa wkoll pajjiżna ġie kklassifikat bħala l-aktar pajjiż bl-aqwa livelli t’ottimiżmu fost ilpajjiżi taż-żona ewro. Skont dan l-istħarriġ ikkompilat mill-Kummissjoni Ewropea, dan kien l-ogħla livell t’ottimiżmu li qatt ġie reġistrat f ’pajjiżna fix-xahar ta’ Settembru mill-2002 ’l hawn. L-akbar ottimiżmu kompla jispikka fost l-operaturi fis-settur tasservizzi f ’pajjiżna, li jinkludu kumpaniji fis-settur finanzjarju u tal-gaming. Filwaqt li l-Oppożizzjoni tgħid li hawn inċertezza f ’dawn l-oqsma, ħafna mill-operaturi fil-qasam tasservizzi qalu lill-Kummissjoni Ewropea li għandhom aspettattivi aħjar għax-xhur li ġejjin, minkejja li diġà marru tajjeb fix-xhur li għaddew, u qed ibassru li se jkomplu
jżidu l-ħaddiema. F’Settembru l-familji f ’pajjiżna baqgħu fost il-ftit fl-Ewropa li jħossu li l-qagħda finanzjarja tagħhom ser titjieb. Filwaqt li madwar l-Unjoni Ewropea jeżisti pessimiżmu fost il-konsumaturi, f ’Malta hawn l-ogħla proporzjon ta’ konsumaturi li jemmnu li bħalissa qegħdin f ’pożizzjoni li jagħmlu akkwisti relattivament kbar. Dan kollu filwaqt li kompla jitħabbar aktar investiment barrani ġewwa pajjiżna fosthom il-possibiltà ta’ investiment mill-kumpanija Alibaba li hija l-akbar kumpanija dinjija fir-Retail Commerce fid-dinja, iżda apparti minn hekk, tispeċjalizza wkoll f ’teknoloġija oħra. Rajna t-tnedija tal-ewwel Blockchain App mibnija f ’pajjiżna. Ġie wkoll issiġġillat fi New York il-ftehim ta’ Starr Group biex tirriloka f ’Malta. Din il-kumpanija dinjija fil-qasam tal-assigurazzjoni, se tkun qed iċċaqlaq l-uffiċċji Ewropej tagħha lejn Malta fil-bidu tas-sena d-dieħla. Starr Group għażlu lil Malta minħabba Brexit. Ħarsu lejn numru ta’ ġurisdizzjonijiet oħra u kkonkludew li Malta hi l-aħjar għax iridu jibqgħu b’aċċess tajjeb għassuq Ewropew. Għażlu Malta wkoll minħabba l-lingwa Ingliża u sabu ambjent tajjeb b’regolatur effiċjenti.
Il-ħidma tal-Gvern għall-kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi kollu ma tiqafx. Skont l-aħħar ċifri mill-NSO id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien li minnu tinħadem iċ-ċifra ta’ persuni li qed jgħixu fir-riskju tal-faqar, juri li fl-2015 kien hemm tnaqqis ta’ 9,000 persuna li kienu fir-riskju talfaqar jew fl-esklużjoni soċjali u tnaqqis ta’ 15,000 f ’dawk li huma mċaħħda severament mill-ħtiġijiet tal-ħajja meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li kien jiġri taħt amministrazzjoni Nazzjonalista fejn dawn iċ-ċifri kienu jogħlew bla ebda ħjiel ta’ proġett sabiex jiġu tal-anqas ikkontrollati. Wieħed jistenna li dawn iċ-ċifri fil-qasam tal-kontroll tal-faqar u l-esklużjoni soċjali jkomplu jitjiebu hekk kif jiġu kkalkulati l-effetti tal-miżuri li dan il-Gvern daħħal flaħħar żewġ baġits tal-2016 u 2017 partikolarment iż-żieda fil-pensjonijiet. F’dawn il-ġranet innotajna wkoll kemm dan il-Gvern jgħożż il-valuri tal-familja u l-imħabba. Ħassejna kemm hu gvern li huwa qrib il-qalb tal-poplu, kemm huwa gvern sensittiv, b’idejh fuq il-polz tal-poplu u jaf eżattament x’jistenna u x’inhuma l-aktar affarijiet li l-poplu jqis
bħala importanti. Tħabbret il-bidu tal-implimentazzjoni sabiex tingħata l-għotja ta’ €10,000 mill-Gvern lill-koppji li jixtiequ jadottaw tarbija, kif imwiegħed fl-aħħar baġit. F’dawn il-ġranet ukoll l-Enemalta bdiet iżżarma l-aħħar impjant tal-heavy fuel oil fil-Power Station ta’ Delimara, kif ukoll iċ-ċumnija twila tiegħu. Diffiċli biex temmen imma hija verità li dan il-ġid kollu seħħ fi ftit ġranet. U għaldaqstant huwa tajjeb u importanti li jiġi mfakkar u spjegat lill-poplu għax il-kisbiet u l-ġid qed ikunu l-ordni tal-ġurnata u jittieħed kollox forgranted. Imma xejn ma jsir b’kumbinazzjoni. Din ilmewġa ta’ suċċess għal pajjiżna hija grazzi għal gvern li jemmen u jippremja l-bżulija ta’ dan il-poplu billi jħeġġu u jaħdem f ’armonija sabiex jitkattar il-ġid u jitqassam ma’ kulħadd skont il-ħtiġijiet ta’ kull individwu. Il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu ġewwa Ħaż-Żebbuġ saħaq li aħna l-partit li nkomplu naħdmu u nżommu l-polz tal-poplu kull jum illi jgħaddi. ‘’Aħna pożittivi konna, pożittivi għadna u pożittivi nibqgħu għax l-aqwa żmien ta’ pajjiżna għadu ġej,” temm jgħid il-Prim Ministru ġewwa Ħaż-Żebbuġ.
25
kullhadd.com
01.10.2017
KOLLOX SE JIBDA FL-20 TA’ JANNAR DEO
DEBATTISTA
Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018
Kienet ġimgħa speċjali għas-Segretarjat li mmexxi jiena u għal sħabna tal-Fondazzjoni Valletta 2018. Għall-ewwel darba, qsamna ma’ kulħadd frott ħidma ta’ erba’ snin tal-Fondazzjoni: il-Programm Kulturali għall-2018 - sena unika li l-protagonist tagħha se jkun l-ikbar avveniment ta’ dimensjoni internazzjonali li qatt ġie organizzat f ’pajjiżna. Lura fl-2012, il-Gvern preċedenti kien ippreżenta in-nomina Maltija għall-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura lill-Kummissjoni Ewropea, fejn kienu allokati €48 miljun apposta għall-2018. Dan ilGvern wera l-impenn tiegħu u mexa pass ’il quddiem minn dan kollu billi alloka iżjed fondi, kif ukoll ħatar Segretarju Parlamentari apposta għal Valletta 2018. Kollox se jibda nhar l-20 ta’ Jannar, b’serje ta’ attivitajiet spettakolari fil-Belt Valletta u l-madwar li jħeġġu l-udjenzi jieħdu sehem f ’din il-festa mifruxa madwar Malta kollha. Minn hemm, jiskatta l-Programm Kulturali mfassal fuq madwar 400 avveniment, 200 minnhom madwar Malta kollha. Fl-istess ħin, hemm bosta proġetti infrastrutturali mfassla biex jevolvu u jespandu lil hinn mill-2018, bħalma huma l-MUŻA, il-Valletta Design Cluster, Is-Suq tal-Belt u Strada Stretta. Madwar 1000 artist se jieħu sehem, fosthom 350 artist minn diversi partijiet tad-dinja. Dawn jinkludu kuraturi, kittieba, disinjaturi, produtturi ta’ films, korijiet u mexxejja ta’ workshops. Flimkien se jassiguraw li l-programm imfassal għall-2018 ikun ta’ suċċess. Kburi ħafna bil-ħidma ta’ dawk kollha involuti b’xi mod f ’Valletta 2018 li lkoll ħadmu biex ikunu assigurati opportunitajiet ugwali għal kulħadd, ikun assigurat ukoll li l-kultura ma tkunx elitista u li l-inklussività ssir mhux biss prijorità, iżda neċessità. Kif qal tajjeb is-Sur Jason Micallef waqt it-tnedija ta’ nhar l-Erbgħa, is-sena 2018 twiegħed li tkun żmien li jara l-akbar attività u ċelebrazzjoni kulturali sa mill-Indipendenza ta’ Malta lil hawn. Kien hemm żmien fejn is-settur kulturali kien donnu aljen meta mqabbel ma’ setturi oħrajn kbar f ’pajjiżna. Dak
kien iż-żmien fejn wieħed jaħsibha għal darba, tnejn, jekk għandux jibni l-karriera tiegħu f ’dan is-settur. Kien żmien fejn il-passjoni ta’ diversi żgħażagħ kellha tindifen, għaliex sfortunatament, għal snin twal, dan is-settur ma kienx meqjus bħala wieħed li jmantni lil dak li jkun. Illum bi kburija ngħid li dak iżżmien spiċċa, u miegħu nibtet imħabba differenti tal-pubbliku lejn is-settur. Dan narawh ukoll fl-aħħar statistiċi li juru kif sal-aħħar ta’ din is-sena l-udjenzi Maltin li pparteċipaw b’xi mod f ’avveniment kulturali, mistenni jlaħħaq it-350,000. Numru li se jikber għal miljun fl-2018. Il-Maltin qed japprezzaw iktar ix-xogħol u l-passjoni ta’ dawn il-persuni li l-ħolma tagħhom hija li jwasslulna stejjer dwar pajjiżna biex isaħruna. Għalhekk, dan il-Gvern huwa kommess li ma jiqafx mal-2018. Se nibqgħu naħdmu id f ’id ma kull min hu involut f ’dawn is-setturi sabiex l-artisti u d-dilettanti tal-kultura f ’Malta jibqgħu jsibu l-opportunitajiet biex jesibixxu l-ħolm, l-emozzjonijiet u x-xewqat artistiċi tagħhom. Ma nistax ma nirringrazzjax lill-kollega Jason Micallef u lill-Fondazzjoni Valletta 2018 tad-dedikazzjoni tagħha u l-mod li bih laqgħatni bħala Segretarju Parlamentari responsabbli minn Valletta 18, lill-Kunsill Lokali tal-Belt tal-koperazzjoni li dejjem wera, lill-Kunsilli Lokali kollha f ’Malta u f ’Għawdex li huma parteċipi f ’Valletta 2018, u fuq kollox lill-artisti tagħna li ħatfu l-okkażjoni li jkunu parti minn din il-festa. Il-Gvern u l-Fondazzjoni jinsabu ħerqana ferm għal nhar l-20 ta’ Jannar biex nagħtu bidu għal sena spettakolari li se tkun biss preludju ta’ opportunitajiet oħra li Malta se jkollha fil-futur, u għall-bidu tal-legat li se jagħmel lil din il-Belt waħda eterna. L-akbar festa li qatt rat Malta waslet, u int mistieden!
Madwar 1000 artist se jieħu sehem, fosthom 350 artist minn diversi partijiet tad-dinja
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
Il-Ħamis, 21 ta’ Settembru Imnalla ddeċidejt li nitbiegħed minn Malta fil-jiem tal-elezzjoni għall-kap tal-partit, għax jekk ma kontx nispiċċa d-dinja l-oħra, kont nispiċċa b’xi puplesija. Ma niflaħx aktar nara lil dan il-partit glorjuż tagħna jitkisser biċċa biċċa, man! Mhux għax kien eleminat Alex jew għax rebaħ Adrian Delia, għax jien finalment Nazzjonalist kont, Nazzjonalist għadni, u Nazzjonalist nibqa’, ikun min ikun hemm kap. Jien ma jisimnix Nazju għalxejn. Qed naħsibha nibdiex kampanja biex in-Nazzjonalisti kollha jibdew isemmu lil xi wild li jkollhom Nazju biex dawn jibqgħu jiftakru li ladarba titwieled Nazzjonalist, għandek tmut Nazzjonalist. Il-Ġimgħa, 22 ta’ Settembru Ġejt lura mill-vaganzi nhar l-Erbgħa, proprju l-jum tal-Mass Meeting tal-Indipendenza. Ma ridtx nitilfu l-Mass Meeting biex ħadd ma jgħid li ma nappoġġjax lil Adrian. Imma llum sirt naf li milli jidher lanqas id-deputati kollha ma jaħsbuha bħali, tant li wħud minnhom lanqas biss resqu ’l hemm, waqt li oħrajn stħaw jitilgħu fuq il-palk ma’ Adrian. Mhux qed ngħid għal Simon (issa mhux tagħna) għax dak raġel fuq l-irġiel. Sewwa għamel ma ġiex il-Mass Meeting għax kieku jien l-ewwel wieħed kont inkun li nibda ngħajjat: ‘Simon, Simon’. Ehh! Kemm kienet sabiħa dik l-għajta li issa m’aħniex se nisimgħu iżjed! Is-Sibt 23 ta’ Settembru X’taħwid, man! Ma nafx meta se nibdew nieħdu r-ruħ u forsi nibdew naqbdu art! Issa sirna nafu li kien hemm it-tbagħbis u l-firem foloz fl-elezzjoni tal-kap tal-partit mirbuħa minn Adrian Delia. Biex tgħaxxaqha hemm involut Jean Pierre Debono, l-aktar deputat li ħareġ għonqu għal Adrian. Ma nafx! Wisq nibża’ li fil-partit tagħna hemm min ħalef li jfixkel lil Adrian. Mank jaħasra kulħadd sema’ minni u ħdimna lkoll kemm aħna biex Simon jibqa’ kap tagħna. Kieku dan l-inkwiet kollu konna nevitawh u mhux spiċċajna qisna kelb u qattus, nitgħajru u nheddu lil xulxin. Il-Ħadd, 24 ta’ Settembru Kemm għandna boloh fil-partit tagħna! Jien, ngħid għalija, qatt ma nasal biex nagħmel xi ħaġa li tpaxxi lil-Laburisti, kif għamlu Caroline Galea u l-konsulent Kev-
in Cassar, li biex tgħaxxaqha jiġi ħaten ilkbir Eddie Fenech Adami. Nispera li ma jkunx hawn min jaħseb li dan irriżenja mill-partit glorjuż tagħna fuq parir tal-kbir Eddie, għax jien ċert li mhux hekk. Eddie l-kbir qatt mhu se jasal biex jagħmel nitfa ħsara lill-partit glorjuż tagħna. Eddie l-kbir mhux bħal Marlene li mhi tiddejjaq xejn tipprova tagħmlina l-ħsara. Ma kienx mument li aċċettajna li nagħmlu koalizzjoni magħha, għax mill-ħażin, morna għallagħar. U donnu hekk se nibqgħu sejrin. It-Tnejn, 25 ta’ Settembru Jien mhux bħal dawk fil-partit glorjuż tagħna ma jistgħux iġerrħuha li bħala kap issa għandna lil Adrian Delia, anke jien ma xtaqtx lilu u anke jekk skont Marlene u dik tal-Bidnija huwa non-starter. Issa la hemm hu, lili se jsibni warajh b’ruħi u b’ġismi u tgħidx kemm ħadt gost li se jkun fil-Parlament biex iwieġeb għad-diskors tal-baġit bħala Kap tal-Oppożizzjoni. M’għandi l-ebda dubju li din se tkun l-ewwel okkażjoni li fiha Adrian issa tagħna se jkun qiegħed jurina kif huwa ma jibżax minn Joseph Muscat, proprju kif iddikjara fl-ewwel diskors tiegħu bħala kap tal-partit glorjuż tagħna. It-Tlieta, 26 ta’ Settembru Adrian issa tagħna mill-ewwel kien qalilna li huwa kien lest jiltaqa’ ma’ Joseph Muscat għax ma jibżax minnu. U llum hekk għamel. U biex jurina kemm ma jibżax minnu, mar jiltaqa’ miegħu fid-dar tagħhom fil-Ħamrun. U kif iħobb jgħid Joseph Muscat, il-kbir għadu ġej. Iġri jidħol fil-Parlament man, ħalli naraw verament xi jsarraf. M’għandix dubju li meta jasal ilbaġit, Adrian tagħna lil Joseph Muscat se jkun qiegħed jurih verament xi jsarraf, għax tal-lum kienet biss laqgħa ta’ kortesija. L-Erbgħa, 27 ta’ Settembru Fettilli mmur sal-istamperija, iżda xejn ma ħadt gost b’dak li rajt u smajt. Tgħidx kemm bdew jgħidu kontra Adrian issa tagħna! Dan kollu għax meta mar jiltaqa’ ma’ Joseph Muscat ħa miegħu lil Clyde Puli u lil David Agius. Ma nafx x’jippretendu dawn? Lil min riduh jieħu lil min ħadem bil-goff kontra tiegħu, jew lil min qed jgħid li mhux se jirnexxi, x’kull waħda! Imma jien konvint li bil-mod il-mod, Adrian tagħna jpoġġihom f ’posthom u jkollhom joqogħdu għal li jgħid hu.
26
01.10.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB JISSOKTA L-KAŻ TA’ SAVER U LUDMILLA DE MOLIZZ Rari jkun hemm ktieb għattfal, bil-Malti, li mhux talli jintgħoġob imma li t-tfal jaslu jiktbu regolarment u ripetutament lill-awtriċi u lillpubblikatur biex jistaqsu hux se jkun hemm volum ieħor fis-sensiela, u biex jitolbu li dan il-volum il-ġdid isir. Imma dan hu preċiż li ġara bl-avventuri tal-aħwa De Molizz, kreaturi tal-awtriċi tant popolari Clare Azzopardi. Wara l-ewwel volum – Ilkaż (kważi) kollu tal-aħwa De Molizz – ippubblikat fl-2009 u li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u s-sequel tiegħu U (llum) jispiċċa l-każ tal-aħwa De Molizz fl-2011, il-pjan f ’moħħ l-awtriċi kien li s-sensiela tintemm hemmhekk. Iżda Azzopardi ma kinitx ikkalkulat l-entużjażmu talfans tas-sensiela, eluf ta’ tfal madwar Malta u Għawdex li tant u tant għoġbuhom ilkotba, u tant għamlu ħbieb mal-aħwa Saver u Klawdjo De Molizz u mat-tfal u l-qtates tar-raħal ta’ Frulli Frilli. Għalhekk, snin wara t-tieni ktieb, u hekk kif f ’kull skola u klassi li Azzopardi tidħol fiha u ma’ kull darba li tiċċekkja
l-emails, issib iżjed talbiet għal sequel ieħor, iddeċidiet li tikkuntenta t-talbiet talqarrejja u tikteb it-tielet volum fis-sensiela: Jissokta l-każ ta’ Saver u Ludmilla De Molizz. Dan it-tielet volum għadu kemm ġie ppubblikat millMerlin Publishers, u bħal filkotba ta’ qablu l-karattri mitiċi ta’ Frulli Frilli ngħataw ħajja viżiva bl-illustrazzjonijiet ta’ Mark Scicluna. Mal-karattri maħbuba kollha, tiżdied issa Ludmilla De Molizz … imma min hi din Ludmilla? Kif qatt ma smajna biha qabel? Għaliex għandha l-kunjom De Molizz hija wkoll? U x’parti għandha fil-każ De Molizz? F’dan il-ktieb l-istorja tkompli fejn ħalla tmiem it-tieni wieħed: Saver De Molizz, wara xogħol intensiv ta’ riċerka mill-investigaturi Erkule u Agata D’Investi, ġie arrestat u spiċċa l-ħabs. Imma fl-aħħar paġna tat-tieni ktieb, kien hemm karta mwaħħla li meta tiftaħha ssib lil Saver inkiss inkiss qisu qed iħaffer xi passaġġ bil-moħbi … U f ’dan il-ktieb il-ġdid insibu lil Saver li sab mod
kif jivvendika ruħu millgħedewwa tiegħu, u għandu pjan inġenjuż minn tiegħu. Imma ħaseb li t-tfal ta’ Frulli Frilli mhux se jlaħħqu malmakakkerija tiegħu. Għad li fil-fatt … Is-sensiela De Molizz għamlet lil Clare Azzopardi fost l-iżjed awturi maħbuba mit-tfal, u l-ammont ta’ kopji mibjugħa u ristampi tal-ewwel żewġ volumi ssiġillaw il-post tas-sensiela De Molizz filkanoni tal-letteratura Maltija għat-tfal. Id-disinn ta’ din is-sensiela daħħal f ’Malta wkoll tekniki innovattivi ta’ disinn ta’ tipografija, hekk kif il-kliem fuq il-paġna daqqa jikber, daqqa jiċkien, daqqa jdur ċirku tond … u jilgħab logħob u jsir parti mill-istampi. U kull ktieb fih ukoll sorpriża ċkejkna, filforma ta’ karta, jew formola, jew envelop sigriet li jinqala’ minn ġol-ktieb u li t-tfal jistgħu jiftħu u jiskopru. Jissokta l-każ ta’ Saver u Ludmilla De Molizz jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com Mistoqsija: X’kien jisimhom l-investigaturi?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb JISSOKTA L-KAŻ TA’ SAVER U DE LUDMILLA MOLIZZ. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 8 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb IL-BARBAZZAL huwa: M. LIA - SAN ĠWANN
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
04
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
F’liema raħal jinsab Santu Rokku? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
27
01.10.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
MARTIN BEZZINA - ĦAL LIJA
TISLIBA 193
Bi 3 Numri 004 143 266 390 502 560 597 819 908 B’4 Numri 0404 1261 1590 1802 1920 2500 2599
2667 2755 3194 3205 3601 3838 3855 4261 5309 5964 6234 6289 6438 6673 6698 6881 7148 7327 8424 8445 9128
9224 9306 9393 9652 9729 9753 9780 9863 B’5 Numri 03586 07926 10907 11705 13227 16341 18102 24493 29836 52407
55936 58078 59391 61623 66228 67368 73907 78930 82622 83693 84050 99087 B’6 Numri 193991 271803 461714 653757 813035 974515
B’7 Numri 1513912 1928002 3617178 3776615
5840832 8690807 8767719
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16. 18,19. 19. 20. 21. 23. 24.
Mimdudin: Din tista’ tkun morra (5) Dawn jitħallsu darba fis-sena? (4) Tal-ilma (5) Ara 7 Ġesù (6) M’għadhomx tfal (6) Isem (3) Nitlaq (5) Ara 18 Funtana famuża fl- Italja (5) Ara 12 wieqfa Ara 6 Iwarrbu (5)
1.
Weqfin: Kompli l-qawl: Bla
flus la tgħannaq u ...... tbus (6) 2,5. Akkumpanja, ma ħalliex waħdu (6) 3,17. Xela (6) 5. Ara 2 6,23. Ma tantx hu intelliġenti (7) 8. Ġlied? (9) 11. Missier (2) 12,21M: Joħroġ mill-frott (5) 13. Joħroġ minn sparatura (3) 14. Lesta mill-kju (6) 15. Jingħafas meta tispara (6) 17. Ara 3 21. Rest in Peace (1,1,1) 22. Nofs Qaddis! (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Jerma, 4.Udit, 9,12.Sudan, 10.Żraben, 12.Abbona, 16.Win, 18.AG, 19.Rum, 20.Bnadi, 24.Iżidu
Weqfin: 1,7.Jissewwa, 2.Red, 3,17,23. Awżiljarji, 5.Dab, 6.Tin, 8.Arroganti, 11,21M.Xbajt, 13,21W.Banana, 14.Aringi, 15.Imiddu, 22.Taj
28
01.10.2017
kullhadd.com
GVERN TAL-FATTI EDITORJAL
llum pajjiżna għandu liġijiet li jassiguraw trasparenza li fl-imgħoddi ma kellux u ma niqfux infakkru li kien biss Joseph Muscat il-Prim Ministru li wera r-rieda li jagħmilhom
L-inizjattiva li tħabbret din il-ġimgħa biex ċerti ħatriet pubbliċi jgħaddu minn skrutinju Parlamentari hija inizjattiva oħra tal-Gvern ta’ Joseph Muscat li tingħaqad ma’ għadd kbir ta’ inizjattivi oħra favur it-trasparenza politika. Ċerti żbalji ovvji, li issa smajna biżżejjed dwarhom, u ċerti deċiżjonijiet li setgħu kienu spjegati aħjar taw lok biex flaħħar erba’ snin l-Oppożizzjoni tattakka lill-Gvern fuq kwistjonijiet ta’ governanza u politika nadifa. Il-fatt li l-Oppożizzjoni għamlet din bħala l-battalja ewlenija tagħha fl-aħħar erba’ snin u qabdet kampanja li ma qatgħet xejn f ’ċerti sezzjonijiet tal-midja, setgħet tat l-impressjoni skorretta li l-aħħar leġiżlatura kienet waħda millagħar f ’dik li hi politika nadifa. Minn hawn nagħmluha ċara li ma naqblux ma’ konklużjonijiet bħal dawn u dan ngħiduh b’konvinzjoni għaliex hemm eżempji konkreti. F’ħames snin saru inizjattivi li ma sarux f ’25 sena anke jekk kienu mwiegħda. Dawn huma inizjattivi li mhux biss
qed ilestu l-pajjiżna għal-lum iżda li huma wkoll il-bażi biex fil-ġejjieni Malta tkun imħejjija aħjar f ’dan is-settur ukoll. Il-mod kif se jkunu skrutinizzati dawk li se jinħatru f ’entitajiet importanti bħallBank Ċentrali jew l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji (l-MFSA) jew saħansitra Ambaxxaturi jista’ jidher ftit għal uħud li jħarsu lejn l-iktar sistemi avvanzati fl-Ewropa. Iżda, żgur huwa ħafna meta wieħed iħares lejn dak li għandna llum. Sistema li ma kienet toffri ebda skrutinju u li kienet tiddependi mill-bidu sal-aħħar f ’idejn min hu fit-tmexxija. Din id-darba anke l-Oppożizzjoni se jkollha sehem fil-proċess ta’ qabel il-ħatra biex għal darb’oħra l-Gvern qed jerħi minn idejh ċertu poter li kull gvern qabel kien isibu komdu jżommu f ’idejh. L-istess kif għamel fil-ħatra tal-maġistrati u l-imħallfin. Illum bniedem li jrid isir ġudikant joqgħod quddiem bord ta’ nies li fil-maġġoranza għandhom kariga kostituzzjonali u żgur li mhumiex xi
partitarji tal-Gvern. Ir-rakkomandazzjoni ta’ dan il-bord għandha ċertu piż u jekk Prim Ministru jrid jinjoraha għandu jispjega għaliex. Illum pajjiżna għandu liġijiet li jassiguraw trasparenza li fl-imgħoddi ma kellux u ma niqfux infakkru li kien biss Joseph Muscat il-Prim Ministru li wera r-rieda li jagħmilhom. Jgħid x’jgħid il-Partit Nazzjonalista u jiktbu x’jiktbu ċerti artikolisti dak hu fatt li ma jinnegah ħadd. Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi qablu wegħduhom iżda m’attwawhomx. Bħalma m’attwawx il-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Liġi li tirregola l-mod kif il-partiti politiċi jdaħħlu l-flus u d-donazzjonijiet tagħhom bil-għan li tinħoloq iktar trasparenza. Illum inqatgħet id-diskussjoni dwar għandux ikollna din il-liġi għax il-liġi saret parti mis-sistema legali ta’ pajjiżna daqslikieku kienet ilha hemm min dejjem. Ħafna diġà nsew kemm il-kundanna internazzjonali kellna fis-snin l-imgħoddija. Iżda, minn hawn insost-
nu li tajjeb niftakru. Bħalma tajjeb niftakru li kien dan il-Gvern ukoll li daħħal il-liġi tal-whistleblower. Biex din l-aħħar mossa mill-Gvern b’rabta mal-ħatriet pubbliċi hija l-aħħar inizjattiva minn sensiela. Hemm fejn titjieb? Jista’ jkun hemm diversi modi kif wieħed jaħseb li jista’ jtejjibha. Iżda, hi pass ’il quddiem. M’hemmx dubju. Dan hu pass ta’ ġgant ’il quddiem li aħna nfaħħruh bħala pass ieħor minn sensiela lejn politika iktar trasparenti. Fuq kollox, meta wieħed jiġbor dawn il-liġijiet kollha flimkien jinnota kif Malta qed tħejji l-qafas legali tagħha f ’dik li hi governanza għall-ġenerazzjoni li jmiss. Amministrazzjonijiet oħra kienu komdi jżommu l-poter f ’idejhom u għalhekk qatt ma ċaqalqu xejn. Kien dan il-Gvern li kellu s-saħħa li jieħu forsi waħda mill-iktar deċiżjonijiet politiċi ibsin minn dawk li wieħed jista’ jieħu fil-poter. Id-deċiżjoni li wieħed jerħi minn dak il-poter u jaqsmu ma’ ħaddieħor. Deċiżjoni li tagħmilna pajjiż iktar modern u Ewropew.