Kullhadd_04.09.2016

Page 1

ĦARSA LEJN L-INVESTIMENT FL-EDUKAZZJONI Ara paġna 5

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 4 ta’ Settembru, 2016

Ħarġa Nru 1,208 Prezz €1

BAĦĦARA B’ĠUSTIZZJA

• IL-GVERN JAGĦLAQ KAŻ MA’ EKSĦADDIEMA TAS-SEA MALTA • NEGOZJATI DIFFIĊLI LI WETTQU WEGĦDA TAL-BAĠIT • JITĦALLSU L-PAGI LI KIEN ĦAQQHOM Tħallsu fl-aħħar jiem eksħaddiema tas-Sea Malta li kienu ilhom madwar għaxar snin ilQorti jiġġieldu għall-paga tagħhom wara li Gvern Nazzjonalista falla s-Sea Malta. F’dettalji esklussivi, il-gazzetta KullĦadd tista’ tiżvela kif intlaħaq ftehim bejn ilGvern u l-madwar 40 ħaddiem li kellhom każ il-Qorti biex, skont kif imwiegħed fil-baġit, saret ġustizzja ma’ grupp ieħor ta’ ħaddiema.

FORZA MALTA: ILLEJLA MALTA KONTRA L-ISKOZJA

60 FIS-SENA JITILFU L-LIĊENZJA Medja ta’ 60 persuna fis-sena jitilfu l-liċenzja tas-sewqan wara li jaqbżu l-limitu talpunti. Jikkonferma dan tagħrif li kisbet il-gazzetta KullĦadd minn Transport Malta. Bniedem li jikseb liċenzja ġdida jkun fuq prova għal tliet snin u jkollu 12il punt. Min jagħmel biżżejjed kontravenzjonijiet biex jilħaq dawk it-12-il punt jispiċċa mingħajr liċenzja. Huma l-irġiel l-iktar li jkollhom il-liċenzja revokata, bi ftit iktar minn 500 jkunu rġiel u madwar 100 nisa. Ara paġna 6

paġna 37

Ara paġna 7

“INEŻISTENTI”

QED TINGĦELEB IL-PROBLEMA TAL-PAZJENTI FIL-KURITURI

Minn April sa Awwissu ma kienx hemm każi ta’ pazjenti fil-kurituri tas-swali ta’ Mater Dei. Jikkonferma dan tagħrif li kisbet il-gazzetta KullĦadd mill-Isptar Mater Dei, bis-Segretarju Ġenerali tal-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel jgħid li llum il-pazjenti fil-kurituri saru kważi “ineżistenti”. Meta wieħed iqis is-sena sħiħa jsib li, filwaqt li fl-aħħar sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm iktar minn 8,000 pazjent fil-kurituri, sa issa din is-sena kien hemm biss madwar 600 pazjent, bil-Ministru għasSaħħa, Chris Fearne, jiddikjara li l-Gvern qed jaħdem biex din il-problema jsolviha darba għal dejjem. Ara paġna 6


02 04|09|2016

kullhadd.com

LOKALI

PROĠETT FIR-RABAT JAGĦMILHA MA’ DAWK INTELLIĠENTI • DISINN MALTI FIL-FINALI TA’ KOMPETIZZJONI INTERNAZZJONALI PRESTIĠJUŻA

Kitba ta’ dan il-proġett fis-sezzjoni NEIL AZZOPARDI ta’ postijiet pubbliċi. Iżda, FERRIGGI il-ġurija elevat dan il-proġett fit-taqsima tad-Disinn Il-proġett taċ-Ċentru tal- Intelliġenti hekk kif, skont Konservazzjoni tal-Ilma fiż- huma, dan huwa proġett ta’ żona tan-Nigret, fir-Rabat, kalibru kbir u tal-ewwel xorta ġie kklassifikat mal-finalisti tiegħu. Dan għax, minkejja tal-International Design l-intoppi li nqalgħu matul Excellence Awards. Unur il-proġett, fosthom sejbiet prestiġjuż fil-qasam tad- arkeoloġiċi, Cassar irnexxielu disinn li jingħata mis-Society jibdilhom f ’opportunitajiet of British and International hekk kif, flimkien malperit u ma’ nies oħra, ħolqu Design fl-Ingilterra. Dan il-konkors isir kull sena spazju li jolqot erba’ aspetti u jilqa’ fih l-aktar proġetti ta’ differenti: il-konservazzjoni kalibru li jkunu qed isiru fil- tal-ilma, is-siti arkeoloġiċi li perjodu. Fost il-finalisti din is- se jkunu aċċessibbli għalll-edukazzjoni sena, għalkemm f ’kategoriji pubbliku, differenti, hemm it-terminal tat-tfal permezz taċ-Ċentru tal-ajruport ta’ Heathrow, il- tal-Konservazzjoni tal-Ilma, lukanda Hilton f ’Milan, u kif u r-rikreazzjoni għan-nies ukoll it-terminal fl-ajruport li joqogħdu fiż-żona talmadwar. Iżda l-aktar ħaġa ta’ Amsterdam fl-Olanda. Tkellimna ma’ Mario li laqtet lill-ġurija li sa issa Cassar, id-disinjatur ta’ dan ġġudikat dan il-proġett kienet il-proġett. Naturalment, il-passjoni li għandu Mario esprima sodisfazzjon li Cassar lejn l-ambjent; hekk l-proġett tiegħu rnexxielu kif f ’pajjiżna l-ilma huwa jagħmilha mal-finalisti wara skars, permezz ta’ dan ilħafna xogħol u skrutinju proġett se titqajjem kuxjenza mill-ġurija internazzjonali, fost il-ġenerazzjonijiet futuri l-importanza talfosthom dawk minn dwar rappreżentanti t’Austin konservazzjoni tal-ilma. Madankollu, it-triq ’il Martin, YouTube, Google u quddiem hija waħda twila oħrajn. Mario Cassar, flimkien ma’ sabiex dan il-proġett ikun oħrajn li kienu qed jaħdmu fost ir-rebbieħa għax l-eżitu fuq il-proġett, ippreżentaw tar-riżultat jiddependi minn

70% ta’ ġurija professjonali u internazzjonali, filwaqt li 30% tkun minn fost votazzjoni online miftuħa għall-pubbliku. Il-Perit Roderick Camilleri li, flimkien mad-disinjatur Mario Cassar, fassal dan ilproġett mil-lat estetiku u arkittettoniku, qal li l-prodott finali se jkun wieħed uniku minħabba d-diversi fatturi differenti li ħolqu dan ilproġett, bl-aktar importanti jibqgħu l-konservazzjoni tal-ilma u l-ispazju miftuħ għar-residenti taż-żona tanNigret li għal ħafna snin ma kellhomx postijiet ta’ rikreazzjoni.

Dan il-proġett qed isir mill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru permezz ta’ fondi Norveġiżi jew, kif huma magħrufin aħjar, Norway EEA Grants. Dwar din l-aħbar ikkummentaw ukoll ilMinistru Konrad Mizzi u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg, li fissru s-sodisfazzjon kbir għal dawk kollha involuti f ’dan il-proġett li rnexxielu jagħmilha mal-finalisti ta’ dan l-unur prestiġjuż. Il-Ministru Konrad Mizzi qal li tul dawn l-aħħar tliet

snin, il-Gvern, flimkien mal-Aġenzija tal-Energija u l-Ilma, ħadem fuq diversi proġetti marbuta mal-ilma li wħud minnhom se jkunu qed jitħabbru fix-xhur li ġejjin. Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li dan il-proġett jikkonferma s-serjetà u l-impenn talamministrazzjoni preżenti fejn huwa faħħar l-impenn li qed jintwera u qal li rikonoxximent simili huwa konferma li x-xogħol ma jsirx biss biex sempliċiment ngħidu li jkun sar xi ħaġa iżda sabiex tabilħaqq ikollna proġett denju għaż-żminijiet li qed ngħixu fihom llum.

TAL-MISTRA JAPPELLAW UKOLL ALEANDER BALZAN

Żewġ kumplessi li għal twal servew bħala sors ta’ divertiment u akkomodazzjoni għal turisti li tul is-snin żaru pajjiżna, però maż-żmien l-investituri li xtrawhom biex fuqhom jagħmlu proġetti li jmorru lil hinn minn dak li kienu jipprovdu oriġinarjament sabu diffikultajiet biex jiżviluppaw il-post kif xtaqu biex is-siti spiċċaw mitluqa, abbandunati u

aleander.balzan@one.com.mt snin

Is-sidien tal-Mistra Village, sit li fuqu ħareġ avviż ta’ infurzar biex jew il-post jitwaqqa’ jew jiġi rranġat, ukoll appellaw minn din iddeċiżjoni tal-Awtoritá talIppjanar. Kienet il-ġimgħa li għaddiet li ttieħdet din id-deċiżjoni fil-konfront tas-sidien ta’ dan il-post u tal-Jerma Palace.

saħansitra perikolużi. Kien dan li wassal biex inħarġu l-avviżi ta’ infurzar bissidien tal-Mistra wkoll jappellaw minnu ftit taljiem qabel jiskadu s-16-il jum li matulhom kellhom jieħdu azzjoni. Jirriżulta li l-Awtorità, li qed tieħu dawn il-każi b’serjetà kbira, se titlob itTribunal li jiddeċiedi dan it-tip ta’ appelli biex jisma’ l-każ bl-ikbar urġenza.


LOKALI

kullhadd.com

04|09|2016 03

ĦAMES XHUR MA JINQABAD ĦADD TAĦT L-ETÀ F’PACEVILLE • IL-PULIZIJA TGĦID LI L-MULTI SETGĦU KIENU DETERRENT ALEANDER BALZAN

aleander.balzan@one.com.mt

Bejn Jannar u Lulju kien biss flewwel u r-raba’ xahar tas-sena li l-pulizija qabdet persuni taħt l-età fi stabbilimenti f ’Paceville. Biex din is-sena nqabdu total ta’ 20 persuna taħt l-età ta’ 17-il sena jiddevertu f ’xi bar f ’Paceville. Dan wassal biex ħames persuni tressqu l-Qorti hekk kif huma s-sidien talistabbilimenti li jiffaċċjaw ilġustizzja. Il-kwistjoni ta’ tfal taħt l-età f ’Paceville telgħet fuq l-aġenda nazzjonali wara l-inċident ta’ Plus One f ’Paceville s-sena li għaddiet fejn weġġgħu diversi persuni, fosthom adoloxxenti. Saħansitra kien ikkummenta dwarha l-Prim Ministru u l-Gvern ħarrax il-multi bil-kbir. Minn €230, il-multa għal dawk li jdaħħlu tfal flistabbilimenti telgħet għal €1,250. Dan flimkien ma’ passi li permezz tagħhom sidien tal-istabbilimenti setgħet titteħdilhom il-liċenzja. Żgħażagħ u adoloxxenti taħt is-17-il sena jistgħu jiddaħħlu fl-istabbilimenti biss meta s-sidien ikunu applikaw għal permess speċjali fuq kundizzjoni li ma jbigħux alkoħol. Fl-istess ħin il-Ministeru għall-Intern żied il-preżenza

tal-pulizija f ’Paceville, filwaqt li bdew jingħataw servizzi oħra bħal nies mill-Protezzjoni Ċivili u paramediċi. Mistoqsija tispjega kif f ’Jannar li għadda, ftit xhur wara l-inċident, inqabdu 13-il persuna mbagħad għaddew xhur fejn ma nqabad ħadd, il-pulizija sostniet li l-ispezzjonijiet baqgħu jsiru b’mod regolari. “Ġentilment ninfurmak li l-pulizija jagħmlu spezzjonijiet b’mod regolari. Kif semmejt tajjeb int, jista’ jkun il-każ li

l-multi li ġew imposti kienu ta’ deterrent,” qal kelliem għallpulizija. Tal-istess fehma hu Philip Fenech, rappreżentant talħwienet ta’ Paceville fi ħdan il-GRTU. “Li nista’ ngħid hu li l-pulizija l-ħin kollu jiġu jiċċekkjaw u li ġara hu li, kemm ilha li żdiedet il-multa wara li kien hemm dawk l-inċidenti, aħna għamilna appell, anke permezz tal-midja, fejn għedna li r-responsabbiltà ma tistax tkun biss fuq ilħwienet ta’ divertiment,” qal

Fenech, li fisser kif qed jara iktar responsabbiltà millġenituri. “Aħna konna qed naraw li fis-sagħtejn ta’ filgħodu ġejjin jiġbru t-tfal taħt l-età li kienu tkeċċew. Aħna tlabna wkoll li l-ġenituri jkunu responsabbli mingħajr ma nfarfru tagħna. Naħseb li dak il-messaġġ ħareġ u l-ġenituri bdew ikunu iktar attenti,” żied Fenech. Din hi xi ħaġa li kkonfermatha Rose, omm ta’ tfajla adolexxenti li tkellimna magħha permezz ta’ Facebook.

“Konxji iktar, anke ż-żgħażagħ infushom. Jien tiegħi għandha 17-il sena u, għax sħabha għad għandhom 16, saru jaħsbuha jitilgħux issa. Dan meta qabel konna nafu li moħħhom jibda jtambar fl-età ta’ 15-il sena biex imorru,” qalet din l-omm. “Il-ġenituri huma responsabbli legalment, u aħna tajna struzzjonijiet ċari. Ġieli l-bouncer ġibnieh responsabbli wkoll. Naħseb jekk taqbad l-effort kollu għenet ħafna, u kien hemm awareness ġenerali,” qal Fenech.

L-ESPERJENZA FIĊ-ĊITTADELLA U SANT’IERMU DESKRITTI BĦALA “MAĠIJA” MALTIJA”

Pubblikazzjoni influwenti fil-qasam awdjoviżiv, AV Magazine, kellha kliem ta’ tifħir għal tnejn mill-aħħar proġetti li saru f ’pajjiżna fejn l-awdjoviżiv tħallat marrestawr u r-rakkont tal-istorja. Dawn il-proġetti huma dawk ta’ Sant’Iermu u ċ-Ċittadella fejn l-istorja qed tkun mgħallma b’teknoloġija mill-iktar moderna li tattira persuni ta’

kull età. Bit-titlu Creating the Malta Experience u aġġettivi bħal Maltese Magic, l-awtur kiteb dwar kif l-istorja qed tingħata l-ħajja bil-proġetti awdjoviżivi li tħejjew bħala parti minn dawn il-proġetti li saru b’investiment ta’ miljuni kbar ta’ ewro. “Il-lingwa tal-elementi kreattivi hija simplifikata

b’mod sinifikanti u tvarja ħafna mill-istil antik talmużewijiet fejn il-kuratur irid juri kemm jaf jew ma jafx dwar is-suġġett,” kiteb l-awtur Clive Couldwell. Dan il-magażin huwa wieħed mill-ewlenin flindustrija u huwa maħsub l-iktar għal dawk li jifhmu fis-settur, tant li jirrapporta dwar l-ikbar u l-isbaħ proġetti fis-settur.


04 04|09|2016

kullhadd.com

LOKALI

WASLET IS-SIEGĦA TAL-PROVA GĦAL LEO BRINCAT!

X’INHI L-QEA? Rwol President Membri Stabbilita Post

Taċċerta li l-fondi tal-UE jinġabru u jintużaw kif għandu jkun, u tgħin biex ittejjeb l-immaniġġjar finanzjarju tal-UE Vìtor Manuel da Silva Caldeira Wieħed minn kull pajjiż tal-UE 1977 Il-Lussemburgu

X’TAGĦMEL IL-QEA? bir-reqqa diversi ministri, fl- uffiċjali għolja tas-servizz pubbliku kif ukoll konsulenti għall-ministeri ewlenin dwar Bħala Ministru f ’żewġ diversi oqsma importanti fila m m i n i s t r a z z j o n i j i e t pajjiż. differenti, Brincat ttratta l-aspetti tal-finanzi pubbliċi Il-moħħ wara l-ewwel għall-Ambjent kemm matul il-mandat tiegħu Awtorità bħala Ministru tal-Finanzi u f ’Malta l-Kummerċ, u aktar riċenti, bħala Ministru għall-Iżvilupp Aktar riċenti, bħala Ministru Sostenibbli, Sostenibbli, l-Ambjent u għall-Iżvilupp l-Ambjent u t-Tibdil filt-Tibdil fil-Klima. Fl-1997 Brincat kien Klima, Brincat ħadem biex strumentali fir-rwol tiegħu titwaqqaf l-ewwel l-Awtorità bħala Ministru tal-Finanzi għall-Ambjent u r-Riżorsi permezz tal-preżentazzjoni (ERA) li qatt kellna f ’Malta. fil-Parlament tal-liġi li tagħti Dan seħħ minħabba l-fatt awtonomija lill-Uffiċċju li d-Direttorat Ambjentali, Nazzjonali tal-Awditjar li kien jagħmel parti mill(NAO). Din il-liġi għadha Awtorità Maltija tal-Ambjent fis-seħħ sal-ġurnata tal-lum u l-Ippjanar (MEPA), ma u tagħti s-setgħa lill-Awditur kellux l-istrutturi u l-forma Ġenerali biex jawditja finanzjarja tiegħu stess, kif l-kontijiet d-dipartimenti u ukoll setgħat regolatorji l-uffiċċji kollha tal-Gvern ta’ kompletament separati u Malta, u ta’ tali awtoritajiet distinti. Din l-awtorità, apparti milli pubbliċi jew korpi oħra li jużaw fondi li jappartienu sservi ta’ gwardjan regolatorju direttament jew indirettament komplut b’persuni kwalifikati lill-Gvern ta’ Malta. L-NAO ta’ integrità għolja, inkluża kompla jiżviluppa minn dak rappreżentanza ta’ persuni iż-żmien ’il hawn u kiseb ir- nominati minn eNGOs u tal-partit fl-Oppożizzjoni, rispett tal-Parlament Malti. Bħala Membru tal-Parlament hija mmirata biex tindirizza għal bosta snin, Brincat kien l-obbligi tal-UE, multilaterali membru wkoll tal-Kumitat u nazzjonali li għandha Malta. Taħt is-sorveljanza ta’ tal-Kontijiet Pubbliċi il-WasteServ (PAC), kumitat prestiġjuż Brincat, tlesti għadd li kellu wkoll il-privileġġ li irnexxielha jippresiedi għal erba’ snin ta’ proġetti nazzjonali u u nofs tul leġiżlatura sħiħa. ffinanzjati mill-UE. Dawn ilMatul il-mandati tiegħu fl- proġetti, li kellhom jintemmu sal-aħħar talimsemmi kumitat, f ’diversi b’suċċess okkażjonijiet kellu jinterroga 2015, jinkludu l-Impjant ta’

GLEN FALZON glen@kullhadd.com Brincat strumentali awtonomija tal-NAO Wara xhur ta’ stennija minħabba r-riżultat xejn mistenni fir-referendum li sar dwar jekk ir-Renju Unit għandux jibqa’ jifforma parti mill-familja Ewropea, fl-aħħar wasal il-jum tant mistenni hekk kif, proprju għada, in-nominat Malti għall-Qorti Ewropea talAwdituri (QEA) Leo Brincat, se jkun qed jiffaċċja għadd ta’ mistoqsijiet mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit talParlament Ewropew bl-għan li din in-nomina tikseb irrakkomandazzjoni ta’ dan l-istess kumitat. Wara li n-nomina oriġinali ta’ Toni Abela ma kisbitx irrakkomandazzjoni ta’ dan il-kumitat lura f ’Marzu li għadda, il-Prim Ministru Joseph Muscat, f ’reshuffle tal-Kabinett li kien għamel f ’Mejju ta’ din is-sena, din iddarba għażel li jinnomina lil Leo Brincat biex dan ikun innominat Malti tal-QEA. Dan, min-naħa tiegħu, aċċetta mill-ewwel din in-nomina u minnufih irriżenja mill-kariga li kellu fil-Kabinett, dik ta’ Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima. Eventwalment, dan il-proċess għandu jwassal biex pajjiżna jkollu t-tielet membru filQEA, wara l-Avukat Louis Galea u l-Professur Josef Bonnici.

• Tawditja d-dħul u n-nefqa tal-UE, biex tara li l-fondi tal-UE jinġabru u jintefqu kif suppost, jiksbu valur għall-flus u jkunu ġustifikati. • Tikkontrolla kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li tittratta mal-fondi tal-UE – inklużi verifiki għal għarrieda fl-istituzzjonijiet tal-UE (speċjalment fil-Kummissjoni), filpajjiż tal-UE u fil-pajjiżi li jirċievu l-għajnuna mill-UE. • Tikteb is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet f ’rapporti ta’ awditjar għall-Kummissjoni Ewropea u l-gvernijiet nazzjonali. • Tirrapporta suspetti ta’ frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) • Tipproduċi rapport annwali għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE, li l-Parlament jeżamina qabel ma jiddeċiedi jekk japprovax il-mod kif il-Kummissjoni tittratta l-baġit tal-UE. • Tagħti l-opinjoni esperta tagħha lil dawk li jfasslu l-politika tal-UE dwar kif il-finanzi tal-UE jistgħu jiġu mmaniġġjati aħjar u jkunu iktar responsabbli lejn iċ-ċittadini. • Tippubblika wkoll opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni preparatorja li tħalli impatt fuq l-immaniġġjar finanzjarju tal-UE, kif ukoll dokumenti ta’ pożizzjoni, eżamijiet u pubblikazzjonijiet ad hoc dwar kwistjonijiet ta’ finanzi pubbliċi tal-UE. • Biex tkun effettiva, il-Qorti għandha indipendenti mill-istituzzjonijiet u l-korpi li tawditja. Trattament Mekkaniku u Bijoloġiku tat-Tramuntana ta’ Malta, Stazzjon tatTrasferiment tal-Iskart għal Għawdex, kif ukoll il-kostruzzjoni ta’ impjant Autoclave li nbena biex jikkumplimenta l-inċineratur eżistenti li jintuża għall-iskart tal-biċċerija u skart mediku. Minbarra t-tlestija b’suċċess ta’ dawn il-proġetti, ilkumpanija applikat proċeduri interni aktar stretti u għaddiet ukoll minn eżerċizzju enormi

tkun

ta’ identità viżiva ġdida, li serva sabiex tiġi rieżaminata l-filosofija bażika tagħha għal waħda li tippromovi l-kunċett li “jinħolqu r-riżorsi milliskart”. Din il-bidla kienet waħda kritika għall-kumpanija biex tkun tista’ tilħaq ir-rwol ċentrali tagħha fis-soċjetà. Intant, is-seduta ta’ għada tibda fit-3.00pm u se tkun ukoll imxandra dirett fuq issit tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.


LOKALI

kullhadd.com

04|09|2016 05

ŻIEDA TA’ 80% FIL-PROĠETTI KAPITALI FL-EDUKAZZJONI LIAM GAUCI liam@kullhadd.com

F’dawn l-aħħar snin ilGvern investa ’l fuq minn €50 miljun fil-manutenzzjoni tal-iskejjel u bini ta’ skejjel ġodda. Dawn huma proġetti kapitali importanti u ta’ natura differenti minn dawk li saru mill-amministrazzjoni preċedenti. Dan għax, filpassat, bini ta’ skejjel kbar kienet il-mira prinċipali iżda llum qed naraw kif bini ta’ skejjel iżjed żgħar iqanqlu sens ta’ komunità fl-iskejjel u ttejjeb l-esperjenza ta’ tagħlim. Il-gazzetta KullĦadd se tkun qiegħda tagħti ħarsa ħafifa lejn l-investiment kapitali li sar fl-edukazzjoni matul dawn l-aħħar tliet snin filwaqt li titkellem ukoll ma’ persuni involuti f ’dawn il-proġetti biex tifhem il-motivazzjoni wara u l-impatt ta’ dawn il-proġetti. €18-il miljun fis-sena

“Inħossi ottimist dwar ilWaqt kollegament telefoniku futur” li għamel fil-programm Perspettiva fuq ONE Radio Sabiex nieħdu idea aħjar talnhar it-Tnejn li għadda, Philip effett li qegħdin ikollhom Rizzo, il-Kap Eżekuttiv tal- dawn il-proġetti, il-gazzetta Fondazzjoni għall-Iskejjel KullĦadd tkellmet malt’Għada (FTS), ta idea tal- prinċipal tal-kulleġġ Santa investiment li għamel dan il- Klara, Keith Bartolo. F’kummenti li ta lil din ilGvern fil-faċilitajiet edukattivi fl-aħħar snin. Fost oħrajn huwa gazzetta, Bartolo qalilna spjega li fl-iskejjel primarji li matul din il-leġiżlatura ntefqu madwar €10,000 għal l-kulleġġ immexxi minnu kull student, filwaqt li f ’dawk ra investiment kontinwu, sekondarji kienu investiti kemm fejn jidħlu proġetti kbar kif ukoll dawk €14,500. Barra minn żgħar li għamlu hekk, fir-Resource l-esperjenza Centre talSpiċċa ż-żmien akkademika W a r d i j a a k t a r kien hemm li kien ikollok pjaċevoli investiment skola waħda palazz g ħ a l l ekwivalenti għalliema u għal €22,000 bl-ifjen faċilitajiet l-istudenti. għal kull Fost dawn s t u d e n t u għaxra oħra il-proġetti bi sfidi se jaqgħu biċċiet kien hemm intellettwali. ’il fuq minn €1 Sabiex jagħti ftit miljun f ’investiment tal-kuntest, il-Kap li inkluda l-kostruzzjoni ta’ Eżekuttiv tal-FTS spjega li, għall-kindergarten b’mod kumplessiv, matul il- blokka leġiżlatura li għaddiet kienu fl-Iskola Primarja ta’ San qegħdin jintefqu medja ta’ €10 Ġwann. Barra minn hekk, saru miljun fis-sena f ’dan it-tip ta’ proġetti. B’kuntrast, f ’din il- investimenti oħra bħal dik leġiżlatura n-nefqa telgħet f ’sistema telefonika ġdida għal madwar €18-il miljun kull biex ikun hemm kollegament aħjar bejn l-iskejjel kollha li sena; jiġifieri żieda ta’ 80%. Huwa semma wkoll li din is- jagħmlu parti mill-Kulleġġ sena jmiss lill-iskejjel ta’ Ħal Santa Klara. Bartolo spjega Kirkop, is-Swatar, ir-Rabat, wkoll li għall-ġejjieni hemm Ħaż-Żebbug, Ħal Għargħur, diversi proġetti oħra kbar ix-Xewkija u s-Sixth Form ippjanati li se jinkludu t’Għawdex. Is-sena d-dieħla se l-estensjoni u l-irranġar ta’ jkun imiss li jsiru xogħlijiet ta’ diversi skejjel. Il-prinċipal tal-Kulleġġ mmodernizzar fl-iskejjel talQawra; ir-Rabat, Għawdex; Santa Klara sostna li huwa Wied il-Għajn; u r-resource konxju li jagħmel parti minn centres tal-Guardian Angel sistema edukattiva kbira li u San Miguel fil-Ħamrun u trid tlaħħaq mal-isfidi tagħha b’baġit limitat. Madankollu, f ’Pembroke rispettivament.

huwa spjega li dejjem sab għajnuna kbira min-naħa talMinistru għall-Edukazzjoni, kif ukoll l-awtoritajiet edukattivi b’mod ġenerali li intervenew fi żmien qasir meta kien hemm proġetti li kellhom bżonn jingħataw prijorità. “Inħossni ottimist dwar il-futur, grazzi għax-xogħol li qiegħed jagħmel il-Ministeru għallEdukazzjoni,” tenna Bartolo. “Għandna kburin”

biex

inkunu

Dwar dawn il-proġetti tkellimna wkoll malMinistru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, li spjega li f ’dawn l-aħħar snin ilGvern investa ’l fuq minn €50 miljun fil-manutenzzjoni tal-iskejjel u bini ta’ skejjel ġodda. “Dawn huma proġetti kapitali importanti u ta’ natura differenti millamministrazzjoni ta’ qabel. Qabel, bini ta’ skejjel kbar kienet il-mira, iżda llum qed naraw kif bini ta’ skejjel iżjed żgħar iqanqlu sens ta’ komunità fl-iskejjel u ttejjeb l-esperjenza ta’ tagħlim,” tenna Bartolo. Huwa spjega li dan il-Gvern se jkun investa mhux fi skola ġdida fis-sena imma f ’sebgħa matul din il-legiżlatura. Dawn ir-riżorsi ma kinux iffukati biss f ’binjiet ġodda, iżda fil-manutenzjoni tal-iskejjel preżenti. “Spiċċa ż-żmien li kien ikollok skola waħda palazz bl-ifjen faċilitajiet u għaxra oħra se jaqgħu biċċiet. Fadal ħafna xi jsir, però f ’dawn l-aħħar tliet snin investejna fil-manutenzjoni u t-tisbiħ ta’ skejjel f ’kull rokna

ta’ Malta u Għawdex.” Barra minn hekk, Bartolo saħaq li l-ambjent ta’ skola huwa importanti għat-tfal tagħna, u ta’ spiss ninsew li l-iskola hija wkoll il-post tax-xogħol għal eluf ta’ ħaddiema. Għaldaqstant, li jkollok skola b’ambjent sabiħ u attraenti ċertament li jgħin. Il-Ministru għallEdukazzjoni spjega wkoll li proġetti kapitali oħrajn li saru matul dawn l-aħħar xhur jinkludu l-proġetti li swew aktar minn €20 miljun f ’teknoloġija diġitali għallklassijiet, fejn sar investiment b’saħħa biex l-edukazzjoni tkun waħda iżjed interattiva. “Ninduna kemm għandna nkunu kburin b’pajjiżna meta niltaqa’ ma’ sħabi Ministri tal-Edukazzjoni fi Brussell, fejn kulħadd jgħidlek li l-baġits tagħhom qed

jinqatgħu u kemm għandhom inkwiet biex jaraw x’servizzi se jwaqqfu. Aħna, minnaħa l-oħra, qegħdin naraw l-investiment fl-edukazzjoni, fl-iskejjel, fl-għalliema u fittfal tagħna dejjem jiżdied minn sena għal oħra,” qal Bartolo. “Plejer tal-futbol jista’ jkollu l-aqwa żarbun u l-iktar flokk lussuż li hemm, però ma jfissirx li huwa Messi. Li jkollna skejjel sbieħ u attraenti huwa tajjeb u huwa xieraq għat-tfal tagħna, però l-esperjenza edukattiva tmur oltre minn bini, tablets jew kompjuters ġodda. Aħna lesti li nkomplu ninvestu anke fil-kwalità tat-taħrig talgħalliema u biex nwessgħu r-rotot u l-possibbiltajiet differenti għall-istudenti tagħna,” temm jgħid ilMinistru għall-Edukazzjoni.

UĦUD MILL-PROĠETTI LI TLESTEW/SE JITLESTEW FL-2016 Kostruzzjoni ta’ skola medja ġdida li se tifforma parti mill-Kulleġġ San Benedittu f ’Ħal Kirkop

€8,000,000

Bini ta’ skola primarja ġdida fil-Qawra

€8,000,000

Ristrutturar ta’ Dun Manwel Attard Young Adult Resource Centre fil-Wardija

€2,140,000

Rinnovazzjoni tal-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ u Ċentru għall-Ħarsien tat-Tfal f ’Ħaż-Żebbuġ

€1,000,000

Estensjoni u mmodernizzar tal-Iskola Primarja ta’ Ħal Għargħur

€800,000

Rinnovazzjoni tal-Iskola Primarja tax-Xewkija, Għawdex

€520,000


06 04|09|2016

kullhadd.com

LOKALI

MINN ELUF KBAR GĦAL FTIT MIJIET • KWAŻI SOLVUTA GĦALKOLLOX IL-PROBLEMA TAL-PAZJENTI FIL-KURITURI • L-MUMN TGĦID LI SARU KWAŻI “INEŻISTENTI” • FEARNE: “SE NSOLVUHA DARBA GĦAL DEJJEM” ALEANDER BALZAN aleander.balzan@one.com. mt Minn 8,118 pazjent li ngħata kura f ’kuritur fl-2012 għal ftit iktar minn 600 din is-sena. Daqshekk kienet ikkontrollata l-problema tal-pazjenti filkurituri wara tliet snin ta’ amministrazzjoni ġdida. Iktar minn hekk jirriżulta li, bejn April u Awwissu ta’ din is-sena, ma kien hem ebda pazjent filkurituri. It-tagħrif li għandha l-gazzetta KullĦadd huwa kkonfermat minn dawk li mal-pazjenti jaħdmu kuljum, fosthom l-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel. Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, qal li l-figuri talaħħar xhur jimlewh b’kuraġġ. “Minħabba n-numru akbar ta’ nies li jkun hawn f ’pajjiżna, ixxhur sajfin ukoll huma meqjusin bħala wieħed mill-aktar perjodi fejn l-isptarijiet tagħna jkunu ffullati, b’peak ieħor ikun fl-

eqqel tax-xitwa,” qal Fearne. Anke Colin Galea, is-Segretarju Ġenerali tal-MUMN, innota t-titjib li kien hemm. Qal li, għalkemm ix-xitwa dejjem tkun iktar problematika, mhux darba u tnejn li s-sajf kien bil-pazjenti fil-kurituri. “L-MUMN innutat li, f ’dan

l-aħħar perjodu, sodod filkurituri fl-Isptar Mater Dei kważi saru ineżistenti; jiġifieri aħna sodisfatti li qed insibu soluzzjonijiet,” qal Galea, li kellu kliem ta’ tifħir għallftuħ tas-swali ġodda u l-pjan li hemm li jinfetħu iktar swali “biex din tal-kurituri naqtgħuha

darba għal dejjem, kif jidher li mexjin l-affarijiet”. Il-problema ta’ nuqqas ta’ sodod fl-isptarijiet tagħna kienet ilha tinħass sa minn żmien l-Isptar San Luqa, iżda bil-migrazzjoni lejn l-Isptar Mater Dei is-sitwazzjoni ggravat hekk kif fl-Isptar Mater Dei kien hemm inqas sodod milli kien hemm f ’San Luqa. “Għalkemm ma nistgħux ngħidu li din il-problema ġiet eliminata għalkollox, żgur is-sitwazzjoni tjiebet ferm, speċjalment wara l-ftuħ ta’ binja ġdida biswit l-Emerġenza, b’żewġ swali ġodda. Barra minn hekk, mill-ftuħ tal-Isptar talOnkoloġija Sir Anthony Mamo, fl-Isptar Boffa sar xogħol ta’ manutenzjoni biex illum jospita fih pazjenti li jkunu qegħdin jingħataw kura fit-tul,” żied ilMinistru Fearne. Għamlu differenza kbira tliet swali li nbnew f ’inqas minn sena. Dawn huma l-MAU1 u l-MAU2 li jinsabu fil-binja bisiwt l-Emerġenza, u l-MAU3

li hi sala ġdida li ġiet inkorporata f ’Mater Dei. Bejniethom hemm total ta’ 85 sodda ġdida. Fearne żied jgħid li l-binja bisiwt l-Emerġenza se tkompli tikber b’aktar sulari. “Il-pjan tagħna hu li jkollna sptar tal-maternità, għan-nisa u t-trabi. L-istess idea li gvernijiet Laburisti għamlu b’Karen Grech li iżda, maż-żmien, taħt il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, tilef ilkunċett tiegħu,” qal Fearne. Aktar spazju ta’ sodod se jiżdied ukoll permezz tassħubija bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare fejn se jerġa’ jinfetaħ mill-ġdid l-Isptar San Luqa, se jsir refurbishment qawwi fl-Isptar Karen Grech, kif ukoll jinkludi l-proġetti tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u l-iskola medika Barts. “Għaldaqstant, il-pjanijiet tagħna huma li kif eliminajna l-problema tal-mediċini out of stock, fix-xhur li ġejjin se nkunu qegħdin neliminaw darba għal dejjem il-problema ta’ nies filkurituri,” qal Fearne.

600 JITILFU L-LIĊENZJA BIL-PUNTI F’GĦAXAR SNIN • 71 REĠGĦU GĦAMLUHA GĦAL DARB’OĦRA ALEANDER BALZAN

aleander.balzan@one.com.mt

Iktar minn sitt persuni tilfu l-liċenzja tas-sewqan fl-ewwel tliet snin minn meta kisbuha wara li qabżu l-limitu ta’ 12-il punt li tippermetti l-liġi. L-irġiel, f ’ħafna każi żgħażagħ, kienu l-inqas iddixxipplinati; infatti n-numru kien ta’ 504 tas-sess maskil, u 104 tas-sess femminil. Bħallikieku dan mhux biżżejjed, kien hemm 64 raġel u seba’ nisa li reġgħu tilfu l-liċenzja wara li kisbuha mill-ġdid. Meta bniedem jieħu l-liċenzja tas-sewqan fuq karozza talpassiġġieri jew mutur għandu

gravi r-reat. Bl-iktar li jġibu punti hemm dawk meta ma tiqafx wara aċċident, fejn wieħed jista’ jitlef bejn ħamsa u għaxar punti, jew li jsuq il-vettura mingħajr liċenzja, fejn jitlef bejn sitta u tmien punti. Sewqan perikoluż li jista’ jwassal għal mewt jew taħt l-effett tal-alkoħol itellef bejn tlieta u 11-il punt. Fl-aħħar għaxar snin kienu 126,600 dawk li telgħu għat-test tas-sewqan. Minnhom kienu biss 34,046 li għaddew mal-ewwel test, bloħrajn ikollhom jitilgħu għattieni, it-tielet darba jew iktar tliet snin bi prova. Fejn jekk jitla’ għat-test. Naturalment, il- biex jingħataw il-liċenzja. Dawn jgħaqqad it-tnax-il punt irid jerġa’ punti jintilfu skont kemm ikun kollha mbagħad kienu suġġetti

għal din is-sistema li ddaħħlet fl-2004. Is-sistema tal-punti hija meqjusa ta’ deterrent għallabbuż iktar minn sempliċi ċitazzjoni, tant li f ’sajf fejn żdiedu l-aċċidenti tat-traffiku l-appell tal-assoċjazzjoni talassigurazzjoni kien li din tkun estiża għas-sewwieqa kollha. “Kull sewwieq qed juża l-istess toroq u għalhekk jagħmel sens li jkun hemm l-istess regoli,” qal Adrian Galea li jmexxi l-Malta Insurance Association. Hu ppropona li mhux biss tista’ tittieħed il-liċenzja ta’ dak li jkun, iżda hemm sistema fejn din tkun sospiża.


LOKALI

kullhadd.com

04|09|2016 07

FTEHIM MA’ EKSĦADDIEMA TAS-SEA MALTA ALEANDER BALZAN

aleander.balzan@one.com.mt

Il-Gvern ftiehem ma’ eksbaħħara tas-Sea Malta biex wara għaxar snin jissieltu l-Qorti ħadu ġustizzja u tħallsu l-paga u benefiċċji oħra li kienu baqgħu mingħajrhom wara li Gvern Nazzjonalista kien falla s-Sea Malta. Id-deċiżjoni hija konformi ma’ wiegħda li saret fil-baġit għal din is-sena fejn il-Gvern kien qal: “Il-Gvern jinsab f ’negozjati avvanzati mal-eksbaħħara tasSea Malta biex darba għal dejjem tiġi konkluża l-pendenza li għandhom quddiem il-Qrati.” Fl-aħħar xhur, il-proċess ta’ negozjati għan-naħa tal-Gvern mexxewh il-Ministri Owen Bonnici u Edward Zammit Lewis u s-saga li tinvolvi madwar erbgħin ħaddiem ingħalqet flaħħar jiem wara sensiela ta’ diskussjonijiet. Dan bl-approvazzjoni tal-

Kabinett tal-Ministri u wara li ttieħdu pariri professjonali u legali fosthom l-Avukat Ġenerali. Il-ħaddiema wkoll kienu lesti għal kompromess, tant li biex jaslu għall-ftehim aħħari ċedew kważi l-imgħax kollu li kellhom jieħdu fejn, minflok it-8% li tipprovdi l-liġi, ħadu biss 1%, biex sa fl-aħħar il-ħaddiema tħallsu fl-ewwel ta’ Settembru li għadda taħt il-gwida tan-Nutar tal-Gvern.

Ikkuntattjat mill-gazzetta KullĦadd, il-Ministru għallĠustizzja Owen Bonnici spjega kif meta għalqet is-Sea Malta l-ħaddiema baħħara kienu ppreżentati b’sitwazzjoni li, jew imorru mas-sidien il-ġodda b’kundizzjonijiet differenti, jew il-kumpanija tiġi xolta bil-possibbiltà li ma jiħdux ilbenefiċċji li ħaqqhom. Eventwalment il-ħaddiema baħħara fetħu numru ta’

kawżi fosthom proċeduri biex jippartecipaw fil-konkorsi ta’ kredituri dwar il-flus li ġew millbejgħ tal-bastimenti Żebbuġ u Maltese Falcon. Żewġ assi li kellha s-Sea Malta li nbiegħu bil-għan li jitħallsu l-kredituri bilħaddiema jkunu fost l-aħħar fillista. “Dan għax l-eks-Ministru Austin Gatt ġegħilhom imorru l-Qorti biex jieħdu dak li hu tagħhom,” żied il-Ministru Edward Zammit

Lewis, li nnota kif il-ħaddiema kollha li kienu parti fil-kawżi qablu mal-arranġament li ppropona l-Gvern wara n-negozjati. Kien fl-2005 li s-Sea Malta għalqet il-bibien tagħha bi Gvern Nazzjonalista, primarjament Austin Gatt, li kien determinat li ma jarax din il-kumpanija tirnexxi, tant li diversi pjani mressqa mill-bord tas-Sea Malta kienu dejjem injorati u finanzjament imwiegħed mill-Gvern sa mill2002 ma wasal qatt. Meta fl2005 il-kwistjoni kienet fl-iktar mument kritiku, Gatt kien aġixxa b’arroganza mhux biss mal-bord iżda anke ma’ dawn il-ħaddiema, u huwa biss illum, wara bidla flamministrazzjoni, li qed jieħdu d-dinjità li ħaqqhom. Kelliem għall-Gvern ikkonferma li bħal dawn il-ħaddiema hemm sezzjonijiet oħra li jridu jieħdu ġustizzja. U bħalma kien hemm min ħadha fl-aħħar tliet snin, qed issir ħidma biex oħrajn joħduha fiż-żmien li ġej.

TIRRANKA L-ĠLIEDA KONTRA L-ABBUŻI FIĊ-ĊENTRI TAL-ISKART GOFF Għal numru ta’ snin iċ-ċentri ta’ skart goff madwar Malta kienu qed jaraw użu estensiv mis-settur kummerċjali li wassal għad-detriment tal-għan prinċipali tas-siti: li skart domestiku goff ikun mormi b’mod li jkun jista’ jiġi riċiklat. Bl-għan li dan l-abbuż minn operaturi kummerċjali jkun miġġieled, ilWasteServ introduċiet ir-riforma fis-siti għar-rimi ta’ skart goff, magħrufa aħjar bħala Civic Amenity Sites. B’din ir-riforma li ġiet introdotta aktar kmieni din il-ġimgħa, issa se jkun hemm distinzjoni aktar ċara bejn dak l-iskart li jitqies bħala wieħed domestiku u dak meqjus bħala kummerċjali. B’dawn il-bidliet, issa, vetturi privati jistgħu jidħlu fis-siti għar-rimi ta’ skart goff għal kemm-il darba jixtiequ. Jirriżulta wkoll li għal dawk l-operaturi li jużaw vann kummerċjali żgħir, din ir-riforma tagħtihom lok biex jużaw dawn is-siti sa 18-il darba fis-sena. Intqal ukoll li dawk it-trakkijiet kbar se jitħallew jidħlu f ’dawn is-siti f ’ċirkustanzi eċċezzjonali. Il-kumpanija WasteServ kompliet tgħid li r-raġuni ewlenija wara din ir-riforma hija l-fatt li kumpaniji privati kienu qed jabbużaw mill-użu ta’ dawn is-siti. Għalhekk, inħasset il-ħtieġa li jiġi kkjarifikat li l-għan ta’ dawn is-siti huwa li jipprovdu servizz b’xejn biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jarmu skart goff u perikoluż. Sfortunatament, komplew isostnu l-WasteServ, dan kien qed jintuża bla rażan minn kuntratturi privati. Intant, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima José Herrera fisser kif dan l-eżerċizzju huwa mmirat li jżid id-dixxiplina fl-immaniġġjar tal-iskart, filwaqt li se jgħin biex Malta tilħaq il-miri Ewropej dwar l-iskart. X’materjali tista’ tarmi u fejn:

Materjal relatat mal-kostruzzjoni

fil-barrieri permessibbli jew billi tikri skipp mingħand trasportaturi rreġistrati tal-iskart

Skart goff

fl-impjant tal-Malta North li jinsab fil-Kumpless tal-Magħtab

Injam

fl-impjant tal-Malta North li jinsab fil-Kumpless tal-Magħtab

Żebgħa

jekk żebgħa taż-żejt fl-inċineratur, jekk żebgħa tal-ilma fil-landfill

Appliances

jekk ġej mis-settur kummerċjali, permezz tal-iskemi tal-WEEE, filwaqt li n-nies fid-djar jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tal-iskart goff offrut b’xejn mill-kunsilli lokali kollha

Żjut

permezz tal-kuntratturi privati jew fl-inċineratur tal-Marsa

Tyres

agħmel kuntatt mal-Waste Acceptance Unit biex tiddisponi minnhom f ’xi faċilità speċifika

Metall u materjali riċiklabbli

agħmel kuntatt mal-Waste Acceptance Unit biex tiddisponi minnhom skont kif infurmat jew fl-impjant ta’ Sant’Antnin jew f ’dak tal-Kus. Tista’ wkoll tikri skipps jew tagħmel kuntatt ma’ xi persuni li jiddisponu minn dan l-iskart. Dawn il-materjali huma kkunsidrati bħala riżorsi importanti għall-operaturi ekonomiċi.

Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar dan kollu tista’ ċċempel diretamment lill-Waste Acceptance Unit fuq il-freephone 8007 2200 jew inkella ibgħat email lil info.ws@wasteservmalta.com


08 04|09|2016

kullhadd.com

LOKALI

JINGĦAQDU FLIMKIEN KUMPANIJI B’FIRXA KBIRA TA’ DITTI TA’ KAROZZI U SERVIZZI Motors Inc. hija kumpanija ġdida li nħolqot blamalgamazzjoni ta’ Cars International u Pater Holding. Is-sidien ta’ Cars International huma Tum Invest Group u United Group, filwaqt li Pater

Holding huma s-sidien talUCIM, Meridian Enterprises u l-Waldorf Auto Services. L-ishma ta’ din l-intrapriża konġunta ġdida issa huma maqsuma b’mod indaqs bejn Pater Holding, Tum Invest

u l-United Group u se tkun tirrappreżenta firxa ta’ ditti li jinkludu l-Alfa Romeo, Fiat, Fiat Professional Vehicles, Hyundai, Iveco, Jeep, Kia, Opel, Saab, DFM u Waxoyl. Il-kumpaniji qalu li s-saħħa tal-għaqda f ’Motors Inc. se tipprovdi opportunità kbira biex jintużaw bl-aħjar mod possibbli l-potenzjal tat-talent tal-impjegati speċjalizzati, l-effiċjenza fl-operat u valur akbar għall-flus. “Flimkien, aħna naqsmu wirt u rikkezza kbira ta’ esperjenzi li akkumulajna tul is-snin. Dan l-isforz u r-riżorsi prezzjużi magħqudin flimkien jagħmluna b’saħħitna u jpoġġuna f ’pożizzjoni biex nagħtu lil kull xerrej talkarozzi offerta wiesgħa li ma titqabbel ma’ xejn aktar minn fost il-klassijiet kollha talkarozzi,” qal Edmund Gatt Baldacchino, Direttur talUnited Group. “L-eċċellenza tagħna hija bbażata fuq l-affidabbiltà, il-fiduċja u s-servizz personalizzat lillkonsumaturi. Aħna nemmnu li dan it-tisħiħ tal-punti qawwijin tagħna se jgawdu minnu

l-konsumaturi, kif ukoll ilpożizzjoni fuq quddiem nett tal-organizzazzjoni tagħna fis-suq Malti. Se tikber ukoll iż-żieda fl-opportunitajiet ta’ avvanz fil-karriera talimpjegati speċjalizzati tagħna, li t-total tagħhom issa jammonta għal aktar minn 75 persuna mqassmin fis-setturi kollha tal-operat.” Apparti l-firxa ta’ ditti li tirrappreżenta, il-Motors Inc. se tinvesti għas-servizz ta’ wara l-bejgħ. “Illum ilġurnata n-nies ma tantx għandhom ħin, għalhekk ikunu jridu s-serħan tal-moħħ u l-kumdità, irrispettivament minn kemm ikunu jistgħu jonfqu biex jixtru karozza,” qal Anthony Fenech, Direttur ta’ Tum Invest Group. “Hekk kif isiru sidien, iridu rashom mistrieħa li jekk il-karozza jkollha bżonn service, huma jistgħu jkomplu b’ħajjithom mingħajr xkiel u bl-inqas inkonvenjent, u fejn il-problema tagħhom tiġi indirizzata fl-iqsar ħin possibbli.” “Id-distinzjoni ta’ Motors Inc. tinsab fil-fatt li s-sistema

kollha tieħu ħsieb lill-klijenti mill-ewwel darba li dawn imissu mal-kumpanija u d-ditti tagħha, sa meta jmorru jesperjenzaw huma stess kull karozza li jixtiequ permezz ta’ test-drive, kif ukoll fl-għajnuna li jingħataw biex jieħdu deċiżjoni fl-għażla tal-karozza t-tajba skont il-ħtiġijiet, l-istil ta’ ħajja, buthom, u bl-offerta ta’ part-exchanges u termini ta’ pagament flessibbli,” qal ilProf. John Mamo, Chairman ta’ Pater Holding. “Dan isservizz personalizzat żgur se jġiegħel lill-klijent iħossu parti mill-familja estiża ta’ Motors Inc., fejn is-servizz huwa personalizzat u l-persuna fuq in-naħa l-oħra tal-linja hija familjari. Minħabba li t-tliet kumpaniji li jaqsmu l-ishma kollha kemm huma bnew fiduċja matul is-snin, kemm ma’ klijenti eżistenti kif ukoll dawk potenzjali, ir-reputazzjoni hemm barra hija li wieħed jista’ jafda fuq l-impriża konġunta tagħna u li aħna tassew nagħmlu minn kollox biex kull konsumatur iħoss li qed jingħata l-attenzjoni.”

MOODY’S TBASSAR TKABBIR EKONOMIKU ROBUST Lanqas laħqu għaddew ġimagħtejn mir-rapport ta’ Fitch, meta aġenzija ta’ kreditu internazzjonali oħra, Moody’s, irrimarkat ukoll b’mod pożittiv fuq il-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna. Fil-fatt, f ’rapport li ppubblikat Moody’s, ħareġ li pajjiżna żamm postu ma’ ta’ fuq fil-kategorija A, fl-iskala A Tlieta, filwaqt li ntqal li l-prospetti ekonomiċi għallġejjieni huma stabbli. Moody’s qed tħares lejn issentejn li ġejjin bħala żmien li Malta se tkompli bit-tkabbir ekonomiku robust li jqarreb lejn l-4%. Dan it-tkabbir, ferm ogħla mill-medja Ewropea, se jkun qed jirrifletti fiż-żieda flimpjiegi u fir-rata ta’ nisa jaħdmu fost l-oħrajn, jgħid ir-rapport ta’ Moody’s. Moody’s irrikonoxxiet l-impenn tal-Gvern li jżid il-kompetittività b’riformi importanti li kkontribwew

biex pajjiżna għandu ekonomija reżiljenti filwaqt li l-investituri Maltin u barranin jimirħu fis-suq Malti. Moody’s tmur anke pass aktar minn hekk u telenka li r-riformi ekonomiċi li daħlu riċentament se jsaħħu l-ekonomija stabbli li pajjiżna għandu u b’hekk Malta tkun kapaċi tindirizza l-isfidi ekonomiċi li jiffaċċja kull pajjiż f ’dinja globalizzata. Fost l-isfidi li jissemmew hemm l-effett li l-Brexit jista’ jkollu fuq it-turiżmu mirRenju Unit, iżda hawn ukoll Moody’s tgħid li l-influss ta’ turisti li żdied minn destinazzjonijiet differenti kapaċi jikkumpensa għal dan. Ir-rapport tal-aġenzija ta’ kreditu, li hi magħrufa li tagħmel rapporti retti mingħajr ma tħares lejn wiċċ ħadd, kellha kliem ta’ tifħir ukoll għall-mod kif Malta qed tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq iż-żejt u sors

wieħed tal-enerġija. Dwar id-defiċit, Moody’s innutat ukoll kif il-Gvern qed jilħaq il-miri tiegħu fejn, filwaqt li d-defiċit qed jibqa’ jkun ikkontrollat, id-dejn nieżel taħt is-60% tal-Prodott Domestiku Gross, kif mitlub mir-regoli Ewropej. Dan kollu qed iseħħ fl-ambitu tat-tkabbir ekonomiku iżda wkoll filprogrammi innovattivi li għandu pajjiżna, fosthom dak taċ-ċittadinanza b’investiment. Moody’s ħarset ukoll lejn miżuri oħra li ħa l-Gvern favur governanza fiskali aħjar u għalhekk uriet issodisfazzjon tagħha lejn l-Att Dwar ir-Responsabbiltà Fiskali introdott din is-sena. Qalet ukoll li l-banek Maltin huma b’saħħithom u l-metodoloġija ta’ kif joperaw f ’pajjiżna għenet mhux ftit biex Malta baqgħet b’ekonomija stabbli.


LOKALI

kullhadd.com

04|09|2016 09

TĦALLIX L-ANZJETÀ TIKKONTROLLAK APPELL TA’ TFAJLA LI TGĦADDI MINN ESPERJENZI DIFFIĊLI kitba ta’ CLAIRE AZZOPARDI “In-nies ma jifhmunix. Sitwazzjoni li għalihom hija faċli, għalija hija inkwiet u anzjetà. Nagħmel iljieli twal imqajma u ħajti hija kkontrollata minn din ilkundizzjoni.” Dan huwa kliem Rebecca* tfajla żagħżugħa li, minkejja d-daħka li jkollha ta’ kuljum fuq wiċċha, ġo fiha tħoss dwejjaq u bħal donnu eċitament; xi ħaġa li filmaġġoranza tal-jiem ma tkunx tista’ tifhem minn fejn ġejja. Minkejja li tkun tixtieq tifhem għaliex, ma tkunx tista’ ssib raġuni u tinkwieta meta tirrealizza li: jekk ma tistax tifhem hi, kif se jifhem ħaddieħor? Ta’ kuljum dawk il-persuni li huma qrib tagħha jinnutaw li taħt dik it-tbissima hemm tfajla li qed tipprova tiġġieled battalja interna, battalja li l-għadu ewlieni tagħha huwa l-moħħ. Dawk li ma jsofrux millanzjetà jsibuha diffiċli jifhmu din il-kundizzjoni x’inhi u għaliex persuna tbati minnha. “Għaliex tagħmel hekk tfajla bħalek? Għandek kollox binti! Xi trid iżjed?” Dawn huma ftit mill-kummenti li tisma’ ta’ kuljum din Rebecca u li, minkejja li taqbel magħhom, tibqa’ bla kliem quddiem sitwazzjoni kkontrollata mill-emozzjonijiet, li kultant l-ebda kelma ta’ wens ma tbiddilhom.

KIF TINTEBAĦ BL-ANZJETÀ? Wieħed għandu jżomm f ’moħħu li kulħadd jista’ jgħaddi minn mumenti ta’ tensjoni jew anzjetà. Ngħidu aħna bħal meta jkun hemm bżonn xi diskors pubbliku jew f ’mumenti diffiċli, ngħidu aħna finanzjarji. Imma għal ċertu nies, bħal Rebecca, dawn tant isiru spissi li jkun hemm sinjali ċari li hemm bżonn l-għajnuna. Kif tista’ tgħid li wasalt f ’dan il-punt? Mhux faċli, iżda hemm diversi modi kif wieħed jintebaħ li qed isofri minn anzjetà. Dawn huma wħud minnhom: • Tinkwieta wisq • Ma tkunx tista’ torqod • Biża’ li ma tispjegax • Tensjoni fil-muskoli • Paniku • Taħseb fl-imgħoddi • Dubji dwarek innifsek

“Immaġinak tqum filgħodu mbikkem bla raġuni, tħossok imdejjaq u inkwetat fuq xi ħaġa li mhux neċessarjament taf x’inhi. Kelma li persuna tkun qaltlek bla ħsieb jew intenzjoni f ’moħħok tibqa’ tberren lejl u nhar; sitwazzjoni fejn, minkejja li tkun qed tieħu gost f ’xi post ta’ divertiment, xorta waħda fil-fond tibda tħoss li hemm xi ħaġa ħażina – vojt jew dwejjaq,” iżżid Rebecca. Din it-tfajla spjegatilna li min żmien għal żmien kulħadd xi darba jew oħra jħoss l-effetti tal-anzjetà. “Qatt kellek titkellem filpubbliku jew xi eżami?

TAL-FISH FARMS JITOLBU IKTAR ĦIN Nhar it-Tnejn, il-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi talAkkwakultura se tmur għand l-Awtorità tal-Ippjanar bi pjan biex il-fish farms jiġu rilokati. Dan wara li l-Ħamis li għaddha l-istess Awtorità ħarġet avviż ta’ infurzar ta’ emerġenza filkonfront ta’ erba’ operaturi ta’ fish farms biex joħorġu bi pjan ta’ kif se jsolvu l-illegalitajiet tagħhom. F’konferenza tal-aħbarijiet, uffiċjali mill-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akkwakultura spjegaw kif rilokazzjoni għandha ssir b’mod studjat u strutturat, u li għandha ssir sa Ġunju 2017, meta jerġa’ jibda l-istaġun tat-tonn. Salvu Ellul, membru tal-federazzjoni u operatur, spjega kif kienu ilhom snin twal jitolbu rilokazzjoni, iżda t-talba tagħhom qatt ma ntlaqet. Huwa wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt kif il-Gvern lest jiddiskuti t-talba tagħhom. Madankollu, esprima x-xewqa li jkun hemm aktar regolamentazzjoni u aktar spazju bejn fish farm u ieħor. Intant, il-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi talAkkwakultura ammettiet ir-responsabbiltà ta’ tniġġis, u qalu li l-ikel tal-ħut kellu ħafna żejt żejjed. Is-Segretarju tal-Federazzjoni John Refalo spjega kif ħadu kampjuni tal-ilma mniġġes u ġie analizzat. Minn din l-investigazzjoni qal li rriżulta li, minkejja li huwa inkonvenjent, ma jikkawża l-ebda ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Din l-industrija hija waħda b’saħħitha f ’pajjizna u li b’kollox tħaddem mal-elf persuna b’mod dirett u indirett. Iżda fl-aħħar jiem il-Gvern u l-awtoritajiet tiegħu qalu li m’hemmx kompromess mal-ħarsien tal-ibħra u saħansitra se jiżdiedu l-pieni għal min jikser il-liġijiet. Fl-istess ħin diġà beda l-infurzar.

Persuna bħali li tbati millanzjetà tħoss dawk il-friefet u jaħkmuha dawk in-nervi kull ġurnata.” Minkejja li kull persuna tgħaddi minn xi fażi ta’ dan ittip, huwa meta l-anzjetà tant tibda tikkontrollalek ħajtek li forsi tħoss id-dinja se tispiċċa u jiġuk mumenti fejn ma tkunx tiflaħ izjed. Riċerka turi li l-anzjetà tista’ tieħu forom differenti, fosthom attakki ta’ paniku, fobja għal xi ħaġa jew xi ħadd partikolari jew anzjetà soċjali. Din il-kundizzjoni jbatu biha numru kbir ta’ persuni, tgħid statistika tal-Organizzazzjoni Dinjiji tas-Saħħa (WHO). Fil-

fatt, hija persuna minn kull ħmistax fl-Ewropa li ssofri minn din il-kundizzjoni. Din l-istatistika turi wkoll li huwa aktar is-sess femminil li jbati minn xi tip ta’ anzjetà. Din it-tfajla stqarret magħna kemm hu importanti li, meta persuna tħoss dawn is-sintomi, ma tingħalaqx waħedha iżda titkellem ma dawk il-persuni li tħossha komda magħhom, u spjegatilna li ħadd m’għandu jiddejjaq ifittex l-għajnuna talpsikologu jew tal-psikjatra. “Taħsibx li dawk li verament iridulek il-ġid se jiġġudikawk għax tfittex għajnuna medika. Għall-grazzja t’Alla hawn l-għajnuna u wieħed

m’għandux jiddejjaq ifittixha,” qalet Rebecca, li sostniet li riedet titkellem magħna biex twassal dan l-appell. “L-appell ta’ din iż-żagħżugħa li llum qed jirnexxilha tegħleb din il-battalja kontra l-emozzjonijiet tagħha, huwa li dawn il-fażijiet fil-ħajja ta’ kull wieħed minnha mhumiex biss piż u salib tqil xi ġġorr iżda jgħallmuna u jagħmluna dik il-persuna li aħna llum,” temmet Rebecca. *Rebecca huwa isem fittizju. Xhieda oħra ta’ kemm mhux kulħadd għadu komdu jitkellem fil-miftuħ u għalhekk ix-xewqa tagħha li tqajjem kuxjenza.


10 04|09|2016

kullhadd.com

AĦBARIJIET

TAT-TINDIF JILTAQGĦU MA’ “KAŻIJIET XOKKANTI” • SFORZ GĦAL PAJJIŻ AKTAR NADIF, IŻDA L-ISFIDA AKBAR MINN DIK MISTENNIJA • SISTEMA TA’ CUSTOMER CARE EFFETTIVA ĦAFNA • AKTAR MINN 10,000 TUNNELLATA SKART MIĠBURA DIN IS-SENA

Għalkemm għal ħafna l-istaġun tas-sajf iservi bħala żmien ta’ serħan, mhux l-istess jista’ jingħad għall-ħaddiema ħabrieka tad-Direttorat għat-Tindif, fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li ta’ kuljum jagħmlu sigħat twal ta’ xogħol biex pajjiżna jinżamm nadif. Madankollu, mhux kollox huwa ward u żahar f ’xi lokalitajiet hekk kif numru ta’ kunsilli lokali mhumiex jagħmlu xogħolhom sew, tant li jkollu jintervieni dan l-istess direttorat. Kien għalhekk li GLEN FALZON tkellem mad-Direttur RAMON DEGUARA fuq din il-kwistjoni, kif ukoll fuq il-ħidma tad-Direttorat f ’aktar dettall. X’inhuma l-isfidi li jiltaqgħu magħhom il-ħaddiema tadDirettorat tat-Tindif fuq il-lant tax-xogħol ta’ kuljum?

ħidma tat-tneħħija tal-alka, li hija importanti ħafna li ssir peress li, wara ċertu żmien, din tibda trejjaħ ukoll. Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura huwa responsabbli minn tindif f ’żoni tal-gvern ċentrali. Fejn jirrigwarda kunsilli lokali, irrid ngħid li dawn għandhom il-kuntratturi tagħhom li jwettqu t-tindif, imma aħna qegħdin hemm biex nagħtu sapport u f ’każijiet ta’ emerġenza, sfortunatament, dan mhux iseħħ kif nixtiequ. Hemm diversi kunsilli lokali li mhux qed jaraw li l-ħidma tagħhom tkun effettiva hekk kif tirrikjedi d-domanda tallokalità. Qed niltaqgħu ma’ każijiet xokkanti li ma jagħmlu l-ebda ġieħ lis-sindki jew lill-kunsilliera eletti f ’ċerti lokalitajiet. Nisħaq li kulħadd għandu jerfa’ u jwettaq r-responsabbiltajiet tiegħu. Kif qal ftit tal-jiem ilu l-Ministru Joe Mizzi, qed ikollna nintervienu f ’żoni fejn ir-responsabbiltajiet huma ċari, li dawn huma ta’ entitajiet oħra jew inkella talkunsilli lokali.

Ta’ kull filgħodu, dawn il-ħaddiema jwettqu ħidma imprezzabbli li, flaħħar mill-aħħar, hija obbligatorja li ssir minħabba l-irresponsabbiltajiet li għadna niltaqgħu magħhom. Nistgħu ngħidu li l-ħidma ssir tul is-sena kollha u kull staġun iġib miegħu loġistika differenti ta’ xogħol, però jibqa’ l-fatt li l-istaġun tassajf huwa l-aktar wieħed impenjattiv. Il-ħaddiema jsibu ma’ wiċċhom minn kull tip ta’ skart, sa anke dak uman, kif ukoll annimali mejta minn kull tip ta’ daqs. Il-ħidma tinvolvi prinċipalment ġbir ta’ skart, knis ta’ toroq u tbattil talkontenituri tal-iskart. Matul il-ġurnata waqqafna diversi xifts sabiex inkopru kemm jista’ jkun ħinijiet twal ta’ ħidma. Matul il-lejl isir ħasil ta’ diversi żoni prominenti madwar il-pajjiż. Hemm Iddaħħlu xi prattiki ukoll il-ħidma tat-tindif talġodda fl-aħħar bajjiet li ġġib magħha ħidma tliet snin sabiex ilqawwija matul ix-xhur taspubbliku jkun moqdi sajf. Apparti l-influss kbir ta’ skart li nsibu, hemm ukoll il- aħjar, b’mod speċjali fix-

xhur tas-sajf ? Nista’ ngħid li l-inizjattivi ma waqfux. L-ewwel inizjattiva li ħadna hija li nżidu kemm jista’ jkun il-kontenituri tal-iskart. Investejna bil-qawwi fi tliet tipi ta’ kontenituri fejn jidħlu toroq, żoni pedonali, kif ukoll spazji pubbliċi. Konna ilna ma naraw din iż-żieda qawwija ta’ kontenituri fittoroq tagħna għal għexieren ta’ snin. Apparti minn hekk, għenna lil għadd ta’ kunsilli lokali billi pprovdejnielhom dawn il-kontenituri. Dawn kollha ġew iffinanzjati millMinisteru għat-Trasport u l-Infratsruttura. Din is-sena wkoll, żidna l-ammont ta’ kontenituri b’aktar minn 300. Apparti minn hekk, investejna wkoll f ’diversi kontenituri fuq il-bajjiet. Ta’ kull sena nżidu l-ammont għaddispożizzjoni tal-pubbliku b’aktar minn 500 kontenitur. F’dan il-qasam ikollna diversi ħsarat u vandaliżmu. Dawn il-kontenituri mhux qegħdin hemmhekk sabiex xi ħadd jiddisponi l-faħam tal-barbeque fihom. Ma nistax nifhem kif wieħed ma jiġihx ġo moħħu li kontenitur talplastik jista’ jdub. Inizjattivi oħra li investejna fihom huma l-mezzi ta’

komunikazzjoni, fejn wieħed jista’ jilmenta jew inkella jagħmel is-suġġerimenti tiegħu. Waqqafna Freephone 1718 fejn, nista’ ngħid, dan kien u għadu l-aktar mezz popolari kif wieħed jirreġistra lment jew suġġeriment. Għamilna wkoll sit ġdid, paġna fuq Facebook, kif ukoll mobile apps. Id-Direttorat għatTindif huwa wieħed millewwel direttorati li introduċa dawn l-applications. L-użu ta’ dawn qed jiżdied b’ammont inkoraġġanti. Matul ix-xahar ta’ Lulju rċevejna aktar minn 100 ilment permezz ta’ dawn l-apps. Kemm-il tunnellata skart inġabar s’issa, minn mindu beda l-istaġun tas-sajf ?

jdejqu lirresidenti, u huma weġgħat li, fl-aħħar mill-aħħar, dawn suppost li tnaddfu minn xi ħadd qabel ma intervenejna aħna bħala direttorat. Id-direzzjoni tal-Ministru Joe Mizzi hija ċara. Irridu nsolvu l-każijiet kollha li jidħlulna kemm jista’ jkun malajr. Bi pjaċir ngħid li llum għamilna sistemi interni ta’ quality control, fejn bosta mill-każijiet minuri jissolvew f ’ħin ta’ bejn 30 u 60 minuta. Apparti minn hekk, bħala kap ta’ dan id-direttorat, rajt li l-link bejn l-uffiċċju tal-customer care u dak tal-operations taħdem blaktar mod effiċjenti.

Fiex kien jikkonsisti l-investiment li sar fuq inġenji differenti u aktar Aktar minn hekk, effiċjenti? Hemm pjani biex ngħidlek kemm ikompli jsir investiment inġabar skart mill-1 ta’ f ’dan ir-rigward? Jannar sat-tieni ġimgħa Id-domanda għal ta’ Awwissu. Minn dawk iżaktar tindif dejjem żoni, kif spjegajt aktar ’il qed tiżdied u fuq, inġabru ftit aktar minn għalhekk il-makkinarju 10,000 tunnellata s’issa. FidDirettorat inħolqot sistema huwa għodda importanti ta’ customer care effettiva ħafna f ’dan is-settur. Ta’ kull ħafna. Matul dawn l-aħħar sena huwa importanti ħafna li sentejn irċivejna aktar minn nkomplu ninvestu, però dan 5,400 ilment li prattikament jiddependi mill-baġit allokat issolvew 97.5% tal-każijiet mill-Ministeru tal-Finanzi. Li kollha. Dawn huma lmenti li jkollok vetturi li jiġbru l-iskart

Ħasil tal-art minn vetturi tat-tindif


AĦBARIJIET

kullhadd.com

04|09|2016 11

Tneħħija ta’ posters minn mal-ħajt moderni huwa importanti immens. L-istess rigward ta’ mechanical sweepers, li dawn jagħmlu xogħol importanti ħafna fit-toroq arterjali ta’ pajjiżna. Dan l-aħħar investejna aktar f ’dak li jirrigwarda pedestrian sweeping, jiġifieri magna mekkanizzata li tiknes żoni pedonali. Investejna wkoll f ’dinghy sabiex niġbru l-iskart mill-baħar – pjaga li qiegħda tiżdied kontinwament. Qed naraw żieda fi skart li jintrema fil-wiċċ tal-baħar, dak li ngħidulu marine litter. L-inizjattiva li ħadna hija biss il-bidu, iżda l-ħsieb huwa li nkomplu ninvestu f ’dan ilqasam. Matul is-snin saru diversi interventi sabiex jiżdied il-makkinarju, u minn hawn ngħid grazzi lil min ikkontribwixxa sabiex illum nistgħu noffru servizzi ħafna aħjar. Madankollu, irridu nibqgħu ninvestu. Għandna l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea li ġejja fix-xhur li ġejjin, għandna l-V18, u għalhekk huwa importanti li jkollna l-makkinarju adattat għad-dispożizzjoni tagħna sabiex joħroġ l-aħjar prodott ta’ pajjiżna. Il-pjani tagħna hemm qegħdin, però nirrepeti li dan jista’ jitwettaq biss jekk ikollna l-fondi għaddispożizzjoni. X’tip ta’ koperazzjoni hemm bejn il-kunsilli lokali u entitajiet governattivi oħrajn? Għaddejjin taħditiet

Min-naħa l-oħra, madwar magħhom biex jiddaħħlu xi tip ta’ miżuri ġodda biex sena ilu, introduċejna s-sistema ta’ CCTV cameras f ’diversi żoni tinżamm l-indafa? fejn jintrema skart illegali. Niddeskrivi l-mument Nistgħu ngħidu li permezz ta’ bħalissa bħala ta’ din it-teknoloġija, li tiġi b’ħaddiema wieħed interessanti mmonitorjata ħafna. Qed isiru apposta, ir-rimi ta’ skart f ’dawn diversi laqgħat sabiex dan is- iż-żoni naqas għalkollox. Ma settur jimxi ’l quddiem u jiġu ddejjaqna xejn nieħdu passi regolarizzati diversi oqsma. kontra min inqabad, tant li Nista’ ngħid li koperazzjoni biħsiebna nkomplu nżidu qed insibu minn kulħadd. dawn il-kameras f ’aktar żoni. Fix-xhur li ġejjin, konvint li Nista’ ngħid ukoll li anke se naraw titjib kemm fl-operat kumpaniji privati, li għandhom ġenerali tal-indafa kif ukoll interess fis-settur tal-iskart, f ’oqsma li jirregolarizzaw is- min-naħa tagħhom ukoll qed jinvestu f ’dan ir-rigward. settur. Bħalissa għaddejja azzjoni ta’ B’mod speċifiku, infuzar min-naħa tal-forzi talissir ħidma ordni kontra diversi persuni li konġunta mal- nqabdu jiddisponu mill-iskart forzi tal-ordni biex illegalment f ’diversi rħula. jitnaqqas ir-rimi ħażin talX’tip ta’ koperazzjoni iskart f ’pajjiżna? Xi pjani hemm biex ikunu installati ssir mas-settur aktar CCTV cameras? privat? Il-forzi tal-ordni huwa stakeholder importanti ħafna għalina. Però, tajjeb ngħid li d-Direttorat għatTindif m’għandux poter li jinforza. Preżentament, idDirettorat jgħaddi l-ilment li jirċievi, u l-infuzar isir millawtorità kompetenti, allura jkollna bżonn l-assistenza talforza tal-ordni. Nista’ ngħid li, kull meta tlabna l-assistenza, dejjem ikkoperaw magħna bis-sħiħ. Fil-futur qrib se jkun hemm inizjattiva interessanti li se tqarreb liż-żewġ entitajiet flimkien sabiex inkomplu nikkoreġu lil min għadu qed jabbuża.

Xogħlijiet ta’ kuljum fil-Belt Valletta

Il-Ministru Joe Mizzi jisħaq li, min-naħa tiegħi, norganizza laqgħat regolari ma’ diversi għaqdiet fosthom il-GRTU, l-MHRA kif ukoll rappreżentanti ta’ diversi assoċjazzjonijiet. Dan l-aħħar intervenejna wkoll sabiex nagħtu dehra totalment differenti liż-żona tal-Imrieħel. Wara diskussjonijiet malFondazzjoni għall-Iżvilupp tal-Imrieħel, saret tindifa kif suppost lil din iż-żona; xi ħaġa li qatt ma saret għal diversi snin, u dan għax ma kienx hemm responsabbiltà ċara ta’ min suppost inaddaf din iż-żona. Onestament inħoss li bħala gvern ċentrali qed inkomplu nagħlqu diversi grey areas fejn ir-responsabbiltà legali mhix ċara ta’ min hi.

Id-Direttorat għatTindif, minn żmien għal żmien, jorganizza kampanji Bħalissa għaddejjin edukattivi. X’hemm għaddej b’eżerċizzju sabiex bħalissa? jiġu identifikati Il-kampanja li l-kuntratturi kollha li għaddejja bħalissa hija joperaw fis-settur. Nemmnu ‘Għalfejn Tħammeġ li dawn għandu jkollhom Pajjiżek?’ u din flimkien standards ta’ kif joperaw, x’tip ta’ makkinarju qed jużaw, kif mal-ħolqien ta’ żewġ karattri ukoll issir evalwazzjoni tal- sinonimi mal-iskart li jisimhom ħaddiema li qed jimpjegaw. Garby u Tidy li huma popolari Mhux aċċettabbli aktar ħafna mat-tfal. Qed immorru li naraw ħaddiema taħt f ’diversi skejjel statali u privati l-età jiġbru l-iskart. Mhux sabiex inqajmu aktar kuxjenza aċċettabbli lanqas li m’hemm rigward ir-rimi ta’ skart. l-ebda forma ta’ standards Nipparteċipaw ukoll f ’diversi li jikkontrollaw kif wieħed fieri u attivitajiet f ’pajjiżna. jopera f ’dan il-qasam. Qed Inħossu li, minkejja s-servizzi nitolbu wkoll għajnuna minn kollha offruti mill-Gvern, ilgħaqdiet internazzjonali f ’dan WasteServ kif ukoll il-kunsilli lokali, għad baqa’ ħafna ir-rigward.

irresponsabbiltajiet. Apparti l-problema ta’ rimi illegali ta’ skart, l-akbar problema preżenti hija l-ħruġ tal-borża s-sewda, il-griża jew il-ħadra meta din ma tkunx se tinġabar fil-ġurnata tagħha. Li tinħareġ il-borża tal-iskart fil-ġurnata proprja tagħha u fil-ħin li tinġabar huwa kruċjali sabiex pajjiżna jidher aktar nadif. Beda x-xogħol ta’ tindif u tħejjija tassistemi tal-ġbir talilma tax-xita? Tista’ tispjega fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? Is-sistemi ta’ tindif tal-kanali tal-ilqugħ għall-ilma tax-xita jsir regolari tul issena. Matul is-sajf nibdew nippreparaw għall-eventwalità tal-ewwel maltempata u għalhekk il-ħidma tiżdied ukoll f ’dan il-qasam. Apparti t-tindif ta’ dawn il-kanali, f ’dawn l-aħħar sentejn rajna wkoll li jitnaddfu l-pajpijiet li jinsabu taħt il-wiċċ tat-triq li jgħaqqdu dawn is-sistemi. Permezz ta’ vacuum u high pressure bowsers naraw li dawn il-pajpijiet jitnaddfu sabiex l-ilma jinżel aktar b’saħħtu f ’dawn is-sistemi. F’dan irrigward huwa aktar kruċjali li ma jintremiex skart fit-toroq tagħna. Wieħed irid jifhem li meta tagħmel ix-xita, din tkaxkar l-iskart li ssib fittoroq għal fuq il-gradilji li jinsabu fil-ġnub tat-toroq bil-konsegwenza li l-ilma ma jkunx jista’ jgħaddi u b’hekk jinħoloq l-għargħar.

Tindif tal-art tul diversi mogħdijiet


12 04|09|2016

kullhadd.com

GVERN LABURISTA… GVERN LI JAĦDEM

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 29 ta’ Awwissu Twaqqaf Fond għall-Leave tal-Maternità – miżura soċjali bil-għan li kulħadd ikollu opportunità ndaqs fil-qasam tax-xogħol

Emanuel Cuschieri

1. Filwaqt li sa sentejn ilu kien hemm madwar 2,000 persuna jistennew biex jidħlu fir-residenza San Vinċenz De Paule, issa dan in-numru niżel għal 40. 2. Ir-rivista elettronika Politico rrappurtat li l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment ta’ Malta se jkun qed jiġġenera malbiljun ewro fl-ekonomija Maltija. 3. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena n-numru ta’ Maltin u Għawdxin li siefru żdied b’20% u n-nefqa tagħhom żdiedet bi 12.4%. 4. Se jsir proġett ta’ riġenerazzjoni fin-naħa t’isfel tal-Belt Valletta, fiż-żoni magħrufa bħala d-Diju Balli u l-Biċċerija.

30 ta’ Awwissu Statistika tal-Eurostat indikat li l-bejgħ tal-ħwienet f ’Malta kien 2.1% ogħla minn sena qabel, filwaqt li ż-żieda talbejgħ fil-ħwienet fiż-Żona Ewro kien ta’ 1.2%

31 ta’ Awwissu

5. Il-Eurostat irrapurtat li Malta hija l-aktar pajjiż fl-Ewropa li fih il-gradwati jsibu x-xogħol. 6. Ġiet irranġata u msebbħa l-pjazza ewlenija tax-Xagħra, Għawdex.

Il-lista ta’ stennija għas-servizz residenzjali tal-anzjani naqset bi 12%

7. L-aġenzija ta’ kreditu Fitch tellgħet l-outlook ta’ Malta minn wieħed stabbli għal pożittiv. 8. Ġie deċiż li s-sidien tal-Jerma u l-Mistra Village jiġu avżati biex jimxu mal-liġi, inkella jibda t-twaqqigħ taż-żewġ postijiet. 9. Bdew l-istudji ġeoloġiċi biex jiġi stabbilit minn fejn se jgħaddi l-pipeline tal-gass. 10. Matul il-festi ta’ Santa Marija, rekord ta’ nies qasmu bejn Malta u Għawdex – ġiet reġistrata żieda ta’ 9%. 11. F’Marzu l-ħaddiema full-time żdiedu b’4%. 12. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena ġiet irreġistrata żieda ta’ 6.2% fin-numru ta’ passiġġieri li ġew Malta bil-cruise liners. 13. Se jinfetħu għadd ta’ ċentri oħra tal-anzjani madwar Malta sal-aħħar ta’ din is-sena. 14. Ma għad baqa’ ħadd fuq il-lista ta’ stennija għas-servizz talHomehelp. 15. Waslet biex tiġi maqtugħa kompletament il-lista ta’ stennija tal-Meals on Wheels. 16. Beda x-xogħol fuq il-proġett ta’ Pjazza San Franġisk, firRabat, Għawdex. 17. Il-Eurostat irrappurtat li, bejn Jannar u Marzu ta’ din issena, Malta kellha l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea kollha. 18. Ġiet inawgurata l-ambulanza tal-ajru bejn Għawdex u Malta li se tnaqqas il-ħin tat-traġitt għall-pazjenti bin-nofs meta kkomparat mal-preżent, il-ħelikopter se jkun stazzjonat b’mod permanenti f ’Għawdex.

01 ta’ Settembru Skont rapport fil-midja internazzjonali, il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment ta’ Malta kien diġà attira 700 applikant u kien previst li, sal-aħħar tal-2016, ikun hemm 1,800 applikazzjoni

02 ta’ Settembru

Ġie deċiż li jibdew jingħataw b’xejn mediċini ġodda lill-pazjenti li jbatu mill-marda tad-dijabete

03 ta’ Settembru

Fl-Isptar Mater Dei sar investiment f ’apparat ġdid biex uħud mill-pazjenti tal-kardjoloġija jevitaw li jmorru barra minn Malta għall-kura

19. Dalwaqt jibda x-xogħol fuq yacht marina ġdida f ’Sa Maison. 20. Se tiġi żviluppata wkoll il-yacht marina fil-Gżira. 21. F’dawn l-aħħar sitt xhur ma kienx hemm mediċina waħda li kienet out of stock. 22. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Maros Stefcovic iddikjara li d-djar Maltin għandhom l-irħas kontijiet tad-dawl flEwropa. 23. Fl-Isptar Mater Dei nxtara apparat ġdid li jidentifika tumur fir-ras.

RUBRIKA

04 ta’ Settembru

B’5,300 ġiet reġistrata l-inqas rata ta’ qgħad f ’Malta f ’20 sena


EDITORJAL

kullhadd.com

04|09|2016 13

www.kullhadd.com agħmel kuntatt magħna KullĦadd, ONE Complex A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 editorial@kullhadd.com |+ 356 2568 2571

EDITUR

ĠURNALISTI

Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2500

Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2568 2572

Glen Falzon glen@kullhadd.com

SALES U DISTRIBUZZJONI

DISINN TAL-GAZZETTA

Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2568 2573

Leanne Grech

MILL-EKONOMIJA B’SAĦĦITHA JGAWDU WLIEDNA “Il-ħsieb meta beda l-iskola kien wieħed: biex aħna nżidu l-ħiliet tiegħu u niftħu l-bibien fit-triq tal-indipendenza, fil-limitajiet tiegħu.” Dan kien kliem Terry Aquilina, omm żagħżugħ bl-awtiżmu li ilu jattendi ċ-Ċentru Dun Manwel Attard fil-Wardija għal dawn l-aħħar sentejn. Aktar minn €2 miljun qed jiġu investiti biex isir xogħol insfrastrutturali u ta’ rinovar f ’dan iċ-ċentru li joffri taħriġ għal żgħażagħ bejn is-16 u t-22 sena bi bżonnijiet speċjali. L-intervista ta’ din l-omm imxandra fuq ONE News flaħħar jiem hija xhieda ta’ kemm l-investiment li qed isir fil-qasam edukattiv qed iħalli effett mhux biss fuq kull student fis-soċejtà, iżda anke fuq il-familja. Iħalli effett mhux biss flimmedjat, iżda anke fil-futur. L-indipendenza ta’ min hu vulnerabbli tiswa l-flus illum, iżda diffiċli tkejjel il-kobor tagħha ladarba jiġi mument meta jkun hemm bżonnha din

l-indipendenza. L-istorja ta’ din l-omm u din ilfamilja hija eżempju ieħor ta’ kif mill-ekonomija b’saħħitha qed igawdu l-ħafna u mhux il-ftit. Niftakru sew l-għajta talPartit Nazzjonalista li, minkejja li ħalla ħafna skejjel fi stat ta’ żdingar, kien wiegħed il-bini ta’ skola ġdida kull sena. Dak iżżmien forsi ftit kien jimpurtah mill-ammont ta’ binjiet ġodda li dan kien se jkun ifisser. IlMinistru għall-Edukazzjoni kien ikkritikat meta stqarr li hemm skejjel li jrid isir ħafna xogħol fihom. Ċertu mezzi tax-xandir għażlu li jinterpretaw dan bħala sinjal li għall-Gvern Laburista l-edukazzjoni mhix prijorità. Iż-żmien beda jagħti parir. Minkejja li dan il-Gvern wiret sitwazzjoni fejn ma kienx għad baqa’ flus fil-Fondazzjoni għallIskejjel t’Għada, illum il-folja nbidlet. Qed nirrappurtaw b’sodisfazzjon dwar l-investiment kapitali fl-iskejjel li jattendu wliedna. Hemm skejjel li llum il-ġurnata aktar huma xierqa biex jilqgħu lil uliedna, grazzi għal proġetti ta’ tranġar, u

hemm oħrajn li nbdew mill-ġdid, u li diġà qed jitgawdew. Li hu żgur hu li dan huwa riżultat ta’ gvern li nisimgħuh jitkellem ħafna fuq il-ħolqien tal-ġid, għax biex il-ġid tqassmu, kif qed jiġri hawn, l-ewwel trid toħolqu. Dan huwa xhieda li dan ilGvern jagħraf ukoll li fis-snin li ġejjin is-suċċess ekonomiku talpajjiż se jiddependi fuq kemm se jkun kapaċi jilqa’ l-isfidi li jsib quddiemu, permezz ta’ struttura ekonomika li tkun dinamika u li tadatta ruħha għall-bidliet li huma meħtieġa. Dan irid isir, fost affarijiet oħra, permezz ta’ korsijiet ġodda vokazzjonali fl-iskejjel u għażliet ta’ studji ġodda fl-MCAST u fl-Università, liema korsijiet qed ikollhom konkorrenza inkoraġġanti. Sabiex kulħadd ikollu opportunità jistudja, dan ilGvern ta żieda fl-istipendji, u l-istipendju qed jingħata lil kulħadd, anke min irrepeta sena. Proprju għal min isib diffikultajiet fl-istudju, saru l-klassijiet ta’ reviżjoni. Mal-1,105 student

MALTA BL-UNURI, GVERN GĦAQLI

Rachael Powell Membru FŻL

Malta, pjaċir fix-xemx! U birraġun, hekk kif tkompli tiżdied il-lista ta’ suċċessi li artna qiegħda tikseb. Malta tikklassifika fit-tieni post fost l-aktar postijiet ideali għal min jgħix barra minn pajjiżu. Pajjiżna jissupera l-Messiku hekk kif avvanza post fuq il-klassifika tas-sena li għaddiet. Dan kollu huwa turija ta’ għaqal minn dan il-Gvern hekk kif kompla jissaħħaħ l-investiment fitturiżmu. Skont l-artiklu fl-Expat Insider, Malta kisbet l-ewwel post għall-faċilità li biha l-barranin li jgħixu hawn Malta jaddattaw għall-kultura lokali, u jagħmlu ħbieb ġodda. Pajjiżna daħal għall-ewwel darba fil-lista fl2015, u immedjatament kien kiseb it-tielet post. Pajjiżna kompla jikseb popolarità hekk kif kienu 41% li ddeskrivew ilproċess bħala faċli ħafna, iktar mid-doppju tal-medja globali ta’ 16%. Qabża radikali saret

fil-Personal Finance Index fejn, mit-42 post, Malta spiċċat fissitt post. Malta kisbet il-ħames post fl-indiċi tal-kuntentizza talbarranin li qed jaħdmu f ’pajjiżna. Għalkemm il-barranin residenti hawnhekk qalu li d-dħul tagħhom naqas mid-dħul li kien ikollhom f ’pajjiżhom, kwart minnhom sostenew li kuntenti bis-sitwazzjoni ekonomika tagħhom. L-istatistika tgħid li dan seta’ kien possibbli grazzi għall-ispiża ġenerali tal-ħajja u akkomodazzjoni affordabli. Kienu bosta dawk sodisfatti bittemp u l-klima Maltija, li jpoġġuha fl-ewwel post globalment, hekk kif fl-indiċi tal-kwalità tal-ħajja f ’Malta spiċċat fis-sitt post. L-ebda resident barrani ma gerger dwar dan. B’riżulati bħal dawn, jgħid Expat Insider, mhux ta’ b’xejn kważi nofs (49%) ta’ dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ qalu li jippjanaw jibqgħu Malta għal dejjem!

Fl-aħħar sena pajjiżna rreġistra tkabbir ekonomiku ta’ 6.3% fil-Prodott Domestiku Gross; riżultat bla preċedent hekk kif wieħed jieħu inkonsiderazzjoni l-problemi ekonomiċi u l-instabbiltà li laqtu diversi pajjiżi Ewropej. L-ammont ta’ nies li qed jaħdmu huwa rekord, hekk kif l-Eurostat fl-aħħar ġranet ikkonfermat lil Malta bl-inqas ammont ta’ qgħad f ’Lulju (3.9%) u bl-inqas ammont ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ (7.8%) mit-28 pajjiż fl-Unjoni Ewropea, Iżda xi jfisser dan kollu fi kliem iktar sempliċi? Għal ħafna dawn il-figuri huma biss statistika, fatti, riżultat ta’ ħidma kontinwa, b’mod speċjali f ’dawn l-aħħar tliet snin. Però, mhux biss. Din hija l-garanzija li dan ilGvern qed jagħtina. Dan huwa s-serħan tal-moħħ li pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba. Huwa veru li fadal ħafna xi jsir u li diversi miżuri jeħtieġu ċertu

matul ix-xhur ta’ dan is-sajf attendew klassijiet ta’ reviżjoni bla ħlas, sabiex itejbu r-riżultati tal-O Levels fil-Malti, l-Ingliż, ilMatematika u l-Physics. Edukazzjoni għal kulħadd tfisser li kulħadd ikollu biex imantni l-istudji, mhux biss jekk ikun kbir biżżejjed fl-età biex jirċievi stipendju, imma anke jekk ikun għadu taħt l-età u jirrispondu għalih il-ġenituri jew kustodji. Għal dawn l-aħħar sentejn u nofs, l-għotja taċchildrens allowance qed issir tliet ġimgħat aktar kmieni, sabiex ilfamilji jkunu f ’pożizzjoni aħjar li jixtru dak neċessarju. Fl-1993, Nelson Mandela, li kien president tal-Afrika t’Isfel, qal li l-edukazzjoni hija l-aktar għodda b’saħħitha li wieħed jista’ juża sabiex ibiddel id-dinja. Dan il-Gvern qed jinvesti fis-sistema edukattiva għax ma jibżax millbidla. Kif rifless f ’diversi slogans, bħal ngħidu aħna ‘Malta li qed tinbidel’, li ma baqgħux biss slogans iżda qed jieħdu l-ħajja, u minnhom qed jibbenefikaw uliedna.

żmien biex wieħed jibda jieħu l-frott minnhom. Meta wieħed jadotta miżuri li jħallu effett biss b’mod temporanju ma jkunx qed jagħmel ġid lill-pajjiż, anzi tiswieh ta’ deni, u dan narawh jekk inħarsu lejn x’kien qed isir fil-passat. Il-ħidma tkompli u kultant żbalji jsiru wkoll, għax ma jiżbaljax min ma jippruvax jew ma jridx jaħdem. Iżda l-għaqal u l-umiltà ta’ dan il-Gvern huwa li mill-iżbalji li saru tgħallem, ħadem, u llum nistgħu naraw li t-turiżmu u x-xogħol qed jitkattru b’mod sostenibbli; kuntrarju ta’ dak li ħaddieħor ipprova jbeżża’ lin-nies bih! Din hija risposta ċara u indiskutibbli għal min ħalla l-ekonomija ta’ pajjiżna tiddeterjora u, minn fuq, ipprova jxejjen ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna fil-fora Ewropea, anke jekk arralu. Kif jgħid il-Malti: min ma jilħaqx l-għeneb, jgħid li hu qares!


kullhadd.com

14 04|09|2016

OPINJONI

TMIEM IS-SAJF BIS-SJUF FID-DAHAR U S-SNIEN MIKXUFA CATHERINE FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

#kriżipn Nismahom jgħidu li min jixtieq id-deni f ’dar għajru jiġi f ’daru. Kemm għorkot idejha l-Oppożizzjoni meta rat il-Gvern Laburista għaddej minn sfidi politiċi xhur ilu u saħansittra sofra minn telf ta’ deputat parlamentari. Imma x-xitan m’għandux ħalib, u issa għax donnu l-beraq u l-maltemp reġa’ għolla rasu f ’Tal-Pietà, l-Oppożizzjoni mhix tieħu gost li dan iddiżgwit qed jiġi mperreċ barra mid-Dar Ċentrali. Jinfiskaw aktar għax jafu li fl-istamperija hemm l-ispjuni li qed jikxfu l-borom u, aktar u aktar, ilmossi politiċi li biħsiebhom jagħmlu.

Mhux kollox ward u zahar għall-PN, hu! Laqgħa talamministrazzjoni għamluha f ’lukanda. Ma naħsibx li għamlu hekk għax fil-lukanda hemm l-arja kkundizzjonata u ġod-Dar Ċentrali qed jillimitaw dan is-servizz essenzjali biex inaqqsu flispejjeż, avolja ma nieħu xejn bi kbir. Għax apparti l-kriżi politika, donnu l-isfida finanzjarja wkoll ma jistgħux isibulha tarf tal-kobba. Din il-ġimgħa stess tellagħhom il-Qorti l-kuntrattur li neħħielhom il-billboards mittoroq, għax qed jallega li ma ħallsuhx ta’ dan is-servizz u għandhom jagħtuh daqs ħaqq tliet ċedoli u nofs. Ippruvaw ibellgħulna li

hemm kju nies jistennew biex jinvestu fiċ-ċedoli, daqskemm riedu jbellgħulna li saret laqgħa tal-grupp parlamentari biex jiddiskutu il-viżi mediċi. U mhux hekk! Biex tlaqqa’ l-grupp parlamentari ma toħroġx stqarriji għall-istampa meta din il-laqgħa ssir kull ġimgħa mill-partiti rispettivi b’mod regolari. Il-fatt hu li xejn mhu eċitanti li jkollok deputati u kandidati li joħorġu pubblikament jammettu li jeżisti l-egoiżmu u n-nuqqas ta’ smigħ fil-PN. Lanqas mhu ‘healthy’ li jkollok attivisti u persuni simpatizzanti li pubblikament jiktbu li jħossuhom “diżappuntati” bil-Kap tal-Oppożizzjoni u bil-politika negattiva li qed iħaddan il-PN. Lanqas ma jinħass sew li mbagħad, biex ipattu għal din il-kritika, ikollok simpatizzanti ferventi oħrajn li joħorġu qatta bla ħabel jiddefendu lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Ħeqq…ma tridx turi li hemm toqba fil-

IL-FUTUR TAT-TURIŻMU

Sur Editur, Mitt bniedem mitt fehma, jgħid il-qawl Malti, u minkejja li kkalkulajt li kien hemm madwar dak in-numru għallkolazzjon tan-negozju li sar f ’sala ta’ stabbiliment ewlieni fl-aħħar ta’ Lulju, kien hemm ftit ideat varji dwar liema direzzjoni għandu jsegwi t-turiżmu. Il-ħin kien limitat u dak li jkun wara l-kolazzjon ħtieġlu jmur fuq il-lant taxxogħol jikkonkludi l-ġimgħa. Personalment, l-intervent li xtaqt nagħmel naħseb li jinftiehem iżjed minn dawn ilpaġni. Naqbel ma’ min jgħid li d-deċiżjonijiet dwar assi strateġiċi għandhom jibqgħu jittieħdu hawn Malta. Issemmiet il-ħeffa li wieħed jieħdu deċiżjoni ta’ self kbir minn bank. Jien mmur oltre minn hekk. Wieħed għandu jqabbel kemm żviluppa Marsaxlokk, li hu lokal għas-sajd, f ’pajjiż

żgħir imma indipendenti bħal Malta, u Marsamemi fi Sqallija, lokalità oħra għas-sajd, 60 mil fit-Tramuntana tagħna f ’reġjun f ’pajjiż ġgantesk ħdejn Malta b’tant problemi li jinsa l-periferiji u komunitajiet żgħar. Marsamemi, li naħseb għadu rieqed raqda bin-nuqqas ta’ żvilupp tal-Medjuevu, u li jieħu n-nifs meta xi grupp ta’ turisti minn Malta jżuruh u jħallu ftit ewro warajhom. Pereżempju, id-deputat kap ta’ waħda mill-entitajiet tatturiżmu, wara li kkwota diversi ċifri u daħal fid-dettall, stqarr li t-turiżmu ma jistx jittieħed f ’iżolament. Osservazzjoni naturali, wieħed għandu jifhem, għax l-ekonomija tajjeb taħdem b’ingranaġġ bejn id-diversi setturi. Però, sfortunatament, dawk preżenti aktarx li kienu ġejjin minn settur omoġenju. L-organizzaturi u l-isponsors bdew laqgħa akkoljenti u, la mort kmieni, stajt nara l-aħħar irtokki professjonali qabel

beda l-kolazzjon tan-negozju. In-nuqqas ta’ interess minn setturi oħra ma jawgurax tajjeb. Stennejt li se nara, jekk mhux xi student tal-ITS, xi għalliem tagħhom. Kif ukoll xi ekonomisti, periti, practioners finanzjarji, soċjologi. Middiskussjoniji li żviluppat wara li dawk li kienu fil-panel taw opinjoni fil-qosor u moderata, mill-ġurnalista ta’ The Malta Business Weekly ħarġu żewġ ideat diverġenti dwar il-futur tal-Air Malta. Punt tajjeb li ssemma kien li bl-iżvilupp tat-turiżmu m’għandniex nantagonizzaw lir-residenti għax altrimenti nitilfu selling point ewlieni. Iżda mbagħad, wara laqgħat bħal dawn, wieħed ma jistax ma jistaqsix: min qed jisma’? U se jinbidel xi ħaġa jew se nibqgħu bħal qabel il-gwerra bierda: min fil-Lvant u min fil-Punent?

vapur meta trid turi s-saħħa u tipprojetta l-għaqda tliet ġimgħat qabel il-mass meeting tal-Indipendenza, Ma jridx li jkollok dan it-tip ta’ intoppi u ma tridx min joqmoslok mill-karru meta għadek kif iddikjarajt li fi ftit ġranet oħra trid turi snienek għax, skont ilPN, l-elezzjoni se tissejjaħ millum għal għada. Is-South

In-Nofsinhar ta’ Malta huwa ferm importanti għal dan ilGvern. Qed isiru investimenti kbar u oħrajn ġew imħabbra dan l-aħħar, kemm investimenti ta’ tisbiħ, ta’ riġenerazzjoni, infrastrutturali, investimenti li joffru ambjent aħjar u anqas tniġġis fl-arja. Biżżejjed insemmu l-proġett ta’ Pace Grasso, tal-pjazza tar-Raħal Ġdid, il-proġetti f ’Birżebbuġa fosthom il-pitch tal-waterpolo, diversi heritage trails, il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-promenade ta’ Marsaxlokk, il-proġett tal-

Kottonera, l-investiment talAmerican University of Malta, il-power station ġdida li taħdem bil-gass, u l-hub tal-Loġistika f ’Ħal Far, fost investimenti oħra. Gvern Laburista huwa gvern li tassew irid il-ġid lill-poplu tanNofsinhar ta’ Malta. Gvern Nazzjonalista beda proġett kieku, il-famuż proġett talKottonera, li fi 15-il sena xorta ħallewh nofs leħja, tant li fittħarbit li kien hemm sa mietet persuna u qatlu familji bil-guħ għax fallielhom in-negozju. Ma stħawx iħallu ħerba qisu l-Afganistan anke f ’lejlet l-elezzjoni ġenerali. Għamlu s-snin sħaħ jitmejlu bin-nies tas-South għax, appuntu, ma jimpurtahomx minnhom, għax is-South mhux tagħhom. Kellu jkun Gvern Laburista biex jagħti spinta lil dak ilproġett u jwettqu bis-serjetà. U l-investiment jissokta filKottonera hekk kif għadu kif ġie inawgurat il-klabb tarregatta f ’Bormla.

ĦALLUH JITKELLEM

Sur Editur,

Minkejja li fi lbiesu jiddaħħal ilkulur ħamrani wkoll, jien għandi l-impressjoni li Charles Jude għandu ħabta kif jattakka dak kollu li għandu laqta ħamranija fil-politika Maltija. Kif kulħadd jiftakar, l-ewwel ma attakka kienet il-kċina minn fejn il-Prim Ministru xandar ilmessaġġ tiegħu fl-Ewwel tasSena. Wara ħareġ għonqu dwar il-kowt li Ira Losco suppost libset fil-Eurovision u wera d-dubju tiegħu dwar kif intefqu flus il-poplu. Dan l-aħħar reġa’ fetaħ ħalqu dwar it-torrijiet li se jinbnew f ’Tas-Sliema u l-Imrieħel, u miegħu żeffen finnofs lill-kappillani ta’ Tas-Sliema u l-Balluta. Bħal dak li qallu, dawn se jkunu l-ewwel torrijiet li qatt inbnew f ’Malta. Issa nqeda b’omelija f ’quddiesa biex attakka l-blogers, insomma bloger li, għalkemm ma semmihx b’ismu, kulħadd induna għal min kien J. BONNETT BALZAN, qed jirreferi. IL-BALLUTA Charles Jude mid-dehra għandu

problema li, meta jattakka, ma jagħmilx dan mingħajr ma jħares lejn l-uċuħ. Nieħdu l-każ tat-torrijiet; għaliex ma qal xejn fuq dawk it-torrijiet li diġà jezistu? Dwar il-blogers; għaliex stenbaħ issa u għaliex tefa’ d-dell ikrah fuq bloger aħmar biss? Jaqaw kuntent bil-blogers l-oħrajn li jirremettu l-velenu u l-ħdura kontra l-Gvern ta’ Joseph Muscat? Il-Malti jgħid: kull qaddis jgħin. Ma nagħmlux mod li l-Kurja Maltija għandha l-ħsieb li tkun ta’ forċina għal Busuttil u sħabu, hux? Charles Jude, jekk int tassew ragħaj tal-merħla kollha, nappellalek biex bi kliemek ma terġax iġġib il-firda tas-snin sittin, għax ibqa’ żgur li din id-darba iżd-daqqa tkun ferm akbar. Int għandek dritt li titkellem kif dejjem irraġunajt int, però int għandek ukoll iddmir li tkun rett ma’ kulħadd, mingħajr kuluri. TICHY, IL-FGURA


TA’ BARRA

kullhadd.com

04|09|2016 15

TRIQ MIMLIJA OSTAKLI LIAM GAUCI liam@kullhadd.com Nhar l-Erbgħa li għadda s-Senat Brażiljan għażel li jneħħi lil Dilma Rousseff millpresidenza b’vot ta’ 61 favur u 20 kontra. Dan seħħ hekk kif is-Senat iġġudika lil Rousseff ħatja, fost affarijiet oħra, li bagħbset il-kontijiet pubbliċi qabel l-elezzjoni presidenzjali tal-2014 biex tagħti stampa pożittiva tal-ekonomija fi żmien ta’ kriżi. Is-Senat approva wkoll mozzjoni biex Rousseff tiġi miżmuma milli tkopri kariga pubblika għat-tmien snin li ġejjin. Id-deċiżjoni tas-Senat ġabet fi tmiemu l-perjodu ta’ 13-il sena ta’ tmexxija tal-Partit talĦaddiema biex issa għaddew f ’idejn Michel Temer, mexxej ċentrista li għandu diversi sfidi kbar quddiemu. Staġnar ekonomiku F’diskors li għamlet wara l-vot tas-Senat, Rousseff qalet li din id-deċiżjoni kienet kolp ta’ stat hekk kif ma kien hemm l-ebda prova konkreta ta’ skorrettezza. Barra minn hekk, hija sostniet li t-tneħħija tagħha se tkun biss il-bidu tal-istorja u wissiet lill-forzi demokratiċi kollha tal-pajjiż biex joqogħdu attenti għax huma jistgħu jkunu l-vittmi li jmiss. Meta Rousseff għamlet dan iddiskors, Michel Temer, li kien ilu jservi bħala aġent president minn Mejju li għadda, kien diġà ħa l-ħalfa bħala s-suċċessur tagħha. Huwa għandu mandat biex iżomm din il-kariga sal-aħħar tal-2018, jiġifieri meta hija skedata l-elezzjoni presidenzjali li jmiss. Fl-ewwel messaġġ tiegħu bħala president, Temer ħeġġeġ lillpoplu Brażiljan biex jingħaqad warajh hekk kif huwa jrid jipprova jindirizza l-istaġnar ekonomiku li ħakem lil dan ilpajjiż matul is-snin li għaddew. L-effetti ta’ dan il-fattur ekonomiku kienu devastanti fuq il-popolazzjoni Brażiljana fejn bosta ċittadini huma talfehma li l-pajjiż diġà rema

ħafna mill-avvanzi li seħħew tul il-presidenza ta’ Luiz Inacio Lula da Silva. Din il-kriżi wasslet għal livell ta’ qgħad li laħaq il-11% u problemi soċjali kbar li f ’diversi okkażjonijiet immanifestaw ruħhom f ’demostrazzjonijiet ta’ rabja popolari.

żgħira biex tissolva. Minkejja l-iskandli li laqtu lill-Partit talĦaddiema, huwa għadu wieħed mill-ftit forzi politiċi tal-pajjiż li għad għandu biżżejjed appoġġ biex jimmobilizza mijiet ta’ eluf ta’ ċittadini fit-toroq Brażiljani. Ir-reazzjoni ta’ rabja ta’ dan il-partit kienet mistennija Kriżi ta’ fiduċja hekk kif fl-aħħar xhur Temer inbidel mill-alleat prinċipali Ir-rabja taċ-ċittadini Brażiljani ta’ Rousseff għall-kap talma kinitx biss frott il-problemi kampanja biex titneħħa minn ekonomiċi, imma anke dik tal- postha. kriżi ta’ fiduċja fil-faxxa politika li ilha snin maħkuma mill- Kuntrasti diplomatiċi iskandli li mermru l-leġittimità tagħha f ’għajnejn il-poplu. Sfida oħra li Temer għandu Madankollu, il-kisba mill-ġdid quddiemu hija dik fil-kamp ta’ din il-fiduċja mhix se tkun diplomatiku. Dan hekk kif faċli hekk kif bosta Brażiljani diversi pajjiżi ġirien tal-Brażil huma tal-fehma li Temer u b’mexxejja li jissimpatizzaw l-partit tiegħu mhumiex wisq ma’ Rousseff, diġà ddikkjaraw aħjar mill-Partit tal-Ħaddiema l-oppożizzjoni tagħhom f ’termini ta’ trasparenza. għat-tneħħija tagħha millIl-kisba tal-istabbiltà se tkun presidenza. ikkumplikata wkoll mill-istess Fost dawn il-pajjiżi hemm Partit tal-Ħaddiema illi ħalef li il-Venezwela, l-Ekwador u jostakola t-tmexxija ta’ Temer l-Bolivja, li fl-aħħar jiem irtiraw sakemm issir ġustizzja ma’ l-ambaxxaturi tagħhom millRousseff. Brażil bi protesta. Il-Gvern Din mhix se tkun problema Brażiljan ma damx wisq biex

irreċiproka hekk kif huwa wkoll irtira l-ambaxxaturi minn dawn il-pajjiżi. Minn dawn ilkuntrasti kollha, s’issa kien dak mal-Venezwela l-aktar wieħed li spikka fejn il-Ministru għallAffarijiet Barranin Brażiljan José Serra sostna li l-President Nicolas Maduro mhux f ’pożizzjoni li jgħallem lillBrażil dwar xi jfisser mandat elettorali leġittimu. Min-naħa l-oħra, minkejja li l-Gvern ta’ El Salvador għadu ma għamilx dan il-pass, huwa ilu jirrifjuta li jirrikonoxxi lil Temer minn meta ħa l-presidenza b’mod proviżorju f ’Mejju li għadda. Għaldaqstant, wieħed ma jkunx sorpriż jekk naraw xi sinjali ta’ ostilità ġejjin minn dan il-pajjiż ukoll. Xi jmiss għal Temer? Temer huwa magħruf bħala politiku li jissimpatizza ferm aktar mas-settur tan-negozju milli kienet Rousseff. Għaldaqstant, fiżżmien li ġej hija mistennija l-implimentazzjoni ta’ diversi miżuri li jagħtu spazju lis-suq

ħieles bit-tama li l-ekonomija Brażiljana toħroġ mill-perjodu twil ta’ staġnar u tibda tirranka. Barra minn hekk, Temer diġà wiegħed li se jieħu azzjoni biex jikkontrolla l-infiq pubbliku, b’mod partikolari fejn jidħlu l-benefiċċji soċjali. Sadanittant, mhuwiex eskluż li Temer jista’ jsib ruħu fil-mira ta’ deċiżjonijiet simili għal dawk li tajru lil Rousseff mill-arena politika. Dan għax anke hu huwa involut f ’investigazzjoni li taf tkun ferm aktar serja minn dik li laqtu lill-eksalleata tiegħu. Fil-fatt, ftit tax-xhur ilu Temer stess sab ruħu implikat f ’investigazzjoni dwar l-allegat korruzzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi. Dan hekk kif Sergio Machado, l-ekskap talkumpanija parastatali Petrobras Transporte SA, sostna li Temer fl-2012 talbu jmexxi madwar €400,000 f ’fondi pubbliċi biex jiffinanzja l-kampanja elettorali ta’ Gabriel Chalita, illi dak iżżmien kien qiegħed jikkontesta għall-kariga ta’ sindku ta’ Sao Paolo. Skont Machado, Temer kien wegħdu li jagħmel tajjeb għal din id-donazzjoni billi jagħti preferenza lil Petrobras Trasporte meta din tikkompeti għal xi kuntratti pubbliċi. Kapaċi biżżejjed? Dawn ir-realtajiet u bosta oħrajn juru b’mod ċar li Michel Temer għandu quddiemu triq mimlija ostakli li se tagħmilha diffiċli ferm għalih biex jilħaq l-għanijiet li ħabbar fl-aħħar jiem. Madankollu, huwa għandu l-fama ta’ persuna ta’ kapaċità sostanzjali fejn jidħol il-ħolqien ta’ alleanza ma’ individwi u entitajiet li tradizzjonalment kienu opposti. Fix-xhur li ġejjin naraw jekk din l-isfida l-ġdida hix se tiġi ffaċċjata u solvuta blistess kapaċità li ntewriet filpassat. Jekk dan mhuwiex minnu u t-tmexxija ta’ Temer tispiċċa f ’falliment ieħor, il-konsegwenzi politiċi, ekonomiċi u soċjali għall-Brażil mhumiex se jkun sbieħ.


16 04|09|2016

1

kullhadd.com

TA’ BARRA

MINN MADW

TINQERED IL-FALCON 9

2

Nhar il-Ħamis li għadda, splużjoni lejn in-naħa ta’ fuq tarrocket Falcon 9 qerdet mhux biss din il-vettura imma anke s-satellita Amos-6 li kienet fuqha. Dan l-inċident seħħ waqt li l-Falcon 9 kienet qiegħda tiġi ppreparata għal test statiku tal-magni tagħha li kellu l-għan li jikkonferma li kollox kien sewwa qabel il-launch il-proprju li kellu jsir ilbieraħ. Il-kumpanija li żviluppat dan ir-rocket, SpaceX, sostniet li l-inċident seħħ qrib wieħed mit-tankijiet tal-ossiġnu. Madankollu, ir-raġuni wara din l-isplużjoni għadha ma kinitx ikkonfermata. Din id-disfatta tfisser illi t-tluq ta’ dan ir-rocket jista’ jkun pospost għal diversi xhur hekk kif anke l-pjattaforma ġarrbet ħsarat konsiderevoli fl-isplużjoni.

2

1

FAVURITIŻMU?

3 Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lil Apple Inc. tħallas issomma ta’ €13-il biljun lill-Gvern Irlandiż għal taxxi dovuti. Skont il-ġudizzju tal-Kummissjoni, Apple Inc. ngħatat trattament speċjali mill-Irlanda li wasslitha biex tħallas medja ta’ anqas minn 1% f ’taxxi fis-sena. Dan it-tip ta’ favuritiżmu kien ikkundannat mill-istess Kummissjoni li, għaldaqstant, talbet li jintraddu lura l-flejjes kollha li ma tħallsux matul issnin. Madankollu, kemm Apple Inc., kif ukoll il-Gvern Irlandiż stess ċaħdu l-eżistenza ta’ ftehim ta’ din ix-xorta hekk kif sostnew li din tal-ewwel qiegħda tħallas it-taxxi daqs kull korporazzjoni oħra bbażata f ’dan il-pajjiż. B’konsegwenza ta’ hekk, huma appellaw din id-deċiżjoni.

REFERENDUM IEĦOR? Il-First Minister tal-Iskozja u mexxejja ta’ Scottish National Party Nicola Sturgeon ħabbret li l-partit tagħha se jkun qiegħed jagħmel eżerċizzju ta’ stħarriġ madwar il-pajjiż biex jifhem sew x’livell ta’ appoġġ hemm għall-indipendenza mir-Renju Unit. L-Iskozja kienet diġà għamlet referendum dwar din il-kwistjoni fl-2014 fejn il-voti favur ilkontinwazzjoni tas-sħubija fir-Renju kien madwar għaxar punti perċentwali aktar minn dak għallindipendenza. Madankollu, Sturgeon hija tal-fehma li l-kwistjoni għandha terġa’ titqajjem hekk kif ir-Renju Unit għażel li joħroġ mill-Unjoni Ewropea; xi ħaġa li l-Iskoċċiżi ma ridux. Minkejja l-pożizzjoni ta’ Sturgeon, stħarriġ li sar il-ġimgħa għaddiet minn YouGov indika li għad hemm madwar 54% talIskoċċiżi li għadhom kontra l-indipendenza.

3


TA’ BARRA

kullhadd.com

WAR ID-DINJA 6

04|09|2016 17

JIKKOMMETTU RUĦHOM

4 6

5

L-Istati Uniti u ċ-Ċina ssottomettew il-pjan tagħhom biex jilħqu l-miri maqbula fil-ftehim dwar it-Tibdil tal-Klima ta’ Pariġi li kien iffinalizzat f ’Diċembru li għadda. B’hekk, dawn il-pajjiżi, li flimkien jiġġeneraw madwar 38% tal-emissjonijiet globali, intrabtu b’mod formali li jipparteċipaw fi ftehim li, fost l-oħrajn, għandu l-għan li jżomm iż-żieda fit-temperatura taħt iż-żewġ gradi ċentigradi. Madankollu, it-triq lejn ir-ratifikazzjoni totali ta’ dan ilftehim hija kumplessa għall-Istati Uniti. Dan hekk kif għad hemm każ għaddej quddiem il-Qorti Suprema li tressaq minn numru kbir ta’ stati Amerikani li qegħdin jisfidaw id-dritt talgvern federali li jirratifika ftehim ta’ din ix-xorta mingħajr ilkunsens tagħhom.

5

4

RIŻULTAT KONTROVERSJALI

TTIP FIL-PERIKLU Il-Prim Ministru ta’ Franza Manuel Valls din il-ġimgħa għamel appell biex in-negozjati mal-Istati Uniti dwar it-Transatlantic Trade and Investment Partnership (TTIP) jieqfu u l-konsegwenzi tiegħu jiġu analizzati aktar birreqqa. Valls ma kienx waħdu f ’dan l-appell hekk kif anke l-Ministru għall-Ekonomija Sigmar Gabriel ħabbar li bħalissa hemm tħassib kbir fost il-politiċi Ewropej dwar l-impatt ta’ dan il-ftehim. Fost il-biżgħat ewlenin hemm dik li jbaxxi l-istandards Ewropej biex jiġu aktar qrib dawk Amerikani f ’diversi setturi. Sa ftit tax-xhur ilu deher li dan il-ftehim kien qrib il-firma. Madankollu, bl-elezzjoni fil-qrib fl-Istati Uniti, Franza u l-Ġermanja, bosta mexxejja qegħdin jibżgħu jiffinalizzaw ftehim daqstant kontroversjali.

Il-preżenza militari kienet kbira fit-toroq tal-kapitali talGabon, Libreville, fl-aħħar jiem hekk kif eluf ta’ sostenituri ta’ Jean Ping ħarġu jipprotestaw wara t-telfa ta’ dan il-kandidat fl-elezzjoni presidenzjali tal-ġimgħa li għaddiet. Wara li kien imħabbar ir-riżultat, Ping mill-ewwel iddikkjara li r-rebbieħ, Ali Bongo, kien bagħbas l-elezzjoni biex kiseb vantaġġ minimu ta’ 1.5%. Ali Bongo sar il-president tal-Gabon fl-2009, kariga li ħa wara l-mewt ta’ missieru, Omar Bongo, li kien ilu jmexxi l-pajjiż mill-1967. F’din l-elezzjoni deher li kien hemm ċans tajjeb li din it-tmexxija familjari tiġi fi tmiemha. Madankollu, is-suċċess ta’ Ali Bongo se jagħtih l-opportunità li jżomm ilkariga għal seba’ snin oħra.


18 04|09|2016

kullhadd.com

MILL-ISTORJA

ĦARBA LI MA TITWEMMINX

MILL-ISTORJA

Xena mill-film The Incredible Journey of Mary Bryant; film li huwa bbażat fuq il-ħajja ta’ Mary Bryant

Mary Broad, xbejba ta’ 20 sena, telqet mid-dar tal-ġenituri tagħha fil-Kornovalja biex forsi ssib taħdem xi mkien u toħroġ mill-faqar li kienet tgħix fih. Meta ma setgħet issib xejn u l-ġuħ beda jagħfas, Mary middet idejha għas-serq imma nqabdet u tressqet quddiem maġistrat f ’Exeter akkużata li serqet kappell tan-nisa u ftit muniti. Fl-20 ta’ Mejju 1786, Mary Broad instabet ħatja u ġiet ikkundannata għall-mewt. Il-maġistrat dawrilha s-sentenza għal seba’ snin trasportazzjoni; wisq bassret l-imsejkna xebba li għaliha kienu għadhom kemm infetħu bwieb l-infern. Mill-ħabs ta’ Exeter Mary ġiet trasferita għal fuq id-Dunkirk, – bastiment ħabs dejjem ankrat fil-port ta’ Plymouth, sakemm tiġi trasportata. L-intejjen insapportabbli ta’ ħmieġ uman ħerġin minn dan il-bastiment kienu jaqtgħulek nifsek meta tkun għad lanqas wasalt ħdejh, aħseb u ara għal min kien jinqafel fl-istivi infernali tiegħu mibdulin f ’ċelel. F’Mejju 1787, Mary Broad ħalliet l-Ingilterra fuq ixCharlotte, wieħed mill-11-il bastiment tal-Ewwel Flotta li bejniethom ittrasportaw 1,480 ruħ bejn baħrin, ħabsin irġiel u nisa, kif ukoll tfal, lejn il-

Kitba ta’

MARY

CHETCUTI kontinent ġdid, u qajla esplorat tal-Awstralja. Minbarra ħabsin Brittaniċi, inġarrew anke ħabsin Afrikani, Amerikani, Indjani, Ċiniżi u Franċiżi; tal-aħħar bħala priġunieri tal-gwerra. Twelled tarbija bastiment

fuq

il-

Il-vjaġġ kien mimli tbatija. Ilħabsin kienu mrassin f ’ċelel żgħar u mingħajr arja taħt ilgverta; l-irġiel isseparati minnisa. L-ewwel ma nħakmu kien mid-deni tal-baħar li għal xi wħud kien fatali, imma ħafna ħabsin mardu minħabba nuqqas kbir ta’ ikel u ndafa. Matul il-vjaġġ Mary intebħet li ħarġet tqila konsegwenza ta’ assalt minn gwardjan kemm damet maqfula l-ħabs flIngilterra. Kien għalhekk li Mary, bħal xi ftit ħabsin nisa u tfal, bdiet titħalla titla’ fuq ilgverta għall-arja mielħa u nadifa tal-baħar minħabba saħħitha. F’Ottubru welldet tifla u semmietha Charlotte. Fil-ħin tattwelid kienu qed ibaħħru viċin Cape Town, l-Afrika. William Bryant, sajjied żagħżugħ minn Kornovalja bħal Mary, kien qed jinġarr biex ikompli sentenza ta’ seba’ snin trasportazzjoni li kien beda jiskonta fil-Kontinent

Amerikan. Xogħlu kien iqassam ilma u ikel lill-ħabsin sħabu u kemm-il darba kien jgħaddi ftit ikel żejjed lil Mary; bis-saħħa ta’ hekk rebaħ il-fiduċja tagħha u wegħedha li jibqa’ jieħu ħsiebha anke meta jinżlu l-art. Fis-26 ta’ Jannar 1788, wara tmien xhur bejn sema u ilma, il-Kaptan Arthur Philip ordna li tinxteħet l-ankra fil-Bajja ta’ Botany u niżżel l-art merkanzija ta’ umani, bhejjem u żrieragħ biex iwaqqaf kolonja Brittanika fuq il-post li l-esploratur, ilKaptan James Cook, kien iddeskriva bħala “terra nullius” jew l-art li ma tappartieni lil ħadd. Mary u William u koppji oħrajn iżżewġu mal-wasla. Kien perikoluż ferm għal mara priġuniera li ma jkollhiex raġel tagħha biex jipproteġiha fuq l-art għax mill-ewwel kienet tiġi stuprata, jekk mhux maqtula wkoll. Xahar wara l-Kaptan Philip, li sar l-ewwel gvernatur talkolonja, mexxa lil kulħadd lejn it-Tramuntana tal-bajja peress li skoprew port aktar kenni u abbundanza ta’ ilma ħelu. Ilpost semmewh Sydney Cove għal Lord Sydney, is-segretarju governattiv responsabbli mis-sistema ta’ detenzjoni flIngilterra. William bena gabbana għal Mary u ċ-ċkejkna Charlotte u kien inkarigat mid-dgħajjes tas-sajd. Madankollu, l-ewwel żminijiet kienu diffiċli wisq. Ma damux ma indunaw li dak li żergħu u riedx jinbet; il-ħamrija ma kinitx għammiela u ma kellhomx mnejn idemmluha. Barra minn hekk, il-qabdiet skarsi tal-ħut ma kienu qed ixebbgħu lil ħadd u l-kaċċa kienet fqira. Il-ġuħ beda jgħolli rasu u, darba

fost l-oħrajn, William żamm ftit ħut għalih biex jitma’ lil Mary li kienet qed tistenna tarbija oħra. B’xorti ħażina nqabad u ngħata mitt daqqa ta’ frosta bħala kastig. Il-provvista tal-ilma bdiet tonqos u mhux darba jew tnejn ġew flidejn mal-Aboriġini, il-poplu indiġenu Awstraljan, minħabba f ’hekk. Emanuel Bryant twieled fl-1790 u fit-28 ta’ Marzu 1791, William, Mary u wliedhom flimkien ma’ seba’ ħabsin oħra għamlu ħarba minn Port Jackson (isem il-villaġġ tal-ħabsin) li baqgħet imniżżla fl-istorja bħala l-aktar ħarba inkredibbli. Il-ħarba Kienu diġà għaddew sentejn mill-aħħar wasla ta’ provvisti mill-Ingilterra u ma kien hemm l-ebda ħjiel meta ġejja wasla oħra; mhux ta’ b’xejn is-sitwazzjoni tal-ikel laħqet livelli allarmanti. Meta William iddeċieda li m’hemmx triq oħra għajr li jaħarbu, Mary inkoraġġietu għax ma felħitx tara aktar imwiet minn malnutrizzjoni. Ippjanaw bir-reqqa u serqu apparat tannavigazzjoni u ikel mill-imħażen għal matul il-vjaġġ. F’lejl bla qamar ħadu dgħajsa talgvernatur b’sitt imqadef u, wara 66 jum jissaraw mal-elementi li qishom daru kollha kontrihom f ’baħar miżgħud klieb il-baħar, waslu f ’Timor tal-Punent, gżira Indoneżjana; distanza ta’ aktar minn 5,000 kilometru. Kif daħlu fil-Port ta’ Kupang sabu għajnuna immedjata millkomunità Olandiża kolonizzaturi ta’ Timor. Irrakkuntaw li kienu nawfragi ta’ bastiment li għereq u ġew emmnuti, u ngħataw ikel, ħwejjeġ u fejn joqgħodu. Kollox mexa ħarir sakemm

darba minnhom William siker sakra u lablab kollox f ’taverna mimlija nies. Immedjatament, l-awtoritajiet Olandiżi arrestawhom, tellgħuhom fuq l-ewwel bastiment Olandiż li kien sejjer il-Batavja (illum ilĠakarta) biex minn hemm jintbagħtu l-Afrika t’Isfel ħalli jimbarkaw fuq bastiment lejn l-Ingilterra u b’hekk tiġi evitata tilwima diplomatika mal-Gran Brittanja. Titlef lil familtha Fil-ftit żmien li damu l-Batavja, William u binhom, it-tarbija Emanuel, inħakmu minn deni tropikali u mietu. Mietu wkoll erbgħa minn sħabhom tal-ħarba. Mary, diġà qalbha maqsuma, kellha ġġarrab ukoll it-telfa taċ-ċkejkna Charlotte abbord l-HMS Gorgon f ’Mejju 1792, ftit ġimgħat biss bogħod mill-Ingilterra. Waslu l-Ingilterra fit-18 ta’ Ġunju. Meta tressqu quddiem il-Qorti ta’ Old Bailey, minflok sentenza tal-mewt kif kienet titlob il-liġi, l-imħallef ordna li Mary u t-tliet ħabsin li baqgħu ħajjin ikomplu jiskuntaw ilperjodu ta’ trasportazzjoni fil-ħabs ta’ Newgate. L-istorja straordinarja tagħhom ippreċediethom u ddur fejn iddur ma kontx tisma’ ħlief ammirazzjoni u simpatija għattelfa kbira li ġarrbet Mary Bryant u l-ħarba ma titwemminx millaktar kontinent imbiegħed. Meta nħelset mill-ħabs, Mary Bryant irritornat f ’raħal twelidha u minn hemm ’il quddiem jintilfu t-traċċi tagħha. Bejn l-1788 u l-1868 inġarrew bil-forza madwar 165,000 ruħ sabiex jitnisslu u jippopolaw l-Awstralja f ’isem il-Kuruna Brittanika.


PERSONALITÀ

kullhadd.com

04|09|2016 19

KOLLEZZJONIST TAL-FLOKKIJIET TAL-FUTBOL RAMONA

PORTELLI TINTERVISTA LIL

TONIO MAGRO

Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com

Dan l-aħħar kont qed nitkellem ma’ ħabiba tiegħi u d-diskors waqa’ fuq l-intervisti tiegħi peress li tħobb issegwihom. Din id-darba kien imiss lilha li tissuġġerili li xi ħadd li, fl-opinjoni tagħha, għandu passatemp uniku – li jfaddal il-flokkijiet tal-futbol (gears). Interessajt ruħi u, fil-fatt, għamilt kuntatt ma’ Tonio Magro li aċċetta din l-intervista bi ħġaru. Tonio għandu 40 sena, minn Raħal Ġdid u joqgħod Ħal Qormi. Jaħdem mal-Gvern u l-akbar passatemp tiegħu huwa l-fotografija; infatti ħafna persuni jafuh bilkamera tar-ritratti f ’idejh. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna sensittiva. “Kultant jgħidu li nieħu għalija mixxejn, iżda nħobb ngħin lil dak li jkun, għalkemm ġieli l-affarijiet iduru kontrik, u l-ħin kollu nidħak,” beda jgħidli Tonio. Ilu jfaddal il-flokkijiet talfutbol (gears) mis-sena 1990. Naturalment, ma stajtx ma nistaqsihx kif tħajjar jibda jfaddalhom. “Minn dejjem kont, u għadni, inħobb affarijiet relatati mal-futbol. Meta kont żgħir kont mort ilBelt, għaddejt minn fejn l-Elite Store – dak iż-żmien kellu filvetrina gear tas-Sampdoria – u ġġennint. Kien qalli: ‘Għax ma tibdiex tfaddalhom?’ Kien tani prezz tajjeb u bdejt,” kompla jirrakkonta Tonio fuq

il-bidu tal-passatemp tiegħu. Kollezzjoni ta’ 400 flokk Illum il-ġurnata l-kollezzjoni ta’ Tonio titla’ għal total ta’ 400 flokk tal-futbol. Dilettant ħafna tal-futbol, u ffissat fuq it-tim nazzjonali Malti, Hibernians, Manchester United u Sampdoria. Bħal Tonio hawn persuni oħra li huma ffissati fuq il-gears u, fil-fatt, ġieli partat xi affarijiet magħhom. Tonio infurmani wkoll li l-kollezzjoni tiegħu tinsab mifruxa fuq sodda d-dar, ġo gwardarobba kbira, u hemm oħrajn mitwijin f ’kamra oħra. Staqsejtu jekk jikkunsidrax li jżommhom f ’kamra waħda miġbura flimkien. “Xtaqt, imma m’għandix biżżejjed spazju f ’kamra waħda biss. Għandi gwardarobba doppja li diġà mimlija bil-flokkijiet imdendlin u impossibli nkompli nitfa’ f ’kamra waħda,” tbissem Tonio.

M’għandux pjan li jagħmel esibizzjoni

Staqsejtu jekk qattx stieden lil xi ħadd biex jara din ilkollezzjoni ta’ flokkijiet talfutbol li għandu, jew jekk qattx organizza xi tip ta’ esibizzjoni. Tonio wieġeb li huwa qatt ma organizza xejn ta’ dan it-tip u żied jgħidli li għalissa m’għandu l-ebda pjan li jagħmel esibizzjoni. “Bejn għax nibża’ li jeħduli xi flokk, u bejn għax jien naqra fitt, u jien ftit choosy lil min indaħħal fid-dar,” sostna Tonio. Mistoqsi minn fejn jirnexxilu jakkwista dawn il-flokkijiet kollha, Tonio stqarr li ħafna minnhom xtrahom tul iżżmien; ġieli qala’ xi flokkijiet bħala rigali, jew inkella jagħtuh il-plejers stess għax jafuh il-grawnd jieħu r-ritratti, għalkemm ħafna minnhom ma jafux li jfaddal il-flokkijiet. “Imma meta ġieli tlabt lil xi ħadd, dejjem tani, għalkemm nistħi nistaqsihom għax jien, jekk ninkiser, imbagħad sensittiv ħafna u noqgħod kwiet,” stqarr Tonio. Dilettant sew tal-futbol Ta’ min jgħid li Tonio huwa dilettant sew tal-futbol, u jkun jaf meta se joħroġ xi gear ġdid fis-suq. Fil-fatt, infurmani li ma’ kull staġun tal-logħob normalment jinbidel il-gear, imbagħad ikun hemm dak li jgħidulu l-first shirt, is-second shirt jew it-third shirt, jew inkella għal okkażjoni speċjali bħal xi final. L-ewwel gear li joħroġ, kemm tal-Hibs u ta’ Malta, u anke ta’ Manchester United, għid li Tonio jkun minn tal-ewwel li jixtrihom.

Immaġinajt li Tonio għandu xi lista jew fajl apposta biex ikun jaf x’gears għandu fil-kollezzjoni, u forsi anke xi informazzjoni jew storja miktuba ħdejn kull wieħed. Ħallejt f ’idejh biex jelabora aktar. “Iva, għandi lista ta’ x’għandi, għalkemm kollha nista’ ngħidlek ta’ liema tim huma u ta’ liema sena, bl-amment,” weġibni b’ċertezza. Dwar jekk hemmx bżonn ta’ xi trattament speċjali li bih iżomm fi stat tajjeb din il-kollezzjoni ta’ flokkijiet, Tonio infurmani li minnaħa tiegħu ma jagħmel xejn speċjali ħlief li jżommhom ġewwa fil-gwardarobba u ġieli ftit ftit jeħodhom għad-dry cleaning, imma assigurani li l-materjal tagħhom qatt ma jitlef mill-kulur. Assumejt li Tonio spiss isegwi l-logħob fil-grawnds biex, apparti li jara l-logħba, forsi jiddobba wkoll xi gear ġdid.

Fil-fatt, ikkonfer mali li dejjem issibu l-grawnd, u l-plejers jistgħu jikkonfermaw dan. “Apparti li nieħu r-ritratti fil-pitch, sifirt anke mat-tim; mort isSerbja nara l-Hibs kontra Vojvodina, u mort nara t-tim Malti darbtejn kontra l-Italja fejn qtajt xewqti wkoll li nkun fil-pitch. Immur nara l-Manchester United ukoll. Ovvjament, jien nieħu gost jekk jagħtuni flokk wara l-logħba, imma, kif għedt qabel, nistħi nitlobhom. Imbagħad narahom iwaddbu l-flokkijiet u, f ’qalbi ngħid: ‘Ħarabli dak.’ Imma fil-verità nieħu pjaċir li jkun ħabib tiegħi li jieħu flokk,” qal Tonio. Fl-aħħar nett Tonio xtaq iħeġġeġ lill-qarrejja tal-gazzetta KullĦadd biex, kemm jista’ jkun, imorru l-grawnd isegwu u jissapportjaw it-timijiet favoriti tagħhom.


STĦARRIĠ DWAR IL-KAROZZI

IR-RENJU UNIT B’REKORD LIEMA HUMA L-AKTAR MUDELLI POPOLARI? KEMM INBIDLU MHUX MISTENNI L-KAROZZI? X’INHU Ż-ŻMIEN MEDJU TA’ KAROZZA?

Dawn kienu wħud mill-mistoqsijiet li kienu inklużi f ’sondaġġ li sar fir-Renju Unit, l-aktar post li fih inbnew karozzi matul l-ewwel seba’ xhur tas-sena 2016. Minn dan l-istħarriġ irriżulta li, fost it-30 miljun persuna li għandha karozza, ħames miljun sid ta’ karozza għandu waħda mill-mill-għażla ta’ Volkswagen (dominanti l-aktar il-VW u l-Audi, iżda magħhom hemm ukoll Skoda, SEAT, Bentley u Lamborghini). Qrib l-erba’ miljun sid għandu karozza Ford waqt li n-numru ta’ sidien li jammontaw għal madwar tliet miljuni u nofs, għandhom Vauxhall. Tliet mil-

jun sid ta’ karozza għandhom BMWs u MINI, filwaqt li ċifra simili għandhom karozzi tal-alleanza Renault-Nissan. Dawn il-manifatturi jammontaw għal madwar 19-il miljun karozza fost it-30 miljun imsemmija. Il-kumplament tal-karozzi huma Peugeot/ Citroen, Hyundai-Kias, Toyota, Mercedes u Smart, Fiats/ Chrysler/Jeep u oħrajn. Espert għal CAP qal li mas-seba’ miljun karozza fis-sena jbiddlu s-sid tagħhom. Dan ifisser li kwart ta’ dawk li għandhom karozza fir-Renju Unit ibiddluha kull sena. B’hekk, karozza sservi għal

medja ta’ madwar 7.8 snin, skont l-SMMT (Society of Motor Manufacturers and Traders). Iżda l-istess soċjetà qed tbassar li t-tul tal-użu tal-karozza jiżdied għal 8.1 snin sal-2022. Immaġina telefown ċellulari jew laptop li jservik għal għaxar snin. Kwazi xi ħaġa impossibbli meta ħafna kumpaniji kbar jagħmlu dawn biex iservuk għal xhur u mhux snin. Daqstant ieħor ħafna karozzi jonqsilhom il-valur bil-bosta kull sena. Huwa stmat li karozza minn £10,000 jonqsilha l-valur tagħha b’£1,000 fis-sena; jiġifieri bi £3 kuljum.

PRODUTTURI BRITTANIĊI BNEW ’IL FUQ MINN MILJUN VETTURA FL-EWWEL SEBA’ XHUR TAS-SENA

Produtturi Brittaniċi qed jaħdmu karozzi b’pass rekord fejn fl-ewwel seba’ xhur tassena 2016 rajna ’l fuq minn miljun vettura li ġew prodotti, skont figuri riċenti. L-SMMT qalet li manifatturi Brittaniċi raw żieda ta’ 40% fil-produzzjoni tagħhom f ’dawn l-aħħar sitt snin. L-aħħar sena li nħadmu daqshekk karozzi sa Lulju, kienet is-sena 2004. Iż-żieda ta’ Lulju kienet waħda għal 12-il xahar konsekuttivi b’total ta’ 125,566 vettura manifatturati fih, li laħqu total ta’ 1,023,723 vettura għassena 2016. Minkejja li Lulju ra żieda fil-manifattura b’14%, il-maġġoranza tal-karozzi mibnija kienu mibjugħa barra l-pajjiż. Huwa stmat li erbgħa minn kull ħames karozzi li jiġu manifatturati qed jiġu esportati.

Minkejja dan kollu, irreġistrazzjoni ta’ vetturi privati fir-Renju Unit naqset b’4.5% ikkumparata massena ta’ qabel. Dan għax aktar sidien qed jippreferu jixtru karozzi użati biex ikollhom akkwist finanzjarju aħjar. Minkejja riżultat xejn ċert għall-futur wara l-vot Brexit, il-futur tal-produzzjoni talkarozzi fir-Renju Unit jibqa’ wieħed ċert. Kumpaniji talkarozzi komplew isaħħu fehmthom biex jibqgħu jibnu l-karozzi fl-Ingilterra. Is-CEO ta’ SMMT qal li l-produzzjoni tal-karozzi fir-Renju Unit qed iżżid, bid-domanda għall-mudelli Brittaniċi tibqa’ għolja madwar id-dinja kollha. Żied jgħid li dawn il-produtturi investew il-biljuni biex jiżviluppaw mudelli ġodda kompletament fir-Renju Unit.

SEJĦA GĦAL AZZJONI WARA ŻIEDA TA’ INĊIDENTI FATALI Il-Gvern Amerikan qed jitlob għajnuna minn riċerkaturi u xjentisti ta’ informazzjoni biex jgħinuh jifhem u finalment jikkumbatti l-kawża ewlenija ta’ żieda ta’ inċidenti tattraffiku, wara li dawn żdiedu sostanzjalment is-sena li għaddiet. L-amministrazzjoni ta’ Obama ħarġet l-hekk imsejħa ‘unprecedented call to action’ għal gruppi varji wara analiżi finali li ħarġet dwar il-fatalitajiet fl2015, fejn dawn żdiedu b’7.2% fuq is-sena ta’ qabel u laħqu l-ammont ta’ 35,092 fatalità, l-aktar mis-sena 2008. Is-segretarju għat-trasport Amerikan qal li, minkejja qed isir titjib fis-sigurtà, xorta waħda qed imutu ħafna nies. Żied jgħid li biex tissolva din il-problema trid ammont ta’ ħin u xogħol minn grupp ta’ nies, għalhekk ħarġet din issejħa għal azzjoni fejn qed jistaqsu lir-riċerkaturi, esperti tas-sigurtà, xjentisti talinformazzjoni u l-pubbliku biex janalizza l-informazzjoni tal-fatalitajiet biex b’hekk isibu

soluzzjoni u dawn it-traġedji ma jibqgħux isiru. Fatturi umani li kienu riżultat ta’ dawn l-aċċidenti kollha fil-highways huma sewqan taħt effett tal-alkoħol, użu ta’ telefown ċellulari waqt issewqan, nuqqas ta’ użu ta’ ċintorin tas-sigurtà u oħrajn. Amministratur għall-NHTSA qal li l-informazzjoni turi li l-fatalitajiet jiġru meta sewwieqa jsuqu xurbana, ikunu mfixkla fis-sewqan, ikunu għajjenin, isuqu b’veloċità għolja u ma jilbsux iċ-ċintorin ta’ sigurtà. Huwa żied jgħid li, minkejja li sar kambjament enormi f ’dawn l-oqsma, xorta waħda hemm bżonn li tinstab soluzzjoni biex jintemmu l-fatalitajiet fit-traffiku. Fi stqarrija rriżulta li jeħtieġ li tiżdied l-edukazzjoni fuq l-użu taċ-ċintorin tas-sigurtà għax nofs il-fatalitajiet li seħħew fl-2015 kienu minħabba n-nuqqas tal-użu taċ-ċintorin waqt is-sewqan. Kienu biss 1% il-fatalitajiet li saru kawża ta’ aċċidenti minħabba difetti filkarozza.


KAROZZI

kullhadd.com

04|09|2016 21

HAMBURG U VOLKSWAGEN BI QBIL STRATEĠIKU TA’ MOBBILTÀ

Mattias Muller, is-CEO ta’ Volkwagen AG u Olaf Scholz, is-Sindku ta’ Hanseatic City, iffirmaw memorandum of understanding fil-Kaisersaal ta’ Hamburg Town Hall. Parti mill-qbil fundamentali jinkludi kunċetti ta’ mobbiltà urbana u intermodalità, kontroll u mmaniġġjar ta’ traffiku, parkeġġ u sewqan awtonomu, kunċetti ta’ vetturi innovattivi u teknoloġija alternattiva kif ukoll kontroll fuq it-tniġġis tal-arja. Għall-Volkswagen Group din il-ħbiberija hija pass eqreb lejn l-istrateġija ‘Together 2025’, u għal Hamburg tirrappreżenta pass importanti għall-istrateġija biex jiġu żviluppati sistemi ta’ trasport intelliġenti, u flapplikazzjoni tagħha biex tospita l-ITS World Congress tal-2021. Olaf Scholz qal: “Hawn, f ’Hamburg, irridu nissalvagwardjaw il-mobbiltà għaċ-ċittadini. Fl-istess ħin huwa l-għan tagħna li nagħmlu t-traffiku fil-belt tagħna aktar nadif, kwiet u sigur. Progress teknoloġiku huwa l-uniku mezz biex dan jinkiseb. Dak li huwa meħtieġ huwa r-riżors u l-ispirtu inventiv tal-industrija Ġermaniża, u qed infittxu li nikkoperaw ma’ kumpaniji

ewlenin bħall-Volkswagen. Qed nippruvaw nilħqu lil kull min jixtieq jikkollabora magħna fuq soluzzjonijiet ta’ mobbiltà moderna, kemm fi trasport ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija. Kull min ifittex li jipprova kunċetti ta’ mobbiltà innovattivi u teknoloġiji diġitali biex itejjeb il-kwalità ta’ ħajja urbana, se jsib sieħeb affidabbli fil-belt ta’ Hamburg. Hemm klima partikolari fil-belt tagħna u l-koperazzjoni ma’ Volksawagen se tkompli żżid magħha. Il-ħsieb tiegħi huwa: dak li jiġi vvintat hawn, għandu jiġi ppruvat hawn ukoll. Magħmul fil-Ġermanja, ippruvat f ’Hamburg.” Il-mobbiltà hija bżonn AG Matthias Muller, CEO ta’ Volkswagen, żied jgħid: “Ilmobbiltà tibqa’ bżonn bażiku uman – anke fl-era diġitali. Ma tistax tgħaddi mingħajr jew twaqqaf il-mobbiltà. Li hemm bżonn huwa kunċett li jagħmel il-karozzi parti mis-soluzzjoni u mhux parti mill-problema. Jeħtieġ li l-ideat antiki jitwarrbu biex inkunu aktar innovattivi u nieħdu l-inizzjattivi aħna stess u mhux noqogħdu nistennew lil ħaddieħor joħodhom hu. Bħala ċentru ta’ innovazzjoni

Hamburg diġà hija pijuniera u minn tal-ewwel fejn jidħlu strateġiji ta’ diġitalizzazzjoni jew sistemi ta’ trasport intelliġenti. Bl-ideat u l-kompetenza tagħna rridu nikkontribwixxu biex nagħmlu lil Hamburg belt eżemplari għal trasport intelliġenti.” Sħubija Il-memorandum of understanding li ġie ffirmat ftit tal-jiem ilu huwa r-riżultat ta’ djalogu bejn is-Senat u Volkswagen Group li beda sena ilu, u s-summit tal-karozzi li sar fi Frar mill-Gvern Ġermaniż. Fl-era ta’ diġitalizzazzjoni u l-qasma ekonomika, stili ta’ ħajja differenti, l-għaqal talkonsumatur u l-bżonnijiet mobbli tal-poplu qed jinbidlu. Dan joħloq aktar domandi, mhux biss fuq il-manifattura tal-karozzi, traffiku u kumpaniji tat-transport, iżda wkoll fuq l-infrastruttura urbana u ppjanar tat-traffiku. Iż-żewġ imsieħba flimkien iridu jadottaw soluzzjonijiet imfasslin apposta kemm għall-individwu kif ukoll għal trasport kummerċjali. Din issħubija tiffoka fuq kwistjonijiet ewlenin ta’ mobbiltà urbana fil-

futur biex tippermetti mobbiltà individwali sostnuta fil-kuntest urban. Innovazzjonijiet li jħarsu ’l quddiem flimkien ma’ ġabra ta’ servizzi mobbli orjentati għall-konsumatur joħolqu opportunitajiet ġodda għalmobbiltà u huma elementi prinċipali li jtejbu l-għażliet għaċċittadini tal-belt. Bħala fornitur ewlieni ta’ mobbiltà u msieħeb kompetenti, Volkwagen Group jixtieq jikkontribwixxi għassuċċess tal-inizjattivi strateġiċi tal-belt bħall-kontroll tat-tniġġis tal-arja u l-implimentazzjoni tal-ITS (Intelligent Support Systems) hekk kif żviluppata mis-Senat ta’ Hamburg. Din l-istrateġija hija ddisinjata biex tippromovi l-użu tattekonoloġija ta’ informazzjoni u komunikazzjoni u teknoloġiji innovattivi fis-settur tattrasport, iżżid is-sigurtà fittoroq, affidabbiltà fit-trasport u effiċjenza kif ukoll jitnaqqsu l-emissjonijiet relatati mattraffiku. Fl-isforzi biex tkun imtejba l-kwalità tal-arja u fl-istess ħin issib soluzzjonijiet ta’ mobbiltà mingħajr emissjonijiet, Hamburg-Holstein GmbH u Hamburg Hochbahn AG ixxahar li għadda laħqu ftehim mal-kumpanija sussidjarja

ta’ VW, MAN, fuq skambju intensiv fis-settur tal-iżvilupp ta’ karozzi tal-linja elettriċi. Proġett pilota Volkswagen Group u Hamburg ukoll issotomettew applikazzjoni għal proġett iffinanzjat mill-UE bl-isem ‘mySMARTlife’. F’dan ilproġett Volkswagen Group se jkun qed jibda proġetti pilota bħall-micromobility applications, karozzi tal-komunità u kunċetti loġistiċi urbani innovattivi fid-distrett ta’ Bergedorf f ’Hamburg. Il-Gvern Ġermaniż jara l-belt ta’ Hamburg bħala l-post fejn jistgħu jsiru l-provi ta’ sewqan awtonomu u nieda programm iffinanzjat għal sewqan awtonomu u sewqan konness ma’ provi diġitali fil-Ġermanja. Hamburg u Volkswagen Group qed jagħmlu ħilithom biex jimplimentaw proġett konġunt taħt din is-sħubija. Proġetti oħra konġunti se jkunu żviluppati fix-xhur li ġejjin. Dan il-memorandum of understanding ma jorbotx ilpartijiet ikkonċernati għal sħubija esklussiva, u daqstant ieħor ma jinvolvix impenn finanzjarju.


KALEJDOSKOPJU

22 04|09|2016

kullhadd.com

Fatti miġbura minn

KURŻITAJIET

WASALNA BIEX NIBDEW INTIRU FLOK INSUQU

CHARLES B.

SPITERI

ĠRAW BĦAL-LUM

1882: 1885: 1886: 1988: 1893: 1904: 1912: 1914: 1918: 1919: 1919: 1923: 1930: 1933: 1933: 1937: 1939: 1939: 1940: 1943: 1944: 1945: 1948: 1951: 1956: 1964: 1970: 1970: 1970: 1975: 1976:

L-ewwel prova fuq skala kbira tal-bozoz tad-dawl ta’ Thomas Edison – dawn xegħlu l-istazzjon ta’ Pearl Street fi New York. Tiftaħ l-ewwel kafetterija fi New York City. Il-Kap Apache Geronomo jċedi biex tintemm il- gwerra bejn l-Indjani u l-Istati Uniti. George Eastman jikseb id-drittijiet għall-ewwel film bir-roll tal-kamera tar-ritratti u jirreġistra l-Kodak. L-awtriċi Ingliża Beatrix Potter tikteb l-istorja ta’ Peter Rabbit għal tifel ta’ ħames snin. Id-Dalai Lama jiffirma trattat li bih jippermetti l-kummerċ Ingliż fit-Tibet. L-ewwel inċident (ħabta) fl-underground ta’ Londra. Iweġġgħu 22 persuna. Franza, ir-Russja u l-Brittanja jaqblu fuq il-Patt ta’ Londra; li ħadd minnhom ma jagħmel paċi separata. Truppi Amerikani jinżlu f ’Archangel, ir-Russja, u jibqgħu għal għaxar xhur. L-Ingliżi jintervienu f ’Petrograd. Mustafa Kemal Ataturk, li waqqaf ir-Repubblika tat-Turkija, jiġbor kungress f ’Sivas biex jieħu deċiżjonijiet fuq il-futur ta’ Anatolia u Thrace. It-titjira inawgurali tal-ewwel vapur tal-arja Amerikan, il-USS Shenandoah. Jiftaħ f ’Londra t-Teatru Cambridge. L-ewwel ajruplan li jaqbeż il-ħeffa ta’ 300 mil fis- siegħa (483 kilometru fis-siegħa) misjuq minn JR Wendell u Glenview II. Kolp ta’ stat fuq il-President Kuban De Cespedes, minn Fulgencio Batista. Doris Kopsky issir l-ewwel kampjun ċiklista tan- NABA. Truppi Ġermaniżi jidħlu f ’Danzig. L-Olanda u l-Belġju jiddikjaraw in-newtralità. CBS jibda jxandar bħala stazzjon televiżiv, id- W2XAB. L-8th Army Ingliża tinżel f ’Taranto, fin-naħa t’Isfel tal-Italja. Il-Finlandja tikser il-kuntratt diplomatiku mal- Ġermanja Nażista. Ruben Fine jirbaħ erba’ logħbiet mgħaġġlin taċ-ċess, mgħammad. Ir-Reġina Wilhelmina tabdika mit-tron Olandiż. L-ewwel xandira televiżiva transkontinentali mill- President Amerikan Harry Truman. Jiġi introdott l-IBM RAMAC 305, l-ewwel kompjuter kummerċjali li juża diska manjetika għall-ħażna. In-NASA tinawgura l-ewwel osservatorju ġeofiżiku orbitali (OGO-1). George Harrison joħroġ is-single My Sweet Lord. Il-ballerina Russa Natalia Makarova tikseb kenn politiku. Salvador Allende jirbaħ l-elezzjoni presidenzjali fiċ- Ċilì. Iffirmat il-ftehim interim tas-Sinaj fuq il-konflitt bejn l-Għarab u l-Iżraeljani. Palestinjani jaħtfu t-titjira KLM DC-9 għal Ċipru.

It-traffiku qed isir problema fid-dinja kollha u hu obbligu talgvernijiet li jsibu soluzzjonijiet biex il-ħaddiema jaslu fil-ħin stabbilit għax-xogħol. Hu minħabba f ’hekk li l-kumpanija Airbus ħarġet bl-idea li tagħmel taxis itiru u l-provi fuqhom se jsiru mis-sena d-dieħla fil-kampus tal-Università ta’ Singapore. Dawn it-taxis se jkun jisimhom CityAirbus. Biex jiġu kkuntattjati għal servizz, il-passiġġieri jsejħulhom permezz ta’ smartphone.

Għall-ewwel u sakemm ir-regolamenti nazzjonali jippermettu, se jibdew jinsaqu minn pilota, iżda mbagħad itiru weħidhom. Rodin Lyasoff, l-eżekuttiv inkarigat mill-proġett ta’ Airbus qal li ħafna mill-ħtiġiet bħall-batteriji, muturi u oġġetti li għandhom x’jaqsmu malavjazzjoni, jinsabu lesti, u jixtiequ jgħaġġlu l-proġett biex jilqgħu għall-isfidi li diġà jeżistu. Hu jemmen li f ’għaxar snin ikunu rrivoluzzjonaw

l-ivvjaġġar urban għal miljuni ta’ passiġġieri. Ix-xogħol fuq dan il-proġett beda fi Frar u l-iżviluppaturi interni u esterni u l-imsieħba qablu fuq id-disinn tal-vettura li qed tinħadem u tiġi ttestjata. Tom Enders, is-CEO ta’ Airbus qal: “Mhix ġennata li timmaġina li jum wieħed fil-bliet kbar naraw karozzi jtiru, u mhux bogħod wisq li nibdew nużaw l-ismartphones biex nibbukkjaw taxi li ttir u tniżżilna quddiem biebna, mingħajr ebda pilota.”

MILL-ĠURNALI MALTIN Intilfu (25 ta’ Mejju, 1929)

Il-lum is-Sibt, f ’Kalafrana, se jsir display tal-Air Force fit-3.00pm u, biex il-pubbliku jkun jista’ jaraha aħjar, din is-sena d-display se ssir fuq il-baħar. In-naħa tat-Torri ta’ San Luciano jkun l-aħjar post mnejn wieħed jista’ jara.

li Sir Gerald Strickland kien għamel lill-istampatur talkartelluni bil-kelma Liar, maħruġin fi żmien il-Gvernatur Congreve. L-Imħallef, li sab ħati lill-istampatur Dedu Chritien, ta’ ħdejn San Franġisk, waħħlu £25 multa u l-ispejjeż tal-kawża kollha.

Żewġ ritratti ta’ xbejba, nhar it-Tlieta li għadda. Wieħed bilqiegħda u xuxa (bil-kulur) u l-ieħor bilwieqfa u bil-kappell. Min isibhom u jġibhom jew jibgħathom fl-istamperija tagħna (3B, Strada Irlandese, il- Giddieb (22 ta’ Ġunju, 1929) Belt) jagħmel favur kbir lil min tilifhom u jnaqqas inkwiet lil xi Nhar it-Tnejn spiċċat quddiem Meħudin familji – id-Direzzjoni. l-Imħallef Buhagiar il-kawża Xekkek.

mill-gazzetti

Dott

PILLOLA MINN DUD PARASSIT

Xjentist Awstraljan li qed jiżviluppa pillola rivoluzzjonarja li tikkura l-marda tas-coeliac għadu kif ingħata premju prestiġjuż għat-tiftix li għamel. It-Tabib Paul Giacomin mill-Università James Cook, ingħata l-premju Queensland Young Tall Poppy għall-pjan tiegħu li jagħmel pillola mid-

dud parassit. Din il-pillola tippermetti lil nies li jbatu mill-marda coeliac – kundizzjoni infjammatorja fis-sistema diġestiva kkważata mill-gluten – jieklu prodotti li fihom il-gluten. It-Tabib Giacomin qal li hi x-xewqa tiegħu li jiżviluppa pillola mediċinali li jkun fiha dawn il-molekuli tad-dud, li ttejjeb

immens is-saħħa u l-kwalità talħajja tan-nies b’din il-marda. Hu magħruf li l-marda tascoeliac tolqot persuna waħda minn kull elf. Dawn ikollhom sintomi ta’ telqa u għeja, nuqqas ta’ piż, rimettar u dijarrea. S’issa, l-unika kura għal dawk li jbatu mill-marda tas-coeliac hi li jimxu ma’ dieta bla gluten.


KUN AF

kullhadd.com

04|09|2016 23

KUN AF

IT-TERREMOTI Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’

SAVIOUR

MAMO

Tajjeb wieħed jibda billi jsemmi wħud mit-terremoti li kkaġunaw il-mewt ta’ numri kbar ta’ nies u qerdu rħula sħaħ. Fl-1556 sar terremot kbir f ’Shaang, iċ-Ċina, li qered għalkollox ħafna rħula u qatel mat-830,000 ruħ (kważi d-doppju tal-popolazzjoni ta’ Malta). Fl-1976, f ’Tangshan, iċ-Ċina wkoll, seħħ terremot ieħor u qatel 255,000 ruħ. Fl-1755, fil-Portugall sar terremot qawwi li baqa’ jissemma fl-istorja ta’ dan ilpajjiż Ewropew, u li kawża tiegħu mietu mal-140,000 ruħ fi ftit sekondi. Min ma jiftakarx dak ittsunami fl-2004, ikkaġunat minn terremot taħt ilbaħar li kien sar f ’Andaman f ’Sumatra? Mewġ kbir kien kaxkar miegħu mal-275,000 ruħ. F’Ottubru tas-sena ta’ wara, u mhux wisq bogħod,

opposta fuqu, dan il-blat iċedi u jidħol taħt xulxin. Dan iċ-ċaqliq iseħħ l-aktar f ’qiegħ il-baħar jew qrib xi vulkan jew qalb il-muntanji. Biex forsi jnaqqsu mill-qawwa ta’ dawn it-terremoti, ix-xjentisti qegħdin jesperimentaw u jippruvaw diversi affarijiet. Waħda minnhom, u li jaħsbu li hemm ċans li tirnexxi, hi li jitħaffru kwantità ta’ ħofor fondi u dawn jimtlew b’ilma ppressat. F’każ li jkun hemm ċaqliq, l-ilma f ’dawn il-ħofor iservi biex, minflok il-blat jiċċaqlaq f ’daqqa, dan jiżżerżaq aktar bil-mod u jikkaġuna inqas ħsara.

terremot ieħor laqat ilPakistan u qatel 40,000 ruħ. Ħafna mit-terremoti li jsiru jħallu ħerba sħiħa u ħafna mwiet warajhom. Skont ma jikkalkulaw ix-xjentisti, f ’sena biss isiru mal-500,000 terremot li minnhom jinħassu Il-qawwa tat-terremot 100,000, u mal-elf oħra jikkaġunaw ħsara li taf tkun Il-qawwa tat-terremoti żgħira kif ukoll kbira. jitkejlu b’żewġ skali differenti: Mercalli u Richter. Studju fuq il-qoxra tad- Giuseppe Mercalli (1883Dinja 1902) ħoloq skala bbażata fuq l-ammont ta’ ħsara li jagħmel Bit-teknoloġija tal-lum wieħed it-terremot, maqsuma fuq jista’ jagħti spjegazzjoni għala 12-il grad u kull grad isarraf jsir terremot. Il-moviment id-daqs ta’ ħsara kkaġunata. tal-art waqt it-terremot isir Jekk terremot ikun tant żgħir orizzontali. Fl-1960, grupp ta’ li ma jinħassx, jitqies bħala xjentisti għamlu studju kbir tal-ewwel skala, filwaqt li jekk fuq il-qoxra tad-Dinja, fejn jagħmel ħerba sħiħa li l-ebda sabu li din tikkonsisti minn ġebla ma tibqa’ waħda fuq saffi ta’ blat iebes bi ħxuna l-oħra u l-art tinqasam, jitqies ta’ 64 kilometru (40 mil). bħala terremot ta’ skala tnax. Meta tinħoloq forza qawwija In-numri tal-iskala Mercalli

jinkitbu b’ittri Rumani, minn I sa XII Charles Francis Richter (1900-1985), bl-għajnuna ta’ Beno Gutenberg, fl-1935 ivvinta skala differenti minn dik ta’ Mercalli, imqassma fi tmien gradi, fejn kull grad jirrappreżenta s-saħħa taċċaqliqa. Jekk iċ-ċaqliqa tkun żgħira u li ma tinħassx, tinqara bħala grad wieħed u, jekk tkun kbira li l-ġebel jinqala’ minn postu, tingħata grad tmienja. L-apparat li jaqra l-vibrazzjoni tal-art jissejjaħ siżmografu. Dan l-istrument jikkonsisti f ’ċilindru tal-karti li jdur bil-mod b’magna ta’ arloġġ. Ma’ dan iċ-ċilindru jkun hemm speċi ta’ pinna bil-linka li tkun imwaħħla ma’ molla sensittiva ħafna li, mal-inqas moviment, il-pinna tiċċaqlaq u timmarka. Iktar ma l-vibrazzjoni tkun kbira, iktar it-terremot ikun qawwi. Minħabba li dan l-apparat ikun imqabbad ma’ oħrajn simili f ’diversi postijiet oħra permezz ta’ apparat elettroniku, wieħed jista’ jkun jaf fejn seħħ eżatt itterremot; jiġifieri l-epiċentru. Minbarra li qed isir studju kbir fuq dan il-fenomenu fuq l-art, qiegħed isir ukoll studju mill-ispazju bl-għajnuna ta’

satelliti li huma mgħammra b’apparat sofistikat li josserva kull moviment li jsir fuq il-wiċċ tad-Dinja bħallgħargħar, valangi, irwiefen u kull ħaġa oħra. Dan l-istudju ġie msejjaħ GESS (Global Earthquake Satellite System). Illum, bl-għajnuna tat-teknoloġija, jistgħu jikkalkulaw il-movimenti li jseħħu fuq l-art sal-inqas ċentimetru u għalhekk jistgħu jbassru l-periklu minn qabel. Nevitaw it-traġedji Fl-inħawi fejn seħħ itterremot fl-Italja dan l-aħħar, spiss jinħassu terremoti żgħar imma qatt ma ħasbu li, jekk isir wieħed kbir bħalma fil-fatt sar, id-djar tagħhom jistgħu jiġġarrfu. Il-bini li ġġarraf kien antik u mibni b’soqfa tal-injam u l-lavanja. Id-djar li kienu msaqqfa bil-ġebel u l-konkrit ftit li xejn ġarrbu ħsara. Jekk hemm il-ħsieb li jerġa’ jinbena mill-ġdid ilbini li ġġarraf, dan għandu jsir b’mod li jirreżisti ċ-ċaqliq tat-terremoti; b’hekk biss ma jerġgħux jintilfu daqshekk ħajjiet ta’ nies. Fil-Ġappun hemm bini għoli li hu mibni fuq il-lastiku rrinfurzat biex, f ’każ ta’ terremot, il-bini jibqa’ stabbli.


24 04|09|2016

kullhadd.com

MADWARNA

FESTI ĊENTINARJI FIN-NAXXAR | 1916-2016 Kien proprju waqt ilkunċert tradizzjonali tat-2 ta’ Settembru tas-sena 2015 li l-Għaqda Mużikali Marija Bambina – Banda Vittorja tanNaxxar fetħet uffiċjalment iċċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tant mistennija ta’ għeluq il-mitt sena mit-twaqqif tas-soċjetà. Kien f ’din l-okkażjoni li ġew inawgurati l-logo taċ-ċentinarju, xogħol l-artist Adonai Camilleri Cauchi, u l-innu ċentinarju, kompożizzjoni mill-isbaħ talMro Ray Sciberras u lirika ta’ Anselm Sciberras. Kien dan ilpunt ta’ tluq lejn sena mimlija atttivitajiet liema bħala. Nibdew biex insemmu l-udjenza li l-Banda Vittorja kellha malQdusija Tiegħu Papa Franġisku fil-Vatikan, nhar l-Erbgħa 16 ta’ Settembru 2015, kif ukoll iżżewġ konkorsi tal-kant Century Voices bis-sehem ta’ numru konsiderevoli ta’ kantanti lokali. Ta’ min isemmi wkoll il-wirjiet li saru fil-Milied fejn il-presepju, xogħol l-artist Naxxari Jennings Falzon, ġie kklassifikat l-ewwel post fil-kategorija ta’ presepji ta’ qies medju u ġie mogħti wkoll rikonoxximent speċjali għall-mod artistiku, kreattiv u innovattiv ta’ kif ġie ppreżentat il-presepju. Mhux inqas kienet il-wirja fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira, b’vari xogħol l-artist Michael Cutajar Zahra; u mhux inqas l-armar tal-faċċata, rigal denju mill-Kummissjoni Żgħażagħ Vittorjani li din issena tiċċelebra t-tmien sena tagħha. Il-festa 2016 Naturalment, iċċelebrazzjonijiet qed jilħqu l-qofol tagħhom f ’dawn iljiem fil-ġimgħa tal-festa. Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Awwissu

Il-qoxra tal-ktieb dwar il100 sena tas-Soċjetà ittellgħet Akkademja Mużikali fil-parroċċa arċipretali u arċimatriċi tan-Naxxar, bissehem tal-preżentatur erudit George Peresso. Kienet serata strepituża fejn il-Banda Vittorja, taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur il-Mro Roderick Bugeja tat prestazzjoni millaqwa taħt il-ħarsa grazzjuża tal-padruna. Kien hawn li ġiet irregalata lis-Soċjetà relikwa li tikkonsisti f ’indunment talqaddis devotissimu Malti San Ġorg Preca. Insemmu mbagħad il-quddiesa ta’ ringrazzjament immexxija mill-W.R. Arċipriet David Gauci nhar it-28 ta’ Awwissu

fejn l-udjenza tant numeruża preżenti kellha ċ-ċans iżżur is-swali taċ-Socjetà, l-arkivji storiċi u l-koppla unika li tinsab f ’fażi avvanzata ħafna. It-Tnejn 29 ta’ Awwissu l-membri tal-kumitat, immexxija mill-President tas-Soċjetà l-Onor. Michael Farrugia, assistew għal quddiesa fiċ-ċimiterju tan-Naxxar fejn wara tpoġġew kuruni u ndaqqet fanfarra sabiex tiġi onorata l-memorja tal-membri defunti, il-fundaturi u d-diriġenti tassoċjetà. Kien il-Ħamis l-1 ta’ Settembru li s-Soċjetà introduċiet finNaxxar għall-ewwel darba

ROSALIA MISSERI MISTIEDNA TAL-BANDA SANTA KATARINA Nhar il-Ħamis l-1 ta’ Settembru 2016, fid9.00pm, il-Banda Santa Katarina V.M. tażŻurrieq esegwiet programm vokali u strumentali fuq il-planċier artistiku tagħha f ’Misraħ irRepubblika, iż-Żurrieq. Dan il-programm kien wieħed varjat bil-parteċipazzjoni tal-kantanti Żrieraq Marthese Tanti, Mark Tonna u Marisa D’Amato. Ma naqasx ukoll is-sehem ta’ diversi solisti tal-Banda Santa Katarina V.M. Ħa sehem ukoll il-kor Cantate Domino taħt id-direzzjoni tal-Mro Paul Portelli F.L.C.M. li din is-sena se jkun qed ifakkar is-60 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Il-programm inkluda wkoll il-premier tat-tema mużiko-letterarja Wirt l-Imgħallmin fl-okkażjoni tas-60 anniversarju tal-planċier artistiku, fuq kompożizzjoni tas-surmast direttur, il- Mro Josef Grech L.R.S.M. u lirika ta’ Mark Tonna. Ma naqasx ukoll bħal kull sena l-ispettaklu pirotekniku sinkronizzat malmużika, maħdum mill-membri ta’ St Catherine Fireworks Factory, iż-Żurrieq, din is-sena massilta Radetsky March. Il-qofol tas-serata intlaħaq bil-parteċipazzjoni tal-kantanta u mezzosopran Taljana minn Rosolini, Rosalia Misseri. Rosalia Misseri hija kantanta brava u magħrufa ħafna fl-Italja fejn ħadet sehem fi programmi ewlenin fuq it-

l-festa tat-tfal, immexxija mis-saċerdot novell Fr James Saydon. Hawn rajna għadd sabiħ ta’ tfal ċkejknin li, fost il-ferħ u l-entużjażmu, ġarrew proċessjonalment xbieha talBambina akkumpanjati millBanda Vittorja u allievi tagħha lejn is-sede tas-Soċjetà fejn segwiet ċerimonja bis-sehem tal-kantanti rebbieħa talkonkors Century Voices. Ma nistgħux ma nsemmux ilkunċert indimentikkabbli tat-2 ta’ Settembru ta’ din is-sena li kien taħt il-patroċinju tal-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President tar-Repubblika ta’ Malta. Hawn assistejna għal kunċert uniku fejn ilbanda kienet qed talterna ma’ feature storiku fuq kitba ta’ Mark Mangani li llustra siltiet tematiċi mill-istorja ċentinarja tas-Soċjetà. Kien proprju hawn li ġiet inawgurata l-pubblikazzjoni Mitt Sena ta’ Storja; pubblikazzjoni b’165 paġna ta’ storja, tagħrif, informazzjoni u ritratti li jillustraw b’mod esklussiv ġrajjiet is-Soċjetà fuq kitba talistorku Naxxari Paul Catania u ffinanzjat mill-Ismall Initiatives Support Scheme. Biss dan ma kienx biżżejjed. Ġiet inawgurata wkoll, mill-E.T. l-President ta’ Malta, bandalora kommemorattiva mill-isbaħ fuq disinn ta’ Silvio Pace u rrakkmata b’ħila kbira minn Patri Martin Borg, kif ukoll ilbank artistiku tagħha, xogħol fin ta’ Jason Farrugia, Paul Farrugia u Manuel Xuereb. Finalment inkixfet ukoll lapida monumentali fuq disinn ta’ Adonai Camilleri Cauchi u maħduma mill-marmista Naxxari Arbaham Bellia biex tibqa’ tfakkar din l-okkażjoni tul is-snin.

Ilbieraħ is-Sibt, il-banda Vittorja akkumpanjat b’ferħ ilpussess tas-soċerdot Naxxari Fr James Saydon, f ’korteo li għadda minn quddiem is-sede tas-Soċjetà u ntemm quddiem il-knisja fejn il-Banda Vittorja eżegwiet l-innu pontifiċju. Naturalment, iċċelebrazzjonijiet se jipproċedu llejla, fejn wara li l-marċ tradizzjonali tal-ewwel tridu jasal f ’Misraħ ir-Rebħa, se nassistu għal sorpriża millKummissjoni Żgħażagħ. Ikun imiss il-marċ tradizzjonali tal-aħħar tridu nhar is-6 ta’ Settembru. Hawn, din is-sena se nassistu għall-ewwel darba għall-esibizzjoni tan-nar talajru bl-isem ta’ The Centenary Pyromusical Show fid-9pm u wara, ħarqa tan-nar tal-art millaqwa, kif jintemm il-marċ, li kull sena tiġbed ammont kbir ta’ nies. Insemmu mbagħad lejlet ilfesta, fejn il-Banda Vittorja takkumpanja x-xbieha artistika tal-Bambina li eventwalment tittella’ fuq il-pedestall tagħha biswit il-każin li issa huwa komplut. Il-qofol jintlaħaq nhar it-8 ta’ Settembru, il-festa nazzjonali li fiha niċċelebraw it-twelid imqaddes t’Ommna Marija u r-rebħa glorjuża tal-Assedju tal-1565. Il-Banda Vittorja se tferraħ it-toroq Naxxarin bilmarċ ta’ filgħodu u ssellem lixxbieha titulari b’fanfarra hekk kif titwassal quddiem is-sede tas-Soċjetà li ġġib isimha filpurċissjoni solenni. Filwaqt li nistiednuk tingħaqad magħna f ’dawn iċċelebrazzjonijiet, nawguraw mill-qalb il-festa t-tajba linNaxxarin, lis-Sengleani, lillMelliħin u lill-poplu tax-Xagħra t’Għawdex.

INAWGURATA L-EWWEL FAŻI TAL-KAŻIN IL-ĠDID

Ritratt: LARA SCHEMBRI

televiżjoni Taljana, fosthom 50 Canzonissime ta’ Carlo Conti fit-Teatru Ariston ta’ San Remo fl2004; Sabato Italiano ma’ Pippo Baudo fl-2005; u Volami Nel Cuore ta’ Pupo u Ernesto Schinella fl-2008. Kantat ukoll fit-tour Ewropew ma’ Andrea Boccelli fl-2006 fl-Ingilterra, l-Irlanda u San Pitruburgu. Dan kien l-ewwel debutt ta’ Rosalia Misseri f ’Malta, proprju f ’dan ilprogramm mużikali mal-Banda Santa Katarina V.M. fiż-Żurrieq.

Din is-sena s-Soċjetà Mużikali San Girgor ta’ Tas-Sliema, imwaqqfa fl-1987, nediet l-ewwel fażi tal-proġett tal-każin il-ġdid li jinsab ftit passi ’l bogħod mill-knisja parrokkjali. Il-bar talkażin, imsejjaħ Club Lounge, infetaħ fid-19 ta’ Awwissu li għadda f ’okkażjoni tassew kommoventi li rat attendenza numeruża ħafna. Ġiet inawgurata b’mod mhux uffiċjali s-sala tal-każin filwaqt li komplew jingħataw numru sabiħ ta’ donazzjonijiet nhar it-Tnejn li għadda fir-riċeviment annwali tal-festa li qed tiġi ċċelebrata matul din il-ġimgħa. Il-kumitat jixtieq jirringrazzja lill-benefatturi kollha talli din ilħolma qed jagħmluha realtà. Is-sostenituri tas-Soċjetà u l-festa Gregorjana issa jinsabu fuq l-għatba jaħsbu u jistennew bilħerqa sena oħra – is-sena li se tara l-ftuħ ta’ dan l-każin meravilja kollu lavur u xogħol mill-isbaħ fil-festi speċjali f ’għeluq it-30 anniversarju mit-twaqqif tal-istess soċjetà.


MADWARNA

kullhadd.com

04|09|2016 25

185 IMPJEGAT JIGGRADWAW MIT-TRAINING ACADEMY TAL-BOV 185 impjegat tal-BOV din is-sena temmew programmi intensivi organizzati mill-BOV Training Academy. Huma ġew ippreżentati biċ-ċertifikati tagħhom mill-Kap Eżekuttiv, isSur Mario Mallia, akkumpanjat mis-Sur Paul Gauci, Kap talBOV Training Academy, matul l-avveniment annwali organizzat speċifikament għal dan il-għan. Il-membri tal-Management Board tal-Bank kienu preżenti wkoll. Fl-intervent qasir tiegħu s-Sur Mallia faħħar lill-parteċipanti għall-isforzi tagħhom biex itejbu l-iżvilupp tagħhom. “Flambjent dinamiku tal-lum, huwa essenzjali li nkomplu nżommu ruħna aġġornati dwar l-iżviluppi fid-dinja tas-servizzi finanzjarji. Dan huwa dovut minna lill-klijenti tagħna, li jqiegħdu l-fiduċja tagħhom fina. Nafuh ukoll lilna nfusna biex inkomplu niżviluppaw b’mod professjonali.” Huwa kkonkluda

billi qal li l-bank iħares lejn in-nies tiegħu bħala stakeholders ewlenin, u li l-investiment fl-iżvilupp personali tagħhom huwa integrali għar-responsabbiltà korporattiva tal-bank. Is-Sur Gauci spjega li dawn l-impjegati kkonkludew taħriġ

intensiv ibbażat fuq assessments dwar diversi suġġetti, li jvarjaw mll-ambjent tal-kreditu għal investiment u tmexxija għal servizz ta’ kwalità. “Dawn ilkorsijiet huma mmirati biex jagħtu lin-nies tagħna pedamenti sodi ta’ taħriġ dwar l-attività

bankarja ewlenija kif ukoll għall-iżvilupp ta’ ħiliet personali. Minbarra l-espansjoni tal-bażi tal-għarfien u tal-ħiliet tagħhom, dawn il-korsijiet jippermettu lill-ħaddiema tagħna biex itejbu l-prospetti għall-iżvilupp talkarriera tagħhom.”

Minbarra l-programmi tal-BOV Training Academy, l-impjegati kollha tal-bank jattendu korsijiet oħra qosra ffaċilitati internament mill-bank stess matul is-sena. Dawn jinkludu diversi aspetti tal-proċeduri tas-servizzi finanzjarji, il-konformità u r-riskju, is-servizzi bankarji blIT/software tal-uffiċċju, ħiliet personali, ħiliet ta’ tmexxija u l-iżvilupp tat-tim, fost suġġetti oħra. Meta tkellem dwar l-importanza li niżguraw li l-Akkademja tatTaħriġ tal-Bank tibqa’ attwali u rilevanti, Paul Gauci spjega: “Il-funzjoni tat-Taħriġ tal-Bank bħalissa tinsab għaddejja minn tfassil mill-ġdid tal-format kemm tal-programmi fit-tul tagħha kif ukoll tal-korsijiet qosra tat-taħriġ, bil-għan li jiġi żgurat li dawn ikunu perfettament allineati mal-istrateġija u l-bżonnijiet kummerċjali tal-bank, kif ukoll f ’sinkronizzazzjoni marrekwiżiti regolatorji emerġenti.”

ESIBIZZJONI TA’ RITRATTI TA’ KOMPETIZZJONI INTERNAZZJONALI F’MALTA

Ġabra ta’ ritratti mill-isbaħ li ħadu sehem fil-kompetizzjoni internazzjonali msemmija Travel Photographer of the Year Awards (TPOTY) qed tinġieb Malta għall-ewwel darba mill-Fondazzjoni Farsons. Dawn ir-ritratti se jkunu għall-wiri fiċ-Ċentru Kreattiv tal-Kavallier ta’ San Ġakbu bil-kollaborazzjoni ta’ Spazju Kreattiv. Il-wirja qed issir bħala parti miċċelebrazzjonijiet inawgurali tal-beer packaging facility ġdida fil-Birrerija ta’ Farsons flImrieħel fil-jiem li ġejjin. Tmenin ritratt affaxxinanti, li jmorru lil hinn minn ritratti tas-soltu li wieħed jieħu waqt btala, se ijkunu esibiti filgallariji ta’ fuq Space C1-C4 flIspazju Kreattiv tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta, mill-Ġimgħa 9 ta’ Settembru

sad-9 ta’ Ottubru 2016. Patrick J. Fenech hu l-kuratur tal-wirja. Din il-wirja retrospettiva, li hi l-ewwel wirja internazzjonali ta’ TPOTY barra mir-Renju Unit, tinkludi wħud mill-aqwa ritratti millaħħar 13-il edizzjoni talkompetizzjoni TPOTY. Minbarra l-wirja ta’ TPOTY, il-Fondazzjoni Farsons qed tesibixxi tragwardi ewlenin fil-ħolqien u l-konservazzjoni tal-bini u wirt industrijali ta’ Simonds Farsons Cisk. Dawn jinkludu d-disinji tal-proġett ta’ €27 miljun tal-beer packaging facility (fl-2016) iddisinjat millPerit ta’ Farsons Karl Borg, il-proġett ta’ €12.5 miljun talbrewhouse (fl-2012) iddisinjat minn Architecture Project AP; u l-beer process building and tank farm (fl-1990) iddisinjat mill-kumpannija tal-arkitettura

mir-Renju Unit Peake Short and Partners, kif ukoll ilbidla tal-bini ta’ Farsons li nbena fl-1950 għall-Farsons Business Park (2017-2020) iddisinjat mill-kumpannija internazzjonali Ian Ritchie Architects Ltd bl-appoġġ ta’ TBA Periti. “Matul dawn l-aħħar 88 sena, Farsons bniet tradizzjoni ta’ investiment f ’bini industrijali ta’ kwalità. Il-Fondazzjoni Farsons, tilqa’ dawn l-inizjattivi ta’ konservazzjoni tal-kumpanija Farsons u temmen filkontribut li qed tagħmel għalliżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ Malta,” qal iċ-Chairman talFondazzjoni Farsons Bryan A. Gera. “Bħala parti millinawgurazzjoni tal-beer packaging facility ġdida, ilFondazzjoni Farsons qed iġġib

għall-ewwel darba f ’Malta għażla mill-isbaħ ta’ ritratti mill-kompetizzjoni Travel Photographer of the Year, li telenka l-qawwa u l-isbuħija tar-ritratti tal-ivvjaġġar. Ninsabu fiduċjużi li l-pubbliku se jsib din il-wirja tassew maġika,” żied jgħid is-Sur Gera. Matul is-snin, TPOTY (tpoty.com) tant kibret li saret waħda mill-ikbar u l-iktar kompetizzjonijiet prestiġjużi tal-fotografija tal-ivvjaġġar. Il-kompetizzjoni esibixxiet eluf ta’ ritratti li jkopru kull element tal-ivvjaġġar u kategorija fotografika oħra relatata. Dawn ir-ritratti jnisslu emozzjonijiet u jservu ta’ ispirazzjoni bl-isbuħija tagħhom. Il-wirja TPOTY issir kull sena f ’Londra, u l-awards infushom

jiġbdu ħafna fotografi talivvjaġġar, kemm dilettanti kif ukoll professjonisti, minn madwar id-dinja, fosthom anke minn Malta. Kull sena, l-awards jagħżlu ritratti ta’ livell għoli ħafna u b’diversità unika. Dawn ir-ritratti jvarjaw minn ritratti ta’ nies, kulturi u xenarji, sa ritratti tan-natura u avventura minn madwar iddinja. F’kumment dwar l-esibizzjoni ta’ TPOTY f ’Malta, il-kuratur Patrick J. Fenech qal: “Qed nistiednu lill-pubbliku biex jieħu l-ħin tiegħu ħalli jara r-ritratti u jifhem it-tifsira, kif ukoll jagħti ħarsa lejn ilkapaċità tal-fotografu li jaqbad id-dawl u jikkomponi x-xena adatta. Dan joħroġ il-ħiliet kreattivi u l-paċenzja meħtieġa biex jinqabad dak il-mument opportun.”


26 04|09|2016

kullhadd.com

MADWARNA

STEVEN MERCURIO JINGĦAQAD MA’ RED ELECTRICK F’KOURION tas-seklu għoxrin, l-adagio Il-kompożitur u direttur ta’ Barber tradizzjonalment artistiku Amerikan Steven tindaqq kull sena b’tifkira talMercurio se jkun parti millvittmi ta’ 9/11. kunċert internazzjonali Il-Maestro Steven Mercurio Maestro and Friends 2016 dderieġa iktar minn 45 opra li se jsir live nhar il-Ħadd 11 differenti f ’seba’ lingwi. Hu ta’ Settembru fit-8.30pm, ħa sehem fi wħud mill-iktar fl-amfiteatru maestuż ta’ teatri tal-opri famużi fid-dinja Kourion f ’Limassol, Ċipru, fosthom fl-Italja, Brussell, li huwa maħsub li nbena flil-Ġermanja, u r-Renju aħħar tat-tieni seklu Qabel Unit, kif ukoll f ’kumpaniji Kristu. Fil-parti l-kbira Amerikani tal-opri. Hu tiegħu, il-kunċert se jkun qed magħruf bħala organizzatur jippreżenta lill-grupp mużikali ta’ attivitajiet mużikali ta’ minn Malta, Red Electrick, skala internazzjonali. Filli se jdoqqu mużika millfatt, ħoloq arranġamenti album il-ġdid tagħhom blmużikali ma’ firxa wiesgħa isem Inside You, kif ukoll diski ta’ artisti, fosthom Andrea oħra magħrufa ta’ kantanti Bocelli, Placido Domingo, bħal David Bowie, Prince, u Fabio Armiliato, Carl Tanner, Michael Jackson. Ben Heppner, Bryn Terfel, Wara li mexxa l-Orkestra Marcello Giordani, Secret Filarmonika ta’ Malta matul tal-korda tal- ta’ Samuel Barber. Meqjusa Garden u Sting. il-kunċert tas-sajf ta’ Joseph s-sezzjoni waħda mill-iktar Il-kunċert se jitmexxa millCalleja, il-Maestro Steven Orkestra Sinfonika ta’ Ċipru bħala Mercurio se jkun qed jidderieġi bil-mużika ta’ Adagio for Strings xogħlijiet klassiċi popolari Maestro Yiannis Hadjiloizou,

u se jinkludi l-parteċipazzjoni tas-sopran Ingliża-Ċiprijotta ta’ fama internazzjonali, Aliki. Il-kunċert Maestro and Friends 2016 għandu l-appoġġ tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), l-Organizzazzjoni Ċiprijotta għat-Turiżmu (CTO), illinja tal-ajru Emirates, u l-organizzazzjoni Cyprus Villages Traditional Houses. Qed ikun organizzat b’kollaborazzjoni bejn l-Akkademja tal-Mużika ta’ Ċipru u l-aġenzija ewlenija tal-marketing communications f ’Malta, BPC International. Enrico Travel (www. facebook.com/EnricoTravel) qed torganizza vjaġġ dirett lejn Ċipru li jinkludi l-kunċert ta’ Red Electrick f ’Kourion. It-tluq ikun nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru bir-ritorn itTnejn 12 ta’ Settembru 2016.

TISTA’ TITLOB GĦALIJA?

Fr Mario Attard OFM Cap

Ħbieb, ejjew f ’din is-Sena tal-Ħniena nitħarrġu aktar f ’din l-opra tal-ħniena

Xi xhur ilu kont qed inżur familja. F’daqqa u l-ħin iddiskors dar bħal ċirasa fuq frażi li jien, bħala patri, tgħidx kemm nismagħha – l-aktar fl-isptar fejn naħdem! “Patri, tista’ titlob għalija?” Waħda mir-raġunijiet għaliex ix-xogħol fl-isptar inħobbu hija li f ’dan il-post qaddis inħossni nieħu tagħlima wara l-oħra. Mhux ta’ b’xejn mela li għal San Ġorġ Preca l-isptar huwa wieħed mill-kotba l-kbar tal-ħajja! Għalhekk, meta smajt din il-frażi tidwi f ’moħħi u f ’qalbi, għedt: “La jien Nisrani, ħa nara x’tgħid il-Bibbja fuq din il-biċċa li nitolbu għal xulxin.” U bdejt infittex…U aqta’ x’sibt?! “Stqarru wieħed lill-ieħor innuqqasijiet tagħkom u itolbu għal xulxin, biex hekk tfiqu. It-talba tal-bniedem ġust magħmula bil-ħerqa għandha qawwa kbira” (Ġak 5:16). “Itolbu dejjem fl-Ispirtu, b’kull xorta ta’ talb u f ’kull ħtieġa, ishru fih bla ma tieqfu, u itolbu għall-ħtiġiet talqaddisin kollha” (Efes 6:18). “Nitolbok l-ewwel nett li jsiru suppliki, orazzjonijiet, talb u radd il-ħajr għall-bnedmin kollha” (1 Tim 2:1). “Tħabbtu raskom b’xejn. Fit-talb kollu tagħkom itolbu u uru lil Alla xi jkollkom bżonn, u iżżuh ħajr” (Fil 4:6). “Għalhekk aħna wkoll, mindu smajna bikom, ma hedejniex nitolbu għalikom, u nibqgħu nitolbu li tagħrfu sewwa r-rieda ta’ Alla bl-għerf kollu u d-dehen spiritwali” (Kol 1:9). “Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom” (Mt 5:44). “Ħuti, itolbu wkoll

għalina” (1 Tess 5:25). “Inħeġġiġkom, ħuti, permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu u permezz tal-imħabba talIspirtu, tqabdu miegħi intom u itolbu lil Alla għalija” (Rum 15:30). “Żommu sħiħ fit-talb, ishru fih b’radd ta’ ħajr lil Alla” (Kol 4:2). “Ħa nersqu, mela, b’qalbna qawwija lejn ittron tal-grazzja, biex naqilgħu ħniena u nsibu f ’waqtha l-grazzja li neħtieġu” (Lhud 4:16). “Hekk ukoll l-Ispirtu, min-naħa tiegħu, jgħinna finnuqqas ta’ ħila tagħna. Għax aħna lanqas biss nafu nitolbu kif imiss, imma l-Ispirtu stess jidħol għalina bit-talb tiegħu bi tnehid li ma jistax jitfisser bil-kliem” (Rum 8:26). “Millbqija, ħuti, itolbu għalina biex il-kelma tal-Mulej tiġri l-ġirja tagħha u tkun milqugħa bilġieħ bħalma ġara fostkom” (2 Tess 3:1). “Ngħidilkom ukoll li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu

fis-smewwiet, jagħtihielhom” (Mt 18:19). “Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa’ fikom, itolbu kulma tridu, u jingħatalkom” (Ġw 15:7). Kemm kwotazzjonijiet li jsostnu r-realtà u l-ħtieġa li nitolbu għal xulxin! Imma d-diskors f ’din il-familja ssokta jinżel aktar fil-fond minn hekk. Sabiħa meta tkun taf li xi ħadd qed jitlob għalik. Veru? Imma dan huwa biżżejjed? Ma naħsibx. F’din id-diskussjoni sabiħa li kelli ma’ dawn it-talin ħarġet ċara l-importanza li meta xi ħadd jgħidli: “Patri! Itlob għalija?” jien li għandi nagħmel hu li nistaqsih fuq xiex. U, f ’dak il-ħin stess, nibda nitlob mal-persuna. Kemm ħadt gost nisma’ esperjenzi sbieħ fejn seħħew tassew affarijiet millisbaħ wara li persuna talbet ma’ oħra. U tifhem għaliex! Għax meta jiena nitlob ma’ xi ħadd jien qed inwettaq opra ta’ ħniena mill-aktar kbira.

Tiftakruha l-aħħar opra talħniena tar-ruħ: “Itlob lil Alla għall-ħajjin u għall-mejtin?” Ħbieb, ejjew f ’din is-Sena talĦniena nitħarrġu aktar f ’din l-opra tal-ħniena. M’għandekx għalfejn tkun patri, soru, qassis jew fra biex titlob mannies. Biżżejjed tkun temmen li fl-Isem u d-Demm ta’ Ġesù dak li hu impossibbli għalina l-bnedmin isir possibbli għallMissier tagħna tas-sema. Mela poġġi jdejk u itlob ma’ min ikun talbek biex titlob għalih. Meta nitolbu flimkien ilqawwa tal-Mulej tassew tinżel fuqna. Imbagħad jibdew, iva, isiru dawk il-mirakli u l-għeġubijiet li titħaddet fuqhom il-Kelma ta’ Alla. Wara kollox, fl-Ittra lillKorintin San Pawl ma qalilniex: “L-armi tagħna għall-ġlied mhumiex tad-dinja, iżda għandhom il-qawwa ta’ Alla biex iġarrfu l-fortizzi” (2 Kor 10:4)? Patri, itlob miegħi!


SKEDA

kullhadd.com

04|09|2016 27

103 06.30 Aħbarijiet 08.00 Skorfina (R) 09.00 Paperscan 10.05 Multisport 10.35 Sejjaħtli (R) 11.15 Mad-Daqqa t’Għajn (R) 12.20 Sketches mad-Dulli (R) 12.30 Aħbarijiet 12.40 Better Living (R) 14.00 Telebejgħ 15.00 Arani Issa (R) 17.30 Aħbarijiet 17.35 Hazzzard Daily 17.45 Telebejgħ 18.00 Madre Margerita Debrincat 18.50 Fresh Funky 19.30 Aħbarijiet 20.15 Sketches mad-Dulli 20.30 Mill-Arkivji ta’ ONE 22.35 Talk To Me (R) 23.20 Hazzzard Daily

101 07.00 Aħbarijiet 08.30 Mill-Arkivji 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 Kanonizzazjoni ta’ Madre Teresa 12.30 News 12.45 Ħadd Għalik 14.35 Materjal Promozzjonali 15.35 Eurovision Young Musician (R) 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 Ħallih Iħabbat! 19.30 Mill-Imħażen tal-Festa 20.00 Aħbarijiet 20.45 Film: The Hours 23.15 Aħbarijiet 23.30 Smack Down WWE

151 06.30 Memex 07.00 Sea Patrol 07.49 Castle 08.30 Heartland 09.45 La Nave Dei Sogni 13.00 Tg2 Giorno 13.30 Tg2 Motori 13.40 Meteo 2 13.45 Sereno Variabile Estate 14.30 Il Commissario Lanz 15.40 Il Commissario Voss 16.45 Tg Sport 17.35 Regata Storica di Venezia 18.03 Meteo 2 19.35 NCIS: New Orleans 20.30 Tg2 21.05 NCIS 21.45 NCIS: New Orleans 23.20 Appuntamento al Cinema 23.25 Hawaii Five-0 23.25 Domenica Sportiva

152 06.30 Rassegna Stampa 08.00 L’Innocente Casimiro 09.20 La Cento Chilometri 10.40 Camera Con Vista 11.10 I Magnifici Sette 12.00 Tg3 12.10 Tg3 Fuori Linea Estate 12.25 Colpo di Scena 13.05 Il Grande Freddo 14.00 Tg Regione 14.15 Tg3 14.40 L’Erba Dei Vicini 16.25 Perception 18.10 Kilimangiaro Magazine 19.00 Tg3 19.30 Tg Regione 20.00 Blob 20.05 Roar 20.30 I Dieci Comandamenti 21.24 Il Buono, il Brutto e il Cattivo 23.00 Tg3 23.10 La Sposa Promessa

162 06.00 Media Shopping 07.00 Tempesta d’Amore 08.35 Media Shopping 08.50 Una Vita 11.25 Il Segreto 12.30 Royal Pains 13.30 Hemlock Grove 16.00 Tuozoo 16.40 Linas Hair 17.15 Rosamunde Pilcher 19.15 Royal Pains 21.10 Girlfriends Guide to Divorce 23.00 Modamania 23.10 Venice Lounge 23.15 Royal Pains 23.40 Hemlock Grove

372 06.00 Roadtrip With G: Garvin 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Sibas Table 11.00 Barefoot Contessa 12.00 Diners, Drive-Ins and Dives 14.00 Chopped 15.00 Guys Grocery Games 16.00 Amazing Wedding Cakes 17.00 Sibas Table 18.00 Andy Bates Brazilian Street Feasts 19.00 Cutthroat Kitchen 20.00 Kitchen Casino 21.00 Man Fire Food 22.00 Mystery Diners 23.00 Man Fire Food 23.00 Cutthroat Kitchen 23.30 Man Fire Food

410 06.00 House Hunters International 08.00 Mega Mansions 09.00 Durban Beach Rescue 10.00 Big Crazy Family Adventure 11.00 Hotel Impossible 12.00 House Hunters International 13.00 Building Alaska 14.00 The Treehouse Guys 15.00 Salvage Dawgs 16.00 Building Alaska 17.00 Lifes a Beach 18.00 Hotel Impossible 19.00 Extreme RVs 20.00 Mysteries at the Museum 21.00 Mysteries at the Hotel 22.00 Building Alaska 23.00 Bizarre Food: Delicious Destinations 23.00 Durban Beach Rescue 23.30 Bizarre Foods: Delicious Destinations 23.30 Durban Beach Rescue

300 06.00 Gigglebiz 06.15 Mr Blooms Nursery 06.55 Gigglebiz 07.10 Mr Blooms Nursery 07.50 Doctors 09.50 EastEnders 11.50 Father Figure 13.45 Bargain Hunt 16.00 Doctor Who 17.30 The Paradise 20.15 Father Brown 21.00 Orphan Black 21.45 DCI Banks 23.15 Sherlock 23.30 DCI Banks

104 07.00 Micro Monsters 08.00 Aħbarijiet 08.45 Kelma għall-Ħajja 09.00 Holy Mass 09.45 Vatican Magazine 10.15 L-Ordni 11.00 Għanafest 12.15 Paq Paq On Test 12.30 Euronews 13.30 Britain’s Got Talent 15.00 Madwarna 15.30 Madagascar 16.30 Euronews 17.00 Għawdex Illum 17.30 Pre Match Programme 18.00 Is-Slovakkja vs l-Ingilterra 20.00 Pre Match Programme 20.30 Aħbarijiet għal persuni b’nuqqas ta’ Smigħ 20.45 Malta vs l-Iskozja 21.30 Aħbarijiet 21.45 Malta vs l-Iskozja

153 05.40 Norma e Felice 07.25 Tg4 Night News 07.45 Media Shopping 08.15 The Magic of the Big Blue 09.20 Hidden Kingdoms 10.00 Santa Messa 10.50 Hidden Kingdoms 11.30 Tg4 Telegiornale 12.02 Armiamoci e Partite! 14.02 Per Grazia Ricevuta 17.00 La Meticcia di Sacramento 18.50 Anteprima Tg4 18.55 Tg4 Telegiornale 19.35 Tempesta d’Amore 21.15 L’Allenatore nel Pallone 23.40 Tg4 Night News

306 06.00 Fashion Police 07.00 Botched By Nature 10.00 WAGS 13.00 Keeping Up With the Kardashians 21.00 Hollywood Medium With Tyler Henry 22.00 Keeping Up With the Kardashians 23.00 Famously Single 23.00 Hollywood Medium With Tyler Henry

400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Misfit Garage 07.15 Fast N Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 For the Love of Cars 09.55 Junkyard Empire 10.50 Railroad Alaska 11.40 Storage Hunters UK 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Driving Wild 16.15 For the Love of Cars 17.10 How Its Made: Dream Cars 18.05 Wheeler Dealers 19.00 Alaskan Bush People 20.00 Men, Women, Wild 21.00 Dark Woods Justice 22.00 Fast N Loud 23.50 Men, Women, Wild

412 06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 15.00 Car Hunters 16.00 Alaska Off-Road Warriors 17.00 Storage Wars 18.00 Pawn Stars 19.00 The Human Calculator 20.00 Mountain Men 21.00 Pawn Stars 22.00 9/11: 102 Minutes That Changed America 23.00 Storage Wars

403 06.00 The Fabulous Baker Brothers 09.30 Single Dad Seeking... 13.10 Separated At Birth 14.05 Cake Boss 15.00 Psychic Matchmaker 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress: Bridesmaids 16.25 Happily Ever Laughter 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed, Something New 17.50 Bride by Design 18.15 Say Yes to the Dress Canada 18.45 Say Yes to the Dress: Randy Knows Best 19.10 Randy to the Rescue 20.05 My Big Fat American Gypsy Wedding 21.00 Say Yes to the Dress 21.55 Supersized 22.50 Separated At Birth 23.35 Shopping Is My Life

452 07.55 Winx Club 08.50 The Fairly OddParents 09.30 Sanjay and Craig 10.00 Alvinnn!!! and the Chipmunks 10.25 Kung Fu Panda 11.20 Henry Danger 12.05 Sam and Cat 12.30 Victorious 13.00 Nicky, Ricky, Dicky and Dawn 13.25 Bella and the Bulldogs 13.55 iCarly 14.20 Henry Danger 14.50 The Thundermans 15.15 Sam and Cat 15.40 Nicky, Ricky, Dicky and Dawn 16.10 Game Shakers 16.30 Lost in the West 17.15 SpongeBob SquarePants 18.10 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.35 The Penguins of Madagascar 18.55 Henry Danger 19.25 The Thundermans

102 07.00 Aħbarijiet 09.00 Mill-Familja Rjali 09.15 Missjoni 10.15 Telebejgħ 11.15 Quddiesa mis-Santwarju ta’ Pinu 12.00 Telebejgħ 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 14.30 It-Tfal Jiġu bil-Vapuri 15.30 Maratona Gesù fil-Proxxmu (R) 17.00 Mister Fisherman (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 Flusek (R) 18.35 Road Trip 19.30 Aħbarijiet 20.30 Kuġini 21.30 Aħbarijiet 21.35 It-Tfal Jiġu bil-Vapuri 23.00 Aħbarijiet

154 06.00 Prima pagina 08.00 Tg5 Mattina 09.11 Dillo Con Parole Mie 12.00 Melaverde 13.00 Tg5 13.40 L’Arca di Noe 14.00 Prime 16.20 Lezioni di Cioccolato 2 18.45 Il Segreto 20.00 Tg5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Il Segreto 23.30 Squadra Antimafia 23.30 Tg5 Notte

307 06.50 Giada at Home 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Fixer Upper 13.45 Platinum Weddings 14.35 Tiny House, Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Restoration SOS Detroit 17.05 Platinum Weddings 18.00 Island Hunters 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Island Life 21.00 Vacation House for Free 21.55 Tiny House, Big Living 22.45 Caribbean Life

312 07.05 Zone Troopers 08.30 Delirious 10.05 The Great Train Robbery 11.55 Gentlemen Marry Brunettes 13.35 Sibling Rivalry 15.00 Cast a Long Shadow 16.25 Kid Galahad 18.00 The Beautiful Country 20.00 Legally Blonde 21.35 Legally Blonde 2 23.10 Final Combination

150 06.00 Rai News 07.05 Overland 14 08.00 Tg1 08.20 Passaggio a Nord-Ovest 09.05 Dreams Road 09.45 Tg1 L.I.S. 09.50 A Sua Immagine 10.20 Santa Messa 12.15 A Sua Immagine 13.30 Telegiornale 14.00 Formula 1 16.45 Tg1 16.50 Madre Teresa 18.45 Reazione a Catena 20.00 Telegiornale 20.35 Techetechete: Stasera Con Noi 21.25 Don Matteo 23.30 Tg1 Notte 23.35 Speciale Tg1 23.50 Che Tempo Fa 23.55 Cinematografo

155 06.20 The Office 06.40 Media Shopping 07.00 The Office 07.21 Al Lupo! Al Lupo! 07.50 Taz-Mania 08.20 Scooby Doo 08.45 I Flintstones 09.15 Mila e Shiro 10.30 Una Mamma Per Amica 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset 13.46 Mr Beans Holiday 15.40 Wild Wild West 17.45 Dharma and Greg 18.10 Camera Cafè 18.30 Studio Aperto 19.00 Fattore Umano 19.25 10.000 A.C. 21.25 300 23.40 Studio Aperto: La giornata 23.40 Transporter: The Series 23.55 Premium Sport

406 06.00 Big Fish, Texas 07.00 Yukon Gold 08.00 Genius by Stephen Hawking 09.00 Cosmos: A Spacetime Odyssey 10.00 Stephen Hawkings Science of the Future 11.00 Beyond Magic With DMC 12.00 Car S.O.S 13.00 Generation X 14.00 Last Secrets of the Third Reich 16.00 Nazi Megastructures 17.00 Air Crash Investigation 18.00 Ice Road Rescue 19.00 Explorer 21.00 Cosmos: A Spacetime Odyssey 22.00 Human Lampshade: A Holocaust sMystery 23.00 Explorer 23.00 Air Crash Investigation

405 06.00 Call of the Wildman 06.25 DogTV 07.15 Yankee Jungle 08.10 Zoltan the Wolfman 09.05 Australia Doesnt Just Want to Kill You 10.00 Rugged Justice 10.55 Austin Stevens: Snakemaster 11.50 Gangland Killers 17.20 Tanked 18.15 Zoltan the Wolfman 19.10 Australia Doesnt Just Want to Kill You 20.05 Dr: Jeff: Rocky Mountain Vet 21.00 Tanked 21.55 Austin Stevens: Snakemaster 22.50 Gator Boys 23.35 Gangland Killers 23.45 Gator Boys

600 07.00 U.S: Open Tennis 07.30 FIA World Touring Car Championship 08.30 09.30 FIA World Endurance Championship 10.45 FIA World Touring Car Championship 11.30 Porsche Supercup Motor Racing 12.15 U.S: Open Tennis 14.15 Vuelta Extra 14.30 Vuelta a Espaana, Cycling 17.45 Vuelta Extra 17.55 Eurosport News 18.00 US Open Tennis 21.00 Game, Set and Mats 21.15 US Open Tennis 23.00 Game, Set and Mats 23.15 US Open Tennis

06.00 NRL Rugby League 10.00 Mobil 1 The Grid 10.30 NRL Rugby League 12.30 MLBs Best 13.00 NFL: Hard Knocks 14.00 Q-Sport 14.30 Major League Baseball 17.00 North American League Soccer 19.00 Major League Baseball 22.00 Dream Team Series Triathlon 22.30 Q-Sport 23.00 Tiree Wave Classic 2015 23.00 NHRA Drag Racing 23.30 P1 Superstock Series Powerboat Racing


28 04|09|2016

kullhadd.com MIĊ-

ĊINEMA

RAPPORT TA’

ĊINEMA

CARMEL BONNICI

ATTENTI! ĠEJJIN THE BEATLES

Id-distributuri lokali talfilms, KRS Releasing, għandhom il-pjaċir iħabbru li fis-swali ta’ Malta dalwaqt se jibda jintwera l-film taddirettur Ron Howard The Beatles – Eight Days a Week – The Touring Years. Din il-produzzjoni, li fiha filmati rari li kważi qatt ma dehru, inħadmet bil-koperazzjoni sħiħa ta’ Paul McCartney, Ringo

Starr, Yoko Ono Lennon u Olivia Harrison. Dan ixxogħol jiffoka fuq l-ewwel parti tal-karriera ta’ The Beatles (1962-1966, perjodu li fih żaru diversi pajjiżi u akkwistaw fama tremenda. Il-film ta’ Ron Howard juri kif John Lennon, Paul McCartney, Ringo Starr u George Harrison iltaqgħu u saru l-fenomenu magħruf bħala The Beatles.

BAD MOMS

Il-film jidħol fid-dettall dwar kif aġixxew, kif ħadu d-deċiżjonijiet, ħolqu l-mużika tagħhom u bnew karriera kollettiva flimkien, waqt li fl-istess ħin jesplora d-don straordinarju mużikali tagħhom u l-personalitajiet kumplimentużi u affabbli li esibixxew. Dan il-film għandu l-World Premiere tiegħu f ’Leicester Square, Londra, fis-7.00pm,

(ħin lokali) nhar il-Ħamis dirett miċ-cinemas lokali u wieħed jista’ jarah fl-Eden u l-Empire Cinemas. Qabel jintwera d-dokumentarju flimkien ma’ 20 minuta oħra ta’ interess kbir. The Beatles – Eight Days a Week – The Touring Years se jibda jintwera fis-swali lokali l-għada stess, 16 ta’ Settembru, fil-kumplessi Eden, Embassy u Empire. ADEGWAT

TLIET OMMIJIET IMXEBBGĦIN, JISPISSJAW Atturi Ewlenin: Mila Kunis, Kristen Bell, Kathryn Hahn, Christina Applegate, Jay Hernandez, David Walton Diretturi: Jon Lucas u Scott Moore Distributur: Entertainment Films Maħruġ minn KRS Releasing Bad Moms hija kummiedja mqanżħa dwar ommijiet li, għax ma jistgħux ilaħħqu malħtiġijiet tal-familja, jispissjaw xi ftit. Waħda minn dawn l-ommijiet hija Amy Mitchell (Kunis) li fid-dieher tagħti l-impressjoni li għandha ħajja kważi perfetta – żwieġ li jidher li rnexxa, tfal intelliġenti u bravi, dar sabiħa u karriera kważi sodisfaċenti. Il-verità hi li trid tlaħħaq ma kollox, għandha ħafna impenji varji, tinsab mifluġa u għajjiena u qatt ma tkun fil-ħin għallappuntamenti tagħha. Issa, imdejqa sal-ponta ta’ mneħirha, tingħaqad ma’ żewġ ommijiet oħra, Kiki (Bell) u Carla (Hahn), bħalha f ’burdata nervuża, biex jinsew ir-responsabbiltajiet konvenzjonali tagħhom

Ħin: 100 mins. Ċert. 15

u jibdew iduqu l-libertà li tassew jixtiequ, billi jixxalaw kemm jifilħu. Din l-attitudni ġġibhom f ’antagoniżmu qawwi ma’ Gwendolyn James (Applegate), il-magħżula tal-PTA (Parent/Teacher Association) u l-klikka tagħha ta’ ommijiet responsabbli li jħossu ruħhom perfetti u superjuri fuq l-oħrajn. Fil-fatt, Bad Moms hija farsa fejn it-tliet ommijiet ma jagħmlu xejn li hu straordinarju, sikwit isibu ruħhom f ’xi inċidenti komuni bħal ħbit ma’ persuni, waqgħat mal-art, kif ukoll xi kultant jiskru u jaġixxu agħar mittfal. Infatti, it-tfal f ’dan il-film jidhru li għandhom sens u mġiba ħafna aħjar mill-adulti. Ħafna mill-umoriżmu hu sfurzat.


ĊINEMA

kullhadd.com

04|09|2016 29

MECHANIC RESURRECTION

AFFAXXINANTI

ASSASSIN IMPLAKABBLI B’VIŻJONI IMMAĠINATTIVA Atturi Ewlenin: Jason Statham, Jessica Alba, Tommy Lee Jones, Michelle Yeoh, Sam Hazeldine Direttur: Dennis Gansel Distributur: Lionsgate UK Maħruġ minn KRS Releasing Arthur Bishop hu l-mekkanik tat-titlu – bniedem li jieħu l-kuntratti biex jelimina b’mod intelliġenti u affaxxinanti – maħluq minn Lewis John Carlino. L-ewwel attur li interpretah fiċ-ċinema kien Charles Bronson fl-1972; dak iż-żmien l-aħjar attur ta’ films ta’ azzjoni gwappa. Kważi erbgħin sena wara kien Jason Statham, li kien diġà deher f ’xogħlijiet ta’ azzjoni spinta u furjuża, li rrepeta din il-parti. Fl-aħħar tal-film The Mechanic (2011) Bishop, imdejjaq jagħmel dan ix-xogħol ta’ sogru kbir, ippjana t-taparsi mewt tiegħu stess fi splużjoni ta’ nirien kbar. B’hekk ħaseb li seta’ jirtira, jistrieħ u jgħix filpaċi fejn ħadd ma jafu. Mechanic Resurrection jibda b’Bishop tassew qed igawdi

Ħin: 98 min. Ċert.15

din it-trankwillità f ’lokalità eżotika. Imma xi ħadd millpassat tiegħu, negozjant ambizzjuż jismu Crain (Hazeldine) u mhux bniedem li tidħak bih malajr, jaf li Bishop għadu ħaj. Billi hu għandu bżonn is-servizzi ta’ dan l-assassin fin u talgalbu, li jaf kif jorkestra qtil li u jagħmlu jidher li hu xi aċċident, jaf ukoll sewwa kif japprofitta ruħu mid-dgħufija tiegħu. Bishop kien għamel ħbieb ma’ Gina (Alba), l-uniku mara f ’ħajtu li għaliha jħoss sentimenti teneri u mill-qalb. Meta din tintbagħat fi triqtu u wara tkun maħtufa – pjan maħsub minn qabel – Bishop ikun ordnat jimbarka fuq tliet assassinazzjonijiet oħra biex jeħodha lura. Dawn it-tliet miri tiegħu, nies potenti jkunu

protetti b’sigurtà qawwija, u fosthom hemm wieħed millaqwa negozjanti tal-armi fiddinja (Jones). Mechanic Resurrection hu mimli b’azzjoni splussiva fejn ilprotagonist, aktarx waħdu, dejjem iħarbat lill-avversarji

tiegħu. Però, fih żewġ sekwenzi ta’ eżekuzzjonijiet li tant huma spettakolari, uniċi u immaġinattivi li jgħollu l-livell ta’ dan it-thriller. L-azzjoni tal-film isseħħ f ’diversi pajjiżi madwar iddinja, l-aktar f ’dawk eżotiċi.

THE PURGE: ELECTION YEAR

Jason Statham tassew sar adattat għal partijiet bħal dawn, b’timbru personali. Iddirettur Ġermaniż Dennis Gansel fid-debutt Amerikan tiegħu jagħti ħjiel li għandu stil personali uniku għal dan ilġeneru ta’ film. SPLUSSIV

TNAX-IL SIEGĦA TA’ REATI VJOLENTI LEGALI Amerikana, fejn is-Senatriċi Atturi Ewlenin: Frank Grillo, Ann Mitchell, Mykelti Charlie Roan (Mitchell) Williamson, Betty Gabriel, Joseph Julian Sora twiegħed li tneħħi din l-attività ta’ salvaġġiżmu jekk tinħatar Direttur: James DeMonaco Ħin: 105 min. president. Dawk il-ħafna ta’ Distributur: Universal kontriha, fosthom diversi Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 15 senaturi, qed jistennew dan il-lejl infami biex iwarrbuha Tliet snin ilu, The Purge ġab ispettaturi tant li dan il-film min-nofs darba għal dejjem. quddiem għajnejna premessa u s-sequel, The Purge: Anarchy, Hi tinsab taħt il-ħarsien ta’ provokattiva iżda li tappella tal-2014, daħħlu mal-$200 Leo Barnes (Grillo), li ħalef li għall-istint annimalesk miljun minn madwar id-dinja. jipproteġiha sal-mewt. F’naħa tagħna. L-idea li lejl wieħed B’hekk wasal kapitlu ieħor ta’ oħra ta’ Washington DC, kull sena tirrennja anarkija din is-saga, The Purge: Election Joe (Williamson) li għandu assoluta, fejn kull tip ta’ reat Year. stabbilment tal-ħelu iżda li ma Kif jindika sewwa l-isem, jistax iħallas għall-protezzjoni kriminali mhux biss hu legali imma wkoll inkoraġġut mill- dan hu ambjentat fi żmien ta’ dan il-lejl, jarma ruħu presidenzjali flimkien ma’ oħrajn ħaddiema gvern stess, niżlet tajjeb mal- elezzjoni

tiegħu biex iħares lil familtu. F’dawn is-sigħat notturni ta’ mistħija, dawn kollha se jiltaqgħu flimkien biex jikkumbattu għadu kiefer, kompost minn korpi ta’ pulizija qattelin. Bħażżewġ kapitli ta’ qabel, The Puge: Election Year jiżbroffa b’enerġija sfrenata, vjolenza palpabbli u ġiri mat-triqat imwarrbin u perikolużi talkapitali Amerikana. Wieħed jista’ wkoll ikun

xhud ta’ esekuzzjoni bilgiljottina (jekk ma ma jagħlaqx għajnejh għal sekonda u jitlifha). Din il-produzzjoni tiżvolġi f ’andament kurjuż mimli tensjoni li f ’xi waqtiet tixbaħ lil The Warriors (1979) u anke xi films tal-biża’ ta’ dan l-aħħar, fosthom tazzombies. Ħasra li ftit sekwenzi ta’ sparaturi esaġerati huma konfużi u ma jitwemmnux. Kollox ma’ kollox, xogħol li jippompja fik l-adrenalina.

L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn l-24.08.2016 u t-28.08.2016

1. 2. 3. 4. 5.

Finding Dory Suicide Squad Pete’s Dragon War Dogs The Shallows

KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA

Mistoqsija għal din il-ġimgħa:

Fuq liema grupp Ingliż ħiereġ film dalwaqt?

Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Rebbieħa tal-ġimgħa l-oħra: M.C. AQUILINA – in-Naxxar


30 04|09|2016

kullhadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI ­­­­SERVIZZI

Għal aktar informazzjoni ferti vantaġġużi fuq sistemi ċempel fuq dawn in-numri: tas-satellita u fuq l-Android Lezzjonijiet tal-privat: Maths 2137 6946/9947 0178. TV Boxes. Ċempel fuq 2148 minn Form 1 sa Form 5. Ac6211. counts minn beginners sa Livell Ordinarju, Intermediate AFFARIJIET Jason Gatt għal kull xogħol u Avvanzat. Ċempel 9922 GĦALL-BEJGĦ ta’ tibjid u tikħil, kisi nor3915 jew 2143 7886. mali, fuq il-fil, fuq xogħol Aħna nixtru kollox, bħal għa- antik u bil-pont, kisi bil-ġibs Investigazzjoni privata: mara, fajjenza, arloġġi, figuri- u graffiato. Kiri ta’ cherry pickżwiġijiet, għerusija u relazz- ni, muniti, midalji, u kull ħaġa er (tower ladder). Ċempel fuq jonijiet oħra, DNA forensic oħra tad-dar.Ċemplu fuq 2147 9945 4235 jew 2180 5811. tests, tfal maħtufin minn Mal- 0128/2123 7597/9986 9519. ta, każijiet ċivili, każijiet oħra Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, għall-bejgħ kanali tal-ilma, ċangatura qafil-Qorti, problemi f ’kump- Għamara aniji jew negozju. Nagħmlu f ’kundizzjoni tajba. Kċi- dima jew ġdida, kantun qadxhieda fil-Qorti. Naħdmu na tal-oak bil-mejda u sitt im, lavur ta’ kull tip. Ċempel f ’Malta u anke barra. Għal siġġijiet. Kamra tas-sodda. lil Jason fuq in-numru 2143 appuntament ċemplu 7959 Wall unit u vetrina tal-kawba 2352 jew 9947 7167. 0000. Email: info@private- kollha ħġieġ. Ċempel 2731 2977. investigationmalta.com Għal kull tip ta’ problema ta’ moffa jew bjut jagħmlu Korsijiet f ’Livell Ordi- Għandna varjetà kbira ta’ l-ilma aħna għandna s-solunarju f ’diversi suġġetti arloġġi bħal Tissot, Citizen, zzjoni. Nispeċjalizzaw f ’wabħall-Matematika,  Ingliż, Casio, Michael Kors, Fossil, terproofing membrane u liquid Malti, Franċiż, Fiżika u oħra- Esprit, Festina u Q&Q. Issi- membrane fuq bjut, appoġġi, jn. Noffru wkoll korsijiet bilna wkoll arloġġi ta’ mal-ħa- btieħi, basements, eċċ. Nużaw tal-ECDL. Prezz €35 kull jt, żveljarini u selezzjoni ta’ materjal ta’ kwalità kollu module. Noffru wkoll korsiji- cuckoo clocks mill-Black For- ċċertifikat b’10 snin garanet bażiċi fil-kompjuter, €50. est. Noffru servizzi rigward zija. Għal stima b’xejn ċemĊempel 2166 2241 jew 7766 tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ pel 7908 6715. 2241 jew żur is-sit elettron- kif ukoll nibdlu batteriji, iku www.tudorin- ċineg, naqtgħu kull forma ta’ Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-ar- ramel u siment, graffiato, stitute.com loġġi tajbin għall-ilma, noff- żebgħa, xogħol fuq l-antik, Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ru s-servizz ta’ water pressure xogħol fuq il-pont, madum, ballroom jew Latin-Amer- test waqt li tistennew għalih. membrane, dawl u ilma. Ċemikan. Lezzjonijiet taż-żfin Nispeċjalizzaw ukoll fuq pel fuq 7928 5444. għall-beginners u kompetizz- tiswija ta’ grandfather clocks u jonijiet minn Imperial Qual- kull tip ta’ clock. It-tiswija hija Tiswija u installazzjoni ta’ ified Dance Teacher (ISTD) bil-garanzija. estensjonijiet tat-telefowns Għal aktar informazzjoni għal kull tip ta’ linji fissi. Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa żur is-sit: www.express- Ċempel fuq 7993 0419. watchrepairs.com jew ir12.00pm. rikorru 110, Triq il-Kungress Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, Care and Cure Group Ltd: Ewkaristiku, il-Mosta. Ċem- kanali tal-ilma, ċangatura qainfermiera mħarrġa, caring pel 2141 7235. dima jew ġdida, kantun qadassistants, nannies, nies imħarim, lavur ta’ kull tip. Ċempel rġin biex iżommu kumpanilil Jason fuq in-numru 2143 ja, għajnuna fid-djar u night XOGĦOL U 2352 jew 9947 7167. sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, MANUTENZJONI Għandna wkoll għall-kiri: WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, wheelchairs, hoists, commodes, Installazzjoni u tiswija ta’ Ħal Qormi, jispeċjalizzaw walking frames u hospital beds. aerials tat-televiżjoni. Of- f ’xogħol ta’ waterproof mem-

brane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www.wpmalta.com AVVIŻI OĦRA Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00am san12.30pm u mill-4.00pm sas7.00pm. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361.

MUSIC LINK: Issibilna kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tarram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba tal-mużika tattagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796. AGR AUTO JAPANESE PARTS għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal

KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU

ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ

AVVIŻI

aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, ir-Rabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www. nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għallbidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.

Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa

€5 €10 €15 €30 €56 €93

ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Avviżi Klassifikati, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000


AVVIŻI

kullhadd.com

AVVIŻI ĠENERALI Kunċert minn DCapitals Band fiċ-Ċittadella #CittadellaGozo fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jippreżentaw il-kunċert DCapitalsLive@Cittadella nhar ilĦadd 11 ta’ Settembru 2016, fit-8.00pm – kunċert mużikali mill-band Għawdxija DCapitals bil-parteċipazzjoni tal-kantanti rinomati Ludwig Galea u Nadine Axisa flimkien mal-kantanti residenti tal-band Francesca Sciberras, Fabian Galea u Jolene Samhan. Il-kunċert ikun taħt id-direzzjoni ta’ George Apap. Il-kunċert, li se jsir fil-foss taċ-Ċittadella, huwa wieħed millavvenimenti organizzati fl-għeluq tal-istaġun inawgurali wara l-proġett kbir ta’ restawr tal-istess Ċittadella. Il-band se ddoqq mużika mill-isbaħ mir-repertorju tagħha ta’ mużika pop, jazz u anke rock, flimkien ma’ kanzunetti oħra popolari lokali. Id-dħul għal dan il-kunċert huwa mingħajr ħlas. Wieħed jista’ jżur il-paġni uffiċjali ta’ DCapitals Band jew ta’ Cittadella Gozo fuq Facebook għal iktar informazzjoni.

Barbecue kbir fil-kumpless tan-nar Madonna tal-Ġilju, l-Imqabba L-Għaqda tan-Nar fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Amministrattiv tal-istess Soċjetà se torganizza l-barbecue annwali biswit il-kumpless tan-nar Madonna tal-Ġilju li jinsab f ’Ta’ Kandja, limiti tas-Siġġiewi, nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru 2016, mis-7.30pm ’il quddiem. Il-menù jikkonsisti f ’majjal jew tiġieġ. Divertiment huwa wkoll ipprovdut. It-trasport jitlaq mill-pjazza tal-Imqabba fis7.00pm. Din l-attività hija miftuħa għal kulħadd. Riservazzjonijiet isiru fuq in-numru 7985 3044 u għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com FestArti L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tippreżenta FestArti b’inizjattiva ta’ Patrick Muscat u li fiha se jieħdu sehem mat-30 artist. Il-wirja qed titella’ fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali, firRazzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, ilMosta Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru 2016: 8.00pm-10.30pm; is-Sibt 17 ta’ Settembru 2016: 7.00pm10.30pm; u l-Ħadd 18 ta’ Settembru 2016: 9.30am-12.00pm u 5.30pm-9.00pm. F’din l-esibizzjoni kollettiva wieħed jista’ jsib ġeneri differenti ta’ arti mifruxa mal-post kollu, kemm ġewwa u kif ukoll filbtieħi u fuq is-setaħ. L-istil tal-wirja huwa wieħed informali ħafna fejn, permezz tal-arti nagħtu pjaċir li kull min jattendi. Dħul bla ħlas u parkeġġ mhux problema. Għal aktar tagħrif żur is-sit elettroniku www.talentmosti.com jewil-paġna ta’ Facebook Razzett tal-Markiż Din l-attività għandha l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Skolastiku tal-Iskola Sekondarja Bniet fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina Ġita ta’ ġurnata fi Sqallija Nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru 2016 se tiġi organizzata ġurnata fi Sqallija. Inżuru s-suq ta’ Catania b’ikla buffet inkluża; inżuru wkoll Aci Trezza, Aci Castello, u Auchan Porte Di Catania Din il-ġita hija organizzata mill-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici ta’ Ħal Qormi bil-kollaborazzjoni ta’ Micallef Joe Travel (Ħadd ma jista’ jurik Sqallija aħjar.) Għal aktar dettalji u biex tirriserva post ċempel lil John M. Spiteri fuq 7970 2874 jew ibgħat email lil info@anicibandclub. org Darba Waħda: Registrazzjoni għas-sessjonijiet ta’ Settembru issa miftuħin Ir-reġistrazzjoni biex tipparteċipa f ’Darba Waħda, proġett ta’ Valletta 2018 li jfittex li jtaffi d-distanza ġenerazzjonali bejn it-tfal u l-anzjani permezz tal-irrakkuntar ta’ stejjer, drama, logħob, arti, u attivitajiet pjaċevoli oħrajn, issa hija miftuħa. Is-sessjonijiet mingħajr ħlas, immexxija minn Anna Formosa, se jsiru bejn l-aħħar ta’ Settembru u Diċembru. Matul issessjonijiet il-parteċipanti jitgħallmu minn xulxin, jużaw l-imaġinazzjoni tagħhom, jiżviluppaw ħiliet ġodda, u jieħdu pjaċir f ’ambjent kreattiv li jippromovi sens ta’ komunità.

04|09|2016 31


32 04|09|2016

kullhadd.com

TEMP GĦAL-LUM

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

30°C

30°C

28°C

24°C

22°C

21°C

06

07

07

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

28°C

29°C

28°C

22°C

20°C

22°C

06

07

06

ALMANAKK

RITRATT MILL-ANTIK

L-OGĦLA TEMPERATURA: 31°C L-INQAS TEMPERATURA: 23°C INDIĊI UV: 08 SITWAZZJONI ĠENERALI: Pressjoni għolja fuq il-Punent tal-Mediterran testendi lejn il-Libja, filwaqt li firxa ta’ pressjoni baxxa testendi mil-Lvant tal-Mediterran sal-Baħar Jonju.

UV

TEMP: Sabiħ

Ritratt: Bay Retro

RIĦ: Ħafif u varjabbli li jsir ħafif mill-Punent VIŻIBBILTÀ: Tajba BAĦAR: Ħafif IMBATT: Baxx mill-Majjistral li jsir ftit li xejn TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 26°C

UV

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

SPIŻERIJI LI JIFTĦU JUM IL-VITTORJA

New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, il-Belt Valletta – 2124 4813 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun – 2123 8623 Fatima Pharmacy, Triq iż-Żonqor, Santa Venera – 2148 2856 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 2149 2958 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, il-Gżira – 2133 0268 Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, is-Swieqi – 2137 5373 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 2133 5492 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 2144 4035 Tat-Tarġa Pharmacy, Plott Nru 2, Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta – 2143 3141 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, il-Mellieħa – 2152 3536 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 2182 6408 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 2182 1671 Polymer, Triq ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar – 2167 6263 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa – 2165 1031 Milia’s Pharmacy, 42, Vjal il-Blue Grotto iż-Żurrieq – 2168 9971 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 2146 2068 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat, Malta – 2145 5479 Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, ir-Rabat, Għawdex – 2155 6970 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Abela, l-Għarb, Għawdex – 2788 8128

Floriana Dispensary, 29, Triq Vincenzo Dimech, il-Furjana – 2123 3034 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun – 2122 1512 Sta Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 2123 8625 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 2144 3406 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 2123 2954 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 2137 8485 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira Tas-Sliema – 2133 2243 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 2144 4035 191, Triq il-21 ta’ Settembru, in-Naxxar – 2713 0068 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 2157 1764 Sta Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 2189 0111 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera il-Birgu – 2702 3322 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar - 2182 7939 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun – 2180 6009 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, il-Qrendi – 2168 3781 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 2146 5411 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, l-Imtarfa – 2145 1261 Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, ir-Rabat, Għawdex – 2155 6170 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex – 2156 3017

Ix-Xatt tax-Xlendi, lura għas-snin sittin

DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA

07.09.1979 Il-korporazzjoni Cyrysler tistaqsi għal $1.5 biljun lill-Gvern Amerikan biex tevita falliment.

Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.

NUMRI REBBIEĦA SUPER 5 GRAND LOTTERY

12 30 14 08 40 00 07 00 03 01 04 01

09.09.1999 SEGA varat l-ewwel video game console ta’ 128-bit bl-isem Dreamcast


KOMPETIZZJONI KTIEB

kullhadd.com

04|09|2016 33

KOMPETIZZJONI KTIEB RUMANZ

IL-KMANDAMENT NUMRU ĦDAX Horizons Publications għadhom kif nedew ir-rumanz ġdid ta’ Paul P. Borg, Il-Kmandament Numru Ħdax – Ħobb lill-Ħolqien. Il-ktieb fih illustrazzjonijiet tal-artist Frank Schembri. Ir-rumanz hu bbażat fuq problemi ambjentali li l-ħolqien kellu jġarrab matul is-snin mgħoddija, l-aktar minħabba l-ħsara li l-bniedem wettaq kull fejn lemaħ biċċa xagħra. Mosè hu żagħżugħ Malti, konvint li Alla qabbdu jieħu ħsieb l-ambjent meta, waqt sfilata tal-Karnival, qallu biex ixandar kmandament ġdid – ħobb lill-ħolqien! – bħala żieda mal-ewwel għaxra. Mosè litteralment joqtol għall-ambjent, iħossu qiegħed jitlef saħansitra r-raġuni meta madwaru hemm tant ħsara. Irid ikun moħħ marid biex jiddefendi lill-ħolqien f ’Malta. Fl-imgħoddi wettaqna ħafna ħsara. Il-protagonist jinsab inkwetat għax fost il-kmandamenti m’hemmx wieħed espliċitu biex il-bniedem ma jeqridx l-ambjent waqt li hemm fuq kollox, la tisraqx, la toqtolx, la tiżnix, la tidgħix…u la teqridx lill-ħolqien ma ssibu mniżżel imkien. Mosè jibda jqis lilu nnifsu bħal dak is-suldat li, biex jiddefendi lil art twelidu jkollu ta’ bilfors joqtol. Mosè jindaħal hu stess, ikunu xi jkunu l-konsegwenzi. L-avventuri li jgħaddi minnhom huma bla qies. Il-mewt misterjuża tal-bidwi xiħ Toni, ġar tiegħu, tfixklu sewwa u tikkonvinċih dwar ilvjolenza li sa jkollu juża bla ma jrid. Ma jistax iħalli l-gafef litteralment għaddejjin jgħaffġu qalb is-silla jew qalb il-qamħ jew qalb is-siġar tat-tin u d-dwieli bħalma għamlu fl-imgħoddi l-Qawra, il-Mellieħa u bnadi oħrajn ta’ Malta. Jekk il-

bnedmin l-oħra ma jaraw xejn ħażin f ’dan kollu, hu jkollu ripetutament jieħu l-liġi f ’idejh, jiġri x’jiġri bilvjolenza li juża. Mosè jsib quddiemu għad bla qies ta’ qerda ambjentali, ħruq ta’ ħarrub u sagħtar fejn wieħed l-anqas li jistenna li jsib din l-istraġi, bini bla permessi, bini bil-permess saħansitra u b’mod tal-iskantament imiss ma’ xagħri protetti, iżda jsib ukoll trabi qed jitqaċċtu minn ġuf ommhom għax ommhom ma tridhomx, isib nies u tfal jintilfu qalb mewġ salvaġġ…u qagħdiet fejn ilħolqien qiegħed jinqered. Mosè ma jsib ebda triq oħra għajr dik li jmidd idejh hu ħalli jġiegħel lis-soċjetà ma tibqax patetika. Bla ma jrid ikollu juża metodi li mhux dejjem jaqbel magħhom hu stess. Permezz ta’ dan ir-rumanz Borg jawgura żmien isbaħ għall-ambjent kemm Malti kif ukoll madwar iddinja kollha. Donnu issa qam aktar impenn globalmet ukoll dwar ilħtieġa li nqimu l-ħolqien. L-awtur jemmen li ma jistax ikun li l-ambjent naturali Malti jibqa’ jsofri d-daqqiet li ġarrab fis-snin li għaddew. Saret ħafna ħsara irriversibbli minħabba li kellna aktar ħsiebna fil-qligħ ta’ flus u fl-isfruttar tal-ftit ambjent naturali li kellna milli biex nikkonservawh għal uliedna. Jidher li hemm riħ ġdid kemm fl-Istat kif ukoll fil-Knisja, imma Borg jemmen li jeħtieġ wieħed jieqaf jisma’ l-karba tan-natura, u nżommu quddiem għajnejna l-kliem ‘imħabba lejn in-natura’ f ’kull deċiżjoni. Il-protagonist, Mosè, li ħoloq Borg, jemmen li l-bniedem jeħtieġ juża l-ħolqien bħalma n-naħla tuża l-warda, billi tieħu li tinħtieġ minnha imma ma teqridhiex.

SILTA MILL-KTIEB “Mur ġib zappuna,” qallu darba missieru. Kien għadu ma dalamx sewwa; kien dieħel is-sajf u l-jum kien ġmielu jitwal. “Aqbad unqox dok il-basal…u ħsiebek hemm Musè…” It-tfajjel ma qalx le, imma mtela ferħ għax kien se jibqa’ ftit ieħor hemm fuq. Obda lil missieru, mexa

lejn il-għorfa fejn kellhom l-għodda biex iġib iz-zappuna ċkejkna bilmarloġġ qasir li kien juża hu. “U turqodx tofx!” Qal missieru qabel telaq. Kien jaf il-missier li ibnu Mosè kellu ħabta jiċċassa, jintilef idur qalb il-friegħi tal-ħarrub u qalb ix-xtieli u qalb is-sagħtar taxxagħra ta’ rdum, mitluf jilgħab,

mitluf jiċċassa lejn il-bebbux u lejn is-srieġ u l-lifgħat jew il-gremxul li donnhom kellhom ħabta joħorġu jixirfu meta jkun hemm it-tfajjel għax jafu li kien iħobbhom, ma jasal qatt jaħqarhom, kien jieqaf jitkellem magħhom, iżiegħel bihom u huma jiqfulu ċassi jarawh hekk mitluf bi ġmielhom…

Missieru sellem lil Toni l-bidwi, ġar li kien jaħdem fil-ħabel qrib, u rħiela lejn id-dar. “Niżżlu miegħek lil Musè, Tuni,” kien l-aħħar kliem tal-missier qabel qabad triqtu ’l isfel. Mosè kien safa waħdu fir-raba’ ta’ missieru, nitfa ta’ tifel sultan talirdum.

Mistoqsija: Dwar xiex inhu inkwetat il-protagonist?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Il-Kmandament Numru Ħdax – Ħobb lill-Ħolqien. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 11 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mil-ONE Complex, il-Marsa billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb NEX huwa: A. TESTAFERRATA DE NOTO – iż-Żejtun


34 04|09|2016

kullhadd.com

LOGĦOB

TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 034 296 454 650 712 732 785 800 B’4 Numri 0723 1368 1903 2046 2083 2188 2385 2556 2706 2896 3001 3240 3601 3708 3822 4060 4095 4779 5873 6076

6212 6562 6841 6897 6906 7041 7416 7833 7958 8092 8115 8308 8365 8891 8950 9616 B’5 Numri 00378 05226 13423 17215 17230 22711 29812 31830 35678 40450 41137 41531 52382 61025

65367 68153 68309 70873 86332 88989 91176 99771

5054581 7627281 9643811 Bi 8 Numri

B’6 Numri

09542179 17800186 68326825 97669566

568200 600866 B’7 Numri 0518993 2321228 3032043 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Isem: Indirizz:

Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: M. SCHEMBRI – Ħ’Attard

WWW.KULLHADD.COM B’DISINN ĠDID U AKTAR INFORMAZZJONI


LOGĦOB

04|09|2016 35

kullhadd.com

IRBAĦ €25 FI FLUS

139

Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.

TISLIBA Mimdudin:

1. 4. 7,15. 9. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21. 23. 24.

Kompli l-qawl: April imut mal-bard u ..... jrid il-ward (5) Frott (4) Tilfet it-tempra (8) Somma Ingliża (3) Simboliku? (6) Aktarx kbira fl-età (6) Noel Borg Urpani (1,1,1) Ara 11 Ara 13 Neħħa ħajja (5) Valentinu (3) Ara 6 Jixħet (5)

Weqfin:

1. 2, 3,5. 5. 6,23. 8. 11,18. 12,22. 13,19. 14. 15. 17. 21. 22.

Dawn mis-Sgħajtar? (6) Ġurnata (3) Iffastidjati (6) Ara 3 Moħqrija (7) Jistgħu jkunu tal- futbol (9) Inbid qares? (4) Kristu (5) Tallaba (6) So what? (6) Ara 7 Mingħajr (3) ... Pop (3) Ara 12

SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin:

Weqfin:

1. April, 4. Sold,7,11. Umli, 9. Raġ, 10. Metall, 12. Ġirien, 16,21 mimduda. Aringa, 18. OK, 20. Pront, 23. Alla, 24. Żaqqi

1. Afrika, 2,12 wieqfa. Raġġi, 3,19. Lumija, 5,21 wieqfa. Olanda, 6. Dol, 8. Metikoluż, 13. ROR, 14. Nitlaq, 15. Gastri, 17. Rig, 22. All

QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f ’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Atturi li ħadmu flimkien sitcom popolari Amerikana dwar ħajjet ħamest iħbieb. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-Ħadd 25 ta’ Settembru flimkien mal-logos tal-ħarġiet tal-4, 11, u 18 ta’ Settembru.

RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

Conan O’Brien

Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: F. GRIXTI – iż-Żurrieq L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.

David Letterman


36 04|09|2016

kullhadd.com

MISTIEDEN SPEĊJALI GĦALL-PLEJERS MALTIN!

Nhar il-Ġimgħa, waqt ittaħriġ tat-tim nazzjonali Malti, jumejn qabel il-partita bejn Malta u l-Iskozja, u għallewwel darba li ntuża l-wiċċ ilġdid tal-Istadium Nazzjonali, Daniel Micallef, żagħżugħ bi bżonnijiet speċjali, ingħata l-permess biex jidħol isegwi għal ftit ħin lill-plejers idoli tiegħu, dawk li jiffurmaw ilgrupp nazzjonali.

Micallef inzerta ħabib personali wkoll tal-plejers Zach Muscat u Jean Paul Farrugia, li hekk kif spiċċaw mit-taħriġ tagħhom dehru jersqu lejh, jinżgħu l-flokk li kellhom fuqhom u jagħtuhulu bħala tifkira. Ma’ Muscat u Farrugia dehru javviċinaw ukoll diversi plejers oħra u anki l-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin li sabu ftit ħin

jitkellmu ma’ Daniel. Daniel kien akkumpanjat minn missieru, Angelo. Din hi parti mill-Football Social Responsability, kampanja favur min hu l-aktar fil-bżonn li l-Malta Football Association imbarkat fuqha fl-aħħar snin u li jitkellem u jisħaq tant dwarha l-President Norman Darmanin Demajo.

SPORTS

KOWĊ MALTI JOĦROĠ BL-UNURI FL-AWSTRALJA

Il-PS4 National Premier League ta’ West Australia ntrebaħ minn Perth SC. Dan fi tmiem il-ġimgħa wara li fl-aħħar logħba rebħu lil Sorrento FC bl-iskor minimu ta’ 1-0. Bl-uniku gowl tal-logħba jkun skurjat mill-captain Daryl Platten. Dan huwa kampjonat ieħor f ’art imbegħda li mhux normalment isib postu fl-aħbarijiet lokali Maltin li kieku ma kienx għall-kowċ ta’ Perth SC li huwa l-Malti Ramon Falzon. Falzon, li ilu l-Awstralja għal dawn l-aħħar seba’ snin, ingħaqad ma’ Perth SC dan l-istaġun wara sentejn ma’ Balcatta FC. Hu ngħaqad ma’ Perth SC bħala assistent ta’ Gareth Naven li eventwalment fil-bidu ta’ Ġunju kien offrut il-post ta’ kowċ ta’ Melbourne Victory. Kien hawnhekk li l-istess Naven issuġġerixxa li Falzon jeħodlu postu fit-tmun tat-tim. Dak iż-żmien it-tim kien jinsab fit-tielet post. It-triq kienet twila u għat-telgħa bl-isfida tkun waħda kbira kemm għal Falzon u anke għall-plejers, però fl-aħħar mill-aħħar kienu Perth SC li ħarġu bl-unuri. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius, permezz tal-paġna tiegħu fuq Facebook, feraħ lil Falzon għal dan is-suċċess miksub. Huwa qal li l-esperjenzi barra l-pajjiż jgħinu sabiex l-isportivi tagħna jkomplu jikbru u jagħmlu unur lill-isem pajjiżna.

JISSIEĦBU SEBGĦA REFEREE OBSERVERS ĠODDA

Total ta’ seba’ referee observers ġodda għadhom kemm issieħbu mar-Refereeing Centre biex joffru s-servizzi tagħhom fl-istaġun li għadu kif beda. Seminar dwar proċeduri tekniċi u amministrattivi kien organizzat apposta għalihom riċentament biex Alexander Arena, Kap talObservers’ & Instructors’ Unit, spjega r-rwol ta’ referee observer u indika x’ikun mistenni minnu/minnha mir-referee tal-partita. Referee observers stabbiliti kienu preżenti wkoll biex semmew u għaddew l-esperjenzi personali tagħhom lill-kollegi l-ġodda tagħhom. Il-lista ta’ referee observers ġodda tinkludi l-eksreferees internazzjonali Adrian Azzopardi u Marco Borg, l-eksreferees tal-Premier League Andrè Arciola, Roberto Buontempo u Reno Refalo, kif ukoll lil Emanuel Calleja u Tanya Baldacchino, l-ewwel referee observer mara uffiċjali f ’Malta.


SPORTS

kullhadd.com

04|09|2016 37

ILLEJLA L-GĦAJTA TA’ FORZA MALTA! • ĊANS LI MA JKUNX HEMM FEJN TOQGĦOD LABRA • MISTENNIJA ATMOSFERA LI ILNA MA NARAW BĦALHA • L-AKBAR SFIDA LI QATT KELLU S-SOUTH END CORE S’ISSA

GLEN FALZON sa ruħ ommu, Louis sostna li glen@kullhadd.com Bjorn Vassallo, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, qal li 75% Is-segwaċi tal-futbol, b’mod tal-istadium kien diġà mibjugħ speċjali dawk li jsegwu mill-qrib u għalhekk l-indikazzjonijiet il-futbol Malti, bħalissa jinsabu qed juru li hemm ċans tajjeb fuq ix-xwiek hekk kif illejla t-tim għal sell out għal din il-partita. nazzjonali Malti se jkun qed “Nisperaw li jseħħ hekk biex jilqa’ lit-tim nazzjonali Skoċċiż ikollna atmosfera li ilu sew ma ġewwa l-Istadium Nazzjonali jkollna f ’Ta’ Qali. Niftakru f ’Ta’ Qali, għall-ewwel logħba li kull darba li kellna grawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza mimli, it-tim nazzjonali, tad-Dinja tal-2018 li se ssir fir- dejjem kellu prestazzjonijiet Russja. tajbin. Eżempji ta’ dawn huwa Lil hinn mill-aspetti tattiċi r-riżultat ta’ kontra t-Turkija u li ġġib magħha kull partita l-prestazzjonijiet tajba kontra futbol, element importanti u t-Taljani u anki kontra l-Griegi,” kruċjali li huwa l-qalb u r-ruħ issokta Louis b’ħerqa kbira. ta’ dan l-isport żgur li huwa s-sapporters, li bis-sapport “Din hija l-akbar sfida lejn il-benjamini tagħhom fil- għalina!” grawnd, żgur li jservu ta’ plejer ‘ieħor’ f ’din it-taqtigħa sportiva. Sostna li din hija l-akbar sfida Huwa proprju dan li jrid s’issa kemm ilu mwaqqaf isjagħmel illejla Louis Agius, SEC u r-raġuni għal dan hija flimkien ma’ grupp ta’ nies sempliċi, in-numru kbir ta’ oħrajn li jmexxu l-grupp partitarji Skoċċiżi li se jkun tas-South End Core, biex il- hemm f ’Ta’ Qali. Fil-fatt, gwerrieri Maltin li se jkunu fil- l-aħħar darba li kien hawn grawnd illejla jkollhom l-aqwa numru daqshekk kbir ta’ ċans possibbli ta’ rebħa kontra partitarji barranin kien fisl-Iskoċċiżi. snin sebgħin meta kienu ġew l-Irlanda. Ċans kbir ta’ sell out! Fl-istess nifs, Louis qal li s-SEC ilu ħafna jaħdem għal Mitlub jgħid jekk hemm xi tip din il-partita, fejn fost il-ħidma ta’ indikazzjoni kemm jista’ jkun li saret, din kienet tinkludi hemm nies Maltin li se jattendu l-ħolqien ta’ korjografija li għal din il-logħba, filwaqt li wera tinvolvi fiha xi dwal, smoke x-xewqa li l-grawnd ikun mimli machines (bħal dawk li naraw

fil-kunċerti), kif ukoll madwar 1,500 diġà kkargati għal 100 kanun tal-karti, li għadu kontra l-Ingliżi! qed jipprova jinġieb permess Dan il-grupp tas-South End mill-FIFA. Core (SEC), magħmul minn 6,000 Skoċċiż mistennija sapporters qalbiena Maltin, b’Louis Agius ikun wieħed fTa’ Qali minnhom, ra t-twelid tiegħu Intant, fuq l-andament fost lura fl-2007. Dan il-grupp is-segwaċi Maltin għal kontra jiffoka speċifikament fuq l-Iskozja, Louis qal li l-fervur sapport organizzat lejn it-tim huwa wieħed qawwi. “Dan nazzjonali Malti, mhux biss dak mhux biss għax din hija tal-futbol, iżda anki dixxiplini partita ta’ kwalifikazzjoni, sportivi oħrajn. “L-għan tagħna iżda minħabba li neżlin xejn hu li l-Malti jibda jagħti appoġġ anqas minn 6,000 partitarju lill-Maltin u mhux lill-barranin,” Skoċċiż u waħidhom se jkunu enfasizza Louis. qed jokkupaw terz tal-grawnd, Mill-2007 lil hawn dan ilu għalhekk faċilment nistgħu grupp tant kiber u sar aktar ngħidu li se jkun hemm żewġ popolari li llum il-ġurnata dan ‘battalji sportivi” saħaq Louis. saħansitra jorganizza ġiti biex Mistennija jsiru żewġ ‘battalji’, it-tim nazzjonali Malti jkun waħda fil-grawnd fejn jgħoddu segwit barra minn xtutna. t-tliet punti, u l-battalja l-oħra Fil-fatt, Louis ikkonferma hija dik ikkulurita fuq l-istands li proprju daqs xahar ieħor bejn iż-żewġ settijiet differenti “1,500 partitarju Malti se jkunu ta’ sapporters. Louis semma fi triqithom għal Londra għallwkoll kif l-Iskoċċiżi huma partita oħra mistennija, dik rinomati għall-briju li kapaċi tal-Ingilterra kontra Malta fljoħolqu, immexxija tant tajjeb istadium ta’ Wembley.” mill-famuża Tartan Army. Filfatt, dan il-grupp huwa meqjus “Hemm bżonn l-għajta ta’ bħala wieħed mill-aqwa li hawn FORZA MALTA!” fl-Ewropa fejn jidħol il-briju ta’ xi tim nazzjonali. “Dawn Fl-aħħar nett, Louis appella li in-nies verament jafu jieħdu din hija okkażjoni fejn il-Maltin pjaċir, u għalhekk l-atmosfera għandhom jitilgħu l-grawnd fil-grawnd se tkun waħda li u jingħaqdu lkoll flimkien fisqatt ma rajna bħalha,” stqarr South Stand. Apparti s-SEC, magħna Louis. hemm ukoll gruppi oħrajn li qed

jappellaw lill-membri tagħhom biex jitilgħu bi ħġarhom u jingħaqdu lkoll flimkien għal din il-logħba. Fil-fatt, Louis ħa din l-opportunità biex irringrazzja lill-ultras tal-Hibernians, ta’ Birkirkara, ta’ Tas-Sliema u anki lill-grupp Għawdxi tan-Nadur, li flimkien mas-Supporters’ Club tal-Belt Valletta u dak tal-Ħamrun, ta’ Ħal Balzan u anke l-Kunsill tal-Istudenti Universitarju (KSU) kollha se jkunu preżenti fis-South Stand. Minkejja kollox, Louis stqarr li “-aktar ħaġa importanti trid tkun il-parteċipazzjoni tan-nies qabel, waqt u lkoll nittamaw li tkun wara wkoll. “Irridu li l-kulur abjad u aħmar ta’ Malta jiddomina fuq ilkulur blu tal-Iskoċċiżi. Hemm bżonn l-għajta ta’ FORZA MALTA tkun l-għajta li l-aktar li tinstema’ tidwi ġewwa l-istadium. Flimkien nistgħu negħlbu l-isfida Skoċċiża, u noħorġu rebbieħa fiż-żewġ konfronti, dak fil-grawnd u l-ieħor fl-istands,” temm jgħid b’passjoni kbira Louis. Il-prezz tal-biljetti għallogħba tal-lejla huwa ta’ €10 u tfal taħt it-tnax-il sena jidħlu b’xejn. Awguri MALTA u l-MALTIN!


38 04|09|2016

kullhadd.com

SPORTS

IMPENN BIEX TINSTAB SOLUZZJONI B’referenza għall-istqarrija li nħarġet mill-Malta Futsal Association, is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport jixtieq jiċċara l-fatti. Sa minn meta l-Assoċjazzjoni tal-Futsal iltaqgħet mal-problema li l-Assoċjazzjoni Sports Hibernians ma kinitx se ġġedded il-kuntratt, saru diversi laqgħat u ġew studjati diversi possibbiltajiet sabiex isir fihom il-kampjonat tal-futsal fosthom biex l-iskola nazzjonali tal-isport tilqa’ l-kompetizzjoni fil-faċilitajiet tagħha. Sa jumejn ilu, l-Assoċjazzjoni permezz talPresident tagħha Mark Borg, kellhom laqgħa masSegretarju Parlamentari Chris Agius fil-preżenza ta’ uffiċjali ta’ ASC Hibernians, sabiex jinstabu alternattivi oħra. Għalhekk l-Assoċjazzjoni kienet konxja l-ħin kollu ta’ dak li qed isir, anzi kienet hi wkoll involuta f ’dawn id-diskussjonijiet biex tinstab soluzzjoni. Imtant, is-Segretarjat Parlamentari jilqa’ b’sodisfazzjon li aktar timijiet u nurseries qed juru interess fil-logħba tal-Futsal, u propjru għalhekk huwa importanti li wieħed dejjem iżomm f ’moħħu kif jistgħu jiġu akkomodati dawn iż-żidiet u jintużaw il-faċilitajiet li preżentement għandna f ’pajjiżna u li din l-amministrazzjoni qed taħdem biex tkompli ittejjeb u ssaħħaħ.

RAPPORT U ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI

TELLIEQA LI MA DDIŻAPPUNTATX Il-Gran Premju tal-Belġju reġa’ ma ddiżappuntax hekk kif kellna tellieqa li għal darb’oħra kienet mimlija imprevisti tul ilklassifika kollha. L-unika eċċezzjoni kienet l-ewwel pożizzjoni fejn rajna lil Nico Rosberg jiddomina mill-bidu sal-aħħar mingħajr wisq problemi. Madankollu, it-tama tal-Ġermaniż li jnaqqas id-distakk minn ma’ Lewis Hamilton b’mod sostanzjali ma saritx realtà għaliex il-Brittaniku offra prestazzjoni eċċellenti li poġġietu fuq il-podju minkejja t-tluq mill-aħħar post. Bidu spettakolari Rosberg kien megħjun fil-kisba ta’ dan ir-riżultat minn bidu diżastruż taż-żewġ Ferraristi u Max Verstappen li ħabtu flimkien fl-ewwel kurva. L-istewards taċ-ċirkwit għażlu li ma jagħtu t-tort lil ħadd għall-inċident. Madankollu, is-sewwieq Olandiż mill-ewwel waħħal f ’Sebastian Vettel li fil-fehma tiegħu daħal b’mod goff fuqu u Kimi Raikkonen meta ma kellux spazju biex jipprova jieħu l-pożizzjoni. Dan l-inċident ħalla lil Verstappen u Raikkonen bi ħsarat fil-ġewnaħ ta’

quddiem filwaqt li Vettel tilef diversi sekondi biex dawwar il-Ferrari tiegħu fid-direzzjoni t-tajba. Sadanittant, issitwazzjoni kienet agħar għal Button u Wehrlein hekk kif dan tal-aħħar baqa’ dieħel fil-Brittaniku – kuntatt li temm ittellieqa tat-tnejn. Ftit wara Sainz ra t-tluq tajjeb li għamel jisfuma fix-xejn hekk kif iddebris li kien hemm fuq it-traċċat mill-inċidenti preċedenti ċartulu waħda mir-roti ta’ wara. Meta l-Ispanjol ipprova jkaxkar il-vettura tiegħu sal-pits, is-sitwazzjoni ggravat aktar hekk kif il-biċċiet tar-rota li bdew iperpru kissrulu l-ġewnaħ ta’ wara. Dan l-inċident wassal għall-ħruġ talVirtual Safety Car li damet barra sal-ħames dawra. Dawra wara, reġgħu ħarġu l-bnadar is-sofor wara li Kevin Magnussen tilef il-kontroll tarRenault tiegħu f ’Raidillon u farrak ħafna minnha f ’barriera li kienet tinsab fil-qrib. Is-sewwieq Daniż ħareġ mill-vettura mingħajr konsegwenzi serji, però t-tellieqa kellha tiġi sospiża għal xi minuti sakemm tneħħa d-debris u saru xi tiswijiet fil-barriera.

Irkupru tajjeb Meta t-tellieqa kompliet, Alonso u Hamilton sabu ruħhom fir-raba’ u l-ħames post rispettivament b’Rosberg, Ricciardo u Hulkenberg jokkupaw il-pożizzjonijiet ta’ quddiemhom. F’din il-fażi tat-tellieqa Verstappen u Raikkonen reġgħu ltaqgħu fejn deher ċar li lill-Olandiż kien għadu ma niżillux l-inċident li kellu malFerraristi fl-ewwel dawra. Dan hekk kif beda jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu b’mod aggressiv mill-attakki tal-Finlandiż. Minkejja l-attentati li għamel biex iżomm postu Verstappen eventwalment mhux biss kellu jċedi l-pożizzjoni tiegħu liżżewġ Ferraristi, imma anki lil diversi sewwieqa oħra li rrelegawh filħdax-il post. Ta’ nota f ’termini ta’ pożizzjonijiet kienu r-raba’ u l-ħames post li kisbu Hulkenberg u Perez rispettivament, riżultat li għenhom ipoġġu lillForce India quddiem ilWilliams fir-raba’ post talklassifika tal-kostrutturi. Eċċellenti wkoll kienet il-prestazzjoni ta’ Alonso li tela’ mill-wieħed u għoxrin għas-seba’ post.

KLASSIFIKA: BELĠJU POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10

SEWWIEQ Nico Rosberg Daniel Ricciardo Lewis Hamilton Nico Hulkenberg Sergio Perez Sebastian Vettel Fernando Alonso Valtteri Bottas Kimi Raikkonen Felipe Massa

TIM Mercedes Red Bull Mercedes Force India Force India Ferrari McLaren Williams Ferrari Williams

ĦIN 1hr 44’51.058 +14.113 +27.634 +35.907 +40.66 +45.394 +59.445 +1’00.151 +1’01.109 +1’05.873


FORMULA 1

kullhadd.com

04|09|2016 39

RAPPORT U ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI TELLIEQA NRU

14

Numru ta’ dawriet 53 Tul tat-tellieqa 306.72KM

29°c

Dawra rekord R.Barrichello

Soft

Rebbieħ tal-2015 L.Hamilton

Medium

2004

ITALJA MONZA AUTODROMO NAZIONALE MONZA

WIRJA TA’ SUPERJORITÀ MINN HAMILTON Lewis Hamilton kiseb ilpole position bi prestazzjoni eċċezzjonali li ħalliet lil Nico Rosberg imħasseb dwar ilpossibbiltajiet tiegħu li jirnexxielu jlaħħaq mal-pass tal-kollega. Dan hekk kif id-distakk bejn ilBrittaniku u l-Ġermaniż kien ta’ kważi nofs sekonda minkejja l-fatt li dan tal-aħħar għamel minn kollox biex jipprova jtejjeb xi ftit ilħin tiegħu fl-aħħar minuti ta’ Q3. Warajhom spiċċaw Sebastian Vettel u Kimi Raikkonen rispettivament li waslu f ’Monza b’magna żviluppata li gawdiet mill-investiment tal-aħħar ftit tokens li l-Ferrari kellhom għad-

Tyres għad-dispożizzjoni Temperatura tal-art 32°c Super Soft Temperatura tal-arja

dispożizzjoni tagħhom f ’dan l-istaġun. Haas F1 ukoll gawdew minn dan l-iżvilupp. Però kien biss Esteban Gutierrez li wera sinjali ċari ta’ titjib fejn il-Messikan, blgħaxar post li kiseb, wassal lit-tim Amerikan fi Q3 għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu. Wara l-Ferraristi din id-darba ma kellniex lir-Red Bulls imma l-Williams ta’ Valtteri Bottas li daħħal il-vettura tiegħu bejn dawk Taljani u Awstrijakki. Aktar diżappuntanti kienet ilprestazzjoni tal-kollega tiegħu Felipe Massa li se jkollu jitlaq millħdax-il post fit-tellieqa favurita tiegħu.

Riħ 3-5 km/hr Umdità 46%

Rai 1 14.00 Diretta

POŻ. ISEM IS-SEWWIEQ TIM ĦIN 01 L. Hamilton Mercedes 1:21.135 02 N.Rosberg Mercedes +0.478 03 S.Vettel Ferrari +0.837 04 K. Raikkonen Ferrari +0.930 05 V. Bottas Williams +1.253 06 D. Ricciardo Red Bull +1.254 07 M. Verstappen Red Bull +1.276 08 S. Perez Force India +1.679 09 N. Hulkenberg Force India +1.701 10 E. Gutierrez Haas +2.049 Fit-tmien u l-għaxar post spiċċaw Sergio Perez u Nico Hulkenberg rispettivament b’differenza ta’ 0.022 sekondi biss bejniethom. Ittama tagħhom se tkun li jkomplu jakkumulaw ammont tajjeb ta’

punti biex iżommu lill-Force India quddiem il-Williams fil-klassifika tal-kostrutturi. Fl-aħħar, ta’ min isemmi r-riżultat eċċellenti li kiseb Pascal Wehrlein li llum se jitlaq mill-erbatax-il post.

LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT Fl-aħħar jiem kienu kkjarifikati diversi kwistjonijiet li kienu ilhom pendenti għal xhur, u anki snin f ’xi każijiet, hekk kif l-amministraturi tal-isport u tat-timijiet qiegħdin jaħdmu biex jiffinalizzaw il-preparamenti tagħhom għall-istaġun li ġej. Massa se jirtira F’konferenza stampa li saret nhar l-Erbgħa li għadda s-sewwieq Brażiljan tal-Williams Felipe Massa ħabbar li l-istaġun attwali se jkun l-aħħar wieħed tiegħu fil-Formula 1. Huwa spjega li ħa din id-deċiżjoni diversi xhur ilu u li ma għamel negozjati ma ebda tim biex jipprova jsib post għall-istaġun li ġej. Fl-istess konferenza stampa, iddeputy principal tat-tim, Claire Williams, spjegat li hija grata ħafna għall-appoġġ li Massa dejjem ta lill-Williams. Hija ftakret li meta l-Brażiljan ngħaqad magħhom fl2014, it-tim kien ġej minn fażi diffiċli ħafna tal-istorja tiegħu. Madankollu, Massa pprovda l-esperjenza tiegħu biex għenhom jerġgħu jsiru tim li kien kapaċi jikkompeti għall-podji b’mod regolari. B’din id-deċiżjoni, Massa se jkun qiegħed iġib fi tmiemha karriera ta’ 14-il sena fl-ogħla kategorija talawtomobiliżmu sportiv. Din il-karriera bdieha mas-Sauber fl-2002 fejn wera potenzjal kbir li eventwalment ippermettielu jiggwadanja post mal-Ferrari fl-2006. Ma’ dan it-tim resaq pass ‘il bogħod mill-kisba ta’

titlu mondjali li però spiċċa għand Hamilton li rnexxielu jirbaħ ilkampjonat b’punt biss. Wara tmien staġuni mal-Ferrari huwa ngħaqad mal-Williams, tim li kien għadu ġej minn numru ta’ staġuni diżappuntanti. Mal-wasla tiegħu, però, it-tim irnexxielu jirranka biex fl2014 u l-2015 spiċċa fit-tielet post talklassifika tal-kostrutturi. Għadu mhuwiex ċar min se jkun qiegħed jieħu post Massa. Matul ixxhur li għaddew isem Jenson Button issemma ta’ spiss. Madankollu, riċentement dan is-sewwieq Brittaniku ta’ diversi indikazzjoni li huwa qiegħed jitħajjar jikkompeti f ’kategorija oħra. Kandidat ieħor jista’ jkun Felipe Nasr illi jgawdi minn appoġġ finanzjarju notevoli li jista’ jkun ta’ benefiċċju għat-tim minn Grove. F’Monza sal-2019 Huwa ħabbar din id-deċiżjoni qabel il-Gran Premju ta’ Monza, li wkoll kellha l-futur tagħha kkjarifikat din ilġimgħa wara xhur fix-xifer li tisparixxa minn fuq il-kalendarju. Madankollu, nhar il-Ġimgħa Bernie Ecclestone ħabbar li l-Formula One Management u l-amministraturi taċ-ċirkwit waslu għal ftehim biex it-tellieqa tibqa’ ssir sal-2019. Il-biljunarju Brittaniku spjega li l-kuntratt għadu ma kienx iffirmat, però għad baqa’ biss xi dettalji żgħar x’jiġu kkjarifikati. Għal xi żmien kienet qiegħda tissemma l-possibbiltà li t-tellieqa

tibda ssir f ’Imola, ċirkwit li fil-passat kemm-il darba ospita tlielaq ta’ din il-kategorija. Madankollu, Angelo Sticchi Damiani l-kap tal-Automobile Club d’Italia kien żvela li l-Gran Premju tal-Italja seta’ biss isir f ’Monza fl-2017 hekk kif l-awtoritajiet Taljani kienu allokaw il-fondi addizzjonali li talab l-FOM speċifikament għal dan iċ-ċirkwit. Mossa strateġika Il-Mercedes kellhom ħafna aktar x’jiċċelebraw fil-Belġju mir-rebħa ta’ Rosberg u l-podju ta’ Hamilton. Dan kien żvelat mil-kap tat-tim Ġermaniż Toto Wolff li fl-aħħar jiem żvela li ma kinitx b’kumbinazzjoni li Hamilton sab ruħu f ’ammont tant kbir ta’ penalitajiet f ’tellieqa waħda. Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ta’ qabel ittellieqa t-tim biddel xejn inqas minn tliet magni u diversi biċċiet oħra fuq il-vettura tal-Brittaniku. Dan wassal għall-implimentazzjoni ta’ tliet penalitajiet fuq xulxin għal Hamilton hekk kif dan qabeż il-limitu massimu ta’ ħames magni li seta’ juża f ’staġun wieħed. Madankollu, il-Mercedes żvelaw li fil-verità s-sewwieq ma kellux bżonn ibiddel il-magna għal aktar minn darba. Però, huma għażlu li jagħmlu dan għaliex ir-regolament attwali ma jippermettux li l-penalitajiet jintirtu minn tellieq għal oħra. Għaldaqstant huma kien jaqblilhom jillimitaw id-danni billi jaqilgħuhom 55 post ta’ penalità fuq il-grid f ’tellieqa

waħda għaliex fil-verità huwa ma setax jibda aktar lura mit-22 post, li huwa l-aħħar wieħed. Din il-mossa mhux biss ippermettiet lil Hamilton jiffranka ammont sostanzjali millpenalità tiegħu, imma tagħtu wkoll l-opportunità li jkollu tliet magni ġodda bl-aħħar żviluppi għaddispożizzjoni sal-aħħar tal-istaġun hekk kif huwa diġà skonta l-penalità għall-użu tagħhom. Jużaw l-aħħar tokens Filwaqt li Hamilton jidher li huwa kuntent li jibqa’ bl-istess pakkett ta’ żviluppi fil-pagna sal-aħħar tal-istaġun, il-Ferrari għadhom determinati li jasru li jistgħu millmagna tagħhom. Dan ħareġ ċar hekk kif it-tim minn Maranello uża l-aħħar tliet tokens tiegħu biex jipprova jikseb l-aħjar possibbli fit-tellieqa tiegħu f ’Monza. Fil-bidu tal-istaġun il-Ferrari diġà kienu l-aktar manifatturi tal-magni li użaw tokens bl-għan li jnaqqsu d-distakk tekniku tagħhom minn malMercedes malajr kemm jista’ jkun. Din it-tama sfumat fix-xejn sa nofs l-istaġun fejn spiċċaw jiġġieldu marRed Bull biex jippruvaw tal-inqas ittieni post fil-klassifika tal-kostrutturi. L-użu ta’ dan l-aħħar tliet tokens kien għad gaħndhom għad-dispożizzjoni jista’ jindika li f ’termini ta’ żvilupp tal-magna, il-Ferrari issa għandhom l-attenzjoni sħiħa tagħhom fuq l-2017 minkejja li għandhom ma ddikkjarax din l-intenzjoni b’mod uffiċjali.


40 04|09|2016

kullhadd.com

LOKALI

IĊ-ĊEDOLI ESPERIMENT FEJN FALLEW IL-MIRI

• DAWK LI SSELLFU BIS-SIGRIET MA KINUX DAQSKEMM XTAQ IL-PN

L-iskema ta’ self sigriet li nieda l-Partit Nazzjonalista f ’Marzu tas-sena li għaddiet ma rendietx kemm xtaqu dawk li fassluha biex din qed tkompli żżid il-pressjoni interna fuq ittmexxija u l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista ħaseb li bl-iskema ta’ self sigriet seta’ jiffinanzja l-parti l-kbira tal-ħidma tiegħu tul dawn ixxhur u għaż-żmien li ġej. Però, jirriżulta li dan ma kienx il-każ, tant li ssoktaw il-maratoni ġbir ta’ fondi bl-aħħar waħda ssir fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fejn, permezz ta’ maratona

bir-radju mifruxa fuq diversi jiem, inġabru madwar €12,000. L-imkejjen tagħna fid-Dar Ċentrali spjegaw kif qed titħejja maratona oħra jekk kemmil darba d-dħul mil-Lotterija Indipendenza ma jkunx wieħed li jissodisfa t-tmexxija. Il-kwistjoni tal-finanzi talPartit Nazzjonalista reġgħet telgħet fuq l-aġenda taddiskussjoni interna meta din il-ġimgħa kuntrattur mar ilQorti biex jiġbor flusu wara li ma tħallasx talli tqabbad iżarma l-billboards tal-Partit Nazzjonalista – madwar €15,000. Il-kuntrattur mar il-

Qorti għax il-wegħdi li jitħallas baqgħu ma mmaterjalizzawx u għalhekk ma kellux triq oħra. Minkejja li wara li laħaq kap keċċa n-nies mid-Dar Ċentrali u talab il-ħaddiema jagħmlu sagrifiċċju, Busuttil baqa’ ma sabx għalkollox irkaptu talqagħda finanzjarja mwiegħra tal-partit. Dan anke għax mal-mument li fuq il-karta deher li n-numri tjiebu xi ftit, fil-partit impjegaw numru ta’ nies tal-qalba bħal Brian St John li nħatar Kap Eżekuttiv u ħu l-Viċi Kap Beppe Fenech Adami, Michael Fenech Adami. Dawn it-tnejn b’salarji

sostanzjali, b’tal-ewwel ikollu salarju li jlaħħaq is-somom fenomenali li kien jieħu fi żmien li Lawrence Gonzi kien jaħtru f ’karigi pubbliċi. Ma’ dawn hemm oħrajn, fosthom id-Deputat Claudette Buttigieg; u mkejjen jispjegaw li; minkejja li hi fost l-inqas li taw riżultati; Rosette Thake hija l-iktar segretarju ġenerali mħallsa anke jekk ħatrulha lil St John Kap Eżekuttiv. Iċ-ċedoli kienu maħsuba bittama li l-Partit Nazzjonalista jasal sal-elezzjoni mingħajr wisq pressjoni. Intqal li permezz tagħhom kellhom jinġabru

l-mijiet tal-eluf ta’ ewro b’mod li l-partit ma jinqabadx taħt il-Ligi tal-Finanzjament talPartiti. Fil-fatt, il-kritika l-kbira kienet proprju dwar hekk għax, permezz tal-iskema, kien qed ikun imminat il-prinċipju ta’ trasparenza li tipprova l-liġi. Però, Ann Fenech, il-moħħ wara l-iskema, ma kinitx imħassba wisq fuq hekk u, minflok, l-inkwiet tagħha kien dwar kemm se tiġbor. Jirriżulta li ma ġabritx daqskemm xtaqu hi u Simon Busuttil bil-Partit mistenni jagħmel sforz ieħor biex idawwar ewro waqt il-festi tal-Indipendenza.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.