KullĦadd_02.02.2020

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd 2 ta’ Frar, 2020

Ħarġa Nru 1,386 Prezz €1

INVESTIMENT, OTTIMIŻMU U RATING A

Fil-Portugall, il-Prim Ministru Malti Robert Abela ħa sehem f’summit ta’ Mexxejja Ewropej magħrufa bħala l-Friends of Cohesion. Dawn il-mexxejja ġejjin minn 17–il pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea jemmnu li l-fondi ta’ koeżjoni m’għandhomx jitnaqqsu. Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi bidliet sostanzjali għall-baġit tal-Unjoni Ewropea fost oħrajn it-tnaqqis ta’ fondi li jgawdu minnhom pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Fir-ritratt il-Prim Ministru jidher mal-Prim Ministru Portugiż Antoni Costa li kien qed jospita lill-Mexxejja Ewropej. Il-Prim Ministru Malti kien akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.

Fl-aħħar sigħat kien inawgurat investiment ieħor fis-settur tal-innovazzjoni, b’kumpanija li toħloq il-logħob diġitali issa mistennija ttella’ l-impjegati magħha għal 150 persuna. Din l-inawgurazzjoni saret ftit wara li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu DBRS tat rating A High lil Malta biex ikkonfermat il-qagħda b’saħħitha ta’ pajjiżna f’dan il-mument. Sitwazzjoni li jħossuha wkoll il-Maltin u l-Għawdxin bil-Kummissjoni Ewropea tgħid li fl-aħħar jiem kien hemm żieda ta’ 10% fil-kunfidenza ekonomika fost il-konsumaturi u n-negozji ta’ pajjiżna. Din kienet l-ogħla żieda fl-ottimiżmu li ġiet osservata madwar il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Ara paġni 4,5 u 9

Ara paġna 28

INĊERTEZZA U TILWIM BIL-PROPOSTI TA’ LOUIS GALEA

TITLEF IL-KUSTODJA TAT-TFAL WARA LI TAT MASSAĠĠI BL-EXTRAS FIS-SALOTT TAD-DAR Ara paġna 7

Ara paġna 5

FTIT GĦEXIEREN MINN MIJIET IĠIBUHA ŻEWĠ FIR-REVISION OF PAPER


02

02.02.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 16°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja testendi mill-Marokk sal-Eġittu. It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab Ir-Riħ: Moderat mill-Punent Majjistru lokalment moderat għal ftit qawwi Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570 It-Tnejn

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tlieta

L-Erbgħa

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Indirizz Postali KullĦadd

17°C

kullhadd.com

13°C

Il-Ħamis

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

UV 3

13°C

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

UV 4

18°C

UV 3

12°C

15°C

Il-Ġimgħa

6°C

14°C

UV 4

UV 3

9°C

Is-Sibt

9°C

14°C

UV 4

9°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 21411438 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant’Anna, Marsaskala – 21637994 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Għawdex

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem – 27203615

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

02.02.2020

kullhadd.com

NGO ĠDIDA BIEX TAĦDEM MAL-PAZJENTI BIL-KANĊER

Ilbieraħ tħabbar uffiċjalment li n-National Cancer Platform ġiet irreġistrata bħala organizzazzjoni volontarja mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Volontarjat. In-National Cancer Platform tiġbor flimkien 12–il għaqda mhux governattiva li jaħdmu fil-qasam tal-kanċer f ’Malta. L-għan hu li dawn l-organizzazzjonijiet jaħdmu flimkien biex jagħtu servizz iktar ħolistiku, koordinat u sostenibbli lill-pazjenti tal-kanċer u lill-familji tagħhom u fl-istess waqt iżommu

l-awtonomija tagħhom F’konferenza tal-aħbarjiet, iċ-Chairperson tan-National Cancer Platform Prof. Ray Galea qal li għalkemm din il-pjattaforma twaqqfet fl-2015, kienet irreġistrata uffiċjalment bħala għaqda mhux governattiva f ’Diċembru li għadda. Żied jgħid li b’hekk se jinfetħu opportunitajiet ġodda għan-National Cancer Platform li jawgura tajjeb għall-futur ta’ din l-entità. Min-naħa tiegħu, il-President George Vella wera sodisfazzjon

għall-fatt li n-National Cancer Platform saret organizzazzjoni volontarja għax b’hekk qal li din se tkun tista’ ssaħħaħ ix-xogħol siewi li twettaq fis-settur talkanċer. Il-President Vella qal li l-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) hi waħda mill-entitajiet li jifformaw parti minn din il-pjattaforma li għandha skop soċjali biex tgħin lil min jitlob l-għajnuna. Sadanittant, matul il-ġurnata, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-

Kanċer, ittellgħet il-konferenza “Cancer: Know the Facts” min-National Cancer Platform. Il-Prof. Galea qal li l-għan ta’ din il-konferenza kien li tiżdied kuxjenza dwar is-servizzi mogħtija f ’dan is-settur u fl-istess waqt jiġu identifikati s-servizzi li għadhom mhux disponibbli għall-pazjenti tal-kanċer. Wera x-xewqa li l-għaqdiet kollha flimkien jaħdmu biex itejbu s-servizzi li qed jingħataw il-pazjenti u l-qraba tagħhom fl-iktar żmien li jkunu jeħtieġu l-kura u

l-għajnuna b’rabta mal-kanċer. Fid-diskors tiegħu, il-President Vella saħaq dwar l-importanza tal-prevenzjoni u l-kuxjenza li qed issir biex wieħed jinduna bis-sintomi tal-kanċer minn stadju bikri. Qal li ħafna ċentri qed jinvestu l-miljuni f ’riċerka dwar il-kanċer, tant li hawn bosta mediċini għall-kura. Temm jgħid li l-MCCFF qed tkun ta’ sostenn lil kull pazjent li jkun jeħtieġ l-għajnuna għall-kura tal-kanċer f ’Malta u barra minn xtutna.

JITLEF ĦAJTU WARA ĦABTA B’MUTUR

Mellieħi ta’ 46 sena tilef ħajtu traġikament isSibt waranofsinhar wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq fuq il-pont tal-Mistra, fix-Xemxija. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin għoxrin ta’ waranofsinhar fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun meta għal xi raġuni l-mutur tal-għamla KTM misjuq mill-vittma ħabat f ’karozza tal-għamla Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 49 sena mil-Litwanja u li toqgħod San Pawl il-

Baħar. L-ewwel ma waslu fuq il-post sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna kienu membri tal-Protezzjoni Ċivili mill-istazzjon tax-Xemxija li kienu stazzjonati 100 metru ’l bogħod minn fejn seħħ l-inċident. Ftit tal-mumenti wara wasal ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ċċertifika lill-Mellieħi mejjet fuq il-post. Il-mara ngħatat assistenza medika wkoll u

ttieħdet l-Isptar Mater Dei minħabba li kienet qiegħda ssofri minn qatgħa kbira. Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri li ħatar diversi esperti forensiċi u tat-traffiku sabiex jgħinuh fl-investigazzjoni. Kawża tal-inċident it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku għal diversi sigħat. L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.


04

02.02.2020

kullhadd.com

ID-DBRS IBASSRU AKTAR TKABBIR U SURPLUS GĦAL PAJJIŻNA L-aġenzija DBRS (Dominion Bond Rating Serviċe) Morningstar ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna bħala A (high) b’outlook stabbli. Dan hu l-aħjar rating li qatt ingħata lil pajjiżna minn din l-aġenzija. Filwaqt li l-Oppożizzjoni tgħid li pajjiżna qed jgħix reċessjoni ekonomika “made in Malta”, l-esperti barranin jgħidu li “despite a weaker external backdrop and the recent political turbulence, DBRS Morningstar expects Malta to continue to grow at a solid pace and continue to post fiscal surpluses in coming years.” L-esperti tad-DBRS jirrimarkaw li “Malta’s economic performance has been extremely strong between 2013 and 2019” u nnutaw li l-ekonomija saret ħafna aktar diversifikata. Ir-rapport filwaqt li jsostni li t-tkabbir f ’pajjiżna qed ikompli jkun aħjar minn dak fil-bqija talUE, iqabbel ukoll il-fatt li t-tkabbir kien “7% annual average

GDP growth from 2013 to 2019, well above the 2.1% average rate between 2004 and 2012.” Li jfisser li mill-bidla tal-Gvern ’l hawn it-tkabbir kien aktar minn tliet darbiet il-medja taħt iż-żewġ amministrazzjonijiet preċedenti. Waqt li l-Oppożizzjoni għaddejja b’propaganda negattiva fuq il-futur ekonomiku ta’ pajjiżna, l-esperti barranin jgħidu li “higher investment, a larger labour supply, and enduring benefits from energy reform will continue to support potential output.” Frott ta’ dan it-tkabbir ekonomiku, kif ukoll ta’ prudenza fit-tmexxija tal-fondi pubbliċi, id-DBRS Morningstar tbassar li “the public debt ratio is expected to continue falling in coming years.” Tant li saħansitra jbassru li l-piż tad-dejn nazzjonali ser isir “one of the lowest in the EU”. B’riżultat ta’ hekk pajjiżna ser ikun

Li jfisser li mill-bidla tal-Gvern ’l hawn it-tkabbir kien aktar minn tliet darbiet il-medja taħt iż-żewġ amministrazzjonijiet preċedenti. Waqt li l-Oppożizzjoni għaddejja b’propaganda negattiva fuq il-futur ekonomiku ta’ pajjiżna

f ’pożizzjoni tajba ħalli jaffaċċja l-isfidi tal-futur. Filwaqt li xi wħud isostnu li r-reputazzjoni internazzjonali ta’ pajjiżna u l-istituzzjonijiet hija baxxa ħafna, l-esperti tad-DBRS Morningstar jgħidu li “Malta’s public institutions are broadly sound” u li “looking at the World Bank’s governance indicators, Malta compares favourably with the EU average scores”. L-esperti barranin innutaw li l-Prim Ministru l-ġdid “has pledged policy continuity and further steps to strengthen governance in the country.” Fil-fatt filwaqt li xi wħud ippruvaw jikkritikaw il-kunċett ta’ kontinwità, id-DBRS Morningstar isostnu li “a stable policy environment is credit positive.” Li jfisser li filwaqt li hemm bżonn tkompli tissaħħaħ il-governanza, l-investituri barranin jistennew “a broad continuation of macroeconomic policies.”


05

02.02.2020

kullhadd.com

NARC GAME STUDIOS F’MALTA B’150 ĦADDIEM • INVESTIET €1.4 MILJUN F’SENTEJN Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri u s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo inawguraw l-uffiċini ewlenin ta’ NARC game studios. NARC hija kumpanija ta’ game studio li twaqqfet fl-1 ta’ Frar 2016 minn professjonisti ta’ logħob b’esperjenza fil-qasam. Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri qal li l-esplorazzjoni u s-sostenn ta’ niċċa ekonomika ġdida u dinamika hija esperjenza li qed tkun antiċipata b’entużjażmu. “Kburi li nifforma parti minn Gvern, li huwa wieħed minn fost il-ftit fid-dinja sal-lum il-ġurnata li jappoġġja l-industrija ta’ logħob diġitali fuq livell ta’ gvern. Il-messaġġ tagħna qed jasal sew speċjalment fost kumpaniji bħal tagħkom li kontinwament qed jagħżlu lil Malta għall-uffiċċji ewlenin tagħhom. Il-familja tal-logħob diġitali f ’Malta se tkompli tikber u biex nilħqu dan l-għan kommessi li nagħtu l-għodod neċessarji sabiex tkomplu tikbru fl-ekosistema vibranti tagħna,” qal il-Ministru Schembri. Il-Ministru Silvio Schem-

bri rringrazzja wkoll lill-Malta Enterprise li kienet strumentali biex NARC tkun gwidata bl-aħjar mod għall-inċentivi ta’ Start-up li huma wkoll immirati lejn l-industrija ta’ logħob diġitali kif ukoll lil Gaming Malta li għenet lil NARC tasal fejn qiegħda llum. ‘Ma nistax ma nfaħħarx ilħsieb futur u l-pjanijiet li se jwasslu biex l-ammont ta’ ħaddiema jitla’ għal 150 fi żmien 3 snin, l-investiment li sar fl-ekonomija tagħna tul dawn

l-aħħar sentejn li jlaħħaq il€1.4 miljun u iktar minn hekk il-fiduċja tagħkom f ’Malta,” qal il-Ministru Schembri. Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo qal li dan il-Gvern huwa kommess li jkompli jiżviluppa dan il-qasam b’mod ħolistiku ma’ msieħba ewlenin bħal NARC, isostni l-inizjattivi eżistenti f ’dan is-settur u li l-Gvern jipprovdi spazju inkubatur. “Huwa l-impenn

ta’ dan il-Gvern li tiżdied il-parteċipazzjoni anke f ’avvenimenti organizzati sabiex nespandu aktar l-ekosistema tal-iżvilupp ta’ logħob diġitali. Dan se jsir permezz ta’ sforzi edukattivi anke fejn għandu x’jaqsam il-kurrikulu skolastiku marbut ma’ logħob diġitali sabiex nassiguraw tkabbir sostenibbli tal-industrija,” qal is-Segretarju Parlamentari Bartolo. Il-Kap Eżekuttiv u l-Fundatur ta’ NARC spjega li NARC

hija start-up magħmula minn grupp veterani, b’esperjenza estensiva kif ukoll bi stejjer ta’ suċċess fi ħdan l-industrija. “Qegħdin hawn sabiex nibnu magna, nimxu ’l quddiem u nbiddlu. Malta wriet li hija l-bażi ideali għal din il-ħidma. Malta toffri għadd ta’ kwalitajiet ideali għall-kumpaniji ta’ logħob diġitali fuq l-internet, kif ukoll infrastruttura teknika li hija moderna u robusta, qafas regolatorju liberali, akkomodazzjoni affordabbli u prezz baxx għall-ħajja kif ukoll sistema ta’ tassazzjoni ġusta. Fattur importanti għalfejn għażilna lil Malta kien il-mod kif ġejna milqugħa mill-Gvern Malti, mill-ewwel passi tal-missjoni tagħna sal-lum il-ġurnata ngħatajna pariri u assistenza imprezzabbli speċjalment minn Malta Enterprise u Gaming Malta. L-industrija tal-logħob minna nnifisha laqgħatna wkoll u hawn ma sibniex kompetituri f ’Malta, ħbieb biss u alleati. Grati għal dan u ġejna hawn biex nibqgħu,” qal Beck. Bħalissa NARC qed tiżviluppa logħba diġitali online li se toffri li min qed jilgħab ikun parti sew mil-logħba u dan l-aspett se jiġġenera dħul għal deċennji.

IR-REVISION OF PAPER TIRRIŻENJA L-KUMMISSARJU MA TANTX BIDLET MARKI GĦALL-VJOLENZA DOMESTIKA • MIJIET TALBUHA, FTIT ĠABUHA ŻEWĠ Is-sena li għaddiet kien hemm 1,726 każ fejn intalbet reviżjoni tal-karta fl-eżamijiet tas-SEC jew il-MATSEC. Iżda, kienu ftit dawk li finalment ġabuha żewġ u raw it-talba tagħhom biex tiċċaqlaq il-marka milqugħa. Fil-fatt, minn dawn kollha kienu biss 48 li raw il-marka tagħhom titjieb. Dan it-tagħrif jirriżulta mir-rapport tal-bord tal-MATSEC ippubblikat fl-aħħar jiem. 763 talbu reviżjoni fis-sessjoni oriġinali, u 59 wara resits ta’ Settembru. Fl-ewwel każ kien hemm 21 li raw it-talba tagħhom tintlaqa’ u fit-tieni każ wieħed biss. Il-Malti u l-Matematika kienu l-iktar każi fejn saru talbiet għar-reviżjoni tal-karta. Għalkemm fil-każ tal-Malti ma kien hemm ħadd li kellu l-marka mtejba u fil-każ tal-Matematika wieħed biss. F’livell avvanzat kien hemm 494 talba għal reviżjoni tal-karta wara li kienu ppubblikati r-riżultati tas-sessjoni ta’ Mejju u

f ’ħames okkażjonijiet it-talba ntlaqgħet. Fil-każ tas-sessjoni ta’ Settembru, magħrufa bħala r-resit, kien hemm talba waħda li ntlaqgħet. F’livell intermedju saru 343 talba fuq ir-riżultati ta’ Mejju u 236 wara r-riżultati ta’ Settembru. F’kull każ intlaqgħu 10 talbiet. Ir-rapport tal-Bord tal-MATSEC jinnota wkoll kif is-sistema tal-eżamijiet f ’pajjiżna f ’dan il-livell qed tibqa’ tiġbed l-interess ta’ għadd ta’ studenti f ’livell terzjarju li jagħżluha għat-teżijiet tagħhom. Dan b’mod partikolari minn studenti tal-edukazzjoni.

Is-Sinjura Simone Azzopardi se tkun qed tħalli l-kariga ta’ Kummissarju għall-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika minħabba raġunijiet personali. Azzopardi se tkompli sservi f ’din il-kariga sakemm jinħatar kummissarju ġdid u se tkun qed toffri l-għajnuna kollha tagħha fil-perjodu ta’ tranżizzjoni. Ħabbar dan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza. Tul is-17–il xahar li għamlet isservi f ’din il-Kummissjoni, is-Sa Azzopardi kienet kommessa li taħdem qatigħ biex titqajjem aktar kuxjenza dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika, u biex jitnaqqsu l-abbużi relatati. Ħadmet fil-qrib tal-vittmi kif ukoll ressqet il-Kummissjoni aktar qrib l-organizzazzjonijiet volontarji li jaħdmu fis-settur. Il-Ministeru qal li hu impenjat li jkompli jsaħħaħ ix-xogħol li wettqet Simone Azzopardi, b’Kummissjoni li ma tiqafx biss mal-liġijiet. Il-Gvern hu

impenjat li jkompli jwettaq it-trasformazzjoni soċjali meħtieġa biex tkun eliminata din il-pjaga soċjali. Din il-Kummissjoni kompliet titjieb permezz tar-riżorsi meħtieġa biex tkun aktar effettiva fil-ħidma tagħha u żdiedet l-allokazzjoni finanzjarja f ’dan is-settur bi kważi 75%. B’hekk, matul din is-sena, il-Kummissjoni se tkompli bl-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika skont il-Konvenzjoni ta’ Istanbul, u permezz ta’ taħriġ għall-professjonisti kollha li jaħdmu mal-vittmi.


06

02.02.2020

kullhadd.com

TNEJN MINN KULL TLIET ĦWIENET ONLINE JIKSRU R-REGOLI Tnejn minn kull tliet ħwienet online mhux qegħdin skont ir-regoli u d-drittijiet tal-konsumatur tal-Unjoni Ewropea. Dan joħroġ minn stħarriġ li sar minn awtoritajiet tal-konsumatur madwar 27 pajjiż u li sar taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Ir-rapport tal-istħarriġ li sar madwar l-Ewropa kollha ma’ 500 sit virtwali, kien ippubblikat f ’dawn il-jiem. Is-siti mistħarrġa jvarjaw minn dawk li jbigħu ħwejjeġ u żraben, għamara, affarijiet tad-dar u wkoll prodotti jaħdmu bl-elettriku. Il-Kummissarju għall-Ġustizzja tal-Unjoni, Didier Reynders

qal li r-riżultat ta’ dan l-istħarriġ mhux aċċettabbli, għaliex fis-siti mistħarrġa jidher ċar li l-konsumatur mhux qed jiġi infurmat kif suppost dwar id-drittijiet tiegħu f ’dawk li huma kunsinni tal-affarijiet mixtrija. Id-dritt tal-konsumatur, fosthom dak li jirritorna l-oġġetti mixtrija fi żmien 14–il ġurnata jkabbar il-fiduċja tal-konsumtur f ’dawn ilħwienet virtwali, u għalhekk kitba bħal din fis-sit m’għandhiex tkun moħbija u miktuba b’ittri żgħar li faċilment tista’ ma tinqarax. Id-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur

tiżgura li filwaqt li persuna tixtri oġġett online, dan il-konsumatur għandu dritt li jkollu informazzjoni preċiża, korretta u li tinftiehem b’mod ċar dwar kull aspett tax-xirja. Dawn jinkludu l-arranġamenti biex l-oġġett mixtri jasal fiddar tal-konsumatur, il-garanzija legali f ’każ li l-oġġett ikun difettuż u wkoll id-dritt li konsumatur joħroġ mill-kuntratt tax-xirja. Nuqqasijiet oħra misjuba kienu: li l-prezz marbut mal-oġġett ma kienx dak finali, għax ma jinkludix dettalji ta’ aktar ħlas, fosthom tal-posta u wkoll ħlas għall-kunsinna jew tal-anqas kitba li turi l-possibbiltà ta’ dan il-ħlas. Nuqqas importanti li nstab kien dak li s-siti li mhumiex konformi mar-regoli jonqsu milli jinfurmaw lill-konsumatur dwar il-garanzija legali minima ta’ sentejn biex dak li jkun ikun jista’ jsewwi oġġett difettuż, jew jinbdillu l-oġġett jew jingħata l-flus lura – dejjem jekk l-oġġett jinstab li kien difettuż kif wasal għand ix-xerrej. Ma’ dawn hemm ukoll oħrajn. Nuqqas ieħor li nstab huwa li dawn is-siti ma kinux konformi mar-regoli għaliex ma jipprovdux pjattaforma li hija aċċessibbli b’mod faċli u li permezz tagħha l-konsumatur ikun jista’ jara l-possibiltajiet tiegħu f ’każ li jkollu tilwima dwar l-oġġett mixtri. Wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-rapport l-awtoritajiet fil-pajjiżi konċernati għandhom jinvestigaw aktar dwar in-nuqqasijiet misjuba u s-sidien tas-siti jkunu mitluba biex jagħmlu l-emendi meħtieġa biex jiġu konformi ma’ dak li tgħid l-Unjoni Ewropea.

Id-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur tiżgura li filwaqt li persuna tixtri oġġett online, dan il-konsumatur għandu dritt li jkollu informazzjoni preċiża, korretta u li tinftiehem b’mod ċar dwar kull aspett tax-xirja


07

02.02.2020

kullhadd.com

BIT-TFAL ID-DAR BIEX TARAHOM U TAGĦTI MESSAĠĠI BL-EXTRAS • OMM TITLEF L-AĊĊESS GĦAL ULIEDHA, SAKEMM MA JKUNUX IRIDU JARAWHA HUMA Sentenza tal-Qorti tal-Familja fuq aċċess għall-ulied kixfet każ fejn omm kienet tagħti servizz ta’ messaġġi bl-extras fid-dar waqt li jkollha lil uliedha għall-aċċess. Dawn id-dettalji ħarġu minn kawża li matulha ntalab li jinbidel l-aċċess għat-tfal, kif fil-fatt sar blomm tilfet għalkollox id-dritt li tara lil uliedha f ’każ li mhux daqstant komuni fil-qrati Maltin. Tul ix-xhieda r-raġel iddeskriva lillmara bħala waħda kapriċċuża u li saħansitra kellha relazzjonijiet ma’ rġiel oħra, anke jekk hu kien ħafrilha meta qabadha l-ewwel darba. Żied jgħid li hi kienet diżorganizzata, tħobb il-ħbieb u tonfoq il-flus li jkollha iżda hu xorta kien jara kif jikkuntentaha u kompliet tistudja u kompliet korsijiet biex taħdem fejn tixtieq. Eventwalment ir-relazzjoni spiċċat u l-kwistjonijiet li bdew iqumu kienu lkoll marbuta mal-kura tat-tfal fejn saħansitra kienu ntbagħtu wkoll l-iskola bil-ġidri r-riħ. Iżda, l-problema kibret. Din il-mara bdiet tagħmel is-servizzi ta’ massage fid-dar tagħha meta kien

Minkejja dan, mill-provi prodotti, ma jirriżultax li sar wisq progress f’dan ir-rigward, tant li t-tfal ma kinux ikunu qed jistennew dawn il-laqgħat mal-omm

hemm it-tfal preżenti. Ir-raġel bagħat ħabib tiegħu għandha bħala kompliċi, u dan kien talabha s-servizzi, u kienet laqgħatu fuq il-couch fil-living room meta kien ikun hemm it-tfal preżenti, u dan il-ħabib kien irrekordja x’qalet. Filfatt, huwa qal li l-kliem kollu sesswali li kienet qalet dakinhar jinsab fid-DVD esebit il-Qorti. Hi ċaħdet li ddaħħal l-irġiel id-dar meta jkun hemm it-tfal u saħansitra żiedet li wliedha kienu mġiegħla jgħidu hekk minn missierhom. Però, xehdu wkoll persuni oħra bl-istess mod. Raġel li xehed qal li ftakar li meta mar għandha għall-appuntament u wasal, ra diżorganizzazzjoni u ħmieġ fid-dar, qaltlu biex jinża’ kollox u bdiet tagħtih ħafna informazzjoni dwar il-klijenti rġiel li kellha minn meta kellha l-ħanut. Kompla jispjega li hija semmietlu di-

versi esperjenzi u li l-irġiel li kienu klijenti tagħha. Spjega li din kienet esperjenza li ma għoġbitu xejn, fejn induna li din mhix mara normali u li għall-flus tagħmel kollox, sussegwentement kien għadda l-mobile bir-recording lilleks raġel tagħha. Saħansitra l-Qorti emmnet il-verżjonijiet tar-raġel u nnotat kif “juru biċ-ċar li kienet iddaħħal l-irġiel għall-massage bl-extras, fir-residenza fejn hija kienet toqgħod flimkien mat-tfal.” Il-missier ta’ dawn iż-żewġ ulied ta sensiela ta’ eżempji oħra għaliex it-tfal bdew ma jkunux iridu jmorru l-aċċess. Xi ħaġa li kkonfermawha anke s-social workers tal-Appoġġ. Fis-sentenza tal-Qorti kien innotat kif meta l-aċċess baqa’ jseħħ b’superviżjoni mill-Aġenzija Appoġġ, ix-xhieda kollha kkonfermaw li l-omm kienet tmur tard jew titlaq

kmieni u waqt l-aċċess b’superviżjoni kienet tkun fuq il-mobile, tant li kienu ġibdulha l-attenzjoni biex taġixxi aktar ta’ ġenitur responsabbli fil-konfront talulied. “Minkejja dan, mill- provi prodotti, ma jirriżultax li sar wisq progress f ’dan ir-rigward, tant li t-tfal ma kinux ikunu qed jistennew dawn il-laqgħat mal-omm, anzi kienu jkunu frustrati u saħansitra beżgħana minħabba dak li kienu għaddew minnu konsegwenza tal-aġir tal-omm,” qalet il-Qorti f ’sentenza ta’ 20 paġna li semgħet lil diversi esperti. Dan wassal biex il-kura u l-kustodja jmorru esklussivament f ’idejn il-missier u dan għax, fi kliem il-Qorti, għandhom jirbħu l-interessi tat-tfal. L-omm kienet projbita li tmur f ’kull post fejn ikun hemm it-tfal sakemm ma turix xewqa mod ieħor u l-Qorti tat ukoll ordni sabiex tħallas il-manteniment għal uliedha li huwa ta’ €500 fix-xahar.


08

02.02.2020

kullhadd.com

IL-KE TRID 5G B’SAĦĦTU IŻDA SIGUR L-introduzzjoni tan-netwerk 5G qajmet diskussjoni globali. Fost diskussjonijiet hemm dawk dwar ir-riskju għas-saħħa ta’ din il-ġenerazzjoni ġdida ta’ netwerks mobbli, imma wkoll dwar is-sigurtà

tagħha. Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport dwar il-5G. F’dan ir-rapport hemm qbil mill-Istati Membri biex jaħdmu ħalli jindirizzaw ir-riskji marbuta mal-introduzzjoni

tal-5G, permezz ta’ diversi miżuri. Rapport li ħareġ wara li f ’Marzu tas-sena li għaddiet kien hemm ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex ikunu identifikati r-riskji u d-dgħufijiet fil-livell nazzjonali li

tista’ toffri din il-ġenerazzjoni ġdida ta’ netwerk. L-Istati Membri qed jimpenjaw ruħhom li jimxu ’l quddiem flimkien abbażi ta’ valutazzjoni oġġettiva tar-riskji identifikati u

miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati. Il-Kummissjoni qed tniedi azzjonijiet rilevanti fil-kompetenzi tagħha u qed tappella biex sat-30 ta’ April 2020 jiddaħħlu fis-seħħ miżuri essenzjali. Għalkemm dawk li jipprovdu s-servizz li huma l-aktar responsabbli għall-introduzzjoni sigura tal-5G, u l-Istati Membri huma responsabbli għas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà tan-netwerk 5G hija kwistjoni ta’ importanza strateġika għas-suq kollu u għas-sovranità teknoloġika tal-Unjoni Ewropea. Il-5G se taqdi rwol importanti fl-iżvilupp futur tal-ekonomija diġitali u tas-soċjetà tal-Ewropa. Se tkun xprun essenzjali għasservizzi diġitali tal-futur fl-oqsma ewlenin tal-ħajja taċ-ċittadini, u bażi importanti għat-trasformazzjonijiet diġitali u ekoloġiċi. Iċ-ċibersigurtà tal-5G hija kruċjali biex tiġi żgurata l-awtonomija strateġika tal-Unjoni. Dan kollu jikkonċerna biljuni ta’ oġġetti u sistemi konnessi, inkluż f ’setturi kritiċi bħall-enerġija, it-trasport, is-settur bankarju u s-saħħa, kif ukoll sistemi ta’ kontroll industrijali li jżommu informazzjoni sensittiva u jappoġġjaw is-sistemi tas-sikurezza. Fl-istess ħin, in-netwerks 5G huma aktar soġġetti għall-attakki ċibernetiċi għax għandhom arkitettura anqas ċentralizzata u qawwa komputazzjonali intelliġenti fit-truf tagħhom, u għax jeħtieġu aktar antennas u jiddependu iżjed fuq is-software. It-theddid għaċ-ċibersigurtà qiegħed kulma jmur jiżdied u jsir ferm aktar sofistikat. Ħafna mis-servizzi kritiċi se jkunu jiddependu mill-5G u għalhekk hija ta’ importanza strateġika kbira għall-UE kollha li tiġi żgurata s-sigurtà tan-netwerks. Il-Kummissjoni qed tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni sat-30 ta’ April 2020 fejn tidħol l-implimentazzjoni tas-sett ta’ miżuri rakkomandati, u biex sat-30 ta’ Ġunju 2020 jippreparaw rapport konġunt dwar l-implimentazzjoni f ’kull Stat Membru. L-Ewropa hija waħda mill-aktar reġjuni avvanzati fid-dinja fejn tidħol it-tnedija kummerċjali tasservizzi tal-5G, b’investiment ta’ €1 biljun li jinkludu finanzjament tal-UE ta’ €300 miljun. Sal-aħħar ta’ din is-sena, l-ewwel servizzi tal-5G huma mistennija jkunu disponibbli f ’138 belt Ewropea. Fl-2025, il-5G huwa stmat li se jiġġenera €225 biljun fi dħul finanzjarju madwar id-dinja.


09

02.02.2020

kullhadd.com

IS-SENTIMENT EKONOMIKU TJIEB B’10% Stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea jindika li l-indiċi tal-kunfidenza ekonomika f ’Jannar tela’ għal-livell ta’ 100. L-istħarriġ li jsir fuq kampjun ta’ 1,500 kumpanija u 1,000 familja fl-ewwel nofs tax-xahar, juri li b’hekk is-sentiment ta’ kunfidenza ekonomika fost il-familji u n-negozji f ’pajjiżna reġa’ għal-livell medju osservat minn mindu beda jsir dan l-istħarriġ mill-Kummissjoni Ewropea fl-2002. Il-livell ta’ ottimiżmu osservat f ’Jannar kien kważi 10% aħjar minn dak osservat fix-xahar ta’ qabel. Kumparat mal-istess xahar fl-2013, jiġifieri ftit qabel il-bidla fil-Gvern, l-ottimiżmu f ’pajjiżna huwa 7% ogħla. It-titjib fl-ottimiżmu seħħ l-aktar minħabba bidla fis-sentiment fis-settur tas-servizzi u tal-bejgħ mill-ħwienet kumparat max-xahar ta’ Diċembru. Fil-fatt, operaturi fil-qasam tas-servizzi li f ’Diċembru kienu bassru tnaqqis fl-operat, issa rrapportaw fil-maġġoranza tagħhom kellhom żieda fil-bejgħ u li qed jistennew bejgħ ferm ogħla. Tant li madwar maġġoranza ta’ 7% ta’ dawn il-kumpaniji sostnew li ser iżidu l-impjiegi fix-xhur li ġejjin, minkejja li diġà żiduhom fix-xhur passati. Anke fejn jidħlu n-negozji fil-qasam tar-retail, l-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea jindika li hemm mill-ġdid il-kunfidenza. Il-maġġoranza tal-operaturi qalu li kellhom attività tajba

matul Jannar u sostnew li saħansitra għandhom ordnijiet aħjar għax-xhur li ġejjin. B’riżultat ta’ hekk, maġġoranza ta’ 25% ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ qalu li ser iżidu l-impjiegi. Fejn jidħlu l-kumpaniji tal-kostruzzjoni dan baqa’ pożittiv u ferm ogħla mill-medja minn mindu beda jsir l-istħarriġ. Maġġoranza ta’ 10% tal-operaturi rrapportaw li għandhom livell tajjeb ta’ ordnijiet u li ser iżidu l-impjiegi. Fil-fatt, in-negozji tal-kostruzzjoni irrapportaw lill-Kummissjoni Ewropea li għandhom xogħol b’lura għal

seba’ xhur. Fl-industrija kompla t-titjib fis-sentiment minkejja s-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali xejn feliċi. F’Jannar maġġoranza ta’ 38% tal-kumpaniji raw żieda fil-produzzjoni u 36% qed ibassru żieda oħra fil-produzzjoni fix-xhur li jmiss. Dan mistenni jwassal għal żieda fl-impjiegi. Il-fabbriki bħala medja qalu li għandhom ordnijiet għal sena sħiħa ta’ produzzjoni. Il-familji f ’pajjiżna baqgħu fost il-ftit fl-Ewropa li jgħidu li l-qagħda finanzjarja tagħhom ser titjieb. Il-kunfidenza ekonomi-

Anke fejn jidħlu n-negozji fil-qasam tar-retail, l-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea jindika li hemm mill-ġdid il-kunfidenza ka fost il-familji f ’Jannar kienet it-tieni l-ogħla qatt osservata għal dan ix-xahar (l-ogħla kienet f ’Jannar 2018). Maġġoranza ta’ 18% jħossu li l-ekonomija se tkompli tikber u qed jistennew li l-qgħad ser ikompli jonqos. Maġġoranza doppju ta’ hekk qalu li bħalissa qegħdin f ’pożizzjoni li jagħmlu akkwisti relattivament kbar, grazzi għall-qagħda finanzjarja tajba tagħhom.

Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea jindikaw li s-sentiment ekonomiku f ’pajjiżna reġa’ lura għan-normal. It-titjib li seħħ kien mifrux mas-setturi kollha u huwa ċar li n-negozji f ’pajjiżna ser ikomplu jikbru u jżidu l-impjiegi. Il-Gvern fix-xhur li ġejjin ser ikompli jsostni dan l-iżvilupp u joħloq aktar ġid għall-familji ta’ pajjiżna.


10

02.02.2020

kullhadd.com

PRESSJONI KBIRA FIL-BAĦAR MEDITERRAN Il-migrazzjoni mhix xi fenomenu ġdid. Għal sekli sħaħ kien hemm moviment ta’ mases ta’ nies li ċċaqilqu minn post għall-ieħor b’mira ta’ għajxien u ħajja aħjar. Madanakollu, f’dawn l-aħħar snin, is-suġġett tal-migrazzjoni iddomina diskussjonijiet madwar id-dinja u wkoll sar suġġett politiċizzat sew. Mhux l-anqas fil-Baħar Mediterran, li aħna nagħmlu parti minnu u wkoll qed inħossu l-effett tal-migrazzjoni. Hemm diversi fatturi li f’dawn l-aħħar snin kabbru sew ir-rata ta’ migrazzjoni. L-instabilità ekonomika, l-instabilità politika, il-kunflitti u l-gwerer huma r-raġunijiet prinċipali għal din il-massa ta’ nies li qed tiċċaqlaq minn pajjiż għall-ieħor. Naraw li kemm is-Sirja kif ukoll il-Yemen ilhom għaddejjin b’taqlib ċivili għal snin twal, u dawn kienu ta’ kontribut sew. Qed naraw numri kbar ta’ immigranti jidħlu fl-Ewropa, b’diskussjonijiet fl-għola livelli tal-istituzzjonijiet Ewropej jittrattaw dan is-suġġett. Bħala pajjiż f’nofs il-Mediterran, jinteressawna t-tendenzi tal-migrazzjoni globali, imma bil-wisq aktar il-migrazzjoni fil-baħar tagħna.

IN-NUMRI Qabel ngħaddu għal xi statistika ppubblikata, tajjeb li ngħidu li mhux l-istatistika kollha tal-aġenziji taqbel, ikun hemm differenza żgħira minħabba l-mod kif tinġabar u kemm–il darba tiġi aġġornata. Għal finijiet ta’ statistika ħarisna lejn dik ippubblikata mill-Aġenzija għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda (UNHCR). L-aħħar statistika ppubblikata sas-27 ta’ Jannar għall-Mediterran turi li daħlu 6,842 immigrant bħala total, 5,690 immigrant bilbaħar (Italja, Greċja, Ċipru, Spanja u Malta) u 1,152 bl-art (Greċja u Spanja). Kien hemm tnaqqis ta’ mwiet f ’dan il-perjodu – 68 mewta din is-sena meta mqabbel ma’ 216 fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Ta’ min isemmi li 63 minn dawn l-imwiet seħħu fir-rotta tal-Mediterran tal-Lvant – li tgħaqqad il-Greċja u t-Turkija. Hemm uġigħ ta’ ras għall-Greċja, għaliex id-dħul ta’ 3,445 immigrant f ’erba’ ġimgħat biss qed titiqies bħala xejra li l-immigrazzjoni f ’dan il-pajjiż din is-sena se terġa tieħu daqqa ’l fuq. Is-sitwazzjoni f ’pajjiżna hija magħrufa, għalhekk tajjeb li nħarsu ftit lejn is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni f ’pajjiżi oħra fil-Mediterran. L-aktar pajjiżi affettwati minħabba l-pożizzjoni ġeografika

tagħhom huma l-Greċja, l-Italja, Vathy fuq il-gżira Samos. Il-kamp ta’ Moria uffiċjalment jiflaħ 2,000 Spanja u Ċipru. persuna imma hemm fih 20,000. GREĊJA L-ITALJA Il-Gvern Grieg qed ibassar li din is-sena se jaslu fil-pajjiż mad- L-aħħar statistika proviżjonali war 100,000 immigrant li jitolbu għall-Italja ppubblikata mill-Aġenl-ażil, li jaqsmu il-baħar Eġew, zija tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet mit-Turkija. Din iċ-ċifra tkompli Magħquda fis-26 ta’ Jannar turi li żżid mad-dħul ta’ immigranti li bejn l-1 u s-26 ta’ Jannar 2020 daħqed jaslu, bil-kriżi fil-Greċja sejra lu 862 immigrant bil-baħar, medja mill-ħażin għall-agħar. Biss biss, fl- ta’ 33 kuljum. Din hija qabża sew aħħar sitt xhur tas-sena li għaddiet ’l fuq mill-istess perjodu għas-sena huwa kkalkulat li daħlu fil-Greċja 2019, meta kienu daħlu 155 immigrant. mal-45,000 refuġjat. Is-sit Statista jagħti ftit figuBiex wieħed jieħu sfond dwar il-kriżi tal-immigranti fil-Greċja, ri tas-sitwazzjoni tal-immigranti irid iħares lejn dik li hija l-agħar fl-Italja. Is-sena li għaddiet sena, l-2015. F’din is-sena kienu f ’Settembru biss daħlu fil-pajjiż qed jidħlu fil-Greċja eluf ta’ immi- 2,500 immigrant, b’total ta’ 11,471 granti kuljum li kienu qed jaħarbu matul is-sena kollha. L-akbar mill-gwerra ċivili tas-Sirja. Skont numru ta’ immigranti li qatt daħlu l-Organizzazzjoni Internazzjonali fl-Italja kien f ’Ottubru tal-2016, tal-Immigranti (IOM), kien hemm xejn inqas minn 27,384 persuna, medja ta’ 3,000 li qasmu kuljum b’total għas-sena 2016 ta’ 181,000. lejn il-Greċja f ’Diċembru ta’ dik Il-punt prinċipali ta’ dħul fl-Italis-sena. U d-data tal-21 ta’ Diċem- ja huma l-gżejjer ta’ Pozzallo u bru tal-2015, kienet uffiċjalment eżatt wara Lampedusa li tinsab id-data ta’ meta aktar minn miljun biss 113–il kilometru ’l bogħod immigrant irregolari u refuġjat mit-Tuneżija. daħlu fl-Ewropa, il-maġġoranza tagħhom, aktar minn 800,000 SPANJA daħlu mill-Greċja. Dan it-tbassir għal din is-sena li Is-sena li għaddiet daħlu 26,168 ninsabu fiha jkompli jitfa’ piż kbir immigrant fi Spanja bil-baħar. Ftit fuq iċ-ċentri li fihom jinżammu aktar minn kwart minnhom, 8,271 l-immigranti, speċjalment dak ta’ daħlu mill-Marokk. Dan huwa Moria fuq il-gżira Lesbos u dak ta’ pjuttost tnaqqis fit-total meta

L-Aġenzija għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda tgħid li 94% ta’ dawk li għaddew mil-Libja esperjenzaw tip ta’ vjolenza jew abbuż, fosthom ħtif, vjolenza sesswali, tortura jew ukoll traffikar uman jitqabbel mat-58,569 immigrant li daħlu bil-baħar fi Spanja fis-sena 2018. Bħala total ta’ immigranti, jiġifieri li daħlu kemm bil-baħar u wkoll minn fuq l-art, Spanja rat total ta’ 32,513 fl-2019 u 65,383 fl2018. Minħabba l-viċinanza taż-żewġ pajjiżi, u wkoll l-akbar uġigħ ta’ ras ta’ Spanja, l-akbar ammont ta’ immigranti daħlu mill-Marokk. Interessanti ferm l-effett tal-immigrazzjoni fuq il-popolazzjoni Spanjola. Jekk tneħħi l-immigranti fil-pajjiż, il-popolazzjoni Spanjola kienet se tonqos b’45,000, għaliex kien hemm aktar imwiet milli twelid fl-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet, skont l-aħħar statistika ppubblikata. Imma l-figura netta ta’ 209,097 immigrant tellgħet il-popolazzjoni għal aktar minn 47 miljun. ĊIPRU

Is-sit tal-aħbarijiet Tork Ahval jirrapporta li s-sitwazzjoni tal-immigranti f ’Ċipru qed tbaqbaq sew u jikkwota aħbar li ngħatat minNew York Times. F’rapport li kien ippubblikat proprju fl-aħħar tlett ijiem jingħad li l-ammont ta’ refuġjati li qed jaslu fir-Republika Torka ta’ Ċipru qabel jaqsmu għar-Republika Griega ta’ Ċipru huwa fi stat allarmanti. Is-sena li għaddiet daħlu 11,900 u dan ġab is-sitwazzjoni ta’ persuni li qed ifittxu l-ażil ħames darbiet aktar minn dak li kien fl2015. Minħabba li t-Turkija ma tirrikonoxxix ir-Repubblika ta’ Ċipru, hemm ukoll il-kumplikazzjonijiet li din iġġib magħha. Anki r-rivista influwenti Politico titkellem dwar il-qagħda mhux feliċi tas-sitwazzjoni f ’Ċipru. F’rapport li deher ftit tal-ġimgħat ilu, jirrikonoxxi s-sitwazzjoni ta’ Ċipru – li ras għal ras huwa l-aktar pajjiż


11

02.02.2020

kullhadd.com

li għandu refuġjati fl-Ewropa. Dawn huma kollha konċentrati fl-uniku kamp li hemm għalihom, dak ta’ Kofinou. F’dan il-kamp hemm maqbuda l-aktar refuġjati mis-Sirja. Ċipru ma tagħtix stat ta’ refuġjat lis-Sirjani minħabba l-aspettattiva li meta s-sitwazzjoni fis-Sirja tistabbilizza ruħha, dawn imorru lura f ’pajjiżhom. Dan ifisser li s-Sirjani maqbuda f ’Ċipru għandhom anqas drittijiet minn dawk li għandhom stat ta’ refuġjat u wkoll ma jitħallewx jivvjaġġaw. SITWAZZJONI SIRJA L-aħħar rapport li deher fir-Refugee Brief tal-Aġenzija għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda jgħid li s-Sirjani fil-Belt ta’ Idlib jinsabu taħt assedju dejjem jikber. Waqt sessjoni ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Kunsill tas-Sigurtà intqal li l-ġlied madwar Saraqeb, Aleppo tal-Punent u l-Belt ta’ Maarat al-Numan kien ħafna aktar intensiv s-sena li għaddiet. In-Nazzjonijiet Magħquda qed tagħti stima ta’ 115,000 persuna li kellhom jaħarbu min-Nofsinhar ta’ Idlib fil-ġimgħa li għaddiet biss. Dan ifisser ċaqliq ta’ 115,000 persuna f ’ġimgħa biss f ’sitwazzjoni ta’ tensjoni kbira minħabba nuqqas ta’ rispons umanitarju adegwat. Imma din is-sitwazzjoni tmur ’l hinn minn hekk. Tkompli titfa’ dawl fuq l-ammont ta’ immigranti li qed jaħarbu mis-Sirja fi vjaġġ lejn l-Ewropa. SITWAZZJONI LIBJA Ir-Refugee Brief tal-Aġenzija għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda l-Ħamis ħabbar li, minħabba ġlied li qed jintensifika madwar il-Belt Kapitali Libjana Tripli, se twaqqaf l-operazzjoni tagħha fil-faċilità li għandha għal raġunijiet ta’ sigurtà. Qalet li bdiet operazzjoni biex tmexxi numru sostanzjali ta’ refuġjati li kienu f ’din il-faċilità biex teħodhom f ’postijiet aktar siguri. Mijiet oħra qed jittieħdu f ’lokazzjonijiet oħra. Imma jingħad ukoll li din il-faċilità li kienet intenzjonata biex tilqa’ refuġjati identifikati għall-evakwazzjoni, spiċċat iffullata immens b’oħrajn li sabu l-kenn fiha wara li ħarbu minn kampijiet ta’ detenzjoni. L-aktar uffiċjal għoli tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja Ghassan Salamé kellu kliem iebes, rabja u wkoll wera diżappunt dwar il-kunflitt dejjem jintensifika fil-Libja, minkejja summit ta’ livell għoli li sar f ’Berlin aktar kmieni dan ix-xahar li matulu kien hemm qbil dwar sett ta’ miżuri biex ilġlied jitnaqqas. U anki din is-sitwazzjoni tkompli wkoll turi s-sitwazzjoni gravi fil-Libja, li hija magħrufa bħala l-bieb ta’ ħarba tal-imigranti lejn

l-Ewropa. L-AFRIKA TA’ FUQ Huwa fatt magħruf li filwaqt li l-Marokk huwa l-bieb lejn l-Ewropa f ’dik in-naħa tal-Mediterran, speċjalment minn Spanja, għaċ-Ċentru tal-Mediterran hemm it-Tuneżija u wisq aktar il-Libja. Bejn Jannar u Novembru tas-sena li għaddiet, madwar 4,000 persuna rnexxielha taqsam il-Mediterran mit-Tuneżija għall-Italja. Minn dawn, tliet kwarti kienu Tuneżini jfittxu futur aħjar fl-Ewropa – xejra li bdiet mar-revoluzzjoni fil-pajjiż tal-2010-2011. Imma s-sitwazzjoni tat-Tuneżija hija marbuta sew mas-sitwazzjoni Libjana – il-pajjiż ġar. Ġeneralment l-immigranti u r-refuġjati jgħaddu mill-Belt Medenine, li tinsab 77 kilometru fin-Nofsinhar tal-port ta’ Gabès u l-gżira ta’ Djerba fuq ir-rotta prinċipali lejn il-Libja. Il-popolazzjoni tagħhom hija vasta u mħallta, bil-maġġoranza ġejjin mis-Sudan, l-Eritrea, is-Somalja, il-Kosta tal-Avorju u s-Sirja. 80% minn dawn b’xi mod għaddew mil-Libja. L-Aġenzija għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda tgħid li 94% ta’ dawk li għaddew mil-Libja esperjenzaw tip ta’ vjolenza jew abbuż, fosthom ħtif, vjolenza sesswali, tortura jew ukoll traffikar uman. Id-dinamika tal-immigrazzjoni fit-Tuneżija dejjem kienet fiddell minħabba l-attenzjoni li tat il-komunità internazzjonali fuq il-Libja. Bejn l-2013 u l-2017 il-Libja kienet ir-rotta prinċipali bejn l-Afrika ta’ Fuq u l-Ewropa, tant li fl-2017 kien hemm madwar 120,000 immigrant u persuni jfittxu ażil li daħlu l-Italja mill-Afrika ta’ Fuq. Il-maġġoranza assoluta – dik ta’ 90% daħlu l-Italja wara li telqu mil-Libja – statistika ppubblikata qabel ma din ir-rotta ingħalqet bil-ftehim li kien hemm fi Frar tal-2017 bejn l-Italja u l-Libja immirata biex tnaqqas drastikament l-immigrazzjoni. Dan imma wassal biex għexieren ta’ eluf ta’ refugjati u persuni jfittxu l-ażil u wkoll mijiet ta’ eluf ta’ immigranti jinqabdu f ’sitwazzjonijiet xejn umanitarji. Is-sena li għaddiet inqas minn 12,000 bejn dawk ifittxu ażil jew immigranti li qasmu l-Mediterran Ċentrali, u n-numru ta’ persuni li telqu mil-Libja u mit-Tuneżija kien bejn wieħed u ieħor l-istess. Numru li huwa wkoll tnaqqis ta’ persuni li daħlu l-Italja mit-Tuneżija – minn 5,200 fl-2017 għal 3,624 bejn Jannar u Novembru tas-sena li għaddiet. Madanakollu, meta fl-Italja ġiet reġistrata żieda ħafifa ta’ immigranti li daħlu mit-Tuneżija f ’Settembru tal-2019, il-politiċi Taljani bdew jirxuxtaw diskors ta’ “emerġenza fl-immigrazzjoni”.


12

02.02.2020

kullhadd.com

“BIEX TMEXXI LIL PAJJIŻEK TRID TKUN TĦOBB LIL PAJJIŻEK” It-titlu ta’ din l-intervista hu dak li skont il-Ministru Edward Zammit Lewis jiddistingwi lill-Partit Laburista minn ħaddieħor. “Għaliex il-poter ma jagħmilx bina u għalina Malta dejjem kienet u tibqa’ l-ewwel u qabel kollox,” qal Zammit Lewis f’intervista estensiva dwar il-pjani li hemm għaż-żmien li ġej fl-oqsma tal-governanza u l-ġustizzja.

Fl-aħħar xhur issemmiet ħafna r-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Int proprju wieħed minn dawk li ġew fdati biex jaħdmu dwar hekk. Xi stil se tadotta? M’aħna se nħallu lil ħadd iħammrilna wiċċna jew jitfa’ dell fuq pajjiżna, kif sfortunatament għamlu wħud li ma jiddejqux jisparaw lejn pajjiżhom għaliex jaħsbu li bl-istess tiri kapaċi jolqtu lill-avversarju politiku tagħhom. Għalhekk kommessi li mhux biss naraw li jkollna governanza tajba, iżda nassiguraw li din tidher li qed issir. Kommessi wkoll li niddjalogaw mal-kollegi tagħna fl-Unjoni Ewropea u lil hinn biex nispjegaw dak li qed nagħmlu, tant illi diġà kelli laqgħat fuq livell Ewropew ma’ Ministri u mal-Viċi President u Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Didier Reynders. Kif irnexxielna nagħmlu suċċess u niksbu reputazzjoni eċċellenti fil-qasam tal-ugwaljanza, hekk ukoll determinati u konvinti li se naslu biex Malta terġa’ takkwista r-reputazzjoni tagħha, hekk kif jixraq lillMaltin u l-Għawdxin kollha. Għalfejn inti diġà stqarrejt illi n-nomina għall-ħatra ta’ Kummissarju hekk kif proposta mill-Gvern hija “prodott superjuri” għal dak li ressqet l-Oppożizzjoni? Ftit tal-jiem ilu ħabbarna metodu aktar miftuħ u trasparenti li huwa fuq l-istess linja ta’ dak li qed tirrakkomanda l-Kummissjoni Venezja. Sa issa kien il-Prim Ministru li kellu l-poter li direttament jaħtar lill-Kummissarju tal-Pulizija. Din is-sistema ilha tintuża għal numru ta’ snin minn diversi amministrazzjonijiet preċedenti. Huwa ‘prodott superjuri’ għaliex il-proposta li qiegħed iressaq il-Gvern tikkonsisti fl-ewwel sejħa pubblika li tkun maħruġa mill-Kummissjoni

għas-Servizz Pubbliku. Din il-Kummissjoni hija organu tal-Istat li ġiet imwaqqfa uffiċjalment mill-Kostituzzjoni ta’ Malta bil-membri tagħha jiġu maqbula bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni. Hekk kif is-sejħa pubblika tkun magħluqa, il-Kummissjoni tirrevedi l-applikazzjonijiet u wara proċess ta’ verifikazzjoni tagħmel lista tal-aqwa żewġ kandidati li titla’ Kabinett biex minn fosthom jintgħażel l-aqwa kandidat. Dan il-proċess jintemm bl-iskrutinju tal-Kumitat Parlamentari għall-Ħatriet Pubbliċi, segwit mill-konferma formali tal-Prim Ministru li diġà tenna li se jirrinunzja mid-dritt li jirrifjuta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Il-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli fejn tidħol is-Saltna tad-Dritt. Dan għaliex meta kien fil-Gvern ma wettaqx hu stess u mhux konvint mill-proposti tiegħu stess hekk kif biddel fehemtu kemm ‘il darba. Ħa niddiskutu u nikkonsultaw

Kif irnexxielna nagħmlu suċċess u niksbu reputazzjoni eċċellenti fil-qasam tal-ugwaljanza, hekk ukoll determinati u konvinti li se naslu biex Malta terġa’ takkwista r-reputazzjoni tagħha, hekk kif jixraq lill-Maltin u l-Għawdxin kollha

biż-żewġ terzi u għalhekk ikollok dak li jisejjaħ ‘deadlock’. Skont l-Oppożizzjoni f ’dan il-każ, il-pajjiż jibqa’ mingħajr Kummissarju tal-Pulizija! It-tielet difett huwa li jekk il-membri tal-Oppożizzjoni se jivvutaw favur Kummissarju, kif imbagħad jistgħu jaqdu l-obbligu Kostituzzjonali tagħhom li jikkritikawh fl-operat tiegħu meta jkunu għażluh huma stess? X’inhi l-akbar riforma fil-ġustizzja li ser titressaq fil-ġimgħat li ġejjin?

fejn hemm bżonn, iżda xħin jasal il-mument se niddeċiedu għall-aħjar interess tal-pajjiż. Dan hu Gvern b’saħħtu elett b’mandat b’saħħtu biex imexxi, u hekk se nagħmlu. Mela x’difetti fih l-abbozz imressaq mill-Oppożizzjoni? L-Abbozz tal-Oppożizzjoni għandu tliet diffetti bażiċi. L-ewwel wieħed huwa li f ’mument minnhom jitkellem li

n-nomina trid tgħaddi mill-Kumitat Parlamentari ta’ Skrutinju għall-Ħatriet Pubbliċi. F’dan il-Kumitat hemm membri tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni b’maġġoranza ta’ wieħed għallGvern. Il-vot f ’dan il-Kumitat jittieħed b’maġġoranza sempliċi. Fl-istess nifs, fl-istess abbozz qed jipproponi li fil-plenarja jittieħed vot biżżewġ terzi. It-tieni difett huwa li abbozz ma jaħsibx għal sitwazzjoni fejn iż-żewġ partijiet ma jaqblux

Sa mill-Indipendenza ’l hawn qatt ma nbidel il-mod ta’ kif jinħatru l-ġudikanti. Kellu jkun Gvern Laburista li beda din ir-riforma fis-sena 2016. Dan se tkun pass kruċjali f ’dan ir-rigward għaliex għandna r-responsabbiltà u l-opportunità li niġġeddu fejn hemm bżonn. Mhux għax sa issa s-sistema ma ħadmitx, iżda għaliex iż-żmien jitlob u jpoġġi fuqna r-responsabbiltà li niġġeddu. Iżda żġur li mhux se naqgħu għar-retorika ta’ ċerti bnadi


13

02.02.2020

kullhadd.com

li jridu jagħtu l-impressjoni u jpinġuna bħallikieku kollox ħazin. Għandna istituzzjonijiet illi jaħdmu u Qrati li huma ferm aktar effiċjenti milli kienu fl-2013. Dan mhux b’kumbinazzjoni. Saħħaħna r-riżorsi tal-ġudikatura u mmodernizzajna s-sistemi biex tejjibna l-aċċess għall-ġustizzja. Għall-ewwel darba fl-istorja għandna ugwaljanza fil-membri tal-ġudikatura biex hemm ukoll bgħatna sinjal ċar ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet. Wasalna? Dażgur li le. Iżda ċertament li s-soluzzjoni nibqgħu aħna li għandna l-kredenzjali ta’ Gvern li ma jibżax mill-bidla, versu Oppozizzjoni li tfaħħar u tikkritika fejn jaqblilha. Bħalma diġà sħaqt, il-governanza tajba trid mhux biss tkun l-ordni tal-ġurnata, imma tidher li hi hekk. Huwa fid-dover tagħna li nispiraw il-fiduċja tal-poplu li aħna lkoll qegħdin hawn biex inservu, mhux bil-kontra. L-ewwel deċiżjonijiet tal-Prim Ministru huma xhieda ta’ dan. Mhix kwistjoni biss ta’ riformi legali, iżda ta’ attitudni kontra kull dell, żgħir kemm hu żgħir, li jista’ jintefa’ fuq pajjiżna. Għaldaqstant id-dekasteru tal-governanza mhux se jibqa’ bejn l-erba’ ħitan tal-uffiċċju tiegħi. Hija responsabbiltà kollettiva tal-Kabinett kollu, sorveljata minni bħala Ministru direttament responsabbli u mill-Kumitat fi ħdan il-Kabinett li ġejt fdat biex immexxi. U x’inhu l-għan ewlieni? Il-messaġġ huwa ċar, tolleranza żero għal nuqqas ta’ governanza xierqa. Iżda se naraw li dan il-kejl japplika għal kulħadd l-istess, u nistenna li l-Kap tal-Oppożizzjoni jibda minnu nnifsu, u jkompli b’ta’ madwaru għaliex żmien id-diskorsi minn fuq il-pulptu tal-korrettezza spiċċa. Adrian Delia jagħmel ġieħ lilu nnifsu u lill-Partit Nazzjonalista jekk jibda billi jitlob inkjesta maġisterjali dwar l-allegazzjonijiet serjissimi li għandu mdendlin fuq rasu stess. X’inhuma l-pjanijiet tiegħek fil-kamp tal-ugwaljanza għas-sena 2020?

naraw li din ir-riforma Kostituzzjonali favur rappreżentanza ugwali fil-Parlament nimplimentawha mingħajr wisq aktar dewmien. Iżda m’aħniex se nieqfu mad-dinja politika. Irridu ugwaljanza sħiħa fil-livelli kollha tas-soċjetà, inkluż fis-settur privat u f ’pożizzjonijiet tatteħid tad-deċiżjonijiet. Għalhekk diġà għamilna konsultazzjoni dwar l-ewwel strateġija dwar il-gender mainstreaming, liema strateġija se nvaraw filġimgħat li ġejjin. Irridu neliminaw kull forma ta’ diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol biex verament nassiguraw li l-ħaddiema tagħna jitħallsu indaqs għal xogħol tal-istess valur. Imma dan kif jista’ jsir? Ilna nisimgħu ħafna.. Diġà bdejna naħdmu fuq mekkaniżmu li jiżgura livell ta’ trasparenza fil-pagi u li permezz tiegħu kapaċi neliminaw l-abbużi, u issa rridu nintensifikaw il-ħidma fuqu biex fil-ġimgħat li ġejjin nibdew taħditiet mal-imsieħba soċjali dwar kif l-aħjar nimplimentawh. Bl-istess impenn irridu naraw li d-Direttiva Ewropea dwar il-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol tkun trasposta malajr kemm jista’ jkun. Dan b’konsistenza mal-politika tagħna li jkollna ugwaljanza fir-responsabbiltajiet tal-familja u biex il-familji jkollhom aktar ħin ta’ kwalità flimkien. Dan wara li diġà tajna lura tlett ijiem vacation leave għall-btajjel li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa. Huma miri ambizzjużi ferm iżda d-determinazzjoni tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar tisboq l-isfidi li għandna quddiemna. Għalhekk, konvint li flimkien, se naslu. X’se jsir mill-Ministeru tiegħek għal rappreżentanza akbar tal-mara fil-Kamra tad-Deputati M’hemmx aktar dewmien. Rajna t-tajjeb li sar, tlaqqa’ l-Kumitat li kellu dan l-inkarigu spefiċiku, però ser inżidu l-momentum. Fil-ġimgħat li ġejjin, jiena u l-kollega tiegħi Rosianne Cutajar ser inkunu qed inressqu l-abbozz ta’ liġi quddiem il-Kabinett. Ħa nimxu sabiex is-sistema tkun lesta għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. Din ser tkun bidla storika favur il-mara fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Irridu naraw Kamra tad-Deputati b’kompożizzjoni differenti u b’’gender balance’ wara l-elezzjoni li jmiss!

Il-prijorità ta’ dan il-Gvern minn dejjem kienet waħda ċara u konsistenti: Ugwaljanza għal kulħadd u f ’kull aspett. Irrid li nkunu l-aqwa fl-Ewropa mhux biss fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTIQ+, iżda fi kwalunkwe aspett ieħor. Ilna ħafna nitkellmu dwar il-bżonn li jkollna iżjed nisa fil-Parlament. Għalhekk se Fiex waslu ż-żewġ abbozzi

Il-Ministru Edward Zammit Lewis mal-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu Rosianne Cutajar

ta’ liġi dwar l-Ugwaljanza? Dawn huwa żewġ abbozzi li fejn tidħol l-Ugwaljanza jpoġġuna fost l-aqwa fl-Ewropa u fil-komunità internazzjonali. Kien hemm min qalilna li qed inbiddlu ħafna. Hekk ser nagħmlu. Dan ix-xogħol bdietu l-ħabiba tiegħi l-illum Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli. Jiena mexxejtu fil-Kamra tal-Kamra tad-Deputati u ftit jiem oħra nibdew il-proċess quddiem il-Kumitat għall-Konsiderazzjonijiet tal-Abbozzi. Din is-sena rrid li titwaqqaf il-Kummissjoni ġdida tal-Ugwaljanza. X’se jkun l-irwol tal-Kumitat tal-Kabinett tal-Ministri dwar il-governanza? Fl-ewwel laqgħa tal-Kabinett il-ġdid taħt it-tmexxija talPrim Ministru Robert Abela ġie mwaqqaf Kumitat dwar il-Governanza. Il-Prim Ministru fdali t-tmexxija ta’ dan il-Kumitat tant importanti. Kumitat li għandu jieħu rendikont tal-miżuri li diġà twettqu mis-sena 2013 ’il quddiem, sabiex fejn hemm bżonn isir tibdil minnufih bl-aktar mod għaqli.

Dan kollu għandu jkun ibbażat fuq ir-rapporti li saru kemm mill-Kummissjoni Venezja, kif ukoll mill-GRECO. Dan ukoll f ’kuntest ta’ taħditiet li diġà bdew fil-kumitat li qed imexxi l-President tar-Repubblika Dr. George Vella dwar ir-riformi Kostituzzjonali. F’dawn il-ġimagħtejn li ili f ’din il-kariga, għamilt bosta pjanijiet ta’ miżuri ta’ riformi u ta’ governanza. Kien żmien ta’ ħidma siekta fejn għandna pjan b’saħħtu sabiex inwettqu r-riformi li hemm bżonn.

Però dan hu tibdil tal-konvenjenza minħabba ċerta kritika li kien hemm? Dan it-tibdil li ser jibda filġimgħat li ġejjin ser nagħmluh għax nemmnu fih. Liema demokrazija ħajja ma tbiddilx fl-istituzzjonijiet tagħha mal-mogħdija taż-żmien. Hekk ser nagħmlu għaliex aħna nemmnu f ’demokrazija b’saħħitha u mill-Prim Ministru ’l isfel ma niddejqux li niżvestu ruħna mill-poter sabiex l-affarijiet jimxu b’aktar trasparenza!

Saħħaħna r-riżorsi tal-ġudikatura u mmodernizzajna s-sistemi biex tejjibna l-aċċess għall-ġustizzja. Għall-ewwel darba fl-istorja għandna ugwaljanza fil-membri tal-ġudikatura biex hemm ukoll bgħatna sinjal ċar ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet


14

02.02.2020

kullhadd.com

TIŻWIQA


15

02.02.2020

kullhadd.com

ark Muscat twieled fit-28 ta’ Frar tas-sena 1982. Minn età żgħira kellu interess kbir lejn l-arti inġenerali. Minn tifel fuq il-bank tal-iskola kien ipinġi u daħal f ’diversi kompetizzjonijiet fejn anke rebaħ xi wħud minnhom. Fis-sena 2000, fl-età ta’ 18–il sena, Mark tella’ l-ewwel wirja personali tal-Arti fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone ġewwa l-Mosta. Mas-snin, huwa pparteċipa wkoll f ’diversi wirjiet kollettivi. Kien fis-sena 2009, wara waqfa ta’ disa’ snin li Mark reġa’ beda jpitter u f ’dawn l-aħħar tliet snin reġa’ qabad l-arti b’dedikazzjoni u b’serjetà. L-aktar materjal li jħobb juża Mark huwa ż-żebgħa akrilika fuq it-tila, però, ta’ artist li hu, iħobb ukoll jesperimenta b’diversi materjali oħra maż-żebgħa akrilika. Mark iħobb juża kuluri vibranti għall-aħħar. Mill-Ħadd 2 ta’ Frar sal-Ħadd 16 ta’ Frar 2020, Mark Muscat se jkun qed itella’ t-tieni wirja personali tiegħu tal-arti ġewwa r-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, il-Mosta. Il-Kuratriċi ta’ din il-wirja hija Ms Valentina Lupo. It-titlu ta’ din il-wirja huwa Tiżwiqa, fejn fiha se jkollu esebiti madwar 30 biċċa tal-arti. F’din il-wirja, Mark ser jesebixxi tliet linji jew ġeneri tal-arti: Arti Surreali Fl-Arti Surreali, Mark juża l-arti moderna b’kuluri vibranti u jħobb iħalli s-suġġett figurattiv ċar daqs il-kristall u jdaħħal is-suġġett mal-ewwel f ’min qed jara l-pittura tiegħu. F’din il-wirja, Mark juri diversi suġġetti varji, minn tema reliġjuża għall-pa-

jsaġġi Maltin, għal temi fuq in-natura. Pajsaġġi F’din is-sezzjoni, Mark jurina diversi pajsaġġi kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar u veduti oħra Maltin. Jispikkaw il-kuluri vibranti li juża għas-sema waqt tlugħ u nżul ix-xemx. Jispikka wkoll l-element drammatiku fejn tidħol is-sema; minn sema trankwill għal wieħed mimli sħab, għal oħrajn bix-xita, maltemp u anke b’xi sajjetta. Arti Arkitettonika Dan l-istil ta’ arti huwa l-aktar suġġett għal qalb Mark. Huwa suġġett diffiċli li jrid isir mingħajr żbalji, suġġett li jitlob dedikazzjoni u konċentrazzjoni massima. F’din l-arti arkitettonika, Mark juża binjiet Maltin. Jidħol f ’dettall fin u juri l-istudju tiegħu fid-dellijiet u fid-dwalijiet naturali u artifiċjali fuq il-binjiet li jkun qed ipitter. Mark jidħol f ’dettalji fejn tidħol id-deterjorazzjoni tal-ġebla Maltija fil-lavur. Għalhekk, Mark Muscat qed jistedinkom għal din it-tieni wirja tiegħu bl-isem ta’ Tiżwiqa li se ssir fir-Razzett Markiż Mallia Tabone ġewwa l-Mosta mill-Ħadd 2 ta’ Frar sal-Ħadd 16 ta’ Frar 2020. Ringrazzjament speċjali jmur għal Joe Bartolo u għall-Għaqda Talent Mosti li għal darba oħra reġgħu taw iċ-ċans lil Mark Muscat biex jesebixxi fir-Razzett tal-Għaqda Talent Mosti. Ringrazzjament speċjali ieħor imur għall-Kuratriċi Valentina Lupo tal-pariri fit-teknika u fuq il-materjali tal-arti.


16

02.02.2020

kullhadd.com

ORIZZONTI ĠODDA Naomi Cachia President FŻL

Huma żminijiet interessanti ferm għalina li ta’ kuljum niddedikaw tant ħin, enerġija u ħidma fil-Partit Laburista. Orizzonti ġodda li għadna qed ninnavigaw flimkien. Qed tinħass arja friska, enerġija ġdida u sens ta’ tiġdid li huwa naturali wara li tinqaleb folja ġdida. Fix-xhur li ġejjin, dawn l-elementi għandhom ikomplu jissarrfu f ’iżjed

ħidma li ser tkompli ssaħħaħna. L-isfidi tagħna ma jiqfux hawn, u niżbaljaw jekk naħsbu li t-triq ’il quddiem ser tkun waħda faċli. Madanakollu, il-Partit Laburista, wara snin ta’ tħejjija u tibdiliet kuraġġużi u neċessarji, għandu fi ħdanu l-aqwa elementi biex ikun jista’ jegħleb kull sfida. Is-sigriet jibqa’ dejjem l-għaqda ta’ bejnietna u l-imħabba ġenwina lejn din l-art ħelwa. Għandna wkoll sens ta’ riġenerazzjoni naturali li ġejja missaħħa żagħżugħa ta’ dan il-Partit. Rajnieha bl-iżjed mod ċar fit-tibdil li għamel fil-Kabinett il-Prim Ministru Dr Robert Abela fejn poġġa fiċ-ċentru tal-ħidma tal-eżekuttiv numru ta’ wċuħ ġodda. Ma nistgħux ninsew li dan ma setax iseħħ b’kumbinazzjoni - dan kien frott ta’ ħidma qalbiena fi ħdan il-Partit Laburista li bdiet snin

ilu sabiex tassigura li l-element żagħżugħ fi ħdanu jkun wieħed mill-iżjed b’saħħtu. Din ir-riġenerazzjoni rajnieha ukoll fir-riżultat tal-elezzjonijiet ta’ Mejju li għadda, kemm dawk Ewropej, bis-suċċess li kisbu ż-żgħażagħ Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar, u anke fil-Kunsilli Lokali, fejn kellna mal-100 żagħżugħ elett fil-Kunsill Lokali, b’16–il Sindku żagħżugħ, inkluż 9 eletti Sindki għall-ewwel darba! Numri sbieħ u inkoraġġanti ferm u jawguraw tajjeb għall-futur tagħna. Imma s-suċċess globali tażżgħazagħ fi ħdan il-Partit Laburista ma jistax jiġi kwantifikat. L-iżjed ħaġa importanti u sodisfaċenti hija l-ħidma li ssir fis-silenzju, minn wara l-kwinti, li tkun qed tħejji riżultati bħal dawk li rajna f ’Mejju. L-ikbar sodisfazzjon hu li tħejji pjattaforma effettiva bħal dawk var-

ji li joffri l-Forum Żgħażagħ Laburisti, tara żagħżugħ jidħol fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista għall-ewwel darba u tibqa’ ssegwi l-vjaġġ tiegħu, tarah jibni l-kunfidenza, u jibqa’ dejjem jitgħallem sakemm jibda jqis lilu nnifsu prodott tal-attiviżmu fi ħdan il-Partit Laburista. U hekk, tibqa’ titwieled ġenerazzjoni rebbieħa wara l-oħra. Fiduċjuża ferm li dan jista’ jibqa’ jseħħ bl-iżjed mod effettiv. Wara kollox, Dr. Robert Abela wera li għandu għal qalbu ż-żgħażagħ u dan jawgura tajjeb għall-Partit Laburista, mhux biss għaliex irridu nidhru li aħna partit żagħżugħ estetikament, imma għaliex ifisser li ser inkomplu ninvestu fiż-żgħażagħ tagħna li l-ħidma tagħhom fil-Partit Laburista ma taqta’ xejn. Dejjem żammejna f ’moħħna li r-riżultati ma jaqgħux mis-sema u għaldaqstant ma nistgħu

qatt niefqu naħdmu għalihom! L-ikbar għadu tagħna jista’ jkun biss kunfidenza żejda li taljenana mill-ħidma qalbiena tagħna u ttellifna milli nibqgħu nħossu l-polz tal-Maltin u l-Għawdxin. Is-sena 2020 ser tkun waħda fejn nevalwaw minn fejn ġejna u fejn irridu mmorru. Il-Partit tagħna rridu nibqgħu nsaħħuh billi nkomplu nevalwaw lilna nfusna u nagħmlu tibdiliet kuraġġużi fejn hemm bżonn. Irrid nara Partit Laburista li jkun is-sens ta’ kuxjenza talGvern tagħna. Partit li jkompli jsaħħaħ l-identità u t-tħaddin tal-prinċipji li jagħmluna Laburisti. Partit li jikkritika iżjed b’mod kostruttiv. Partit li jibqa’ jilqa’ fi ħdanu diversità ta’ opinjonijiet, fejn bi djalogu strutturat inkomplu noffru l-aqwa ideat għal futur sabiħ u sostenibbli għalina u għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.

SEDUTA PARLAMENTARI TAS-SINDKI

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Jannar, inżammet sessjoni Parlamentari għas-Sindki kollha ta’ Malta u Għawdex. L-iskop ta’ din is-sessjoni Parlamentari jkun illi s-Sindki jkollhom opportunità li fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, iressqu ’l quddiem il-preokkupazzjoni tagħhom fuq materji li jolqtu mill-qrib lill-Kunsilli Lokali. Preżenti għal din is-sessjoni kien hemm il-Ministru José Herrera, wara l-ħatra ġdida tiegħu bħala Ministru f ’dan id-dekasteru, kif ukoll ilkelliem tal-Oppożizzjoni, Robert Cutajar. Bosta kienu dawk is-Sindki li intervjenew u tkellmu fuq problemi li jolqtu mill-viċin il-lokalità tagħhom, filwaqt li oħrajn tkellmu b’mod ġenerali fuq materji li jolqtu tista’ tgħid lill-Kunsilli Lokali kollha. Materji li ġew diskussi fost l-oħrajn kienu l-permes-

si maħruġa fuq l-imwejjed u s-siġġijiet. Iktar iva milli le, il-Kunsilli Lokali jiġu injorati meta jressqu ’l quddiem il-kummenti tagħhom u dan jirriżulta biex ir-residenti jħossuhom frustrati għaliex ma jkunx hemm il-bilanċ mixtieq bejn dak li jridu n-negozjanti u r-residenti nfushom. Il-permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar ukoll ġew diskussi fit-tul. Filwaqt li l-Kunsilli Lokali għandhom id-dritt li jservu fuq il-Bord tal-Awtorità meta jkun hemm proġett massiċċ, mhux l-istess jista’ jingħad għal kull żvilupp ieħor fil-lokalità. Mhux biss, iżda meta jkun hemm proġett li jolqot iktar minn lokalità waħda, il-liġi ma tippermettix li jkun hemm preżenti fuq il-bord, is-sindki tal-lokalitajiet kollha milquta. Dan huwa ta’ żvantaġġ għaliex ma jkun hemm ħadd jirrappreżenta r-residenti tal-lokalitajiet l-oħra milquta. Hawn ta’ min isemmi wkoll l-ispejjeż li jidħol fihom Kunsill jekk ikun irid jappella minn deċiżjoni tal-Awtorità, xi ħaġa li mhix maħsuba fl-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali. Punt li ssemma’ minn kulħadd kien dak li l-entitajiet, dipartimenti u aġenziji tal-Gvern, għadhom ma jagħrfux lill-Kunsilli Lokali bħala Gvern Lokali. Uħud minnhom qajla jimpurtahom jew tiġihom f ’rashom jik-

konsultaw mal-Kunsilli Lokali meta jkunu se jieħdu deċiżjoni li tolqot lil dak il-lokal partikolari. Ovvjament, dan iġib miegħu frustrazzjoni mill-Kunsilli Lokali, li ma jkollhomx tweġiba għar-residenti tagħhom. Ma naqasx milli ssir referenza għall-problemi ta’ parkeġġ fil-lokalitajiet u l-allokazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Punt ieħor importanti diskuss kien l-ambjent urban. L-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta’ Mejju li għadda kkonfermaw li l-Gvern Lokali huwa fundamentali għar-resident. Dan għaliex ir-residenti, ġustament jistennew li l-Kunsill Lokali tagħhom jagħti s-sapport meħtieġ lilhom u lill-familji tagħhom. Jistennew li l-Kunsilli Lokali jkunu l-qalb tal-komunitajiet. Bir-raġun ukoll ir-residenti jistennew servizz effettiv. Jistennew li jkun hemm policies effettivi li jassiguraw li l-familji tagħhom ikollhom il-ħiliet bażiċi meħtieġa biex jirnexxu. Bħala mexxejja eletti b’mod demokratiku, il-Kunsilliera jagħmlu dak kollu possibbli biex jagħtu s-sapport meħtieġ lill-komunitajiet tagħhom minkejja li l-poteri u r-riżorsi finanzjarji ħafna drabi jkunu limitati. Minkejja dan, aħna nemmnu li b’viżjoni u b’linji gwida, il-ħiliet meħtieġa u investimenti raġonevoli, il-Kunsilli Lokali jistgħu jagħmlu ħafna aktar biex jassig-

uraw titjib fil-lokalità tal-ħajja tar-residenti u l-livell t’għajxien bħala nazzjon. Nemmen li dan għandu jkun kapitlu ġdid fl-istorja tal-Gvern Lokali. Irridu naraw li jkollna viżjoni li l-Gvern Lokali jilħaq l-aspettattiva tal-aspirazzjonijiet tar-residenti għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Irridu naraw li l-mira tagħna tkun dik li nilqgħu għall-problemi b’mod proattiv milli nirreaġixxu għax tinqala’ emerġenza. Is-servizzi offruti jridu jkunu minsuġa skont il-ħtiġijiet tar-residenti tagħna liema servizzi jridu jwasslu biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-individwu, tal-familji u tal-komunitajiet billi nipprovdu postijiet aħjar li wieħed jista’ jgħix fihom. L-ambjent urban huwa tal-ikbar importanza, l-aktar meta wieħed jiftakar li Malta hija fis-seba’ post fost il-pajjiżi li għandhom densità ta’ popolazjonijiet l-iktar għolja. Għalhekk il-lokalitajiet tagħna, irid ikollhom influwenza diretta u bl-aktar mod wiesa’ fuq l-impatt li dan iġib fil-ħajja tagħna u l-ambjent inġenerali, ifisser li l-lokalitaijiet tagħna għandhom ikunu aktar sostenibbli. Il-Kunsilli Lokali jifhmu l-irwol illi għandhom sabiex il-lokalitajiet ikunu parti importanti biex itejbu l-ħajja tar-residenti tagħhom u għalhekk huma kommessi li jaħdmu fuq din il-materja. Irridu niftakru li

l-Kunsilli Lokali flimkien malGvern Ċentrali għandhom l-obbligu li jipprovdu livell ta’ kwalità ta’ ħajja għolja u opportunitajiet li permezz tagħhom iċ-ċittadin ikun jista’ jaħdem, jinnegozja u jinvesti fihom. Iż-żoni urbani, huma katalisti fl-iżvilupp ekonomiku. Bla dubju ta’ xejn hija sfida għalina l-Kunsilli Lokali sabiex nassiguraw li policies relatati ma’ żoni urbani jkunu koerenti u jilqgħu għal dawn l-isfidi. Istituzzjonijiet governattivi jista’ jkollhom għanijiet diversi minn xulxin u dawn ħafna drabi jiġu implimentati b’mod indipendenti imma b’effetti negattivi. Huwa għalhekk li l-irwol tal-Assoċjazzjoni flimkien mal-Ministeru li jassigura koordinament effettiv f ’kull direzzjoni u f ’kull livell. U dan huwa kruċjali!! Il-Kunsilli Lokali jridu jaħdmu lejn lokalitajiet aktar attraenti, vibranti u b’saħħithom sabiex jipprovdu lill-ġenerazzjonijiet tal-lum u t’għada, spazji attraenti li jistgħu jgħixu, jaħdmu u jirrilassaw fihom. Dan dejjem jekk tassew ilkoll nemmnu li rridu nagħmlu l-qabża għal Gvern Lokali. Infakkar u nagħlaq b’din, illi l-eżerċizzju demokratiku sabiex jiġu eletti l-Kunsilli Lokali, huwa eżerċizzju li permezz tiegħu neleġġu l-ikbar numru ta’ rappreżentanti tal-poplu. Għaldaqstant, ejjew nagħtuhom l-importanza u r-rispett li jixirqilhom.


17

02.02.2020

kullhadd.com

INFRASTRUTTURA TAL-2020 Editorjal

Dawn il-benefiċċji jfissru saħħa aħjar u aktar flus fil-but f’pajjiżna

Hawn min jgħid li l-inqas kritika li jista’ jkollok hi meta ma tagħmel xejn. U forsi vera. Waħda mill-iktar entitajiet li qed jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies hi Infrastruttura Malta, li bix-xogħol tagħha qed tibdel wiċċ pajjiżna. Għalkemm l-istess entità mhix nieqsa mill-kontroversja. Forsi l-kontroversja tidħol fiha għax fl-aħħar mill-aħħar illum qed jittieħdu d-deċiżjonijiet li ilhom fuq l-ixkaffa snin. Infrastruttura Malta qed tagħmel dak li l-Maltin u l-Għawdxin kienu ilhom jilmentaw dwaru deċennji. Min jaf kemm smajna, u hemm fejn għadna nisimgħu, dwar kif it-toroq ta’ pajjiżna ma kinux jixirqu pajjiż modern membru tal-Unjoni Ewropea. Hemm fejn tant konna għadna lura li anke bl-iktar pass mgħaġġel insibuha diffiċli nlaħħqu mal-oħrajn. Id-diskussjoni li tinqala’ minn żmien għal żmien dwar l-irwol li tieħu Infrastruttura Malta dwar ċerti pożizzjonijiet li tieħu fi proġetti li għalkemm bżonjużi huma wkoll xi ftit kontrovers-

jali wasslet għal ftit riflessjonijiet dwar x’wettqet f ’inqas minn sentejn. Jekk wieħed isemmi l-proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin biss, ukoll hemm lista twila fosthom il-Marsa Junction Project, il-bini mill-ġdid ta’ Triq tal-Balal, il-bini mill-ġdid ta’ Triq Buqana, il-mini ta’ Santa Luċija u s-Central Link Project. B’dawn biss Infrastruttura Malta, fil-25 sena li ġejjin, se tkun qed tagħti lill-familji u lin-negozji Maltin €1,200 miljun f ’benefiċċji, fosthom arja u saħħa aktar nodfa, inqas ħin f ’ivvjaġġar, inqas ħela ta’ fuel u inqas aċċidenti. Dawn il-benefiċċji jfissru saħħa aħjar u aktar flus fil-but f ’pajjiżna. Dan kollu filwaqt li qed jinbidlu mijiet ta’ toroq residenzjali. U daqslikieku dan mhux biżżejjed fil-qasam tal-infrastruttura marittima fil-portijiet u fix-xtut talpajjiż, Infrastruttura Malta wkoll qed twettaq proġetti li kienu ilhom snin fuq l-ixkaffa, bħallproġett tal-breakwater tal-Qrejten, f ’Marsaxlokk, u l-proġett

tal-bini mill-ġdid tal-faċilitajiet tas-sajjieda fl-Imġarr, Għawdex, żewġ investimenti li flimkien ilaħħqu aktar minn €10 miljun. Mhux darba u tnejn iżda li waqt ħidmietha dabbret il-kritika għaliex ċerti proġetti għandhom prezz ambjentali. Prezz li jitħallas b’weġgħa ta’ qalb, imma f ’dan il-pajjiż xi ħadd irid jiddeċiedi wkoll. Għaliex ma nistgħux nilmentaw dwar l-isfida tat-traffiku jekk imbagħad nibżgħu naġixxu fuq is-soluzzjonijiet. Wieħed japprezza wkoll li Infrastruttura Malta hija konxja ta’ dan u tipprova timmitigah. Fil-fatt, hi l-aktar entità li ħawlet siġar ġodda f ’pajjiżna s-sena li għaddiet, b’aktar minn 8,700 siġra f ’postijiet pubbliċi. Din is-sena diġà ħawlet mal-1,000 siġra oħra. Bħalissa l-kontroversja qed iddur mas-Central Link Project. Dan il-proġett ilu ppjanat snin u se jfisser bidla kbira u pożittiva għall-inħawi tal-Imrieħel, ta’ Birkirkara, ta’ Ħal Balzan u ta’ Ħ’Attard. Ftit riċerka turi kif dan hu proġett ta’ importanza

nazzjonali kemm fil-Pjan Lokali ta’ din iż-żona maħruġ fl-2006, kif ukoll fit-Transport Masterplan 2025. Dan hu pjan riżultat ta’ ħafna studji u għandu l-approvazzjoni ta’ istituzzjonijiet Maltin u Ewropej. Dan il-proġett se jfisser inqas traffiku u inqas tniġġis. Filwaqt li rapporti tekniċi u xjentifiċi dwar is-Central Link Project li saru minn esperti indipendenti jikkonfermaw li meta dan il-proġett jitlesta, din iż-żona ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara se tara aktar minn 300 siġra iżjed milli hemm illum. Dan flimkien ma’ aktar minn 10 kilometri ta’ bankini ġodda u bl-itwal korsija għar-roti maqtugħa mit-triq f ’Malta. Minkejja dan, id-diskussjoni dwar dak imwettaq la kienet ftit u lanqas se tkun. Fl-aħħar millaħħar dan hu s-sabiħ ta’ soċjetà ħajja. Niddibattu kemm hemm bżonn. Però, m’hemmx dubju li Infrastruttura Malta qed tħalli effett pożittiv f ’ħajjet il-Maltin u l-Għawdxin.


18

02.02.2020

kullhadd.com

F’XIFER L-IRDUM

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 23 ta’ Jannar Għandu jkun li dak Manuel (mhux Adrian) Delia jaħseb li kulħadd iblah. Qal li Edwin Vassallo, Herman Schiavone, Kristy Debono, u l-Membri Parlamentari l-oħra li jappoġġaw lill-Kap Adrian (mhux Manuel) Delia, ma jistħoqqilhomx li jkunu fil-Parlament. Tgħid mhux se jwarbulu biex jitilgħu n-nies tiegħu u ta’ Simon u jaqilbuha lill-Kap tagħna! Jekk inhu raġel, u jaħseb li jista’ jikkmanda hu fil-partit darba glorjuż tagħna, imissu jikkontesta għal kap hu, u mhux joqgħod jipprova jagħti l-gambetti. Ovvjament mhux issa, imma wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss, għax fl-elezzjoni ġenerali se jkun Adrian Delia u l-ebda Delia ieħor. Il-Ġimgħa, 24 ta’ Jannar

Pereżempju, illum, f ’Għawdex ftaħar fuq li ftaħar li l-proposta tagħna dwar il-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija sabet l-appoġġ ta’ bosta persuni legali, fosthom Kevin Aquilina u l-Imħallef Emeritus Giovanni Bonello. Dawn it-tnejn żgur li jafu x’għandhom jgħidu, mhux għax Nazzjonalisti, imma għax esperti. Li nixtieq jgħidulna huwa x’jiġri f ’każ li jibqa’ ma jkunx hemm qbil bejn iż-żewġ partiti. Il-Ħadd, 26 ta’ Jannar L-hena tiegħi nhar ta’ Ħadd, wara li nkun mort nisma’ lill-Kap Adrian Delia, nintefa’ fuq is-sufan quddiem it-televixin, u bejn logħba u oħra, noqgħod naqra l-istess tal-ġurnalista Joe Mikallef (bil-k mhux bis-ċ). U jekk ma nilħaqx naqrahom kollha filgħaxija ħallini ntella’ Il-Mument fis-sodda miegħi biex inkompli naqrahom. Hekk kelli nagħmel illum għax kellu ma nafx kemm– il rapport. Kellu rapporti dwar dak li qiegħed jiġri filKorp tal-Pulizija, dwar ħaddiema b’xogħol perikoluż mal-Gvern, dwar l-MCAST, dwar l-inkwiet li tal-Labour għandhom f ’Għawdex, u aktar. Dan kollu minbarra intervista ma’ Tonio Borg, eks Ministru tagħna, u eks Kummissarju Ewropew, li, m’hemmx għalfejn ngħid, qabel mal-proposta tagħna dwar il-Kummissarju tal-Puliżija.

Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna jidher sodisfatt ħafna bit-tmexxija tal-mexxej Laburista Robert Abela għax meta llum iltqajt miegħu, tgħidx kemm faħħru. Faħħru għall-mod kif għażel il-Kabinett, faħħar il-proposta tiegħu dwar il-mod kif issir il-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija. Insomma faħħru fuq kollox, u meta għedtlu li huwa dejjem l-istess, ifaħħar dak kollu li jagħmlu tal-Labour u jmaqdar dak kollu li nagħmlu aħna, kien pront weġibni li mhux waħdu u dlonk fakkarni f ’dak li qalet il-Kamra tal-Kummerċ ftit tal-jiem ilu, li wkoll ħarġet It-Tnejn, 27 ta’ Jannar tgħid li hija sodisfatta b’dak li qiegħed jagħmel Robert Ma nafx x’fettillu Louis Galea joħroġ bi proposta biex Abela. inbidlu isem il-partit darba glorjuż tagħna u minflok Is-Sibt, 25 ta’ Jannar Partit Nazzjonalista nibdew Mhux ta’ b’xejn qiegħed nissejħu Partit Nazzjonali jagħmel diskorsi ta’ barra tal-Poplu. Ma tarax, man! minn hawn il-Kap tagħna, Aħna kburin tant b’dan l-isAdrian Delia! Għandu tat- em! U mhux bl-isem biss tika tajba ħafna, man! Jara kburin. Kburin bis-slowx’jingħad minn dak u mill- gan ta’ “Religio e Patria”. ieħor, jara x’jingħad minn Kburin bil-maduma, bl-araġenzija jew oħra, imbagħad ma tagħna. Kif aħna kbujirkeb fuq dak li jkun intqal. rin ukoll bl-innu tagħna. B’hekk ħadd ma jkun jista’ Jagħmlu x’jagħmlu jien se jmerih, għax dejjem jikk- nibqa’ nkun Nazzjonalist. wota lil espert jew ieħor. Hekk kont, hekk għadni,

u hekk nibqa’. Jien dejjem ngħid li jekk f ’pajjiżna jibqa’ Nazzjonalist wieħed, dak inkun jien, għax hekk kont wegħedt lil missieri li kien semmieni Nazju għax il-kappillan ma ħallihx isemmini Nazzjonalist. It-Tlieta, 28 ta’ Jannar Ara! Reġgħet tfaċċat Maria Efimova. Din id-darba qiegħda titlob il-flus, jekk fhimt sewwa dak li qalli Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, biex tipprova ta’ min hi l-kumpanija Egrant. Minnaħa tiegħi, jien żgur li ma jien se nagħtiha xejn, għax diġà daħqet b’Daphne Caruana Galiżia u bi Pierre Portelli, u ngħid għalija, jien ma nafdaha assolutament xejn. U jekk, meta tiġbor l-eluf li qiegħda tgħid li għandha bżonn, terġa’ tisparixxi, x’jiġri mill-flus li nkunu tajniha. Le, le. Jekk iridu jagħtuha Simon Busuttil, Jason Azzopardi, David Casa, Manuel Delia. Insomma dawk kollha li qegħdin jagħmlu minn kollox biex jaqilbuha lill-Kap tagħna, Adrian Delia. L-Erbgħa, 29 ta’ Jannar Ftit mijiet biss kienu dawk li segwew is-sejħa ta’ Manuel (mhux Adrian) Delia biex jiltaqgħu quddiem il-Parlament biex jipprotestaw u jitolbu li jkunu rtirati ħatra u kuntratt li jikkonċernaw lil Kondrad Mizzi. Għalija ma kinitx sorpriża li ħafna ġew jaqgħu u jqumu minn Manuel (mhux Adrian) Delia għax dak li kienu se jitolbu permezz tal-protesta, kien diġà ġie attwat. Ovvjament jien wieħed minn dawk li ma mortx, għax jien, la ma jgħidlix il-Kap tagħna Adrian (mhux Manuel) Delia biex nattendi, ma nattendix. Li kont Kap jien, lil tagħna nordnalhom biex ħadd minnhom ma jattendi, imma Adrian Delia ma jistax jagħmilha din, għax nofs il-Membri Parlamentari, jekk mhux aktar, jiġu jaqgħu u jqumu minn dak li jgħidilhom.

Felix Busuttil

Ma nixtiqx inkun wieħed mill-ħafna kif sejjaħ u għajjar il-President Trump fl-aħħar konferenza f ’Davos. Trump stqarr li kontra kull prova tax-xjenza hu ma jemminx fit-tibdil fil-klima u dawk li jemmnu mhuma xejn ħlief profeti tal-apokalissi. Nistgħu biss ngħidu jekk nemmnu fil-fatti tax-xjenza u minn dak li qiegħed jiżvolġi madwarna li żgur u mhux forsi resqin lejn dinja ferm differenti minn dik li nafu. Jiġri x’jiġri bil-klima tal-lum, mexjin lejn perjodu ta’ tibdil kbir li ser jaffettwa l-umanità. Jekk tassew ser ikun perjodu diżastruż il-ġenerazzjonjiet li jmiss ser iwaħħlu biss fina. Kif nistgħu ninjoraw il-konsegwenzi ta’ dan it-tibdil fil-klima? Trid tkun jew injorant, jew ma jimpurtakx, taħseb biss fik innifsek u f ’butek jew tinjora l-eżistenza futura ta’ wliedek. Insomma tiġi taqa’ u tqum – f ’dan il-każ taqa’ u tispiċċa estint int u l-ħajja kollha li taqsam miegħek l-unika pjaneta li għandna. Gżejjer fil-Paċifiku qegħdin jisparixxu taħt il-baħar. Venezja meqruda bl-agħar għargħar li qatt kien imfakkar. L-Awstralja u Kalifornja jaqbdu. Miljuni ta’ annimali maħruqa. Ċikluni iktar feroċi mis-soltu. Nuqqas ta’ xita. Jew xita li tgħarraq u tkaxkar. Mewġ ta’ sħana li ħalla bla nifs l-Ewropa is-sajf li għadda. Il-barrier Reef u l-korali qegħdin imutu b’rata allarmanti. U dan hu biss il-bidu. Possibbli avukat, ħaddiem, missier, omm, businessman, politiku li għandu tant responsabbiltà, jgħatti għajnejh, isodd widnejh u jagħlaq ħalqu? Mela aħna xadini? Insomma x-xadini u l-annimali aħjar minna għax dawn ma kinux parassiti tar-riżorsi li tatna d-dinja ħanina. Kieku l-bniedem ma kienx jeżisti kieku d-dinja mhix qiegħda tgħajjat għall-għajjut. Għax ta’ min hu verament t-tort ta’ dan kollu? Jien. Int. Aħna. Is-seklu 19 bir-Rivoluzzjoni Industrijali u d-duħħan li faga kollox? Is-seklu 20 biz-żejt maħruq fl-arja? Is-seklu 21? Dan tal-aħħar li qegħdin ngħixu fih għadu fis-sakra biż-żjut u l-gass li niskru bih. Il-popolazzjoni umana qiegħda tiżdied sew u magħha qiegħda tiżdied il-manifattura. Speċjalment dik tal-laħam, l-ikbar industrija li qiegħda togħdos u toqtol il-pjaneta. Sar ftehim eċċezzjonali li forsi ta xaqq ta’ dawl – il-Ftehim Internazzjonali ta’ Pariġi tas-sena 2015. Aħna l-Maltin iffirmajnieh dan it-trattat. Trattat li jagħmel minn kollox sabiex it-temperatura tad-dinja ma titlax iktar minn żewġ gradi għax żewġ gradi biss – żewġ gradi biss – iġibu magħhom tibdil serju li

jaffettwa t-temp, l-immigrazzjoni, gwerer u diżubbidjenza ċivili u l-estinzjoni ta’ eluf ta’ annimali, foresti u ġungli. Possibilment anke l-eżistenza tal-umanità. Sar dan il-ftehim u kien suċċess. U x’ġara minn dan il-ftehim ’l hawn? L-emissjonijiet tal-karbonju komplew jiżdiedu– saħansitra pajjiż li nsejħulu responsabbli, ċivili, uman anzi super uman bħall-Istati Uniti abbanduna dan il-ftehim li forsi kien ser ikun xaqq ta’ tama. Trump iddeċieda għall-Amerikani kollha u ddeċieda għalina wkoll. Il-possibbiltà kbira, u dan qegħdin skont ħafna xjenzati diġà tard wisq, hi li t-temperaratura fi żmien dan is-seklu ser titla’ mhux żewġ gradi imma sitta. Dan ser jaffettwa ftit lil dawk bejn l-età ta 50 sena ’l fuq imma iktar għal dawk imweldin issa fl-aħħar 20 sena u dawk li ser jitwieldu minn issa sal-medju ta’ dan is-seklu. Dawn ser ibatu u jbatu blikrah. It-tfal u ż-żgħażagħ tagħna donnhom iktar għandhom rashom fuq għonqhom u jifhmu tassew is-sitwazzjoni. Madwar id-dinja persuni ta’ età żgħira bħal Greta Thunberg qegħdin tassew jimmollaw u jipprotestaw kontra din l-indifferenza. F’Malta, il-Gvern ħatar Ministru ġdid għall-protezzjoni tal-ambjent u għadu ferm żgħir fl-età. Aaron Farrugia diġà stqarr li bil-progress mgħaġġel li laħaq pajjiżna ma nistgħux nwarrbu l-fil delikat bejn it-tkabbir talġid speċjalment fejn tidħol il-kostruzzjoni u t-tkabbir fit-tniġġis u s-soffokazzjoni ta’ spazji jew siti ambjentali, ħodor u ta’ saħħa. Il-Malti meta tedukah jaf jinbidel għall-aħjar – point in case il-mentalità fuq kif nisseparaw l-iskart. Biddilna l-iktar industrija li kienet qiegħda tniġġes l-arja Maltija – l-enerġija elettrika tal-Partit Nazzjonalista. Heavy Flue Oil ipparagunat ma gass naturali. Hemm bżonn ħafna aktar xi jsir – jeħtieġ rivoluzzjoni. Il-pjanijiet talGvern li jibdel il-vetturi maħmuġa għal dawk nodfa jista’ jkun ta’ suċċess kbir – nistgħu nuru lid-dinja kollha li aħna l-Maltin u l-Għawdxin m’aħniex kif pittruna dan l-aħħar. Għandna opportunità tad-deheb fejn nistgħu nkunu minn tal-ewwel sabiex nipproteġu darna u l-pjaneta. Insiru aktar nodfa u ma nħammġux barra u ninfurzaw bis-saħħa kollha l-liġijiet li jieħdu ħsieb l-ambjent, l-indafa u l-annimali. Nibżgħu għall-bajjiet u l-ibħra tagħna. Nużaw mezzi ta’ trasport alternattivi, bħal dak pubbliku. Nagħtu spinta u spinta serja għall-introduzzjoni u l-attrazzjoni tal-użu ta’ enerġija alternattiva. Nieklu inqas laħam. Nużaw ħafna inqas plastik. Insewwu kull tapp li jqattar u nitfu dak id-dawl mixgħul għalxejn. Dan hu ċans kbir. Ma nixtiqx inkun pessimist, qatt ma kont. Jekk irridu bidla, nibdew minna l-Maltin u l-Għawdxin li għandna intelliġenza straordinarja, qalb kbira u nifhmu meta jkun hemm periklu serju għal ulied u wlied uliedna, għax dawn il-mimmi ta’ għajnejna. Flimkien. Din sfida kbira globali. Unika. Issa għandna ċans kbir. Ma nitilfuħx.


19

02.02.2020

kullhadd.com

IX-XORTI TAS-SAĦĦARA Kitba ta’ l-oħrajn kollha taħt it-tmexxija suna li kienet ostaklu sabiex jirtu fortuna kbira jew kif jeħilsu minn MARY CHETCUTI tagħha. Darba fost l-oħrajn saċerdot xi ħadd rivali fl-imħabba. Għall-ewwel, La Voisin kienet Iż-żagħżugħa Catherine Deshayes mill-Ordni ta’ San Vinċenz de Paul iżżewġet lill-ġojjellier Antoine waslulu xi lmenti dwar l-attivitajiet tagħti pariri u tgħid lil min iżurMonvoisin u kienu joqogħdu f ’ap- ta’ La Voisin li setgħu jmorru kon- ha sabiex jitolbu lil dak il-qaddis partament ċkejken f ’Pont-Marie tra t-tagħlim Kristjan. Hija ssejħet jew l-ieħor. Imbagħad skopriet ġewwa Pariġi. B’xorti ħażina n-ne- quddiem l-intelletwali tal-Univer- xi kredibbiltà kellu amulett – dak gozju marlu ħażin u fallielu. sita’ ta’ Sorbonne sabiex tispjega l-oġġett li kienet tagħti lill-klijenB’familja dejjem tikber, Cather- x’kienet tagħmel eżattament. Ta’ ta sabiex iħarisha mill-għajn jew ine, iddeċidiet li tikkontribwixxi mara intelliġenti li kienet, La Voi- iġibilha xorti tajba. Meta resqu għandha klijenti li hi ħalli ġġib l-ikel fuq il-mejda. Fi sin impressjonat bil-kbir hi u tfietfulitha ħadet edukazzjoni ade- hem li d-doni li kellha kienu ġen- riedu aktar minn hekk, hi pprovdiet pozzjonijiet ta’ mħabba u kwata u kienet akkwistat biżżejj- wini għax ġejjin min Alla. ed tagħrif mediku biex taħdem La Voisin kienet tibda l-jum anki veleni. L-ewwel taħlitiet veta’ qabla kif ukoll twettaq l-abort, tagħha bis-smigħ tal-quddies sa- lenużi tagħha ma ħallew effett ta’ għalkemm fi Franza tas-seklu 17 biex turi lil kulħadd li hija kienet xejn, iżda meta talbet l-għajnuna kien illegali. mara devota. Ħlief għaż-żjarat ta’ Catherine Trianon, il-veleni li Barra minn hekk, Catherine fil-knisja, l-attivitajiet l-oħrajn koll- bdew iħalltu kienu b’saħħithom u Monvoisin kellha ħiliet oħrajn li bi ha tagħha bdew dejjem jieħdu sura letali. L-aktar klijenta importanti li ftit tagħrif fil-psikoloġija umana oskura u jqarrbu l-okkult u saħankellha La Voisin kienet Madame rnexxielha tiżviluppahom u bdew sitra s-sataniżmu. jirrendulha flejjes kbar. MonvoiRiedet tkun ta’ dispożizzjoni de Montespan, l-aktar mara sin bdiet taqra x-xorti billi tistudja assoluta u ma żammet lura minn b’saħħitha fi Franza għall-fatt l-wiċċ u l-idejn tal-klijenti li jiġu xejn meta t-talbiet tal-klijenti l-ak- li kienet poġġuta mar-Re Louis għandha. tar prestiġjużi tagħha talbuha parir XIV; jingħad li kellha poter akWara l-1665, Catherine Monvoi- kif jeħilsu mir-raġel għax kellhom tar mir-reġina stess. Madame de sin saret mara għanja magħrufa wiċċ ħaddieħor; kif iwarrbu per- Montespan ma kinetx tittollera ma’ Franza kollha, partikolarment f ’Pariġi, b]ala La Voisin. Aristokratiċi tal-ogħla rank saru klijenti tagħha. Sabiex toħloq atmosfera aktar mistika, La Voisin, ma qaditx lura mill-ispejjeż u saħansitra ordL-aktar klijenta importanti li kellha La nat mantell twil tal-bellus aħmar Voisin kienet Madame de Montespan, kollu rrakkmat bl-ajkli tad-deheb li kienet tilbes meta tilqa’ lill-klijenti. l-aktar mara b’ saħħitha fi Franza Id-domanda għas-servizzi ta’ għall-fatt li kienet poġġuta mar-Re Louis La Voisin tant bdiet tikber li biex tilħaq lil kulħadd ħolqot xirka ta’ XIV; jingħad li kellha poter aktar nisa u rġiel madwar Pariġi kollha jaqraw ix-xorti u jagħtu s-servizzi mir-reġina stess

rivali u riedet li r-re jibqa’ jaqsam is-sodda magħha biss u ħadd aktar. Madwar l-1673, Montespan żaret lil La Voisin fejn bla tlaqliq talbitha sabiex tippreparalha quddiesa sewda sabiex ir-Re Louis XIV ma jitlifx l-interess fiha. La Voisin qaltilha biex tmur fit-tali data fit-tali dar f ’Rue de la Tannerie, ġo Pariġi. Kollox kien imħejji u Madame de Montespan xtaqet li ġisimha għeri jservi ta’ altar li fuqu qaddes il-quddiesa ċertu Etienne Guilbourg, saċerdot imkeċċi mill-Knisja Kattolika. Waqt il-quddiesa tferrex fuq il-favorita tar-re id-demm ta’ tarbija “ssagrifikata”; ma teżistix ċertezza jekk it-tarbija kinetx ħajja u nqatlet għal dan il-għan djaboliku jew kinetx tarbija li mietet b’kawżi naturali. Ir-ritwal ġie repetut diversi drabi oħrajn. Kien l-1677 meta, skont Madame de Montespan, il-quddiesa s-sewda ma baqgħetx tħalli l-effett mixtieq minnha għax ir-Re Louis XIV beda jagħti attenzjoni żejda lis-sabiħa ta’ 17–il sena Angelique de Fontanges. Montespan riedet lil La Voisin tħawdilha velenu qawwi biżżejjed biex toqtolhom it-tnejn f ’daqqa. La Voisin għall-ewwel inkwetat u beżgħet, imma imbagħad iddeċidiet li tagħmel dak li kienet qed titlobha Madame de Montespan, avolja sabet oġġezzjoni kbira minn bintha Marguerite Monvoisin u kollegi oħrajn. Ħabiba u kollega tagħha saħansitra ppruvat tipperswadiha li kienet qed tara fu-

tur ikrah għal La Voisin jekk tibqa’ tippersisti biex taqdi lill-favorita tar-re. Il-komplott ta’ Madame de Montespan falla. Madanakollu, bdew iqumu xnigħat persistenti li xibka ta’ sħaħar mifruxa ma’ Pariġi kienet taħti għal għadd ta’ mwiet b’veleni potenti u ħtif ta’ trabi għal riti sataniċi. Il-poplu twerwer u bdew iqumu irvellijiet li r-re ma setax jinjora. Il-pulizija sigrieta tar-re bdew tfitxija intensiva u arrestaw lil kull min jaqra x-xorti. Ix-xirka ta’ La Voisin bdiet tiżżarma biċċa biċċa u hi ġiet arrestata fit-12 ta’ Marzu 1679. Malli r-Re Louis XIV intebaħ li La Voisin kienet il-kap tax-xirka u taf l-identità ta’ min ħa s-servizzi mingħandha, ordna li s-saħħara ma tiġix ittorturata waqt l-interrogazzjonijiet biex ma tiżvelax ismijiet li setgħu jimbarazzaw lilu u lir-renju. Madanakollu, ma rnexxilux jostor wieħed mill-akbar skandli fl-istorja Franċiża sal-lum – l-affari tal-avvelenamenti aktarx kienet ħalliet bejn 1,000 u 2,500 vittma b’ħafna minnhom aristokratiċi maqtulin minn tal-klassi tagħhom stess. Fit-22 ta’ Frar 1680, La Voisin ġiet maħruqa ħajja fi Place de Greve. Bintha Marguerite kixfet lil Madame de Montespan mill-ħabs. Re Louis XIV eżilja lil favorita tiegħu bħalma eżilja u qafel oħrajn u għamel minn kollox biex raqqad l-iskandlu li seta’ tellfu t-tron ta’ Franza.


20

02.02.2020

kullhadd.com

L-HOMO ERECTUS: L-UMANI TAL-QEDEM LI GĦEXU AKTAR MILLI ĦSIBNA

Studju li sar dan l-aħħar wera li bniedem tal-qedem, li jiġi mill-umani tal-lum, baqa’ jgħix saż-żminijiet relattivament reċenti fix-Xlokk tal-Asja. L-Homo erectus evolva madwar żewġ miljun sena ilu, u kien l-ewwel speċi uman li seta’ jimxi wieqaf. L-istudju li m’ilux li sar juri li dik l-ispeċi rnexxielha tgħix għal ftit aktar minn 100,000 sena fuq il-gżira Indoneżjana ta’ Java – ferm aktar tard minn meta kienet sparixxiet f’postijiet oħra. Dan ifisser li numru ta’ Homo erectus kienu għadhom jgħixu meta l-ispeċi tagħna (tan-nies tal-lum) kienu qed jimxu fuq id-dinja. Minn CHARLES B. SPITERI

dim bejn 117,000 u 108,000 sena. Dan iwassal biex nifhmu li fl-Indoneżja kien hemm l-aħħar speċi ta’ Homo erectus fid-dinja kollha. Il-Prof Ciochon qal lill-BBC News li ma jafx min sal-lum jista’ jagħti dati aktar preċiżi minn dawk li taw huma. Il-Prof Chris Stringer, mexxej tar-riċerka tal-evoluzzjoni umana fil-Mużew tal-Istorja Naturali ta’ Londra, li ma kienx involut fix-xogħol, ikkummenta: “Dan hu studju li jiġbor fih l-elementi kollha tal-għadam li nstabu; tan-Ngandong Homo erectus, u l-awturi bnew każ b’saħħtu sew li dawn l-individwi mietu u tkaxkru fid-depożiti tax-Xmara Solo madwar 112,000 sena ilu. L-età għall-fossili li nstabu tal-Homo erectus b’dehra primittiva hi ċkejkna u tistabbilixxi li din l-ispeċi damet fuq Java għal aktar minn miljun sena. Ir-riċerkaturi jaħsbu li l-kollezzjoni tal-fdalijiet aktarx turi li l-ġrajja tal-mewt kienet waħda tal-massa, li tkaxkret u telgħet mal-ġenb ta’ vulkan meta L-aħħar speċi għamlet ix-xita qabel jew wara Huma rnexxielhom jaċċertaw l-iżbroff. Nafu li dawn il-ġrajjili ż-żmien definittiv ta’ meta et vjolenti jkaxkru kulma jsibu nstab il-post bl-għadam hu qa- quddiemhom. Ir-rivista Nature tiddeskrivi hekk: Fis-snin 1930, instabu 12–il kranju u żewġ għadmiet tal-parti t’isfel tas-sieq. Dawn l-għadam instabu midfuna 20 metru ’l fuq mil-livell tax-Xmara Solo f ’Ngandong, fiċ-ċentru ta’ Java. Kien l-għadam ta’ 12–il Homo erectus. Fis-snin ta’ wara, ir-riċerkaturi ppruvaw isibu ta’ liema perjodu kienu l-fossili. Din kienet ħaġa tassew diffiċli għax il-ġeoloġija tal-madwar hi kumplessa ferm u d-dettalji tal-iskavar oriġinali spiċċaw tħalltu. Fis-snin ta’ wara l-1990, it-tim ta’ riċerkaturi kienu tal-fehma li l-Homo erectus kien imur lura għal bejn 53,000 sa 27,000 sena. Huma ħarġu wkoll bil-possibbiltà li l-bniedem modern għex ukoll fil-preżenza tal-Homo erectus fuq il-gżira Indoneżjana. Issa, riċerkaturi mmexxija millProf Russell Ciochon mill-Università ta’ Iowa, fil-belt ta’ Iowa, bdew skavar ġdid qrib ix-Xmara Solo, u qed jerġgħu janalizzaw issit u l-madwar.

L-iskavar tal-1930 Aktar qabel, Frank Huffman mill-Università ta’ Texas u membru tat-tim, kien irnexxielu jsib lid-dixxendenti tar-riċerkaturi Olandiżi li skavaw għall-fdalijiet tal-Homo erectus lura fl-1930. Dawn il-familjari pprovdewh b’ritratti tat-tħaffir oriġinali, mapep u notamenti. B’hekk Huffman kien kapaċi jirrisolvi b’ċertezza, ħafna mill-ħwejjeġ li għall-bidu ħabbtuh biex jifhem sew is-sit. Fuq ir-riċerkatur mill-Università ta’ Texas, il-Professur Ciochon stqarr li “hu kien kapaċi jgħidilna eżatt fejn għandna nħaffru.” Ciochon u l-kollegi tiegħu skavaw parti mill-inħawi mhux mimsusa, li ntelqu hekk mit-tim Olandiż fis-snin 30. Infurmati mill-kitba tal-iskavar oriġinali, ittim kien kapaċi jidentifika s-sodda tal-għadam, imnejn instabu l-fossili tal-Homo erectus u jsir jaf meta għexu. Evoluzzjoni f ’qisien differenti Fil-gżejjer l-oħra fix-Xlokk tal-Asja, l-Homo erectus jidher li evolva f ’qisien iżgħar, bħall-Homo floresiensis – il-Hobbit fi

Flores, u l-Homo luzonensis fil-Filippini. Aktarx li dan ġara minħabba r-riżorsi limitati tal-ikel li kien hemm fuq dawn il-gżejjer. Iżda jidher li f ’Java, kien hemm biżżejjed ikel għall-erectus biex iżomm il-qies oriġinali tal-ġisem li kellu. Il-kampjuni li nġabru minn Ngandong jidher li kellhom tul ta’ bejn ħames u sitt piedi, meta mqabbla ma’ eżempji oħra mill-Afrika u postijiet fl-Ewrasja. Is-sejbiet ikomplu jenfasizzaw il-qalba fil-ħsieb li dan l-istudju għadda minnu tul għaxriet ta’ snin. Qabel kienu jaħsbu li l-evoluzzjoni umana kienet tipprogressa f ’linja dirett mix-xadini għall-umani. Dan jintwera fiċ-ċar fir-ritratt magħruf bħala Mixja ta’ Progress, fejn kreatura mħattba li qisha xadina tersaq bil-mod ilmod lejn il-Homo sapiens, apparentement l-apiċi tal-evoluzzjoni. Studju aktar kumpless Fil-ġranet tal-lum, l-affarijiet saru aktar kumplessi. L-aħħar studju li ġibed attenzjoni speċjali, iżda hu diffiċli tifhmu, hu li ħafna millispeċi li ħsibna li ġew fi stadji tranżitorji, rikbu fuq xulxin, f ’xi każi fuq mijiet ta’ eluf ta’ snin. Iżda għaliex l-Homo erectus baqa’ jgħix hekk fit-tul fuq Java? Probabbilment fl-Afrika, l-ispeċi kienet sparixxiet sa 500,000 sena ilu; fiċ-Ċina għebet madwar 40,000 sena ilu. Russell Ciochon jaħseb li aktarx ġara hekk għax dehru speċi umani oħra, iżda l-lok ta’ Java ppermettielhom jiżviluppaw fl-iżolament. Madanakollu, ir-riżultati juru li l-fossili ġew minn perjodu meta l-kundizzjonijiet ambjentali fuq

Java kienu qed jinbidlu. Dawk li darba kienu artijiet kollhom siġar bdew jinqalbu f ’foresti densi, sinjuri fil-bijodiversità. Il-Prof Ciochon jemmen li hawn jista’ jkun il-post eżatt fejn intemm għal kollox l-Homo erectus minn fuq il-gżira. Ebda Homo erectus qatt ma nstab wara dan iż-żmien u hemm qabża fl-attività sakemm deher l-Homo sapiens fuq Java madwar 39,000 sena ilu. Il-Prof Ciochon hu tal-fehma li l-Homo erectus kien jiddependi ferm mit-taħlita tal-ekosistema, ikkaratterizzata mis-siġar imbiegħda li ma joħolqux saqaf u ma setgħux jilħqu kompromess biex jgħixu f ’foresti densi. Hu spjega li l-Homo sapiens huma l-uniċi speċi li jgħixu f ’foresti tropikali. Ladarba l-flora u l-fawna tar-rainforest infirxu f ’Java, dak kien it-tmiem tal-Homo erectus. Meħtieġa datazzjoni Iżda Chris Stringer baqa’ kawt. Hu qal li l-awturi jistqarru li għalhekk din kienet l-aħħar darba li dehru dawn l-ispeċi u dan jindika li ma kienx hemm irkib tal-ispeċi mal-Homo sapiens f ’Java, peress li l-Homo sapiens waslu ferm wara. Hu żied li mhux konvint fuq il-materjal li qed jingħad li hu tal-Homo erectus, li nġabar minn siti bħal Ngawi u Sambunmacan. L-ewwel ma trid issir hi d-datazzjoni. Barra minn hekk, irid ikun hemm relazzjoni mal-fossili ta’ Ngandong, iżda dan kollu għandu jsir fi stadju ieħor tal-investigazzjoni. Sadanittant kien hemm żie-


21

02.02.2020

kullhadd.com

da oħra ma’ dan l-istudju, hekk kif speċi umana estinta nstabet fil-Filippini. Hi magħrufa bħala l-Homo luzonensis, isem li ngħata mis-sit fejn saret is-sejba fuq l-ikbar gżira tal-pajjiż, Luzon. L-għamla fiżika hi taħlita ta’ dak misjub fl-antenati umani antiki ferm tagħna u nies oħra aktar reċenti. Mill-Afrika għax-Xlokk tal-Asja Dan jaf ifisser li l-primittivi kienu telqu mill-Afrika u marru fixXlokk tal-Asja; ħaġa li żmien ilu tqieset bħala mhux possibbli. Is-sejba turi li l-evoluzzjoni umana fir-reġjun jaf kienet daqsxejn ikkumplikata, bi tliet speċi umani jew iktar fir-reġjun, fl-istess waqt li dehru l-antenati tagħna. Wieħed minn dawn l-ispeċi kien iċ-ċkejken Hobbit – il-Homo floresiensis li rnexxielu jgħix fuq il-gżira Indoneżjana ta’ Flores sa 50,000 sena ilu. Il-Prof Chris Stringer, millMużew tal-Istorja Naturali ta’ Londra qal: “Wara li s-sejbien importanti tal-Homo floresiensis kien ippubblikat fl-2004, għedt li l-esperiment fl-evoluzzjoni umana li sar fi Flores, seta’ kien ripetut fuq ħafna gżejjer oħra fir-reġjun. Jidher li dik l-ispekulazzjoni kienet konfermata fuq il-gżira ta’ Luzon; madwar 3,000 kilometru ’l bogħod.” Interessanti wkoll li żmien ilu l-arkeologi sabu l-katavri ta’ żewġ umani minn antenati differenti, li ltaqgħu f ’għar fir-Russja. Sejba ta’ fdal ta’ tifla Madwar 50,000 sena wara, ix-xjenzjati kkonfermaw li bejniethom kellhom tarbija tifla. Mir-riżultat tad-DNA li sar fuq il-fdal tal-għadam fl-għar, instab li t-tifla kienet minn omm Neanderthal u missier Denisovan. Is-sejba, rappurtata f ’Nature, tagħti dehra rari u fil-fond, fil-ħajjiet tal-aktar familjari qrib tagħna miż-żminijiet qodma. In-Neanderthals u d-Denisovans kienu umani bħalna, iżda jappartjenu għal speċi differenti. Ir-riċerkatriċi Viviane Slon, mill-Istitut tal-Antropoloġija Evoluzzjonarja, Max Planck f ’Leipzig, il-Ġermanja qalet li kienu jafu minn studji preċedenti li n-Neanderthals u d-Denisovans ġieli welldu t-tfal bejniethom, iżda qatt ma ħasbet li kienu se jkunu xortihom tajba u jsibu frott l-imħabba ta’ bejn iż-żewġ gruppi. Mhux talli hekk, talli fiż-żminijiet preżenti, l-umani li mhumiex Afrikani għandhom parti żgħira mid-DNA tagħhom li ġejja min-Neanderthals. Oħrajn, mhux fost il-popolazzjonijiet Afrikani u jiddependi fejn jgħixu, ukoll għandhom frazzjoni mid-DNA tagħhom li ġejja min-nies tal-Asja, magħrufin bħala Denisovans.

L-aħħar studju li ġibed attenzjoni speċjali, iżda hu diffiċli tifhmu, hu li ħafna mill-ispeċi li ħsibna li ġew fi stadji tranżitorji, rikbu fuq xulxin, f’xi każi fuq mijiet ta’ eluf ta’ snin

L-istudju fuq il-fdal tat-tifla Iżda x’irriżulta u x’nafu fuq it-tifla misjuba u l-familja tagħha? L-istudju fuqha ngħaqad flimkien minn biċċa għadma li nstabet snin ilu, fl-għar Denisova, minn arkeologi Russi. Bence Viola mill-Università ta’ Toronto qalet li l-framment hi parti minn għadma twila, u minnha jistmaw li t-tifla kellha mill-inqas 13–il sena. Ir-riċerkaturi waslu għal qbil li l-ġenetika ta’ omm it-tifla aktar kienet tqarreb lin-Neanderthals li kienu jgħixu fl-Ewropa tal-Punent milli lejn xi individwu Neanderthal li kien jgħix qabel, fl-Għar Denisova. Dan juri li n-Neanderthals emigraw bejn il-Punent u l-Lvant tal-Ewropa u l-Asja għaxriet ta’ eluf ta’ snin qabel ma ntemmu. Mill-istess eżamijiet ġenetiċi rriżulta li l-missier Denisovan kellu mill-inqas antenat Neanderthal fl-arblu tar-razza tal-familja tiegħu. Fuq il-gżira Indoneżjana ta’ Flores instabu l-fdalijiet ta’ speċi diminuttivi tal-umani. Dawn setgħu nxtorbu fid-daqs tagħhom b’riżultat taċ-ċokon fuq il-gżira u l-ambjent li kellhom jgħixu fih. L-istudju fuq il-fdalijiet ta’ din il-kreatura, imlaqqma hobbit turi li kien possibbli jkun hemm verżjoni ta’ nani mill-ispeċi umana ta’ qabel. Sa mis-sejbien fl-2003, ir-riċerkaturi kellhom biċċa xogħol iebsa biex jispjegaw l-oriġini ta’ dawn in-nies, b’tul ta’ metru u b’moħħ ċkejken, xjentifikament magħrufin bħala Homo floresiensis. Hemm teorija li ssemmi li l-hobbit evolva minn uman b’moħħ u ġisem kbir, li kien jgħix fil-Lvant tal-Asja, magħruf bħala Homo erectus, bit-teorija tkompli li kif dan mar lejn Flores, il-qies tiegħu beda jiċkien ma’ kull ġenerazzjoni; l-istess minn kif jidher f ’kull speċi oħra. Iżda l-kritiċi jsostnu li hu impossibbli li moħħ l-erectus wasal li jinxef b’dan il-mod b’paragun ma’ ġismu.


22

02.02.2020

kullhadd.com

AKTAR MINN ĦAMSA U GĦOXRIN SENA TIĠRI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Il-pers o n alità li tkellimt magħha llum għal din l-intervista hija pjuttost persuna li taf tkun ta’ ispirazzjoni tajba fuq ħaddieħor u dawk kollha li jixtiequ jibdew isegwu l-passi tagħha. Ilha aktar minn 25 sena, ġurnata wara l-oħra ma titlifx ġirja ta’ siegħa kuljum. Issostni li tħossha aħjar kemm fiżikament u anke mentalment. Qed nirreferi għal Alison Caruana. Għandha 38 sena, toqgħod iż-Żejtun u taħdem bħala segretarja fil-qasam tas-saħħa, u kwalifikata bħala hairdresser ukoll. Il-passatemp tagħha huwa l-atletika li ilha tipprattika din id-dixxiplina minn meta kellha 13–il sena. Dan il-passatemp ilu jiġri magħha minn mindu kienet għadha studenta fis-sekondarja. “L-atletika ma tistax tqisu bħala passatemp li tagħmlu meta jkollok aptit jew iċ-ċans, allura maż-żmien jiġi dixxiplina. Niftakarni bdejt mill-Sports Day tal-iskola, imbagħad kont ingħaqadt ma’ tim u ta’ 13–il sena kont nitla l-track tal-Marsa kuljum. Niftakar kont

għamilt ftit żmien wieqfa meta kelli tfal żgħar u kont immur jogging waħdi u fitness classes. Meta t-tfal kibru u waslu f ’dik l-età li hija faċli li nagħmel xi ħaġa u nħallihom ma’ xi ħadd tal-familja, erġajt bdejt dan il-passatemp b’enerġija sħiħa,” bdiet tgħidli Alison. Żiedet tgħidli li bħala persuna tqis lilha nnifisha persuna impenjattiva għax apparti li taħdem u tipprattika l-atletika, għandha żewġt itfal, iżda determinata ħafna u ma taqta’ qalbha qatt. “Jekk irrid nagħmel xi ħaġa, nagħmilha minn qalbi u sewwa. Jiena persuna li nisfida lili nnifsi, jiġifieri jekk xi ħaġa naraha diffiċli, ngħid jekk ħaddieħor kien kapaċi, jien m’għandi xejn inqas, allura noqgħod nara kif ser nagħmilha u f ’dan il-passatemp nagħmel ħafna sfidi fejn jidħol il-ħin u distanzi. Insib ħin għal kollox fil-ħajja għax ilħin inqassmu sew u nipprova li ma nħalli xejn barra. Niprova kemm jista’ jkun inkun pożittiva u nħobb ħafna lil ta’ madwari u nirrispetta lil kulħadd speċjalment dawk in-nies viċin tiegħi bħall-familja u l-ħbieb veri. L-annimali huma l-ħlewwa tiegħi, infatti l-qattus inqisu bħala t-tifel iż-żgħir tiegħi.” Siegħa kuljum iddedikata għall-ġiri Konxja mill-fatt li Alison kuljum tmur tiġri fit-toroq, staqsejtha kemm iddum normalment. “Noħroġ niġri training kuljum. Għandi siegħa kuljum iddedikata għall-ġiri, ma taffett-

Xi kultant ma jkollix aptit noħroġ f’xi ħin stramb, imma mbagħad jekk persuna tirraġuna hekk maż-żmien tibda ssib skuża għal xiex ma toħroġx tiġri jew tagħmel xi tip ta’ sports ieħor, allura nbiddel u nitlaq. Dik hija sfida li trid tagħmel miegħek innifsek,” stqarret miegħi

wanix jekk hux xemx jew xita, maljum jew fit-tard. Xi kultant noħroġ niġri u taqbad ix-xita. Hija ftit riskjuża, imma meta nara li jaf tagħmel ix-xita, nilbes raincoat sewwa ħalli f ’każ li taqbad ma niħux xi tixriba. Ħbieb u familja jgħiduli biex ma nivvinta xejn f ’dan it-temp, imma jrid ikun altru maltemp qawwi biex ma noħroġx. Dejjem trid issib ħin biex toħroġ u tiġri. Ġieli nqum fl-4.30 ta’ filgħodu biex nagħmel il-ġirja qabel ix-xogħol jew inkella anki ġieli fl-10 ta’ filgħaxija. Dawn il-ħinijiet ikolli nagħmilhom f ’każ li jkolli ħafna impenji wara ħin ta’ xogħol. Ħafna drabi jkunu ta’ spiss, imma ġaladarba dan il-passatemp huwa ħajti, allura nsib ħin li għal ħafna nies mhux ħin normali, iżda min huwa bħali jifhimni.” Ridt inkun naf jekk ikunx hemm mumenti li ma jkollhiex aptit tmur tiġri. “Issa jidħolx l-aptit li noħroġ niġri jew le dik hija ħaġa oħra. Xi kultant ma jkollix aptit noħroġ f ’xi ħin stramb, imma mbagħad jekk persuna tirraġuna hekk maż-żmien tibda issib skuża għal xiex ma toħroġx tiġri jew tagħmel xi tip ta’ sports ieħor, allura nbiddel u nitlaq. Dik hija sfida li trid tagħmel miegħek innifsek,” stqarret miegħi. Mhux hekk biss, talli ma’ dan il-passatemp, Alison għandha wkoll il-crossfit. Il-crossfit tagħmlu biex tibni u ssaħħaħ il-muskoli tal-ġisem. Dawn huma classes speċi ta’ aerobics, imma aktar intensivi u tuża l-weights fihom, u jinkludi ammont ta’ press ups u sit-ups, squats u planks, li xi kultant tkun trid toħroġ qalbek. Il-crossfit għalija huwa importanti li nagħmlu għaliex ma’ dawn il-maratoni nieħu sehem ukoll f ’attivitajiet ta’ OCR (Obstacle Course Racing), fejn fihom jidħol ħafna ġiri u varjetà ta’ physical challenges. OCR ivarja fejn mal-ġiri ikollok ammont ta’ sfidi oħra bħal tiġri b’xi ammont ta’ weights fuqek, jidħol ħafna tixbit u titla’ ammonti ta’ sulari fuq xbieki u ħbula, tidħol f ’pool ta’ tajn u anki qbiż minn fuq kanal bin-nar tiela’ minnu. Il-crossfit jgħin

ħafna biex il-ġisem issaħħu u tibni ċerta enduranza u l-outdoor training jgħinek idderri l-ġisem f ’temperaturi differenti u tiltaqa’ ma’ ostakli li ġewwa gym ma ssibhomx. Bħal meta tmur trail run. Taħriġ u tiġri fi trekking. Jgħinek biex f ’kompetizzjoni tkun imdorri tiġri fl-imħarbat,” spjegatli tajjeb Alison. Għaliha bla gost tiġri fuq magna, meta tista’ tvarja l-ġirja f ’postijiet differenti Kompliet tgħidli li fil-gym ma tantx ser issibha, ħlief għal xi classes, għax mhux il-favorit tagħha. “L-arja ta’ barra tgħinni aktar nirrilassa u nkun nista’ mmur distanzi twal mhux bħal meta tmur f ’gym. Insibha bla gost niġri fuq treadmill għal xi siegħa sħiħa, meta nista’ mmur barra u nvarja l-ġirja f ’postijiet differenti.” Sirt naf ukoll li Alison toħroġ tiġri kuljum ukoll biex dejjem ittejjeb u żżomm il-performance tagħha tajba. Dan għaliex tipparteċipa fil-maratoni u ġirjiet oħra żgħar li jsiru ta’ spiss madwar Malta u Għawdex. “Dawn il-maratoni nkun qed nistenniehom minn ġimgħa għal oħra, għax jagħtuni ċertu sodisfazzjon. Fihom inkun qed nikkompeti f ’dak il-passatemp tant għal qalbi, kif ukoll nikkompeti ma’ ħaddieħor u ngħiduha kif inhi li tkun kapaċi ġġib ħin tajjeb iktar minn ħaddieħor huwa ta’ sodisfazzjon kbir ukoll,” tbissmet tgħidli. Ta’ min iżid jgħid ukoll li dan il-passatemp tal-ġiri, lil Alison ma jżommhiex ġewwa gżiritna biss. Illum il-ġurnata, fil-fatt hawn il-faċilità li japplikaw sabiex jikkompetu barra minn xtutna wkoll. “Jekk Alla jrid jiena flimkien mat-tim li nittrenjaw għall-OCRs, f ’Marzu li ġej sejrin l-Italja sabiex nagħmlu Spartan hemm u x’aktarx iktar ’il quddiem insiefer għal maratona ġewwa post ieħor fl-Ewropa.” Qatt ma taf li qalet trid tieqaf mill-ġiri għax jagħtiha ċertu sodisfazzjon u saħħa. Ma’ Alison iddiskutejt ukoll id-dieta li normalment issegwi. Fil-fatt,


23

02.02.2020

kullhadd.com

L-arja ta’ barra tgħinni aktar nirrilassa u nkun nista’ mmur distanzi twal mhux bħal meta tmur f’gym. Insibha gost niġri fuq treadmill għal xi siegħa sħiħa, meta nista’ mmur barra u nvarja l-ġirja f’postijiet differenti

stqarret miegħi li ma’ dan il-passatemp għalkemm jgħinek iżżomm ruħek fit, anki fejn tidħol dieta Alison toqgħod attenta ħafna x’tiekol. “Ħafna junk food huwa projbit fid-dieta tiegħi, alkoħol nevitah u anke sigaretti għax dawk ma jgħinux fejn jidħol il-ġiri u n-nifs. Niftakar episodju meta kont għadni teenager. Sħabi kienu jpejpu u joffruli xi sigarett u jien dejjem irrifjutat għax dejjem ġibt quddiem għajnejja l-performance tiegħi, fejn dak iż-żmien kont aktar mixħuta fuq sprints u long jump. Jgħinek ukoll anki mentalment, pereżempju tħossok irrabjata, imdejqa, insomma kwalunkwe sitwazzjoni li tinqala’ fil-ħajja jew fil-ġurnata tiegħi. Kif nibda training jew noħroġ niġri, inħoss ċertu serħan u mentalment nirrilassa u wara nħossni nista’ naħseb u nirraġuna aktar f ’sitwazzjoni li tkun inqalgħet. Bħala ikel huwa bbażat fuq proteins u ftit carbs. L-ikliet tiegħi huma ħaxix bħal insalati jew ħaxix griljat u laħam bħal sider ta’ tiġieġa u

ċanga friska. Ross u għaġin ismar nieħu bil-qies u frott frisk huwa importanti ħafna. Meta tkun waslet xi maratona jew xi sfida oħra, it-taħriġ tiegħi ikun iktar intensiv. Inżid ftit iktar ross u l-għaġin ismar għax jgħinu ħafna biex ikollok l-enerġija. Bħala xorb nixrob ilma biss, rari nieħu xarbiet ħelwin. Fil-festi nipprova nżomm bid-dieta tiegħi mal-ġurnata u wara ma nesaġerax. Wara l-festi mbagħad ikunu spiċċaw l-istediniet u d-dieta terġa’ lura għan-normal.” Xi ħaġa li hija żgura minnha, hi li minn dan il-passatemp, Alison qatt ma taf li qalet trid tieqaf għax jagħtiha ċertu sodisfazzjon u saħħa. “Inħeġġeġ lill-qarrejja sabiex isibu dak il-passatemp u jipprattikawh jew jippruvaw jagħmlu dan il-passatemp tiegħi, tagħhom ukoll għax is-sodisfazzjon u s-saħħa li jagħtik jgħinuk ħafna f ’kull aspett. Iżżomm figura pulita, ’il bogħod minn ċertu mard kif ukoll ’il bogħod minn vizzji koroh. Jiena dejjem nirringrazzja lil Alla tas-saħħa li jagħtini u nitolbu jagħtini saħħa ħalli nibqa’ niddixxiplina lili nnifsi b’dan il-passatemp, li issa ili aktar minn 25 sena fih,” temmet tgħidli f ’din l-intervista.


24

02.02.2020

kullhadd.com

IFFISSAT U JĠEMMA’ L-KAROZZI CLASSIC MINI MINORS Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Sitt karozzi reali minbarra l-eluf ta’ mudelli

Madwar id-dinja, jeżistu ħafna persuni dilettanti ta’ xi ħaġa jew oħra, hawn min iħobb iġemma’ l-bolol u hawn min eżempju jġemma’ l-flixken, jew il-kartolini, u mitt elf ħaġa oħra. Għall-intervista tal-lum, tkellimt ma’ dilettant tal-karozzi partikolari – il-famużi karozzi classic mini minors. Mhux biss dilettant tagħhom, iżda wkoll kollezzjonist. Qed nirreferi għal Kenneth Spiteri. Għandu 52 sena, joqgħod l-Imtarfa u jaħdem ma’ kumpanija tal-farmaċewtika. Huwa tifel waħdu, u joqgħod m’ommu, u għandu tifla u neputija li jħobbhom immens. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala fanatiku u dilettant ħafna talkarozzi Mini Minors. Fil-fatt, ilu fanatiku u dilettant kbir għal żmien twil tal-classic mini, proprju minn mindu kellu xi 10 snin.

Fil-fatt, Kenneth mhux biss fanatiku tal-karozzi Mini Minor, iżda wkoll fuq il-mudelli tagħhom. Illum il-ġurnata għandu sitt karozzi reali bħala Mini Minor. L-ewwel waħda kien ħariġha ġdida u għadha għandu sal-lum. Ħamsa minnhom huma verament rari biex issib bħalhom illum. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Hekk hu. Inġemma’ l-mudelli tal-classic mini biss u għandi sitt karozzi mini ta’ veru, ħamsa minnhom rari u l-oħra xtrajtha ġdida madwar 32 sena ilu u għadni ngħożżha sal-ġurnata tal-lum,” stqarr miegħi kuntent. Mistoqsi jekk dawn l-istess karozzi jaqgħux taħt il-kalibru ta’ vintage, Kenneth weġibni, “Dawn illum ħadu l-istat ta’ classic u joħorġu biss skont min ikun imissu - darba l-Ħadd jew fil-festi, basta mhux fix-xita, u wara kull ħarġa jingħataw tindifa minn kullimkien. Neħodhom mal-klabb

Importanti li nżomm il-kaxxi tagħhom kollha, fejn hu possibbli. Il-kaxxa hi tliet kwarti tal-valur tal-mudell

għal xi show jew fundraising event. Jien nagħmel parti mill-kumitat tal-Malta Mini Owners Club ukoll,” stqarr miegħi. Mistoqsi jekk isuqx il-karozzi kollha, Kenneth ikkonferma miegħi li kollha huma liċenzjati. Ridt inkun naf ukoll kemm għandu mudelli tal-mini minors b’kollox u fejn iżommhom jew jekk forsi għandux xi kollezzjoni privata xi mkien. “Bħala mudelli żgħar għandi fuq 1,600 ġol-vetrini d-dar. Hemm ta’ kull qies u materjal, faħam, diecast, ċeramika, soft toys, egg cups, teapot, qasrija, ġugarelli, eċċ,” sostna miegħi. Lokalment, Kenneth jagħmel parti mill-kumitat tal-Malta Mini Owners Club. Internazzjonalment u bħala shows jattendi ta’ kull sena l-IMM (International Mini Meeting). Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan. “Dan l-International Mini Meeting isir kull sena f ’pajjiż differenti, imma kull ħames snin isir l-Ingilterra li jiġi l-pajjiż minn fejn oriġinat ilMini. Jattendu persuni mid-dinja kollha, saħansitra mill-Amerika, Cilì, u speċjalment mill-Ġappun. Dawn tal-aħħar iffissati b’tali mod li anke għandhom il-Japan Mini Day,” stqarr miegħi Kenneth. Apparti li passatemp, jgħid li huwa investiment personali Mistoqsi x’sodisfazzjon jieħu minn din il-kollezzjoni privata tiegħu, Kenneth stqarr hekk miegħi: “Bħala mudelli nieħu gost ħafna nkabbar il-kollezzjoni. Eżatt kif nitfa’ waħda fil-vetrina jaqbadni

eċitament biex infittex aktar. Inħossu li huwa investiment ukoll, għax il-valur tagħhom dejjem tiela’. Importanti li nżomm il-kaxxi tagħhom kollha, fejn hu possibbli. Il-kaxxa hi tliet kwarti tal-valur tal-mudell,” żvela miegħi. Ridt inkun naf minn fejn normalment jixtrihom dawn il-mudelli, jekk hux minn Malta jew minn barra. Fil-fatt, stqarr miegħi li normalment jixtri minn fuq l-internet, mill-ħwienet, u speċjalment mill-International Mini Meeting. Fil-fatt, ma nġibx lura miegħi inqas minn xi 30 mudell. “Bħala duplikati ma tantx ikolli għax s’issa żammejt ġo moħħi x’għandi u m’għandix. L-ogħla waħda li xtrajt hi tad-ditta Spot On - ditta li spiċċat u ilha. Il-kaxxa tiswa €450. Scale 1:42. Minivan tal-posta,” spjegali. Kurżità dwar Kenneth hija li

jekk ikollu mudell ta’ mini minor diġà bħalu, iżda joħroġ ieħor b’xi kulur differenti, xorta waħda jixtriha. Anke jekk pereżempju jkun hemm xi ittra waħda biss differenti fin-number plate xorta jixtriha għall-kollezzjoni. S’hawn tara kemm hija enormi l-fissazzjoni kollha tiegħu. Ta’ min jgħid ukoll li Kenneth għandu kemm ħbieb Maltin u anke barranin li jġemmgħu l-mudelli bħalu. Iżda skont hu jaħseb li bħala individwu li jġemma’ l-mudelli tal-mini minors hu biss hawn f ’Malta. Fl-aħħar tal-intervista, Kenneth temm jgħid hekk: “Huwa passatemp li jiswa ħafna flus, imma u li tibqa’ għaddej. Nispera li nsib lil xi ħadd jibda bħali, ħalli ma nkunx waħdi u nsib ma’ min inpartat, jekk ikolli biex,” tbissem jgħidli.


25

02.02.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

MARIJA

L-GĦEJBIEN TA’ CLOTILDE Marija l-Ħamra, li tiġi omm in-nanu, rabbiet b’tant għożża u mħabba lil Clotilde li kienet ingħatat lilha b’ħafna misteri meta din kien għad kellha biss sentejn. Luciano ta’ Santarosa jiltaqa’ ma’ Marija, in-nanu u Clotilde. Għaliex Luciano jispiċċa jmur travestit fis-suq fqajjar f ’parti tant mistkerrha u maħmuġa ta’ Firenze? Minn fejn ġiet il-famuża Kontessa ta’ Roccabruna? Minn fejn ġabet dak il-ġid kollu

li kellha? Min kienet din il-mara tant ħelwa imma fl-istess ħin tant imdejqa? Xi jsir min-nanu li kien ikrah ferm u b’kull xorta ta’ vizzji? Hu li tant ħa paċenzja bi Clotilde minn meta kienet tarbija sa ma saret xebba. U min kien il-Baruni Vamba? X’taħbila hemm bejnu u bejn Marija l-Ħamra u Leonia ta’ Roccabruna? U Luciano fiex jidħol? Addattat minn Charles B. Spiteri

Silta Mill-Ktieb Mora kienet qiegħda tilbes biex toħroġ. Kienet bilwieqfa quddiem il-mera u tiddieħaq mal-kamriera, waħda minn sħabha tas-suq, żagħżugħa bħalha, imma kerha daqs id-dagħa. F’dik il-kunfidenza tal-kamra, iż-żewġ nisa kienu jsiru ħbieb u joqogħdu jpaċpċu bejniethom. Nannina kienet tfajla minn tagħna u xejn ma kienet tgħir għal Mora, anzi kienet tgħinha fl-għażla tal-ġuvintur, ikunu xi jkunu: Taljani, Franċiżi, Għarab... basta jkollhom il-borża mimlija. Kienet saret vera seftura tal-kummiedja. Kienet tieħu ħsieb li tnewwel l-ittri lill-padruna tagħha u qatt ma tirrifjuta r-rigali li jagħtu lilha. Iżda kienet teħodhom b’indifferenza tant studjata, li bosta kienu jaħsbu li offendewha. Imbagħad, wieħed kien irrid jismagħha twieġeb lil dawk li kienu

jissikkawha. Il-kontessa ta’ Lomez ma tirċevix? Imbagħad x’daħq kien isir mal-padruna tagħha! Kemm kienu jgħaddu żmien b’dawk l-imbeċilli li jmorru jħabbtu wara dak il-bieb! Mela Mora kienet qiegħda tilbes biex toħroġ. Nannina kienet qiegħda tgħinha u ssemmilha lħmerijiet li għamlu l-lejl ta’ qabel. Mora bdiet tismagħha b’arja indifferenti, tħares lejn il-mera u titgħaxxaq biha nnifisha. “Kif issibni, Nannina?” qaltilha f ’salt wieħed. “Sabiħa, sabiħa wisq. Kelma tal-unur. Qiegħda tagħmel progressi kuljum. Kuljum takkwista grazzja ġdida fil-ħwejjeġ ta’ Kontessa.” “Dan mhux kumpliment,” qaltilha Mora xħin bdiet tidħaq. “Jiena żgura li jekk ngħaddi liebsa hekk mis-suq ħadd ma jagħrafni.”

Mistoqsija: Min kienet Nannina? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu il-ktieb MARIJA - L-GĦEJBIEN TA’ CLOTILDE. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 9 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb DIFREJN IL-FALKUN huwa: C. MUSCAT - IŻ-ŻURRIEQ

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

02

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Meta ser tkun qed titella’ l-wirja Tiżwiqa?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


26

02.02.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

02.02.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 314

FRANCES PANTALLERESCO - MARSAXLOKK

Bi 3 Numri 176 178 182 226 273 340 385 430 519 699 701 734 B’4 Numri 0068

0473 0524 0816 0874 0972 0991 0994 1205 1622 1691 1732 1735 1866 2725 2809 3149

3256 3540 3634 3918 4033 4401 4442 4718 4736 4756 5132 6022 6047 7132 7388 7451

7477 7822 7973 9028 9079 9426 9679 9772 9904 B’5 Numri 01875 07467 11418 13688 21120

30221 32555 33032 35331 46165 52815 59258 64170 68275 68284 73477 82824 83011 94010 96992 97381

99343 B’6 Numri 214336 472452 505070 512599 580154 613470 618259 900989

1. 4. 7,23. 9,22. 10. 12. 16.

Mimdudin: Kompli l-qawl: ....... rieqed, baħrin imqajmin, qamar imqajjem, baħrin reqdin (5) Fjuri (4) Kap ta’ gazzetta (6) Żulu! (6) Tixxiebah? (6) Ħut (6) Kunjom (3)

18,21W. Qtates Taljani (5) 19. Ara 6 20. Minn Havana (5) 21. Għamel bħal ħamiema (3) 23. Ara 7 24. Tal-għenba (5)

5. 6,19. 8. 11. 12,13. 13. 14. Weqfin: 15. 1,11. Tidher fix-xita u 17. x-xemx (8) 21. 2,3. Telqet (6) 22. 3. Ara 2

Alex Borg Barthet (1,1,1) Isem (6) Falkuni (9) Ara 1 wieqfa Ħuta (5) Ara 12 Fejn qiegħed (6) Belt (6) Dażgur! (3) Ara 18 Ara 9

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Irjus, 4.Ħobż, 7,22.Tridu, 10.Rigali, 12.Qriema, 18,21W. Stona, 19.Rai, 20.Skiet, 23.Adum,24.Jiret

Weqfin: 1.Ivarja, 2,12W. Jisqi, 3,16.Straġi, 5.OMA, 6,15. Żwiġijiet, 8,21M. Ripetizzjoni, 11,13.Frisk, 14.Arthur, 17.Gin


28

02.02.2020

kullhadd.com

IRIDU L-ISTATUT JAGĦMEL DAK LI M’GĦAMILX DELIA • IR-RIFORMI TA’ LOUIS GALEA MOD BIEX IQAĊĊTU RAS ĊERTI NIES • KRITIKA LI SE JKISSER STRUTTURI LI ĦADMU GĦAX MA KINUX KAPAĊI JIBDLU L-PERSUNI Iż-żewġ Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista u s-Segretarju Ġenerali tal-istess partit qed jirriskjaw il-pożizzjoni tagħhom f ’dik li qed tissejjaħ riforma interna fil-Partit Nazzjonalista. Din it-taparsi riforma għandha l-għan li teħles minn tmexxija dgħajfa li ddiżappuntat bil-kbir minn kemm ilha eletta fit-tieni nofs tal-2017. Saħansitra teżisti kritika lejn il-Kap Adrian Delia li dan l-eżerċizzju se jkun qed isir tard ħafna u se jkun qed isir biss għaliex m’għandux u ma kellux il-kuraġġ imexxi ’l quddiem bidliet fin-nies u minflok se jibdew jiżżarmaw strutturi li meta kellhom nies tajba fi ħdanhom ħadmu u ħallew ir-riżultati. Fil-mira tal-bidliet li jrid Louis Galea hemm David Agius, Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament, Robert Arrigo, Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit u s-Segretarju Ġenerali Clyde Puli. Dan tal-aħħar

ilna li żvelajna xhur li hemm min ma jixtiqux jibqa’ fl-iktar kariga importanti fil-Partit Nazzjonalista wara tal-Kap. Saħansitra kien

hemm mumenti fejn kien lest li ji- tubru li għadda wera li filwaqt rriżenja hu, iżda imbagħad qagħad li kien lest jikkunsidra kollox ma pass lura u rreżista xħin kollox kienx se jħalli lil min jumiljah. Bil-bidla oriġinali li ried Louis deher li se jqaċċtuh ’il barra. F’OtGalea, is-Segretarju Ġenerali ma jibqax ikun deputat parlamentari u għalhekk Clyde Puli jitlef postu minn din il-kariga. Minfloku kellu jidħol xi ħadd ieħor f ’dik li kienet se tkun elezzjoni taħraq bejn innies ta’ Delia u n-nies ta’ Simon Busuttil. Xi ħaġa li ġrat meta kien hemm l-elezzjoni għall-Presidenti tal-Eżekuttiv fl-aħħar xhur. Iżda, issa Louis Galea mar oltre minn hekk u jidher li fuq il-mejda hemm il-ħsieb li jkun hemm biss President li jkollu rwol politiku b’saħħtu bħalma llum għandu s-Segretarju Ġenerali. Anke l-kariga ta’ Robert Arrigo jridu li tispiċċa u għalhekk il-Viċi Kap Slimiż jispiċċa barra mit-tmexxija. Iżda, fl-Istamperija hemm min qed isostni li ladarba se ssir il-bidla, il-post li jibqa’, dak ta’ Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament għandu jimtela b’elezzjoni u mhux bl-għażla diretta ta’ David Agius. Xi ħaġa li n-nies tal-Viċi Kap Agius qed jopponu billi jgħidu li Agius tela’ b’elezzjoni, għandu esperjenza parlamentari twila u li l-Kap xi ħadd bħalu għandu bżonn mhux xi ħadd bħal Arrigo li wiegħed li jġib il-finanzi tal-partit fuq saqajhom u ma rnexxilux. Robert Arrigo min-naħa l-oħra qed jisħaq fuq il-lealtà tiegħu lejn il-Kap u kif hu spiċċa saħansitra kaxxier minħabba li l-Partit Nazzjonalista ma sabx wieħed. Għal-

hekk, qed jisħaq li m’għandux ikun hemm proposta li teskludih mit-tmexxija. Saħansitra huwa fost l-iktar li qed jopponu din l-idea ta’ Louis Galea li l-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit titlaq għalkollox. L-elezzjonijiet għal dawn il-karigi ġodda – sakemm ikun hemm qbil dwar il-bidla fl-istatut – huwa pjanat li jsiru f ’Marzu b’nies viċin il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, jikkritikawh għaliex sentejn u nofs qabel elezzjoni ġenerali l-Partit Nazzjonalista għadu mitluf f ’dibattiti interni. Ħafna qed jgħidu li Adrian Delia ħela l-ewwel nofs tal-leġiżlatura billi ma wettaqx ir-riformi meħtieġa, għalkemm dawk viċin il-Kap isemmu lill-klikka ta’ Simon Busuttil bħala l-kawża li l-partit waqa’ tant lura. Fejn mhux biss reġa’ tilef elezzjonijiet b’distakk rekord, iżda għadu jiddiskuti x’għandha tkun it-triq ’il quddiem.

Bil-bidla oriġinali li ried Louis Galea, is-Segretarju Ġenerali ma jibqax ikun deputat parlamentari u għalhekk Clyde Puli jitlef postu minn din il-kariga


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.