www.kullhadd.com Prezz €1
ĠENERAZZJONI REBBIEĦA U POŻITTIVA • STĦARRIĠ XJENTIFIKU JURI LI L-MAĠĠORANZA ASSOLUTA TAL-MALTIN JEMMNU LI T-TMEXXIJA TA’ JOSEPH MUSCAT ĠABET F’ĦAJJITHOM BIDLA POŻITTIVA
MUDELL ĠDID TA’ HOUSING AFFORDABBLI
IWIEĠBU
JOSEPH MUSCAT IŻOMM B’SAĦĦITHA SAL-AĦĦAR IL-MAĠĠORANZA LI NBNIET MADWAR IL-PARTIT LABURISTA
ROBERT CHRIS ABELA FEARNE
• NANALIZZAW KIF B’JOSEPH MUSCAT PRIM MINISTRU DIVERSI SETTURI TAS-SOĊJETÀ MALTIJA ĦADU ĦAJJA ĠDIDA, MINN DAWK EKONOMIĊI GĦAL DAWK SOĊJALI
INFRASTRUCTURE MALTA TĦAWWEL 8,719–IL SIĠRA
• NHAR IL-ĠIMGĦA NILTAQGĦU GĦALL-AĦĦAR DISKORS FIL-PADILJUN SPORTIV TA’ RAĦAL ĠDID SUPPLIMENT SPEĊJALI MINN PAĠNA 11 SA 22
Ara paġna 8
Ħarġa Nru 1,382
Ara paġni 4 u 5
Ara paġni 6 u 7
Ara paġna 9
Il-Ħadd 5 ta’ Jannar, 2020
02
05.01.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 16°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja tiksi l-Punent tal-Mediterran, filwaqt li ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa tifforma fuq il-Baħar Eġew It-Temp: Pjuttost imsaħħab għall-ewwel li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral, li jsir mill-Grieg it-Tramuntana Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat għal qawwi li jsir qawwi L-Imbatt: Ftit li xejn għall-ewwel, li jsir baxx millPunent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 17°C
Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Indirizz Postali KullĦadd
12°C
UV 3
5°C
Il-Ħamis
13°C
UV3
7°C
15°C
Il-Ġimgħa
UV 3
9°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
15°C
UV 2
6°C
14°C
UV 3
7°C
15°C
UV 3
10°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21225785 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488613 Remedies Pharmacy, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, L-Imsida – 21346547 Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Rihan, San Ġwann – 21372195 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Tat-Tarġa Pharmacy, Plot no.2, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21433141 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja – 21676294 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat– 21551841 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur – 21566431
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
05.01.2020
kullhadd.com
VJAĠĠ LI SE JARAHA SSIR OMM SE JIĠI RRESTAWRAT L-ARLOĠĠ TAĊ-ĊITTADELLA Is-Sibt l-erbgħa ta’ Jannar immarka l-bidu ta’ vjaġġ twil lejn l-Indja għall-koppja Joanne u Kursten, biex isiru ġenituri. Fil-mitjar Malti qabel qabdu titjira lejn il-kontinent Ażjatiku, Joanne Sciberras Edwards tkellmet ma’ ONE NEWS dwar kif fl-aħħar wasal il-jum li tant kienet ilha tistenna, biex għall-ewwel darba tiltaqa’ ma’ dak li se jkun ittifel tagħha. Emozzjonata qalet li jekk kollox imur sew, it-tifel se ssemmih Ben għal ħuha Rueben li ħalla din id-dinja sbatax-il sena ilu. “Qed nistenna ħafna emozzjonijiet, ili nistenna dan kollu. Eċitata u ferħanin it-tnejn li aħna.” Wara battalja legali ta’ tmien snin biex tkun tista’ tiżżewweġ, Joanne ma qatgħetx qalbha u anki jekk kien proċess twil u diffiċli, baqgħet tiġġieled biex tasal s’hawn ukoll. Fil-fatt, Joanne kellha tmur sal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bnidem, wara li l-istat Malti ma riedx jirrikonoxxiha bħala mara. Bil-każ kien ingħalaq għal kollox wara l-bidla fil-gvern fl-2013. “Tagħmel il-kuraġġ meta taf li tista’ tagħti dinjità lil xi ħadd, qisek tqawwi qalbek u tkompli għal dan il-pass.” Fil-fatt qalet li minn dejjem xtaqet li ssir omm. “Ili naħseb fuqha mindu żżewiġna naħseb anki ftit qabel ma ddeċidejna li niżżewġu għidna li nħarsu lejn l-adoption biex inkabbru l-familja tagħna. Għandna ħafna mħabba bħala koppja u nixtiequ noffruha lil xi anġlu li l-Bambin ħa jippremjana bih mill-art tal-Indja.” Joanne tistqarr li d-diffikultaji-
et u l-isfidi li ltaqgħet magħhom fit-triq biex waslet s’hawn, illum tarahom biss bħala passat. Madanakollu rrikonoxxiet id-drittijiet li nies bħalha ingħataw biex ikomplu bil-ħajja tagħhom. “Illum il-ġurnata qegħdin hawn u ħa joħroġ dak il-frott li l-Gvern ta lilna.” Mumenti qabel ħalliet Malta, Jo-
anne appellat biex ħadd ma jaqta’ qalbu, u biex min jista’ jadotta ħalli jagħti opportunità ta’ mħabba lil min m’għandux. “L-appell tiegħi biex ħadd ma jaqta qalbu. La wasalt jiena minn dal-maltemp kollu, żgur li għandu jasal kulħadd. Qed nitkellem miegħek u lanqas irrid nemmen li qiegħda hawnhekk fil-verità.”
Id-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħabbar li se jibdew xogħlijiet ta’ restawr fuq il-mekkaniżmu tal-arloġġ tas-seklu 18 li jinsab fit-torri tal-Bastjun ta’ San Mikiel fiċ-Ċittadella. Ix-xogħlijiet għandhom jibdew fit-tieni ġimgħa ta’ Jannar u hu ppjanat li jitlestew f ’Awwissu tal-2020. Dan il-proġett ta’ restawr, iffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex, ġie fdat f ’idejn id-ditta C. Schembri Watchmakers u qed isir b’konsultazzjoni mas-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali.
04
05.01.2020
IWIEĠEB ROBERT ABELA Nhar is-Sibt li ġej il-membri tal-Partit Laburista huma msejħa biex jeleġġu mexxej ġdid. Se tkun l-ewwel darba li huma msejħa biex jagħżlu huma lil min iridu mhux biss fit-tmun tal-partit, iżda wkoll Prim Ministru mill-ewwel. Liż-żewġ kontestanti staqsejniehom 15–il domanda oħra li żgur huma ta’ interess għal min irid jagħmel l-għażla tiegħu u għal min segwa l-aħħar ġimgħat ta’ kampanja minn dawn iż-żewġ kandidati. Uħud mid-domandi huma komuni, oħrajn speċifiċi. F’dawn iż-żewġ paġni jwieġeb Robert Abela.
kullhadd.com
Jekk tirbaħ, se ssir Prim Ministru wkoll b’manifest elettorali li għażel il-poplu fl-2017. Liema huma dawk l-oqsma li se tagħti prijorità minn dan il-manifest?
nistgħu ninsewh qatt. Il-mument li ninsew dan, il-poplu jitfana fl-oppożizzjoni. Jien ser nara li dan il-kliem ma ninsewh qatt biex nibqgħu dejjem saqajna mal-art.
Il-manifest irid jitwettaq kollu kemm hu għax il-poplu vvutalna fuq manifest sħiħ. Madanakollu, kif diġà kelli ċ-ċans li naċċenna, ser inkun qiegħed nisħaq b’saħħa fuq il-miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-ġustizzja soċjali u l-ambjent. Hu proprju għalhekk li jiena, wara li smajt u tkellimt man-nies, għażilt li nkompli nsaħħaħ dak li hemm fil-manifest u nagħti prijorità lill-oqsma tal-housing, l-anzjani u tisħiħ tal-pagi, xogħol u ambjent. Dan filwaqt li nkomplu bittisħiħ ekonomiku biex kulħadd igawdi mit-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna.
Il-Gvern Laburista hu magħruf għal baġits b’surplus u ħafna miżuri soċjali. Kif se żżomm dan ir-ritmu fis-snin li ġejjin?
X’tip ta’ mexxej ser tkun? Ħa nkun mexxej umli, dixxiplinat u responsabbli li naħdem mannies għan-nies. Tabilħaqq ser inkun mexxej li nibqa’ nisma’ dak li għandhom x’jgħidu n-nies. Huma l-votanti li jeleġġuna u l-istess votanti li fl-aħħar millaħħar jiġġudikawna. Dan ma
Is-surplus huwa riżultat ta’ tmexxija għaqlija tal-finanzi ta’ pajjiżna. Dan flimkien ma’ ritmu ekonomiku b’saħħtu li kien possibbli grazzi għall-investi-
Ħa nkun mexxej umli, dixxiplinat u responsabbli li naħdem man-nies għan-nies
05
05.01.2020
kullhadd.com
Kif tara l-iżvilupp tal-gżira Għawdxija. Eko-Għawdex jew Għawdex li jiżviluppa u joħloq ix-xogħol? Waħda ma teskludix lill-oħra. Anzi ngħid jien, jistgħu jikkumplimentaw lil xulxin fil-viżjoni li għandi għal Għawdex. Li rrid ngħid huwa li ma jfissirx li Għawdex biex jiżviluppa bilfors irid jaqbad l-istess triq ta’ Malta. Għawdex għandu l-potenzjal li jsaħħaħ l-ambjent naturali tiegħu billi joffri prodott differenti minn Malta. Huma ħafna dawk il-barranin li jfittxu postijiet qalb in-natura u għall-kwiet meta jkunu jridu jistrieħu. Għawdex qiegħed f ’pożizzjoni li joffri dan kollu matul is-sena kollha. Fil-viżjoni tiegħi, nara lil Għawdex bħala dik il-gżira żgħira fil-Mediterran li sservi ta’ oażi ta’ trankwillità u paċi fejn dak li jkun jista’ jistrieħ billi jkun viċin in-natura.
Ma ninsewx lil-Laburisti li matul is-snin tant ħadmu u stinkaw sabiex il-partit tagħna llum hu dak li hu
Malta qed tinnegozja l-pakkett mal-Unjoni Ewropea għas-snin li ġejjin. It-titjib fl-ekonomija u l-livell tal-għajxien joffri sfida għal pakkett tajjeb. X’qed tistenna? ment kontinwu mis-settur privat. Għaldaqstant, ser nara li s-settur privat f ’pajjiżna jkompli jissaħħaħ biex joħloq aktar xogħol u ġid. Grazzi għal dan kollu, ikun possibbli għall-Gvern li jżid id-dħul tiegħu u b’hekk ikun sostnut is-surplus ta’ pajjiżna. Inżid ukoll iżda, li l-mod kif jitqassam is-suplus fost innies huwa kruċjali u għalhekk ser nara li filwaqt li nżommu l-għaqal, it-tqassim tal-benefiċċju mis-surplus imur l-iktar għall-oqsma soċjali, l-anzjani u l-ambjent. Jekk tkun mexxej ser tiffoka fuq xi kategorija ta’ nies partikolari?
fejn il-Parlament issaħħaħ meta ngħata awtonomija. Madanakollu, irridu naraw kif insaħħu lill-Membri Parlamentari sabiex l-irwol tagħhom ikun iktar iffukat fuq ħidma parlamentari, b’għajnuna biex iwettqu ħidma parlamentari aħjar. Dan għandu jsir f ’diskussjoni usa’ fuq kif il-Parlament għandu jintuża anke meta tidħol ir-responsabbiltà tal-Membru Parlamentari fil-mod kif jintuża l-privileġġ parlamentari u privileġġi oħra.
kif nitkellmu u naġixxu. Dan mhux mument ta’ kliem diviżiv. Ma jistax ikun li f ’pajjiż daqstant żgħir nibqgħu naġixxu b’mod fejn il-Gvern tal-ġurnata, ikun min ikun, jinjora jew iweġġa’ bi kliemu lil xi kategorija ta’ nies. IlGvern għandu jkun hemm għal kulħadd.
Xi rwol tara li l-business ikollu fis-soċjetà Maltija?
Ir-responsabilità titlob li ma naħtarx Kabinett akbar minn dak li hu llum.
Il-komunità kummerċjali hija indispensabbli għall-ħolqien tal-ġid. Il-ġid iwassal sabiex jinħoloq ix-xogħol. Madanakollu, it-tmexxija tal-pajjiż għandha tibqa’ biss f ’idejn il-politiċi, in-nies li huma eletti demokratikament mill-poplu. Biss però, il-politiku għandu joffri level playing field lin-negozju u jkompli jara li titnaqqas il-burokrazija sabiex il-business ikollu iktar faċilità jopera.
Kif diġà għedt, ser nara li ma ninsewx lil-Laburisti li matul issnin tant ħadmu u stinkaw sabiex il-partit tagħna llum hu dak li hu. Meta nsejna lin-nies tagħna lkoll nafu x’ġara. Iżjed minn hekk, ser nara li dawk li huma żvantaġġjati jew li b’xi mod għadhom ma daqux biżżejjed mit-tkabbir ekonomiku u l-ġid li ħoloq il-pajjiż, jingħataw prijorità. Fl-aħħar ġimgħat tkellimna ħafna fuq l-għaqda. F’dan Tara bidliet kif jaħdem il-kuntest ġieli qamet il-Parlament Malti? Ilna il-proposta ta’ festa żmien niddiskutu bidliet nazzjonali waħda. bħall-Ksur ta’ Privileġġ. Fejn X’taħseb dwarha? tara li għandna nkomplu nimmodernizzaw? Ma narax il-festi nazzjonali bħala okkażjonijiet fejn il-poplu Malti Il-Parlament huwa pilastru im- jinfired. Pjuttost huma jiem li portanti fid-demokrazija parla- jfakkruna fi ġrajjiet importanmentari u jservi ta’ checks and ti li għadda minnhom pajjiżna. balances għall-eżekuttiv. Nem- Naħseb li l-għaqda nġibuha birmen li morna lejn sitwazzjoni rispett lejn xulxin u bil-mod ta’
Jekk nhar is-Sibt tirbaħ fi ftit jiem se tkun trid taħtar Kabinett. Se tmur għal Kabinett ikbar jew iżgħar?
X’ser tagħmel biex isem pajjiżna ma jibqax jissemma b’mod negattiv barra minn xtutna? Se nara personalment li l-bidliet li hemm bżonn isiru, iseħħu f ’qasir żmien. Huwa importanti li isem pajjiżna ma jkunx imkasbar bl-ebda mod. Ħdimna wisq biex naraw lil ħaddieħor inaqqas mill-ġieħ li tant stinkajna biex ksibna matul is-snin. Nemmen li wiċċ ġdid kapaċi jerġa’ jġib l-istabilità tant mixtieqa minn kulħadd. X’messagg tixtieq tgħaddi lill-membri? Jien ser naħdem qatigħ biex nassigura l-ewwel u qabel kollox l-għaqda fil-partit. Ma jeżistux in-nies ta’ Robert jew ta’ Fearne. Aħna lkoll tfal ta’ partit wieħed. Nirbħu biss meta nkunu magħqudin. Id-diviżjoni dejjem
Qed nistenna li jkollna a fair deal. wasslitna sabiex nitilfu elezzjoni Huwa minnu li grazzi għall-fonwara l-oħra. Irridu nkunu ponn di Ewropej l-ekonomija Maltija wieħed u tim wieħed. ħadet spinta ’l quddiem. Madanakollu, wieħed ma jistax jinsa Taqbel li persuni f ’karigi li Malta u Għawdex huma żewġ għoljin bħal Ċermen u gżejjer fin-Nofsinhar tal-EwroKapijiet Eżekuttivi jagħmlu pa. Dan ipoġġina fi żvantaġġ wkoll dikjarazzjoni tal-assi naturali bil-konsegwenzi kollha li bħalma huma mitlubin jġib miegħu. Li tkun fil-periferija jagħmlu l-politiċi? ta’ kontinent ifisser spejjeż akbar kemm f ’termini ta’ konnettività Naqbel li persuni f ’karigi għoljin u anke ta’ kummerċ. Għalhekk, għandhom jippubblikaw il-kun- jien tal-opinjoni li l-Kummisstratt tal-impjieg tagħhom. Wara joni Ewropea għandna dejjem kollox dawn ikunu qed jitħall- infakkruha f ’dan il-punt. su minn flus il-poplu. Għaldaqstant, il-poplu għandu dritt F’każ li ma tkunx int li ikun jaf kif qed jintefqu flusu. tinħatar mexxej xi rwol tara għalik fil-Partit Laburista Fl-aħħar snin rajna l-pajjiż u fil-politika Maltija? jilqa’ rekords ġodda ta’ turisti. Int taqbel ma’ min Jiena lest li nservi lill-partit jgħid li hemm bżonn limitu f ’kull rwol li jara li jkun adattat għax il-pajjiż ma jiflaħx għalija l-mexxej il-ġdid tal-Partit iktar? Laburista. Li hu żgur huwa li jiena ser inkompli naħdem favur Huwa importanti li nassiguraw li il-Maltin u l-Għawdxin kollt-turisti jkomplu jiġu f ’pajjiżna. ha biex fl-elezzjoni li jmiss Nistgħu naħdmu aktar sabiex nassiguraw rebħa oħra inġibu aktar turisti matul ix- għall-Partit Laburista. xhur tal-ħarifa u tax-xitwa fejn pajjiżna jiflaħ jakkomoda aktar turisti. Għax-xhur tas-sajf, irridu nassiguraw li nkomplu ntejbu l-prodott tagħna. Dan naturalment sabiex nattiraw turisti ta’ kwalità, jiġifieri turisti li matul il-btala tagħhom f ’pajjiżna jonfqu aktar flus ras għal ras. Biex naslu għal dan, irrid nara li nkomplu nistinkaw għal infrastruttura aħjar u li ngħollu dejjem aktar il-livell ta’ servizz li kapaċi noffru bħala pajjiż.
06
05.01.2020
kullhadd.com
IWIEĠEB CHRIS FEARNE
buristi; fil-ġustizzja soċjali, li noħolqu l-ambjent neċessarju għall-ħolqien tax-xogħol, li ma nħallu lil ħadd warajna. Li Malta tkun l-ewwel u qabel kollox. Ikkontestajt l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba fl-2013, tlajt fil-Parlament bħala backbencher, minn hemm Segretarju Parlamentari, Ministru, Deputat Prim Ministru. X’kienu l-highlights talkarriera politika tiegħek s’issa?
Nhar is-Sibt li ġej il-membri tal-Partit Laburista huma msejħa biex jeleġġu mexxej ġdid. Se tkun l-ewwel darba li huma msejħa biex jagħżlu huma lil min iridu mhux biss fit-tmun tal-partit, iżda wkoll Prim Ministru mill-ewwel. Liż-żewġ kontestanti staqsejniehom 15–il domanda oħra li żgur huma ta’ interess għal min irid jagħmel l-għażla tiegħu u għal min segwa l-aħħar ġimgħat ta’ kampanja minn dawn iż-żewġ kandidati. Uħud mid-domandi huma komuni, oħrajn speċifiċi. F’dawn iż-żewġ paġni jwieġeb Chris Fearne.
Bħala kirurgu, x’inhuma l-ħiliet li tatek din ilprofessjoni u li tarahom essenzjali għall-politika? Bla dubju li bħala kirurgu trid tieħu deċiżjoni malajr kemm jista’ jkun u trid tkun id-deċiżjoni t-tajba. M’hemmx ċans għal second guessing. Din l-abbiltà tibqa’ miegħek dejjem. Jien persuna li deċiżjoni neħodha on the spot. Fis-sala tal-operazzjoni hemm ukoll kaptan wieħed, il-kirurgu u l-ordnijiet jingħataw biss minnu. Jien nemmen li anke l-pajjiż għandu jitmexxa minn kaptan wieħed. Għaldaqstant, jekk jien ningħata l-fiduċja mit-tesserati li
nkun Mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru nneħħi s-sistema ta’ Chief of Staff, sistema li ħolqot żewġ ċentri ta’ poter. Bħala kirurgu jien ukoll persuna klinika, dan mhux biss nimxi u nitmexxa mill-fatti, imma wkoll jien persuna li ma nafx nigdeb. Meta jkollok pazjent quddiemek, jew fil-każ tiegħi l-ġenituri tagħhom ma tistax tigdbilhom u trid tagħtihom id-dijanjosi konkreta. Mill-professjoni tiegħi medika ħadt ukoll l-umanità. Fit-teatru tal-operazzjonijiet u quddiem il-mard tara l-ħajja fl-aktar mod vulnerabbli tagħha. Hija professjoni li tagħmlek aktar uman minn professjonijiet oħra.
Għalkemm ilek snin twal timmilita fil-Partit Laburista, kien fl-2013 li kkontestajt għall-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali. X’wasslek tagħmel dan? It-telfa tal-2008. Bħal ħafna Laburisti oħra, it-telfa tal-2008 ħadtha bi kbira wisq. Dakinhar iddeċidejt li rrid nagħti l-enerġija tiegħi biex il-partit tagħna millġdid ikun partit rebbieħ. Minn dakinhar ’l hawn b’ħidma kontinwa ma’ Joseph Muscat, anke fir-rwol ta’ Deputat Mexxej, irnexxielna nibnu partit rebbieħ li rebaħ u jien konvint li se jkompli jirbaħ elezzjoni wara l-oħra. Dejjem emmint fl-ideali La-
Bħala Ministru għas-Saħħa, l-emendi fil-liġi tal-IVF, jibqa’ mument importanti ħafna ta’ sinifikat importanti. Għadni nħoss sodisfazzjon kbir kull darba li nara koppja turuni lil uliedha u tgħidli kieku ma kienx għallIVF m’għandix tfal. Illum meta nħares lura lejn kif kien is-settur tas-saħħa f ’pajjiżna seba’ snin ilu u x’għamilna f ’dawn is-seba’ snin, huwa sodisfazzjon kbir. Eradikajna l-mediċini out of stock. Naqqasna l-listi ta’ stennija għall-operazzjonijiet u testijiet mediċi, naqqasna drastikament l-ħin ta’ stennija fl-Emerġenza. Dan kien biss biex solvejna l-problemi li ħallew ta’ qabilna. Iżda komplejna u għamilna ħafna aktar, daħħalna mediċini ġodda għal diversi speċjalizzazzjonijiet, dijabete, ADHD, Epatite Ċ, kanċer, mard rari, prostata fost oħrajn. Tajna spinta liema bħalha lis-settur tal-kura primarja, ftaħna l-ewwel Ċentru tas-Saħħa ġdid f ’għexieren ta’ snin, qed nimmodernizzaw il-bereġ kollha fl-ibliet u fl-irħula tagħna, żidna numru kbir ta’ servizzi fil-kommunità. U l-innovazzjoni, l-innovazzjoni ma naqsitx minn din is-sena se jsiru għall-ewwel darba fl-Isptar Mater Dei operazzjonijiet fejn il-kirurgu se jkun assistit
minn robot. U ma nistax ma nsemmix it-teknoloġija robotika għat-tqassim tal-mediċini flIsptar Mater Dei. Jekk tirbaħ, se ssir Prim Ministru wkoll b’manifest elettorali li għażel il-poplu fl-2017. Liema huma dawk l-oqsma li se tagħti prijorità minn dan il-manifest? Il-poplu Malti u Għawdxi ta’ mandat b’saħħtu ħafna għall-manifest elettorali tal2017 tal-Partit tagħna, il-Partit Laburista. Diġà twettqu ħafna mill-proposti ta’ dan il-manifest u għad baqgħalna sentejn u nofs fejn ser inkomplu nwettqu l-kumplament kollu. Waħda mill-prijoritajiet ewlenin għalija hija li neradikaw ilfaqar. Il-Partit Laburista huwa l-partit u l-Gvern tal-ġustizzja soċjali. Għadaqstant, jien se nara li kull ħaddiem jitħallas l-istess għall-istess xogħol. Iktar minn hekk għandi 10 prijoritajiet kollha abbinati ma’ dan il-manifest, li elenkajt fit-tnedija tal-kampajna tiegħi, li jien konvint li huma wħud mill-aktar għanijiet importanti li rridu nwettqu malajr kemm jista’ jkun biex inkomplu nsaħħu lil Malta tagħna u nsaħħu postna fuq livell internazzjonali.
Nixtieq nara li l-Grupp Parlamentari jkollu kuntatt regolarizzat mal-membri tal-partit
07
05.01.2020
kullhadd.com
kellha tkabbir ekonomiku qawwi u għalhekk irridu naħdmu aktar biex nassiguraw li pajjiżna jibqa’ jkollu allokazzjoni finanzjarja biex inkunu nistgħu nkomplu niżviluppaw l-ekonomija ta’ pajjiżna u nidentifikaw aktar opportunitajiet għal uliedna. Dan ikun wieħed mill-ewwel impenji barranin li jkollu l-Prim Ministru. Hekk ningħata l-fiducja jiena se nkun qed insarraf l-esperjenza li akkwistajt matul dawn l-aħħar snin bħala Ministru fuq livell Ewropew sabiex inġibu l-aħjar riżultati possibbli f ’dan ir-rigward.
L-għaqda fil-pajjiż hija kruċjali. Irridu nkunu pajjiż li ma nħarsux lejn uċuh u kuluri u ngħixu flimkien bħala poplu wieħed magħqud
Il-Gvern Laburista hu magħruf għall-baġits b’surplus u ħafna miżuri soċjali. Kif se żżomm dan ir-ritmu fis-snin li ġejjin?
Taqbel li persuni f ’karigi għoljin bħal Ċermen u Kapijiet Eżekuttivi jagħmlu wkoll dikjarazzjoni tal-assi bħalma huma mitlubin Il-pass ekonomiku li sar f ’dawn jagħmlu l-politiċi? l-aħħar seba’ snin huwa bla preċedent. Tkabbir ekonomiku Fix-xhur li ġejjin trid issir diskussli ġab żviluppi kbar f ’pajjiżna. joni wiesgħa dwar dan is-suġġett Ir-riċetta tas-suċċess nafuha u suġġetti oħra. Dan isir fl-ambiu se nkomplu nibnu fuqha. Ir- tu ta’ tibdil li jrid isir fil-kostituzzridu nkomplu niddiversifikaw joni ta’ Malta. l-ekonomija tagħna anke billi nattiraw setturi ekonomiċi Fl-aħħar snin rajna l-pajjiż ġodda li jġibu impjiegi u joffru jilqa’ rekords ġodda ta’ turisti. opportunitajiet lill-ħaddiema Int taqbel ma’ min jgħid li Maltin u liż-żgħażagħ tagħna. hemm bżonn limitu għax Biex nagħmlu dan irridu naħd- il-pajjiż ma jiflaħx iktar? mu bis-sod fuq livell internazzjonali biex nattiraw investituri It-turiżmu dejjem kien induslejn pajjiżna. Dan ix-xogħol irid trija importanti ħafna f ’pajjiżjibda b’mod immedjat. Sabiex na. Industrija li tfisser għajxien nilħqu dan l-għan irridu nib- għal eluf ta’ Maltin. Iż-żieda dew billi nnaddfu isem pajjiżna fit-turisti kkontribwixxiet ukoll mit-tajn li ntefagħlu. għas-suċċessi kbar fl-ekonomija li kellna fl-aħħar snin. Min-naħa Tara bidliet kif jaħdem l-oħra nemmen ukoll li għandu il-Parlament Malti? Ilna jkollna infrastruttura b’saħħitha żmien niddiskutu bidliet li tiflaħ għall-influss mhux biss bħall-Ksur ta’ Privileġġ. Fejn ta’ turisti iżda anke ta’ ħaddiema tara li għandna nkomplu barranin li għandna f ’pajjiżna. nimmodernizzaw? Kif tara l-iżvilupp tal-gżira Il-Parlament huwa l-ogħla isti- Għawdxija. Eko-Għawdex tuzzjoni tal-pajjiż u għaldaqstant jew Għawdex li jiżviluppa nemmen li l-Membri Parlamen- u joħloq ix-xogħol? tari għandhom ikunu ffukati u jingħataw l-opportunità li jaħd- Għawdex għandu jkompli mu full-time għall-kostitwenza jżviluppa u joħloq ix-xogħol. li qed jirrappreżentaw fil-Parla- L-Għawdxin għandhom dritt ment. Għandhom ukoll jingħa- għal xogħol f ’Għawdex sttaw ir-riżorsi kollha meħtieġa ess. Madanakollu, ma jfissirx li biex ikunu jistgħu jwettqu xog- l-ħolqien tax-xogħol ma jkunx ħolhom biex Malta tkompli tik- jirrispetta l-ambjent naturali ber u tissaħħaħ. Għawdxi.
Fl-aħħar ġimgħat tkellimna ħafna fuq l-għaqda. F’dan il-kuntest ġieli qamet il-proposta ta’ festa nazzjonali waħda. X’taħseb dwarha? L-għaqda fil-pajjiż hija kruċjali. Irridu nkunu pajjiż li ma nħarsux lejn uċuh u kuluri u ngħixu flimkien bħala poplu wieħed magħqud. Il-festi nazzjonali li għandna, għandhom kollha sinifikat storiku f ’pajjiżna. Dawn ifakkru kollha avvenimenti kbar li waħda tgħaqqad mal-oħra. Dawn il-festi kollha f ’daqqa jagħmlu l-identità tagħna Maltija. Irridu nippriservaw il-karattru uniku u imprezzabbli ta’ Għawdex b’mod partikolari għall-Għawdxin, iżda wkoll għall-Maltin u għal kull min iżur din il-gżira. Ma nara ebda kontradizzjoni bejn li nippriservaw dawn il-karatteristiċi u li nkattru l-ekonomija Għawdxija. Huma ħafna dawk il-Maltin li jinsabu inkwetati fuq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. X’se tkun qed tagħmel f ’dan ir-rigward? Irrid nara li negħlbu l-kriżi politika li Malta tinsab fiha, b’dan il-mod ħa niftaħ djalogu mal-istituzzjonijiet Ewropej. Irid ikun hemm djalogu wkoll mal-midja barranija, fl-aħħar ġranet fil-fatt diġà tajt intervista fuq il-“Politico”. Ir-reputazzjoni ta’ Malta hija fl-interess ta’ kulħadd bla distinzjoni ta’ klassi soċjali jew partit politiku. Għaldaqstant, inniedi konferenza fuq il-Governanza u s-saltna tad-dritt flimkien malNGOs, is-soċjetà ċivili u l-Oppożizzjoni. Fuq kollox irridu nagħtu l-għodod kollha neċessarji lill-awtoritajiet tagħna, il-Pulizija, l-FIAU, l-Awditur Ġenerali biex ikunu jistgħu jaħdmu fil-libertà kollha meħtieġa bir-riżorsi kollha li għandhom bżonn. Pajjiżna jixtieq u tixraqlu li jkun jaf il-verità kollha mhux fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia biss, iżda anke fil-każijiet ta’ Karin Grech u Raymond Caruana. Nixtieq li jiġu solvuti każijiet ta’ allegata korruzzjoni anke dawk li ilna snin sħaħ nisimgħu fuqhom bħall-iskandlu taż-żejt.
Jekk nhar is-Sibt tirbaħ fi Hekk biss jista’ pajjiżna verament ftit jiem se tkun trid taħtar jimxi ’l quddiem. Kabinett. Se tmur għal Kabinett ikbar jew iżgħar? Matul dawn l-aħħat ġimgħat tkellimt dwar kif tixtieq tara Il-Kabinett preżenti huwa l-aqwa li l-Partit Laburista jkompli Kabinett li qatt ra pajjiżna. Matul jissaħħaħ. Kif se tara li jsir dawn l-aħħar snin saru proġetti u dan? inizjattivi bla preċedent. Għandi fiduċja fil-membri tal-Kabinett. Filwaqt li jrid ikun hemm distinz- Għandna wkoll backbenchers li joni bejn partit u gvern, nemmen jistgħu jagħtu kontribut akbar u li l-partit għandu jkun involut fit- jekk insir Prim Ministru wħud tqegħid ta’ policies. minnhom ikunu fil-kabinett. Nixtieq nara li l-Grupp Parlamentari jkollu kuntatt regolarizzat F’każ li ma tkunx int li mal-membri tal-Partit. Nixtieq li tinħatar mexxej xi rwol tara jkollna sistema fejn policy li jkun għalik fil-Partit Laburista u se jħabbar il-Gvern tkun diskus- fil-politika Maltija? sa internament ukoll fl-istrutturi tal-partit. Jien ili nimmilita fil-Partit Laburista għal dawn l-aħħar 40 sena Malta qed tinnegozja fi rwoli differenti. Jekk ma nkunx l-pakkett mal-Unjoni mexxej tal-Partit se nibqa’ nservi Ewropea għas-snin li ġejjin. lill-pajjiż u l-partit fi rwoli tiegħi ta’ It-titjib fl-ekonomija u l-livell Deputat Mexxej u Ministru għastal-għajxien joffri sfida għal Saħħa, jekk min ikun qed imexxi pakkett tajjeb. X’qed tistenna? jkun irid hekk. Irrispettivament minn dan jien dejjem Tajjeb li nżommu quddiem għa- nibqa’ naħdem għall-ġid jnejna li dawn l-aħħar xhur seħħu tal-Partit li trawwimt diversi tibdiliet. L-ewwel nett fih u għall-ġid ta’ ir-Renju Unit se jitlaq mill-UE Malta. u dan se jfisser li l-ammont ta’ flus allokati għall-UE ser jonqsu u għalhekk bħalissa għaddejjin diskussjonijiet b’kemm għandu jonqos il-baġit globali tal-UE u kemm għandhom joħorġu flus ilpajjiżi l-kbar. Hemm diskussjonijiet oħra wkoll biex naraw jekk dan it-tnaqqis għandux jaffettwa ċerti programmi tal-UE li Malta għandha aċċess għalihom. It-tieni, Malta bħala pajjiż
08
05.01.2020
kullhadd.com
INFRASTRUCTURE MALTA TĦAWWEL 8,719–IL SIĠRA FL-2019 IT-TĦAWWIL SAR F’40 POST FI 18–IL LOKALITÀ MADWAR MALTA FL-2019 Kmieni s-sena li għaddiet, Infrastructure Malta stiednet lill-Kunsilli Lokali, lill-Għaqdiet Mhux Governattivi u entitajiet oħrajn biex jipproponu spazji pubbliċi fit-toroq u żoni oħrajn urbani kif ukoll rurali li setgħu jiġu msebbħin b’siġar ġodda. Wara li evalwaw il-proposti li saru, l-arboristi tal-Aġenzija ħejjew pjanijiet fejn indikaw l-ammont ta’ siġar li għandhom jitħawlu u ta’ liema speċi huma l-iżjed adattati għal kull sit. Ix-xogħlijiet bdew fis-sajf u intensifikaw fl-aħħar kwart tas-sena, li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aħjar żminijiet għat-tħawwil tassiġar. F’uħud mil-lokalitajiet, qabel ma tħawlu s-siġar ġodda, Infrastructure Malta għamlet ukoll xogħlijiet strutturali u ta’ tindif biex tejbet il-kwalità tal-ħamrija. Oriġinarjament, kien immirat li sa tmiem l-2019 kellhom jitħawlu 6,700 siġra ġdida permezz ta’ dan il-proġett. Iżda wara r-rispons qawwi li kien hemm mill-Kunsilli Lokali u minn organizzazzjonijiet oħrajn, Infrastructure Malta żiedet 2,000 siġra oħra għall-istess perjodu ta’ żmien. L-aħħar ftit mijiet minn dawn is-siġar tħawlu f ’Baħar iċ-Ċagħaq fl-inħawi tan-Naxxar u f ’San Ġwann t’Għuxa fl-inħawi ta’ Bormla bejn il-Milied u Lejlet l-Ewwel tas-Sena. L-arboristi ta’ Infrastructure
Malta użaw varjetà ta’ madwar 30 speċi ta’ siġar indiġeni differenti għall-40 post fejn sar it-tħawwil. L-għażla saret skont il-kundizzjonijiet ambjentali differenti ta’ kull sit. Is-siġar li tħawlu kienu jinkludu bruka, żebbuġ, ċipress, ġummar safrani, deru, ballut, żnuber, riħan, għargħar (is-siġra nazzjonali) u ħarrub, fost oħrajn. Is-siġar tħawlu fi 18–il lokalità differenti, fosthom Ħ’Attard, Birkirkara, Birżebbuġa, Bormla, Ħad Dingli, Ħal Safi,
il-Kalkara, Ħal Luqa, il-Marsa, il-Mosta, l-Imsida, in-Naxxar, Pembroke, Ħal Qormi, ir-Rabat, Santa Luċija, Ħaż-Żebbuġ u ż-Żejtun. Infrastructure Malta se tħawwel aktar siġar f ’lokalitajiet oħra fix-xhur li ġejjin. Uħud mis-siġar tħawlu f ’żoni ġodda, bis-siġar u pjanti oħrajn li Infrastructure Malta qed toħloq fi proġetti ta’ titjib fit-toroq arterjali. Ħafna mit-toroq li tranġaw jew inbnew mill-ġdid minn meta twaqqfet l-Aġenzija fl-2018 kienu msebbħin
b’siġar ġodda. Dawn jinkludu Triq Aldo Moro, il-Marsa, Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok (magħrufa bħala Taċ-Ċawsli) bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun, Triq tal-Balal bejn San Ġwann u n-Naxxar, Triq Buqana bejn l-Imtarfa u l-Mosta, Triq Reġjonali, l-Imsida u Triq Ħal Luqa, Santa Luċija, fost oħrajn. Il-kuntratturi tal-Aġenzija se jkomplu jsaqqu u jieħdu ħsieb dawn is-siġar għal diversi snin, taħt il-ħarsien ta’ arboristi u esperti oħrajn ambjentali, sakemm ikun żgurat li s-siġar ikunu addattaw ruħhom fl-ambjent il-ġdid tagħhom. F’każ li xi wħud minnhom ma jgħixux, Infrastructure Malta terġa’ tħawwel oħrajn flokhom. L-Inġinier Fredrick Azzopardi, Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, spjega li permezz tal-proġetti multimiljunari li qed tagħmel fit-toroq arterjali, residenzjali u rurali, l-Aġenzija timmira li toħloq infrastruttura aktar sikura, effiċjenti u sostenibbli li ssostni l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż waqt li tipprovdi titjib fil-kwalità tal-arja, ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar. “B’din l-inizjattiva għal aktar siġar li wettaqna fl-2019, tajna lin-nies ambjent isbaħ barra mid-djar u l-postjiet tax-xogħol tagħhom u matul ir-rotot li jgħaddu minnhom ta’ kuljum.
Inħeġġu lill-Kunsilli Lokali, organizzazzjonijiet jew individwi interessati biex jipproponulna siti pubbliċi ġodda fejn nistgħu nħawlu aktar siġar matul l-2020 u fis-snin ta’ wara.” Għal aktar tagħrif u għajnuna, żur www.infrastructuremalta. com, jew ikkuntattja lil Infrastructure Malta fuq 2334 1000, info.im@infrastructuremalta. com jew fuq Facebook, Twitter u Instagram.
Il-kuntratturi tal-Aġenzija se jkomplu jsaqqu u jieħdu ħsieb dawn is-siġar għal diversi snin, taħt il-ħarsien ta’ arboristi u esperti oħrajn ambjentali, sakemm ikun żgurat li s-siġar ikunu addattaw ruħhom fl-ambjent il-ġdid tagħhom
09
05.01.2020
kullhadd.com
JITĦABBAR MUDELL ĠDID TA’ HOUSING F’PAJJIŻNA Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ħabbar mudell ġdid ta’ housing. F’konferenza tal-aħbarijiet l-Onorevoli Galdes qal li sa issa l-Gvern tkellem ħafna dwar il-housing soċjali u dwar is-suq privat, iżda llum qiegħed iħabbar it-tielet settur fil-qasam tal-housing, dak ta’ housing affordabbli. “Minn riċerka intensiva li saret mis-Segretarjat immexxi minni, irriżulta l-bżonn ta’ mudell ġdid ta’ housing f ’pajjiżna. Il-mudell ta’ housing affordabbli se jassisti lil dawk li ma jikkwalifikawx għall-housing soċjali, iżda li xorta waħda għandhom bżonn imbuttatura mill-Gvern sabiex ikollhom housing adekwat, u llum qed inħabbar l-ewwel proġett ta’ dan it-tip f ’Malta,” qal Roderick Galdes. L-Onorevoli Galdes ħabbar li l-proġett huwa ppjanat li jsir f ’sit tal-Gvern fil-Fgura, u li x-xogħol mistenni li jibda ġaladarba l-Awtorità tal-Ippjanar tagħti l-permessi meħtieġa għall-iżvilupp ta’ dan is-sit. Huwa stmat li l-ewwel proġett ta’ housing affordabbli ta’ dan it-tip se jkollu nefqa ta’ madwar €10,000,000. Qal ukoll li r-riċerka turi li hawn nuqqas ta’ propjetajiet għall-kiri bi prezzijiet ta’ bejn €300 u €500 u għalhekk il-Gvern ħass il-htieġa li jintervjeni biex jassisti lil dawk li qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-kirjiet. Huwa stmat li l-prezz tal-kirjiet tal-housing affordabbli se jkunu madwar €300 fix-xahar għal appartamenti b’kamra tas-sodda waħda, €400 fix-xahar għal units li fihom żewġt ikmamar tas-sodda u €500 għal
Hija prijorità tagħna bħala Gvern li nassistu li min hu fil-bżonn, filwaqt li nippromwovu l-mobbiltà soċjali fil-proċess
appartamenti bi tlett ikmamar tas-sodda. Is-Segretarju Parlamentari Galdes kompla jgħid li jemmen li dawn huma prezzijiet affordabbli tal-kera għal pajjiżna, meta tikkunsidra l-pagi u l-prezzijiet tal-kirjiet kummerċjali. L-eliġibbiltà għall-housing affordabbli se tkun ibbażata fuq il-kompożizzjoni tal-familja u fuq id-dħul tal-familja. Se jkun assigurat li l-familji li jibbenefikaw minn din l-għajnuna ikunu f ’pożizzjoni li jħallsu l-kirja. Roderick Galdes qal li familja għandha tonfoq madwar 30% tad-dħul tagħha fuq akkomodazzjoni, u għalhekk dawk eliġibbli jridu jkunu f ’pożizzjoni li jħallsu l-prezzijiet stipulati. Persuni li ma jikkwalifikawx għall-housing affordabbli, għax għandhom dħul aktar baxx minn dak li titlob il-kriterja tal-eliġibbiltà, ifisser li huma eliġibbli għall-housing soċjali. Iċ-Chairperson tal-Bord tal-Housing Affordabbli Joseph Bartolo qal fil-konferenza tal-aħbarijiet li dan il-proġett ser ikun qed jitħallas permezz tal-kirjiet infushom hekk kif huwa proġett self-sustained. Qal li l-units se jkunu qed jinbnew fuq sit tal-Gvern. Però l-ispejjeż tal-iżvilupp ta’ dan is-sit se jkunu ffinanzjati minn bank permezz ta’ loan li tingħata lill-Awtorità tad-Djar, imbagħad il-loan titħallas permezz tad-dħul mill-kirjiet. Roderick Galdes żied jgħid li ġaladarba l-loan tinfeda, l-appartamenti jsiru assi tal-Istat u f ’dak l-istadju l-Awtorità tadDjar tibda tagħmel anki profitt mill-Housing Affordabbli, bil-għan li l-Awtorità tkun tista’ tkompli tgħin aktar familji permezz ta’ skemi, miżuri u proġetti li jippromwovu housing adekwat għal kulħadd. Tħabbar ukoll li l-kuntratti tal-housing affordabbli se jkunu twal ħames snin sabiex il-familji li jkunu qed jgħixu f ’dawn il-kirjiet ikollhom l-istabbiltà. Mat-tmiem tal-kuntratt imbagħad l-Awtorità tad-Djar se tkun qed terġa’ tanalizza s-sitwazzjoni finanzjarja u soċjali ta’ dawn il-familji u fejn hu possibbli tgħinhom biex jagħmlu użu minn skemi eżistenti u oħrajn ġodda sabiex kemm jista’ jkun, bl-għajnuna tal-Istat, jixtru l-propjetà tagħhom u jsiru sidien ta’ djarhom. “Hija prijorità tagħna bħala Gvern li nassistu li min hu fil-bżonn, filwaqt li nippromwovu l-mobbiltà soċjali fil-
Il-mudell ta’ housing affordabbli se jassisti lil dawk li ma jikkwalifikawx għall-housing soċjali, iżda li xorta waħda għandhom bżonn imbuttatura mill-Gvern sabiex ikollhom housing adekwat
proċess,” żied jgħid is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes. Fil-konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali għadda lill-Awtorità tad-Djar ir-responsabbiltà mill-iżvilupp ta’ dan l-ewwel proġett ta’ housing affordabbli, wara li inqas minn sena ilu twaqqaf Bord, immexxi mis-Sur Joseph Bartolo, fi ħdan l-Awtorità tad-Djar. Minnufih il-Bord kien beda jaħdem mal-banek u mas-Social Planning Management Unit biex illum hemm pjan ċar ta’ kif se jkun qed jitħaddem dan il-mudell ta’ housing affordabbli, li huwa għalkollox innovattiv għal pajjiż-
na. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid Mckay qal: “Wara li fix-xhur li għaddew l-Awtorità tad-Djar investiet u introduċiet skemi li permezz tagħhom aktar familji qegħdin isiru sidien ta’ darhom, fosthom dik tal-Equity Sharing u Loans Soċjali filwaqt li baqgħet titħaddem l-iskema Sir Sid Darek, inħass il-bżonn speċifiku ta’ proġett b’kirjiet affordabbli li se jimmaterjalizza fix-xhur li ġejjin. Nemmen li huwa r-rwol tal-Istat li jassigura li s-suq ikun aċċessibbli għal kulħadd u dan anke fil-kuntest tar-riforma tal-kirjiet residenzjali privati.”
L-Onorevoli Galdes żied jgħid li, “il-mudell ta’ housing li qed nintroduċu llum huwa mudell sostenibbli li permezz tiegħu bħala Stat se nkunu nistgħu nassistu aktar familji biex iħallsu kirjiet affordabbli filwaqt li jimxu ’l quddiem f ’ħajjithom matul il-proċess. Nistgħu ngħidu li f ’dawn l-aħħar sentejn u nofs, bħala Gvern, irnexxielna noħolqu katina bejn it-tliet setturi ewlenin tal-housing: il-housing soċjali, is-suq privat, u issa anki l-housing affordabbli. Il-pass li jmiss huwa li bħala Segretarjat inkomplu nħaddmu l-valuri ta’ ġustizzja soċjali u nkomplu ntejbu dawn it-tliet setturi.”
11
05.01.2020
kullhadd.com
JOSEPH MUSCAT
BIDLA POŻITTIVA GĦALL-MALTIN U L-GĦAWDXIN
12
05.01.2020
kullhadd.com
GĦAXAR REBĦIET Joseph Muscat huwa l-uniku mexxej ta’ partit politiku fl-istorja ta’ Malta sal-lum, li rebaħ l-elezzjonijiet kollha li fihom mexxa lill-Partit Laburista – 10 minn 10, kemm mill-oppożizzjoni kif ukoll mill-gvern.
Il-Partit Laburista kiseb l-ewwel rebħiet tiegħu taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat fl-elezzjonjiet tal-Parlament Ewropew u talKunsilli Lokali tal-2009 meta dakinhar kiseb ftit aktar minn 54% tal-voti. Fl-2012 il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonjiet tal-Kunsilli Lokali bl-appoġġ ta’ kważi 56%.
Sena wara, fl-2013, il-PL reġa’ mhux biss rebaħ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali iżda kiseb rebħa kbira fl-elezzjoni ġenerali tad-9 ta’ Marzu fejn kiseb l-appoġġ ta’ kważi 55% b’distakk ta’ 36,000 vot.
Is-suċċessi fl-elezzjonijiet għall-Partit Laburista baqgħu jaslu wkoll b’Joseph Muscat bħala Prim Ministru. Fl-2014 il-Partit Laburista sar l-ewwel partit fil-Gvern f ’pajjiżna li rebaħ l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew meta kiseb 53% tal-voti. Sena wara l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Fit-3 ta’ Ġunju tal-2017, imbagħad il-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat reġa’ rebaħ l-elezzjoni ġenerali din iddarba b’distakk ta’ 40,000, distakk ikbar minn dak tal-2013. F’din l-elezzjoni l-Partit Laburista kiseb anki maġġoranza assoluta ta’ voti f ’Għawdex, kisba li kien ilu ma jagħmel sa mill-1955.
F’Mejju 2019 kienu tnejn l-appuntamenti elettorali li l-Partit Laburista, għal darb’oħra mmexxi minn Joseph Muscat, reġa’ rebaħ. Il-Partit Laburista mill-Gvern reġa’ rebaħ għat-tieni darba konsekuttiva l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, b’distakk ta’ kważi 43,000 vot. Għall-ewwel darba l-Partit Laburista eleġġa 4 mis-6 Membri Parlamentari Ewropej Maltin.
Fl-istess ġurnata saru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex. Il-Partit Laburista kiseb l-appoġġ ta’ kważi 58% u għadda lill-PN bi ftit iktar minn 47,000 vot, distakk rekord fl-istorja tal-elezzjonijiet f ’pajjiżna. Il-Partit Laburista llum għandu l-maġġoranza f ’47 lokalità u l-Partit Nazzjonalista f ’19. F’26 sena ta’ Kunsilli Lokali, il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza għall-ewwel darba fil-Belt Valletta u fis-Siġġiewi waqt li rebaħ ukoll il-maġġoranzi fil-Mosta, f ’San Pawl il-Baħar u f ’San Ġwann mingħand il-PN.
13
05.01.2020
kullhadd.com
MIRAKLU EKONOMIKU Is-seba’ snin ta’ wara Marzu 2013 kienu miraklu ekonomiku għal pajjiżna. Dan għaliex l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna fis-seba’ snin ta’ qabel kien kajman ħafna. Minbarra l-impatt tar-riċessjoni internazzjonali li kienet laqtet lil pajjiżna, id-dinamiżmu tal-ekonomija Maltija kien naqas sewwa. Dan joħroġ mhux biss minn statistika uffiċjali, imma wkoll mill-analiżi li kienet tagħmel il-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll mid-deċiżjonijiet meħuda minn aġenziji internazzjonali ta’ kreditu. Fil-fatt, pajjiżna kien suġġett għal in-depth review taħt il-Macroeconomic Imbalance Procedure tal-Unjoni Ewropea, għax il-qagħda ekonomika kienet meqjusa ta’ riskju. Il-credit rating ta’ Malta fl-istess snin kien naqas minn A1 għal A3 għal Moody’s, minn A+ għal A għal Fitch u minn A għal BBB+ għal Standard and Poors. Illum, dawn l-aġenziji kollha reġgħu tejbu r-rating ta’ pajjiżna, filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea mhux talli tara riskji għall-ekonomija tagħna, imma saħansitra qed tbassar li Malta ser tkun l-ekonomija Ewropea li l-aktar se tikber fis-sentejn li ġejjin. Biex nanalizzaw l-andament ekonomiku mill-2013 ’l hawn għażilna 10 indikaturi ekonomiċi u kkalkulajna l-medja tagħhom f ’dawn l-aħħar seba’ snin. Imbagħad, dawn huma kkumparati mal-medja tas-seba’ snin ta’ qabel l-2013. Importanti li wieħed iqis li meta tħares lejn medja, ma tkunx qed tara l-aqwa riżultat għal dak il-perjodu imma l-valur tan-nofs, li jfisser li f ’ċerti snin, l-indikatur ekonomiku kien ferm aħjar mill-medja. L-indikatur li l-aktar jintuża biex jitkejjel l-andament ekonomiku huwa t-tkabbir fil-valur tal-ġid nazzjonali. Dan tal-aħħar huwa t-total tal-produzzjoni, dħul u nfiq matul dak il-perjodu. Is-sena d-dieħla huwa mistenni li l-ġid nazzjonali jkun id-doppju ta’ dak li kien fl-2012. Fil-fatt, fis-seba’ snin wara l-bidla fil-Gvern bħala medja, kull sena l-ekonomija Maltija kibret bi kważi 7%. Dan huwa ferm aktar minn tliet darbiet il-medja Ewropea, kif ukoll mill-medja tat-tkabbir li pajjiżna kien ra qabel l-2013. B’riżultat ta’ hekk, il-ġid nazzjonali ras għal ras ta’ pajjiżna għall-ewwel darba fl-istorja laħaq il-valur medju tal-Unjoni Ewropea. Meta dħalna fl-UE, tant ilġid nazzjonali ras għal ras ta’ pajjiżna kien baxx meta tqabblu mal-bqija tal-pajjiżi talUE, li pajjiżna kien jingħata fondi speċjali. F’seba’ snin, dan id-distakk ġie eliminat kompletament. F’kull sena, mill-bidla fl-amministrazzjoni, pajjiżna dejjem kellu l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-impjiegi minn fost il-pajjiżi kollha tal-UE. Filwaqt li fl-2012 kien hemm distakk ta’ ħames punti perċentwali fil-proporzjon tal-popolazzjoni li taħdem f ’Malta meta mqabbel mal-medja Ewropea, illum għandna distakk pożittiv li mistenni jlaħħaq il-ħames punti perċentwali favurina. Kull sena l-impjiegi (kemm fulltime u part-time) żdiedu b’medja ta’ kważi 10,600. Dan meta fis-seba’ snin ta’ qabel iż-żieda annwali l-medja kienet ta’ ftit aktar minn 3,100. Fil-fatt, f ’leġiżlatura waħda nħolqu aktar impjiegi milli fit-tliet leġiżlaturi preċedenti meħudin flimkien.
L-andament ekonomiku b’saħħtu kien rifless f’sentiment ta’ ottimiżmu kbir fost l-azjendi u l-konsumaturi f’pajjiżna L-andament ekonomiku b’saħħtu kien rifless f ’sentiment ta’ ottimiżmu kbir fost l-azjendi u l-konsumaturi f ’pajjiżna. Dan joħroġ mill-istħarriġ li ta’ kull xahar li l-Kummisjoni Ewropea tagħmel fost kumpaniji u familji f ’Malta u Għawdex. Ir-risposti għal dan l-istħarriġ jiġu konvertiti f ’indiċi, li l-valur tiegħu jkun 100 bħala medja. Filwaqt li fis-seba’ snin ta’ qabel il-bidla fil-Gvern, l-indiċi tas-sentiment kellu medja ta’ 96, fl-aħħar snin dan żdied għal 107. Dan ifisser bidla ta’ aktar minn 11% fl-ottimiżmu. Tant li fil-maġġor parti ta’ dan iż-żmien, pajjiżna kellu l-ogħla livell ta’ ottimiżmu ekonomiku minn fost ilpajjiżi taż-żona ewro. Miżura oħra tas-sentiment pożittiv hija l-livell tal-investiment osservat f ’pajjiżna. Bħala medja, dan żdied għal kważi €1.8 biljun fl-aħħar seba’ snin, jew titjib medju ta’ 38%. Ta’ min jinnota li din is-sena l-investiment mistenni jaqbeż iż-€2 biljun għat-tieni darba fl-istorja ta’ pajjiżna. Element importanti ħafna huwa l-fatt li mill-
2013 ’l hawn, il-valur tal-investiment dirett barrani rdoppja, b’żieda netta ta’ €2.7 biljun. Dan l-investiment kien possibli minħabba l-profitti kbar li qed jagħmlu l-ażjendi f ’pajjiżna. Tant li bħala medja, dawn kellhom profitti ta’ kważi €5 biljun fis-sena, jew kważi d-doppju tal-livell fis-seba’ snin qabel il-bidla fil-Gvern. L-ambjent ekonomiku pożittiv ma gawdewx minnu biss ditti diġà stabbiliti, imma fil-fatt wassal biex ħafna jidħu għall-ewwel darba fil-qasam kummerċjali. Filwaqt li qabel l-2013 bħala medja l-ammont ta’ azjendi f ’pajjiżna kien jiżdied b’ madwar 4,500 fis-sena, iż-żieda issa tilħaq kważi 7,000 fis-sena. Mal-kumpaniji gawdew ukoll il-ħaddiema. Minbarra li minflok il-ħaddiema jfittxu x-xogħol, spiċċajna li x-xogħol ifittex lill-ħaddiema, bl-employers igergru li ma jistgħux isibu nies, it-tkabbir ekonomiku wassal għal żidiet ogħla fil-pagi. Skont il-Labour Force Survey, il-paga medja issa tlaħħaq kważi €19,500, jew kważi €4,000 Seba’ snin qabel il-bidla fil-Gvern
ogħla mill-2012. Bħala medja, il-paga medja fl-aħħar seba’ snin żdiedet bi €11 filġimgħa. Fis-seba’ snin qabel l-2013, iż-żieda kienet tlaħħaq €9.50 fil-ġimgħa biss. Dan meta f ’dawk is-snin l-għoli tal-ħajja kien ferm aktar ta’ piż għall-ħaddiema. Fil-fatt, qabel il-bidla fil-Gvern bħala medja, kull sena l-inflazzjoni kienet ta’ 2.5%, kontra 1.7% fl-aħħar snin. Meta tqis l-inflazzjoni, il-ħaddiem medju ra l-poter ta’ akkwist jiżdied b’10% fis-seba’ snin qabel l-2013, kontra żieda ta’ 22% fis-seba’ snin li għaddew. Raġuni ewlenija wara t-tnaqqis tal-inflazzjoni fl-aħħar snin kien it-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, il-politika ta’ stabbiltà fil-prezz tal-fuel u l-fatt li għal diversi snin, il-Gvern ma daħħal l-ebda piż ġdid fil-baġits. It-titjib fil-finanzi tal-azjendi u tal-familji wassal biex bħala nazzjon għall-ewwel darba f ’diversi snin irnexxielna jkollna surplus fil-bilanċ tal-pagamenti internazzjonali. Filwaqt li qabel l-2013, pajjiżna kellu defiċit li bħala medja kien ta’ 3% tal-ġid nazzjonali – wieħed mill-agħar riżultati madwar l-UE, issa pajjiżna għandu t-tieni l-ogħla surplus fl-UE. Bħala medja, irnexxielna nesportaw aktar milli nimportaw, aktar minn 7% talġid nazzjonali ta’ pajjiżna. Minn pajjiż jiddejjen, spiċċajna pajjiż li qed ikollu riżorsi biex jibda jinvesti barra minn xtutna. Waqt li ħafna jafu li l-Gvern irnexxielu jnaqqas il-piż tad-dejn tiegħu, ftit huma konxji li anke d-dejn tal-azjendi privati naqas drastikament. Fil-fatt, minn sitwazzjoni fejn in-negozji f ’pajjiżna kellhom djun ekwivalenti għal kważi l-produzzjoni nazzjonali ta’ sena sħiħa, issa nqasna għal kważi tliet kwarti. Dan minkejja li qatt daqs illum, il-kumpaniji f ’pajjiżna qed jonfqu mijiet ta’ miljuni f ’investimenti u proġetti kapitali. Tant huma f ’pożizzjoni tajba li lanqas għandhom bżonn jissellfu mingħand il-banek bħalma kien ikollhom jagħmlu fi snin oħra. Dan huwa l-legat tal-miraklu ekonomiku tal-aħħar snin. Ekonomija b’sitwazzjoni ta’ full employment, b’livell ta’ investiment rekord u bl-aqwa ritmu ta’ tkabbir fost ilpajjiżi tal-UE. Seba’ snin wara l-bidla filGvern
Tkabbir ekonomiku
2.0%
6.9%
Żieda fl-impjieg
3,151
10,559
96
107
Livell ta’ investiment fil-pajjiż
€1.27 biljun
€1.75 biljun
Livell ta’ profitti ta’ azjendi
€2.74 biljun
€4.93 biljun
Żieda fin-numru ta’ azjendi
4.530
6,899
€9.50 fil-ġimgħa
€11 fil-ġimgħa
2.5%
1.7%
Bilanċ tal-pagamenti internazzjonali
-3% tal-ġid nazzjonali
+7.3% tal-ġid nazzjonali
Dejn tas-settur provat
99% tal-ġid nazzjonali
79% tal-ġid nazzjonali
Sentiment ekonomiku
Żieda fil-paga medja Rata ta’ inflazzjoni
14
05.01.2020
kullhadd.com
MINN DEFIĊIT GĦAL SURPLUS F’Marzu tal-2013, l-amministrazzjoni ġdida sabet ma’ wiċċha bħala wirt l-ogħla defiċit u l-akbar piż tad-dejn nazzjonali fl-istorja ta’ pajjiżna. Il-Kummissjoni Ewropea kienet qed tistenna wara l-bieb b’notifika ġdida ta’ Excessive Deficit Procedure għal pajjiżna, u rakkomandazzjonijiet biex jidħlu miżuri ta’ awsterità. L-IMF kienet qed twissi li l-piż tad-dejn kien ser jisplodi jekk l-amministrazzjoni l-ġdida tipprova twettaq il-wegħdiet elettorali, filwaqt li l-aġenziji internazzjonali ta’ kreditu kienu qed inaqqsu r-rating ta’ pajjiżna, wara l-esperjenza negattiva li kellhom tal-wegħdiet tal-Gvern preċedenti fejn tidħol tmexxija tal-finanzi pubbliċi. Il-Gvern ġdid ta’ Dr Joseph Muscat kellu għażla quddiemu. Jew jagħżel ittriq il-faċli li jobdi l-istituzzjonijiet internazzjonali u ma jwettaqx il-wegħdiet li tawh mandat, jew inkella jirriskja l-għadab tal-esperti barranin u jibqa’ għaddej bil-pjan tal-manifest elettorali. Amministrazzjonijiet preċedenti, fosthom il-Gvern Laburista tal-1996 u l-Gvern ta’ Gonzi fl-2008, kienu għażlu li meta jiġu affaċċjati minn għawġ finanzjarju, jitfgħu l-piżijiet fuq il-poplu u jrossu ċ-ċintorin. L-amministrazzjoni ta’ Dr Joseph Muscat ħadet triq oħra – triq ta’ tnaqqis fit-taxxi, żieda fl-ispiża soċjali u investiment pubbliku. Dan waqt li bdiet riforma strutturali biex ittejjeb l-istat imwiegħer ta’ diversi azjendi pubbliċi. Il-finanzi pubbliċi ta’ pajjiżna llum huma kompletament trasformati b’riżultat ta’ dawn l-għażliet u deċiżjonijet diffiċli. Minn l-akbar żbilanċ fil-Fond Konsolidat fl-istorja ta’ pajjiżna, il-Gvern Malti din is-sena se jkollu surplus ta’ €48 miljun. Titjib ta’ kważi €400 miljun. Anke meta tħares lejn il-bilanċ tal-Gvern estiż – li huwa l-miżura uffiċjali tal-istat tal-finanzi pubbliċi, wieħed jinnota bidla radikali. Minn wieħed mill-agħar defiċits fost il-pajjizi tal-UE, pajjiżna issa għandu t-tielet l-ogħla surplus. Minn pajjiż
li f ’anqas minn 10 snin kien laqqat tliet warnings mill-Kummissjoni Ewropea ta’ defiċit eċċessiv, issa l-esperti Ewropej qed ibassru li l-finanzi ta’ pajjiżna ser jibqgħu f ’surplus fis-snin li ġejjin. Minn defiċit ta’ 3.5%, l-ogħla fl-istorja ta’ pajjiżna, issa ilna erba’ snin b’surpluses ta’ aktar minn 1% tal-ġid nazzjonali. Fi tmiem Marzu tal-2013, il-piż tad-dejn pubbliku kien qabeż il-71% tal-ġid nazzjonali. Dan meta t-trattat ta’ Maastricht jorbot lill-pajjiżi tal-UE biex ikollhom dejn ta’ anqas minn 60%. Agħar minn hekk, l-esperti tal-IMF fl-ewwel żjara tagħhom f ’pajjiżna wara l-bidla fil-Gvern kienu bassru li l-piż tad-dejn kien ser jitla’ għal 75% jekk il-Gvern ma jaddottax miżuri t’awsterità. L-għażliet għaqlija tal-amministrazzjoni ta’ Dr Joseph Muscat wasslu biex altru milli d-dejn sploda għal 75%, sa tmiem din is-sena l-piż ser ikun naqas għal 43%. Barra minn hekk, il-pjan tal-Gvern hu li sa tmiem din il-leġiżlatura, il-piż tad-dejn ikun naqas għal taħt 35%, jew in-nofs tal-piż li kien hemm fl-2013. Dan huwa pjan fattibbli skont il-Kummissjoni Ewropea u l-esperti internazzjonali. Dawn issa għandhom fiduċja fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi ta’ pajjiżna wara li f ’legiżlatura waħda, raw il-piż tad-dejn akkumulat mit-tliet amministrazzjonijiet preċedenti jiġi eliminat totalment. Fl-aħħar snin, mhux talli niżel il-piż relattiv tad-dejn, talli issa l-Gvern qiegħed iħallas lura parti mid-dejn pubbliku billi joħroġ stocks tal-Gvern ferm anqas mill-ammont li jkun qed jimmatura. Barra minn hekk, il-Gvern żied b’mod qawwi d-depositi tiegħu mal-banek, li issa jlaħħqu €1.5 biljun, €1 biljun aktar minn Marzu tal-2013. Il-Gvern waqqaf ukoll Bank ta’ Żvilupp kif ukoll Fond Nazzjonali. F’dan tal-aħħar, il-Gvern diġà poġġa madwar nofs biljun ewro. Minbarra li sewwiet il-qagħda finanzjarja tal-Gvern Ċentrali, din l-amministrazzjoni dawret ir-rotta ta’ diversi
Minn l-akbar żbilanċ fil-Fond Konsolidat fl-istorja ta’ pajjiżna, il-Gvern Malti din is-sena se jkollu surplus ta’ €48 miljun
entitajiet pubbliċi. Tant li l-piż tal-garanziji li l-Gvern jagħti lill-entitajiet pubbliċi naqas bin-nofs, minn kważi 17% tal-ġid nazzjonali għal ftit aktar minn 8%. It-trasformazzjoni tal-qagħda finanzjarja tas-settur pubbliku seħħet mingħajr ma tpoġġew piżijiet ġodda fuq il-poplu. Fil-fatt, dan il-Gvern huwa l-uniku wieħed fl-istorja tal-pajjiż li naqqas ir-rata tal-income tax jew daħħal rifużjonijiet ġodda f ’kull baġit li għamel. Barra minn hekk, fl-aħħar baġits ma daħħal l-ebda miżura ġdida ta’ taxxi. B’riżultat ta’ hekk, l-istatistika tal-Eurostat tindika li wara snin li fihom il-piż tat-taxxi kien tiela’ b’mod mgħaġġel, fl-aħħar seba’ snin filfatt kien hemm tnaqqis. Minn sitwazzjoni fejn il-Gvern kien jieħu kważi 34% tal-ġid nazzjonali, issa sar jieħu 33% biss. B’riżultat ta’ hekk, skont il-Kummissjoni Ewropea, pajjiżna għandu l-anqas rata ta’ taxxi fuq dawk bi dħul baxx minn fost il-pajjiżi tal-UE. Minkejja li naqqas il-piż tat-taxxi, l-am-
Qabel il-bidla fil-Gvern
Illum
-€342 miljun
+ €48 miljun
Bilanċ tal-Gvern estiż
-3.5% tal-ġid nazzjonali
+1.4% tal-ġid nazzjonali
Piż tad-dejn pubbliku
71.1% tal-ġid nazzjonali
43.1% tal-ġid nazzjonali
Piż tal-garanziji tal-Gvern
16.5% tal-ġid nazzjonali
8.3% tal-ġid nazzjonali
Piż tat-taxxi
33.7% tal-ġid nazzjonali
33.3.% tal-ġid nazzjonali
Piż tal-ispiża rikorrenti
39.5% tal-ġid nazzjonali
33.5% tal-ġid nazzjonali
Spiża fuq imgħax
€226 miljun
€193 miljun
Proporzjon ta’ impjiegi full-time mas-settur pubbliku
27% tat-total
22% tat-total
Spiża kapitali
€233 miljun
€583 miljun
Rating tal-kreditu tal-pajjiż
A / A3 / BBB
A+ / A2 / A-
Bilanċ fil-Fond Konsolidat
ministrazzjoni ta’ Dr Joseph Muscat irnexxielha ddawwar defiċit f ’surplus. Dan billi l-ispiża pubblika tmexxiet b’galbu. Il-piż tal-ispiża rikorrenti naqset minn kważi 40% tal-ġid nazzjonali għal ftit aktar minn 33%. Waħda mill-kawżi ta’ dan, kien it-tnaqqis fid-dipendenza fuq servizzi soċjali frott it-tkabbir ekonomiku, kif ukoll riformi li tejbu l-effiċjenza ta’ diversi dipartimenti talGvern. Fattur ieħor kien it-tnaqqis fl-ispiża fuq imgħax. Filwaqt li fis-snin ta’ qabel, l-imgħax fuq id-dejn nazzjonali kien l-item ta’ spiża li l-aktar li jiżdied, issa ilu snin jonqos. Mhux biss bħala proporzjon tal-ġid nazzjonali, imma saħansitra f ’termini assoluti. Illum pajjizna qed iħallas 15% anqas f ’imgħaxijiet milli kien ikollu jonfoq fl-2012. Element importanti ieħor hu li l-proporzjon ta’ dawk li jaħdmu mas-settur pubbliku naqas b’mod sinifikanti. Fl2019, 22% biss tal-full-timers jaħdmu mal-Gvern, kontra l-proporzjon ta’ 27% li kien hemm fl-2012. Dan ma jfissirx li l-Gvern naqqas l-ammont ta’ ħaddiema. Fil-fatt, fejn jidħlu ħaddiema fis-settur tas-saħħa u l-edukazzjoni pubblika, din l-amministrazzjoni żiedet madwar 2,000 ħaddiem full-time. Il-Gvern immexxi minn Dr Joseph Muscat se jibqa’ msemmi wkoll bħala dak li żied bil-qawwi l-ispiża kapitali, permezz ta’ investiment qawwi fl-infrastruttura, edukazzjoni u saħħa. Din is-sena, l-ispiża kapitali tal-Gvern ser tilħaq €583 miljun, jew €350 miljun aktar mill2012. L-irduppjar tal-ispiża kapitali pubblika mistenni jżid il-kapaċità produttiva ta’ pajjiżna u jpoġġi s-sisien tat-tkabbir futur tal-ekonomija tagħna. It-titjib fil-finanzi pubbliċi, kif ukoll fit-tmexxija ekonomika ta’ pajjiżna, wasslet biex l-aġenziji internazzjonali ta’ kreditu dawru r-rotta u reġgħu bdew jgħollu r-ratings ta’ pajjiżna. Barra milli għollew ir-rating, il-maġġoranza tagħhom għandhom outlook pożittiv għalih, li jfisser li huma fiduċjużi li l-finanzi ta’ pajjiżna ser jibqgħu fis-sod.
15
05.01.2020
kullhadd.com
GRAZZI JOSEPH! Editorjal
L-istorja tal-Ġenerazzjoni Rebbieħa li twieldet bil-ħatra ta’ Joseph Muscat bħala Mexxej tal-Partit Laburista fl-2008 hi waħda pożittiva
Din hi l-aħħar ħarġa tal-gazzetta KullĦadd b’Joseph Muscat Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista. Għaldaqstant, ma jistax jonqos li permezz ta’ dan l-editorjal inroddu ħajr lil Joseph Muscat għal dak li wettaq fl-aħħar 11–il sena u ftit xhur li matulhom kien Mexxej tal-Partit Laburista. Joseph Muscat kien ilu jaħdem f ’dan il-partit sa minn żgħożitu, inkluż b’kontribut f ’din ilgazzetta li llum ilha teżisti iktar minn 26 sena. Matul dawn is-26 sena, għal ħafna drabi konna nirrapportaw u ninvestigaw bħala gazzetta tal-partit fl-oppożizzjoni. Għajr għal sentejn, li matulhom il-Partit Laburista kien fil-gvern, dawk kienu snin fejn f ’dawn il-paġni ktibna dwar x’tip ta’ Malta ridna ngħixu fiha. Dik il-Malta tahielna l-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat. L-istorja ta’ Joseph Muscat ma bdietx u spiċċat fl-aħħar xahar. Ikun ta’ għajb jekk inħallu lil min jibni din in-narrattiva. Huwa minnu li t-tmiem ta’ Joseph Muscat f ’din il-kariga qed iseħħ kif ma xtaq ħadd. Però, huwa minnu wkoll li wasalna sa hawn għax
taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat issolva wieħed mill-iktar każi serji li kien hawn f ’pajjiżna. Kien hu li ħa l-passi kollha meħtieġa mitluba biex naslu għall-ġustizzja. Però dan hu biss episodju wieħed minn dak li għexna flimkien għal iktar minn deċennju. Il-memorja tagħna mhix se tieqaf fl-aħħar xahrejn u l-aħħar xahrejn mhumiex l-istorja ta’ dan il-moviment. Il-moviment li għaqqad il-poplu b’mod bla preċedent, tant li kiseb l-ikbar rebħiet fl-istorja politika ta’ pajjiżna. L-istorja tal-Ġenerazzjoni Rebbieħa li twieldet bil-ħatra ta’ Joseph Muscat bħala Mexxej tal-Partit Laburista fl-2008 hi waħda pożittiva. Il-Partit Laburista rebaħ il-gvern meta l-pajjiż kien qed jingħata d-downgrades mill-aġenziji internazzjonali tal-kreditu, meta l-faqar kien qed jiżdied, meta l-istat kien lest jibgħat awtur il-ħabs fuq storja li kiteb u meta l-libertajiet tal-persuna kienu mgħaffġa fejn saħansitra mhux kulħadd seta’ jiżżewweġ lil min iħobb. Dan kollu nbidel f ’seba’ snin biss. Fil-paġni tagħna f ’din il-gazzetta
llum qed nagħtu ħarsa lejn l-impatt f ’diversi oqsma tal-politika ta’ Joseph Muscat. In-numri jitkellmu waħedhom. Iżda, in-numri mhuma xejn għajr riflessjoni tal-esperjenzi tan-nies. In-numri jfissru familji kuntenti. In-nies li sabu iktar xogħol u xogħol aħjar biex setgħu joħorġu mill-faqar jew saħansitra javvanzaw fil-ħajja tagħhom. In-nies li ngħataw id-dritt iħobbu lil min iridu u jrabbu familja hi x’inhi l-orjentazzjoni sesswali tagħhom jew inkella huma x’inhuma ċ-ċirkostanzi bijoloġiċi u mediċi tagħhom. In-nies li saru sidien ta’ djarhom bl-għajnuna ta’ skemi li daħħal dan il-Gvern jew li tejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom grazzi għall-inizjattivi li ħa l-Gvern ta’ Joseph Muscat bħaċ-childcare b’xejn, l-in-work benefit jew it-tapering tal-benefiċċji. Huma lkoll affarijiet li llum jistgħu jidhru sempliċi għax indraw. Iżda ma kinux meta seba’ snin ilu lanqas biss kienu jeżistu. Anke jekk kritikat bil-bosta mill-Oppożizzjoni, Joseph Muscat kien l-iktar Prim Ministru li reħa poter minn idejh. Kien
taħt it-tmexxija tiegħu li daħlet fis-seħħ l-awtonomija tal-Parlament u kien taħt it-tmexxija tiegħu li tneħħa l-libell kriminali. Kien l-istess Joseph Muscat li neħħa minn idejh il-poter assolut fil-ħatra tal-ġudikanti u li daħħal il-Kummissarju għall-Istandards. Forsi hawn min jargumenta li ma kienx biżżejjed. It-tweġiba ċara hi li żgur li għamel iktar milli għamel kull Prim Ministru qablu. L-episodju traġiku talqtil ta’ Daphne Caruana Galizia seta’ tappan ukoll din il-ħidma anke jekk illum nistgħu ngħidu b’ċertezza li Joseph Muscat ħa l-passi meħtieġa kollha biex naslu għall-ġustizzja u ħallas hu l-ikbar prezz politiku biex il-pajjiż jibda jfiq minn ġerħa ta’ episodju li ma jirriflettix min hu. Nhar il-Ġimgħa, f ’Raħal Ġdid, il-pajjiż jisma’ l-messaġġ ta’ Joseph Muscat bħala Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista għall-aħħar darba. L-appell hu biex nerġgħu nkunu miegħu. Miegħu biex ngħidulu grazzi tal-bidla pożittiva li ġab għall-Partit Laburista u għallpajjiż.
16
05.01.2020
kullhadd.com
FIDUĊJA F’JOSEPH
PAJJIŻ B’IKTAR DRITTIJIET Bit-tmexxija ta’ Joseph Muscat, Malta żiedet id-drittijiet taċ-ċittadini tagħha. Fost oħrajn saret il-mudell għal pajjiżi oħra fid-drittijiet tal-persuni LGBTIQ. L-impenn ta’ dan il-Gvern fejn jidħlu drittijiet ċivili deher mill-ewwel snin tiegħu fit-tmun tal-amministrazzjoni tal-pajjiż. Beda mill-ewwel ħidma biex dak li wiegħed fil-manifest elettorali tiegħu jitwettaq. Mill-ewwel waqqaf Kunsill Konsultattiv biex jagħti pariri lill-Gvern dwar materji li għandhom impatt fuq il-komunità LGBTIQ. Dan il-Kunsill twaqqaf fil-bidu nett tal-leġiżlatura u huwa kompost minn rappreżentanza tal-NGOs kollha li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet għall-persuni LGBTIQ f ’pajjiżna. Eventwalment kien jum storiku għal pajjiżna meta l-Parlament approva d-dħul tal-liġi dwar l-unjoni ċivili minkejja l-astensjoni tal-Oppożizzjoni, u jum daqstant importanti meta ġiet approvata l-liġi dwar l-identità tal-ġeneru. Forsi l-qofol intlaħaq meta fl-2017 pajjiżna daħħal iż-żwieġ ugwali. Il-ħidma u l-kisbiet f ’dan is-settur kienu tant rikonoxxuti li fl-2017 il-Belġju ffirma Memorandum of Understanding ma’ Malta biex ifassal il-liġi tal-identità tal-ġeneru fuq ilmudell ta’ Malta. Il-kisbiet ta’ pajjiżna Eventwalment h u m a mfaħħra kien jum storiku wkoll
għal pajjiżna meta l-Parlament approva d-dħul tal-liġi dwar l-unjoni ċivili minkejja l-astensjoni tal-Oppożizzjoni
minn entitajiet internazzjonali. Fil-fatt, f ’rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Magħquda (OHCHR) dwar “Diskriminazzjoni u Vjolenza kontra Individwi Abbażi tal-Orjentazzjoni Sesswali u Identità tal-Ġeneru” Malta ssemmiet b’mod prominenti, fost l-oħrajn, għall-introduzzjoni ta’ miżuri legali biex tiġi indirizzata vjolenza ta’ natura omofobika u transfobika billi ġew introdotti u msaħħa liġijiet kriminali kontra l-mibegħda u billi ġiet miżjuda l-identità tal-ġeneru mal-lista ta’ bażijiet ta’ diskriminazzjoni projbiti inklużi fil-Kostituzzjoni. Malta kienet ukoll imfaħħra bħala waħda mill-pajjiżi ewlenin li projbixxa diskriminazzjoni kontra persuni intersex. Iżda, it-tisħiħ ta’ iktar libertà ma waqafx mad-drittijiet ċivili u kien ikkumplimentat minn riformi fis-settur tal-ġustizzja u favur is-saltna tad-dritt. Mill-2013, il-qasam tal-ġustizzja f ’Malta beda jesperjenza avvanzi kbar u saru riformi li f ’deċennji fuqhom sar biss diskors. Fost oħrajn tneħħiet il-preskrizzjoni minn fuq ilpolitiċi li jagħmlu att ta’ korruzzjoni u nbidlet is-ssistema li biha jinħatru l-ġudikanti biex saret aktar trasparenti u toffri sistema ta’ kontabilità lill-ġudikatura. Għalhekk twaqqaf kumitat responsabbli li jevalwa l-espressjonijiet ta’ interess għal min ikun eliġibbli u meritevoli, skont kriterji stabbiliti, biex isir imħallef jew maġistrat. Daħlet il-liġi li tagħti protezzjoni lill-Whistleblower u daħlet il-liġi l-ġdida dwar il-midja u l-malafama li tagħti libertajiet bla preċedent lill-espressjoni ġurnalistika u għalhekk ingħalaq il-kapitlu dwar il-libell kriminali. Dan wara li kienet diġà tneħħiet iċ-ċensura. Fost oħrajn ġie introdott id-dritt tal-avukat waqt l-arrest u twaqqaf Kumitat Parlamentari li jagħmel skrutinju fuq l-iktar ħatriet pubbliċi regolatorji u diplomatiċi u saret il-firda bejn l-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat. Din hi togħma żgħira biss minn ħemel ta’ riformi taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat li għamlu lil pajjiżna wieħed iktar modern.
Il-Maltin u l-Għawdxin taw analiżi pożittiva għat-tmexxija ta’ Jo Fil-fatt, il-maġġoranza assoluta tal-Maltin jemmnu li Joseph Mu
Dan irriżulta minn stħarriġ xjentifiku tal-Istatistiku Vincent M f ’mument fejn il-Prim Ministru reġa’ kien fil-mira ta’ attakk tal-O li jappoġġjawha u ġimgħa qabel itemm il-perjodu tieg Mistoqsija kif Joseph Muscat affettwa l-ħajja tagħhom 53.8% affettwa l-ħajja tagħhom b’mod pożittiv. Kienu biss 39.9% li li kien hemm 6.2% li indikaw li ħajjithom baqgħet għaddejja lil-fiduċja tagħhom lill-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenera t-tmexxija ta’ Joseph Muscat fissret għalihom esperjenza pożittiv
Il-fatt li Joseph Muscat għandu approvazzjoni simili għal dik l baħ b’maġġoranza straordinarja jixhed li minkejja l-attakki tal-aħ b’saħħtu sal-aħħar il-moviment li mexxa Tant li meta mistoqsija lil min jivvutaw kieku kellha ssir elezz l-istes L-analiżi tal-Istatistiku Vince Marmara turi li d-distakk bħalis Nazzjonalista f ’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada huwa dak ta’ 10. biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista mhux qiegħed jieħu voti minn daw aħħar elezzjoni ġenerali. Fil-fatt iċ-ċaqliq bejn il-partiti huwa mini qegħdin iżomm
Nota: Dan l-istħarriġ sar minn Sag
kullhadd.com
17
05.01.2020
MUSCAT
oseph Muscat bħala Prim Ministru. uscat ħalla effett pożittiv fuq il-ħajja tagħhom u fuq il-pajjiż. Marmara li sar fl-aħħar jiem, proprju Oppożizzjoni u organizzazzjonijiet għu fit-tmexxija tal-partit u l-pajjiż. tal-Maltin wieġbu li Joseph Muscat i qalu li dan ma kienx il-każ, filwaqt -istess. Meta mistoqsija dawk li taw ali li għaddiet kienu 93.7% li qalu li va. Kienu inqas minn 5% li wieġbu fin-negattiv. li kiseb fl-elezzjonijiet ġenerali li reħħar ġimgħat Joseph Muscat żamm a u beda madwar il-Partit Laburista. zjoni għada l-Partit Laburista żamm ss riżultat li kellu f ’Ġunju tal-2017. ssa bejn il-Partit Laburista u l-Partit .8% favur il-Partit Laburista. Jidher awk li vvutaw lill-Partit Laburista flimu ħafna, b’hekk il-partiti bħalissa mu l-istess riżultat għal dak tal-2017.
galytics fit-2 u t-3 ta’ Jannar 2020 permezz tat-telefown. Il-kampjun miġbur kien dak ta’ 450 b’Confidence Level ta’ 95% u Confidence Interval ta’ ±4.6% fost dawk in-nies ta’ età minn 16–il sena ’l fuq.
18
05.01.2020
kullhadd.com
IKTAR XOGĦOL, IKTAR BENEFIĊĊJI Malta ta’ qabel l-2013 kienet pajjiż li kien tilef il-pass, kemm fejn tidħol ekonomija, imma wisq aktar fejn tidħol il-qagħda ta’ dawk l-aktar fil-bżonn. Fil-leġiżlatura ta’ qabel il-bidla fil-Gvern, in-numru ta’ persuni f ’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa kien aktar minn irdoppja minn 17,000 għal 37,000. Għall-ewwel darba fl-istorja, il-proporzjon ta’ dawk li jbatu minn faqar assolut f ’pajjiżna beda jaqbeż il-medja Ewropea. L-ammont ta’ nies jirreġistraw għal xogħol kien tela’ b’1,000 persuna biex laħaq 7,350. Anke n-numru ta’ dawk li jiddependu fuq assistenza soċjali kien żdied b’aktar minn 1,000 persuna biex laħaq kważi 12,000. Għall-ġenerazzjoni sħiħa, il-pensjonijiet u l-benefiċċji soċjali kienu ġew iffriżati, b’titjib limitat għaż-żieda tal-għoli tal-ħajja. Il-bidla fit-tmexxija ekonomika tal-pajjiż fl-2013 kienet akkumpanjata ma’ bidla radikali fil-politika soċjali. Il-pjan tal-Gvern kien ibbażat fuq tliet pilastri. L-ewwel kien il-kreazzjoni tax-xogħol u s-sostenn għan-nisa biex ikunu jistgħu verament jipparteċipaw fil-ħajja ekonomika tal-pajjiż. It-tieni pilastru kien riforma radikali tal-benefiċċji soċjali ħalli dawn jinbidlu minn sistema passiva li twassal għal dipendenza soċjali għal sistema attiva biex persuni jiġu fuq saqajhom u jkunu jistgħu jfendu għal rashom. It-tielet pilastru kien li parti sostanzjali millġid ekonomiku ġdid imur għand dawk l-aktar fil-bżonn, speċjalment dawk li mhumiex f ’pożizzjoni li jaħdmu, permezz taż-żieda fil-livell tal-benefiċċji soċjali. Il-politika tax-xogħol imwettqa mill-Gvern wasslet biex fi ftit snin, l-ammont ta’ dawk jirreġistraw għal xogħol waqa’ għall-anqas livell fl-istorja ta’ pajjiżna. L-ammont ta’ nies fuq ir-reġistru llum huwa anqas minn kwart dak li kien f ’Marzu tal-2013, minn 7,350 naqas għal taħt 1,700. Programmi bħall-garanzija għaż-żgħażagħ, miżuri biex persuni b’diżabilità jkunu impjegati u skemi għal dawk li kien ilhom fuq ir-reġistru ħallew riżultati impressjonanti. Mhux talli hawn aktar job vacancies milli hawn persuni jirreġistraw, imma talli pajjiżna sar jimporta eluf ta’ ħaddiema barranin kull sena. Fejn tidħol il-parteċipazzjoni tan-nisa, din telgħet b’mod straordinarju. Filwaqt li fl-2012 kien hemm ftit aktar minn 67,000 mara taħdem, seba’ snin wara kien hemm kważi 105,000. Din tfisser żieda ta’ 60%. Illum, fost in-nisa taħt l-40 sena, Malta għandha rata ta’ impjiegi 10 punti perċentwali ogħla mill-medja Ewropea. Dan meta sa ftit snin ilu konna ferm anqas mill-medja. Din l-aċċelerazzjoni hija dovuta l-aktar għaċ-childcare b’xejn. Miżura li bbenefikaw minnha aktar minn 21,000 ġenitur. Iż-żieda fix-xogħol wasslet għall-kreazzjoni ta’ middle class ġdida f ’pajjiżna. Iddħul disponibbli tal-familji f ’pajjiżna tela’ minn €3.4 biljun fl-2012 għal €5.2 biljun ftit snin wara. Din tfisser żieda ta’ kważi €2 biljun, jew aktar minn 50%. Grazzi għal din iż-żieda fid-dħul, il-familji tagħna investew bil-kbir. Fil-fatt, in-numru ta’ familji li huma sidien ta’ darhom tela’ minn ftit anqas minn 119,000 għal kważi 148,000. Fl-istess żmien, id-depożiti tal-familji ma’ banek lokali żdiedu minn ftit anqas minn €7.7 biljun għal €12.8 biljun. Fl-10 snin ta’ qabel il-bidla fil-Gvern, il-familji kienu fad-
dlu €2.5 biljun. Fis-seba’ snin li għaddew faddlu aktar minn €5 biljun, jew id-doppju f ’anqas snin. Ir-riformi li wettaq il-Gvern fejn jidħlu benefiċċji soċjali l-ewwel iffukaw fuq ilħolqien ta’ inċentivi biex tonqos id-dipendenza. Wara għexieren ta’ snin fejn l-ammont ta’ dawk fuq assistenza soċjali kien dejjem jikber, fl-aħħar snin rajna waqgħa minn kważi 12,000 għal anqas minn 5,000. Dan kien frott miżuri bħat-tapering, li ħalla lil dawk fuq benefiċċji soċjali jsibu xogħol u jżommu parti mill-benefiċċju soċjali sakemm jidraw il-ħajja lura fid-dinja tax-xogħol. Il-Gvern daħħal ukoll l-in-work benefit fejn id-dħul ta’ dawk fuq l-anqas pagi kien kumplimentat minn benefiċċju tal-Gvern. Kien hemm ukoll miżuri biex jonqsu t-taxxi fuq dawk bl-anqas dħul, fosthom miżuri biex anke dawk li ma jaqilgħux biżżejjed biex iħallsu taxxa tad-dħul ukoll jibbenefikaw mir-roħs li gawda ħaddieħor.
Finalment kien hemm iż-żieda fil-paga minima u miżura biex ħadd ma jdum fuq il-paga minima għal aktar minn sena. Wara li ħadem biex tejjeb l-inċentivi, ilGvern imbagħad għadda għal fażi fejn għolla l-benefiċċji soċjali għal dawk li ma jistgħux jaħdmu. Għal sena wara l-oħra għolla l-pensjonijiet, speċjalment dik minima u tar-romol. Żied il-benefiċċji għall-carers u ta’ dawk b’diżabilità dħul ugwali għal paga minima. Introduċa għajnuna għall-anzjani li joqogħdu fid-dar residenzjali tagħhom, filwaqt li żied b’mod qawwi s-servizzi tassaħħa. Fil-fatt, l-ispiża fuq benefiċċji soċjali, saħħa u kura tal-anzjani, minkejja li naqsu drastikament il-persuni qiegħda u dawk li jiddependu mill-assistenza soċjali, żdiedet minn €1.1 biljun għal €1.8 biljun. Dan ifisser li f ’seba’ snin, il-Gvern qed jonfoq 63% aktar milli kien jonfoq qabel fejn tidħol saħħa, kura tal-anzjani u servizzi soċjali. Id-dħul medju tal-anzjani, li fl-2012 kien
anqas minn €9,500, sal-2018 kien tela’ għal kważi €11,500. Din iż-żieda fid-dħul kienet waħda mill-kawżi għalfejn in-numru ta’ anzjani f ’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa naqas minn 5,000 fl-2013 għal 3,000 fl-2018. Fl-2012 kull min kellu dħul disponibbli ta’ anqas minn €7,000 kien jitqies bħala f ’riskju ta’ faqar. Dakinhar kien hawn madwar 66,000 persuna b’anqas minn dan iddħul. Sitt snin wara jirriżulta li fadal madwar 34,000 persuna bi dħul ta’ anqas minn €7,000. Dan ifisser tnaqqis ta’ kważi n-nofs f ’sitt snin. It-titjib fis-suq tax-xogħol kif ukoll iż-żieda fl-ispiża soċjali jispjega għalfejn bdiet tintrebaħ il-ġlieda kontra l-faqar wara snin twal fejn l-ammont ta’ dawk f ’riskju ta’ faqar kien jiżdied kontinwament. Illum l-ammont ta’ dawk f ’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa huwa fl-anqas livell minn mindu bdiet tinġabar din l-istatistika għal pajjiżna. Minn sitwazzjoni fejn kellna rata ogħla mill-medja Ewropea, din issa waqgħet għal nofs il-medja Ewropea. Il-legat soċjali tal-Gvern ta’ Dr Joseph Muscat huwa għalhekk l-akbar ammont ta’ persuni jaħdmu fl-istorja ta’ pajjiżna, l-anqas ammont ta’ persuni f ’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa u l-ogħla livell ta’ dħul li qatt gawdew minnu l-familji Maltin u Għawdxin. Din hija bażi soda fuq xiex amministrazzjonijiet ġodda jistgħu jkomplu jirbħu l-ġlieda kontra l-faqar u jqassmu aħjar il-ġid f ’pajjiżna.
Qabel il-bidla
L-aktar figuri
fil-Gvern
riċenti
Persuni jirreġistraw għal xogħol
7,350
1,666
Nisa jaħdmu
67,200
104,800
118,637
147,988
Dħul disponibbli tal-familji
€3,423,674,000
€5,225,113,000
Depożiti tal-familji mal-banek lokali
€7,703,900,000
€12,836,000,000
Spiża fuq saħħa, kura tal-anzjani u benefiċċji soċjali
€1,112,801,100
€1,808,133,000
Persuni f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa
37,400
14,246
Nies bi dħul disponibbli ta’ anqas minn €7,000
66,000
34,000
Dħul disponibbli medju tal-anzjani
€9,483
€11,259
Persuni dipendenti fuq assistenza soċjali
11,965
4,882
IMPATT FUQ ID-DINJA TAX-XOGĦOL
IMPATT FUQ IL-QLIGĦ TAL-FAMILJI Familji li huma sidien ta’ darhom
IMPATT FUQ DAWK L-AKTAR FIL-BŻONN
19
05.01.2020
kullhadd.com
QABŻA ’L QUDDIEM FL-EDUKAZZJONI Minbarra li mexxa programm qawwi ta’ investiment fl-infrastruttura u attira ħafna investiment dirett barrani, il-Gvern immexxi minn Dr Joseph Muscat iffoka fl-iżvilupp tal-akbar riżorsa ta’ pajjiżna – ir-riżorsi umani. Filwaqt li tejjeb l-ambjent tax-xogħol u l-inċentivi biex persuna taħdem, il-Gvern ħadem bis-sħiħ ħalli aktar persuni jibqgħu fl-edukazzjoni u biex aktar ħaddiema jtejbu l-ħiliet tagħhom. Il-Gvern żied bil-kbir il-programmi edukattivi u ta’ taħriġ, filwaqt li żied inċentivi fiskali għal dawk li jistudjaw. Ewlenin fost dawn kienu miżuri biex min jagħmel Masters jew Dottorat jibbenifika minn tax holidays, filwaqt li ddaħħlu krediti fis-sistema tas-sigurtà soċjali għal dawk li komplew l-edukazzjoni minflok marru jaħdmu, kif ukoll għall-ħaddiema li jieqfu jaħdmu temporanjament ħalli jsegwu korsijiet ta’ taħriġ.
L-ispiża rikurrenti u kapitali tal-Gvern fuq l-edukazzjoni telgħet bi kważi €200 miljun, jew aktar min-nofs, meta mqabbla mal-2012
Għalkemm l-impatt ta’ dawn il-miżuri jdum ma jilħaq il-milja tiegħu, minn issa l-istatistika diġà qed tindika bidla pożittiva ħafna fil-livell ta’ edukazzjoni u ħiliet f ’pajjiżna. Fost l-oħrajn, filwaqt li qabel il-bidla fil-Gvern 22% ta’ kull ġenerazzjoni ta’ studenti kienu qed iħallu l-bank tal-iskola mal-ewwel opportunità, dan il-proporzjon naqas għal 17%. Dan minkejja l-qagħda ferm tajba fis-suq tax-xogħol, b’pagi ferm ogħla mill-passat kif ukoll b’employers ifittxu b’mod qawwi l-ħaddiema. Minkejja dan, proporzjon dejjem jikber għażel li jkompli jistudja aktar mil-livell mandatorju. Barra minn hekk, meta wieħed iħares lejn iż-żgħażagħ li kienu f ’impjieg jew lanqas kienu qegħdin f ’edukazzjoni, il-proporzjon kważi naqas bin-nofs, minn 11% fl-2012 ghal 7% is-sena li għaddiet. B’hekk għandna rata ta’ żgħażagħ inattivi li hija terz anqas
mill-medja Ewropea. Fl-istess ħin l-ammont ta’ adulti li għażlu li jipparteċipaw b’mod attiv fl-edukazzjoni żdied minn 7% għal 11% matul l-istess perjodu, biex b’hekk ilħaqna għall-ewwel darba l-medja Ewropea. Dawn ix-xejriet fissru li ħafna aktar persuni komplew itejbu l-livell ta’ edukazzjoni u l-ħiliet tagħhom. L-ammont ta’ studenti f ’edukazzjoni terzjarja tela’ minn ftit aktar minn 12,000 għal ftit anqas minn 14,500, żieda ta’ aktar minn 20%. Minn sitwazzjoni fejn madwar 129,500 persuna f ’pajjiżna kellha livell ta’ edukazzjoni ogħla minn dak sekondarju, illum għandna kważi 197,500 b’dan il-livell għoli ta’ edukazzjoni. Din tfisser titjib ta’ aktar minn 50%. Filwaqt li fl-2010 kien terz biss tal-popolazzjoni ta’ pajjiżna li kellhom edukazzjoni aktar minn dik mandatorja, illum għandna aktar minn nofs il-popolazzjoni b’dan
il-livell ta’ taħriġ. Ir-riżultati miksuba huma dovuti għall-impenn qawwi tal-amministrazzjoni f ’dan il-qasam. L-ispiża rikurrenti u kapitali tal-Gvern fuq l-edukazzjoni telgħet bi kważi €200 miljun, jew aktar min-nofs, meta mqabbla mal-2012. Dan filwaqt li n-numru ta’ impjegati full-time fil-qasam edukattiv tela’ minn ftit aktar minn 14,700 għal aktar minn 17,600. L-investiment qawwi fis-settur edukattiv kien akkumpanjat b’diversi miżuri innovattivi, fosthom il-one tablet per child, is-sena sabbatical leave għall-edukaturi u l-mentoring ta’ studenti b’diffikultajiet. Il-Gvern immexxi minn Dr Joseph Muscat wassal għal qabża ’l quddiem fl-edukazzjoni. Dan il-legat ta’ għexieren ta’ eluf aktar li għażlu li jkomplu jistudjaw u jtejbu l-ħiliet tagħhom huwa investiment li ser ikun il-bażi tal-ekonomija futura ta’ pajjiżna.
Qabel il-bidla
L-aktar figuri
fil-Gvern
riċenti
Early school leavers
22%
17%
Żgħażagħ li la huma f’impjieg u lanqas qed jieħdu edukazzjoni
11%
7%
Adulti jipparteċipaw fl-edukazzjoni u fit-taħriġ
7%
11%
Studenti f’edukazzjoni terzjarja
12,203
14,425
Persuni b’edukazzjoni ogħla minn livell sekondarju
129,500
197,400
Spiża pubblika fuq l-edukazzjoni
€368 miljun
€565 miljun
Impjegati full-time fl-edukazzjoni
14,719
17,605
20
05.01.2020
kullhadd.com
IL-MARA B’SEHEM IKBAR FIS-SOĊJETÀ Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-moviment progressiv li sostna l-Gvern ta’ Dr Joseph Muscat kien li tinkiseb ugwaljanza vera għan-nisa fis-soċjetà Maltija. Ħarsa lejn numru ta’ indikaturi li jkopru diversi oqsma tindika li f ’seba’ snin, il-qagħda tan-nisa tjiebet konsiderevolment. Fost l-akbar suċċessi tal-amministrazzjoni ta’ Dr Joseph Muscat kienet iż-żieda spettakolari fir-rata ta’ impjiegi fost in-nisa f ’pajjiżna. Minn sitwazzjoni fejn proporzjon ferm qawwi ta’ nisa kien ikollhom jieqfu jaħdmu meta jkollhom l-ewwel wild, pajjiżna issa qed isir leader fejn tidħol il-parteċipazzjoni tan-nisa żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. L-akbar kawża ta’ dan kien id-dħul taċ-childcare b’xejn li, għal għexieren ta’ eluf ta’ ġenituri, fisser it-tneħħija tal-akbar impediment biex ikomplu jaħdmu. Mentri fl-2012 kienu biss 44% tan-nisa li kellhom impjieg, illum dan il-proporzjon laħaq il-65%. Fl-istess ħin, ir-rata ta’ qgħad fost in-nisa kważi naqset bin-nofs minn 5.9% għal 3.5%, u issa hija l-anqas qatt irreġistrata fl-istorja ta’ pajjiżna. Bidla importanti oħra kienet li l-maġġoranza tal-impjiegi ġodda fost in-nisa kienu f ’xogħlijiet full-time. Tant li l-proporzjon tal-impjiegi fost in-nisa li kienu part-time naqas minn 26% għal 22%. Huwa fatt magħruf li xogħlijiet full-time minbarra li joffru pagi ogħla minn dawk part-time, iwasslu għal prospetti ta’ karriera aħjar. Fl-2019, l-ammont ta’ nisa f ’xogħlijiet maniġerjali, professjonisti u tekniċi kien ilaħħaq is-47,000. Dan ifisser żieda ta’ kważi 80% fuq l-2012. Il-prospetti biex aktar nisa jkollhom xogħlijiet bħal dawn jidhru tajbin ħafna għaliex fl-aħħar seba’ snin, il-proporz-
jon ta’ nisa b’edukazzjoni post-sekondarja jew aħjar tela’ għal 53%. Dan meta sal-2012 kienet tlaħħaq 40% biss. Is-suċċess tan-nisa fil-qasam edukattiv fl-aħħar snin mistenni jkun rifless f ’titjib sinifikanti fil-qasam tax-xogħol fis-snin li ġejjin. Minn meta nbidel il-Gvern ’l hawn, bħala medja, in-nisa ta’ età tax-xogħol raw id-dħul disponibbli tagħhom jiżdied bi €12.80 filġimgħa. L-aktar statistika riċenti ppubblikata mill-Eurostat tindika li bħala medja, in-nisa Maltin ta’ età bejn 16 u 64 għandhom dħul disponnibli ta’ €16,030, kważi €4,000 aktar mill-2012. Iż-żieda li ġiet osservata flaħħar snin tisboq sewwa dik li kien hemm fil-leġiżlatura preċedenti, meta bħala medja, id-dħul tan-nisa kien żdied b’anqas minn €8 fil-ġimgħa. Filwaqt li xi wħud isostnu li t-tkabbir ekonomiku ma kienx mifrux u kien konċentrat fost faxxa limitata fis-soċjetà tagħna, l-istatistika tindika li fir-realtà dawk l-aktar fil-bżonn gawdew bil-kbir. Ejja nieħdu kategorija ta’ nisa li tradizzjonalment kienet fost l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna – is-single parents. Jirriżulta li filwaqt li fl-2012, 75% tas-single parents kienu jiddependu mill-assistenza soċjali, il-proporzjon illum naqas għal 33%. Dan minħabba li ferm aktar single parents setgħu jsibu xogħol minħabba t-tkabbir ekonomiku. Aktar importanti minn hekk kienu miżuri bħaċ-childcare b’xejn, it-tapering tal-benefiċċji soċjali u l-inwork benefit li żiedu l-inċentivi biex dawn in-nisa jkun jaqblilhom isibu impjieg. Iż-żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, ikkumplimentata minn titjib fil-pagi
Ħarsa lejn numru ta’ indikaturi li jkopru diversi oqsma tindika li f’seba’ snin, il-qagħda tan-nisa tjiebet konsiderevolment u mill-benefiċċji soċjali, wasslet ukoll biex jonqsu sewwa l-proporzjon ta’ nisa f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Wara snin fejn dan kien telà konsistentement, mal-bidla fil-Gvern ix-xejra nqalbet, tant li minn aktar minn 24%, dan il-proporzjon issa naqas għal ftit aktar minn 20%. Jirriżulta wkoll li n-numru ta’ nisa f ’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa (pereżempju li ma jifilħux iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jew ma jaffordjawx ċerti neċessitajiet tal-ħajja) naqas minn 20,000 għal 8,000. Dan huwa l-anqas ammont mindu bdiet tinġabar din l-istatistika. L-aktar kategorija ta’ nisa li raw titjib kienu n-nisa anzjani. Taħt l-amministrazzjoni
Qabel il-bidla fil-Gvern
L-aktar figuri riċenti
Proporzjon ta’ nisa f’impjieg
44%
65%
Rata ta’ qgħad fost in-nisa
5.9%
3.5%
Proporzjon tal-impjiegi tan-nisa li kienu part-time
26%
22%
26,300
47,000
40%
53%
€7.80 fil-ġimgħa
€12.80 fil-ġimgħa
Proporzjon ta’ single parents fuq assistenza soċjali
75%
33%
Proporzjon ta’ nisa f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali
24.3%
20.6%
Nisa f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa
20,000
8,000
€114–il miljun
€146 miljun
Nisa f’xogħlijiet maniġerjali, professjonisti jew tekniċi Proporzjon ta’ nisa b’edukazzjoni post-sekondarja Żieda fid-dħul disponibbli medju tan-nisa ta’ età tax-xogħol
Spiża fuq pensjonijiet għar-romol
preċedenti, in-numru ta’ nisa anzjani f ’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa kien tħalla jirdoppja. B’riżultat li minn sitwazzjoni fejn f ’Malta l-faqar assolut fost in-nisa kien nofs il-medja Ewropea, f ’ħames snin bdejna naqbżu l-medja. Il-miżuri li ħadet l-amministrazzjoni mmexxija minn Dr Joseph Muscat, fosthom it-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, għenet biex is-sitwazzjoni nbidlet drastikament, u llum erġajna b’rata ta’ ċaħda materjali severa fost in-nisa anzjani li hija ferm anqas mill-medja Ewropea. Waħda mill-aktar miżuri li għamlet differenza għan-nisa anzjani f ’pajjiżna kienet id-deċiżjoni tal-Gvern li ma jkomplix bil-friża tal-pensjonijiet. Fl-aħħar snin, ir-rata tal-pensjoni minima, kif ukoll dik tar-romol, ingħatat spinta qawwija. Tant li filwaqt li fl-2012 il-Gvern kien jonfoq €114–il miljun fuq il-pensjoni tar-romol, illum jonfoq kważi terz aktar. Barra minn hekk, fir-riformi fil-pensjonijiet li wettaq ilGvern, għamel mezz li jiffavorixxi lin-nisa. Fost l-oħrajn daħħal bonus għal nisa li ma għandhomx kontribuzzjonijiet biżżejjed biex jieħdu pensjoni. Ġiet introdotta l-possibilità li persuna b’mod volontarju tħallas bolla għal snin fejn ma ħadmitx, kif ukoll tjiebu ħafna l-krediti li jingħataw lin-nisa li kienu waqfu jaħdmu minħabba li kellhom it-tfal. Dan minbarra li għal dawk ir-romol li jkollhom pensjoni taghhom, il-Gvern ma għadux inaqqas il-pensjoni tas-sieħeb tagħhom meta dan jiġi nieqes. Il-Gvern immexxi minn Dr Joseph Muscat qed iħalli warajh sitwazzjoni fejn id-distakk bejn in-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol tnaqqas drastikament, fejn nisa li tradizzjonalment kienu f ’qagħda vulnerabbli ngħataw iċ-ċans li jtejbu sewwa s-sitwazzjoni tagħhom u fejn it-tkabbir ekonomiku beda jasal ukoll għand dawk in-nisa li fis-snin passati s-soċjetà tagħna kienet injorathom.
21
05.01.2020
kullhadd.com
AMBJENT AĦJAR Xi wħud isostnu li l-amministrazzjoni ta’ Dr Joseph Muscat ma tatx prijorità lill-qasam ambjentali, u li dan mar lura kumparat mas-sitwazzjoni preċedenti. Ir-realtà li toħroġ minn analizi ta’ statistika uffiċjali turi l-oppost. Taħt l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti mill-1998 sal2012 l-emissjonijiet ta’ CO2 kienu tħallew jiżdiedu bi 15% biex laħqu l-ogħla livell fl-istorja ta’ pajjiżna. Dan kien jirrifletti l-għażla tal-amministrazzjoni Nazzjonalista li jintuża l-aktar fuel li jniġġes biex tiġi prodotta l-enerġija. Tant li fl-aħħar sena qabel il-bidla filGvern, pajjiżna kien qed juża 185 kilotonne of oil equivalent (ktoe) ta’ fuel oil u gas oil fis-settur tal-enerġija. Gvern ġdid Laburista wettaq riformi kbar fil-kamp tal-enerġija biex l-użu ta’ dawn il-fuels li jħammġu jonqos drastikament. Fil-fatt, illum pajjiżna juża ferm anqas minn 10% ta’ dak li kien jikkonsma seba’ snin ilu. B’riżultat ta’ hekk, l-emissjonijiet ta’ CO2 naqsu b’aktar minn 40%. It-tnaqqis fl-emissjonijiet seħħ minkejja li żdiedet ħafna l-attività ekonomika, inkluż l-ammont ta’ turisti u l-popolazzjoni. Il-ġenerazzjoni ta’ enerġija llum toħloq terz tal-emissjonijiet li kien hemm fl-2012. B’hekk, issa sar il-qasam tat-trasport il-qasam fejn l-aktar teżisti sfida fejn jidħlu l-emissjonijiet. It-tkabbir ekonomiku mgħaġġel, flimkien maż-żieda fil-popolazzjoni u t-turiżmu, wassal biex l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport żdiedu b’mod sinifikanti. Imma anke hawnhekk kien hemm xi żviluppi pożittivi. Min-naħa żdied sostanzjalment l-użu tat-trasport pubbliku, frott riformi li wettqet din l-amministrazzjoni fosthom trasport b’xejn għal diversi kategoriji tal-popolazzjoni. Min-naħa l-oħra l-inċentivi li daħħal il-Gvern, kif ukoll il-qagħda finanzjarja dejjem titjieb tal-familji u n-negozji, wasslet biex il-vetturi privati li qed jiġu użati jniġġsu anqas minn dawk li kienu jintużaw fil-passat. Statistika uffiċjali tindika li bħala medja l-emissjonijiet għal kull kilometru tal-vet-
turi ġodda f ’pajjiżna naqsu b’madwar 10%. L-emissjonijiet ras għal ras f ’pajjiżna huma wkoll anqas mill-medja Ewropea. Fl-istess ħin l-ammont ta’ karozzi elettriċi jew ibridi żdied b’10 darbiet l-ammont li kien hemm fl2012. Dan huwa żvilupp promettenti ħafna speċjalment fil-qasam ta’ miżuri li għadhom kemm ġew imħabbra flaħħar Baġit kif ukoll fid-dawl tal-politika biex eventwalment tispiċċa l-importazzjoni ta’ karozzi li jaħdmu bil-petrol u bid-diesel. Il-Gvern immexxi minn Dr Joseph Muscat kellu suċċessi wkoll fejn jidħol il-ħolqien ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Meta mqabbel mal2012 illum pajjiżna jipproduċi ħames darbiet u nofs l-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Dan kien frott diversi inċentivi li offra l-Gvern, u huwa żvilupp impressjonanti meta wieħed iqis li f ’dawn is-snin il-Gvern naqqas ħafna l-kontijiet taddawl. Xi wħud kienu ħasbu li t-tnaqqis tal-kontijiet konvenzjonali seta’ jwassal għal tnaqqis fl-użu ta’ enerġija alternattiva. Fil-prattika l-użu ta’ pannelli fotovoltajċi aċċellera fl-aħħar snin, ferm aktar mis-snin preċedenti. Anke fejn jidħol it-trattament taż-żibel, ir-riżultati kienu inkoraġġanti. L-ammont ta’ żibel li huwa riċiklat kważi rdoppja filwaqt li daħlet ferm aktar il-prattika tas-separazzjoni tal-iskart. Finalment l-amministrazzjoni mmexxija minn Dr Joseph Muscat kienet dik li taħtha saret l-akbar nefqa fuq protezzjoni ambjentali fl-istorja ta’ pajjiżna. Fil-fatt, l-ispiża tal-Gvern ċentrali fuq dan il-qasam triplikat f ’seba’ snin. B’hekk, minkejja l-kritika li rċeviet f ’dan il-qasam, il-ħidma tal-amministrazzjoni ta’ Dr Joseph Muscat wasslet biex il-livelli ta’ emissjonijiet ta’ CO2 fl-arja jmorru lura għal-livell li kienu fil-bidu tas-snin disgħin, jitpoġġew issisien għall-qalba għal użu ta’ enerġija rinnovabbli u mezzi ta’ trasport li jniġġsu anqas, u tibda tinbidel il-kultura tal-familji fejn jidħol riċiklaġġ.
B’Joseph Muscat Prim Ministru Malta mexxiet b’suċċess il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tant li fi tmiem is-sitt xhur tal-perjodu li Malta kienet fit-tmun, l-esperjenza Maltija kienet deskritta bħala waħda pożittiva u ta’ eżempju għal pajjiżi oħra. F’mumenti u sitwazzjonijiet ta’ taqlib internazzjonali Malta offriet ukoll sens ta’ tmexxija bil-Prim Ministru jikseb ir-rispett tal-mexxejja sħabu fl-Unjoni Ewropea u lil hinn.
22
05.01.2020
kullhadd.com
GĦAWDEX BĦALA MUTUR EKONOMIKU ĠDID Il-Gvern immexxi minn Dr Joseph Muscat irnexxielu jagħmel bidliet kbar fil-gżira Għawdxija. Is-snin ta’ qabel l-2013 kienu fissru ritmu ekonomiku dgħajjef, bir-riżultat li d-distakk ekonomiku u soċjali bejn iżżewġ gżejjer kompla jiżdied. Fl-2012 l-ekonomija Għawdxija kienet kibret b’1%, kontra t-tkabbir ta’ 5% fil-bqija tal-pajjiż. Dan kien l-agħar tkabbir fil-ġid nazzjonali prodott f ’Għawdex mid-dħul ta’ pajjiżna fl-UE. B’kuntrast, l-aħħar statistika uffiċjali tindika li t-tkabbir f ’Għawdex qed jaqbeż dak f ’Malta. Fil-fatt il-prodott gross domestiku Għawdxi kiber bi 13%, l-ogħla rata li qatt ġiet osservata, kontra 9% irreġistrata f ’Malta. Jekk f ’Malta, taħt Joseph Muscat il-pass tat-tkabbir ekonomiku rdoppja, f ’Għawdex ir-rata issa hija 13–il darba dik fl-2012. B’riżultat ta’ hekk, filwaqt li fl-2012 il-prodott gross domestiku ras għal ras f ’Għaw-
dex kien 59% tal-medja nazzjonali, fl-2018 dan kien tela’ għal 64%. Dan ifisser li d-distakk ekonomiku bejn iż-żewġ gżejjer fl-2018 naqas b’ħames punti perċentwali kkumparat mal-2012. Fl-aħħar sena qabel il-bidla fl-amministrazzjoni, minħabba li l-ekonomija Għawdxija kienet tikber anqas minn dik f ’Malta, id-distakk kien kiber bi kważi żewġ punti perċentwali. Mill-2012 ’l hawn mhux biss kien hemm tkabbir ekonomiku qawwi f ’Għawdex, imma kien hemm ukoll bidla strutturali kbira. Fost l-oħrajn il-valur miżjud tas-settur tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni huwa kważi tliet darbiet dak li kien fl-2012, mentri dak tas-settur tas-servizzi professjonali u tekniċi huwa aktar minn ħames darbiet akbar. Filwaqt li fl-2012, 27% tal-ekonomija Għawdxija kienet fl-amministrazzjoni pubblika, fis-saħħa u fl-edukazzjoni dan il-proporzjon issa naqas għal 24%. L-importanQabel
L-aktar figuri
il-bidla fil-Gvern
riċenti
Tkabbir ekonomiku
1%
13%
Prodott gross domestiku ras għal ras ikkumparat ma’ Malta
59%
64%
12,592
16,716
Proporzjon ta’ Għawdxin li jaħdmu full-time mas-settur pubbliku
46%
39%
Impjiegi f’Għawdex stess
9.815
12,959
Żieda fid-dħul disponibbli medju tal-Għawdxin
€450
€1,300
Għawdxin fuq ir-reġistru
736
153
Għawdxin fuq l-assistenza soċjali
474
295
1,092,241
1,659,902
Turisti barranin li qagħdu lejl jew aktar f’ Għawdex
135,047
214,895
Turisti li żaru lil Għawdex għal ġurnata
673,719
1,062,503
Għawdxin li jaħdmu
Vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex
za tal-kostruzzjoni u tar-real estate naqsu minn 21% għal 16%. Bil-kuntrast kiber ħafna s-settur tas-servizzi professjonali u tekniċi (minn 5% tal-ekonomija Għawdxija fl-2012 għal 14% fl-2018), indikazzjoni li l-kwalità tax-xogħol f ’Għawdex qed titjieb ferm. L-amministrazzjoni ġdida rnexxielha tressaq lejn Għawdex investiment ġdid, bittwaqqif ta’ sptar mediku internazzjonali u hub diġitali. It-tkabbir ekonomiku qawwi fisser żieda kbira fl-impjiegi għall-Għawdxin. Fl-aħħar snin, kull ġimgħa kien hemm żieda ta’ madwar 13–il Għawdxi jaħdem. Il-parti l-kbira ta’ din iż-żieda kienet f ’postijiet tax-xogħol f ’Għawdex stess. Fil-fatt dawn żdiedu b’ħames darbiet ir-rata osservata fl-aħħar snin tal-leġiżlatura preċedenti. L-ammont ta’ Għawdxin jaħdmu fi gżirithom stess żdied b’aktar minn 3,000 jew terz aktar mill-2012. Barra minn hekk, il-maġġorparti tal-impjiegi ġodda kienu mas-settur privat. Tant hu hekk li l-proporzjon ta’ Għawdxin li jaħdmu full-time mas-settur pubbliku naqas taħt l-40% għall-ewwel darba. Fost l-aktar setturi fejn inħolqu impjiegi ġodda f ’Għawdex stess, wieħed jinnota l-qasam tas-servizzi professjonali u amministrattivi b’żieda ta’ kważi 1,100 persuna. Il-ħaddiema f ’dawn l-oqsma illum huma kważi tliet darbiet u nofs l-ammont fl-2012. Ma’ dawn kien hemm żieda ta’ kważi 700 fis-settur tal-bejgħ u t-turiżmu, żieda ta’ aktar minn 20%. Fil-manifattura wara snin ta’ tnaqqis, kien hemm żieda ta’ kważi 150 persuna. L-istess seħħ fil-qasam tas-servizzi kreattivi, fejn wara snin ta’ tnaqqis, kien hemm żieda ta’ 180. Fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni kien hemm żieda ta’ 140, bis-settur jirdoppja n-numru ta’ ħaddiema. Minbarra l-investiment ġdid li seħħ f ’Għawdex stess, l-Għawdxin gawdew ħafna mill-effett tat-tkabbir b’saħħtu fil-bqija tal-pajjiż. Fil-fatt l-ammont ta’ vetturi li qasmu l-fliegu żdied b’aktar minn 50%, l-aktar minħabba tkabbir qawwi fit-turiżmu domestiku. Kważi 250,000 Malti qed
Mill-2012 ’l hawn mhux biss kien hemm tkabbir ekonomiku qawwi f’Għawdex, imma kien hemm ukoll bidla strutturali kbira
jagħżlu li joqogħdu Għawdex għal aktar minn lejl bħala vaganza. Ma’ dawn jiżdiedu kważi 220,000 turist barrani li joqogħdu fil-lukandi Għawdxin jew f ’akkomodazzjoni privata oħra, żieda ta’ 60% fuq l-2012. In-numru ta’ turisti barranin li jżuru Għawdex bħala same day visit ukoll kiber bi kważi 60%. Il-qabża ekonomika f ’Għawdex wasslet biex id-dħul disponibbli tal-Għawdxin jitjieb konsiderevolment, tant li ż-żieda fl-aħħar sena kienet kważi tliet darbiet dik li kien hemm fl-2012. Anke fil-gżira Għawdxija, it-tkabbir ekonomiku laħaq lil dawk l-aktar vulnerabbli. Fil-fatt in-numru ta’ Għawdxin jirreġistraw għal impjieg waqa’ minn 736 qabel il-bidla fil-Gvern għal 153. Fejn tidħol id-dipendenza fuq l-assistenza soċjali, f ’Għawdex kien hemm tnaqqis ta’ aktar minn 40%. B’riżultat ta’ dan il-proporzjon tal-popolazzjoni Għawdxija li tinsab f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali naqas taħt is-16%, ikkumparat ma’ 19% filpajjiż kollu kemm hu. It-trasformazzjoni ta’ Għawdex f ’mutur ekonomiku ġdid tispjega għaliex għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna l-elettorat Għawdxi appoġġja b’maggoranza lill-Partit Laburista. Il-legat ta’ Dr Joseph Muscat f ’Għawdex huwa l-bidu ta’ ekonomija ġdida b’investiment barrani, eluf ta’ impjiegi f ’Għawdex għall-Għawdxin u spirtu ġdid ta’ intrapriża u tiġdid soċjali.
IL-100 KAPITLU kullhadd.com
Naomi Cachia President FŻL
Uħud jiddarsu meta jisimgħu l-kliem “bidu ġdid” fil-kuntest tad-deċiżjonijiet li għandna quddiemna. Forsi jiffavorixxu l-kontinwità, dak li aħna komdi bih u dak li hu familjari għalina. Nemmen li t-triq ’il quddiem, it-triq li għandna quddiemna, hija magħġuna b’dawn iż-żewġ elementi kontradittorji. Il-100 sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista għandha sservi ta’ bidu ġdid għalina; bidu ġdid imsejjes fuq il-bosta
lezzjonijiet ibsin li tgħallimna fl-aħħar xhur. Ejja nieħdu dan il-kapitlu ġdid li ser jaħbat maċ-ċentinarju tagħna, bħala opportunità unika biex nagħtu ħarsa lura, nevalwaw minn fejn ġejna u fejn irridu mmorru. Dan l-eżerċizzju aħna fiddmir li nagħmluh, u nagħmluh b’serjetà, flimkien bħala partit magħqud; bħala Laburisti li l-intenzjoni tagħna hi li nkunu l-aqwa Partit li nistgħu nkunu. Mhux biss bħala Partit rebbieħ, imma bħala Partit tajjeb, tannies, imsejjes fuq il-valuri xellugin li kienu u għadhom jagħqduna. Fuq in-naħa l-oħra, hemm il-kontinwità – kontinwità ta’ governanza għall-Maltin u għall-Għawdxin kollha. Għandna mandat b’saħħtu u manifest elettorali ambizzjuż. Pajjiżna jixraqlu li l-wegħdiet sbieħ tagħna ma jibqgħux biss kliem fuq fuljett iżda li jgħix verament l-Aqwa Żmien. B’hekk irridu naraw li bl-għaqda be-
jnietna nkomplu mixjin ’il quddiem sabiex nagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies. Iżda dan hu l-mument fejn irridu nagħmlu eżami tal-kuxjenza. Fejn żgarrajna, irridu nammettu u nsibu s-salvagwardji meħtieġa. Fejn għad hemm il-karba għall-għajnuna, irridu naraw fejn u għalfejn is-sistema qed tfalli. Fejn hemm vuċi li għadha ma nstemgħetx, irridu nistaqsu lilna nfusna jekk hux qed nimxu skont il-qalb soċjalista tagħna. Jekk mhux ser inkunu ibsin magħna nfusna f ’dan il-mument, se jkun il-poplu li jkun iebes magħna. U dik hi alternattiva li l-pajjiż ma jaffordjax – mhux meta għandna Oppożizzjoni mingħajr ħliel ta’ kredibilità, u s-soċjetà ċivili li sal-lum għadha qed tniżżel linnies fit-toroq. Fil-maltemp tal-aħħar xahrejn, probabbli tgħallimt iżjed minn kemm tgħallimt f ’dawn l-ewwel sitt snin tal-mixja tal-attiviżmu
ERA ĠDIDA Felix Busuttil
Ma tistax tibni mingħajr ma twaqqa’. Ma tistax iġġedded mingħajr ma tħassar. L-ebda ċivilizzazzjoni ma ġiet imwielda mill-ġdid jekk ma kellhiex rivoluzzjoni. Ma hemmx bidu mingħajr tmiem u tmiem mingħajr bidu. Għax kollox fil-ħajja hu staġjonali, inkluż il-politika. Hemm xhur ta’ sajf u xhur ta’ xitwa. U bħal meta naraw ir-ritmu, meta tħabbat il-qalb - fuq u isfel, isfel u fuq - hekk nirrealizzaw li teżisti l-ħajja. Meta l-linja tiġi dritta jiġifieri waslet il-mewt. Kif jgħid l-Ingliż. Flatline... Kollox mitmum. Eżatt kif ġralu l-Partit ta’ Adrian Delia u dak ta’ Simon Busuttil - għal dan
konna xhieda aħna għal ħafna snin. Fuq ix-xatt l-ieħor tal-Partit Laburista naraw trasformazzjoni kontinwa li l-magna tagħha hi amministrazzjoni effiċjenti, partitarji leali u valuri mnaqqxin fil-blat. Fil-qalba quddiem u wara l-kwinti jeżistu mħuħ politiċi li ma għandhomx biss f ’qalbhom il-benefiċċju tal-wieħed imma tal-ħafna. Li l-pajjiż jiġi qabel il-partit u l-partit jiġi qabel l-egoiżmu u l-interessi individwali. L-era tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat waslet fit-tmiem, iżda dan żgur ma jfissirx li aħna se ninsew il-ġid kbir li ħoloq - anzi ser niċċelebrawh. Dan mhux żmien funebru imma żmien ta’ magħmudija. Qatt ma aħna ser nwarrbu l-legat li ħalla ġo pajjiżna dan il-kbir Prim Ministru. Malta ffjorixxiet u l-ekonomija saret waħda mill-iktar produttivi fl-Ewropa. Inħoloq il-ġid u nqasam bejn kulħadd. Rajna aktar flus f ’idejn il-poplu u l-Gvern ta’ Joseph ħaseb f ’dawk emarġinati, inviżibbli, abbużati u dawk minsija mis-soċjetà Maltija għal għexieren ta’ snin. Żdiedu l-istipendji. Żdiedu l-pensjonijiet.
Żdied ix-xogħol u l-investiment. Intrapriżi li kienu f ’xifer l-irdum u mhux biss ġew salvati imma ssaħħu u pproduċew profitti. Diżastri Nazzjonalisti ġew indirizzati bħas-saħħa, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, trasport pubbliku, staġnar u tlaqqim fl-infrastruttura, drittijiet ċivili, l-Air Malta, it-tniġġis tal-arja, l-ekonomija Għawdxija, it-teżor ta’ Malta. Il-lista ma tispiċċa qatt. U t-taxxi. Qatt ma żdiedu. Anzi tnaqqsu. Rajna lil Malta tinbidel. Pajjiżna sar sinjur. Sar ġeneruż. Sar attraenti. Sar ġust. U dan grazzi għal Joseph. Statista uman li meta tkellmu jirrispondik għax int jistħoqqlok. M’intix biss vot imma ċittadin li għandu jiġi stmat u dak li huwa ġust ma jigix injorat. Ifjorixxiet l-arti u l-kultura, l-edukazzjoni, il-ħelsien tal-espressjoni u fuq kollox is-saltna tad-dritt. Il-ġustizzja tirrenja u kulħadd jieħu dak li ħaqqu. Dan hu li sejrin niċċelebraw fil-bidu ta’ sena ġdida. Se niċċelebraw il-kobor tal-Partit tagħna. Żewġ kandidati, Chris u Robert, differenti minn xulxin imma politiċi li lesti jkomplu fejn ħalla Joseph
23
05.01.2020
tiegħi fi ħdan il-fergħa tażżgħażagħ u l-Partit. Tgħallimt lezzjonijiet ibsin, iżda neċessarji. U issa nħossni lesta biex inkompli miexja ’l quddiem. L-isfidi li għandna quddiemna mhumiex żgħar, iżda fiduċjuża li nistgħu negħlbuhom. Dan il-Partit għandu qalb tajba. Mhux mibni biss fuq is-suldati tal-azzar, iżda suldati tat-tajjeb – nies ġenwini. Il-Forum Żgħażagħ Laburisti fl-2020 mhux se jkun l-istess li kien fl-2019 – ser ikun fergħa iżjed rikka u b’saħħitha, bissaħħa ta’ dak kollu li tgħallimna dan l-aħħar u dak li esperjenzajna flimkien. Hekk kif għall-ewwel darba, b’mod attiv, bħala żgħażagħ qed nesperjenzaw il-proċess ta’ bidla fit-tmexxija tal-Partit Laburista, nistqarr li mhix tranżizzjoni faċli, speċjalment fiċ-ċirkostanzi li qed issir. Iżda issa, wasal il-mument li mhux biss inkomplu dak li bdejna ma Joseph Muscat, anzi, li nsaħħuħ. Nibnu fuq it-tajjeb li
għamilna. Għandna quddiemna żmien eċitanti, sena storika. Fl-ewwel jiem ta’ dan id-deċennju, flimkien qed inkomplu niktbu l-istorja tal-Partit Laburista u ta’ pajjiżna. Bħal-lum ġimgħa, ser inkunu eleġġejna Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista ġdid. Inħares ’il quddiem biex ma’ Chris Fearne jew ma’ Robert Abela nkompli niddiskuti l-ħolm u r-realtajiet tażżgħażagħ tagħna, u nkomplu nsaħħu l-istrutturi tal-Partit tagħna, liema strutturi jridu jkollhom vuċi iżjed b’saħħitha u jservu ta’ kuxjenza xellugija għall-Gvern Laburista. U għaldaqstant, dan il-100 kapitlu fl-istorja glorjuża Laburista, għandu jkun wieħed interessanti, kapitlu li ser jeħodna lura fuq vjaġġ nostalġiku u importanti li se jfakkarna minn fejn bdejna, waqt li nkomplu nsaħħu l-pedamenti tagħna sabiex nassiguraw li nkunu lesti negħlbu kull sfida fiż-żmien li ġej. Kuraġġ!
- li jħobbu tassew lil pajjiżhom u għandhom f ’qalbhom mhux il-firda u d-diviżjoni imma li l-azzar isir aktar b’saħħtu, aktar kuraġġuż, aktar assertiv. Jafu sew it-tnejn li huma minn fejn tlaqna, fejn tassew qegħdin u fejn jeħtieġ li naslu. Jonqos x’naqdfu u ngħumu u jeħtieġ inkomplu ngħumu. Għax l-elezzjoni li jmiss qiegħda ftit ’il bogħod imma mhux ħafna ’l bogħod. Il-mexxej elett, ilPrim Ministru l-ġdid ser jiggwidana għall-elezzjoni tas-sena 2022 u ser iwassalna għal rebħa oħra, protesta elettorali li ma ddoqqx il-bramel u t-taġnijiet, imma iddoqq l-għajta ta fiduċja f ’amministrazzjoni Laburista għal ħames snin oħra. Dan hu l-legat Muscatarjan - u jekk tibdiex l-era Fearnjana jew Abeljana tfisser biss era ġdida Laburista - iktar glorjuża, iktar spettakolari, iktar numeruża. Tkun risposta konklużiva oħra li tikkonferma l-kobor ta’ Joseph Muscat b’Michelle maġenbu. U kabinett li jaħdem akkost ta’ kollox sabiex il-manifest elettorali jiġi onorat. Il-ferħ tagħna fil-bidu tas-sena 2020 ser ikun ġenwin - ibbażat
fuq il-lealtà tagħna lejn it-torċa. Dan hu ż-żmien wara li għadda l-maltemp fejn noħorġu bi ħġarna fit-toroq u l-pjazez Maltin. Viva Chris jew Viva Robert. Imma dejjem Grazzi Joseph. U assolutament Viva l-Partit Laburista. Viva Malta u Viva Għawdex. Nixtiqilkom sena aħjar minn ta’ qabel għax tassew wara li rbaħna kull vleġġa, kull waqgħa, kull daqqa ta’ ħarta ħa noħorġu aktar qalbiena, aktar magħquda u aktar determinati li jkollna l-aqwa żmien.
L-era tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat waslet fit-tmiem, iżda dan żgur ma jfissirx li aħna se ninsew il-ġid kbir li ħoloq
24
05.01.2020
kullhadd.com
IT-TRIQ ’IL QUDDIEM Byron Camilleri Whip għall-Gvern
Bil-ħatra ta’ mexxej ġdid tal-Partit Laburista u sussegwentament ħatra ta’ Prim Ministru ġdid fi ftit jiem oħra, is-sena 2020 ser toffri perjodu ta’ riflessjoni, tibdil u tiġdid. Fl-aħħar snin il-Partit Laburista inbidel u biddel. Inbidel bil-mod kif jaħseb, kif jikkomunika, u kif jasal għallgħan tiegħu sabiex iwettaq diversi miżuri li jirriflettu l-qalb soċjali kbira tiegħu. Il-Partit Laburista ikkonferma li huwa
l-Partit tal-qalb soċjali, il-Partit tal-mobbiltà soċjali, u anke sar il-Partit tax-xogħol u l-Partit tal-ekonomija, fost il-ħafna aġġettivi oħra li wieħed jista’ joffri. Qatt daqs l-aħħar xhur ma niftakar Partit Laburista li jattira diversi żgħażagħ fi ħdanu, illi tista’ tara f ’għajnejhom ix-xewqa kbira li anke huma jkunu parti minn din il-mewġa ta’ bidla li esperjenza pajjiżna filwaqt li jemmnu li dan il-Partit huwa s-soluzzjoni tad-diversi sfidi li kien u għadu qed jaffaċċja pajjiżna. Sar ħafna tajjeb, tant illi l-elettorat fdana b’10 reħiet elettorali infila, b’numri li pajjiżna ma kien esperjenza qatt qabel. Hija proprju din ir-raġuni għaliex ir-rabja ta’ ħafna minna f ’dawn il-jiem kienet akbar. Rabja għaliex il-ħafna tajjeb u r-riżultati bla preċedent illi esperjenzajna u gawdejna minnhom ilkoll, kienu oskuri b’allegazzjonijiet illi tappnu dawn
l-istess riżultati bla preċedent. F’xi mumenti ħassejna illi dak kollu li bnejna flimkien, kull wieħed u waħda minna fiċċokon tiegħu, kien qed jinħatt ftit ftit. Illum il-Parit Laburista filGvern jinsab f ’salib it-toroq. Jista’ jagħżel li jinjora l-isfidi li għandna quddiemna jew jagħżel li għal darb’oħra jibni fuq il-ħafna tajjeb tal-aħħar snin u tal-kważi 100 sena illi ilu jeżisti u jaħdem fis-soċjetà Maltija, jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jieħu, ikompli jinbidel u sussegwentament ikompli jibdel dan il-pajjiż. Jien konvint li lkoll flimkien, b’lealtà assoluta lejn il-mexxej il-ġdid li ser nagħżlu aħna l-membri u l-attivisti ftit jiem oħra, ser tkun it-tieni triq. Il-Partit Laburista kien b’saħħtu, u ser jibqa’ b’saħħtu għaliex ser jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jieħu. Il-Partit Laburista għandu l-vantaġġ li ħaddieħor lanqas joħlom li
jkollu, u ser jibda dan iż-żmien ta’ riflessjoni, tibdil u tiġdid minn pożizzjoni b’saħħitha. Ser jidħol għal dan il-perjodu fi żmien illi l-elettorat Malti filwaqt li jifhem u jagħraf li hemm bżonn jittieħdu d-deċiżjonijiet, li xi wħud minnhom jaf ikunu ibsin, jafda biss lill-Partit Laburista fit-tmun sabiex jieħu dawk id-deċiżjonijiet. Għaliex jaf illi dan il-moviment ħa deċiżjonijiet tajbin fil-passat, u ser ikompli jeħodhom fil-futur. Għandu l-vantaġġ ta’ Grupp Parlamentari kompatt, li huwa għatxan għal aktar bidla u għal aktar suċċessi. Għandu l-vantaġġ ta’ diversi strutturi tal-Partit Laburista li mhux biss jagħrfu il-bżonn ta’ ċerti bidliet, iżda huma ħerqana sabiex ikunu parti minnhom. Għandu l-vantaġġ ta’ għeruq sodi, illi fi żmien ta’ diffikultà jista’ jibbaża fuqhom. Finalment, għandu l-vantaġġ ta’ eluf ta’ persuni li jixtiequ l-ġid lill-Partit Laburista u lil pajjiżna, li
għal darb’oħra ser isibhom hemm fis-siegħa tal-prova. Is-sena 2020 ser tkun eċitanti għal kull wieħed u waħda minna l-attivisti tal-Partit Laburista. Għaliex matulha ser nirriflettu u niġġeddu. Ser nagħrfu l-ħafna tajjeb tagħna, u nibnu fuqu. Ser nagħrfu d-diffikultajiet tagħna, u ser naħdmu biex neliminawhom. Ser niġġeddu, u nipreparaw għal aktar suċċessi fis-snin li ġejjin.
Għandu l-vantaġġ ta’ Grupp Parlamentari kompatt, li huwa għatxan għal aktar bidla u għal aktar suċċessi
INVESTIMENT FIL-PRODOTT LOKALI
Clint Camilleri Segretarju Parlamentari
Għadda Milied ieħor u bdejna sena ġdida, 12–il xahar li se jkunu mimlijin ħidma. Il-miżuri li s-Segretarjat li jien responsabbli minnu se jkun qiegħed iwettaq fis-sena 2020 huma xhieda ta’ dan. Din is-sena se nkomplu ninvestu bis-sħiħ fis-setturi tal-biedja u tas-sajd. Qegħdin ninvestu fiż-żgħażagħ tagħna u nirristrutturaw is-setturi tal-agrikoltura u s-sajd sabiex ikunu aktar profittabbli u nattiraw żgħażagħ li jistgħu jibdew iħarsu lejn kunċetti ta’ agribusiness u mhux biss biedja bil-mod tradizzjonali. Kien għalhekk li fost inizjattivi oħrajn nedejna l-korsijiet mingħajr ħlas fl-MCAST għall-bdiewa u għar-raħħala.
Se nibdew niżviluppaw ukoll il-Fisheries Services Hub ċentrali fil-Marsa fejn is-servizzi offruti lis-sajjieda se jkunu ċentralizzati sewwasew biswit il-Pixkerija. Matul din is-sena wkoll se nkunu qed illestu pjan ta’ riġenerazzjoni u modernizzar tal-Pitkalija. Dan ilpjan qed isir b’konsultazzjoni wiesgħa u għal darb’oħra nirringrazzja lill-bdiewa kollha li tkellimt magħhom u taw l-ideat tagħhom inkluż l-Għaqda Bdiewa Attivi li stqarrew li d-diskussjonijiet kontinwi li qegħdin isiru huma pożittivi. Allokajna €650,000 proprju biex intellgħu l-ewwel Fiera Agrikola Nazzjonali li matulha se nagħtu opportunità sabiex il-bdiewa, ir-raħħala u l-produtturi Maltin jesibixxu l-prodott tagħhom lill-iktar udjenza wiesgħa possibbli, u hawn qegħdin ninkludu dik internazzjonali. Din il-fiera se jiggwadanjaw minnha l-bdiewa, ir-raħħala, il-produtturi ta’ prodotti agrikoli lokali, kif ukoll il-pubbliku b’mod ġenerali. L-għan prinċipali ta’ din il-Fiera, li se tkun mifruxa fuq tlett ijiem, huwa li jinġiebu flimkien l-istakeholders tas-setturi tal-agrikoltura u tas-sajd,
mill-organizzazzjonijiet żgħar sa negozji medji. Fil-fatt se tipprovdi pjattaforma kemm għall-komunità tal-biedja lokali, kif ukoll għall-produtturi, biex tinforma lill-pubbliku ġenerali dwar il-prodotti u s-servizzi tal-industrija. L-avveniment huwa mmirat ukoll biex jippromwovi l-agribusiness u l-opportunitajiet li hemm fil-biedja u s-sajd, kif ukoll joħloq opportunità ta’ networking għall-istakeholders involuti fl-istess setturi. Ilkunċett wara dan l-avveniment huwa dak ta’ farm-to-fork, li permezz tiegħu s-sistema talfood chain tal-produzzjoni tal-ikel, il-ħsad, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-proċessi ta’ konsum huma murija bl-iktar mod viżiv, innovattiv u interrattiv. Madwar 82 esibitur huma mistennija li jipparteċipaw, b’dawk li se jattendu se jkunu jistgħu jgawdu diversi aspetti teknoloġiċi tal-biedja. Il-Fiera Agrikola Nazzjonali 2020, li se tibda mill-Ġimgħa 24 sal-Ħadd 26 ta’ April u se tittella’ fl-MFCC Ta’ Qali, se jkollha l-għan li tilħaq wieħed mill-objettivi stabbiliti fil-Politika Agrikola Nazzjonali 20182028; Skont il-Politika Agrikola
Nazzjonali 2018-2028 l-attivitajiet soċjali u kulturali huma essenzjali biex titqajjem kuxjenza dwar il-prodott lokali offrut. F’dan ir-rigward din il-Fiera tista’ sservi ta’ pjattaforma biex tqajjem kuxjenza dwar il-prodotti disponibbli fis-suq. Il-Fiera hija mmirata mhux biss għall-istakeholders li jipparteċipaw u għall-persuni direttament involuti fis-settur agrikolu lokali, imma għandha l-għan ukoll li tilħaq lill-pubbliku inġenerali, permezz ta’ kampanja promozzjonali b’saħħitha fuq livell nazzjonali. Din mhijiex esibizzjoni kulturali tradizzjonali! Din se tkun esperjenza interattiva talproċess farm-to-fork. Il-Fiera Agrikola f ’Malta se tkun qed tippromwovi l-prattiċi kontemporanji addottati fis-settur agrikolu: li huma innovattivi, moderni u teknoloġiċi. Hemm idea żbaljata li l-biedja f ’Malta għadha mwaħħla mat-tradizzjoni. Kif jidher permezz ta’ diversi teknoloġiji u prattiċi innovattivi disponibbli għall-individwi li jużawhom kuljum, dan mhuwiex il-każ. Il-bdiewa llum saru jaddottaw metodi aħjar u aktar effiċjenti. Din il-fiera se tkun qed toffri l-aqwa atmosfera biex ikun
promoss aktar il-valur nutrittiv tal-prodotti u l-opportunitajiet ta’ xogħol li jirriżultaw minnu. Pajjiżna għandu ħafna potenzjal u matul din is-sena mhux biss se jżomm il-kompetittività imma se jżidha. Gvern Laburista se jibqa’ jaħseb f ’kulħadd, pajjiżna se jibqa’ ekonomikament b’saħħtu u l-poplu se jibqa’ jgawdi millġid li ħoloq u għad irid joħloq dan il-Gvern. Nawgura lilkom u lill-għeżież tagħkom s-sena t-tajba mimlija risq u hena.
Pajjiżna għandu ħafna potenzjal u matul din is-sena mhux biss se jżomm il-kompetittività imma se jżidha
25
05.01.2020
kullhadd.com
INVESTIMENT BLA PREĊEDENT F’TOROQ RESIDENZJALI
Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL
Ħafna kienu dawk kontra l-wegħda li għamel Gvern Laburista illi t-toroq residenzjali jibdew isiru mill-Gvern Ċentrali b’investiment ta’ €700 miljun fuq seba’ snin. Uħud kienu xettiċi għaliex ħasbu li dan se jkun ifisser li l-Kunsilli Lokali ser tkun qed titiħdilhom ir-responsabbiltà. Is-snin l-imgħoddija wrew li l-allokazzjoni li kellhom il-Kunsilli Lokali ma kinitx suffiċjenti sabiex dawn ikunu jistgħu jibnu toroq residenzjali ġodda. L-Oppożizzjoni sa anki ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastruttra Malta u anki xeħtet dubji kemm dan l-investiment jista’ jsir. Il-fatti wrew u qed juru mod ieħor. Is-sena 2019 kienet sena li rat investiment bla preċedent f ’dik li hi infrastruttura. Rajna kif kompliet titwettaq il-wegħda elettorali talGvern, dik ta’ investiment ta’ €700 miljun mifruxa fuq seba’ snin. Minn figuri uffiċjali li tħabbru lejn tmiem is-sena u li ġew ikkonfermati minn Infrastruttura Malta, din is-sena l-aġenzija investiet €64 miljun f ’aktar minn 14–il proġett f ’toroq arterjali filwaqt li investiet €123 miljun oħra f ’toroq residenzjali. Barra dan, l-aġenzija Infrastruttura Malta tat il-bidu tal-akbar proġett infrastrutturali, dak tal-Marsa Junction, proġett li konna ilna ngħidu li jrid isir jekk tassew ridna ntaffu l-problema ta’ traffiku fiż-żona u l-madwar. It-toroq rersidenzajli illi saru, uħud minnhom ilhom jiġu mwiegħda s-snin u diversi Kunsilli Lokali kienu jmorru jitkarbu għand amministrazzjoni preċedenti sabiex jippruvaw jiksbu ftit għajnuna f ’dan ir-rigward. Il-Proġett tal-Marsa waħdu, li nbeda fil-bidu ta’ din is-sena, kellu jintemm lejn l-aħħar tas-sena 2020. Jidher iżda li bir-ritmu li għaddej ix-xogħol, probabbilment dan se jkun qed jintemm wara s-sajf li ġej. Anki l-flyovers li kellhom jifthu sal-aħħar ta’ din is-sena, ġew inawgurati ġimgħat qabel
iż-żmien. Ma’ dan il-proġett, fl-istess ħin, għaddej ukoll il-proġett tal-mini ta’ Santa Luċija. Proġett li la jitlesta se jkun qed iħaffef il-ħin tal-ivvjaġġar tas-sewwieqa b’mod konsiderevoli ħafna. Anki hawn, ix-xogħol miexi b’ritmu tajjeb ħafna u huwa antiċipat illi ż-żmien ta’ tlestija jkun wieħed ukoll qabel iż-żmien. Dawn il-proġetti flimkien u oħrajn li saru matul din is-sena komplew inaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar, tant li wasslu wkoll għal inqas emissjonijiet fl-arja għall-familji Maltin u Għawdxin u spiża inqas f ’dak li hu fuel. Dwar ċertu xogħol infrastrutturali li wassal biex jiġu rilokati s-siġar, l-aġenzija qed tħawwel eluf ta’ siġar. Dan sabiex iżżomm ukoll ma’ wegħda oħra li jitħawlu eluf ta’ siġar u jidher li dik il-wegħda nżammet u bil-fatti għax in-numru mhuwiex żgħir. Dan qed narawh ukoll f ’żoni residenzjali fejn numru ta’ lokalitajiet ingħataw numru konsiderevoli ta’ siġar sabiex jitpoġġew fl-aħjar żoni li jidhirlu l-Kunsill rispettiv. Intant is-sena 2020 se tkun ukoll sena impenjattiva oħra fejn fost l-oħrajn se jibda proġett tant importanti għaċ-Ċentru u għat-Tramuntana ta’ Malta, is-Central Link Project, iżda mhux biss. Għaddejjin ukoll ħafna xogħlijiet ukoll bħal Triq Sant Andrija n-naħa ta’ Pembroke u Paceville, hemm xogħlijiet ukoll ħdejn l-ajruport ta’ Malta, oħrajn ukoll fl-Imsida. Bla dubju ta’ xejn li, bħalma kienet sfida s-sena li għaddiet, hekk ukoll se tkun l-2020, fejn se nkunu qed naraw twettiq ta’ aktar proġetti, kemm f ’toroq arterjali kif ukoll residenzajli, u dan għallġid ta’ kulħadd.
Rajna kif kompliet titwettaq il-wegħda elettorali tal-Gvern, dik ta’ investiment ta’ €700 miljun mifruxa fuq seba’ snin
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 19 ta’ Diċembru ma qalilniex) biex jiddiskutu il-viżjoni għal Malta tal-fuJien, li jien l-akbar Nazzjon- tur. Sa fejn naf jien dawn alist, ma nagħmilx bħalma il-viżjonijiet jiddiskutuhom jagħmlu Nazzjonalisti oħra- il-partiti politiċi għax huma jn, li mhumiex Nazzjonalisti biss jistgħu jkunu fil-gvern daqsi, u nħallat il-gass mal- u jwettqu l-viżjoni tagħhom. ħass. Għalija dawk in-Nazz- L-ebda NGO, bħalma hi Rejonalisti li ilhom iħeġġu biex pubblika ta’ Manuel (mhux nibbojkottjaw l-Istrina, u Adrian) Delia. Għalija dan saħansitra kien hemm min ma jfisser xejn ħlief li Mananke xerridha li din is-sena uel (mhux Adrian) Delia se mhix se ssir, mhuma Nazz- jifforma partit politiku ġdid, jonalisti xejn. Jien konvint li u wisq probabbli li miegħu dawn ’l hekk imsejħa Naz- se jkollu lil Simon Busuttil u zjonalisti mhumiex wara l-klikka tiegħu. Fi ftit kliem l-Kap tagħna, Adrian (mhux se jippruvaw jaqsmu l-partit Manuel) Delia. Anzi konvint darba glorjuż tagħna. li huma wara Manuel (mhux Adrian) Delia tar-Repubb- Il-Ħadd, 29 ta’ Diċembru lika li qegħdin jagħmlu minn kollox biex jumiljaw lill-Kap Kesħa nobis, man! Li kieku mhux għax niddejjaq waħdi tagħna. ġewwa, ma kontx nixref millIl-Ġimgħa, 27 ta’ Diċembru bieb ’il barra. Biex tgħaxxaqha l-Kap Adrian (mhux Ma nafx kif iżeffnu fin-nofs Manuel) Delia ma kellu lill-eks ġurnalist tat-Times l-ebda attività u l-ebda indiIvan Camilleri u l-ġurnalist rizz lin-nazzjon(alisti). Ikolli u kandidat tal-partit darba ngħid li qiegħed vaganza. glorjuż tagħna Frank Psaila. Ħaqqu, mhux hekk! ErħejtilSkont Paul Caruana Galizia, ha lejn il-każin biex niltaqa’ iben Daphne Caruana Galiz- ma’ xi erbat iħbieb, nieħia, dawn kienu jafu li Yorgen du grokk flimkien u ngħiFenech kien se jkun arrestat, du kelma. Ħadt l-okkażjoni imma Ivan Camilleri u Frank biex nara kif jaħsbuha dwar Psaila ċaħdu kollox. Mhux il-mossa ta’ Manuel (mhux biss. Frank Psaila saħansi- Adrian) Delia u sibt li bħali tra mar minn jeddu d-depot jaħsbuha. Li se jingħaqad ma’ tal-Pulizija biex jurihom li Simon Busuttil biex jiffurdak li qal Paul Caruana Gal- maw partit għalihom. izia mhux minnu. Imma dan kollu jfisser li xi ħadd mhux It-Tnejn, 30 ta’ Diċembru qiegħed jgħid il-verità. Issa jekk dan ix-xi ħadd hux Paul Din tal-protesti xejn mhi Caruana Galizia, jew it-tnejn tagħmel ġid lill-partit darba l-oħra, ma nafx. Li naf hu glorjuż tagħna. Illum erżeli, b’dan il-gideb, il-borma jtilha lejn il-Belt, anke jekk kesħa xxoqq il-għadam, dejjtkompli titħawwad! em bit-tama li niltaqa’ ma’ Is-Sibt, 28 ta’ Diċembru xi erba’ Nazzjonalisti bħali, imma mhux daqsi. Is-sidien Insaffar immur għall-protesti, tal-ħwienet u tar-restoranti li jorganizza Manuel (mhux tgħidx kemm qegħdin jeħduAdrian) Delia, man! Issa ħareġ ha kontra tagħna minħabba ċar x’inhu l-iskop ta’ Manuel l-imniefaħ protesti, u għalx(mhux Adrian) Delia. Qalilna ejn tipprova tispjegalhom li fil-11 ta’ Jannar se jsejjaħ li l-protesti mhux il-partit meeting (jekk hux meeting tagħna qiegħed jorganizzapubbliku jew laqgħa f ’xi sala, hom, imma l-partit ta’ Manu-
el (mhux Adrian) Delia. Biex tgħaxxaqha sidien ta’ ħwienet ta’ lokalitajiet oħra qegħdin jgħidulhom li marru tajjeb ħafna, ħafna aħjar mis-snin ta’ qabel. Għalhekk inkazzati, qalli sid ta’ ħanut tal-ħwejjeġ, għax flus fil-but hawn, imma minħabba l-protesti m’aħniex nieħdu sehemna. It-Tlieta, 31 ta’ Diċembru Erġajna bir-riħ qawwi u kesħa xxoqq il-għadam. Imma tiskanta, man, in-nies xorta toħroġ u llejla kien hemm l-eluf il-Belt biex jagħtu merħba lis-sena l-ġdida. Illum ma naħsibx li gergru s-sidien tar-restoranti għax minn kull fejn għaddejt kollha mimlijin kienu. Dawru lira mhux ħażin, kif konna ngħidu meta kellna l-lira Maltija minflok l-ewro. U ftakart f ’dak li kienet tgħid in-nanna li l-flus iġibu l-flus u l-qamel iġib il-qamel. U l-Bambin biss jaf kemm eluf ta’ ewro ntefqu llejla, man! Ngħid id-dritt, jien ma qgħadx lura u flimkien ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna ħadna żewġ grokkijiet żejda. Aktar u aktar għax ma konniex se nsuqu. L-Erbgħa, 1 ta’ Jannar Għamilt riżoluzzjonijiet aktar mis-soltu għax minbarra li bdejna sena ġdid, bdejna wkoll deċennju ġdid. Naf li għalxejn nagħmilhom għax mir-riżoluzzjonijiet kollha li nagħmel, waħda biss inżomm. Dik li nibqa’ l-akbar Nazzjonalist li hawn Malta għax dik hija x-xewqa ta’ missieri li semmieni Nazju għax ma setax isemmini Nazzjonalist. Fil-fatt waħda mir-riżoluzzjonijiet mill-ewwel ksirtha għax waqt li wegħedt lili nnifsi li nibda nqatta’ aktar ħin ġewwa, anke jekk waħdi, kif rajt it-temp sabiħ erħejtilha niġri ’l barra u mort sal-każin u erġajt għamiltha.
26
05.01.2020
kullhadd.com
L-EĊITAMENT GĦAMEL BIHA
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Bl-aħħar tħejjijiet finali għallkunċert li ser jittella’ dalwaqt flaħħar Ħadd ta’ dan ix-xahar stess, proprju nhar il-Ħadd, 26 ta’ Jannar 2020 fis-7.30pm, ġewwa Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta, il-kantanta – mezzo-soprano ser tkun qed tipparteċipa flimkien ma’ għadd ta’ kantanti u mużiċisti oħra fil-kunċert bil-parteċipazzjoni tan-Nissena Philharmonic minn ġewwa l-Italja. Ħsibt li nitkellem magħha kemm dwar il-karriera tagħha, kif ukoll dwar il-preparamenti tagħha għal dan il-kunċert tant mistenni. Qed nirreferi għal Christine Dalli. Twieldet San Ġiljan, imma toqgħod Ħal Lija. Taħdem fis-settur finanzjarju u tispeċjalizza fil-konformità tar-regolazzjoni finanzjarja. Fil-ħin liberu tagħha tħobb tmur mixja mal-kelb tagħha fil-kampanja. Kull ħaġa li tagħmel f ’ħajjitha, inkluż il-kant, tagħmilha b’passjoni u bl-ikbar interess. Temmen li d-determinazzjoni u l-ambizzjoni għal dik il-ħaġa li tkun trid f ’ħajjitha hi importanti biex tasal fejn tixtieq. Temmen ukoll li fil-kumplessità tal-ħajja li qegħdin ngħixu fiha u tagħmel ħilitha biex tkun persuna b’qalb tajba u kull deċiżjoni teħodha b’kuxjenza nadifa. B’hekk
biss persuna tista’ ssib il-paċi f ’qalbha. Apparti minn hekk, jien persuna b’ħafna enerġija u nħobb niltaqa’ u nsir naf nies ġodda ta’ kulturi u nazzjonalitajiet differenti,” bdiet tgħidli Christine dwarha nnifisha. Tiltaqa’ ma’ kantanti minn kulturi differenti u titgħallem ħafna magħhom
Illum il-ġurnata, tkanta bħala mezzo-soprano. Mezzo-Soprano hija tip ta’ vuċi fil-mużika klassika fejn l-estensjoni vokali ssibha bejn soprano u contralto. Tipikament, tiddistingwixxi l-vuċi ta’ mezzo-soprano meta tisma’ timbru b’vuċi pjuttost profonda u mimlija meta tikkumparaha ma’ ta’ soprano li jkollha vuċi anqas robusta u eħfef. Christine gradwat mill-Università ta’ Londra (LSE) u għandha baċellerat f ’Banking and Finance. Bdiet tkanta ta’ età żgħira mal-Cantores Sancti Juliani, taħt id-direzzjoni tal-Baritone Lino Attard u kantat f ’diversi festivals korali ta’ mużika. Minn età żgħira kienet esposta għall-mużika klassika. “Mal-kor ta’ San Ġiljan tat-tfal, il-Cantores Sancti Juliani, kelli l-opportunità nkanta f ’diversi kunċerti, festivals korali f ’Malta, kif ukoll barra minn Malta. Minn dejjem kelli l-opportunità nisma’ kantanti u strumenti diversi, allura kienet naturali għalija li nsir familjari mal-mużika klassika. Is-surmast tiegħi introduċieni mal-mużika operistika u mażżmien rabbejt passjoni għall-mużika u għall-kant inġenerali. Iva, ħajti kienet dejjem maqsuma fi tnejn. Kelli x-xogħol fis-settur finanzjarju fejn bqajt nipprogressa fil-karriera tiegħi u kif ukoll bqajt inkanta u nistudja, anki barra minn Malta biex inkompli nipperfezzjona t-teknika ġusta tal-bel canto.” Kellha diversi esperjenzi fejn kantat f ’Orlando di Lasso (Ruma 1998), Guido d’Arezzo (Arezzo, 2000) u Commonwealth pre-Chogm event (Londra, 2005). Baqgħet tistudja l-mużika klassika mas-Sur Lino Attard u eventwalment ma’ Dr. Andriana Yordanova. Bħalissa, qed tkompli tipprogressa fl-istudju tal-vuċi mal-Coloratura Soprano Taljana, Luciana Serra fl-Iżvizzera
Sfortunatament, il-mużika moderna u dik kummerċjali hi mużika aktar aċċessibbli għal kull tip ta’ ġenerazzjoni filwaqt li l-mużika klassika tirrikjedi studju profond u dixxiplina kbira
u l-Italja. Is-sodisfazzjon li tagħtiha l-mużika klassika huwa kbir u kontinwu. “Bħal kull wieħed u waħda minna, kelli żmien fejn kont qed inħossni naqta’ qalbi u ġew żminijiet fejn ridt nieqaf minħabba l-istress tal-ħajja. Imma rrealizzajt li ħajti bla mużika u bla kant kienet ser tkun waħda differenti. Issa nħares lura, u kuntenta li bqajt inkanta. Il-Baritonu Lino Attard u s-Soprano Andriana Yordanova huma żewġ individwi f ’pajjiżna, li wrew interess kbir fija u emmnu ħafna fija u ta’ dan nibqa’ nirringrazzjahom tal-appoġġ kontinwu tagħhom. Huma kienu importanti f ’ħajti. Is-Soprano Taljana Luciana Serra tatni ħafna wkoll fil-karriera talkant tiegħi. Hi persuna ta’ ċertu kalibru fil-mużika operistika. Kantat f ’diversi opera houses importanti bħal La Scala u Covent Garden, waqt li interpretat rwoli importanti f ’ħafna Opri ta’ kompożituri differenti. Mara ta’ ċerta esperjenza u maturità mużikali. Bħalissa qed nistudja magħha biex inkabbar it-teknika u l-interpretazzjoni filvuċi. Meta mmur f ’diversi lezzjonijiet u masterclasses magħha fl-Italja u fl-Iżvizzera, dejjem niltaqa’ ma’ kantanti minn kulturi differenti u nitgħallem ħafna magħhom”. Il-mużika klassika tirrekjedi studju profond u dixxiplina kbira Konxja mill-fatt li ħafna żgħażagħ donnu aktar togħġobhom il-mużika tal-mument u tal-ħoss, magħrufa aktar bħala storbjuża, staqsejt
lil Christine minn dak li tinnota, taħsibx li hawn maġġoranza ta’ ġenerazzjoni żagħżugħa li togħġobha din it-tip ta’ mużika. “Sfortunatament, il-mużika moderna u dik kummerċjali hi mużika aktar aċċessibbli għal kull tip ta’ ġenerazzjoni filwaqt li l-mużika klassika tirrekjedi studju profond u dixxiplina kbira. Min normalment iħobb il-mużika klassika, ikun idoqq xi strument jew jifforma parti minn xi grupp mużikali u allura dan jgħin biex ikun imrawwem fiha. Għalhekk inħoss li t-tfal għandhom jitgħallmu l-mużika minn età żgħira. Maġġoranza ma naħsibx. Minkejja dan, hawn numru kbir ta’ żgħażagħ li japprezzaw il-mużika klassika u jistudjaw biex jibnu karriera mużikali.” Christine pparteċipat ukoll f ’diversi masterclasses mas-Soprano Miriam Gauci, Prof. Laura Sarti, u Prof. Wolfgang Holzmair. Fl-2013, kienet tifforma parti mit-Teatru Manoel Youth Opera u fis-sena 2017-2018 ifformat parti millproġett ta’ Monteverdi organizzat mit-Teatru Manoel taħt il-gwida ta’ Marco Mencoboni. Kienet ukoll waħda mill-finalisti fil-Malta International Voice Competition. Staqsejtha x’tip ta’ taħriġ jirrikjedi għal mezzo-soprano bħalha sabiex tibqa attiva fil-mużika. “Hemm ħafna kwalitajiet importanti li tagħmel mużiċist jew kantant tajjeb. Apparti vuċi sabiħa, kantant irid ikun kapaċi jżomm il-kontroll waqt performance, jagħti kas tal-interpretazzjoni, kif ukoll personalità b’saħħitha biex tissodisfa
27
05.01.2020
kullhadd.com
l-udjenza. Barra minn hekk, kull kantant irid iżomm l-umiltà assoluta u onesta miegħu nnifsu biex ikun kapaċi jkun kritiku tiegħu stess. Jien nemmen li t-taħriġ irid ikun kontinwu. Maż-żmien tgħallimt minn diversi kantanti u kolloboraturi li jien naħdem magħhom, kif ukoll ma’ professuri, diretturi tal-opri u kantanti stabbiliti. F’Ottubru ta’ din is-sena, kelli workshop intensiv ma’ Opera Producer ta’ kif tirreċta fuq il-palk u tgħallimt ħafna. Finalment, wara li tkun smajt u għarbilt kollox, issib it-triq addattata għall-vuċi tiegħek,” spjegatli fid-dettall. Ta’ min iżid, li ftit tas-snin ilu, kienet akkumpanjata mill-Junge Philharmonie Wien ġo Festival ta’ Schubert ġewwa Vjenna u anke t-Teatru Manoel, fiż-żewġ kunċerti tkanta mużika tal-Kompożitur Schubert. F’Ottubru tas-sena 2017, kellha l-parti ta’ Lola fl-Opera tal-Cavalleria Rusticana ta’ Pietro Mascagni. Kienet ipparteċipat f ’diversi kunċerti lokalment, kif ukoll fl-Italja. B’hekk ridt inkun naf kif tiddeskrivi l-esperjenzi tagħha barra minn xtutna. “Onestament, kull esperjenza hi tagħlima filħajja u fil-karriera tiegħi bħala mezzo-soprano. Dejjem kien ta’ sodisfazzjon għalija li tlajt fuq ilpalk u nintilef fil-kant ninterpreta l-karattri li nkun qed nagħmel dak il-ħin. Dejjem għamilt ħbieb ġodda u għandi kuntatt tajjeb ħafna magħhom. Meta kantajt Vjenna, ġewwa concert hall prestiġjuża ma’ orkestra ta’ ċertu kalibru, qalbi riedet toħroġ daqskemm bdiet tħabbat. Wara kull esperjenza li kelli, dejjem inħares lura, u nħoss sodisfazzjon”, stqarret miegħi. Bħala kantanta, Christine hija ssapportjata mill-Arts Council Malta u kif ukoll mill-Janatha Stubbs Foundation. Ħallejt f ’idejha sabiex tispjegali eżattament dan is-sapport mogħti lilha personali. “Masterclasses u lezzjonijiet jiswew ħafna flus. Apparti minn hekk trid tħallas għall-akkomodazzjoni u titjiriet b’ajru. L-Arts Council Malta u Janatha Stubbs tawni għajnuna finanzjarja biex inkun nista’ nibqa’ niżviluppa t-talent tiegħi. Għalija apparti li tfisser sostenn finanzjarju, huwa
L-udjenza tara biss il-parti ta’ fuq jew ir-riżultat finali. Hemm ħafna xogħol wara l-kwinti u l-ħidma kontinwa ta’ wara kull kantant jew mużiċist hi kbira immens
wkoll appoġġ morali, għax tħoss l-għajnuna ta’ diversi istituzzjoniet li b’mod indirettament jemmnu wkoll fit-talent tiegħi. U ta’ dan jien nirringrazzjahom.” Lejla ta’ opera u mużika klassika Fil-jiem li ġejjin, proprju nhar il-Ħadd, 26 ta’ Jannar 2020 fis7.30pm, ġewwa Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta, Christine ser tkun qed tipparteċipa fil-kunċert bil-parteċipazzjoni tan-Nissena Philharmonic minn ġewwa l-Italja, flimkien mat-Taljan bass/ baritone Salvatore Salvaggio, li dan l-aħħar qed idur l-Ewropa u l-Asja, u l-Bulgara/Maltija soprano Andriana Yordanova. L-istess kunċert ser ikun immexxi minn wieħed mill-aqwa mużiċisti Maestro Alexei Galea Cavallazzi. Tkellimt magħha dwar l-involviment tagħha f ’dan il-kunċert u b’liema preparamenti qed tħejji għalih. “Kuntenta ħafna li ser nipparteċipa fil-kunċert li ser isir Dar il-Mediterran u nħossni onorata li ser niġi akkumpanjata minn Nissena Philharmonic immexxija minn Maestro Galea Cavallazzi. Jien ser ninterpreta tliet siltiet diversi minn tliet opri diversi. Ser inkun qed ninterpreta l-irwol ta’ Cieca mill-Opera La Giaconda ta’ Ponichelli, ta’ Dalila tal-opra Samson et Dalila fejn Dalila qiegħda tipprova tisseduċi lil Samson biex jikxef is-sigriet tas-saħħa tiegħu u rwol ta’ Charlotte mill-opra ta Werther. Bħal kull kunċert, il-preparamenti huma kbar. Kif jgħidu, il-verità hi li s-suċċess hu bħal blata tas-silġ. L-udjenza tara biss il-parti ta’ fuq jew ir-riżultat finali. Hemm ħafna xogħol wara l-kwinti u l-ħidma kontinwa ta’ wara kull kantant
OFFERTA GĦALL-KIRI TAL-BAR Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħaż-Żabbar jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għat-tħaddim tal-bar tal-istess lokal. Id-data tal-ġbir tal-applikazzjoni għall-offerta hija nhar itTlieta 7 ta’ Jannar bejn il-5pm u 7pm u d-data tat-tfigħ talapplikazzjoni għall-offerta l-Ħamis 9 ta’ Jannar bejn il-5pm u 7pm fl-istess ċentru. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġuża.
jew mużiċist hi kbira immens,” żvelat miegħi Christine. Dan il-kunċert mimli opera u mużika klassika popolari huwa mmirat għal dawk kollha li japprezzaw il-mużika speċjalment dawk li jħobbu l-opera. Il-programm ser jinkludi xogħlijiet bħal William Tell ta’ Rossini u La Gazza Ladra, The Polonaise minn Tchaikovsky’s Onegin, La Cenerentola kif ukoll Don Pasquale, Mozart’s Don Giovanni u l-famuża casta Diva ta’ Bellini. Dan il-programm żgur li ser ikun ta’ interess kbir għal udjenza ta’ kull età. Id-durata totali ta’ dan il-kunċert hija 110 minuti u l-entratura hija biss €10. Għall-biljetti u aktar informazzjoni ċemplu fuq 2559 5750.
Il-kunċerti li tipparteċipa fihom tista’ tgħid li kollha jkunu live. Staqsejtha jekk ġieli seħħx xi episodju fejn forsi xi ħaġa tkun marret ħażin jew li tlissen tbissima fuq ħaddieħor u bit-tattika tagħha jkollha tgħatti xi żball ġenwin. “Episodji spontanji dejjem jiġru u jibqgħu jiġru. Nista’ nirrakkuntalek tnejn li qed jiġuni f ’moħħi bħalissa. L-ewwel waħda kienet fil-bidu nett tal-karriera tiegħi meta kont qed nipparteċipa fl-ewwel kunċert li ħadt sehem fih. Bl-eċitament li kien qabadni waqt li jien kont qed inkanta, ġieni mument wieħed li nsejt ilkliem tal-mużika. Jekk niftakar sew kienet silta bit-Taljan. Dak il-ħin tista’ timmaġina x’kont qed inħoss. Ħassejt sħana tielgħa għal rasi u ridt nisparixxi. Imma ovvjament, kelli nibqa’ għaddejja u nkanta qisu xejn mhu xejn. Allura, bdejt nagħmel spirtu pront u nivvinta l-kliem bit-Taljan, dak kollu li ġieni f ’moħħi. Għall-grazzja t’Alla, kollox għadda b’wiċċ il-ġid qisu ma ġara xejn. Episodju ieħor li qatt mhu ser ninsa kien meta kont ipparteċipajt, parti fil-kor, f ’opra f ’Taormina. Meta konna lestejna mill-opra sħiħa, wasal il-mument biex il-kor joħroġ u
jsellem lill-udjenza. Konna inzertajna kor kbir u ma tantx kien hemm fejn tiċċaqlaq. Meta wasalna fit-tarf tal-palk ċentrali, għal xi raġuni xxuttjajt tazza tal-plastik li kien hemm quddiemi għal fuq l-orkestra. F’ħin minnhom nara din it-tazza ttir u s-surmast li inzerta kien Ġappuniż, jagħmel mossa awtomatika biex jevita din l-imbierka tazza! Jien u ta’ ħdejja ma stajniex nieqfu mid-daħk,” tbissmet tgħidli. Dwar jekk kellix xi kurżità ħelwa li ġratilha u tistax taqsamha magħna, Christine qaltli li tiftakar meta kienet kantat Santu Wistin. “Meta kont ħriġt għall-prova, dak iż-żmien kelli xagħri vera nokkli, semi-afro biex inkun preċiża. Kif rani l-kappillan qal: ‘Dir-rocker minn fejn inqalgħet?’ U kif semagħni nkanta naħseb mill-ħarsa impressjonajtu.” Fl-aħħar nett, Christine għaddiet messaġġ għall-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Jekk għandek ħolma li tixtieq twettaq, tibqax bilqiegħda taħseb fuqha. Agħmel il-kuraġġ, emmen li tista’ tirnexxi u ibqa’ ppersisti sakemm dik il-ħolma ssir realtà. Pass, pass, tasal għal dak li verament temmen u tixtieq f ’ħajtek.”
29
05.01.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
EMILIA – IT-TFAJLA TAL-BELT Emilia – It-Tfajla tal-Belt huwa t-tieni rumanz storiku-soċjali miktub mill-pinna ta’ George A. Said-Zammit wara li s-sena 2016 rat il-pubblikazzjoni tal-ewwel rumanz tiegħu Is-Saltna li Jmiss, ambjentat f ’Malta tas-seklu 16. Din id-darba, Emilia – It-Tfajla tal-Belt huwa ambjentat f ’Malta tas-snin 30 u 40 tas-seklu 20. Kif naqraw fir-rumanz, li jerġa’ jħallat flimkien l-isfond storiku ma’ ġrajja mistħajla, dawn ma kinux żminijiet faċli għal Malta u l-Maltin: kienu żminijiet ta’ qgħad kbir, faqar, għaks, emigrazzjoni (mifhuma anki bħala t-tkeċċija ta’ bosta żgħażagħ minn art twelidhom), inkwiet ta’ natura politika, u aktar tard, it-theddida u l-wasla tal-gwerra li kissret familji sħaħ u ħalliet lill-pajjiż f ’rovina. Stilistikament wieħed jinnota li dan ir-rumanz fih ftit deskrizzjonijiet imma ħafna azzjoni, azzjoni kontinwa fejn iż-żmien jiżloq bla ebda diffikultà. Għalhekk, ir-ritmu jgħaġġel u ma jiqafx ħafna biex jiddeskrivi spazji u persuni fid-dettall. Hekk, pereżempju, hemm drabi meta l-vjaġġ minn Malta għall-Awstralja – vjaġġ li kien jieħu ġimgħat twal - jiġi rrakkuntat fi ftit linji. Iż-żmien li jqatta’ Frankie fl-Awstralja jiġi deskritt fi ftit paragrafi: mhux biss insiru nafu li għaddiet diġà sena, imma fi ftit kliem tiġi deskritta l-istorja ta’ Frankie Vella li għamel suċċess fl-Awstrajla, b’din tal-aħħar mifhuma bħala spazju pożittiv. Frankie jerġa’
jidher biss fl-aħħar kapitlu. Dan hu rumanz mexxej anki minħabba l-bosta djalogi li l-awtur jinkludi flimkien malbdil kontinwu ta’ spazji differenti fejn isseħħ l-azzjoni. Dan kollu żgur li jrendi l-ġrajja rrakkuntata iktar verosimili u ħajja. Id-deskrizzjoni tispikka fi ftit partijiet: eżempju wieħed hu meta taqa’ bomba fuq xelter mimli nies u jibda l-proċess ta’ tħaffir biex jinħarġu dawk li kien hemm ġewwa (Kap. 21). Id-deskrizzjoni terġa’ tispikka f ’Kapitlu 23 fejn naqraw dwar jum it-tieġ bejn Vitor u Emilia, deskrizzjoni li tieqaf ħesrem minħabba l-isfond tal-gwerra. Hawn l-awtur jagħti spazju lill-ħsus tal-għarajjes. Din ta’ Said-Zammit hi wkoll ġrajja li trid twassal għadd ta’ valuri: il-familja, l-imħabba lejn il-patrija, il-fidi Nisranija, il-qlubija ta’ min saħansitra jmut għal art twelidu, u l-imħabba lejn il-ġenituri. Emilia – It-Tfajla tal-Belt hi storja li tirrakkonta firdiet u weġgħat minħabba emigrazzjoni, mard, gwerra u għajbien ta’ persuni. Minkejja t-taqtigħ il-qalb li naqraw dwaru matul is-snin ta’ qabel u ta’ matul it-Tieni Gwerra Dinjija, fl-aħħar mill-aħħar dan ta’ George Said-Zammit hu rakkont bi tmiem ferrieħi. Emilia – It-Tfajla tal-Belt hu ideali għall-qarrej li jħobb ġrajja interessanti u li taħkmek, imma fl-istess ħin ġrajja sempliċi miktuba bi stil li jagħti gost iktar milli jgħajji lill-moħħ. Mistoqsija: Min qatta’ xi żmien fl-Awstralja?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu il-ktieb EMILIA – IT-TFAJLA TAL-BELT. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 12 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba ZERO U IL-LUKANDA TA’ MARTINA huwa: JOSEPHINE THEUMA - MSIDA
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
03
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm sar tħawwil ta’ siġar madwar Malta fl-2019?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
30
05.01.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
31
05.01.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 310
ROSANNE ATTARD - MARSASKALA
Bi 3 Numri 082 162 165 186 195 196 222 271 309 359 449 460 548 553
621 763 B’4 Numri 0069 0092 0237 0476 0691 0940 1163 1301 1323 1674 1835
1961 2002 2147 2269 3975 4022 4300 4675 5498 5523 5539 6076 6132 6394 6672
6781 6990 7011 7104 7904 7908 7998 8391 8487 8768 8772 9139 9357 9729
B’5 Numri 26947 33949 36729 36768 52346 63089 73348 75817 85387 93773 B’6 Numri 184159 261911
295636 354949 726771 888105 925701 998363 Bi 8 Numri 01924043 28004397 37199275 68785558 86139351 96701193
Mimdudin: 1. Kompli l-qawl: Il-bigilla ..........u l-wiċċ tal-għalqa ħdaret (5) 4. Ipittru fuqha (4) 7,16 ..... Bin Laden (5) 9. Ara 5 10. Kulħadd għandu tnejn minnha (6) 12. Naqqas l-ebusija (6) 16. Ara 7
18,22. 19. 20. 21. 23. 24.
Timpustaha (5) Jaħraq (3) Ġebla? (5) Femminil ta’ ħu (3) Issibu jħammeġ kullimkien (4) Mill-Ukrajna (5)
1,12. 2. 3,11. 5,9.
Weqfin: Dan mediċi (8) Lemħet (3) Opra(5) Hawn min jieħu tlieta kuljum (6)
6. 8. 11. 12. 13,17. 14. 15. 17. 21. 22.
Ilmaħ (3) Divertiment (9) Ara 3 Ara 1 wieqfa Tara (6) Iperpru (6) Qishom dgħajjes? (6) Ara 13 Ġnien (3) Ara 18
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Serqa, 4.Fart, 7,16.Dritt, 10.Dabbar, 12.Skufja, 18.Si, 19.Run, 20.Kanta, 21.Ant, 24.Igara
Weqfin: 1.Skossi, 2.Rio, 2,9,23.Addolorata, 5,15.Abbanduna, 6,11.Torok, 8.Raffinati, 12,21 wieqfa. Ringo, 13.USA, 14.Arawna, 17.Tin, 22.Tut
32
05.01.2020
kullhadd.com
JAQBŻU T-€13–IL BILJUN ID-DEPOŻITI TAL-FAMILJI Rapport tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jindika li għall-ewwel darba fl-istorja l-familji f ’pajjiżna għandhom aktar minn €13–il biljun f ’depożiti ma’ banek lokali. Dan ifisser żieda ta’ ħames biljuni u tlett mitt miljun ewro mill-ammont ta’ depożiti li kien hemm qabel il-bidla fl-amministrazzjoni f ’Marzu 2013. Kuljum mill-bidla fil-Gvern ’l hawn id-depożiti tal-familji mal-banek lokali żdiedu b’medja ta’ żewġ miljuni u mitejn elf ewro. Taħt l-amministrazzjoni preċedenti l-medja taż-żieda fid-depożiti mal-banek bilkemm kienet tlaħħaq miljun ewro kuljum. Li jfisser li r-rata li bih irnexxielhom iżidu d-depożiti mal-banek l-familji tagħna aktar milli rdoppjat.
Iż-żieda qawwija fid-depożiti mal-banek tal-familji Maltin u Għawdxin tispjega għaliex żdied daqstant il-proporzjon ta’ dawk li jħossu li huma middle class f’pajjiżna
Skont il-Bank Ċentrali l-familji f ’pajjiżna għandhom rata ta’ tifdil ta’ 18% tad-dħul tagħhom. Bejn l-2008 u l-2012 ir-rata ta’ tifdil kienet ta’ bejn 5% u 7%. Stħarriġ
ieħor tal-Bank Ċentrali jindika li bejn l-2010 u l-2016 il-proporzjon tal-familji f ’pożizzjoni li jistgħu jfaddlu rdoppjat. Iż-żieda qawwija fid-depożi-
ti mal-banek tal-familji Maltin u Għawdxin tispjega għaliex żdied daqstant il-proporzjon ta’ dawk li jħossu li huma middle class f ’pajjiżna. L-aktar Eurobarometer riċenti fil-fatt jindika li madwar żewġ terzi ta’ dawk intervistati f ’Malta qalu li jħossu li huma middle class. Dan kontra anqas minn nofs ta’ dawk intervistati madwar l-UE. L-istatistika fuq ir-rekord ta’ tifdil
tal-familji ħarġet ftit wara statistika li indikat li għall-ewwel darba l-paga medja f ’pajjiżna qabżet l-€20,000, kif ukoll statistika li indikat li r-rata ta’ impjiegi f ’pajjiżna bdiet taqbeż sewwa l-medja Ewropea. Dan kollu jikkonferma kemm it-tkabbir ekonomiku f ’pajjiżna laħaq firxa wiesgħa ta’ nies u wassal għall-kreazzjoni ta’ middle class ġdida.