KullĦadd_04.07.2021

Page 1

MALTA BL-INQAS RATA TA’ QGĦAD FOST IŻ-ŻGĦAŻAGĦ FL-UE KOLLHA Il-Ħadd, 4 ta’ Lulju, 2021

Ħarġa Nru 1,460

Prezz €1

Rapport f’paġna 5

TURIŻMU “QAWWI” F’ĠUNJU Kien hemm żieda ta’ madwar 500 titjira u 60,000 passiġġier, minn qabel setgħu jżuruna vjaġġaturi mir-Renju Unit Fl-ewwel xahar mill-ftuħ mill-ġdid tas-settur turistiku f’pajjiżna, jirriżulta li l-għadd ta’ persuni li waslu fostna baqgħu jiżdiedu b’rata tajba ħafna, anke qabel l-ewwel wasliet mill-akbar suq għalina, dak Britta­ niku. Dan wassal biex kien hemm iżjed minn 880 titjira li waslu f’Ġunju biss, żieda ta’ madwar 500 fuq ix-xahar ta’ qabel. Sorsi qrib l-industrija, li rreferew għal ċifri ta’ wasliet irreġistrati sa nhar l-Erbgħa li għadda, qalu lill-KullĦadd li d-dħul ta’ passiġġieri u ajruplani iżjed milli rdoppjaw meta mqabblin mal-bidu tax-xahar.

L-indikazzjonijiet juru li l-wasliet tat-turisti fostna mistennija jkomplu jiżdiedu qatigħ matul Lulju, partikolarment bl-inklużjoni tal-Brittaniċi

COVID TEAM FINTA FIL-PN ID-DEPUTATA MARIA DEGUARA IMBARAZZATA META MISTOQSIJA DWAR IL-LAQGĦAT TAL-COVID TEAM … IL-KUMITAT LI WAQQAF IL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI NTUŻA BISS GĦAL PROPAGANDA POLITIKA It-tim ta’ azzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar ilCOVID-19 ma kien xejn għajr gimmick tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, tant li wara ftit ma baqax jiltaqa’ iżjed. Meta ħabbar dan it-tim, il-Kap Nazzjo­­nalista kien qal li l-Gvern ma kellux pjan biex jiġġieled il-pandemija u għalhekk kellu jwaqqaf dan it-tim ta’ azzjoni fi ħdan il-Partit tiegħu. Il-KullĦadd tista’ tiżvela li dan it-tim ta’ politiċi aktar ma ltaqax milli ltaqa’ u, kif inhu sew magħ­ ruf, m’għamel l-ebda proposti konkreti fi kważi 10 xhur mindu tħabbar l-ewwel darba. Tkompli f’paġna 7

Tkompli f’paġna 4


02

04.07.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 35°C L-Inqas Temperatura: 24°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja qed tippersisti fuq iċ-ċentru tal-Mediterran u l-Libja It-Temp: Xemxi u sħun Ir-Riħ: Ħafif mil-Lbiċ li jsir ħafif għal moderat minNofsinhar ix-Xlokk Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 27°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

34°C UV 11

KUNTATT ĠENERALI

24°C

Il-Ħamis

35°C UV 11

36°C UV 11

24°C

Il-Ġimgħa

25°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

37°C UV 11

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

24°C

37°C UV 11

24°C

38°C UV 11

24°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21238577 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Mint Care Pharmacy, 5B-71 Triq Brared, Birkirkara – 21442135 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Tat-Tarġa Pharmacy, Plot no.2, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21433141 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833 Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Tony’s Pharmacy, Egret Court, Triq il-Wied, Marsalforn – 21563617 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

04.07.2021

L-AĦJAR OTTIMIŻMU EKONOMIKU L-istħarriġ li jsir ta’ kull xahar mill-Kummissjoni Ewropea fost il-familji u n-negozji f’pajjiżna wera li f’Ġunju l-indiċi ta’ sentiment ekonomiku lokali laħaq il-livell ta’ 114. Dan hu 14% aħjar mill-medja storika u 69% aqwa mil-livell f’Ġunju tal-2020. Minbarra hekk jirriżulta li dan hu l-aqwa livell ta’ sentiment ekonomiku espress fix-xahar ta’ Ġunju mindu beda jsir dan l-istħarriġ f’Malta kważi 20 sena ilu. F’kull settur, għajr dak tar-retail, is-sentiment ekonomiku issa hu pożittiv. Mhux talli hekk, talli s-sentiment fis-setturi tal-industrija, is-servizzi, il-kostruzzjoni u fost il-familji hu aqwa mill-medja storika. L-aqwa livell ta’ ottimiżmu jinstab fost l-operaturi tasservizzi. Dawn sa ftit xhur ilu kienu fost dawk l-aktar pessimisti. Maġġoranza ta’ 20% ta’ dawn in-negozji rrapportaw titjib fl-attività fix-xhur li għaddew. Aqwa minn hekk, maġġoranza ta’ 46% esprimew aspettattiva li d-domanda se tkompli tirranka fix-xhur li ġejjin. B’riżultat ta’ dan, aktar minn terz ta’ dawn il-kumpaniji qed jantiċipaw li se jkollhom bżonn jimpjegaw iżjed ħaddiema. Minbarra l-effett tal-irkupru fit-turiżmu, f’dan is-settur jid-

her li hemm prospetti qawwija frott l-iskema tal-vouchers talGvern. Wara s-servizzi, kienu l-industrija u l-kostruzzjoni fejn irrenja l-aktar l-ottimiżmu. Fejn jidħlu l-operaturi industrijali, maġġoranza ta’ kważi nofs il-fabbriki intervistati qalu li żiedu l-produzzjoni fl-aħħar xhur. Dan filwaqt li maġġoranza ta’ żewġ terzi qed jistennew aktar tkabbir fix-xhur li ġejjin. B’hekk il-kumpaniji sostnew li għandhom madwar erba’ xhur ta’ produzzjoni garantita f’ordnijiet li diġà rċevew s’issa. Wieħed minn kull ħamsa tal-fabbriki, għalhekk, sostnew

li se jkollhom iżidu l-ħaddiema magħhom huma wkoll. Fil-kostruzzjoni, maġġoranza ta’ wieħed minn kull sitt azjendi sostnew li żdidulhom l-ordnijiet fl-aħħar ftit xhur. Maġġoranza simili qed tantiċipa żidiet oħrajn fiż-żmien li ġej, tant li dawn l-operaturi bħala medja qalu li għandhom xogħol b’lura għal kważi 11-il xahar. Dan hu kważi darbtejn il-medja storika. Il-familji Maltin u Għawdxin ukoll kienu ferm ottimisti. Maġġoranza ta’ 10% sostnew li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom se titjieb. Aktar minn 30% jemmnu li l-ekonomija ta’

pajjiżna se tikber din is-sena. Dan meta fl-UE maġġoranza ta’ familji għadhom jistennew li l-ekonomija f’pajjiżhom se tkompli teħżien. B’kuntrast, il-familji f’pajjiżna qalu li jħossu li jaffordjaw li jidħlu għal spejjeż kbar bħalissa, filwaqt li jemmnu li, anke jekk jagħmlu dan, xorta se jirnexxilhom ifaddlu iżjed. Bil-maqlub ta’ dak li jħossu l-Maltin u l-Għawdxin, fl-Ewropa l-maġġoranza tal-familji jgħidu li ma jistgħux jidħlu għal spejjeż kbar, anke fid-dawl li huma konvinti li l-qgħad se jkompli jirranka fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. Sadanittant, statistika maħruġa mill-Bank Ċentrali tiżvela li sa tmiem Mejju d-depożiti tal-familji fil-banek lokali laħqu l-figura rekord ta’ €14.8 biljun, jew żieda ta’ €1.6 biljun mindu bdiet il-pandemija. Kull xahar il-familji Maltin u Għawdxin faddlu aktar minn €100 miljun. Fl-istess żmien in-negozji żiedu t-tfaddil tagħhom b’aktar minn kwart ta’ biljun ewro. Rapport mill-MFAC Sadanittant, il-Kunsill Fiskali Konsultattiv Malti (MFAC) ħabbar fi stqarrija li ppreżenta lill-Ministru għall-Finan-

zi u x-Xogħol ir-rapport dwar l-evalwazzjoni tal-Aġġornament tal-Programm ta’ Stabbiltà 2021-2024, li kien ippreparat abbażi tal-informazzjoni disponibbli sal-21 ta’ Mejju 2021. Wara t-tnaqqis fil-Prodott Gross Domestiku (PGD) irreġistrat fl-2020, it-tbassir tal-Gvern juri li f’termini reali dan mistenni jirkupra parzjalment din is-sena (+3.8%). Is-sena d-dieħla hu mbassar tkabbir aktar qawwi (+6.8%), segwit minn tkabbir għoli, iżda aktar moderat, fis-snin ta’ wara (+4.5% u +4.0% għall-2023 u l-2024 rispettivament). Il-Kunsill jara l-mertu tal-inizjattivi tal-Gvern biex itaffu l-effetti ekonomiċi negattivi tal-pandemija u l-għajnuna pprovduta għall-irkupru ekonomiku, li hu konformi mal-flessibbiltà li tintuża f’ċirkostanzi eċċezzjonali, permezz tal-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u l-Att dwar ir-Responsabbiltà Fiskali. Il-Kunsill jilqa’ wkoll il-miri fiskali ambizzjużi għal wara l-pandemija, iżda jinnota żewġ sfidi ewlenin, li ċertu nfiq jinżamm mal-baġit u li l-pagamenti tat-taxxa li ġew posposti jitħallsu kollha fiż-żmien stipulat.


04

04.07.2021

TAMA FL-INDUSTRIJA LOKALI WARA L-  Tkompli minn paġna 1 Jirriżulta li, mindu ftaħna millġdid għat-turiżmu mill-1 ta’ Ġunju li għadda, il-wasliet fl-Ajruport aktar milli rdoppjaw flaħħar tal-istess xahar, waqt li mqabbel max-xahar ta’ Mejju d-differenza hi mal-ħames darbiet iżjed. Bħal dan iż-żmien xahar kon­na rrapportajna kif fl-ewwel jiem wara l-ftuħ tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) kienu waslu mal-1,000 passiġġier iżjed, fil-maġġoranza mis-swieq tal-Ġermanja, Franza, l-Olanda u d-Danimarka. Issa jirriżulta li

sal-aħħar ta’ Ġunju kien hemm żieda ta’ aktar minn 4,000 passiġġier kull ġurnata deħlin fil-pajjiż. L-indikazzjonijiet kollha juru li, f’Lulju, se tkun storja oħra issa bl-inklużjoni tas-suq Brittaniku minn nhar il-Ħamis li għadda u anke t-tħaddim taċ-ċertifikat tal-vaċċin fuq livell Ewropew mill-istess ġurnata. Il-Gvern Brittaniku ppermetta liċ-ċittadini tiegħu biex jivvjaġġaw lejn Malta mingħajr il-ħtieġa li joqogħdu kwarantina wara li jirritornaw f’arthom. Dawn l-iżviluppi mistennija jkomplu jagħmlu differenza akbar fin-numri tal-wasliet, flimkien mal-benefiċċji offru-

ti lil dawk li jagħżlu lil Malta għall-vaganzi tagħhom bħala parti mill-pakkett ta’ €20 miljun imħabbar mill-Gvern għall-promozzjoni ta’ pajjiżna fl-aħħar ġimgħat. Kif indikaw l-istess operaturi fl-industrija turistika lokali fl-aħħar jiem, in-numri ta’ barranin li jżuruna għal skop ta’ vaganza se jkunu qed jiżdiedu qatigħ sa mill-ewwel jiem ta’ dan ix-xahar il-ġdid, b’mod speċjali biż-żieda tat-turisti mir-Renju Unit, biex b’hekk nilħqu livelli sodisfaċenti ħafna, meqjusin iċ-ċirkostanzi. Fl-1 ta’ Ġunju li għadda, dak­ inhar li pajjiżna fetaħ l-Ajruport għall-vaganzi, il-bookings mal-linji tal-ajru kienu diġà jlaħħqu l-35% ta’ dawk li kellna fl-aħħar sena qabel il-pandemi-

ja, bl-indikazzjonijiet li dawn se jkomplu jiżdiedu sew. Ir-riżultati għal pajjiżna, li ħarġu minn stħarriġ ta’ ForwardKeys li analizza l-bookings tas-safar globali fl-ewwel jiem ta’ Ġunju, kienu simili għall-miri li tfasslu mill-awtoritajiet Maltin. Dan, iżda, qabel Malta ġiet inkluża fil-lista l-ħadra tar-Renju Unit minn nhar ilĦamis li għadda. ForwardKeys kienu sabu li, b’mod ġenerali, il-kontinent Ewropew kien mistenni jlaqqat sajf ieħor diżappuntanti b’livelli baxxi ta’ bookings, bl-eċċezzjoni tal-Albanija (żieda ta’ 73% fuq l-2019), il-Greċja (49%), is-Serbja (38%), l-Iżlanda u Malta (35%). Lukandieri lokali rrapportaw “splużjoni” ta’ bookings appena r-Renju Unit poġġa lil pajjiżna fuq il-lista l-ħadra tiegħu. Dan qed jimla b’tama ġdida u qawwija lill-industrija lokali, li kienet l-agħar li ntlaqtet minn fost il-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea u li, ma kinitx għall-għaMhux biss ix-xahar ta’ jnuna diretta millĠunju rreġistra qabża Gvern, kienet żgur issofri danni akbar, forsi sinifikanti fit-turiżmu, anke irreparabbli. iżda Lulju jawgura Skont statistika Ewropea, postijiet ta’ aktitjib anke akbar komodazzjoni f’pajjiżna minn hekk rreġistraw l-akbar tnaqqis (-80%) fl-iljieli bejn April 2020 u Marzu 2021. Warajna ġew Spanja (-78%), il-Greċja (-74%), il-Portugall (-70%) u l-Ungerija (-66%). Imqabbel ma’ dan, pajjiżna kien wieħed minn żewġ pajjiżi biss Ewropej li rreġistra żieda ta’ turiżmu intern fuq it-12-il xahar ta’ qabel. Waqt li 20% aktar ta’ Maltin qattgħu

l-vaganzi tagħhom f’postijiet ta’ akkomodazzjoni lokali, partikolarment f’Għawdex, 25% iżjed tas-Sloveni għamlu l-istess f’arthom. Minkejja li din il-ġimgħa wkoll il-Ġermanja ħabbret li se tipprova twaqqaf lill-Brittaniċi milli jivvjaġġaw lejn kull pajjiż fl-UE, anke jekk ikunu mlaqqmin kompletament, ma jidhirx li dan affettwa l-bookings lokali, skont l-istess sorsi li tkellmu magħna. Minn tagħrif li għandna, jirriżulta li fi tmiem l-ewwel xahar mir-ritorn tat-turiżmu lokali wara t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fl-ivvjaġġar qbiżna l-100,000 passiġġier u t-880 titjira fit-traffiku lejn il-pajjiż. F’Mejju kienu rreġistrati ftit aktar minn 40,000 persuna u 350 titjira. Fl-istess ħin żdiedet ukoll il-kapaċità ta’ kull vjaġġ b’madwar 15%, minn medja ta’ 55% fil-bidu ta’ Ġunju għal medja ta’ 70% fl-aħħar ġimgħa. Fil-ħarġa tas-6 ta’ Ġunju konna rrapportajna li, sa dakinhar, sorsi fl-industrija turistika kienu diġà sodisfatti bir-riżultati, anke jekk kienu biss frazzjoni tal-ammonti li konna mdorrijin bihom f’dan il-perjodu tas-sena qabel faqqgħet il-pandemija. Waqt li n-numri rreġistrati fil-bidu ta’ Ġunju kienu mal-ħames darbiet inqas minn dak li normalment kienu jidħlu sal-2019, l-awtoritajiet lokali wrew fiduċja li, bl-isforzi kollha li għaddejjin u l-miżuri attwati, kellu jkun hemm titjib fil-jiem ta’ wara. Fil-fatt, issa mhux biss ġiet irreġistrata qabża sinifikanti sal-aħħar ta’ Ġunju, iżda Lulju qed jawgura titjib anke akbar.


05

04.07.2021

Bejn April 2020 u Marzu 2021, postijiet ta’ akkomodazzjoni f’pajjiżna rreġistraw l-akbar tnaqqis fl-iljieli mit-turisti (-80%) fl-Unjoni Ewropea kollha

AGĦAR ŻMIEN Bħala wieħed mill-pajjiżi bl-inqas rati ta’ infezzjonijiet u fost l-ewwel li introduċejna ċ-ċertifikat tal-vaċċin, li issa se jkun konformi mas-sistema sħiħa fl-Unjoni Ewropea, ilpass li kienet ħadet Malta dwar il-ftuħ tal-ivvjaġġar intlaqa’ b’mod pożittiv mill-aġenti fi ħdan l-assoċjazzjoni internazzjonali FATTA. Interess mill-Emirati Eluf ta’ residenti mill-Emira­ ti Għarab Magħquda qed jipp­ janaw li jiltaqgħu ma’ qrabat­ hom Ewropej f’pajjiżna dan is-sajf, biex jevitaw il-kwarantina f’postijiet bħar-Renju Unit u l-Irlanda. Aġenti tal-ivvjaġġar qalu li linji tal-ajru qed joffru “titjiriet staġjonali lejn numru ta’ destinazzjonijiet bl-inqas problemi għall-ivvjaġġar” għal dawk li huma mlaqqmin kompletament għall-COVID-19. L-għażliet ewlenin huma pajjiżna, l-Iżlanda, Ċipru, il-Greċja, il-Georgia u l-Armenja. Dan qed iwassal għal żieda fil-bookings u talba għal informazzjoni minn vjaġġaturi li s-soltu jqattgħu s-sjuf tagħhom fil-pajjiżi minn fejn joriġinaw, bħar-Renju Unit, il-Filippini, l-Indja u l-Irlanda. “Rajna interess ferm akbar għal destinazzjonijiet tal-vaganzi differenti, speċjalment Malta, Ċipru u l-gżejjer Griegi,” qal Paul Farrell, sid il-kumpanija Premium Choice Travels li tinsab stazzjonata fil-Jumeirah Lakes Towers ta’ Dubaj, waqt li żied li t-talbiet ukoll huma għal vaganzi itwal mis-soltu. “Klijenti qed ifittxu aktar

pakketti self-catering li jaqbżu t-tul tradizzjonali għall-vaganzi,” tenna Farrell, b’referenza għall-fatt li ħafna fl-Emirati qed jużaw il-leave annwali akkumulat biex jieħdu vaganzi itwal. Ellanie Villena, sid l-aġenzija tal-ivvjaġġar Angel Wings International Tourism, ukoll ikkonfermat it-tendenza l-ġdida u qalet li rċevew aktar talbiet għal destinazzjonijiet, bħall-Armenja u l-Georgia għal vaganzi ta’ ġimagħtejn u tliet ġimgħat. Ċertifikat tal-vaċċin Minn nhar il-Ħamis, iċ-ċertifi­ kat tal-vaċċin Ewropew, beda jiffaċilita moviment ħieles u sigur għaċ-ċittadini kollha flUE, inklużi dawk Maltin li jsiefru u barranin li jiġu fostna. Iċ-ċertifikat, li jinħareġ millaw­to­­ri­tajiet nazzjonali, jipprovdi prova li persuna jew kienet imlaqqma kontra l-COVID-19, irriżultat negattiva għal swab test jew irkuprat mill-virus talCOVID-19, waqt li stati membri m’għandhomx jimponu restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar ulterjuri fuq dawk fil-pussess taċ-ċertifikat tal-vaċċin, jekk mhux dawk neċessarji u proporzjonati biex tiġi salvagwardjata s-saħħa pubblika. F’dak il-każ, bħal pereżempju reazzjoni għal varjanti ġodda ta’ tħassib, dak il-pajjiż irid javża lill-Kummissjoni Ewropea u l-bqija tal-pajjiżi, waqt li jiġġustifika d-deċiżjoni. Ċittadini, li għadhom mhux imlaqqmin, xorta jistgħu jivv­ jaġġaw lejn pajjiż ieħor tal-UE u ċ-ċertifikat mhux kundizzjoni għall-moviment ħieles, li hu dritt fundamentali fi ħdan l-UE.

PAJJIŻNA JIRREĠISTRA L-INQAS RATA TA’ QGĦAD FOST IŻ-ŻGĦAŻAGĦ FL-UE Statistika maħruġa mill-uffiċċju tal-istatisB’kuntrast f’pajjiżna kellu tnaqqis ta’ tika Ewropew, il-Eurostat, indikat li f’Mejju kważi 1,300 fi kwistjoni ta’ 10 xhur, li jfissli għadda r-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ er tnaqqis ta’ 40% waqt il-pandemija. f’pajjiżna naqset għal 7.4%. Minbarra li din Ta’ min ifakkar li, matul il-kriżi ekonomikienet l-inqas rata qatt osservata mindu ka tal-2009 r-rata tal-qgħad fost iż-żgħa­ bdiet tinġabar din l-istatistika għal pajjiż- żagħ Maltin u Għawdxin kienet laħqet na, kienet ukoll l-ewwel darba fl-istorja li is-16.3%, jew ferm aktar mid-doppju pajjiżna kellu l-inqas rata tar-rata preżenti. Dakinta’ qgħad fost iż-żgħażagħ har, taħt Gvern Nazzjona­ minn fost il-pajjiżi kollha lista, kien hemm żieda ta’ tal-Unjoni Ewropea. madwar 2,000 żagħżugħ Fil-bqija tal-Ewropa r-rau żagħżugħa bla xogħol, Fl-UE kien hemm ta medja hi qrib id-darbteminkejja li d-daqqa ekonoiżjed minn 250,000 mika lokali kienet ferm jn u nofs dik ta’ pajjiżna. Fil-pajjiż bl-ogħla rata ta’ iżgħar. żagħżugħ u qgħad, il-Ġreċja, 38% tażMinbarra hekk, lejlet żagħżugħa (2.5%) li żgħażagħ – iżjed minn spiċċaw bla xogħol l-Elezzjoni tal-2013 il-Prim wieħed minn kull tlieta waqt il-pandemija … Ministru Lawrence Gonzi – huma bla xogħol. Din kien qal li l-qgħad fost iżir-rata hi ħames darbiet bil-maqlub, il-qgħad żgħażagħ ma jeżistix meta fost iż-żgħażagħ dik f’Malta. mistoqsi speċifikament. Maltin naqas bi 2% Dakinhar kien hemm rata Waqt li fl-Ewropa r-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ ta’ 14%, jew kważi d-dopżdiedet bi kważi 2.5%, mindu bdiet il-pan- pju tar-rata preżenti. Il-Viċi Kap Nazzjona­ demija, f’Malta din naqset bi 2%. Fi 23 lista Simon Busuttil ukoll kien sejjaħ pajjiż tal-UE kien hemm żieda f’dan ir-rig- il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, imwiegħda ward proprju minħabba l-pandemija. mill-Partit Laburista fil-manifest għal dik L-akbar żieda perċentwali ġiet irreġis- l-Elezzjoni, bħala l-“garanzija tal-washing trata fl-Irlanda fejn kien hemm żieda ta’ machines”. 7%. Mindu bdiet il-pandemija aktar minn Illum li, minkejja ċ-ċirkostanzi, pajjiżkwart ta’ miljun żagħżugħ u żagħżugħa fl- na għandu l-inqas rata ta’ qgħad fost iżUE spiċċaw qiegħda. Aktar minn 63,000 żgħażagħ fl-istorja tagħna u anke l-inqas minn dawn kienu Ġermaniżi u madwar rata madwar l-Ewropa, joħroġ aktar biċ54,000 Taljani. Anke fil-Polonja, fl-Iżvez- ċar kemm il-miżuri li ttieħdu minn ammi­ ja u fi Spanja tilfu l-impjieg aktar minn nistrazzjonijiet Laburisti wasslu għal bidla 30,000 żagħżugħ u żagħżugħa. kbira.

Fl-2013 il-qgħad fost iż-żgħażagħ kien kważi d-doppju tar-rata li għandna llum


06

04.07.2021

ORBÁN JERĠA’ JIKXIFHOM TA’ IPOKRITI Hu diġà magħruf sew li l-ipok­ risija tal-establishment Nazz­ jonalista m’għandiex limiti u għandha għeruq fondi li jkomplu jikxfu l-Partit fl-Oppożizzjoni u kull fazzjoni tiegħu bħala inkonsistenti, bla prinċipji u li lesti anke joħorġu għonq­hom għall-ħażin tal-barrani, waqt li jkasbru lil Malta stess għal ħafna inqas. Indirettament din il-ġimgħa tahom “ċertifikat” ieħor f’dan is-sens il-Gvern Ungeriż, immexxi minn Viktor Orbán, fost dawk li, sakemm kien għadu fost il-Grupp tal-Partiti Popolari Ewropej (PPE), tal-PN ħarġu minn triqithom biex jiddefendu akkost ta’ kollox. Il-PN hu affiljat mal-PPE. Fir-reazzjo­ni għal reklam li l-Partit Fidesz li jinsab filGvern fl-Ungerija ried li jiġi ppubblikat f’ġurnali Ewropej, inkluż f’pajjiżna, spikkat tali ipokrisija grassa Nazzjonalista. Ta’ min ifakkar li Orbán sikwit ikun fuq in-naħa l-ħażina tal-aħbarijiet, b’dikjarazzjoni­ jiet li jmorru anke kontra d-dritti­jiet tal-bniedem. Minkejja nuqqasijiet serji, inkluż fis-sal­tna tad-dritt u l-governanza t-tajba, Orbán ingħata daqqa t’id anke mill-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti, Roberta Metsola u David Casa fil-Parlament Ewropew. Wara li f’April li għadda l-Kunsill tal-Ewropa qal li l-Ungerija qed timmina l-ġurnalisti u toħnoq l-libertà tal-espressjoni, f’nofs ix-xahar l-ieħor ilpajjiż għadda liġi kontroversjali kontra persuni LGBTIQ. F’din l-aħħar kontrovers­ja Orbán qajjem agħa bi proposti għall-futur Ew­ropew. Maqsuma fuq seba’ punti, il-politika ta’ Orbán tattakka bl-aħrax lil Brussell u tiddeskrivi l-is-

Robert Aquilina (xellug) minn Repubblika u l-MEPs Metsola u Casa … għall-PN u l-friegħi kollha tiegħu l-kritika ssir biss skont kif u meta jaqblilhom tituzzjoni bħala “superstat”. Orbán jimplika li l-Parlament Ewropew mhux leġittimu għax jirrappreżenta biss l-interessi ideoloġiċi tiegħu. Biex imexxi ’l quddiem dawn il-proposti, il-Partit fil-Gvern qabbad aġenzija tar-reklamar biex tippubblika reklami fuq paġni sħaħ f’ġurnali Ewropej, inkluż itTimes, fejn jgħid li Brussell hu “Imperu Ewropew”. Il-gazzetta lokali ddikjarat li m’aċċettatx ir-reklam fuq prinċipju u għal din il-pożizzjoni kien hemm reazzjoni immedjata mill-fergħa Nazzjona­ lista li ssejjaħ lilha nnifisha Repubblika. Fi stqarrija din ferħet u appoġġjat lit-Times, waqt li għamlet enfasi li tinnota l-ironija u l-ipokrezija ta’ min, li wara li joħnoq il-verità, ikasbar is-saltna tad-dritt u jattakka il-ħsieb ħieles, jara kif juża l-flus, anke flus pubbliċi, biex jagħmel reklam ħalli jaħbi u jnessi l-abbużi tiegħu. Fil-verità hu magħruf li din il-fergħa Nazzjonalista, immexxija minn ħu d-Deputat Karol Aquilina, Robert, u l-Eks

Chief of Staff ta’ Austin Gatt, Manuel Delia, qatt ma fetħet ħalqha meta l-MEPs Casa u Metsola qabżu għall-istess Gvern ta’ Orbán jew ukoll dak tal-Bulgarija, immexxi sa ftit ilu minn Boyko Borisov, li wkoll kien magħmul mill-istess pezza. L-appoġġ tagħhom kien anke qajjem ferment sħiħ fiżżewġ pajjiżi rispettivi, tant li fil-Bulgarija Metsola tlaqqmet “Mrs Mafia” talli ħarġet tiddefendi lil Borisov u akkużat lid-dimostranti favur il-libertà tal-espressjoni u d-demokrazija fil-Bulgarija bħala ffinanzjati mill-Mafja. Kartelluni bir-ritratt tagħha u ta’ Manfred Weber, il-Kap talPPE fil-Parlament Ewropew, li llum għandu lil Simon Busuttil bħala Segretarju tiegħu, dehru fil-protesti li damu iżjed minn tliet xhur għaddejjin fit-toroq ewlenin Bulgari kontra l-Gvern ta’ Borisov. Ċittadini Bulgari għadhom urtati għal Metsola li ressqet emendi skandalużi f’riżoluzz­ joni kontra Borisov fil-Parla­

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

ment Ewropew, fejn is-soltu tiddiletta timbotta riżoluzzjonijiet simili kontra Malta, anke jekk bla bażi. Deputati Bulgari kienu sostnew li dak li allegat Metsola fuq is-soċjetà ċivili Bulgara kien gidba mill-bidu sal-aħħar, waqt li fil-midja internazzjonali kemm-il darba ġie rrapportat li d-dimostranti, inklużi familji bit-tfal u anzjani, issawtu, ġew umiljati u arrestati fil-protesti paċifiċi kontra l-Gvern korrott. Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech innifsu kien ukoll ikkritika r-riżoluzzjoni kontra l-Gvern Bulgaru u sejħilha bħala “superfiċjali”. Dak iż-żmien, ovvjament, ta’ Repubblika ma kinux lissnu kelma waħda. Fil-każ tal-Ungerija, Metsola u Casa kienu saħansitra qagħdu lura milli jiffirmaw ittra formali ta’ pressjoni biex il-Partit Fidesz ta’ Orbán jitkeċċa mill-PPE. L-ittra, datata t-2 ta’ April 2020 kienet indirizzata lill-President tal-PPE Donald Tusk, iffirmata middele­gazzjonijiet fi ħdan l-istess Grupp, iżda mhux dawk Nazzjonalisti.

L-ittra nkitbet fi sfond ta’ nuqqasijiet serji mill-Ungerija fiż-żamma tas-saltna tad-dritt u t-tħaddin tad-demokrazija. Dakinhar il-PN u l-MEPs tiegħu ħbew azzjonithom u għal darb’oħra l-ebda Repubblika ma semmgħet leħinha. L-aġir ta’ Casa u Metsola kien ukoll sab l-appoġġ tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech li filwaqt li kien iddefenda l-aġir ta’ Metsola, li tiddefendi lill-Bulgarija imma mhux lil pajjiżha, ma kkundannahiex, anzi qal lil Casa u Metsola biex ikomplu jaħdmu. Għaldaqstant hu naturali li, bħal fil-każ tal-MEPs Nazzjona­ listi, jitqajjem kull dubju dwar il-ġenwinità ta’ Repubblika, li kellha sehem ukoll fil-konġura biex tneħħa Adrian Delia minn Kap, sempliċement għax ma kienx mill-establishment l-antik. Bħal Metsola u Casa, dawn jimxu skont kif u meta jaqbel. Fl-istess ħin iħamb­qu kontinwament kontra l-Gvern La­ burista Malti. Kienu pronti biex wara li l-Financial Action Task Force (FATF) ħabbret il-pjan t’azzjo­ni fil-konfront ta’ pajjiżna, fejn tliet miżuri minn 58 kienu meqjusin mhux effettivi biżżejjed, ipproponew li l-Gvern elett demokratikament bl-akbar maġġoranza storika jitwarrab biex tidħol amministrazzjoni teknokratika sal-elezzjoni li jmiss. F’dan kollu jibqgħu joħorġu ċari l-in­­tenzjonijiet tal-PN u l-friegħi tiegħu – dawk li jattakkaw lil pajjiżna, anke meta dan jikseb kull tifħir internazzjonali għar-riformi kbar li qed idaħħal, bit-tama li jimminaw il-ħidma li bdiet fl-2013 u li magħha ġabet progress u titjib sinifikanti fl-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi.


07

04.07.2021

IRTIRAT GIDEB LI SAR FUQ JOSEPH MUSCAT F’affidavit li ħa, Peter Caruana Galizia, ir-raġel ta’ Daphne Caruana Galizia, iddikjara li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li Dr Joseph Muscat u martu, Michelle Muscat, qatt irċevew flus direttament jew indirettament mill-Ażerbajġan, partikolarment mingħand il-kumpanija ta’ bint il-President Leyla Aliyeva. Fl-affidavit li tressaq fil-bidu tal-ġimgħa, Dr Caruana Galizia jgħid li martu ma kinitx qaltlu min huma dawk li hu ddes­kriva bħala sorsi anonimi fil-Pilatus Bank u li, fuq il-bażi ta’ dokumenti ppreżentati min-naħa tagħhom, kienet inbniet il-gidba sħiħa ta’ Egrant. Peter Caruana Galizia ddikjara wkoll li r-Russa Maria Efimova, li qed tiġi mfitt­xija fuq sperġur wara l-konklużjonijiet fl-inkjesta tal-Maġistrat (illum Imħallef) Aaron Bugeja, mhux bilfors kienet

waħda mis-sorsi li kellha martu. B’reazzjoni għal dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ Caruana Galizia, l-Eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat innota l-iżvilupp fl-isfond tal-gideb kollu li sar fil-konfront tiegħu u ta’ familtu. F’post li tella’ fuq Facebook, Dr Muscat, iżda, innota wkoll kif il-familja Caruana Galizia baqgħet ma taċċettax il-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant. Ta’ min ifakkar li, dwar declarations of trust, is-suppost provi ta’ min kien sid tal-kumpanija Egrant, l-inkjesta Bugeja kienet qalet li l-uniċi dokumenti tax-xorta kienu kopja ppreżentata lill-inkjesta mill-eks ġurnalist u eks uffiċjal Nazzjonalista Pierre Portelli u li, meta ġew analizzati iżjed minn darba minn esperti ta’ kumpanija Ingliża, kien stabbilit li l-firem fuqhom huma foloz.

Min kien li ffalsifikahom għadu sal-lum mhux magħruf, anke jekk nifhmu li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Fil-kummenti li ppubblika, Dr Muscat ukoll fakkar kif Efimova ilha erba’ snin maħruba minn Malta u li jeżisti mandat t’arrest internazzjonali fuq ordni tal-Qorti lokali. “Fl-istess affidavit, Dr Caruana Galizia jgħid li martu kienet qaltlu li hi mkien ma kienet allegat li l-kumpanija Egrant intużat għal xi skop illegali jew li min jiftaħ kumpanija fil-Panama qed jagħmel xi ħaġa illegali. Frankament dan il-punt ma jinteressanix, għax jien m’għandix x’naqsam ma’ Egrant u qatt sal-lum ma ftaħt kumpanija f’xi pajjiż barra minn Malta. Iżda xorta huwa tluq b’saħħtu minn narrattiva li ilha snin sħaħ tiġi mitmugħa ta’ kuljum,” kompla jirrimarka l-Eks Prim Ministru.

BLA RISPOSTA GĦAL META LTAQA’ L-AĦĦAR IT-“TIM” NAZZJONALISTA Tkompli minn paġna 1 Waħda mis-suppost membri, it-Tabiba u Deputata Nazzjo­na­­ lista Maria Deguara kienet imbarazzata għall-aħħar meta, qabel seduta Parlamen­tari aktar kmieni din il-ġim­għa, ġiet mistoqsija minn ONE News dwar il-ħidma ta’ dan it-tim u biex tgħid meta kien l-aħħar darba li dan iltaqa’. F’mixja minn ħdejn il-Bank Ċentrali sad-daħla tal-Parla­ ment, id-Deputata, li wkoll kienet spiċċat redikolata wara li ddikjarat li t-tilqima mhix is-soluzzjoni għall-pandemija, ipprovat ma tgħid xejn. Aktar ma ntqalilha li l-mistoqsija dwar meta l-aħħar li ltaqa’ t-tim kienet waħda sempliċi, Deguara aktar dehret skomda. Minkejja dan, it-tweġiba li ridna tawhielna s-sorsi tagħna qrib il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Meta l-ġimgħa li għaddiet Bernard Grech sejjaħ għat-twaqqif ta’ task force dwar l-eżitu tal-Financial Action Task Force (FATF), ilkliem kien spontanju u b’doża ta’ ironija: “L-iktar jekk tkun bħall-COVID Team, li ssejjaħ għar-ritratti fil-furja tal-mument, imbagħad daqslikieku qatt ma kien xejn.” Meta l-Kap Nazzjonalista ħatar dan it-tim tmien xhur ilu kien iffaċċja kritika qawwija għax kien qed jagħżel li, minflok iħalli f’idejn l-esperti, imur għall-politiċi. Ftit qabel kien attakka u skredita d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa, immexxijin mis-Supretendent il-Professur Charmaine Gauci. Fil-fatt kien talab għallħolqien ta’ kumitat nazzjonali ta’ sorveljanza, magħmul mill-

KUMITAT FINTA: Bernard Grech (it-tieni mix-xellug) ma’ erbgħa mill-membri – Claudio Grech (fin-nofs), Clyde Puli, Claudette Buttigieg u Stephen Spiteri (lemin). Jidhru wkoll Alessandro Farrugia u Ray Bezzina (naħa tax-xellug). politiċi, li jiġi ’l fuq mill-awtorità tas-Supretedent tasSaħħa Pubblika. It-tim finta ta’ Grech fil-Partit kien mistenni jitmexxa minnu stess, flimkien ma’ ħames membri tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista – l-istess Deguara, Stephen Spiteri, Claudette Buttigieg, Clyde Puli u Claudio Grech. Skont il-Kap tal-Oppożizzjoni, dan kien tim li kellu jaħdem mingħajr waqfien biex iħejji “pjan ċar” fil-konfront tal-pandemija tal-COVID-19. “Qed inwaqqaf tim t’azzjoni biex jibda jaħdem mil-lum. Se niltaqgħu ma’ msieħba soċjali u assoċjazzjonijiet oħrajn biex infasslu pjan li jagħti direzzjoni u tama,” kien ikkwotat jgħid Grech. Minkejja dan, sal-lum, dan

la ħadem mingħajr waqfien u wisq inqas ippreżenta xi forma ta’ pjan, tant li meta l-membri tiegħu jiġu mistoqsijin dwar ix-xogħol li sar, jispiċċaw jaqgħu fil-muta. Bil-maqlub, kif inhu magħruf mad-dinja kollha, pajjiżna mhux biss għandu waħda mill-aqwa rati ta’ tilqim globalment, iżda wkoll l-ekonomija kienet fost l-inqas li sofrew danni, grazzi għallgħaqal tal-awtoritajiet lokali. L-aktar sodisfatti kif amministrata l-pandemija Malta kienet ukoll l-aktar paj­jiż fl-Ewropa fejn il-poplu wera sodisfazzjon għallmod kif il-Gvern irreaġixxa u ħadem tul il-pandemija, inkluż bil-miżuri ta’ mitigazzjoni. Dan

ħareġ minn stħarriġ tal-Ewrobarometru li sar tul Mejju u li bena fuq studju simili li kien sar fi Frar li għadda. Mal-85% tal-Maltin u l-Għaw­d­xin li ħadu sehem urew sodisfazzjon għall-mod kif mexa l-Gvern tul il-pandemija, żieda sostanzjali fuq it53% li fi Frar kienu wrew is-sodisfazzjon tagħhom. Kienu biss 12% li f’Mejju qalu li ma kinux sodisfatti bit-traġitt ta’ Malta fejn tidħol il-pandemija. Fil-Lussemburgu, 73% fost dawk li wieġbu għall-istudju kienu sodisfatti, u jsegwu hemm il-Portugall u d-Danimarka b’69%. Dawk l-inqas sodisfatti kienu l-Polonja bi 32%, is-Slovenja bi 28%, il-Latvja b’27% u s-Slovakkja b’26%. L-istess stħarriġ juri wkoll li 75% tal-Maltin huma sodisfatti

bil-miżuri li tnedew fuq livell Ewropew biex tkun miġġielda l-pandemija. Dawk il-pajjiżi l-anqas sodisfatti kienu Franza b’36% u l-Ġermanja bi 32%. Fl-istess ħin, 86% tal-Maltin qalu li diġà tlaqqmu kontra l-virus, jew li jixtiequ jitlaqqmu mill-aktar fis. Din kienet l-ogħla rata fost stati membri Ewropej fejn tidħol il-fiduċja fil-vaċċin kontra l-COVID-19. Dan filwaqt li total ta’ 79% talEwropej qalu li diġà tlaqqmu kompletament kontra l-virus, jew jixtiequ jitlaqqmu mill-aktar fis sal-aħħar tal-2021. 68% tal-Ewropej jemmnu wkoll li l-vaċċin huwa għodda importanti biex il-pandemija tintemm kompletament, u 60% oħra jemmnu li l-vaċċin se jipproteġihom milli jimirdu bil-COVID-19.


08

04.07.2021

B’114-il inizjattiva, maqsuma taħt 12-il tema partikolari, il-Gvern ippreżenta l-istrateġijwa nazzjonali tiegħu għal wara l-pandemija biex joffri t-triq ’il quddiem lill-pajjiż ta’ għada f’dinja mibdula wara l-pandemija. F’konferenza tal-aħbarijiet fejn sa­ ret it-tnedija, il-Ministru responsabbli Owen Bonnici qal li issa hu l-waqt li nibnu flimkien prosperità ġdida wara l-perjodu tal-pandemija. “Fil-pedament ta’ din il-viżjoni, hemm il-ħames pilastri ewlenin li jiggwidaw lill-Gvern fil-ħidma li qed nagħmlu għall-futur – il-kwalità tal-ħajja, l-infrastruttura, l-edukazzjoni, il-governanza tajba u l-ambjent.” Il-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Kordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara COVID-19 qal li l-inizjattivi se jibdew jiġu indirizzati u f’każijiet anke tiġi konkluża l-implimentazzjoni tagħhom fuq perjodu ta’ tliet snin mill-ministeri li huma inkarigati bl-implimentazzjoni tad-diversi inizjattivi skont il-portafolli rispettivi. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għall-Istrateġija Nazzjonali għal Wara l-Pandemija, immexxi mill-Professur Simone Borg, ġie inkarigat mill-Kabinett tal-Ministri biex, id f’id mal-Uffiċċju tal-Kabinett u d-diversi ministeri, jieħu ħsieb l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija. Dr Bonnici fakkar li fit-tfassil tal-istrateġija ġie ddedikat xahar sħiħ ta’ konsultazzjoni fuq l-oqsma tematiċi ewlenin li fuqhom tinbena l-istrateġija, apparti minn lista sħiħa ta’ laqgħat li saru mill-Kumitat ta’ Tmexxija għall-Istrateġija Nazzjonali għal wara l-pandemija ma’ diversi stakeholders ewlenin. Ingħatat attenzjoni wkoll għall-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli (SDGs) tal-Ġnus Magħquda u d-dokument jinkludi QR code li jieħu lil dak li jkun għal skeda dettaljata ta’ kif jorbtu l-inizjattivi mal-għanijiet infushom f’dan ir-rigward. Dr Bonnici spjega li anke jekk pajjiżna kiseb diversi suċċessi, irid ikompli jimplimenta l-bidliet li jwasslu għal pajjiż aħjar. “Aħna Gvern progressiv li jemmen li l-bidla hi ċ-ċavetta għal aktar titjib u ħolqien ta’ ġid li minnu jgawdi kulħadd,” spjega l-Ministru, waqt li tenna li x-xhur li għaddew kienu xhur ta’ sfida għal kulħadd, iżda kienu wkoll perjodu fejn rajna ħafna affarijiet sbieħ. Dr Bonnici saħaq li l-Gvern aġixxa b’mod deċiżiv biex itaffi t-tbatija li ġabet magħha l-pandemija, biex mhux biss isalva l-ħajjiet, grazzi għall-ħidma brillanti tal-professjonisti tas-saħħa tagħna, iżda anke l-għajxien ta’ bosta permezz ta’ skemi ta’ assistenza finanzjarja f’waqthom u mfassla apposta. Hu qal li proprju għax kellna Gvern li aġixxa, kien preżenti u ħa d-deċiżjonijiet, li llum qed nitkellmu dwar strateġiji dwar il-futur meta ħaddieħor għadu ffukat fuq kif se jlaqqam lill-poplu kollu jew kif se jibqa’ jsalva l-impjiegi. Dr Bonnici, li insista li dan id-dokument ta’ strateġija mhux ta’ ministeru wieħed jew ta’ grupp ta’ esperti li twaqqaf taħt ministeru wieħed, stqarr li bis-saħħa tal-ħidma li twettqet b’mod kollettiv inħolqot strateġija li

Ritratt: JASON BORG / DOI

PROSPERITÀ ĠDIDA GĦAL MALTA

Il-Ministru Bonnici waqt li din il-ġimgħa nieda l-istrateġija ta’ ħidma interministerjali għaż-żmien li ġej qed tara lil pajjiżna jkun wieħed sigur, b’saħħtu u għani, mibni fuq il-prinċipji ta’ ugwaljanza, governanza tajba u żvilupp sostenibbli. Hu qal li l-pandemija tatna opportunità unika biex nirriflettu dwar it-tip ta’ futur li rridu. “Il-viżjoni tagħna hi ta’ pajjiż sigur, b’saħħtu u għani, fejn iċ-ċittadini jistgħu jgħixu ħajjiet sodisfaċenti, jaqsmu bejniethom f’soċjetà ekwa, iħaddnu t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u jsibu impiegi mħallsa tajjeb f’ekonomija stabbli u dinamika. Jekk is-soċjetà tagħna kollha taħdem flimkien, bl-istess kuraġġ, dinamiżmu u determinazzjoni li rajna matul il-kriżi, nistgħu nagħmlu din il-viżjoni realtà,” saħaq il-Ministru Bonnici. L-istrateġija, li tista’ tiġi aċċessata online fuq mric.gov. mt/mt/Pages/strategy.aspx, hi msejsa fuq tliet mistoqsijiet prinċipali li l-kumitat ta’ esperti qed iwieġeb fir-rapport tiegħu u se jixprunaw il-ħidma nazzjonali favur ġejjieni aħjar. Kif nistgħu ntejbu l-ħajja u l-benesseri? Il-pandemija wrietna biċ-ċar l-importanza tas-saħħa u l-benesseri. Il-prijorità immedjata tagħna hija li nikkontrollaw u nipprevjenu l-virus, imma rridu wkoll insaħħu l-benesseri fit-tul

taċ-ċittadini, pereżempju billi nħeġġu lin-nies jieklu aħjar, jagħmlu iktar eżerċizzju, u jitkellmu fil-beraħ dwar kwistjonijiet ta’ saħħa mentali. Filwaqt li nagħrfu r-rwol essenzjali li għandu ambjent urban u naturali pjaċevoli fis-saħħa, fil-kuntentizza u fil-kwalità tal-esperjenza turistika li noffru, se naddottaw approċċ aktar koeżiv, sostenibbli u li jħares ’il quddiem fl-ippjanar u fl-iżvilupp – li jikkumplimenta l-ibliet u l-wirt kulturali tagħna, jipproteġi u joħloq spazji ħodor pubbliċi, u jsaħħaħ l-infrastruttura biex iċ-ċikliżmu u l-mixi jkunu sikuri u pjaċevoli. Evalwazzjoni tal-impatt sħiħ tal-pandemija fuq is-soċjetà Maltija hija biċċa xogħol imdaqqsa imma essenzjali. Se nniedu studji dettaljati biex nifhmu x’għajnuna jeħtieġu partijiet differenti tas-soċjetà u kif l-aħjar li nipprovduha. Se nappoġġjaw ukoll lill-istudenti biex ilaħħqu mattagħlim li tilfu. Biex inżommu l-ispirtu ta’ komunità li kien prominenti matul il-pandemija, l-istrateġija tagħna se trawwem il-koeżjoni u l-ekwità soċjali fis-soċjetà Maltija kollha, pereżempju billi nagħtu lil persuni vulnerabbli aċċess akbar għal opportunitajiet ta’ taħriġ u impjieg u bit-tisħiħ ta’ programmi ta’ integrazzjoni, fiddawl tal-irwol essenzjali tal-ħaddiema migranti fis-sistema tal-kura tas-saħħa

tagħna u fl-ekonomija inġenerali. Kif se nsostnu n-negozju u l-impjiegi u nixprunaw irkupru b’saħħtu? L-appoġġ finanzjarju mogħti millGvern, f’livelli bla preċedent, żamm lil ħafna kumpaniji fil-wiċċ u lil eluf ta’ ħaddiema impjegati matul il-pandemija. Issa wasal iż-żmien li ngħinu lin-negozji jibdew mill-ġdid, jirristrutturaw u jittrasformaw l-operazzjonijiet tagħhom lejn mudell aktar sostenibbli, permezz tal-adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali u nodfa. Se niżguraw li Malta tħaddan din it-tranżizzjoni billi niżviluppaw programmi li jiggwidaw u jappoġġjaw lin-negozji u lill-ħaddiema biex ikunu lesti għall-futur. Se nwettqu riorjentazzjoni u integrazzjoni tal-politiki tal-edukazzjoni, tal-impjiegi u dik ekonomika, se nimmodernizzaw il-kurrikuli edukattivi u ninkoraġġixxu programmi ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ titjib tal-ħiliet biex nattrezzaw il-ħaddiema preżenti u futuri tagħna bil-ħiliet tas-seklu 21 li huma meħtieġa biex nisfruttaw impjiegi mħallsa aktar u li jagħtu valur miżjud. Il-politika u l-investiment se jkunu l-pedament ta’ aġenda ta’ innovazzjoni li tagħti prijorità lis-soluzzjoni ta’ problemi konkreti li huma importanti għas-soċjetà Maltija u li twassal għal riżultati ċari. Se naġevolaw kollaborazzjoni bejn il-pubbliku u l-privat, billi naħdmu mill-qrib mal-industrija biex niżviluppaw riċerka u żvilupp (R&D), clusters ta’ għarfien speċjalizzati u sħubijiet edukattivi ma’ kumpaniji ewlenin ta’ investiment dirett barrani (FDI); u se niffaċilitaw l-investiment tan-negozju fis-setturi kollha tal-ekonomija u nwasslu l-finanzja-


09

04.07.2021

WARA L-PANDEMIJA ment għand start-ups li jistgħu jikbru malajr u jbigħu lis-suq globali. Ekonomija progressiva tista’ tinbena biss fuq pedament responsabbli lejn l-ambjent. Kif se nsaħħu Malta għandha mira ta’ newtralità karbonika sal-2050, kif l-kwalità tal-ħajja ukoll impenn lejn l-għanijiet u l-benesseri? ta’ żvilupp sostenibbli tan-NU u l-prinċipji tal-Patt Ekoloġiku tal-UE. Se nsegwu din l-aġenda billi ninvestu f’enerġija rinnovabbli u f’infrastruttura ta’ enerġija nadifa, u billi nistabbilixxu ekonomija ċirkolari fejn ir-riżorsi huma apprezzati u l-iskart jitnaqqas. Se noħolqu wkoll sensiela ta’ proġetti ta’ investiment ekoloġiku u nisfruttaw id-daqs żgħir tagħna biex nippruvaw soluzzjonijiet ta’ teknoloġija tal-karbonju.

l-focus fuq il-qasam ● Inżommu tas-saħħa li tmexxa ’l quddiem bil-kriżi

Insaħħu l-kapital soċjali li jitmexxa mill-komunità biex nipprovdu soluzzjonijiet ibbażati fuq evidenza għal bidliet soċjali

Insaħħu l-koeżjoni soċjali, l-inklużjoni u l-ekwità biex nagħmlu l-ħajja aħjar u aktar ġusta għal kulħadd

approċċ aktar koeżiv, aħdar u ● Nadottaw sostenibbli fejn jidħol l-ippjanar u l-iżvilupp

Kif se nibqgħu reżiljenti u kompetittivi? Huwa importanti li nitgħallmu mill-pandemija u nieħdu azzjoni biex intejbu l-kapaċità ta’ Malta li tirrispondi fi kriżijiet futuri. Se ntejbu l-kapaċitajiet ta’ rkupru minn diżastri u nistabbilixxu pjanijiet fit-tul għal konnettività aktar robusta bil-baħar, bl-art, bl-ajru, tal-enerġija u dik diġitali. Niffaċilitaw l-investiment għal attivitajiet li Se nibdew nirrimedjaw il-finanzi jmexxu l-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli pubbliċi, li kienu taħt pressjoni qawNagħmlu focus mill-ġdid u integrazzjoni wija matul il-pandemija, u noħolqu tal-politika tal-edukazzjoni, ix-xogħol u qafas għat-twaqqif u l-finanzjaKif se nsostnu l-ekonomija bħala bażi tat-tiġdid ekonomiku ment ta’ fond għall-irkupru minn n-negozju u x-xogħol diżastri li jista’ jipprovdi xibka Naċċelleraw l-investiment u green jobs bħala ta’ sikurezza fis-snin li ġejjin. u mmexxu ’l quddiem punt fokali għall-pjan ta’ Malta biex immorru Ir-reżiljenza għal xokkijiet futuri irkupru b’saħħtu? għal carbon neutrality tiddependi wkoll fuq il-protezzjoni Immexxu ’l quddiem l-innovazzjoni billi tar-riżorsi naturali tagħna – kwistnimbottaw riżorsi governattivi, policies u joni li hija ta’ tħassib kbir għaċ-ċittakollaborazzjonijiet mal-industrija dini. Se niffukaw fuq edukazzjoni sistematika, il-konservazzjoni u l-bidla lejn stil ta’ ħajja iktar sostenibbli f’armonija mal-ambjent għall-benefiċċju ta’ ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Se npoġġu wkoll l-ekoturiżmu u l-wirt fil-qalba tal-esperjenza turistika li toffri Malta. Il-pandemija wriet biċ-ċar kemm hu importanti li s-soċjetà taħdem flimkien biex jiġu segwiti regolamenti żviluppati fl-interess komuni. Se nsawru sens akbar ta’ responsabbiltà kollettiva, ibbażat fuq prinċipji ta’ governanza tajba, trasparenza u kontabbiltà. Dan ifisser li nrawmu kultura ta’ mġiba etika, mill-età tal-iskola ’l fuq, biex niżguraw li l-membri kollha tas-soċjetà jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-ġid komuni. Irridu wkoll niżguraw li kull Nagħlqu d-digital divide u ninvestu individwu u negozju jkolfl-infrastruttura diġitali, ħiliet u servizzi biex lu aċċess ugwali għat-teintejbu l-mod ta’ kif ngħixu u naħdmu knoloġija diġitali, biex inKif se nibqgħu tejbu l-mod kif ngħixu u Nindukraw kultura u kuxjenza nazzjonali mibnija naħdmu. Għal dan il-għan reżiljenti u fuq għan, interess pubbliku u governanza tajba ser ninvestu f’infrastrutkompetittivi? Insaħħu s-salvagwardja ta’ assi naturali u tura robusta, filwaqt li napl-ambjent permezz ta’ edukazzjoni sistematika poġġjaw lill-adulti, b’mod u konservazzjoni partikolari l-anzjani, biex jiżviluppaw il-ħiliet diġitali li Ninforzaw mill-ġdid il-preparazzjoni għall-irkupru għandhom bżonn f’soċjetà modminn diżastri, kapaċitajiet kritiċi u ekosistemi li erna. jsaħħu r-reżlijenza

● ●

IŻJED VJAĠĠI FREKWENTI B’TAL-LINJA Il-Malta Public Transport ħabbret li bdiet vjaġġi addizzjonali fuq numru ta’ rotot popolari, flimkien ma’ għażla akbar ta’ vjaġġi billejl u bis-servizz Tallinja Direct. Riċerka, li wettqet il-kumpanija, indikat li frekwenzi aktar spissi jagħmlu t-trasport pubbliku iżjed attraenti biex jintuża u għalhekk il-vjaġġi l-ġodda huma maħsuba biex jinkoraġġixxu lil aktar persuni jużaw is-servizz. Il-bidliet imħabbrin diġà żiedu l-vjaġġi fuq is-ser­vizz kollu u se joperaw sa 12-il vjaġġ kull siegħa f’uħud mill-aktar direz­zjonijiet traffikużi, fosthom bejn Tas-Sliema u San Ġiljan. Il-vjaġġi popolari ta’ billejl u dawk tat-Tallinja Direct, li rritornaw minn nhar il-Ġimgħa li għadda, huma: ● Night Route N13 bejn il-Belt u San Ġiljan se tibda topera matul ilġimgħa kollha mill-23:10 sas-01:40, bi tluq kull nofs siegħa; ● Night Route N212 bejn Tas-Sliema u Buġibba se tibda topera matul il-ġimgħa kollha mill-23:10 sas-1:20, bi tluq kull nofs siegħa; u ● Rotta TD13 bejn il-Belt u Buġibba li tgħaddi minn San Ġiljan se tibda topera l-ġimgħa kollha mit-08:05 sad-21:05, bi tluq kull nofs siegħa; Tliet rotot ġodda f’Għawdex ukoll bdew joperaw mill-biraħtlula: ● Night Route N301 bejn l-Imġarr (Għawdex) u r-Rabat se tibda topera vjaġġi addizzjonali fil-23:15 u f’23:45; ● Rotta TD30 bejn l-Imġarr (Għawdex) u x-Xlendi se tibda topera kull nofs siegħa l-ġimgħa kollha, b’sinkronija mal-iskeda tal-fast ferry; u ● Route TD31 bejn l-Imġarr (Għawdex) u Marsalforn se tibda topera kull nofs siegħa l-ġimgħa kollha, b’sinkronija mal-iskeda tal-fast ferry. Vjaġġi addizzjonali fuq dawn ir-rotot, li ġejjin, se jidħlu fis-seħħ proprju mil-lum il-Ħadd: ● Rotta 15 bejn il-Belt u Tas-Sliema; ● Rotta 21 bejn il-Belt u Tas-Sliema; ● Rotta 22 Bejn il-Belt u Birkirkara; ● Rotta 41 bejn il-Belt u ċ-Ċirkewwa; ● Rotta 42 bejn il-Belt u ċ-Ċirkewwa; ● Rotta 44 bejn il-Belt u Għajn Tuf­ fieħa; ● Rotta 45 bejn il-Belt u Buġibba; ● Rotta 48 bejn il-Belt u Buġibba; ● Rotta 91 bejn il-Belt u Marsaskala; ● Rotta 94 bejn il-Belt u x-Xgħajra; ● Rotta 124 bejn l-Isla u Marsaskala; ● Rotta X4 bejn il-Belt u Birżebbuġa; u ● Rotta 322 bejn l-Imġarr (Għawdex) u Marsalforn. Aktar dettalji dwar dan it-tibdil u l-iskeda kollha tat-trasport pubbliku huma disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-kumpanija (publictransport.com. mt).


10

04.07.2021

MIDALJA TAD-DEHEB INTERNAZZJONALI GĦAL GĦASEL MALTI Għasel pur, li jiġi prodott fil-Mosta, għadu kemm rebaħ l-unur tad-deheb waqt il-London International Honey Awards ta’ din is-sena, wara testijiet minn numru ta’ esper­ti u xjenzati. Il-kumpanija lokali Golden Island Ltd ikkompetiet bl-għasel tagħha mill-ħsad tas-sajf (magħmul mis-Sagħtar) minn wieħed minn 15-il miġbħa li tamministra madwar Malta, fosthom fil-Palazzi ta’ San Anton u Verdala, siti ta’ Heritage Malta u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA). Kampjuni ta’ tipi ta’ għasel, li jikkompetu f’dawn l-unuri globali, jiġu ġġudikati minn panel ta’ esperti mgħammdin f’sistema ta’ punti minn żero sa mija. Fl-istess ħin isirulhom testijiet estensivi f’laboratorji indipendenti akkreditati, fosthom dwar is-sors t’oriġini, il-fjuri li ddakkru min-naħal u anke għal trattament bis-sħana. Mill-erba’ unuri, li jvarjaw mill-bronż għall-platinum, l-għasel Malti ġie kklassifikat fid-deheb, li jfisser li dabbar riżultat ta’ bejn 85.5 u 95.0 minn massimu ta’ 100. Golden Island Ltd taħsad

ONORATI: Ray Sciberras u s-sieħba Denise Camilleri tliet darbiet fis-sena – fir-rebbiegħa, fis-sajf u fil-ħarifa. Ray Sciberras, sid il-kumpa­ nija, u s-sieħba tiegħu Denise Camilleri qalu li “qabel kollox, aħna gwardjani tan-naħal u wara produtturi tal-għasel. L-għan prinċipali tagħna minn dejjem kien il-ħarsien tan-naħal. F’dawn iż-żminijiet ta’ sfida għal kulħadd, li jipprova jaqla’ l-għajxien tiegħu miż-żamma tan-naħal u l-produzzjoni tal-għasel, nagħmlu kuraġġ kbir minn dawn ir-rikonoxximenti għad-dedikazzjoni kontinwa tagħna għall-kwalità u l-awtentiċità.”

Il-kumpanija ilha tipproduċi l-għasel mill-2008 u l-prodotti ġenwini tagħha huma mfittxijin sew lokalment u anke barra. Minbarra l-għasel, hi wkoll tipproduċi prodotti anċillari, bħal ġammijiet, kunservi bbażati fuq frott lokali u anke xemgħat mill-għasel tan-naħal. Fl-okkażjoni tal-unur pres­ tiġ­już li rċeviet, Golden Island Ltd qalet li se tibqa’ impenjata biex ittejjeb il-livelli tal-produzzjoni lokali tal-għasel permezz ta’ diversi proġetti ta’ riċerka, kif biex tqajjem kuxjenza fuq l-importanza tal-apikultura lokali.

L-UE B’REGOLI TAL-VAT “SIMPLIFIKATI” Peress li s-sistema tal-VAT ma ġietx aġġornata u ma żammitx il-pass maż-żieda li ttrasforma s-settur tal-bejgħ, l-Unjoni Ewropea esperjenzat nuqqas ta’ tras­parenza fil-prezzijie­t u fl-għaż­la tal-konsumatu­r, flim­kien ma’ dif ­fi­kultajiet għall-kummerċjanti fejn jidħol il-kummerċ elettroniku. Għaldaqstant l-UE qalet li bdiet timplimenta regoli ġodda li se jkunu qed jiżguraw kundizzjonijiet aktar ekwi għan-negozji u x-xerrejja Ew­ropej u b’hekk se tiġi ssimplifikata l-ħajja ta’ kulħadd. Ir-riforma, li għandha l-għan biex jiġi żgu­rat li l-VAT dovut fuq bejgħ on­ line titħallas lill-pajjiż tal-konsumatur, kienet aktar meħtieġa anke minħabba l-pandemija, għax il-bejgħ online kompla jaċċellera. Taħt l-istess riforma se jkunu affettwati l-bejjiegħa online u l-pjattaformi kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE, l-operaturi postali u l-kurrie­ ri, l-amministrazzjonijiet doganali u tattaxxa, kif ukoll il-konsumaturi. Taħt din ir-riforma, l-eżenzjoni mill-

VAT fuq oġġetti importati fl-UE b’valur ta’ itu kumplessiv, li jvarja minn pajjiż għal inqas minn €22 minn kumpaniji mhux ieħor. fl-UE se titneħħa. Din se tiġi imposta fuq Jekk il-limiti varji jinqabżu tkun l-oġġetti kollha li jidħlu fl-Unjoni, għax trid titħallas il-VAT fl-istat membstudji wrew li din l-eżenzjoni qed tiġi ru fejn jitwasslu l-oġġetti. Permezz abbużata, billi bejjiegħa mingħajr skru- ta’ portal elettroniku msejjaħ “Punt pli minn barra l-UE jittikkettaw konsenji Uniku ta’ Servizz” li bih ikunu jistgħu ta’ oġġetti b’mod falz. jieħdu ħsieb l-obbligi tal-VAT kollha Din il-la­kuna tip­ tagħhom għall-bepermetti lil dawn jgħ tagħhom fl-UE il-kumpa­niji jwaqq­ kollha, se tkun qed għu l-kompetitutiġi ssimplifikari tagħhom fl-UE ta l-ħajja ta’ dawn u tiswa lit-teżori Lakuna fis-sistema tal-UE il-kumpaniji, inkluż Ewropej madwar biex ikun aktar faċli €7 biljun fis-sena fi kienet qed tiswa lit-teżori għalihom li jbigħu fi mas-€7 biljun fis-sena frodi. Dan iwassal stati membri oħragħal piż tat-taxxa jn. akbar għal kontributuri oħrajn. Minbarra dan, bejjiegħ se jkun jista’ Wara din ir-riforma wkoll, il-limiti jirreġistra fl-istat membru tiegħu stvarji se jiġu sostitwiti b’limitu wieħed ess u bil-lingwa tiegħu ġaladarba jiġi komuni tal-UE ta’ €10,000. Dan wara li rreġistrat l-imnut online. Il-bejjiegħ l-bejjiegħa tal-kummerċ elettroniku se jkun jista’ jinnotifika u jħallas ilkien jeħtiġilhom li jkollhom reġistrazz- VAT għall-bejgħ kollu tiegħu f’dan iljoni tal-VAT f’kull stat membru li fih punt uniku ta’ servizz Ewropew perikollhom fatturat ogħla minn ċertu lim- mezz ta’ dikjarazzjoni kull tliet xhur.

Il-punt uniku ta’ servizz se jieħu ħsieb it-trażmissjoni tal-VAT lill-istat membru rispettiv. Aktar transparenza għall-konsu­ maturi se tkun possibbli permezz talpunt uniku ta’ servizz għall-importazzjoni, għax bejjiegħa mhux mill-UE se tippermettilhom jirreġistraw faċilment għall-VAT fl-UE u se tiżgura li l-ammont korrett tal-VAT jaqbad triqtu lejn l-istat membru li fih ikun finalment dovut. Sadanittant f’Malta, hekk kif daħlu fis-seħħ ir-regola­menti l-ġodda tal-VAT u tad-Dwana dwar il-kummerċ elettroniku, il-MaltaPost informat lill-pubbliku li l-proċess ta’ rilaxx ta’ pakketti se jinbidel għal wieħed ta’ dikjarazzjoni integrata kompletament diġitali. Il-kumpanija postali qalet li dan qed isir bi qbil mal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni (MCA) u jfisser li issa rċevuti, ħlas tad-dazju u l-ħlas relatat tal-ippro­ċessar u ġbir ta’ pakketti mill-Parcel Office tal-MaltaPost li jinsab fil-Head Office il-Marsa mhux se jkun jista’ jsir aktar.


04.07.2021

11

ŻGĦAŻAGĦ GĦAWDXIN B’INTERESS QAWWI GĦAL ESPERJENZA TA’ XOGĦOL Żgħażagħ Għawdxin, li se jerġgħu jingħataw Dawn iż-żgħażagħ jistgħu jaħdmu mas-setopportunità biex jesperjenzaw ix-xogħol dan tur privat jew ma’ xi organizzazzjoni volontarja. is-sajf fil-gżira, minnufih bdew jitolbu t-tagħrif Filwaqt li min iħaddem irid ikun irreġis­trat ma’ relatat tant li fil-Ministeru għal Għawdex daħlu Jobsplus biex ikun jista’ jimpjega liż-żgħażagħ għadd ta’ telefonati. Applikazzjonijiet għall-iske- miegħu permezz tal-iskema, ix-xogħol għandu ma, indirizzata lil żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-20 jkun biss fil-gżira Għawdxija. sena, se jibdew jintlaqgħu minn għada. Il-Ministru għal Għawdex tenna li Wara li l-Ħamis li għadda l-Minist“bħala Gvern, dejjem emminna fiżru Clint Camilleri ħabbar din l-iskeżgħażagħ, anke biex inwittulhom ma, magħrufa bħala l-Work Trial it-triq għad-dinja tax-xogħol. B’din Scheme for Youths, il-Ministeru l-iskema, apparti li se nkunu qed ma waqafx iwieġeb telefonati ta’ nagħtu aktar opportunitajiet liżFl-aħħar sentejn persuni interessati. L-iskema ilha żgħażagħ Għawdxin fix-xhur li fiħadu sehem iżjed hom għaddejja għal dawn l-aħħar ma jattendux skola, f’Għawseba’ snin u tkun mistennija. Waqt minn 420 żagħżugħ dex stess, se nkunu wkoll qegħdin li fl-aħħar sentejn ħadu sehem iżinservu ta’ spalla għal bosta neta’ bejn is-16 u jed minn 420 parteċipant, minkejja gozji f’din il-gżira li se jħaddnu din l-20 sena li konna wkoll fl-eqqel ta’ pandemija, l-iskema.” ir-rispons għal din is-sena diġà jidher li hu L-applikazzjonijiet se jiftħu għada u tajjeb ħafna. jagħlqu nhar il-Ġimgħa li ġej, 9 ta’ Lulju, f’nofshiF’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Camil­ nar. Dawk interessati jistgħu japplikaw billi jidħleri spjega li dawk l-istudenti li jattendu xi skola lu fuq is-sit uffiċjali tal-Ministeru (mgoz.gov.mt), Sekondarja, l-MCAST, l-ITS, il-Junior College jew waqt li iżjed tagħrif jista’ wkoll jinkiseb b’email l-Università, huma wkoll eliġibbli li japplikaw. fuq worktrailscheme.mgoz@gov.mt.

Mal-113-il kilo tas-sustanza illegali Khat ġiet ikkonfis­ka­ta mid-Dwana ta’ Malta l-Ġimgħa, waqt spezzjoni fit-taqsi­ ma kummerċjali fl-Ajruport. B’kollox instabu 59 pakkett ta’ din id-droga perikoluża, li tiġi kkonsmata billi persuna tomgħodha. Id-droga kienet indirizzata lil barrani, li għandu ħanut fil-Ħamrun u li qed jinżamm arrestat.


12

04.07.2021

FAVUR KAĊĊA U NSIB SOSTENIBBLI

OWEN BONNICI Ministru

Ftit tal-jiem ilu rajna l-ħatra ta’ President ġdid tal-FKNK, is-Sur Lucas Micallef. Mas-Sur Micallef kelli l-opportunità li niltaqa’ fil-ġimgħat li għaddew u laqatni bħala bniedem serju, li jħobb is-settur, mimli enerġija u miftuħ għall-ideat ta’ kulħadd. Bħalma diġà kelli l-opportunità li privatament nestendilu l-apprezzament tiegħi għall-ħidma tiegħu u ta’ sħabu, minn hawnhekk pubblikament nirringrazzjah tal-attiviżmu tiegħu u tal-bqija tal-membri

tal-FKNK. Nemmen li fejn jidħlu il-kaċċa u l-insib, fl-aħħar ġimgħat u snin il-kaċċaturi u n-nassaba Maltin, partikolarment mill-aħħar referendum ’l hawn, bagħtu diversi messaġġi pożittivi. Kien hemm bidla netta għall-aħjar fil-mod ta’ kif jitwassal il-messaġġ, fl-attitudni li tintuża, u forsi iktar importanti minn hekk, fil-komunikazzjoni mal-bqija tan-nies li l-kaċċa u l-insib lanqas jafu x’inhuma. Naturalment eċċezzjonijiet issib dejjem u kullimkien, iżda b’mod ġenerali nistgħu ngħidu li qatt daqs l-aħħar snin ma rajna prattikanti tad-delizzju talkaċċa u l-insib li jobdu r-regolamenti u l-liġijiet u huma stess jippromwovu b’mod attiv l-osservanza tal-liġijiet. Jien nappella lill-kaċċatturi u lin-nassaba biex ikomplu jobdu l-liġijiet u nappella lil dawk kollha li jinfurzaw il-liġijiet biex jagħmlu dan b’mod korrett u wkoll b’sens ta’ proporzjonalità. Kien hemm żmien fejn bdiet tintiseġ narrattiva li l-kaċċa-

tur u n-nassab huwa l-faċċata l-oħra tal-munita ambjentali. Dak iż-żmien spiċċa u ndifen. Illum il-poplu rrealizza li l-ikbar sfidi ambjentali mhumiex marbuta mal-kaċċa u mal-insib sostenibbli iżda mal-użu mhux sostenibbli tal-art, ittniġġis tal-arja, il-bidla fil-klima, in-nuqqas ta’ rispett lejn l-ibħra u kwistjonijiet marbuta mal-iskart. Dan seħħ għaliex min jipprattika d-delizzju tal-kaċċa u l-insib jemmen daqs kulħadd fil-bżonn li kull ħaġa li nagħmlu tkun sostenibbli u jemmen daqs kulħadd fil-bżonn li nieħdu ħsieb l-ambjent bħala wirt ta’ kulħadd. Naturalment nifhem li hawn min f’pajjiżna ma jaqbilx fundamentalment mal-kunċett li għasfur jinqabad jew jinqatel bħala delizzju, iżda mbagħad hemmhekk nistgħu nidħlu f’dibattitu sħiħ li ma jispiċċa qatt dwar id-domandi marbuta mal-qtil jew qbid ta’ annimali għall-konsum tal-bniedem jew għanijiet oħra. Nemmen ukoll li hawn ħafna persuni f’pajjiżna li qatt

ma qabdu senter tal-kaċċa u qatt mhuma se jaqbdu senter tal-kaċċa, li jifhmu li tradizzjonijiet li ilhom magħna s-snin u l-ġenerazzjonijiet u s-sekli ma jistgħux jiġu mitfugħa taħt it-tapit. Ladarba dawn jiġu eżerċitati b’mod sostenibbli u b’rispett għal-liġijiet, allura kulħadd għandu jkollu aċċess għad-delizzju tiegħu. Fuq livell politiku nemmen li, minkejja l-isfidi kollha li kellu quddiem wiċċu fl-aħħar snin inkluż referendum u kawżi quddiem il-Qrati Ewropej, il-kaċċattur u n-nassab jaf min kien onest miegħu u min kien daħaq bih. Jaf ukoll min iddefendieh fil-fora internazzjonali għaliex jemmen, bħalma jemmen il-kaċċatur u n-nassab, li t-tradizzjonijiet u d-delizzji tagħna għandhom jibqgħu jiġu salvagwardjati f’kuntest ta’ kaċċa u insib sostenibbli u responsabbli. Jien l-ewwel wieħed li nemmen li l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jifhmu iktar u jkunu sensittivi iktar għaċ-ċokon ta’ pajjiżna u l-fatt li pajjiżna għandu r-realtajiet

tiegħu. Parti minn din ir-realtà hi li l-kaċċaturi u n-nassaba nfushom jaħdmu ħafna favur is-sostennibbilità ambjentali u wieħed irid jiġi jara b’għajnejh u jifhem aħjar dan kollu. Il-Gvern Malti, fil-fehma tiegħi dejjem mexa korrettament fejn jidħlu l-pronunzjamenti tal-Qorti Ewropea. Għalhekk, pereżempju, ma naqbilx mal-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-insib għaliex l-interpretazzjoni li qed tapplika l-Kummissjoni għas-sentenza tal-Qorti Ewropea, bir-rispett kollu, mhijiex waħda tajba fil-kuntest ta’ dak li qed jagħmel il-Gvern. Hija wkoll interpretazzjoni li tkun kontra l-ħtieġa tal-Istituzzjonijiet Ewropej li jħarsu t-tradizzjonijiet u fatti speċje tad-diversi pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Jiena mill-ġdid nawgura lis-Sur Lucas Micallef u nappellalu biex fil-ħidma tiegħu favur il-kaċċa u l-insib, ikompli jimmodernizza l-messaġġ u jmexxi ’l quddiem il-prinċipju tant importanti tas-sostenibbiltà.

AKKOMODAZZJONI XIERQA – DRITT FUNDAMENTALI

ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew

Is-soċjetajiet tagħna huma mibnija madwar il-familja u madwar id-dar, il-post li fih il-familja tinġabar, il-post fejn insibu l-wens, niddiskutu l-problemi tagħna u fejn naqsmu n-niket u l-ferħ malgħeżież tagħna. Kull persuna għandha dritt fundamentali li jkollha aċċess għal akkomodazzjoni xierqa, dritt li huwa saħansitra mnaqqax fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti. Però sfortunatament ir-realtà turina li għadna ferm ’il bogħod

milli nassiguraw li dan iddritt jingħata lil kull persuna. L-istatistika turi li madwar tmenin miljun ċittadin tal-Unjoni Ewropea għadhom m’għandhomx aċċess għal akkomodazzjoni xierqa, madwar ħamsin miljun ċittadin m’għandhomx dħul diċenti biex ikunu jistgħu jżommu l-akkomodazzjoni tagħhom fi stat tajjeb u jħallsu l-kontijiet, filwaqt li huwa stmat li fl-Ewropa hawn madwar seba’ mitt elf ċittadin bla akkomodazzjoni u għaldaqstant kostretti jgħixu fit-toroq. Din mhix l-Ewropa li rridu ngħixu fiha u għaldaqstant irridu naraw li l-Unjoni Ewropea taġixxi u tassisti sabiex dan id-dritt ikun assigurat għal kull ċittadin. Akkomodazzjoni adegwata hija ħtieġa bażika fundamentali għall-benesseri u l-iżvilupp soċjali tagħna. Sfortunatament qed naraw kif matul is-snin, id-differenza li dejjem qed tkompli tikber bejn iż-żieda fid-dħul medjan u ż-żieda fil-prezzijiet tal-proprjetà, inklużi l-kirjiet, qed tikkawża piż żejjed fuq il-familji bi dħul baxx jew medju. L-isfidi

tal-affordabbiltà qed jintensifikaw għall-kategoriji b’introjtu aktar baxx, filwaqt li l-pandemija u t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li rriżulta fi tnaqqis tal-attività ekonomika, it-tnaqqis fid-dħul u l-qgħad komplew għarrqu s-sitwazzjoni. Matul din il-ġimgħa, flimkien mal-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-Onorevoli Roderick Galdes, ospitajt ġewwa pajjiżna konferenza proprju fuq dan is-suġġett, il-bżonn ta’ akkomodazzjoni adegwata bħala dritt fundamentali. F’din il-konferenza internazzjonali pparteċipaw numru ta’ partijiet interessati kemm minn Malta, fosthom l-Awtorità tad-Djar, il-Bank Malti għall-Iżvilupp, u professjonisti oħra fis-settur, kif ukoll fuq livell Ewropew, fosthom numru ta’ Membri Parlamentari Ewropej, rappreżentanti tas-Sħubija għall-Akkomodazzjoni tal-Aġenda Urbana tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Kummissarju Ewropew għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali, Nicolas Schmit. Mat-

ul din il-konferenza filwaqt li tkellimt fuq il-mudell li qed iħaddem il-Gvern Malti biex jindirizza din il-problema, sħaqt fuq il-bżonn li jkun hemm aktar investiment f’akkomodazzjoni affordabbli mill-Gvernijiet. Però aktar minn hekk, tkellimt fuq il-kuntest aktar wiesa’, fuq ilbżonn li nnaqqsu d-diskrepanza bejn id-dħul u l-infiq, b’mod speċjali għal familji ta’ dħul baxx u medju, billi b’mod partikolari naraw li l-miżuri li nintroduċu - mhux biss f’dan il-qasam soċjali, però b’mod aktar miftuħ - kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livelli nazzjonali, ikunu inklussivi u ma jħallu lil ħadd warajhom. Il-pandemija ħalliet impatt sinifikanti u inevitabbli wkoll fuq dan is-settur u għaldaqstant, issa li bħala Unjoni qegħdin nidħlu fil-fażi fejn ser nibdew niffokaw aktar fuq l-irkupru ekonomiku għandna opportunità tad-deheb biex naraw li nipprijoritizzaw din il-kwistjoni daqstant importanti. Barra minn hekk, kull Stat Membru jrid ukoll jassigura li permezz ta’ leġiżlazzjoni

u l-ġestjoni tal-art li jevitaw l-ispekulazzjoni, ikun hemm rabta diretta ma’ politika soċjali u ekonomika progressiva biex tiġi żgurata l-provvista ta’ akkomodazzjoni ta’ kwalità għal kategoriji ta’ dħul aktar eteroġenji. Il-limitazzjoni tal-profitti, speċjalment mill-proprjetà pubblika, hija wkoll kruċjali biex nilħqu l-mira ta’ aktar ugwaljanza fis-settur tad-djar. Nemmen li approċċ usa’ għall-akkomodazzjoni soċjali għandu jfittex li jiżgura akkomodazzjoni mhux biss għal dawk l-aktar vulnerabbli iżda wkoll għal persuni b’pagi normali. L-inaċċessibilità għal akkomodazzjoni ta’ kwalità, apparti li hija traġika, qiegħda tiswa ferm għall-ekonomija Ewropea, u għaldaqstant huwa ta’ interess għal kulħadd li nindirizzaw din il-problema mill-aktar fis. Inħares ’il quddiem għal aktar ħidma fuq livell Ewropew sabiex inkomplu niddiskutu din il-problema u nsibu soluzzjonijiet Ewropej li jkunu jagħmlu sens, ikunu effettivi u reżiljenti għal sfidi futuri.


13

04.07.2021

EKONOMIJA AKTAR AMBJENTALI LI JGAWDI MINNHA KULĦADD

AARON FARRUGIA Ministru

It-tranżizzjoni ekoloġika li pajjiżna għaddej minnha hi r-riżultat ta’ ħidma ta’ Gvern li jħares lejn l-ambjent u l-ekonomija bħala setturi li jikkumplimentaw lil xulxin. L-enerġija, l-istamina u l-viżjoni tagħna huma dawk li jixprunawna ’l quddiem u issa għandna f’idejna l-għodda biex inwettqu dan, fuq quddiem nett il-European Green Deal biex nindirizzaw l-isfida tat-tibdil fil-klima. Fil-jiem li għaddew kellna wkoll l-opportunità li niffinalizzaw il-pjan tagħna għall-irkupru li permezz tiegħu, Mal-

ta se tkun qed tingħata €350 miljun, b’nofshom imorru g ħ a d- d e k a rb o n i z z a z z j o n i tal-ekonomija tagħna, filwaqt li jinħolqu numru ta’ green jobs ġodda. Apparti minn hekk, se jkunu qed jinħolqu niċeċ ekonomiċi ġodda u b’hekk se nkomplu niddiversifikaw l-ekonomija. Huwa mbassar li l-impatt ta’ dawn ix-xogħlijiet ġodda se jkun daqstant kbir mhux biss minħabba n-natura impenjattiva tax-xogħol, iżda wkoll għaliex dawn ix-xogħlijiet se joffru assigurazzjoni lill-ħaddiema li x-xogħol tagħhom se jibqa’ sostenibbli u appoġġjat matul din it-tranżizzjoni ekoloġika tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Is-sostenibbiltà ta’ dawn ix-xogħlijiet se tkun qed tippermetti reżiljenza ekonomika, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi bħal dik li qed niffaċċjaw bħalissa kkawżata mill-imxija tal-COVID 19. Waħda mill-ikbar sfidi li niffaċċjaw bħala politiċi hija proprju kif se nfiehmu u niddefinixxu l-ekonomija l-ħadra – min jaħdem fiha, x’jagħmlu dawn il-ħaddiema u kif

għandha tkun l-ekonomija l-ħadra tal-futur? Għal dawn id-domandi, nies differenti jagħtu risposti differenti. Dan proprju għaliex ma teżistix definizzjoni waħdanija ta’ ekonomija ħadra u green jobs u d-definizzjonijiet preżenti huma addattati għar-realtajiet u l-ambizzjonijiet tal-Gvernijiet li jsawruhom. Meta wieħed jitkellem fuq green jobs qed nitkellmu fuq ħaddiema li xogħolhom ħafna drabi jkollu x’jaqsam ma’ l-oqsma tal-konservazzjoni ambjentali jew regolamentazzjoni ambjentali. Pajjiżna wkoll qed jaħdem għal din id-dekarbonizzazzjoni ekonomika permezz ta’ diversi strateġiji fit-tul li ġew publikati f’dan l-aħħar perjodu. Il-pjan fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart huwa wieħed minn dawn l-istrateġiji li se jkun qed jagħmel lill-ekonomija ta’ pajjiżna aktar ambjentalment sostenibbli u reżiljenti. L-għan aħħari ta’ dan il-pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa li jimmassimizza l-valur taliskart permezz ta’ soluzzjonijiet ħolistiċi u l-adozzjoni

ta’ approċċ kollaborattiv filwaqt li jippromwovi tibdiliet fl-imġiba. Dawn il-miżuri se jiżguraw li Malta tagħmel il-bidla tant mistħoqqa fl-immaniġġjar taliskart li tinkludi attivitajiet, azzjonijiet u ħolqien ta’ impjiegi ġodda li jkopru u jindirizzaw il-ħajja kollha tal-iskart. Din l-istrateġija se tkun qed timxi wkoll id f’id mal-ikbar investiment f’dan is-settur bl-isem ta’ ECOGHIVE - €500 miljun f’impjanti u tagħmir ġdid li se jkunu qed idawru l-iskart f’riżorsa ekonomija għal pajjiżna. Strateġija oħra li se tkun qed tixpruna din it-tranżizzjoni ekoloġika u l-ħolqien ta’ aktar green jobs hija l-Low Carbon Development Strategy. L-għan ewlieni tal-istrateġija huwa li tidentifika t-triq lejn in-newtralità tal-karbonju sal-2050 u tidentifika miżuri biex, fl-istess ħin, tadatta għat-tibdil fil-klima filwaqt li tilħaq il-mira nazzjonali tal-klima 2030 ta’ Malta li toħroġ mil-leġiżlazzjoni talUE. Bil-Low Carbon Development Strategy (LCDS), il-Gvern

se jkompli miexi ’l quddiem u jistabbilixxi possibbiltajiet ta’ dekarbonizzazzjoni għat30 sena li ġejjin u se jkompli jiżgura t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju minn setturi ewlenin tal-ekonomija. M’għandna ebda dmir akbar u iktar nobbli minn dak li nipproteġu l-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri u nipproteġu l-pjaneta tagħna. It-tibdil fil-klima se jibqa’ theddida għall-futur ta’ wliedna u wlied uliedna jekk ma titteħidx azzjoni. Żgħar kemm aħna żgħar, qegħdin inressqu ’l quddiem pjanijiet ambizzjużi sabiex nixprunaw it-tranżizzjoni ekoloġika tal-ekonomija tagħna u noħolqu ekonomija aħjar u aktar ambjentali. L-ekonomija tal-futur għandha tkun waħda li tgħin lill-ġenerazzjonijiet futuri sabiex jilħqu l-ambizzjonijiet tagħhom. Bħala Gvern, mhux biss qed insawru mill-ġdid diversi setturi ekonomiċi, iżda qed infittxu li ninvestu f’aktar green jobs, f’teknoloġiji diġitali u f’opportunitajiet ta’ innovazzjoni b’livell baxx ta’ karbonju.

naħdmu mal-Kunsilli Lokali sabiex il-komunitajiet tagħna jkollhom servizz ta’ kwalità. Dan qiegħed isir permezz ta’ ftehim bil-miktub ma’ kull Kunsill Lokali sabiex ix-xogħol u r-riżultati jkunu ta’ livell aktar għoli. Investiment ispirat mill-valuri tal-Partit Laburista – li nsaħħu l-komunitajiet tagħna. Apparti l-Kunsilli Lokali għamilna MoU’s ma’ diversi entitajiet fosthom mal-Aġenżija Sapport rigward servizzi ta’ manutenzjoni. Turija oħra tal-ħidma li għandu dan il-Gvern sabiex ilkoll ngħixu f’ambjent li jixraq lil Malta u Għawdex. Nemmen li qatt f’Malta ma rajna investiment daqshekk strutturat u kbir fl-indafa u l-manutenzjoni daqskemm rajna f’dawn l-aħħar snin. L-ippjanar ifisser skeda ta’ manutenzjoni li tiġi aġġornata ta’ spiss. L-istaġun tas-sajf iġib ħafna iktar xogħol lejn din id-Diviżjoni, minħabba li jitwaħħlu s-slielem u decking ta’ madwar il-kosta kollha, kif ukoll ikun hemm iktar xogħol

fil-bajjiet minħabba li tiżdied il-frekwenza tan-nies u f’dawn ix-xhur ikun permess li titneħħa l-alka. Fl-aħħar u mhux l-inqas infakkar li ta’ kull filgħodu ħaddiema minn dan id-dekasteru li jinsab taħt ir-responsabbiltà tiegħi, inaddfu l-bajjiet sabiex matul il-ġurnata Maltin u anke turisti li jżuru pajjiżna jkunu jistgħu igawdu l-baħar f’ambjent nadif. Ċirkustanzi partikolari jitolbu li tħaddem it-talenti moħbija tiegħek. Nistgħu jew neħlu fil-passat, jew naraw dan kollu bħala mod kif noħorġu iktar b’saħħitna. Dan huwa l-iktar Gvern li wettaq riformi u li kien ta’ sostenn għall-familji Maltin u Għawdxin. Taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, se nibqgħu mixjin ’il quddiem. Se ndawru din l-isfida f’opportunità oħra għax nemmnu f’ġejjieni aħjar. Dan is-sajf fih sfidi ġodda imma bis-sens ta’ ppjanar u twettiq li għandu dan il-Gvern, naslu żgur għax ħa nkomplu ninvestu fin-nies.

IS-SAJF U L-IPPJANAR

DEO DEBATTISTA Segretarju Parlamentari

Is-sajf reġa’ magħna, u bla dubju s-sajf Malti għandu togħma u sbuħija partikolari. X’hawn isbaħ mill-baħar, kisra ħobż biż-żejt u felli dulliegħa. Deħlin lejn sajf ieħor ftit differenti però li hu żgur huwa li f’dawn il-jiem se nsibu iktar ċans ingawdu s-sajf f’pajjiżna u niskopru l-Gżejjer tagħna daqslikieku turisti. Dan possibbli grazzi għall-mod bilanċjat, kawt u ta’ sostenn li mexxa bih dan il-Gvern. Is-sajf ma jfakkarniex biss fil-baħar u l-frott frisk.

Kien f’Lulju ta’ sena ilu li l-Gvern innegozja l-akbar pakkett ekonomiku li nġieb lejn pajjiżna. Ġid li se jwassal biex insaħħu s-sostenibbiltà u d-diġitalizzazzjoni. Il-frott ta’ dan se nkunu qed narawh filġimgħat li ġejjin fi proġetti li huma essenzjali għal pajjiżna. F’dawn il-ġranet hekk sħan, il-ħidma tagħna ma tiqafx. Ix-xogħol ikompli b’ippjanar u viżjoni għall-futur. Dan is-sens ta’ ppjanar u twettiq qed narawh bl-aħjar prassi ġewwa l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), l-Awtorità dwar il-Mediċini (MMA) u fid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni. L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur bniet taqsima ffukata fuq l-istrateġija u l-immaniġġjar tal-programm. L-ippjanar strateġiku ta’ din l-Awtorità ġie vverifikat minn awdituri internazzjonali li faħħru l-proċess li jirrifletti l-istandards internazzjonali. Dan

ikompli jibni fuq ir-rapport li ħareġ ftit tax-xhur qabel, mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fejn ġew rikonnuxuti l-passi ’l quddiem li saru fejn tidħol is-sigurtà tal-prodotti fis-suq. Nifraħ lil MCCAA li ħadet azzjoni konkreta biex timplimenta 93% tar-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali. Din hija turija oħra kif l-investiment fil-Governanza qiegħed iħalli l-frott. Min-naħa tal-Awtorità tal-Mediċini, għadna kemm varajna proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija li twassal sal-2025. Din hija bbażata fuq il-viżjoni li nibnu ċentru t’eċċellenza li javvanza regolamentazzjoni innovattiva u effikaċi. Kburi li fil-ġimgħat li għaddew, l-Awtorità dwar il-Mediċini ngħatat il-Good Practice Award mill-President ta’ Malta Dr. George Vella. Dan wara li l-ħidma tal-Awtorità ġiet skrutinizzata mill-Awditur Ġenerali, u ġiet imfaħħra għall-operat tagħha. L-ippjanar saħħaħnieh anke fejn jidħol it-tindif u l-manutenzjoni. Qegħdin


14

04.07.2021

Bini ta’ kampus ġdid għall-ITS b’appoġġ kbir għall-Industrija Turistika

Bini ta’ skola ġdida li tkun “near-carbon neutral” li sservi ta’ mudell għall-bini ta’ skejjel oħra

Faċilita ġdida għall-irmiġġ fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar/ Buġibba biex jiġi nkoraġġit trasport alternattiv

Investimenti biex jissaħħu l-infrastruttu tal-qasam tal-informati s-servizzi diġ kollha offrut mill-Gvern

PJAN AMBIZZJUŻ TA RKUPRU U REŻILJEN JAQBEŻ IL-MIRI TAL

IT-€345 MILJUN GĦAL INVESTIMENTI PUBBLIĊI U GĦAS-SET Se jinbena ċentru ġdid tad-demm magħruf bħala “Blood, Tissue and Cell Centre”

Inċentivi għas-settur privat biex jakkwista karozzi, muturi u roti li jaħdmu bl-elettriku

Ikomplu r-riformi biex tissaħħaħ il-governanza fil-pajjiż u introduzzjoni ta’ sistema diġitali fil-Qrati

Il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza li l-Gvern Malti qed jissottometti għall-iskrutinju tal-Kummissjoni Ewropea huwa wieħed mill-aktar ambizzjużi li tfassal fuq miri speċifiċi. Meta kien qed jitkellem filParlament f’diskussjoni dwar dan il-pjan, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi fisser kif it-€345 miljun allokati għal dan il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza jridu jintefqu skont il-miri li ġew stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea stess. Fost dawn il-miri hemm li 37% minnhom iridu jmorru għal inizjattivi u investimenti fil-qasam tal-ambjent biex tkun indirizzata l-isfida tat-tibdil fil-klima, u 20% oħra għal dik li qed tissejjaħ bħala t-tranżizzjoni diġitali biex l-ekonomija ssir aktar diġitali. Skont il-pjan, il-Gvern Malti qiegħed saħansitra jkun aktar ambizzjuż millmiri li stabbiliet il-Kummissjoni Ewropea. Fil-fatt, 49% tal-investimenti kollha li se jsiru mill-għotja lil Malta ħa jkunu filqasam ambjentali filwaqt li f’dawk li huma investimenti fil-qasam diġitali dawn se jlaħħqu s-26% tan-nefqa kollha. Zrinzo Azzopardi tkellem fil-Parlament dwar il-konsultazzjoni wiesgħa li saret dwar il-programmi ta’ nfiq minn Fondi

Ewropej li jridu jiġu attwati fis-seba’ snin li ġejjin wara li Malta rnexxielha takkwista allokazzjoni rekord ta’ €2.27 biljun, id-doppju ta’ dak li kienet kisbet l-amministrazzjoni Nazzjonalista għasseba’ snin li għaddew. Din l-allokazzjoni tinkludi l-flus li ħa jintefqu f’dan il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza. Fit-tfassil ta’ dan ilpjan il-Gvern ikkunsidra l-ħsibijiet kollha ta’ madwar 145 organizzazzjoni, NGOs, ministeri u entitajiet pubbliċi u privati. Fid-diskors tiegħu is-Segretarju Parlamentari ta dettalji speċifiċi tar-riformi u l-investimenti kollha li se jsiru permezz ta’ dan il-pjan u kemm il-proġetti magħżula huma kollha indirizzati partikolarment lejn il-miri li trid tilħaq Malta fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u biex ikollna ekonomija ċirkulari li tnaqqas l-emissjonijiet talkarbonju. Dawn huma kollha proġetti li ħa jtejbu l-ambjent fil-Gżejjer Maltin u għaldaqstant jaffettwaw pożittivament ilħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Proġetti ewlenin oħra huma dawk filqasam ta’ mira oħra ewlenija tal-Unjoni Ewropea, dik tad-diġitalizzazzjoni talekonomija. Se jsiru investimenti kbar biex aktar servizzi tal-Gvern jiġu diġitalizzati. Zrinzo Azzopardi semma wkoll

Jinbidlu għal elettriċi l-vetturi li jintużaw fis-servizz pubbliku u għajnuna biex jibdew jinbidlu l-vetturi tattrasport pubbliku

l-investiment massiċ turistiku bil-bini ta Institute of Tourism żgħażagħ Maltin se j f’kampus “state-o programmi ta’ tagħl l-industrija turistika u li ħa jkollha bżonn Anke fis-saħħa se tad-demm magħruf and Cell Centre li l-ħtiġijiet kollha tal-p fis-snin li ġejjin. Is-Segretarju Zrinzo Azzopardi li anke f’dan il-p qed ikompli jagħti sħiħa lill-Governan b’investimenti fid-diġ tas-sistema ġudizzj l-qrati. Huwa saħaq li huwa ħolqa minn inizjattivi li dan ilfl-interess tal-pop u Għawdxi kollu salvagwardjati l-im jitkattru biex il-ġid jasal għand kulħadd

Investimenti fil-Faċilità ġd tal-Outpatien fl-Isptar Mat Dei u għaddiġitalizzazzj ta’ taqsimiet servizz tas-sa partikolarme id-Dipartime tal-Patoloġija


15

04.07.2021

i u ura

ika u ġitali ti

Investimenti fir-rinnovazzjoni ta’ binjiet pubbliċi, skejjel u sptarijiet pubbliċi biex isiru effiċjenti fl-użu tal-enerġija u jonqsu l-emissjonijiet

A’ NZA LI L-UE

TTUR PRIVAT

ċċ li se jsir fil-qasam a’ Kampus ġdid talm Studies (ITS) fejn jkunu jistgħu jitħarrġu of-the-art” li joffri lim u taħriġ ġodda li għandha bżonn illum fil-ġejjieni. e jinbena ċentru ġdid bħala Blood, Tissue i se jkun jaqdi pazjenti Maltin

Parlamentari saħaq ukoll pjan il-Gvern i importanza nza tal-pajjiż ġitalizzazzjoni jarja inklużi

dan il-pjan numru ta’ -Gvern ħa plu Malti biex jiġu mpjiegi u d ikompli d.

i dida nts ter

joni t tasaħħa ent ent a

Investimenti f’toroq, pajsaġġi u spazji miftuħa biex jitħaddmu b’enerġija rinnovabbli


16

04.07.2021

IL-PL BAQA’ JIĠĠEDDED GĦALL-AĦJAR DAVINA SAMMUT HILI KANDIDATA GĦALL-1 DISTRETT

MIN HI DAVINA SAMMUT HILI? Davina hija bint Christopher u Sandra Sammut née Hili. Gradwata mill-Università ta’ Sunderland b’Baċellarat filBusiness Management kif ukoll b’Masters in Management with Finance mill-Università ta’ Chester fl-Ingilterra. Għal 10 snin Davina ħadmet f’Bank lokali, kif ukoll ħadmet bħala EU Fund Officer fid-Dipartiment tal-Biedja u Sajd. PROFESSJONI - Uffiċjal tas-Servizz Pubbliku, Sindku tal-Furjana, u Ġurnalista Sportiva fil-kamra tal-aħbarijiet sportivi ta’ ONE. STAT – F’relazzjoni LOKALITÀ FEJN TGĦIX – Il-Furjana

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Kienet għażla naturali għalija. In-namra għall-politika kienet dejjem imsawra fija. F’età zgħira ta’ 16-il sena kont diġà nokkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-Kumitat tan-Nisa Laburista fil-Furjana. Ta’ 18-il sena dħalt membru attiva fil-Kumitat lokali tal-istess lokalità. Ix-xewqa li nikkontesta għal xi elezzjoni dejjem kienet hemm, iżda minħabba l-età kelli nistenna l-elezzjoni tal-2012 biex nikkontesta elezzjoni. Huwa unur u privileġġ għalija li dejjem kont eletta f’kull elezzjoni lokali, fejn għal żewġ leġiżlaturi konsekuttivi

IKEL FAVORIT – Għaġin PASSATEMP – Qari KTIEB FAVORIT – Jiena persuna li nammira ħafna lill-Familja Obama u bla ebda dubju wieħed mill-kotba favoriti tiegħi hu Becoming. Ktieb li jimmotivani u jkompli jispirani sabiex inkompli nistinka fil-ħidma politika tiegħi. ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – “There is no limit to what we, as women can accomplish”- Michelle Obama Messaġġ li nżomm f’moħħi quddiem kull sfida li jkolli quddiemi.

ġejt eletta bħala Sindku u kont anke l-ewwel mara li okkupajt din il-kariga fil-Furjana. Kull min jafni mill-qrib jaf li jiena dejjem lesta biex ngħin lil ħaddiehor. Proprju għalhekk il-politika togħġobni, għaliex il-politiku jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies. L-aktar li tagħtini kuraġġ hija l-missjoni li jekk tagħmel differenza f’ħajja ta’ persuna waħda, tkun qed tagħmel xi ħaġa tajba. Il-Partit Laburista kien u għadu l-partit li dejjem kien viċin in-nies, irrispettivament mil-liema sfera soċjali ġej. Il-prinċipji soċjalisti miżrugħa f’għeruq il-Partit Laburista bnew sistemi f’pajjiżna li kulħadd jista’

jilħaq l-aspirazzjonijiet personali tiegħu, filwaqt li kull individwu jista’ jgħix ħajja kif jixtieq, f’soċjeta nieqsa mil-preġudizzji u ugwali. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? Jiena li għandi għal qalbi l-finanzi u l-ekonomija, waħda mill-aktar kisbiet importanti li għamel Gvern Laburista kien il-fatt li rnexxielu jdawwar ir-rota ekonomika u jikseb riżultati pożittivi b’surplus wara l-ieħor. Minn pajjiż f’riskju ta’ excessive deficit procedure, spiċċajna fost l-aqwa pajjiżi Ewropej. Grazzi għal dawn ir-riżultati, l-poplu seta’ jgawdi l-frott ta’ dik il-ħidma f’pandemija li ġabet bosta pajjiżi oħra f’sitwazzjonijiet diffċili. Kisbiet oħra li ħallew impatt, kienu l-ħemel ta’ liġijiet li ħolqu pedamenti sodi għal soċjetà ġusta u ekwa f’pajjiżna. Minn pajjiż marbut bil-ktajjen konservattivi għal pajjiż li fih kulħadd jista’ jħobb lil min irid u li fih kulħadd ikollu t-tieni ċans li jerġa’ jħobb fiżżwieġ. Il-Partit Laburista qiegħed ilesti lil pajjiżna għall-futur, f’demokrazija moderna f’qafas sod ta’ governanza tajba. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin? Il-Partit Laburista baqa’ jfittex li jkun verżjoni aħjar tiegħu nnifsu. Bil-moviment sod mibni madwar il-prinċipji Laburisti, il-partit baqa’ jiġbed fih l-aqwa talenti tal-pajjiż u anke persuni b’ħiliet differenti. Fl-opinjoni tiegħi impatt sinifikanti kien il-parteċipazzjoni ta’ aktar żgħażagħ li jimmilitaw fi strutturi differenti tal-Partit. Dan qed narawh meta llum għandna Ministri u Segretari Parlamentari ta’ età żagħżugħa li qed imexxu lil pajjiżna taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela. Il-Prim Ministru Robert Abela huwa

Dan kollu juri r-rieda li għandu Dr Robert Abela biex pajjiżna jbiddel dak li kien ilu jsir l-istess għal snin twal biex ikollna pajjiż modern li jibqa’ jattira l-aqwa talenti u investimenti

l-bniedem li ma jemminx fl-istatus quo u li ma jibżax jiddeċiedi. Dr Abela qed imexxi b’viżjoni biex iħejji lil Malta u Għawdex tal-futur. Fi Gvern riformista, qed naraw lillPrim Ministru Abela jmexxi ’l quddiem numru kbir ta’ bidliet fl-istituzzjonijiet tagħna, fejn qatt daqs illum ma għaddew daqshekk liġijiet mill-Parlament Malti. Dan kollu juri r-rieda li għandu Dr Robert Abela biex pajjiżna jbiddel dak li kien ilu jsir l-istess għal snin twal biex ikollna pajjiż modern li jibqa’ jattira l-aqwa talenti u investimenti. Dan kollu jikkonfermawh il-credit rating agencies internazzjoni li baqgħu jfaħħru ħidmet il-Gvern Malti. Dr Robert Abela se jibqa’ msemmi wkoll bħala l-Prim Ministru li jkun ħoloq ugwaljanza de facto fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament Malti. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Waħda mill-ħolm tiegħi hi li Malta tibqa’ tavvanza ’l quddiem sabiex inkomplu nkunu mal-aqwa pajjiżi tad-dinja. It-tieni ħolma tiegħi hi li jkun hawn aktar tfajliet u nisa li jipparteċipaw fil-politika, kif ukoll li jkomplu jinħatru aktar nisa f’karigi għoljin tal-pajjiż.


17

04.07.2021

IL-PAJJIŻ MEXA ĦAFNA F’QASIR ŻMIEN ANDY ELLUL

KANDIDAT GĦALL-1 U T-3 DISTRETT MIN HU ANDY ELLUL? Twieled fl-1975. Fl-2003 huwa kiseb Baċellerat fil-Liġi u sena wara ġab Diploma fil-Liġi Notarili u gradwa bħala Nutar. Fl2007 huwa lesta b’suċċess Dottorat fil-Liġi u ftit wara gradwa bħala Avukat. Andy għandu wkoll Diploma fil-ġurisprudenza kanoninka li biha jipprattika quddiem it-Tribunal Ekkleżjastiku. Andy jmexxi ditta legali u fil-preżent huwa wkoll iċ-Chairperson tal-Kumitat Nazzjonali dwar Parental Alienation u l-President tal-Kunsill Nazzjonali għall-Infermieri u l-Qwiebel. Huwa kien ukoll Kap tad-Delegazzjoni Maltija ġewwa l-Kunsill tal-Ewropa fil-Kumitat Lanzarote, u rrappreżenta lil Malta f’diversi pajjiżi u fora internazzjonali oħra. Fil-preżent Andy huwa Konsulent Legali għall-Gvern u kien strumentali fit-tibdil ta’ diversi liġijiet importanti għal pajjiżna. PROFESSJONI - Avukat u Konsulent Legali. STAT – F’relazzjoni ma’ Claudia Cuschieri għal dawn l-aħħar 18-il sena. Huma għandhom tifel ta’ 7 snin jismu Gianni. LOKALITÀ FEJN JGĦIX – Il-Madliena Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Li nikkontesta mal-Partit Laburista kienet l-aktar deċiżjoni faċli u naturali għalija. Huwa l-Partit li nħobb, li dejjem iddefendejt u li mmilitajt fih għal dawn l-aħħar snin. Jiena nħaddan prinċipji soċjalisti u għalhekk ma nista’ qatt nimmilita f’ebda partit ieħor. Kif għidt, li nikkontesta mal-Partit Laburista kienet faċli. Li ma kienx faċli huwa li nikkontesta l-elezzjoni ġenerali. Mhux deċiżjoni faċli li tidħol fil-ħajja politika, speċjalment meta tasal fi stadju fejn tkun ilħaqt il-qofol tal-karriera professjonali, fil-każ tiegħi fil-qasam legali. Dan għaliex il-politika mhux biss teħodlok ħafna ħin, imma żżommok ukoll ’il bogħod mill-familja. Ħa nidħol fil-politika biex nagħti u żgur mhux biex nieħu! Jien nemmen li persuna għandha tidħol fil-politika mhux biex b’xi mod tagħmel għejxien minnha, imma għax ikollha x’toffri frott l-esperjenza talħajja u dik professjonali. Inħoss li dawn iż-żewġ elementi qegħdin fija u kien għalhekk li lqajt l-istedina tal-Prim Ministru Robert Abela biex nikkontesta fuq żewġ distretti, jiġifieri fuq it-3 u l-1 distrett elettorali. Wara li servejt f’diversi karigi u rrappreżentajt lil pajjiżna f’diversi pajjiżi u organi, issa nħossni f’pożizzjoni li nista’ nagħti kontribut bħala Deputat kemm-il darba niġi elett. Barra minn hekk, lil Malta nħobbha wisq, u ejja ngħiduha kif inhi, x’hawn isbaħ milli tagħti kontribut għal pajjiżek? Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin?

IKEL FAVORIT – Għaġin - proprjament platt spaghetti bi kwalunkwe zalza. PASSATEMP – Qari u vjaġġar. KTIEB FAVORIT – Leadership Dubai Style, miktub minn Dr Tommy Weir. Dan huwa rakkont minn persuna li għex u ħadem ġewwa Dubai, fejn jispjega s-suċċess ta’ dan il-pajjiż f’ħafna oqsma li fihom eċċella fi żmien relattivament qasir. L-aktar li laqtitni hija l-viżjoni li biha jaħsbu, kif jippjanaw u fl-aħħar mill-aħħar kif l-imħuħ f’dan il-pajjiż iwettqu l-proġetti. ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – Minn mindu kont tifel missieri dejjem kien jisħaq fuq il-frażi “kull deni ħudu b’ġid”. Allura tgħallimt li fil-ħajja meta xi ħaġa ma tiġix kif tixtieq qalbek, dak jista’ jfisser, u xi kultant hekk iseħħ, li dik l-esperjenza li tkun għaddejt minnha tista’ tbiddillek ħajtek għallaħjar. Dejjem emmint f’dan il-messaġġ għax filprattika naħseb li hekk jiġri hekk wieħed ikun preparat għal kull eventwalità.

portunitajiet ta’ mobilità soċjali u żamm lill-ħaddiem u liż-żgħir fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni li ħa. Kieku ma kienx għal Gvern Laburista magħmul minn nies progressivi u liberali kieku llum il-ġurnata m’għandniex liġijiet li jħarsu liż-żgħir u lill-minoranzi, u liġijiet li taw dinjità lil ħafna nies. Kieku kien għall-konservattivi tal-PN lanqas biss nistgħu nitkellmu dwarhom dawn il-liġijiet aħseb u ara kemm ingawdu l-frott tagħhom!

ħa Robert Abela fl-aħħar xhur?

Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin?

X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta?

Il-Partit Laburista qatt ma’ beża’ jiġġedded la fil-passat u lanqas fil-preżent riċenti. Biex tispjega kif iġġedded il-partit tagħna matul iż-żmien trid tikteb volumi. Biex nibqa’ fuq l-istorja riċenti, qabel 1996 iġġeddidna bil-kbir. Konna l-ewwel partit li waqqafna stazzjon televiżiv, stazzjon tar-radju, imxejna fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista ġewwa l-Ħamrun, fost diversi tibdiliet oħra li saru fl-istrutturi interni tal-Partit. Komplejna niġġeddu anke wara u l-aktar li rajna tibdil, fl-opinjoni tiegħi, kien mill-2008 ’l quddiem. Komplejna niġġeddu saħansitra anke tul l-aħħar leġiżlatura. Kieku m’għamilniex hekk, kieku la rbaħna l-elezzjoni tal-2013 u wisq anqas l-elezzjonijiet l-oħra kollha. Kieku dan l-aħħar il-PL ma reġax iġġedded waqt li saħansitra qiegħed fil-Gvern, xi ħaġa li tal-PN lanqas fl-Oppożizzjoni ma kienu kapaċi jagħmlu, kieku m’għandniex partit b’saħħtu daqskemm għandna llum. Li tiġġedded huwa ċ-ċavetta tassuċċess! Dan mhux qed ngħidu jien, imma l-istorja tal-Partit glorjuż tagħna titkellem weħidha.

L-akbar suċċess tal-Partit Laburista kien li dejjem investa fin-nies, ħoloq op- X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li

Robert Abela ħa deċiżjonijiet iebsa. Żgur li ma kinux deċiżjonijiet populisti. Ċerti deċiżjonijiet ma jinżlux tajjeb ma’ kulħadd, imma l-Gvern irid iħares lejn l-interess nazzjonali meta jiġi biex jieħu deċiżjonijiet kruċjali. Illum inħarsu lejn Robert Abela bħala dik il-persuna li mexxiet lil Malta fil-maltemp, minkejja li sab ma’ wiċċu ħafna forzi li l-għan tagħhom kien u huwa biss, dak li jfixklu.

Il-ħolma tiegħi għal Malta hija li jkollna pajjiż modern, fejn kulħadd ikun jista’ jgħix ħajja diċenti. Nixtieq nara aktar element ta’ patrijottiżmu u edukazzjoni f’ċerti oqsma. Mentalità aktar miftuħa fis-sens li ma niġġudikawx f’ħakka t’għajn. Nemmen li bħala pajjiż imxejna ħafna ’l quddiem u naħseb anke fi żmien relattivament qasir ukoll. Jibqa’ l-fatt li hemm ħafna aktar xi jsir u żgur li hemm aktar nies li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna għax minkejja dan il-ġid kollu li ħloqna jista’ jkun li ma lħaqniex lil kulħadd.


18

04.07.2021

IL-PJANI LOKALI

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

IT-TIELET PARTI

mgħarrqin għax ikun sar żvilupp fil-viċin li jkun affettwa trejqet l-ilma, li qabel kien jgħaddi minnha bla problemi ta’ xejn. Dan japplika speċjalment għal żoni li jilqgħu fihom ilma minn lokalitajiet oħrajn jew żoni oħrajn iktar fl-għoli fl-istess lokalità. Apparti l-ilma, trid tittieħed ukoll inkonsiderazzjoni, data eżistenti dwar sistemi ta’ drenaġġ u servizzi tal-ilma u provvista tad-dawl. Ma jagħmilx sens li nippermettu ċerti żviluppi fil-pjan lokali bla ma jsir studju tal-provvista ta’ sevizzi simili u nispiċċaw inkissru toroq u żoni bla bżonn għax ikun wara li jsir l-iżvilupp li nindunaw li hemm bżonn investiment u tibdil fl-infrastruttura.

Trasport F’dan l-aħħar artiklu fuq is-suġġett, nagħtu ħarsa lejn il-lokalitajiet tagħna fl-aktar af- Kif aċċennajt aktar qabel, trid issir referenza dettaljata għal mezzi ta’ trasport. Dan farijiet li jolqtu l-ħajja tar-residenti. iġib miegħu bidla fl-infrastruttra u ħolqien ta’ spazji ġodda biex ikun hemm sistemi ta’ Spazji miftuħin konnettività b’mod tajjeb u sigur. Il-fiżjonomija tat-toroq, bankini, spazBla dubju, kull lokalità jixirqilha li jkollha spazji miftuħin, li jservu ta’ konnettività ji għar-roti, scooters u aċċess għall-mixi bejn ir-residenti u żvog soċjali fejn familji huma kruċjali f’dan il-kuntest. L-infrasu anzjani jiltaqgħu u t-tfal jilagħbu. Huma truttra trid tkun tieħu ħsieb li dawn il-modi spazji li fihom jagħtu lok li l-ġirien isiru kollha ta’ trasport differenti, jiġu integrajafu lil xulxin u ma jibqgħux stranġieri għal ti flimkien. Qed nirreferi partikolarment għal deċiżjonijiet tajbin biex nieħdu ħsieb xulxin anki jekk jgħixu fl-istess blokka. Jeħtieġ imbagħad li noħolqu konnettività dak li jissejjah ‘last mile trasportation’. Kif anki bejn dawn l-istess spazji miftuħin. Ma wieħed jista’ juża l-mixi jew ir-rota biex jagħmilx sens li jkollok żewġ spazji miftuħin jasal għat-trasport pubbliku fil-periferija f’partijiet differenti tal-lokal, mingħajr xi tal-lokal, imma t-trasport fil-qalba tal-lokal forma ta’ konnettività anke bl-użu ta’ modi ikun jista’ jsir bir-rota, scooters jew mixi. Biex dan isir, irridu naraw li nipprovdu alternattivi ta’ trasport bejniethom. L-istess spazji jrid isir studju fuqhom dwar x’ jistgħu u nidentifikaw spazji fil-periferija tal-lokal li fihom ikun hemm spazji taħt l-art għalljippermettu fihom. Dawn l-istess spazji, ħafna drabi huma parkeġġ. Domanda li trid issir hi jekk aħniex sors jew l-uniku sors li permezz tagħhom se nibqgħu noħorġu permessi ta’ garaxxijijista’ jkollna ħdura miżżewġa mal-urban. et mad-djar u allura dan iwassal biex ma Spazji li jridu jkunu qed jisseparaw binijiet jkunx possibbli li niddedikaw żoni pedonminn oħrajn. Dan japplika anki għal meta ali għax kulhadd irid bilfors jasal sad-dar jkun hemm żvilupp ta’ housing affordabb- tiegħu bil-karozza privata. Iż-żoni pedonali li jew oqsma ta’ djar pubbliċi. Il-ħolqien ta’ huma importanti ħafna wkoll. Dawn jagħtu lok ghal iktar żoni fejn dawn l-ispazji jagħtu lok ukoll għal negozjar bejn il-Gvern u l-privat biex fejn is-soltu ssir wieħed ikun jista’ jagħmel użu mill-iktar espropjazzjoni ta’ art għal żvilupp ta’ toroq mod ta’ tras­port sostenibbli – il-mixi tajjeċċ... wasal iż-żmien li nikkunsidraw ukoll eb għax ma jħammiġx, tajjeb għas-saħħa li l-Gvern jixtri mingħand il-privat artijiet u huwa wkoll l-irħas mod ta’ trasport għax biex jiżvilupphom fi spazji miftuħin għan- huwa b’ xejn. nies. Wasal iż-żmien li nagħtu lura lin nies Pjani lokali skaduti dak li ħadnielhom tul is-snin. Bijodiversità Il-pjan għandu wkoll jara li jillokalizza spazji ta’ bijodiversità u l-valuri tagħha. Kif din il-bijodiversità tista’ possibbilment tkun inkluża fl-iżvilupp li jkun suġġerit li jsir. Irid jintwera biċ-ċar, pjan ta’ kif il-bijodiversità tista’ tiġi ppjantata u fejn u l-mod kif din ser tiġi u tibqa’ tkun protetta. Dan jevita li jista’ jkun hemm diżgwid jew argumentazzjoni fuq policies fil-futur. Għalhekk hu importanti li ż-żona tiġi assessjata b’mod sew fil-pjani inizjali. L-immaniġġjar tal-ilma Pjan simili għandu jaħseb ukoll għal postijiet apposta minn fejn se jgħaddi l-ilma tax-xita u fejn jista’ jinġabar. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu f’dan l-istadju huma kruċjali biex meta jsir l-iżvilupp, ma ssirx ħsara b’mod li l-ilma jibqa’ jiskula tul it-triqat u jispiċċa fil-baħar, jew iwassal għal għargħar f’ċerti nħawi. Trid tingħata konsiderazzjoni kbira dwar dan għax spiss naraw toroq li jispiċċaw

Kif għedt, il-pjani tal-2006 ilhom li skadew sa mill-2009, għax kienu statiċi u ma ħasbux għall-futur, apparti li fihom iddaħħlu għadd ta’ artijiet fiż-żona ta’ żvilupp. Dan minnu nnifsu naqqas iċ-ċans għal aktar spazji miftuħin. Huma pjani lokali li ma ħarsux biżżejjed l-aspett ambjentali u saru diversi eċċezzjonijiet li wasslu għal qerda tal-karatteristiċi ta’ għadd ta’ lokalitajiet tagħna. Issa hu ċ-ċans li nibdlu din id-direzzjoni. Wasal iż-żmien li jsir studju bis-serjetà dwar il-pjan u l-prijoritijiet tal-ambjent urban. Nistenna li dawn l-istudji jsiru b’konsultazzjo­ni wiesgħa mal-istakeholders kollha, l-iżjed mal-Kunsilli Lokali, li huma fundamentali f’dan kollu għax għandhom vizjoni ċara sal-2024 u determinati li din il-viżjoni titwettaq biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-resident. Hu obbligu għalhekk tal-Gvern u ta’ kull entità jew aġenzija tiegħu biex jikkonsultaw mal-Kunsilli, l-eqreb awtorità tar-resident. Bla dubju ta’ xejn, dawn huma strumentali biex dawn il-pjani lokali jkunu qed jilqgħu għall-isfidi tal-lum u t’għada.

Sur Editur, Kemm tgħaddi malajr ġimgħa! Ara sewwa jgħidu li ż-żmien itir. Imma fl-istess ħin, afli naraha twila ġimgħa! Mhux qiegħed inħawwad tafx! Ma biddiltx ismi għal Bernard, dak iċ-ċampjin tattaħwid. Issa ngħidlek jien għalfejn, Sur Editur. Naraha tgħaddi malajr għax imbierek Alla, ngħixu tajjeb qegħdin u allura malajr tgħaddi ġimgħa. Imma naraha twila għax blożbreċ ħmerijiet li naqra li ġejjin min-naħa tal-partit tagħhom, inkun imwebbel biex nikteb xi ħaġa kuljum, imma l-KullĦadd kull nhar ta’ Ħadd, hux! Ara qiegħed sew dan l-istja Bernie ta! Naf, naf li dejjem hekk ngħid, imma tagħtini tort, jew? Ma tgħaddix ġurnata li hi ġurnata li ma jgħażaqx xi waħda! Mela ftit inqas minn sena ilu l-Prim tagħna rnexxielu jġib pakkett ta’ fondi ta’ ma nafx kemm-il miljun – fuq it-tliet mitt miljun – l-akbar somma li Prim Ministru Malti qatt ġab mill-Unjoni. Issa kif qed naqra, dawn il-flus qed jiġu diskussa ma’ min għandhom jiġu diskussa. U taf bħali biex ħareġ l-għaref ta’ Kap tal-Oppożizzjoni, Sur Editur! Qal li l-Gvern ma kkonsultax! Meta l-Gvern kien għadu kif qal li qed jikkonsulta – u rajna l-filmat fl-aħbarijiet! Imma dan qiegħed jgħix f’dinja jew le? U l-aġġettivi li ħareġ bihom! Li l-Gvern huwa dilettant, li l-Gvern qed jiddisprezza lill-Oppożizzjoni – issa din il-biċċa xogħol qed jagħmluha huma stess fuqhom infushom ta – ma tantx hemm bżonn li jkun hemm ħaddieħor jagħmilha! Kompla jgħid li l-Gvern huwa supperv u arroganti! Ara trid tkun banana biex tgħid li dan huwa Gvern arroganti ta – meta l-PeNe jeċċella fl-arroganza! Anzi tant huma arroganti, li se jdaħħluha bħala parti millistatut tagħhom l-arroganza! “Il-Partit Nazzjonalista jafferma li hu partit mifni bl-arroganza b’vokazzjoni li jdaħħal il-politika partiġjana f’kollox, akkost li jaħdem kontra pajjiżu biex iservi l-interess tiegħu li jaħseb li għandu dritt sagrosant li jiggverna hu biss”. Imbagħad l-abbatini ta’ dawk li jikkmandaw lil Bernie – x’inhuma ħelwin Sur Editur! Vera fihom għaxqa! Dawn tar-Repubblika qed ngħid. L-ewwel jaraw kif jagħmlu minn kollox biex iħammġu lil Malta li mhux tagħhom, imbagħad jiskjaraw ruħhom quddiem Kastilja u joħorġu b’kazzata liema bħalha! Jiġu jitfgħu t-tort fuq il-Labour u l-Laburisti li ħammiġna isem pajjiżna mal-erbat irjieħ tad-dinja. Ara vera trid tkun waħda minn dawk ta’ Strada Stretta fi żmien il-baħrin biex tgħid hekk! U xi jridu allura dawn? Kemm huma simpatiċi hux! Iridu li l-forzi politiċi ta’ pajjiżna jwelldu Gvern ta’ Solidarjetà Nazzjonali, li jkollu l-mandat pre-stabbilit li jwassal biex ikollna elezzjonijiet ġenerali f’Ġunju tal-2022! Iridu li d-deputati jċedu s-siġġu ħalli jkompli jiggverna min iridu huma! U le! Ħa ngħid lil Melda tiegħi tagħmilli kafe u nieħu kwarta brejk qabel inkompli nikteb għax inkella żgur tiċċensurani. U ma nafx kif fil-kitba tista’ tagħmel paragrafu kollu beep, beep, beep, jien, Sur Editur! Imbagħad Bernie dil-ġimgħa! Ajma kif iġegħelni niżgarra dal-bniedem! Waqt intervista fuq ir-radju tagħhom smajtu jistieden lill-Prim tagħna biex flimkien mal-esperti u l-Oppożizzjoni, jpoġġu madwar mejda u jiddiskutu t-triq ’il quddiem ta’ kif pajjiżna jista’ joħroġ mil-lista l-griża. L-ewwel tefa’ l-ġebla u issa qed jipprova jaħbi idu das-sabiħ, ħej! L-ewwel kiteb ittra biex idaħħluna fil-lista l-griża u issa jrid li l-Prim tagħna joqgħod bilqiegħda ħdejh u jiddiskuti miegħu. U jmur għand boxxla xjaten! U fl-intervista reġa qal li l-PeNe għandu proposti konkreti dwar l-enerġija u l-IVF u li aħna tal-Labour ikkupjajnieh. Aħjar Alla jżommli ilsieni, Sur Editur! Żewġ suġġetti li żgur ma jistax jitkellem dwarhom il-PeNe! Niftakar kemm kienu ħarġu kontra l-IVF – ibda minn Michael Axiaq tagħhom! X’ ikkopja, ikkopja l-Labour! Jipproponi proposti konkreti! Konkreti daqs il-konkrijt ta’ Mater Dei, Sur Editur! Għad-dieħla!


19

04.07.2021

GĦERUQ KOMUNI BEJN MALTA U L-LIBANU Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

L-ewwel jum tax-xahar ta’ Lulju din is-sena ngħata tifsira speċjali. Kien jum li fih il-Knisja permezz tal-Papa Franġisku ddedikatu lin-nazzjon tal-Libanu. Kien jum li fih rajna xeni ta’ fraternità bejn il-knejjes Insara fil-Libanu li nġabru madwar il-Papa fil-Vatikan għal jum ta’ talb u djalogu dwar sehem il-Knisja biex dan il-pajjiż jerġa’ jqum fuq saqajh. Żgur li ħafna semgħu u qraw dwar is-sitwazzjoni diffiċli li qed tgħix din l-art, tant imsemmija fil-Bibbja u deskritta bħala l-post li jnixxi ħalib u għasel! Għalina l-Maltin, hija wkoll art speċjali ħafna u għażiża, għax min-nies tagħha tnisslu l-għeruq tagħna li għadhom ħajjin speċjalment fil-lingwa tagħna. Għalhekk xtaqt naqsam magħkom ftit ħsibijiet dwar ir-rabtiet tagħna l-Maltin mal-art taċ-ċedri. Il-Feniċi kienu nies tal-baħar li kienu jgħixu tul il-Kosta tal-Lvant, u baħħru lil hinn mill-konfini tad-dinja magħrufa. Għalkemm ivvintaw il-kitba, ma ħallew xejn miktub dwarhom, iżda grazzi għall-fdalijiet tal-fuħħar, u l-ksur tal-kodiċi fuq iċ-ċippus ta’ Malta nafu xi ħaġa dwar dan il-poplu misterjuż. Fi tmiem l-Età tal-Bronż seħħew diżastri naturali kbar. L-istoriċi jirrakkontaw dwar ġuħ kbir, li ġġenera fenomenu importanti ta’ migrazzjoni. Meta sabu ruħhom magħfusin bejn l-avvanzi tal-armati Lhud u l-baħar, il-Feniċi emigraw lejn Ċipru fil-viċin, u mbagħad lejn il-Gżejjer Eġej. Bejn l-1000 u t-800 QK waslu fi Spanja fejn skoprew il-landa, il-fidda u l-ħadid. Dak iż-żmien kien hemm żewġ rotot, waħda tat-Tramuntana u waħda tan-Nofsinhar u Malta kienet kważi f’nofs it-triq tat-tnejn. Oriġinarjament il-Feniċi kienu kummerċjanti, u ma kellhom l-ebda interess li jwaqqfu kolonji, iżda minħabba l-portijiet tagħha, il-pożizzjoni strateġika u l-provvisti abbundanti tagħha, Malta kienet bażi stabbli, bi klassi tat-tmexxija għaliha. Dan ferm qabel ġiet stabbilita l-akbar belt tagħhom f’Kartaġni fit-Tuneżija. Mill-ftit tifkiriet li fadal minn dak il-perjodu l-arkeoloġi jindikaw li fis-snin bikrin tal-ħakma tagħhom f’pajjiżna, Malta kienet id-dar għal komunità ta’ livell soċjali għoli, b’saħħitha u sinjura biżżejjed biex ikun jista’ jkollha dfin fis-sarkofagi, oqbra fil-forma ta’ kmamar maqtugħa filblat u oġġetti ta’ valur għad-dekorazzjoni jew l-użu personali. B’mod sinifikanti, dawn il-fdalijiet jinkludu wkoll firxa ta’ oġġetti użati biex jixorbu l-inbid dak iżżmien: anfori kbar għat-trasport, skutelli mill-isbaħ, mehrież ta’ tliet saqajn, fliexken forma ta’ lanġasa u magħref. Barra minn hekk, is-sinjali ċari tal-ġid li kellhom jidhru mill-kobor tal-oqbra mqattgħin fil-blat, mill-bażi tas-sodda jew tebut għall-mejtin, ġojjelli tal-bronż u fidda impurtata, dekorazzjonijiet

tal-bronż Ċiprijott u ċrieki tal-ħadid li kienu jiffurmaw parti minn għamara tal-injam. Anke l-fuħħar tal-Feniċi f’Malta juri l-ħiliet artiġjanali ta’ dawn in-nies flimkien ma’ ħiliet ġodda li żviluppaw. Dan jindika li ż-żewġ komunitajiet, Maltin u Feniċi, għexu paċifikament flimkien. Meta l-Assirjani u l-Babiloniżi dgħajfu l-qawwa Feniċja, il-poter għadda għand l-ikbar kolonja Punika - Kartaġni, u b’hekk b’xi mod komplew il-wirt Feniċju. It-tranżizzjoni bejn il-kulturi Feniċi u Puniċi f’Malta kienet waħda paċifika wkoll u pprovdiet kontinwità kulturali. Din is-sitwazzjoni f’Malta ma tikkorrispondix ma’ dak li ġara fl-artijiet Mediterranji oħra fejn kien hemm il-Feniċi. Filwaqt li m’hemm l-ebda test miktub dwar l-istorja tal-Feniċi, mill-kwalità u l-firxa tal-fuħħar li nstabu f’Malta u f’inħawi oħra madwar il-Mediterran juru li l-artijiet li jdawru dan il-baħar kienu ċentru kummerċjali bieżel ħafna fi żmienhom. FilMużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta nsibu bosta oġġetti Feniċi/Puniċi, li jinkludu brazzuletti tad-deheb u tal-fidda li għandhom influwenza Eġizzjana qawwija. Instabu wkoll seba’ twiebet tat-tafal (li minnhom baqa’ wieħed biss), kif ukoll xi muniti li nstabu fil-viċinanzi tar-Rabat. Ħafna mill-istrutturi Puniċi li għandna f’Malta jikkonsistu f’oqbra misjuba fl-inħawi tar-Rabat mill-Imtarfa sa Għajn Qatet, kif ukoll tas-Silġ fin-Nofsinhar u f’Ras il-Wardija f’Għawdex. Madankollu, l-aqwa eżempju ta’ struttura taż-żminijiet Puniċi hija ta’ torri mibni mingħajr mehrież, li għadu eżistenti fil-ġnien tad-dar tal-arċipriet taż-Żurrieq. F’Tas-Silġ, il-fdalijiet tal-Età tal-Bronż huma segwiti mill-oqbra Puniċi (jew Kartaġiniżi) tar-raba’ seklu QK. Dan it-tempju huwa xempju ta’ kostruzzjoni importanti li jinkludi swali u bitħa kbira. ’Il quddiem ir-Rumani żviluppaw aktar dan it-tempju Puniku, li ġie trasformat fi knisja taħt il-Biżantini. Però żgur li l-iktar wirt Feniċju importanti f’Malta huwa l-alfabett. Malta saret litterata bil-wasla tal-Feniċi li żviluppaw l-ewwel alfabett li fih insibu l-oriġini tal-lingwa tagħna. Kien permezz talfamużi pilastri ornamentali taċ-ċippus Feniċi, li waħda minnhom intbagħtet lil Louis XVI bħala rigal, li l-lingwa Feniċja ġiet finalment deċifrata. Huwa maħsub ukoll li l-Maltin tkellmu l-lingwa Feniċja għal madwar 700 sena, matul il-perjodu Ruman sal-wasla tal-Għarab. Xi studjużi jargumentaw li elementi tal-Malti huma aktar simili għal-lingwa użata fiż-żona tal-Libanu milli fl-Afrika ta’ Fuq. Aktar importanti minn hekk, taħt il-Feniċi Malta mxiet mill-preistorja għall-istorja nnifisha. Huma baqgħu Malta uffiċjalment sal-218 QK, iżda kulturalment għad hemm influwenzi li jinħassu sal-lum.


20

04.07.2021

KIF “TAGĦMEL” IL-GAMBLI Sa ftit snin ilu, min ikun biħsiebu jmur għal xi sajda bil-qasba kien ibakkar biex imur jixtri l-gambli minn Marsaxlokk jew kien jaħseb biex imur jixtrihom minn filgħaxija. Il-gambli kienu jinbiegħu bil-kejla, bħalma kien jinbiegħ il-kappar, u kejla kienet tiswa xi nofs lira. Kellimt lil KARMENU PACE, fuq dan is-suġġett. Hu qalli li fl-2011 kien intervista lil ċerta Salvina Bugeja ta’ Luqa minn Marsaxlokk, li kienet “tagħmel” il-gambli u tatu l-informazzjoni kollha li kienet taf. Fost kollox qaltlu li l-gambli kienu jinbiegħu wkoll bil-pinta u bit-terz (kejl tal-inbid). Il-pinta u t-terz kienu jkunu bottijiet tal-landa. Pinta tiġi nofs kejla, allura kienet tiswa ħames xelini. It-terz fih żewġ pinet, allura kien jiswa daqs kejla. Kien hemm ukoll min kien ibigħhom bil-ħafna tal-id (kemm taħfen b’idek il-waħda). Minn CHARLES B. SPITERI Fiex kienu jitqiegħdu l-gambli ladarba jinxtraw?

tal-gambli?

issibhom madwar il-port kollu – max-xatt tat-triq, lejn ilMagħluq, fuq ix-xaqliba l-oħra lejn iż-żellieqa tad-dgħajjes, u aktar ’il ġewwa taħt it-Torri ta’ San Luċjan. Ċerti postijiet kienu magħrufa għall-gambli, – ngħidu aħna lejn il-ponta fejn inbniet il-power station. Qed nitkellmu fuq il-port ta’ Marsaxlokk meta kien għadu naturali, qabel ma fondewh għal-laneċ u l-vapuri.

Kienu jitqiegħdu f’xi borża magħmula mid-drapp tal-ixkora jew tal-flanella jew f’xi kalzetta mxarrba biex jibqgħu frsiki u, jekk jista’ jkun, jibqgħu ħajjin. Jekk ikollhom il-frisk, il-gambli jistgħu jibqgħu ħajjin għal xi sigħat. Jekk il-gamblu jkun ħaj, jew tal-anqas frisk, laħmu jkun sod, u jżomm aktar meta tilliskah mas-sunnara. Jekk ikun qadim, laħmu jirtab u jitherra aktar malajr fl-ilma.

Dawk li jbigħu l-gambli kienu jdendlu xi barrada mal-faċċata tad-dar tagħhom, biex min jiġi biex jixtri, ikun jaf fejn għandu jħabbat. Jew inkella kienu jmorru huma stess b’tal-linja lejn Birkirkara jew il-Mosta. Kienu jġorru l-gambli fi xkora f’ġewlaq, u meta jaslu filpost, ixammru l-ixkora malart bil-gambli ġo fiha. Kienu jagħżlu l-post bil-għaqal, ngħidu aħna fejn jiltaqgħu l-irġiel X’kien ikun l-aqwa ħin biex fil-ħwienet fil-qalba tar-raħal. jinqabdu l-gambli?

Kienu jkunu ħafna l-bejjiegħa tal-gambli?

L-aqwa postijiet biex jinqabdu l-gambli, fejn kienu jinstabu?

magħmul minn ċirku tal-ħadid b’dijametru ta’ xi 30 ċentimetru. Il-vojt taċ-ċirku jimtela permezz ta’ xibka maħduma minn ħajt b’malji rqaq xi nofs ċentimetru biex il-gambli ma jgħaddux minnhom. Din ix-xibka kienet tkun merħija, jew imżaqqa, fin-nofs u meta l-kopp ikun imdendel fl-ilma, iċ-ċentru tax-xibka jinżel xi 10 ċentimetri ’l isfel. Bejn iċ-ċirku tal-ħadid u ċ-ċentru tax-xibka jintrabtu erba’ qfieli magħmula minn lenza rqiqa. Fin-nofs sewwa jitqiegħed ilħobż tal-Malti, bil-qoxra, biex ma jitmermirx malajr, u dan jintrabat billi jsallbu l-qfieli fuqu. Iċ-ċirku tal-kopp jintrabat ukoll minn erba’ bnadi permezz ta’ lenza twila xi 17-il ċentimetru. Dawn l-erbat iq-

Ix-Xlukkajri li jagħmlu l-gambli kienu jbakkru anke mill-erbgħa ta’ filgħodu biex jilħqu Marsaxlokk kien hemm diver- Peress li l-port ta’ Marsax- l-kalata t-tajba. Il-kalata hi si familji magħrufa li jagħmlu lokk huwa kenni u b’baħar l-post fejn jitniżżlu l-koppijil-gambli. Fosthom insemmu lil qasir (baxx) il-gambli kont et għall-gambli. Il-kopp ikun Ġanna u Rużar Tal-Pesis, Manwela Tal-Koj, Żara Taċ-Ċiniż, Kiti ta’ Ġanni Tal-Iljott, Marì Tal-Iskipper, Żara Tal-Ispajċ, Karmnu Tal-Ispijd, it-Taljana, Peppa Ta’ Zolli, u Tal-Melħ. Wieħed jinnota li tneħħi lil Karmnu, l-ismijiet l-oħra huma tan-nisa, għax in-nisa l-aktar li kienu jagħmlu l-gambli. L-irġiel kienu jkunu aktarx Dawk li jbigħu l-gambli kienu jdendlu xi barrada jistadu fuq il-baħar, jew isewmal-faċċata tad-dar tagħhom, biex min jiġi biex jixtri, wu x-xbieki fuq l-art. X’kien ikun is-sinjal biex juru li xi ħadd ikun bejjiegħ

ikun jaf fejn għandu jħabbat. Jew inkella kienu jmorru huma stess b’tal-linja lejn Birkirkara jew il-Mosta

fieli jintrabtu ma’ xulxin għannofs, u ma’ din ir-rabta tintrabat il-kluma. Xi tkun din il-kluma? Il-kluma tkun magħmula minn lenza eħxen, jew xi ħabel tan-najlon. Tkun twila mal120 jew 150 ċentimetru – jiġifieri qama, bejn wieħed u ieħor. It-tarf tagħha jkun marbut ma’ biċċa sufra ta’ xi 8 ċentimetri. Din is-sufra sservi biex iżżomm l-kluma u l-qfieli talkopp stirati ’l fuq. Jekk dawn ikunu merħija jibdew jiċċaqalqu mal-kurrent u l-gambli jitgerrxu, għax il-gambli huma ħżiena, u jibżgħu minn kull ċaqliqa. Allura biex il-kluma żżomm stirata trid tkejjel ilfond ta’ fejn se tkala l-kopp, u tnaqqas jew iżżid it-tul billi torbot jew tħoll il-malji minn mas-sufra, hekk li s-sufra żżomm daqsxejn taħt l-ilma. Mela l-kopp bil-piż taċ-ċirku tal-ħadid ikun sorġut fuq ilqiegħ u l-kluma tkun stirata. Biex ħadd ma jtella’ l-kopp ta’ ħaddieħor, u forsi jinqala’ wkoll xi inkwiet, kien hemm xi mod biex huma stess jagħrfu dak tagħhom? U xi kemm-il kopp kienu jkalaw? Iva, peress li kien ikun hemm


21

04.07.2021

diversi sajjieda li jmorru għall-gambli, kulħadd kien jimmarka s-sufra tiegħu b’żebgħa differenti biex jingħarfu u ma jtellgħux kopp ta’ ħaddieħor. Minn dak li kienet irrakkuntatli Salvina, il-koppijiet tagħha kien ikollhom l-irjus miżbugħin ħomor u bojod, u kienet tkala mal-100 wieħed f’żewġ indani lejn il-ponta fejn illum hemm il-power station. 100 kopp f ’darba waħda? Jiġifieri ħafna minn dawn ikunu jmissu ma’ xulxin? Ikunu mbegħdin xi qama wieħed mill-ieħor. Ix-xibka tal-koppijiet kienet taħdimha hi stess. (Aktar ’il quddiem, meta ma setgħetx tibqa’ tagħmel dan ix-xogħol, Salvina bdiet taħdem il-basktijiet tan-najlon, u tbigħhom ukoll lit-turisti.) Salvina kienet taqdef lejn il-ponta bil-frejgatina u tkala l-koppijiet b’ħeffa kbira. Imbagħad wara xi kwarta tibda ddurhom wieħed wieħed biex tara jkunux daħlu gambli fihom. Biex tiġbed is-sufra tal-kluma mill-frejgatina kienet tuża ganċ li kien ikun magħmul minn xi qasba tal-bambù li kienu jixtruha mill-Ħamrun, jew minn xi għuda tal-ġewż. Fit-tarf kien ikollha ħadida mgħawġa bħal ganċ u marbuta bil-lenza mal-lasta jew mal-qasba. Meta tiġbed il-kopp, ix-xibka tiegħu tiġi bħal qaleb, u l-gambli jinżlu għal ġo nofsu. Inti trid tibqa’ tiġbed ’il fuq sakemm ittellgħu fil-wiċċ, għax jekk jogħdoslok ’l isfel, ix-xibka titla’ ’l fuq u l-gambli joħorġulek. Meta ttellgħu fuq il-frejgatina, tfarfar il-kopp għal ġo xi barmil jew banju bl-ilma, biex il-gambli jibqgħu ħajjin. U hekk, Salvina kienet iddur il-koppijiet kollha għal iżjed minn darba, sakemm

Minn dak li kienet irrakkuntatli Salvina, il-koppijiet tagħha kien ikollhom l-irjus miżbugħin ħomor u bojod, u kienet tkala mal-100 wieħed f’żewġ indani lejn il-ponta fejn illum hemm il-power station tara li ma baqax iżjed gambli. Kienet tkala l-koppijiet f’żewġ indani twal xi 20 qama, u kull kopp ikun xi qama ’l bogħod mill-ieħor. Dak iż-żmien ilbaħar ta’ Marsaxlokk kien mimli gambli. Kien hemm min kien ikala l-koppijiet f’għamla ta’ ‘W’ jew ‘M’ ukoll. Wara l-aħħar ġbir tal-gambli, x’kien isir? Wara l-aħħar kalata, Salvina kienet tiġbor il-koppijiet kollha u taqdef lejn ix-xatt. Biex il-gambli jibqgħu ħajjin u friski sakemm jasal il-bejgħ tagħhom, jinżammu ġo barrada. Il-barrada dari kienet tkun magħmula mill-qasab. Kienet tinħadem bejn wieħed u ieħor bħan-nases tal-vopi, imma kienet tkun bħal ċilindru tawwali, u jkun fiha biss il-magħlaq ta’ fuq, mnejn wieħed idaħħal idu biex iġib il-gambli. Il-barrada kienet tinżamm marbuta max-xatt jew mal-frejgatina kemm kemm taħt wiċċ l-ilma. Illum il-brared huma magħmula minn kontenituri tal-plastik, imtaqqbin b’ħafna toqob, waħda ħdejn l-oħra biex jidħol u jgħaddi l-ilma minnhom, u flok il-magħlaq għandhom għatu tal-plastik bil-kamin. Salvina kienet iddendel barrada taħt il-frejgatina biex ma tidhirx,

u xorta ġieli kien hemm min ittanta jisraqhomlha imma hi ratu mit-tieqa u gerrxitu blgħajjat li bdiet tgħajjat. Teżisti xi differenza bejn il-gambli nfushom? Salvina qaltli li hemm gambli li jinqabdu minn fejn il-qiegħ ikun ġebli u ċagħki. Dawn jissejħu Gambli tal-Ħaġar. U hemm il-Gambli tal-Kejl, li jinqabdu minn fejn il-qiegħ ikun bl-alka. Jista’ jkun li jissejħu hekk għax ikunu ikbar minn dawk tal-ħaġar, u allura ‘ikejlu’ jew fi kliem ieħor iġibu aktar fl-użin (tal-kejla). Hekk taħsibha Spira, li tiġi n-neputija ta’ Salvina. Mara oħra li kienet tagħmel il-gambli – Żara tal-Ispajċ, li kellha mat-80 sena meta kellimtha disa’ snin ilu. Qaltli li l-gambli tal-kejl ikunu safranin. Ġieli, fl-antik kienu jidhru xi gambli qrib l-art. Dawn kienu jinqabdu? F’Marsaxlokk kien hemm min jagħmel il-gambli mill-art stess. Lil dawn kienu jaqbduhom permezz ta’ xi kopp milli semmejna qabel. Iżda peress li l-ilma jkun baxx, il-kluma tkun kważi marbuta (jew imkebba) kollha. U peress li l-gambli, xħin tiċċaqlaq, jikxfuk u jind-

unaw bik mill-ewwel, trid tkun ħafif u pront taħsad il-kopp ’il fuq, għax inkella l-gambli jtiru minn ġo fih. Meta jħossu mhedded, il-gamblu jimxi b’lura, u jekk iħoss li se jinqabad, jagħti skoss qawwi b’denbu u jtir ’il fuq mill-ilma fil-baxx. Xi sajjieda tal-qasba minn inħawi oħra ta’ Malta kienu jsibu xi post fejn il-baħar jidħol għallbaxx u jifforma bħal għadajjar qalb il-blat. Hawnhekk, minflok il-kopp ċatt li jintuża fil-portijiet, is-sajjied kien iħit bħal borża tal-filoxx, jew tan-nylon, madwar ċirku tal-ħadid bil-manku. L-ewwel ifewwaħ fl-għadira – billi jogħrok xi biċċa inċova bejn subgħajh – u l-gambli jibdew ħerġin minn taħt il-blat għal dak it-tifwiħ. Imbagħad iniżżel il-kopp fl-għadira b’id waħda, u l-id l-oħra jniżżilha għal wara l-gambli li jkunu ħarġu. B’idu, jgerrex il-gambli lejn il-kopp, bla ma jagħti skossi u bilkemm jitħarrek, għax il-gamblu jara ħafna, u b’mossa żbaljata jitgerrex qisu molla għal taħt ilblat. Meta s-sajjied jidhirlu li ressaq il-gambli biżżejjed qrib il-bokka tal-kopp, jagħti s-salt f’daqqa biex jaħsadhom minn wara, u jtella’ l-kopp bilġri ’l fuq. Sakemm jagħmel din l-aħħar mossa, il-gambli ġieli jersqu joqorsulu s-swaba’ t’idu mċappsin bl-inċova, iżda jrid

jibqa’ jissaporti sakemm iressaq l-ikbar għadd minnhom qrib il-kopp. B’hekk, sajjied bil-qasba kien jaqbad il-gambli li jkollu bżonn biex jistad, u jiffranka li joqgħod imur Marsaxlokk biex jixtrihom, speċjalment fi żminijiet meta dak li jkun ma tantx kien ikollu flus biex jixtri. Kemm nistgħu ngħidu li llum fadal min jaqbad il-gambli bil-kopp? Illum Marsaxlokk ħadd m’għadu jmur bil-kopp biex jagħmel il-gambli. Minn mindu fondew il-qiegħ u bnew il-power station, il-gambli naqsu qatigħ, u n-nies li kienu jagħmluhom xjaħu, jew ħallewna. Illum jinqabdu bil-gangmu, li hu bħal xibka bil-qaleb fit-tarf, speċi ta’ borża kbira tax-xibka li jkarkruha mal-qiegħ bejn żewġ frejgatini. Żara tal-Ispajċ qaltli li l-gambli tal-gangmu jgħidulhom gambli koħol. Imbagħad hemm il-gambli suldati. Dawn ikunu fil-fond, ħomor bil-mustaċċi twal u jżommu ħajjin iktar. Il-gambli ż-żgħar li jkunu għadhom kemm faqqsu jissejħu mqebbejn. Karmenu, ġbart l-ismijiet ta’ nies magħrufa f’Marsaxlokk li kienu ‘jagħmlu’ l-gambli? Għandi lista tagħhom. Fost dawn insibu li kien hemm Salvina Bugeja ta’ Luqa, Manwela Muscat u bintha Kitty, tal-Poċċ, Tereża Cassar ta’ Lizju, Kitty ta’ Ġanni tal-Irjott, Mari tal-Iskipper, Jessie tat-Tilar, Karmena tal-Beringu, Manwela tal-Koj, Żara Grech taċ-Ċiniż, Ġanni u Liżar tal-Pesis, Peppa Gafa ta’ Zolli, Tonina tad-Daqqaq, Żara tal-Ispajċ, Karmini Bugeja tal-Melħa, Luċija ta’ Katambu, Karmni Abela l-Ġinġrija u Karmni Bugeja t-Taljana.


22

04.07.2021

PETRA OSTERMANN

GĦAŻLET STIL TA’ ĦAJJA DIFFERENTI F’GĦAJN ĦADDIEĦOR Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Fid-dinja li qed ngħixu fiha, sfortunatament sirna li tagħmel x’tagħmel jaf issib min jikkummenta xorta waħda, sew jekk fit-tajjeb u sew jekk fil-ħażin. Donnu kulħadd moħħu f’ħaddieħor. Jgħaddu kemm jgħaddu snin, xorta ssib min moħħu f’ħaddieħor għal ċerti skopijiet. Għandna ngħixu l-ħajja trankwilli, għax mhux biżżejjed li jinqala’ kollox minn taħt ir-riħ. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħa li l-istil ta’ ħajja li tgħix, jew aħjar id-dehra tagħha forsi għadha tidher tabù f’għajn ħaddieħor. Billi din għażlet li tħobb u għandha ħafna tattoos fuqha, jew għax tħobb tesperimenta b’ħafna kuluri ta’ xagħarha ma jfissirx li hija persuna mħawda. Kien ta’ pjaċir li nitkellem magħha u nsir nafha b’mod aħjar sabiex kien possibbli li ssir din l-intervista magħha. Qed nirreferi għal Petra Ostermann. Għandha 27 sena, toqgħod l-Imsida, u l-passatempi tagħha huma li tesplora postijiet abbandunati, taħriġ fiżiku, trekking u tħobb ħafna l-annimali. Bħala persuna hija pjuttost tfajla kwieta, kalma u sempliċi għax tikkuntenta ruħha

mix-xejn. Ma tħobbx ir-rassa tan-nies u tippreferi tkun imdawra bi ftit nies. Petra hija persuna li mhux biss tħobb it-tattoos, iżda wkoll għandha ħafna minnhom fuqha. Ridt inkun naf kif eżattament u meta ġietha l-ħajra li tibda tagħmel it-tattoos. “Minn dejjem kont inħobb it-tattoos u l-piercings. L-ewwel kont bdejt b’kuluri differenti f’xagħri, imbagħad piercings u tattoos. Narahom kollha bħala arti. Minn età żgħira kont inpinġi msielet u tattoos fuq il-pupi,” bdiet tgħidli. Kulħadd jesprimi ruħu b’modi differenti Mistoqsija xi kemm għandha tattoos b’kollox illum il-ġurnata, u jekk hix biħsiebha tkompli żżid aktar, Petra weġbitni: “Għandi daqsxejn tpinġija mhux ħażin. Ħafna minnhom huma biċċiet kbar u għandi xi 12-il misluta wkoll u iva rrid iktar tattoos. It-tir tiegħi huwa li nimtela kollni.” F’Malta għal xi wħud sfortunatament, it-tattoo għadhom iħarsu lejha bħala xi forma ta’ disprezz. Ridt inkun naf kif normalment iħarsu lejha persuni oħra, u jekk għadhiex issib min jirreaġġixxi b’mod

stramb lejha. “Issib persuni li jimpressjonaw ruħhom meta jaraw it-tpinġija u mbagħad ġieli ssib nies li jħarsu bl-ikrah jew jgħaddu ċerti kummenti bħal ‘Ara din qiegħda sew xi kruha dik it-tpinġija kollha’ jew ‘Le jaqq fuq mara mhux sabiħa tpinġija kbira hekk’. Nistaqsi jien imma x’differenza tagħmel fil-verità jekk tkun fuq mara jew fuq raġel?” Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf ukoll li Petra hija tip ta’ persuna unika, li tħobb tkun oriġinali, anke fl-istil ta’ xagħarha tħobb tesperimenta b’kuluri vivaċi. Mistoqsija għaliex eżatt għażlet dan l-istil ta’ ħajja, Petra dlonk weġbitni: “Għażilt dan it-tip ta’ lifestyle għax jogħġobni. M’hemm xejn iktar xi ngħid. Inħossni tajba u unika u nifhimha li kulħadd jesprimi lilu nnifsu b’modi differenti. Hemm min bil-ħwejjeġ, hemm min b’xagħru. Kulħadd huwa differenti u m’hemm xejn ħażin b’daqshekk. L-aqwa li tħossok komda u kuntenta inti,” kienet ir-risposta ġenwiena ta’ Petra. Minn dejjem kienet persuna mistħija u batiet b’ansjetà soċjali Ridt inkun naf jekk dan l-istil

ta’ ħajja, li hi tant komda bih, jekk qattx affettwahiex filħajja ta’ kuljum bħal fuq ilpost tax-xogħol jew f’postijiet pubbliċi jew xi okkażjonijiet li tattendi. Fil-fatt, ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwar dan. “Mort ħafna interviews ta’ xogħlijiet fejn staqsewni jekk nistax ngħatti t-tattoos jew inneħħi l-imsielet. Darba keċċewni mix-xogħol għax żbagħt xagħri roża. Kemm-il darba jgħiduli li għax m’għandix dehra professjonali. Jien naħsibha li d-dehra tiegħi m’għandhiex x’taqsam fuq kif naħdem. Nemmen li mhux it-tattoos jew xagħri ħa jagħmlu x-xogħol. Niftakar darba kelli appuntament l-isptar ukoll, fejn ġejt diskriminata għax għandi t-tattoos u l-infermiera kienet arroganti ħafna miegħi. Niftakar kont staqsejtha jekk nistax inneħħi għazza u minflok qaltli ‘Imma t-tattoos ma jdejqukx!’ u li għandhom kampanja kontra t-tattoos. Kont bqajt imbellha.” Minkejja dan kollu, naf u konxja mill-fatt li minkejja li xi persuni jħarsu lejn Petra b’mod differenti, hija saret ma tagħtix kas u tibqa’ għaddejja b’ħajjitha. B’hekk staqsejtha kemm kienet diffiċli sakemm kellha taddatta għaż-żminijiet

diffiċli li ġġib magħha s-soċjetà. “Jiena minn dejjem kont persuna mistħija u dejjem batejt b’ansjetà soċjali. Ħafna nies iħarsu lejja u jassumu li għandi attitudni ħażina jew ta’ waħda arroganti għax għandi dehra hekk. Taqbadni ansjetà kbira meta n-nies iħarsu lejja bl-ikrah jew jgħaddu kummenti, għax ngħid jien lil dawn in-nies ma nkunx tajthom xi fastidju. Xi ħaġa tad-dwejjaq li ċerti nies jaħlu l-enerġija u l-ħin tagħhom biex jiġġudikaw nies oħra u jagħmluhom iħossuhom skomdi. Kif jgħid l-Ingliż ‘live and let live’,” saħqet miegħi Petra. Il-Malti jgħid l-ewwel ma tiekol l-għajn. Xi minn daqqiet veru u drabi oħra mhux veru. Ma jfissirx li bniedem għax għandu ħafna tattoos allura huwa kiesaħ, irresponsabbli, dardira jew intellettwali. Ridt nieħu l-kummenti ta’ Petra dwar dan. “M’hemm xejn xi ngħid fuq dawn it-tip ta’ nies li jaqbdu u jiġġudikaw, meta fil-verità huwa li huma arroganti u injoranti għax jekk ma tafux bniedem m’għandek l-ebda dritt taqbad u tassumi li hu kiesaħ jew injorant. Qed ngħixu fis-sena 2021 u t-tattoos u l-piercings għadhom tabù għal ħafna nies,” temmet tgħid Petra ddispjaċuta.


08.11.2020 04.07.2021

23

SKEDA ONE 11:50 12:10 12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35

Ulied Maltin Liquorish Daytime ONE News Teftif Telebejgħ Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso

17:30 18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:35 22:00 23:30

TNEJN Flimkien ma’ Nancy 05-07 Pjazza Tentufiet short ONE Sports & Temp ONE News Dak kien żmien?! Liquorish Division 7 ONE News

06:15 ONE News 11:50 06:45 Tul il-Kosta 12:10 Maltija 12:30 07:15 ONE News 12:35 07:55 Liquorish Daytime 12:45 08:00 Quddiesa tal-jum 13:00 08:30 Pjazza 14:00 09:15 Telebejgħ 15:00 10:00 Il-Kostruzzjoni 15:30 10:30 Mad-Daqqa t’Għajn 15:35 11:30 Tentufiet 17:30

Ulied Maltin Liquorish Daytime ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ

17:45 18:00 18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:45 22:00 23:30

Telebejgħ Niftakar Pjazza Tentufiet short ONE Sports & Temp ONE News Taste & Travel Follow Up Division 7 ONE News

06:15 06:45 07:15 07:55 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:30 11:50

12:10 12:30 12:40 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 17:45

Liquorish Daytime ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Telebejgħ

18:00 Ħabrikt ERBGĦA 18:30 Pjazza 07-07 19:15 Tentufiet short 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Melodija Taljana 20:45 Espressjoni 22:00 Division 7 23:30 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Melodija Taljana 07:15 ONE News 07:55 Liquorish Daytime 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 The Local Traveller 10:30 Fish On 11:30 Ħabrikt

11:50 12:10 12:30 12:40 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30

Ulied Maltin Liquorish Daytime ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ

17:45 18:00 18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:45 22:00 23:30

06:15 06:45 07:15 07:55 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:30 11:50

12:10 Liquorish Daytime 12:30 ONE News 12:35 Teftif 12:45 Teżori 13:00 Fredu l-Fra 14:00 Telebejgħ 15:00 Ieqaf 20 Minuta 15:30 ONE News 15:35 Espresso 17:30 Telebejgħ

17:45 Telebejgħ ĠIMGĦA 18:00 Il-Kostruzzjoni 09-07 18:30 Pjazza 19:15 Tentufiet short 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Tentufiet 20:45 Pirotekniċi 22:00 Division 7 23:30 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Ieqaf 20 Minuta 07:15 ONE News 07:55 Teftif 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 Ħabrikt 10:00 Telebejgħ 10:30 Flimkien ma’ Nancy

11:30 12:30 12:35 12:45 14:00 15:00 15:30 15:35

Mad-Daqqa t’Għajn ONE News Teftif Klassi Għalina Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espressjoni

16:45 Fish On 17:45 Pirotekniċi 19:20 ONE Sport & Temp 19:30 ONE News 20:10 Music Legends 20:45 Ilsien in-Nisa 22:30 Stejjer wara t-Tmienja 23:30 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Ieqaf 20 Minuta 07:15 ONE News 07:55 Teftif 08:00 Quddiesa tal-jum 08:40 Tentufiet 09:00 Paper Scan 10:30 Attività Politika 11:55 Reboot

12:30 12:35 12:45 14:00 15:00 15:30 15:35 16:05 19:15

ONE News Teftif Klassi Għalina Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Tul il-Kosta Maltija Arani Issa One Sport & Temp

19:30 20:10 20:35 21:30 23:30

06:15 06:45 07:15 07:55 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:30

ONE News Il-Kostruzzjoni ONE News Liquorish Daytime Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Music Legends Better Living Tul il-Kosta Maltija

TLIETA 06-07

ONE News Dak kien żmien?! ONE News Liquorish Daytime Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak kien żmien?! Flimkien ma’ Nancy Moda L-Istorja Ulied Maltin

ĦAMIS 08-07

ONE News Tentufiet ONE News Liquorish Daytime Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Melodija Taljana Indhouse Taste & Travel Ulied Maltin

SIBT 10-07

Telebejgħ Moda L-Istorja Pjazza Tentufiet short ONE Sports & Temp ONE News Tentufiet Pirotekniċi Division 7 ONE News

ONE News Niftakar Attività Politika Liquorish ONE News

ĦADD 11-07


24

04.07.2021

reċensjoni tal-ktieb

NOTI BLU Sitt adolexxenti… Ġuvni misterjuż… Skola waħda… Djar differenti… Ħafna emozzjonijiet… Messaġġi… Noti blu… Is-sena skolastika 2019/2020… Logħba mal-inviżibbli… Julia u Sarah, Andy u Zak, Kane, u fl-isfond, bħal fatat li ma tintebaħx bih ħlief mill-fewġa tinten li jġib miegħu, hemm Gordon.

Kumment ta’ Michael Cini Permezz tar-rumanz NOTI BLU, għal darb’oħra Jacqueline Mizzi rnexxielha toħloq rakkont mexxej imma fl-istess waqt, sentimentali u emozzjonanti għall-aħħar. Dan huwa ktieb li għandu jieħu gost jaqrah kulħadd, imma l-aktar iż-żgħażagħ u l-adolexxenti. Ġrajja mżejna b’bosta elementi li jsawru ż-żmien taż-żgħożija. Żmien ħelu u fl-istess waqt intriganti, li normalment ikun imżewwaq ukoll b’intriċċi amorużi, skoperti sentimentali ġodda, avventuri ta’ mħabba, sens ta’ mistħija u ħafna drabi, sentiment qawwi ta’ inferjorità. Dawn huma l-ingredjenti li jħawru dan ir-rumanz interessanti, fejn ilaqqagħna ma’ grupp ta’ żgħażagħ li jattendu l-istess skola. Ilkoll b’karattri differenti, ħsibijiet differenti, kif ukoll atteġġjament li jirrifletti t-trobbija differenti tagħhom. Forsi għalhekk ukoll, kollha għandhom id-diffikultajiet varji li jġegħluhom iħarsu lejn il-ħajja b’modi differenti. Ta’ adolexxenti li huma, iż-żgħożija tippermettil-

hom li jkunu xi ftit imqarbin. Saħansitra, xi drabi wkoll kemxejn ibsin ma’ xulxin ukoll. Imma kif nafu, f’qalb iż-żgħażagħ iħeġġeġ dejjem l-entużjażmu għas-seħer u l-kuluri tal-ħajja, il-ġirja għall-futur, kif ukoll ix-xewqa li jgħinu lil xulxin meta jkun il-waqt. U hawnhekk tibda tiżvolġi din ilġrajja fejn l-intriċċi, il-problemi li ġġib magħha l-adolexxenza, u l-emozzjonijiet imqanqla li jsawru dan ir-rakkont kurjuż, malajr jinbtu biex jesprimu ruħhom … permezz tan-NOTI BLU! Dan huwa t-tielet rumanz immirat lejn l-adolexxenti li jiena qrajt ta’ Jacqueline Mizzi - awtriċi, wara ESPERJENZA UNIKA, LOVE (Best-seller) kif ukoll ESPERJENZA UNIKA, SABRINA. Minbarra li kollha miktubin b’Malti ħafif u mexxej, wieħed faċilment jinduna kemm din l-awtriċi hija midħla sew taż-żgħażagħ għaliex taħdem viċin tagħhom. Jiena nirrakkomanda dawn ir-rumanzi wkoll għaliex ir-rakkonti żammewni bil-kurżità u fuq ixxwiek sal-aħħar ftit paġni.

Mistoqsija: Għal min hu l-iktar immirat dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb NOTI BLU. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 11 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IL-PROFESSUR GĦASFUR FL-ISPAZJU hija:

D. DALLI DECESARE - MQABBA

01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il inizjattiva ppreżenta l-Gvern għall-istrateġija nazzjonali għal wara l-pandemija?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: N. BORG - IL-FGURA


25

04.07.2021

L-‘ACID BATH MURDERER’

Kien iqarraq bl-għonja u joqtolhom għal ġidhom

L-EWWEL PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

John George Haigh kien qattiel tal-massa Ingliż imlaqqam bħala l-‘Acid Bath Murderer.’ Ingħata dan illaqam għax il-vittmi li kien joqtol kien jitfagħhom f ’tank mimli aċtu biex jeħles minnhom. Wara li kien jagħmel hekk, hu kien ibigħ il-proprjetajiet tagħhom u l-affarijiet ta’ valur li kellhom għal ftit flus.

JOHN HAIGH ŻGĦIR

Il-ħajja ta’ John Haigh John George Haigh twieled fl-24 ta’ Lulju tal-1909 fi Stamford f ’Lincolnshire fl-Ingilterra. Haigh trabba fil-villaġġ ta’ Outwood f ’West Riding of Yorkshire mill-ġenituri tiegħu, John Robert Haigh u martu Emily, li kienu membri ta’ setta Protestanta li kienet konservattiva ħafna. Meta kiber, Haigh qal li fi tfulitu kien ibati minn ħmir il-lejl minħabba r-reliġjon li tħaddan familtu. Minkejja l-biża’, Haigh irnexxielu jit-

WILLIAM MCSWAN L-EWWEL VITTMA TA’ HAIGH

għallem idoqq il-pjanu waħdu d-dar u kien iħobb jattendi kunċerti ta’ mużika klassika. Hu kien ġuvni intelliġenti u saħansitra rebaħ borża ta’ studju għall-Queen Elizabeth Grammar School f’Wakefield. Wara hawn, Haigh mar f’Wakefield Cathedral fejn laħaq bħala membru tal-kor. Wara li spiċċa mill-iskola, Haigh mar jaħdem bħala apprentist ma’ kumpanija tal-inġiniera. Hu dam biss

sena jaħdem bħala apprentist u wara beda jaħdem xogħlijiet li kellhom x’jaqsmu mal-assigurazzjoni u mar-reklamar. Fl-età ta’ 21 sena, Haigh tkeċċa mix-xogħol wara li kien issuspettat li beda jisraq mill-kaxxa tal-flus tal-kumpanija. Fis-6 ta’ Lulju tal-1934, Haigh iżżewweġ lil Beatrice Hamer. Iż-żwieġ ma tantx dam u fl-istess sena weħel il-ħabs fuq frodi. Beatrice welldet lil binthom waqt li kien il-ħabs u tatha għall-addozzjoni. Kif għamlet hekk, hi telqet lil Haigh u familtu spiċċaw biex warrbuh. Sentejn wara, Haigh mar jgħix Londra u beda jaħdem bħala xufier ta’ raġel għani, William McSwan. McSwan kellu magni tal-logħob f’diversi postijiet u Haigh, apparti li kien ix-xufier tiegħu, kien jeħodlu ħsieb dawn il-magni. Fost il-qerq tiegħu, Haigh beda jgħid li huwa avukat bl-isem ta’ Willian Cato Adamson li kellu l-uffiċċju f ’Chancery Lane f ’Londra. Hu kien ibigħ ishma foloz għal prezzijiet baxxi ħafna u allegatament kien juża l-proprjetajiet tal-klijenti li kienu mietu. Dan ilqerq sfaxxa hekk kif xi ħadd innota bi żball f’isem fuq l-ittra ta’ Haigh u spiċċa biex weħel erba’ snin ħabs fuq frodi. Wara li ħareġ millħabs fil-bidu tat-Tieni Gwerra OMM WILLIAM Dinjija, hu kompla MCSWAN jiffroda lin-nies u spiċċa dieħel u ħiereġ il-ħabs. Il-fatt li dejjem kien ikun hemm xhieda li jixhdu

JOHN HAIGH KIEN IQARRAQ BIN-NIES BID-DEHRA ATTRAENTI TIEGĦU kontrih wasslu biex jagħmel turi tiegħu, Donald u Amy. pass makabru ħalli ħadd ma McSwan kien qed jaħdem jinduna bil-frodi tiegħu. għall-ġenituri tiegħu billi jiġbor il-kirjiet tad-diverIt-tank tal-aċtu si proprjetajiet li kellhom f ’Londra. Haigh, b’għira lieHaigh kien sema’ bil-qat- ma bħalha, ried il-ħajja ta’ tiel Franċiż, Georges-Alex- McSwan. andre Sarret, li kien jeħles Fis-6 ta’ Settembru talmill-katavri tal-vittmi tiegħu 1944, McSwan għeb. Haigh billi jpoġġihom fl-aċtu. Hekk kien ammetta ’l quddiem li kif ħareġ mill-ħabs fl-1943, hu ħa lil McSwan f ’kantina, Haigh laħaq bħala accoun- tah daqqa ta’ kanna f ’rasu tant f ’kumpanija tal-inġin- u tefgħu f ’tank mimli aċtu. erija waqt li beda jħejji biex Haigh ma riedx li l-ġenituri ikompli jqarraq bin-nies ta’ McSwan jindunaw bl-għegħonja. jbien ta’ binhom u b’hekk Ftit wara ltaqa’ qalilhom li Haigh mar jgħix mal-imgħallem li kellu, Wil- fl-Iskozja għax beda jibża’ li liam McSwan, fejn dan tal- jintbagħat jiġġieled fil-gweraħħar laqqgħu mal-ġeni- ra.


26

04.07.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

04.07.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 387

A. CALAFATO - LIJA

MIMDUDIN: 10. 1. Kompli l-qawl: 12. F’kollox ....... it-tajjeb 16. u l-ħażin (5) 18, 4. Garr (4) 7,23. Pajjiż Pelé (6) 19. 9. Singular ta’ swar (3) 20. Bi 3 NUMRI B’4 NUMRI 096 0121 192 0145 196 0147 373 0493 376 1029 493 2030 524 2114 527 2503 715 2655 722 2803 812 3249 3705

3735 4498 4930 5406 5487 5501 5711 5750 5821 6078 6716 7016 7167

7591 7811 7859 8057 8153 8787 9091 9365 9874 B’5 NUMRI 02995 04654

10438 13178 13817 13852 21853 27319 28252 28737 30633 31520 36114 42941 49311

58278 69588 75379 80139 91151 92718 94289 97687 98848 98941

352198 417204 436974 B’7 NUMRI 0379008 2498442 5823429 9098827

B’10 NUMRI B’6 NUMRI 3651588002 9690462922 309233

Piż tal-antik (6) 21. Ix-xitan (6) Tħallix mistur (3) 23. L-inizjali 24. tal-Olanda (1,1) Stazzjon tat-tv (3) Naqlu fih (5)

WEQFIN: 5,11. Mhux iebsa (5) 15. 1. Hekk nagħmlu 6. Fejn noqogħdu (3) 17,22 jekk infittxu (6) 8. Casal Paula (5,4) 2,12W. Minn fejn iġġib 11. Ara 5 l-informazzjoni (5)12. Ara 2 21. 3. Isir l-aktar fis-sajf 13,21W. Biċċa għodda (6) 22. fil-beraħ (1,1,1) 14. Isem (6)

Leone Muscat Azzopardi (1.1.1) Ara 7 Id-dedikat tilef l-aħħar tnejn (5) Raxx l-ilma (6) Imwielda fil-kapitali Taljana (6) Ara 13 Ara 17

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ħalla, 4.Qrib, 7,9.Bojja, 10.Espert, 12.Valenu, 16.Tua, 18,21W. Error, 19.Mur, 20.Covid, 21.RIP, 23.Rari, 24.Ibatu

WEQFIN: 1.Ħajjat, 2,Lia, 3,11.Abela, 5.RAE, 6,But, 8.Osservati, 12,22.Vapur, 13.Leo, 14.Umdità, 15.Ħrabtu, 17.Uri


28

04.07.2021

IL-ĦOBŻ GĦAL MIN JAF JIEKLU! Editorjal

Il-poplu Malti għadu juri li se jibqa’ jafda f’min tassew hu kapaċi li jmexxi lil pajjiżna ’l quddiem u fejn kulħadd igawdi mill-ġid li jinħoloq

Kif seta’ jinnota kulħadd, il-profezija Nazzjonalista li l-għażiża Malta tagħna tinsab fit-tmiem taż-żminijiet tagħha, kaġun tal-pjan t’azzjoni li ġie impost mill-Financial Action Task Force (FATF) ġimgħa ilu, sfumat ferm iżjed malajr milli kienet ilha tinħema. Tal-Partit Nazzjonalista u l-friegħi kollha tiegħu għamlu l-aktar storbju u frattariji possibbli miċ-ċirkostanzi fejn sabu lill-pajjiż b’rasu baxxuta. Kellhom ukoll l-ardir li jitolbu biex il-mandat demokratiku, li ngħata l-Partit Laburista erba’ snin ilu, jintemm bilġri u pajjiżna jibda jitmexxa minn gvern teknokratiku. Differenti min-Nazzjonalisti, kellhom ikunu l-barranin li juru fiduċja assoluta fil-Gvern Malti. B’kummenti mill-aktar inkoraġġanti, l-aġenziji internazzjonali ta’ kreditu DBRS u Fitch indikaw li, bl-għaqal talGvern u r-reżiljenza tal-poplu Malti kif intwera fl-aħħar snin, pajjiżna ma jdumx ma jegħleb anke din l-isfida l-ġdida. Bil-pożittività tagħhom għamlu iżjed mill-PN biex jagħtu xhieda tal-kredibbiltà li

rnexxielu jibni l-Gvern Laburista. Bħall-ipokriti kollha sa miżżminijiet bibliċi, in-Nazzjona­ listi wkoll għajtu b’ħanġra għall-“għaqda nazzjonali”, avolja m’hawnx Malti u Għawdxi f’sensih li ma jafx li dawn kienu ilhom is-snin jitolbu għal ħsara simili kontra pajjiżna u għamlu ħilithom b’kull mezz u b’kull gidba biex iqarrbuna lejn tali inkwiet. Kif ilu jiġri issa sa mill-2013, il-ħsejjes tagħhom baqgħu qatt ma qabdu art mal-po­plu inġe­­ne­rali. Fuq l-esperje­n­ z­a li għandna mill-pandemija waħedha biss, il-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin ukoll juru fiduċja assoluta fl-ammi­ nistrazzjoni nazzjonali, kif diġà stqarrew b’mod ċar fi stħarriġ riċenti tal-Unjoni Ewropea. Kif jistgħu jafdaw f’dawk li, meta ffaċċjati minn kriżi għa­xar darbiet iżgħar, kienu użaw il-poter f’idejhom biex, minflok, jgħabbu l-agħar piżijiet fuq il-familji u n-negozji u jħallu kwart tal-popolazzjoni tiżżerżaq lejn il-linja talfaqar?! L-inqas rata ta’ qgħad u benefiċċji li jisbqu l-€1 biljun

huma iżjed minn biżżejjed bħala tweġiba. Għaldaqstant, kif kien mis­ tenni, wara ftit jiem minn din il-ġimgħa u ħafna storbju talFariżej, l-ajru ċċara u l-ħsejjes żejda ntfew kollha. Il-pajjiż irritorna għax-xogħol, determinat li jitgħallem mis-sitwazzjoni u joħroġ iżjed b’saħħtu minn qatt qabel. Min-naħa l-oħra, dawk li jaħsbu li jistgħu jixxalaw fuq id-deni lil pajjiżhom, għadhom jegħrqu iżjed fil-fond tal-abbis­si riservat għal dawk li ma jagħrfux jiġġeddu u jibqgħu jirrepetu dejjem l-istess żbalji. Stħarriġ wara l-ieħor talopin­joni pubblika għadhom juru l-istess tendenza u mank jitgħallmu xi ħaġa. Anzi jarmu r-regoli kollha tad-demokrazija biex jilħqu l-unika mira li għandhom stampata f’moħħ­ hom, dik li jissodisfaw ir-regħba li taħkimhom u eventwalment jaslu għall-poter li ma jixirqilhomx. Saħansitra lesti jingarżaw mal-kriminali la dan ifisser iżjed tajn biex jintefa’ fuq l-avversarju politiku. Waqt li l-Gvern Laburista jibqa’ jagħti t-tama għall-ġejjie-

ni, anke fl-iżjed ċirkostanzi diffiċli immaġinabbli, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kapaċi biss issir iżjed negattiva bis-sigħat. Il-miri ambizzjużi mħabb­ rin din il-ġimgħa bbażati fuq xejn inqas mil-linji tal-Ġnus Magħquda u msaħħin bl-akbar baġit Ewro­p­ew li l-Prim Minis­ tru Robert Abela rnexxielu jin­ negozja sena ilu, huma biss “frejjeġ” f’għajn­ejn l-Oppożizzjoni ta’ Bernard Grech. Tali attitudni, flimkien ukoll ma’ tattiċi antikwati u dawk antidemokratiċi ma jwasslu għal imkien ’il bogħod, kif diġà pprovat diversi drabi fl-aħħar snin, mhux l-inqas fl-inkjesta Egrant, li kixfet kif l-akbar gidba politika kienet imsejsa fuq dokumenti ffalsifikati, li għad irridu nkunu nafu l-awturi tagħhom. Il-poplu Malti jistenna ferm aħjar mill-klassi politika. Għalhekk ukoll għadu qed juri li se jibqa’ jafda f’min tassew hu kapaċi li jmexxi lil pajjiżna ’l quddiem u fejn kulħadd igawdi mill-ġid li jinħoloq. Kif għallmuna missirijietna fl-għerf tagħ­ hom, il-poplu konxju li l-ħobż għandu jagħtih lil min jaf jieklu!


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.