IS-SUĊĊESS TAL-PRESIDENZA MALTIJA www.kullhadd.com Il-Ħadd, 2 ta’ Lulju, 2017
Ara paġni 9-24
Ħarġa Nru 1,251 Prezz €1
IL-KAP ŻIED IL-PAGI TAL-KLIKKA BI 11% • DAN F’SENA FEJN IL-PARTIT NAZZJONALISTA MAR €1.6 MILJUN MINN TAĦT • IL-FATTI JĠIBU FIX-XEJN IL-BLAFF TA’ BUSUTTIL DWAR IL-FINANZI L-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista żiedet bi 11% il-pagi tagħha tul is-sena li għaddiet. Dan jirriżulta minn analiżi li analisti finanzjarji għamlu għall-gazzetta KullĦadd tal-kontijiet tal-Partit Nazzjonalista ippreżentati lill-Kummissjoni Elettorali. Kontijiet li kienu ppreżentati kważi xahrejn wara d-data stipulata bil-liġi tal-finanzjament tal-partiti u li jġibu fix-xejn id-dikjarazzjonijiet li saru li l-qagħda finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista marret għall-aħjar fi żmien it-tmexxija ta’ Simon Busuttil u Rosette Thake.
Fil-fatt, l-ispiża tal-Partit Nazzjonalista s-sena li għaddiet splodiet u waħda mir-raġunijiet kienet iż-żieda fil-pagi ta’ dawk fil-qalba tal-partit. Pagi li ma jinkludux dawk impjegati mal-midja tal-partit, fejn hemmhekk is-sitwazzjoni baqgħet waħda ħażina. Ir-riżultati li nanalizzaw f ’paġna 3 huma xhieda għaliex it-tmexxija ma riditx li l-kontijiet ikunu ppubblikati qabel l-elezzjoni ġenerali.
MILL-GRUPP PARLAMENTARI TAL-PN
QALULU CARETAKER LEADER U ĦA GĦALIH Simon Busuttil ħa għalih ħafna u rreaġixxa b’mod irrabjat kważi isteriku meta fil-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kien hemm min irrefera għalih bħala caretaker leader. Membri Parlamentari ssorprendew ruħhom li Simon Busuttil irreaġixxa b’dan il-mod kif sema’ min jirreferi għalih hekk.
Kien hemm min privatament reġa’ beda jidħollu dubju jekk din tal-elezzjoni ta’ kap tistax tkun kollha messa in scena. Għalkemm ħafna jaħsbu li issa huwa impossibbli li Busuttil iżomm il-kariga, hemm min qed jgħid li fadal mod wieħed kif hu jibqa’. Tkompli f ’paġna 4
EDWIN VASSALLO JGĦID LI FREE VOTE HU XHIEDA TA’ DEMOKRAZIJA VERA… IL-LIĠI TAŻ-ŻWIEĠ UGWALI TKOMPLI ŻŻID ID-DWEJJAQ FIL-PN Ara paġna 6
02
02.07.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 34°C L-Inqas Temperatura: 26°C L-Indiċi UV: 11 Is-Sitwazzjoni ġenerali:Firxa ta’ arja ta’ pressjoni għolja li testendi minn fuq l-Atlantiku sa fuq iċ-ċentru tal-Mediterran. Temp: Ftit imsaħħab li jsir xemxi. Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Majjistral it-Tramuntana li jsir qawwi. Il-Viżibbiltà: Tajba. Il-Baħar: Qawwi. L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral li jsir mil-Lbiċ. It-Temperatura tal-Baħar: 25°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tnejn
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
30°C
UV 9
22°C
Il-Ħamis
31°C
UV 9
22°C
31°C
Il-Ġimgħa
UV 9
22°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
31°C
UV 9
22°C
32°C
UV 9
23°C
33°C
UV 9
23°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta - 21226281 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun - 21238623 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi - 21487739 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara - 21492958 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex - 21341649 Numri Importanti San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke - 21378485 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema - 21330376 112 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard - 21436348 St. Joseph Pharmacy, 1, Triq iż-Żakkak, Il-Mosta - 21417593 Il-Pulizija ta’ Malta St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba - 21571649 2122 4001-9 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien - 21802986 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla - 21801698 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura - 21807503 2393 0000 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa - 21651031 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop - 21682028 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ - 21467459 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli - 21457128
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria, Għawdex - 21563233 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, l-Għarb, Għawdex - 27888128 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
02.07.2017
kullhadd.com
REĠA’ ŻDIED ID-DEJN… TAL-PARTIT U TAL-KUMPANIJI Rosette Thake u Ann Fenech responsabbli għall-finanzi ma’ Simon Busuttil u Alex Perici Calascione
DĦUL PARTIT NAZZJONALISTA
€1.4 Miljun
INFIQ PARTIT NAZZJONALISTA Tkompli minn paġna 1 kif f ’sena li d-dejn tal-partit ra żieda ta’ tliet miljuni u Minn €253,221 fl-2015, ħames mitt elf ewro, l-uffiċjais-sena li għaddiet il-pagi li tal-Partit Nazzjonalista taw tal-amministrazzjoni ċentrali żieda lilhom infushom. Mill-kontijiet ippreżentati, tal-Partit Nazzjonalista telgħu jirriżulta li s-sena li għaddiet għal €327,215. Il-kontijiet pubbliċi tal-Par- il-Partit Nazzjonalista għamel tit Nazzjonalista jindikaw li telf ta’ €1,639,557. Dan din l-ispiża kienet fuq 14-il b’kuntrast mal-Partit Laburispersuna u fil-ġustifikazzjoni ta li kellu surplus ta’ €40,031. Is-sena li għaddiet, il-Partagħhom qalu li ż-żieda kienet ġustifikata għaliex issaħħaħ tit Nazzjonalista naqqas ir-riżors uman peress li kienet id-dħul b’madwar €44,000 qed toqrob l-elezzjoni ġener- meta fl-aħħar ta’ 12-il xahar ali. Din hi żieda totali ta’ 29%. daħħal €1,398,852. Filwaqt li Però meta wieħed jikkunsidra d-dħul naqas, l-ispiża żdiedet li kien hemm żewġ impjega- minn €831,410 fl-2015 għal ti iktar mill-2015, l-analiżi li €1,106,775. B’hekk f ’sena saret mill-gazzetta KullĦadd waħda kien hemm żieda flturi li ż-żieda kienet ta’ medja ispiża ta’ 33%. Iżda, il-Partit ta’ 11%. Dan ifisser li uffiċ- Nazzjonalista kellu jagħmel jal fil-qalba tal-Partit Nazz- tajjeb għat-telf ta’ €1.9 miljun jonalista ħa żieda medja ta’ li għamlet il-midja tal-Partit u €2,300 fis-sena. Naturalment għalhekk meta wieħed jikkundin hi meta wieħed jaħdem sidra kollox, isib li kien hemm il-medja u mhux eskluż li kien telf u mhux qligħ kif qal Sihemm min ħa żieda u minn mon Busuttil fl-aħħar jiem. Dan għax il-midja tal-Parma ħa xejn u li ż-żieda ma kitit baqgħet għaddejja minn netx ekwa għal kulħadd. Saħansitra l-imkejjen tagħha sitwazzjoni mwiegħra. Flli ġibdulna l-attenzjoni dwar 2015 tilfet €3.1 miljun li dan, esprimew diżappunt għal ried jagħmel tajjeb għalihom
€1.1 Miljun
TELF TAL-MIDJA PN
€1.9 Miljun
TOTAL MINN TAĦT
€1.6 Miljun
TOTAL TA’ DEJN GĦALL-PARTIT BISS
€8.8 Miljun
il-Partit Nazzjonalista u s-sena li għaddiet ġara l-istess għalkemm b’ammont iżgħar ta’ €1.9 miljun. Dan ifisser li t-telf tal-midja tal-Partit li ried jagħmel għalih il-Partit Nazzjonalista kien ogħla middħul ta’ €1.4 miljun li għamel il-Partit Nazzjonalista s-sena li għaddiet. Fi kliem ieħor, il-Partit Nazzjonalista kien qed joħroġ minn ġewwa biex jagħmel tajjeb f ’sitwazzjoni finanzjarja li qed issir għalkollox insostenibbli. Kien hemm raġunijiet oħra għaliex żdiedet l-ispiża tal-Partit Nazzjonalista min-
barra ċ-ċirkostanza tal-midja u l-pagi li żdiedu. Fost oħrajn kien hemm żieda fl-imgħax li tħallas fuq id-dejn wara li fl-2016 il-Partit Nazzjonalista ddejjen €2.9 miljun oħra. Żieda fid-dejn sostanzjali fuq is-sena ta’ qabel li parti kbira minnu kienet ġejja mill-iskema ċedoli. Biċ-ċedoli l-Partit Nazzjonalista żied id-dejn bi €3.5 miljun. Biex sal-aħħar tal-2016 il-Partit Nazzjonalista kellu dejn ta’ €8.8 miljun u dan ma jinkludix lill-kumpaniji sussidjarji. Il-Partit Nazzjonalista kellu wkoll żieda qawwija fl-ispejj-
ez ta’ konsulenzi. Konsulenzi li ħafna minnhom jaqgħu taħt spejjeż amministrattivi fejn minn nefqa ta’ €119,644 fl-2015 l-ispiża telgħet għal €204,244 is-sena li għaddiet. B’hekk dan kollu jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li qal Simon Busuttil fl-aħħar jiem meta fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista ddikjara li “miċ-ċifri ppreżentati joħroġ ċar kemm il-pjan ta’ ristrutturar finanzjarju li tnieda fl-2014 qed iħalli l-frott mixtieq. Dan għaliex beda jitħallas ħafna mid-dejn antik tal-partit u tnaqqas ħafna wkoll l-imgħax fuq is-self mill-banek.” Għalkemm anke f ’dik l-intervista, Simon Busuttil spiċċa jserraħ fuq il-fatt li l-Partit għad għandu proprjetajiet, fosthom il-każini u d-Dar Ċentrali, li l-valur tagħhom jeċċedi l-valur ta’ dejn. L-analisti finanzjarji li ħadmu għal din il-gazzetta urew fid-dettall kif l-impressjoni li qed jipprova jagħti l-Kap tal-Oppożizzjoni hi għalkollox qarrieqa.
04
02.07.2017
kullhadd.com
JGĦIDU LI ŻAMM TIEQA MBEXXQA Tkompli minn paġna 1 Fil-Kunsill Ġenerali li nżamm fil-magħluq, nies qrib Simon Busuttil daħlu emenda kurjuża fejn jekk jirtiraw il-kontestanti kollha ħlief wieħed sakemm issir il-votazzjoni fost il-membri, il-kandidat li jifdal ikollu xorta jmur għall-votazzjoni u jkollu jikseb 66% tal-voti. Minkejja li tidher remota, min daħħal din l-emenda kellu f ’ moħħu l-possibbiltà li l-kandidat li jibqa’, ma jġibx dak l-ammont ta’ voti u minflok jibqa’ Simon Busuttil, li minn caretaker leader jerġa’ jidhol mit-tieqa biex isir kap. Minkejja li Adrian Delia qed jilgħabha ta’ dak li ġej minn barra, huwa xorta jibqa l-kandidat li għandu l-appoġġ tal-establishment minn fost dawk li tefgħu isimhom sa issa. Anke jekk mhux ta’ kulħadd. Dan irrita bil-kbir lil Chris Said, li qed jitkellem apertament kontra Busuttil u l-mod ta’ kif Chris Said urtat jispara lura remieh. L-istess irritazzjoni għandu Clyde Puli. Chris Said saħansitra qed jgħid li hu jaqbel li Jekk jgħaddi mill-Kunsill Ġenerali qabel persuna tigi aċċettata bħala kandidat, għandlogħba miftuħa ha tgħaddi minn quddiem bord. Fuq Facebook fakkar li kienet deċiżjoni ta’ Simon Busuttil li, qabel ma’ kandidat ġie approvat għall-elezzjoni ġenerali li għaddiet, deher quddiem Kummissjoni, magħmula min-nies tal-affari tagħhom, fejn analizzaw u għamlu due diligence ta’ kull kandidat. “Jidhirli li din il-proċedura għandha tirrepeti ruħha għall-elezzjoni ta’ kap tal-partit. B’hekk il-Kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali u wara t-tesserati, ikunu moħħhom mistrieħ li aħna l-kandidati li għalina qed jivvutaw - li potenzjalment aħna Prim Ministru futur, m’għandna xejn fil-professjoni u/jew in-negozju tagħna li jista’ jxekkilna milli nkunu ta’ servizz denju u xieraq għall-PN u għal pajjiżna,” kiteb Chris Said. Persuna qrib Said qalilna: “Hekk sew. Waqqafna nies milli joħorġu għall-kunsill lokali għaliex insibulhom xi ħaġa meta jgħaddu bord, imbagħad jiġi xi ħadd biex isir kap u ħadd ma jista’ jgħid xejn anki jekk nafu li hemm ħafna mistoqsijiet dwar interessi kummerċjali.” Il-botta lejn Delia hija ċara. Persuna mill-establishment li huwa bil-kbir kontra Adrian Delia huwa David Casa, minħabba kwistjoni li kien hemm bejniethom fil-passat. Daphne Caruana Galizia wkoll qed tattakkah għalkemm hemm min jgħid li dawn l-attakki huma parti minn korjografija miftiehma biex tbiegħdu minnha stess waqt li bħalissa ħafna Nazzjonalisti qed iwaħħlu fiha għal telfa oħra enormi. Min-naħa l-oħra qed isir l-argument minn imkejjen oħra li Caruana Galizia qed tattakka lil Delia għax Richard Cachia Caruana baqa’ qatt ma’ ħafirlu li kien iddefenda lil Charles Attard magħruf bħala z-Zambi L-attakk fuq Delia parti minn pjan li kien ammetta li kien involut fl-attentat ta’ qtil fuq l-istess Cachia Caruana. jew tpattija ta’ RCC? Fl-istess ħin l-establishment xorta qed jipprova jħajjar imqar kandidat ieħor minn ta’ ġewwa biex jikkontesta biex ikollhom fuq min iduru jekk Delia jfalli anke għax m’għandux l-appoġġ ta’ kulħadd. L-għażla se taqa’ fuq Alex Perici Calascione, li se jgħid li lanqas Eddie Fenech Adami ma kien tela’ fl-elezzjoni ġenerali, jew Therese Comodini Cachia, li iżda għaffġitha bil-kbir bil-programm elettorali li kitbet u b’dak li għamlet meta qalet li riedet tibqa’ Brussell. Ivan Bartolo huwa meqjus bħala wild card li jista’ biss inaqqar mill-voti ta’ Adrian Delia, u jgawdi l-appogġġ tal-business partner tiegħu, Żaren Vassallo, li l-Partit Nazzjonalista għandu “dejn” kbir miegħu. Mal-pakkett ta’ Żaren Vassallo ikun hemm inkluż Joe Saliba. Iżda fil-verità, il-persuna li kulħadd qed jistenna biex jiddeċiedi huwa Claudio Grech, li hu meqjus l-uniku wieħed li jista’ jħabbatha mal-establishment. Claudio Grech igawdi l-appoġġ tal-akbar numru ta’ Membri Parlamentari, iżda għandu l-kumitati sezzjonali jaħdmu kontrih. Simon Busuttil ma jridux, u saħansitra kien talbu ma jikkontestax l-elezzjoni ġenerali fuq l-ewwel distrett biex titla’ Paula Mifsud Bonnici. Xi ħaġa li Grech ma aċċettax. Claudio Grech jaf li jekk jgħaddi mill-Kunsill Ġenerali tkun logħba miftuħa, iżda jaf ukoll li fil-Kunsill L-establishment jikkunsidrahom ma’ Delia Ġenerali se jkollu lil Simon Busuttil kontrih, kif dejjem kien, u anki lil Mario Demarco kontrih, minkejja li dawn issoltu jkunu fuq naħat differenti. L-uniċi nies ma’ Claudio Grech huma dawk ta’ Austin Gatt. Sadattant, il-caretaker leader qed jibqa’ jistenna.
05
02.07.2017
kullhadd.com
“MARA MAGĦKOM” – HELENA DALLI Fil-Birgu, bil-monument tal-Ħelsien fl-isfond, il-Ministru Helena Dalli nediet il-kampanja tagħha għal kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista, bit-tema mara magħkom. Il-Ministru Dalli tkellmet fuq it-38 sena esperjenza ta’ ħidma fil-partit u li minnhom għamlet 21 sena sa issa tirrappreżenta lill-Partit fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament. Helena Dalli saħqet li hi ħadmet fil-Partit Laburista mhux biss fiż-żmien tal-glorja iżda anki fiż-żminijiet diffiċli. Il-Ministru Dalli qalet li hi taħdem f ’partit u Gvern femminista li issa għandu l-opportunità li għall-ewwel darba jaħtar mara fil-kariga ta’ Deputat Mexxej ta’ partit politiku kbir u eventwalment Deputat Prim Ministru ta’ Malta. “Mhux għax mara imma għax kont mara mal-Partit Laburista u mal-Gvern Laburista u mal-Oppożizzjoni Laburista tul dawn it-38 sena. Il-Prim Ministru jitkellem fuq partit u Gvern femminista. Il-Prim Ministru jrid illi nkomplu nimbuttaw dan il-kunċett. IlPrim Ministru ħeġġiġni biex
inkun qiegħda f ’din il-kariga, l-Prim Ministru,” qalet Heleilli nidħol għaliha din il-kari- na Dalli meta spjegat l-għajta ga u għalhekk jien qiegħda tagħha. Il-Ministru Dalli saħqet li nagħmel dak li talab minni
KEITH SCHEMBRI JIRBAĦ LIBELL KONTRA IN-NAZZJON
Il-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista In-Nazzjon għandha tħallas ħamest elef ewro f ’danni liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri wara li l-Qorti talAppell ikkonfermat sentenza ta’ libell li Schembri fetaħ kontra l-gazzetta. Dan wara li artiklu li deher f ’Novembru tal-2014 dwar Ryan Schembri li allegatament iffroda lil diversi persuni u ħarab minn artna prova jimplika b’xi mod lil Keith Schembri. L-Imħallef Anthony Ellul qal li l-artiklu kien fih
insinwazzjonijiet maħsuba biex jitfgħu dell ikrah fuq Schembri u familtu, u li kieku Keith Schembri ma kienx viċin il-Prim Ministru u l-Partit Laburista, dan l-artiklu ma kienx jinkiteb jew jiġi ppubblikat. Ma kienx artiklu li kellu jxandar fatti pprovati lill-qarrejja, iżda wieħed li kellu l-ħsieb li jtappan isem l-avversarju politiku talPartit Nazzjonalista. In-Nazzjon kienet ordnata tħallas ħamest elef ewro danni, somma li fi kliem il-Qorti tirrifletti s-serjetà tal-każ li gazzetta ppubblikat fatti mhux imfittxija jew ikkonfermati.
hi tinsab fuq l-istess linja ta’ ħsieb tal-Prim Ministru u bħal dejjem tibqa’ turi lealtà assoluta lejn it-tmexxija
tal-Partit Laburista għaliex m’għandhiex aspirazzjonijiet iżjed għoljin. Il-Ministru Helena Dalli fakkret kif hija marbuta wkoll ma’ kisbiet importanti li kiseb Gvern Laburista fl-aħħar snin fosthom ħelsien minn linji ta’ ħsieb ultra-konservattivi u ħelsien ekonomiku għaliex kienet strumentali biex togħla l-paga minima. “Jekk jiena mexxejt ’il quddiem id-djalogu biex intejbu l-paga minima u li din tibqa’ tiġi riveduta kultant żmien mhux wara 27 sena kif fil-fatt ġara, dak ukoll ikun ħelsien mit-tbatija għan-nies. Jiġifieri jiena l-kelma ħelsien, li teħles lin-nies minn kull sitwazzjoni fil-ħajja li qiegħda żżommhom lura, dik hija l-politika tiegħi,” kompliet tgħid il-Ministru. Il-Ministru temmet tgħid li t-tliet kandidati li resqu ’l quddiem għal din il-kariga huma kollha validi u waqt il-konferenza tal-aħbarijiet qasmet l-idea li ssaħħah il-pont bejn id-delegati tal-Partit Laburista u l-politiċi. Dan għaliex huma d-delegati nfushom li japprovaw il-programm elettorali li jressaq partit li mbagħad jinbidel fi programm ta’ ħidma ta’ Gvern li jmexxi lil pajjiż.
06
02.07.2017
kullhadd.com
FREE VOTE DEMOKRAZIJA VERA Edwin Vassallo
Id-Deputat Nazzjonalista, Edwin Vassallo, ta indikazzjoni ċara li hu fost dawk li dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ irid vot ħieles. Ftit sigħat wara li fil-Parlament tkellem dwar kif deputat parlamentari għandu jitħalla jkun onest, xerred artiklu fuq Facebook fejn kien hemm l-aħbar li l-Ġermanja approvat iżżwieġ bejn persuni tal-istess sess. Mill-artiklu silet żewġ kwotazzjonijiet, dik li rreferiet għal kif ivvutat il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel “Merkel votes against the bill ” u dik dwar kif Merkel tat vot ħieles lid-deputati tagħha “Merkel gives a free vote”. Hawn Edwin Vassallo kien ċar u kiteb li “hekk taħdem demokrazija ta’ vera.” Kien il-Ħadd li għadda li żvelajna għall-ewwel darba li fil-grupp parlamentari kien hemm skumdità bil-fatt li se janza fiż-żwieġ. Dan għaliex li se tinbidel il-liġi tal-ugwal- joni kienet li se ssir sempliċi jkun qed jivvota favur l-ugwal- ma kienx mistenni minnhom janza fiż-żwieġ u l-impress- bidla fl-isem tal-Unjoni Ċivili.
Fl-aħħar jiem Vassallo uża l-aġġornament parlamentari biex iwassal messaġġ. Qal li d-demokrazija mhedda u tkellem favur id-diversità fil-ħsieb. Sejħa simili għamluha oħrajn fil-Partit Nazzjonalista li bħal Edwin Vassallo ġejjin millfaxxa konservattiva tal-Partit u jemmnu li dan għandu jmur lura għall-għeruq tiegħu ta’ Religio e Patria. Biex iwassal il-messaġġ tiegħu uża l-Pietru Pawl Busuttil, attivist tal-Partit Nazzjonalista li ħalla din id-dinja fl-aħħar jiem. Edwin Vassallo tkellem dwar id-deputati li jpoġġu bilqiegħda ħdejh fil-Parlament. Referenza ċara għall-membri parlamentari tal-PN ladarba ma semmiex lil ta’ faċċata u ftit jiem wara li fil-grupp parlamentari kien hemm min ried vot ħieles dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ iddikjara li m’hemmx għalfejn kulħadd jaħsibha l-istess.
CLYDE PULI U MARTHESE PORTELLI MĦAJRIN GĦAL VIĊI KAP Clyde Puli qed jitħajjar jikkontesta għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit. Kien hemm mumenti fejn iddikjara li qed jikkunsidra li jidħol għal dik ta’ kap ta’ partit għax skont hu kien
hemm min ħeġġu, iżda mkejjen mill-kumitat sezzjonali ta’ Ħal Qormi spjegaw li Puli qed jimmira li jkun Viċi Kap. Anke jekk mhux kuntent bl-appoġġ fl-immedjat li ngħata Adrian
Delia minn uħud fl-establishment, Clyde Puli tkellem ma’ Delia u mhux eskluż li jekk jarah sejjer tajjeb jappoġġjah bit-tama li mbagħad ikun Viċi Kap tiegħu. F’dan il-kwadru
jibqa’ jissemma dejjem Pierre Portelli li għalkemm għadu ma kkommetta ruħu bl-ebda mod, ħafna qed isostnu li se jkun interessat għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Portelli wkoll qed jappoġġja lil Delia u dan ikompli jagħmlu kandidat ideali għal kontra David Casa, l-uniku wieħed li sa issa kkonferma l-kandidatura tiegħu għal Segretarju Ġenerali. Anke Marthese Portelli hija mħajra sew għal dan l-irwol. Fl-aħħar snin Marthese Portelli dehret spalla ma’ spalla malKap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għalkemm hemm min jgħid li ma tantx tista’ sser-
raħ dwar l-appoġġ tiegħu wara li fost oħrajn kienet fost dawk li internament uriet in-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-koalizzjoni li saret mal-Partit Demokratiku. Koalizzjoni li wasslet biex il-Partit Nazzjonalista tilef żewġ siġġijiet minn tiegħu fil-Parlament biex ħaduhom kandidati tal-Partit Demokratiku li għalkemm telgħu fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista u l-Qorti ddikjarat li huma deputati tal-istess partit, issa qed juru x-xewqa li jirrappreżentaw lill-partit tal-oranġjo għalkemm jikkollaboraw mal-Oppożizzjoni. Oppożizzjoni li mhix komda bihom fil-grupp parlamentari Nazzjonalista.
07
02.07.2017
kullhadd.com
MIX-XENA TAD-DELITT SAL-ANALIŻI XJENTIFIKA • NITKELLMU MA’ STUDENTA BL-ASPIRAZZJONI TA’ KARRIERA F’LABORATORJU Kitba ta’ RACHEL POWELL Ftit tal-jiem ilu l-Kumpanija BioDNA Laboratory services ħabbret li qed jistennew li salaħħar tas-sena jiġu akkredidati fuq livell internazzjonali għal testijiet tossikoloġiċi. Dr Marisa Cassar, id-Direttur ta’ BioDNA, spjegat li l-Gvern qed ikompli jinvesti fix-xjenza. Fil-fatt BioDNA llum qed tkompli timraħ u se tiġi akkreditata biex toffri servizzi oħra sa l-aħħar ta’ din is-sena. “Dan iwassal biex aktar kumpaniji barranin jagħżlu dan il-laboratorju għal aktar kollaborazzjonijiet,” tenniet Dr Cassar. Laboratorji bħal dan jagħmlu xogħol siewi ħafna fil-qasam forensiku fejn joffru servizzi lill-Qrati Maltin bħal fid-determinazzjoni tad-DNA għal skopijiet forensiċi, testijiet fuq id-droga maqbuda mill-pulizija biex tiġi determinata l-kompożizzjoni u l-purità tagħha. F’intervista, Jasmine Spiteri, studenta Universitarja li għadha kif temmet il-kors Bsc Biology & Chemistry u għadha kif bdiet taħdem fl-istess kumpanija, tgħid li minn dejjem xtaqet taħdem f ’laboratorju, speċjalment wieħed forensiku. Dan għaliex jogħġobha xogħol li jinvolvi esperimenti u li fl-istess ħin huwa bażi importanti tas-soċjetà u li jista’ jkun ta’ għajnuna kbira biex persuna tikseb ġustizzja. Hija stqarret li ma tħossx li l-Università toffri korsijiet speċifiċi għal dawk l-istudenti li jkunu interessati jidħlu fis-settur forensiku. Jista’ jagħti l-każ li hemm korsijiet relatati li joffru xi tip ta’ sfond tas-suġġett però mhux li jittrattaw dan is-suġġett biss. Ġeneralment min ikun jixtieq ikompli fuq din il-linja jkollu jagħmel Masters barra minn Malta. Għaldaqstant, għalkemm il-korsijiet tal-bijoloġija u l-kimika, pereżempju, jispjegawlek it-teorija wara ħafna suġġetti differenti fil-qasam tax-xjenza, dan il-kors mhuwiex biżżejjed biex l-istudent ikun jista’ japplika dak li jkun tgħallem b’mod prattiku, speċjalment fid-dinja tax-xogħol. Ikun ħafna aħjar kieku l-istudenti jiġu offruti iktar placements jew internships matul il-kors apparti l-prattiċi normali. Ħafna mid-drabi jrid ikun l-istudent li jaqdef biex isib
xogħol u jrid ikun imħarreġ sew mill-kumpanija li jissieħeb magħha biex ikun jist’a jsarraf dak li tgħallem. Kuntatti preċendenti, bħal tutors tatteżi li jkollhom xogħol ieħor barra l-Università, jgħinu ħafna imma m’hemm l-ebda entità li tgħin biex l-istudent ikun ippreparat għax-xogħol. Spiteri tgħid li bla dubju l-fatt li l-Kumpanija BioD-
Hemm sfidi teknoloġiċi wkoll. Naħseb li tkun diffiċli biex ikollna kull teknoloġija hawn Malta
NA tagħmel anke testijiet għall-kumpaniji barranin jirrifletti l-livell għoli tax-xogħol imwettaq u tal-potenzjal kbir li din il-kumpanija għandha biex tkompli tikber. Jekk il-persuna tkun imħarrġa sew f ’din l-industrija, l-esperjenza li wieħed jikseb f ’postijiet tax-xogħol hawn Malta tippermetti li wieħed ikun jista’ jaħdem barra minn xtutna. Prof. Emmanuel Sinagra Kap tad-Dipartiment tal-Kimika u Deputat Dekan saħaq li l-akkreditazzjoni internazzjonali hija pass importanti u għalhekk il-laboratorju tal-Università fl-analiżi tad-droga qed jaħdem għal din l-akkreditazzjoni. B’hekk ikollna wkoll ċertifikat estern li jgħid li aħna nkunu qed insegwu prattiċi tajba u kontinwità. Dan ma jfissirx li mingħajr l-akkreditazzjoni wieħed ma jkunx qed isegwi dawn il-prattiċi. Jista’ jkun ilkaż li laboratorju akkreditat ma jsegwix il-prattiċi tajba bejn spezzjoni u oħra. Sfortunatament huma ftit il-kumpaniji li qed jinvestu f ’dan is-settur. Fl-opinjoni tiegħu “fir-rigward tal-analiżi, gradwati fix-xjenzi fejn l-analitika tispikka għandhom ikunu kapaċi li jaħdmu. Jien m’inix wieħed li nemmen li għandu jkollna speċjalizzazzjoni stretta fil-livell tal-baċellerat. Jiġifieri ma naħsibx li għandu jkun hemm baċellerat fil-forensika. Naħseb li hemm
Prof. Emmanuel Sinagra
Jasmine Spiteri
lok imma fejn ikun hemm xi kors multidixxiplinarju fil-livel avvannzat fejn xjenzati jitgħallmu naqra liġi u nies minn oqsma oħra bħal gradwati tal-liġi jitgħallmu kif jistgħu jinterpretaw xi riżultati xjentifiċi. Hemm ukoll lok li jkunu mgħallma prattiċi analitiċi moderni u li jintużaw barra minn Malta.” Bħalissa min irid isegwi xi programm ta’ studju barra minn Malta jew b’mod elettroniku f ’livell avvanzat, jista’ jagħmel dan billi jieħu jew borża ta’ studju mill-Gvern jew ikun megħjun bi krediti ta’ taxxa. Dan jgħodd għal studji forensiċi wkoll. Bħalissa qed naraw li żdiedu n-nies li jitgħallmu x-xjenzi imma minkejja dan, hemm nuqqas ta’ ħaddiema fil-qasam tal-analitika. Minkejja li d-Dipartiment tal-Kimika, li huwa l-Kap tiegħu, ipproduċa u għadu jipproduċi bosta gradwati li jistgħu jaħdmu fl-analitika, xorta waħda hemm nuqqas u bħal kull qasam ieħor, kumpaniji jimp-
jegaw ħaddiema barranin. Dan huwa mertu ta’ tkabbir ekonomiku fil-pajjiż. Madanakollu ma jfissirx li fis-settur tal-forensika m’hawnx biżżejjed nies. Skond il-Professur Sinagra l-fatt li f ’Malta qed nattiraw testijiet minn kumpaniji barranin jista’ jgħin biex jagħmel dan il-qasam aktar sostenibbli.Il-Gvern investa fil-laboratorji forensiċi tal-Pulizija u fil-Malta Laboratories Network. L-isfidi li dan is-settur qed jaffaċċja jiddependu minn xi jkun hemm bżonn min-naħa tal-presekuzzjoni u tal-ġustizzja. Bħalissa l-identifikazzjoni ta’ drogi sintetiċi ġodda qed issir aktar u aktar importanti. “Hawnhekk l-irwol tad-Dipartimenti tiegħi bħala l-id xjentifika tal-focal point tal- European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction (EMCDDA) hija importanti. Hemm sfidi teknoloġiċi wkoll. Naħseb li tkun diffiċli biex ikollna kull teknoloġija hawn Malta,” qal Sinagra.
08
02.07.2017
kullhadd.com
TINQATA’ L-LISTA TA’ STENNIJA GĦALL-HOME HELP F’GĦAWDEX Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li f ’dawn l-aħħar ġranet sar eżerċizzju intensiv li wassal biex tinqata’ kompletament il-lista ta’ stennija għas-servizzi tal-Home Help f ’Għawdex. Justyne Caruana fissret din il-kisba bħala sinjal ċar ta’ kemm dan il-Ministeru
jrid jindirizza l-bżonnijiet tal-anzjani li jridu jibqgħu jgħixu fil-komunità. Hi qalet li dawk l-anzjani li jagħżlu li jibqgħu jgħixu fi djarhom għandhom ikollhom kull assistenza possibbli u hekk kif ħadmet fil-qasam tal-anzjani f ’dawn l-aħħar snin, issa se tkompli taħdem biex isservizzi mhux biss jiżdiedu
imma titjieb il-kwalità u l-effiċjenza tagħhom. Il-Ministru qalet li mhux aċċettabbli li l-anzjani li jeħtieġu l-għajnuna jitħallew jistennew ġimgħat jew xhur biex jingħataw dan isservizz; kien għalhekk li, wara l-eżerċizzju li sar biex tinqata’ għalkollox il-lista ta’ stennija, se jiġi assigurat me-
kkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ kull każ li jkun iktar effiċjenti u jevita dewmien u tbatija bla bżonn. “Irridu nifhmu li għall-persuni anzjani, l-iktar dawk li jgħixu weħidhom, is-servizz tal-għajnuna fid-dar jaf ikun l-ikbar appoġġ u sostenn li jgħinhom jgħixu aħjar u għalhekk stennija fit-tul u
bla bżonn tista’ tnaqqsilhom mill-kwalità tal-ħajja,” qalet il-Ministru Justyne Caruana. Għal dan il-għan, qed isiru wkoll xogħlijiet fl-uffiċċju tas-sezzjoni tal-anzjani fil-Ministeru għal Għawdex biex ikun iktar attrezzat u għalhekk il-klijenti jkunu jistgħu jinqdew f ’iktar kumdità u b’iktar effiċjenza.
MALTA TINGĦAQAD FIT-TISLIMA LIL KOHL Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia attenda għaċ-ċerimonja Ewropea li qed tfakkar il-memorja tal-eks Kanċillier tal-Ġermanja Dr Helmut Kohl, fejn fiha huwa rrappreżenta l-Gvern Malti. Din iċ-ċerimonja saret fil-Parlament Ewropew, u għaliha attendew l-ogħla awtoritajiet, kemm mill-Ewropa kif ukoll minn pajjiżi oħra madwar id-dinja. Is-Segretarju Parlamentari esprima l-ħsibijiet tiegħu dwar is-sinifikat importan-
ti ta’ din iċ-ċerimonja li qed tikkommemora l-ħidma ta’ persuna li kellha viżjoni kbira Ewropea ta’ għaqda u sinerġija. Aaron Farrugia rrimarka fuq il-ħtieġa li l-ħidma b’eżempju ta’ dan iċ-ċittadin onorarju Ewropew tibqa’ tiġi meħuda bħala ispirazzjoni. Dan sabiex fi żminijiet ta’ klima internazzjonali diffiċli nkomplu nibnu Ewropa b’saħħitha li taqsam il-ġid maċ-ċittadini tagħha, fuq livell ekonomiku, infasslu u ngħixu l-proġett retarju Parlamentari Farrugia. soċjali u politiku. “Id-dirgħajn tal-istorja issa Ewropew li ried l-eks Din iċ-ċerimonja kienet indijinsabu fuq spallejna biex Kanċillier Kohl”, qal is-Seg- rizzata mill-President tal-Par-
lament Ewropew Antonio Tajani, il-President tal-Kummissjoni Ewropea JeanClaude Juncker, u l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, li ddeskrivew lil Helmut Kohl bħala “a great European”. Fil-kapaċità personali tagħhom għaddew messaġġi l-eks President tal-Istati Uniti Bill Clinton, l-eks Prim Ministru Spanjol Felipe González, u l-Prim Ministru Russu Dmitry Medvedev. Id-diskorsi tal-għeluq saru mill-President Franċiż Emmanuel Macron u l-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel.
09
02.07.2017
kullhadd.com
Jannar - Ġunju 2017
PRESIDENZA SUĊĊESS RIŻULTATI KONKRETI GĦALL-ĠID TAĊ-ĊITTADIN
269 1,545 91
laqgħa f’Malta
laqgħa fi Brussell u fil-Lussemburgu
avveniment kulturali
10
IL-KISBIET IL-KBAR 02.07.2017
Hekk kif mat-tokki ta’ nofsillejl nhar l-1 ta’ Jannar 2017 iċċelebrajna t-tnedija tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017, wasal iż-żmien ukoll sabiex inħarsu lura lejn dak li ġara matul dawn issitt xhur: il-Presidenza li tant kienet ilha mistennija, illum waslet fi tmiemha. Pajjiżna kien responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ bosta avvenimenti bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, kemm f ’pajjiżna kif ukoll lil hinn minn xtutna. Dawn l-avvenimenti kienu maqsuma f ’dawk politiċi u dawk kulturali. Huwa tassew xieraq li f ’mument bħal dan inħarsu lura lejn uħud mill-aqwa kisbiet li saru f ’dawn l-aħħar sitt xhur, li fihom pajjiżna kien għaddej minn ħidma siewja u ħabrieka bl-għan li dejjem inkomplu ntejbu l-Unjoni Ewropea. Uħud mill-aktar kisbiet popolari li saru waqt din il-Presidenza kienu abbinati ma’ dak li għandu x’jaqsam mad-dinja diġitali. Eliminajna t-tariffi tar-roaming: dan ifisser li ċittadini tal-UE li jivvjaġġaw għal Stati Membri oħra, iħallsu l-istess tariffi bħallikieku qegħdin lura f ’pajjiżhom, kemm fejn jidħol it-3G u l-4G, kif ukoll telefonati u SMSs. Dan għandu jgħin liċ-ċittadini tal-UE li jkunu qegħdin jivvjaġġaw biex ikunu jistgħu jikkomunikaw b’mod aktar faċli ma’ dawk lura
kullhadd.com
d-dar, kif ukoll jagħti għajnuna lil dawk li jixtiequ jikkomunikaw ma’ membri tal-familja u ħbieb li jgħixu fi Stati Membri oħra. Permezz ta’ din il-kisba se jgawdu wkoll in-negozji, minħabba tariffi baxxi fuq mezzi ta’ komunikazzjoni b’mod diġitali. Din il-kisba għandha tagħti mbuttatura kbira ’l fuq lis-settur tat-turiżmu. Kisba oħra fis-settur diġitali hija dik tal-portabbiltà, li toħloq opportunità għal min ikun imsiefer għal xi btala fi Stat Membru ieħor sabiex ikun jista’ jkollu aċċess għal kontenut li ssoltu jkun jista’ jara jew jisma’ minn pajjiżu. Din il-konvenjenza se tgħin liċ-ċittadini tal-UE biex ikollhom aċċess ugwali ikunu fejn ikunu, u se tiffaċilita wkoll l-użu ta’ teknoloġija bħal smartphones, tablets u laptops meta ċittadin Ewropew ikun imsiefer. Il-Presidenza Maltija tal-UE ħadmet ukoll favur id-drittijiet tal-konsumatur fejn jidħol xiri u ħlas ta’ kontenut diġitali. Huwa mistenni li din il-kisba tgħin ħafna lill-kummerċ lil jsir onlajn. Sar ukoll progress fuq ilkunċett ta’ Wifi4EU, li jinkludi l-għan ta’ bejn 6000 u 8000 WiFi hotspot f ’postijiet pubbliċi bħal sptarijiet, pjazez u libreriji f ’kull belt u raħal fl-UE sas-sena 2020, li għandu jkun aċċessibbli kemm għar-residenti kif ukoll għat-turisti. It-
tagħmir neċessarju kif ukoll spejjeż tat-twaħħil se jiġu koperti minn fondi Ewropej, filwaqt li istituzzjonijiet pubbliċi se jħallsu ammont fix-xahar u se jkunu responsabbli sabiex dan it-tagħmir ikun miżmum kif xieraq. Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE assenjat mill-ġdid il-banda tal-frekwenza għolja ta’ 700MHz, li twitti t-triq għall-5G. Din it-teknoloġija tiżgura aċċess aħjar u internet iżjed b’saħħtu, li għandu jkun ta’ benefiċċju kemm għan-negozji kif ukoll għall-individwi li jgħixu fl-UE. Il-konnessjoni għandha tissaħħah ukoll f ’inħawi rurali, u permezz tal-5G, jistgħu jiġu introdotti servizzi diġitali innovattivi fl-oqsma tal-mediċina, tat-trasport u AI, filwaqt li jingħataw imbuttatura s-servizzi finanzjarji u s-settur tal-igaming. Matul dawn l-aħħar sitt xhur sar ukoll ħafna xogħol fl-ekonomija. Fost il-ħidma li saret, insibu li sar ħafna progress fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa. Minħabba li ġew imsaħħa r-regoli f ’dan ir-rigward, in-negozji fl-UE issa se jkunu qegħdin iħallsu u jitħallsu b’mod xieraq fil-qasam taxtaxxa. Dan għandu jgħin ukoll ir-relazzjoni ta’ bejn in-negozji u l-konsumatur. Sar ukoll progress dwar problemi ta’ intaxxar doppju ġewwa l-UE. Dan l-iżvilupp għandu jtejj-
eb sewwa negozju li jsir bejn pajjiżi differenti. L-Unjoni Ewropea tirsisti ħafna għall-ekonomija tagħha, speċjalment fejn jidħol it-tkabbir ta’ negozi żgħar u medji. Għalhekk, infetħu s-sistemi ta’ fondi EUVECA u EUSEF, li jagħtu għajnuna finanzjarja lil dawn in-negozji filwaqt li
Ħdimna wkoll bis-sħiħ għas-sigurtà mal-fruntieri tagħna, kemm dawk bejn Stat Membru u ieħor, kif ukoll dawk li jagħtu għal pajjiżi oħra
jillimitaw ħafna l-burokrazija. Matul din il-Presidenza saru bosta riformi f ’dawn iż-żewġ skemi u ’l fuq minn 499 impjegat se jsir eliġibbli għal fondi mill-EUVECA. Saret ukoll ħidma għal investimenti ta’ riskju baxx li se jkunu stabbli u ta’ kwalità għolja, u twaqqfu regoli ġodda sabiex in-negozji jkollhom aċċess għal finanzjament alternattiv mingħajr ħafna ostakli. Waħda mill-prijoritajiet li kellha l-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE 2017 kienet il-kwistjoni tal-migrazzjoni. Fit-3 ta’ Frar 2017, Malta organizzat Summit, fejn it-28 kap tal-Istati Membri tal-UE iltaqgħu fil-Palazz tal-Gran Mastru. Dakinhar sar ħafna xogħol sabiex tonqos il-migrazzjoni irregolari u jitwaqqaf it-traffikar tal-bnedmin, li hu tant perikoluż għal dawk li jaqsmu l-ibħra għall-kenn. Sar ukoll progress li jibni fuq ix-xogħol tal-Valletta Summit li sar fl2015, u li juri biċ-ċar li l-UE hija kommessa sabiex jitwettaq dak li ġie miftiehem fil-Joint Valletta Action Plan. Il-kunsill tal-UE rnexxielu wkoll iżid il-finanzjament tal-Bank Ewropew għall-Investiment għal proġetti li jindirizzaw il-kwistjoni tal-migrazzjoni barra mill-UE. Dawn il-fondi jammontaw għal €3.7 biljun. Tkompli f ’paġna 11 >>
11
02.07.2017
kullhadd.com
Ħdimna wkoll bis-sħiħ għas-sigurtà malfruntieri tagħna, kemm dawk bejn Stat Membru u ieħor, kif ukoll dawk li jagħtu għal pajjiżi oħra. Ix-xogħol li sar jiżgura li jkun hemm iżjed sigurtà fejn tidħol verifikazzjoni ta’ dokumenti. B’hekk, il-frodi fid-dokumenti tal-ivvjaġġar għandu jonqos drastikament. Ingħatajna wkoll il-mandat biex niddiskutu sistema ta’ dħul u ħrug mill-UE. F’dan is-settur sar prograss fuq ETIAS, sistema li taċċerta li jiġu ċċekkjati sew nies li m’għandhomx bżonn viża qabel jidħlu fiż-żona Schengen. Il-Kunsill tal-UE adotta direttiva dwar kontroll aħjar fuq l-akkwist u l-pussess ta’ armi tan-nar, bl-għan li ntejbu s-sigurtà pubblika u li nwaqqfu l-aċċess għal iżjed armi perikolużi. Adottajna wkoll direttiva li għandha tgħin biex jittejbu l-għodda li għandhom l-Istati Membri sabiex jiġġieldu t-terroriżmu, u lħaqna wkoll konklużjonijiet dwar is-sigurtà u d-difiża fil-kuntest tal-Istrateġija Globali tal-UE għal ġestjoni aħjar fi stati ta’ kriżi. Bejn Jannar u Ġunju tal-2017 sar ħafna xogħol favur ambjent aħjar u enerġija iżjed nadifa. Sar ħafna progress fuq il-kwistjoni tal-emissjonijiet, fejn l-UE uriet li hi kommessa sabiex l-effiċjenza fl-enerġija tilħaq iċ-ċifra ta’ 40% sal-2030. Ix-xogħol li sar jobbliga lill-industrija sabiex tiżviluppa teknoloġiji iżjed effiċjenti filwaqt li tillimita wkoll it-tniġġis tal-arja. Parti minn dan il-progress kien abbinat ma’ tikkettar aħjar tal-apparat domestiku, skont l-effiċjenza u l-konsum tiegħu. Il-Presidenza Maltija tal-UE ħadmet bis-sħiħ sabiex tiġi żgurata l-provvista tal-gass, kif ukoll sabiex tiġi stabbilita sistema ta’ informazzjoni soda bejn l-UE u pajjiżi terzi fir-rigward ta’ kuntratti tal-enerġija. Hekk għandha titjieb it-trasparenza u l-konsistenza tar-relazzjoni li l-UE għandha f ’dan il-qasam. F’dan iż-żmien intlaħaq ukoll ftehim fejn l-appoġġ u s-solidarjetà tal-UE għandha tiżdied għal reġjuni li jiġu affettwati minn diżastri naturali. Ħdimna għall-baħar ta’ madwarna. Permezz tal-Inizjattiva dwar il-baċir tal-Mediterran tal-Punent, huwa mistenni li titjieb il-governanza u s-sostenibbiltà tal-ekonomija marittima. Sar ukoll xogħol li għandu jipproteġi varjetà ta’ speċi, kif ukoll sajjieda u l-bastimenti tagħhom, fil-Baħar tat-Tramuntana. L-aħħar iżda mhux l-inqas insibu qasam li tant hu għal qalb pajjiżna: il-qasam tal-inklużjoni soċjali u s-saħħa. F’dan il-qasam saret ħidma bla qies favur edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd, bi skop li ninvolvu ż-żgħażagħ tal-Ewropa fi proġetti li jagħtu għajnuna lil bosta komunitajiet. Sar ukoll ħafna xogħol li jsaħħaħ il-liġijiet li jipproteġu lill-konsumatur u ġie revedut il-Qafas Finanzjaru Pluriennali għall-2014-2020, bi ħsieb li jiżdied ix-xogħol. Il-Presidenza Maltija għamlet progress fil-qasam tas-saħħa, fejn ħdimna sabiex intejbu s-sigurtà tat-tagħmir mediku u l-aċċess għal dan it-tagħmir. Ħdimna wkoll sabiex l-UE tkun tista’ tipproteġi liċ-ċittadini tagħha minn alternattivi legali għal sustanzi li jagħmlu ħsara. L-UE ingħaqdet mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul bl-għan li nipprevjenu u niġġieldu l-vjolenza kontra n-nisa u vjolenza domestika ta’ tipi oħra. Sar ukoll ħafna xogħol bl-iskop li neliminaw il-faqar permezz ta’ governanza aħjar, żvilupp ekonomiku u uman, u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali tagħna. Illum beda Lulju u l-Presidenza għaddiet; kienu sitt xhur ta’ ħidma u bżulija liema bħalha, li ssarrfet f ’dawn il-kisbiet u oħrajn bħalhom, u li minnhom se ngawdu lkoll bħala ċittadini Ewropej, li niffurmaw parti minn din il-komunità soda u b’saħħitha. Dawn is-sitt xhur bħal taru; bdejna b’ħafna entużjażmu, u dik l-enerġija baqgħet tidher sal-aħħar, tant li għandna bosta evidenza f ’dawn il-kisbiet kbar. Nagħmlu sew jekk nikkonkludu bi kliem il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea nnifsu Donald Tusk, li qal li kien impressjonat bil-Presidenza Maltija u li sar xogħol eċċellenti f ’dawn l-aħħar sitt xhur. Tusk qal ukoll li Malta ħaqqha kull tifħir dwar din il-Presidenza ta’ suċċess.
It-tmexxija ta’ Malta u tal-istituzzjonijiet Ewropej kellhom relazzjoni mill-aqwa
Il-PM ma’ Federica Mogherini waqt waħda mill-attivitajiet li ffukaw fuq is-sigurtà fir-reġjun tal-Mediterran
Fil-Malta Summit l-attenzjoni tad-dinja kienet fuq pajjiżna
Id-diskussjoni dwar il-[ejjieni tal-Ewropa kienet kontinwa waqt il-Presidenza Maltija
PRESIDENZA SUĊĊESS ANKE FIL-QASAM TAS-SAĦĦA Il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea kienet suċċess u dan qaluh l-għola Mexxejja Ewropej. Din il-Presidenza kienet ta’ suċċess ukoll fil-qasam tas-saħħa fejn ħalliet il-frott mixtieq f’diversi oqsma. It-temi ewlenin f’dan il-qasam waqt din il-Presidenza kienu l-obeżita fit-tfal, u koperazzjoni bejn stati membri fuq diversi oqsma fosthom fuq ix-xiri ta’ mediċini ġodda u anke informazzjoni u kura fil-qasam ta’ mard rari. Waqt laqgħa bejn diversi Ministri għas-Saħħa Ewropej li saret f’pajjiżna f’Mejju intlaħaq ftehim storiku, bejn tmien pajjiżi stati membri. Iddikjarazzjoni ġiet iffirmata bejn Malta, Ċipru, Greċja, l-Italja, il-Portugal, Spanja, l-Irlanda u r-Rumanija. Dawn il-pajjiżi qablu li jiġi mwaqqaf Kumitat Tekniku biex jesplora modi ta’ koperazzjoni fosthom fejn jidħlu qsim ta’ informazzjoni, jiġu identifikati prattiċi tajbin, u jiġu esplorati mekkaniżmi biex ikunu negozjati prezzijiet ta’ mediċina u anke joint procurment. Il-prezzijiet għolja tal-mediċini ġodda speċjalment f’ċertu mard huwa ta’ tħassib serju għallistati membri u waqt il-Presidenza Maltija, dan ix-xahar ukoll saret konfernza tal-għola livell li għaliha mhux biss attendew Ministri għas-Saħħa Ewropej, iżda wkoll attendew CEO ta’ kumpaniji kbar tal-farmaċetika madwar l-Ewropa. Laqgħa importanti li saret f’Malta matul il-Presidenza kienet l-laqgħa informali tal-Ministri għas-Saħħa li saret f’Marzu. Waqt din il-laqgħa l-Ministri għas-Saħħa Ewropej, filmkien mal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, WHO ddiskutew temi kurrenti fil-qasam tas-saħħa fosthom il-koperazzjoni bejn stati membri, l-obeżita, il-mard rari u l-HIV. Temi li għandhom l-għan aħħari li jtejbu l-kwalita tal-ħajja tal-Ewropej. Laqgħa oħra bejn il-Ministri għas-Saħħa Ewropej saret aktar kmieni dan ix-xahar, meta ltaqgħa l-Kunsill tal-Ministri fil-Lussemburgu. Kunsill li matulu ġew adottati l-konklużjonijiet tal-Presidenza Maltija. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ obeżita fit-tfal, pajjiżna kien strumentali biex jiġu maħluqa linji gwida biex jiġu addottati millistati membri dwar dak li għandu x’jaqsam xiri ta’ ikel fl-iskejjel. B’dan il-għan fl-iskejjel Ewropej, il-post fejn it-tfal jqattgħu numru ta’ sigħat konsiderevoli, it-tfal ikollhom aċċess għall-ikel bnin, tajjeb għal saħħithom. Il-Presidenza Maltija fil-Qasam tas-Saħħa ffukat wkoll fuq ilmard rari. Iċ-ċokon ta’ pajjiżna jagħmilna aktar vulnerabbli f’dak li għandu x’jaqsam mard rari. F’pajjiżna persuna li jkollha marda rari jista’ jkun li tkun l-unika waħda li tkun għaddejja minnha. Fil-qasam tal-mard rari propju matul il-Presidenza Maltija ġew imwaqqaf l-European Reference Networks, ċentri ta’ eċċellenza f’mard rari partikolari madwar l-Ewropa, biex b’hekk ċittadini Ewropej jkollhom punt ta’ referiment f’każ ta’ marda rari partikolari. Dan kollu wassal biex anke fuq qasam Ewropej illum nistgħu ngħidu li qegħdin ningħataw servizz ta’ saħħa aħjar.
kullhadd.com
13
02.07.2017
14
02.07.2017
kullhadd.com
15
02.07.2017
kullhadd.com
L-AĦBAR WARA L-FTEHIM Ray
Wendy
L-iljieli ta’ negozjati, is-sigħat ta’ diskussjonijiet fil-Kunsill u ż-żjarat tal-politiċi Maltin fi Brussell, Strasburgu jew il-Lussemburgu kien hemm bżonn li jkunu kkomunikati biex b’hekk il-pubbliku seta’ jkun mgħarraf b’dak li kollu li kien qed jiġri. Rwol f’dan kollu, fost tim kbir ta’ nies, kellhom Wendy Borg, waħda mill-kelliema għall-Presidenza u Ray Attard, fotografu li tul il-Presidenza kien ibbażat Brussell. Tkellimna magħhom dwar din l-esperjenza. X’ kienet l-esperjenza tiegħek bħala kelliema tal-Presidenza?
Kemm ilek fil-fotografija? Ta’ 16-il sena xtrajt l-ewwel fix-xogħol tal-fotografija matkamera tar-ritratti tiegħi. Ili 30 sena. X’differenza rajt mill-Presidenza għal esperjenzi oħra? Ix-xogħol tiegħi fi Brussell kien jirrikjedi li permezz tal-fotografija u l-filmati nuri dak kollu li qed jiġri hawnhekk relatat mal-Presidenza. Kellna sitt xhur u fuqhom ta’ xogħol
intens, żmien li għalih trid tippjana minn qabel u torganizza l-apparat li hemm bżonn. Nista’ ngħid li rnexxieli niddokumenta parti mill-istorja Ewropeja.
Kif ħassejtek tgħix Brussell? Għalkemm Malta tibqa’ art twelidi, Brussell u l-ibliet tal-madwar fissru għalija arja friska... hawn aktar ftuħ.
Jogħġobni l-fatt li din hija belt li toffri aċċess għall-kumplament tal-Ewropa b’aktar faċilità.
Liema kien l-iktar politiku f ’dawn is-sitt xhur li faċli ġġibu tajjeb f ’ritratt? L-eks Deputat Prim Ministru Louis Grech. Ta’ xiex se tħoss l-ikbar nuqqas? Kien proġett intens ħafna li issa se jieqaf f ’daqqa u allura se nħoss in-nuqqas tar-rutina u l-ġenn tax-xogħol hawn-
hekk. Se nħoss in-nuqqas tal-libertà li tħoss meta tgħix f ’pajjiż li jinsab fiċ-ċentru tal-Ewropa.
Ibgħatli l-iktar ritratt għal qalbek. Dan ir-ritratt juri lill-President Ewropej. Naħseb huwa ritratt Tusk u l-President Juncker li jfisser ħafna. fl-aħħar Summit tal-Mexxejja
L-għanijiet tiegħi kienu tnejn: li isem ta’ pajjiżna jkun imħares, filwaqt li nkomplu nibnu fuq l-isem tajjeb li ħadna bil-Valletta Summit u Summits oħrajn, u t-tieni kien li nwasslu lil dan il-vapur fil-port minkejja d-diffikultajiet marbutin mad-daqs ta’ pajjiżna u anke r-riżorsi limitati tagħna. Forsi għal ħafna l-Presidenza ma kinetx ċara x’inhi. Għal dawn is-sitt xhur pajjiżna kien fittmun tal-aġenda tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-Maltin kienu qed jiddeċiedu b’liema pass għandna nimxu fuq diversi leġiżlazzjonijiet u kienu l-Maltin li kellhom jinnegozjaw mhux biss bejn il-pajjiżi membri iżda wkoll mal-Parlament. Dan meta jkollok 28 opinjoni differenti fuq kull paragrafu ta’ kull proposta u l-Maltin bħala l-Presidenza kellhom jinnegozjaw biċċa biċċa pożizzjonijiet komuni fuq diversi proposti, li ovvjament ma kinetx xi ħaġa faċli li ssir. L-akbar sfida kienet li dan jiġi rifless fil-midja internazzjonali u anke lokali, u bħala kelliema
tal-Presidenza kien ifisser li rrid inwieġeb f ’isem 28 membru, mingħajr ma nfixklu dak li jkun qed jiġi nnegozjat. Tajjeb li ngħidu wkoll li l-ġurnalisti li jaħdmu fi Brussell isegwu millqrib u huma ffukati fuq temi partikolari, allura x-xogħol kien jirrikjedi ħafna qari u kuntatt kontinwu kemm mal-uffiċjali tagħna li kienu qed jinnegozjaw u anke mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Fuq nota personali, meta nħares lura ngħid li kienet esperjenza li ma ninsa qatt u nista’ ngħid unika. L-esperjenza biddlitni ħafna u fetħitli orizzonti ġodda li qabel ma kontx inħares lejhom. Il-fatt li anke trid tgħix bogħod minn pajjiżek ukoll hija sitwazzjoni ta’ sfida. Hemm ukoll il-fatt li fi Brussell, hemm modus operandi ferm differenti minn Malta u għalhekk trid tadatta għal dawn is-sitwazzjonijiet, mingħajr iżda ma’ titlef il-perspettiva lokali. Jiġifieri trid tiftaħ moħħok iżda mingħajr ma tabbanduna dak li sawrek.
X’kienet l-ikbar sfida? L-ammont ta’ ġurnalisti li jsegwu x-xogħol tal-Unjoni Ewropea huwa kbir ħafna u jirrappreżentaw pajjiżi differenti, anke minn barra l-Ewropa. Kulħadd ikollu l-interessi tiegħu, u anke l-aġenda tiegħu, u l-isfida ewlenija li kelli kienet li nibni relazzjoni tajba magħhom, u noħloq bilanċ bejn l-interessi tal-Presidenza u l-interessi tal-ġurnalisti. Dan kollu kien jitlob li jien insegwi x-xogħol li jkun għaddej fil-Kunsill
biex inżomm ruħi aġġornata fuq dak li għaddej. Dan ix-xogħol kien jinvolvi wkoll il-preparazzjoni tal-Ministri tal-Gvern tagħna peress li wara kull Kunsill dawn kellhom jindirizzaw konferenzi u intervisti. Nista’ ngħid ukoll li bħala Presidenza konna b’saħħitna ħafna fuq il-midja soċjali, bl-udjenza li mmirajna għaliha tkun il-midja fi Brussell.
X’kienu qed jgħidu l-ġurnalisti dwar il-Presidenza Maltija? Peress li pajjiżna huwa l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea u l-Presidenza kienet l-ewwel esperjenza tagħna, kien hawn l-impressjoni li l-Presidenza Maltija kienet se tkun waħda passiva li ftit li xejn tagħmel progress fuq dawk il-proposti li kienu fuq l-aġenda. Iżda llum meta jħarsu lura u jaraw il-kisbiet kollha, il-Presidenza Maltija
mhux biss kienet suċċess kbir iżda wkoll eċċellat u tat impetus ġdid dwar kif għandha tkun il-Presidenza tal-Kunsill. Fil-fatt mexxejja, bħal Donald Tusk, mexxejja ta’ pajjiżi oħra u anke midja barranija ddeskrivew il-Presidenza Maltija bħala a tough act to follow.
Semmili episodju li jibqa mmarkat f ’moħħok? Aktar milli episodju, iktar il-mod kif pajjiżna żgħir kemm hu żgħir, jekk ikollna l-aspirazzjoni u d-determinazzjoni li naslu għal oġġettiv tagħna, the sky could be the limit. Pajjiżna kien fid-driv-
ing seat, u meta tara kif il-mexxejja Ewropej kienu qed iħarsu lejn il-Prim Ministru Malti, anke fl-elezzjoni ta’ Donald Tusk, kienet xi ħaġa li baqgħet f ’moħħi.
16
02.07.2017
kullhadd.com
PRESIDENZA BIL-KULURI T Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju, 2017, hekk kif waslet fi tmiemha l-Presidenza Maltija tal-Kunsill talUnjoni Ewropea 2017, intemm ukoll il-Programm Kulturali li kien imfassal għal waqt dawn l-aħħar sitt xhur. Il-kuluri tal-Presidenza kienu bosta; dan kien xieraq għat-tema li ġiet magħżula bħala s-simbolu ta’ dan iż-żmien – rEUnion. Kienu sitt xhur ta’ ħidma siewja u ħabrieka, u l-programm politiku tfassal madwar iċ-ċittadin. Hekk, din it-tema ta’ rEUnion ħadet it-tifsira tagħha: il-Presidenza Maltija tal-UE 2017 inbniet fuq il-pedamenti ta’ unjoni – unjoni li tixtieq taħdem biex tersaq dejjem eqreb lejn iċċittadini tagħha. It-tema ta’ rEUnion saret ukoll sinonima mal-programm kulturali tal-Presidenza Maltija tal-UE. Fil-fatt, kienet it-tema uffiċjali tiegħu li saħansitra intużat bħala l-isem tas-sit elettroniku għall-programm kulturali. Bħall-bqija ta’ din il-Presidenza, ilprogramm kulturali kien wieħed varjat u mżewwaq b’bosta kuluri, imfassal fuq l-ideali ta’ komunità, diversità, u espressjoni. B’91 avveniment, 85 minnhom iseħħu barra minn xtutna u 33 lokalment, il-programm kien vast. Fost dawn l-avvenimenti saru 13-il prestazzjoni, 31 avveniment ta’ natura mużikali, 32 eżibizzjoni, festival talfilm, u 14-il avveniment multidixxiplinarju. Dawn saru kollha b’parteċipazzjoni totali ta’ iżjed minn 1000 artist f ’35 belt differenti madwar id-dinja. Illum, li l-Presidenza u l-programm kulturali tagħha waslu fi tmiemhom, tajjeb li nieqfu ftit u nħarsu lura lejn uħud mill-ikbar avvenimenti li ħallew il-marka tagħhom fuq dan il-programm. Fit-12 ta’ Jannar , 2017, żmien bikri f ’din il-Presidenza,
kellna l-ftuħ uffiċjali tal-programm kulturali. BAHR kienet prestazzjoni kkummissjonata għal din l-okkażjoni importanti. BAHR hija kompożizzjoni oriġinali ta’ Albert Garzia, bil-parteċipazzjoni ta’ Żfin Malta taħt koordinazzjoni ta’ Mavin Khoo, u l-Malta Philharmonic Orchestra taħt direzzjoni ta’ Mro Brian Schembri. Il-prestazzjoni kienet speċjali mhux biss minħabba l-valur artistiku u estetiku tagħha, iżda wkoll minħabba l-fatt li BAHR tittratta l-kwistjoni tal-migrazzjoni mil-lenti tal-esperjenza umana ta’ dawk il-bnedmin li huma maqbudin f ’din il-problema. Il-migrazzjoni, bħala waħda millprijoritajiet li kellha din il-Presidenza, kienet fost l-aktar kwistjonijiet sensittivi li Malta kellha tpoġġi fuq il-mejda tad-diskussjonijiet. Fi Brussell, il-Presidenza nfetħet permezz ta’ kunċert spettakolari fil-Bozar nhar is-16 ta’ Jannar 2017. F’dan il-kunċert ipparteċipa t-tenur Malti Joseph Calleja, flimkien mal-Malta Philharmonic Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Brian Schembri. Din il-prestazzjoni wkoll kellha tifsira importanti abbinata ma’ dak kollu li xtaqet twettaq il-Presidenza Maltija tal-UE: il-mużika li ġiet magħżula għall-programm tas-serata kienet ġejja minn bosta kompożituri Ewropej. Dan il-kunċett kien tassew xieraq biex jiftaħ Presidenza li xtaqet tisħaq fuq l-importanza tal-unità u l-komunità bittema tagħha ta’ rEUnion. Fil-Bozar ukoll, ittellgħet waħda mill-iżjed esibizzjonijiet importanti tal-Presidenza - Malta: Land of Sea, li nfetħet nhar is-16 ta’ Frar u baqgħet għaddejja sat-28 ta’ Mejju. Il-ħsieb ta’ wara din l-esibizzjoni kien li turi kif il-Gżejjer Maltin ġew influwenzati mill-bosta interazzjonijiet li kellhom ma’ ħakkiema differenti li waslu f ’pajjiżna millibħra ta’ madwarna. L-iskop kien ukoll sabiex naraw kif l-oġġetti li dawn iċ-ċivilizzazzjonijiet differenti ħallew warajhom, interaġġixxu huma wkoll ma’ xulxin, sabiex inħoloq ċiklu ta’ komunikazzjoni li permezz tiegħu, inkitbet l-istorja ta’ Malta. Din l-esibizzjoni ġiet ippreżentata mill-kuratur Sandro Debono.
17
02.07.2017
kullhadd.com
A MŻEWQA TAL-KULTURA Lura fi xtutna, nhar it-18 ta’ Marzu, inġab għallewwel darba f ’iżjed minn mitejn sena l-istallett talGran Mastru Jean Parisot de Valette, li ġie misluf mill-mużew Louvre sabiex jinżamm f ’pajjiżna tul il-Presidenza. Dan l-istallett bħalissa jinsab ġewwa l-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta, u l-esibizzjoni se tibqa’ għaddejja sad-9 ta’ Lulju. Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rat ukoll iċ-ċelebrazzjonijiet tas-60 anniversarju mill-iffirmar tat-trattat ta’ Ruma, li permezz tiegħu bdiet il-komunità li eventwalment kellha ssir l-Unjoni Ewropea. Sabiex niċċelebraw dan l-avveniment tassew importanti, il-Presidenza Maltija kkummissjonat xogħol ta’ arti multimedia li kien jikkonsisti fi projezzjonijiet tridimensjonali b’illustrazzjoni ta’ Julian Mallia u animazzjoni ta’ Paul Camilleri, flimkien ma’ soundtrack oriġinali li huwa xogħol Ruben Zahra, l-artist li ħareġ bilkunċett ta’ dan il-proġett u li tah l-isem ta’ Colours in Motion. Colours in Motion isegwi tifla Maltija li tivvjaġġa f ’sitt territorji li huma rappreżentattivi tassitt pajjiżi li ffirmaw it-trattat ta’ Ruma. Kull pajjiż huwa rappreżentat permezz ta’ temi li jinkorporaw fihom aspetti ta’ xogħol minn artisti prominenti li ġew minn dawn il-pajjiżi. Il-vjaġġ huwa marbut sew mal-migrazzjoni, kif ukoll mal-Mediterran u ma’ dak li huwa marittimu, tliet temi li ngħataw importanza kbira fil-programm politiku tal-Presidenza. Id-9 ta’ Mejju huwa Jum l-Ewropa, u l-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea iċċelebrat dan permezz ta’ kunċert, fejn il-Malta Philharmonic Orchestra u l-European Union Youth Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro B r i a n Schembri, flimkien malEstonian Philharmonic Chamber Choir u l-Malta EU Presidency Choir taħt id-direzzjoni ta’ R i c c a r d o Bianchi, taw prestazzjoni ta’ Symphony No. 9 u Ode to Joy ta’ Ludwig van Beethoven. Ode to Joy huwa l-innu uffiċjali talUnjoni Ewropea.
Fil-fatt, din is-sinfonija kienet ukoll protagonista fi prestazzjoni tassew interessanti li ttellgħet fl-14 ta’ Mejju. Ode to Joy: A Citizens’ Orchestra għaqqdet flimkien ċittadini Maltin u Ewropej minn sfond soċjali differenti, kemm dawk li huma mużiċisti professjonali, kemm dawk li jipprattikkaw xi strument mużikali fil-ħin liberu tagħhom, kif ukoll oħrajn li ma kellhom l-ebda esperjenza fid-dinja tal-mużika: kienet miftuħa għal kulħadd, u bosta nies differenti ipparteċipaw. Dakinhar tal-prestazzjoni, Pjazza Teatru Rjal kienet mimlija daqs bajda, u ċ-ċapċip ma’ w a q a f x . L-udjenza ppar teċipat hi wkoll, hekk kif id-direttur Tim Steiner beda jidderieġi lilhom ukoll. Sorpriża sabiħa oħra kienet meta wħud mill-parteċipanti niżlu minn fuq il-palk u bdew jiżfnu mal-udjenza - ċelebrazzjoni spettakolari, tassew fl-ispirtu ta’ rEUnion. Xieraq li nagħlqu billi nsemmu ċ-ċerimonja li għalqet il-Presidenza Maltija tal-Kunsill talUnjoni Ewropea. Il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju kienet l-aħħar ġurnata uffiċjali għall-Presidenza Maltija; Presidenza ta’ sitt xhur li taret, u li kienet mimlija b’ħidma siewja u bosta kisbiet. Dan iż-żmien, li tant kien speċjali għal pajjiżna, ġie ċċelebrat permezz ta’ kunċert fi Smart City. Dan il-kunċert ġie mtella’ bil-parteċipazzjoni ta’ 15 mill-aktar protagonisti popolari fix-xena tal-mużika Maltija, flimkien ma’ orkestra ta’ 23 mużiċist taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela, u mistiedna speċjali The Tenors. Kien kunċert spettakolari, li għalih kienu mistiedna jattendu dawk kollha li xtaqu jiċċelebraw it-tmiem ta’ din il-Presidenza tassew suċċess.
22
02.07.2017
kullhadd.com
IL-PRESIDENZA TGĦADDI F’IDEJN L-ESTONJA
Intemmet waħda u bdiet oħra. Il-bidu ta’ Lulju mmarka l-bidu ta’ Presidenza ġdida tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Malta għaddiet it-tmun tal-Presidenza f ’idejn l-Estonja, pajjiż Baltiku li bħal Malta qed jassumi r-responsabilità tal-Presidenza
għall-ewwel darba hekk kif dan il-pajjiż kien issieħeb fl-Unjoni Ewropea flimkien ma’ Malta fl-2004. Wara l-Prim Ministru Malti Joseph Muscat, dak Estonjan issa huwa l-President tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt nhar il-Erbgħa li ġej
il-Prim Ministru tal-Estonja Jüri Ratas se jkun fi Strasburgu biex jindirizza l-plenarja tal-Parlament Ewropew u hemmhekk mistenni jispjega l-prijoritajiet ewlenin għas-sitt xhur li ġejjin. Fost il-prijoritajiet li Ratas iddiskuta mal-President tal-Kummissjoni Ewropea
Jean Claude Juncker hemm riforma fil-moviment ħieles tad-data u t-tiġdid ta’ strateġija dwar is-sigurtà fuq l-internet. Il-Presidenza tal-Estonja mistennija wkoll tiffoka fuq kwistjonijiet soċjali li jolqtu direttament liċ-ċittadini Ewropej u l-politika Ewropea għad-difiża.
Ma jonqsux kwistjonijiet oħra bħat-tibdil fil-klima, l-immigrazzjoni, is-sigurtà u t-tkabbir ekonomku li wkoll se jkunu fuq l-aġenda Ewropea sa tmiem din is-sena. Għalhekk issa li bdiet Presidenza ġdida, l-attenzjoni ddur minn fuq il-Belt Valletta għal kapitali tal-Estonja, Tallin.
23
02.07.2017
kullhadd.com
MIL-LENTI TAL-ĠURNALISTI BBAŻATI FI BRUSSELL
It-tmiem tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qed ikun analizzat minn għadd ta’ ġurnali barranin li fl-aħħar jiem taw il-verdett tagħhom dwar dak li nkiseb tul is-sitt xhur li Malta għamlet fittmun. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ żewġ ġurnalisti influwenti bbażati Brussell li jaħdmu ma’ tnejn mill-iktar aġenziji importanti għar-rapportaġġ dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Unjoni Ewropea. Kellhom opinjonijiet ċari ħafna dwar il-Presidenza Maltija. Jacopo Barigazzi, ġurnalist tal-Politico, iddeskriva l-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bħala waħda li tat ir-riżultati. “Bdiet b’allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni minħabba l-Panama Papers u l-kwistjoni dwar il-bejgħ tal-passaporti, iżda fl-aħħar mill-aħħar anke l-ikbar kritiċi jammettu li din hi Presidenza li tat ir-riżultati,” sostna Barigazzi f ’kummenti għallgazzetta KullĦadd. Fost oħrajn semma l-ftehim dwar l-aġenzija għall-ażil u l-visas għall-Georgia u għall-Ukrajna, l-uffiċċju tal-prosekutur Ewropew u sistemi ta’ awtorizzazzjoni b’rabta mal-ivvjaġġar
ġiet biex iżommna infurmati. Għal dak aħna grati ħafna,” qal Kemp. Mistoqsi dwar is-sehem talPrim Ministru Joseph Muscat fit-tmun tal-Presidenza Ewropea, il-ġurnalist Barigazzi ddeskrivih bħala “effettiv.” “Ta l-impressjoni li qed jistudja għal xi rwol Ewropew, xi darba fil-ġejjieni, u mhux jien biss ħadt din l-impressjoni,” kompla jgħid f ’dikjarazzjoni tal-impatt ċar li ħalla Joseph Muscat. Opinjoni ċara dwar Joseph Muscat ukoll mill-ġurnalist tal-AFP. Innota kif għen biex tiżdied il-viżibilità tal-Presidenza anke billi kien attiv fi kwistjonijiet li mhux neċċesarjament għandhom x’jaqsmu mal-Presidenza. “L-aqwa eżempju ta’ dan kien dwar Brexit, meta Muscat ma beżax jagħti opinjonijiet b’saħħithom dwar il-ħtieġa ta’ għaqda fost is-27 pajjiż l-ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-ħtieġa Anke l-ikbar li r-Renju Unit ma jistax ikolkritiċi jammettu lu l-kejk u jieklu waqt in-negozjati,” qal Kemp li tenna li “Malta kif Presidenti oħra tal-Kunsill kienu iktar newtrali u kawdelivered” ti f ’ċirkostanzi bħal dawn. Jacopo Barigazzi, “Naħseb kienet strateġija tajba ġurnalist Politico ta’ Muscat,” qal Kemp.
bħala eżempji varjati ta’ fejn Malta ħalliet ir-riżultati. Danny Kemp, ġurnalist talAFP qal li Malta għamlet biċċa xogħol tajba meta mbuttat leġiżlazzjoni kruċjali fi żmien li l-Unjoni Ewropea għandha għadd kbir ta’ sfidi diviżivi. “L-uniku difett żgħir kien l-elezzjoni nazzjonali li setgħet naqset xi ftit l-attenzjoni tal-Gvern u l-allegazzjonijiet dwar taxxa. Imma mill-ikel organiku, sal-enerġija u s-servizzi finanzjarji għaddew kwistjonijiet ta’ valur. Minn aspett ta’ midja sibna Presidenza proattiva u koperattiva ħafna meta
Muscat ma beżax jagħti opinjonijiet b’saħħithom Danny Kemp, ġurnalist AFP Meta qabbel il-Presidenza Maltija ma’ oħrajn minn pajjiżi oħra stqarr li fi Brussell jingħad li Presidenzi minn pajjiżi żgħar iwasslu għal affarijiet kbar u tenna li l-Presidenza Maltija seta’ kellha inqas esperjenza minn dik Olandiża, iżda kienet iktar dinamika minn dik Slovakka b’referenza għall-pajjiżi li għamlu t-trio tal-Presidenza Maltija. Kemp irrakkonta kif esperjenza wkoll il-Presidenza tal-Lussemburgu, pajjiż żgħir ieħor. “Il-Presidenza Maltija definittivament kellha sens iktar b’saħħtu ta’ identità nazzjonali, parzjalment minħabba
l-prijoritajiet li għażel il-Gvern Malti,” qal Kemp li nnota kif il-Lussemburgu kellu wkoll l-isfida tal-kriżi tal-Greċja. “Jidher li l-Presidenzi tal-pajjiżi żgħar huma iktar suċċess,” kompla jgħid. Mistoqsi liema kienet l-ikbar kisba tal-Presidenza Maltija, il-ġurnalist tal-Politici semma’ l-EPP, l-uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew. Dan anke jekk Malta mhix parti minnu. “Għadu mhux dak li l-prosekuturi kontra l-mafja kienu qed joħolmu dwaru, li jkun hemm uffiċċju ta’ prosekutur Ewropew madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Imma huwa pass importanti ħafna f ’żewġ direzzjonijiet; il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-bini ta’ istituzzjonijiet Ewropej li ilna noħolmu dwarhom,” sostna Barigazzi. Dwar dan is-suġġett il-ġurnalist tal-AFP semma li l-ikbar kisba tal-Presidenza Maltija kien il-fatt li żammet l-għaqda dwar il-bidu tan-negozjati fuq Brexit. Qal li din kienet kwistjoni li setgħet wasslet għal konfużjoni. “Iżda minflok kien hemm pożizzjoni soda tas-27 pajjiż u bidlu formali għat-taħdidiet filwaqt li l-Brittaniċi kienu maqsuma,” qal Kemp.
KUNSILL GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI (ECOFIN) Kburin bit-tim kollu tal-Presidenza Maltija. Irnexxielna nagħtu kontribut għall-avvanz tal-proġett Ewropew Joseph Muscat, Prim Ministru
Bħala President tal-ECOFIN il-Ministru Scicluna qed jiffirma l-liġijiet u r-regolamenti li ġew approvati.
Jindirizza l-istampa internazzjonali flimkien mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis.
Mal-Prim Ministru filParlament Ewropew fi Strasburgu.
Fl-ECOFIN nistgħu norbtu fuq it-tmexxija soda u trankwilla ta’ Edward Scicluna. Presidenza tajba. Pierre Moscovici, Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.
F’diskussjoni malMinistru tal-Finanzi Wolfgang Schäuble, jiddefendi isem pajjiżna.
25
02.07.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
LIŻBETTA Dak il-ħin sajjetta faqqgħet fuq is-saqaf tas-sagristija u biċċiet żgħar tal-ġebel waqgħu madwar u fuq Dun Matteo u Liżbetta. Il-qassis inħasad u ħares ’il fuq. Kif ratu aljenat Liżbetta ħatfet lil bintha u ġriet lejn il-bieb. Dun Matteo ġie f ’tiegħu u għajjat, “Ieqaf! Qed ngħidlek f ’isem Alla l-imbierek, ieqaf!” Iżda Liżbetta baqgħet tiġri u wara ftit semgħet il-passi tqal tiegħu warajha. Meta kienet
waslet f ’nofs il-knisja semgħet lill-qassis jgħajjat, “Żommuha! Żommuha u tħalluhiex toħroġ!” Iżda n-nisa fil-bieb kienu għadhom imwerwra bis-sajjetta tant fil-qrib, u l-inqas kas talgħajjat tal-qassis. Dak il-ħin eżatt faqqgħet sajjetta oħra akbar u nstema’ l-ħoss ta’ ġebel jaqa’ quddiem il-bieb tal-knisja u l-art tal-misraħ. Mal-ħoss tal-ġebel
instema’ wkoll il-ħoss ta’ qanpiena titgerbeb fl-art u ddoqq u taħbat maċ-ċnagen li waqgħu mill-kampnar kbir u massiċċ. Iż-żewġ qniepen l-oħra waqgħu fuq l-art tal-kampnar stess, li għal ftit ma sfrundax bit-toqol tagħhom. In-nisa werżqu u Liżbetta baqgħet ħierġa tiġri mill-knisja bix-xita qliel nieżla fuqha u fuq it-tarbija, u bil-ġebel għadu nieżel madwarha.
jnu bih. Ħafna sigħat qabel kien diġà kważi qed jaħseb biex jerfa’ mix-xogħol fl-għalqa, attent biex minn ħin għal ieħor jisma ’l martu tgħajjatlu ħalli jitla’ r-razzett biex jiekol bħas-soltu. Iżda meta fl-aħħar għajtitlu ma kienx għax kien lest l-ikel, iżda għax kienet waslet. U Brandu telaq kollox minn idu, ġera lejn ir-razzett u ntefa’ bilqiegħda mal-mejda fejn is-soltu jieklu, filwaqt li martu Liżbetta daħlet wara l-purtiera u qagħdet fis-sodda biex tiled waħedha bħall-erba’ darbiet ta’ qabel. Għax ebda qabla ma kien jirnexxilha tasal fil-ħin f ’razzett li biex tinżel
għalih kienet tissogra tikser xi sieq, aktar u aktar matul il-lejl. Brandu kien mejjet bil-ġuħ, u l-garr f ’żaqqu kienet tisimgħu Liżbetta minn fuq is-sodda, li ma kienx għax l-uġigħ tagħha kien qed iġegħelha tingħi aktar bil-qawwi mill-garr ta’ żaqq żewġha. Għalkemm Liżbetta kinet sajret xi ħaġa. Brandu ma ssugrax jiekol waqt li hi kienet qed tilheġ u titqanżaħ waħedha wara l-purtiera, Brandu qatagħha li kien qorbu s-sagħtejn ta’ filgħodu. Ħalla ftit tal-minuti jgħaddu qabel qam għajjien minn mal-mejda u daħal ħdejha. U meta daħal sabha wiċċha għarqan xraba diġà bilqiegħ-
SILTA MILL-KTIEB L-għaraq kien ilu li kesaħ u nixef miegħu, iżda Brandu xorta ma ċċaqlaqx minn fejn kien tul nofs siegħa sħiħa, bilqiegħda fuq ġebla u jserraħ dahru mal-ħajt kollu ħotob tar-razzett. Lanqas għajnejh ma fetaħ tul dik in-nofs siegħa. Brandu Axac kien qed jisforza biex almenu s-sagħtejn li kien fadal sa ma jisbaħ jorqodhom. Għax kien għajjien ħafna. Ħafna aktar milli qatt kien ħassu qabel. Iżda minkejja dik l-għejja kollha, wara ġurnata jaqla’ dahru fl-għalqa, u wara li għamel sas-sagħtejn ta’ filgħodu jistenna ’l martu tiled, xorta ma setgħetx tmur għa-
da tnaddaf lit-tarbija u qed taqtgħalha l-kurdun. Liżbetta ħarsejt lejh b’għajnejn għajjenin u tbissmitlu. Hu tbissem lura waqt li fl-istess ħin ipprova jara t-tarbija kinitx tifel jew tifla. Liżbetta qisha qratlu ħsiebu għax qaltlu, “Tifla, Brandu.” Leħenha kien għajjen ħafna u maħnuqa, iżda f ’ebda ħin ma waqfet milli kienet qed
tagħmel. U f ’ebda ħin ma talbitu jgħinha. Kienet taf li ma tantx kellu stonku Brandu tagħha. Mhux bħalha. Għax Liżbetta kienet stonkuża ħafna. U hu minn dejjem kien jafha. Barra bilqiegħda b’dahru jistrieħ mal-ħajt, Brandu kien għadu b’għajnejh magħluqa, bi tbissima fuq wiċċu u jaħseb f ’dan kollu.
Mistoqsija: X’jismu r-raġel ta’ Liżbetta? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: LIŻBETTA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 9 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb PREŻENZA huwa: C-DIMECH - Ir-Rabat
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
01
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Min inħatar Speaker tal-Kamra? It-tweġiba:
Ir-Rebbieħ: G.SCICLUNA - Il-Ħamrun
Isem:
Indirizz:
Numru tat-telefown:
26
02.07.2017
kullhadd.com
ESPERJENZA U KOMPETENZA EDWARD
SCICLUNA Ministru għall-Finanzi
Li nikkontesta l-elezzjoni għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament hija r-raba’ sejħa li għamilli l-Prim Ministru Joseph Muscat f ’perjodu ta’ tmien snin. L-ewwel sejħa saret lura għall-2008 sabiex nikkontesta l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew tal-2009. It-tieni kienet fl-2013 meta kont mitlub nirrinunzja l-post ta’ Viċi President fil-kumutat tal-EP ECON, fl-istess sena li kkontestajt l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba u li kont appuntat fil-Kabinett bħala l-Ministru għall-Finanzi. It-tielet sejħa
saret xahrejn qabel l-elezzjoni li saret kmieni x-xahar li għadda u li b’suċċess irduppjajt il-voti fuq żewġ distretti biex b’hekk erġajt ġejt elett u appuntat bħala l-Ministru għall-Finanzi. L-aħħar sejħa li saritli riċentament mill-Mexxej Laburista hija sabiex nikkontesta għall-kariga ta’ Deptutat Mexxej. Kull sejħa kienet sabiex inservi lil pajjiżi b’mod fiduċjuż u korrett. Il-ħidma tiegħi, spalla ma’ spalla mal-Prim Ministru, sarrfet f ’suċċess f ’kull baġit li ppreżentajna, u li ħalliet impatt ta’ valur fuq l-ekonomija, effett li għadu jinħass. It-tnejn naħdmu u nilħqu qbil għal viżjoni komuni u għal metodu ta’ kif naslu għall-viżjoni. It-tnejn li aħna ninsabu kburin bil-kisbiet tagħna u ħerqana li nkomplu nibnu fuq dak li konna diġà bdejna. Nemmen li r-riżultat miksub fl-aħħar elezzjoni b’maġġoranza ta’ 40,000 huwa messaġġ
ċar li l-poplu Malti jrid li l-ekomonomija u l-finanzi jibqgħu mmexxija minn tim li tul l-aħħar erba’ snin wera biċċar il-kapaċità tiegħu. Tim immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat u minni l-Ministru għall-Finanzi li jsarraf f ’kontinwità pożittiva. Dejjem tajt prijorità l-onestà u l-kredibiltà fil-valuri personali tiegħi li komplejt inżewwaqhom b’ħiliet u b’esperjenzi varji li ksibt matul is-snin permezz ta’ bosta rwoli li okkupajt filwaqt li l-valuri saħħaħthom permezz ta’ tagħlim tul il-ħajja u l-attitudni pożittiva sabiex inkompli nsaħħaħ dak li nkun tgħallimt. Kulħadd jista’ jara u jiskrutinizza r-riżultati tajbin li ksibt f ’numru ta’ istituzzjonijiet bħall-Università, il-Bank Ċentrali, il-Kummissjoni Elettorali, l-MFSA, l-MCESD, l-Parlament Ewropew u l-Kabinett. Nemmen li dawn il-kwalitajiet huma kumplimentari għal
governanza tajba, minkejja li l-politika tiġi deskritta b’mod ċiniku. Tul l-esperjenza politika tiegħi stajt ninnota li d-delegati u l-elettorat jagħtu valur kbir lill-kwalitajiet tal-politiku. Naħseb li l-kuntatt kontinwu bejn il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari mad-delegati għandu jibqa’ fis-seħħ bil-possibilità li jiżdied. Infatti, il-Prim Ministru diġà indirizza dan ilbżonn fil-leġiżlatura li għaddiet permezz tal-attività bi-annwali ta’ Gvern li Jisma’ filwaqt li filkaż tiegħi tiġi kkumplimentata bil-laqgħat ta’ qabel il-baġit. Dawk li kienu fil-Parlament Ewropew jifhmu l-importanza tal-kuntatt kontinwu u l-bżonn li l-kuntatt mal-elettorat ikun skedat fil-kalendarju Parlamentari, pereżempju l-Membri Parlamentari Ewropej jingħataw ġimgħa time-off kull sitt ġimgħat biex l-MPE jorganizzaw laqgħat pubbliċi biex jiltaqgħu mal-elettorat. Din il-
ġimgħa tisejjaħ green week. Il-Partit Laburista għamel bosta snin fl-oppożizzjoni. Illum, il-partit ittrasforma f ’moviment kbir progressiv u inklussiv, fejn il-Maltin u l-Għawdxin minn kull settur fis-soċjetà qed jiġu rrappreżentati. L-istrutturi, l-istatut u l-organi tal-partit reġgħu nbnew u l-partit irriforma ruħu sabiex jirrifletti ż-żminijiet moderni. Issa wasal f ’punt li qed ikun sostenibbli. Ir-rekluti l-ġodda fil-kabinett u l-Membri Parlamentari inġenerali jiggarantixxu futur prospettiv. Flimkien mal-Prim Ministru u jien bħala Deputat Prim Ministru jekk tingħatali l-fiduċja mid-delegati, nixtieq li matul dawn is-snin li ġejjin nosservaw il-mexxejja futuri tal-partit, u nipprovdulhom l-ispazju u l-għodod għall-kontinwità fis-suċċessi li qabad dan ilpajjiż. Jien nixtieq li niggwidahom fi prospetti ġodda u mhux li nkun il-kompetitur tagħhom.
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 22 ta’ Ġunju. Dan x’taħwid hu, man!? Il-gazzetta tagħna tgħid li Godfrey Farrugia magħna u l-gazzetti l-oħra jgħidu li Godfrey Farrugia mal-Partit Demokratiku. Ikolli ngħid li anke lil Simon tagħna ħawdu għax lil Marlene u lil Godfrey ħallihom barra mix-shadow cabinet. U milli jidher Marlene malajr ħadet għaliha għax wara li l-ġimgħa l-oħra fil-Qorti qalet li hija magħna, issa ħarġet tgħid li hija u Godfrey għalihom għax huma mhumiex Nazzjonalisti imma tal-Partit Demokratiku. Imma issa trid tiddeċiedi għax għada jiftaħ il-Parlament. Jew magħna, jew mhux magħna, Marlene, għax min mhux magħna kontra tagħna! Ikolli ngħid li sewwa kienu jgħidu, koalizzjoni ta’ konfużjoni. Il-Ġimgħa, 23 ta’ Ġunju. Għandu jkun mhux dak Junker biss għandu lsienu twil! Issa qed itawwal ilsienu wkoll dan Donald Tusk. Ma nafx għalfejn dak il-ftaħir kollu lil Joseph Muscat. Saħansitra qal li l-Presidenza Maltija kienet waħda mill-aħjar esperjenzi tul il-karriera tiegħu. Mela x’karriera kellu, ngħid jien? Wisq nibża’ li l-ħsieb tiegħu kien li jkompli jweġġa’ lil Simon tagħna, miskin! Għax dak ilkliem anke jien ħassejtu qisu stallett, aħseb u ara Simon. Nispera li David Casa, Roberta Metsola u ma nafx min se jitla’ minflok Comodini Cachia, ma jħalluhielux lixxa! Li kieku jien minflokom kif narah b’għajnejja nagħtih tgħajjira li ma jinsieha qatt. Is-Sibt, 24 ta’ Ġunju. Kemm xtaqt li kont il-Belt illum u mhux qgħadt insegwi ċ-ċerimona tal-ftuġ tal-Parlament minn fuq it-television! Għax żgur li l-ilbiesi l-istess
u l-kpiepel ġmiel tagħhom, kont inkun nista’ nammirahom aktar. Imma l-importanti mhux l-ilbiesi u l-kpiepel, man! Xtaqt li kont il-Belt għax kieku kien ifisser li rbaħna ahna, u mhux ħadna t-tkaxkira li ħadna. Kultant naħseb li nsejt kollox, imma mbagħad nirrealizza li għadni ma lilna, għax ma nafx kinux jeħdulna żewġ siġġijiet nsejt assolutament xejn. Għalxejn nipprova huma wkoll! nikkonvinċi lili nnifsi li, li hemm, hemm. Għadha ma tistax tinżilli li Simon tagħna qatt mhu se It-Tlieta, 27 ta’ Ġunju. narah prim ministru! Mhix idea ħażina li jkollna lil Chris Said l-Għawdxi bħala kap! Xejn xejn ikollna ċans kbir li nerġgħu Il-Ħadd, 25 ta’ Ġunju. nkunu l-partit tal-Għawdxin u nkunu nistgħu U filli jsemmu lil Roberta Metsola u jgħidu li ngħidu dak li kien jgħid Simon (s’issa) tagħna, li hemm kollox lest biex hi tiġi l-istamperija u Għawdex huwa tan-Nazzjonalisti. Imma ngħid Simon tagħna jmur Brussell minflokha! U filli għalija, jien la rrid lilu u lanqas lil Adrian Delia jsemmu lill-Għawdxi Chris Said, u lil Claudio ta’ Birkirkara. Jien nippreferi li jibqa’ Simon, Grech! U f ’daqqa waħda tfaċċa dan Adrian Delia u kull darba li xi ħadd jgħid li huwa interessat li qal li jrid ikun is-suċċessur ta’ Simon tagħna. li jsir kap tal-PN, daqqa ta’ stallett inħoss. Jien Ma nafx minn fejn inqala’ għax anke Ġorġ tal- insostni li kull Nazzjonalist veru, hu min hu, ħanut ta’ ħdejna qalli li qatt ma sema’ bih. Imma għandu jħeġġeġ lil Simon biex jibdel fehemtu, skont Ġorġ għandu xi ħaġa tajba, għax huwa għax jekk jagħmel hekk, minflok erba’ snin minn Birkirkara, bħalma kien Eddie l-kbir. Kieku biex inwaqqgħu gvern, din id-darna nieħdu biss jwassalna għas-suċċessi li kien wassalna għalihom sentejn. Issa għandu l-esperjenza ta’ kif iwaqqa’ Eddie l-kbir, kieku nkunu għamilna akkwist kbir, gvern, mhux hekk, man! mhux hekk, man! Nistennew u naraw! L-Erbgħa, 28 ta’ Ġunju. It-Tnejn, 26 ta’ Ġunju. Ma nafx kif se nkun nista’ norqod illejla. Kont Smajtha tfaqqa’ man! Issa anke Arnold Cassola qed nittama li fil-Kunsill Ġenerali iqum xi ħadd tal-Alternattiva Demokratika se jirriżenja minn u jgħid: Dawn ir-regolamenti m’għandniex kap tal-partit. Ovvjament se jirriżenja għax fl- x’nambuhom għax kap għandna lil Simon li aħħar elezzjoni ma setgħux imorru agħar. U ħadd mhu kapaċi daqsu. Jien ma ninqalax biex Cassola ma jistax jitfa’ t-tort fuq xi ħaddieħor, nitkellem imma għedt lil xi erbgħa biex jagħmlu bħalma nistgħu nagħmlu aħna u nwaħħlu f ’dik dan l-appell. Kollha wegħduni li se jagħmluh, tal-Bidnija. Tort tiegħu għax imissu ftiehem imma mbagħad m’għamlu xejn. Wisq probabbli ma’ Simon tagħna u daħal ukoll fil-koalizzjoni kellmuhom dawk li dik tal-Bidnija qatt ma nazzjonali bħalma għamlet Marlene Farrugia. semmiethom u allura qegħdin jgħorku jdejhom Ara dik, marret tajjeb, għax telgħu hi u l-partner la Simon se jitlaq. Insomma ttamajt għalxejn, u tagħha. Insomma, ma nafx kemm kien jaqblilna kif jgħidu, min jgħix bit-tama, imut bil-piena.
27
02.07.2017
kullhadd.com
WEĠIBT GĦAS-SEJĦA TAL-PL HELENA
DALLI
Ministru għallAffarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza
Hekk kif irbaħna l-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju u l-Prim Ministru fdani bid-dekasteru li kellu l-Viċi Prim Ministru Louis Grech, kien hemm bosta li avviċinawni biex noħroġ għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament. Ma kinetx fil-pjanijiet tiegħi, imma meta kont Strasburgu mal-Prim Ministru, ħeġġiġni biex nagħmel dan il-pass. U kif dejjem għamilt fit-38 sena li ili fil-partit, weġibt għas-sejħa, konvinta mill-fatt li nista’ nkun ta’ spalla għall-Prim Ministru għax miegħi żgur għandu assigurazzjoni ta’ xog-
ħol bla waqfien u lealtà, mhux l-inqas għax m’għandi l-ebda ambizzjoni oħra. Konvinta wkoll mill-fatt li fil-fora internazzjonali, jien nista’ nikkumplimentah tajjeb, anke għaliex ix-xogħol tiegħi ġie rikonoxxut barra minn Malta u ġie ppremjat. Għandi esperjenzi u relazzjonijiet tajbin ħafna mal-istituzzjonijiet barranin u mal-midja internazzjonali. Iżjed minn hekk, aktar ma ħsibt fuq din il-proposta, aktar rajt li t-38 sena esperjenza tiegħi fil-partit u l-21 sena esperjenza fil-Parlament nista’ nużahom għal din il-kariga jekk nintgħażel mid-delegati. Flimkien ma’ dan, il-fiduċja li reġa’ tani l-Prim Ministru – wara li l-poplu eleġġieni minn żewġ distretti mlietni b’iktar sens ta’ responsabilità biex nagħmel dan il-pass. Nafu wkoll li l-Prim Ministru dejjem isostni li aħna partit u Gvern femminista. Nistgħu nkomplu nuru dan,
għax minkejja n-nuqqas li għad għandna fejn jidħlu nisa fil-politika, dan il-partit qed ikompli jiftaħ il-bibien. Dan hu l-partit li ta l-vot lin-nisa, ħatar l-ewwel Ministru mara, l-ewwel President tar-Repubblika mara u l-ewwel Speaker mara. Aħna l-partit li dejjem wera fiduċja fil-ħiliet tan-nisa. Nimmarka wkoll li l-Prim Ministru spiss isemmi “l-qabża liberali ’l quddiem” u fl-aħħar snin fdani bi wħud mill-akbar bidliet għas-soċjetà Maltija. Ta’ dan rajna l-frott, kemm f ’wiċċ in-nies li gawdew minnhom u kemm f ’termini ta’ voti bħala partit. Qed nara din il-kariga bħala pass naturali għal dawk li segwew il-karriera tiegħi ta’ kważi 40 sena fil-Partit Laburista. Ħdimt fil-livelli kollha: fiż-żgħażagħ, fil-kumitati lokali, fin-nisa u fl-eżekuttiv nazzjonali. Għalhekk nista’ nifhem aħjar il-partit u l-partitarji. Relevanti iżjed minn hekk għal din il-kariga, huma l-21
sena tiegħi fil-Parlament. Nifhem il-Parlament miż-żewġ perspettivi: dik ta’ Gvern u dik ta’ Oppożizzjoni. Quddiem Partit Nazzjonalista li dejjem kien żleali mill-Oppożizzjoni, din l-esperjenza se tkun kruċjali biex il-Gvern inżommuh għaddej b’mod sod mal-programm tiegħu u ma nċedux għall-manuvri li żgur se jkomplu jseħħu. Għal din il-kariga trid tkun ġusta imma ma ċċedix meta taf li qed tagħmel it-tajjeb. L-Oppożizzjoni tipprova tħarbat, għalhekk għan-naħa talGvern hemm bżonn ta’ persuna li żżomm sod għax tkun taf li qed tagħmel is-sewwa. Dan apparti li min se jipprova jħarbat ix-xogħol tal-kamra se jsib ukoll fl-Onorevoli Dr Anġlu Farrugia, Speaker tal-kamra sod u ġust kif kellna għal dawn l-aħħar erba’ snin. Xi ħaġa oħra li naħseb hija importanti hija li d-delegati jkunu infurmati b’dak kollu li jkun qed isir fil-programm ta’
ħidma tal-Gvern. Wara kollox huma d-delegati li japprovaw il-programm elettorali, liema programm isir policy tal-Gvern hekk kif l-elettoral jagħżlu fl-elezzjoni ġenerali. Id-delegati għandhom jibqgħu jkunu infurmati dwar il-progress li jkun qed isir fuq il-programm tal-Gvern li huma approvaw u ppreżentaw lill-elettorat. Għalhekk kuntatt regolari mad-delegati nara li huwa importanti ħafna għad-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament. Jien nifhem lid-delegati u lill-partitarji għax kont fil-Partit Laburista u fil-Parlament fi żminijiet diffiċli u ta’ tbatija; u ħdimt biex illum għandna partit u Gvern li dejjem ħlomna dwarhom. Għalhekk b’umiltà qed noffri li nservi u nkompli npoġġi l-lealtà tiegħi lejn il-partit u lejn Joseph Muscat u l-esperjenza tiegħi ta’ 38 sena fil-politika u 21 sena fil-Parlament għad-dispożizzjoni tal-Partit Laburista li tant ngħożżu.
biex insolvuhom. Dan kont nafu minħabba l-esperjenza vasta bħala kirurgu tat-tfal f ’dan is-settur. Illum, u dan jista’ jixhdu l-poplu, is-settur tas-saħħa f ’pajjiżna għamel qabża ta’ kwalita ’l quddiem. Illum qed nagħtu u se nkomplu nagħtu saħħa aħjar lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha. Kienet proprju din il-fiduċja tal-poplu l-aktar li mmotivatni biex nieħu d-deċiżjoni li nikkontesta din il-kariga. Il-poplu li rrikonoxxa l-ħidma tiegħi. Fl-elezzjoni li għaddiet ksibt ’il fuq minn 10,000 vot fuq żewġ distretti. Dan ir-rigal li tani l-poplu jien ngħożżu u napprezzah u rrid insarrfu f ’aktar xogħol għal ġid ta’ Malta tagħna. Irrid li dawn l-10,000 vot jien insarrafhom biex nkomplu nagħmlu Malta aħjar. L-enerġija li qiegħed nagħ-
ti lis-settur tas-saħħa rrid inkompli nifrixha aktar. Se nkun qed nikkontesta biex inkun Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, partit li sa minn ċkuniti ħabbejt u li dejjem kont leali lejh, kariga li tfisser ukoll Deputat Prim Ministru għax irrid nibqa’ nimxi fuq il-passi li ħadt fl-2008. Irrid inkun l-id il-leminija tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Illum il-partit tagħna m’għadux il-partit tal-Oppożizzjoni, iżda wara żewġ rebħiet kbar, waħda akbar mill-oħra, il-partit tagħna sar, kif dejjem kien jixraqlu li jkun, il-partit tal-Gvern. Irrid li bl-enerġija li għandi, u li diġà tat u qed tkompli tagħti l-frott fil-qasam tas-saħħa, tkun kumplimentari għall-enerġija li għandu l-Prim Ministru, biex inkun spalla ma’ spalla miegħu għall-Ħolma Maltija.
MALTA AĦJAR CHRIS
FEARNE
Ministru għas-saħħa
Fl-2008, bħal ħafna minna kont diżappuntat ferm bir-riżultat tal-elezzjoni. Elezzjoni li tlifna b’marġni żgħir ħafna. Elezzjoni li għal darb’oħra poġġietna fl-abbissi tal-Oppożizzjoni. Iżda kien f ’dan l-istess żmien li isem Joseph Muscat beda jiżdied b’aktar prominenza biex ikun hu l-mexxej il-ġdid tal-partit tagħna. Joseph Muscat kien kellimni u jien kont iddeċidejt li pubbikament inkun fit-tim tiegħu u nappo-
ġġja pubblikament il-kandidatura tiegħu. F’waħda mill-attivitajiet politiċi li kienu saru f ’dak iż-żmien tkellimt fuq il-bżonn li l-Partit Laburista jrid jikber u jsir partit aktar inklussiv. Partit li filwaqt li jibqa’ jħaddan il-valuri bażiċi ta’ dak li jagħmilna Laburisti, isir partit li jiġġedded u jimxi mal-passi li wara kollox imxiet is-soċjetà Maltija. Dakinhar għedt li dan kollu stajna nagħmluh billi jkollna mexxej sod, b’viżjoni u li jara kbir għall-pajjiżu. F’kelma waħda li flimkien ma’ dan il-mexxej (Joseph Muscat) nimxu għal Malta aħjar. Dakinhar, bħal-lum, jien kont fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. U hemm beħsiebni nibqa’. Mill-2008 ’l hawn ġraw ħafna ġrajjiet li dejjem saħħew il-fidi tiegħi lejn il-partit u lejn il-mexxej tagħna.
Għalkemm kont ili attiv fil-partit sa minn ċkuniti fosthom bħala Segretarju Internazzjonali u attiv ħafna fl-għaqdiet taż-żgħażagħ kemm fis-sixth form, f ’dik li kienet il-PULSE ta’ dak iżżmien u anke fl-Università, ikkontestajt għall-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali fl-2008. Ġejt elett mir-raba’ distrett u għalkemm bdejt il-leġiżlatura li għaddiet bħala backbencher, spiċċajtha, b’fiduċja sħiħa mill-Prim Ministru Joseph Muscat, bħala Ministru għas-Saħħa. Il-qasam tas-saħħa huwa qasam delikat ħafna, huwa l-aktar settur li fih jintefqu flus u huwa settur li jżommok ilħin kollu f ’kuntatt man-nies. Is-settur tas-saħħa erba’ snin ilu kien għaddej minn problemi kbar, kont naf tajjeb x’inhuma u x’għandna nagħmlu
28
02.07.2017
1
MADWAR kullhadd.com
L-AMERKA
FIL-QOSOR
2 3
1
IL-PROJBIZZJONI TAL-IVVJAĠĠAR FIS-SEĦĦ Il-Qort Suprema tal-Istati Uniti parzjalment reġgħet invokat l-ordni eżekuttiva tal-President Donald Trump. Tħabbru kriterji ġodda sabiex ċittadini li ġejjin minn sitt pajjiżi Musulmani li jridu jidħlu fl-Istati Uniti, jakkwistaw il-visa. B’hekk tiżdied id-diffikultà sabiex dawn il-persuni flimkien ma’ refuġati oħra jidħlu fl-Istati Uniti mingħajr qraba jew rabtiet kummerċjali. Dawn il-kriterji huma marbuta mal-ordni eżekuttiva ferm kontraversjali li biha Trump ried li jwaqqaf id-dħul ta’ persuni minn numru ta’ pajjiżi Musulmani minħabba t-theddida tat-terroriżmu. Il-projbizzjoni ta’ 90 ġurnata fuq viżitaturi mill-Iran, mil-Libja, mis-Somalja, mis-Sudan, mis-Sirja u mill-Jemen, u projbizzjoni ta’ 120 jum fuq ir-refuġjati, se tippermetti eċċezzjonijiet għall-persuni bi qraba fl-Istati Uniti, inklużi ġenituri, konjuġi u ulied iżda mhux il-familja estiża.
2
L-INGILTERRA
3
FRANZA
JIĠI UŻAT L-ORĦOS MATERJAL! Skond dokumenti fil-pussess tal-BBC il-materjal ta’ insulazzjoni użat fir-rinnovazzjoni tat-torri ta’ Grenfell kien tbiddel għal wieħed orħos. Il-kuntratturi li kienu qed jaħdmu għall-Kunsilli ta’ Kensington u Chelsea ġew mitluba jbiddlu l-materjal taż-żingu għal wieħed iktar ekonomikament vantaġġjuż magħmul mill-aluminju. Madanakollu, ir-residenti kienu infurmati li kien se jiġi użat il-materjal taż-żingu. L-iffrankar tal-flus kien parti minn eżerċizzju sabiex il-Kunsill u l-assoċjazzjoni lokali għall-immaniġġjar u l-organizzazzjoni tal-kerrejja jnaqqsu l-ispejjeż tar-rinnovazzjoni b’£10 miljuni. Huwa mifhum li l-materjal użat ikkontribwixxa sabiex jinfirex in-nar iktar malajr li ħalla minn tal-anqas 80 persuna mejta.
MARINE LE PEN BI SKANDLU EWROPEW Il-Maġistrat inkwirenti f ’Pariġi ressaq lil Marine Le Pen bl-akkuża li l-partit tagħha Front Nazzjonali ottjena illegalment miljuni ta’ ewro mill-Parlament Ewropew. L-investigaturi jissuspettaw li l-partit ħa flus riservati għas-salarji tal-assistenti parlamentari Ewropej u użahom sabiex jiffinanzja l-ħaddiema tal-Front Nazzjonali. Diversi politiċi msieħba fil-front nazzjonali inkluż missier Le Pen, Jean-Marie Le Pen qed jiġu investigati. Marine Le Pen ikkontestat l-elezzjonijiet Presidenzjali f ’Mejju li għadda, bl-għajta antiEwropea, kontra l-immigrazzjoni.
R ID-DINJA
29
02.07.2017
kullhadd.com
6
IL-ĠAPPUN
5
4
6
L-EŻEKUTTIV TA’ TEPCO FIL-PROĊESS ĠUDIZJARJU
Fil-Ġappun tliet eks membri eżekuttivi tal-kumpanija talenerġija Tokyo Electric Power (Tepco) ittellgħu l-Qorti fuq akkużi relatati mad-diżastru ta’ Fukushima. Dan huwa l-ewwel proċess ġudizzjarju wara d-diżastru tal-2011 li jikkonċerna akkużi kriminali kontra t-tliet irġiel konnessi mal-mewt ta’ iktar minn 40 pazjent li kienu ġew evakwati minn sptar fiż-żona u li mietu iktar tard. It-tlieta wieġbu mhux ħatja għal negliġenza professjonali li wasslet għall-mewt tal-pazjenti evakwati minn sptar ħdejn l-impjant. Jekk jinstabu ħatja, jistgħu jeħlu sa ħames snin ħabs. Id-diżastru kien l-agħar inċident nukleari tad-dinja. Itterremot u t-tsunami ħallew madwar 18,500 persuna mejta jew nieqsa u ħalla żoni kbar mhux abitabbli.
5 4
IR-RUSSJA
IL-ĠERMANJA
SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI LILL-KUNSILL TAL-EWROPA
VOT FAVUR IŻ-ŻWIEĠ BEJN KOPPJI TAL-ISTESS SESS
Maġġoranza ċara ta’ Membri Parlamentari Ġermaniżi vvutaw favur il-liġi ta’ żwieġ bejn koppji tal-istess ġeneru. Għalkemm il-Kanċillier Angela Merkel opponiet din il-liġi, hija wittiet it-triq għall-bidla fil-liġi billi tat lill-Membri Parlamentari vot liberu. Sal-lum fil-Ġermanja kien hemm l-unjoni ċivili. Issa koppji tal-istess ġeneru se jgawdu wkoll mil-liġi taż-żwieġ. Din ir-riforma se tkun qed tagħti drittijiet legali ugwali lill-koppji tal-istess sess li jiżżewġu u d-dritt għall-adozzjoni. Merkel li qed tfittex ir-raba’ mandat elettorali fl-elezzjoni nazzjonali fl-24 ta’ Settembru qalet li għalkemm ivvutat kontra din il-liġi, tittama li din il-bidla twassal għal aktar koeżjoni u paċi soċjali.
F’konversazzjoni telefonika, il-Ministru Russu għallAffarijiet Barranin Sergei Lavrov wissa l-President tal-Kunsill tal-Ewropa, Thorbjørn Jagland, li r-Russja se tkun qed tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha lill-Kunsill tal-Ewropa, sakemm jiġu rrestawrati totalment id-drittijiet tat-18-il deputat Russu fi ħdan l-istituzzjoni. Dan ġara f ’April tal-2014 bħala parti mis-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja bħala ritaljazzjoni għall-annessjoni illegali tal-peniżola talKrimea fl-Ukrajna. F’komunikazzjoni oħra, ir-Russja aċċennat għas-“sitwazzjoni deterjoranti” fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill talEwropa u “l-kampanja frenetika ta’ persekuzzjoni” kontra Membri Parlamentari minn pajjiżi oħra li qed ifittxu li jinnormalizzaw ir-relazzjonijiet mar-Russja. Dan l-episodju juri t-tensjonijiet bejn Moscow u l-istituzzjonijiet Ewropej, partikolarment ikkonċernati millkwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
30
02.07.2017
kullhadd.com
IĊ-ĊIKLISTI TA’ ALIVE2017 IĦEJJU R-ROTI GĦAL KOPENĦAGEN GĦAL SFIDA TA’ 1,200 KM 46 ċiklist huma lkoll ippreparati u determinati għall-isfida tagħhom ta’ RE/MAX ALIVE2017 Cycling Challenge for Cancer. Huma għabbew ir-roti tagħhom f ’kontejner tal-merkanzija ta’ Express Trailers biex jintbagħtu lejn Kopenħagen għall-bidu tal-isfida ta’ 1,200 kilometru li tibda fis-7 ta’ Lulju. Apparti t-taħriġ intensiv fuq 17-il ġimgħa, iċ-ċiklisti qed jiġbru fondi għall-programm ta’ riċerka medika speċjalizzata fuq il-kanċer fl-Università ta’ Malta, u li qed tkun faċilitata permezz tal-Fond għar-Riċerka tal-Università (RIDT). B’kollox, iċ-ċiklisti għamlu 254 siegħa f ’taħriġ u qadfu distanza ta’ aktar minn 5,100 kilometru (ekwivalenti għad-distanza bejn Malta u Greenland). Din se tkun il-ħames edizzjoni ta’ ALIVE Cycling Challenge li qed issir taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta E.T. Marie-Louise Coleiro Preca. F’sebat ijiem, iċ-ċiklisti ta’ ALIVE2017 se jkopru distanza AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall-
twila li tibda minn Kopenħagen, jgħaddu minn Berlin u jibqgħu sejrin sa Varsavja. Ilvjaġġ jintemm fis-16 ta’ Lulju. Għall-ewwel darba, se jsuqu fuq żewġ rotot paralleli: waħda għall-mountain bikes u l-oħra għar-road bikes. 24 ċiklist se jwettqu l-isfida fuq il-mountain bike li se tgħaddihom minn aktar mogħdijiet, filwaqt li 22 ċiklist ieħor se jaqdfu medda ta’ madwar 20km iktar kuljum fuq
toroq asfaltati bir-road bikes tagħhom. “Aħna qed nagħmlu ħilitna biex inżommu l-kawża ALIVE ħajja favur riċerka fuq il-kanċer. RE/MAX ALIVE2017 Cycling Challenge for Cancer se tkun sfida kbira oħra għalina lkoll. Nittamaw li t-temp ikun ħanin magħna għax se nistennew xi ħalbiet tax-xita u maltemp,” qal Nicky Camilleri, iċ-Ċerpersin ta’ ALIVE Charity
Foundation. RE/MAX ALIVE2017 Cycling Challenge for Cancer qed tkun sponsorjata mir-RE/ MAX and Friends Foundation, megħjuna minn Garmin, Wurth, Tum Invest u Finvex Group, u appoġġjati minn Impressions Ltd, Maypole, RevivEstetik, Express Group, Palumbo, KPMG, Springbox Media, FCM Travel, Greens Supermarket, SIS, il-Fondazz-
joni Alf Mizzi, UVIA, Finsetral, Valletta Cruise Port, Buskett Stone, Outdoor Living Malta, Atlas Insurance u Wheel Wizard flimkien ma’ numru ta’ sponsors li qed jappoġġjaw din l-inizjattiva ta’ ġbir ta’ fondi. Id-donazzjonijiet għallALIVE2017 jistgħu jsiru b’SMS fuq 50617364 - €2.33; 50618081 - €4.66; 50618913 €6.99; u 50619208 - €11.65. Żur is-sit: www.alivecharity.com/2017
ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. Ittiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. Għandna għamara antika bħal kamra tas-sodda, salott, kamra tal-pranzu, fajjenza u aċċessorji tad-dar. Ċempel fuq 99151939
XOGĦOL U MANUTENZJONI
nies biex jaħdmu fi ħdan il-kumpanija tagħhom. Ilkandidati magħżula għandhom ikunu fluwenti bl-Ingliż, kapaċi jaħdmu fuq bażi ta’ shift. Biex japplika wieħed għandu jibgħat c.v. dettaljata lil careers@ozogoup. com jew bil-posta lil Nru 6, Triq L-iskultur, Ħal Qormi.
is-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com
Ċentru Laburista Ħad-Dingli Offerta għall-kiri tal-bar Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħad-Dingli jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għall-kiri tal-bar tal-istess lokal bejn il-Ħadd 2 ta’ Lulju u l-Erbgħa 12 ta’ Lulju 2017. L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru millkażin tal-Partit Laburista mil-lum il-Ħadd 2 ta’ Lulju sa nhar l-Erbgħa 12 ta’ Lulju 2017 bejn il-5:00pm u s-7:00pm. Għal aktar informazzjoni kkuntattjaw lis-Segretarja tal-Kumitat fuq 99190095. L-offerti, flimkien ma’ kopja riċenti tal-kondotta tal-pulizija (tal-applikant), għandhom jimtlew kif indikat, u jintefgħu ssiġillati fil-kaxxa tal-kwotazzjonijiet flistess każin sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 12 ta’ Lulju 2017 fis-7:00pm. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġjuża.
Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. AVVIŻI OĦRAJN Pożizzjoni tax-xogħol: Public area cleaners/ room attendants/ kitchen porters. OzoMalta Ltd. jeħtieġu persuni biex jaħdmu fil- pożizzjonijiet ta’ public area cleaners, room attendants, u kitchen porters. L-applikant jinħtieg li jkun fluwenti fl-Ingliż u jaħdem b’shift, fuq bażi full-time jew part-time. Biex japplika wieħed jista’ jibgħat email fuq careers@ ozogroup.com jew iċempel fuq 22471472/34. Ozosecurity
teħtieġ
in-
AVVIŻI KULTURALI Il-Junior Club fi ħdan isSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser jorganizza attività għat-tfal kollha tal-Imqabba u l-ħbieb tagħhom nhar it-Tlieta 4 ta’ Lulju 2017. Din l-attività ser issir ġewwa farmhouse fillimiti taż-Żurrieq u matulha ser ikun hemm bosta attivitajiet divertenti għat-tfal fosthom logħob biswit il-pool li hemm fl-istess sit. It-tfal ser ikollhom l-opportunità li jgħumu u ser jiġi servut ukoll ikel u xorb. Ilgrupp ser ikun taħt supervizjoni stretta tal-membri talKummissjoni Nisa. It-trasport jitlaq mill-Pjazza ewlenija tal-Imqabba fis-1:00pm. Bookings isiru fuq 79460156 u aktar informazzjoni fuq
Fl-okkażjoni tal-bidu taċċelebrazzjonijiet li jimmarkaw il-25 sena mit-twaqqif talewwel Sezzjoni Żgħażagħ ġewwa l-Imqabba, is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna talĠilju ser torganizza ġurnata t’attivitajiet nhar il-Ħadd 16 ta’ Lulju 2017, il-jum li proprju fih twaqqfet din is-Sezzjoni. Fl-10:00am ser issir Quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Knisja Parrokjali tal-Imqabba bissehem tal-Kumitat preżenti u membri tal-Kumitati preċedenti. Fil-11:00am ser jiġi mniedi l-Logo uffiċjali tas-Sezzjoni Żgħażagħ ġewwa s-sede tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju filPjazza ewlenija tal-Imqabba. F’nofsinhar isegwi Gathering ġewwa l-istess sede tas-Soċjetà. Divertiment mużikali provdut u kulħadd huwa mħeġġeġ jattendi f ’atmosfera brijuża ta’ Festa. Id-dħul huwa mingħajr ħlas. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq www.talgilju.com
31
02.07.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
A.CALAFATO - Ħal Qormi
TISLIBA 181
Mimdudin:
Bi 3 Numri 114 127 204 445 469 672 752 782 857 861 B’4 Numri 0069 0780 0877 0956 1016 1097
1400 1451 1556 1847 1942 2200 2416 2664 2722 2813 2987 3180 3247 3272 3517 3820 3872 5225 5310 5458 5704
5934 6426 6722 6903 6947 7317 7702 7704 7712 7801 7900 8158 8204 8246 8267 9130 9744 B’5 Numri 00671
01036 03169 04394 11008 13774 13826 23132 25748 32957 33246 47512 52420 58464 63877 63975 68375 70253 70448 73283 74833 77282
80673 99844 B’6 Numri
418319 576972 697494 936285
034098 044782 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21. 23. 24.
Sinjur (5) Ma jibżax għall-flus (4) Iddejjaqt (5) Ara 7 Tinkludi xi tgħajjira (6) Bejn Malta u Għawdex (6) Ara 6 Tal-linja Ingliża bla żaqq!! (3) Mar ra lil xi ħadd (3) Il-bhejjem għal din jeħduhom il-biċċerija (5) Norman Pulis Inglott (1,1,1) Ara 2 Tpoġġi jdejk fuq xi ħaġa (5)
Weqfin:
1. 2,23. 3,5. 5. 6,16. 8. 11,13. 12,17. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Kompli l-qawl: Bil- ........... tħassel il-ġid (6) Ma vvutax? (7) Gawda (6) Ara 3 Ma jirnexxix (6) Għani (9) Min jaqa’ l-ewwel jitlef (5) Qaddis taż-Żebbuġin? (5) Ara 11 Drawwiet (6) Nużawhom f ’ikel bħall-brodu (6) Ara 12 Mhux misjur (3) Lukanda żgħira Ingliża (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1.Żball, 4.Mewġ, 9,21 wieqfa. Qalfat, 10.Nassas, 12.Tambar, 16,22.Krolla, 19,23.Editjah, 20.Marid, 21.FSL, 24.Ninsa
1.Żaqqek, 2,7.Allat, 3,6.Lanġas, 5.Eks, 8.Tamborlin, 11,13. Vampa, 12,18.Topo, 14.Redden, 15.Piġama, 17.Ras
32
02.07.2017
kullhadd.com
MHUMIEX KONVINTI EDITORJAL
Meta tara diskors bħal dak ta’ David Agius fl-ogħla istituzzjoni talpajjiż ma tkunx sorpriż li mbagħad taqra l-assurdità ta’ meta xi ħadd bħal Paul Vincenti, tal-Gift of Life, iddeskriva l-iffiriżar talembrijuni – li f’pajjiżna diġà jiġri f’ċirkostanzi partikolari – bħala olokawst
Il-Ħadd li għadda rrapportajna kif il-vot iva tal-Partit Nazzjonalista għal-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ mhu xejn għajr kompromess tal-konvenjenza għaliex qabel l-elezzjoni, il-Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil, kien wiegħed li l-Partit Nazzjonalista kien favur iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess mingħajr ma kien jaf x’se jkun propost. Għal Busuttil din kienet waħda fost ħafna deċiżjonijiet li kienu mnebbħa mill-kaċċa għall-voti iktar milli minn xi twemmin jew prinċipju, kif suppost għandu jkun. Rapporti simili dehru f ’mezzi tal-midja oħra. Dak irrapportat ma damx ma kien ikkonfermat fil-Parlament meta bdew jitkellmu d-deputati tal-Partit Nazzjonalista. L-esaġerazzjonijiet li tkellem bihom David Agius, dak li Simon Busuttil ħatru kelliem għad-drittijiet taċ-ċittadin u l-ugwaljanza, ma ħallewx dubju fejn tħabbat il-qalb ta’ ħafna fil-grupp parlamentari Nazzjonalista. Anke s-sinjal ta’ deputati oħra li b’rashom kienu qed juru li qed jaqblu ma’ David Agius kompla jwassal l-istess
messaġġ. L-esaġerazzjonijiet li Agius kien qed jagħti bħala eżempji meta qal li mhux se jibqa’ jeżisti l-kunċett li iben isejjaħ ’l ommu ma jew lil missieru pa kienu għalkollox insensittivi lejn id-dibattitu u l-persuni li biex ikollhom drittijiet ġodda huma qed issir din il-bidla fil-liġi. Daqstant ieħor kien insensittiv meta biex ikompli jisħaq b’dan l-argument li ma jagħmilx sens ħareġ is-santa tal-mejtin u qal li fuqhom issa mhux se jinkiteb iktar li wieħed ikun ħalla jibki t-telfa tiegħu lil ommu jew lil missieru. Lil hinn mid-dibattitu dwar il-liġi nnifisha jekk id-diskors ta’ David Agius hu eżempju ta’ dak li rridu naraw f ’din il-leġiżlatura min-naħa tal-Oppożizzjoni allura ma tantx jawgura tajjeb. Nazzardaw ngħidu li li kieku dan it-tip ta’ diskors sar minn xi deputat tal-Partit Laburista tgħidx kemm inkitbu editorjali minn dawk li f ’pajjiżna jippużaw tal-indipendenti. Iżda, lura fuq is-suġġett. Kellna lil Clyde Puli jgħid li l-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ hija komunista u deputati oħra tal-PN jagħmluha ċara
li l-vot tagħhom hu vot iva sempliċiment għax hu ddettat mill-whip tal-partit. Ħareġ ċar li dwar din il-liġi d-deputati Nazzjonalisti mhumiex konvinti. Il-vot hu wieħed ta’ konvenjenza. Jista’ jkun li l-komunità gay tkun sodisfatta li l-vot jidher li se jkun wieħed unanimu, iżda nifhmu sew lil min qal li mill-Partit Nazzjonalista aħjar ngħata vot ħieles biex tassew inkunu nafu kif kulħadd jaħsibha. Biex meta deputat ikun onest miegħu nnifsu kif wera li jixtieq li jkun Edwin Vassallo, li wkoll kellu diskors b’numru ta’ battuti ċari, naraw ir-riżultat xi jkun. Il-bidla fl-IVF Meta tara diskors bħal dak ta’ David Agius fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ma tkunx sorpriż li mbagħad taqra l-assurdità ta’ meta xi ħadd bħal Paul Vincenti, tal-Gift of Life, iddeskriva l-iffiriżar tal-embrijuni – li f ’pajjiżna diġà jiġri f ’ċirkostanzi partikolari – bħala olokawst. Huwa kliem li jweġġa’ u forsi li jirrabja wkoll lil min ikun
għaddej minn sitwazzjonijiet diffiċli. Però dan it-tip ta’ lingwaġġ u din it-tip ta’ attitudni estrema m’għandhiex taqtgħalna qalbna. Iva, l-liġi tal-IVF hemm bżonn tinbidel u jagħmel sew il-Gvern li għandu mandat elettorali b’saħħtu li jħejji bidliet li jressaqhom fil-Parlament. Ilbidliet iridu jkunu mnebbħa mill-bżonn li ngħaqdu iktar familji, li nifhmu bħala soċjetà r-realtajiet u l-weġgħat differenti u li nkunu aġġornati mal-progress xjentifiku. Fuq kollox hemm bżonn li l-liġi tkun aġġornata b’mod li titneħħa kull forma ta’ diskriminazzjoni li tista’ teżisti. Min bħal Nisa Laburisti se jaħdem biex il-Gvern ibiddel biex jingħata ċans u possibilità lin-nisa Maltin biex bħal nisa oħra Ewropej ikollhom aċċess għall-aqwa trattamenti possibli tal-IVF iggwidati mix-xjenza, se jsib l-appoġġ tagħna minn dawn il-kolonni. In-nisa Maltin jixirqilhom trattament li jagħtihom l-aqwa riżultati. L-ebda forza konservattiva u l-ebda egożimu m’għandu jxekkel dan iċ-ċans.