www.kullhadd.com Il-Ħadd, 2 ta’ Ottubru, 2016
JIXBAH QTIL TA’ PASSJONI PAĠNA 3
Ħarġa Nru 1,212 Prezz €1
BOMBA MILL-ISTESS ID • IL-BOMBA FIL-MARSA L-ISTESS BĦAL OĦRA LI QATLET RAĠEL FL-2014 • KIENU FIT-TRIQ BIEX IMORRU JAGĦMLU KUNTRATT Il-bomba li tpoġġiet ma’ vann u li ħalliet raġel fil-periklu tal-mewt iktar kmieni l-Pulizija qed timxi fuq it-teżi li l-bomba setgħet saret “mill-istess id”. Fiż-żewġ każi l-bomba kienet fuq quddiem tal-karozza; proprju fuq barra taħt din il-ġimgħa hija l-istess bħal bomba oħra li splodiet f ’karozza sentejn ilu f ’Marsaxlokk u ħalliet persuna mejta. Din id-darba, il-bomba li ħadet waqt li l-vann is-seat. kien qed jinstaq fil-Marsa, ma kellhiex l-istess effett b’saħħtu ta’ dik ta’ sentejn ilu. Iżda, imkejjen qrib l-investigazzjoni fissru kif it-teknika li ntużat hija l-istess, tant li Ara paġna 4
IRID JIPPRIVATIZZA SERVIZZI PUBBLIĊI • IL-ĦSIEB TAL-PN JOĦROĠ ĊAR MINN DOKUMENT TIEGĦU STESS • BUSUTTIL BL-INTENZJONI WKOLL LI JKEĊĊI N-NIES MIS-SETTUR PUBBLIKU Ipprivatizza s-servizzi pubbliċi u keċċi l-ħaddiema mis-settur pubbliku. Dawn huma tnejn mill-pariri li l-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil qed jagħti lill-Gvern għall-baġit li ġej. Huma l-miżuri li, fi kliemu stess, jemmen fihom u jwettaqhom jekk jieħu l-poter f’idejh wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Ara paġna 8
TMENIN INVESTIMENT BARRANI F’SENTEJN
Din is-sena biss il-Malta Enterprise approvat 14-il investiment barrani ġdid li fuq medda ta’ tliet snin se jlaħħaq investiment ta’ €32.2 miljun u se joħloq 480 impjieg ġdid. Dan minbarra l-investiment ta’ Crane Currency imħabbar fl-aħħar jiem b’investiment ta’ $100 miljun u li se joħloq 300 impjieg ġdid. Ikkonferma dan iċ-Chairman tal-Malta Enterprise, William Wait, li tkellem malgazzetta KullĦadd dwar il-ħidma li qed issir u għaliex Malta qed jirnexxilha tattira dan l-investiment. Mill-2013 sal-2015 il-Malta Enterprise approvat 80 investiment barrani ġdid li minnhom bdew joperaw 29 u sal-lum iħaddmu bejniethom 380 persuna full-time. Ara paġni 10 u 11
02
02.10.2016
kullhadd.com
INFORMAZZJONI editur
L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 23°C Temperatura tal-Baħar: 24°C Indiċi UV: 7 Temp: Imsaħħab bil-possibbiltà ta’ xi ħalbiet tax-xita iżolati għall-ewwel, li jsir ftit jew wisq imsaħħab Sitwazzjoni ġenerali: Firxa dgħajfa ta’ pressjoni għolja fuq il-Baħar Jonju testendi lejn il-Greċja, il-Libja u l-Gżejjer Maltin Riħ: Ħafif u varjabbli l-aktar mix-Xlokk Viżibbiltà: Tajba minbarra f’xi ħalbiet tax-xita Baħar: Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt: Ftit li xejn
ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
ġurnalist LIAM GAUCI email: liam@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
reklamar/distribuzzjoni ALAN SALIBA email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2573
It-Tnejn
disinn tal-paġni
It-Tlieta
L-Erbgħa
LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
28°C
kuntatt ġenerali
UV 5
21°C
Il-Ħamis
KULLĦADD
28°C
UV 5
19°C
25°C
Il-Ġimgħa
UV 5
16°C
Is-Sibt
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
indirizz postali
25°C
KULLĦADD ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000
UV 5
17°C
25°C
UV 4
18°C
24°C
UV 5
19°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
sit elettroniku kullhadd.com
mezzi soċjali www.facebook.com/kullhadd
stampata PROGRESS PRESS
numri importanti Is-servizzi kollha ta’ emerġenza
112
Il-Pulizija ta’ Malta
2122 4001-9
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili 2393 0000 Il-gwardjani lokali 2132 0202 L-isptar ta’ Malta
Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, il-Furjana – 2124 4114 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun – 2122 1512 St Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 2123 8625 St Paul’s Pharmacy, Triq Brared, Birkirkara – 2144 2135 St Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 2124 1293 Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Rihan, San Ġwann – 2137 2195 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 2131 3535 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, l-Iklin – 2143 5567 St Mary Pharmacy, Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, l-Imġarr – 2158 0711 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, il-Mellieħa – 2152 3462 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 2169 6893 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, il-Birgu – 2760 0126 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Wied il-Għajn – 2702 3322 Brittania Pharmacy, 5, Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 2165 8622 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 2168 9944 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 2146 5346 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, ir-Rabat Malta – 2145 4247 Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat, Għawdex – 2156 3233 St John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, ix-Xewkija, Għawdex – 2156 3052
2545 0000
L-isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz veterinarju ta’ emerġenza 5004 3888
Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa taddistrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ direttorju telefoniku 1182
03
02.10.2016
kullhadd.com
DONNU QTIL TA’ PASSJONI • RAĠEL TA’ 33 SENA ARRESTAT Esperti tal-kriminoloġija li huma mgħarrfa b’dettalji minn qrib l-investigazzjoni dwar ilqtil ta’ mara ta’ 41 sena f ’San Ġiljan, iddeskrivew id-delitt bħala wieħed li jixbah wieħed ta’ passjoni. Il-vittma kellha għonqha mħanxar u daqqiet oħra ta’ sikkina f ’żaqqha simili għal każi fejn wara investigazzjonijiet u ġurijiet irriżultaw li kienu delitti ta’ passjoni u istantanji. B’rabta ma’ dan il-każ il-Pulizija qiegħda żżomm arrestat raġel mit-Togo ta’ 33 sena li huwa residenti f ’Tas-Sliema. Il-mara, Caroline Magri, instabet mejta f ’San Ġiljan għall-ħabta tal-ħamsa talĠimgħa waranofsinhar. Fost l-ewwel fuq il-post kien hemm waħda minn uliedha
li nstemgħet tgħid: “Qatluli lill-mummy.” Ilbieraħ filgħodu, fi Triq Badger, in-nies tkellmu dwar dan id-delitt. “Tinħasad hu, li xi ħaġa bħal din tiġri fittriq tiegħek,” qaltilna anzjana li, naturalment, ma xtaqitx titkellem ħafna dwar dak li seħħ. “Min ikun fihom l-affarijiet ikun jaf. Mhux hekk?” żiedet tgħid filwaqt li b’messaġġ b’idejha wrietna li ma xtaqitx tibqa’ titkellem magħna. Persuna oħra qalet magħna li l-mara għandha numru ta’ tfal. Sebgħa, kien hemm min qalilna b’tagħrif ieħor jgħid li kien hemm uħud li ttieħdu b’care order. Il-vittma kienet magħrufa wkoll mal-pulizija tant li
Bint il-vittma fuq il-post m’ilux tressqet il-Qorti b’rabta ma’ ġlieda f ’appartament ilFurjana fejn weġġgħu tliet Afrikani. Il-Maġistrat Consuelo Scerri
Herrera qed tmexxi inkjesta maġisterjali. Dan mhux l-ewwel qtil fuq mara din is-sena. Fis-sajf inqatlet Eleanor Mangion
Walker, b’żewġha huwa akkużat b’dan il-qtil quddiem il-Qorti. Mangion Walker kienet instabet taħt pallets f ’maħżen il-Marsa.
IKTAR LEAKS MILL-PARTIT NAZZJONALISTA
David Agius Ma jaqtgħu xejn il-leaks mill-Partit Nazzjonalista. Wara li ġimgħat ilu nkixfu laqgħat talamministrazzjoni u l-eżekuttiv ilbieraħ sar magħruf li l-grupp parlamentari kien qed jiltaqa’ f ’Tas-Silġ, Marsaxlokk. Proprju għand il-patrijiet. Imkejjen fid-Dar Ċentrali kkonfermaw li Simon Busuttil sejjaħ din il-laqgħa għand il-patrijiet biex ikompli jdaħħal lill-grupp parlamentari f ’atmosfera elettorali. Tant iktar kmieni matul ilġimgħa kien diġà laqqa’ lill-attivisti u uffiċjali tal-
Claudio Grech Partit Nazzjonalista fejn il-messaġġ ewlieni tiegħu reġa’ kien li l-elezzjoni ġenerali tinsab wara l-bieb. Il-laqgħa tal-grupp parlamentari tal-bieraħ bdiet b’quddiesa li għaliha kien hemm min ħaseb kmieni. Tant li, minkejja li kollox kien skedat biex il-laqgħa tibda fid-9.15, uħud bdew jaslu mat-tliet kwarti qabel. Bħal Charlo Bonnici u David Agius li, għax ħasbulu kmieni, kellhom ukoll iċ-ċans igawdu ftit ukoll il-pajsaġġ tal-madwar. Tagħrif li għandha l- KullĦadd jgħid li ħafna
mid-deputati staqsew dwar id-dokument ta’ qabel il-baġit li qed ifassal il-Partit Nazzjonalista u li minn preżentazzjoni li saret diġà qed iqajjem numru ta’ mistoqsijiet fost l-imsieħba soċjali. Oħrajn staqsew dwar ideat bħal tal-ferrovija fejn ħafna qed jistaqsu għad-dettalji għax sa issa ma jafu xejn. Però, li reġa’ spikka lbieraħ kien il-fatt li għal darb’oħra reġgħu waslu għandna u ONE NEWS id-dettalji interni mill-Partit Nazzjonalista.
04
02.10.2016
kullhadd.com
JGĦIDU LI HEMM KWISTJONI TA’ GĦIRA Tkompli minn paġna 1 Fil-każ li seħħ fl-aħħar jiem, negozjant Qormi ta’ 35 sena bl-isem ta’ Josef Cassar u dilettant kbir ta’ żwiemel, spiċċa tilef saqajh. Weġġa’ ħafif ukoll il-passiġġier li kien ma’ Cassar li bħalu huwa involut fin-negozju. Fil-fatt, jirriżulta li t-tnejn kienu fit-triq biex jagħmlu biċċa negozju u li t-tnejn kienu telqu mill-uffiċċju ta’ Cassar fil-Marsa u kienu fit-triq biex imorru jiffirmaw kuntratt għand nutara ż-Żejtun. Imkejjen qrib il-Korp talPulizija qalu lill-gazzetta KullĦadd li Cassar, li kien għadu kif wasal mill-Iżvezja fejn ra t-tiġrijiet taż-żwiemel, qed jgħid ma’ kulħadd li
hu safa fil-mira minħabba għira ta’ negozju. Xi ħaġa li sostnewha wkoll persuni qrib tiegħu li saħqu li seta’ kien fil-mira minħabba l-mod kif kiber fin-negozju tas-siment. Negozju li ma jistax jonqos li qed ikun fil-mira talinvestigaturi li fl-aħħar
snin ltaqgħu ma’ iktar minn każ wieħed ta’ attentat ta’ qtil b’bomba. Fil-każ ta’ Darren Degabriele, dak li qed jitqabbel ma’ tal-aħħar jiem, in-negozjant minn Marsaxlokk kien miet wara xi jiem fit-taqsima tal-kura intensiva.
Fiż-żewġ każi l-bomba jidher li ħadet permezz ta’ mobile. Jirriżulta li dan it-tip ta’ splużjonijiet iseħħu permezz ta’ swiċċ mekkaniku li jwassal biex, malli ċċaqlaq il-karozza, il-bomba tisplodi. Kunċett qadim li issa qed jitħaddem permezz ta’ teknoloġija
ġdida, fosthom mobile phones. Dan it-tip ta’ bombi jitpoġġew fil-post permezz ta’ kalamita, jew inkella jitwaħħlu bl-idejn. Però, irid ikollhom detonatur li jaħdem permezz ta’ mobile u, għalkemm għal xi żmien jirriżulta li biex tieħu l-bomba wieħed ried ikun viċin, esperti forensiċi jsostnu li llum dan mhux bilfors ikun il-każ. L-esperti baqgħu għaddejjin bl-istħarriġ tagħhom sal-aħħar sigħat, b’mod partikolari dawk marbuta mat-teknoloġija tal-informatika u l-isplussiv. Qed imexxu l-investigazzjoni l-Ispetturi Keith Arnaud u Robert Said Sarreo, filwaqt li l-Maġistrat Joe Mifsud qed imexxi l-inkjesta.
TBEŻBIŻA LILL-BANEK Lura fil-baġit tal-2014, il-Gvern kien qal li jinsab imħasseb blallegat livell għoli ta’ interessi li bih kienu qegħdin jiġu pprovduti xi servizzi bankarji lil kumpaniji żgħar u medji. Kien għalhekk li, f ’dak iż-żmien, il-Gvern talab lill-Awtorità Maltija għasServizzi Finanzjarji (MFSA) biex flimkien mal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) jeżaminaw din issitwazzjoni u jaraw hemmx lok għal xi tip ta’ azzjoni konkreta. Dawn l-awtoritajiet ħadmu flimkien u ħarġu b’rapporti finali f ’dan ir-rigward, tant li l-Gvern talab lillMCCAA sabiex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn tali rapporti fid-diskors tal-baġit għal din is-sena. Fil-fatt, din il-gazzetta tista’ tikkonferma li l-Gvern laqa’ numru ta’ rakkomandazzjonijiet li sarulu u dawn għandhom iwasslu għal ħajja aktar faċli għall-intrapriżi minn fuq l-internet bl-għan li dawn ma jiżdidulhomx l-ispejjeż u jibqgħu kompetittivi. L-MCCAA f ’laqgħat individwali mal-banek Kelliem mill-Ministeru għallAffarijiet tal-Konsumatur ikkonferma mal-gazzetta KullĦadd li, wara li ġie ppubblikat ir-rapport ikkummissjonat mill-MCCAA, din l-awtorità bagħtet ittra lill-banek li joffru self lillintrapriżi żgħar u medji fejn fiha stednithom għal laqgħa b’mod individwali, kif ukoll ntbagħtitilhom kopja tarrapport kull wieħed. F’dawn il-laqgħat ġew diskussi r-rakkomandazzjonijiet li għamlet l-MCCAA u ġiet diskussa l-implimentazzjoni tagħhom. Sussegwentament,
l-MCCAA bagħtet ittra oħra lill-banek biex sal4 ta’ April ta’ din is-sena jispjegaw il-pjani tagħhom firrigward tat-twettiq ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet.
Loan calculator fuq is-siti tal-banek Fid-dawl ta’ dan kollu, din il-gazzetta tista’ tiżvela li l-MCCAA laqgħet l-implimentazzjoni ta’ numru ta’ rakkomandazzjonijiet li saru mill-banek, fejn fosthom hemm l-introduzzjoni ta’ loan calculator fuq is-siti tal-banek ikkonċernati. Rakkomandazzjoni oħra hija li jkun hemm lista ta’ tariffi relatati ma’ self li jkunu kjarament aċċessibbli u magħrufa millintrapriżi meta tidħol fuq is-siti tal-istess banek. Apparti minn hekk, kienet irrakkomandata wkoll l-introduzzjoni tal-Frequently Asked Questions (FAQs) anke bil-lingwa Maltija. Fi kliem ieħor, dan is-servizz se jinkludi bosta mistoqsijiet u risposti komuni bl-għan li jkunu ta’ għajnuna lill-intrapriżi żgħar u medji li jridu jitolbu self. Rakkomandazzjoni oħra tinkludi l-introduzzjoni ta’ mudell tipiku li jinvolvi, fost l-oħrajn, it-tariffi applikabbli u l-ammont ta’ pagamenti fixxahar mill-intrapriżi żgħar u medji meta wieħed jissellef mill-bank. Dawn il-miżuri u oħrajn huma turija tal-fatt li s-settur finanzjarju u l-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiż qed jifhmu t-tħassib ta’ ħafna persuni u negozji, fejn b’dawn irrakkomandazzjonijiet urew biċ-ċar li lesti jimplimentaw affarijiet biex jagħmluha aktar faċli għan-negozji żgħar u medji meta dawn jiġu biex jissellfu l-flus mingħandhom.
05
02.10.2016
kullhadd.com
“ARA ĠEJJIN TAL-ALE” • DAWK LI JGĦASSU L-KAĊĊATURI JITKELLMU DWAR BIDLA GĦALL-AĦJAR • IL-BIRDLIFE U L-CABS JINSISTU BIR-RAPPORTI Kitba ta’ DINAH SEGUNA “Ġejjin tal-ALE.” Frażi li tinstema’ ħafna fost ilkaċċaturi u n-nassaba f ’xi dura, anke meta jkollhom kollox skont il-liġi. Għal snin twal ma tantx kienu jieħdu pjaċir b’dawn il-pulizija bir-realtà tinbidel flaħħar snin. Forsi għax ħafna iktar bdew jifhmu li middixxiplina jgawdi kulħadd. ALE tfisser Administrative Law Enforcement u hija s-sezzjoni fil-Korp tal-Pulizija inkarigata mill-infurzar b’rabta mal-kaċċa u l-insib. Sezzjoni li hija wkoll marbuta maż-żamma tal-ambjent. Fl-eqqel tal-istaġun tal-kaċċa tkellimna mal-Ispettur Colin Sheldon, uffiċjal minn din ittaqsima, li mal-KullĦadd iddikjara li, għalkemm illegalitajiet jibqgħu dejjem, issitwazzjoni din is-sena reġgħet tjiebet fuq snin oħra. “Ksur ta’ liġi kien irrappurtat ftit,” qal Sheldon, li fost oħrajn jirreferi għal xi sparar fuq xi kuċċard li sparaw fuqhom u xi qerd tan-naħal. “Nista’ ngħid li l-kaċċaturi qegħdin juru titjib,” żied Sheldon. Mistoqsi jekk dan kienx marbut mar-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa li pajjiżna kellu s-sena li għaddiet, Sheldon qal: “Li nista’ ngħid hu li l-kaċċaturi ġenwini qed jitgħallmu. Il-minoranza li jiksru l-liġi, u l-biċċa l-kbira jkunu kaċċaturi li rrappurtaw kaċċaturi oħra,” spjega Sheldon. Fil-fatt, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti qalet li se tħallas kumpens xieraq lil min jagħti informazzjoni li twassal għall-qbid u l-kundanna talpersuna li fil-jiem li għaddew kienu responsabbli għall-isparar u l-qtil ta’ tajr protett. Il-Kap Eżekuttiv Lino Farrugia stqarr li dawn l-atti
Colin Sheldon
kriminali qed iqajmu ħafna dubji u qed jagħmlu ħsara kbira lill-kaċċaturi u n-nassaba ġenwini Maltin u Għawdxin. Iżda dan l-aħħar kienu diversi r-ritratti li ċċirkulaw fejn allegatament kien hemm ksur ta’ liġi mill-kaċċaturi. “Nista’ nassigurak li kull rapport fuq il-midja soċjali ninvestigahom daqslikieku kien rapport mittieħed jew jasal id-Depot jew xi għassa,” qal Sheldon. Mistoqsi dwar il-kritika li ġieli ma jkunux fuq il-post millewwel, Sheldon qal li jkollhom preżenza mifruxa. “Rigward infurzar, aħna għandna żewġ xiftijiet talpulizija; mill-ħamsa u nofs ta’ filgħodu sa wara d-disgħa ta’ filgħaxija. Induru ż-żoni kollha mqassmin fi tlieta, in-Nofsinhar, ċentrali u t-Tramuntana. Induru ma’ Malta kollha, però naturalment ma nistgħux inkunu fil-postijiet kollha fl-istess ħin,” fisser Sheldon. Il-CABS u l-Birdlife huma żewġ entitajiet li jagħmlu xogħol
madwar il-pajsaġġi Maltin u jekk isibu xi irregolaritajiet jinfurmaw lilna. “Ġeneralment ikunu fuq il-post jew fl-akkwati, iżda l-filmati li jkollhom ikunu tal-għasfur qed jaqa’. Affarijiet oħra ma tantx ikollna, bħallmezz ta’ identifikazzjoni talkaċċatur, vettura, kif tista’ tasal għall-isem. Dawn ikunu limitati. Ikollna rapporti oħra dettaljati u n-numru; imma inqas,” qal Sheldon. Jekk hemm sezzjonijiet fejn ilpulizija ma tilmentax li l-Qorti ma tkunx iebsa biżżejjed, forsi hi din. “Il-multi ibsin jingħataw u huwa deterrent biex ikun hemm inqas ksur.” X’inhuma r-regoli? Il-kaċċa tal-għasafar minn fuq l-art hi permessa bejn l-1 ta’ Settembru u l-31 ta’ Jannar, iżżewġ dati inklużi, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa sagħtejn wara nżul ix-xemx mit-Tnejn sas-Sibt, u minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sas-1.00pm fil-
Ħdud u l-festi. Madankollu, il-kaċċa tal-għasafar minn fuq l-art bejn il-15 ta’ Settembru u s-7 ta’ Ottubru (iż-żewġ dati inklużi) mhix permessa mitTnejn sas-Sibt mis-7.00pm sa sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx tal-ġurnata ta’ wara. L-istess restrizzjonijiet filħinijiet japplikaw ukoll għallkaċċa tal-fenek selvaġġ, li hija permessa sal-31 ta’ Diċembru. Il-kaċċa tal-għasafar minn fuq il-baħar tkun permessa mill1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Jannar matul l-istess ħinijiet bħal dawk applikabbli għall-kaċċa minn fuq l-art, iżda mill-1 ta’ Ottubru sas-7 ta’ Ottubru l-kaċċa fuq il-baħar mhix permessa mitTnejn sas-Sibt mis-7.00pm sa sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx tal-ġurnata ta’ wara. Il-kaċċaturi jistgħu biss jikkaċċjaw għall-ispeċi li għalihom huma liċenzjati skont il-kategorija tal-liċenzja tagħhom. Il-kaċċaturi liċenzjati huma obbligati jirrappurtaw l-għasafar maqbuda permezz
ta’ sistema tat-telefown qabel ma jitilqu miż-żona li fiha jkunu qed jikkaċċjaw. Dan l-obbligu issostitwixxa s-sistema preċedenti li kienet dik li tirrapporta permezz tal-Carnet de Chasse. Il-kaċċa għall-gamiema (Streptopelia turtur) kienet permessa biss mill-1 sat-30 ta’ Settembru, bi kwota nazzjonali ta’ 7,000 għasfur. Kull min jinqabad jispara jew jonsob speċi protetti hekk kif inhuma elenkati fl-Iskedi I u IX tar-Regolament dwar ilKonservazzjoni tal-Għasafar awtomatikament se jkun suġġett għal piena li tinkludi €5,000 multa, u/jew priġunerija għal sena, kif ukoll revoka permanenti jew projbizzjoni fuq ksib ta’ liċenzja tal-kaċċa jew insib, u l-konfiska talcorpus delicti. Fil-każ tat-tieni reat jew reat sussegwenti, ilpiena applikabbli titla’ għal multa ta’ €10,000, konfiska, u/ jew priġunerija għal sentejn. Penali għal kull irregolaritajiet oħrajn, inkluż għal nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ għasafar maqbuda permezz tat-telefown, għandhom jiġu applikati ukoll. Id iebsa Il-Qorti mhux l-ewwel darba li żammet id iebsa ma’ min kiser il-liġijiet marbuta mal-kaċċa. Fost oħrajn, f ’April tal-2015 ilQorti mmultat kaċċatur il-multa ta’ €2,500 wara li spara fuq tajra protetta, ikkonfiskat s-senter u ssospendietlu l-liċenzja. Każ ieħor f ’April 2015 ilQorti bagħtet persuna sena ħabs u multa ta’ €5,000 wara li spara fuq tajra protetta, seqer li waqa’ fi grawnd tal-iskola. F’Jannar tal-2016 il-Qorti bagħtet żewġ persuni sentejn ħabs u mmultathom €9,000 wara li nstabu ħatja li qatlu żewġ fjamingi.
06
02.10.2016
kullhadd.com
RIĊERKA TURI BIDLA FIL-MENTALITÀ DWAR ID-DROGI
Dr Andrew Azzopardi
Kitba ta’ ta’ din is-sena pprovda dwar idLIAM GAUCI informazzjoni disponibbiltà perċepita ta’ Ftit tal-jiem ilu kien sustanzi, kif ukoll meta ippubblikat il-European qiegħed jibda l-użu ta’ dan School Survey Project on it-tip ta’ sustanza u estimi talAlcohol and Other Drugs użu tagħhom. Madankollu, (ESPAD); rapport li jiġbor barra dawn is-sustanzi, irfih statistiki li jagħtu stampa rapport evalwa wkoll l-effett dettaljata tat-tendenzi dwar tal-logħob rikreattiv, dak tall-użu ta’ sustanza fost studenti azzard, kif ukoll l-użu eċċessiv tal-internet. Ewropej ta’ 15 u 16-il sena. Dan ir-rapport huwa bbażat Fost l-oħrajn, ir-rapport
fuq it-tagħrif ipprovdut minn 96,043 student minn 35 pajjiż Ewropew, fejn 24 minnhom huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea. L-għan immedjat tal-ESPAD huwa li tinġabar informazzjoni komparabbli u affidabbli f ’kemm jista’ jkun pajjiżi Ewropej sabiex tkun provduta bażi solida għat-tfassil ta’ politiki effettivi mmirati lejn iż-żgħażagħ. Ir-responsabbiltà
54 48
Malta
47
Medja
35
21 16
3
6
8
7
4
4
Użu ta’ NPS tul il-ħajja
5
Użu tad-drogi illegali apparti l-kannabis tul il-ħajja
Użu tal-kannabis tul il-ħajja
Xorb eċċessiv b’mod episodiku
Użu tal-akoħol fl-aħħar 30 jum
Użu tas-sigaretti fl-aħħar 30 jum
5
Użu ta’ inhalants tul il-ħajja
13
Użu ta’ kalmanti mingħajr preskrizzjoni tul il-ħajja
15
tal-kordinazzjoni ta’ din irriċerka hija tal-European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction. Il-kuntest Malti
Ħaġa partikolarment inkwetanti li nstabet fir-riċerka kien li fost dawn iż-żgħażagħ ta’ 15 u 16-il sena, madwar 7% irrappurtaw li diġà kienu lagħbu l-flus online jew b’mezzi tradizzjonali. Mit-tmien kategoriji prinċipali koperti fl-istudju Ewropew, l-istudenti Maltin irrappurtaw livelli ogħla mill-medja Ewropea fi tnejn minnhom. Dawn kienu l-konsum ta’ alkoħol b’mod ġenerali flaħħar 30 jum u x-xorb episodiku qawwi fl-aħħar 30 jum li kienu rrappurtati b’mod aktar frekwenti f ’Malta fejn kienu sitta u 12-il punt perċentwali ogħla mill-medja, rispettivament. Min-naħa l-oħra, it-tipjip tas-sigaretti fl-aħħar 30 jum, flimkien mal-użu fuq medda twila ta’ żmien tal-kannabis u l-użu fit-tul ta’ kalmanti mhux preskritti jew sedattivi kienu rrappurtati b’mod inqas frekwenti meta mqabbla malmedja għall-pajjiżi kollha. Livelli ta’ użu tul il-ħajja ta’ drogi illeċiti oħra għajr ilkannabis, kif ukoll dak ta’ inhalants u new psychoactive substances kienu viċin ħafna għall-medja Ewropea. Għaldaqstant, jekk wieħed jeskludi r-riżultati ogħla għażżewġ kategoriji relatati malkonsum tal-alkoħol, studenti Maltin irrappurtaw livelli ta’ użu ta’ sustanza qrib jew taħt il-medja ESPAD.
Fil-każ ta’ Malta, l-informazzjoni pprovduta flESPAD hija bbażata fuq studju li sar fuq livell nazzjonali minn Sharon Arpa, riċerkatriċi millFondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali. Fost l-oħrajn, minn dan l-istudju ħareġ li bejn l-2011 u l-2015 ir-rata ta’ tipjip naqset b’mod konsiderevoli, speċjalment fost is-subien. Barra minn hekk, dan il-perjodu ra wkoll tnaqqis minn 14% għal 9% flużu ta’ inhalants, jiġifieri drogi li jittieħdu bin-nifs forma ta’ gass, fost l-istudenti. L-istatistiki relatati malkonsum tal-alkoħol taw sinjali pożittivi fejn kien innutat deklin sostanzjali fil-konsum tiegħu. Madankollu, instab li kien hemm perċentwal akbar ta’ bniet milli subien illi kkunsmaw l-alkoħol u kienu fis-sakra f ’xi okkażjoni. F’din il-kategorija demografika kienet irreġistrata żieda sostanzjali, minn 8% għal 12%, fl-użu tal-kannabis bejn l-2011 u l-2015. L-istudju rreġistra wkoll żieda ma’ oħra li seħħet fil-konsum ta’ drogi illeċiti b’mod ġenerali li ra qabża minn 10% għal 14%. Ta’ nota wkoll kien il-fatt li madwar 87% tal-istudenti intervistati kienu użaw Il-mentalità qiegħda l-internet f ’erbgħa mis-sebat tinbidel ijiem preċedenti bil-bniet jużawh b’mod aktar frekwenti. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet
ma’ Dr Andrew Azzopardi, Dan jista’ qed jaffettwa l-mod id-Dekan tal-Fakultà għat- kif aħna nifhmu l-gravità u Tisħiħ tas-Soċjetà, biex tieħu s-serjetà ta’ din il-problema. r-reazzjoni tiegħu għall- Ir-riċerka turi biċ-ċar li informazzjoni li ħarġet minn l-kannabis tagħmel il-ħsara u dan ir-rapport u tifhem aħjar jekk titkellem ma’ ħafna nies ir-raġunijiet li qegħdin iwasslu tirrealizza li l-kannabis hija għal din id-dipendenza fost l-ewwel punt biex naċċessaw drogi aktar serji”. iż-żgħażagħ. Id-Dekan tal-Fakultà għat“Il-problema hija ferm kumplessa – hemm raġunijiet Tisħiħ tas-Soċjetà esprima ta’ addictive personality, hemm t-tħassib tiegħu fil-konfront il-kwistjoni tal-kumpanija u tal-użu ta’ sustanzi psikoattivi tal-istima tiegħek innifsek u and l-hekk imsejħa legal highs hemm raġunijiet marbuta mal- fejn persuni jużaw drogi mod kif tiffaċċja l-problemi legali mingħajr preskrizzjoni li tkun għaddej minnhom jew sustanzi mhux irregolati fil-ħajja,” spjega Azzopardi. biex jalteraw l-istat mentali “Il-verità hija li m’hemmx tagħhom. “S’issa dak li ma jidhirx filraġuni waħda għalfejn hemm [tal-mediċini] din il-problema. Id-droga u formolarju ikkunsidrat bħala d-dipendenza huma kwistjoni mhux kumplessa ħafna li għandha illegali. Irridu nemendaw illiġi fejn sustanzi artifiċjali ħafna faċċati.” regolarizzati u Mistoqsi x’kienu l-aktar jkunu kkundannati bl-istess aspetti tar-rapport li mod. Hija ħasra laqtuh, Azzopardi li t-trattament indika li għal dawn d-deklin filIrridu nkomplu is-sustanzi konsum hija xi fl-użu tatnaħdmu. ħaġa ferm tabakk u diffiċli.” l-konsum Għamilna pass t a l imma hemm G ħ a d alkoħol hemm xi fost iżħafna ħafna jsir żgħażagħ ta’ 15 u 16- passi oħra xi jsiru Matul isil sena. Huwa spjega li dan snin il-fakultà it-tnaqqis għandu mmexxija minn Dr jiġi ċċelebrat hekk kif huma Azzopardi kienet involuta responsabbli għal ammont f ’inizjattivi biex tħarreġ sostanzjali ta’ mard fid-dinja numru kbir ta’ persuni minn żviluppata. setturi differenti bl-għan li Fil-fehma tiegħu dan il- jkunu kollaboraturi effettivi progress kien possibbli għall-benesseri taż-żgħażagħ. grazzi għall-azzjonijiet li Mitlub jispjega x’tinvolvi ttieħdu matul dawn l-aħħar din il-ħidma huwa beda billi snin mill-Gvern, numru ta’ spjega li t-taħriġ qiegħed NGOs u s-servizzi soċjali. isir lil professjonisti bħal Dawn inkludew sforzi ta’ youth workers, social workers, prevenzjoni fl-iskejjel flimkien kriminologi, psikologi, ma’ prevenzjoni ambjentali counsellors, family therapists u fil-forma ta’ restrizzjonijiet oħrajn. fl-aċċess għal dawn is“Irridu nkomplu nassiguraw sustanzi flimkien ma’ żieda li t-taħriġ qed jirrispondi fil-prezzijiet. għall-bżonnijiet tal-komunità Madankollu, huwa sostna li kollha kemm hi. Iż-żgħożija l-konsum eċċessiv tal-alkoħol mhix età faċli u hemm ħafna fost il-minuri f ’Malta għadu kumplessitajiet. Għalhekk ilpunt ta’ inkwiet u jeħtieġ youth worker illum il-ġurnata kunsiderazzjoni immedjata għandu sehem importanti biex mill-awtoritajiet fosthom billi jappoġġa liż-żgħażagħ meta jkomplu jiġu implimentati jiltaqgħu ma’ diffikultajiet inizjattivi biex jirrestrinġu bħal dawn,” tenna Azzopardi. l-aċċess għal persuni taħt l-età. Mistoqsi jekk iħossx li “Irridu ninfurzaw aktar il- l-istatistiki tal-ESPAD liġijiet fejn jidħlu l-ħwienet jindikaw li l-bidla fl-approċċ tal-grocer, każini u postijiet tal-awtoritajiet minn waħda oħra. Il-permessività hija ta’ kastiġ għal waħda ta’ kbira wisq u qisu xejn mhu prevenzjoni u trattament xejn. M’hemmx bżonn ikollna hijiex qiegħda tgħin fil-ġlieda xi nanny state, però li rridu hija kontra l-vizzji, Azzopardi l-protezzjoni u r-rinfurzar tal- rrisponda li iva, imma għad liġi,” tenna Azzopardi. hemm ħafna xi jsir. Fil-kummenti tiegħu, “Ir-riżultati skont l-ESPAD Azzopardi għamel ukoll huma tajbin, mhux biss referenza għaż-żieda fl-użu tal- minħabba l-liġijiet, imma kannabis fejn sostna li hemm anke minħabba s-servizzi talindikazzjonijiet li l-attitudni NGOs u tal-aġenziji soċjali. taż-żgħażagħ qiegħda tinbidel, Irridu nkomplu naħdmu. potenzjalment influwenzati Għamilna pass imma hemm minn bidliet fil-liġijiet. Mitlub ħafna ħafna passi oħra xi jelabora dwar dan il-punt, jsiru. Ma ninsewx li din irhuwa sostna li “donnu issa riċerka tal-ESPAD tiffoka qed isir aktar aċċettabbli li esklussivament fuq dawk tuża l-kannabis. Hemm anqas it-tfal li huma school leavers,” liġijiet ħorox fuq it-traffikar. temm jgħidilna Azzopardi.
07
02.10.2016
MALTA TISPIKKA
Ritratt: LIAM GAUCI
kullhadd.com
• IŻ-ŻIEDA FIT-TURIŻMU IKBAR MINN DIK MADWAR ID-DINJA U FIR-REĠJUN Is-sinifikat tal-istatistiki missettur turistiku, li wrew kemm mar tajjeb pajjiżna, huwa ikbar meta mqabbel marriżultati li nkisbu f ’pajjiżi oħra madwar id-dinja u saħansitra fir-reġjun tagħna. It-tixbih tagħmlu l-organizzazzjoni dinjija għat-turiżmu fi ħdan inNazzjonijiet Uniti (UNWTO) u hawn ir-riżultati ta’ Malta jidhru aħjar u iktar sinjifikanti. Għalkemm fl-aħħar jiem ħarġu r-riżultati ta’ Awwissu għal pajjiżna, l-UNWTO aġġornat it-tagħrif tagħha għall-ewwel nofs tas-sena, sa Ġunju. F’dan il-perjodu ż-żieda li rat Malta fuq is-sena ta’ qabel kienet ta’ 9.7%. Dan meta ż-żieda fil-Mediterran kienet biss ta’ 1.6%, fl-Unjoni Ewropea 4.9% u fid-dinja 4%. Jekk wieħed janalizza Ġunju biss, isib li f ’dak ix-xahar itturiżmu fil-Mediterran naqas
b’1.3%, iżda f ’pajjiżna kien hemm żieda ta’ 5.8%, ikbar ukoll miż-żieda fl-Unjoni Ewropea ta’ 3.5%. Il-barometru tat-turiżmu madwar id-dinja juri li flewwel sitt xhur tas-sena kien hemm 561 miljun turist internazzjonali, li hu 21 miljun iktar mill-istess perjodu fissena 2015. IS-Segretarju Ġenerali tal-UNWTO Taleb Rifai qal: “It-turiżmu wera li huwa wieħed mill-iktar setturi ekonomiċi b’saħħithom madwar id-dinja. Qed joħloq impjiegi f ’mument fejn li nipprovdu ġejjieni aħjar għan-nies tad-dinja kollha hija xi ħaġa diffiċli.” Ma setax jonqos li r-riżultati ta’ Malta, li f ’Awwissu ra iktar minn kwart ta’ miljun turist, jintlaqgħu b’mod pożittiv mill-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis. Bl-istatistika aġġornata
għall-ewwel tliet xhur tassena f ’idejh, Zammit Lewis qal: “Dan il-Gvern, li għandu fiduċja sħiħa f ’din l-industrija u kommess bis-sħiħ sabiex isaħħaħha, qed juri dan biċ-ċar b’dawn ir-riżultati li qed niksbu bħala pajjiż f ’dan is-settur, u li mbagħad joħloq effett anċillari f ’industriji oħrajn li indirettament huma konnessi mal-industrija tat-turiżmu. Wieħed ma jistax ma jinnutax li fi tliet snin u nofs, fl-ewwel tmien xhur tas-sena kellna żieda ta’ 240,587 turist, filwaqt li fi tmien snin tal-Gvern preċedenti t-tkabbir fin-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna flistess perjodu msemmi kien ta’ 196,483 turist. Dan ifisser li fi ftit iktar minn tliet snin Gvern Laburista rnexxielu jattira aktar turisti milli rnexxielu jattira l-Gvern preċedenti fi tmien snin sħaħ.”
08
02.10.2016
kullhadd.com
IS-SAĦĦA U L-EDUKAZZJONI FOST IS-SETTURI LI SE JKUNU GĦALL-BEJGĦ Tkompli minn paġna 1 Fid-dokument tiegħu ta’ qabel il-baġit, li b’kollox fih 11-il paġna, il-Partit Nazzjonalista ddedika sezzjoni dwar l-infiq pubbliku u jipproponi żewġ azzjonijiet: address excess public sector staffing u roll out non-core services to the private sector. Bla ma jagħti iktar dettalji, Simon Busuttil juri b’mod ċar li dawn għandhom ikunu ż-żewġ soluzzjonijiet għall-ġejjieni. Il-KullĦadd huwa infurmat li fost is-setturi li diġà ssemmew bħala dawk li se jisfaw fil-mira tal-
istrateġija li qed jipproponi l-Kap Nazzjonalista, hemm partijiet mill-oqsma tassaħħa u l-edukazzjoni. Il-miżura dwar ittkeċċija tan-nies mis-settur pubbliku tkompli mal-attakk sistematiku li għamel il-PN fuq il-ħolqien tal-impjiegi mal-Gvern. Minkejja li l-aħħar statistika turi li kważi disgħa minn kull għaxar impjieg ġdid inħolqu fissettur privat, l-impjiegi fissettur pubbliku dejjem kienu f ’moħħ il-Kap Nazzjonalista. Spiss kien pront biex iwaħħal fihom għar-riżultati pożittivi miksuba f ’din il-leġiżlatura
fil-qasam tax-xogħol. Dan il-Gvern żied irriżorsi f ’setturi importanti fis-servizz pubbliku. Fost l-oħrajn, imqabbel malbidu tal-amministrazzjoni, illum hemm 1,500 persuna aktar taħdem fis-saħħa u fledukazzjoni pubblika. Huma dawn l-impjiegi li Simon Busuttil dejjem irrefera għalihom b’mod negattiv u li issa qed iwiegħed li jindirizza. L-istess fil-miżura l-oħra ta’ Simon Busuttil li jipprivatizza servizzi pubbliċi. Fid-dokument ta’ qabel il-baġit, il-Partit Nazzjonalista jindividwa
dawk li jissejħu s-servizzi non-core; jiġifieri kull servizz mhux direttament marbut mal-amministrazzjoni ċentrali tas-settur pubbliku. Din is-soluzzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni mistennija tolqot ħafna funzjonijiet li llum jaqdi l-Gvern kif ukoll eluf ta’ ħaddiema, bl-ewwel ħsieb ikun li jitwettaq dan il-pjan fl-iskejjel u ċ-ċentri tas-saħħa. Dan huwa l-istess Simon Busuttil li kkritika lill-Gvern talli attira sħab strateġiċi, iżda baqa’ fil-kontroll, fl-azjendi li tħallew f ’sitwazzjoni prekarja mill-amministrazzjoni preċedenti. Fosthom flEnemalta li sa tliet snin ilu kellha kważi biljun ewro dejn, u fl-isptarijiet li sa tliet snin ilu kienu mitluqa bil-pazjenti fil-kurituri u snin ta’ stennija għal operazzjoni. Iżda issa l-Kap talOppożizzjoni, li kiteb l-aħħar żewġ programmi elettorali tal-Partit Nazzjonalista, qed jagħmel wegħda solenni għal li ġej. Servizzi pubbliċi li, fil-
fehma unilaterali tal-Partit Nazzjonalista, mhumiex importanti se jingħataw filkomplet tagħhom lis-settur privat. Bla diskussjoni, anke dak li huwa importanti għallpoplu, iżda mhux għal Simon Busuttil, se jispiċċa jinbiegħ. Ma setax jonqos li dan iddokument ta’ qabel il-baġit, li ġie ippreżentat lill-imsieħba soċjali li huma membri talKunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), qajjem bosta domandi li qed jitwasslu lill-Partit Nazzjonalista. Kemm se jingħataw sensji mis-settur pubbliku u f ’liema dipartimenti u azjendi pubbliċi? X’se jkun l-impatt tas-servizzi li se jiġu pprivatizzati u li sal-lum kienu jingħataw b’xejn? Simon Busuttil qed jagħmel l-almu tiegħu biex jidher li qed jagħmel xi proposti u jilqa’ għall-kritika li huwa negattiv u distruttiv wisq. S’issa qed jispiċċa jagħmel iktar ħsara milli ġid għallistess Oppożizzjoni.
Parti mill-preżentazzjoni tal-Partit Nazzjonalista
09
02.10.2016
kullhadd.com
IS-SUQ TAX-XOGĦOL BIN-NUMRI 191,000
53
In-numru ta’ nies jaħdmu f’pajjiżna. L-ogħla numru ta’ persuni b’impjieg f’kull żmien
Il-persentaġġ tan-nisa li llum jinsabu fid-dinja tax-xogħol
17,109
Ir-rata ta’ qgħad f’pajjiżna. F’amministrazzjoni preċedenti kienet taqbeż is-6%
162,641
28,743
L-ammont ta’ persuni li għandhom impjieg full-time
20 Hrs
13.5 Ilpersentaġġ ta’ dawk li jaħdmu bħala selfemployed minn fost dawk fis-suq tax-xogħol
Il-persentaġġ ta’ rġiel li llum jinsabu fid-dinja tax-xogħol
4.9 7
L-ammont f’ewro talpaga medja f’pajjiżna
40 Hrs
78.3
Il-perstentaġġ taż-żieda fin-numru ta’ nies jaħdmu kemm Joseph Muscat ilu li sar Prim Ministru
41.6
L-ammont ta’ persuni li għandhom impjieg parttime bħala dak primarju
Il-medja ta’ sigħat li jaħdmu persuni fulltime f’pajjiżna
703
1
Il-medja f’ewro li biha żdiedu l-pagi mittieni kwart tal-2015 sattieni kwart tal-2016
L-ewwel darba li s-suq tax-xogħol kellu riżultati daqstant tajbin
10
02.10.2016
kullhadd.com
BEJN INVESTIMENT ĠDID U IEĦOR LI SSAĦĦAĦ • 80 INVESTIMENT BARRANI ĠDID APPROVAT F’SENTEJN • BDEW JOPERAW 29 LI JĦADDMU 380 PERSUNA • APPROVATI 40 ESPANSJONI TA’ KUMPANIJI MALTIN Kif rajna ftit tal-jiem ilu, bl-investiment ta’ $100 miljun ta’ Crane Currency, li se jfisser aktar minn 200 impjieg li jitilgħu għal 300, u xogħol ta’ kwalità għall-ħaddiema Maltin, fiċ-ċentru ta’ dan kollu kien hemm il-Malta Enterprise. Il-Malta Enterprise qiegħda tkun effettiva u tikseb riżultati billi tattira investiment dirett barrani billi tiffoka u tadotta strateġija apposta. Din il-ħidma qiegħda tħalli l-frott għax minbarra dan din is-sena biss il-Malta Enterprise approvat 14-il investiment barrani ġdid li fuq medda ta’ tliet snin se jlaħħaq investiment ta’ €32.2 miljun u se joħloq 480 impjieg ġdid. Din ilgazzetta tkellmet maċ-Chairman mhux Eżekuttiv tal-Malta Enterprise William Wait WILLIAM WAIT dwar din il-ħidma li qed issir u għaliex Malta qed jirnexxilha tattira dan l-investiment.
Il-Prim Ministru ma’ ħaddiema f ’kumpanija li kabbret l-operat tagħha Matul dawn l-aħħar tliet snin, liema kienu dawk il-proġetti li ġew approvati mill-Malta Enterprise? U xi kemm jammontaw? Kemm huwa stmat li nħolqu postijiet ġodda tax-xogħol b’dawn il-proġetti? Mill-2013 sal-2015 il-Malta Enterprise approvat 80 investiment barrani ġdid li minnhom bdew joperaw 29 u sal-lum iħaddmu bejniethom 380 persuna full time. Uħud minn dawn qegħdin jistennew fabbrika jew qegħdin jirranġaw il-fabbrika skont il-bżonnijiet tagħhom. Bejn Jannar u Settembru 2016, il-Korporazzjoni approvat 14il investiment dirett barrani ta’ kwalità tajba li jinkludi investiment kbir ġej minn kumpaniji li diġà joperaw minn Malta
bħall-Playmobil, SR Technics u l-Aurobindo. Huwa mistenni li fi tliet snin l-investiment ilaħħaq €32.2 miljun li se joħloq 480 impjieg ġdid. Il-kumpaniji approvati joperaw fis-setturi tal-produzzjoni tal-logħob diġitali, life sciences u l-farmaċewtika, it-teknoloġija tal-informatika, l-inġinerija, il-manutenzjoni tal-ajruplani u l-edukazzjoni. Matul l-istess żmien il-Korporazzjoni rnexxielha tassigura tkabbir ta’ kumpaniji lokali fosthom Foster Clark, Busy Bee u James Caterers. Il-Korporazzjoni approvat 40 espansjoni ta’ kumpaniji Maltin li se joħolqu 400 impjieg ġdid b’investiment ta’ mhux inqas minn €12 miljun. Il-Korporazzjoni kompliet bil-promozzjoni tal-faċilitajiet state of the art fil-Life Sciences Park f ’San Ġwann. S’issa l-Korporazzjoni approvat 25 proġett b’allokazzjoni ta’
tira investiment dirett 6,146 metru kwadru barrani billi qiegħta’ spazju. Dawn da tkun aktar il-kumpaniji, iffukata u tadkemm Maltin Malta otta strateġikif ukoll hija post fejn ja li nirrefebarrani, se ru għaliha jiġġeneraw wieħed jista’ jiġi u bħala micro 200 impjieg minn idea joħloq targeting. ġdid b’innegozju ta’ Wara riċervestiment ta’ ka li tagħmel €12 miljun. suċċess biex tidentiMill-proġetfika kumpaniji ti approvati, 18 li jkunu vijabbli minnhom diġà li joperaw minn Malbdew joperaw fil-Life ta, il-Korporazzjoni tikkuntatSciences Park. tja lill-kumpanija bi proposta X’tip ta’ ħidma qed speċifika ta’ Malta u ta’ x’toffri tagħmel il-Malta En- lill-kumpanija. Minn hemm, imterprise biex iġġib bagħad, jibdew id-diskussjonijet aktar investiment bar- u negozjati biex din il-proposta tissarraf fi proġett reali bil-għan rani f ’pajjiżna? li jitkabbar l-investiment f ’Malta Il-Malta Enterprise u jinħolqu l-impjiegi. Hekk kien il-każ ta’ Crane, qiegħda tkun effettiva u tikseb riżultati billi tat- il-kumpanija Amerikana, li
11
02.10.2016
kullhadd.com
Il-Life Sciences Park; il-post fejn qed jiġu investituri ġodda l-ġimgħa li għaddiet ħabbret li kollha li dan jista’ jsir fi żmien għażlet lil Malta għal investi- tlett ijiem. Il-Korporazzjoni ment ta’ €90 miljun ($100 mil- kompliet ukoll bil-ħidma tagħha jun) u se toħloq ma’ 300 mitt fis-setturi tal-life sciences, l-edukaimpjieg ġdid. Il-Korporazzjoni zzjoni, il-loġistika u l-avjazzjoni. identifikat opportunità hekk X’taħseb li huma kif kumpanija li topera f ’Maldawk il-fatturi li qed ta fl-istess settur għamlet tibiwasslu biex pajjiżna dil fil-linja tax-xogħol tagħha u jattira dan it-tip ta’ inb’hekk sar kuntatt ma’ Crane u bdiet in-negozjati. B’sodisfazz- vestiment barrani? jon kbir għall-Malta Enterprise, Il-fatt li f ’Malta għandsitt xhur wara li bdew in-negona investiment barrani zjati ġie mħabbar dan l-investili ilu jopera minn hawn ment li juri li Malta għadha at50 sena u li llum għadu jktraenti u vijabbli għall-industrija abbar il-funzjonijiet tiegħu huwa tal-manifattura. Barra minn hekk, il-Malta messaġġ ċar li Malta hija post Enterprise taħdem ukoll biex fejn wieħed jista’ jiġi u minn idea l-investiment dirett barrani li joħloq negozju ta’ suċċess. Etika hawn jopera diġà minn Malta tajba tax-xogħol tal-ħaddiema u jkompli jkabbar l-operat tiegħu. produttività għolja li tipparaguna Fil-fatt, b’sodisfazzjon, ngħidu tajjeb meta mqabbla ma’ stanli din is-sena diġà ġew imħabbra dards Ewropej fosthom il-Ġernumru ta’ espansjonijiet bħal manja. tal-Playmobil, l-Aurobindo u Liema huma dawk l-Methode. Il-Malta Enterprise is-setturi l-aktar li taħdem ukoll biex kumpaniji pajjiżna qed jattiva? Maltin ikomplu jkabbru l-opX’setturi oħrajn hemm erat tagħhom kif ukoll tħajjar intrapriżi ġodda Maltin jibdew li pajjiżna għadu jrid jinvesti in-negozju tagħhom. Illum fihom u jattratta investimenti għandna kumpaniji Maltin li il- ġodda? hom joperaw f ’pajjiżna u llum Wieħed mis-setturi li dawn anke jesportaw. Riċentamqed jikber f ’Malta huwa ent uħud anke ħabbru l-espandak tal-manutenzjoni sjoni tal-kumpanija tagħhom, u t-tiswija tal-ajruplani. fost dawn insibu l-Foster Clark Riċentament kien imħabbar li u Farsons. Il-Korporazzjoni ħolqot is- l-Easyjet għażlu lil Malta biex tal-ajruplani servizz tal-Business First biex il-manutenzjoni tagħhom issir kollha Malkemm jista’ jkun tagħmel ta mill-Lufthansa aktar faċli l-proċess Technik u l-SR biex wieħed jibda Technics. Setl-operat tiegħu. Mhux turi oħrajn li Matul l-2016 il-Kor pob’kumbinazzjoni li qed ikomplu jikbrazzjoni Barts u London ru huma kienet responsSchool of Medicine dawk tallife sciences abbli biex f l i m k i e n and Dentistry għażlu u l-bijoinma’ entita- lil Malta biex jiftħu formatika, jiet pubbliċi l-informatikulleġġ mediku ka, l-inġinerija jaċċertaw li l-burokrazija u l-produzzjoni biex wieħed jibda tal-logħob diġitali. n-negozju tiegħu tonqos Dawn l-aħħar sentejn u l-proċess ikun iffaċilitat. Fil- il-Korporazzjoni ffukat ukoll fatt, ġie maqbul bejn il-ministeri biex tattira investiment fis-settur
tal-edukazzjoni. Mhux b’kumbinazzjoni li Barts u London School of Medicine and Dentistry għażlu lil Malta biex jiftħu kulleġġ mediku. Ix-xogħol minnaħa tal-Korporazzjoni kien intensiv ħafna u kien jinvolvi numru ta’ laqgħat u diskussjonijiet kemm ma’ Barts kif ukoll ma’ istituzzjonijiet oħrajn lokali. Il-Korporazzjoni rat opportunità f ’dan is-settur wara r-reputazzjoni eċċellenti li Malta kisbet internazzjonalment minn professjonisti fis-settur mediku. X’qed isir biex il-Malta Enterprise tkompli ddaħħal aktar skemi li jkomplu jgħinu lin-negozji? Il-Malta Enterprise hija kontinwament f ’kuntatt mal-industrija biex taċċerta li l-iskemi li ddaħħal ikunu verament skemi li jgħinu lill-industrija. Barra minn hekk, il-Malta Enterprise taħdem id f ’id ma’ korpi kostitwiti bilgħan li jkun hawn ammont sostanzjali ta’ take up tal-iskemi. Fil-fatt, il-bord tal-Korporazzjoni huwa magħmul minn rappreżentanti tal-industrija u tal-korpi kostitwiti biex dawn jgħinu lill-Malta Enterprise tifhem aktar il-ħtiġijiet tal-industrija. X’ħidma qed issir bejn il-ministeri u entitajiet differenti biex ikun hemm aktar sinerġija? Il-Malta Enterprise tagħmel il-massimu biex l-industrija tal-manifattura f ’Malta tibqa’ tkun kompetittiva. Biex tilħaq dan l-għan taħdem id f ’id ma’ istituzzjonijiet u korpi kostitwiti u ministeri diversi. Pereżempju, fl-2014 tnediet it-Trade Malta, li hija sħubija pubblika bejn Projects Malta u l-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija. L-iskop ta’ din il-kumpanija hu li tgħin l-industrija Maltija tilħaq
miri u swieq ġodda internazzjonali. Bil-għan li l-industrija f ’Malta ssib in-nies meħtieġa għall-operat tagħha, il-Malta Enterprise taħdem mal-Università ta’ Malta u l-MCAST biex tassigura li jkun hemm l-istudji neċessarji biex l-industrija ssib in-nies ikkwalifkati. Il-Korporazzjoni tħeġġeġ ukoll li l-kumpaniji jaħdmu malMCAST biex studenti jingħataw il-possibbiltà ta’ apprentistat u fl-istess ħin il-kumpanija tkun qiegħda tħarreġ l-individwu għall-bżonnijiet tagħha. Pereżempju, fil-każ ta’ Crane, il-Malta Enterprise ġabet on board lill-Jobsplus, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-MCAST biex kollha flimkien u b’ghan wieħed jiżguraw li jkun hawn in-nies imħarrġa fis-settur tal-kumpanija. Qiegħda wkoll issir ħidma biex l-industiji
f ’setturi differenti jaħdmu flimkien. Il-Life Sciences Park f ’San Ġwann jinkludi wkoll id-Digital Hub li ġo fih jilqa’ kumpaniji innovattivi fil-produzzjoni tallogħob diġitali u b’hekk jinħolqu sinerġiji ma’ kumpaniji involuti fir-riċerka u l-bijoinformatika. Hemm xi investimenti oħrajn li qegħdin fil-pipeline u li se jkunu qed jitħabbru dalwaqt? Il-Korporazzjoni għaddejja bil-ħidma tagħha biex tkompli tattira investimenti lejn Malta u bħalissa għaddejjin negozjati ma’ diversi proġetti li joperaw fis-setturi tal-life sciences, l-inġinerija, l-edukazzjoni, il-manifattura u t-teknoloġija tal-informatika.
12
02.10.2016
1
Il-Messiku
MADWAR kullhadd.com
FIL-QOSOR
1 2
PROĠETT AMBIZZJUŻ Elon Musk, il-fundatur ta’ SpaceX, kumpanija privata li tispeċjalizza fit-teknoloġija ajruspazjali, sostna li l-bniedem jista’ jkun fuq Mars f ’temp ta’ għaxar snin. Dan qalu waqt preżentazzjoni li għamel fl-International Astronautical Congress f ’Guadalajara, il-Messiku, fejn ma waqafx fuq it-teorija, imma mexa għall-prattika billi spjega l-proċess li se jwassal lill-bniedem fuq ir-Red Planet. Musk sostna li għall-bidu ma tantx jibdew jitilgħu nies fuq ir-rocket li qiegħed jipproponi li jibni. Però, in-numru tagħhom biż-żmien jista’ jitla’ tant li sal-2060 ikun hemm kolonja ta’ miljun uman fuq Mars. Fl-aħħar jiem diġà kien hemm numru ta’ esperti tas-settur li sostnew li l-pjan ta’ Musk jidher vijabbli.
2
Il-Kolombja
3
L-Alġerija
ID-DEĊIŻJONI F’IDEJN IL-POPLU Il-Gvern tal-Kolombja u l-grupp militanti Marksista FARC iffirmaw ftehim ta’ paċi li għandu jġib fi tmiemu konflitt armat li ilu għaddej mill-1964. Dan il-konflitt ħalla ’l fuq minn kwart ta’ miljun persuna mejta. Minkejja li llum il-ġurnata l-FARC m’għandhomx b’saħħithom daqs xi snin ilu, il-forzi tagħhom għadhom jikkonsistu f ’madwar 7,000 militant armat. Il-ftehim se jkun impoġġi quddiem il-poplu għall-approvazzjoni llum stess fejn l-indikazzjonijiet huma li se jgħaddi b’mod komdu. Skont it-termini tal-ftehim, il-membri tal-FARC mhux biss se jingħataw il-maħfra imma l-grupp se jkun jista’ anke jifforma partit politiku biex jipparteċipa fil-proċess demokratiku b’mod liberu.
FERĦA BLA TEMMA F’laqgħa li kellhom fl-Alġerija, il-maġġoranza tal-ministri tal-pajjiżi membri tal-OPEC ftiehmu li jnaqqsu l-produzzjoni taż-żejt minn 33.24 miljun barmil għal madwar 32.5 miljun barmil kuljum. Il-ftehim wasal grazzi għal kompromess li ntlaħaq bejn l-Għarabja Sawdija u l-Iran. Din talaħħar kienet ilha titlob li titħalla ttella’ l-produzzjoni tagħha minn 3.7 miljun għal 4 miljun barmil kuljum. Madankollu, is-Sawditi offrew kompromess fejn se jnaqqsu l-produzzjoni tagħhom biex iżidu s-sehem Iranjan fis-suq u jgħollu l-prezzijiet internazzjonali taż-żejt. Minkejja li l-prezz beda jitla’ ftit wara li ntlaħaq il-ftehim, is-sitwazzjoni nbidlet xi ftit hekk kif l-Iraq opponiet din id-deċiżjoni u għeddet li ma tirrispettahiex.
R ID-DINJA
13
02.10.2016
kullhadd.com
3
6
Il-Filippini
5
4
6
LEST LI JWETTAQ OLOKAWST Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte reġa’ sab ruħu fl-aħbarijiet din il-ġimgħa hekk kif qabbel il-kampanja li qiegħed jagħmel kontra t-traffikanti u d-dipendenti tad-droga mal-Olokawst imwettaq mir-reġim Nażista kontra l-Lhud. Duterte tenna dawn il-kummenti f ’diskors li għamel fil-belt ta’ Davao, li huwa kien is-sindku tagħha sa ftit taż-żmien ilu. Il-President tal-Filippini qal li bħalma Hitler qatel tliet miljun Lhudi, huwa kien se joqtol tliet miljun drogat. Duterte sab ruħu fil-mira ta’ kritika qawwija fl-aħħar xhur hekk kif implimenta kampanja brutali li ħalliet tal-inqas tlett elef persuna, li allegatament kellhom xi rabta mat-traffikar u l-konsum ta’ sustanzi illeċiti, mejta. Dan kollu mingħajr ebda proċess ġudizzjarju.
5
Iżrael
4
Il-Libja
IMUT SHIMON PERES DAQQA TA’ ĦARTA Il-Ġeneral Khalifa Haftar din il-ġimgħa ddikkjara l-oppożizzjoni tiegħu għall-Gvern ta’ Tripli mmexxi minn Fayez al-Sarraj. Id-dikjarazzjoni tiegħu kienet daqqa’ ta’ ħarta oħra għal al-Sarraj wara li ftit ġimgħat ilu ma ngħatax il-fiduċja tal-Parlament ta’ Tobruk li ma rrikonoxxiex l-awtorità tiegħu. Il-formazzjoni tal-Gvern ta’ Tripli kien wasal fi tmiem negozjati twal li kienu kkordinati min-Nazzjonijiet Uniti mit-tama li l-pajjiż jingħaqad taħt stat wieħed wara aktar minn ħames snin ta’ gwerra ċivili. Madankollu, l-oppożizzjoni ta’ Haftar tfisser li l-Gvern ta’ Tripli se jibqa’ jkollu forza militari qawwija kontrih li għandha r-riżorsi biex iżżomm il-pajjiż mifrud għaż-żmien li ġej.
Shimon Peres, statista Iżraeljan li serva fi 12-il gvern, fosthom darba bħala president u darbtejn bħala prim ministru, miet kmieni din il-ġimgħa wara kumplikazzjoni ta’ saħħa li kellu b’konsegwenza ta’ puplesija. Peres kien figura ewlenija tul l-istorja kollha tal-Istat ta’ Iżrael fejn ħadem biex dan il-pajjiż ikun stabbli u b’saħħtu militarment. Dan, fost l-oħrajn, wasslu biex jagħti lok għal diversi operazzjonijiet militari kontra l-pajjiżi Għarab tal-madwar f ’ritaljazzjoni għall-azzjonijiet ostili tagħhom. Madankollu, tard fil-karriera politika tiegħu huwa żied il-ħidma favur is-sejba ta’ soluzzjoni paċifika għat-tensjonijiet ma’ dawn il-pajjiżi, sforz li wasslu biex jingħata l-premju Nobel għall-paċi fl-1994.
14
02.10.2016
kullhadd.com
JISSOKTA L-MARTIRJU SIRJAN Kitba ta’ LIAM GAUCI
Ir-relazzjoni li diġà bilkemm setgħet tissejjaħ kordjali bejn l-Istati Uniti u r-Russja qalgħet daqqa ta’ ħarta oħra din il-ġimgħa. Dan hekk kif, il-bumbardamenti tal-forzi militari Russi u dawk talGvern Sirjan fuq il-belt ta’ Aleppo qegħdin jiddegradaw relazzjonijiet diplomatiċi li dehru li kienu stabilizzaw ruħhom sa ftit tax-xhur ilu. Berqa fil-bnazzi Skont ftehim li sar f ’Ġinevra ftit tal-ġimgħat ilu, l-Istati Uniti, ir-Russja u l-forzi moderati kellhom jissospendu l-operazzjonijiet militari tagħhom f ’diversi partijiet tasSirja biex jagħtu l-opportunità lill-konvojs ta’ għajnuna umanitarja jaslu fl-ibliet li kienu affettwati mill-konflitt ċivili ta’ dan il-pajjiż. It-tama kienet illi, meta din l-għajnuna tingħata, seta’ jkun hemm biżżejjed stabbiltà u rieda tajba biex ikun hemm negozjati għall-paċi aktar permanenti bejn il-partijiet kollha involuti. Għall-bidu l-ftehim deher li kien qiegħed jaħdem hekk kif il-ġlied beda jbatti f ’diversi żoni. Madankollu, dan il-perjodu ta’ kalma ma damx wisq hekk kif l-ewwel konvoj umanitarju li kien sejjer lejn Aleppo sab ruħu bbumbardat; attakk li ħalla għexieren ta’ persuni mejta u l-konvoj inniffsu distrutt. L-akkużi ma damux wisq biex bdew itiru minn naħa għal oħra. L-Istati Uniti u n-Nazzjonijiet Uniti ma tantx daru mallewża fejn taw x’jifhmu li l-indikazzjonijiet li kellhom poġġew it-tort fuq il-forzi Russi. Madankollu, kemm irRussja kif ukoll il-Gvern Sirjan li hu alleat magħha, sostnew li huma ma kellhom l-ebda sehem f ’dan l-attakk brutali u mingħajr ġustifikazzjoni. Kien ta’ min kien it-tort, inNazzjonijiet Uniti mill-ewwel ħadu passi biex iwaqqfu l-konvojs kollha li kienu qegħdin jiċċirkulaw fis-Sirja hekk kif ħassew li ma kinux f ’pożizzjoni li jiggarantixxu s-sigurtà tagħhom. Din il-konklużjoni kienet waħdu ġusta għax fil-jiem li segwew il-konflitt bejn il-forzi Russi, tal-Gvern Sirjan u tarribelli intensifikaw ruħhom, speċjalment madwar Aleppo nniffisha. Tant hu hekk li din il-belt issa saret simbolu ta’ dan il-konflitt permezz tal-ammont kbir ta’ filmati ta’ qsim il-qalb li sfortunatament qegħdin jidhru kuljum fuq il-midja internazzjonali.
huwa li fil-fatt ammont sostanzjali ta’ din il-belt tinsab f ’idejn forzi ribelli kklassifikati bħala moderati mill-Istati Uniti. Għaldaqstant, ħadd ma kien qiegħed jifhem kif l-Istati Uniti kienet qiegħda tappoġġja lirribelli moderati fuq naħa u fuq oħra taħdem mal-Gvern Russu li kien qed jikkordina l-attakki ta’ kontrihom. Madankollu, l-Amerikani ma damux wisq ma ċċaraw is-sitwazzjoni. Hemm min ikklassifika dan id-disgwid bejn l-Istati Uniti u r-Russja bħala wieħed millħafna li drajna naraw matul dawn is-snin. Madankollu, diskors li għamel John Kerry, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, din il-ġimgħa ta indikazzjoni ċara li l-Istati Uniti mhix lesta li tħalli l-iżviluppi tal-aħħar jiem jgħaddu mingħajr reazzjoni. Fil-kummenti tiegħu, Kerry sostna li pajjiżu ma jistax ikompli jkun l-uniku wieħed li jagħmel sforzi konkreti biex ilkonflitt Sirjan ikun solvut darba għal dejjem. B’mod partikolari, is-Segretarju tal-Istat Amerikan esprima d-diżappunt tiegħu għall-fatt li r-Russi ma żammewx il-kelma tagħhom li jorbtu lill-Gvern Sirjan malftehim ta’ waqfien mill-ġlied. Barra minn hekk, huwa saħaq li għad hemm differenzi kbar flinterpretazzjoni ta’ pajjiżu u dik tar-Russja ta’ x’inhi s-soluzzjoni għall-konflitt Sirjan. Dan hekk kif, filwaqt li l-Istati Uniti għadha qiegħda tittama għal soluzzjoni politika, ir-Russja qiegħda tuża mezzi militari biex teqred l-għedewwa tarreġim ta’ Bashar al-Assad. Filfatt, dan il-mexxej ukoll huwa punt ta’ konflitt bejn ir-Russi u l-Amerikani fejn dawn talewwel huma lesti li jaraw illi alAssad ikompli jżomm il-kariga Disgwid jew kriżi? tiegħu, filwaqt li dawn tal-aħħar L-aktar ħaġa li laqtet lill- iriduh jiġi mwarrab. osservaturi ta’ dan il-konflitt Jekk ma jinstabx kompromess
vijabbli dwar dawn iddifferenzi, Kerry sostna li l-unika għażla tkun li pajjiżu ma jibqax jaħdem mar-Russja biex tinstab soluzzjoni paċifika fis-Sirja. Il-Gvern Russu ma aċċettax l-interpretazzjoni Amerikana tal-fatti. Dan, fost l-oħrajn, ħareġ b’mod ċar minn kummenti li għamel id-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu Sergei Ryabkov, illi sostna li l-Istati Uniti qiegħda tesperjenza “kollass emottiv” li wassalha biex tasal għal konklużjonijiet żbaljati dwar l-aġir tar-Russja. Huwa qal ukoll il-pretenzjoni Amerikana li jkun hemm ftehim li jwaqqaf il-ġlied għal ġimgħa sħiħa ma kienx realistiku għax ikun perjodu twil wisq biex ilforzi moderati jkunu jistgħu jiggarantixxu li ma jkunx hemm infiltrazzjoni ta’ militanti radikali fiż-żona. Minflok, Ryabkov tenna li l-mira attwali għandha tkun ta’ waqfien ta’ mhux aktar minn jumejn; li għandu jkun biżżejjed żmien biex jgħaddu l-konvojs umanitarji. Il-motivazzjoni Russa Allura, biex tittranġa s-sitwazzjoni, hemm ċans li r-Russja tissagrifika l-lealtà tagħha lejn il-Gvern ta’ alAssad biex tasal għal ftehim mal-Istati Uniti? Fil-fatt, hemm min sostna li din il-lealtà Russa lejn il-Gvern Sirjan lanqas biss teżisti. Artiklu interessanti miktub minn Jonathan Marcus, korrispondent diplomatiku tal-BBC, indika li fil-fatt ilprijoritajiet tar-Russja huma oħrajn. L-ewwel waħda hija li s-Sirja hi biss biċċa minn bord taċchess kbir li l-President Russu Vladimir Putin qiegħed jibni fil-Lvant Nofsani. Meta kkrollat l-Unjoni Sovjetika,
il-Federazzjoni Russa li ħarġet minnha sabet ruħha b’influwenza mnaqqsa ferm filLvant Nofsani. Skont Marcus, sa ftit ilu r-Russja kien għad għandha biss alleat wieħed, f ’dan ir-reġjun: lis-Sirja. Għaldaqstant, Putin kien determinat li ma jitlifhiex anke jekk se twassal għal konflitt diplomatiku mal-Istati Uniti. Huwa ma daħalx għal dan ilkonflitt bl-addoċċ u fil-fatt stenna sakemm ir-reġim ta’ alAssad kien fix-xifer li jikkrolla f ’Settembru tas-sena li għaddiet qabel interviena militarment. Fejn tilef il-kredibbiltà malAmerikani, Putin irkupraha ma’ pajjiżi bħat-Turkija u Iżrael li b’xi mod aċċettaw li jikkoperaw miegħu fil-konflitt minkejja li tradizzjonalment aktar xaqilbu lejn l-Istati Uniti mil-lat diplomatiku. It-tieni raġuni mogħtija minn Marcus għall-pożizzjoni Russa hija waħda ferm aktar ċinika u inkwetanti. Skont il-korrispondent tal-BBC, ir-Russja qiegħda tuża lisSirja bħala vetrina għallindustrija militari tagħha. Ilkollass tal-Unjoni Sovjetika tella’ purtiera li esponiet l-antikità u l-inadegwatezza tal-infrastruttura militari Russa li fl-aħħar snin tar-reġim Komunista tħalliet tiddegrada konsiderevolment ikkomparata ma’ dik tal-Istati Uniti. Skont it-teorija ta’ Marcus, konflitt bħal dak Sirjan kien opportunità tajba għall-Gvern Russu biex joħloq vetrina għallavvanzi teknoloġiċi sostanzjali li saru taħt it-tmexxija ta’ Putin. Minkejja li konna ilna narawhom fil-parati nazzjonalistiċi li jsiru ta’ spiss fil-pajjiż, issa r-Russi għandhom l-opportunità li juru kemm dawn l-armamenti huma effettivi f ’konflitt modern. Filfatt, l-effettività tal-kampanja Russa kienet ferm aktar milli
mistenni. Filwaqt li bosta pprofetizzaw li r-Russi se jbatu biex jiksbu suċċess ta’ sinifikat fis-Sirja, fil-realtà s-sitwazzjoni politika tidher li nqelbet ta’ taħt fuq f ’temp ta’ sena. B’hekk, illum insibu li huma r-ribelli li jinsabu f ’xifer il-kollass u mhux il-Gvern ta’ al-Assad. Madankollu, hemm bosta li qegħdin jistaqsu x’inhu l-prezz ta’ dan is-suċċess. Kif semmejna qabel, l-ammont ta’ vittmi ċivili f ’postijiet bħal Aleppo li huma fil-mira taloffensivi Russi u tal-Gvern Sirjan huwa impressjonanti. Fil-fehma ta’ Marcus, dan huwa frott il-preferenza Russa għallużu tal-hekk imsejħa dumb bombs; bombi li m’għandhomx sistemi ta’ gwida preċiża bħal dawk ġeneralment użati millIstati Uniti u l-alleati tagħha. Kif wieħed jistenna, il-Gvern Russu dejjem sostna li huwa mhu jieħu l-ebda azzjoni militari mmirata speċifikament lejn il-popolazzjoni ċivili. Però, bħalissa ma tantx jidher li hemm gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali li huma lesti li jemmnu l-verżjoni Russa tal-fatti.
Back to square one Min għandu raġun? Diffiċli biex wieħed jgħid f ’dan l-istadju. Li hu ċert huwa l-fatt li għal xi żmien deher li s-sitwazzjoni kienet sejra għall-aħjar, grazzi għal ftehim ta’ waqfien millġlied wara ieħor li bil-mod ilmod kienu qegħdin jagħtu nifs lil bosta żoni li għaddew minn martirju kbir matul l-aħħar xhur. Madankollu, jidher li issa qegħdin back to square one, kif jgħid l-Ingliż. Però, hemm dubji sostanzjali kemm il-partijiet ikkonċernati għandhom interess li jibdew in-negozjati mill-bidu.
15
02.10.2016
kullhadd.com
MIN HU FUQ IN-NAĦA TAL-AMBJENT? Meta l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb, jibqagħlek flus fil-but u tgħix aħjar, l-ambjent li tgħix fih jibda jsir iktar relevanti. Il-gazzetta KullĦadd tanalizza l-isfidi ambjentali ta’ pajjiżna, u r-rispons tal-Gvern u l-Oppożizzjoni għall-kwistjonijiet ambjentali li qed jolqtu lill-Maltin u lill-Għawdxin fil-laħam il-ħaj.
Iż-żminijiet jinbidlu u anke l-prijoritajiet tannies. Meta fl-2006 il-Gvern Nazzjonalista kien fetaħ għall-iżvilupp ta’ żewġ miljun metru kwadru art barra ż-żona ta’ żvilupp (ODZ), ma kinux inħolqu protesti. L-għaqdiet ambjentali, minkejja li kienu voċiferi, ma sabux is-saħħa fost in-nies biex iwaqqfu l-ikbar qerda ambjentali fl-istorja ta’ pajjiżna. X’aktarx għax dak iż-żmien il-prijoritajiet tan-nies kienu differenti b’numru ta’ fabbriki jagħlqu u nies jitilfu l-post tax-xogħol tagħhom, għoli tal-ħajja esaġerat u tkabbir ekonomiku baxx ħafna. Illum li l-ekonomija ngħatat spinta bla preċedent, Malta riesqa lejn stat fejn kulħadd għandu xogħol, fejn in-nisa qed jaħdmu iktar, il-livell tal-
edukazzjoni qed jogħla u s-servizz tas-saħħa tjieb f ’livelli ġodda, in-nies qed ikunu iktar konxji talambjent li jgħixu fih. U bir-raġun! Jista’ jkun li din ir-roqgħa art tibqa’ tiġi żviluppata? Jekk l-art ODZ mhix se tintmess, allura mhux ġustifikat li, bi ħsieb u skont policies serji, l-iżvilupp jogħla ’l fuq minflok jinfirex? Fuq kollox, żviluppatur jista’ jieħu r-riedni f ’idejh u jieħu l-kosta għax ingħata konċessjoni zoppa? Tista’ industrija li qed tħalli l-ġid fl-ekonomija tgħakkes lin-nies li qed jgħixu fil-madwar? Dan kollu huwa parti mid-diskussjoni ambjentali li pajjiżna għaddej minnha. L-ebda Gvern ma qatt sab il-livell xieraq biex din il-gżira-pajjiż tibbilanċja bejn l-iżvilupp ekonomiku u dak ambjentali.
Id-differenza fl-attitudni iżda hija li, filwaqt li fl-aħħar għoxrin sena meta l-ekonomija kienet miexja b’pass ta’ nemla u allura n-nies kienu moħħhom fil-pappa, l-ambjent kien l-ikbar tellief. Illum il-ġurnata, li l-ekonomija hija b’saħħitha u n-nies sejrin tajjeb, dak li jiġri fl-ambjent isir iktar importanti u dak li ma konniex naraw sa ftit ilu f ’daqqa waħda narawh ċar daqs il-kristall. Fuq kollox, l-ambjent mhuwiex biss is-siġar u n-natura iżda wkoll dak li jolqotna ta’ kuljum fil-laħam il-ħaj: l-indafa fit-toroq, l-aċċess ħieles għax-xatt biex ngħumu, il-baħar li ngħumu fih u l-ħsejjes li jidħlu sal-kmamar tas-sodda tagħna. Tkompli f ’paġni 16 u 17 >>
16
02.10.2016
kullhadd.com
ŻVILUPPI RIĊENTI XHIEDA T AĊĊESS GĦALL-KOSTA TA’ MANOEL ISLAND Fost l-iktar kontroversji kien hemm dik dwar il-ftuħ għall-aċċess tax-xatt ta’ Manoel Island fil-Gżira. Il-Front Emerġenza Ambjent ingħaqad mas-Sindku tal-Gżira fi protesti paċifiċi biex l-iżviluppatur, MIDI, ineħħi kull barriera li qed timbarra l-aċċess għax-xatt. Il-kuntratt bejn il-MIDI u l-Gvern kien iffirmat fis-sena 2000. Dak iż-żmien dan kien tqies bħala investiment kbir. Madankollu, 16-il sena wara x-xogħol li kellu jieħu ftit snin għadu ma tlestiex. Sakemm jitlesta l-proġett, il-post ġie mbarrat u ttellgħet anke xatba. Dan għalaq l-aċċess għax-xatt fejn kienu jgħumu l-Gżirjani. Għal 16-il sena sħaħ din baqgħet magħluqa mingħajr l-intervent ta’ ħadd. Kien il-ġimgħa l-oħra li l-Gvern, anke b’appoġġ sħiħ lejn l-azzjoni tas-Sindku Laburist Conrad Borg Manchè, fetaħ kawża fil-Qorti kontra l-MIDI filwaqt li l-Awtorità tal-Ippjanar fetħet azzjoni ta’ infurzar fil-konfront tal-iżviluppaturi wkoll. Dan wassal biex din il-ġimgħa l-MIDI ħabbar li se jipprovdi aċċess “taħt superviżjoni”. Sadanittant, it-taqbida għad-dritt għall-aċċess għax-xatt se tibqa’ għaddejja.
FISHFARMS – SNIN TA’ ILLEGALITAJIET; IL-GVERN B’AZZJONI DEĊIŻIVA Li tmur tgħum fil-bajja favorita u ssib li ma tistax taqbeż qabża fil-baħar minħabba tniġġis hija fost l-iktar affarijiet li jurtaw lin-nies. It-tniġġis mill-fishfarms din issena laħaq livelli ogħla mis-soltu. Ir-raġuni, skont l-operaturi, hi li l-għalf din is-sena kien iktar żejtni bil-konsegwenza li meta l-kurrent kien jagħti ’l ġewwa kienet qed tinħoloq skorċa fuq wiċċ il-baħar. Madankollu, il-verità hi li l-operaturi tal-fishfarms għal snin sħaħ tħallew jikbru bla kontroll f ’illegalitajiet permezz ta’ gaġeġ żejda li daħlu iktar ‘il ġewwa lejn il-kosta. Kienet biss din l-amministrazzjoni li ħadet azzjoni deċiżiva. Fil-baġit li għadda l-Gvern beda billi daħħal taxxa fuq il-fishfarming u għall-ewwel darba din l-industrija li tagħmel il-miljuni ġiet intaxxata. Dan is-sajf, il-Gvern żied b’mod qawwi ħafna l-multi għall-illegalitajiet permezz ta’ legal notice ppreżentata mis-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri. Flistess ħin l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet avviż ta’ infurzar b’emerġenza. F’seduta tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ittieħdet deċiżjoni biex jiġu revokati l-permessi tal-operaturi kollha tal-fishfarms. Dawn huma azzjonijiet deċiżivi li l-ebda Gvern qatt ma ħa fil-konfront taloperaturi tal-gaġeġ tat-tonn u ħut ieħor. Intant, wara li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet ivvutat biex tissospendi deċiżjoni ta’ revoka ta’ permessi, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien qal li d-deċiżjoni kienet waħda ġusta u qabeż għall-operaturi tat-tonn li kienu ilhom b’illegalitajiet għal snin taħt amministrazzjonijiet li minnhom Busuttil kien parti.
IL-FREEPORT JIDĦOL IKTAR ĠON-NIES TA’ BIRŻEBBUĠA
GRIT BLASTING U STORBJU FIT-TARZNA TA’ PALUMBO
Waqt konferenza tal-Kamra tal-Kummerċ il-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ bilproposta li jikber il-Freeport. Dan ifisser li effettivament il-Kap tal-Oppożizzjoni jemmen li l-Freeport jespandi iktar ’il ġewwa fuq in-nies. Jekk mhux fuq in-nies, il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid lill-Freeport jespandi fuq il-ftit art verġni li fadal innaħa ta’ Birżebbuġa. Il-Prim Ministru rrisponda mill-ewwel u qal li ma jaqbilx ma espansjoni fuq art ODZ, jew inkella ġon-nies ta’ Birżebbuġa. Ir-residenti ta’ Birżebbuġa ħassewhom urtati ferm bid-dikjarazzjoni tal-Kap tal-PN tant li saret saħansitra mozzjoni mill-Kunsill Lokali kontra tali espansjoni. Għall-ewwel darba, l-Awtorità tal-Ippjanar se tinforza wkoll kontribuzzjoni ta’ €1miljun, magħrufa bħala planning gain biex tintuża mill-Kunsill Lokali bħala kumpens ambjentali għar-residenti tal-lokal.
It-Tarzna mhijiex magħrufa bħala xi industrija nadifa, madankollu għal ħafna snin offriet l-għajxien ta’ kuljum għal eluf ta’ familji. L-għeluq tat-Tarzna ta’ Bormla fisser tmiem ta’ era. Iżda l-amministrazzjoni preċedenti eventwalment iffirmat ftehim u kuntratt ma’ Palumbo, ditta Taljana li fetħet tarzna privata f ’Bormla. Palumbo, matul is-snin, kellha diversi illegalitajiet li għalihom l-awtoritajiet għalqu għajnejhom. Kien dan il-Gvern li aġixxa matul dawn l-aħħar tliet snin biex ineħħi illegalitajiet u anke tittieħed azzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar u l-ERA rigward skart tossiku li beda jintefa’ taħt il-konkrit li jintuża bħala art għat-Tarzna. Il-grit blasting u storbju kontinwu huwa sors ta’ inkonvenjent kbir għar-resident tal-inħawi ta’ Bormla u l-Isla b’mod partikolari. Fl-aħħar ġimgħat, il-Kap tal-Oppożizzjoni żar din it-tarzna u faħħar l-operat tagħha u lis-sidien għall-kontribut li qed jagħtu. Miegħu kellu lill-President talPartit Nazzjonalista Anne Fenech li kellha konsulenza mill-Gvern Nazzjonalista u ffirmat il-ftehim bejn il-Gvern u l-Palumbo fl-amministrazzjoni preċedenti.
17
02.10.2016
kullhadd.com
TA’ MIN TA KAS L-AMBJENT BINI FL-ODZ L-Università Amerikana ta’ Malta, li se tagħti spinta lill-ekonomija tan-naħa t’isfel ta’ Malta, jista’ jitqies bħala investiment sostenibbli u nadif ambjentalment. La jagħmel l-istorbju tal-Freeport u lanqas iħalli l-ħmieġ tat-Tarzna. Madankollu, minħabba l-ammont ta’ art li kellha bżonn, il-Gvern għadda konċessjoni ta’ 10,000 metru kwadru f ’art li kienet barra ż-żona ta’ żvilupp fiżŻonqor, Wied il-Għajn. Din fetħet diskussjoni kbira dwar bini ODZ li taħt l-amministrazzjonijiet preċedenti kienet rampanti. Id-differenza l-kbira fl-attitudni tal-Gvern kienet li sema’ dak li qed jgħidu l-għaqdiet ambjentali u dawwar ir-rotta biex, minn 90,000 metru kwadru f ’ODZ, jingħataw lill-AUM 10,000 metru kwadru. Iktar minn hekk iżda, il-Prim Ministru ddikjara li mhux se jkun hemm iktar żvilupp f ’ODZ. Dikjarazzjoni li sal-lum inżammet fl-intier tagħha. Apparti minn hekk, il-Park tal-Inwadar bejn il-ponta tażŻonqor u x-Xgħajra ngħata madwar 30,000 metru kwadru iktar milli kellu fil-pjanijiet oriġinali skont il-pjan lokali tal-2006. Il-Gvern aġixxa wkoll biex neħħa madwar 15,000 metru kwadru ta’ scrapyards illegali f ’ODZ kif ukoll ħa azzjoni fuq binjiet ODZ li tħallew jinbnew taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Il-kontroversja dwar l-ODZ, madankollu, qisha waqfet mal10,000 metru kwadru tal-AUM. Dan kollu jrid jittieħed f ’kuntest li taħt amministrazzjoni preċedenti ngħataw għall-iżvilupp żewġ miljun metru kwadru li kienu f ’ODZ. IL-KONTROVERSJA TAL-HIGH-RISES Fl-aħħar ġimgħat id-diskussjoni fuq il-qasam ambjentali ċċaqalqet minn waħda dwar bini f ’żoni barra żoni ta’ żvilupp għal waħda dwar il-bini għoli. Hemm ħafna jirraġunaw li jekk ma tistax tifrex, allura trid togħla ’l fuq. Is-saħħa ekonomika li teżisti fil-pajjiż wasslet biex illum hawn domanda qawwija għal spazji għal uffiċini u bini ta’ kwalità. L-applikazzjoni għal high-rises bdew deħlin. L-Awtorità tal-Ippjanar ħadet ħsieb li tirranġa l-policies tagħha dwar il-highrises. L-iktar punt importanti kien li dan l-iżvilupp ma jistax isir madwar Malta u Għawdex kollha, fejn għal Għawdex kien hemm saħansitra maħsuba binja għolja. Iżda l-bini għoli ġie ristrett biss għal sitt lokalitajiet. Minkejja dan xorta nħoloq furur, meta l-Awtorità tal-Ippjanar tat permessi għal bini għoli fuq applikazzjonijiet li saru fl-amministrazzjoni preċedenti għax kienu skont il-policies tal-Awtorità. Id-diskussjoni hija dwar l-impatt li dan il-bini għoli se jkollu fuq il-ġirien u l-lokalità fejn se jsiru. Filwaqt li l-iżviluppaturi jemmnu li hawn id-domanda għall-bejgħ ta’ din il-propjetà, jibqa’ t-tħassib tar-residenti li jibżgħu mill-impatt ta’ bini għoli fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom. Intant, l-Awtorità tal-Ambjent appellat kontra l-permess li ħareġ għall-binja magħrufa bħala Townsquare f ’Tas-Sliema. L-Awtorità tal-Ambjent setgħet tappella bis-saħħa tal-qasma bejn l-Ippjanar u l-Ambjent. Dwar dawn l-iżviluppi l-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem ftit ħafna u biss fejn qabillu.
MASTERPLAN GĦAL PACEVILLE – EŻEMPJU? Il-pjan ħolisitiku li ġie ppreżentat mill-Awtorità talIppjanar dwar kif din iż-żona se takkomoda d-domanda ta’ bini li teżisti ġie mfaħħar mill-maġġoranza tan-nies li kkummentaw li dan huwa mudell ta’ kif għandu jimxi l-ippjanar f ’Malta. Il-ħsieb huwa li pjanijiet simili jsiru għal żoni oħra f ’Malta u Għawdex. Ovvjament, snin kbar ta’ nuqqas ta’ ppjanar jagħmlu x-xogħol li jrid isir issa ħafna iktar diffiċli. Madankollu, l-awtoritajiet sal-lum jidhru determinati li jwettqu dan il-pjan u jużaw dan bħala mudell kif għandu jsir l-ippjanar f ’żoni oħra. L-Oppożizzjoni sal-lum għadha ma tniffsitx dwar il-masterplan għaż-żona ta’ Paceville.
ARJA IKTAR NADIFA Jekk hemm kwistjoni ambjentali li llum kulħadd sar jitkellem dwarha, din hija l-kwalità tal-arja. U jekk kien hemm amministrazzjoni li tat kas il-kwalità tal-arja, din hija dik preżenti. Wara snin twal ta’ wegħdi ngħalqet ilpower station tal-Marsa, u dik f ’Dellimara daqshekk se taħdem bil-heavy fuel oil, l-iktar żejt li jniġġes. Biex isir dan b’mod immedjat il-Gvern mar għal tanker tal-LNG, però din hija biss miżura temporanja għax il-Gvern għaddej bilpjan tal-pipeline tal-gass. Pipeline li kien il-wegħda tal-millenju fi żmien Gvern Nazzjonalista iżda li ma wasal qatt. Kien biss issa li x-xogħol fuq dan beda għaddej, bl-istudji jkunu l-ewwel pass.
18
02.10.2016
kullhadd.com
IRBIT TAL-PN MA’ INDUSTRIJI LI JNIĠĠSU
FISHFARMS: Sar magħruf din il-ġimgħa kif l-Eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, li huwa qrib ħafna spekulaturi ewlenin fil-pajjiż, huwa impjegat ta’ wieħed millikbar operaturi tal-fishfarms f’Malta. Simon Busuttil sal-lum għadu ma ċaħadx li ħa pożizzjoni favur talfishfarms minħabba li l-PN iffinanzjat minn persuni f’din l-industrija li qed tniġġes.
MANOEL ISLAND: Il-ftehim ta’ Manoel Island mal-Gvern ġie ffirmat taħt amministrazzjoni Nazzjonalista tas-sena 2000. Qatt ma ttieħdet azzjoni kontra l-għeluq tax-xatt ta’ Manoel Island. Din il-ġimgħa ssemma Arthur Galea Salamone, il-kelliem stilla f’waħda mill-protesti tal-PN dwar governanza tajba, li huwa direttur fuq MIDI Plc, l-iżviluppaturi ta’ Manoel Island. Galea Salamone huwa qrib ħafna tal-Kap tal-PN Simon Busuttil. Is-silenzju fuq ix-xatt ta’ Manoel Island u n-nuqqas ta’ azzjoni talPartit Nazzjonalista qed jiġi interpretat f’dawl ġdid wara li ssemma dan il-fatt.
FREEPORT: Il-Freeport minn dejjem kien magħruf bħala l-għalqa tal-Partit Nazzjonalista b’mod partikolari tal-Eks Ministru Austin Gatt. Fil-Freeport jaħdmu diversi pampaluni magħrufa għallkulur politiku tagħhom. Saħansitra huwa magħruf li deputati Nazzjonalisti tant huma qrib il-maniġment privat li għadhom idaħħlu n-nies sal-lum. Gvern ta’ Lawrence Gonzi u Simon Busuttil kien ħafer kumpens ambjentali ta’ madwar €750,000 li l-Port Ħieles kellu jħallas lill-komunità ta’ Birżebbuġa.
PALUMBO: Ann Fenech qalgħet għexieren ta’ eluf ta’ ewro biex isservi ta’ konsulenta tal-Gvern sabiex Palumbo jieħu s-sit tat-Tarzna biex jiżviluppa tarzna privata. Kienet hi l-persuna li finalment wasslet biex jiġi ffirmat ilftehim bejn Palumbo u l-Gvern Malti. Akkumpanjat lil Simon Busuttil fiżżjara lit-tarzna ta’ Palumbo u ppużat għar-ritratti. Mhux ta’ b’xejn li n-nies tal-Kottonera ma sabu l-ebda kenn fil-Partit Nazzjonalista.
19
02.10.2016
kullhadd.com
ONE: L-INDIRIZZ TAD-DIBATTITU U D-DISKUSSJONI L-ewwel ġimgħa ta’ skeda fuq l-istazzjon ONE kienet xhieda tat-tisħiħ fil-programmi talaħbarijiet u l-ġrajjiet kurrenti, bil-programmi ta’ din ittaqsima jintlaqgħu minn eluf ta’ telespettaturi li mhux biss segwew iżda pparteċipaw b’kummenti fuq il-midja soċjali, SMS u anke telefonati. “Tajna kelma li din se tkun l-iktar skeda b’saħħitha ta’ ġrajjiet kurrenti f ’ħafna snin. hekk bdiet u hekk se tkompli,” qal Aleander Balzan, Kap ta’ ONE NEWS. Fisser kif din l-iskeda hija mibnija wkoll fuq id-diversità tal-ideat fejn l-istazzjon ONE jrid ikun miftuħ għal dibattitu serju li jirrispetta l-intelliġenza tat-telespettatur. “Irridu li d-diskussjoni tħares lejn kull naħa tal-munita. Ovvjament, kulħadd se jkollu opinjoni differenti iżda mbagħad jiġġudika t-telespettatur. F’din il-ġimgħa diġà rajna taħlita ta’ opinjonijiet kemm f ’One News Breakfast u fi Pjazza kważi ta’ kuljum. L-istess taħlita rajnieha f ’Arena, il-programm ewlieni ta’ diskussjoni u l-istess se jiġri f ’One Week. Fejn forsi kellna leħen nieqes x’aktarx kien għax xi stedina ma ġietx aċċettata bħal meta stedinna lil David Casa fi Pjazza biex jitkellem dwar in-nomina ta’ Leo Brincat għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri,” żied Balzan. Fil-fatt Pjazza kien wieħed mill-iktar programmi li ntlaqgħu fejn mhux biss qed issir diskussjoni, iżda bis-sehem ta’ ONE NEWS jingħataw aġġornamenti diretti minn fuq il-post ta’ ġrajjiet li jkunu qed jiżviluppaw f ’pajjiżna. “Rajnieha fil-każ tal-bomba fil-Marsa u iktar filkaż tal-qtil f ’San Ġiljan nhar il-Ġimgħa fejn b’mod dirett aġġornajna t-telespettaturi sakemm imbagħad flaħbarijiet tajna t-tagħrif iktar dettaljat għax kien żviluppa,” żied jispjega Balzan li rrimarka kif kull programm għandu l-karattersitika tiegħu. “Tanatnejn jitkellem waħdu. M’hemmx x’tispjega. Għandek stil li ntlaqa’ tajjeb ħafna fuq ir-radju u fuq it-televiżjoni kompla jkun żviluppat b’mod eċċellenti. Filwaqt li Arena għal darb’oħra reġa’ wera li
Il-programm Pjazza ntlaqa’ tajjeb ħafna
hu l-programm fejn suġġett ikun analizzat bl-aqwa mod bit-telespettatur ikun apprezza u fehem sew l-opinjonijiet tal-persuni fuq il-panel, li
mhumiex ftit. Ramona Attard tħobb ukoll tvarja s-suġġetti b’mod li tolqot ukoll aspetti li fil-ħajja tagħna ta’ kuljum niddiskutuhom,”
irrimarka b’ċertu sodisfazzjon Balzan, li fisser kif kollox jagħqad il-Ġimgħa filgħaxija bil-programm One Week. Programm bi preżentazzjoni
ta’ Janice Bartolo li f ’nofs siegħa jiġbor l-aħbarijiet ewlenin tal-ġimgħa u għalhekk ħafna minn dak li kien proprju diskuss ukoll fil-programmi l-oħra. “L-ewwel edizzjoni mal-Prim Ministru kienet biss xhieda ta’ kemm aħna ambizzjużi li nagmlu dan ilprogramm dak li jridu jfittxu dawk li l-Ġimgħa filgħaxija jridu diskussjoni serja,” temm jgħid Aleander Balzan, li fakkar kif iktar dettalji u programmi on demand dejjem ikunu fuq one.com.mt, is-sit fejn id-dibattitu jista’ wkoll ikompli bil-kummenti tannies għax, kif qal Karl Stagno Navarra fil-promozzjoni ta’ Pjazza, sa fl-aħħar id-dibattitu u d-diskussjoni għandhom indirizz: ONE.
20
02.10.2016
kullhadd.com
ŻGĦAŻAGĦ TA’ 16 GĦANDHOM JIVVUTAW? GEORVIN
BUGEJA
KOORDINATUR PR, FŻL
Reġa’ qam id-dibattitu f ’pajjiżna dwar il-vot ta’ 16il sena. Din id-darba biex ikun hemm estensjoni ta’ dan il-vot għall-elezzjonijiet ġenerali. Dan wara li l-Gvern ħabbar li se tkun qed issir konsultazzjoni dwar dan. Tliet snin ilu kien għaddej ġmielu d-dibattitu dwar jekk żgħażagħ ta’ 16 u 17-il sena għandhomx jivvutaw flelezzjonijiet tal-kunsilli lokali. Dibattitu li fil-verità beda snin qabel bi proposti li ġew min-naħa tal-Prim Ministru, meta kien għadu Mexxej talOppożizzjoni, u mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Kwistjoni bħal din issib irreżistenza ta’ wħud li, meta tagħsar l-argumenti tagħhom, il-meraq li joħroġ minnhom tista’ tgħid li jdur malpreġudizzju li żgħażagħ ta’ 16-il sena “jkunu għadhom żgħar wisq biex jivvutaw”, jew inkella jsejħulhom “tfal”. Hawnhekk nagħmel parentesi: nemmen li kulħadd huwa intitolat għall-espressjoni
personali tiegħu, u huwa tajjeb li jsemmuha għax argumenti kontrastanti għandhom jgħinu lid-dibattitu jkun aktar matur. Fil-11 ta’ April 2015, għallewwel darba vvutaw żgħażagħ ta’ 16-il sena fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. Kien jum storiku għal pajjiżna. Wara li fiż-żmien passat kien ingħata dritt ugwali tal-vot, tnaqqset l-età tal-vot għal 18-il sena, u ngħata d-dritt lin-nisa, kien imiss dan il-pass importanti. Persuna ta’ 16-il sena għandha r-responsabbiltà li tagħmel deċiżjonijiet importanti, fosthom jekk tkomplix bl-edukazzjoni jew inkella tidħolx fid-dinja tax-xogħol. Jekk se tidħol fid-dinja tax-xogħol se tkun qed tikkontribwixxi għallekonomija. Allura l-policies u deċiżjonijiet li jittieħdu se jinfluwenzawha wkoll. Apparti minn hekk, jekk tkun se tkompli fis-sistema edukattiva, allura se tkun ibbumbardjata b’messaġġi politiċi minn għaqdiet studenteski differenti, għax hemmhekk għandha dritt demokratiku biex tagħżel irrappreżentanti tagħha fil-korp studentesk. Għalkemm jaf ikun hemm min jargumenta li l-politika studenteska hija differenti minn dik nazzjonali, jien ma naqbilx. L-ewwel nett korpi studenteski ħafna drabi
jaġixxu ta’ gruppi ta’ pressjoni bħalma naraw ħafna drabi lill-Kunsill tal-Istudenti talUniversità. Għaldaqstant, jinvolvu direttament ruħhom f ’issues li jkunu qed jiġru b’mod nazzjonali. It-tieni, il-prinċipju demokratiku għandu jkun l-istess; dak ta’ rappreżentanza xierqa għal kull student, bħama għandu jkun hemm f ’istituzzjonijiet rappreżentattivi bħall-kunsilli lokali u l-Parlament.
Ikun hemm min jargumenta li żgħażagħ ta’ 16 u 17- il sena mhumiex kapaċi jivvutaw. Nistaqsi: min hu kapaċi jivvota? Min għandu d-dritt divin li jgħid li persuna oħra mhijiex kapaċi li teżerċita dritt demokratiku bħali, u bħalek li qed taqra dawn il-ħsibijiet? Inħoss li xi drabi nistmaw ħażin liż-żgħażagħ meta jilħqu ċertu età u ninsew kemm konna nħossuna frustrati, meta konna nargumentaw fuq xi suġġett jew ieħor imbagħad
jgħidulek: “Int kannol bla krema.” Nemmen li f ’pajjiż modern bħal tagħna, fejn qed isir progress bla preċedent, b’ekonomija li qed tikber b’rata b’saħħitha, b’aktar drittijiet ċivili sabiex tinħoloq aktar ġustizzja u ugwaljanza, kulħadd għandu d-dritt li jsemma’ leħnu, anke ż-żgħażagħ ta’ 16-il sena, li għada pitgħada se jkunu huma li jieħdu d-deċiżjonijiet f ’isimna.
IL-LUPU JBIDDEL SUFU IMMA MHUX GĦEMILU CATHERINE
FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Il-PN u l-alleati tiegħu, fosthom il-midja suppost indipendenti, qegħdin f ’kompetizzjoni bejniethom għal min se jeċċella l-aktar fil-frustrazzjoni, filħruq u l-bitterness għal kull qatra ġid li tersaq lejn Malta. Allura kif tippretendu li se jittrattaw l-aħbar ta’ investiment flindustrija tal-manifattura, ta’ Crane Currency, investiment qawwi li ilna ma naraw bħalu f ’din l-industrija partikolari sa mill-1981? Mhux ovvja! L-ewwel jaraw kif se jċekknuh u jgħidu li mhux se jasal u li mhux vera hu investiment ta’ ċertu portata. Infatti ħareġ wieħed minn fosthom u, ta’ espert ekonomiku li hu, qalilna li dan l-investiment hu biss ta’ $25 miljun. Imbagħad imorru għat-tieni fażi li tant huma esperti fiha, dik li jdoqqu d-diska tas-soltu u jinsinwaw kunflitt ta’ interess, dubji,
mistoqsijiet u xamma ta’ korruzzjoni. Bħal dak li qallu, dak li kien tagħhom u li kienu jagħmlu huma meta kienu fittmun jagħtuh lil ħaddieħor. Gvern Laburista, kif jgħidu l-Ingliżi, means business. Minn sfortuna li seħħet is-sena l-oħra hekk kif id-De La Rue ħabbret li se tinvesti f ’linja ta’ xogħol ieħor u jkollha tnaqqas xi ħaddiema, ilGvern ma qagħadx b’idejh fuq żaqqu u jgħid li mhux tort tiegħu. Xammar il-kmiem u u ġab investiment barrani li se joħloq xogħol mhux biss għall-ħaddiema milquta imma wkoll opportunitajiet ġodda ta’ xogħol għall-poplu tagħna u aktar ġid maħluq fl-ekonomija. Minn sfortuna u mażżriet ekonomiċi dan il-Gvern dejjem qed juri li kapaċi joħroġ sitwazzjonijiet ta’ opportunità. Il-PN moħħu biss biex ifixkel, biex inaffar l-investiment minn pajjiżna. Ifittxu x-xagħra flgħaġina. Jippruvaw joħolqu d-dubji u l-kontroversji meta fil-fatt ma jkunux jeżistu. Proġett jippruvaw ikissruh qabel ma jara d-dawl taxxemx. Għamlu hekk f ’diversi investimenti bħal dawk ta’ Shangai Electrics, ta’ Barts, talAUM, tal-IIP u ħafna aktar.
U dan kollu għaliex? Għax ma jridux li pajjiżna jkun fi stat tajjeb, għax inkella l-poplu jkun kuntent, ikun hawn il-ġid, jinħoloq ix-xogħol u l-familji jkollhom is-serħan tal-moħħ. Għalhekk din il-ferneżija sħiħa biex ipinġu ikrah lil pajjiżna barra minn Malta. Ma jimpurtahomx li l-poplu jista’ jbati. Anzi, iriduh ibati għax, jekk il-poplu jibqa’ juri li hu kuntent, nini nini jerġgħu ixommu t-taraġ ta’ Kastilja li tant iħobbu u li lesti jagħmlu kollox għalih għax iqisuh dritt divin tagħhom. Forsi għall-konvenjenza ta’ wħud investiment bħal ta’ Crane Currency ukoll jidher oskur. Żgur li dawn ma rawx oskura l-fabbrika fantażma mill-Brażil. Li tagħmel l-imħatri li mhux se jibqa’ fabbrika waħda tal-manifattura f ’Malta mhux stqarrija oskura u malizzjuża tgħid? Ħallu mela ’l ħaddieħor jibqa’ jdawwar l-istess diska mkissra li l-pajjiż hu staġnat u li għandna dell ikrah fuqna u impressjoni ħażina barra minn Malta. Ħallu lil ħaddieħor jistħi jgħid li hu Malti taħt Gvern Laburista. Il-fatti juru mod ieħor. Kieku dan huwa veru, kieku ma jiġux investimenti kbar bħal
dawn. Il-verità hi li l-barranin għandhom stima kbira u rispett lejn il-Prim Ministru tagħna. Il-kelma tiegħu barra minn Malta tissarraf f ’azzjoni mill-fora internazzjonali. Ilbarranin jibqgħu impressjonati kemm il-Gvern ta’ pajjiżna huwa innovattiv, imħeġġeġ u effiċjenti. Il-barranin iħarsu lejn pajjiżna bħala t-tama u l-pajjiż ideali biex waqt ilPresidenza ngħinu lill-UE fil-kriżijiet li tinsab fihom. IlPrim Ministru tagħna huwa l-akbar asset. Mhux ta’ b’xejn dejjem jaraw kif se jippruvaw jimminawh għax jafu li ma jlaħħqux miegħu, la waħidhom u lanqas mal-ġunta. Issa qed taħraqhom qalbhom għall-pazjenti li, sfortunatament, huma milquta bil-marda tal-kanċer. Tal-mistħija, qal il-Kap talOppożizzjoni fuq il-Fosos, li dawn il-pazjenti qed ikollhom imorru jumiljaw ruħhom u jitolbu l-għajnuna lill-Community Chest Fund. X’ipokresija. Il-Community Chest Fund u għaqdiet filantropiċi oħra ma ġewx imwaqqfa tliet snin ilu. Infakkru lill-Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni li kien fi żmien il-Gvern Nazzjonalista
u li hu kien il-Viċi Kap tiegħu u l-mibgħut speċjali tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien li l-kap tad-Dipartiment ta’ l-Onkologija stqarr li ma jistax ikompli b’xogħlu għax qed ikollu l-indħil minn saħansitra l-Ministru tas-Saħħa ta’ dak iż-żmien fuq min mill-pazjenti morda bil-kanċer għandu jieħu preċedenza għall-kura. Din veru tal-mistħija ngħidulu lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Ħasibna se ninsewhom dawn il-ġrajjiet? Il-lupu jbiddel sufu imma mhux għemilu. Qalilna xi ħaġa oħra l-Kap tal-Oppożizzjoni fuq il-Fosos. Ħarġilna bil-wegħda tlellex li kif ikun prim ministru hu se jagħti l-mediċini kollha b’xejn lill-anzjani. L-Ingliżi jgħidu: This is rich. Din il-wegħda ħarġet minn fomm l-istess persuna li ġġustifika li jkun hawn il-mediċini out of stock f ’Malta; saħansitra qal li anke tal-grocer ikollu l-piżelli out of stock. Faċli twiegħed kull mediċina b’xejn u tpoġġiha filformolarju u mbagħad tmur u jgħidulek li huma out of stock. U iva, mhux xorta. Ma jkunx tort tagħhom li ma sibtix. Imbaghad, min jaf, flok ilmediċina jibdew jagħtuk bott piżelli u jġibuhulek bit-trenn.
21
02.10.2016
kullhadd.com
ĦAMES SFIDI ĊARI GĦALL-BAĠIT 2016/17 AARON FARRUGIA EKONOMISTA
Il-baġit tas-17 ta’ Ottubru 2016 se jkun it-tielet wieħed ta’ Gvern Laburista. Il-messaġġ f ’kull wieħed minnhom kien ċar: dan hu Gvern li bir-riżultati qed iwassal lil Malta lejn l-aqwa fl-Ewropa bi Gvern probusiness li għandu kuxjenza soċjali. Flaħħar tliet snin rajna miżuri li jippremjaw lil min hu bieżel, li ġġieldu l-abbuż biex jieħu min verament ħaqqu, filwaqt li mexxa eluf ta’ persuni minn fuq il-benefiċċji soċjali għall-post tax-xogħol. Il-faqar fil-pajjiż beda jonqos wara tant snin u qrobna biex nibbilanċjaw ilkontijiet tagħna. Fil-pajjiż hawn sens ta’ ottimiżmu u atmosfera pożittiva ta’ ‘iva, se naslu fiddestinazzjoni li għażilna’, iżda ninsabu konxji li l-ġid għadu ma laħaqx lil kulħadd u familji filfaqar jew f ’riskju ta’ faqar huma realtà u mhux perċezzjoni. Dawn li ġejjin huma ħames
sfidi li din l-amministrazzjoni għandha fl-immedjat u li jridu jiġu indirizzati f ’dan il-baġit, kemm fl-analiżi tal-Ministru Scicluna u, iktar minn hekk, ġimgħa wara, fid-diskors viżjonarju tal-Prim Ministru Muscat. L-ewwel: Aspettattivi. Diġà kienu kbar l-aspettattivi talpoplu Malti għall-Gvern Muscat. Is-suċċess ekonomiku li ksibna u li qed ngħixu m’għenux biex dawn l-aspettattivi jonqsu; anzi, żdiedu. Ir-riżultati kulħadd jaf jaqrahom u l-klima pożittiva tinħass. Pajjiżna ma jinsabx f ’orbita waħdu, iżda f ’dinja fejn madwarna hemm pajjiżi li għadhom mhumiex jaraw tkabbir, industriji li qed isibu diffikultajiet finanzjarji kbar u ħafna nies, fosthom mijiet ta’ eluf ta’ żgħażagħ, li jinsabu bla xogħol. Il-messaġġ irid jasal ċar li dak li għandna ma jissarrafx f ’talbiet li, jekk indirizzati, iħottu dak miksub. It-tieni: Konsistenza. Dak li ksibna rridu nżommuh bilħsieb li r-riċetti li rnexxew s’issa mhumiex garanzija għall-klima ekonomika ta’ għada. Ifisser li l-Gvern irid iżomm ir-ritmu ta’ investiment barrani dirett li rajna fl-aħħar snin, konxju li ċertu dħul marbut ma’ setturi li
fuqhom hemm battalji legali fuq livell Ewropew, jew dħul marbut ma’ skemi ta’ ċittadinanza, mhuwiex għal dejjem. Il-Gvern diġà beda jħares lejn setturi oħra, fosthom dak marittimu, tal-loġistika, turiżmu mediku u oħrajn. Filwaqt li hemm bżonn li niddiversifikaw l-ekonomija lokali, irridu nieħdu dan ilpajjiż fuq livell ieħor, kemm fejn tidħol infrastruttura (u hawn jidħol it-trasport lokali) iżda wkoll l-indafa u l-ambjent ta’ madwarna. Min qed jinvesti fil-proprjetà jrid jifhem li jrid jinvesti wkoll fi spazju pubbliku ġdid. Ebda kompromessi. It-tielet: Ħiliet tan-nies. L-uniku riżors li għandna rridu nkabbruh u nikkultivawh. Tajjeb naraw kontinwazzjoni ta’ miżuri bħal in-work benefit u tapering biex iktar nies jidħlu fissuq tax-xogħol, inqas persuni jistrieħu fuq benefiċċji soċjali u azzjonijiet pożittivi biex ħadd ma jaqa’ lura. Hekk jaħdem gvern soċjalist, iżda biex dan isir irridu wkoll naraw li l-abbuż minn dawn il-benefiċċji jonqos u li persuna bla xogħol, sakemm tista’, trid tkun qed tistudja jew titħarreġ. Pajjiżna għadu jrid jara wkoll skemi ċari ta’ retraining biex il-poplu Malti jikkwalifika f ’ħiliet u setturi
ġodda li jwasslu għal pagi aħjar u mobbiltà soċjali. Il-kwalità taledukazzjoni f ’pajjizna se tkun iċ-ċavetta biex nilħqu l-isfidi ekonomiċi ta’ għada. Ir-raba: Kera. L-influss ta’ ħaddiema barranin huwa pożittiv għax huwa l-ossiġinu ġdid u addizzjonali li kellha bżonn l-ekonomija ta’ pajjiżna. Iżda dan wassal ukoll biex fil-kuntest tas-sitwazzjoni talkirjiet xejn feliċi f ’pajjiżna, numru ta’ familji esperjenzaw żieda sostanzjali fil-kirjiet ta’ djarhom. Qed niltaqa’ ma’ ħafna familji li mhumiex ilaħħqu mal-ħajja b’kirjiet li l-medja tagħhom hi ta’ €500 fix-xahar. Għalija dan hu inaċċettabbli meta dawn il-familji għandhom dħul ta’ paga minima. Għadni m’iniex konvint li kontroll fuq il-prezzijiet mhuwiex l-aħjar soluzzjoni. Lanqas ma jien konvint li żieda fis-sussidju li dawn il-familji jirċievu hi s-soluzzjoni. Persważ li l-għada li nżidu s-sussidju, l-ammont addizzjonali jiġi factored in minn sid il-kera. Nibqgħu fejn konna. Il-ħames: Immigrazzjoni. Ilkwalità ta’ ħajja aħjar ma titkejjilx biss f ’termini monetarji. L-istil ta’ ħajja, il-madwar, is-soċjetà ta’ madwarna u l-ambjent immedjat jilagħbu rwol importanti.
INKOMPLU NWASSLU L-INFORMAZZJONI PERMEZZ TAT-TELEVIŻJONI ANTON
VELLA
SME HELPDESK EXECUTIVE, MEA
L-MEA, jew kif magħrufa ma’ ħafna, l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, tul dawn l-aħħar 51 sena dejjem rat u fittxet kif tista’ twassal l-aħjar informazzjoni għand l-employers. Informazzjoni utli li tiggwidahom u tgħinhom isiru aktar konxji tar-regoli, proċeduri, u linji gwida eżistenti, kif ukoll kif itejbu r-relazzjoni tagħhom mal-istess impjegati tagħhom. L-MEA torganizza korsijiet, laqgħat ta’ informazzjoni, diskussjonijiet, u attivitajiet diversi sabiex permezz tagħhom tkun tista’ tiltaqa’ wiċċ imb wiċċ ma’ sidien ta’ negozji. Għal diversi snin, issa viżjoni, saret ukoll il-prassi talistess Assoċjazzjoni li żżomm kuntatt mal-membri tagħha permezz ta’ fuljett elettroniku, li minn żmien għal żmien jintbagħat lill-istess membri. Fuljett bl-isem ta’ Update, li jkun fih informazzjoni dwar l-aħħar żviluppi, aħbarijiet, kif ukoll azzjonijiet li l-istess
Assoċjazzjoni tkun qed tieħu favur min iħaddem. Għat-tielet sena konsekuttiva, l-MEA permezz tal-SME Helpdesk tagħha, bħalissa qiegħda terġa’ torganizza attivitajiet bħala parti millprogramm nazzjonali talSME Week 2016. Attivitajiet li għalihom qed ikunu mistednin il-membri, kif ukoll sidien ta’ SMEs li mhumiex membri tal-MEA. Din is-sena, wara l-attività li ġiet organizzata jumejn ilu, imiss dik tal-14 ta’ Ottubru fejn, fl-istess bini prinċipali tal-MEA fil-Belt Valletta se tiġi organizzata diskussjoni dwar l-inklussività ta’ persuni b’diżabbiltà fuq ilpost tax-xogħol. Minn jumejn oħra; jiġifieri minn nhar it-Tlieta 4 ta’ Ottubru, l-MEA reġgħet qed tingħata l-opportunità li tipproduċi u xxandar sensiela oħra ta’ programmi televiżivi bl-isem MEA. Programm televiżiv li issa daħal fisseba’ staġun konsekuttiv tiegħu, u li se jerġa’ jkun qed jiġi trażmess fuq l-istazzjon nazzjonali, TVM2, kull nhar ta’ Tlieta fit-8.30pm, b’diversi repetizzjonijet fuq TVM2 kif ukoll fuq TVM. L-idea ta’ dan il-programm hi li, bħala Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, twassal informazzjoni lill-pubbliku ġenerali dwar suġġetti varji
relatati mal-qasam tax-xoghol. Qed ngħid lill-pubbliku ġenerali u mhux għall-employers biss għax, filwaqt li l-informazzjoni hija utli immens għal min iħaddem, daqstant ieħor hija importanti għal persuni, studenti, adulti nisa u rgiel li jixtiequ jkunu jafu x’toffri d-dinja tax-xogħol, u kif huma wkoll għandhom iġibu rwieħhom jekk xi darba jiddeċiedu li jsiru imprendituri u sidien ta’ xi negozju. MEA, kif iġib l-isem ta’ dan il-programm, jittratta suġġetti relatati max-xogħol u l-impjiegi minn lenti bbilanċjata u mingħajr ma jidħol f ’kontroversji. Suġġetti li kollha kemm huma jirrikjedu l-attenzjoni u li ta’ spiss jitilgħu fuq l-aġenda ta’ diversi fora kemm lokali kif ukoll fuq livell Ewropew u internazzjonali. Programm li, mingħajr l-involviment tal-politiku, qed ikun kapaċi jwassal messaġġi pożittvi ta’ kif min iħaddem għandu jaġixxi, itejjeb, u jmexxi ’l quddiem l-operat sabiex jikseb is-suċċessi fin-negozju tiegħu. Suġġetti dwar għaliex huwa importanti li s-sidien li jħaddmu nies magħhom għandhom jissieħbu f ’unjin, x’inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ min iħaddem, kuntratti ta’ impjieg, relazzjonijiet bejn min iħaddem u l-impjegati, trasferiment ta’ negozju, medjazzjoni, tribunal
industrijali, eċċ. Suġġetti interessanti oħra bħat-tattoos fuq il-post taxxogħol; sehem il-volontarjat fl-ekonomija; l-injury leave, maternity leave u s-sick leave; l-użu tas-sustanza u x-xorb fuq l-post tax-xogħol; l-impjieg ta’ persuni b’diżabbiltà; is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, eċċ. Ma jistax jonqos li f ’din issensiela li ġejja jkollna suġġetti bħall-Brexit u l-effett fuq l-ekonomija Maltija, il-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem ilġimgħa, Malta u l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, u suġġetti oħra kurrenti, li kollha kemm huma għandhom ikunu interessanti u relevanti għassettur tan-negozju f ’pajjiżna. It-televizjoni huwa medium importanti sabiex jitwassal ilmessaġġ, iżda illum daqstant ieħor, jekk mhux iżjed ukoll, hija il-medja socjali u, għalhekk, dawn l-istess programmi, l-MEA qed tieħu d-deċiżjoni li tpoġġihom ukoll online fuq il-paġna ta’ Facebook kif ukoll fuq il-Youtube. B’hekk ikun assigurat li jkun qed jintuża kull mezz sabiex il-messaġġ jasal għand kulħadd. MEA huwa programm ta’ 25 minuta li jibda’ b’introduzzjoni fuq is-suġġett, imbagħad esperti mistiedna jasgħtuna lkummenti tagħhom, kif ukoll rokna ta’ diskussjoni fejn is-
Hekk kif dan il-Gvern għamel passi ta’ ġgant biex tella’ t-tema tal-immigrazzjoni irregolari fuq nett tal-aġenda Ewropea, dak li ġie deċiż fuq livell internazzjonali f ’dak li hu burden sharing issa jrid jiġi applikat hawn Malta fuq livell lokali. Ghettos f ’pajjiżna huma realtà. Ghettos f ’pajjiżi oħra bħal Molenbeek fi Brussell wasslu għal estremiżmu bla limitu. L-integrazzjoni titjieb fuq kull livell jekk ammont limitat ta’ persuni immigranti li qed ifittxu ażil jingħataw inċentivi biex jiġu mifruxa madwar Malta u Għawdex. Sal-lum, lokalitajiet bħall-Marsa u l-Ħamrun qed iġorru l-piż weħedhom. Mhux ġust. Dawn huma sfidi ta’ Gvern Laburista miktubin fl-ispazju limitat li kelli f ’din il-paġna. Filġimgħat li ġejjin se nkun qed nidħol fid-dettall dwar l-isfida ewlenija; jiġifieri kif se jitjieb id-distribuzzjoni tal-ġid. Irridu nkunu kreattivi biex nassiguraw distribuzzjoni tal-ġid aħjar mingħajr ma jinħatt dak li diġà hemm u mingħajr ma nimminaw il-prinċipji li ġew enfasizzati filbaġits ta’ qabel – il-bżulija. Dan kollu abbinat mal-faqar u livell ta’ għajxien aħjar u, allura, lejn konsolidament tal-middle class.
suġġett ikun jista’ jiġi diskuss bejn rappreżentant tal-MEA u mistieden/mistiedna. Ilpreżentatriċi Cynthia Zerafa se tmexxi dan il-programm għallewwel darba, wara li fis-snin li għaddew kienu Clare Agius u Amy Zahra l-magħżulin biex imexxu l-programm MEA. Huwa importanti ħafna li l-imprenditur, sid ta’ negozju, iżomm ruħu infurmat il-ħin kollu dwar dak li jkun qed jiġri madwaru; iżomm ruħu aġġornat bit-tibdil fil-ligijiet, regolamenti u policies, kif ukoll jibqa’ dejjem jitgħallem u jiġi iggwidat fuq issues kurrenti, li jaffettwaw direttament jew indirettament l-operat tannegozju tiegħu. Bniedem avżat nofsu armat, jgħid il-qawl Malti, u għalhekk ikun ta’ ġid kbir li sid ta’ negozju, employer, jinżamm infurmat b’kollox, anke fuq issues li forsi ma jkunux importanti fil-mument, għax dwar dawn jista’ jkun li fil-futur ikollu bżonn jirreferi għalihom. Ħadd u qatt ma għandu employer jipprova jiġġustifika għaġir ħażin tiegħu bl-iskuża li ma kienx jaf. Kulħadd għandu l-obbligu li jżomm lilu nnifsu aġġornat, u għalhekk l-Assoċjazzjoni, qed tieħu ħsieb li, permezz ta’ dawn il-programmi, twassal l-informazzjoni għand kull min għandu bżonnha.
22
02.10.2016
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU
JUM IT-TALKIES
kullhadd.com
Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI
26.09
Ġew awtorizzati 27 mediċina ġenerika ġdida fis-suq li offrew għażla akbar u prezzijiet orħos għall-konsumatur.
27.09
Aktar minn 13,000 familja rċevew mijiet ta’ ewro f ’għotja supplimentari għat-tfal tagħhom.
28.09
Il-Eurostat ħabbret li Malta rreġistrat l-akbar tkabbir ekonomiku minn fost il-pajjiżi kollha talUnjoni Ewropea.
Sur Editur, Nhar is-6 ta’ Ottubru 2016 jaħbat id-89 sena mindu nħadem l-ewwel film mitkellem li kien jismu The Jazz Singer, fejn l-attur ewlieni kien il-kantant leġġendarju Al Jolson. L-ewwel film talkies inħadem minn Warner Brothers Vitaphone Corportation u kien intwera fit-teatru Warner fi New York, fl-Istati Uniti tal-Amerika, nhar il-Ħamis 6 ta’ Ottubru 1927. Biex ikun imfakkar dan l-anniversarju ferm importanti fl-istorja taċ-ċinema kif ukoll biex ikun iċċelebrat Jum it-Talkies, fis-6 ta’
Tlestew il-pjani kollha biex jiġi rranġat il-Crafts Village f ’Ta’ Qali.
30.09
Ġiet reġistrata żieda ta’ kważi 7,000 fl-impjiegi full-time.
01.10
Sar magħruf li fl-ewwel sentejn tiegħu l-Gvern Laburista attira lejn pajjiżna aktar minn €475 miljun f ’investiment barrani fl-oqsma tassaħħa u l-edukazzjoni.
02.10
Malta rreġistrat it-tielet l-ogħla żieda fl-esportazzjoni totali, wara Ċipru u l-Irlanda.
VINCE WILLIAMS, MEMBRU ONORARJU, INT. AL JOLSON SOCIETY
NEBĦA MIS-SIĠRA ŻBALJATA? Sur Editur,
29.09
Ottubru s-Soċjetà Internazzjonali Al Jolson qed itella’ wirja dwar dan l-avveniment fl-entratura tal-kumpless taċ-ċinema u ċentru talħwienet Galleria, li jinsab fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura. Din il-wirja li fiha diversi ritratti u tagħrif tibqa’ għall-wiri sa nhar it-Tnejn 10 ta’ Ottubru 2016 u tkun miftuħa l-jum kollu. Għal aktar tagħrif ċempel 9988 0489.
F’ġurnal indipendenti ta’ kuljum, deher ilment ta’ resident dwar xogħol ta’ skavar fi Triq Sant’Elena f ’Tas-Sliema. L-ilment kien ukoll dwar l-Għassa tal-Pulizija tal-lokalità. Mingħajr ma’ nidħol wisq fil-merti, jew nuqqas tagħhom, għaliex l-iskavar fis-6.00am jikser ilpaċi pubblika u kellu jitrażżan minn dawk responsabbli mill-bon ordni – għalhekk f ’għassa jkun hemm uffiċjali 24 siegħa kuljum is-sena kollha, u mhux biex jibqgħu komdi ġewwa jieħdu l-kafè, xi ħin fuq il-kompjuter u forsi wkoll xi ftit mistrieħ ladarba ħdejhom m’hemmx mostri mekkanizzati jqattgħu il-blat. Tajjeb li l-Kunsill u l-kunsilliera jitkellmu dwar it-torrijiet, imma l-ilmenti tar-residenti għandhom jagħtu kashom ukoll. Mhux biss huwa inutli li uffiċjal għoli fit-turiżmu, f ’seminar
dan l-aħħar, stqarr li t-turiżmu jeħtieġ il-goodwill tar-residenti, meta mbagħad iħalli faxex kbar minnhom mhux koperti. Pereżempju, f ’avviż ippubblikat fir-rivista Sliema Arts Festival mill-Kunsill Lokali, għall-attività tal-15, 16 u 17 ta’ Lulju, Triq Sant’Elena f ’Tas-Sliema mhix imsemmija bħala waħda mit-toroq fejn m’għandux isir skavar fiha! F’lista maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, il-Ministeru tat-Trasport u Infrastruttura, u l-uffiċċju tar-regolament tal-bini, tliet entitajiet jinjoraw il-Lazy Corner! Se titnaqqsilhom lira mill-baġit li jmiss? Għalhekk eliminaw jew daħlu l-MPs tad-distrett, naħa tal-amministrazzjoni, biex jibqgħu b’fommhom mitbuq? JO-JO, IL-BALLUTA
ĊEDOLI JEW ĊEDUHOMLI? Sur Editur, Intqal ħafna diskors dwar l-iskema taċ-ċedoli li t-tmexxija tal-PN ħarġet biha biex forsi jdaħħlu xi kemxa flus u jkollhom x’jonfqu u jberbqu, kif għamlu bi flus il-poplu meta kienu fil-Gvern, fil-kampanja elettorali li jmiss. Min qal li din l-iskema hija forma oħra ta’ ħasil ta’ flus; min qal li min se jieħu sehem f ’din l-iskema se jkun qed jevadi mit-taxxa fuq l-imgħax imwiegħed imma mhux garantit peress li l-ismijiet se jibgħu mistura; min jgħid li l-PN għadda mill-ventilatur biex jiżgiċċa millLiġi tal-Finanzjament tal-Partiti, u elf raġuni oħra. Skont is-Segretarju Ġenerali tal-PN, is-Sinjura Thake, m’hawn xejn garantit fid-dinja u, dawk li sellfu flushom lill-PN, għada pitgħada jistgħu jibqgħu b’xiber imnieħer, għax il-PN idur fuqhom u jgħidilhom li “minn dak li għedna, ma hemm xejn”. U minn ‘ċedoli’ jdawruha
għal ‘ċeduhomli’ u kulħadd jibqa’ jsaffar l-Aida. Nistaqsi lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni li huwa responsabbli li t-taxxi dovuti jinġabru filpront, kif se jserraħ ras il-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi li t-taxxi dovuti millimgħax mogħti fuq dawn iċ-ċedoli se jinġabar mingħand kull wieħed u waħda li sellfu l-flus lill-PN? Jekk l-ismijiet se jibqgħu mistura, il-Kummissarju kif se jkun jaf min qed jirċievi l-imgħax? Sur Kummissarju tat-Taxxi Interni, int għandek l-obbligu li tagħti garanzija lill-poplu Malti u Għawdxi li t-taxxa dovuta fuq dan l-imgħax tkun inġabret kollha mingħand kulħadd bla ma toqgħod tħares lejn l-uċuħ. Sur Kummissarju, nistennew ir-reazzjoni tiegħek bla tlaqliq jew tidwir mal-lewza biex inserrħu rasna. TICHY, IL-FGURA
24
02.10.2016
kullhadd.com
AVVENTURA FUQ ERBA’ ROTI MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-
Fil-bidu tas-seklu għoxrin l-awtomobiliżmu kien fiżżminijiet bikrin tiegħu u l-pubbliku kien għadu jiddibatti jekk il-karozza għandhiex postha fil-futur tal-bniedem jew kinitx biss ġennata storbjuża tal-mument. Fil-31 ta’ Jannar 1907, ilgazzetta Franċiża Le Matin ippubblikat artiklu fuq ilfaċċata ta’ quddiem bit-titlu ‘Paris-Pekin Automobile, un Defi Prodigieux’ (PariġiPeking, Sfida Straordinarja) li parti minnu kien jgħid hekk: ‘[…] dak li rridu nippruvaw illum huwa li sakemm bniedem għandu karozza jista’ jagħmel li jrid u jmur kullimkien. Hemm xi ħadd lest li jivvjaġġa minn Peking (illum Beijng, iċ-Ċina) sa Pariġi bil-karozza?’ L-idea tant intgħoġbot li f ’radda ta’ salib daħlu għallisfida erbgħin applikant; madankollu, meta għamlu l-kontijiet u raw li tiġi spiża kbira, applikant wara l-ieħor beda jirtira kontra qalbu sakemm fl-aħħar baqgħu ħames timijiet sfidanti biss li baħħru lejn iċ-Ċina flimkien mal-vetturi tagħhom.
Il-Prinċep Scipione Borghese daħħal karozza Itala maħduma f ’Turin, l-Italja. Kienet vettura mingħajr saqaf li kellha qawwa ta’ erbgħin żiemel u ttella’ veloċità ta’ 95 kilometru fis-siegħa. Il-prinċep kellu jgħinu fissewqan u manutenzjoni talkarozza lil Ettore Guizzardi filwaqt li l-ġurnalista talCorriere della Sera, Luigi Barzini, kien mat-tim biex iwassal aġġornamenti fuq il-vjaġġ. Il-Franċiż Auguste Pons daħal għall-isfida bil-Contal, karozza fuq tliet roti u qawwa ta’ sitt żwiemel li damet fis-suq sena biss. Jgħinu fis-sewqan kellu lil Octave Foucault. Żewġ karozzi De Dion Bouton b’potenza ta’ għaxar żwiemel kull waħda insaqu minn George Cormier u Edgardo Longono bħala tim, u Victor Collignon flimkien ma’ Jean Bizac bħala tim ieħor. Charles Goddard, avventuruż li ma kellux lira fuqiex jaħlef, issellef Spyker Olandiża b’qawwa ta’ 15-il żiemel biex isuqha flimkien ma’ Jean du Taillis. Meta l-ħames timijiet waslu ċ-Ċina sabu awtoritajiet
ONFOĦ! FR MARIO ATTARD OFM Cap
Pajjiżna sar multikulturali. Dan ifisser li kull kultura ġġib magħha r-reliġjon u d-drawwiet tagħha. F’artna, bħal f ’pajjiżi ferm akbar minna, qegħdin inħossu wkoll il-bżonn li niltaqgħu bejnietna, niddiskutu ħa narrikkixxu ruħna u biex naraw lill- oħrajn bħala rigal u qatt bħala theddida, kif nittamaw u naħdmu li huma jaraw lilna. Persuna Musulmana qaltli xi ħaġa li qatt ma kont ħsibt dwarha qabel. Qaltli li fil-Koran hemm miktub li Alla nefaħ fuq il-ġuf ta’ Marija u din nisslet lil Ġesù. Meta ħsibt fuqha rajt x’tifsira kbira hi din, aktar u aktar meta ġejja minn reliġjon li tiċħad, b’mod miftuħ, li Ġesù huwa Alla. It-tifsira għoġbitni u ġegħlitni naħseb. Aħna l-Insara, li nemmnu li Alla huwa Missier,
Iben u Spirtu Santu, naraw dan il-vers Koraniku jfisser b’mod qawwi kif Ġesù, l-Iben ilWaħdieni ta’ Alla, sar bniedem bħali u bħalek. Alla, jiġifieri l-Missier, nefaħ. Fil-Kredu ngħidu li l-Ispirtu s-Santu ġej mill-Missier, permezz talIben. Mela, l-oriġini tal-Ispirtu s-Santu huwa l-Missier. Hekk hu! Il-Missier nefaħ! Nefħu. U l-Ispirtu, li xejn ma jista’ jżommu għax huwa ’l fuq milliġijiet naturali, għadda minn ħdan il-Missier sakemm wasal fil-ġuf ta’ Marija Verġni. Hekk tnissel Ġesù Kristu. Xi grazzja hux! Alla l-Missier, permezz tal-Ispirtu s-Santu, tana dak li jgħix fi ħdanu stess, lil Ġesù! Din it-tifsira sabiħa u profonda għallmitni ħaġa kbira: kemm hu importanti li n-nies tiltaqa’ magħhom ħalli ssir tafhom, u tkun taf x’ħobż jieklu.
burokratiċi li bl-ebda mod ma riedu jagħtuhom permess bil-miktub biex jaqsmu u jivvjaġġaw fil-Mongolja. Għaldaqstant, fl-10 ta’ Ġunju 1907, fost iċ-ċapċip tal-folla u d-daqq ta’ banda militari Franċiża, il-ħames parteċipanti ħerqana taw bidu għal sfida bla regoli (u bla permessi meħtieġa) minn Peking. Qabel ittluq, il-Prinċep Scipione ħa ħsieb u ffinanzja parti kbira mill-kontenituri tal-petrol li bagħtu matul ir-rotta fuq iġmla u bgħula sabiex iservu ta’ pompi tal-petrol. L-isfidanti għaddew minn irħula fejn l-abitanti qatt ma kienu semgħu bl-invenzjoni tal-karozza, aħseb u ara kemm raw waħda. Il-vjaġġ, li nbidel f ’tellieqa, kellu ħafna intoppi u d-diffikultajiet kienu enormi. L-ewwel problema nqalgħet lill-karozza Contal meta, waqt li kienu qed isuquha fidDeżert Gobi tal-Mongolja, it-tliet roti tagħha weħlu f ’massa tajn u bdiet tegħreq. Li ma kienx għall-intervent immedjat tat-timijiet l-oħra, Pons u Foucault kienu jibqgħu maqbudin filkarozza. Is-sewwieqa ġew salvati imma tilfu l-karozza u, għaldaqstant, kienu skwalifikati mit-tellieqa. It-timijiet li fadal komplew jaqsmu d-deżert mingħajr aktar xkiel peress li mxew mal-linji relattivament
ġodda tat-telegrafu. Meta l-grupp tal-Itala wasal f ’raħal ċkejken jismu HongPong, il-ġurnalista Barzini rħielha dritt għall-uffiċċju tat-telegrafu biex jaġġorna lill-editur tiegħu bil-progress tal-vjaġġ. L-uffiċjal Mongolu ħażżiżlu n-numru ‘wieħed’ fuq il-messaġġ u meta Barzini rrimarkalu jekk hux għax kien l-ewwel klijent tal-ġurnata, l-uffiċjal wieġbu: “Le sinjur, dak għax inti l-ewwel klijent kemm ilhom li installaw ittelegrafu sitt snin ilu!” Is-Siberja kienet sfida aktar ħarxa u t-tim tal-Itala kważi spiċċa bla karozza meta ċeda taħthom pont tal-injam u nqalbu biha b’kollox ġo ħofra baxxa. Wara battikata ta’ tliet sigħat, il-Prinċep u sħabu reġgħu qabdu triqthom lejn Moska. Wara dan l-inċident ittimijiet sabu li jkun aktar faċli jsuqu fuq il-linji tal-ferrovija trans-Siberjana biex jevitaw aktar tjun u ħofor fondi. Meta ma setgħux jevitaw it-tjun, il-Prinċep Scipione ħareġ bl-idea li jdawru l-ktajjen mar-roti li rnexxew sakemm l-Itala nqasmitilha rota u kellhom jieqfu f ’raħal Siberjan fejn sabu mastrudaxxa li għamlilhom waħda soda tal-injam. Għalkemm iltaqa’ ma tant ostakli, t-tim tal-Itala xorta kellu vantaġġ ta’ 17-il ġurnata fuq l-isfidanti l-oħrajn meta daħal Moska, liema vantaġġ il-membri tat-tim użawh
biex marru San Pitruburgu għal riċeviment li sar ad unur tagħhom u reġgħu lura Moska mnejn komplew fi triqthom lejn Pariġi. Mir-Russja qasmu għallPolonja, għaddew millĠermanja u kollox kompla ħarir sakemm waslu l-Belġju u t-tim tal-Itala twaqqaf minn uffiċjal tal-pulizija li ried iwaħħalhom multa għal sewqan eċċessiv. Il-Prinċep Scipione pprotesta u qallu: “Jiena l-Prinċep Borghese u għadna kemm wasalna bil-karozza miċ-Ċina.” Ilpulizija, li ħaseb qed jiġbdulu saqajh, tellifhom ftit ħin ieħor sakemm ikkonferma malkwartieri tiegħu l-istqarrija straordinarja tal-Prinċep. Fl-10 ta’ Awwissu 1907 it-tim Itala daħal Pariġi u rebaħ l-isfida, jew tellieqa, minn Peking. Fost għajjat ta’ ferħ u tixjir mingħand folla enormi li sabu tistenniehom, il-Prinċep Scipione Borghese aċċetta għan-nom ta’ sħabu kaxxa xampanja bħala l-premju simboliku talbravura tagħhom. It-tim Spyker daħal għoxrin jum wara u kklassifika fit-tieni post filwaqt li t-timijiet De Dion Boutons daħlu fit-tielet u r-raba’ post. Fis-snin ta’ wara saru ħafna tlielaq jixbħu lill-PekingPariġi, imma sal-ġurnata tallum ħadd għadu ma saq fuq ir-rotta eżatta li ħadu dawk is-sewwieqa qalbiena fl-1907.
Ħafna aħjar milli biss tisma’ fuqhom. Iva. Kull persuna hija differenti għax fiha jew jirbaħ it-tajjeb inkella l-ħażin. Imma b’daqshekk m’għandna qatt naqtugħha. Anzi! Ngħinuha toħroġ minnha nnifisha, bilpaċenzja, bl-imħabba, bilkorrezzjoni, u, jekk hemm bżonn, bl-applikazzjonijiet tal-liġi. Spiss jiġini quddiem għajnejja d-diskors sabiħ li għamel Papa Franġisku meta ltaqa’ mal-komunità Musulmana filmoskea ċentrali ta’ Koudoukou, f ’Bangui, fir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika, nhar itTnejn 30 ta’ Novembru, 2015. F’dak id-diskors il-Papa kien qal li kien “pjaċir kbir tiegħu” li jiltaqa’ ma’ dawn in-nies ta’ responsabbiltà u persuni ta’ twemmin Musulman. Il-Papa esprima l-gratitudni tiegħu għal-laqgħa kbira li tawh. Saħanistra wasal biex qal li ż-żjara pastorali tiegħu firRepubblika Ċentrali tal-Afrika ma kinitx tkun sħiħa li kieku ma seħħitx il-laqgħa malkomunità Musulmana. Minħabba li aħna l-Insara, il-
Lhud u l-Musulmani, nagħrfu lill-patrijarka Abraham bħala l-missier tagħna fil-fidi, ilPapa kkonkluda li “l-Insara u l-Musulmani aħwa”. Issokta, “għalhekk irridu naraw lilna nfusna hekk, inġibu ruħna t’hekk”. Il-Papa qal li l-vjolenza ma sseħħx “minħabba raġunijiet eżattament reliġjużi”. Għaraf il-fatt li l-Insara u l-Musulmani, flimkien ma’ nies ta’ reliġjonijiet oħra, “għexu flimkien fil-paċi għal bosta snin”. Papa Franġisku saħaq bil-kbir li “nibqgħu magħqudin biex jieqfu l-azzjonijiet kollha li, minn naħa u minn oħra, jisfiguraw il-wiċċ ta’ Alla u li, fil-fatt, l-għan tagħhom hu li jiddefendu b’kull mezz l-interessi partikolari, b’detriment għall-ġid komuni”. Il-Papa kien ċar kontra l-vjolenza: “Ngħidu le għallmibegħda, le għall-vendetta, le għall-vjolenza, partikolarment dik li ssir f ’isem xi reliġjon jew f ’isem Alla. Alla hu paċi, Alla salam.” Insara u Musulmani, anke f ’pajjiżna, irridu nilqgħu l-isfidi tal-mument. Din
hija responsabbiltà reliġjuża tagħna ilkoll. Hija firresponsabbiltà tagħna, l-Insara u l-Musulmani, li nerġgħu lura għall-“armonija u l-fraternità”. Ejjew ma ninsewx f ’tant ġesti ta’ solidarjetà li jsiru bejn ilmembri taż-żewġ reliġjonijiet. Jekk huwa għall-ġid komuni ta’ dan il-pajjiż ħa ssir konsultazzjoni nazzjonali wiesgħa ħa naraw kif nistgħu ngħixu flimkien fl-għaqda bejnietna billi nippromovu d-dinjità tal-bniedem, is-sehem u r-responsabbiltà ta’ kulħadd għall-ġid u l-progress, irrikonoxxenza tal-patrimonju materjali u spiritwali tal-pajjiż, il-libertà reliġjuża fejn ilminoranza u l-maġġoranza ma jtellfux id-drittijiet u d-dmirijiet ta’ xulxin, u fejn il-kultura tal-inkontru tal-popli tiġi ipprommovuta Ejjew nitfu l-fuklari tattensjoni. Ejjew, bħalma qal il-Papa f ’Bangui, nitolbu u naħdmu “għar-rikonċiljazzjoni, għall-fraternità u s-solidarjetà bejn kulħadd”. Spirtu s-Santu, Alla tal-għaqda, onfoħ!
25
02.10.2016
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB WIĊĊ IMB WIĊĊ MAL-VERITÀ
Wara lejl taħseb u tiftakar, tonfoħ u titqalleb, toħlom u tindiehex, Kelsey qamet filgħodu b’telqa kbira fuqha. Rasha kienet ittektek bi wġigħ tedjanti u bilkemm kellha aptit tieħu l-cornflakes bil-ħalib li kienet lestitilha n-nanna Delina. “X’għandek, Kelsey?” staqsietha meta ratha hekk mitluqa u wiċċha mqarras. “Xejn, nann. Ftit uġigħ ta’ ras. Issa jgħaddili.” “Imma b’xejn ma jgħaddilekx. Ħalli nġiblek żewġ aspirini.” U fetħet ilkexxun tal-kabord mnejn kienet ħarġet il-kuruna, ħadet il-pakkett tal-aspirini u newlet tnejn lil Kelsey. “Hawn, ħa,” qaltilha. “Ħudhom mal-ħalib.” Li kien għaliha Kelsey ma kinitx teħodhom, imma n-nanna tant insistiet li t-tfajla kellha tobdi. L-iskola waslet titbandal qisha dgħajsa fil-maltemp, u la kellha aptit tkompli ma’ sħabha u wisq inqas issegwi l-lezzjonijiet tal-għalliema. Għamlet ġurnata qisha ħassa midbiela u meta marret id-dar qalet lil ommha li ma kinitx tiflaħ u telgħet f ’kamritha biex tipprova torqod siegħa bittama li tirkupra l-enerġija mitlufa. Xħin ratha hekk ommha mteddet ftit hija
wkoll u rnexxielha traqqad lil Darren maġenbha. Meta Kelsey qamet, inħaslet, iffriskat ftit, u ħassitha ħafna aħjar. Kielet xi ħaġa ħafifa u qalet lil ommha li kienet sejra tagħmel il-homework ma’ seħbitha Ritienne u wara tibqa’ sejra għand in-nanna. Għalkemm b’nofs qalb ilhomework għamiltu, imma mbagħad ma marritx għand in-nanna kif kienet wiegħdet lil ommha. Hi u Ritienne kienu ħaduha drawwa li għall-ħabta tas-sebgħa joħorġu jagħmlu passejn u aktarx li jisġiċċaw fil-bar talkażin tal-banda. Il-bar tal-każin San Pakomju kien il-post fejn Kelsey kienet sikwit tiltaqa’ ma’ sħabha. Kien il-post fejn xi wħud miż-żgħażagħ studenti tar-raħal kienu jmorru jqattgħu siegħa jew tnejn filgħaxija biex jiltaqgħu f ’ambjent differenti minn tal-iskola u jistrieħu – jew jiskartaw – mill-istudju. U waqt li jbillu griżmejhom b’xi soft drink jew ice tea erħilhom itaqtqu fuq mitt ħaġa middinja tagħhom. U daqqa jitlewmu u daqqa jiċċaċċraw, kienu jgħadduha tajjeb. Manuel, il-barman, kien raġel taz-zokkor. Kien jaf imur tajjeb kemm mal-adulti żgħażagħ li kienu draw każin. Mill-esperjenza tiegħu kif ukoll ma’ dik iċ-ċorma jiffrekwentaw il-bar tal- ma wliedu kien jaf kemm iż-
żgħażagħ għandhom gosti u interessi differenti minn tal-adulti. U meta ra li dawk l-adoloxxenti kienu qegħdin jiltaqgħu fil-bar kważi kuljum ried jara kif jagħmel u jirranġalhom rokna għalihom. Deherlu li aħjar ma jkunux ma’ dawk l-irġiel magħmula, li wħud minnhom xejn ma kienu devoti ta’ San Pakomju u kienu jżewqu kliemhom b’aċċessorji verbali li mhumiex ta’ min itennihom hawnhekk. Tmiss mal-kamra kbira li kienet tintuża bħala bar, filkażin kien hemm kamra oħra iżgħar li ma kellhiex użu partikulari. Kienu jżommu fiha siġġijiet spariġġati, xi żewġ imwejjed bil-wiċċ mibrux, xi kaxxi tal-birra u l-luminata, friġġ qadima bis-sadid dejjem ikabbar itterritorju tiegħu, u xi rimiżjoli oħra ta’ din ix-xorta. Manuel ra kif għamel u, bil-għajnuna ta’ xi soċji oħra tal-każin, naddaf u rranġa din il-kamra biex ġiet speċi ta’ mini-bar għal dawk iż-żgħażagħ. U meta stedinhom biex jibdew jiltaqgħu hemm, dawn tgħidx kemm ħadu gost li kien se jkollhom post għalihom. Xejn ma ħabblu rashom għax is-siġġijiet kienu spariġġati, jew għax kien hemm xi żewġ barxiet fuq wiċċ l-imwejjed.
Mistoqsija: Fejn kienu jiltaqgħu ż-żgħażagħ?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu il-ktieb: Wiċċ Imb Wiċċ mal-Verità. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 9 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mil-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Il-Furban Malti El Sakr huwa: A.CAMILLERI - Ħaż-Żabbar
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
02
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000
Mistoqsija: Kemm hi r-rata ta’ persuni jaħdmu skont l-aħħar Labour Force Survey? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
28
02.10.2016
kullhadd.com
XOGĦOL L-ARTIST MIBDUL BL-ISTIL TA’ ĦAJJITNA Edizzjoni oħra tan-Notte Bianca ġiet fi tmiemha, u ħafna forsi għadhom qed jgħidu lil sħabhom kemm ħadu gost jaraw wirjiet partikolari, u kemm dejquhom oħrajn. L-ispettaklu u d-divertiment huwa l-għan prinċipali ta’ kull artista, iżda l-fatt huwa li, fiż-żmien li qed ngħixu fih illum, hemm min iridek tmur lura d-dar b’ċertu piż fuq spallejk. Wirja li attirat bosta kienet Insanity of Vanity, fi Spazju Kreattiv, fejn wirja ta’ portaits antiki, l-ewwel tip ta’ stessi dokumentati fl-istorja, fl-aħħar twassal
f’post fejn hemm attriċi fuq siġġu – il- mibluhin b’dak li raw quddiemhom. Fuq pupazz tal-udjenza. Il-kitba miktuba fuq kollox, forsi baqgħu kemxejn imniggżin ġisimha tirrifletti l-standards tasgħax dak kollu li raw kien donnu sbuħija tal-lum; imbagħad din is-satiriku tal-ħajja li ħafna tieħu l-ħajja u timprovizza żgħażagħ qed jgħixu. skont dak li hemm miktub Tkellimna mad-direttur, fuq ġisimha. ANGELE GALEA, dwar ilProduzzjoni teatrali wirja msejħa transmedia li b’differenza: għandek ħalliet lil ħafna bil-kurżità, l-attriċi quddiem, film qasir u kif ix-xogħol tal-artisti jintwera wara, u tpinġija filqed jinbidel minħabba madwar. Forsi ħafna ħasbu l-istil ta’ ħajja li qed ngħixu li se jaraw dramm u baqgħu llum. Intervista minn KELLY PEPLOW
Mit-temi kollha li qed naraw jaħkmu liż- flimkien naslu biex xi darba nnaqqsu dak li jifridna u nżidu dak li jgħaqqadna. Fis-sitt installazzjonijiet li żgħażagħ tagħna, għalfejn selfies? hemm ukoll f ’din il-wirja, jien nistieden ’il-udjenza Dejjem ħassejtni inkwetata nara żgħażagħ jaqsmu tħares lejn mera u tara lil xi ħadd ieħor. Jien użajt ritratti li, la jikbru u forsi jimmaturaw, jistgħu maskli, mirja u pitturi, biex dak li jkun jinqata’ miritellfuhom f ’ħajjithom. Daż-żmien, min jimpjega sar realtà li qed jgħix u għal ftit sekondi jirrifletti fuq iljiċċekkja wkoll is-siti soċjali biex jara dak li se jimpjega fatt li kieku hu ma kienx hu. Kif tħossok lejn ċertu min fil-fatt hu. Qatt ma tista’ tkun taf fiċ-ċert fejn nies kieku ma kontx inti, imma huma? se jispiċċa ritratt li tfajt fuq dawn is-siti. Iż-żgħażagħ mhux se jaħsbuha darbtejn qabel ma jitfgħu ritratt li, Aħna fortunati biżżejjed li m’għandniex problemi enormi, bħal popli sħaħ jobogħduna, oħrajn li la jgħaddi ż-żmien, jista’ jiddispjaċihom li tefgħuh. Ħassejt li għandi noħloq biex nara għaliex wieħed jibbumbardjawna, mentri nies oħra għaddejjin joqgħod jaqsam ċertu ritratti mad-dinja. F’din minn dan il-martirju. Forsi jekk l-udjenza tieqaf l-esibizzjoni transmedia xtaqt nikkummenta fuq il- mill-ħajja sfrenata li tgħix u t-thewdin ta’ kif tidher, fatt li wieħed tant hu mehdi bil-lenti quddiem wiċċu ikun hemm spazju f ’ħajjitha biex tibda ssegwi lilljew wiċċha, li ma hemmx iktar ħin biex idawwar ftit imċaħħad. ħarstu u jifhem x’qed jiġri fid-dinja. It-teatru qed jinbidel, isir iżjed interattiv, forsi Għalfejn ħassejt li din it-tema partikolari kellha ftit iżjed daring. Donnu għandu bżonn midja titwassal lill-pubbliku proprju b’dan il-mod? oħra biex jolqot udjenza moderna. Tantiċipa żmien fejn l-esperjenza teatrali tradizzjonali, li Bħalissa fid-dinja hawn ħafna inkwiet u ftit huma int poġġejt ’il bogħod mill-palk u segwejt biss, dawk li jagħdru verament. Biex nesprimi li kelli tinqata’ għalkollox? ngħid, ridt ngħidu b’kull mod li nħoss. Jien inpinġi u nirreċta, fost affarijiet oħra, u biex nesprimi ruħi fuq Iktar milli tinqata’, inżidu fit-tipi differenti ta’ suġġett tant importanti għalija ridt nuża kull mezz produzzjonijiet. Dan hu żmien ta’ invażjoni disponibbli għalija. teknoloġika u interattiva f ’ħajjitna. Dan bilfors li se Jien xtaqt li nies fl-udjenza jifhmu lil xulxin, u forsi jinfluwenza x-xogħol tal-artist, kemm jekk teatrali,
viżiv, mużikali jew qasam ieħor artistiku, għax iddinja bħalissa hemm qiegħda, imma ma narax li jieqaf teatru iktar tradizzjonali. Dejjem hemm postu, xejn xejn biex wieħed iġedded il-memorji tal-passat. Ħafna jaraw lit-teatru biss bħala mezz ta’ spettaklu jew ta’ divertiment. Rajt li, fiżżminijiet tal-lum, it-temi li naraw fuq il-palk inbidlu b’mod li donnhom l-artisti jridu jniggżu l-udjenza aktar milli jagħtu spettaklu? Jien naħseb li fejn qegħdin fl-istorja tal-bniedem, għandna bżonn ħafna tniggiż mill-aljenazzjonijiet ta’ madwarna, pereżempju din tal-iffissar fuq isselfies. Id-dinja qed issir wisq kummerċjali – kulħadd irid il-ġdid, jidher iżgħar, l-aħjar, iħossu sinjur, jekk jista’ jkun superstar, bis-segwaċi fuq is-siti soċjali. L-artist, bil-kuxjenza sensittiva tiegħu ħa jħossha din u, bħal fil-każ tagħna, se jgħolli mera lejn is-soċjetà ta’ madwaru jew madwarha biex juri li hemm iżjed x’wieħed jista’ joffri milli kif jidher qabel joħroġ, wara l-gym, fil-karozza, xi xtara u x’se jiekol. Din l-esibizzjoni ma kinitx kontra s-selfies. Kienet kontra l-iffissar żejjed u n-nuqqas ta’ ħsieb meta wieħed jaqsam selfie fuq siti soċjali, speċjalment meta qed jipperikola ħajtu jew ir-reputazzjoni tiegħu jew ta’ ħaddieħor.
Għall-attriċi ALBA FLORIAN VITON, il-messaġġ li tiġġieled għall-identità tiegħek kien l-iktar ħaġa li ġegħilha tipparteċipa b’mod sħiħ f’dan il-proġett. Wara li smajna x’kellha xi tgħid id-direttur fuq il-wirja prinċipali Insanity of Vanity, ma stajniex ma nistaqsux kif ħasset li xogħolha bħala attriċi kellu jinbidel minħabba n-natura tal-produzzjoni
29
02.10.2016
kullhadd.com
Ħassejt li x-xogħol ta’ attriċi nbidel f ’wieħed fejn trid tgħallem aktar milli tkun mezz ta’ divertiment? Definittivament. Jista’ jkun li dan il-fenomenu tas-selfies huwa fażi ta’ bidla, iżda xorta nemmen li juri kemm hawn min m’għandux kuraġġ juru dak li veru hu u jmur kontra n-normi soċjali u tal-midja. Ilbżonn li xi ħadd jiddefendi l-identità tiegħu, hi x’inhi, kollu kien projettat fil-wirja. Jien inħobb insejjaħlu ‘teatru krudili’, li kien kiteb tant fuqu Antonin Artaud li ried li l-udjenza tmur lura d-dar imniggża, u naħseb li ħafna artisti qed jesperimentaw bit-teorija tiegħu. Ħafna mir-rispons li kellna kien: “Vera!” Din hija verità li jafha kulħadd imma ħadd ma jrid iħares lejha. Tant naċċettawha li ħadd ma jieqaf u jaħseb u janalizza x’qed jagħmel fil-verità meta jieħu selfie, u donnu jitlob l-approvazzjoni minn xi ħadd ieħor online. Fl-istess ħin hawnhekk qed naraw eżempju ċar ħafna ta’ onewoman-show. Ħassejtek iżjed vulnerabbli fuq il-palk waħdek? Speċjalment meta nqisu li l-wirja hija bbażata għall-aħħar fuq improvizzazzjoni? Inħossni ħafna iktar sigura fuq ilpalk waħdi. Jista’ jkun għax jien naqra control freak, imma l-fatt li qiegħda waħdi fuq il-palk ifisser li ma kelli għalfejn niddependi fuq ħadd ħlief fuqi nnifsi. Jiġifieri, jekk jien għamilt żball nista’ nirranġah bilmod tiegħi u kif naf jien. Imma flistess ħin id-dinamika tonqos xi ftit għax ma jistax ikolli l-istess ‘logħob’ li tista’ toħloq ma’ persuna oħra fuq il-palk. Iva, kien hemm mumenti fejn ħassejtni waħdi u, peress li din hi wirja pjuttost grotteska u fiżika, biex noħloq ċerta ‘stampi’, biex ngħix hekk, kienet diffiċli. F’wirja transmedia, x’kien irrwol tal-attriċi? Jiena kont fortunata minn daqshekk għax ħdimt ma’ Mia Scerri, li kienet il-vidjografu tal-esibizzjoni. Mia taf eżatt kif toħrog l-iktar mumenti ġenwini tiegħi f ’dawk li huma emozzjonijiet bħal rabja, dwejjaq, u
ferħ, li kienu importanti li joħorġu ġenwinament fil-film qasir li kien parti mill-esibizzjoni. Minn daqshekk xogħli ma tantx inbidel għax kont qed nagħmel xogħol teatrali li kien qed ikun miġbud, u waqt l-esibizzjoni rreċtajt u improvizzajt skont il-kitbiet taludjenza. Il-fatt li kelli lil xi ħadd bħal Mia taħdem magħna kienet ta’ għajnuna kbira għax serrħitli moħħi li kollox se joħroġ bi kwalità tajba u ġenwin. Nasal ngħid li jekk dan l-istil ta’ transmedia jibda jkun fergħa teatrali, naħseb, iva, ix-xogħol talattur fil-produzzjoni kapaċi jkun iżjed faċli. Nafu li għamilt mhux inqas minn sena tistudja t-teatru f ’Madrid, Spanja. Ma nistax ma nistaqsikx fuq id-differenza floqsma teatrali taż-żewġ pajjiżi. Madrid belt kbira u, jekk kien hemm għaxart elef reċta, jien rajt biss għaxra minnhom għax impossibbli tlaħħaq ma’ kulma jkun qed isir. Allura nista’ niġġudika biss fuq dak li rajt. Ħassejt li avolja nħossu li bliet oħra għandhom vantaġġ artistiku fuqna, assolutament ma kienx il-każ fl-esperjenza tiegħi. Ftit li xejn rajt tkissir tal-konvenzjoni. Onestament ma togħġibnix il-ħaġa, għax ħassejt li x-xogħol isir biss għall-flus. Imwaħħlin wisq mat-tradizzjoni teatrali tagħhom, il-Golden Age. Jagħmlu xogħol tajjeb ħafna, u l-atturi tajbin immens, imma hemm din il-biża’ mill-esperimentazzjoni. Meta turi min int bħala artista, jippruvaw idaħħluk għall-mod tradizzjonali ta’ kif għandek issir attriċi. Jien, pereżempju, naħdem ħafna bil-metafora u l-poeżija. Hemmhekk ukoll, imma sibt min saħansitra qalli biex nagħlaq ilvit tal-kreattività. Dak li rribella kontrih id-drammaturgu Federico Gracia Lorca fl-għoxrinijiet għadu qed isir. Hawn Malta hija iżjed aċċettabbli li tesperimenta; li hawn forsi nuqqas ta’ għarfien dwar teatru simboliku u metaforiku. Imma anke loġistikament, hawnhekk faċli jkollok aċċess għal teatru jekk trid ittella’ biċċa xogħol. F’Madrid għandek elf ponn iħabbtu malistess bieb, hawnhekk għandek għaxra.
L-attriċi Alba Florian Viton f’waħda mill-wirjiet tagħha
30
02.10.2016
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI SERVIZZI
Investigazzjoni privata: żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-Qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. Email: info@ privateinvestigationmalta.com Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għallkiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178. AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Aħna nixtru kollox, bħal għamara, fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji, u kull ħaġa oħra tad-dar.Ċemplu fuq 2147 0128/2123 7597/9986 9519. Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www. expresswatchrepairs.com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Mosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL U MANUTENZJONI Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġużi fuq sistemi tassatellita u fuq l-Android TV Boxes. Ċempel fuq 2148 6211.
aħna għandna s-soluzzjoni. Nispeċjalizzaw f ’waterproofing membrane u liquid membrane fuq bjut, appoġġi, btieħi, basements, eċċ. Nużaw materjal ta’ kwalità kollu ċċertifikat b’10 snin garanzija. Għal stima b’xejn ċempel 7908 6715. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419.
WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www.wpmalta.com AVVIŻI OĦRA Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u blorħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00am san-12.30pm u mill-4.00pm sas-7.00pm. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361. AGR AUTO JAPANESE PARTS għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@ agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com
Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq TALBA LILL-ISPIRTU in-numru 2143 2352 jew 9947 S-SANTU: Int li ssolvi 7167. l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex Għal kull tip ta’ problema ta’ nikseb dak li neħtieġ. Inti li moffa jew bjut jagħmlu l-ilma tajtni d-don divin biex naħfer
u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek,
anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara
tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għallbidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.
31
02.10.2016
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 142
Mimdudin:
Bi 3 Numri 016 105 146 187 416 497 504 537 626 692 799 964 B’4 Numri 1072 1468 1526 1548
2565 2769 2875 2998 3213 3214 3553 3865 4085 4203 4466 5319 5509 6274 6361 6591 6712 6760 6964 7009 7116
7236 7436 7863 7923 8271 8521 8881 9601 9632 9762 9817 B’5 Numri 03160 05812 06993 07363 08057 13647 13866
15942 19763 30663 45921 52309 66987 78666 81479 82641 85339 86140 89139 89969 91371 96083 B’6 Numri 119831 138607 210353
314984 359712 622938 636103 636277 671895 735691
790053 924018
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. 4. 7,23. 9,22. 10. 12. 16,21 18,19. 19. 20. 21. 23. 24.
Kompli l-qawl: Ara xi ….. u mhux x’sajjart (5) Taħt spallti (4) Bozza antika? (6) Wieħed li jiżbor (6) Dawk umani huma n-nies! (6) Probabbli (6) wieqfa. Jintlibes fis-saqajn (6) Serja ħafna ? (5) Ara 18 Globu Ingliż (5) Flokk li jintuża fit- taħriġ Ingliż! (3) Ara 7 Annimali (5)
Weqfin:
1. Majjal (6) 2,17. Jgħin fil-Quddiesa (6) 3. Skop (3) 5,11. Dan bini jkun fih ħafna appartamenti (6) 6,15. Mhux qiegħed sew (9) 8. Tal-għaġeb! (9) 11. Ara 5 12,13. Issibu f ’kull Knisja (5) 13. Ara 12 14. Kunjom (6) 15. Ara 6 17. Ara 2 21. Ara 16 22. Ara 9
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1.Ħadli, 4.Bint, 7,23.Rrabja, 9,11.Dehbi, 10.Metodu, 12.Riedet, 16.Ara, 18,21 wieqfa.Riġla, 20,12 wieqfa. Makabra, 21.Ġuħ, 24.Todbi
1.Ħadida, 2,17.Dehrlu, 3,19.Irmied, 5,6.Iħottu, 8.Rendikont, 13.Era, 14.Tibred, 15.Idewwi, 22.Ħaj
32
02.10.2016
kullhadd.com
REĠGĦU KONTRA MALTA EDITORJAL
Saru appelli biex, b’rispett lejn id-deċiżjoni tal-Istati Membri kollha, issa jieqaf il-logħob partiġġjan u l-gambetti politiċi
Fid-29 ta’ Frar li għadda, fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, saret laqgħa ta’ strateġija. Fiha kienu diskussi diversi punti u fuq l-aġenda kien hemm ukoll kif ir-ritmu ekonomiku bla preċedent li qabad pajjiżna seta’ jikkalma xi ftit. Għaliex inkella, jemmnu l-istrateġisti f ’Tal-Pietà, jaf ma jkunux daqstant kbar iċ-ċansijiet li Simon Busuttil ikun il-Prim Ministru li jmiss. Dakinhar kien hemm qbil li waħda mill-miżuri li jittieħdu tkun li kemm jista’ jkun isem il-Gvern Malti, u konsegwenza ta’ hekk isem Malta, jitħammeġ mal-Unjoni Ewropea. Dan ġara għal bosta drabi, anke jekk fil-maġġoranza talkażi l-Partit Nazzjonalista ma rnexxilux fl-attentat tiegħu li jumilja lil Malta, dan m’għandniex ninsewh. Fost l-ewwel okkażjonijiet fejn il-Partit Nazzjonalista pprova jħammeġ isem pajjiżna kien bil-proġett li wassal għar-roħs filkontijiet tad-dawl u
l-ilma u l-programm ta’ ċittadinanza b’investiment. X’ma għamilx? Mistoqsijiet fil-Parlament Ewropew, ipprovoka dibattiti, u min jaf kemm il-mossa oħra li ma dehritx. M’għandniex xi ngħidu, kien hemm mumenti fejn irnexxielu jtappan għal xi mument isem pajjiżna. L-iktar meta xi plenarja jew laqgħa f ’kumitat tal-Parlament Ewropew Malta kienet ilmira assoluta. Lanqas sewa ta’ ġid meta l-Kap tal-Oppożizzjoni jew deputati minn tiegħu marru jitkellmu kontra Malta f ’xi programm fuq it-televiżjoni Taljana. Iżda, fl-aħħar mill-aħħar pajjiżna dejjem ħareġ rebbieħ. F’kull każ irriżulta li l-miżuri li kien qed jieħu l-Gvern kienu serji u maħsuba. Jekk nieħdu l-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, spiċċa l-uniku programm approvat mill-Kummissjoni Ewropea. M’għandniex xi ngħidu, anke fejn jidħol il-proġett tal-enerġija, il-
Kummissjoni Ewropea kienet ġabet fix-xejn allegazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista dwar l-għażla tal-konsorzju biex darba wara l-oħra xegħlet il-bozza l-ħadra. Biex ma nsemmux l-iktar ħaġa importanti, dik li n-nies għandhom kontijiet orħos u se jgawdu minn arja iktar nadifa. L-aħħar sforz li rajna kien fil-każ Leo Brincat. Meta Brincat kien innominat mill-Gvern Malti, David Casa qal li l-Partit Nazzjonalista kien se jgħin lin-nominat Malti. Iżda ma kienx il-każ, tant li Simon Busuttil qal li ħa gost meta sar jaf bl-aħbar li d-deputati tal-Partit Nazzjonalista kienu se jivvutaw kontra. Dan minkejja li ħareġ blaktar mod ċar u inekwivoku li Leo Brincat mhux biss huwa persuna kompetenti, iżda, aktar minn hekk, li l-integrità tiegħu qatt ma tpoġġiet f ’dubju minn kull għarbiel li għadda minnu. Wara l-vot b’saħħtu favur
Brincat mill-gvernijiet talUnjoni Ewropea kollha, saru appelli biex, b’rispett lejn id-deċiżjoni tal-Istati Membri kollha, issa jieqaf il-logħob partiġjan u l-gambetti politiċi, u Malta tibqa timxi ’l quddiem bħala waħda mill-aqwa pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Iżda, m’għandniex dubju li dan mhux il-każ. Diġà ħarġu b’mod ċar l-ewwel indikazzjonijiet li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jostakola l-ħidma tal-Gvern tul il-Presidenza. L-ewwel battuti saru wara l-vot ta’ Leo Brincat. Naturalment, ma konniex sorpriżi. Simon Busuttil għandu fisazzjoni li jrid ikun Prim Ministru fil-Presidenza. Anke jekk webbel lil kulħadd li ġejja elezzjoni f ’Novembru, dan mhux ilkaż. U għalhekk għal darba Simon Busuttil għandu jagħżel l-interess ta’ Malta. Jekk irid isir Prim Ministru għandu jagħmel dan billi jipproponi kif jista’ jmexxi l-pajjiż u mhux billi jipprova jkissru.