KullĦadd_02.05.2021

Page 1

“JIŻLOQ” F’TOROQ LI SA FTIT ILU KIEN RESPONSABBLI MINNHOM HU Il-Ħadd, 2 ta’ Mejju, 2021

Ħarġa Nru 1,451

Prezz €1

Rapport f’paġna 9

DAWK F’FAQAR SEVER NAQSU B’25,500 MILL-2013 IL-FAQAR KOLLU LI KIEN ŻDIED TAĦT L-AĦĦAR GVERN NAZZJONALISTA ĠIE ELIMINAT SAS-SENA LI GĦADDIET … DAWK F’SITWAZZJONI VULNERABBLI KOMPLEW JONQSU B’MOD SINIFIKANTI ANKE MATUL IL-PANDEMIJA

Fuq medda ta’ dawn l-aħħar seba’ snin il-faqar f’pajjiżna naqas drastikament tant li ċ-ċifri rre­ ġis­­trati juru sitwazzjoni rriversjata li tmur lura għall-bidu ta’ dan is-seklu. Grazzi għall-miżuri u l-benefiċċji li ġew introdotti minn Gvern Laburista f’dan il-perjodu, fosthom żieda lill-pensjonanti li ammontat għad-doppju ta’ dak li kienu jeħtieġu biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja, il-foqra naqsu anke tul pandemija. Għexieren ta’ eluf ta’ persuni li, bejn l-2008 u

l-2013, kienu żdiedu fil-kategoriji ta’ dawk f’“ċaħda materjali” u “ċaħda materjali severa”, mhux biss ħarġu minn din il-qagħda minn hemm ’il quddiem wara li tejbu l-għajxien tagħhom, iżda magħhom ingħaqdu iżjed eluf. Fil-fatt jirriżulta li t-tibdil fin-numri relatati mal-iżjed faxex baxxi tas-soċjetà kien mill-iżjed sinifikanti. Joħroġ li fi żmien l-amministrazzjoni mmexxija minn Lawrence Gonzi kien hemm żieda ta’ kważi

30,000 persuna mċaħħdin materjalment u ftit aktar minn 26,000 persuna mċaħħdin materjalment b’mod sever biex it-totali telgħu għal aktar minn 82,000 u 42,200 persuna rispettivament. Bil-maq­ lub, bejn l-2013 u l-2020 kien hemm tnaq­qis ta’ 11.2% tal-popolazzjoni jew 38,520 persuna f’tal-ewwel għal total ta’ 43,733 persuna u 6.9% jew 25,574 persuna inqas f’tat-tieni għal total ta’ 16,636. Tkompli f’paġna 6

ESKLUSSIVA

URTATI SEW GĦALL-GIDEB TA’ METSOLA Żewġ attivisti Bulgari, li saru deputati, jistqarru kif l-MEP Nazzjonalista gidbet fuqhom biex tiddefendi Gvern sieħeb fl-EPP mifni b’akkużi ta’ korruzzjoni Fl-istess ġimgħa li Roberta Metsola, flimkien ma’ sħabha David Casa u Simon Busuttil, immuntaw kampanja kontra Malta fil-Parlament Ewropew, żewġ eks attivisti Bulgari, illum deputati Parlamentari, tkellmu ma’ din il-gazzetta dwar kif l-MEP Nazzjona­lista kapaċi tigdeb biex tasal għall-iskopijiet politiċi tagħha. “Dak li qalet (Roberta) Met­ so­la kien kollu gideb u għalhekk irreaġixxejna b’mod qawwi,” qalulna Borislav Sandov u Nadezhda Yordanova, b’refe­ renza għal riżoluzz­joni fil-Parlament Ew­ropew li ġiet emendata biex tittimbra dimostranti, li pprotestaw kontra l-Gvern ta’ pajjiżhom, bħala imbuttati mill-Mafja. Iż-żewġ Membri Parlamentari friski fil-Parlament Bulga­ ru, Sandov mill-Partit tal-Ħo­

dor u Yordanova mill-Partit De­­mocratic Bulgaria, qalu lil din il-gazzetta u lil ONE News li ħafna għadhom irrab­jati għal Metsola u sħabha tal-Partit Popolari Ewropew (EPP). Iltqajna magħhom quddiem il-bini tal-Parlament Bulgaru ftit tal-ġranet ilu fejn tkellmu wkoll dwar l-aħħar żvi­luppi politiċi f’pajjiżhom bl-elezzjoni­ jiet tal-4 t’April li għadda. Il-par­­­tit GERB (Ċittadini għal Żvilupp Ewropew tal-Bulgarija) ta’ Boyko Borisov, li kontrih bdew il-protesti fl-2019 u ġew irrapportati mad-dinja kollha, naqqas l-appoġġ bi 8% u qed isibha diffiċli jifforma gvern ġdid. Peress li l-ebda partit m’għandu maġġoranza, l-indikazzjonijiet huma li l-kriżi politika f’dan il-pajjiż se tippersisti. Tkompli f’paġna 7

INSAĦĦU L-ĦADDIEM B’INIZJATTIVI KULJUM Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, il-Prim Ministru lbieraħ qatta’ ġurnata sħiħa jżur għadd ta’ postijiet tax-xogħol, inkluż fil-gżira Għawdxija – Rapport f’paġna 3


02

02.05.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 26°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja testendi minn fuq l-Atlantiku sa fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Il-biċċa l-kbira msaħħab bil-possibilità ta’ xi xita ħafifa Ir-Riħ: Moderat mill-Majjistral li jsir ħafif Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk li jsir mill-Majjistral It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

22°C UV 9

KUNTATT ĠENERALI

15°C

Il-Ħamis

23°C UV 10

15°C

23°C UV 10

Il-Ġimgħa

16°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

22°C

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

UV 6

15°C

23°C UV 10

15°C

23°C UV8

15°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Floriana Dispensary, 29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 Trinity Pharmacy, 32, Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488613 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida – 21312449 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 Brown’s St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur – 21422204 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja – 21676294 Remedies Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, L-Imqabba – 21641133 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Għawdex Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur – 21566431 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

02.05.2021

QED INSAĦĦU LILL-ĦADDIEM BL-INIZJATTIVI TA’ KULJUM Minn Għawdex sal-Belt, il-Prim Ministru jżur postijiet tax-xogħol u residenzi fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem F’waħda mill-bosta żjarat, li għamel ilbieraħ fl-okkażjoni tal-festa ta’ Jum il-Ħaddiem, il-Prim Ministru Robert Abela tenna li l-aħħar jiem reġgħu kienu xhieda oħra ta’ Gvern li jaħdem ta’ kuljum biex isaħħaħ lill-ħaddiem. Kien b’inizjattivi li ttieħdu ta’ kuljum li l-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiem Malti ġiet salvagwardjata anke fi żmien ta’ pandemija. “Il-fatt li pajjiżna żamm sod f’ċirkostanzi mill-iktar diffiċli hu grazzi għall-ħaddiema u n-negozji bieżla li għandna,” qal il-Prim Ministru, li żar lill-ħaddiema fir-Residenza San Vinċenz de Paul, lill-uffiċjali

tad-Dwana, fil-fabbriki Baxter u Maypole, u f’impjant tal-WasteServ, fost oħrajn. Hu spiċċa l-ġurnata jiltaqa’ mar-residenti Beltin tal-Kamrata. Kull fejn żar il-Prim Ministru tkellem dwar kif din il-ġimgħa kienet xhieda oħra ta’ kemm il-Gvern Laburista qed jinvesti fil-ħaddiem. Fost oħrajn semma l-€20 miljun f’għajnuniet għan-negozji, li jinkludu kemm assistenza kif ukoll inċentivi u l-ħruġ tal-applikazzjonijiet biex ikomplu jissewwew inġustizzji tal-imgħoddi fi skema b’valur ta’ €10 miljun oħra. Fl-aħħar jiem tħabbru wkoll ftehimiet kollettivi ġodda għal iktar ħaddie-

ma tal-korpi dixxiplinati, din id-darba l-uffiċjali tal-ħabs, waqt li tneħħew iktar piżijiet minn fuq in-negozji billi l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ħassret il-ħlas ta’ liċenzji u kontribuzzjonijiet għal din is-sena. “Bqajna naraw kumpaniji privati jħaddmu iżjed nies u aħna se ninvestu aktar fiż-żoni fejn jagħmlu l-investiment,” qal il-Prim Ministru li fisser kif dan kollu jwassal għal inqas qgħad u biex il-Maltin setgħu jżommu l-kwalità tal-ħajja f’pandemija. “Fost oħrajn naqset u mhux żdiedet iċ-ċaħda materjali severa … l-għadd ta’ persuni mċaħħdin materjalment

severament niżel u mhux żdied f’pandemija. U ċ-ċaħda materjali tonqos għax insaħħu lill-ħaddiem. Għax il-ħaddiem noħolqulu x-xogħol,” qal Dr Abela, li tenna li ċ-ċelebrazzjoni tal-ħaddiem irridu ngħixuha kuljum fit-titjib li nagħmlu fil-kwalità talħajja tan-nies. “Fix-xogħol, fl-opportunitajiet ġodda li noħolqu, fl-iskemi ta’ appoġġ bħall-in-work benefit u t-tapering tal-benefiċċji, fl-iskemi ta’ għajnuna li rġajna nidejna u se nkomplu nniedu,” tenna l-Prim Ministru li fisser kif xogħol il-Gvern se jibqa’ li jsaħħaħ lill-ħaddiema u lin-negozji.


04

02.05.2021

NOFS BILJUN EWRO BIEX INSAĦĦU LILL-ĦADDIEM L-għajnuniet li l-Gvern ta biex jassisti lin-negozji u lill-ħaddiema f’dawn ix-xhur tal-pandemija jammontaw għal xejn inqas minn nofs biljun ewro. L-għajnuna finanzjarja, permezz ta’ skemi, miżuri u inċentivi mmexxija mill-Malta Enterprise, kienu strumentali biex ma jintilfux il-postijiet tax-xogħol, biex jassistu lin-negozji li kellhom jaddattaw għal stili ġodda ta’ ħidma u biex jagħmlu tajjeb għall-impatt tal-miżuri restrittivi li daħlu fis-seħħ biex tkun issalvagwardjata s-saħħa tan-nies. Figuri f’idejn il-gazzetta KullĦadd juru kif in-nefqa totali tal-Gvern sa April ta’ din is-sena kienet ta’ aktar minn €485 miljun, bl-akbar spiża tkun dik tal-Wage Supplement u li waħedha ammontat għal madwar €455 miljun. “Qed nagħtu din l-għajnuna lin-negozji għax nafu li għandhom spejjeż tanġibbli rikurrenti u li anke f’perjodu fejn naqsilhom id-dħul, xorta l-ispejjeż baqgħu għaddejjin,” spjega l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia. “Hu fatt li kieku ma kienx għal din l-għajnuna, l-intrapriżi kienu se jitilfu dawn l-impjegati. Bl-istess mod qed ngħinu fuq l-ispejjeż tal-kirjiet u l-kontijiet taddawl.” Hemm aktar spejjeż li n-negozji jkollhom, inkluż ħlas lura ta’ self u mgħaxijiet. Dawn huma spejjeż li baqgħu għaddejjin, minkejja l-pandemija. Għalhekk, il-Gvern ħaseb biex joffri moratorji u jgħin lin-negozji biex jipposponu l-ħlas, inkluż ħlas ta’ kontijiet tat-taxxa fuq il-VAT li n-negozji jħallsu minn sena għall-

Waħda miż-żjarat tal-Prim MInistru Robert Abela fuq il-postijiet tax-xogħol, lejlet Jum il-Ħaddiem. Jakkumpanjawh il-Ministru Miriam Dalli u Kurt Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise oħra. “Dan hu Gvern li qed jgħin lill-businesses jerfgħu parti mill-ispiża li xorta kien se jkollhom jiffaċċjaw,” qalet il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli. Il-Ministru spjegat kif it-talba ewlenija tal-istakeholders hija dik li jiġu megħjuna jżommu l-impjegati magħhom. “Qed nitkellmu dwar negozji żgħar u medji, li fil-mument li jitilfu wieħed mill-impjegati tagħhom, ikunu tilfu parti sinifikanti tal-operat tagħhom. Ħaddiema li jkunu diġà

L-għajnuna fuq il-kirjiet u d-dawl

Negozji li ngħalqu permezz tal-Avviż Legali 90/2021 se jirċievu għajnuna fuq il-kirjiet u l-kontijiet tad-dawl

rċevew it-taħriġ neċessarju mill-kumpanija u draw l-operat,” qalet Miriam Dalli. Fil-fatt, miżuri addizzjonali li ġew introdotti f’Jannar 2021 inkludew li l-Wage Supplement jingħata wkoll għal “replacements”, jiġifieri ħaddiema li ġew impjegati waqt ix-xhur tal-pandemija għax in-negozju tilef impjegat li jkun kruċjali għall-operat. “Kieku ma tajniex l-għajnuna biex dawn il-ħaddiema jinżammu, kieku n-negozju jew kumpanija kien se jkollhom mhux

Change to Grow 2021 Għajnuna ta’ konsulenza li tvarja minn €5,000 sa €10,000 biex jgħinu fir-riġenerazzjoni

biss ifittxu ħaddiema ġodda, imma jonfqu ħafna aktar flus biex iħarrġuhom. Għalhekk il-Wage Supplement kien kruċjali, għax għen biex jinżammu l-ħaddiema u qed iservi wkoll bħala investiment dirett fl-irkupru rapidu tal-ekonomija, issa li qed niftħu b’mod gradwali,” spjegat il-Ministru. Ċifri juru kif l-għajnuna li ngħatat mill-Gvern Malti hi, ras għal ras, bil-bosta aktar b’saħħitha minn dak li ngħatat f’pajjiżi oħrajn Ewropej fejn l-għajnuna kienet limitata ħafna. Fl-aqwa tagħhom, skemi ta’ għajnuna

fil-Ġermanja waslu għand 15% tal-impjegati, 21% fi Spanja, 30% fl-Italja u 34% fi Franza. Bil-maqlub, f’Malta l-ħaddiema full-time jingħataw sostenn sa €800. F’pajjiżi oħrajn s-sostenn kien persentaġġ tal-paga, bl-inqas proporzjon fi Spanja fejn ingħataw 50% tal-paga. Min-naħa l-oħra, is-settur privat Malti jingħata mas-€6 miljun għal ħlas tal-leave tal-kwarantina. Fil-fatt, Malta rnexxielha tkun fost tliet pajjiżi biss tal-Unjoni Ewropea fejn fl2020 l-impjiegi żdiedu, u mhux naqsu. Tqassmu b’aktar minn €40 miljun f’vouchers biex jgħinu lill-familji jdawru r-rota Għotja ta’ darba ekonomika tan-negozju u fiż-żmien li ġej hu Għotja ta’ €1,000 mistenni li għan-negozji li se jibqgħu jitqassam round ieħor magħluqa wara ta’ vouchers l-10 ta’ Mejju b’investiment ta’ madwar €45 miljun. Tħallas ukoll benefiċċju ta’ €800


05

02.05.2021

lill-familji, fejn iż-żewġ partijiet jaħdmu fis-settur privat u ma kienx hemm possibbiltà ta’ Micro-Invest tax teleworkcredit extension ing biex wieħed mill-ġenituri jieqaf Estensjoni tal-perjodu jaħdem ta’ skadenza ta’ tax u jieħu ħsieb itcertificates għal 8,900 tfal waqt kumpanija li l-iskejjel kienu magħluqin. L-għajnuna diretta tal-Malta Enterprise tinkludi l-leave tal-kwarantina, fejn l-ispiża kienet ta’ €8.7 miljun; l-għajnuna fuq il-kirjiet b’investiment ta’ €12.5 miljun, il-kontijiet Smart & Sustainable tad-dawl li Investments swew mas€6 miljun u l-assisSa massimu ta’ €50,000 tenza fuq it-telef’cash grants u tax credits. working li telgħet Għotja ogħla għal startups, għal €1.1 negozji f’Għawdex u miljun. Kien hemm ukoll investiment li joħloq l-għajnuna permezz tal-Migreen jobs croinvest, b’€1.8 miljun li għenet lil dawk li għamlu investimenti fin-negozju tagħhom biex ikunu jistgħu joperaw jew jiddiversifikaw b’riżultat tal-pandemija. Restart Aħbar milqugħa b’mod b’saħħtu m i l l-i m s i e ħ b a Għajnuna sa €5,000 għal soċjali kienet i l-k o n f e r e n z a servizzi ta’ konsulenza li tal-aħbarijiet li saret mill-Prim jitilgħu sa €10,000 biex Ministru Robert tgħinhom fil-fażi ta’ impliAbela, flimkien mal-Ministru Dalli, mentazzjoni li fiha tħabbar pakkett ta’ €20 miljun f’assistenza diretta u Grow, għajnuna intiża għar-riġenRestart erazzjoni tan-negozji. u l-iskema Il-Malta Enterprise se tkom- Smart & Sustainable Investpli tinvesti fi skemi li joffru up- ment. Il-pjan tal-Ministeru skilling u reskilling tal-ħaddie- għall-Intrapriża hu li jkompli ma. jħeġġeġ il-ħolqien ta’ niċeċ Fi kliem l-ekonomista Steve ġodda permezz ta’ ekosisteEllul, il-pandemija aċċellerat ma b’saħħitha. Id f’id ma’ dan it-tranżizzjoni li numru ta’ ne- hemm numru ta’ inċentivi li gozji kienu diġà qed jagħmlu l-Malta Enterprise varat u li biex joħolqu impjiegi ta’ kwal- huma speċifikament intiżi ità. “Dawn huma xogħlijiet għall-istart-ups, b’għajnuna li marbutin mad-diġitalizzazz- tlaħħaq l-eluf ta’ ewro. joni u l-awtomazzjoni. Hemm “Matul l-aħħar xhur rajna ukoll setturi relattivament numru ta’ kumpaniji barranin ġodda bħalma huma l-green li qed jistabbilixxu ruħhom jobs. Għalhekk hu importanti f’pajjiżna bħal dawk li ġejjin li l-Gvern ikompli jinċentiva mill-oqsma tal-avjazzjoni u l-investiment f’dawn is-setturi d-drones. Qed naraw interess mill-kumpanija kollha,” qalil- reali fl-istart-ups ġodda u se na Ellul. nkunu qed nkomplu nappoFost il-miżuri mħabbrin ġġjaw dan l-interess,” ikkonkhemm l-inċentivi Change to ludiet il-Ministru Miriam Dalli.

ĦAMES FABBRIKI ĠODDA U IŻJED GĦAL BULEBEL Fil-jum li ż-Żona Industrijali ta’ Bulebel għalqet 50 sena topera, il-Gvern ħabbar investiment ta’ €10 miljun fil-post li se jara l-ħolqien ta’ ħames fabbriki ġodda ma’ dawk li diġà hemm u l-estensjoni ta’ oħra preżenti. B’din l-aħbar sabiħa, se jiżdiedu madwar 100 post tax-xogħol ġdid mal-eluf ta’ ħaddiema li diġà jaqilgħu l-għajxien tagħhom ta’ kuljum miż-żona. L-oqsma li l-fabbriki l-ġodda se jiffukaw fuqhom jinkludu l-produzzjoni tal-ikel, tat-tabakk, tal-karti, cross docking u l-labelling. Waqt li indirizza konferenza stampa nhar il-Ġimgħa, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri qal li ż-Żona Industrijali, li hi waħda mill-ikbar f’pajjiżna u tlaħħaq daqs 60 grawnd tal-futbol, qal kif dan kollu jikkumplimenta mal-viżjoni ta’ Gvern Laburista fil-qasam tal-industrija, li se tkun qed titħabbar fil-jiem li ġejjin ħalli pajjiżna jkabbar l-attività ekonomika tiegħu.

“Meta ftit tax-xhur ilu nedejna l-ikbar proġett ta’ infrastruttura industrijali ta’ €470 miljun konna semmejna kif ħa nkomplu ninvestu fl-industriji tagħna biex inkunu f’pożizzjoni li nattiraw investiment tal-ogħla livell. Fosthom il-mod ta’ kif qed jinbnew il-fabbriki il-ġodda fuq varji livelli u allura aktar vertikali milli orizzontali biex ma niħdux art agrikola. Se nkunu f’pożizzjoni li nattiraw fabbriki bħal dawk tal-BioTech u riċerka li jħallu l-valur miżjud f’pajjiżna,” tenna l-Ministru Schembri. €5 miljun mill-investiment, li se jsir mill-aġenzija governattiva Indis Malta, se jaraw titjib fl-aċċess għall-fabbriki, spazju adegwat għall-mistrieħ, aktar indafa fl-ambjent fejn jaħdmu l-ħaddiema. Se jinħoloq spazju miftuħ ġdid fuq medda ta’ 330 metru kwadru għall-ħaddiema ta’ din iż-żona, li fiha tiġbor 80 fabbrika u mat3,000 ħaddiem, u li se jingħata l-isem Misraħ il-Ħaddiema ta’ Bulebel.


06

02.05.2021

IL-FAQAR ISSA NOFS IL-MEDJA FL-UE Tkompli minn paġna 1 Is-sitwazzjoni li ħalla GonziPN fl-2013, avolja dak iż-żmien kien jingħad mill-Gvern Nazzjona­ lista li l-faqar ma kienx jeżisti, tniżżlet minn 19.9% tal-popolaz­ zjoni f’ċaħda materjali u 10.2% f’ċaħda materjali severa għal 8.7% u 3.3% rispettivament is-sena l-oħra. Statistika uffiċjali din ilġimgħa kkonfermat li, minkejja li konna f’nofs pandemija bla preċedent, pajjiżna esperjenza tnaqqis fin-numru ta’ persuni f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa, tant li minn 17,506 fl-2019 dan naqas għal 16,636 is-sena li għaddiet. Dan it-tnaqqis ta’ 870 persuna jfisser li wieħed minn kull 20 persuna li fl-2019 ma kellux mezz kif ilaħħaq ma’ ċerti spejjeż bażiċi, fl-2020 akkwista dawn il-mezzi, minkejja l-pandemija. Statistika oħra indikat li dawk dipendenti fuq l-assistenza soċjali naqsu wkoll b’madwar 500 matul l-2020. Matul l-2020 in-numru ta’ dawk li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kirjiet jew djun naqas b’2,282, jew b’6%. Anke l-ammont ta’ dawk li ma kinux jaffordjaw li jżommu lid-dar tagħhom sħuna naqas b’1,259 jew b’3%. B’riżultat tat-tnaqqis fl-2020, il-proporzjon tal-popolazzjoni ta’ pajjiżna f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa naqas għal 3.3%, it-tieni l-inqas rata fl-istorja wara r-riżultat miksub fl-2018. B’kuntrast, wara l-kriżi finanzjarja tal-2008 kien żdied b’mod qawwi l-ammont ta’ dawk f’sitwazzjoni vulnerabbli, avolja l-effett ekonomiku tas-sitwazzjoni dakinhar kien 10 darbiet inqas minn tal-pandemija attwali. Dan jirrifletti l-fatt li dakinhar il-Gvern kien mexxa politika ta’ awsterità, li permezz tagħha naqqas iddefiċit fost l-oħrajn billi naqqas il-proporzjon tal-ġid nazzjonali minfuq mill-Gvern. B’riżultat ta’ hekk il-proporzjon ta’ dawk f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa kien tela’ minn 4.3% fl-2008 għal 5% fl-2009. Dan kien ifisser żieda

2008

2008

2013

2013

2008-2013

2008-2013

NUMRU

%

NUMRU

%

ŻIEDA

ŻIEDA (PP)

Ċaħda Materjali

53,803

14.8

82,253

19.9

28,450

5.1

Ċaħda Materjali Severa

16,182

4.7

42,210

10.2

26,028

5.5

2013

2013

2020

2020

2013-2020

2013-2020

NUMRU

%

NUMRU

%

TNAQQIS

TNAQQIS (PP)

Ċaħda Materjali

82,253

19.9

43,733

8.7

38,520

11.2

Ċaħda Materjali Severa

42,210

10.2

16,636

3.3

25,574

6.9

ta’ madwar 3,000 persuna. Innuqqas t’għajnuna min-naħa tal-Gvern dakinhar wassal biex anke fl-2010 kompliet tirranka l-esklużjoni soċjali, meta l-amministrazzjoni GonziPN kienet tiddikjara li l-faqar kien biss perċezzjoni. Dak iż-żmien ir-rata ta’ dawk f’kundizzjoni ta’ ċaħda materjali severa kienu żdiedu b’6,000 oħra, biex laħqu 6.5% jew id-doppju tar-rata preżenti f’pajjiżna. Fl-2009 u l-2010 kienu żdiedu

Bil-maqlub, mingħajr l-għajnuna tal-Gvern, il-faqar u l-esklużjoni soċjali rrankaw taħt GonziPN biex fl-2010 dawk f’ċaħda materjali severa kienu d-doppju tar-rata tal-lum

l-ammont ta’ nies li ma jifilħux mal-ispiża tal-kontijiet taddawl u tal-ilma. Dan għax ilGvern ta’ dakinhar kien għażel li f’nofs kriżi ekonomika jgħolli dawn il-kontijiet b’20% fl-2008, b’16% fl-2009 u b’24% fl-2010. Minbarra hekk Gvern Nazzjonalista kien naqqas l-ispiża fuq ic-Children’s Allowance b’madwar €2 miljun. Wara d-daqqa tal-2008, il-proporzjon ta’ dawk f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa qatt ma reġa’ naqas taħt amministrazzjoni Nazzjonalista u sal-2013 kien tela’ għal 10.2%. B’hekk filwaqt li fl-2008 pajjiżna kellu rata ta’ ċaħda materjali severa li kienet in-nofs tal-medja Ewropea, sal-2013 din kienet qabżet il-medja Ewropea. Il-kawża prinċipali kienet il-fatt li dakinhar il-Gvern kien għażel li jgħolli l-kontijiet taddawl u l-ilma f’pajjiżna, kif ukoll il-prezzijiet tal-fuel, b’darbtejn ir-rata ta’ żieda osservata madwar l-Ewropa. Minkejja dan

l-Enemalta kienet xorta tgħabbiet bi kważi €900 miljun f’dejn garantit mill-Gvern. Taħt amministrazzjoni Laburista nbidlet radikalment il-politika enerġetika b’riżultat li pajjiżna kellu l-ogħla tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u fil-prezz tal-fuel minn fost ilpajjiżi kollha Ewropej. Dan wassal biex il-piż fuq dawk l-aktar bi dħul baxx naqas b’mod konsiderevoli. Ma’ dan l-amministrazzjoni Laburista għolliet b’mod qawwi l-ispiża fuq benefiċċji soċjali, tant li s-sena l-oħra din qabżet għall-ewwel darba l-ammont ta’ €1 biljun. Dan seħħ mhux għax żdiedet id-dipendenza fuq l-assistenza soċjali, anzi din filfatt naqset b’mod qawwi, imma għax tjieb il-livell tal-benefiċċji soċjali. Fost l-oħrajn, Gvern Laburista temm il-friża fuq il-paga minima nazzjonali u fuq il-pensjoni minima nazzjonali. Studju ppubblikat mill-Bank Ċentrali

jindika li ż-żidiet li ngħataw lill-pensjonanti kienu darbtejn dawk li kien hemm bżonn biex jagħmlu tajjeb għal żidiet fl-għoli tal-ħajja li affettwaw lil din il-faxxa tas-soċjetà. Dan ma kienx il-każ qabel l-2013 skont dan l-istudju. L-istess seħħ fir-rigward tal-paga minima nazzjonali. Waqt li din kienet qed titlef issaħħa tal-akkwist tagħha qabel l-2013, minn dakinhar mhux talli żammet il-pass, imma talli reġgħet irkuprat it-telf li kien hemm qabel l-2013. Il-politika tal-Gvern fil-qasam tal-enerġija kif ukoll il-politika soċjali attiva u dinamika wasslu biex f’nofs pandemija, ir-rata ta’ ċaħda materjali severa llum hi inqas minn terz ta’ dak li kien hawn taħt amministrazzjoni Nazzjonalista. Pajjiżna issa reġa’ għandu rata li hi qrib in-nofs tal-medja Ewropea, minkejja li għadna kemm għaddejna minn l-akbar daqqa ekonomika fl-istorja.


07

02.05.2021

Parti mill-protesti f’Sofia fejn il-pulizija ukoll użat il-vjolenza kontra d-dimostranti, inkluż fuq Sandov (lemin)

IL-BULGARI LAQQMUHA “MRS MAFIA” Tkompli minn paġna 1 Sandov, li kellu sehem qawwi fil-protesti li seħħew fix-xhur li għaddew kontra l-Gvern tal-istess Borisov, tkellem magħna dwar id-dikjarazzjoni tal-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Roberta Metsola meta qalet li d-dimostranti li kienu ħarġu jipprotestaw kienu ffinanzjati mill-mafja. “That was totally fake, totally fake statement by Metsola and I also wrote a tweet and a letter to her. I think that was her party position represented by her as part of EPP because also the government was ruled by EPP member, Borisov’s party GERB”, saħaq Sandov, li deher iddiżgustat jiftakar xi ħtija ppruvat titfa’ fuqu u nies bħalu Metsola. Fil-Bulgarija, l-Ewroparlamentari Nazzjonalista kienet ġiet imlaqqma “Mrs. Mafia” talli ħarġet tiddefendi lill-Gvern ta’ Borisov u l-kumment li għaddiet kontra d-dimostranti. Ritratti tagħha u tal-Kap tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber, li llum għandu lil Simon Busuttil bħala s-segretarju tiegħu, dehru f’kartelluni bit-titli ta’ “Mrs. Mafia” u “Mr. Mafia” waqt il-protesti li damu iżjed minn tliet xhur għaddejjin fil-Bulgarija kontra l-Gvern ta’ Borisov, li qed jiffaċċja akkużi ta’ korruzzjoni f’pajjiżu, waqt li fi Spanja saħansitra qed jiġi investigat fuq allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus. Ċittadini Bulgari għadhom rrabjati għall-mod kif Metsola ressqet emendi, deskritti bħala skandalużi, f’riżoluzzjoni fil-Parlament Ewropew li għandha x’taqsam mal-Bulgarija u li fiha allegat li l-protesti fil-Bulgarija kienu imbuttati u ffinanzjati minn strutturi talmafja. Fil-midja internazzjonali kemm-il darba ġie rrappurtat li d-dimostranti, fosthom familji bit-tfal u anzjani, ġew imsaw-

ta, umiljati u anke arrestati mill-pulizija waqt li kienu qed jieħdu sehem fi protesti paċifiċi kontra l-Gvern korrott. Fost dawk arrestati kien hemm l-istess Sandov, li riċentement ukoll rebaħ kawża fil-Qorti wara li sofra mill-vjolenza tal-forzi leali lejn Borisov. Dwar l-osservazzjoni li Metsola taġixxi kif jaqbel lilha u bl-għamad politiku, Nadezhda Yordanova mill-Partit Democratic Bulgaria qaltilna li l-kelma diżappunt hi wisq żgħira biex tiddeskrivi l-weġgħa tal-poplu Bulgaru. Saħqet li hawnhekk qed nitkellmu fuq Membru tal-Parlament Ewropew li biex tiddefendi politikant imsieħeb fil-familja politika tagħha talEPP, spiċċat twaddab ħtija falza fuq ħaddieħor. Fil-fatt, għall-emendi deskritti skandalużi ta’ Metsola fuq riżoluzzjoni dwar il-Bulgarija u li fiha ġie allegat li d-dimostranti huma ffinanzjati minn gruppi tal-Mafja, Yordanova sostniet li mhux sew li membru ta’ istituzzjoni Ewropea daqstant importanti tispiċċa tigdeb lin-nies. “Disappointed is mild way to put it. It was incredulous, we are really frustrated because it’s not good for a Member of the European Parliament just to lie to the people because her allegations and her amendments were simple lie”, sostniet ma’ din ilgazzetta Yordanova, li hi l-Viċi Chairperson tal-grupp parlamentari tal-Partit Democratic Bulgaria. Dawn iż-żewġ deputati Bulgari kellmu lil din il-gazzetta fl-istess ġimgħa li Metsola u David Casa, flimkien ma’ Simon Busuttil, immuntaw vot kontra pajjiżna. Min-naħa tiegħu, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech baqa’ jiddefendi lil Metsola li titkellem ħafna fuq is-saltna tad-dritt f’pajjiżna, iżda vvu-

tat kontra riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt fil-Bulgarija, fejn il-Gvern kien deskritt bħala wieħed mifni bil-korruzzjoni. Dak iż-żmien il-PN kien saħansitra kkritika din ir-riżoluzzjoni favur il-poplu Bulgaru u qal li nkitbet fi ftit sigħat u b’diversi żbalji. Grech kien sejjaħ ir-riżoluzzjoni tas-saltna tad-dritt fil-Bulgarija bħala superfiċjali, iżda llum deputati Bulgari qed isostnu li dak li allegat Metsola fuq is-soċjetà ċivili Bulgara kien gidba mill-bidu sal-aħħar. Fir-riżoluzzjoni, li din ilġimgħa Metsola u sħabha imbottaw kontra Malta, tkellmu wkoll MEPs bħall-Viċi President tal-Parlament Ewropew, il-Ġermaniża Katarina Bar-

ley, li nnotat ir-riformi kbar li għamel pajjiżna fil-qasam tal-ġustizzja u t-tisħiħ tas-saltna tad-dritt, taħt Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela. F’intervista oħra ma’ ONE News nhar l-Erbgħa, Barley qalet li “the efforts that the current Maltese government has made, especially when it comes to the judiciary reforms, we were very pleased to hear just last week from the European Court of Justice that the judiciary reforms of the Maltese government are completely aligned with the rule of law and even strengthen the independence of the judiciary.” Hawnhekk Barley fakkret fil-kawża li tilfu d-Deputati

Nazzjonalisti Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia, flimkien mal-Eks Kap Simon Busuttil wara li f’isem l-għaqda Repubblika argumentaw kontra s-sistema tal-ħatriet tal-ġudikanti. Is-sistema tal-ħatra tal-ġudikanti m’għadhiex kif kienet fi żmien Gvern Nazzjonalista, fejn il-Prim Ministru tal-ġurnata kien jaqbad u jaħtar ġudikant. Illum b’riformi kbar li twettqu, il-Prim Ministru reħa l-poter minn idu u l-ġudikanti jinħatru wara sejħa pubblika u wara li jgħaddu mill-għarbiel tal-Kumitat għall-Ħatriet Pubbliċi li jirrakkomanda l-ismijiet lill-President ta’ Malta, kif ġara bl-aħħar ħatra ta’ erba’ mħallfin.


08

02.05.2021

IŻJED INNOVAZZJONI EWROPEA MINN MALTA FIL-KANNABIS MEDIĊINALI SE JITWAQQAF F’PAJJIŻNA L-EWWEL TECH ACCELERATOR BIL-GĦAN LI JIFFAĊILITA L-PROĊESS TA’ KUMPANIJI LI JRIDU JINVESTU U JIKSBU SUĊĊESS F’DAN IS-SETTUR EMERĠENTI LOKALI Il-kumpanija Iżraeljana TechforCannEU għadha kemm waqqfet f’pajjiżna l-ewwel Tech Accelerator fl-Unjoni Ewropea wara li rnexxielha tassigura l-iffinanzjar ta’ madwar €2.5 miljun mill-Malta Enterprise, bil-għan li permezz tal-programm speċjalizzat tagħha tiffaċilita l-proċess lil dawk li biħsiebhom jinvestu fis-suq emerġenti tal-kannabis mediċinali. Il-fondi allokati huma suġġetti għal eliġibilità u proċess ta’ evalwazzjoni amministrat mill-Malta Enterprise stess, b’kollaborazzjoni mal-kumpanija Iżraeljana. Hu mistenni li fis-snin li ġejjin l-Ewropa tkun l-akbar produttriċi dinjija għas-suq tal-kannabis mediċinali u l-intenzjoni tal-Gvern Laburista hi li jagħmel minn Malta ċ-ċentru Ewropew għas-settur. Dan il-proġett stabbilixxa f’pajjiżna permezz tal-importanza u l-għajnuna li l-Gvern Malti qed jagħti lil din l-industrija ġdida fostna u b’hekk qed jattira dejjem iżjed proġetti simili li jitfgħu l-ankri hawn. Waqt li ħarġet l-aħbar fuq il-midja soċjali, Marion Zammit, Kap tal-Promozzjoni tal-Investiment fil-Malta Enterprise, qalet li l-affarijiet qed ikomplu jsiru interessanti għal din l-industrija ġdida f’pajjiżna. Bis-saħħa tal-fondi lokali, TechforCannEU, li ġiet stabbilita minn żewġ nisa, Lilac Mandeles u Yona Cymerman, issa se tuża t-teknoloġija u l-programm tagħha biex tiggwida kumpaniji oħrajn iffokati f’oqsma partikolari tas-settur permezz ta’ faċilità liċenzjata fl-UE. Dawk eliġibbli li jintagħżlu għall-programm, fejn igawdu minn għarfien ta’ regolamentazzjoni, xjenza, strateġija, marketing u ffinanzjar mill-esperti fl-industrija u istituzzjonijiet akkademiċi u ta’ riċerka li TechforCannEU hi affiljata magħhom, iridu jinvestu wkoll f’pajjiżna. It-Tech Accelerator jiffoka fuq erba’ kategoriji, fosthom il-kura tas-saħħa/ bijoteknoloġija (metodi ta’ tqassim, saħħa diġitali, apparat mediku, farmaċewtiċi, formulazzjonijiet, apparat għall-konsenji, ittestjar u edukazzjo­ ni); l-Agtech (ġenetika, teknoloġija

Il-kumment fuq il-midja soċjali tal-Kap tal-Promozzjoni tal-Investiment fil-Malta Enterprise dwar dan l-aħħar żvilupp fl-industrija emerġenti f’pajjiżna tal-kannabis mediċinali tat-tagħmir u materjali tat-tkabbir); l-operazzjonijiet diġitali (infrastruttura fl-ilma u d-dwal, estrazzjoni, immaniġġjar/kontroll fl-AI u teknolo­ġija operattiva); u t-teknoloġija tal-prodott (riċerka u innovazzjoni fl-oqsma tal-benesseri, prodotti veterinarji, eċċ). “Il-viżjoni tagħna hi li niżviluppaw

L-ekosistema għall-kannabis medi­­ċ­inali, li qed tinħoloq f’pajjiżna, qed tippermetti li nkunu kalamita għal proġetti simili li jitwaqqfu fostna, anke permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ operaturi oħrajn, li diġà sabu għajnuna kbira mill-Gvern

ekosistema innovattiva fil-kannabis mediċinali fl-Ewropa. L-industrija tal-kannabis qed tavvanza fis-setturi tal-bijoteknoloġija, tal-farmaċija u t-teknoloġija għolja u l-mira tagħna hi li nidentifikaw u niggwidaw għal suċċess lil startups li qed jilħqu livelli tajbin,” qalet Lilac Mandeles, Kap Eżekuttiv ta’ TechforCannEU. “Billi ninvestu u nappoġġjaw negozjanti fil-qasam tal-kannabis, TechforCannEU qed tippreżenta proposta ta’ valur attraenti lil startups eliġibbli – b’pakketti li jibdew minn investiment inizjali ta’ €100,000 u potenzjalment jiżdied għal €200,000, flimkien mal-opportunità li niggwidaw it-teknoloġija tagħhom għal faċilità liċenzjata. Il-valutazzjoni ta’ startups tiżdied mat-tmiem tal-programm aċċeleratur. Nilqgħu investituri privati li jridu jidħlu fil-ġenerazzjoni li jmiss ta’ kumpaniji li jmexxu l-industrija,” kompliet il-fundatriċi, li għandha wkoll esper-

jenza vasta fil-farmaċija. L-ekosistema għall-kannabis medi­­ ċ­inali, li qed tinħoloq f’pajjiżna, qed tippermetti li nkunu kalamita għal proġetti simili li jitwaqqfu fostna, anke permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ operaturi oħrajn, li diġà sabu għajnuna kbira mill-Gvern. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia, li appoġġja l-inizjattiva ta’ TechforCannEU mill-bidu tagħha, qal li “kollox jindika li l-Ewropa se tkun l-akbar suq dinji għall-kannabis mediċinali fi ftit ta’ snin oħra. Meta qed nospitaw dan l-ewwel programm aċċeleratur fostna, qed nippermettu li npoġġu lilna nfusna fuq quddiem nett tas-settur tar-riċerka u l-iżvilupp fl-industrija. Dan jikkumplimenta l-inċentivi attwali li għandna għal startups bħal Start-up Finance u l-miżuri varji ta’ R&D Support, li jgħinu biex inġibu soluzzjonijiet u prodotti ġodda fis-suq globali.”


09

02.05.2021

“JIŻLOQ” F’TOROQ LI KIEN RESPONSABBLI MINNHOM Il-Mosta hi waħda mill-iżjed lokalitajiet li gawdew minn irranġar jew bini millġdid ta’ toroq f’pajjiżna minn kemm ilha li twaqqfet Infrastructure Malta, skont tweġiba Parlamentari li ngħatat mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg nhar l-Erbgħa li għadda. Il-Ministru żied li dan seħħ minħabba t-telqa u n-nuqqas ta’ investiment fuq medda ta’ snin li din il-lokalità, fost l-aktar iffullati, kienet ilha ma tara. Ironikament il-mistoqsija saret minn Ivan Bartolo, li bejn l-2016 u l-2017 serva bħala Sindku tal-lokal f’isem il-Partit Nazzjonalista u allura seta’ basar li kien qed jispiċċa jiżloq fin-niexef meta jirċievi t-tweġiba li biha pprova jirredikola l-ħidma siewja li qed twettaq din l-aġenzija tal-Gvern. Hu żgur aktar minn konxju tad-differenza li hemm bejn xogħol li sar fil-lokal mill-amministrazzjonijiet li kellu sehem fihom ukoll u dak li twettaq fl-aħħar ftit snin kemm ilha mwaqqfa Infrastructure Malta. Fit-tweġiba tingħata lista sħiħa ta’ toroq fil-Mosta li diġà ġew irranġati, toroq li nbnew mill-ġdid u oħrajn li għadu għaddej ix-xogħol fuqhom. Fil-fatt jirriżulta li diġà saru 21 triq u attwalment għaddej xogħol fi tliet toroq oħrajn. Hemm ippjanat ukoll xogħol fi 11-il triq oħra. B’kollox 35 triq. Meta wieħed iqabbel dan ix-xogħol ma’ xogħol li sar taħt amministrazzjonijiet preċedenti, il-lista lanqas biss tibda. Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo ma waqafx hemm fil-mistoqsijiet tiegħu.

Talab ukoll informazzjoni dwar meta kienet se titlesta Triq Lord Strickland f’Ħ’Attard. U anke hawn it-tweġiba tal-Ministru Borg, indirettament kienet tgħid li żgur li saru ħafna aktar toroq f’Ħ’Attard minn kemm qatt ħolom li jagħmel Gvern Nazzjonalista. Fil-fatt Bartolo staqsa mistoqsija fuq triq li kien mingħalih li għadha mhix lesta, imma rriżulta li x-xogħol fi Triq Lord Stickland hu lest. Minbarra hekk, il-Ministru Borg fakkru li f’Ħ’Attard bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-proġett nazzjonali tas-Central Link, li minkejja li tqajmu l-irwiefen kollha kontrih, kull min jgħaddi minn hemm jaf kemm hu bżonjuż. Sadanittant tħabbar li għaxar toroq diġà ġew irranġati jew mibnijin mill-ġdid f’Ħ’Attard, filwaqt li għaddej ix-xogħol fuq sebgħa oħrajn u tmienja oħrajn huma fil-pjani tal-Aġenzija. Uħud mit-toroq li qegħdin isiru bħalissa f’Ħ’Attard jagħmlu parti mill-istess proġett tas-Central Link, li hu investiment ewlieni li Infrastructure Malta qed twettaq anke b’fondi Ewropej biex ittejjeb il-kwalità, is-sigurtà, is-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-ħin tal-ivvjaġġar f’dan in-network ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajjiż għandu jonqos bin-nofs u se jonqos l-ammont ta’ persuni li jkoll-

hom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jippruvaw jaslu aktar malajr. B’hekk se jgawdu mhux biss il-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard, imma wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara. Dan huwa xogħol infrastrutturali bla preċendent, li żgur li l-Partit li jagħmel parti minnu Ivan Bartolo lanqas qatt ma ħolom li jagħmel, aħseb u ara jwettaq. Din il-ħidma ta’ titjib fit-toroq tagħna se tibqa’ għaddejja bla heda, sena wara l-oħra, biex tinkiseb l-infrastruttura ta’ kwalità li kapaċi tixpruna b’mod sostenibbli l-prog­­ress ­soċjali u ekonomiku tal-familji u n-negozji f’Malta.


10

02.05.2021

MALTIN JIEĦDU ĊANS MA’ BRIAN MAY! Grupp ta’ artisti Maltin taħt l-isem ta’ The Rock Troupers fl-aħħar jiem laqgħu l-isfida tal-kitarrist leġġendarju Ing­ liż Brian May biex jingħaqdu miegħu b’mod virtwali u jagħtu l-verżjoni tagħhom tal-kanzunetta miktuba minnu stess, Hammer To Fall. L-interpretazzjoni tal-kantanti Daryl Ebejer u Tiziana Calleja, flimkien mal-mużiċisti wkoll rinomati bħat-tewmin Patrick (drums) u Eric Camilleri (kitarra), Antoine Tonna (bass) u Josef “Fofi” Farrugia (keyboards), hi tajba ħafna u l-vidjow li ttella’ fuq YouTube nhar il-Ħadd li għadda diġà beda jirċievi t-tifħir f’din l-ewwel ġimgħa. Bħala parti minn terapija għall-perjodu tal-COVID-19 u partikolarment għall-varji lockdowns li ġew imposti fir-Renju Unit, il-membru tal-Queen ħoloq dawn is-sessjonijiet fejn hu jirrekordja l-bażi mużikali tal-kanzunetta fuq il-kitarra u mbagħad, kull min irid, jirrekordja s-sehem tiegħu billi jkanta mal-istess akkumpanjament jew juża strumenti oħrajn li jixtieq iżid, inkella t-tnejn flimkien kif għamlu The Rock Troupers. Dawn is-sessjonijiet servew bħala żvog għall-mużiċisti, li kienu fost l-agħar li ntlaqtu fil-pandemija, ladarba ma setgħux jagħtu kunċerti jew jaħdmu fi stabbilimenti fejn joffru

Mix-xellug minn fuq: Brian May, Daryl Ebejer, Tiziana Calleja (inset), Patrick Camilleri, Antoine Tonna, Josef Farrugia u Eric Camilleri

divertiment simili. The Rock Troupers ħadu ċ-ċans f’dawn l-okkażjonijiet b’din il-kanzunetta miktuba minn May stess u ppubblikata mill-Queen fl-album famuż The Works tal-1984. Il-kanzunetta, li kienet kisbet suċċess fil-klassifika Ingliża lil Freddie Mercury u l-grupp tiegħu meta ħarġuha bħala diska, kienet ukoll interpretata mill-Queen bħala parti mill-ispettaklu storiku tal-Live Aid fl-1985. Il-kantant Daryl Ebejer ilu

għal għe­xieren ta’ snin fix-xena mużikali lokali, inkluż fi gruppi bħal Purple Haze. F’kummenti lil din il-gaz­zet­ta hu qalilna li, wara diversi interpretazzjonijiet ta’ kanzunetti tal-Queen, xtaqu jagħmlu l-verżjoni tagħ­ hom ukoll. “The Rock Troupers hu proġett tiegħi u Patrick Camilleri minn Vinyl Paradise. Ilna xi ħames snin norganizzaw kunċerti bil-line-up tal-mużiċisti dejjem tinbidel skont l-esiġenzi tax-show li

jkollna mħejji. Tellajna Freddie For a Day flimkien ma’ Hard Rock Cafe għal ħames snin, fejn jinġabru fondi għall-Mercury Phoenix Trust, karità mwaqqfa minn May innifsu, fost oħrajn,” tenna Ebejer, waqt li kompla jispjega l-esperjenzi li kellhom fi tribute gigs għal Ozzy Osbourne, il-Beatles, Metallica, Deep Purple u aktar. “Konna mistednin bosta drabi fil-Farsons Beer Festival u daqqejna fl-aħħar edizzjoni tal-Birgu Fest. Flimkien ma’

Festivals Malta u l-Ministeru għal Għawdex ukoll tellajna għal sentejn wara xulxin – qabel ma waqqfitna l-COVID – ilkunċert Rock Legends fil-gżira Għawdxija, li kien suċċess kbir kemm mal-Maltin u l-barranin. Kellna wkoll l-unur li ndoqqu kunċert sħiħ bħala l-opening act f’Rockestra. Għalaqna bilkbir bit-tribute concert li kien ittella’ għal DJ Lito, fejn b’kollox daqqew magħna 25 mużiċist minn bands differenti,” temm jgħidilna l-kantant.


11

02.05.2021

IMNIEDI INTERNET 20 DARBA IŻJED VELOĊI Epic bdiet it-tqassim tal-aktar Fibre Network avvanzat mil-lokalità tal-Mosta biex il-konsumaturi u n-negozji lokali issa jistgħu jibbenefikaw minn internet b’veloċità ta’ 2000Mbps, li s’issa kienet għadha mhux disponibbli f’pajjiżna. L-aħbar ingħatat aktar kmieni din il-ġi­m­għ­a f’kon­­ferenza tal-aħba­rijie­t mill-kumpanija, fil-pre­żenza tal-Minis­tru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni (MCA) Jesmond Bugeja u ġġorr aktar piż meta wieħed iħares lejn l-aħħar indikaturi tal-MCA, ippubblikati f’rapport fil-bidu ta’ dan ix-xahar stess. Ir-rapport kien qal li kważi nofs il-konnessjonijiet broadband f’Malta għadhom jaraw veloċità ta’ inqas minn 100 Mbps, filwaqt li l-prezz medju ta’ din il-konnessjoni żdiedet b’10% mill-2016. Epic qalet li qed tieħu pass importanti biex taċċellera l-użu ta’ veloċità 20 darba aktar effiċjenti minn konnessjoni bażika ta’ 100Mbps disponibbli fissuq illum jew dik offruta minn fornituri oħrajn. Is-servizz ilġdid ta’ Epic, li joffri veloċità ta’ 2000Mbps, hu affordabbli daqs il-konnessjonijiet bażiċi li hemm fis-suq lokali bħalissa, bil-prezz jibda minn €24.99 fix-xahar. Għan-negozji lokali, Epic se tkun qed tniedi pakkett speċjali b’upload aktar veloċi u b’sapport iddedikat għalihom. Epic tenniet li temmen li f’pajjiżna hawn ħtieġa ta’ veloċitajiet tal-internet b’saħ­ ħithom. B’dawk offruti b’dan l-investiment ta’ Epic, il-konsumaturi jistgħu jniżżlu file ta’ 5GB, ekwivaleti għal ħames sigħat ta’ streaming fuq Netflix, f’inqas minn 60 sekonda. Download simili fuq it-teknoloġija offruta qabel, kienet tieħu kważi nofs siegħa. “Fl-aħħar sena, it-tim ta’

Il-Ministru Schembri (fin-nofs) jispezzjona l-apparat ġdid ta’ Epic bħala parti mis-sistema moderna ta’ Fibre Network b’veloċità ta’ 2000Mbps, fil-kumpanija tal-Kap Eżekuttiv ta’ Epic Tamas Banyai u dak tal-MCA Jesmond Bugeja (xellug) Epic beda l-vjaġġ eċċitanti tiegħu biex joħloq u jiddisinja esperjenza tal-internet li tiftaħ il-bibien għal Gigabit society, fejn kemm id-djar kif ukoll l-uffiċini jkunu jistgħu jesperjenzaw konnessjoni aktar b’saħħitha ta’ kuljum u mhux xi kultant. Dak li nedejna llum hu żvilupp għal Malta hekk kif Epic qed toffri l-Fibre of the Future fil-Mosta. Qed inkomplu nwasslu fuq il-wegħ­da tagħna ta’ ‘Great Network, Great Value’. Wara li riċentement nedejna l-programm ta’ mmodernizzar tal-Mobile Network tagħna, issa qed inniedu l-aktar internet b’saħħtu f’Malta għall-uffiċini u għad-djar, b’valur bla ekwivalent lokali. It-tek­noloġija sħiħa li toffri Epic se twassal il-futur fid-djar u n-negozji Mostin, bl-

għan aħħari li dan ikun offrut għal kulħadd,” qal il-Kap Eżekuttiv ta’ Epic, Tamas Banyai. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, l-Inġinier Manuel Magro, il-Fixed and Enterprise Networks Senior Manager ta’ Epic, spjega kif netwerks broadband evolvew, u kif l-Epic Fibre Network of the Future sinifikament isaħħaħ l-esperjenza tal-konsumaturi meta mqabbel ma’ networks eżistenti. Epic esebiet il-Fibre Box li toffri din l-esperjenza tal-WIFI tal-futur, multimedia features avvanzati u magħmula minn materjal 100% riċiklat. L-Inġinier Magro qal li l-apparat se jippermetti wkoll li wieħed ikun jista’ jċempel linji fissi oħrajn kif ukoll mobiles li jop-

GĦAL DELEGAT PROSEKUTUR EWROPEW Il-Kulleġġ tal-Prose­kuturi Ewropej aċċettaw inno­mi­na ta’ Dr Martin Sammut (lemin) biex jaġixxi bħala d-Delegat Prosekutur Ewropew għal Malta. Ir-rwol jaqa’ fi ħdan l-istrut­turi tal-Uf­fi ċċju tal-Prosekuturi Pubbliċi Ew­ro­pej (EPPO) stabbilit fl-2017 u li Malta saret membru parteċipi fih f’Ottubru tal-2018. L-EPPO hu uffiċċju indipendenti tal-Unjoni Ewropea, li jinvestiga, jipprosekwixxi u jressaq għall-ġudizzju reati kontra l-baġit Ewropew, bħalma huma korruzzjoni jew frodi, fosthom cross-border VAT fraud, speċifikament dawk ir-reati hekk imsejħin PIF crimes.

Dr Sammut kiseb Masters fil-Liġi fl-2017 wara li ggradwa b’Baċċelerat fil-liġi fl-2016. Fl2014 hu okkupa l-kariga ta’ Assistent Kummissarju fil-Korp tal-Pulizija, kif ukoll fis-sena 2018 sar membru tal-Bord tal-FIAU. Dr Sammut hu lecturer fl-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinarji, waqt li għallem illiġi kriminali u s-setgħat tal-pulizija lil diversi studenti. Hu ġie magħżul wara proċess ta’ skrutinju tal-istess Kulleġġ tal-Prosekuturi Ewropew li hu l-korp ewlieni inkarigat bl-amministrazzjoni tal-EPPO. Il-Gvern jawgura lil Dr Sammut għal din il-kariga f’pożizzjoni prestigġjuża.

eraw bil-linja ta’ Epic b’xejn u mingħajr limitu. Fl-intervent tiegħu, il-Ministru Schembri qal li permezz tal-katina t’investiment fl-infrastruttura diġitali mill-aktar

avvanzata ta’ pajjiżna, Epic, flimkien max-shareholders tagħha, Monaco Telecom, se jkunu qed jiffokaw fuq ittisħiħ tal-ħaddiem permezz talħolqien t’opportunitajiet ġodda ta’ xogħol, aktar programmi t’apprentistat ta’ studenti, kundizzjonijiet tax-xogħol flessibbli u prospetti kontinwi ta’ tkabbir u tagħlim għal iżjed minn 300 ħaddiem. Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija faħħar l-estensjoni tal-investimenti t’Epic f’pajjiżna, filwaqt li wera l-aspirazzjoni tiegħu li jara lokalitajiet oħrajn jibbenefikaw minn din it-teknoloġija. Hu fakkar ukoll kif dan l-aħħar il-kum­­­panija, li daħlet fis-suq loka­­li minflok il-Vodafone, ħabbret mo­der­nizzazzjoni ta’ €40 miljun mal-imsieħeb tagħha, Ericsson, investiment li, fi kliemu, se jkompli jsaħħaħ l-attrazzjoni u l-kompetittività ta’ Malta billi jipprovdi veloċitajiet ogħla u konnettività aktar affidabbli. Il-Ministru tkellem ukoll dwar it-trasformazzjoni diġitali ta’ pajjiż­­­na fl-aħħar seba’ snin u kif Malta qed tħares lejn id-diversifikazzjoni tal-ekonomija Maltija f’setturi tek­no­loġiċi avvanzati, bi prijorità lis-settur tal-komunikazzjoni li jsostni t-tkabbir ta’ diversi setturi oħrajn.


12

02.05.2021

PASS KURAĠĠUŻ FID-DIREZZJONI T-TAJBA

AV. STEFAN CUTAJAR LL.B. (Hons)(Melit), M.Adv.(Melit)

L-istorja hija ġeneralment marbuta mal-bidu ta’ avvenimenti importanti u r-reazzjonijiet sussegwenti. L-iżvilupp storiku tas-soċjetà Maltija u Għawdxija mhux eċċezzjoni u dan jidher ċarissimu fir-relazzjoni diffikultuża tan-nazzjon tagħna mas-suq tal-kera. Is-self-government Malti fl1929 immexxi mill-koalizzjoni bejn il-Partit Kostituzzjonali ta’ Lord Strickland u l-Partit Laburista, magħruf bħala l-Gvern tal-“Compact”, ippromulga Att XXIII (The Urban Rent Regulation Act) li wassal għall-ħolqien tal-Bord li Jirregola l-Kera u l-limitu tal-kirjiet biex jirrifletti valur li ma jeċċedix l-40% aktar minn dik il-figura li kienet ikkunsidrata bħala l-“kera ġusta”. Mhix sorpriża li dan il-kunċett ta’ “kera ġusta” kien marbut mal-valutazzjoni tal-kera dovuta nhar l-4 ta’ Awwissu 1914, li timmarka perjodu fl-istorja ta’ pajjiżna sinonimu ma’ pressjoni ta’ inflazzjoni bla preċedent fuq l-ekonomija Maltija kkawżata min-nefqa massiva tal-militar kolonjali fl-ewwel Gwerra Dinjija. Il-kontrolli u l-protezzjoni promulgati fis-snin 20 kienu maħsuba biss biex ikunu miżuri temporanji biex itaffu l-piżijiet tad-djar esperjenzati mill-inkwilini Maltin fil-perjodu ta’ bejn il-gwerer, kif jixhdu d-dibattiti parlamentari talera. Ftit kienu jobsru missirijietna li fi spazju ta’ 92 sena, il-leġiżlatur Malti kien se jerġa’ jintalab jirriforma s-settur tal-kirjiet residenzjali kkontrollati. Huwa interessanti kif din ir-riforma saret eżatt wara r-riforma tal-2019 fis-suq liberalizzat tal-kirjiet residenzjali privati. Din l-inizjattiva talaħħar kienet preċeduta minn White Paper ippubblikata mis-Segretarju Parlamentari

għall-Akkomodazzjoni Soċjali bl-isem “Renting as a Housing Alternative”. Il-White Paper ikkwotat b’mod prominenti d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kontra Malta, b’mod partikolari ‘Amato Gauci vs Malta’ u ‘Ghigo vs Malta’ li ma kkundannatx lill-Istat Malti talli intervjena fis-settur, iżda minflok maqdru talli żamm fisseħħ reġim inflessibbli li ma kienx għadu ġustifikabbli fiddawl tar-realtajiet attwali. Għalhekk, huwa ta’ min ifaħħar lill-Ministeru tal-Akkomodazzjoni Soċjali għax qed ikompli minn fejn ħalla, u issa qed imexxi riforma tant meħtieġa fir-reġim talkera ta’ qabel l-1995. Riforma li fl-aħħar tista’ ġġib sens ta’

għeluq u l-bilanċ f’dan il-qasam delikat u anakronistiku tas-settur tal-kiri tad-djar. L-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Riforma tal-Kirjiet Kontrollati, li bħalissa jinsab fit-tieni qari tiegħu fil-Parlament, jagħmel aktar milli sempliċement jipproduċi l-mekkaniżmu ta’ 2% skont l-Artikolu 12B tal-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar (Housing (Decontrol) Ordinance) li kien introdott fl-2018. L-ewwel u qabel kollox, fl-aħħar qiegħed itemm l-anomalija legali tal-kontinwazzjoni tal-kera minn membri tal-familja tal-kerrej rikonoxxut wara l-mewt tiegħu jew tagħha. Kwalunkwe prattikant legali jgħidlek illi d-dritt talkera huwa dritt purament personali li ma jistax jintiret kif

wieħed jistenna minn dritt reali bħas-sjieda diretta tal-proprjetà. F’termini sempliċi, dan ifisser li s-sidien qed jingħataw il-prevedibbiltà li jistħoqqilhom meta jasal it-tmiem tal-kirja protetta peress li l-qraba tal-inkwilin mejjet għandhom joħorġu mill-proprjetà fi żmien ħames snin jew inqas wara r-rikonoxxenza talmewt tal-kerrej. Barra minn hekk, ir-riforma għandha taġġorna wkoll il-kriterji tal-ittestjar tal-mezzi (means-testing) implimentati għall-ewwel darba fl-2009 fit-tentattiv li tirriforma l-kirjiet protetti biex tirrifletti s-suq tal-proprjetà tal-lum. Il-Gvern iddikjara wkoll l-intenzjoni tiegħu li jsaħħaħ il-kapaċità tal-Bord li Jirregola l-Kera u

Għalhekk, huwa ta’ min ifaħħar lill-Ministeru tal-Akkomodazzjoni Soċjali għax qed ikompli minn fejn ħalla, u issa qed imexxi riforma tant meħtieġa fir-reġim tal-kera ta’ qabel l-1995. Riforma li fl-aħħar tista’ ġġib sens ta’ għeluq u l-bilanċ f’dan il-qasam delikat u anakronistiku tas-settur tal-kiri tad-djar

jħaffef il-proċeduri ġudizzjarji permezz ta’ standard uniformi għall-valutazzjonijiet tal-proprjetà li bħalissa qed jiġu diskussi mal-Kamra tal-Periti. Lil hinn mill-aspett purament legali tar-riforma, ilGvern iddikjara wkoll pubblikament li l-Abbozz għandu jkun akkumpanjat minn żieda sostanzjali fis-sussidju għallkera li qed jiġi offrut lill-inkwilini affettwati miż-żidiet fil-kera kontemplati fil-liġi. Dan l-iżvilupp politiku għandu min-naħa tiegħu jtaffi b’mod sinifikanti l-pressjoni fuq il-Bord li Jirregola l-Kera. Qed jiġi previst li s-sussidji ġenerużi tal-Istat għandhom jipprovdu biżżejjed serħan il-moħħ lill-maġistrati sedenti biex jiffissaw ilkera għal 2% immedjatament mingħajr ma jkollhom iżidu l-kera gradwalment wara li jqisu l-mezzi tal-inkwilin. F’dan l-istadju kritiku, il-Parlament għandu jibqa’ viġilanti u attent għall-proposti li qed jitqajmu mill-partijiet interessati, l-esperti u aktar importanti mis-sidien u l-inkwilini maqbuda fl-għanqbuta legali kumplessa tar-reġim tal-kera protetta ta’ Malta. Madankollu, qabel l-irfinar meħtieġ fl-istadju tal-kumitat parlamentari, wieħed jista’ jgħid b’kunfidenza li dan huwa definittivament pass kuraġġuż fid-direzzjoni t-tajba.


13

02.05.2021

JEDD SĦIĦ U SAGRU

JULIA FARRUGIA PORTELLI Ministru

Bejn il-kliem u l-fatti hemm il-baħar jikkumbatti, jgħidlek b’għaqal il-Malti. Din hija realtà li ngħixuha ta’ kuljum, b’mod partikolari aħna li nħabirku fid-dinja tal-politika fejn issib lil ħafna li jippritkaw imma qajla jaslu biex iwettqu dak li jkunu wiegħdu. Żgur li mhux il-każ, iżda, fejn jidħol il-Gvern Laburista li mal-kisba tal-poter fl-2013 intefa’ b’ruħu u b’ġismu fuq l-għarfien ta’ valuri soċjali ġenwini bl-implimentazzjoni ta’ proġetti, riformi u titjib bilgħan li l-ħajja ta’ ċittadini vulnerabbli fis-soċjetà tagħna titjieb u ssir ħaġa waħda minn dik tal-popolazzjoni kollha kemm hi. F’kelma waħda, l-inklużjoni.

Mal-kollega tiegħi, Stefan Zrinzo Azzopardi, Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, fil-jiem li għaddew żort il-Jobsplus li huwa l-amministratur tal-proġett VASTE li fih hemm investiti xejn inqas minn €13-il miljun f’fondi Ewropej. Huwa proġett li għandu l-għan biex persuni b’diżabilità u vulnerabbli jingħataw aktar opportunitajiet ħalli jidħlu fid-dinja tax-xogħol, proprju fl-ispirtu ta’ Jum il-Ħaddiem li għadna kemm iċċelebrajna lbieraħ bl-għajta ta’ “Insaħħu lill-Ħaddiem”. Il-programm VASTE tabilħaqq juri kemm mill-kliem għaddejna għall-fatti. Maħsub espressament biex joffri għadd ta’ servizzi ta’ taħriġ li jiffoka fuq it-tisħiħ tal-ħiliet u l-kapaċitajiet ta’ diversi gruppi vulnerabbli, bħal persuni b’diżabilità, mingħajr xogħol, VASTE qed jgħinna nwittu t-triq għal dawn in-nies biex jitħarrġu qabel ma jidħlu fid-dinja tax-xogħol u saħansitra waqt li jkunu fuq il-post tax-xogħol fejn anki min iħaddem jingħata l-opportunità jitħarreġ biex ikun jista’ jintegrahom aħjar. Dan jifforma parti sħiħa mill-ħidma tagħna biex inkomplu naċċertaw li jkollna soċjetà

inklussiva. Li persuni vulnerabbli jew li għandhom abbiltajiet differenti jkollhom triq miftuħa għad-dinja tax-xogħol huwa jedd sħiħ u sagru u ma nieqfu qatt nemmnu li għad hemm aktar u aktar xi jsir biex ikun imħares u rifless fil-mod kif noħolqu l-opportunitajiet u nnisslu tamiet ġodda fost kull settur tas-soċjetà Maltija. Biżżejjed ngħidu kif salaħħar ta’ Marzu 2021 ġew megħjuna 1,665 ruħ waqt li salaħħar ta’ Frar ta’ din l-istess sena 4,020 persuna b’diżabilità kienu daħlu fid-dinja tax-xogħol. Għalina dawn huma figuri mhux biss sodisfaċenti, iżda li jimlewna b’aktar ħeġġa u impenn għal dak li baqa’ jrid isir b’risq setturi differenti tal-popolazzjoni li jeħtieġu din id-daqqa t’id biex huma wkoll, bil-jedd kollu, jidħlu fid-dinja

tax-xogħol u, daqs ħaddieħor, jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom fit-twettiq tal-għanijiet soċjali u ekonomiċi ta’ pajjiżna. Ma ninsewx li dan kollu qed jitwettaq f’waqt diffiċli u mingħajr preċedent ta’ pandemija meta l-ħaddiem Malti sab Gvern jappoġġjah – għal darb’oħra bil-fatti u mhux bil-paroli, tant li ġew salvati xejn inqas minn 100,000 impjieg. L-isbaħ eżempju L-isbaħ eżempju li nista’ nsib ta’ kemm il-ħiliet u l-abbiltajiet ta’ persuni b’diżabilità jiġġustifikaw għalkollox it-twemmin tagħna fl-inklużjoni huwa dak ta’ Mario Abela, raġel ta’ 53 sena u sid ta’ stamperija fil-Qrendi, li minkejja li kien twieled mingħajr nofs l-id ix-xellugija,

Dan jifforma parti sħiħa mill-ħidma tagħna biex inkomplu naċċertaw li jkollna soċjetà inklussiva

llum iħaddem 22 ruħ fil-kumpanija li kien waqqaf 26 sena ilu. Waqt żjara li għamilt fl-istamperija tas-Sur Abela stajt nara b’għajnejja l-proġett li ħoloq, ħaddem u kabbar permezz tal-kuraġġ u l-perseveranza li wera fi żmien meta ħaddieħor seta’ faċilment jaqta’ qalbu quddiem l-isfidi tal-ħajja. L-istess sentimenti wriehom kemm ilna bil-pandemija, tant li bis-saħħa tal-wage supplements tal-Gvern, Mario Abela seta’ jżomm l-azjenda u l-ħaddiema tiegħu għaddejjin jaħdmu. Ma ssorprendejt ruħi xejn meta s-Sur Abela rrakkuntali kif sa minn ċkunitu dejjem tela’ jkun indipendenti u kif qatt ma talab xejn lil ħadd, mhux b’sens ta’ suppervja iżda b’riħet iddon ta’ inizjattiva li jħaddan. Bir-raġun kollu, sostna li qatt ma ħalla d-diżabilità ttellfu u dejjem fittex jara li jagħmel dak li jħobb, tant li fost il-passatempi tiegħu għandu t-tennis, il-billiard u l-wind surfing. Bħal Mario Abela għandna ċittadini oħrajn li wettqu l-ħolma ta’ ħajjithom minkejja xi diżabiltajiet, u bħalhom hemm oħrajn lesti jitħarrġu u jidħlu għall-isfidi u s-sodisfazzjon li tagħti d-dinja tax-xogħol.

GVERN B’QALB SOĊJALI

KEITH TANTI Kandidat fl-1 Distrett

Li l-Maltin u l-Għawdxin taħt Gvern Laburista qed jgħixu aħjar huwa fatt u mhux sentiment biss. Fl-aħħar seba’ snin il-livell tal-għajxien tannies tjieb b’mod sostanzjali. Il-progress ekonomiku u finanzjarju fl-aħħar snin kien bla preċedent u kif pajjiżna qatt ma esperjenza qabel. Grazzi għall-miżuri li introduċa l-Gvern, inħoloq iktar xogħol u impjiegi b’kundizzjonijiet aħjar fosthom li jħallsu iktar. Ilqgħad niżel għall-anqas livelli li qatt ġew irreġistrati. B’hekk il-Maltin qed jgħixu ħajja iktar

komda, b’iktar flus fil-but. Minn rapporti li joħorġu u minn statistika ppublikata minn żmien għal ieħor, joħroġ ċar ukoll li mill-2013 ’l hawn saret ukoll qabża pożittiva ’l quddiem fil-qasam soċjali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra l-faqar jew l-esklużjoni soċjali. Rapport ta’ ftit taż-żmien ilu juri li grazzi għal 93 policy action u 469 miżura soċjali implimentati fl-aħħar sitt snin: • żdied id-dħul disponibbli tal-familji b’€5,000; • naqsu wkoll 5,000 persuna minn riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, għalkemm kien hemm żieda fil-popolazzjoni mill-2013 lil hawn; • żdiedu b’76,000 persuna dawk li mhumiex f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali; • dawk meqjusa bħala materjalment severament imċaħħda naqsu b’24,000; • tnaqqis ta’ 6,000 tifel u tifla mir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali; Minkejja l-avvanzi kbar li għamel pajjiżna, mhux għal kulħadd kollox ward u żahar. Fadal min qiegħed ibati. Jiġuni

f’rasi dawk in-nies li jinsabu bla xogħol jew dawk b’impjieg mhux tant b’kundizzjonijiet tajbin fosthom li jħallas paga minima. Kategorija oħra ta’ nies li għaddejjin minn ħafna tbatija huma dawk innies li l-maġġoranza tad-dħul tagħhom imur biex iħallsu l-kera ta’ fejn joqogħdu. U dan anke wara li Gvern Laburista żied is-sussidju lil min jikri mingħand il-privat u introduċa diversi skemi oħra bħal dik tal-Equity Sharing u l-iskema li l-Gvern jgħin lil min m’għandux biex joħroġ l-10% depożitu fuq il-konvenju għax-xiri ta’ proprjetà. Baqa’ xi jsir biex jintlaħaq kulħadd. Fost l-oħrajn, dawn huma n-nies li mhumiex

ilaħħqu mal-ħajja: • Numru ta’ familji għandhom dħul ferm inqas minn dak meqjus bħala d-dħul medju disponibbli tal-familji f’Malta ta’ madwar €28,500; • Jekk tinqalgħalhom spiża għal għarrieda, bħal ħsara f’xi appliance (cooker, fridge, washing machine, eċċ), ma jkunux jifilħu għaliha jew litteralment issallabhom; • Huwa diffiċli ħafna biex kontijiet bażiċi bħal dawk taddawl u l-ilma, tat-telefown u tal-internet kif ukoll ta’ xi loans jiġu onorati fil-ħin; • Ma joħolmux li mqar għal ġimgħa waħda fis-sena, imorru btala lil hinn mid-dar tagħhom; Inkoraġġanti l-fatt li

It-tkabbir ekonomiku sostenibbli huwa kruċjali. Dan iwassal għal iżjed ħolqien ta’ impjiegi u kwalità ta’ ħajja aħjar

minkejja t-titjib li sar f’dan il-qasam, l-attitudni tal-Gvern hija waħda ta’ iktar ħidma biex inqas u inqas nies ikunu fil-kategorija tal-faqar. It-tkabbir ekonomiku sostenibbli huwa kruċjali. Dan iwassal għal iżjed ħolqien ta’ impjiegi u kwalità ta’ ħajja aħjar. B’hekk biss nibnu ekonomija b’saħħitha li tkun kapaċi toħloq miżuri soċjali li jgħinu lil dawk l-aktar fil-bżonn. L-ebda pajjiż ma jikseb suċċess mingħajr investiment qawwi fl-edukazzjoni u fil-kapital uman. Huwa permezz ta’ l-edukazzjoni li nistgħu ntejbu l-qagħda ta’ kull wieħed u waħda minna u twassalna biex intejbu l-kwalità ta’ ħajjitna. Inutli jkollna ekonomija b’saħħitha li kapaċi toħloq impjiegi ta’ kwalità jekk ma jkollniex ħaddiema bil-ħiliet u l-ispeċjalizzazzjonijiet neċessarji bħax-xjenza, il-matematika u l-ekonomija. X’jiswa jkollna ekonomija li jirnexxila tattira impjiegi f’setturi speċjalizzati tal-manifattura, l-industrija u s-servizzi jekk l-istudenti tagħna ma jkunux preparati għalihom?


14

02.05.2021

IL-VALLETTA GREEN FESTIVAL GĦAL TMIEM IL-ĠIMGĦA LI ĠEJ Jinfetaħ uffiċjalment ġnien ġdid fuq il-bejt tal-Valletta Design Cluster Il-Valletta Green Festival, l-avveniment annwali sinonimu mal-kalendarju kulturali Malti, din is-sena se jittella’ bejn il-Ġimgħa 7 u t-Tlieta 11 ta’ Mejju fl-akbar edizzjoni minn mindu beda jittella’. Il-festival din is-sena se jkun qed isir madwar il-Belt, minn Bieb il-Belt sa Pjazza San Ġorġ, fejn se jkunu qed isiru l-attivitajiet ewlenin. L-infjorata ta’ din is-sena ġiet iddisinjata mill-artist lokali Zack Ritchie u turi fekruna kkulurita ispirata mit-tema tal-European Green Week ta’ din is-sena, ‘Zero Pollution’. Id-dettalji tħabbru nhar il-Ħamis waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-ġnien ta’ fuq il-bejt tal-Valletta Design Cluster li wkoll kien qed jinfetaħ uffiċjalment dakinhar. Il-ġnien hu parti ewlenija tal-proġett ta’ riġenerazzjoni urbana li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta wettqet fiż-żona tal-Baviera u ħoloq pulmun aħdar u spazju pubbliku ġdid f’din il-parti tal-kapitali. Il-ġnien jieħu vantaġġ min-natura baxxa tal-bini tal-Biċċerija l-Qadima li fuqu jinsab u jwettaq proċess twil ta’ trasformazzjoni urbana ċċentrat madwar il-ħtiġijiet tar-residenti u l-utenti futuri tal-Valletta Design Cluster. Id-disinn tal-ġnien innifsu oriġina minn relazzjoni ta’ ħafna snin li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, u qabilha l-Fondazzjoni Valletta 2018, kellhom mal-perit ibbażat fil-Ġappun Tetsuo Kondo, li fl-2018 kien ippremjat bħala l-Perit Żagħżugħ Ġap-

puniż tas-sena mill-Istitut Ġappuniż tal-Periti. Il-kunċett tal-Perit Kondo hu ċċentrat madwar l-idea ta’ santwarju aħdar jew oażi, li jipprovdi spazju għat-tiġdid kemm għan-natura kif ukoll għannies, f’kuntest urbanizzat ħafna, iżda storikament rikk. Fil-fatt, id-disinn tal-ġnien fih arbuxelli żgħar u siġar l-aktar ta’ oriġini lokali jew Mediterranja, vaska naturali żgħira, żoni żgħar fejn wieħed jista’ jpoġġi bilqiegħda, u numru ta’ spazji multifunzjonali li jistgħu jintużaw mill-istudenti għal workshops u sessjonijiet oħrajn ta’ gruppi. Waħda miż-żoni talġnien tinkludi padiljun żgħir tal-ħġieġ li jista’ jinfetaħ u li jippermetti li l-ispazju jintuża għal laqgħat. Dawn id-disinji twettqu minn Doric Studio. Il-ġnien hu kompletament aċċessibbli permezz ta’ lift li jgħaqqad l-ispazju mal-pjan terran u l-bitħa ċentrali tal-Valletta Design Cluster u se jkun miftuħ għall-pubbliku kuljum bejn it-8:00 a.m. u s-6:00 p.m. Sadanittant, dawk kollha li se jkunu qed jidħlu l-Belt minn għada se jintlaqgħu minn ġnien temporanju ispirat mill-ġonna formali tal-passat fi Pjazza Ħelsien, quddiem il-Parlament. Fuq disinn ta’ The Garland Company, din l-installazzjoni ta’ Bieb il-Belt għandha tqassim klassiku li jgħaqqad b’mod sabiħ mal-arkitettura eleganti tal-kapitali u jservi bħala stedina biex wieħed jirrifletti fuq l-importanza tat-tħaddir urban. Dan il-ġnien inbena bl-użu ta’ in-

jam użat, xhieda li l-materjali abbandunati jistgħu wkoll jiġu rriċiklati u jingħataw ħajja u skop ġdid. Siġar indiġeni, fosthom tal-prinjol, riħan u rand, se jżejnu Pjazza De Valette. Se jkun hemm ukoll siġar taċ-ċipress tul Triq ir-Repubblika, Pjazza Repubblika u Pjazza San Ġorġ u siġar tal-lumi u l-larinġ fi Pjazza l-Assedju l-Kbir. Il-festival qed jittella’ b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u l-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli waqt li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi se tkun qed tirriproduċi doqqajs (kaxxa tan-naħal) magħmula bi struttura b’injam tal-baħar fi Pjazza San Ġorġ. L-għan tal-installazzjoni hu li tenfasizza l-importanza tal-pollinazzjoni għall-bijodiversità u kif it-tniġġis jaffettwa dan ilproċess. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tkun preżenti wkoll fi Pjazza San Ġorġ bi trakk tal-ilma li jagħmel disponibbli ilma tax-xorb b’xejn. L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kite Festival, kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni Maltija għall-Benesseri tas-Soċjetà, iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, se ssir fit-8 ta’ Mejju fl-10:00 a.m. L-avveniment ta’ din is-sena se jsir fil-forma ta’ workshop online, bin-nies, b’mod partikolari t-tfal, jiġu mistiedna biex jipparteċipaw billi l-Kite Master Guo Hongli juri t-teknika kif tibni t-tajra perfetta.


15

02.05.2021

KNISJA U MAFJA L-ISTORJA TA’ DON PUGLISI, LIVATINO U OĦRAJN LI SFIDAW LILL-MAFJA ktieb ġdid ta’ ROBERT ALOISIO fl-okkażjoni tal-Beatifikazzjoni tal-Imħallef Rosario Livatino fid-9 ta’ Mejju 2021 sayitpublications, 2021 Meta nhar il-11 ta’ April 2006, il-pulizija Taljana qabdet lil Bernardo Provenzano, wara 43 sena maħrub, kulħadd baqa’ mistagħġeb kif dan il-kap assolut u vjolenti ta’ Cosa Nostra, il-Mafja ta’ Sqallija u waħda mill-ikbar mafji tad-dinja, kien qed jistaħba ġo post fqir, jgħix ħajja mill-aktar sempliċi. Imma kien hemm dettall ieħor li forsi ġie ttraskurat minn ħafna imma li lill-awtur Robert Aloisio laqtu iżjed. F’dak il-post fqir kien qed jgħix bniedem reliġjożissimu, mimli santi u statwi sagri, mimli simboli tal-fidi Kattolika u strumenti ta’ talb. “Meta sirt naf b’dil-ħaġa ħsibt li dan kien biss dettall relatat ma’ Provenzano, każ iżolat,” jikteb Aloisio, “iżda jiena u nfittex, skoprejt li kważi l-mafjużi kollha huma reliġjużi jew “nies tal-Knisja”. Il-ħażen jagħmluh bi skop tajjeb, jgħidu huma. Imma kif Aloisio jipprova juri f’dan il-ktieb ġdid tiegħu, Mafja u Vanġelu mhuma b’ebda mod kompatibbli, minkejja li għal ħafna żmien, ħafna, anki fil-Knisja, ħasbu li dawn iż-żewġ realtajiet setgħu jgħixu flimkien u ma kienu jaraw ebda kontradizzjoni f’dan kollu. Fit-tieni kapitlu, l-awtur jittratta numru ta’ saċerdoti Sqallin, minsijin mill-istorja, li fil-bidu tas-seklu 20 fehmu din il-kontradizzjoni enormi u ħaduha kontra l-fenomenu mafjuż u minħabba f’hekk kellhom iħallsu l-ogħla prezz. Iżda kellu jgħaddi litteralment seklu biex tasal l-ewwel żvolta kbira fil-Knisja. Il-Kardinal ta’ Palermo, Salvatore Pappalardo fl-1982, fil-funeral tal-Ġeneral dalla Chiesa, għamel diskors qawwi li fih akkuża pubblikament lill-Istat li kien qed iparla ħafna dwar Mafja u fir-realtà ma jagħmel xejn. Ir-risposta tal-Mafja ma damitx ma waslet għax, kif nirrakkonta fir-raba’ kapitlu, meta Pappalardo mar iqaddes fil-kappella tal-ħabs ma tfaċċa ħadd mill-priġunieri. Imbagħad wara 10 snin oħra ta’ silenzji u ilħna jgħajtu fid-deżert, wasal dak id-9 ta’ Mejju tal-1993, meta f’Agrigento, ħafna minna l-Maltin niftakru lill-Papa Ġwan-

ni Pawlu II jgħajjat mal-mafjużi: “Dawn li għandhom fuq il-kuxjenza tagħhom tant vittmi umani, iridu jifhmu li ma jistgħux joqtlu nies innoċenti! Ma jistax il-bniedem, hu min hu, ebda assoċjazzjoni umana, Mafja, ma tista’ tibdel jekk tikkalpesta dan id-dritt santissimu ta’ Alla! Dan il-poplu tant marbut mal-ħajja... ma jistax jgħix dejjem taħt il-pressjoni taċ-ċiviltà talmewt... F’isem dan Kristu... ngħidha lil min hu responsabbli: ikkonvertu! Xi darba jasal il-ġudizzju ta’ Alla!” Dakinhar kien hemm 100,000 ruħ miġbura biex ifakkru lil Falcone u ’l Borsellino, u l-Papa kien għadu kif iltaqa’ għal ftit ħin mal-ġenituri tal-Imħallef Rosario Livatino, li nqatel mill-Mafja f’Settembru 1990, u li fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni tiegħu qed nippubblika dan il-ktieb. Mhux li l-mafjużi tant beżgħu mill-kundanna tal-Papa – għalkemm lil xi wħud qabbdithom it-triq tal-konverżjoni, imma fuq kollox ħafna saċerdoti u lajċi għamlu tagħhom dak il-kliem u sarrfuh f’azzjoni pastorali. Għaddew biss erba’ xhur minn dik il-kundanna, u fil-15 ta’ Settembru 1993, il-Mafja assassinat lil Padre Pino Puglisi, qassis twajjeb, imma deċiż bis-saħħa li ma jħallix iż-żona ta’ Brancaccio f’Palermo taħt il-kontroll tal-poter politiku-mafjuż u fi ftit żmien irnexxielu jiġbed lit-tfal u liż-żgħażagħ lejn il-Knisja u jqabbadhom triq differenti. Fit-tmien kapitlu, l-awtur jagħti profil estensiv ta’ dan is-saċerdot kuraġġuż, u fl-appendiċi għandu żewġ intervisti interessanti li għamel ma’ żewġ persuni li ħadmu fil-qrib ma’ Don Puglisi, Swor Carolina u Pino Martinez. Is-sena ta’ wara kien imiss saċerdot ieħor, il-Kappillan ta’ Casal di Principe, Giuseppe Diana, li wara li l-Mafja qatlitu, bdiet kampanja ta’ tfigħ ta’ tajn kontra tiegħu, li skont strateġija tipikament mafjuża, tipprova mhux biss toqtol il-persuna imma wkoll l-ideat tagħha. Dwar dawn il-personaġġi kollha, issa tistgħu taqraw iżjed dwarhom f’dan il-ktieb ġdid tiegħu. Il-qligħ kollu mill-ktieb se jmur għall-Caritas Parish Djakonija Network. Nhar il-Ġimgħa li ġej, 7 ta’ Mejju, fl-4.30 p.m. se ssir tnedija virtwali tal-ktieb. Min hu interessat jidħol għaliha jibgħat email lill-awtur.


16

02.05.2021

IR-REKLAMAR F’SOĊJETÀ DIĠITALI

ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew

Din il-ġimgħa kelli l-opportunità nieħu sehem f’għadd ta’ laqgħat ma’ partijiet interessati fil-qasam diġitali fejn tkellimna fuq bosta elementi tal-iżvilupp li qed tgħaddi minnu l-industrija llum il-ġurnata. Ir-realtà tan-negozji llum hija ferm differenti minn dik li kienu jesperjenzaw fil-fatt, minħabba li llum il-mudell tan-negozju modern huwa aktar iffukat biex jaqdi l-bżonnijiet tal-klijenti permezz ta’ servizzi diġitali. Din hija realtà li qed iġġib magħha sfidi ġodda mhux l-anqas minħabba

li l-qafas regolatorju li għandu jipproteġi kemm lill-konsumaturi kif ukoll lin-negozji għadu fi stadju infantili, u għaldaqstant għad baqa’ ħafna addattament xi jsir. F’laqgħa mtella’ miċ-Ċentru għall-Istudju tal-Innovazzjoni Finanzjarja, iddiskutejna l-kwistjoni tar-reklamar, fejn huwa stmat li sa tliet snin oħra, l-ispiża marbuta ma’ reklamar diġitali ser tkun qed tammonta għal żewġ terzi tannefqa globali ta’ reklamar. Din il-qalba lejn reklamar diġitali qed toħloq bidla reali kemm għan-negozji li jirreklamaw kif ukoll għal dawk li jipprovdu l-ispazju għar-reklamar. Naturalment l-iskop tar-reklamar huwa li jintlaħqu numri kbar ta’ konsumaturi, u għalhekk minħabba li ħafna nies illum għandhom preżenza qawwija fuq l-internet, din it-tranżizzjoni ġiet naturali. Ir-reklamar diġitali bbażat fuq it-tfassil ta’ profili sar popolari ferm u madwar dan il-kunċett inħolqot industrija kbira ta’ teknoloġija tar-reklamar li tiddependi mill-ġbir u l-iskam-

bjar ta’ informazzjoni personali dwar in-nies. B’riżultat ta’ dan, l-ispazju tar-reklamar diġitali huwa ddominat minn kumpaniji kbar tat-teknoloġija bħal Google u Facebook li l-iskop tagħhom huwa li jiġbru u jbigħu din id-data. B’riżultat t’hekk, l-industrija llum saret mibnija fuq ħela kbira ta’ flus li tmur għall-finanzjament ta’ kumpaniji tat-teknoloġija biljunarji, minflok għal nefqa fuq ġurnaliżmu online ta’ kwalità fl-Ewropa. Il-firxa aktar wiesgħa ta’ għodod diġitali li nħolqu wasslet ukoll biex bidlet in-natura tar-reklamar li nesperjenzaw online. Qabel konna naraw reklamar f’kuntest ta’ informazzjoni li konna qed infittxu online, tip ta’ reklamar li mhux personali u li għaldaqstant ma jirrikjedix li tinġabar informazzjoni personali. Però llum qegħdin nesperjenzaw reklamar li huwa mmirat għalina b’mod personali, bil-maġġoranza tal-kontenut li jkun qed jiġi rreklamat fuq applikazzjonijiet fuq l-ismartphones tagħna u għadd ta’ siti tal-aħbarijiet

onlajn, pjattaformi tal-vidjos jew midja soċjali huma ferm personalizzati. Din hija prattika ta’ kummerċjalizzazzjoni online użata biex jiġu mmirati individwi skont data li tkun inġabret dwar l-imġiba tagħhom online, li tista’ tinkludi informazzjoni dwar siti li l-persuna tkun żaret online, tfittxijiet fuq search engines, tfittxijiet fuq prodotti, informazzjoni relatata mal-istorja tal-post li persuna tinsab fih u saħansitra xirjiet li seħħew fil-ħwienet b’mod fiżiku. In-narrattiva, li ta’ spiss tintuża biex tiġġustifika l-ġbir ta’ din id-data personali kollha, hija li tgħin biex ir-reklamar ikun aktar relevanti u ta’ użu għall-utenti tal-internet. Madankollu, dan il-ġbir t’ammont kbir ta’ data jġib miegħu riskji u ħsara sinifikanti, kemm għall-individwi kif ukoll għas-soċjetajiet tagħna; rajna riċentement anke kif din l-informazzjoni tgħin biex ikun hemm reklamar politiku mmirat biex iżid ir-radikalizzazzjoni. In-nuqqas ta’ kontabbiltà tal-industrija tar-reklamar online u l-poter sproporzjonat

li għandhom uħud mill-akbar kumpaniji teknoloġiċi fid-dinja fi ħdan din l-industrija huma fil-qalba tal-kwistjonijiet ta’ politika tat-teknoloġija l-aktar urġenti llum. B’mod partikolari fuq livell Ewropew qed naħdem bis-sħiħ flimkien ma’ kollegi fil-Parlament Ewropew favur qafas regolatorju aktar modern u li jaqdi l-bżonnijiet tar-realtajiet ġodda li ġabet magħha din id-diġitalizzazzjoni, ħalli fl-aħħar mill-aħħar jintlaħaq bilanċ san bejn il-kummerċ u d-drittijiet tal-privatezza u s-sigurtà tal-konsumaturi online. Il-mandat li tana l-poplu biex nirrappreżentawh fil-Parlament Ewropew nużawh biex nagħmlu l-ġid, fl-aħjar interess taċ-ċittadini u n-negozji tagħna u mhux insarrfuh f’ħidma kontra pajjiżna u niesna biex nippruvaw nilħqu xi skop politiku partiġjan, kif komplejna naraw lill-MPEs Nazzjonalisti jagħmlu din il-ġimgħa fil-Plenarja permezz ta’ reżoluzzjoni oħra moqżieża li mexxew kontra pajjiżna. Il-poplu ma jinsiex. Meta jasal il-waqt il-kontijiet jerġgħu jitħallsu.

STEJJER ĠODDA. XEJN ĠDID

ALEX MUSCAT Segretarju Parlamentari

Matul din il-ġimgħa segwejna stejjer li ilna ħafna nisimgħu. Xejn ġdid. Aħbarijiet riċiklati u attakki sfondati rigward dak li kien imsejjaħ l-IIP, il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment preċedenti, u li issa ġie riformat għal sett ta’ regoli ġodda ta’ residenza b’investiment, fost l-aqwa inizjattiva fis-settur tal-migrazzjoni b’investiment mill-pajjiżi membri stati fl-Unjoni Ewropea. X’qed jattakkaw? Ir-rabta ġenwina ma’ pajjiżna ta’ dawk li jagħżlu jinvestu f’Malta. Imma min-naħa l-oħra mbagħad ma jridux li dawn innies jitħalltu mal-komunità, li jmorru fir-ristoranti u ħwienet kummerċjali u jonfqu l-flus.

Iridu jiddeċiedu. Iriduh hawn lil min jinvesti, jgħix fostna, jew ma jriduhx jiekol pastizz għand is-Serkin, l-iktar espressjoni sempliċi tal-kultura Maltija? Ritratti ta’ passaporti ħdejn pastizzi biex nirredikolaw inizjattivi studjati mill-ogħla esperti tal-pajjiż ma jagħmlux ġieħ. Kif tasal tattakka programm hekk meta dawn il-flus qed imorru f’investiment dirett fil-komunità tagħna? Iż-żuffjett inissillek tbissima. Imma trid tieħu kollox fl-ambitu li hu. Il-fatt hu li ċ-ċittadinanza b’investiment iġġenerat medja ta’ aktar minn €200 miljun fis-sena. B’kollox, dan il-programm iġġenera ’l fuq minn biljun u nofs f’attività ekonomika sal-preżent. Kważi €350 miljun mill-IIP marru fil-Fond Konsolidat tal-Gvern, fond li minnu l-Gvern juża għall-infiq fuq diversi proġetti kapitali fost oħrajn l-infrastruttura tagħna. X’qed jattakkaw? Preżenza fiżika? Qed ngħixu fl-2021. Ma nistgħux nikkompromettu l-libertà tal-moviment tal-applikanti, li hu wieħed mill-prinċipji fundamentali li hi mibnija fuqu anke l-Unjoni Ewropea u dawn innies li jridu jinvestu f’inizjattivi ta’ residenza f’Malta. Sempliċement, għax huwa dritt funda-

mentali tal-bniedem. U għalkemm mhumiex obbligati li jkunu kontinwament f’Malta, dawn l-applikanti jridu jkunu preżenti matul il-proċess ta’ applikazzjoni u strettament jgħaddu minn due diligence mill-aktar rigoruż u qawwi. U dak il-Malti li għandu antenati twieldu hawn, qatt ma rifes hawn, imma xorta nagħmluh Malti, dak għaliex ħadd ma jistaqsi dwaru? Għax l-argument ma jagħmilx sens u fuq kollox ma jreġix! X’qed jattakkaw? L-għajnuna lin-negozji li għadu kemm ħabbar il-Prim Ministru ftit tal-jiem ilu. Għaliex? Għax fl-2020 biss, inizjattivi ta’ identità, residenza u ċittadinanza ħallew aktar minn €115-il miljun fil-Fond Konsolidat talGvern. U dawn il-flus qed isostnu l-miżuri kollha matul il-pandemija. Qed jattakkaw ir-residenza ta’ dawn l-investituri. Bla ma jsemmu li Komunità Malta, l-aġenzija li tamministra dan il-programm, twettaq kontrolli kontinwi fuq il-post u titlob valutazzjoni tal-periti fuq il-proprjetajiet kollha li jiġu mikrija. Qed jippruvaw inisslu l-biża’. Ideffsu dubji fl-imħuħ. Idaħħlu inċertezzi. U fuq kollox għal-lie-

ma skop? Dan jafuh huma. Li naf hu li l-Kummissjoni Ewropea għamlet ħafna pressjoni fuqna sabiex inwaqqfu l-inizjattivi tagħna. Pajjiżi oħra mhux neċessarjament interessati fis-suċċess tagħna. Waqafna għal dik il-pressjoni. Għax legalment, nafu li aħna għandna raġun. L-inizjattivi tagħna huma perfettament legali. Pjanati. Kull sena fl-Unjoni Ewropea, jingħataw 600,000 ċittadinanza. Inqas minn 300 huma ċittadinanza b’investiment f’Malta madwar 0.05%. Din hija biss qatra f’oċean. Illum kollha naqblu li pajjiżna huwa pajjiż aħjar b’dawn l-inizjattivi. Li tara €605 miljun mill-IIP marru fin-National Development and Social Fund (NDSF), fond li jinvesti fi proġetti ambjentali, edukattivi u ta’ saħħa fost oħrajn. Minn dan l-investiment, €5.4 miljun marru f’donazzjonijiet lil għaqdiet volontarji u filantropiċi. Fost l-għaqdiet li bbenefikaw minn din l-għajnuna hemm Puttinu Cares, il-Malta Community Chest Fund, Heritage Malta, Inspire, Caritas Malta, u d-Dar tal-Providenza, għaqdiet li jagħtu kontribut siewi fil-komunità tagħna. Għaliex iva, dawn il-flus qed imorru f’investiment dirett

fil-komunità tagħna u fil-ħajjiet tal-Maltin u l-Għawdxin kollha! Stħarriġ wara ieħor ikompli jindika b’mod mill-aktar ċar li llum il-maġġoranza tal-poplu mhux biss taqbel mal-inizjattivi ta’ investiment dirett barrani imma tridhom jibqgħu bissaħħa. In-nies jaqblu għax jifhmu l-ġid li qed jissarraf. Jaqblu għax qed jaraw verament id-differenza li qed iħalli fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom. Jaqblu għax qed jaraw kemm pajjiżna baqa’ jsostni lilu nnifsu anke fi żminijiet tant iebsa li affaċċjajna… li ġabu lid-dinja għarkupptejha ekonomikament. Jaqblu għax minkejja d-diversi forom ta’ għajnuniet li diġà tajna lill-familji u n-negozji tagħna… għadna nibqgħu nfasslu pakketti ta’ finanzjament sabiex nibqgħu nkunu ta’ spalla mal-Maltin u l-Għawdxin. Dan hu dak li qed nagħmlu b’ħidmietna. Il-frott tad-deċiżjonijiet siewja li ħadna. Dik li titlob ħidma bil-għaqal, ta’ Gvern bil-għaqal. Li nibqgħu ta’ spalla għall-poplu tagħna. Li nsaħħu lill-ħaddiema tagħna. B’wiċċi minn quddiem kommess, li se nkomplu naħdmu biex inġibu lejn Malta u Għawdex investiment ġenwin, sabiex inkomplu ninvestu fil-komunità.


17

02.05.2021

GVERN LABURISTA – TWETTIQ B’KONVINZJONI

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Inħares lura lejn il-ġimagħtejn li għaddew qabel l-aħħar artiklu li ktibt u nirrealizza li l-Oppożizzjoni jgħaddi kemm jgħaddi żmien tibqa teżerċita politika ta’ negattvità, konfrontattiva u jogħxew jagħmlu l-ħsara lil pajjiżhom stess ġaladarba mhumiex huma fil-gvern. Aktar minn hekk kull ġimgħa l-Kap tal-Oppożizzjoni jgħaġġibna b’xi waħda ġdida. Bernard Grech konvint li fl-aħħar sondaġġi politiċi ż-żgħażagħ juru fiduċja akbar fil-PL milli fil-PN għax ftit qabel ma ħareġ ir-riżultat tas-sondaġġ il-Gvern Laburista ħabbar il-White Paper dwar ir-riforma fuq il-liġi li tirregolarizza l-użu tal-kannabis. Tad-daħk, tal-biki, ma nafx. Bħal dak li qallu li ż-żgħażagħ jinteressahom biss fil-kannabis jew li jibbażaw il-vot tagħhom fuq l-użu tal-kannabis jew aktar minn hekk l-użu tal-kannabis jikkonċerna biss liż-żgħażagħ. Dan huwa insult għall-intelliġenza taż-żgħażagħ. X’fidi żgħira għandu l-Kap tal-Oppożizzjoni fiż-żgħażagħ. Lil Bernard Grech ngħidulu li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jagħżlu lill-PL għax kien dan il-partit fil-gvern li jżidilhom l-istipendju kull sena. Iħossuhom qrib il-PL għax kien Gvern Laburista li ta l-garanzija liż-żgħażagħ għax-xogħol, it-tagħlim jew it-taħriġ, dik il-garanzija li l-PN laqqmuha l-garanzija tal-washing machines. Gvern Laburista neħħa t-taxxa tal-boll fuq il-1st time buyers, jagħti childcare b’xejn, aktar drittijiet ċivili, dritt tal-vot minn 16-il sena. Dawn huma tassew ftit mill-inizjattivi favur iż-żgħażagħ li wettaq Gvern Laburista. Kull inizjattiva tfisser fiduċja fiż-żgħażagħ għax il-ġenerazzjoni żagħżugħa għall-PL hija l-pulmun talpreżent u mhux xi clichè għar-ritratti u l-billboards. Din il-ġimgħa wkoll l-Oppożizzjoni azzardaw jikkritikaw is-servizz tal-IVF. Qalulna li dan is-servizz mhux tassew jingħata b’xejn u li jekk ikunu fil-gvern ser jagħtu l-mediċini għat-trattament talIVF b’xejn. Iridu jinsinwaw li l-IVF f ’Malta huwa servizz għal min għandu l-flus biss u koppji jsiefru barra biex jiffrankaw il-flus. Dan mhu minnu xejn. Huwa fatt magħruf li xi koppji li għandhom kundizzjoni ta’ infertilità jsiefru barra għaliex it-trattament tal-IVF li jingħata f ’pajjiżna mhux wiesa’ biżżejjed li jaqdi l-bżonnijiet tal-kundizzjoni li jkollhom il-koppja partikolari. Il-PN huwa tassew vili li

jippreżenta ruħu u jitkellem fuq suġġett tant sensittiv u jipprova jagħmel ballun politiku minnu meta kienu huma li fil-gvern ramaw ward sħiħa għall-IVF u biex ma tniggiżhomx il-kuxjenza u l-fibra morali kienu kuntenti li ma tintużax u l-apparat kollu skada u ħallew il-qlub muġugħa f ’dulur sieket jistennew sa ma Gvern Laburista ppreżenta quddiem l-Parlament il-liġi dwar l-IVF u kif mhu ħa jinsa ħadd, il-PN kellhom l-ardir jivvutaw kontra. U issa bla mistħija u b’wiċċ infurrat ta’ fariżej li huma jridu jilagħbuha tal-paladini fuq is-suġġett. Istħu jekk tafu, sinjuri tal-Oppożizzjoni. Hekk tridu tirbħu l-gvern għall-inkonvenjenza politika turu wiċċ b’ieħor, tingannaw u tilagħbu bis-sentimenti tal-vulnerabbli? Ma tinbidlu qatt. Huwa l-PL li kien, għadu u se jibqa’ t-tarka ta’ kull Malti u Għawdxi. IlPL kien, għadu u jibqa’ jkun l-appoġġ għall-ħaddiem u għan-negozji. Minħabba l-pandemija l-Gvern nieda pakkett finanzjarju u ta’ għajununa wieħed wara l-ieħor biex in-negozji jibqgħu għaddejja u jżommu l-ħaddiema. Għandna rollout tal-vaċċin li huwa l-aqwa fl-Unjoni Ewropea u fost l-aqwa fid-dinja, pjan ta’ rkupru ekonomiku serju partikolarment fis-settur turistiku. Kulħadd laqa’ l-aħħar pakkett t’għajnuna mniedi din il-ġimgħa ta’ €20 miljun. Ovvjament lill-PN m’għoġbux. Qalulna li hu ‘farka’. Titbissmu hux meta fi kriżi finanzjarja li esperjenzajna fi żmienhom u li kienet nemla fejn l-pandemija tal-lum imlewna b’miżuri t’awsterità. Għollewlna l-kontijiet tad-dawl, għollewlna l-fuel u iva bilħaqq tawna ħames bozoz. Gvern Laburista f ’pandemija globali li ġabet id-dinja għarkupptejha, ma jħalli lil ħadd waħdu u minkejja d-diffikultajiet jibqa’ għaddej u jserraħ ras kullħadd li se jibqa’ jgħix bid-dinjità bħalma ngħidu għar-riforma tal-kirjiet ta’ qabel il-95, pjan ċar imnebbaħ mill-prinċipji tal-ġustizzja soċjali. U għalhekk dan il-partit bi kburija jiċċelebra l-jum speċjali ta’ Jum l-Ħaddiem. Issa li n-negozji qed jerġgħu jiftħu bħala amministrazzjoni tal-partit żorna l-komunità tan-negozji fil-Mosta, Raħal Ġdid u Tas-Sliema. Stajna nħossu l-ottimiżmu, l-entużjażmu u l-pożittività. Il-ħaddiema fil-ħwienet u s-sidien esprimenw sodisfazzjoni fir-reazzjoni tal-konsumatur hekk kif fl-ewwel jiem tal-ftuħ mill-ġdid esperjenzaw bejgħ inkoraġġanti. Qalulna wkoll li meta kienu magħluqa xorta marru tajjeb ukoll bil-bejgħ online. Dan kollu grazzi għall-għajnuna kbira talGvern sabiex in-negozji setgħu jibqgħu għaddejja u jżommu l-ħaddiema. L-uniċi suġġerimenti li ħarġu minn fomm l-Oppożizzjoni kienu li mmorru f ’lockdown imma fl-istess ħin jistaqsu sabiex jitqassmu l-vouchers f ’Jannar li għadda. Dan il-Gvern immexxi minn Robert Abela, ifisser xogħol, b’integrità, b’konvinzjoni, b’onestà u bi twettiq. U dan kollu sabiex tkompli tittejjeb il-kwalità talħajja tan-nies. Mhux ta’ b’xejn sondaġġ wara sondaġġ mill-Eurostat dejjem jikkonkludi li l-Poplu Malti u Għawdxi huwa l-aktar poplu fl-UE li hu ottimist.

Ħa ngħidlek jien, għax meta nisma’ ċerti ħniżrijiet, emminni l-istonku jibda jitqalla aktar minn meta niekol platt ful bit-tewm. Għax la tħobbu marti, ikolli nieklu bilfors, m’hemmx x’tagħmel. Għax hekk tgħidli: “Jien inħobbu u se nsajru, jekk ma tridx mur oqgħod!” U dawn isajru qegħdin ta. Borma sħiħa ta’ mibegħda kontra pajjiżna. Għax pajjiżhom żgur li mhuwiex. Mhux billi qabel l-elezzjoni li għaddiet kollha kemm huma ħalfu li dak li jagħmlu fil-Parlament Ewropew, jagħmluħ għall-ġid ta’ Malta. Iva, dażgur! Qalbhom perżuta għandhom għal Malta. U mhux issa biss ta! Infakkruhom Sur Editur, li kull nomina li kien hemm għal xi post fl-Unjoni Ewropea, dejjem ħadmu kontriha, dan kollu għax dak li jkun nominat ikun ġej mill-kamp Laburista. Puuu għal wiċċhom! Imbagħad din tal-aħħar. Emminni li kif smajt l-aħbarijiet, belgħa te valenu niżlet. Nixtieq naf x’wiċċ għandhom jidhru quddiem il-Maltin meta l-ħin kollu bil-manuvri kontra Malta! U bil-barka tas-Segretarju tal-Partit tal-Ewopej, ‘kk ma tridx, Sajmin. Ma jinbidlux, Sur Editur! Hekk dejjem nafhom jien. Ħsara kontra pajjiżhom biss jafu dawn. Ara wiċċhom u biċċa ċikkulata mdewba xorta ta! Għaddej dan il-ġid kollu fil-pajjiż, minkejja l-problemi kollha li kellna bil-Kovit u bqajna għaddejjin. U mhux biss. Għax jien din li ma nifhimx, Sur Editur. Mela jkollok il-kbarat u għaqdiet jew x’inhuma, barranin li jfaħħru lil Malta ta’ kemm sar xogħol bir-riformi fil-ġustizzja u x’jgħidulha ... s-Saltna tad-Dritt u x’naf jien, imbagħad jiġu dawn iż-żewġ pespusiet mal-għaref t’Alla u joħolqu riżoluzzjoni kontra Malta. Partiġjani dak li huma. Taf x’ma nifhimx ukoll, Sur Editur? Kif dawk li hemm fil-Parlament Ewropew huma kollha mazzuni u jibilgħu dak kollu li jgħidulhom. Mela ma jarawhomx l-affarijiet kif inhuma eżatt dawn, qabel ma jgħollu subgħajhom, jew x’jagħmlu, u jivvutaw kontra Malta? Ħallini ara, għax kieku jien naf x’suba’ nurihom! Isma’ ma mmorrux ħafna ’l bogħod ta. Kemm kien, sentejn ilu? Meta dawn l-istess nies ivvutaw kontra s-sistema ta’ tassazzjoni f’pajjiżna? U b’dan il-vot heddew l-impjiegi ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin? U minn fuq kien ħareġ ir-rigal tal-Univers għal Malta Jason Azzopardi u kien qal li huwa kburi b’Metsola, Casa u Zammit Dimech, li vvutaw kontra Malta? Ċisss, kemm qegħdin tajjeb ukoll! U meta ftit tas-snin ilu Metsola vvutat biex ma tintbagħatx delegazzjoni fl-Ungerija biex tkun tista’ tinvestiga s-sitwazzjoni tas-saltna tad-dritt. Imma mbagħad tinjora dak kollu li qed isir f’Malta u tkun waħda minn dawk li tressaq mozzjoni kontra s-saltna tad-dritt f’Malta! Aħjar nifga f’li qed niekol milli nikteb dak li nixtieq nikteb, Sur Editur. Ilna għaddejjin minn din l-istorja minn meta l-partit tagħna beda jdaħħal naqra sens u naqra ġieħ f’pajjiżna. Dawk li huma tampari u akbar fl-età, jafu x’qed ngħid. Ma jifilħux jaraw lill-partit tagħna fil-Gvern. Għax ‘qq l-ożbreċ jaħsbu li tagħhom Kastilja biss. Għax ma jmorrux isaqqu l-ħass, jekk għadu jikber, tal-Marsa, x’kull waħda! Jien niftakru lil Peter Darmanin jirremetti l-ħdura kontra Malta. Fit-tmeninijiet kien, issa nsejt l-annu. Kienu ppubblikaw ktieb Is Malta Burning u qassmuh madwar id-dinja. Dan kollu għax kien hemm il-partit tagħna fil-Gvern u ma setgħux iniżżluha li kien qed isir il-ġid mal-Maltin u l-Għawdxin. Dejjem hekk dawn, Sur Editur. Ma jinbidlux dawn. Dejjem ngħidha, majjal taqtagħlu denbu, xorta qanna majjal jibqa’. Imbagħad jiġi Bernie l-Grieg u jgħidlek li l-PeNe se jwettaq politika fejjieda. U ħallina! Qrajtha xi mkien din, kellu xi intervista fuq xi ġurnal xi Ħadd minnhom. Għax jien kollha nixtrihom il-gazzetti, nhar ta’ Ħadd, avolja nispiċċa b’qalbi tferfer. Imma, kulħadd għandu xi passatemp hux. Min iġemma’ l-ħdura u min ieħor. Għad-dieħla …


18

02.05.2021

ĦIDMET IL-KURSARI BARRANIN FOSTNA Il-flotta tal-kursari f’Malta minn dejjem kienet meħtieġa. Hi kienet toffri siġurtà supplimentari lill-Ordni, għax fi żmien qasir ta’ ftit sigħat kienet tarma lilha nnifisha sew biex twettaq servizz mistħoqq għad-difiża, skont il-ġurament li tkun ħadet biex taħdem f’pajjiżna. Apparti dan kollu, il-kors kien jista’ jitqies bħala forċina għall-Ordni ta’ San Ġwann, għax kien jipprovdi t-taħriġ kemm għall-Kavallieri, għas-suldati u l-baħrin. U dan kienu jixhduh ukoll il-qawwiet barranin ta’ dak iż-żmien. Kien minħabba dan kollu li l-kursari Maltin kienu jitqiesu bħala kongregazzjoni paramilitari, li fuqha seta’ jiddependi l-Ordni meta jinqala’ l-bżonn. Dan it-tagħrif ksibtu minn LIAM GAUCI, Kuratur tal-Mużew Marittimu, fil-Birgu. Minn CHARLES B. SPITERI Liam, kif nistgħu naslu għal dawn il-konklużjonijiet? Naslu għalihom għax insibu xhieda miktuba. Pereżempju minn ittra mibgħuta Londra u indirizzata lil Lord Grenville (1759-1834), li kien is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Ingliż, naqraw dak li nkiteb fis-snin 1790. Kienet ittra anonima li ħeġġet l-idea li l-Ingilterra taħtaf lil Malta għall-interessi tagħha. L-ittra tagħti tagħrif tat-taqsimiet u tan-nies li l-Ordni seta’ jsejjaħ għad-difiża ta’ Malta. Silta minnha taqra: “…hemm tlieta jew erba’ linji ta’ bastimenti tal-gwerra, frejgata qalila, erba’ galeri, li għandhom ekwipaġġ ta’ 700 persuna, l-oħrajn 500 kif ukoll bosta xambekki u galjotti (li huma tal-kursari) u li fuqhom ġeneralment iġorru 200 persuna…” Skont l-intelliġenza Brittanika dawn kienu l-irġiel li kienu lesti jiddefendu lil Malta. Apparti mill-persuni uffiċjali li jwieġbu direttament għall-ordnijiet tal-Gran Mastru, il-Konslu żied fil-lista, lill-kursari li jwettqu ħidmiethom minn Malta. Qal li ma jistgħux ikunu ċerti mill-għajnuna li jistgħu jagħtu l-kursari lejn id-difiża tal-gżira, f’każ li tinqala’ l-ħtieġa, iżda kien ikun jaqbel jekk wieħed iżomm f’moħħu din l-ipotesi. Xi kwalità ta’ kursari nistgħu ngħidu li kellna f’pajjiżna? Kellna kull kwalità. Pereżempju fid-demografija tal-ekwipaġġ insibu: “(Jien) iben Biasio, mejjet, u Angelica, li għadha ħajja. Twelidt fil-Bajja tal-Kotor u għal dawn l-aħħar sentejn jien residenti fil-gżira ta’ Malta u se niżżewweġ lil Francesca Imbroll, Maltija. Għal dawn l-aħħar erba’ snin għamiltha ta’ kaptan, jew tenent tal-prima fuq diversi bastimenti tal-kursari. Għandi madwar 30 sena.” Din kienet stqarrija ta’ Stefano Raffaelli, kaptan tal-kursari. Meta dawn il-barranin

Bastimenti tal-Ordni f’pajjiżna

kienu jaslu Malta, fejn kienu jinġemgħu? Fis-seklu 18, konglomerazzjoni ta’ Maltin u barranin kienu jgħixu flimkien fuq din il-gżira, partikolarment fl-inħawi ta’ madwar il-Port il-Kbir. U nsibu dan miktub minn ċertu Patrick Brydone: “Appena nżilna x-xatt (filPort il-Kbir), sibna rwieħna f’dinja totalment ġdida. It-toroq miżgħuda b’persuni lebsin sew, li lkoll għandhom id-dehra ta’ nies fiżikament b’saħħithom u sinjuri; waqt li f’Sirakuża qajla kont tara kreatura; u anki dawk il-ftit li rajna kellhom dehra ta’ nies morda u foqra.” Biex wieħed jifhem sew il-komunità li kien hawn tal-kursari, irid jiddiskuti t-tqassim ġeografiku tal-istess kursari bejn l-1760 u l-1798. Mid-39 lista tal-ekwipaġġi li studjajt, joħroġ tagħrif individwali fuq 1,966 baħri. Dawn ifissru l-ekwipaġġ tad-39 bastiment inkwistjoni u t-tqassim demografiku tagħhom. It-tagħrif inġabar flimkien, u ħoloq bażi ta’ informazzjoni enormi għal statisti-

ka mill-aqwa tal-kors Malti u jgħix fl-Isla, fl-ewwel kategorija l-kursari nfushom. kien meqjus bħala barrani, iżda mbagħad għad-demografija X’joħroġ ta’ interess minn dan lokali jitqies bħala baħri jgħix kollu? fl-Isla, għalkemm xorta waħda barrani. Meta tanalizza d-demografiji, F’eżempju ieħor, Giuseppe trid iżżomm żewġ kunsider- Romano min-Napli, li serazzjonijiet quddiem għajne- va fuq l-istess bastiment jk. Waħda hi n-nazzjonalità mal-Kaptan Domenico Nostro, tal-kursar u l-oħra l-post fejn għalkemm kien ħaddiem mijgħix. Għalhekk, l-informazz- grant min-Napli li ma jgħixx joni nqasmet skont din il-krit- f’Malta, jitniżżel bħala barrani, erja. Fl-ewwel taqsima, il- iżda għad-demografija Maltija baħrin kienu jibqgħu jitqiesu mhux ikkalkulat. li mhumiex Maltin jekk ikunu reġistrati bħala li ġejjin minn Allura l-aktar li kienu jinsabu belt jew pajjiż stranġier. U jekk l-kursari kien minn madwar baħri jkollu mniżżel fid-doku- il-Port il-Kbir? menti li hu barrani, iżda li qed jgħix f’Malta, hu xorta waħda Mal-ewwel daqqa t’għajn jidkien jibqa’ meqjus bħala stran- her li mhux hekk kien il-każ u jier. li lanqas l-attività ekonomika Imbagħad fit-tieni kategori- ma kienet iddur biss ma’ dak ja nsibu li fil-punt fejn issir il-post. riferenza għall-post ta’ resiGħall-kors ma kinux denza, jekk l-istess baħri jagħti imħaddmin biss irġiel minn l-prova li jkun jgħix fostna, al- madwar Malta kollha, iżda anki lura jitniżżel bħala li qed jgħix mill-gżira oħt: Għawdex. f’Malta. Mhix sorpriża li l-akbar numJiġifieri jekk il-Kaptan Do- ru ta’ ħaddiema fil-kors kienu menico Nostro hu reġistrat jkunu jgħixu fil-Belt Valletta, bħala li hu minn Messina iżda l-Isla, Bormla, il-Birgu u l-Furja-

na rispettivament. U lanqas hu ta’ min jiskanta li l-Belt Valletta kienet l-aktar belt b’rappreżentazzjoni ta’ baħrin fuq il-bastimenti tal-kursari. B’popolazzjoni ta’ madwar 20,000 abitant lejn tmiem is-seklu 18, hi ħaġa ovvja li ħafna baħrin kienu jgħixu fil-belt prinċipali ta’ Malta, Valletta. Madankollu, ta’ min isemmi li fl-istess żmien, l-Isla, b’popolazzjoni ta’ madwar 4,300 abitant, kellha rappreżentazzjoni tajba ħafna ta’ nies fl-istess xogħol. U wieħed kien jistenna li Bormla kellu jkollha wkoll l-istess importanza għal dawn il-ħaddiema, għax kellha d-doppju tal-popolazzjoni tal-Isla. Madankollu, minn Bormla kienu reġistrati biss 171 baħri. Kemm nistgħu ngħidu li kien qawwi sehem dawk il-baħrin li jgħixu f’Għawdex? Biżżejjed ngħidu li s-sitt l-aktar villaġġ rappreżentat, għalkemm mhux villaġġ fih innifsu, kien Għawdex. Hemm, lejn tmiem is-seklu 18, kien


19

02.05.2021

Taqtigħa bejn bastiment Malti u ieħor Tuneżin

Qbid ta’ bastiment tal-gwerra Tork qrib Malta

hemm popolazzjoni ta’ madwar 24,000 persuna. Għalkemm kellu catchment area ikbar mill-Furjana u Ħal Qormi, għadha ħaġa impressjonanti kif kien hemm daqstant baħrin minn Għawdex. Meta l-istess baħrin irreġistraw bħala ekwipaġġ, mhux kollha niżżu l-pajjiż fejn joqogħdu, u għalkemm tniżżlu bħala minn Għawdex, il-villaġġi baqgħu mhux speċifikati. Dan għamilha iktar diffiċli għall-istudju demografiku ta’ Għawdex. Iżda li hu interessanti għalina hu n-numru ta’ Għawdxin li kienu jgħixu Malta waqt li servew fil-flotta tal-kursari. Minn dawn kien hemm żgur 31 Għawdxi b’residenza permanenti f’Malta. Mill-istatistika miġbura liema nsibu li kienet il-belt Maltija li kellha l-aktar baħrin barranin jgħixu fiha?

ir-residenza tagħhom. Numru hekk qawwi ta’ barranin kellhom jagħmlu lill-Isla aktar kożmopolitana minn bliet oħra madwar il-port. U żgur li dan in-numru jistħoqq studju aktar fil-fond. Matul dan il-perjodu, Malta kienet gżira kożmopolitana – possibbilment waħda mill-aktar portijiet kożmopolitani fil-Mediterran. Bla dubju, il-kors hu meqjus bħala l-fattur prinċipali għall-multietniċità fil-portijiet. U minbarra l-baħrin li attwalment kienu jgħixu fuq il-gżira, kien hemm oħrajn li jaslu fuq bażi temporanja biex jaħdmu fuq il-bastimenti tal-kursari. Minn dawn, wieħed isib uħud li ġew millbogħod sew, bħal mill-Iżvezja, mid-Danimarka, mir-Russja, mill-Ingilterra u minn Kostantinopli. Għalkemm l-aktar li ġew barranin, kien mill-Mediterran. Ħafna ġew mill-Italja, Spanja, Franza, il-Greċja u l-Kosta Dalmata.

Bla dubju, din kienet l-Isla. Insibu li kien hemm 199 baħri Peress li aħna qrib sew barrani f’Malta li qalu li l-Is- tal-Italja, kellna numru sew la kienet il-belt fejn kellhom ta’ Taljani fostna?

Fil-fatt, l-akbar numru ta’ ħaddiema barranin imħaddma abbord il-bastimenti tal-kors kienu jkunu Taljani. Dawn kienu jaslu mill-istati kollha tal-peniżola Taljana iżda l-aktar li kien ikun hawn kien minn Ġenova – b’total ta’ 47 raġel. L-ibliet l-oħra importanti kienu Napli, Venezja u Ruma rispettivament. Sqallija wkoll kienet kontributur ewlenija għall-kors ta’ Malta, speċjalment mill-gżejjer ta’ Pantallerija, Lipari u Favignana. Madankollu, gżejjer oħrajn apparti dawk fin-naħa t’isfel, ukoll issupplixxew baħrin. Dawn ġew minn Elba u minn Sardinja. Sardinja biss tat 10 ħaddiema fil-kors lejn tmiem is-seklu 18. X’nistgħu ngħidu għall-kontribut ta’ Korsika? Dik il-gżira, li kienet għadha tifforma parti mill-Italja, ikkontribwixxiet ukoll bil-kbir għall-kors. Tul il-perjodu li qed nitkellmu fuqu kien hawn madwar 48 baħri minn dik il-gżira Mediterranja. U l-kontribuzzjoni ta’ Korsika lill-kors, m’għandhiex tkun sottovalutata. Dan peress li fl-istess seklu tat ħafna mill-kaptani kursari ta’ suċċess. Fost dawn insibu lill-Kaptan Giacomo Di Natale, lill-Kaptan Francesco Di Natale u lill-Kaptan Guglielmo Lorenzi. Eventwalment, Korsika saret id-dar ta’ bosta kaptani li kienu mkeċċija jew skappaw minn Malta wara ċ-ċediment tal-Gvern Repubblikan Franċiż fl-1800. Semmejna lill-Franċiżi. Kellhom sehem fil-kors Malti? Kemm Franza kif ukoll Spanja kkontribwixxew għad-diversità etnika tal-kors. Għalkemm ma kellhomx sehem qawwi, ma nistgħux inwarrbuhom

għal dak li hu studju kożmopolitan fil-port. Kien hawn Franċiżi minn Pariġi, minn Marsilja u minn Monaco abbord il-bastimenti Maltin. Kien hemm baħrin Spanjoli li kollha twieldu f’Majorca u Minorca. Mhix b’koinċidenza li t-tnejn huma gżejjer bi tradizzjoni qawwija ta’ nies talbaħar. Anki r-reġjuni Slavi kkontribwixxew b’mod sod għall-kulur multietniku talkors. Ħafna minn dawn ilbaħrin kienu jiddeskrivu lilhom infushom bħala ‘schiavone’, li tfisser ‘Slav’. Uħud qalu li twieldu f’Montenegro, waqt li oħrajn semmew li twieldu fil-Bajja tal-Kotor. Fir-realtà l-kors kien jiġbed lejh bosta nies mill-Mediterran u pajjiżi aktar ’il bogħod, iżda mill-kampjun li ħadt jien, żewġ terzi tal-baħrin kienu Maltin u t-terz l-ieħor biss kienu barranin. Dawn il-barranin kienu jiġu joqogħdu Malta? Ħafna minnhom iva. Mhux hekk biss talli spiċċaw iżżewġu xebbiet Maltin u bnew familja. Il-Kaptan Giuseppe Estaden minn Majorca żżewweġ hawn Malta u martu baqgħet f’din il-gżira wara li miet. Il-familja De Natale, Cardona, Preziosi u Mitrovich ilkoll stabbilixxew ruħhom fostna. U wieħed jista’ faċilment jgħid li l-familji Preziosi u Mitrovich ħolqu dinastiji fuq gżiritna permezz tan-negozju fil-kors. Insibu xhieda qawwija li dawn il-familji kienu jingħaqdu qaqoċċa fi żminijiet ta’ ħtieġa, speċjalment f’każi fil-Qorti, fejn kienu jaqbżu għal xulxin.

jkollhom. Għalhekk, atteġġjament bħal dan juri l-għaqda qawwija fost il-kaptani. Terġa’ mbagħad il-familji tagħhom kienu jsiru tal-familja peress li spiss kienu jagħmluha ta’ parrini għat-tfal ta’ xulxin. Jiġifieri nistgħu ngħidu li din l-għaqda serviet lill-komunità Maltija fis-seklu 18? Dażgur. Il-fatt li l-għaqda bejn il-kursari kienet qawwija anki fuq l-art, kienet ta’ benefiċċju għall-Maltin kollha. Fl-istudju tiegħu, Frans Ciappara sab li meta bniedem jagħmilha ta’ parrinu, bejn il-ġenituri bdiet tintuża l-kelma ‘xbin’, li tnissel affezzjoni u rabta ’l bogħod mir-relazzjoni ta’ demm fil-familja. B’din ir-rabta li nsemmu, insibu li xi baħrin li kienu jdumu barra pajjiżna seta’ kellhom xi relazzjoni konjugali oħra? Kemm trid. Pereżempju nsibu lil Giuseppe Farrugia millBelt Valletta, li kien il-ħabs u ngħata permess jingħaqad fuq il-vapur tal-Kaptan Lorenzi, fl1788. Bħala parti mill-kuntratt li ffirma mal-Kaptan, isemmi speċifikamnet li ħames skudi mill-paga tiegħu kellhom imorru għal martu. Referenzi oħra fid-dokumenti joħorġu fid-dieher ismijiet differenti ta’ nisa wara l-mewt tal-baħri. Meta nsemmu l-opri tal-baħar, liema kienu l-aktar popolari?

Lejn nofs is-seklu 18 insibu li l-aktar popolari kienu x-xambekki. Kienu maħluqin għall-esiġenzi tal-kors u kienu Jiġifieri kien hawn din jintużaw l-aktar mill-kursal-għaqda kollha fost ri Alġerini tal-Afrika ta’ Fuq. il-kursari? Meta saru magħrufin il-ħiliet tagħhom, ħafna Ewropej adF’ċerta ħidma kienu jkunu dottaw lilhom ukoll, tant li qishom aħwa. Wieħed isib di- anki l-Ordni nnifsu beda jħadversi petizzjonijiet, iffirmati dimhom. minn bosta gruppi ta’ kaptani li jaqbżu għal kaptan ieħor. Bħala bastiment x’numru ta’ Pereżempju l-Kaptan Leopol- ekwipaġġ seta’ jkollu? do Desira, il-Kaptan Simone Cavasso, il-Kaptan Giorgio Ġeneralment kien ikollu madMitrovich, il-Kaptan Gaetano war 60 raġel tal-baħar. Il-KapCumbi u l-Kaptan Giuseppe tan Guglielmo Lorenzi ħadem Franceschi, ilkoll intervjenew b’xambekk fl-1777. Fuqu kellu favur il-Kaptan Guglielmo Lo- 60 persuna. 20 sena wara, renzi f’kawża li kellu kontra għamel l-istess il-Kaptan Mibaħri. chele Picasso. Iżda nsibu li Eżempju ieħor hu dak l-Kaptan Giovanni Andrea tal-Kaptan Domenico Nostro, Preziosi ħaddem ix-xambekk kursar minn Messina, li kien tiegħu b’ekwipaġġ ta’ 54 raġel, jgħix l-Isla. Dan spiċċa jgħad- minkejja li probabbilment ildi mapep tan-navigazzjoni bi qies tax-xambekk li kellu kien flus nominali lill-Kaptan Esta- tal-istess qies bħal dak imħadden, għall-ħidma li kellu jwet- dem minn Picasso u Lorenzi. taq fl-1779. Hemm ukoll naraw Madankollu, xambekki akkif il-komunità tal-kursara bar kien hawn, għax jirriżulta li kienet taħdem flimkien. Ma fl-1791, l-istess Michele Picasso ninsewx li l-komunitajiet li kellu ekwipaġġ ta’ 130 persukienu joħorġu fuq il-baħar rari na abbord. Dawn ix-xambekki kienu jgħaddu tagħrif lill-bar- kienu jinħadmu kemm f’Malta ranin, aħseb u ara l-mapep li kif ukoll barra.


20

02.05.2021

RODNEY BUHAGIAR

MINN ĊKUNITU JAMMIRA DAK KOLLU LI JKOLLU D-DEHEB FIH Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Kull sengħa ma jistħoqqilhiex tintilef maż-żmien. L-ideali hu li dawk anzjani li jkunu jafu xi sengħa, jgħadduha lil xi ħadd iżgħar minnhom, biex b’hekk din tibqa’ tintiret minn ġenerazzjoni għal oħra u ma tintilef qatt. Lokalment għandna diversi snajja’ li ilhom minn żmien il-qedem. Sengħa interessanti immens u li fiha ħafna xogħol delikat hija l-induratura. Interessajt ruħi li nsir naf aktar dwar din is-sengħa, u fil-fatt sibt żagħżugħ mimli enerġija li għadu qed jistinka bi ħġaru sabiex isir jaf aktar milli diġà jaf fuq l-induratura. Qed nirreferi għal Rodney Buhagiar. Huwa żagħżugħ Universitarju ta’ 23 sena. Joqgħod Birkirkara u bħalissa qiegħed jagħmel il-Masters fil-Fakultà tal-Edukazzjoni biex jilħaq għalliem tal-Istorja. B’hekk ħafna mill-ħin tiegħu huwa marbut mal-istudju. Jikkunsidra lilu nnifsu bħala bniedem ambizzjuż u ma jaqta’ qalbu minn xejn. “Jekk ikolli ħolma jew ħsieb f’moħħi nagħmel minn kollox sakemm inkun kapaċi li nwettqu. Il-passatemp ewlieni tiegħi huwa l-festa tar-raħal. Flimkien ma’ sħabi dilettanti bħali, nagħmlu xogħol volontarjat kemm fil-Kolleġġjata Bażilka Elenjana, kif ukoll fuq l-armar li jsebbaħ it-toroq ta’ Birkirkara fi żmien il-festa tal-patruna tagħna Santa Elena. Il-festa tar-raħal hija għal qalbi ħafna u fejn nista’ nipprova nagħti daqqa t’id. Wieħed irid iżomm f’moħħu li dan il-passatemp jirrekjedi ħafna ħin u numru kbir ta’ nies li jaħdmu flimkien għal għan wieħed. It-tieni passatemp huwa l-induratura. Minn ta’ età żgħira kont nammira dak kollu li jkollu d-deheb fih. Minn dejjem kont niffrekwenta l-knejjes Maltin fejn hemm ħafna x’tara f’dan is-settur,” beda jgħidli dwaru Rodney. Minn informazzjoni li ksibt qabel ma mort għal din l-intervista, sirt naf li l-induratura hija teknika antika tant li tmur lura għal żmien l-Eġizzjani li dawn kienu kapaċi ħaf-

na f’din is-sengħa. It-teknika li tintuża hija meta tapplika folji rqaq ħafna ta’ deheb fuq oġġetti li wieħed ikun jixtieq li jagħmilhom aktar prezzjużi. Mistoqsi kemm ilu jinteressa ruħu f’din issengħa, Rodney weġibni: “Din is-sengħa ilha għal snin tinteressani. Minn ta’ età żgħira kont nammira din it-tip ta’ arti kemm fl-armar ta’ ġewwa tal-knejjes, kif ukoll fuq l-armar li jintrama fit-toroq fi żmien il-festi Maltin. B’din is-sengħa l-oġġett li jiġi indurat jiġi iktar ta’ valur u iktar rikk. Meta semmejt l-armar ta’ ġewwa tal-knejjes qed nirreferi għall-ventartali, gandlieri, sottokwadri, vari titulari u ħafna aktar affarijiet li jagħmlu l-knejjes Maltin rikki u prezzjużi. Fit-toroq Maltin naraw ħafna pedestalli, trofej u statwi indurati. Il-passatemp u l-involvimenti tiegħi fil-festa tarraħal kompla ġibidna lejn din is-sengħa tant sabiħa. Dejjem kelli x-xewqa li nitgħallem nindura u xi sitt snin ilu ddeċidejt li nattendi kors li jiġi offrut mil-Lifelong Learning Malta u għamilt sentejn nitgħallem. Matul dan iż-żmien ġejt preparat tajjeb f’waħda

mit-tekniċi f’din is-sengħa, l-oil gilding,” stqarr miegħi. Huwa fatt li f’Malta bħala żgħażagħ m’hawnx wisq li jaħdmu l-induratura b’mod professjonali. Iżda Rodney bis-saħħa tal-COVID-19 sab il-ħin biex fl-aħħar wara snin jitgħallem, beda jħaddem din is-sengħa. Fil-fatt, bħala student universitarju, qabel kien jaħdem part-time f’restorant u waqt il-pandemija ħa l-opportunità billi mela l-ħin bil-passatemp li tant iħobb. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan il-fatt. “Jien xtaqt li nkompli nitgħallem u nipprattika. Peress li jien student universitarju, jien għad m’għandix xogħol fiss u qabel ma bdiet il-pandemija, kont nagħmel xogħol part-time ġo restorant. Ġara li fil-bidu tal-pandemija meta ngħalqu l-postijiet pubbliċi, restoranti eċċ, fejn kont naħdem għalaq il-bibien tiegħu u jien spiċċajt bla xogħol. Fi żmien kritiku bħal dan ma kienx ser ikun possibbli li nsib xogħol ġdid bil-ħin limitat minħabba l-istudji tiegħi. B’hekk, ħtaft l-opportunità li dejjem xtaqt u bdejt nipprattika iżjed din issengħa. Ħabib tiegħi tani l-opportunità li nagħtih daqqa t’id

fuq biċċa xogħol u fl-istess ħin kelli l-opportunità li nkompli nitgħallem u nitħarreġ f’dan il-qasam. Minn hemmhekk komplejt nipprattika din issengħa fil-ħin liberu tiegħi. F’għeluq is-sena minn mindu bdejt inħaddem din is-sengħa nista’ ngħid li diġà ħdimt fuq diversi xogħlijiet,” beda jgħidli sodisfatt. F’Malta jintużaw żewġ tekniċi ewlenin f’din is-sengħa Żied jgħidli li tajjeb li wieħed ikun jaf sewwa xi tfisser meta titkellem fuq is-sengħa tal-induratura. “F’Malta jintużaw żewġ tekniċi ewlenin f’din issengħa li huma l-oil gilding u l-water gilding. L-oil gilding ġeneralment tintuża fuq l-induratura tal-pedestalli tal-festi u ssir minn dawk li jkunu għadhom jibdew din is-sengħa biex ikunu jistgħu jibdew jipprattikaw. Din tirrikjedi t-taħlit tal-Murdent li hija l-kolla li twaħħal il-folja mal-oġġett li ser jindura ruħu. Il-water gilding huwa ħafna aktar elaborat u jirrikjedi ħafna iżjed xogħol u taħlit. F’din it-teknika għandek it-taħlit tal-ġibs fuq l-oġġett li tkun ser tindura, l-ixkatlar u

l-irfinar tal-ġibs, il-bole li jservi ta’ kolla għall-folja biex teħel li din tiġi twaħħal permezz tat-tfigħ ta’ l-ilma fuqha. Fost ix-xogħlijiet li kelli l-opportunità naħdem fuqhom s’issa kienu tliet arloġġi tal-lira, sottokwadru u ventartal, apparti li għal diversi snin ħdimt flimkien ma’ sħabi tal-festa fuq proġetti relatati mal-festa tagħna f’Birkirkara,” stqarr miegħi. Skoprejt li f’Malta l-induratura tintuża l-aktar f’oġġetti sagri fil-knejjes bħal gandlieri, pedestalli ilbiesi tal-istatwi, l-arloġġi tal-lira, mirja u diversi oġġetti oħra. Staqsejt lil Rodney jekk li kieku ma jkunux xogħlijiet fi knejjes u palazzi, jekk allura s-sengħa tal-induratura jaħsibx li tispiċċa. “Għalkemm f’Malta tintuża l-aktar fuq oġġetti sagri jew b’temi reliġjużi, però dan mhux biss. F’Malta nsibu l-arloġġ tal-lira li dan għadu popolari ħafna u bla dubju li kif wieħed iħares lejh diffiċli biex ma tammirax l-arti u s-sengħa li jirrekjedi biex isir. Xi ħaġa tradizzjonali u kulturali Maltija li żżejjen mijiet ta’ swali u salotti fid-djar u postijiet importanti f’pajjiżna. Fil-knejjes u f’postijiet impor-


21

02.05.2021 tanti ġo pajjiżna dejjem ser issib x’tagħmel għaliex minn żmien għal żmien oġġetti indurati jkunu jeħtiġilhom restawr jew inkella li jerġgħu jsiru mill-ġdid. Id-domanda għal din is-sengħa fil-fehma tiegħi għadha waħda tajba, però b’dispjaċir ngħid li fejn jidħol il-qasam tal-professjonalità ma tantx hawn żgħażagħ li jipprattikaw din is-sengħa. Jekk inħarsu minn din l-aspett jista’ jkun li naslu fi żmien fejn ikun hawn nuqqas ta’ induraturi professjonali. Jekk inħarsu iktar fid-dettall lejn il-proċess tal-arloġġ tal-lira, huwa arloġġ li jirrikjedi ħafna sigħat biex wieħed jasal għall-prodott finali. L-ewwel trid tagħżel ix-xenarju li tixtieq fl-arloġġ, imbagħad trid tagħżel id-disinji li tixtieq taħdem fuq dan l-arloġġ. Tibda l-proċess tal-kolla u l-ġibs biex wara li tixkatla sakemm jiġi perfett kemm jista’ jkun, tkun tista’ tpenġi dawn id-disinji fuq il-ġibs. Kif ikun kollox lest tapplika l-bole u wara tagħżel il-kulur li tixtieq għall-arloġġ tal-lira. Ġeneralment l-aħħar żewġ xogħlijiet ikunu l-pittura u n-numri rumani u fl-aħħar teħel l-magna tal-arloġġ,” spjegali tajjeb Rodney. Immaġinajt li meta Rodney jkun qed jitkellem ma’ xi żgħażagħ oħra, probabbilment jibqgħu ċċassati lejh meta jisimgħu l-kelma induratura. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Mhux dejjem l-istess, ġieli niltaqa’ ma’ żgħażagħ li jkun jafu għal xiex qiegħed nirreferi u ġieli niltaqa’ wkoll ma’ żgħażagħ li qatt ma jkunu semgħu b’dan it-terminu. Bl-istess mod nirreferi għall-adulti. Ġeneralment l-aktar nies li jkunu jafu mill-ewwel għal xiex qiegħed nirreferi huma dawk in-nies li jiffrekwentaw il-festi Maltin, dilettanti, dawk li jipprattikaw l-arti u dawk li jammiraw

jew sidien tal-arloġġi tal-lira. Ħafna min-nies li niltaqa’ magħhom jispiċċaw jinteressahom ruħhom li jsiru jafu aktar dwar din is-sengħa u minnaħa tiegħi jkun il-gost tiegħi li nirrakkonta jew infiehem bl-aħjar mod possibbli. Meta nkun qiegħed naħdem għall-kwiet fuq xi biċċa xogħol ma tkunx l-ewwel darba li jgħaddi xi ħadd u jibda jħares minn barra u jifli xi nkun qed nagħmel. Ġieli jkun hemm min jistaqsi dwar xi nkun qed nagħmel u ġieli jkun hemm min jistagħġeb kif insemmilu li naħdem l-affarijiet bil-folji tad-deheb veru. Awtomatikament il-mistoqsija li toħroġ wara tkun kemm hu għali u r-risposta tkun li la ser tuża l-folja tad-deheb, trid tapprezza li d-deheb fir-realtà huwa oġġett prezzjuż u eleganti,” sostna miegħi.

wasalna għall-prodott finali imma kif jgħidu bil-mod il-mod wasalna. Kif wasal fil-post fejn stajt niffoka fuqu, bdejt nanalizza l-ħsarat li kellu u ħadtlu sensiela ta’ ritratti kemm biex jibqgħu tifkira kif ukoll biex iservuni għal meta jkolli bżonn ta’ referenza għal xi wieħed mid-disinji. Bdejt inqaxxar il-materjal l-antik biex b’hekk inkun nista’ naħdem il-ġibs mill-ġdid fuq bażi soda. Ovvjament dan jieħu ħafna ħin għax ix-xogħol kollu jsir bl-idejn speċjalment fejn ikollok dettalji żgħar. Imxejna għal fażi ta’ ġibs u wara li tajtu ammont ta’ passati tajtu ż-żmien tiegħu

Wieħed irid japprezza l-ħin twil li l-induratur iqatta’ fuq biċċa xogħol waħda biex din toħroġ ta’ kwalità Ta’ min jgħid ukoll, li Rodney kellu ħafna xogħol li ħadem bħala induratura, iżda riċentement kellu l-opportunità li jaħdem fuq ventartal ġol-knisja ta’ Kristu Re ta’ Raħal Ġdid. Fil-fatt, din kienet l-ikbar biċċa xogħol li qatt ħadem f’ħajtu s’issa – b’xhur ta’ xogħol. Mistoqsi x’tip ta’ sodisfazzjon jieħu mix-xogħol tal-induratura, Rodney spjega: “Din is-sena wkoll, ingħatajt l-opportunità li naħdem fuq ventartal ġol-knisja ta’ Kristu Re ta’ Raħal Ġdid. Din kienet l-akbar biċċa xogħol li qatt ħdimt f’ħajti u kienet tirrikjedi xhur ta’ xogħol sakemm

b i e x jinxef. Wara xahar nirfina fl-ixkatlar dan kien lest għall-fażi li jmiss. Għażilt li nuża żewġ tipi ta’ bole biex jien u nindura ma nitfixkilx minħabba li għadni nibda f’dan ix-xogħol u fl-aħħar wasalt għall-isbaħ fażi. Dan il-ventartal kien indurat b’deheb 23.5 karat u arġentat bil-fidda u kkumplimentat b’disinn ta’ artist

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

Karkariż bħali Marcio Ghigo. Sinċerament apparti l-opportunità li naħdem fuq affarijiet tal-knejjes hija l-aġenda prinċipali tiegħi. Meta nidħol ġo knisja ħallini ndur u nagħqad, nosserva u napprezza dak kollu li ħallewlna missirijietna. L-aktar sodisfazzjon għalija personali huwa li jkolli ċans li naħdem fuq affarijiet li naf li se jitgawdew u li se jiġu apprezzati minn diversi nies fil-komunità. Niftakar meta wasalna bil-ventartal ġol-knisja ta’ Raħal Ġdid, il-voluntiera preżenti kollha wrew l-apprezzament u fl-istess ħin il-ferħ li raw biċċa xogħol lesta li tikkumplimenta mal-knisja u li żżejjen l-artal Sagramentali tal-knijsa tagħhom bl-aħjar mod possibbli. Minn hawnhekk nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-Kappillan li tani din l-opportunità li naħdem fuq biċċa xogħol tant kbira għalkemm għadni fil-bidu.” Mistoqsi xi kemm jaħseb li hija apprezzata din it-tip ta’ sengħa, Rodney stqarr miegħi li fuq din il-mistoqsija jaħseb li hawn min ser jaqbel miegħu u hawn min le. “Naħseb li l-arti hija apprezzata, imma meta n-nies tisma’ l-ispejjeż relatati mal-materjal li kif tistgħu timmaġinaw folji tad-deheb jiswew il-flus mhux dejjem jaġixxu l-istess. Minn banda jien nifhem li l-ispejjeż huma ħafna, però fl-istess ħin wieħed jrid japprezza l-ħin twil li l-induratur iqatta’ fuq biċċa xogħol waħda biex din toħroġ ta’ kwalità. Bħal kull xogħol ieħor tal-idejn f’Malta mhux dejjem jiġi apprezzat biżżejjed u

naħseb għadna nkunu aktar grati lejn l-artisti Maltin kollha f’kull qasam. Speċjalment dawk l-artisti li jridu jaqilgħu l-għajxien tal-familji minn fuq ix-xogħolijiet artistiċi tagħhom għandhom jiġu apprezzati aktar. Madankollu, irrid inkun pożittiv u nirringrazzja lil dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom kemm biex din is-sengħa tibqa’ ħajja, kif ukoll lil dawk li japprezzaw ix-xogħlijiet artistiċi tagħna.” Fl-aħħar tal-intervista stedint lil Rodney sabiex iħalli messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Filwaqt li nirringrazzjak talli tajtni ċ-ċans li naqsam ftit ħsibijiet dwar issengħa tal-induratura, nirringrazzja lil dawk kollha li ser jaqraw dawn il-kelmtejn tiegħi. Il-messaġġ tiegħi huwa li għalkemm għaddejna minn żmien partikolari, kulħadd għandu dejjem jara l-pożittiv minn xi ħaġa negattiva. Jekk għandek ħolma aħdem biex din issir realtà. Għandek kemm għandek żmien qatt mhu tard biex titgħallem. Biex tgħallimt nindura kont immur wara ġimgħa skola u kont qiegħed nipprepara għall-eżamijiet tal-A levels li kif jaf kulħadd fihom il-piż tagħhom ukoll. Fil-preżent qiegħed l-Università u x-xogħol relatat mal-kors huwa wieħed pjuttost vast u jieħu ħafna ħin, però xorta nsib ħin li nipprattika dak li nħobb. Apprezzaw dak kollu li hu Malti għax għad jiġi żmien fejn infittxuh u ma nsibuhx bħalma fil-preżent hawn snajja’ li ma għad fadal ħadd jipprattikahom u kulma nistgħu naraw huwa rikordji tal-passat. Nagħlaq billi ngħid lil dawk kollha li jinteressaw ruħhom f’din is-sengħa u jixtiequ aktar informazzjoni ma jiddejqux jikkuntattjawni għax ikun il-gost tiegħi li nispjega fuq din is-sengħa,” temm jgħid Rodney.


22

02.05.2021

IDENTITY MALTA

AĠENZIJA LI TMISS IL-ĦAJJA TAN-NIES Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Ġibed l-attenzjoni l-ġest li għamlet l-Aġenzija Identity Malta din il-ġimgħa, fejn ġie deċiż li tkun hi li tħallas għallispiża biex il-Malti li ttestja pożittiv għall-COVID-19 fl-Indja, jinġieb Malta għall-kura f’air ambulance. Imma Identity Malta hija ħafna iżjed minn hekk. Tkellimna mal-Kap Eżekuttiv Anton Sevasta dwar il-ħidma kbira li twettaq din l-Aġenzija. X’inhi l-funzjoni tal-Aġenzija Identity Malta? Identity Malta toffri numru ta’ servizzi u ta’ kuljum tmiss mal-ħajja tan-nies. Ħafna forsi jiżbaljaw meta jassoċjaw lil Identity Malta biss mal-ħruġ ta’ permess ta’ residenza lill-barranin għaliex l-irwol tagħha jmur lil hinn minn hekk. Meta twaqqfet l-Aġenzija, din ġabret numru ta’ dipartimenti fi ħdanha, inkluż ir-Reġistru Pubbliku, jew kif inhu magħruf aħjar bħala l-Insinwa, bil-għan li l-pubbliku jkun jista’ jinqeda minn post wieħed. Barra minn hekk, Identity Malta hija responsabbli wkoll mill-ħruġ ta’ dokumenti t’identifikazzjoni, inkluż il-passaporti, viża

u l-ħruġ tal-karta tal-identità. Fi ftit kliem, Identity Malta hija responsabbli minn dak kollu li għandu x’jaqsam mad-dokumenti t’identifikazzjoni u t-tfassil ta’ politika t’immigrazzjoni legali. X’inhuma l-isfidi li tħabbat wiċċha magħhom aġenzija bħal din? L-isfidi huma bosta iżda Identity Malta qatt ma beżgħet minnhom. Fil-fatt, l-ewwel sfida li kellna mat-twaqqif tal-Aġenzija kienet dik li ridna nibdlu l-karti tal-identità kollha wara li kienu ilhom snin skaduti. Wieħed irid jifhem li l-Aġenzija tmiss mal-ħajja tan-nies u kull każ jimmerita attenzjoni partikolari. Barra minn hekk, l-Aġenzija kontinwament qed tesperjenza żieda fid-domanda għas-servizzi li toffri minħabba tibdil demografiku u dak soċjo-ekonomiku. Sintendi, il-qabża ekonomika bla preċedent li esperjenza pajjiżna flaħħar snin poġġa piż amministrattiv ikbar fuqna fejn jidħol il-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza, u bħala Aġenzija qegħdin inħejju biex nilqgħu aħjar għall-bżonnijiet tal-ekonomija

t’għada. X’inhu s-sodisfazzjon tagħkom li kieku kellkom tevalwawh? Ċertament, l-ikbar sodisfazzjon kien l-immodernizzar tas-servizz u l-qabża diġitali li għamilna. Meta twaqqfet l-Aġenzija fl-2014 din wirtet seba’ dipartimenti li kienu sparpaljati, b’operat differenti u proċeduri li ma ġewx aġġornati maż-żminijiet. Għalhekk skattajna b’eżerċizzju biex ikun hemm stil modern ta’ tmexxija li jixraq lis-servizz pubbliku. Evalwajna l-proċeduri sabiex fejn nistgħu niffaċilitaw l-għotja tas-servizz u neliminaw burokrazija żejda u bla bżonn, mingħajr ma jiġu mittiefsa l-kontrolli ta’ sigurtà. Wara li rnexxielna narmonizzaw l-istil t’operat fost is-seba’ dipartimenti, tfajna ħarsitna fuq l-immodernizzar tas-servizz pubbliku. Ħriġna lid-dipartimenti minn Evans Buildings u ġew rilokati f’binja moderna, aċċessibbli u adekwata minn fejn il-pubbliku jkun jista’ jinqeda aħjar. Iżda akar minn hekk, irnexxielna nagħmlu qabża diġitali u llum il-pubbliku jista’ jinqeda minn num-

ru ta’ servizzi mill-kumdità ta’ daru stess. Sew jekk hu xiri ta’ ċertifikati online, jew ir-reġistrazzjoni ta’ twelid jew mewt ta’ tarbija online, kif ukoll, is-sottomissjoni t’applikazzjoni online ta’ single permit, it-trasformazzjoni diġitali ntlaqgħet tajjeb ħafna u fiż-żmien li ġej se nkomplu noffru aktar servizzi online.

Mater Dei. Għalhekk qegħdin nevalwaw il-possibbiltà biex fiż-żmien li ġej niftħu uffiċċju li jilħaq lit-Tramuntana ta’ Malta. Fl-aħħar mill-aħħar aħna kommessi li noffru servizz pubbliku tal-ogħla kwalità.

Smajna bil-każ tal-Malti li tela’ l-Indja biex jaddotta tifla flimkien ma’ martu u ttestja pożittiv waqt li kien Kif taraw il-futur ta’ din qiegħed hemm. Smajna wkoll l-Aġenzija? li Identity Malta daħlet għal spiża biex iġġib lill-Malti lura Minkejja l-progress li sar tul pajjiżu. Kif ġara dan? is-snin, nirrikonoxxu li għad fadlilna fejn nistgħu ntejbu. Identity Malta għandha sehem Fil-ġimgħat li ġejjin, flimkien u rwol attiv fuq livell komunimas-Segretarju Parlamentari tarju. F’dan il-każ konna f’kunAlex Muscat, se nkunu qegħdin tatt kontinwu mal-awtoritajiet inniedu strateġija ta’ fejn irri- tas-saħħa Maltin biex naraw kif du naslu fit-tliet snin li ġejjin. nistgħu niffaċilitaw il-proċess Bla dubju, l-istrateġija ddur biex jinġieb lura dan il-Malti. mal-klijent u l-bżonnijiet tiegħu Bl-Indja bħalissa l-epiċentru bil-għan li nilħqu l-aspettazz- tal-virus, fi sforz kollettiv bdejjonijiet tiegħu. Għalhekk, fiż- na naraw kif nistgħu nġibu lura żmien li ġej se nkomplu naħd- lil dan il-ħuna Malti llum qabel mu biex aktar servizzi jkunu għada u kien hawn fejn bħala aċċessibbli online filwaqt li Aġenzija ddeċidejna li nħallsu mmorru paperless kemm jista’ għall-ispiża biex jinġieb Malta jkun fl-operat tagħna. Minkejja għall-kura f’air ambulance. li qed nimxu aktar lejn l-online, konxji mill-importanza X’impatt ħalliet il-pandemija tal-preżenza fiżika tagħna, kif fuq ix-xogħol li twettaq rajna bil-ftuħ ta’ fergħa fl-isptar l-Aġenzija?


23

02.05.2021 08.11.2020

SKEDA ONE 07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:35 Liquorish 22:45 Stejjer wara t-Tmienja 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:05

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Country Jamboree Ħabrikt

17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:30 Follow Up 21:30 Music Legends 22:00 Distintivi 23:00 Ħabrikt 23:30 One News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Daytime 15:45 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Fish On 18:30 Pjazza

19:15 Xanna ERBGĦA 19:20 ONE 05-05 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:35 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:35 Country Jamboree 23:05 Ieqaf 20 minuta 23:30 ONE News

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:50 Pjazza 09:35 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 Ftit Ħin għal saħħtek 12:40 Teftif 12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Daytime 15:45 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Żona Sport 17:00 Il-Kostruzzjoni

17:40 Ħabrikt 17:50 Country Jamboree 18:00 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Twenty ONE 21:00 Ilsien in-Nisa 22:40 Fish On 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30

13:15 13:20 15:30 15:35 16:05 16:15 16:30 16:45 17:00

17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 L-Awla 22:00 Kick Off 23:30 ONE News

TLIETA 04-05

Ovvjament il-pandemija kellha effett fuq l-operat tal-Aġenzija iżda minkejja kollox, fl-ebda ħin m’għalqet il-bibien tagħha, anki jekk dan kien ifisser li kelna nbiddlu l-operat tagħna mil-lejl għan-nhar. Id-direzzjoni li qbadna biex immorru aktar diġitali u paperless fl-operat tagħna, għenitna ħafna biex stajna nibqgħu għaddejjin u tista’ tgħid li l-pandemija ħaffet il-proċess biex f’ċerti servizzi morna online. Iżda minbarra li nibqgħu għaddejjin, ridna nagħmlu l-parti tagħna wkoll. Filwaqt li ħadna ħsieb li l-ħaddiema tagħna jaħdmu minn post sigur, ġeddidna awtomatikament il-validità ta’ 1,400 karta tal-identità, kif ukoll, 450 permess ta’ residenza lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur mediku. Barra minn hekk, sallum għadna neżentaw lil dawk il-koppji milli jħallsu l-miżata tar-reġistrazzjoni taż-żwieġ ġaladarba kellhom imexxu d-data minħabba ċ-ċirkostanzi

li qed ngħixu fihom. Se jinbidlu xi kriterji wara li tintemm il-pandemija dwar persuni li jiġu jgħixu jew jaħdmu f’pajjiżna? Tajjeb li nifhmu li f’dan ilproċess, Identity Malta mhix qiegħda waħidha iżda hemm imsieħba oħrajn involuti fosthom Jobsplus, l-awtoritajiet tas-saħħa u t-taqsima tal-Immigrazzjoni tal-Pulizija. Ovjament, id-diskussjonijiet huma kontinwi u r-rekwiżiti jinbidlu skont il-bżonn. Pereżempju, bħalissa minħabba l-pandemija, hemm numru ta’ fruntieri, inkluż l-Indja, li huma magħluqin, allura ħaddiema minn dawn il-pajjiżi ma jistgħux jidħlu. Finalment, irridu nieħdu dawn il-fatturi kollha inkonsiderazzjoni iżda rridu nifhmu li l-ingaġġ tal-ħaddiema barranin għandu jirrifletti l-bżonnijiet u l-esiġenzi tas-suq tax-xogħol lokali.

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

ĦAMIS 06-05

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso PRESS CONFERENCE:

SIBT 08-05

Identity Malta toffri numru ta’ servizzi u ta’ kuljum tmiss mal-ħajja tan-nies. Ħafna forsi jiżbaljaw meta jassoċjaw lil Identity Malta biss mal-ħruġ ta’ permess ta’ residenza lill-barranin għaliex l-irwol tagħha jmur lil hinn minn hekk

TNEJN 03-05

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

COVID 19 ONE News Kalamita ONE News Kalamita Liquorish Daytime Telebejgħ Telebejgħ Prime Time Preview Duurella

ĠIMGĦA 07-05

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Il-Kelma 10:15 Indhouse

11:30 Telebejgħ 12:00 Trust Foundation Marathon 12:30 ONE News 12:35 Trust Foundation Marathon 15:30 ONE News 15:35 Trust Foundation

Marathon 19:22 ONE Sport & Temp 19:30 ONE News 20:05 Programm Speċjali l-1 ta’ Mejju 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55

12:30 12:35 15:30 15:35 16:00 17:30 19:15

19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:15 Mija 22:30 Distintivi 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ

ONE News Arani Issa ONE News Arani Issa L-Awla L-Argument ONE Sport & Temp

ĦADD 09-05


24

02.05.2021

reċensjoni tal-ktieb

MUŻAJĊI TAT-TAFAL Mużajċi tat-Tafal hu l-isem ta’ ġabra oħra ta’ novelli tal-kittieb Għawdxi Joe Camilleri. Pubblikazzjoni letterarja prestiġjuża ta’ Horizons. Ktieb ta’ 323 paġna li jiġbor 16-il novella ta’ xejra introspettiva li jtellgħu fil-wiċċ u jistħarrġu problemi ta’ żminijietna. Il-pubblikazzjoni tinkludi studju kritiku-analitiku tal-Prof. Charles Briffa dwar in-novelli preċedenti tal-awtur. L-isem: Bħall-ismijiet tal-pubblikazzjonijiet l-oħra ta’ Joe Camilleri - Solitudni fil-Folla, Fir-Rokna tas-Silenzju, u Żwiemel tar-Riħ - l-isem tal-ktieb kurrenti hu wieħed metaforiku. Minn barra, il-karattri jistgħu jidhru sħaħ u qawwija bħall-mużajċi. Iżda meta nterrqu magħhom fil-pellegrinaġġ tat-tiġrib u tal-inċidenti ta’ ħajjithom, nintebħu bix-xquq fil-personalità tagħhom. Il-biċċa l-kbira huma nies fraġli li jiġġarrfu mix-xejn. It-tesseri tal-mużajċi ta’ ħajjithom qishom dgħajfa daqs it-tafal xott li jitfarrak. Għalhekk, bl-assoċjazzjonijiet kuntrastanti li jqanqal, l-isem isir simbolu tal-estremitajiet psikiċi u soċjo-kulturali ta’ dawn in-nies. Tematika: In-novelli f’din il-pubblikazzjoni jippreżentaw inċidenti, esperjenzi u sitwazzjonijiet tipiċi tal-ħajja kurrenti li jankraw lil dawn il-kitbiet fl-epoka moderna u post-moderna. Niltaqgħu ma’ mara li tfittex l-imgħoddi tagħha u fl-istess waqt tibża’ minnu. L-oħra li l-imgħoddi baqa’ dominanti fil-memorja tagħha. Ix-xiħ li jibdel xtajta f’santwarju waqt li jittimbrawh bħala pedofelu. Il-vjolenza psikoloġika li taħkem miżżewġa u li ġġegħelha tixxennaq għal żiffa friska ta’ bidla f’ħajjitha. U bħalha, koppja oħra li m’għarfitx li bit-tensjonijiet u l-pika fil-familja ħattew kulma bnew. Niltaqgħu ma’ karattru ossessjonat biex jiskopri lilu nnifsu. Każijiet oħra ta’ skiżofrenija jwasslu għal soluzzjoni kiefra. F’każ ieħor, kummenti u argumenti fil-preżenza ta’ xwejjaħ jissuktaw ġarrfulu aktar id-dinja kumplessa tiegħu. Naraw persekuzzjoni mill-biża’ tal-ewtanasja. Niltaqgħu ma’ kunflitti soċjo-kulturali ta’ emigrant li sab baħar jaqsam bejn it-trobbija u l-esperjenzi ’l bogħod minn art twelidu. U magħhom suġġetti oħra li jżommuk, f’xi każi anki bi tbissima li ma tafx tkunx ta’ għoġba inkella ta’ ħasra. In-novelli ta’ Joe Camilleri juruh bħala osservatur tal-ħajja. Iżda l-għan tal-kitba tiegħu mhix li tirrepro-

duċi r-realtà oġġettiva għax m’hemmx realtà waħda. Ir-rakkont hu maħsub li jipprovdi l-gost tal-qari u jżomm lill-qarrej imsammar mal-istorja, mal-inċident jew mas-sitwazzjoni. Man-narrattiva, l-awtur jinfilsa r-riflessjoni, il-kumment, l-analiżi. Permezz tal-ironija, anki l-kritika sottili u l-kundanna tal-isfruttament ta’ ħlejjaq vulnerabbli. Il-qarrejja jsibu xejriet ta’ espressjoniżmu u ta’ simboliżmu. Min ifannad ’il ġewwa għandu x’jisfidalu l-kurżità u l-ħsieb. Għax aktar mid-dehra ta’ barra, li jinteressa lill-awtur huma l-kunflitti, l-inċertezzi, it-tensjonijiet, il-beżgħat, ilweġgħat, il-kontradizzjonijiet, il-preokkupazzjonijiet, in-nuqqas ta’ komprensjoni, id-diżillużjoni, u l-emozzjonijiet qliel. U magħhom dawk l-elementi pożittivi fil-bniedem, bl-imħabba bħala s-soluzzjoni aħħarija. Karattri: Musajċi tat-tafal iressqilna karattri mistħajla iżda li nafu nsibuhom wara l-kantuniera. Nies komuni u ordinarji. Fil-biċċa l-kbira mweġġgħa, imsejkna, emarġinati, falluti. Antieroj. Ifittxu xi għamla ta’ fidwa. Għax ilkoll vittmi tagħhom infushom, ta’ ħaddieħor jew taċ-ċirkustanzi. Nies li baqgħu ankrati

mal-imgħoddi tagħhom, li qatt ma rnexxielhom jirxuxtaw mill-fosdqa tal-għeluq u ta’ esperjenzi tal-passat. Jgħixu l-fantasiji jew inkella msallba bl-ossessjoni. Oħrajn li jixxennqu għal żegħila ta’ apprezzament u tmellisa ta’ mħabba. Bnedmin li jfittxu X-ray għax ma jafux jiskopru x’hemm midfun fl-intimità tagħhom. Hemm min jimxi l-ħin kollu fid-dell tal-beżgħat u tal-persekuzzjoni. Min hu servili m’għandux ħila jlissen dak li jħoss, u jfittxu stqarrija esterna permezz ta’ xi simbolu. Karattri oħra jitbandlu mal-iskossi kulturali għax qatt ma kienu mħejjija biex jilqgħu kontra kurrenti opposti. Oħrajn vittmi tal-piki suppervi, tat-tkeskis, u tat-tpattija. Inkella tal-egoiżmu. Naraw karattri li jinħbew taħt il-maskri. Uħud imkaxkra mill-opportuniżmu. B’nuqqas ta’ rispett lejn id-dinjità umana. Hemm ukoll dawk kumplessi daqs ir-realtà surreali li jgħixu fiha. Ma naslux inħottuhom u nifhmuhom. Ċerti mġibiet jirrabjawna u jqanqlulna stmerrija u disprezz. Nies oħrajn nitħassruhom għax fid-dgħufija tagħhom għandna mnejn naraw wiċċna. Għalkemm ħafna mir-rakkonti huma lokalizzati f’Malta u l-karattri Maltin bl-għeruq u x-xniexel, hemm ċerta universalità fl-imġiba umana. Stilistika: Joe Camilleri ma jfassalx stil ta’ rakkont bis-sistema kronoloġika ta’ kawża-effett. Jaħdem ħafna bil-flashbacks, qisu żiq-żaq, passat-preżent. Hekk iġiegħel lill-karattri jtellgħu l-imgħoddi tagħhom mis-subkonxju. L-istil hu wieħed mexxej. Ir-rakkont jiżvolġi b’mod realistiku għal min jixtieq jieqaf biss fil-livell ta’ storja. Iżda min irid jinżel aktar fil-fond, isib x’jgħarbel: il-psikoloġija, il-filosofija, l-analiżi, il-kummenti soċjali u anki xi referenzi antropoloġiċi. L-Użu tal-Malti: Joe Camilleri juża Malti mexxej, iżda dejjem idjomatiku u modern għax jemmen li l-letteratura għandha tkun l-arti tal-lingwa. Jinqeda b’għalqa semantika wiesgħa, bl-użu tal-figuri tad-diskors li joħolqu viżjonijiet usa’ u jkattru l-immaġnijiet. Kultant juża d-djalett u xi kliem reġjonali biex jagħmel id-djalogu aktar realistiku u konvinċenti. Mużajċi tat-tafal – ktieb li ma titilqux minn idejk. Novelli li jqanqlu diskussjoni. Ikaxkru lill-qarrej fid-dinja tal-karattri, u jħajruh biex jistħajjel u jissokta jespandi n-narrattiva.

Mistoqsija: X’ jippreżentaw in-novelli f’din il-pubblikazzjoni? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb MUŻAJĊI TAT-TAFAL. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 9 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb L-AĦĦAR SAJF TA’ BERLIN hija:

R.CALLEJA - MOSTA

02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Minn liema lokalità beda jitqassam il-Fibre Network avvanzat?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

02.05.2021

IL-BLACK WIDOW TA’ NEW YORK JIRNEXXILHA TOQTOL DARBTEJN U TIPPROVA TITFA’ L-ĦTIJA FUQ BINTHA IT-TIENI PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

WAQT IL-ĠURI FEJN INTWERIET IT-TAZZA BL-ANTIFREEZE Kien għalhekk li f’Settembru tal2007, iddeċidiet li tfarrak pilloli talirqad mal-vodka, meraq tal-larinġ u luminata ta’ bintha Ashley. Kif xorbot mit-taħlita, bintha bdiet tħossha għajjiena u b’hekk marret torqod fis-sodda. Fuq il-komodina ta’ ħdejn is-sodda ta’ Ashley, Castor poġġiet il-bottijiet tal-pilloli u poġġiet nota suwiċidali taparsi miktuba minn Ashley stess fejn tistqarr li hi qatlet lil missierha u lil missierha tar-rispett. L-għada filgħodu, oħt Ashley, Bree, daħlet biex tqajjimha u għajtet lil ommha biex iċċempel lill-emerġenza għax oħtha kienet mitlufa minn sensiha. Li kieku Bree ma marritx tqajjem lil oħtha u ma laħqitx ingħatat għajnuna paramedika, kieku Ashley mietet u kienet teħel hi li qatlet lil missierha u lil Castor. Xħin Ashley ġiet f’sensiha l-isptar, il-pulizija bdew jistaqsuha fuq in-nota suwiċidali u bdew jistaqsuha fuq id-delitti li wettqet. Ashley tfixklet u ma bdietx tifhem x’kienu qegħdin jgħidu għax l-unika ħaġa li kienet tiftakar hi li ommha tatha xorb alkoħoliku x’tixrob u wara marret torqod għax bdiet tħossha għajjiena mejta. Apparti hekk, Ashley qaltilhom li ma kinitx taf għalfejn qegħdin jakkużawha bilqtil ta’ missierha u ta’ missierha tar-rispett għax hi m’għamlet xejn. L-arrest ta’ Stacey Ruth Castor

STACEY RUTH CASTOR WAQT IL-ĠURI

Wara li kellmu lil Ashley, il-pulizija arrestaw lil Stacey Ruth Castor għall-qtil ta’ żewġha David Castor, għall-attentat ta’ qtil ta’ bintha Ashley u talli pruvat twaħħal f’Ashley li hi qatlet lill-irġiel. Waqt l-investigazzjoni sar

magħruf li l-ittra suwiċidali li nkit- tor kellu bżonn għajnuna medika bet bil-kompjuter kienet miktuba wara li beda jtella’ u wara li ratu fi minn Stacey stess minħabba ċer- stat dgħajjef ħafna. tu kliem li użat u minħabba l-ħin li Wara li l-ġuri semgħu ż-żewġ nkitbet l-ittra. Stacey kitbet l-ittra naħat u raw l-evidenza miġjuba waqt li Ashley kienet l-iskola u kontra Stacey, huma ddeċidew b’hekk ma setgħetx kienet hi li kit- li Ashley kienet innoċenti. Stacbitha. Apparti hekk, sar magħruf li ey Ruth Castor instabet ħatja bi Stacey qatlithom għall-flus tal-pol- qtil tat-tieni grad permezz tal-ivza tal-assigurazzjoni u kien irnexx- valenar ta’ żewġha David u bl-atielha tneħħi lit-tifel ta’ Castor miż- tentat ta’ qtil tat-tieni grad ta’ żwieġ li kellu qabel mill-wirt tiegħu. bintha Ashley. Il-prosekuzzjoni Waqt il-ġuri li seħħ fil-5 ta’ ma akkużathiex bil-qtil tal-ewwFrar tal-2009, Stacey Ruth Castor el raġel tagħha għax is-sentenza lagħbitha ta’ xhud tagħha nnifili ngħatat kienet biżżejjed, dik sha flimkien mal-avukati ta’ bejn 25 sena u għotagħha u bdiet tgħid li mor il-ħabs għall-qtil bintha Ashley qatta’ David Castor u let lil missierha l-istess sentenza Xħin Ashley għax kienet tgħir għall-attentat ta’ ġiet f’sensiha minħabba li qtil ta’ Ashley. kellu preferenApparti hekk, l-isptar, il-pulizija zi ma’ oħtha hi weħlet ukoll bdew jistaqsuha fuq bejn sena u ż-żgħira. Qalet ukoll li ma kinitx in-nota suwiċidali u erba’ snin ħabs taf għala qatlet talli bagħbset bdew jistaqsuha lil missierha taril-wirt ta’ David rispett iżda forsi u qatgħet lil ibnu fuq id-delitti li għax ma kinitx taqbarra mill-wirt. Dan wettqet bel miegħu. Castor bdiet ifisser li hi kellha tqatta’ tinsinwa li bintha jaf kienet minn tal-inqas 51 sena ħabs tbati b’mard mentali. Apparti hekk, meta hi kellha diġà 40 sena. omm Castor qalet li hi temmen li Il-każ tagħha kien imxandar Ashley qatlet lil David Castor. sew fl-Istati Uniti speċjalment Min-naħa l-oħra, l-avukati ta’ minħabba l-fatt li baqgħet issostni Ashley qalu li hi kellha biss 11-il l-innoċenza tagħha. Bintha Ashsena meta sabet lil missierha mejj- ley ma setgħetx tifhem għaliex et u staqsew lil Stacey għalfejn ommha provat twaħħal fiha u kif kieku stess ma ħaditx lil bintha fi setgħet tasal toqtolha, li kienet sptar apposta biex tingħata l-kura id-demm u l-laħam tagħha. Stacli kellha bżonn. Huma qalu wkoll li ey Ruth Castor spiċċat ingħatat ilAshley ma kellha l-ebda mard men- laqam ta’ ‘Black Widow’ fil-midja tali u li kienet persuna f’saħħitha soċjali. ħafna. Komplew jistaqsu għalfejn Stacey Ruth Castor mietet fil-11 Stacey, li kienet taħdem mal-am- ta’ Ġunju tal-2016 fiċ-ċella tagħha bulanzi, ma indunatx li David Cas- b’attakk tal-qalb fl-età ta’ 48 sena.

TMIEM


26

02.05.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

02.05.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 379

A.FALZON - SANTA VENERA

MIMDUDIN: żmien limitat (5) 1. Kompli l-qawl: 9. Ara 7 20. Ħrit il-ħmar ma 10. Uri b’subgħajk? (6) 21. jagħtix sandar, bi 12. Aħna hekk, ħrit il-....... timla aħna lkoll (6) 23. l-andar (5) 16. Ara 6 4. Taqlib tal-ħamrija (4)18,21W. Għal dejjem (5) 24. 7,9. Agħti għal 19. Hekk għamel Bi 3 NUMRI 047 084 449 639 678 679 697 759 901 948 B’4 NUMRI

0046 0466 0626 0921 1314 1454 1563 1952 2447 2545 2633 2793 3275

4001 4123 4502 4692 5341 5455 5527 5748 6214 6641 7054 7140 7271

7733 7928 8008 8077 8271 8579 8644 8814 9352 9550 B’5 NUMRI 02849

02897 07600 22283 37057 41957 42064 42083 43352 51539 53238 62781 72605 75110

75758 76077 79728 89973 93527

2511266 2877256 4640596 7231015 7840378

B’6 NUMRI Bi 8 NUMRI 133839 52732497 272204 69063431 475655 957363 B’9 NUMRI 519994282 B’7 NUMRI 579499078

WEQFIN: 6,16. 1. Dawn mis-City (6)8. 2,11. Lazz? (5) 11. 3. Strieħ fis-sliem (1,1,1) 12. 5,20. Jafuhom 13,22. ħafna nies (8) 14.

Ta fastidju (6) 15. Partitarju? (9) 17. Ara 2 21. Omm (2) 22. Mhux xellugi (6) Insib lili nnifsi (6)

meta fittex (3) Ara 5 Eric Agius Inglott (1,1,1) B’dan jinqabdu l-għasafar (4) Ma baqax jaħdem (5) Ma kienx korrett (6) Kunjom (3) Ara 18 Ara 13

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1,11.Ferjali, 4.Ħawħ, 7,20.Spanjol, 9,12W.Linja, 10.Sarima, 12.Jifraħ, 16.TWA, 18.AI, 19.Ali, 21.Ark, 23.Dell, 24.Tosti

WEQFIN: 1.Fallut, 2,21W. Ronald, 3.Ass, 5.Ami, 6,17.Ħwawar, 8.Patrijott, 13.Fan, 14.Ħallas, 15.Pirati, 22.Kul


28

02.05.2021

IL-ĦADDIEM IRODD ĦAJR Editorjal

Kif tgħallimna l-istorja, il-Partit tal-Ħaddiema hu biss il-Partit Laburista, li llum, taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela, qed ikun monument ħaj ta’ fejn tħabbat qalbu. Ta’ dan, il-ħaddiem se jibqa’ jroddlu ħajr

Fl-aħħar 95 sena kemm ilu jit­ fakkar Jum il-Ħaddiem f’pajjiżna, rarament konna f’sitwazzjoni ta’ sfida b’dimensjonijiet li qegħdin ngħixu llum. L-aħħar xhur li għaddew u dawk li ġejjin kienu u se jkunu fost il-ftit okkażjonijiet fejn il-ħaddiem Malti bilfors kellu jdur fuq l-amministrazzjoni tal-pajjiż għal spalla. Jiġuna f’moħħna tliet ċirkos­ tanzi partikolari oħra fl-istorja moderna tagħna fejn il-ħaddiem iffaċċja sfidi enormi u li ftit kellu kontroll fuqhom. Inqas kienu dawk l-okkażjonijiet meta effettivament sab l-appoġġ jew l-għaj­ nuna li kien jeħtieġ. Fi tmiem tal-Ewwel u t-Tieni Gwer­ra Dinjija, il-maġġoranza ta’ ġensna, sfortunatament, mhux biss kellhom ifendu għal rashom, iżda wkoll kienu mkasbrin tant li kellhom iqumu biex jiġġieldu għal drittijiethom. Differenti kien l-għeluq per­­ ma­­nen­ti tal-bażijiet milita­ri Ingliżi fl-1979, avolja l-għajxien ta’ eluf ta’ familji kien jiddependi kompletament fuqhom. Iżda grazzi għall-fatt li l-Gvern Labu­ rista mmexxi mill-Perit Duminku Mintoff kien ħaseb għaliha sew

minn qabel, il-klassi tal-ħaddiem sabet cushion tajjeb. Dak iż-żmien Mintoff kien wasal għal ftehim mifrux fuq seba’ snin biex l-Ingliżi jċedu kull art li kellhom taħt idejhom u jitil­ qu minn pajjiżna 15-il sena wara l-Indipendenza, waqt li fl-istess ħin iħallsu somom sinifikanti għall-ispejjeż. Sadanittant ħoloq eluf ta’ postijiet tax-xogħol, fosthom industriji ġodda bis-sehem u investimenti minn barra, biex jikkumpensa għal dak li kien se jintilef u aktar. Fl-esperjenza ta’ bħalissa li ilha iżjed minn sena bil-pandemija tal-COVID-19 ilkoll nirri­ konoxxu kif din offriet test iebes lill-fibra soċjali u nazzjonali, partikolarment meta tqis li bilġri ġej­na wiċċ imb wiċċ ma’ sitwazzjoni mingħajr preċedent. Jekk xejn tgħallimna, għal darb’oħra, li kieku ma kienx għar-reżiljenza ta’ poplu ħawtiel, inklużi negozjanti żgħar, medji u kbar, li qamu għall-okkażjoni, flimkien mal-amministrazzjoni, li kienet ippreparata finanzjarjament u għaqlija f’kull deċiżjoni li ħadet, kieku r-riżultat kien ikun totalment differenti.

Mhix kumbinazzjoni li l-unika oppożizzjoni u tfixkil waslu mingħand il-Partit Nazzjonalis­ta. Eżatt kif seħħ meta 50 sena ilu Gvern Laburista fassal rivoluzzjoni industrijali f’pajjiżna. Bħal dakinhar reġa’ għandhom l-ardir li jipprovaw ibellgħuha li l-ħaddiem Malti u Għawdxi jin­sab f’qalbhom, iżda fil-verità għamlu ħilithom biex jitfgħuh fil-miżerja billi jgerrxu lil kull min kien qed jinvesti f’xogħlijiet Maltin. Bħas-sebgħinijiet, għadhom jogħrku idejhom meta l-pajjiż jiffaċċja s-saram u jitolbu għall-falliment tal-ekonomija. Joħolmu b’għajnejhom miftuħin għal iżjed nies bla impjieg u fil-faqar, waqt li inqas ġid jersaq lejn ix-xtut ta’ pajjiżna. Dan waqt li wkoll jikkontribwixxu biex joħolqu problemi għal Malta u l-Maltin, kif rajna sa din il-ġimgħa fil-fora Ewropej. Meta mbagħad jaraw li l-isforzi tagħhom ma jwassluhom imkien, bħalma ġara bid-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-metodu tal-ħatriet għal membri tal-ġudikatura f’pajjiżna, allura jixxokkjaw irwieħhom. Kull ċittadin kapaċi jagħraf li s-suċċess li qed ingawdu anke

fiċ-ċirkostanzi tal-lum, inklużi l-aħjar kura tas-saħħa għall-poplu kollu u fost l-aħjar rati ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea, fost oħrajn, mhumiex xi frott tal-ħidma u/jew kollaborazzjoni tal-Oppożizzjoni fil-pajjiż. Jista’ jdum iwassal messaġġi Bernard Grech, bħall-predeċessuri tiegħu, li jrid jara l-ħaddiem Malti jtejjeb l-għajxien tiegħu meta mbagħad niesu stess jippe­ rikolaw kull dħul li dan jista’ jkollu. Għalxejn jiġi jtambar li għandu jkun hemm bilanċ akbar bejn ix-xogħol u l-ħin tal-mistrieħ meta l-Partit tiegħu stess seraq mal-40 ġurnata ta’ leave lil kull ħaddiem sakemm f’dawn l-aħħar snin Gvern Laburista beda jroddhom lura, kif wiegħed li jagħmel. Tal-Partit Nazzjonalista jistgħu jibdlu sufhom kemm iridu. Kulħadd jaf li għemilhom baqa’ identiku għall-imgħoddi. Minflok, kif tgħallimna l-istorja, il-Partit tal-Ħaddiema hu biss il-Partit Laburista, li llum, taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela, qed ikun monument ħaj ta’ fejn tħabbat qalbu. Ta’ dan, il-ħaddiem se jibqa’ jroddlu ħajr.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.