KullHadd_02.04.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 2 ta’ April, 2017

Ħarġa Nru 1,238 Prezz €1

IL-KAŻ LÖWENBRÄU F’IDEJN IL-PULIZIJA • JINĠABRU FILES MIL-LANDS BĦALA PARTI MILL-INVESTIGAZZJONIJIET • L-EKS KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET KIEN XEHED LI DAN IL-KAŻ SETA’ JITFGĦU L-ĦABS Il-każ Löwenbräu baqa’ jiżviluppa sew anke fil-ġimgħat li matulhom ma bqajniex nisimgħu wisq dwaru. Wara li l-Awditur Ġenerali kkonkluda li d-deputat Jason Azzopardi għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika għaddeal li bih il-Gvern daħħal biss €700,000 għal art ta’ €8 miljun, il-pulizija baqgħet issegwi l-każ b’attenzjoni. Tkompli f’paġna 7

ĦADNA R-RUĦ! • L-AĦĦAR LI KELLNA SURPLUS KWAŻI NOFS IL-POPOLAZZJONI MA KINETX TWIELDET • MILL-1981 PAJJIŻNA KIEN AKKUMULA DEFIĊIT LI JLAĦĦAQ IL-€5.7 BILJUN • FL-AĦĦAR LEĠIŻLATURA L-AĠENZIJI TAL-KREDITU NIŻŻLUNA TLIET DARBIET

Ara paġni 3-5 u 28

L-espert finanzjarju John Consiglio: “Jgħidu li where there is a will there is a way! Iżda kemm il-will kif ukoll il-way jeħtieġu IDEJN KOMPETENTI FUQ IT-TMUN.”


02

02.04.2017

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 13°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa ta’ arja ta’ pressjoni baxxa li testendi minn fuq Sardenja sa fuq iċ-ċentru tal-Mediterran ser tersaq lejn il-Lvant Temp: Pjuttost imsaħħab bil-possibilità ta’ xi ħalbiet tax-xita Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mix-Xlokk li jdur millPunent Majjistru Il-Viżibbiltà: Tajba Il-Baħar: Moderat li jsir qawwi L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tnejn

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

18°C

UV 6

12°C

Il-Ħamis

18°C

UV 6

12°C

18°C

Il-Ġimgħa

UV 7

12°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

18°C

UV6

11°C

17°C

UV 7

11°C

18°C

UV 7

12°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21226281 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, L-Imsida – 21331732 Numri Importanti Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 21387479 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 112​ Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068 Il-Pulizija ta’ Malta Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 2122 4001-9​ Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 2393 0000 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21898728 Il-Gwardjani Lokali Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon,Iż-Żurrieq – 21647391 ​2132 0202 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274

Stampat Progress Press

L-Isptar ta’ Malta 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn,Il-Fontana – 21566979 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, ix-Xagħra – 21561486 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

02.04.2017

kullhadd.com

IL-BIDLA GĦAT-TAJJEB FIL-KAXXA TA’ MALTA • FINANZI FIS-SOD GĦALL-GVERN U ANKE GĦALL-POPLU

Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Analiżi ekonomika ta’ kif żviluppaw il-finanzi tal-pajjiż fl-aħħar snin tixhed kif biex is-sena li għaddiet Malta rreġistrat surplus kien hemm bżonn bidla fid-direzzjoni ekonomika. Bidla li ma kinetx żgħira. Ekonomisti ta’ esperjenza li kkontribwixxew għall-analiżi ta’ din il-gazzetta fissru kif il-fatti juru li hija illużjoni l-impressjoni li tippromwovi l-oppożizzjoni li dan il-Gvern kellu xi suċċess ekonomiku fuq xiex jibni. Fil-fatt, pajjiżna kellu ekonomija li kienet qed tikber b’mod minimu ħafna u l-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista għalqet b’defiċit ta’ €362.3 miljun. Anke l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jikkonferma dan. Id-DBRS kient qalet hekk dwar l-ekonomija Maltija. “Iż-żieda fl-ispiża pubblika u l-kontrolli interni dgħajfa kienu komuni fl-imgħoddi u wasslu biex Malta titqiegħed taħt proċedura ta’ defiċit eċċessiv tliet darbiet minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea fl2004,” kienet qalet l-aġenzija DBRS. Iktar minn hekk f ’leġiżlatura waħda pajjiżna sofra diversi

JOHN CONSIGLIO AKKADEMIKU B’ESPERJENZA INTERNAZZJONALI

Din hija okkażjoni tabilħaqq storika fl-annali finanzjarji ta’ pajjiżna. Jgħidu li Where there is a will there is a way! Iżda kemm il-will kif ukoll il-way jeħtieġu idejn kompetenti fuq ittmun. Issa rridu biss inżommu kalmi u nissuktaw naħdmu downgrades fir-ratings minn tliet aġenziji internazzjonali tar-ratings. L-aġenzija Moody’s kienet niżżlet il-klassifikazzjoni ta’ Malta minn stabbli A1 għal Negattiv A3. Fitch niżżlet lil Malta minn stabbli A+ għal stabbli A u Standard & Poor’s kienet niżżlet lil Malta minn A stabbli għal A- negattiv. Saħansitra rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali kien qal fl-2013 li pajjiżna kellu jadotta miżuri biex id-defiċit jinżel taħt it-3% tal-Prodott Domestiku Gross u d-dejn ikun sostenibbli. Dakinhar l-esperti tal-IMF kienu bassru

għal Malta. Dan il-budget surplus iwassal biex il-Ministru jista’ jippjana aħjar għas-sena d-dieħla, filwaqt li Malta dejjem iżżid il-kredibbiltà tagħha. Fuq kollox istituzzjonijiet finanzjarji barranin se jħarsu lejna b’aktar ammirazzjoni.

li sal-2016 id-dejn nazzjonali kien se jiżdied għal 75% talġid nazzjonali. Għax il-pajjiż bidel id-direzzjoni, minflok, dan niżel għal 75% tal-ġid nazzjonali. Kif smajna fl-aħħar jiem l-aħħar darba li l-Gvern kellu surplus kien fl-1981. Dan ifisser kważi nofs iċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż illum ma kinux għadhom twieldu meta nkiseb riżultat simili. Minn dakinhar sas-sena li għaddiet pajjiżna kien akkumula defiċit li jlaħħaq l-€5,676 miljun. L-għaqal fit-tmexxija finanzjarja tal-pajjiż jirriżulta wkoll

mill-fatt li filwaqt li l-Gvern żied id-dħul, anke jekk naqqas it-taxxi, ma żiedx in-nefqa bl-istess mod ta’ gvernijiet preċedenti. L-analiżi ekonomika li saret għal din il-gazzetta turi li l-Gvern preżenti nefaq €6.6 iktar għal kull €10 iktar li daħħal, filwaqt li l-gvern preċedenti kien jonfoq €15 iktar għal kull €10 iktar li daħħal iktar. Iktar dħul mit-taxxa tad-dħul Għal kull sena minn meta l-Gvern ta’ Joseph Muscat re-

baħ l-elezzjoni kien hemm tnaqqis fit-taxxa tad-dħul. L-ewwel tnaqqset it-taxxa għal dawk bid-dħul baxx u medju, filwaqt li tneħħiet it-taxxa fuq dawk b’paga minima. Fl-aħħar baġit tneħħiet it-taxxa minn fuq il-pensjonijiet. U minkejja li twettaq dak li ma sarx fil-ħames snin ta’ qabel, id-dħul mill-income tax żdied minn €200 miljun bejn l-2007 u l-2012 għal €426 miljun bejn l-2012 u l-2016. Żieda sostanzjali grazzi għal iktar nies fl-impjieg u tkabbir ekonomiku mingħajr preċedent. Is-suċċess ekonomiku huwa rifless ukoll fil-fatt li minkejja li żdiedu servizzi ġodda bħaċchild care b’xejn, u minkejja li żdiedu l-pensjonijiet u n-nefqa fl-edukazzjoni u s-saħħa, l-ispiża pubblika bħala proporzjon tal-ġid nazzjonali niżlet għal 38.4% minn 43% fl-2012. L-ekonomisti li tkellmu ma’ din il-gazzetta juru li l-indikazzjonijiet huma li meta filġimgħat li ġejjin toħroġ statistika Ewropea dwar is-suġġett, Malta tkun waħda minn ftit pajjiżi li jirreġistraw surplus. Biex hekk ikompli jispikka dak li qed jikseb pajjiżna. Tkompli f ’paġni 4 u 5 >>


04

02.04.2017

kullhadd.com

STORIKU U MHUX FAĊLI • EKONOMISTI U MSIEĦBA SOĊJALI JFIEHMU L-KOBOR TAL-AĦBAR • IL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI IŻOLAT FIN-NEGATTIVITÀ Dwar ir-riżultat tas-surplus tkellmu l-Gvern, l-Oppożizzjoni, l-ekonomisti u l-imsieħba soċjali. Dawn tal-aħħar iddiskrivewh bħala wieħed storiku u li pajjiżna kien ilu jistenna biex ikollu. Tkellmu dwar l-isfida u d-diffikultà biex wieħed jasal sa hawn. Ħadd ma qal li kien faċli, jew saħansitra populist kif qal ilKap tal-Oppożizzjoni li għal darb’oħra spiċċa iżolat fin-negattività. F’kummenti mal-gazzetta KullĦadd, il-Ministru tal-Finanzi qal li hu importanti li wieħed jifhem x’ifisser is-surplus għalina. “Is-surplus mhuwiex xi flus li Malta rebħet f ’xi lotterija, u riżultat tagħha issa għandna iktar flus x’nonfqu. Għal pajjizna s-surplus hu ħelsien. Bħalma l-31 ta’ Marzu 1979 tfakkarna f ’ġurnata ta’ ħelsien politiku minn bażijiet militari barranin, it30 ta’ Marzu 2017 tibqa’ mfakkra għal meta wara 36 sena Malta reġgħet rebħet il-ħelsien ekonomiku. Ħel-

sien minn dipendenza fuq id-dejn biex wieħed imexxi pajjiżu,” qal il-Ministru Scicluna. Żied li s-sinifikat ta’ ħelsien hu l-indipendenza vera li ġġib lill-pajjiż li jirbaħha. “Meta ma tiddejjinx ma tkunx skjav ta’ ħaddiehor. Għandek l-abbiltà u d-dixxiplina li tonfoq bil-qies skont kemm tiflaħ. Persuna li tixxala bi flus ħaddieħor, bi flus imsellfa qatt ma hi rispettata. Filwaqt li min jimxi bil-qies u l-moderazzjoni, imma minn flusu, huwa stmat u rispettat. Malta issa laħqet dik il-pożizzjoni,” qal Scicluna. Malta hi u qed tkun ma’ kull jum iktar rispettata minn pajjiżi oħra għaliex issa li qiegħda fil-mira tal-attenzjoni globali minħabba l-Presidenza, qed turi li hi pajjiż immexxi minn Gvern serju u li dak li jwiegħed iwettqu. “Dak hu li jġib is-surplus u l-ħelsien ekonomiku,” temm jgħid il-Professur Scicluna.

F’erba’ snin...Mill-akbar defiċit fl-istorja ta’ pajjiżna għal surplus

ANTON BORG

LINO BRIGUGLIO

PRESIDENT TAL-KAMRA TAL-KUMMERĊ

EKONOMISTA

“Naturalment dan huwa riżultat li nilqgħuh tajjeb aħna. Flok għandek pajjiż bħal pajjiżi ta’ madwarna li għandhom defiċit u jaraw kif se jżidu t-taxxi biex jagħmlu tajjeb għal dan id-defiċit, għandna pajjiż li qiegħed b’surplus, mela allura mhux il-Gvern idur fuq dawk li qed jiġġeneraw l-ekonomija biex iżid it-taxxi. Inti għandek ekonomija li hija tajba, li tħaddem ħafna nies barranin, dawn jitqiesu bħala turiżmu permanen-

ti hawn Malta, ikomplu jiġġeneraw. Però issa wara li nilħqu dan is-surplus kif qegħdin ngħidu aħna, għandna bżonn l-ewwel niġġeneraw il-ġid biex inkunu nistgħu nonfquh. Issa jasal iż-żmien kif qal il-Prim Ministru li nibdew naraw daqsxejn l-infrastruttura ta’ madwarna, kemm it-toroq u kemm proġetti oħrajn infrastrutturali, però bħala aħbar, ma tistax tgħid li din mhux aħbar tajba.”

JOSEF BUGEJA SEGRETARJU ĠENERALI GWU “Kuntenti ħafna għal diversi raġunijiet. IlGvern kien imbarka b’sensiela ta’ miżuri biex jikkrea u jgħin aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol bħaċ-childcare centres. Il-parteċipazzjoni tan-nisa żdiedet u għalhekk dan is-surplus jirrifletti tkabbir ekonomiku sod u qawwi. Biex dan seħħ, il-Gvern la ntaxxa iżjed nies u lanqas naqqas xi benefiċċju, anzi żied. Għalhekk ninsabu kuntenti li l-Gvern ikkrea atmosfera fejn hawn ħolqien tax-xogħol kbir, għandna madwar 2,000 ruħ biss qiegħda,

għandna 34,000 barrani li qed jaħdmu f ’Malta u dawn kollha qed jikkontribwixxu biex il-kejk nazzjonali ikompli jikber. Il-Gvern qed iżid il-benefiċċji soċjali, qed jagħti aktar sussidju lill-first time buyers, żied il-pensjonijiet wara ħafna żmien u dan kollu qed joħloq ilġid mingħajr ma kien hemm pressjoni fuq iddefiċit. Mhux talli ma kellniex defiċit, talli issa għandna surplus għall-ewwel darba fi żmien 34 sena għaliex il-Gvern daħħal iżjed milli ħareġ.”

“Huwa sinjal tajjeb li fil-baġit tal-Gvern ma jkunx hemm defiċit, jiġifieri li ma jkunx hemm bilanċ negattiv bejn l-infiq u d-dħul talGvern. Il-pass li jmiss hu li t-titjib fil-finanzi tal-Gvern jissarraf f ’titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-Maltin, f ’dak li hu, pereżempju irranġar tat-toroq u tal-bankini, tnaqqis fit-tniġġis tal-arja u aktar kontroll, permezz ta’ impjieg ta’ spetturi, fuq l-abbuż tal-kuntratturi fis-siti tal-kostruzzjoni.”

JOHN BENCINI CHAIRMAN TAL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI “Din hija xi ħaġa li konna qed narawha ġejja bil-mod il-mod għax kollox kien qed jindika li se naslu hemmhekk. Li jkollok defiċit bħalma kellna f ’pajjiżna li jiġi meqrud f ’qasir żmien, u li mhux hekk biss imma li jkollna surplus miegħu, dan mhux se jiġi b’kumbinazzjoni. Jiġi għax min imexxi l-pajjiż jaf x’qed jagħmel u għandu rieda tajba biex jara dan il-pajjiż jimxi ’l quddiem. Intqal li din hija rebħa ta’ poplu, iva veru, jiena nżid magħha li din hija rebħa għall-employers, għall-unions u għas-soċjetà ċivili. Dawn flimkien fi djalogu soċjali waqt il-laqgħat tal-MCESD b’rieda tajba u b’kooperazzjoni sħiħa bejniethom qed jagħmlu minn kollox biex mhux biss jikkoperaw imma jkunu parteċipi f ’dan is-suġġett.”


05

02.04.2017

kullhadd.com

Fil-leġiżlatura ta’ qabilna d-defiċit kien tħalla jittriplika

GONZI 2008 Sal-2010 il-baġit ta’ pajjiżna ma jibqax iżjed b’defiċit, imma jsir b’surplus, sal-2010

ROBERT BORG ANALISTA FINANZJARJU “L-andament ekonomiku huwa riflessjoni ta’ sentiment ekonomiku pożittiv min-naħa tas-settur privat tagħna. Pajjiżna qiegħed jesperjenza sitwazzjoni ta’ full employment meta f ’ċerti pajjiżi fl-Ewropa għad hemm qgħad ta’ 20 fil-mija. Hija sitwazzjoni u riflessjoni tat-tkabbir fis-settur tal-kostruzzjoni meta bl-inċentivi li l-Gvern nieda f ’dawn l-aħħar snin rajna tkabbir ekonomiku, multipier effect anke f ’dan il-qasam, li huwa riflessjoni tal-fatt li s-settur privat għandu fiduċja jinvesti fil-pajjiż. Allura qed naraw kif qed jiżdied investiment barrani fil-pajjiż, investiment li qed iseħħ bis-saħħa ta’ policies pożittivi min-naħa tal-Gvern u qed naraw ukoll kif is-settur lokali qed jinvesti fil-pajjiż. Il-fatt li l-banek qed jagħmlu profitti kbar u al-

lura ħa jniedu aktar flus fl-ekonomija tagħna, ilfatt li ħa jiġi mniedi l-investment bank, il-fatt li ħa tkompli tiżdied il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fl-ekonomija u anke l-fatt li l-ekonomija Ewropea qed tirpilja anke bis-saħħa taż-żieda fl-esportazzjoni għandu jwassal għal aktar tkabbir ekonomiku fil-futur. B’hekk jiena naħseb li l-policies tal-Gvern ma kinux policies momentarji. Meta tela’ dan ilGvern erba’ snin ilu ħadd ma basar li l-ekonomija Maltija ħa tkun waħda mill-aħjar ekonomiji fl-Ewropa. Illum wara erba’ snin nistgħu ngħidu li verament qegħdin fuq quddiem nett min-naħa tad-dejn nazzjonali, impjiegi, investiment barrani, investiment li ġej mill-Ewropa u minn barra l-Ewropa. Dan għandu jwassal għal aktar fiduċja biex it-tkabbir ikun sostnut fil-futur li ġej.”

GONZI 2009 It-target li nġibu l-baġit bilanċjat sal-2010, jidhirli, 2010, 2011

GONZI 2012 Meta l-mira tagħna kienet li bil-mod il-mod, sal-2013, naslu għal baġit mingħajr defiċit

Meta tela’ dan il-Gvern erba’ snin ilu ħadd ma basar li l-ekonomija Maltija ħa tkun waħda mill-aħjar ekonomiji fl-Ewropa

GONZI 2013 Sal-2015 pajjiżna d-defiċit iġibu 0

JOE FARRUGIA DIRETTUR ĠENERALI TAL-MALTA EMPLOYERS’ ASSOCIATION “Bla dubju l-indikazzjonijiet makroekonomiċi huma tajbin għax it-tkabbir qiegħed hemm, ilqgħad huwa rekord li huwa baxx u anke l-qagħda fiskali tjiebet sostanzjalment. L-importanti hu li din tkun sostenibbli u li rrid ngħid hawnhekk hu li anke meta aħna bħala MEA nikkritikaw pereżempju l-fatt li qed ikun hemm żieda fl-impjiegi fis-settur pubbliku, nagħmlu hekk għaliex l-impjiegi fis-settur privat qegħdin hemm. Jiġifieri mhijiex kwistjoni li hemm ħafna nies jirreġistraw għax-xogħol u allura hemm bżonn li nsibulhom fejn jaħdmu. L-opportunitajiet fis-settur privat qegħdin hemm. Però l-fatt li d-defiċit naqas b’dan il-mod, aħna anke meta għamilna l-memorandum lill-partiti politiċi qa-

bel l-aħħar elezzjoni, il-mira prinċipali kienet li nnaqqsu d-defiċit u d-dejn nazzjonali. Malta ilu ma jkollha balance budget snin twal u nawguraw li din is-sitwazzjoni tkun sostnuta fis-snin li ġejjin.” Il-qagħda fiskali tal-gvernijiet hija importanti mmens. Ma ninsewx li pajjiżi oħra kellhom kriżijiet kbar għaliex kellhom defiċit u djun ħafna aktar għoljin minn tagħna. Mhux qed nirreferi biss għall-każ estrem tal-Greċja, imma anke jekk wieħed iħares lejn l-Italja, Spanja u l-Irlanda. Dawn għandhom ekonomiji avvanzati ħafna, aktar minn tagħna forsi però meta spiċċaw f ’sitwazzjoni li l-infiq tal-Gvern ma kienx sostenibbli kellhom problemi kbar.”

Il-qagħda fiskali tal-gvernijiet hija importanti immens. Ma ninsewx li pajjiżi oħra kellhom kriżijiet kbar għaliex kellhom defiċit

BUSUTTIL 2017 Faċli tikseb surplus


06

02.04.2017

kullhadd.com

TELGĦET BINJA OĦRA LI TFISSER MILJUNI U IMPJIEGI

Fiż-żona industrijali ta’ Ħal miljun oħra investiment u ikFar żdiedet binja oħra li wara- tar opportunitajiet ta’ impjiegi. jha hemm iktar minn sempliċi Kien f ’April tas-sena l-oħra li struttura. Binja li tfisser €30 l-Prim Ministru żar il-fabbrika

Playmobil u hemm ingħatat iktar investiment. l-aħbar li f ’dak li hu wieħed Minn dakinhar saret ħidma mill-ikbar postijiet tax-xogħol ma taqta’ xejn biex kull min f ’pajjiżna kien se jkun hemm iżur Ħal Far f ’dawn il-jiem se

jkun jista’ jara l-binja ġdida fuq 16–il elf metru kwadru ta’ art. Din l-estensjoni mistennija tfisser 200 impjieg fuq medda ta’ bejn tliet snin u erba’ snin. Il-Playmobil kienet stabbilità f ’Malta fl-1971 u s-sena li għaddiet ipproduċiet iktar minn 110 miljun oġġett. Il-fabbrika f ’pajjiżna kienet stabbilita fl-1971 u hija l-unika li tipproduċi l-figuri tal-Playmobil b’mod sħiħ. Meta tħabbar dan l-investiment il-Kap Eżekuttiv, Mathias Fauser, kien qal li din se żżid ilkapaċità tal-kumpanija f ’Malta bejn 20 u 30 fil-mija. Dan huwa wieħed mill-investimenti li sabu l-appoġġ tal-Malta Enterprise u d-diriġenti tal-kumpanija kkummentaw iktar minn darba dwar kif il-miżura tar-roħs fil-kontijiet tal-enerġija għenithom jiffrankaw mijiet ta’ eluf ta’ ewro fis-sena u għalhekk kienu mħeġġa jsaħħu l-preżenza f ’pajjiżna. Dan mhux l-uniku bini li bħalissa hemm għaddej fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far. Crane Currency, kumpanija kbira fil-produzzjoni tal-flus, diġà bdiet ix-xogħol fuq l-ewwel investiment tagħha f ’pajjiżna. Investiment ta’ 100 miljun dollaru Amerikan. Fl-istess żona wkoll mistenni jsir iċ-ċentru loġistiku talLIDL. Investiment ġdid għal pajjiżna li se jkun qed joħloq 120 impjieg ġdid.


07

02.04.2017

kullhadd.com

PULIZIJA FIL-BINI TAL-AWTORITÀ

Tkompli minn paġna 1 Il-gazzetta KullĦadd hija infurmata minn sorsi fid-Depot stess li din il-ġimgħa l-Pulizija marret fl-Awtorità tal-Artijiet u ġabret il-files kollha relatati mal-għoti tal-art ta’ 21,000 metru kwadru għal somma miżera minn Gvern preċedenti lill-benefattur tal-Partit Nazzjonalista Żaren Vassallo li, xahar wara dan il-ftehim, ta kwart ta’ miljun ewro lill-istess Partit Nazzjonalista. Huwa mifhum li l-Pulizija se tkun qed tevalwa l-proċess kollu tal-bejgħ bħala parti mill-investigazzjoni tagħha biex ikun stabbilit x’kien hemm wara d-deċiżjoni li l-Gvern jaċċetta valutazzjoni tal-1990 għall-kuntratt li ġie ffirmat fl-2012. Fost l-iktar fatti li qed iqajmu suspetti hemm il-mod li bih il-gvern preċedenti aċċetta li jinfeda ċ-ċens imma wkoll li jbigħ id-dirett dominju mingħajr riżoluzzjoni Parlamentari. Dan kien ifisser li tisparixxi l-kundizzjoni li dik l-art setgħet tintuża biss bħala birrerija, u b’hekk, Żaren Vassallo

seta’ jiżviluppa l-istess art kif irid fl-imperu li nbena llum. “Dan każ ta’ ħabs” kien qal l-eks Kummissarju tal-Artijiet Kollox jindika li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija huma wkoll ispirati mix-xhieda qawwija u indikattiva tal-eks Kummissarju tal-Artijiet Albert Mamo f ’kawża bejn il-kumpanija Marsovin u l-kuntrattur Żaren Vassallo quddiem l-Imħallef Joseph R. Micallef. Minkejja li kien jokkupa l-ogħla kariga fid-Dipartiment tal-Artijiet, Mamo żvela li dan id-deal sar minn wara dahru. Minflok, tħalla kollox f ’idejn id-Direttur Ġenerali li, fi kliem Albert Mamo stess, lanqas kien jaf jagħmel distinzjoni bejn ċens u kera. Xhur wara li sar jaf bil-kuntratt, kompla jixhed l-eks Kummissarju tal-Artijiet, ħassu ħa jiġġennen u beża’ li se jmur il-ħabs. Spjega kif, skont il-Land Disposal Act, ma setgħet qatt titneħħa l-kundizzjoni li l-art tintuża għal skopijiet differenti minn ta’ birrerija.

Għalhekk kien kuntratt illegali. Żaren Vassallo nnifsu żvela li t-tneħħija tal-kundizzjoni kienet ilha miftehma. F’affidavit, Vassallo qal li huwa kien interessat biss f ’dik l-art ġaladarba jkun jista’ jibni li jrid fuqha. Il-Marsovin minnaħa tagħha assiguratu li kellha ftehim mal-Lands u l-Ministru responsabbli li l-kundizzjoni se tkun illiberata. L-Awditur Ġenerali, fir-rapport tiegħu, qal ċar u tond li minkejja ċ-ċaħdiet minn dawk involuti, il-fatti kollha tal-każ juru li l-verżjoni ta’ Żaren Vassallo hija kredibbli. Il-benefattur tal-Partit Nazzjonalista kompla jiżvela aktar minn hekk. F’xhieda ġuramentata, Żaren Vassallo kixef kif, meta sar magħruf li l-kuntratt kien illegali, mar jitkellem malLands u mal-Ministru responsabbli u r-risposta tagħhom kienet li lesti jpoġġu madwar mejda u jsibu kompromess. Fil-fatt il-kompromess intlaħaq, b’indikazzjoni ċara ta’ intervent politiku. Għall-bidu, Jason Azzopardi ċaħad li kien hu li ndaħal biex jiġi rranġat kompromess u

pprova jitfagħha fuq l-eks Ministru Tonio Fenech. Min-naħa tiegħu l-eks Ministru Fenech qal illi kieku ġie xi ħadd isaqsih għal-laqgħa ta’ dak it-tip kien jibagħtu għand Jason Azzopardi għax effettivament hu kien il-Ministru tal-Lands. Fil-fatt, is-swaba’ kollha jippuntaw lejn Jason Azzopardi. Id-deputat Nazzjonalista kien saħansitra mgħajjat bħala xhud mill-kumpanija Marsovin filkawża li għandha kontra Żaren Vassallo bħala l-uniku Ministru li dak iż-żmien innegozja u ssiġilla l-ftehim tal-Löwenbräu. L-Awditur talab lil Azzopardi biex jerfa’ r-responsabbiltà Fir-rapport tiegħu dwar dan ilkaż, l-Awditur Ġenerali jiddikjara li Jason Azzopardi għandu jassumi responsabbiltà għal din id-diskrepanza enormi fil-valur tal-art tal-Löwenbräu. Isostni li l-mod kif id-Dipartiment tal-Artijiet ikkonkluda l-ftehim f ’temp ta’ ftit jiem kien suspettuż għall-aħħar. Jason Azzopardi kien jaf b’kollox, inkluż bis-somma miżera li l-Gvern kien ħa jdaħħal għal

din l-art, u ppermetta li dan id-deal isir bi ksur tal-prinċipji kollha tal-governanza ġusta. Dan ma kienx l-ewwel każ li fih Jason Azzopardi aġixxa ħażin. L-Awditur Ġenerali kkundannah ukoll għall-indħil tiegħu fl-encroachments li saru fit-tliet xhur ta’ qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, bi prezzijiet iktar baxxi mill-minimu stabbiliti, anke f ’lokalitajiet li huma parti mid-distrett elettorali ta’ Jason Azzopardi. Id-deputat Nazzjonalista kien iffirma wkoll biex Ernest Tonna, uffiċjal tas-sigurtà tal-Partit Nazzjonalista, jingħata garaxx fil-Belt Valletta bl-iskuża li kellu problemi ta’ mobilità u l-garaxx kien viċin tad-dar tiegħu. Proprju bħalissa l-Awditur Ġenerali qed jinvestiga wkoll il-każ tal-Fekruna li fih l-istess Jason Azzopardi ftit qabel l-elezzjoni ġenerali approva deal ta’ €4.3 miljun li permezz tiegħu biċċtejn art fis-Swieqi u l-Kappara li jesgħu 11-il propjetà lussuża ngħataw lill-partitarju Nazzjonalista tal-qalba bi tpartit ta’ art li kienet ħames darbiet inqas fid-daqs.


08

02.04.2017

kullhadd.com

L-ESPERTI ENTUŻJASTI B’KISBA TA’ PRETI GĦAL GĦAWDEX • KWADRU PRESTIĠJUŻ GĦALL-MUŻEW NAZZJONALI FIL-GŻIRA TAT-TLIET GĦOLJIET • MIN JIFHEM JGĦID LI L-PREZZ JIRRIFLETTI L-KWALITÀ Kitba ta’ DINAH SEGUNA It-tħejjijiet biex il-gżira Għawdxija jkollha Mużew Nazzjonali tal-ogħla livell għaddejjin sew. Tant li fl-aħħar jiem il-Ministeru għal Għawdex xtara pittura oriġinali tal-pittur Mattia Preti li se tkun fiċ-ċentru tal-esebizzjoni. Il-pittura kienet għall-irkant u nxtrat bi prezz li jaqbeż it€390,000. Prezz li kien hawn min ikkummenta kif mhux wieħed irħis, iżda l-esperti jaħsbuha differenti. Dwar dan il-gazzetta Kullħadd tkellmet mal-espert fix-xogħol ta’ Mattia Preti u d-Dekan tal-Fakultà tal-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Keith Sciberras, li stqarr li l-valur jirrifletti l-kwalità tal-kwadru u jistħoqqlu jkun filMużew Nazzjonali t’Għawdex. Primarjament għaliex huwa kwadru awtografu. “Meta ngħidu kwadru awtografu jfisser li l-kwadru jkun impitter kollu mill-artist, jiġifieri dan il-kwadru huwa mpitter kollu kemm hu minn Mattia Preti.

jinnota d-differenza bejn ix-xogħlijiet tal-pittur li jkunu oriġinali u xogħlijiet li ma jkunux. Fil-każ ta’ Preti, ħafna drabi d-differenza tkun riflessa fil-prezz. “Kwadru li ma jkunx kompletament awtografu, il-prezz tiegħu ħa jkun baxx, u kwadru kompletament awtografu u għandu ammont kbir ta’ figuri allura l-prezz tiegħu se jkun għoli.” B’hekk dak mixtri mill-Ministeru għal Għawdex huwa ta’ livell għoli. X’turi l-pittura?

Barra minn hekk, huwa kwadru li għandu inventiva u narattiva b’saħħitha ħafna. Huwa kwadru frisk, għandu ċerta virtwożità u huwa kwadru li għadu f ’kundizzjoni tajba ħafna,” spjega Keith Sciberras li laqa’ b’mod pożittiv ix-xiri ta’ pittura, waħda mill-kapulavuri ta’ Preti. Mal-gazzetta Kullħadd, Keith

Sciberras elenka fuq l-elementi li jirriflettu l-prezz li bih inxtrat il-pittura. “Għandna kwadru meraviljuż b’seba’ u tmien figuri. Għaldaqstant anke minħabba s-saħħa tiegħu u l-kompożizzjoni tiegħu huwa kwadru importanti u kwadri importanti jiswew ħafna flus. Jiġifieri wieħed ma

jistax iqabKeith bel prezz ta’ Sciberras kwadru ma’ ieħor mingħajr ma jara kemm huwa importanti, b’saħħtu u sinifikattiv. Għalhekk il-valur tiegħu huwa tajjeb.” Sciberras huwa espert fix-xogħlijiet ta’ Mattia Preti u mill-esperjenza li għandu faċilment

Il-pittura tmur lura għas-seklu 17 u turi lill-profeta Daniel jinterpreta l-ħolma tar-Re Nebuchadnezzar. Tesebixxi t-teknika talmod kif kien ipitter Mattia Preti u tesponi l-perjodu meta Preti kien qed jiffamiljarizza mat-teknika tal-pittur Caravaggio. Evidenti fil-kuluri vibranti tal-ħwejjeġ ta’ Daniel u tar-re. Il-pittura li hija taż-żejt fuq it-tila b’tul ta’ 153 ċentimeru u wisgħa ta’ 196 ċentimetru, tpittret hawn Malta u tirrifletti l-aqwa żmien ta’ Mattia Preti. Pittura li Keith Sciberras raha fiċ-ċentru ta’ esebizzjonijiet ta’ prestiġju li saru barra minn pajjiżna. “Dan il-kwadru kont esponejtu f ’esebizzjoni li konna għamilna ġewwa Turin tliet snin ilu. Ħdejn kwadri oħrajn dejjem żamm is-saħħa tiegħu.” Il-Professur Sciberras qal li huwa ta’ prestiġju li l-Mużew Nazzjonali t’Għawdex se jkollu pittura ta’ Mattia Preti. Partikolarment għaliex il-pittur innfisu qatta’ xi żmien fil-gżira Għawdxija u warajh ħalla xogħlijiet li għadhom ammirati sallum il-ġurnata. “Għalkemm milli jidher il-kwadru m’għandux jew inkella ma jidhirx li għandu assoċjazzjoni diretta m’Għawdex, Mattia Preti għandu assoċjazzjoni diretta m’Għawdex u għalhekk ilMuzew Nazzjonali t’Għawdex għandu jkollu rappreżentanza qawwija ta’ dan l-artist.” Bħalsa storiku tal-istorja tal-arti kemm fil-kamp lokali u internazzjonali, id-Dekan tal-Fakultà tal-Istorja tal-Arti Keith Sciberras tenna s-sodisfazzjon li l-Mużew Nazzjonali t’Għawdex se jkollu pittura ta’ valur. “Wieħed għandu jifraħ li kwadri importanti jinxtraw għall-kollezzjonijiet pubbliċi Maltin,” temm jgħid Keith Sciberras.


09

02.04.2017

kullhadd.com

DAWK QRIB IL-LAGĦBA L-IKTAR LI ĊEMPLU FUQ IL-1777 • STĦARRIĠ NAZZJONALI DWAR IL-VITTMI TAL-LOGĦOB Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Minn meta f ’Settembru tal-2015 tnediet il-helpline nazzjonali għal dawk vittmi tal-logħob tal-azzard kienu l-qraba tal-lagħba l-iktar li ċemplu għall-għajnuna. Dan skont tagħrif li kisbet il-gazzetta KullĦadd mir-Responsible Gaming Foundation. Jirriżulta li 45% tal-persuni li ċemplu kienu familjari jew ħbieb ta’ dawk li jbatu mill-vizzju tal-logħob; 40% tal-persuni li ċemplu kienu dawk li jesperjenzaw problemi bil-logħob; 15% tal-persuni li ċemplu riedu biss informazzjoni; Sadanittant 54% tal-persuni li ċemplu kienu nisa; 46% tal-persuni li ċemplu kienu rġiel. Ir-Responsible Gaming Foundation hija fondazzjoni li twaqqfet mill-Gvern f ’pass responsabbli biex jagħmel tajjeb ukoll għall-fatt li f ’pajjiżna hawn industrija tal-gaming li hija b’saħħitha. Mistoqsi dwar dan it-tagħrif, iċ-Ċerpersin tal-Fondazzjoni Silvio Schembri qal li “l-Fondazzjoni ħadet f ’konsiderazzjoni l-fatt li dawk qrib il-persuna li tkun qiegħda tbati mill-vizzju wkoll għandhom bżonn l-għajnuna biex jitgħallmu kif għandhom joħorġu bl-aħjar mod mis-sitwazzjoni.” Persuna viċin ta’ xi ħadd li għandu problema tallogħob, tista’ tħossha frustrata u mweġġgħa filwaqt li ma jkollhiex ħjiel kif l-aħjar tgħin lil dawk ta’ madwarha. Naturalment ma jonqosx it-tħassib dwar il-ġejjieni speċjalment minħabba l-konsegwenzi finanzjarji u l-imġiba ta’ min ikun qed jilgħab. “Il-helpline hija mera tal-ideoloġija tal-Fondazzjoni. Dik li wieħed jifhem lil dak li jkun u jipprova jara dan il-vizzju minn xiex qed jiġi kkaġunat huwa l-ewwel pass biex tgħin lill-vittma. L-għan tal-Fondazzjoni huwa l-għajnuna lill-vittmi u l-promozzjoni tal-logħob responsabbli,” qal Schembri li fisser kif ikun hemm kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni, l-FSWS, Sedqa u l-Caritas. Permezz tal-freephone 1777, l-istaff tal-Fondazzjoni jassisti lil min iċempel bl-aħjar mod u jirreferu l-istess persuna lill-aġenziji jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar assistenza, fosthom counsellors u psikologi mill-FSWS, liema

Il-1777 huwa l-ewwel helpline nazzjonali speċjalizzat fuq il-vizzju tal-logħob biss. Servizz anonimu fejn tingħata għajnuna professjonali għal persuni ta’ kull età. Servizz li bħalissa huwa pprovdut mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-6.00 am sas-6.00 pm. Persuna tista’ tagħmel ukoll użu mis-servizz taċ-chatting fuq is-sit tal-Fondazzjoni www.rgf.org.mt. taħriġ ġie ffinanzjat mill-Fondazzjoni. “Nirreferu persuni lis-Sedqa, Caritas, Oasi, Appoġġ, Millennium Chapel u Ta’ Kana,” qal Schembri. “L-għajnuniet huma varji u jiddependu mis-sintomi persistenti esebiti minn dawk li jbatu mill-vizzju. Is-sintomi jistgħu jkunu fuq livell personali, livell fiżiku, livell soċjali, emozzjonali u kif ukoll dak mentali,” kompla jgħid Schembri. Il-helpline 1777 tgħin ukoll fl-ipproċessar tas-self barring forms, fejn wieħed japplika biex jipprojbixxi lilu nnifsu minn xi ħaġa simili. Self barring forms li qabel kienu jiġu proċessati mill-MGA fejn persuna li tbati mill-vizzju tista’ teskludi ruħha minn ħanut tal-logħob jew casino għal

perjodu ta’ sitt xhur, sena jew għal għomorha.

Il-Fondazzjoni se tkun qed taħdem biex jinfetaħ ċentru ta’ riabilitazzjoni għal dawk milqutin minn dan il-vizzju

Proġetti kbar għal li ġej Schembri fisser kif hemm bżonn ta’ aktar riċerka u hawnhekk, qal Schembri, il-Fondazzjoni qed tħares lejn il-futur. “Kien iffirmat memorandum of understanding malFakultà għas-Saħħa Soċjali fl-Università ta’ Malta fejn se jkun qed jingħata bidu għal boroż ta’ studju fil-logħob responsabbli. Se ssir kollaborazzjoni dwar data u riċerka, fejn se jiġu pprovduti ċansijiet ta’ internships fis-suġġett. Rappreżentanti miż-żewġ naħat se jkunu qegħdin jiddiskutu inizjattivi ġodda u jimplimentaw dawk attwa-

li,” kompla jiġi spjegat. Għal li ġej hemm il-ħsieb li ssir ħidma biex jibda jsir taħriġ għall-kumpaniji tal-gaming f ’Malta dwar il-logħob

Persuna hi kkunsidrata li għandha problemi tal-logħob meta tesperjenza dawn is-sintomi fost oħrajn: • Diffikultà biex tikkontrolla l-aptit biex tilgħab; • Kilba u ħsibijiet kontinwi biex tilgħab; • Problemi fir-relazzjonijiet tagħha, mal-ħbieb, mal-familjari, fuq ilpost tax-xogħol u ssibha diffiċli biex tesperjenza pjaċir f’attivitajiet li ma jinvolvux il-logħob; • Tittama li permezz tal-logħob tista’ ġġib lura l-ammont ta’ flus li tilfet.

responsabbli. “Il-Fondazzjoni se toffri għajnuna biex isir stħarriġ nazzjonali fuq il-vizzju tallogħob fis-soċjetà u l-Fondazzjoni se tkun qed taħdem biex jinfetaħ ċentru ta’ riabilitazzjoni għal dawk milqutin minn dan il-vizzju,” żied Schembri. Meta ħares lura lejn ħidmet il-fondazzjoni, Schembri qal li fost oħrajn tnediet kampanja edukattiva fost studenti primarji tar-raba’ sena. “Inżuruhom biex nedukawhom permezz ta’ attivitajiet dwar il-logħob responsabbli permezz tal-maskot tagħna “Chippy”. Saru wkoll laqgħat ta’ diskussjoni ma’ ġenituri u studenti universitarji dwar issuġġett,” qal Schembri. Spjega wkoll li ssir ħidma fuq proġetti Corporate Social Responsibility fejn jitqassmu fondi għal proġetti li jipprovdu alternattiva għal-logħob. Fondi li jvarjaw bejn €500 u €6,000, fejn min jibbenefika jkopri 20% tal-ispejjeż. Tnediet ukoll kampanja nazzjonali fejn ta’ kuljum il-Fondazzjoni ssemma’ leħinha fis-soċjetà. Fi ftit jiem oħra se tkun imqassma wkoll pubblikazzjoni bieb bieb fejn fiha se jkun hemm deskrizzjoni iswed fuq l-abjad rigward ħidmet il-Fondazzjoni fis-soċjetà.


10

02.04.2017

kullhadd.com

TOROQ F’BUĠIBBA MILL-€0.50 TAT-TURISTI • IL-GVERN PREĊEDENTI DEJJEM FARFAR FUQ IL-KUNSILL LOKALI • KIENU ILHOM JINTALBU SNIN Kitba ta' ALEANDER BALZAN It-toroq li jagħmlu d-dawra ta’ Buġibba se ssirilhom manutenzjoni estensiva b’investiment ta’ €3.5 miljun li huma parti mill-flus li nġabru permezz tal-kontribuzzjoni ambjentali li jħallsu t-turisti. Kontribuzzjoni ambjentali ta’ €0.50 kull lejl u li ma tistax taqbeż il-€5. Minn wara l-Għid sa qabel is-sajf se jkun qed jsir proprju re-surfacing tul il-kosta, mill-Qawra għal Buġibba sa San Pawl il-Baħar. Dan hu proġett li ilu mistenni ferm hekk kif l-istat tat-toroq f ’din l-akwata qed jagħtu dehra

mill-iktar kerha. Il-Kunsilll Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, b’mod partikolari meta kellu tmexxija tal-Partit Laburista kien ilu jitlob lill-gvern biex jidħol għal dan il-proġett. Iżda, kull darba amministrazzjoni Nazzjonalista tefgħetu fuq il-Kunsill Lokali li bil-fondi allokati għalih żgur ma kellux biex jagħmel proġett ta’ dan it-tip. L-eks Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, Ray Tabone, kiteb: “Li kont ili nitlob u dejjem bqajt sod issa ngħatajt raġun u l-Gvern Ċentrali se jidħol għal dan ix-xogħol kbir. Meta kont Sindku, id-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea kien jinsisti li l-Kunsill responsabbli u

mhux il-Gvern.” “Sodisfatt li kellu jkun Gvern Laburista li bħas-soltu jsolvi problemi bħal dawn u sodisfatt li jien dejjem bqajt ninsisti mal-Gvern li hu jrid jidħol għal dan ix-xogħol,” qal Tabone f ’messaġġ li kiteb fuq l-istess linja tiegħu wkoll Alfred Grima, minority leader tal-Partit Laburista f ’San Pawl il-Baħar. Meta ħabbar dan ix-xogħol il-Ministru għall-Infrastruttura, Joe Mizzi, qal li matul din il-leġiżlatura saru xogħlijiet fit-toroq ta’ Buġibba, fosthom kostruzzjonijiet u surfacing ta’ toroq, re-surfacing ta’ ċerti toroq, major patching, bankini, tkomplija ta’ bankini, culverts għall-ilma tax-xita, sar anti-skid

material tul Dawret San Pawl u refreshing ta’ line markings. “Proprju ftit ilu għadu kemm sar major patching viċin il-pjazza ta’ Buġibba, f ’Dawret il-Gżejjer,” tenna l-Ministru Mizzi li kompla billi elenka lista twila ta’ xogħlijiet. Semma wkoll xogħol fuq toroq li huwa valutat li tul dawn l-erba’ snin b’kollox ġie jiswa lid-Direttorat għat-Tindif madwar €7 miljun. Fl-indirizz tiegħu l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis stqarr li dan ilproġett estensiv fit-titjib tal-infrastruttura u fil-prodott offrut b’mod ġenerali fil-madwar ta’ Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar huwa essenzjali kemm għar-residenti tal-akkwati kif ukoll għall-influss ta’ turisti li jżuruna. Fi kliem Zammit Lewis, ilGvern huwa konxju li jrid jindirizza dawn il-materji u għalhekk ġiet introdotta l-miżura tal-kontribuzzjoni ambjentali s-sena li għaddiet, fejn issa se naraw il-frott mid-dħul tagħha. L-implimentazzjoni ta’ din il-kontribuzzjoni tibbaża fuq l-istrateġija tal-Gvern u l-politika f ’dan is-settur li jkompli jikkontribwixxi direttament fit-tkabbir ekonomiku, żied jgħid il-Ministru għat-Turiżmu.

Skont l-aħħar ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-2016 kienu kważi 435,000 turist li għażlu San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra sabiex joqogħdu waqt il-btala tagħhom. Dan ifisser li kważi kwart tat-total kollu tat-turisti li jżuru pajjiżna, joqogħdu f ’din iż-żona turistika waqt il-btala tagħhom. Dan l-ammont ta’ turisti f ’San Pawl il-Baħar kiber bi 11% fuq dak irreġistrat fl-istess żona fl2015 kif ukoll kważi 28% aktar minn dak irreġistrat fl-2012, li kienet l-aħħar sena sħiħa ta’ gvern preċedenti. Fl-2016 ukoll, l-iljieli li għamlu dawn it-turisti f ’San Pawl il-Baħar laħaq kważi it-3.5 miljun lejl filwaqt li l-infiq turistiku kien aktar minn €363 miljun, tkabbir ta’ 3% fuq is-sena preċedenti u 24% aktar mill-2012. Il-President tal-MHRA Tony Zahra qal li “hemm il-ħtieġa li l-infrastruttura ta’ Buġibba titjieb ħalli tikkumplimenta l-investiment li qed isir mis-settur privat f ’dak li huwa rinnovazzjoni u restawr fil-lukandi u ristoranti tal-akwata. Bi pjaċir l-MHRA tinsab preżenti waqt it-tnedija ta’ inizjattiva fejn se nsebbħu żona turistika bi preparazzjoni għall-istaġun tas-sajf.”

Ix-xogħol ser ikun imqassam f'fażijiet differenti. Jibda wara l-Għid il-Kbir u jitlesta qabel is-sajf, sabiex turisti u Maltin li jżuru ż-żona jgawdu minn ambjent isbaħ u inqas perikoluż.


11

02.04.2017

kullhadd.com

TIFĦIR INTERNAZZJONALI GĦAL-LIĠI LI QED JIKSER IL-PN • KLIEM POŻITTIV GĦAL-LIĠI TAL-FINANZJAMENT TAL-PARTITI • FL-ISTESS ŻMIEN LI L-PN QED JIKSIRHA SFAĊĊATAMENT • ĊERTIFIKAT FAVUR IT-TRASPARENZA Malta ħolqot qafas trasparenti għall-aħħar f ’dak li hu finanzjament tal-partiti. Dan huwa kumment ċar li għamlet l-organizzazzjoni li tiġbor fiha stati kontra l-korruzzjoni, il-GRECO, meta nnotat it-titjib leġiżlattiv li sar b’rabta mal-finanzjament tal-partiti. Il-GRECO ħarġet l-analiżi tagħha fl-istess żmien li l-liġi tal-finanzjament tal-partiti spiċċat f ’kontroversja għaliex il-Partit Nazzjonalista qiegħed jiksirha sfaċċatament bl-iskema Pagi PN. F’żewġ rapporti separati l-GRECO tikkonferma li l-awtoritajiet Maltin implimentaw rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjoni stess b’mod tajjeb. Il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, li daħlet fis-seħħ fl-2016, fil-fehma tal-Greco hija “an important milestone” u ntqal li l-awtoritajiet Maltin ħadu pass fid-direzzjoni t-tajba biex jagħmlu kredibbli qasam li ma kienx irregolat. Il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, spjega wkoll kif dan huwa ċertifikat uniku li pajjiżna kien ilu ma jara. “Il-GRECO kienet imdorrija mill-Gvern preċedenti li kull darba li kienet issemmi riforma, dejjem kien joħroġ b’xi skuża, ‘mhux għalissa, nipposponu’, u allura meta rat Gvern ġdid li wettaq tant riformi li kienu ilhom diskussi għal 25 sena, bniet fiduċja magħna,” qal il-Ministru Bonnici. Ċertifikat bħal dan minn organizzazzjoni kontra l-korruzzjoni, iġib fix-xejn attakki tal-Oppożizzjoni li l-Gvern qed imexxi l-Malta minn ‘bejta ta’ korruzzjoni.’ Il-Ministru Bonniċi qal li issa l-poplu għandu

Din hija donazzjoni, irrispettivament jekk intużatx biex jitħallsu produzzjonijiet tal-programmi jew spejjeż oħra

stampa ċara ta’ min huwa l-iktar kredibbli. “Issa l-poplu għandu għażla quddiemu, jekk jemminx lil Simon Busuttil jew jemminx l-organizzazzjoni ta’ kontra l-korruzzjoni tal-Ewropa kollha. Jien nemmen li l-organizzazzjoni hija waħda li tagħti kredibbiltà kbira,” temm jgħid Bonnici. Intant, saret dikjarazzjoni ċara mid-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ Malta dwar kif il-Partit Nazzjonalista qed jikser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti. F’artiklu fit-Times of Malta, il-Professur Kevin Aquilina kiteb dwar Skandlu Pagi PN u qal li s-70,000 ewro li l-Partit Nazzjonalista ħa s-sena l-oħra minn dB Group jew sussidjarji tiegħu huma donazzjoni. Innota kif il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li dan kien “sponsorship” għal programmi u fid-dawl li media.link hija kumpanija tal-Partit Nazzjonalista, l-Professur Aquilina kiteb kif din tikser artiklu tnejn talliġi. Artiklu li jsemmi b’mod ċar il-kelma sponsorship. “Din hija donazzjoni, irrispettivament jekk intużatx biex jitħallsu produzzjonijiet tal-programmi jew spejjeż oħra,” kiteb Aquilina dwar każ fejn min ta l-flus qal ċar li bihom tħallsu l-pagi tas-Segretarju Ġenerali u l-Kap Eżekuttiv. Dan l-iskandu riegħed lill-Partit Nazzjonalista, partikolarment il-kap tiegħu, li nqabad kif kien hu li ħoloq din l-iskema. Għall-bidu kien qal li din hi relazzjoni kummerċjali iżda meta tad-db qalu li ma ħadu xejn lura beda jingħad li dan hu sponsorship. Eventwalent il-Maltatoday żvelat li l-invoices foloz li kienu qed joħorġu bħal parti mill-iskema ħarġu fuq kumpanija Sky Gourmet u Malta Healthcare Caterers li t-tnejn inħolqu għall-kuntratti pubbliċi u għalhekk m’għandhom bżonn ebda reklamar. Dan kompla jagħmilha ċara li din kienet għotja diretta. Iżda, l-għexieren ta’ eluf tas-sena l-oħra ma kinux każ iżolat. Din il-gazzetta kienet żvelat li fl-aħħar snin, id-donazzjonijiet ilaħħqu n-nofs miljun ewro, xi ħaġa li Simon Busuttil prova jiċħad. Però iktar tard il-Maltatoday irrapportat li min ra l-invoices sab li l-għotjiet kienu jlaħħqu s-600,000 ewro. Biex għal darb’oħra l-Kap tal-Oppożizzjoni spiċċa mgiddeb.

Kevin Aquilina

“Siltiet mir-rapport tal-GRECO”


kullhadd.com

L-ALKA BIĊĊA WĠIGĦ TA’ RAS • 3,668 TUNNELLATA TA’ ALKA F’ĦAMES XHUR

Kawża tal-maltemp bl-irjiħat li laqtu lil pajjiżna x-xitwa li għaddiet, din is-sena kien hawn rekord t’alka li qatt esperjenza pajjiżna f ’dawn l-aħħar snin. Wara l-maltempata kbira li laqtet lil pajjiżna f ’Ottubru 2016, l-alka kollha minn fuq il-bajjiet kienet tnaddfet u tneħħew b’iktar minn 177 tunnellata ta’ skart, iżda l-isforzi li saru prattikament ma swew għal xejn. Anke operaturi li ilhom joperaw fuq dawn il-bajjiet għal għexieren ta’ snin, qed jistqarru li qatt ma ltaqgħu ma’ din is-sitwazzjoni. Id-Direttorat tat-Tindif fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura spjega li qed ikollu jikri hydraulic excavator li permezz tiegħu tkun tista’ tittella’ l-alka mill-baħar. Ladarba tkun imxarrba, l-alka titħalla fil-post biex toqtor u ma tkunx ta’ periklu għas-sewwieqa meta din tinġarr fit-trakkijiet sabiex tintrema. Qed ikun hemm talbiet mill-operaturi stess, sabiex jitnaddfu ż-żoni tagħhom malajr kemm jista’ jkun. Apparti l-Bajja tal-Għadira, sar xogħol fuq il-bajjiet ta’ San Ġorġ f ’San Ġiljan, il-Bajja ta’

Spinola, qed titnaddaf il-bajja ta’ taħt il-Pjazza ta’ Buġibba, kif ukoll qed jitnaddfu bajjiet f ’Wied il-Għajn, f ’Birżebbuġa u f ’Marsaxlokk. Hekk kif titlesta l-Bajja tal-Għadira se tibda titnaddaf il-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa, l-Armier, Little Armier u wara, jitnaddfu l-bajjiet inqas popolari bħal Magħtab u Baħar iċ-Ċagħaq. Sabiex dan il-pjan iseħħ, il-Ministeru qed jara li jkun hemm makkinarju għad-dispożizzjoni tad-Direttorat, partikolarment trakkijiet, inkluż fi tmiem il-ġimgħa. “Wieħed irid jifhem ukoll li hemm proċessi tan-natura li jridu jieħdu l-ħin tagħhom matul ix-xhur tax-xitwa u li ħadd m’għandu kontroll fuqhom. Dawn il-proċessi, prattikament jipproteġu lill-bajjiet minn tneħħija ta’ ramel waqt maltempati kbar,” qal id-Direttorat. Matul dawn ix-xhur il-ħaddiema li jnaddfu l-bajjiet wettqu xogħol ta’ ftuħ ta’ toroq li kull darba jiġu mblokkati b’materjal ta’ ramel, alka u skart li jtella’ l-baħar. Matul l-aħħar tliet xhur, l-istess ħaddiema ġabru mal-140 tunnellata ta’ skart, minn fuq il-bajjiet ramlin, li tella’ l-baħar miegħu.


kullhadd.com

13

02.04.2017

FTEHIM TA’ €2.7 MILJUN GĦALL-ISPORTIVI Ftehim iffirmat bejn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti għandu l-valur ta’ €2,681,000 fuq medda ta’ erba’ snin. Bl-għajnuna li se tingħata tibda b’€539,960 din is-sena u tibqa’ tielgħa għal €765,460 sal-2020. Hemm diversi tipi ta’ assistenza li joffri dan il-ftehim fosthom l-assistenza diretta li għandha tiġi allokata kollha lill-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet nazzjonali għall-preparazzjoni teknika tal-atleti tagħhom, għall-parteċipazzjoni tal-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet nazzjonali fil-logħob hekk deċiż mill-Kumitat Olimpiku Malti u għal xogħol ta’ amministrazzjoni talKumitat Olimpiku Malti. Dawn l-ammonti jeskludu s-salarji. Il-ftehim jgħid ukoll li Sport Malta se tkun qed tagħmel l-almu tagħha biex tibda tirrinova faċilitajiet oħrajn ġodda. Dan bil-għan għal-logħob tal-pajjiżi żgħar tal-Kumitat Olimpiku Malti sportivi eżistenti u jiżviluppa li dawn ikunu qed jintużaw tal-2023 li Malta, permezz se tkun qed taspira li tospita.

Sport Malta se tagħmel sforz ukoll biex tipprovdi lillKOM b’faċilitajiet adekwati biex ikollha uffiċini ġodda li għandhom jinkludu wkoll mużew tal-KOM. Iċ-Ċermen ta’ Sport Malta Luciano Busuttil fisser malgazzetta KullĦadd li dan il-ftehim itejjeb fuq oħrajn ta’ qablu. “Lura fl-2014 għamilna kuntratt malKumitat Olimpiku Malti biex nagħtu assistenza peress li kienu ġejjin illogħob tal-Commonwealth u l-Olimpjadi ta’ Rio fl-2016. Dak iż-żmien kienu madwar €300,000 fis-sena. Wara li skada l-kuntratt għamilna wieħed ġdid li hu iktar b’saħħtu.” Busuttil qal li Sport Malta ħadet din id-deċiżjoni biex ikun hemm konsistenza fl-għajnuna lill-Kumitat Olimpiku Malti u dan tjieb fuq xewqa tal-Kumitat Olimpiku. “Dan apparti skemi oħra li noffru lill-atleti,” temm jispjega Busuttil.


14

02.04.2017

kullhadd.com

DRAMA TEATRALI KONTEMPO Kitba ta’ teatrali kontemporanji li jistgħu jittellgħu fi RAMONA PORTELLI żmien l-Għid. Fil-fatt għal dawn l-aħħar tliet snin kemm Carlos kif ukoll Joseph Galea, Il-personalità li tkellimt magħha llum hija wiċċ qed itellgħu dawn ir-rappreżentazzjonijiet ta’ sinonimu ma’ ħafna telespettaturi, kif ukoll teatru kontemporanju li qed jintlaqgħu tajjeb ma’ persuni oħra midħla tat-teatru. Nista’ ħafna mill-udjenza tant li anke kellhom iżidu ngħid li mhux l-ewwel darba li kkollaborajna xi rappreżentazzjonijiet żejda. “Tajjeb ngħidu flimkien fejn jidħol xogħol tal-midja. Fil-fatt li dawn il-proġetti qed isiru b’kollaborazzjoni infurmani li bħalissa qed jaħdem fuq proġett mal-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-għajnuna ġdid, u allura kkuntattjani sabiex iwassalli aktar tal-kunsill lokali tal-Belt Valletta. Bdejna bilinformazzjoni dwaru. Qed nirreferi għal Car- proġett ‘Kristu fi Strada Stretta’ li kien xogħol los Farrugia. dwar kittieb li qed jikteb dramm tal-passjoni Għandu 40 sena, mill-Belt Valletta, u jħobb għall-Belt u jidħol ibill griżmejh ġewwa bar ħafna l-qari, il-biografiji, l-ispiritwalità, il-mis- fi Strada Stretta. Hemm jiltaqa’ ma’ barmaid tiċiżmu, il-gazzetti, il-films, it-teatru, il-futbol, u karattru ieħor li kien jiffrekwenta regolaril-Juventus u ovvjament lil Valletta FC. Jid- ment l-istess bar u minn hemm tinħoloq storja deskrivi lilu nnifsu bħala bniedem li dejjem je- ta’ emozzjonijiet diversi li jwasslu volvi, jgħix il-ħajja ġurnata b’ġurnata, proġett anke għal tmiem traġibi proġett. Pożittiv u ottimist u jipprova dejj- ku. Din il-produzzjoni em jara t-tajjeb f ’kull persuna u f ’kull sitwazz- kienet immirata li ssir joni. Jieħu ħsieb in-negozju tiegħu u l-iskola sitt darbiet, iżda tant tad-drama fejn flimkien ma’ sħabu jipproduċu għamlet suċċess li teatru, u direzzjoni. kellna nagħmluBħala attur narawh u għadna narawh f ’diver- ha erbatax-il darsi drammi televiżivi u teatrali, kif ukoll jgħal- ba. Kienet saret lem id-drama lil studenti li jattendu l-iskola tad-drama tiegħu stess. Kif qalli huwa stess tista’ tgħid li d-drama teħodlu l-biċċa l-kbira minn ħajtu. “Ħinjiet twal ta’ filming u rehearsals, lezzjonijiet u laqgħat. Jagħtini sodisfazzjon kbir speċjalment meta nara lili nnifsi nikber f ’din il-forma ta’ arti performattiva, għax tajjeb ngħidu li dan il-vjaġġ ma jispiċċa qatt, dejjem tikber, titgħallem u tevolvi emozzjonalment, fiżikament u anke spiritwalment,” beda jgħidli Carlos fil-bidu ta’ din l-intervista. Żied jgħidli li qed jgħix vjaġġ interessanti ħafna. “Sodisfazzjon ukoll meta tara ħafna u ħafna studenti li bdew ma’ Freespirit Acting u llum stabbilixxew ruħhom kemm fit-televixin u kemm fit-teatru. Hemm uħud minnhom li anke komplew l-istudju tagħhom barra minn xtutna u hemm minnhom li llum qed jipproduċu, jidderieġu u jiktbu xogħlijiet oriġinali tagħhom. Dan itini sodisfazzjon kbir, iżda l-iktar li nieħu gost hu meta niltaqa’ ma’ individwi u anke ġenituri ta’ tfal li jgħiduli li bis-saħħa tal-lezzjonijiet ta’ Freespirit Acting, saru inqas mistħija, jemmnu iktar fihom infushom u saru iktar assertivi. It-triq f ’din il mixja mhijiex faċli, iżda dan itini iktar kuraġġ biex inkompli dak li bdejt mingħajr qatt ma naqta’ qalbi”. L-Iffissat t’Alla: Dramm intriganti Qlibt id-diskors tiegħi miegħu dwar l-irwol preżenti tiegħu fid-drama “L-Iffissat t’Alla”. Filfatt l-irwol tiegħu huwa dak ta’ produttur, direttur u għandu wkoll rwol prinċipali. Flimkien miegħu hemm ukoll Joseph Galea, li huwa produttur miegħu, il-kittieb u għandu rwol prinċipali ukoll. “Bażikament dan id-dramm intriganti huwa bejn tnejn bl-għajnuna ta’ erba’ tfajliet f ’forma ta’ kor li ser idaħħlu iktar l-udjenza fl-atmosfera ta’ dan il-vjaġġ teatrali,” spjegali Carlos. L-Iffissat t’Alla huwa kunflitt bejn it-tradizzjoni, il-konservattiv u l-ispirtu liberu bejn ħajja u mewt, bejn ġisem u ruħ, bejn dak li tgħallimna u l-ħsieb modern Kristjan. Ir-ruħ li tippersegwita li hekk kienet tagħmel minn dejjem. Żewġ persuni li jiltaqgħu b’mod stramb, iżda t-toroq tagħhom ser jinbidlu b’mod drastiku darba għal dejjem. Ta’ min jgħid li Carlos flimkien ma’ Joseph Galea saru sinonimi ma’ drammi u xogħlijiet

fi Splendid House, Strada Stretta stess. Is-sena ta’ wara ġejna offruti nagħmlu proġett fi Spazju Kreattiv, il-Kavallier ta’ San Ġakbu l-Belt Valletta u ffukajna fuq id-Duluri. Ilproġett kien jismu ‘Passjoni tad-Duluri’ li kien jittratta l-ħajja ta’ tliet ommijiet li għaddew minn traġedji u li kollha kellhom konnessjoni mal-istess psikologu li kien qed jirrapreżenta lil Kristu. Tajjeb ngħidu li l-istejjer tagħna nibbażawhom fuq karattri u stejjer li ġraw jew għadhom jiġru fir-realtà. Din is-sena kif diġà semmejna qed naħdmu fuq il-proġett ‘L-Iffissat t’Alla’ li jittratta laqgħa ‘stramba’ ta’ żewġ persuni li jibnu relazzjoni soda bejniethom. Żewġ persuni b’kunflitti personali differenti, imma fl-istess ħin b’ideat li jaqblu u wkoll jikkuntrastaw lil xulxin. It-tnejn dilettanti talĠimgħa l-Kbira, iżda b’ħajja kompletament differenti. Il-passat u t-trobbija tagħhom jilagħbu parti im-

portanti fuq il-preżent tagħna huma mmirati għ jenza ħafna drabi tirrel l-esperjenzi tagħha ma’ d u tgħix waqt dan il-vjaġġ

Minflok id-dramm tradizzjonali tal-passjo

Matul din l-intervista st sat t’Alla qed jieħu pos kif normalment imdor dan it-tip ta’ minflok jonali Jose ta

b S he lur ta’ ali b’d Kri trov sena Krist il-karatt jiċċalinġja xorta m na


15

02.04.2017

kullhadd.com

ORANJA GĦAL ŻMIEN IL-GĦID

u l-futur. Il-proġetti ħal kulħadd, fejn l-udlata l-emozzjonijiet u dak li tkun qed issegwi ġ.

oni

bħala laqgħa regolari ta’ darba f ’ġimgħa. “Tlabna l-għajnuna ta’ Karmenu Aquilina li t-tnejn li aħna kellna esperjenzi teatrali miegħu u llum qiegħed konsulent artistiku fil-proġett, kif ukoll bħalma għamilna s-sena l-oħra, ikkonsultajna lill-psikologu Jo Christine Scicluna. Mill-ewwel laqgħat tagħna sal-lum, il-kitba u l-ideat jinbidlu u jevolvu, kważi kważi nibqgħu nevolvu sakemm inkunu wasalna biex nagħmlu l-ewwel rappreżentazzjoni. Pereżempju, għall-bidu x-xogħol kellu jittella’ b’żewg atturi biss iżda mbagħad iddeċidejna li ndaħħlu erbgħa karattri femminili biex jagħtu iktar ħajja lil proġett. Dawn huma Maria Farrugia, Rodianne Abela, Lucy Camenzuli u Angela Buttigieg. Għall-fatt li aħna nieħdu ħsieb il-lat ta’ produzzjoni wkoll, nibdew naħdmu fuq id-disinn tar-ritratti u pubbliċità, fondi u sponsors li mingħajrhom ma jitla’ xejn, printing, pubbliċità fuq televixin, rivisti, gazzetti u midja soċjali, sett u elf ħaga oħra. Bħala rehearsals għall-bidu nibdew niltaqgħu ftit ġranet fil-gimgħa, iżda mbagħad ovvjament nibdew niltaqgħu kuljum anke fil-weekends. Xogħol impenjattiv ħafna.” Miegħu ddiskutejt ukoll id-drama lokali, dwar kif iħares lejha u jaħsibx li qed

tevolvi aktar. “Bħalma dejjem għedt, nemmen li artistikament ilMaltin huma tajbin ħafna. Meta tara li bix-xejn jittellgħu ċerti proġetti, kemm televiżivi kif ukoll teatrali, tara kemm hawn Malta artistikament u teknikament għandna nies validissimi. Il-problema dejjem iddur mal-finanzi. Is-suq hu żgħir, il-popolazzjoni wkoll u l-introjtu huwa minimu. Min-naħa l-oħra l-opportunitajiet huma ħafna llum u attur għandu iktar fejn jevolvi, għax għandna diversi stazzjonijiet privati u anke iktar esperimentazzjonijiet teatrali. Ma tridx taqta’ qalbek għax intoppi ser issib ħafna,

iżda bid-determinazzjoni, fl-aħħar tasal fejn trid u r-riżultat ikun iktar sodisfaċenti,” sostna miegħi. Fuq l-istess tema, Carlos iħoss li d-drama lokali televiżiva hija mfittxija ħafna, kważi kważi jazzarda jgħid li hija l-iktar mezz imfittex. “Dan nikkonfermah mir-reazzjonijiet li jkolli minn nies fit-triq jew fuq il-post tax-xogħol tiegħi. Kif għedt qabel, il-livell għola ħafna, imma dejjem hemm l-intopp finanzjarju. Min-naħa ta’ teatru, in-nies ifittxuh ukoll, kuntrarjament għall-idea li n-nies ma jmorrux teatru. Flaħħar tliet snin kont involut f ’diversi proġetti teatrali bħal: Il-Kappilan ta’ Malta, Il-Kennies tal-Ġenna, Faith, Hope u Charity, Habbilni Ħa Nirbaħ, Marti Martek, Martek Marti, Kristu fi Strada Stretta u Passjoni tad-Duluri fost l-oħrajn, fejn kważi dejjem irreċtajna b’teatri mimlija fejn kien h e m m okkażjonijiet fejn kellna nżidu r-rappreżentazzjonijiet.” Is-sena l-oħra esperimentaw bil-mużika live. “Kellna k e y board u vjolin fejn għall-progett inkiteb ukoll marċ funebru. Din is-sena l-mużika ser tkun ukoll live, b’kompożizzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas stess, imma minflok vjolin ser ikollna strument ieħor, perkussjoni mis-Sur Stefan Tate”. Fl-aħħar nett Carlos xtaq jenfasizza mal-qarrejja sabiex l-ewwel ħaġa jkomplu jissapportjaw din il-gazzetta u l-midja lokali, kif ukoll l-arti Maltija. “Mingħajr l-udjenzi, ix-xogħol ikun kollu ta’ xejn. Ftakar li l-ħajja hija waħda u qasira, għamel dak li dejjem ħlomt, li tagħmel illum qabel għada, qabel ikun tard wisq. Inħeġġiġkom tiġu għal dan il-vjaġġ teatrali ta’ 80 minuta ‘L-Iffissat t’Alla’ li ser jittella’ nhar is-7, 8, 9, 12, 13 t’April fit-8pm u nhar il-Ġimgħa l-Kbira fl-10.30am ġewwa Spazju Kreattiv, il-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta (quddiem Kastilja). Biljetti jistgħu jinkisbu mill-Kavallier ta’ San Ġakbu stess, online: http://www.kreattivita.org/en/event/l-iffissat-talla jew ċemplu 2122 3200.

L-Iffissat t’Alla huwa kunflitt bejn it-tradizzjoni, il-konservattiv u l-ispirtu liberu bejn ħajja u mewt, bejn ġisem u ruħ, bejn dak li tgħallimna u l-ħsieb modern Kristjan. Ir-ruħ li tippersegwita li hekk kienet tagħmel minn dejjem. Żewġ persuni li jiltaqgħu b’mod stramb, iżda t-toroq tagħhom ser jinbidlu b’mod drastiku darba għal dejjem.

tajt nifhem li ‘L-Iffisst dramm tal-passjoni, rrijin naraw. Fil-fatt teatru, qed jagħmluh id-dramm tradizztal-passjoni. “Jien u eph it-tnejn dilettanti al-Ġimgħa l-Kbira u t-tnejn li aħna nħobbu t-teatru kontemporanju. Darba waqt ikla kont proponejtlu li nagħmlu xi ħaġa kontemporanja flimkien. Ħriġna bl-idea ta’ ‘Kristu fi Strada Stretta’ u minn emm ma ħarisniex ra. Wara ħafna snin dramm tradizzjonbdejt nesperimenta iversi karatteristiċi ta’ istu, kultant anke konversjali, u wara għoxrin a naħdem il-parti ta’ tu, nista’ ngħid li dan tru għadu jeċitani u ani mmens, għalkemm ma neskludix li nerġa’ agħmel dramm tradizzjonali, li fl-aħħar mill-aħħar kien il-punt tat-tluq tiegħi”. Rigward preparamenti għal din il-produzzjoni, Carlos żvela miegħi li f ’Lulju ltaqgħu bħala tim għall-ewwel darba biex jibdew jiktbu u ż a m mewha



17

02.04.2017

kullhadd.com

ĦAMES ESEBIZZJONIJIET F’WAĦDA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Iż-żmien ta’ qabel l-Għid ilKbir, Malta hija sinonima ma’ diversi wirjiet ta’ mwejjed talappostli f ’diversi rħula. Ħafna jmorru bi ħġarhom japprezzaw it-talenti lokali, fosthom itturisti li jinzertaw Malta. Fost il-wirjiet li jkunu organizzati madwar Malta, ħsibt li għal din l-intervista insegwi mill-qrib ix-xogħol imtella’ mill-għaqda Domus Piju IX ta’ Bormla. B’hekk tkellimt ma’ Laurence Hili li jieħu ħsieb il-PRO talistess għaqda. Laurence għandu 67 sena, miżżewweġ, missier ta’ tlieta, u nannu ta’ ħamsa. Joqgħod Bormla, u l-passatempi tiegħu huma l-inċiżjonijiet jiġifieri engravings fuq il-ħġieġ, pittura b’materji differenti, il-qari u s-sajd tal-qasba. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna normali bħal kull missier u nannu ieħor. Persuna nervuża, imma fejn tidħol l-arti u t-tfal, paċenzjuż u metikoluż ħafna. Bħalissa jokkupa l-kariga ta’ PRO fi ħdan id-Domus Piju IX ġewwa Bormla. IdDomus ilu mwaqqaf missena 1926. L-għan tiegħu hu li l-membri jirrilassaw soċjalment bi spirtu ta’ familja. Għandu madwar 70 voluntier u membru. “Għalkemm ilmejda tal-appostli hija l-akbar attività ġewwa d-Domus, matul is-sena jkollna laqgħat, get together u nieħdu sehem f ’attivitajiet kulturali li fihom inkunu mistiedna, biex nesebixxu u naħdmu xogħol tal-arti fil-melħ u r-ross b’temi għall-okkażjoni, bħal manifestazzjonijiet lokali u nazzjonali u fejn inkunu mistiedna madwar Malta,” beda jgħidli Laurence. Wirja 2017: Magħkom taż-Żmien

Nibqa’ sal-Aħħar

Bħal kull sena, id-Domus jtellgħu wirja tal-mejda talapposti speċjali. Fil-fatt din is-sena l-wirja ser tiftaħ bejn

is-6 t’April u s-16 t’April. Flewwel jum, jiġifieri, is-6 t’April ser isir il-ftuħ uffiċjali millPresident ta’ Malta. Il-ħinijiet tal-ftuħ mis-7 sat-12 t’April se jkunu mid-9am sa nofsinhar u mill-5pm sad-9.30pm. Fit-13 u fl-14 t’April li jiġu Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira jinfetaħ mid-9am sa tard billejl. Sibt il-Għid jinfetaħ mid-9am sa nofsinhar u Ħadd il-Għid mid-9am sa nofsinhar ukoll. Id-dħul ikun ta’ 80 ċenteżmu u t-tfal ma jħallsu xejn. Din is-sena l-wirja ser toffri esebizzjoni ta’ vari minjaturi. Aktar ’il ġewwa wieħed għandu jsib ukoll esebizzjoni ta’ statwi b’daqs sħiħ: il-ħasil tar-riġlejn u aktar ’il ġewwa ssib il-wirja tal-arti tal-melħ u ross, xogħol ta’ translucent salt (melħ mixgħul). Fis-sala prinċipali jkun hemm il-mejda tal-appostli b’madwar 130 biċċa xogħol tal-arti, sepulkru armat għall-okkażjoni, kif

ukoll il-Golgota (presepju talpassjoni). Il-ħitan li jdawru ġewwa hemm armat xogħol ta’ stain glass art craft. It-titlu li ngħata din is-sena huwa ‘Nibqa Magħkom salAħħar taż-Żmien’ b’tema talpassjoni ta’ Kristu skont San Mattew. Immaġinajt li sabiex tittella’ wirja ta’ dan il-kalibru, ikun hemm ammont sostanzjali ta’ voluntiera jaħdmu sena wara oħra. Fil-fatt Laurence ikkonfermali li wirja bħal din tinvolvi ħafna xogħol. “Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li tista’ tgħid li l-lokal ikun utilizzat kollu kemm hu, ħames attrazzjonijiet f ’post wieħed, għalhekk ilmaġġoranza tal-membri u volontiera jieħdu sehem għal wirja, minn direttament fuq xogħol tal-kwadri artistiċi u min b’mod ieħor bħal korrispondenza, tindif, armar tal-mejda, s-sepulkru,

l-armar talGolgota, u ħafna xogħol li kollu huwa impor tanti,” spjegali Laurence.

Salt Translucent Art – Attrazzjoni speċjali tad-Domus Ta’ min jgħid li f ’dawn l-aħħar disa’ snin bħala għaqda, Domus introduċew kunċett ġdid hawn Malta li huwa Salt Translucent Art. Dan huwa xogħol tal-melħ purament abjad mingħajr l-ebda kulur għal sfumar maħdum “ibbozzat” u għandu d-dawl taħtu. Minħabba l-ħxuna varja tal-melħ, id-dawl ma jippenetrax kullimkien l-istess, b’hekk tinħoloq l-immaġini artistika. Ta’ min iżid jgħid ukoll li sa fejn jafu huma bħala grupp, s’issa huma l-uniċi f ’dan it-

tip ta’ xogħol. “Sa fejn nafu aħna, dan ix-xogħol għadu uniku u hu ta’ attrazzjoni għal min iżurha. Dan il-kwadru fih madwar 6 x 4 piedi”. B’hekk kull persuna li tmur iżżur din il-wirja ser tkun qed tgawdi tista’ tgħid minn ħames wirjiet differenti: xogħol bil-melħ u r-ross, vari minjaturi, stazzjon ta’ daqs sħiħ, xogħol ta’ stain glass craft, il-Golgota, kif ukoll dan il-kwadru. Bħala viżitaturi jkollhom minn kull qasam talħajja - minn dilettanti ta’ dawn l-esebizzjonijiet, sa turisti li jinzertaw f ’pajjiżna. Minn informazzjoni li ksibt mingħand Laurence stess, sirt naf li l-ewwel mejda talappostli esebita f ’Malta kienet saret il-Belt Valletta u li ġejja mill-era tal-Kavallieri fuq stil ferm differenti. “Aħna meta bdejna fis-sena 1954 mill-ewwel qbadna l-linja artistika u fis-sena 1968 introduċejna l - e w w e l xogħol bilmelħ f ’Malta. Wa r a j n a nibtu aktar u lilna jagħtina sodisfazzjon għax nafu li konna fit-triq it-tajba,” sostna miegħi Laurence. Naturalment Laurence spjegali li l-iskop wara din ilwirja huwa sabiex l-ewwel nett ikabbru l-glorja t’Alla bl-arti, u barra minn hekk iżżommhom okkupati tista’ tgħid is-sena kollha. Fil-fatt infurmani li hija ħaġa naturali li tkompli ssaħħaħ il-karattru tal-membri u volontiera peress li tinvolvi xogħlijiet differenti u hija mezz ta’ rilassament. Finalment, Laurence stieden lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta sabiex iżuru l-wirja tagħhom. “Dilettant u mhux ta’ dawn il-wirjiet, wieħed għandu jżurhom u japprezza. B’hekk inkunu qed inkabbru u nistimulaw aktar l-arti f ’pajjiżna,” temm jgħid Laurence.


18

02.04.2017

1

MADWAR kullhadd.com

L-INGILTERRA

FIL-QOSOR

1

SOLIDARJETÀ MAL-VITTMI TAL-ATTAKK Numru ta’ nisa Musulmani nġabru f ’Westminster juru s-solidarjetà tagħhom mal-vittmi tal-attakk li seħħ flistess post nhar it-22 ta’ Marzu. In-nisa libsu l-kulur blu, simbolu ta’ paċi. Magħhom ingħaqdu oħrajn biex flimkien għamlu ħames minuti ta’ silenzju. Dan il-ġest ried jibgħat messaġġ ieħor li mhux kull attakk terroristiku huwa f ’isem ilMusulmani. Dan wara li mill-attakk f ’Londra ċċirkola ritratt ta’ mara Musulmana bil-mobile f ’idejha fil-ħin tat-traġedja u konsegwenza t’hekk spiċċat vittma t’attakki fuq il-midja soċjali. L-attakk f ’Londra ħalla tliet persuni mejta fosthom uffiċjali tal-pulizija. Dan meta l-aggressur saq karozza għal fuq in-nies li kienu fiż-żona.

2

UNJONI EWROPEA

3

IŻRAEL

JIBDA L-PROĊESS GĦALL-BREXIT Nhar id-29 ta’ Marzu l-Prim Ministru Ingliża Theresa May bagħtet l-ittra li biha nnotifikat lill-Unjoni Ewropea li se tibda l-proċess biex ikun skattat Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Lisbona. L-għada tal-ittra, fl-Ingilterra ingħata bidu għal dibattitu ġdid. Fil-fatt fil-House of Commons bdiet diskussjoni biex liġijiet Ewropej ikunu emendati skont ir-realtà l-ġdida tal-pajjiż. Dan kollu qed ikun propost flabbozz imsejjaħ The Great Repeal li jinkludi liġijiet dwar drittijiet tal-ħaddiema u l-ambjent fost oħrajn. Liġijiet li jridu jinbidlu tul il-proċess Brexit. Is-segretarju responsabbli mit-taħdidiet u l-proċess għal ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea qal li l-liġijiet tal-pajjiż jistgħu jitjiebu wara li jiġu emendati. Emendi li jfissru li r-Renju Unit jinħall minn mal-Unjoni Ewropea. Wara l-ittra, l-Unjoni Ewropea ħarġet il-pożizzjoni tagħha. F’Malta il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk f ’laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar l-erba’ prinċipji fundamentali li jrid ikun hemm qbil dwarhom biex jintlaħaq ftehim.

APPROVAZZJONI GĦALL-EWWEL BINI L-Iżrael approva l-bini tal-ewwel residenzi Lhud fix-Xatt tal-Punent. Il-kabinett tas-sigurtà Iżraeljan ivvota b’mod unanimu tard il-Ħamis biex jibda l-bini fuq għolja magħrufa bħala Geulat Zion, viċin il-belt Palestinjana Nablus. Huwa maħsub li ż-żona se tilqa’ 40 familja li d-djar tagħhom tneħħew wara li kienu mibnija b’mod mhux awtorizzat. Uffiċjali Palestinjani kkundannaw din id-deċiżjoni filwaqt li appellaw lill-komunità internazzjoni biex tintervjeni. L-awtoritajiet Iżraeljani approvaw eluf ta’ djar ġodda mindu Donald Trump inħatar President tal-Istati Uniti.


R ID-DINJA

19

02.04.2017

kullhadd.com

6

L-AWSTRALJA

4 2 3

5

45,000 DAR MINGĦAJR DAWL

Ċiklun ta’ rwiefen b’qawwa ta’ 263 kilometru fis-siegħa ħakem il-kosta ta’ Queensland fl-Awstralja. Ċiklun li kkawża qtugħ ta’ dawl f ’45,000 dar mingħajr dawl u ħsarat f ’diversi binjiet. Madwar 25,000 persuna kellhom jitilqu minn djarhom. Jidher li ċ-ċiklun bl-isem ta’ “Debbie” se jkun l-iktar wieħed li kkawża ħsara mis-sena 2011 ’l hawn. B’reazzjoni għas-sitwazzjoni fi Queensland, il-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbell qal li l-pajjiż huwa lest f ’każ t’emerġenza kkawżata minn qawwiet naturali. Fil-fatt, aktar tard din il-ġimgħa, l-iskejjel kollha fi Queensland ingħalqu u dan kawża tal-għargħar li ġab miegħu ċ-ċiklun tant li kien hemm appelli biex ħadd ma joħroġ minn daru. Sadanittant, iċ-ċiklun Debbie donnu naqas, tant li l-midja Awstraljana m’għadhiex tirreferi għalih bħala ċiklun.

6

5 4

IĊ-ĊINA

IR-RUSSJA

ĦABS WARA SENSIELA TA’ PROTESTI Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny ntbagħat 15-il ġurnata ħabs wara li kien il-moħħ ta’ sensiela ta’ protesti fir-Russja. Protesti li saru kontra t-tmexxija tal-Prim Ministru u l-President Russu, protesti li twaqqfu minħabba li skont rapporti saru mingħajr il-permessi uffiċjali. Minbarra ħabs, il-Qorti Russa mmultatu l-multa t’20,000 rublu ekwivalenti għal 350 dollaru. It-tensjoni bejn il-Kremlin u l-Oppoiżizzjoni qed tkompli tintensifika bil-Kremlin akkuża lill-Kap tal-Oppożizzjoni li instiga l-vjolenza u li ħallas lin-nies biex jattendu. Intant il-Kap tal-Oppożizzjoni baqa’ jallega li l-Prim Ministru Russu hu involut fil-korruzzjoni.

PROJBITA D-DAQNA TWILA Ir-reġjun ta’ Xinjiang fiċ-Ċina għażel li jipprojbixxi d-daqna twila ħafna u l-ilbies tal-velu f ’postijiet pubbliċi. Dan f ’mossa li ntqal li hi maħsuba biex tegħleb l-estremiżmu. Xinjiang huwa l-post fejn jgħixu l-Uighurs, grupp tradizzjonalment Musulman li jgħidu li huma diskriminati. Fil-fatt is-snin riċenti raw ġlied imdemmi fir-reġjun. Il-Gvern Ċiniż, però, jitfa’ l-ħtija tal-vjolenza fuq militanti Iżlamiċi u separatisti. Iżda, gruppi li jiġġieldu favur iktar drittijiet jgħidu li l-inkwiet huwa riżultat ta’ politika ripressiva u jargumentaw li l-miżuri ġodda se jitfgħu l-grupp Musulman f ’estremiżmu.


20

02.04.2017

kullhadd.com

IT-TRASFERIBILITÀ TAN-NEGOZJU ANTON

VELLA

SME HELPDESK EXECUTIVE, MEA

Ftit tal-jiem ilu attendejt Konferenza Nazzjonali, li ġiet organizzata f ’Malta, bħala parti mill-attivitajiet tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, dwar it-trasferibilità tan-negozju. Konferenza li għaliha kien hemm attendenza tajba, u lkoll ħriġna kemm aħna sodisfatti, bil-mod kif żvolġiet u bil-preżentazzjonijiet ferm interessanti li taw il-mistiedna esperti li ġew minn kull rokna tal-Ewropa. Indirizzaw il-konferenza, kelliema uffiċjali mill-Kummissjoni Ewropea, rappreżentanti mill-Finlandja, Ateni, l-Ingilterra, Spanja, Franza, l-Iżvezja, il-Belġju, il-Ġermanja, u ovvjament minn Malta fost oħrajn. Konferenza li għaliha attendew ukoll il-Ministru Chris Cardona kif ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat. Matul din il-konferenza ħarġu diversi punti validi, li ta’ min wieħed jixtarrhom, u jaħdem fuqhom. L-ewwel ma jigi f ’moħħok meta xi ħadd ikellmek dwar trasferibilità ta’ negozju, speċjalment meta n-negozju jkun wieħed tal-familja, hi meta s-sid tan-negozju, li normalment ikun il-missier, jgħaddi t-tmexxija lil uliedu, sabiex b’hekk l-istess negozju jkompli għaddej mil-ewwel għat-tieni ġenerazzjoni, mit-tieni għat-tielet, mittielet għar-raba’, u l-katina tibqa’ sejra hekk. Jiġi f ’moħħok ukoll li dan il-proċess jkun qed isir fil-mument li s-sid tan-negozju jkun qorob biex jirtira, u b’hekk iħoss li jkun wasal il-mument li jgħaddi it-tmun tat-tmexxija lill-ġenerazzjoni ta’ warajh. Hemm każi li dan il-proċess jiskatta appuntu wara l-mewt ta’ min ikun qed imexxi, u għalhekk il-proċedura tikkumplika xi ftit ruħha, sakemm jerġa’ jiġi stabbilit, bl-inqas ġlied possibbli, kif u min ser ikun qed ikompli jmexxi n-negozju. Proċess li mhux dejjem għadda u spiċċa b’wiċċ il-ġid. F’din il-konferenza ġew diskussi possibilitajiet oħra, u kien interessanti kif ħarisna lejn dan is-suġġett minn perspettivi differenti. Qabelxejn, tajjeb li wieħed

ifakkar li Malta hi l-ewwel pajjiż fid-dinja, li f ’Jannar li għadda introduċa l-liġi tan-negozju tal-familja. Liġi li ser tkun qed tagħti gwida kif negozju tal-familja jirregola ruħu, jibbenefika minn inċentivi ġodda, u jirristruttura lilu nnifsu, sabiex jipprepara għal kull eventwalità ta’ trasferibilità u suċċessjoni tan-negozju meta jasal il-mument li jkun irid iseħħ dan. Trasferibilità, ta’ negozju tal-familja, ma għandhiex issir biss, meta jiġi nieqes issid, meta sfortunatament jitfaċċa xi mard, jew meta min ikun qed imexxi jasal fil-mument li jirtira minħabba ż-żmien. Sfortunatament din kienet il-kultura f ’pajjiżna sal-lum, u jeħtieg li permezz ta’ din il-liġi li għadha kif ġiet introdotta, naħdmu sabiex inbiddlu l-ħsieb u l-mentalità fuq dan is-suġġett, bil-mod il-mod nwasslu sabiex inħarsu lejn dan il-proċess b’mod differenti. Trasferibilità trid tkun ippjanata minn ħafna qabel ma jasal il-mument li fattwalment tkun trid iseħħ. Huwa importanti li f ’negozju tal-familja, min ikun qed imexxi jrid ikun għaqli biżżejjed, sabiex jagħraf joħloq l-istruttura adatta, u l-istil ta’ governanza tajba, li jkunu il-pedamenti għal negozju b’saħħtu għal kull eventwalità, tiġi meta tiġi. Id-diskors ta’ min minn fost il-membri tal-familja, għandhom ikunu x-shareholders, u l-eredi tal-assi tan-negozju, irid jibda jseħħ mal-mument li n-negozju jkun stabbilixxa ruħu, u mhux meta jibda jberraq. Aktar ma dan il-proċess isir kmieni, aktar jista’ jiswa ta’ ġid. Barra minn din it-tip ta’ trasferibilità, jeżistu possibilitajiet ukoll li n-negozju jista’ jiġi trasferit lil terzi, kompetituri fin-negozju, barranin oħrajn li jkun għadhom ser jibdew l-avventura fin-negozju, jew saħansitra taħt forma ta’ ko-

perattiva, lil wħud mill-impjegati tal-istess negozju. Trasferibilità tista’ seħħ meta negozju jkun sejjer ħażin, iżda daqstant ieħor dan il-proċess jista’ jiġi ppjanat meta l-istess negozju jkun għaddej minn perjodu tajjeb. F’kull tip ta’ ċirkostanza, hemm x’wieħed jista’ jiggwadanja, iżda dan jekk il-proċess isir bil-galbu, bi pjan serju, u mingħajr għaġla żejda. Fil-konferenza ġie rrakkomandat, li għandna nieħdu ħsieb li n-negozji tagħna jirnexxu, fejn tidħol it-trasferibilità, għaliex ikun ta’ ġid kemm għall-istess negozju kif ukoll għall-ekonomija tal-pajjiż. Sabiex dan iseħħ, hemm bżonn ta’ aktar tagħrif, gwida, u edukazzjoni dwar l-importanza ta’ suċċessi fil-processi ta’ trasferibilità ta’ negozju. Hemm bżonn infiehmu lis-sidien ewlenin tan-negozji f ’pajjiżna, li trasferibilità mhix dgħufija, jew falliment, iżda tista’ tkun opportunità, dejjem jekk issir f ’ħinha u f ’waqtha. F’pajjiżna huwa stmat li mad-98% tan-negozji kollha, huma negozji tal-familja, u minn fost dawn 95% huma negozji li jħaddmu anqas minn 10 persuni. Għalhekk importanti li kemm

Qabelxejn, tajjeb li wieħed ifakkar li Malta hi l-ewwel pajjiż fid-dinja, li f’Jannar li għadda introduċa l-liġi tan-negozju tal-familja

jista’ jkun, flimkien għandna naħdmu sabiex nassiguraw li dawn in-negozji kollha, nippreservawhom, nibżgħu għalihom, u ngħinuhom jibqgħu ħajjin minn ġenerazzjoni għall-oħra. It-trasferibilità, hija waħda mis-soluzzjonijiet sabiex is-settur tan-negozju jibqa’ b’saħħtu. Ikun inutli li flaqwa tiegħu negozju jimraħ jinvesti u jikber b’ritmu mgħaġġel, jekk imbagħad ma jkunx ħaseb għal meta jasal il-mument li l-istess negozju jkollu bżonn jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra. Fuq kollox, kienet konferenza li xegħlet il-bozza l-ħamra, mhux biss lis-settur tan-negozju f ’pajjiżna, iżda, nistgħu ngħidu li kienet tbeżbiża li għandha tiftaħ għajnejn il-pajjiżi Ewropej kollha. Is-suċċess fit-trasferibilità fl-Ewropa huwa ferm anqas minn dak li qed jinkiseb fl-Amerka, u għalhekk irridu naħdmu aktar, u nkunu kapaċi nintervjenu fejn is-settur ikollu bżonn ta’ għajnuniet speċjalment b’liġijiet bħal dik li għaddejna f ’Malta ftit tax-xhur ilu. Statistika impressjonanti, huwa l-fatt li bħalissa l-Ewropa qed titlef kuljum, mal150,000 ażjenda, li jħaddmu magħhom xejn inqas minn 600,000 impjegat, u dan minħabba nuqqas ta’ suċċess fil-proċess ta’ trasferibilità ta’ negozji. Dan ifisser li bħalissa madwar l-Ewropa qed nassistu għal falliment ta’ 600 kumpanija kuljum, minħabba ineffiċjenzi fit-trasferibilità. F’Malta issa l-liġi qiegħda hemm. Imiss li min-naħa waħda aħna lkoll nibdew nagħmlu użu minnha, u min-naħa tal-Gvern għandu jibqa’ jaħdem sabiex joħloq l-istrutturi u l-mekkaniżmu neċessarju sabiex jiffaċilita l-proċess ta’ trasferibilità, u b’hekk insalvaw l-akbar numru possibbli ta’ negozji milli jmutu mewta naturali.


21

02.04.2017

kullhadd.com

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI

27.03 Il-lista ta’ stennija għalloperazzjonijiet ta’ bdil tal-ġenbejn u tal-irkoppa naqset bi 28%

28.03 It-testijiet tal-MRI żdiedu minn 7,000 fl-2010 għal 20,000 sa din id-data

29.03 Tħabbar roħs ieħor fil-prezz ta’ 18-il mediċina, is-seba’ roħs minn Gvern Laburista

30.03 Ġie deċiż li jitkabbar l-Isptar Mater Dei u miegħu jitkabbar ukoll il-parkeġġ fl-istess sptar

31.03 Ġiet reġistrata żieda ta’ 9% fit-turiżmu

01.04 Il-Eurostat iddikjarat li Malta rreġistrat l-akbar rata ta’ żieda fl-impjiegi minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea

02.04 Ġie deċiż li jerġgħu jiżdiedu l-pensjonijiet

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist

Il-Ħamis, 23 ta’ Marzu

naqtgħulhom l-għatx bil-perżuta billi nippubblikaw l-invoices. Il-biċċa hi li dawn l-imbierka invoices xorta qegħdin ikunu ppubblikati. Inkwetajt ukoll għax smajt li dik tal-Bidnija, minkejja li Simon tagħna kien qalilna li lkoll kemm aħna magħqudin, xorta waħda għadha tinsisti li Mario De Marco għandu jitkeċċa millpartit. Min jaf minn min se jisma’ Simon, għax finalment, id-deċiżjoni hu jrid jeħodha.

Kemm hu bravu Simon tagħna. Anke soluzzjoni għall-problema tal-Air Malta għandu. U tant hu qalbu tajba li ħejja pjan saħansitra meta għadu ma daħalx Kastilja. Insomma, mhux għax naqbel mija fil-mija, għax lil Simon tagħna Joseph Muscat ma jinvolvih f ’xejn. Li ma nistax nifhem hu kif Simon tagħna ma kienx għadda dan il-pjan lil Lawrence Gonzi meta dan kien prim ministru, għax jaħasra kieku forsi ma konniex nieħdu t-tkaxkira It-Tnejn, 27 ta’ Marzu li ħadna erba’ snin ilu. Għalhekk nibża’ li ftit li xejn huma dawk li jeħduna bis- Ma nafx x’inhu jistenna Simon tagħna serjetà meta nitkellmu dwar l-Air Malta! biex jagħmel libel lill-ministri u lissegretarji parlamentari kollha li wieħed wara l-ieħor, jum wara l-ieħor, ġimgħa Il-Ġimgħa, 24 ta’ Marzu wara ġimgħa, qegħdin jgħajruh giddieb Uff kemm huma fitti wħud mill- u li kiser il-liġi dwar il-finanzjament talġurnalisti, naturalment mhux tat-Times partiti. Ħalliha li forsi ma jużawx il-kelma u l-Independent, imma ġurnalisti oħrajn. giddieb, imma għalija, u naħseb li bħali Kull darba li jkollu xi ħaġa Simon tagħna, jaħsibha kulħadd, meta jgħidulu li mhux moħħhom biss biex jagħmlulu l-istess qed jgħid il-verità, ikunu qed jagħjruh mistoqsija: fejn huma l-invoices tar- giddieb. Konvint li jekk jagħmel libell lil riklami tal-grupp db? Safejn naf jien, kull wieħed minnhom, kollha jirbaħhom Simon tagħna, Beppe u anke oħrajn diġà Simon tagħna, għax Simon tagħna qatt qalulhom kemm-il darba li mhumiex ma jigdeb. U min jaf x’somma flus lesti jippubblikaw affarijiet kummerċjali, jakkwista, għalkemm ma tkunx biżżejjed x’kull waħda! Dawn il-ġurnalisti biex inħallsu s-salarji ta’ Thake u St John! għandhom joqogħdu fuq il-kelma ta’ Simon tagħna, li qalilhom li m’għandniex It-Tlieta, 28 ta’ Marzu x’naħbu. Fuq kollox ma nafx għalfejn ma naqtgħulhomx l-għatx bil-perżuta u Oh! X’ġurnata din! Xi pjaċir! X’ma niħux nippubblikawhom, ladarba m’għandniex pjaċir nisma’ lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew, (insejt x’naħbu. Jew għandna x’naħbu, man! x’jismu), jgħid li ġew hawn Malta biex jappoġġjaw lil Simon tagħna! X’ma niħ Is-Sibt, 25 ta’ Marzu ux gost nisma’ liċ-chairperson tal-partit Mhux għax ħadt gost nara lil Joseph tagħna fl-Ewropa, Manfred Weber, jgħid Muscat jippoża għar-ritratti u l-filmati li Malta għandu jkollha gvern aħjar bitf ’Ruma, imma din id-darba ma ħadthiex tmexxija ta’ Simon Busuttil bħala prim daqshekk bi kbira. Ma ħadthiex bi kbira ministru li jaħdem fl-interess tan-nies! għax il-ġimgħa d-dieħla ħafna mill- Issa jmissu jagħmel stħarriġ tal-opinjoni mexxejja tal-Unjoni Ewropea se jkunu pubblika dak tal-Malta Today ħalli jara kif Malta spalla ma’ spalla ma’ Simon tagħna. Simon tagħna jiġri b’Joseph Muscat. U Anke Angela Merkel ġejja biex tiltaqa’ ma’ l-kbir għadu ġej! Simon tagħna. Min jaf kemm se jippoża Simon tagħna, għax din id-darba mhux L-Erbgħa, 29 ta’ Marzu se jiltaqa’ magħha f ’xi kuritur, imma se jkunu fuq l-istess mejda. Nispera li din Dawn x’affarijiet huma! Dak li nsejt id-darba, la se nġibuhom aħna, jgħidu xi x’jismu jgħidilna li ġew Malta biex ħaġa kontra Joseph Muscat, għax inkella jappoġġjaw lil Simon tagħna, imbagħad imorru jippużaw ma’ Joseph Muscat! jkunu ġew għalxejn. Jew ġew biex jappoġġjaw lil Simon jew jippużaw ma’ Joseph, ngħid jien. Ikolli Il-Ħadd, 26 ta’ Marzu ngħid li dak Juncker lil Simon tagħna xejn Ma tantx ċapċapt bil-qalb il-Mellieħa ma jġibu. U għandu biċċa raġun, għax llum, għax kont xi ftit jew wisq inkwetat ma nafx x’kien fettlilha dik tal-Bidnija b’dak li smajt illum. Din l-istorja tal- toqgħod tgħajru sakranazz. Kultant invoices tal-grupp db milli jidher se ilsienha twil, u Simon xejn ma jipprova tikkumplika ruħha u ma jidhirx li se jżommilha, jew għax jaqbel magħha, jew jkun faċli li lil tal-Labour u lill-ġurnalisti għax mhux kapaċi jiqfilha.


22

02.04.2017

IPOKRITI U KBURIJA CATHERINE

FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Jgħaddu l-ġranet u l-ġimgħat u għadna nistennew dawk l-imberkin irċevuti sabiex jiġu ppublikati. U tgħidli qalbi nittewbu se jħalluna tal-PN, għax apparti li għajtu l-irtirata fuq kemm dawn id-donazzjonijiet huma maħmuġa, issa qalulna li huma leġittimi għax kienu arranġament kummerċjali, ħlas għar-reklamar, proprjament ħlas għall-“programmazzjoni tal-programmi”. U f ’dawn il-ġimagħtejn twal għal PN rajna li dan l-arranġament finanzjarju seta’ kien ilu jitħaddem, imma l-Kap tal-Oppożizzjoni li jippontifika l-bjuda u t-trasparenza, ma ra xejn ħażin u baqa’ jagħmel l-istess arranġamenti, arranġamenti li minn diskors wieħed tal-Viċi Kapijiet u tas-Segretarju Finanzjarju ma kellhomx idea li qed isiru ma diversi negozjanti. U x’taħwid! Waħda tgħidilna fuq l-istazzjon nazzjonali li se jippubblikaw l-irċevuta, u mbagħad jum wara ieħor fuq l-istess stazzjon jgħidilna li le. U dan mhux kollox. F’ġimagħte-

jn ġie allegat li f ’erba’ snin id-donazzjonijiet telgħu għal €600,000. U l-isbaħ skoperta kienet li l-irċevuti ħarġu minn żewġ kumpaniji li joffru servizzi speċifiċi li m’għandhom bżonn ebda reklamar għax waħda tiprovdi l-ikel fuq il-linji tal-ajru u l-oħra tipprovdi l-ikel fl-isptar. U tista’ mhux tqalleb f ’In-Nazzjon u f ’ Il-Mument u tara n-NET TV għax mhu se tara l-ebda reklam minn ta’ dawn. U ejja ngħiduha, b’€600,000 suppost dawn ir-reklami qed noħolmu bihom u nixxenqu sabiex is-servizz li jagħtu dawn il-kumpaniji jwessgħuh għallpajjiż kollu u mhux għall-ajru u għall-isptar biss. Il-PN addotta l-open door policy. Fetħu l-bibien biex suppost jilqgħu n-nagħaġ il-mitlufa lura u nagħaġ oħra ġodda. Imma din il-policy qed ikollha effett oppost għaliex flok deħlin, in-nies huma aktar ħerġin. U flok jidħlu f ’qoxrithom u jagħmlu eżami tal-kuxjenza ħalli jaraw kif din l-emorraġija ma tistax tieqaf, anzi donnha qed terġa’ tiżdied, jissuppervjaw u jikkomunikaw nuqqas ta’ tolleranza lejn dawn il-persuni li ddeċidew li jiddisassoċċjaw ruħhom mill-klikka estremista li ħakmet lill-PN. It-tolleranza lejn il-libertà tal-ħsieb fost l-estremisti li ħakmu lill-PN qed tixgħel aktar mix-xemx sajfija. Kif jitilquhom ta’ mad-

warhom jinfexxu f ’dillirju u jgħajruhom pulċinelli, ħmieġ, żibel, mejtin bil-ġuħ, ġakbini, ġuda u qħab. Ir-rispett talħsieb liberu tal-espressjoni ssir ħrafa ta’ esopu u tisfuma fl-arja. U dan l-atteġġjament ta’ nuqqas ta’ tolleranza u rispett qiegħed jiġi espress lejn persuni li huma fundamentalment Nazzjonalisti. Aħseb u ara kemm se jġibu rispett lil min minn ġuf ommu huwa Laburist. Jum il-Ħelsien Jumejn ilu ċċelebrajna jum mill-aktar importanti u storiku għall-pajjiżna – Jum il-Ħelsien. Dan l-avveniment infakkruh kull sena mhux tant għax hija sempliċiment ġrajja li seħħet imma għaliex l-iskop wara din il-ġrajja kien il-ħsieb u l-ħolma tal-maħbub Perit Duminku Mintoff li wettaq ħsibijietu, dik li jara lil Malta Ħielsa verament mill-ħakma tal-barrani, li kapaċi tfendi għal rasha, toħloq l-ekonomija tagħha, l-impjiegi mill-industrija u s-servizzi ġġenerati f ’pajjiżna, ekonomija mhux ibbażata fuq l-infiq militari u navali tal-forzi armati ta’ l-Ingilterra u n-NATO. Fuq kollox Mintoff issiġilla l-ħsieb li pajjiżna jkun oażi ta’ paċi f ’nofs il-Mediterran, reġjun li għal mijiet ta’ snin kien mifluġġ bi gwerrer u inkwiet politiku. Din kienet il-politika

38 SENA TA’ ĦELSIEN CHRISTIAN

CAUCHI FŻL

“Din is-sena hi sena speċjali għaż-żgħażagħ soċjalisti u għallMaltin kollha!” – Dom Mintoff 1979. Jum wieħed fl-istorja ta’ Malta; jum li jqanqal ċertu emozzjonijiet. Jum il-Ħelsien mhux sempliċiment jum bħalloħrajn, iżda jissimbolizza l-ħelsien li ngħixu fil-ħajja ta’ kuljum. Mingħajr din il-ġurnata fl-istorja ta’ pajjiżna, diversi deċiżjonijiet meħuda u miżuri mnieda mill-Gvern ma setgħux iseħħu. Ħadd ma jista’ jfisser l-entużjażmu kbir li ħakem lillMaltin meta għall-aħħar darba niżlet il-bandiera Ingliża u telgħet flokha l-bandiera Maltija. Dan il-Ħelsien ma jfissirx biss it-tluq tal-Ingliżi minn xtutna. 38 sena wara, dan il-Ħelsien għandu sinifikat akbar minn

hekk. Il-ħelsien hu mibni tarġa fuq oħra, dritt mibni fuq ieħor. Tul dawn is-snin Malta ħielsa fissret ħafna għal pajjiżna, minn dritt li tista’ tittella’ l-bandiera Maltija minflok dik Ingliża, saddritt tal-vot għan-nisa u l-irġiel kollha u saħansitra għad-dritt tal-Unjoni Ċivili. It-tluq tal-Ingliżi minn Malta kien ukoll ifisser it-tmiem tal-assistenza finanzjarja millIngilterra. Minn dakinhar, Malta kellha tiddependi biss minnha nnifisha għall-għajxien. Għaldaqstant, l-ekonomija bdiet tibbaża ruħha fuq l-industrija. L-istorja tal-Ħelsien għadha qed tinkiteb sal-lum il-ġurnata. Wara li telqu l-Ingliżi, dan il-pajjiż mhux talli ma marx lura, talli bissaħħa ta’ tmexxija għaqlija, qed jara tkabbir ekonomiku liema bħalu. Taħt Gvern Laburista r-rata talqgħad hi fost l-inqas fl-Ewropa, defiċit li sparixxa u Prodott Domestiku Gross li qiegħed jikber b’5%. Ma nistgħux ma nsemmux ukoll ir-roħs filkontijiet tal-enerġija, iż-żieda fil-penzjonijiet u anke t-tnaqqis fit-taxxa. Permezz tal-Ħelsien nistgħu ngħidu iktar minn qatt qabel

li aħna Maltin u li m’aħna maħkumin minn ħadd. Din is-sena Malta għandha l-unur tal-Presidenza tal-UE fejn qiegħda fil-qalba tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet flUnjoni Ewropea, billi tikkordina x-xogħol tal-Kunsill tal-Ministri u kif ukoll tmexxi ’l quddiem ilproċess leġiżlattiv li jkollu effett fuq il-futur ta’ iktar minn 500 miljun ċittadin tal-UE. Il-Gvern ta’ Joseph Muscat nieda diversi prijoritajiet waqt din il-Presidenza, fosthom il-migrazzjoni, is-sigurtà u l-inklużjoni soċjali. Prijoritajiet li jkomplu jassiguraw il-ħelsien tagħna bħala poplu. Waħda mill-prijoritajiet l-iktar importanti hi s-sigurtà. B’riżultat tal-attakki terroristiċi orribbli li seħħew f ’dawn l-aħħar 12-il xahar, Malta, bħala Unjoni, triq toqgħod attenta ħafna sabiex f ’unjoni waħda tiżgura s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha. Fl-isfond ta’ dan ix-xenarju internazzjonali li kulma jmur qed isir iktar instabbli, il-Presidenza Maltija se tagħti l-kontribut tagħha għal progress konkret dwar proposti li jindirizzaw sfidi reġjonali u globali, waqt li żżomm b’saħħithom il-valuri li fuqhom

fundamentali tan-newtralità, politika li għandna x-xorti kbira li għadna ngawdu sallum u jkun għajb għal min f ’dawn l-aħħar ġranet waqt il-Kungress tal-EPP saqsa u ġab fid-dubju din il-politika tan-newtralità ta’ pajjiżna. Kien ikun ferm kburi l-maħbub Duminku Mintoff li jara li l-Partit Laburista filGvern f ’dawn l-aħħar erba’ snin seddaq il-ħolma tiegħu hekk kif pajjiżna mhux talli ħoloq ir-rota ekonomika tiegħu imma talli Malta hija fost l-aqwa fl-Ewropa fit-tk-

Kien ikun ferm kburi l-maħbub Duminku Mintoff li jara li l-Partit Laburista fil-Gvern f’dawn l-aħħar erba’ snin seddaq il-ħolma tiegħu

imsejsa l-eżistenza tal-Unjoni nnifisha. Prijorità oħra hi l-inkluzjoni soċjali. Il-politika soċjali hija xi ħaġa għal qalb il-Gvern Laburista. Dan huwa qasam fejn nittamaw li l-esperjenzi tagħna jistgħu jservu ta’ influwenza tajba fuq sħabna Ewropej. Il-ħidma hawnhekk se tkun iggwidata b’konsultazzjoni millqrib mal-imsieħba soċjali, massoċjetà ċivili u maċ-ċittadini sabiex l-ugwaljanza bejn issessi u d-drittijiet tal-minoranzi u l-gruppi vulnerabbli jkunu

Jum il-Ħelsien mhux sempliċiment jum bħall-oħrajn, iżda jissimbolizza l-ħelsien li ngħixu fil-ħajja ta’ kuljum

kullhadd.com

abbir ekonomiku, fil-ħolqien tal-ġid, fil-ħolqien ta’ l-impjiegi, fit-tnaqqis tar-rata talqgħad u fis-servizzi mediċi. U dan kollu sar mingħajr ma żied il-piż fuq il-poplu u s-servizzi fundamentali: is-servizzi soċjali, l-edukazzjoni u s-saħħa jibqgħu jitjiebu u jibqgħu bla ħlas. Dan li jagħmilna kburin bil-Ħelsien li ksibna 38 sena ilu. Ħaddieħor ttanta jillimita din il-kisba u jirreferi għaliha bħala jum l-armata. Imma l-poplu jaf biżżejjed x’kien l-iskop ta’ dan il-jum. Mintoff iddeskriva ferm tajjeb dan il-jum meta qal: “Għalhekk għalina s-sena 1979 u l-31 ta’ Marzu, f ’nofsillejl, tkun l-ikbar festa li qatt rat Malta.’’ Xejn ma jagħtini gost aktar li flimkien mal-familja tiegħi, flimkien ma’ wliedi f ’lejlet Jum il-Ħelsien insellem lil Malta Ħielsa u nitilgħu l-għolja tal-Ħelsien b’ward aħmar f ’idejna. Insellem lil Malta Ħielsa b’silta mill-Innu tal-Ħelsien li tgħodd sew għal żminijietna wkoll: “Aħna minn qalbna nsellmulek, Malta. Ifraħ u thenna, Ġenna ta’ Sliem. Fuqek qatt aktar barrani ma jaħkem. Ħares ferħana, Malta, ’il quddiem. Tlajt sal-quċċata: minn hemm ħadd ma jniżżlek. Ġensek iħarsek jibqa’ sat-tmiem.”

jistgħu javvanzaw ’il quddiem aktar minn kemm diġà avvanzaw. Dan il-Gvern irnexxielu jikseb riżultati kbar fil-qasam talugwaljanza. Waħda mill-ikbar riżultati li kiseb fl-aħħar snin kien id-dritt tal-Unjoni Ċivili. Aktar ma jgħaddi żmien, aktar qegħdin nimxu lejn soċjetà iżjed inklussiva u ugwali biex b’hekk persuna tħossha ħielsa biex tesprimi is-sesswalità tagħha mingħajr ebda biża’ ta’ umiljazzjoni. Dan l-aħħar irnexxielna bħala pajjiż niksbu dritt ieħor f ’dan ilqasam, fejn bniedem LGBTIQ fuq il-karta ta’ l-identità tiegħu jista jimmarka is-sess tiegħu bl-ittra ‘X’, sabiex b’hekk ma jidentifikax ruħu ma’ sess partikolari. Jidher biċ-ċar li Gvern Laburista għamel avvanzi kbar f ’dan il-qasam, tant hu hekk li l-Viċi President tal-Parlament Ewropew, Ulrike Lunacek, qalet li fid-drittijiet ċivili Malta hija mudell għall-pajjiżi l-oħra. Fid-dawl ta’ dan kollu, kif pajjiż daqs naqra b’popolazzjoni ta’ ftit ’il fuq minn 400,000 u bla dubju l-iżgħar Stat fl-Unjoni Ewropeja, irnexxielu jikseb daqstant unuri, speċjalment flaħħar erba’ snin?


23

02.04.2017

kullhadd.com

KONTRIBUZZJONI TA’ 12% TAL-PDG MANUEL

MALLIA

Ministru għallKompetittività u l-Ekonomija Marittima u tas-Servizzi

Is-settur tal-Gaming jikkontribwixxi €1.2 biljun għall-ekonomija ta’ Malta li jfisser 12 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku. Dan ħabbru l-Ministru għallKompetittivita’ u Ekonomija Diġitali, Marittima u tasServizzi, Dr. Emmanuel Mallia waqt Konferenza bittitlu Connecting our Future. Fl-istess konferenza, li ġiet organizzata mil-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għallKompetittività u Ekonomija Digitali, Marittima u tasServizzi, is-sur Anthony Gatt, intqal kif il-miżuri talbaġit huma mezz kif ta’ kull sena l-Ministeru jara kemm minn dawk il-miri li jkunu tpoġġew fuq kull Ministeru ikunu twettqu jew le – u allura fi kliem ieħor naraw kemm

wettaqna mill-pjan tal-Gvern. Sadanittant, il-Ministru tenna li huwa konxju mill-fatt u jifhem li r-riżultati li jridu jinkisbu mhumiex faċli għax kemm in-numru ta’ miżuri, kif ukoll il-kwalità u d-dimensjoni ta’ kull miżura tal-baġit 2017 għandhom portata liema bħala u mhux se jkun faċli li nwettquhom sal-aħħar ta’ din is-sena kif skedat. Dan però enfasizza l-Ministru “m’għandux jaqtgħalna qalbna sabiex inwettqu l-proġetti mfassla, anzi għandu jagħtina s-saħħa sabiex negħlbu kull sfida bla preċedent. Sodisfatt li sa issa diġà tellaqna l-inizjattivi kollha sabiex nilħqu l-għanijiet bla riserva u allura tajjeb illi nsemmu b’sodisfazzjon uħud mix-xogħlijiet li diġà saru. 1. Waqqafna l-fondazzjoni Property Malta u issa se tibda taħdem għal settur tal-propjetà iktar b’saħħtu f ’pajjiżna; 2. Iffirmajna Memorandum of Understanding mal-Università ta’ Malta sabiex inħaddmu l-Maritime Proof of Concept Fund; 3. Qed naħdmu fuq qafas regolatorju ġdid għas-settur tal-gaming f ’pajjiżna;

4. Qed intejbu n-Network u d-data centres tal-Gvern; 5. Ippubblikajna u tellaqna l-kampanja ta’ Cyber Security f ’pajjiżna; 6. Se nkunu qed inżidu l-WiFi hotspots f ’Malta u f ’Għawdex għal 400 hotspot b’xejn; 7. Qed nesploraw l-possibilitajiet ta’ konnettività aħjar permezz ta’ cable ġdid sottomarin ma’ Marsilja għal aktar stabbiltà li fuqha tiddependi l-ekonomija tagħna. Dan kollu u aktar se jkun qed jitwettaq sa tmiem din is-sena bi programm ċar u b’viżjoni ta’ Gvern li nafu minn fejn tlaqna u nafu fejn irridu naslu.” Dr. Mallia kompla li apparti l-miżuri tal-baġit, dan il-Gvern ġie fdat bir-responsabbiltà li jrażżan kemm jista’ jkun il-burokrazija żejda li kienet ħakmet lil pajjiżna u għalhekk dan jiffaċilita l-investiment favur ekonomija b’saħħitha. L-ekonomija ta’ Malta għandha jkollha ficċentru tagħha lin-nies sabiex tixpruna l-bżulija u mhux tifga l-inizjattiva. Għalhekk il-miżuri

WARA L-ĦELSIEN, ĦELSIEN ĠDID LORNA

VASSALLO

Din il-ġimgħa tfakkret ilġrajja storika ta’ Jum ilĦelsien. Ħelsien mill-ħakma barranija. Iżda wara dan ittul ta’ żmien rajna f ’idejna, ix-xitla ta’ ħelsien għad baqgħalha ħafna x’tirgħa biex tagħti l-aħħar fjuri u frott u tistrieħ. Wara li ksibna l-Ħelsien mill-barrani li nfakkru bi xbihat bl-abjad u bl-iswed, issa hemm niksbu l-Ħelsien minnha nfusna. Minn dak kollu li jagħmilna Maltin u li hemm bżonn jissaffa maż-żmenijiet. Malta tal-lum hija Malta ferm aktar matura. Minn erba’ snin ilu ’l hawn hija Malta li l-aspirazzjonijiet tagħha laħqu quċċati li qajla ħlomna bihom. Imma dan ma jfissirx li nistgħu nistrieħu. Ifisser biss li hemm bżonn noħolmu bi smewwiet ogħla. U jekk hemm bżonn, noħolmu bi smewwiet fejn ħadd qatt ma laħaq qabilna. Fl-

ekonomija, fid-demokrazija, fid-drittijiet tal-minoranzi u fis-servizzi soċjali Malta tallum diġà tat frott li l-art qatt ma rat bħalu jew tal-istess benna. Iżda meta wieħed ifittex u jħaffer fil-qalba tal-verità dlonk isib illi dak li jpaxxina statistikament mhux neċessarjament ġenna. Huwa sempliċiment realistiku u aħjar minn dak ta’ madwarna. U li tkun l-aħjar f ’dinja imperfetta ma jfissirx li lħaqt il-milja li tista’ tilħaq. Ma jfissirx li xejjint it-tbatija ta’ min issistema qed tolqtu ħażin. Hemm oqsma li fihom aħna l-ewwel imma fejn għad fadlilna wisq fejn nimirħu. Fosthom l-istess demokrazija, id-drittijiet tal-minoranzi u s-servizzi soċjali. Nagħmlu tajjeb nifirħu li ġejna mal-iktar pajjiżi demokratiċi fiddinja, imma ma ninsewx li aħna ma’ tal-aħħar fejn jidħlu nisa fil-Parlament. Ma nistħux nifirħu li ġejna ma’ tal-ewwel fejn jidħlu drittijiet ta’ persuni b’orjentazzjonijiet sesswali differenti, ma’ persuni bi bżonnijiet speċjali u ġenituri waħedhom, fost oħrajn. Iżda bl-istess mod jista’ jkun li solvejna l-problema tal-minoranza imma għadna ’l bogħod milli nsolvu

l-problema tal-maġġoranza – in-nisa! Ħafna mill-qarrejja jafu li dawn l-aħħar jiem involvejt ruħi bis-sħiħ fid-dibattitu li jidher li se jikkaratterizza l-elezzjoni li jmiss. In-nisa fil-politika u fit-teħid taddeċiżjonijiet. L-elezzjoni li jmiss tista’ tkun l-ewwel waħda li ġġib bidliet fejn s’issa qatt ma rnexxejna. Vot għall-ħelsien mill-għanqbut tal-passat. Il-ħelsien minna nfusna u mill-kultura ta’ madwarna. In-nisa, ilmissirijiet kollha li edukaw lil uliedhom bniet kif ukoll l-irġiel li jixtiequ li l-mara jew is-sieħba tagħhom tikkontribwixxi għallfinanzi tal-familja, se jkunu mistiedna jivvutaw proprju dwar dan fi ftit xhur. Il-Partit Laburista għandu juri triq ċara fejn sejrin in-nisa – il-maġġoranza naturali u bijoloġika talvotanti Maltin. Jekk ilpassat mhuwiex mera talfutur, daqshekk ieħor nafu li fejn il-PM tkellem favur kunċett riħ ta’ siegħa tassew naddaf qiegħa. U jekk opportunità tad-deheb bħal din se tiġi lin-nisa Maltin fl-elezzjoni li jmiss, liema mara, missier jew raġel se jagħżel li jirriskja li jitla’ gvern differenti u kollox imut fuq fommu?

tas-simplifikazzjoni amministrattiva tal-proċeduri Governattivi, bħala parti mill-ispektrum ta’ ħidma kollettiva, huma lkoll importanti għall- ħajja aħjar taċ-ċittadini Maltin. Għal dan il-għan, fi ħdan dan ilMinisteru għaddejja ħidma sfiqa sabiex fost l-oħrajn ikun hemm aċċess wieħed u komuni għal dak li jissejjaħ

Dan kollu u aktar se jkun qed jitwettaq sa tmiem din is-sena bi programm ċar u b’viżjoni ta’ Gvern li nafu minn fejn tlaqna u nafu fejn irridu naslu

base register b’kollaborazzjoni ma’ diversi Ministeri oħra, kif ukoll qed jiġi ssimplifikat ilproċess tal-liċenzjar ta’ dak li hu magħruf bħala l-Amateur Radio Equipment. Twaqqaf portal ġdid għall-operaturi tal-gaming sabiex ikollhom aċċess iktar faċli filwaqt li qed naħdmu sabiex l-operaturi tal-gaming innaqsulhom l-applikazzjonijiet li jridu jimlew sabiex ikunu jistgħu ibigħu s-servizzi tagħhom f ’pajjiżna. Dan mhux l-uniku xogħol ta’ dan il-Ministeru għax qed naħdmu bla waqfien sabiex nilħqu numru ta’ KPI’s. F’pajjiżna għandna ekonomija li qed tisboq kulma hu mistenni, riżultati eċċezzjonali ta’ pajjiż li qed ikun ta’ eżempju għal pajjiżi oħra ferm ikbar minnu. Però sadanittant, f ’numru ta’ stħarriġiet li jsiru regolarment minn awtoritajiet barranin, fosthom id-DESI u l-World Economic Forum pajjiżna mhux dejjem qed iġib riżultati fuq l-istess portata. Naturalment, dan jista’ qed ikollu riżultati negattivi fuq pajjiżna b’effett ta’ telf ta’ iktar investiment li jista’ jinġieb lejn pajjiżna.


24

02.04.2017

kullhadd.com

IR-RAĠEL LI QATT MA KIEN jinġarru mod ieħor inħakmu minn ferneżija u bdew jikkonġuraw kif sa jmiddu jdejhom fuqha. Biex tkompli tagħqad, il-kwartieri ġenerali talAbwehr interċettaw messaġġ kodifikat tas-servizzi sigrieti Brittaniċi li kienu qed jitolbu l-għajnuna tal-alleati sabiex tinstab bagalja sewda b’dokumenti sensittivi ħafna ġo fiha. Sadanittant, l-awtoritajiet Spanjoli bagħtu l-bagalja talMaġġur Martin lejn Madrid fejn inqaflet ġo kaxxaforti. Imma din is-sigurtà kollha ma

Is-servizzi sigrieti Brittaniċi ġew notifikati immedjatament b’dan il-messaġġ biex jgħadduh lill-Prim Ministru Winston Churchill. Dakinhar Churchill irċieva telegramma mingħand l-ispjuni tiegħu li kienet tgħid: “Mincemeat belgħuh bis-sunnara b’kollox!” Jekk qed taħseb li hawn xi logħba fin-nofs ta’ dan kollu għandek raġun! Biex inkompli nirrakkuntalek x’kienet dil-biċċa xogħol irridu ninżlu f ’kamra soffokanti u mudlama fil-kantina taħt il-bini tal-Ammiraljat f ’Whitehall Londra, lura fl-1942 fejn insibu lill-RAF Flight Lieutenant Charles Cholmondeley u lil Ewan Montagu nnifsu li dak iż-żmien kien Naval Lieutenant Commander; it-tnejn fis-servizz tal-ispjunaġġ Brittaniku.

Wara li studjaw il-pjan tagħhom bir-reqqa li ironikament semmew Operation Mincemeat, Montagu u Cholmondeley għaddew għall-fażi li jmiss jiġifieri li “jiddubbaw” katavru ta’ raġel żagħżugħ li possibilment miet mgħarraq. Fit-28 ta’ Jannar 1943 tabib tal-fiduċja għarrafhom li aktarx kien sabilhom dak li riedu ġewwa l-isptar St Pancras ta’ Londra. Il-mejjet kien Glyndwr Michael, raġel minn Wales ta’ madwar 34 sena li miet ftit jiem wara li bela’ velenu tal-ġrieden; bejn bil-velenu u bejn b’pnewmonja li kellu fuqu, il-pulmun tiegħu kien mimli ilma. L-imsejken raġel kien spiċċa bla xogħol u bla saqaf fuq rasu konsegwenza ta’ dipressjoni li kien qed ibati minnha. Fil-fażi suċċessiva Montagu u Cholmondeley riedu jibnu

kollox. Biex ma jkun hemm l-ebda dubju ta’ awtentiċità inkitbu sensiela ta’ ittri minn Ġeneral Archibald Nye nnifsu indirizzati lill-ħabib tiegħu Ġeneral Sir Harold Alexander, kmandant tat-truppi alleati fl-Afrika ta’ Fuq, fejn fost affarijiet oħra Nye qed jgħid lil Alexander li l-invażjoni hija qrib u sa ssir mill-Greċja u Sardinja. Fost il-kummenti tiegħu Nye kiteb li: “Ninsabu fiduċjużi li lill-Ġermaniżi bellagħnihielhom li sa ninvadu minn Sqallija!” Nye spiċċa l-korrispondenza tiegħu jispjega lil Alexander li minħabba s-sensittività tal-kontenut tal-ittri huwa kien qed juża lill-Maġġur William Martin bħala messaġġier tiegħu. Il-katavru ta’ Glyndwr Michael imlibbes l-ilbies ta’ fizzjal

kienet tfisser xejn għal ċertu Maġġur Karl-Erich Kuhlenthal, meqjus bħala l-aktar spjun fdat minn Adolf Hitler innifsu, għax b’mod jew ieħor irnexxielu joħroġ il-bagalja mill-kaxxaforti, ħareġ id-dokumenti minn ġo envelop, ħadilhom ir-ritratti u reġa’ poġġa kollox lura kif kien. F’temp ta’ ftit ġranet dawn ir-ritratti kienu fuq l-iskrivanija ta’ Hitler ġewwa Berlin. Fit-12 ta’ Mejju 1943, 12–il jum wara s-sejba tal-katavru, iċ-ċentru sigriet ta’ dekodifikazzjoni fi Bletchley Park, l-Ingilterra interċetta messaġġ tal-ogħla kmand militari Ġermaniż li kien jgħid: “Il-kmandanti kollha fil-Mediterran ordnati jħejju ruħhom għal assalt mill-alleati fuq il-Greċja.”

It-telfa kbira li l-Ġermaniżi ġarrbu fl-Afrika ta’ Fuq fis-sajf tal-1942, fetħet beraħ il-possibbiltà lill-alleati biex jagħmlu assalt u invażjoni fuq it-territorju Mediterranju tal-Ewropa okkupat min-Nażisti. B’mod unanimu l-alleati qablu li l-assalt isir fuq Sqallija għall-fatt li setgħet tintlaħaq faċilment minn truppi mibgħuta minn Malta u mit-Tuneżija, l-eqreb żewġ punti alleati tat-tluq. Il-pjanijiet ta’ Operation Husky (l-invażjoni ta’ Sqallija) saru f ’segretezza kbira. L-operazzjoni kellha tinvolvi għadd kbir ta’ reġimenti ffurmati minn eluf ta’ suldati għaldaqstant kienet kwistjoni ta’ ħajja jew mewt li jinħoloq pjan ta’ devjazzjoni sabiex Operation Husky tirnexxi.

identità falza u passat fittizju għal Glyndwr Michael u għalhekk semmewh William Martin fir-rank ta’ Maġġur tar-Royal Marines. Martin kellu familja, kien għarus lil Pam u kien iġorr ir-ritratt tagħha fil-kartiera kull fejn imur. Fi bwietu tpoġġietlu riċevuta awtentika mingħand ġojjellier Londiniż għax-xiri ta’ ċurkett tal-għerusija kif ukoll ittra mingħand direttur maniġerjali veru ta’ Lloyd’s Bank tfakkru li l-bank kien qed jitlef il-paċenzja dwar somma flus mislufa lil Martin. Dawn kienu wħud mid-dettalji li ġew studjati b’attenzjoni kbira sabiex jagħtu “ħajja” lill-katavru. Iżda d-dokumenti li l-Maġġur William Martin kellu fil-bagalja kienu l-lixka li tħoll u torbot

navali ntefa’ fil-baħar Spanjol minn fuq is-sottomarin HMS Seraph għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ dik l-għodwa f ’April 1943 u tħalla jitbandal mal-kurrent sakemm instab mis-sajjied Josè. Operation Mincemeat salvat eluf ta’ ħajjiet ta’ suldati alleati billi żammet l-għadu aljenat jgħasses ix-xtut żbaljati; meta l-Ġermaniżi ndunaw bl-iżball kien tard wisq u konsegwenza t’hekk f ’temp ta’ ġimgħa Sqallija kollha ntrebħet mill-alleati. Fl-1998, il-Commonwealth War Graves Commission waħħlet irħama ġdida fuq il-qabar ta’ Glyndwr Michael fi Huelva, Spanja li tgħid: “Glyndwr Michael serva lil pajjiżu bħala Maġġur William Martin.”

MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-

It-titlu tar-rakkont tal-lum ma ħsibtux jien imma huwa l-isem tal-ktieb li ħareġ mill-pinna tal-Kmandant tal-Qawwa Navali Brittanika Ewan Montagu. The Man Who Never Was inkiteb fl-1953 u jirrakkonta kif issawret idea li żviluppat f ’Operation Mincemeat, waħda mill-aktar operazzjonijiet makakki tasservizzi sigrieti Brittaniċi biex żgwidaw lill-għadu Nażista waqt mument mill-aktar kruċjali matul it-Tiena Gwerra Dinija. Fl-għodwa tat-30 ta’ April 1943 Josè Antonio Rey Maria ħareġ bid-dgħajsa kif kien jagħmel kuljum biex jistad għas-sardin ħalli wara jbigħu fis-suq ta’ Huelva, il-belt marittima Spanjola fir-reġjun ta’ Andalusia. Ftit wara d-disgħa Josè lemaħ oġġett imdaqqas f ’wiċċ il-baħar; qadef ftit ieħor biex jiġi qribu u ħa ħasda kbira malli ntebaħ li l-oġġett kien raġel bla ħajja. Josè nnota li l-katavru kien liebes uniformi taħt il-ġakketta tas-salvataġġ, dlonk tellgħu fid-dgħajsa u wasslu lura lejn ix-xatt biex jirrapporta s-sejba li għamel lill-awtoritajiet. Għalkemm Spanja żammet ruħha apparentament newtrali matul it-Tieni Gwerra kien fatt magħruf li r-reġim faxxista fil-gvern kien jissimpatizza mal-ideali ta’ Adolf Hitler u għaldaqstant Spanja serviet ta’ bejta għall-Abwehr, ix-xibka ta’ spjunaġġ Nażist. Tobba Spanjoli li eżaminaw il-katavru nnotaw li r-raġel kien miet mgħarraq għax instabulu traċċi ta’ ilma fil-pulmun għalkemm kien diġà fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni. Mid-dokumenti ta’ identità li nstabulu fuqu saru jafu wkoll li kien il-Maġġur William Martin uffiċjal tal-Qawwa Navali Brittanika. Ġew mgħarrfa b’dan l-awtoritajiet navali Brittaniċi u tlett ijiem wara l-Maġġur Martin tqiegħed għall-mistrieħ ta’ dejjem fiċ-Ċimiterju Nuestra Senora ta’ Huelva bl-unuri militari mistħoqqa lilu. Issa kien jonqos biss li tintradd lura lill-Brittaniċi bagalja sewda b’dokumenti fiha li nstabet ikkatenata m’id il-mejjet Maġġur Martin. Dil-bagalja nżammet f ’idejn il-Qawwa Navali Spanjola u ħadd ma seta’ jara x’fiha sakemm tiġi rritornata għand is-sidien leġittimi tagħha. Madankollu, appena l-aġenti sigrieti Nażisti xammew li l-uffiċjal Ingliż seta’ kien messaġġier qed iġorr dokumenti sensittivi wisq biex


25

02.04.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

SERJE TA’ KOTBA

NAQRA NAQRA Kotba għat-tfal li għadhom kemm jibdew jaqraw, bi stejjer qosra li jinteressaw lit-tfal b’illustrazzjonijiet ikkuluriti li jikkumplimentaw l-istejjer.

Mistoqsija: X’jismu l-karattru li jħobb il-frott?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: NAQRA NAQRA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 9 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Fr. Hilary: Bejn Storja u Miti huwa: M. GATT - Ħamrun

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

03

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Mistoqsija: Fejn qed issir l-esebizzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-personalità li tkellimna magħha llum? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


26

02.04.2017

kullhadd.com

AVVIŻI AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ

Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www. expresswatchrepairs.com jew irrikorru 110, Triq ilKungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL U MANUTENZJONI Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason bin-numru 2143 2352 jew 9947 7167. PROPJETÀ GĦALL-BEJGĦ Tliet għelieqi għall-bejgħ fl-akkwati tas-Sanab, ilMunxar, Għawdex. Għalqa nru.1 - 7 sigħan Għalqa nru.2 - 2 sigħan Għalqa nru.3 - nofs tomna Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 21557059. AVVIŻI KULTURALI Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza s-Seba’ Visti nhar Ħamis ix-Xirka 13 t’ April 2017, ġewwa r-Rabat u l-Imdina. It-trasport ser jitlaq mill-pjazza ewlenija tal-Imqabba immedjatament wara l-Funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka fit-8:00pm. Waqt din l-attività ser ikollna l-opportunità li nżuru wirjiet u attivitajiet oħrajn b’rabta mal-Ġimgha l-Kbira. Bookings isiru fuq 79539542 u aktar informazzjoni tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.

Nhar is-Sibt l-1 ta’ April 2017, is-Soċjetà Filarmonika L-Unjoni ta’ Ħal Luqa ser ittella’ kunċert ta’ mużika sagra fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Andrija Appostlu, Ħal Luqa bl-isem ‘Tristis Est Anima Mea’. F’dan il-kunċert ser tieħu sehem il-Filarmonika L-Unjoni, il-Coro Bel Canto u diversi solisti. Mal-banda u l-kor ser jingħaqdu wkoll strumenti varji bħall-arpa u l-orgni tal-istess Knisja. Il-kunċert ser jibda fis7:30pm u l-banda flimkien malkor u s-solisti ser ikunu taħt iddirezzjoni ta’ Mro. John David Zammit. Id-dħul ser ikun bla ħlas u kulħadd mistieden ikun f ’postu tal-anqas kwarta qabel. Din l-attività qed tittella’ bil-koperazzjoni tal-iskema ‘Komunitajiet Kreattivi’ talKunsill Malti għall-Arti. Għat-tieni sena konsekuttiva, is-Soċjetà Mużikali San Ġuzepp Ħal Kirkop flimkien mal-Għaqda tal-Armar 19 ta’ Marzu fi ħdan l-istess Soċjetà ser jorganizzaw il-Wirja Misericordiae Vultus – IlWiċċ li jnissel Ħniena. Wirja ta’ Vari tal-Ġimgħa l-Kbira u xogħlijiet artistiċi oħra relatati mal-Ġimgħa l-Kbira fis-sede tas-Soċjetà. Il-ftuħ ufficjali tal-wirja ser ikun il-Ħamis 6 ta’ April 2017, wara l-Kunċert Mater Dolorosa li ser tippreżenta l-Banda San Ġużepp fl-istess Sede tas-Soċjetà fis-7.30pm. IlĠimgħa 7 ta’ April 2017 (Jum id-Duluri) il-wirja tkun miftuħa mill-5.30pm sal-10.00pm. Is-Sibt 9 ta’ April 2017 mill5.30pm sat-8.00pm, filwaqt li l-Ħadd 9 ta’ April 2017 il-wirja tkun miftuħa mid-9.00am sa nofsinhar u mill-5.30pm sat-8.00pm. Il-Kummissjoni TEAK fi ħdan is-Soċjetà Każin Santa Liena, Banda Duke of Connaught’s Own ser torganizza wirja sagra ġewwa l-każin bl-isem ta’ “Stabat Mater Dolorosa”. F’din il-wirja nsibu l-mejda tal-appostli fejn wieħed jista’ jammira diversi platti u kwadri maħduma bl-ismid, ross u għagin ikkulurit, kif ukoll diversi settijiet tal-istatwi. Ilftuħ uffiċjali tal-wirja ser isir nhar il-Ħamis 6 t’April fis-7pm. Fil-ġurnata tal-ftuħ, il-Banda Duke of Connaught’s Own sejra tesegwixxi programm tal-marċi funebri fil-każin taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro Aurelio Belli FLCM. Il-wirja tibqa’ miftuħa sasSibt 15 t’April. Matul il-ġimgħa l-wirja tiftaħ mis-6pm sad9pm. Sibtijiet u l-Ħdud tiftaħ bejn is-6pm u l-10pm. F’Ħamis ix-Xirka tiftaħ bejn is-6pm u l-11pm. Fil-Ġimgħa l-Kbira bejn id-9am u s-1pm. F’Sibt ilGħid bejn id-9am u s-1pm.


27

02.04.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

M.CARABOTT - Birżebbuġa

TISLIBA 168

Bi 3 Numri 064 101 147 268 288 308 844 898 983 997 B’4 Numri 0622 1344 2094 2172 2215 2248

2510 2548 2673 2880 3000 4595 4600 4610 5002 5146 5306 5530 5669 5987 6100 6551 6671 6815 6848 7098 7197

7894 8111 8490 8862 9141 9898 9984 B’5 Numri 00838 02261 05203 13202 18000 20585 24447 25291 29585 29910 31994

52744 55052 61567 73090 77573 83027 85426 86985 88394 89501 97261 97274 98466 B’6 Numri 399071 506994 954593 955307

B’7 Numri

Bi 8 Numri

0694248 3772307 7994921 8288653

62252591 75237867 84396431 92654266

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

Mimdudin:

Weqfin:

1. Penali (5) 4. Kompli l-qawl: Biex tagħmel l-arja jrid ikol lok ....... (4) 7, 21M. Ġab bil-ponta? (5) 9. Fil-baħar jgħix (3) 10. Kontroll? (6) 12. Jinħaraq fil-knejjes (6) 16,21W. Belt (6) 18,19. Isem (5) 19. Ara 18 20. Bix-xewk (5) 21. Ara 7 23. Ara 11 24. Tixħet (5)

1. Lest? (6) 2,12 W. Ilsien (5) 3,17. Talb għall-għajnuna! (6) 5,6. Iroxxu l-ilma (6) 6. Ara 5 8. Għandu l-permess? (9) 11,23. Iperpru (6) 12. Ara 2 13. Ċetta Abela Inglott (1,1,1) 14. Kewkba (6) 15. Tista’ tkun tan- negozju (6) 17. Ara 3 21. Ara 16 22. Ħares (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:

Weqfin:

1 . Ġ e n n a , 4 . Ħ m i r , 9 . N u n , 1.Ġungla, 2,7.Ninsa, 3.Ass, 10.Sponża, 12.Katusa, 16.Ali, 5,19.Muntun, 6,17.Realtà, 8,21 18,23,24.Unilaterali, 20.Fatat wieqfa. Appuntamenti, 11,21 mimduda. Fanal, 12,22.Kilwa, 13.Tua, 14.Attira, 15.Tneħħi,


28

02.04.2017

kullhadd.com

MHUX BISS NUMRI EDITORJAL

Is-sabiħ ta’ dan kollu hu li l-Gvern irnexxielu jasal għalih filwaqt li ma qagħadx lura milli jitfa’ flus, jew aħjar miljuni ta’ ewro, fejn u għand min għandu bżonn

Ħafna drabi rapport dwar statistika jinteressa inqas persuni minn rapporti oħra ta’ kronaka jew ġrajjiet kurrenti. Ninnotaw inqas nies jikkummentaw dwaru jew ixerrduh fuq ilmidja soċjali. Ħafna drabi l-istatistika tidher bħala xi ħaġa tal-akkademiċi li ftit jifhmu jew jitħajru janalizzaw. Iżda dik ta’ nhar ilĦamis, meta sar magħruf li pajjiżna rreġistra surplus wara 35 sena, kienet eċċezzjoni. Kważi kulħadd fehem mill-ewwel x’ġara. Ma kienx hemm bżonn studju għax il-bidla, ilkisba, dehret evidenti minnufih. Ħafna xerrdu l-aħbar fuq il-profili tagħhom online għax innotaw li pajjiżna kien qed jagħmel kisba storika. Kisba li setgħet tkun innotata b’mod immedjat għax semgħu dwar xi ħaġa li qatt ma ssemmiet f ’dawn l-aħħar tliet deċenji. Dik li l-Gvern daħħal iktar milli nefaq. Għalkemm aħbar bħal din tinżel għasel mal-

ekonomisti u l-analisti finanzjarji, li ħallihom iqabblu mas-snin preċedenti minn fejn żdied id-dħul jew minn fejn żdiedet in-nefqa, l-aħbar hija xi ħaġa li tmur lil hinn min-numri. L-aħbar mhix gost għalihom biss. Għandha implikazzjonijiet kbar fuq il-pajjiż u l-poplu tiegħu. Qabelxejn wara nhar ilĦamis pajjiżna huwa iktar kredibbli. L-għaqal fittmexxija finanzjarja talpajjiż se tkompli tgħolli ’l fuq isem pajjiżna ma’ istituzjonijiet finanzjarji internazzjonali, ma’ pajjiżi oħra u mal-istituzzjonijiet Ewropej. Dawn kollha se jħarsu lejn Malta b’lenti iktar pożittiva. Mhux għax ma kinux qed jagħmlu hekk tul l-aħħar tliet snin meta bdew jaraw titjib konsiderevoli sena wara sena fil-finanzi talpajjiż. Fil-fatt, fl-2015, il-Kummissjoni Ewropea stess neħħiet lil Malta mill-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv li dħalna fiha riżultat ta’ gvernijiet

Nazzjonalisti. Iżda, dak miksub issa jisboq kull kisba oħra qabilha. Dak li gvernijiet oħra taw kelma li se jaslu għalih snin ilu wasal għalih issa l-Gvern ta’ Joseph Muscat. Iżda, hemm iktar millkredibbiltà fin-nofs. Għax forsi ċ-ċittadin komuni jgħidlek jien mhux bilkredibbiltà niekol. Però dan ir-riżultat ifisser ukoll inqas pressjoni fuq il-Gvern biex idaħħal taxxi ġodda u jfisser inqas pressjoni fuq il-Gvern biex iżid ilprezz ta’ ċerti servizzi essenzjali kif kien isir fi żmien amministrazzjoni preċedenti. Kulħadd jiftakar iż-żieda fil-kontijiet tal-enerġija u l-aħbarijiet dwar ħlasijiet li jiżdiedu minn żmien għal żmien. Fuq kollox ifisser ukoll li l-Gvern se jkollu iktar flus f ’idejh biex jinvesti f ’oqsma kruċjali bħassaħħa u l-edukazzjoni, kif ukoll l-infrastruttura, b’din tal-aħħar hija l-prijorità l-kbira tal-Gvern għaż-

żmien li ġej kif diġà ddikjara l-Prim Ministru Joseph Muscat. Mhux għax ma sarx investiment fl-aħħar snin, iżda għax hemm bżonn iktar. Għax issa wasalna f ’punt fejn ma rridux nitkellmu iktar dwar it-triq jew il-bankina ta’ triq ta’ quddiemna imma li noħolmu f ’iktar proġetti kbar bħall-fly over tal-Kappara jew saħansitra l-mina bejn Malta u Għawdex, kif ukoll il-pipeline tal-gass li jgħaqqadna mal-Ewropa. Is-sabiħ ta’ dan kollu hu li l-Gvern irnexxielu jasal għalih filwaqt li ma qagħadx lura milli jitfa’ flus, jew aħjar miljuni ta’ ewro, fejn u għand min għandu bżonn. Investa miljuni kbar f ’għajnuniet lill-familji bi dħul baxx u naqqas it-taxxi għal iktar minn darba. Dan biex insemmu ftit eżempji biss. Quddiem dan kollu nifhmu u napprezzaw kif mhux ta’ b’xejn il-Prim Ministru sejjaħ dak li wasal għalih pajjiżna bħala Miraklu Ekonomiku.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.