KullHadd_05.02.2017

Page 1

RAPPORT IEĦOR FAVUR

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 5 ta’ Frar, 2017

Ara paġna 9

Ħarġa Nru 1,230 Prezz €1

IRDOPPJAW L-INGLIŻI LI JRIDU JSIRU MALTIN sena ta’ qabilha kien hemm 196. Iż-żieda fin-numru hija effett ċar tad-deċiżjoni li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea biċ-ċittadini Ingliżi jagħmlu li jistgħu biex iżommu l-passaport Ewropew.

IT-TMEXXIJA MUSCAT TWASSAL GĦAL SUĊĊESS FIL-MALTA SUMMIT

Ara paġna 11

Ara paġni 4 u 5

• EFFETT ĊAR TA’ BREXIT Tagħrif li kisbet din il-gazzetta juri kif bejn is-sena li għaddiet u ta’ qabilha kważi rdoppjaw l-Ingliżi li applikaw biex jieħdu ċ-ċittadinanza Maltija. Filwaqt li fl-2016 kien hemm 390 applikazzjoni, fis-

100 GĦALL-QORTI

• IL-PULIZIJA B’KAŻ TA’ PORNOGRAFIJA U REVENGE PORN • TIXRID TA’ RITRATTI B’WHATSAPP U B’FACEBOOK • JINVOLVI NUMRU TA’ TFAL TAĦT IS-16–IL SENA Madwar 100 persuna mistennija jitressqu l-Qorti filġimgħat li ġejjin b’rabta ma’ każ li fih il-Pulizija Maltija kissret ċirku ta’ distribuzzjoni ta’ materjal meqjus pornografiku u saħansitra revenge porn. Imkejjen qrib l-investigazzjoni, li f’dan l-istadju ftit li xejn xtaqu jagħtu dettalji, ikkonfermaw it-tagħrif li għandha l-gazzetta KullĦadd li dan huwa każ li oriġina minn żewġ adolexxenti iżda mbagħad it-tixrid tal-filmati u tar-ritratti permezz tal-midja soċjali, partikolarment

WhatsApp u Facebook, tant infirex li hemm kważi 100 persuna involuti. Fost dawn il-persuni hemm min se jitressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati għax għandhom iktar minn 16-il sena u jridu jwieġbu għal diversi akkużi quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli. Fil-każ tal-minorenni, dawn mistennija jitressqu quddiem il-Qorti tal-Minorenni quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke. L-istħarriġ qed jitmexxa mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ kontra l-Vizzji.


02

05.02.2017

kullhadd.com

L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 13°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa dgħajfa ta’ pressjoni għolja minn fuq il-Lvant tal-Libja sa fuq iċ-ċentru talMediterran se tippersisti It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mil-Lbiċ li jsir moderat għal ftit qawwi waranofsinhar, u jżid għal qawwi filgħaxija Il-Viżibbiltà: Ġeneralment tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir moderat għal qawwi L-Imbatt: Baxx min-Nofsinhar il-Lbiċ li jsir baxx millPunent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 15°C

Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tnejn

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa, MRS3000

14°C

UV 3

11°C

Il-Ħamis

15°C

UV 3

10°C

15°C

Il-Ġimgħa

UV 3

9°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

15°C

UV4

11°C

14°C

UV 3

9°C

15°C

UV 4

10°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, il-Belt Valletta – 21225785 Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun – 21245627 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, il-Gżira – 21311797 Numri Importanti Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Riħan, San Ġwann – 21372195 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 112​ Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, il-Mosta – 21416426 Il-Pulizija ta’ Malta Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, il-Mellieħa – 21523536 2122 4001-9​ Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, il-Birgu – 27600126 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ St. Elias Pharmacy Triq San Elija, ix-Xgħajra – 21660300 2393 0000 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, iż-Żejtun – 21678039 Il-Gwardjani Lokali Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 ​2132 0202 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat – 21455479

Stampat Progress Press

L-Isptar ta’ Malta 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana – 21566979 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, il-Qala – 21555348 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

05.02.2017

kullhadd.com

GĦIDNILKOM SENA ILU! • L-ATTAKK FUQ CARDONA PARTI MINN PJAN LI ŻVELAJNA AĦNA • CARDONA: “GĦANDI L-PROVI LI JKISSRU DAK LI QALET DCG” L-attakk fuq il-Ministru Chris Cardona, li kkarga iktar kmieni din il-ġimgħa, huwa parti minn strateġija miftiehma sena ilu fid-Dar Ċentrali. Strateġija li d-dettalji tagħha konna żvelajniehom aħna b’mod esklussiv f ’Marzu li għadda u li ma kull xahar li għadda dejjem ġew ikkonfermati. F’laqgħa, fid-29 ta’ Frar 2016, fid-Dar Ċentrali kienet maqbula strateġija ħarxa li kellha tieħu iktar ħajja iktar ma toqrob il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kif fil-fatt qed jiġri. Dakinhar kien intqal li bl-ekonomija tal-pajjiż miexja b’ritmu li ma jrid jaqta’ xejn, ma kienx hemm għażla oħra għajr protesti u manuvri bil-għan li wieħed jipprova jistaġna xi ftit l-affarijiet. L-istrateġisti tal-PN miġbura madwar mejda fil-preżenza tal-Kap tal-Oppożizzjoni qalu li jekk ma jsirx hekk ikun diffiċli li wieħed jirbaħ l-elezzjoni ġenerali. Ftit tal-ġimgħat wara kienu bdew il-protesti fit-toroq iżda dawn ftit li xejn ħallew effett għax pajjiżna baqa’ miexi ’l quddiem. Però kien hemm lat ieħor li kien maqbul dakinhar. L-attakki personali. Il-qlajjiet fuq Chris Cardona huma proprju parti minn din l-istrateġija meta fid-Dar Ċentrali kienu qablu li jsejħu eks pulizija u nies attivisti ta’ ċertu sfond, inkluż tal-ġakketta blu, biex isegwu esponenti talGvern u l-familji tagħhom biex jinħolqu stejjer personali. Fejn ma jsibux kienu lesti jivvintaw. Fejn hemm dubju kienu lesti li jagħmluh fatt. Prova ta’ dan kien il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe

Il-ħarġa tas-6 ta’ Marzu 2016 fejn żvelajna x’kien qed jinħema Fenech Adami, iktar kmieni din il-ġimgħa li għalkemm mingħajr provi f ’idejh kien lest jirrepeti dak li qalet Daphne Caruana Galizia. F’dik il-laqgħa kien miftiehem ukoll li jrid isir minn kollox biex titħarbat il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni

Ewropea u l-ewwel sforz li sar kien wieħed politiku. Ipprovaw iqajmu kemm jistgħu l-kwistjoni Panama fil-Parlament Ewropew. Iżda mingħajr suċċess. Filwaqt li iktar qabel ipprovaw inisslu dubji fuq l-impjant tal-enerġija għax hu wieħed mill-ikbar proġet-

Skont il-pjan, li saħansitra kien qed ikun żvelat qabel jiġri fuq glennbedingfield.com, il-midja tal-PN telgħet Dusseldorf tħallas biex tikkonvinċi qħab

ti tal-Gvern. Iżda hawn ukoll mingħajr suċċess (ara paġna 9). Kien dan li wassal biex tkun addottata l-parti tal-istrateġija fejn l-attakk jinbidel f ’wieħed personali. Fl-aħħar ġimgħat dawn l-attakki kienu kontinwi u nfetħu sensiela ta’ libelli kontra esponenti tal-PN. Saru kampanji fuq uffiċjali tal-Gvern, bħal dik fuq Neville Gafa, fejn imbagħad irriżulta li t-theddid li s-sors tal-istorja ma kien xejn għajr messaġġ mibgħut mis-sors lis-sors innifsu. B’Malta titlaq tajjeb immens fil-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, l-istrateġisti tal-PN qablu li jridu jżidu d-doża u din id-darba fil-mira kien

hemm id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Cardona kien magħżul għax mhux l-ewwel darba li spiċċa fil-mira ta’ Caruana Galizia li bħal dejjem kienet hi li bdiet l-attakk, bil-midja tal-PN imbagħad tagħmel l-istorja tagħha. FidDar Ċentrali qalu li la lil Cardona ġieli ppruvaw iħammġuh qabel, seta’ jkun iktar faċli li jimmiraw fuqu. Skont il-pjan, li saħansitra kien qed ikun żvelat qabel jiġri fuq glennbedingfield.com, il-midja tal-PN telgħet Dusseldorf tħallas biex tikkonvinċi qħab – persuni li jbigħu ġisimhom għall-flus – biex jgħidu li raw lill-Ministru Chris Cardona u l-konsulent tiegħu li kien miegħu l-Ġermanja fuq xogħol. L-istrateġija hija ċara. L-istorja għandha tittawwal kemm tista’ bil-għan li n-nies jitkellmu mill-inqas fuq is-suċċessi li nkisbu mill-Presidenza. Fosthom id-deal dwar ir-roaming u l-ftehim dwar l-immigrazzjoni fis-summit. U min l-istrateġija ma togħġbux għax meqjus moderat, bħal Viċi Kap Mario De Marco, għandu jistenna l-attakki. Fuq kollox, minkejja l-libelli u ċ-ċaħdiet ta’ Cardona kollox baqa’ miexi skont il-pjan. Iżda, Cardona ma ddejjaqx jiffaċċja l-midja u mar fil-programm Xtra fejn saħansitra ddibatta ma’ Beppe Fenech Adami. Qal li għandu provi f ’idejh li se jkissru dak li allegat Daphne Caruana Galizia. Tenna li għalkemm il-loġika tgħid li huwa min jallega li jrid jipprova l-ħażin hu kien se jagħmel bil-kontra u jipprova li dak li ntqal dwaru mhu xejn għajr gidba.


04

"KBURI B’MALTA" Joseph Muscat 05.02.2017

“Kburi b’pajjiżi. Kburi b’Malta. Is-Summit Ewropew mhux biss kien imfaħħar ħafna għall-organizzazzjoni eċċezzjonali li kellna millat loġistiku, imma qiegħed fuq fomm l-Ewropa kollha għall-kisbiet politiċi. Ilbieraħ għamilna rebħa anke għallpoplu Malti fl-immigrazzjoni fejn issa għandna passi konkreti biex nibdew insolvu din il-problema kbira Ewropea bħala Unjoni Ewropea.” Dan kien kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat li s-Sibt filgħodu tkellem malgazzetta Kullħadd wara s-Summit ta’ Malta li ġie mfaħħar mill-mexxejja kollha Ewropej. Joseph Muscat qalilna li l-ikbar kisba għal Malta hija li fl-aħħar, bl-insistenza tagħna u tat-Taljani u anke bl-appoġġ

kullhadd.com

tal-istituzzjonijiet Ewropej, b’mod partikolari talPresident tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk u l-President talKummissjoni Ewropea JeanClaude Juncker, qed jinstabu soluzzjonijiet konkreti ħafna u prattiċi għall-problema talimmigrazzjoni. “Qed ngħidu li se nieħdu ħsieb li l-immigranti ma jaqsmux u se nibdew milLibja. L-ewwel nett jeħtieġ ma nħallux immigranti jaqsmu l-baħar bil-perikli kollha u l-eluf ta’ ommijiet, missirijiet u tfal imutu fil-Baħar Mediterran. Imma wkoll li nieħdu ħsieb li jkun hemm ċentri mmaniġġjati b’umanità fil-Libja stess. Ovvjament f ’dan kollu l-Ewropa trid tikkontribwixxi billi tgħin lil-Libja tiżviluppa,” qalilna l-Prim Ministru.

Staqsejnieh x’reazzjoni kellhom il-mexxejja Ewropej għall-organizzazzjoni tasSummit. “Kienu impressjonati bil-livell li lħaqna fejn tidħol illoġistika. Mill-akkreditazzjoni, saż-żamma tal-ħinijiet, sal-ikel Malti li offrejnielhom. Iżda l-iktar ħaġa li baqa’ kulħadd isemmili sa dalgħodu stess (isSibt filgħodu) waqt il-laqgħa mal-Prim Ministru tal-Irlanda kienet kemm irnexxielna nieħdu deċiżjonijiet f ’ħin tajjeb u f ’armonija li ftit tara f ’laqgħat Ewropej,” qalilna l-Prim Ministru. Huwa saħaq li jemmen ħafna fil-potenzjal ta’ dan il-pajjiż u fin-nies tiegħu. “Ninsabu mogħnija b’nies ħabrieka u serji u dan ġie rifless fisSummit ta’ Malta,” sostna Joseph Muscat. Mistoqsi jekk dan is-Summit

Malta mhux biss imfaħħra għallorganizzazzjoni impekkabbli tas-Summit Ewropew, imma wkoll għas-suċċessi politiċi li kisbet l-Ewropa f’pajjiżna huwiex biss opportunità għal ritratti bejn il-mexxejja Ewropej, Joseph Muscat saħaq li l-kisbiet politiċi

u d-diskussjonijiet serji se jinħassu mill-qrib millMaltin f ’Malta daqskemm f ’pajjiżi oħra li qed iħossu l-pressjoni tal-immigrazzjoni. “Il-kisbiet politiċi ta’ dan is-Summit mhumiex kisbiet fis-sħab. Nirringrazzja ħafna lid-Deputat Prim Ministru Louis Grech u lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella għal-leadership li wrew fuq livell politiku biex ħafna mix-xogħol li sar filpreparazzjoni politika, biex jintlaħaq qbil f ’Malta, kien lest minn qabel.” “Il-messaġġ li bgħatna bħala Malta huwa wieħed ta’ effiċjenza fl-organizzazzjoni u serjetà u aġilità fejn jidħlu soluzzjonijiet konkreti għal problemi kbar. Kburi b’Malta u l-Maltin,” qalilna l-Prim Ministru.


05

05.02.2017

kullhadd.com

X’QALU L-MEXXEJJA EWROPEJ DWAR IL-MALTA SUMMIT: DONALD TUSK Il-President tal-Kunsill Ewropew Grazzi tal-organizzazzjoni eċċezzjonali ta’ dan is-Summit f ’Malta. Mhux qed ngħidu jien, rajt ir-reazzjoni tal-mexxejja Ewropej li b’mod spontanju urew l-approvazzjoni tagħhom meta faħħart lilek u lit-tim tiegħek. L-organizzazzjoni kienet perfetta u politikament għamiltu xogħol li jirrikjedi ħafna sforzi minn kulħadd. L-atmosfera li ħloqtu f ’Malta kienet speċjali u għenet biex naslu fejn wasalna. Joseph Muscat flimkien mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk waqt is-Second Working Session

JEAN-CLAUDE JUNCKER Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Din hija s-seba’ darba li ġejt Malta u mhux se tkun l-aħħar darba din is-sena. Impressjonat għall-mod kif organizzajtu dan l-avveniment mill-pulizija edukati sal-ħaddiema taċċivil u organizzaturi ta’ dan is-Summit. Din tikkonferma li pajjiż żgħir bħal Malta, b’riżorsi umani limitati, huma iktar effiċjenti minn ħut kbir fil-vaska Ewropea.

Joseph Muscat jindirizza laqgħa għall-mexxejja tal-P.E.S li saret nhar il-Ġimgħa fiċ-Ċ.N.L

ENDA KENNY Il-Prim Ministru tal-Irlanda Impressjonat b’pajjiżkom u impressjonat bil-mod kif mexxa l-laqgħat b’mod politiku l-Prim Ministru Joseph Muscat. Il-fatt li sar ħafna xogħol politiku qabel kif xtaq il-Prim Ministru Malti ħalla effett tajjeb ħafna u riżultati impressjonanti fejn għall-ewwel darba laqgħa bdiet fil-ħin u spiċċat qabel il-ħin. Din kienet kisba kbira.

Joseph Muscat flimkien ma' Rumen Radev, Theresa May, Donald Tusk u Miro Cerar waqt il-vjaġġ tagħhom mill-Belt Valletta għall-Birgu

SERGEI STANISHEV Il-President tal-Partit Soċjalist Ewropew Huwa jagħti parir lil kull Gvern soċjal-demokratiku li jimxi fuq il-mudell ta’ Malta, fuq il-mudell ta’ Joseph Muscat.


06

IT-TFAL L-INQAS LI JDURU FUQ IL-179 05.02.2017

kullhadd.com

Kitba ta’ ALEANDER BALZAN

Għal snin twal, speċjalment meta saru kampanji fl-iskejjel dwar kif it-tfal għandhom ifittxu l-għajnuna tal-179, mhux darba u tnejn li ġenituri setgħu jikkummentaw dwar kemm jista’ jkun li uliedhom qegħdin jingħataw arja żejda. Iżda, kelliema għall-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) qalet mal-gazzetta KullĦadd li persuni taħt it-18-il sena huma fost l-inqas li jużaw is-servizz ta’ għajnuna li joffri dan in-numru li issa daħal fil-25 sena tiegħu. “Għal kontra ta’ dik li hija l-perċezzjoni tal-pubbliku inġenerali, ma tantx iċemplu minuri. Peress li aħna membri wkoll tal-organizzazjoni dinjija, Child HelpLine International, nixtiequ ħafna li tfal u żgħażagħ li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli ma jiddejqux li jċemplu fuq il-linja tagħna. Is-Supportline 179 mhux qiegħed hemm biex jagħti arja żejda lit-tfal iżda huwa mezz ta’ kif tfal li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli jistgħu jfittxu l-għajnuna,” qalet il-kelliema tal-fondazzjoni. Jirriżulta li l-medja ta’ telefonati kuljum hija ta’ madwar 35. “Ikun hemm telefonati li jieħdu ammont ta’ ħin, ġieli anke siegħa, minħabba n-natura sensittiva tal-problema li min iċempel ikun qed jitkellem dwarha,” kompla jkun spjegat, filwaqt li kien irrimarkat li m’hemmx xejriet li huma l-istess dwar meta jidħlu l-iktar telefonati u dwar xiex.

“M’hemmx pattern ta’ meta u xħin ikun hemm l-aktar telefonati. Ikun hemm ġranet fejn it-telefown ma jiqafx iċempel u jkun hemm ħinijiet fejn inkunu aktar kwieti. Ikun hemm perjodi fejn ninnutaw li qed iċemplu persuni bi problemi simili bħal pereżempju: persuni bi problema ta’ solitudni jċemplu aktar fil-perjodu tal-Milied, nisa tad-dar iċemplu aktar f ’ħinijiet ta’ filgħodu fejn forsi jkunu weħidhom id-dar u jkunu jixtiequ jitkellmu rigward xi problema li għaddejjin minnha, matul il-perjodu skolastiku (Ottubru-Ġunju) jkun hemm

aktar telefonati ta’ ġenituri li inkwetati fuq il-bullying eċċ...” qalet il-kelliema tal-Appoġġ. Fuq kollox dan hu servizz li jwieġeb għal kull tip ta’ diffikultà, fosthom telefonati ta’ persuni li għandhom problema ta’ solitudni, persuni li għandhom problemi ta’ saħħa fiżika u/jew mentali, persuni li għaddejjin minn dipressjoni u persuni li għandhom problema ta’ vizzji fosthom droga, alkoħol u logħob tal-azzard. Dan iwassal biex il-kelliema tal-fondazzjoni tgħid li ma tistax tidentifika karatteristika partikolari ta’ min iċempel. “L-unika ħaġa li jkollhom komuni hija li f ’mumenti fejn il-persuna tħossha vulnerabbli ssib kenn u gwida fis-Supportline 179,” kien spjegat mal-gazzetta KullĦadd. Sfidi tal-lum u tal-bieraħ Jeżistu sfidi li nistgħu nsejħulhom tal-lum u oħrajn li ilhom jeżistu minn dejjem, bħal dik tas-solitudni. Għalkemm ngħixu f ’dinja mimlija mezzi ta’ komunikazzjoni u attivitajiet kontinwi jidher li din tal-aħħar xorta waħda qiegħda tiżdied. “Ikun hemm ħafna dwejjaq bilproblema tas-solitudni, b’mod partikolari anzjani u persuni bi problemi ta’ saħħa mentali. F’dawn il-każijiet il-persuna li ċċempel tkun tixtieq kuntatt uman ta’ persuna li taf tisma’ mingħajr ma tiġġudika, li toffri sapport lil qalb muġugħa, li m’għandhiex ma’ min titkellem u li tħoss li ħadd ma jifhimha. IsSupportline 179 tħeġġeġ ukoll lil dawk il-persuni li jċemplu b’mod

Aħna xorta obbligati li ngħadduh lis-servizzi kkonċernati sabiex tittieħed azzjoni u tibda investigazzjoni jekk ir-rapport huwiex minnu jew le regolari minħabba problema ta’ solitudni sabiex jissieħbu f ’xi gruppi jew għaqdiet sabiex ma jiġux dipendenti fuq illinja ta’ Supportline 179 iżda wkoll jibnu relazzjonijiet ma’ persuni oħra,” qalet il-kelliema tal-Fondazzjoni li spjegat kif l-internet u l-midja soċjali offrew sfida ġdida f ’dawn l-aħħar snin. “It-teknoloġija, b’mod partikolari l-użu tal-internet u l-midja soċjali, ippreżentaw qasam ġdid f ’dawn l-aħħar snin li bosta persuni jċemplu dwar problemi relatati, speċjalment mas-sigurtà u l-abbuż fuq l-internet. Dawn it-telefonati jiġu mbagħad referuti għal aktar għajnuna lis-Servizz talHotline fi ħdan l-istess Aġenzija Appoġġ. Fost dawn it-telefonati nistgħu nsemmu problemi bħal cyberbullying, sexting u grooming,” kien irrimarkat. Meta l-abbuż ikun wieħed serju jridu jittieħdu passi anke jekk

in-numru jiggarantixxi ċerta anonimità. “Il-persuni li jċemplu biex jirrapurtaw abbuż ta’ tfal jew anzjani għandhom dritt li jibqgħu anonimi. Għalkemm ir-rapport ikun anonimu aħna xorta obbligati li ngħadduh lis-servizzi kkonċernati sabiex tittieħed azzjoni u tibda investigazzjoni jekk ir-rapport huwiex minnu jew le. Ilħaddiema soċjali li jinvestigaw dawn ir-rapporti għandhom ittaħriġ kollu neċessarju sabiex jagħmlu assessjar tajjeb tassitwazzjoni u minn hemm jindunaw jekk ir-rapport li sar ikunx wieħed ġenwin jew le,” żiedet il-kelliema talFondazzjoni li fakkret kif ilvolontiera kollha fuq in-numru jieħdu taħriġ neċċessarju. “Il-pjanijiet għal Supportline 179 hu li jibqa’ jħarreġ voluntiera sabiex jassistu lil nies li jkollhom bżonn l-għajnuna u jagħmlu użu minn dan is-servizz. B’hekk l-għan tas-Supportline 179, li jkun is-servizz inizjali biex persuna tfittex l-għajnuna, jibqa’ jintlaħaq. Huwa l-għan tal-Fondazzjoni li s-Supportline 179 ikompli jissaħħah u jikber anke bl-inkluzjoni ta’ aktar ħaddiema professjonali li jassistu lil voluntiera sabiex innumru ta’ nies li jirċievu dan isservizz ikompli jikber,” qalet ilkelliema tal-fondazzjoni li meta mitluba tikkummenta dwar telefonati foloz kellha tweġiba pożittiva. “Ma tantx ikollna minn dan it-tip ta’ telefonati. Il-pubbliku huwa matur f ’dan il-qasam. Li jkollna ħafna drabi jkunu żbalji ġenwini.”


07

05.02.2017

kullhadd.com

PAPPAGALL POPOLARI JRID IKUN REĠISTRAT • BĦALU GĦADD TA’ SPEĊI OĦRA Kitba ta’ ERA, għamilha ċara li għal COLIN DEGUARA kull tip ta’ moviment ta’ dawn l-annimali, anke jekk Bidla fil-liġijiet wieħed lokali, se jkun hemm internazzjonali dwar speċi bżonn jinħareġ permess. meqjusa bħala rari jew fi “Anke jekk xi ħadd ħa jbigħ ħtieġa ta’ protezzjoni se minn dawn l-annimali Malta taffettwa wkoll persuni stess, dan se jkollu bżonn f ’pajjiżna li għandhom iċ-ċertifikati. Jiġifieri mhux dawn it-tipi ta’ annimali jew forsi xi ħadd iserraħ moħħu għasafar. jgħid jien mhux se nbigħu L-Awtorità tal-Ambjent u barra minn Malta. Anke jekk r-Riżorsi (ERA) qed timponi ikun hemm kummerċ jew reġistrazzjoni ġdida għal min movimenti ġo Malta stess diġà għandu rettili differenti jiġu affettwati,” qal Borg. bħaċ-Chinese Crocodile Minħabba li bħalissa Lizard u l-Masobe Gecko hemm ċerti tipi t’annimali jew il-ħuta Clarion angelfish. li lanqas hu magħruf jekk Wieħed isib ukoll għadd hawnx minnhom Malta, din ta’ pjanti rari fosthom ir- ir-reġistrazzjoni se tiswa Rosewood u n-Nautilus. tajjeb biex tinġabar ukoll Dan kollu qed isir wara informazzjoni fuq kemm hi tibdil li sar fil-Konvenzjoni kbira l-popolazzjoni ta’ dawn Internazzjonali ta’ xiri ta’ dan it-tipi t’annimali li jinżammu it-tip t’annimali f ’Settembru fid-djar f ’pajjiżna. Din itli għadda. L-annimali li hemm talba għal reġistrazzjoni fil-lista saru iktar protetti u se tolqot ukoll lil kull min għalhekk meta persuna tiġi qed irabbi l-African Grey biex tikseb il-permess biex Parrot li hu popolari ferm tbigħ, turi l-annimal f ’wirja, mal-Maltin bħala annimal jew tibgħat lill-annimal minn tad-dar. post għall-ieħor, se tkun qed “L-African Grey Parrot li tintalab ċertifikat. huwa tip ta’ pappagall griż u Min jirreġistra l-annimali għandu l-aħmar fejn denbu issa se tkunlu iktar faċli biex huwa popolari mhux ħazin jikseb il-permessi neċessarji. ma’ min iżomm il-pappagalli. Alex Borg, Dan s’issa kellu ftit kontrolli uffiċjal fuqu, imma issa se taljkun hemm anke restrizzjonijiet fuq x’jiġri m e t a jiċċaqlaq flEwropa,”

Jiġifieri mhux forsi xi ħadd iserraħ moħħu jgħid jien mhux se nbigħu barra minn Malta

qal Borg. Borg serraħ moħħ l-entużjasti kollha ta’ dawn it-tipi t’annimali li se jibqgħu jiġu importati wara li jagħlaq il-perjodu tar-reġistrazzjoni. Madankollu, annimali li jinkisbu wara mhux ser ikollhom għalfejn jiġu rreġistrati Malta minħabba li

meta jinġiebu f ’pajjiżna ser ikollhom diġà ċ-ċertifikati meħtieġa. Minħabba li dawn l-annimali jġibu magħhom valur kummerċjali kbir, irreġistrazzjoni tagħhom hija importanti biex tevita li jinqabdu annimali millambjent naturali tagħhom u jiddaħlu f ’pajjiżna illegalment. Meta ssir ir-reġistrazzjoni l-awtorità tista’ tagħmel spezzjonijiet fuq dawn l-annimali biex tassigura li d-dettalji kollha mgħotija huma korretti. Għalkemm l-importanza li jiġu rreġistrati hija kbira, sidien ta’ dawn it-tipi t’annimali mhumiex mitluba bil-liġi biex jagħmlu din ir-reġistrazzjoni. Borg qal li mhux se jieħdu passi kontra min ma jirreġistrax l-annimali tiegħu. Madankollu “jekk xi ħadd ma jirreġistrax mhu qed jikser l-ebda liġi imma jekk eventwalment ħames

snin oħra jiġi biex japplika għall-permess, mhux ħa jkollu reġistrazzjoni li ħa tgħinu li jipprova li fil-fatt dak l-annimal kien għandu qabel inbidlet il-liġi, allura jista’ jkun li daħal wara, meta kellu bżonn li biex jidħol iġib ċerti ċertifikati, allura tiġi li jekk m’għandux dawk iċ-ċertifikati m’hemmx prova jekk dak l-annimali hux legali jew le.” Jekk persuna tiġi bżonn ilpermess ta’ dan l-annimal u dan ma jkollux, hemmhekk jista’ jagħti l-każ li l-annimal jiġi sekwestrat u jittieħdu passi kontra s-sid. Alex Borg stqarr li dan iż-żmien ta’ reġistrazzjoni qed isir biss biex jgħin liċċittadin u għal ebda motiv ieħor. Għalhekk l-Awtorità mhux ser tkun qed timponi ħlas marbut ma’ dan isservizz. L-ERA qiegħda titlob li r-reġistrazzjoni ssir sas-17 ta’ Frar .


kullhadd.com

IN-NISA SOĊJALISTI EWROPEJ F’MALTA

Il-fergħa tan-nisa fil-Partit Soċjalista Ewropew laqgħu għall-ewwel darba l-eżekuttiv tagħhom f ’pajjiżna. Laqgħa li saret fl-isfond tal-Presidenza Maltija u jum wara l-laqgħa tal-mexxejja Soċjalisti u l-Malta Summit. Bosta baqgħu impressjonati bil-ħidma li wettaq dan il-Gvern għad-drittijiet indaqs. Il-President tal-fergħa tan-nisa fil-Partit Soċjalista Ewropew Zita Gurmai, qalet li Malta għandha l-aqwa leġislazzjoni għall-ugwaljanza fl-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li f ’dawn l-aħħar erba’ snin daħlet attitudni differenti fejn ingħatat aktar fiduċja lin-nisa fit-tmexxija, fost-

hom bit-tieni President mara. Fakkar fil-miżura taċ-childcare b’xejn u żied jgħid li l-Gvern investa u kiseb riżultati ekonomiċi sinifikanti. Esprima wkoll ix-xewqa li tkompli tonqos l-istigma lejn is-single mothers u hawn fakkar fil-miżura tat-tapering. Fakkar ukoll fil-bidla storika li seħħet fl-aħħar snin fil-konfront ta’ persuni LGBTIQ, li waslet permezz ta’ tmexxija b’rieda li tbiddel favur iktar drittijiet, u titjib fil-ħajja taċ-ċittadini. Fil-laqgħa tħabbar li l-fergħa tan-nisa fil-Partit Soċjalista Ewropew nediet il-kampanja Closing the Pay Gap, kampanja appoġġjata minn nisa Laburisti, spjegat il-President Claudette Abela Baldacchino.

SA €70,000 GĦAL NEGOZJU AGRIKOLU ĠDID

Madwar l-Ewropa, inkluż Malta, mhux qed ikun hemm nies ġodda fis-settur tal-agrikoltura. Bil-għan li jkun hemm forma ta’ għajnuna finanzjarja u biex tagħti motivazzjoni ġdida, kien maqbul pakkett ta’ fondi għal start-ups f ’dan is-settur, inizjattiva li għaliha hemm allokati €4,300,000. IsSibt filgħodu is-Segretarji Parlamentari Ian Borg u Roderick Galdes ħabbru li dawk il-persuni li jixtiequ jibdew negozju fl-agrikoltura u għandhom inqas minn 41 sena, issa jistgħu jgawdu minn massimu ta’ €70,000 f ’fondi Ewropej. Kenneth Scicluna, il-Kap

tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali ta’ Malta, spjega kif apparti l-età, iridu jkunu sodisfatti erba’ kriterji: “li ma jkollox in-numru tal-VAT tar-razzett fuqek, li ma jkollokx l-art fuqek, jekk l-art tkunx irreġistrata mal-Jobs+ bħala bidwi u fil-każ ta’ min għandu razzett bil-bhejjem, jekk il-liċenzja tar-razzett hijiex fuqu jew le”. L-ewwel applikazzjonijiet se jibdew jintlaqgħu fl-4 t’April. Huwa stmat li mas-60 persuna se jibbenefikaw, filwaqt li dawk li jkun aċċettat il-pjan tan-negozju tagħhom, se jingħataw 80% tal-fondi mill-ewwel.


09

05.02.2017

kullhadd.com

COMPLIANT : IL-KELMA LI TISPIKKA F’RAPPORT DWAR L-IMPJANT TAL-GASS • Il-KE TISPJEGA DAK LI GĦAL BUSUTTIL HUWA “KORROTT” Kitba ta' ALEANDER BALZAN Wara li ftit ġimgħat ilu l-Kummissjoni Ewropea tat ilbarka lill-proġett tal-impjant talgass billi qalet li dan hu għalkollox konformi mar-regoli Ewropej, fl-aħħar jiem ippubblikat rapport ta’ 28 paġna li fih rendikont talanaliżi li għamlet biex waslet għall-konklużjonijiet tagħha. Tispikka f ’ħafna drabi l-kelma compliant fejn il-passi kollha li ħa l-Gvern b’rabta ma’ dan ilproġett huma meqjusa bħala konformi mal-liġijiet u direttivi tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ġustifikabbli fiċ-ċirkostanzi ta’ Malta. Għax Malta hi gżira żgħira maqtugħa mill-bqija tal-kontinent u trid tassigura li għandha biżżejjed elettriku bilgħan li l-pajjiż jibqa’ għaddej. Fir-rapport kienet spjegata d-deċiżjoni li l-Kap talOppożizzjoni sejħilha korrotta u li dwarha lmenta ma’ Jean Claude Juncker, President talKummissjoni Ewropea. Dan għaliex Busuttil qed ikompli jopponi l-proġett talimpjant tal-gass li jwassal għal prezzijiet tal-elettriku orħos u biex pajjiżna jkollu sigurtà talprovvista. Fuq kollox Busuttil kien ilu snin jipprova jorbot ilproġett ma’ korruzzjoni u wara li l-esperti Ewropej analizzaw il-kuntratti u d-dokumenti, karta wara karta, irriżulta li mhux talli ma kien hemm ebda korruzzjoni iżda kollox sar skont ir-regoli Ewropej u bi trasparenza. Wara li analizzat ir-rapporti tekniċi tal-Gvern Malti, ilKummissjoni Ewropea fiehmet u qablet li l-impjanti antiki ta’ pajjiżna (Dellimara One u l-Marsa) li jniġġsu jridu jingħalqu u għalhekk joħolqu l-ħtieġa talimpjant il-ġdid. Saħansitra, tikkonferma l-Kummissjoni Ewropea, itterminal tal-gass f ’Dellimara kien l-aħjar għażla biex Malta tassigura li jkollha provvista tal-

Il-kapaċità adegwata trid tkun assigurata mhux biss biex tlaħħaq mad-domanda iżda anke biex tagħmel tajjeb għan-nuqqas talinterconnector jekk ma jkunx disponibbli

elettriku f ’ekonomija li qed tikber. Fuq kollox il-Kummissjoni Ewropea stess tirrikonoxxi kif Malta ma tistax tkun dipendenti fuq l-interconnector ma’ Sqallija biss, kif trid l-Oppożizzjoni ta’ Simon Busuttil. “Ladarba Malta trid tirrispetta l-kriterja N-1, il-kapaċità adegwata trid tkun assigurata mhux biss biex tlaħħaq maddomanda iżda anke biex tagħmel tajjeb għan-nuqqas talinterconnector jekk ma jkunx disponibbli,” jgħidu l-esperti talKummissjoni Ewropea. Għalhekk, tikkonkludi ilKummissjoni Ewropea f ’punt 115 tar-rapport, il-proġett se jagħti dan serħan il-moħħ biex Malta tkun konformi mal-kriterji li hija obbligata li tilħaq. Anke għaliex b’interconnector għaddej taħt il-baħar jekk jinqalgħu ħsarat u diffikultajiet ma jissolvewx millum għal għada. Kritika oħra li saret f ’Malta mill-Oppożizzjoni u li tweġibha l-Kummissjoni Ewropea hija dwar it-tul tal-kuntratt. “Ladarba t-18-il sena huma iqsar mill-ħajja tal-impjant, il-Kummissjoni Ewropea tikkonkludi li dan ilperjodu huwa ġustifikabbli,” jingħad fir-rapport li jinnota wkoll kif l-awtoritajiet Maltin kienu konformi wkoll mar-regoli tax-xiri pubbliku fost oħrajn. Flistess ħin kien irrimarkat ukoll li Malta se tixtri l-enerġija bl-irħas prezzijiet u kif jaqblilha. Ir-rapport, li terfa’ r-responsabbiltà tiegħu billi tiffirmah, il-Kummissarju Ewropea għas-Suq Intern, Margrethe Vestager issegwi kummenti tagħha stess li qalet li b’din l-analiżi d-deċiżjoni talimpjant tal-gass hija magħluqa darba għal dejjem. Intant, ir-rapport inzerta li kien ippubblikat fl-istess jum li f ’Dellimara kien hemm il-wasla tat-tieni tanker tal-gass li qed

ikompli jimla bil-gass l-LNG Armada Mediterenaea biex la jitlestew it-testijiet, pajjiżna jibda jiġġenera parti sostanzjali millenerġija tiegħu b’dan is-sors ta’ enerġija nadifa. Il-Ministru Konrad Mizzi laqa' r-rapport tal-Kummissjoni

Ewropea li dwar il-proġett u tapprova l-istate l-kuntratti li ngħataw aid u qal li dan dwaru. ifisser li huwa Il-Ministru Mizzi qal konformi minn kull dan ixejjen għalkollox aspett mar-regolamenti. il-kritika li kienet għamlet l-OpHuwa qal li din l-approvazzjoni pożizzjoni dwar il-kuntratti li tfisser li hemm ċertezza legali saru mal-konsorzju Electrogas.



11

05.02.2017

kullhadd.com

390 INGLIŻ IEĦOR IRIDU ĊITTADINANZA MALTIJA Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Is-sena li għaddiet kien hemm 390 Ingliż li għamlu talba għal ċittadinanza Maltija malAwtoritajiet Maltin. Din hija żieda sinifikanti fuq is-sena ta’ qabel meta l-Aġenzija Identità Malta rċeviet 196 talba għal ċittadinanza Maltija minn persuni ta’ nazzjonalità Ingliża. Naturalment din hija konsegwenza diretta ta’ Brexit fejn il-maġġoranza tal-poplu tar-Renju Unit iddeċieda li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Xi ħaġa li xejn ma niżlet tajjeb ma’ Ingliżi li jgħixu f ’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, fosthom Malta. Dan għax bis-sħubija fl-

jkollhom l-istess drittijiet li għandhom huma fir-Renju Unit. Dawk l-Ingliżi li jgħixu f ’pajjiż Ewropew u li jridu jserrħu rashom li jibqgħu jkunu stmati l-istess f ’dawk li huma drittijiet, qed jaraw kif jiksbu ċ-ċittadinanza ta’ dak il-pajjiż. Dejjem jekk għandhom bażi biex jikkwalifikaw. F’Malta hemm tliet kategoriji ta’ persuni li jistgħu jiksbu ċittadinanza Maltija. Ingliżi li għandhom axxendenti Maltin, Ingliżi li ilhom aktar minn ħames snin miżżewġin ċittadin Malti jew ċittadina Maltija u Ingliżi li ilhom Unjoni Ewropea jgawdu ieħor igawdu minn iktar li fost ir-raġunijiet li vvotaw jgħixu Malta u li applikaw minn moviment ħieles fl- drittijiet. Xi ħaġa li forsi ma kontra hemm li ma jridux biex ikunu naturalizzati bħala Unjoni Ewropea u f ’pajjiż kinetx fuq l-aġenda ta’ dawk persuni minn pajjiżi oħra ċittadini Maltin.

140 TALBA F’ĠIMAGĦTEJN GĦAL IRRESTAWRA DAREK Kitba ta’ n-numru ta’ talbiet se jkomplu ALEANDER BALZAN jiżdiedu hekk kif bħalissa huma diversi l-klijenti li qed Kollox jindika li qed toħloq jagħmlu tħejjijiet biex jieħdu interess sostanzjali l-iskema sehem fi skema li qed tkun tal-Awtorità tal-Ippjanar biex meqjusa bħala waħda millpersuni jirrestawraw id-dar iktar b’saħħithom fl-aħħar snin tagħhom u jkunu megħjuna biex ikun hemm riġenerazzjoni finanzjarjament. Fl-ewwel tal-qalba tal-irħula u t-tħeġġiġ sejħa li fetħet biss ġimagħtejn biex tintuża proprjetà antika u ilu u tagħlaq f ’April diġà saħansitra mhux użata. kien hemm 140 persuna li Kelliem tal-Awtorità qal li dan ressqu t-talba tagħhom biex in-numru ta’ applikazzjonijiet jipparteċipaw. Periti li tkellmu daħal bejn is-16 ta’ Jannar, ilmal-gazzetta KullĦadd qalu li jum li fetħet l-iskema, u l-1 ta’

Frar. Fakkar kif din l-iskema għandha limitu ta’ fondi marbut magħha anke jekk mhuwiex wieħed żgħir għax ilaħħaq it€8 miljun. “Sabiex nassiguraw li din iċ-ċifra ma tinqabiżx, l-iskema ġiet maqsuma fi tranches. L-ewwel tranche tagħlaq fl-aħħar ta’ April u jekk jifdal il-fondi jinfetħu tranches oħra iżjed tard,” qal il-kelliem tal-awtorità. Taħt din l-iskema, first-time buyers ta’ binjiet residenzjali

skedati fi Grad 1 u Grad 2, jistgħu japplikaw għarrifużjoni ta’ 70% tal-ispejjeż tax-xogħol tar-restawr u konservazzjoni fuq il-faċċata u l-intern eliġibbli sa massimu ta’ €100,000. Min-naħa l-oħra first-time buyers ta’ binjiet residenzjali li jinsabu ġewwa Żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA) jistgħu japplikaw għar-rifużjoni sa massimu ta’ €10,000. L-iskema hi miftuħa wkoll għal proprjetarji ta’ residenzi

privati li jinsabu ġewwa Żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA), li jixtiequ jagħmlu xogħol ta’ restawr u manutenzjoni fuq il-faċċata tal-binja antika tagħhom. Proprjetarji ta’ dawn it-tip ta’ residenzi jistgħu japplikaw għal rifużjoni ta’ 70% fuq xogħlijiet, sa massimu ta’ €10,000. Fir-rigward ta’ binjiet skedati fi Grad 1 jew Grad 2, l-iskema ta’ għotja tipprovdi rifużjoni sa mhux aktar minn massimu ta’ €100,000.


12

05.02.2017

kullhadd.com

IL-ĦOSS TA’ MALTA JISPIKKA FI BRUSSELL F’Dar Malta, fi Brussell, qed jirrenja entużjażmu sħiħ fid-dawl li l-Presidenza Maltija telqet fuq sieq tajba ħafna. Kien hemm laqgħat importanti fi Brussell u oħrajn f’pajjiżna filwaqt li f’dan l-ewwel xahar ingħalqu ftehimiet importanti bħal dak tar-Roaming. Dan il-proċess li involva ħafna tħejjija u diskussjonijiet kien dak li wasal fi tmiemu nhar it-Tlieta li għadda fejn il-Ministri Maltin ressqu l-prijoritajiet tagħhom quddiem il-kumitati differenti tal-Parlament Ewropew. KullĦadd tkellmet dwar dan il-proċess u iktar ma’ Cyrus Engerer, mibgħut tal-Prim Ministru fi Brussell u responsabbli għar-relazzjonijiet tal-Gvern Malti mal-Parlament Ewropew. Il-Presidenza ilha għaddejja ftit iktar minn erba’ ġimgħat. Int li għaddej bil-ħidma fi Brussell tista’ ssemmili xi ħaġa li sibt kif stennejt? Bla dubju, l-iktar ħaġa li kienet kif konna qegħdin nistennew hu l-volum ta’ xogħol li ġġib magħha l-Presidenza. Filwaqt li tkun ilek tipprepara għall-mument, fil-każ tagħna għal ftit iktar minn sentejn, flaħħar ġimgħat qabel il-Presidenza u waqt il-Presidenza nnifisha tirrealizza li l-ħajja privata tiegħek ma jibqax ħin għaliha. Kull minuta tal-ġurnata, bi tmiem il-ġimgħa inkluż, taf li jkun għad baqagħlek iktar x’tagħmel u iktar nies ma’ min trid titkellem. Kien hemm xi ħaġa li ħaditek b’sorpriża? Min-naħa l-oħra, l-iktar ħaġa li ħaditni b’sorpriża kienet l-ammont kbir ta’ nies li jkunu jixtiequ jiltaqgħu miegħek.. Filwaqt li fil-preparamenti tkun taf li se tiġbed interess kbir u li se tkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni, fuq livell Ewropew, għal sitt xhur, meta attwalment jibdew deħlin talbiet għal laqgħat ma’ rappreżentanti minn kull pajjiż madwar id-dinja, rappreżentanti fi Brussell, delegazzjonijiet millistituzzjonijiet Ewropej, Stati Membri, NGOs, kumpaniji u ġurnalisti, teħodha b’sorpriża kif dawn kollha jkun irnexxielhom jakkwistaw l-indirizz tal-imejl tiegħek u n-numru tal-mowbajl.

kollha) jippreżentaw il-programm ta’ ħidma tal-Presidenza Maltija u jiġu mistoqsija mill-Membri tal-Parlament Ewropew mistoqsijiet xi kultant iebsin dwar dak li beħsiebna nagħmlu fis-sitt xhur tagħna fit-tmun tal-Kunsill u tara s-sodisfazzjon fuq wiċċhom għarrisposti li l-Prim Ministru u l-Ministri Maltin ikunu tawhom. Dak il-mument tifhem li x-xogħol kollu li tkun għamilt flimkien mattim li tkun qiegħed tmexxi jkun ħalla r-riżultati mixtieqa u allura tkun ċert li tkun studjajt sew is-sitwazzjoni u tkun għamilt ix-xogħol meħtieġ biex tagħmel suċċess. Kif qed tħejju għal jum tax-xogħol? Jew ma nbidel xejn? It-tħejjija għall-jum tax-xogħol inbidlet ħafna. Tista’ tgħid li issa t-tħejjija ma tispiċċa qatt għaliex il-ħin kollu għandek numru kbir ta’ affarijiet li tkun qed tħejji għalihom b’mod simultanju. Li hu żgur li l-iżveljarin idoqq bosta sigħat iktar kmieni mis-soltu u tidħol torqod ħafna iktar tard minn dak li tkun imdorri għalih. Fl-aħħar mill-aħħar però, dak kollu li tkun qiegħed tagħmel, żgur ma jkunx possibbli mingħajr it-tim tiegħek ta’ kollegi li taf li bħalek mhux qegħdin jieqfu jaħdmu, bi kburija, biex jaraw li l-ewwel Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tkun suċċess. X’qalu Brussell l-identità viżwali Presidenza Maltija?

fuq tal-

Kien hemm kurżità kbira għallIrrakkontali mument li tak identità viżwali tal-Presidenza sodisfazzjon iktar minn u għal bosta ġimgħat qabel oħrajn. bdiet il-Presidenza, kienu jkunu ħafna li jsaqsuni dwar il-logo tagħna. Għalija l-iktar mument ta’ Dejjem kont ngħid li se jkun logo li sodisfazzjon s’issa kien juri ’l Malta tal-lum – Malta moderna, meta l-Prim Ministru Joseph ikkulurita bid-diversità, Malta li tħares Muscat, kif ukoll il-Ministri ’l quddiem b’ottimiżmu kemm għaliha kollha, marru fil-Parlament Ewropew nnifisha kif ukoll għall-Ewropa. (kemm fil-Plenarja u l-Kumitati Nista’ ngħidlek li meta ħareġ il-logo

Kollega tiegħi minn wieħed mill-Istati Membri l-oħra qalli li jkun tajjeb, bħalma qegħdin jgħidu ħafna, li kieku nsellfu l-Prim Ministru tagħna lill-Ewropa

u bdejna anke inqassmu r-rigali talPresidenza dawn intgħoġbu ħafna. Mhix l-ewwel darba li jkun hemm min jgħidlek li l-logo Malti hu wieħed millisbaħ minn dawn l-aħħar Presidenzi. L-iktar li jagħtini sodisfazzjon hu meta jkunu qegħdin jassumu li nqabbdet xi kumpanija kbira internazzjonali tar-reklamar biex tiddisinja l-logo u mbagħad tgħidilhom li dan kien frott ix-xogħol ta’ studenta żagħżugħa mill-MCAST li rebħet kompetizzjoni fost studenti b’logos differenti għallPresidenza Maltija. Ħafna jgħidulek li jixtiequ li l-Gvernijiet tagħhom għandhom daqshekk fiduċja fiżżgħażagħ daqs il-Gvern Malti – anke meta jaraw l-età u l-entużjażmu talmaġġoranza tan-nies li qed jaħdmu l-Presidenza Maltija fi Brussell. Ħaġa oħra ħelwa li qed tmur tajjeb mal-kollegi barranin tagħna hu dak li jien insejjaħlu l-‘ħoss ta’ Malta’ fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Bażikament, kull minn jidħol fil-bini tal-Kunsill jista’ jgħaddi minn mina li ħloqna u xħin tidħol fiha tista’ tisma’ l-ħoss tal-mewġ tal-baħar jħabbat max-xtajta Maltija permezz

ta’ instrument li b’ħafna boċċi żgħar tal-ħadid jirreplika l-ħoss tal-mewġ. Tieħu gost tara nies minn madwar iddinja jmorru biex jisimgħu b’kużità l-ħoss ta’ Malta. X’qed jgħidu dawk li esperjenzaw presidenzi ta’ pajjiżi oħra. Kif qed iqabblu l-Presidenza Maltija ma’ oħrajn? Impressjonanti bilmomentum ġdid u frisk li qegħdin nippruvaw inġibu għall-Ewropa. Kienu bosta li qaluli li kienu impressjonati bid-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament Ewropew u tal-Ministri l-oħrajn kollha fil-kumitati. Qaluli li qegħdin nidhru bħala Presidenza differenti minn ħafna oħrajn. M’aħniex nirrepetu dak li dejjem kulħadd jgħid għaliex bilfors irid jingħad. Il-Prim Ministru, pereżempju, tkellem b’mod ċar ħafna dwar x’għandu jsir biex insalvaw ilproġett Ewropew. Mingħajr tlaqliq u mingħajr ħabi, mhux bħalma jiġri normalment, ma jmurx ikun hemm xi ħaġa li ma tinżilx tajjeb ma’ xi ħadd jew ma’ ieħor. Dan l-istil ta’ ġenwinità u oġġettività qiegħed jinżel tajjeb u jemmnu li hu l-uniku mod li permezz tiegħu nistgħu mhux biss insalvaw, iżda nsaħħu l-għaqda bejn il-pajjiżi Ewropej. Kollega tiegħi minn wieħed millIstati Membri l-oħra qalli li jkun tajjeb, bħalma qegħdin jgħidu ħafna, li kieku nsellfu l-Prim Minsitru tagħna lill-Ewropa għas-snin li ġejjin f ’waħda mill-karigi permanenti ta’ tmexxija Ewropea. Ir-risposta tiegħi dejjem tkun li filwaqt li rridu naraw lill-Ewropa timxi ’l quddiem, Joseph Muscat għad fadallu ħafna x’joffri lil pajjiżna qabel ma jimxi għal karigi oħra. Bi tbissima ngħidilhom li beda programm ta’ bidla għal pajjiżna li qiegħed iħalli r-riżultati u rriduh li jkompli jġib iktar bidliet importanti favur iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.



14

05.02.2017

kullhadd.com

IL-MIDJA SOĊJALI: BARK Illum kulħadd jitkellem fuq is-servizz tal-midja soċjali, li beda bilkompjuter, għadda għall-mowbajls u kompla bit-tablets anki f’idejn it-tfal. Hawn min jistqarr li dawn l-invenzjonijiet, li l-bidu tagħhom imur għas-snin 1830, huma xi ħaġa meħtieġa u li ħadd ma jista’ jgħaddi mingħajrhom illum. Kitbta ta’ CHARLES B.SPITERI

F Qas

Web Co

Meta nisimgħu dan kollu, kemm nistgħu ngħidu li s-servizzi tal-mowbajl u l-kompjuter huma barka għall-familji tagħna?

CA

OG

ALC

Dawn is-servizzi ġodda la huma tajbin u lanqas bħal ħafna affarijiet oħra. Personalment, Għandi librerija aġġornata u sħiħa kull fejn ħżiena. Jiddependi kif tagħmel użu minnhom, allaħares ma kienx il-mowbajl, it-tablet, eċċ. immur li nista’ nikkonsulta immedjatament!

Kull ġenerazzjoni kellha l-mod tagħha ta’ kif tikkomunika. 25 sena ilu la kellna mowbajl u lanqas kompjuter. It-telefown kien l-uniku mezz li jiġini f ’moħħi li stajt nuża biex nikkomunika ma’ ta’ madwari. L-aktar meta kienu jħalluna naħrabu xi ftit ’il bogħod minnhom. Il-limitazzjonijiet kienu kbar u min jaf kemm ġenituri tħassbu dwar uliedhom għax għamlu sigħat twal sakemm semgħu leħinhom. Illum storja differenti. F’kemm trodd salib tagħmel kuntatt mal-

għeżież tiegħek. Sew jekk b’telefonata bilmowbajl jew b’messaġġ fuq Facebook jew xi pjattaforma oħra fuq il-midja soċjali, jafu fejn qegħdin u forsi wkoll x’qegħdin jagħmlu. Dawn l-għodod teknoloġiċi tawna l-faċilità li nikkomunikaw ħafna aktar u malajr bejnietna. U permezz tal-ismartphones, ilkomunikazzjoni bejnietna qatt ma kienet daqshekk faċli. Permezz tal-midja soċjali ninsabu l-ħin kollu f ’kuntatt mal-ħbieb

tagħna, mal-qraba tagħna, ma’ wliedna, man-nies li l-aktar huma għeżież għalina. Iżda mhux biss. Ninsabu f ’kuntatt ukoll ma’ miljuni ta’ nies minn madwar id-dinja. Qegħdin fejn qegħdin, u bi ftit flus, nistgħu nibagħtu l-messaġġi lil xulxin u nirċievu lura kull xorta ta’ informazzjoni li nixtiequ bħal messaġġi, ritratti, filmati, data – kull ħaġa immaġinabbli – u kulma għandna bżonn hu smartphone li għandu konnessjoni malinternet.

Anthony Lu

Dawn is servizzi huma bżonn illum, iżda bħal bil-qies. Lit-tfal u liż-żgħażagħ għandna nikkontrollaw ruħna. F’dan kollu nfehmuhom kull ħaġa oħra irid ikun hemm użu tagħhom nuruhom bil-kliem u bl-eżempju li nagħrfu li l-kuntatt uman hu importanti.

Xejn mhu tajjeb jew ħażin fih innifsu, inkluż ChA l-użu tal midja soċjali. Kollox jiddependi minn kif in-nies jużaw dawn il-mezzi hekk b’saħħithom. L-iżvilupp teknoloġiku li sar tul dawn l-aħħar 50 sena dejjem kien hemm min imaqdru. Bħal meta Ford daħħal il-line production kienu qalu li xogħol il-bniedem spiċċa. L-istess meta ddaħħal ir-robot kien hawn ħafna biża’. Meta daħal it-televiżjoni, meta daħal il-video recorder, insomma kull żvilupp iġib miegħu bidla, kultant radikali u li bħal kull bidla oħra tnissel fil-bniedem

ċerta skumdità u biża’. Il-midja soċjali hi mezz importanti fl-iżvilupp soċjali, ukoll tal familja. Id-distanzi pereżempju jiqsaru ħafna. U l-ħin jiqsar ukoll. Dejjem ngħid kellu bżonn meta telaq ħija l-Awstralja fissebgħinijiet kien hawn l-internet u Skype. Meta wieħed jara l-familja llum kif inhi sparpaljata b’ħafna nies jistudjaw u jaħdmu barra minn pajjiżna, separazzjonijiet, eċċ, wieħed jista’ jżomm kuntatt immedjat malfamiljari tiegħu faċilment. Il-punt l-ieħor hu li ħażin jew tajjeb, il-forza tal-iżvilupp

ma jżommha ħadd. L-għażliet li nagħmlu, għalkemm aħna nistgħu naħsbu li għandna l-kapaċità li nagħżlu, huma ddettati minn dan is-suq, li kontinwament jisfurzana nimxu miegħu. Pereżempju llum mhux tistaqsi jekk għandux ikollok mowbajl jew le iżda liema mowbajl. Jigifieri l-għażla jekk ikollokx mowbajl jew le spiċċat. Kulħadd għandu mowbajl u jekk ma jkollokx tista’ taqa’ lura fil-komunikazzjoni immedjata li l-ħin kollu għandna bżonn.

Dr.Charl Terapist


15

05.02.2017

kullhadd.com

KA JEW SAĦTA MBIERKA?

Fr Colin Apap ssis u Xandar

Jirriżulta li l-ħajja soċjali tagħna l-Maltin inbidlet radikalment. Minħabba dawn is-servizzi qed nispiċċaw esklużi kemm mill-ħruġ mal-ħbieb u wkoll minn uliedna? CA

OG

ALC

ChA

Owen Galea ontent Editor

Messenger, Facebook, eċċ jagħtuni l-possibbiltà mhux biss li nikteb iżda wkoll li nara lil dak li jkun. Hawn min fuq l-istess mejda jikkomunika ma’ kulħadd barra man-nies fuq l-istess mejda. Hawn min jitgħajjar jew jinki lil ta’ quddiemu bl-istess sms, mowbajl....minflok ikellmu! Hawn min biex ikellem lil uliedu u jgħidilhom biex jiġu jieklu jibgħatilhom sms fil-kamra

fejn ikunu! Hawn ristoranti li jipprovdu televiżjoni u tablets waqt l-ikel biex flok titkellem ma’ ħbiebek, tgħix f ’dinja ’l bogħod minnhom. Naf b’familji fejn il-ħin tal-ikel flimkien hu mwarrab kompletament minn kull mezz ta’ komunikazzjoni biex jitkellmu bejniethom, iżda oħrajn jużaw it-televiżjoni waqt l-ikel biex itejbu t-tip ta’ komunikazzjoni bejniethom fuq dak li jaraw flimkien.

Għal xi wħud din it-teknoloġija kollha madwarna għandha wkoll l-effetti negattivi tagħha, għax bħal kull oġġetti ieħor għandha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha. Bosta studji juru li qed inqattgħu medja ta’ tliet sigħat kuljum fuq l-ismartphone tagħna – jum sħiħ filġimgħa! Mhux ta’ b’xejn li ħafna nies jilmentaw

li m’għandhom ħin għalxejn u lanqas għallgħeżież tagħhom li forsi jkunu ilhom ma jaraw. L-użu tal-ismartphone ġab miegħu wkoll perikli ġodda f ’ċerti ċirkostanzi speċifiċi bħas-sewqan fost oħrajn. Sempliċi telefonata jew wasla ta’ notifikazzjoni taf ittelliflek millkonċentrazzjoni u toħloq inċident li jiswa

ħajja. Dawn huma biss ftit eżempji tal-impatt li t-teknoloġija tal-mowbajl qed tħalli fuq ħajjitna. Waqt li llum hemm bosta apps li qed jagħmlulna ħajjitna ħafna aktar faċli, komda u divertenti, hemm biżibilju oħrajn li jservu biss ta’ distrazzjoni u li qed jaħlulna ħafna ħin li nistgħu nużawh ħafna aħjar.

Għax ħafna ġenituri qed jaħarbu mir- uliedhom billi jħalluhom u anki jinkoraġġuhom waqt l-ikel id-dar u saħansitra, tal-misthija, firresponsabbiltà li jitkellmu u jisimgħu lil jiffissaw fuq dawn il-mowbajls u t-tablets anki ristoranti.

Dr Charles Azzopardi, Terapista tal-Familja: Jekk issirx skjav tal-mowbajl jew le tista’ tkun għażla tiegħek, għalkemm mhux dejjem. Iżda tista’ tagħżel meta tirrispondi. Perżempju waqt l-ikel mal-familja ma tirrispondix; waqt ħarġa mal-familja ma tirrispondix. Kull mowbajl għandu buttuna biex titfih u din tista’ tagħfasha meta trid. L-istess għall-kompjuter u għall-midja soċjali. In-nies jagħmlu l-għażliet tagħhom u tara

minn kollox, min jikxef kull parti ta’ ġismu u kull pass li jagħmel f ’ħajtu u min josserva bil-kwiet x’inhu għaddej fid-dinja u fil-pajjiż. Il-midja soċjali tat il-poter f ’idejn in-nies li jistgħu jgħidu dak li jaħsbu, xħin iridu. “Power to the People” kien kiteb John Lennon. Qabel, biex issemma’ leħnek, kont trid tikteb ittra lil xi gazzetta li kellha hi l-poter li tagħżel dak li tippubblika. Illum dak il-poter infirex f ’idejn in-nies u allura l-midja soċjali tat vuċi lil kulħadd b’mod aktar ekwu.

Il-postmoderniżmu dak li jgib, u dak hu issabiħ tiegħu. Issa min irid juża l-midja soċjali biex joqgħod jittanta xi wieħed jew xi waħda jista’ jagħmilha wkoll. Iżda naħseb irid jiġi minni u minnek li nagħmlu għażliet tajbin. Dan ifisser li l-midja soċjali tirrikjedi aktar responsabbiltà personali li mhux kulħadd għandu. Allura kixfet ukoll il-problemi tannies li din ir-responsabbiltà m’għandhomx u tagħtihom lezzjoni, għax jingidmu biex jitgħallmu jkunu responsabbli.

Jista’ jkun li dawn is-servizzi qed jagħmlu minna u minn uliedna ċittadini aktar nervużi u li minħabba l-SMSs ma naslux niktbu fit-tul? CA

OG

ucian Cauchi Artist

les Azzopardi ta tal-Familja

Il-bniedem hu annimal soċjevoli. Mhux maħluq biex jgħix waħdu. Għandu bżonn tal-komunikazzjoni biex isib lilu nnifsu u jibni rapporti ma’ annimali raġonevoli bħalu! L-użu tal-mezzi ġodda ta’ komunikazzjoni, bħal kull ħaġa ġdida, jieħu ż-żmien u l-ħila li jadatta għal dawn il-mezzi. Issib min, ta’ kwalunkwe età, li mid-dar u bil-kumdità jikkomunika ma’ bosta nies li qabel ma kienx ikun possibbli: Skype, FaceTime, WhatsApp,

ALC

ChA

In-nervi, in-nuqqas ta’ komunikazzjoni bil- barra minna. Min kapaċi jkun kalm, għandu biex dak li hemm ġo fih jikkomunikah aħjar u kitba jew b’mezzi oħra, jinsabu ġo fina u mhux xewqa li jikkomunika b’dawn il-mezzi li jgħinuh ma’ iktar nies. Ma neskludi xejn. Jekk niġi biex nibgħat messaġġ jew nagħmel telefonata u l-ismartphone li għandi jibda jagħtini l-problemi għax jeħel jew għax taqagħlu l-batterija, żgur li se jqabbadni n-nervi! Madankollu kollox jiddependi millkarattru tal-persuna. Fil-qosor jista’ jingħad li l-midja soċjali għandha effett qawwi fuq ħajjitna u fuq il-mod ta’

kif naħsbu. Mhux dejjem huma effetti pożittivi u mhux dejjem inkunu konxji tal-effetti li l-midja soċjali qed tħalli fuq ħajjitna u n-nies ta’ madwarna. Hu għal din ir-raġuni li jkun xieraq li nużaw dawn il-mezzi b’responsabbiltà u nsibu bilanċ fl-użu tagħhom.

Iva mhux talli hekk talli qed jiktbu kliem qasir tal-SMSs f ’kompożizzjonijiet kemm bl-Ingliż u bil-Malti. Ma hemmx attenzjoni mill-ġenituri fuq it-tfal. Forsi

għax għandhom x’jagħmlu wisq? Talmistħija, għax it-tfal jiġu l-ewwel u qabel kollox.

Ma naħsibx li minħabba l-midja soċjali qed neskludu r-relazzjonijiet umani. Anzi, taw aktar opportunità biex jiltaqgħu aktar nies li qabel qatt ma kellhom possibbiltà li jiltaqgħu. Rigward il-familja jien nagħżel li nitfi l-mowbajl meta nkun ma’ wliedi jew meta noħroġ malmara. Naħseb aktar li l-midja soċjali serqet il-ħin personali tan-nies u naqqset ħafna millpassatempi li qabel kienu jiġu pprattikati. Kif il-bniedem iqatta’ ħinu hu importanti għalliżvilupp personali u l-passatempi huma parti importanti mill-ħajja.

Li jbezzagħni hu kif qed tinbidel il-lingwa Maltija, pereżempju. Ħafna kliem ingliżat qed jiġi introdott u bilmod qed jisraq lilna minn lingwa rikka u sabiħa. Nara tfal u kbar jiktbu anki fuq FB l-istess lingwa tal-SMSs. Kollox fil-qasir. Anki l-mowbajl, meta n-nies iċemplu kollox fil-qasir biex ma jaħlux ħafna flus. Dan, jekk ma noqogħdux attenti, iġib miegħu degradazzjoni fl-espressjoni tal-lingwa li diġà qed nara tintilef minn ħalqna u minn ħalq uliedna.


16

05.02.2017

kullhadd.com

ŻVOG, PASSATEMP JEW TERAPIJA? Kitba ta’ KELLY PEPLOW F’dawn iż-żminijiet ta’ kesħa, minjaf kemm–il kollega tax-xogħol smajna tgħid li għandha seba’ mitt sena biex tfittex tinġabar id-dar b’xi tazza ċikkulata sħuna u tkompli l-ktieb li qed taqra bħalissa. Għal dan ikun hemm reazzjonijiet

differenti: min pront pront jinħall u jaqbel magħha, u jibda jirrakkonta l-ktieb li qed jaqra hu bħalissa, u min jibqa’ kwiet jgħaddas rasu ġol-iskrin tal-kompjuter, ikompli xogħlu u bejnu u bejn ruħu jsaqsi għalfejn dan l-għaġeb kollu fuq biċċa ktieb, u jiffantasizza li

qiegħed id-dar b’kartuna tat-take away quddiem is-serje li ġennu bħalissa. Dwar l-imħabba għall-ktieb u l-passjoni tal-qari u l-kitba, tkellimt ma’ Natasha Turner, awtriċi Maltija li llum ħafna mill-kotba tagħha ssibhom fil-ħwienet Maltin.

Forsi l-imħabba għallkotba naqset. U wieħed jista’ jifhem għalfejn. Għalfejn għandi nħaddem l-immaġinazzjoni tiegħi meta t-teknoloġija u l-finanzi ta’ ħafna nies bravi minn Hollywood tawni kollox fuq platt tad-deheb? Iżda, interessanti ninnutaw li għalkemm naqsu n-nies li jaqraw, il-ftit li fadal forsi saru iktar fanatiċi. Tgħidlix li qatt ma smajt xi referenza letterarja fl-uffiċċju minn dik il-kollega partikolari? Kulma jmur qed ngħixu f ’ħajja mgħaġġla fejn għal ħafna, anke żgħażagħ, il-personaġġi fil-kotba huma l-ikbar ħbieb u l-aqwa terapija. Il-bżonn għal dik is-siegħa kuljum biex naħarbu minn ħajjitna qed issir iktar b’saħħitha. Għal Natasha Turner, il-kotba u l-istejjer huma ċ-ċentru tal-univers, mhux biss għax minnhom taqla’ l-għajxien, iżda, għax minkejja s-snin twal li ilha f ’dan ix-xogħol, il-passjoni tagħha lejn il-ħolqien tar-rakkonti, tal-karattri, u tal-postijiet fantastiċi, mhux talli ma mititx, anzi kibret. Madankollu, qaltilna li xorta għadha ssib ħin biex anke hi, tarmalu kutra, issaħħan bela’ te, u tħallih iħabbat għax sarilha l-ħin biex taqra.

tajjeb għall-qasam, u hawn ħafna żgħażagħ li forsi diġà ppubblikaw artikli fuq l-internet, li l-ħolma tagħhom hi li jaraw il-karattri li ħolqu jieħdu l-ħajja fil-paġni b’mod tradizzjonali. Kif jistgħu jippreparaw ruħhom għall-isfidi talqasam; li pubblikatur ma jaċċettax l-istorja tagħhom, li jaħsbu għal reklamar, li jfasslu storja u jsawruha fi ktieb li jrid jinbiegħ?

Kemm-il darba nisimgħu li l-qari huwa l-iktar passatemp bżonjuż u li jagħmel il-ġid. Tul is-snin, rajtu għand l-awtur b’mod naturali, jew jonqos fl-impatt tiegħu? Għadna trid tfittixha int? bħala ġenerazzjoni nħobbu naqraw? Kollu minnu dak li għidt. F’kull personaġġ, hemm jien, Veru li qed ngħixu ħajja kemm bħala ħsieb, emozzjoni, mgħaġġla u li l-użu tal- perċezzjoni u immaġinazzjoni. Kollox internet seta’ seraq mill-użu huwa forma ta’ arti u kreazzjoni ta’ tal-ktieb, imma nemmen li min iħobb dawn l-elementi.Għaldaqstant, anki jaqra, dejjem isib ħin għal ktieb għal ktieb jieħu forma ta’ poeżija għalija u diversi raġunijiet, l-aktar għaliex hi fil-fatt ninkludiha f ’kull kitba tiegħi u sensazzjoni wisq isbaħ li żżomm ktieb f ’idejk, milli taqrah fuq xi apparat teknoloġiku. Għaldaqstant, jien u oħrajn li għandhom l-istess namra, nibqgħu niktbu u nippubblikaw ilkotba ħalli nħeġġu aktar qari fostna, Għaldaqstant, sa minn età żgħira. jien u oħrajn Issa li int awtriċi, inbidel xi ftit il-mod kif taqra l-kotba? Iva, aktar ma nikber aktar irrid tfittxija tiegħi nnifsi u talmadwar, għalhekk naqra kotba skond il-fażi li nkun għaddejja minnha. Minjaf kemm-il karattru ħloqt b’imħabba, kemm-il parti minnek spiċċat qalb il-paġni, kemm-il storja li ħloqt kienet realtà. Temmen li storja tiġi

li għandhom l-istess namra, nibqgħu niktbu u nippubblikaw il-kotba ħalli nħeġġu aktar qari fostna, sa minn età żgħira

Sfortunatament, billi s-suq hawn Malta żgħir ħafna, u l-istampar, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni jinvolvu ħafna ħin u spejjeż kbar, wieħed jista’ jsib l-ostakli sabiex jippubblika ktieb, imma ħadd m’għandu jaqta’ qalbu. L-importanti li ma tagħmilx il-ħaġa bil-ħsieb li se taqla’ l-flus, imma għan-namra u l-passjoni kbira tagħha. f ’kull ktieb li nippubblika.

Fl-opinjoni tiegħek, x’inhu l-aħjar mod kif storja tasal għand il-qarrejja: permezz ta’ ktieb, ta’ dramm jew Illum faċli li wieħed ta’ kanzunetta? jippubblika storja, jekk mhux bil-mod Jiena nħobb nuża t-tlieta li tradizzjonali, billi jibda xi blog u huma, u nżid ukoll magħhom jaqsmu ma’ diversi qarrejja fuq il-poeżija għax inħoss li huma l-internet. Għalkemm huwa tajjeb mezzi b’saħħithom ħafna sabiex li wieħed ikollu dik l-opportunità, twassal dak li tħoss jew li temmen fih. taħseb li jonqos il-prestiġju tal- Kollha jagħtu gost u sodisfazzjoni qasam tal-istampar? kbir. Proprju għalhekk li ta’ kull sena ntella’ żewġ drammi li nikteb, Naqbel li għandu jintuża kull nipproduċi u nidderiġi jien stess mezz prattiku u ideali sabiex fl-iskejjel, kanzunetti għal diversi inkattru n-namra tal-qari u festivals tal-kant kemm lokali kif tat-tagħrif, imma kif għidt qabel, ukoll internazzjonali, waqt li wkoll aħna bħala kittieba nibqgħu ninvestu inkun qed naħdem fuq xi ktieb ġdid. fil-ktieb għax nippreferu naqraw xi ħaġa minn fuq ktieb milli minn fuq xi Fl-aħħar nett, il-qari huwa apparat teknoloġiku. terapija, edukazzjoni, jew sempliċiment passatemp? M’hawn l-ebda kors jew baċċellerat li jippreparak It-tlieta li huma!


17

05.02.2017

kullhadd.com

TURIŻMU 2016 - RIŻULTATI EĊĊEZZJONALI EDWARD ZAMMIT LEWIS Ministru għat-Turiżmu

Ftit tal-ġranet ilu tħabbar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li pajjiżna laħaq mira eċċezzjonali oħra fitturiżmu f ’Diċembru 2016 - żieda ta’ kważi 33 fil-mija fit-turisti li jżuru pajjiżna meta kkumparat mas-sena ta’ qabel. Fi ftit kliem dan ifisser li s-sena li għaddiet ilgżejjer Maltin u Għawdxin laqgħu kważi żewġ miljun turist. B’kollox żaruna 1,988,447 turist. Taħt Gvern Laburista, sa mill2013, rajna żieda ta’ 10.5 fil-mija fi dħul ta’ turisti meta mqabbel mas-snin ta’ qabel. Statistikament hu ppruvat li f ’perjodu ta’ tliet snin iġġenerajna d-doppju ta’ tkabbir minn dak li ġġeneraw amministrazzjonijiet preċedenti fi żmien tmien snin. Aktar minn hekk f ’dan l-istess perjodu itturisti żdiedu b’nofs miljun. Meta ħabbarna din l-istatistika flimkien mal-

Prim Ministru Joseph Muscat aktar kmieni din il-ġimgħa, esprimejt issodisfazzjon tiegħi għal dan ir-rekord fenomenali bħalma wkoll esprimejt ilfiduċja tiegħi li sal-aħħar ta’ din is-sena nilħqu l-mira taż-żewġ miljun turist. Is-suċċessi fl-2016 ma waqfux hawn. Riżultat pożittiv ieħor hu li l-infiq turistiku żdied b’4.3 filmija fl-2016, li jlaħħaq ’il fuq minn 1.7 biljun ewro, u dan ifisser li 70 miljun ewro oħra ġew injettati flekonomija lokali. Sa mill-2013 sal-lum, mhux talli ksirna kull rekord fit-

Biex bħala pajjiż nibqgħu kompetittivi, irridu nagħtu valur lirriżorsi umani u dwar dan ilpunt dejjem nitħaddtu mal-imsieħba ewlenin biex jinvestu fil-ħaddiema

turiżmu, talli estendejna l-istaġun turistiku, u kellna tkabbir sinifikanti fi swieq li huma regolari għal Malta, u oħrajn li huma aktar ġodda. Is-suċċess li qed jirnexxilna niksbu fl-istaġun taxxitwa huwa konferma li qed jirnexxilna negħlbu l-istaġjonalità. Irridu nkomplu nkattru ħidmietna biex intejbu l-prodott turistiku Malti u Għawdxi. Ninsabu fittriq it-tajba, iżda bħal kollox, dejjem hemm fejn tmur għall-aħjar. Nisħaq li l-oġġettiv politiku tagħna hu li ntejbu l-kwalità fissettur turistiku kollu u dan għandu jsir sabiex nibqgħu kompetittivi u sostenibbli f ’dan is-settur tant kruċjali għal pajjiżna. Kif qed nitkellmu dwar it-turiżmu, ma nistax ma nsemmix punt strateġiku għalina, il-konnettività tal-ajru. Dan huwa settur ieħor li fih ksibna riżultati pożittivi wkoll. Mhux talli ftaħna għal swieq ġodda u tejjibna dawk eżistenti, talli dan il-proċess wassal biex jirrifletti żieda fit-turisti flistaġjun tax-xitwa. Permezz tal-konnettività tal-ajru li qed nespandu, qed jirnexxilna nilħqu swieq ġodda. Ta’ min infakkar li fis-sajf li għadda ġew introdotti 15-il rotta ġdida u żdiedet

il-frekwenza fuq 11-il rotta oħra, dan permezz ta’ 12-il linja ta’ ajru differenti. Ilħidma tagħna ma waqfitx s’hawn. Fix-xitwa ta’ din is-sena introduċejna 17-il rotta ġdida filwaqt li fissajf li ġej ser inkunu qed ninkludu aktar rotot ġodda. Id f ’id mat-turiżmu hemm ukoll is-suq talcruiseliners, suq li kulma jmur dejjem qed jikber u jsir parti fundamentali mill-istrateġija turistika tagħna. L-istatistika turi li dawk li jkunu żaru Malta permezz ta’ cruiseliner, eventwalment jerġgħu jiġu pajjiżna sabiex iqattgħu aktar ġranet. Fattur ieħor importanti hu li qed nimxu minn port-of-call għal aspett iktar importanti, dak tal-home-porting, mezz ta’ kif ingawdu aktar ekonomikament. F’dan ir-rigward, ftit ġimgħat ilu kont ħabbart li minn Awwissu li ġej ser inkunu qed nilqgħu l-P&O Oceania, operatur importanti ieħor li ser ikollu l-home-porting ibbażat Malta. Fl-2016 ilqajna ’l fuq minn 682,000 passiġġier tal-cruiseliners, żieda ta’ ’l fuq minn tnejn fil-mija fuq is-sena ta’ qabel. It-tbassir għas-sena finanzjarja 2017 hu li naqbżu s-700,000 passiġġier bil-cruiseliners.

Biex bħala pajjiż nibqgħu kompetittivi, irridu nagħtu valur lir-riżorsi umani u dwar dan il-punt dejjem nitħaddtu mal-imsieħba ewlenin biex jinvestu fil-ħaddiema tagħhom u jagħtuhom il-valur li ħaqqhom. Ir-rwol tal-Istitut talIstudji Turistiċi (ITS) għandu jibqa’ s-sinsla għat-taħriġ tal-istudenti li huma interessati fissettur turistiku u għalhekk nistenna li l-Istitut jibqa’ jikber u jiżviluppa kemm f ’termini akkademiċi eċċellenti kif ukoll billi jibqgħu jiżdiedu l-istudenti li jagħżlu t-turiżmu bħala karriera tagħhom. Il-ħidma qatigħa talGvern fl-industrija tatturiżmu u setturi oħra mżewqa magħha kif ukoll ir-riżultati pożittivi permezz tal-politika tagħna huma riflessjoni ta’ sinerġija kollaborattiva bejn l-imsieħba kollha fit-turiżmu. Ir-riżultat li ksibna fl-2016 hu grazzi għall-isforz tassettur privat, l-operaturi, trejd unjins, ħaddiema, NGOs u entitajiet pubbliċi, u mhux l-inqas il-kollegi tiegħi. Minn hawn nixtieq ngħidilhom grazzi u nibqgħu naħdmu flimkien sabiex l-2017 tkun rekord ieħor.

GĦAWDEX B’EKONOMIJA DEJJEM TISSAĦĦAĦ ANTON REFALO

Ministru għal Għawdex

Għawdex qatt ma ra l-ġid li qed jesperjenza bħalissa. In-negattività taloppożizzjoni Nazzjonalista qed tipprova ttappan il-ġid miksub f ’Għawdex f ’din il-legislatura. Għawdex qatt ma esperjenza l-ġid li qed jesperjenza bħalissa b’ħolqien ta’ impjiegi rekord, rekord ta’ investiment attirat, tkabbir ekonomiku bla preċedent u turiżmu li qed ikompli jisplodi ’l fuq b’lukandi mimlija anke fixshoulder months. Il-fatti jitkellmu waħedhom. It-turizmu hija storja ta’ suċċess b’żidiet fil-viżitaturi lokali u internazzjonali. Għawdex huwa destinazzjoni turistika

ta’ kwalità u l-istatistika uffiċjali turi li l-gżira irnexxielha tiġbed turist li huwa ta’ kwalità ogħla minn dak tal-medja nazzjonali. Issuq Għawdxi sena wara sena qed juri żieda inkoraġġanti. Statistika kkonfermat ukoll kif in-numru ta’ Għawdxin jirreġistraw għaxxogħol ukoll naqas b’terz tul din l-amministrazzjoni, wara li kien kiber matul il-leġislatura li għaddiet. Bħalissa, in-numru ta’ nies jirreġistraw huwa fl-inqas livelli osservati fl-aħħar snin. Bejn l-2013 u l-2015, kien hemm total ta’ 1,351 xogħol għall-Għawdxin li minnhom 1,090 xogħol f ’Għawdex stess. Filwaqt li fl-2012 il-prodott gross domestiku ta’ Għawdex kiber bi €3.5 miljun, ittkabbir matul l-2015 kien ta’ €35 miljun, jiġifieri għaxar darbiet aktar mill-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti. Dawn iċ-ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jikkonfermaw li taħt

din l-amministrazzjoni, Għawdex finalment qed jiġi megħjun sabiex jilħaq il-potenzjal tiegħu. Filwaqt li fl-2012 il-prodott gross domestiku ġġenerat fil-gżira Għawdxija kiber b’1.1% biss meta mqabbel mat-tkabbir ta’ 4.8% f ’Malta, matul l-2015 it-tkabbir f ’Għawdex laħaq dak f ’Malta. Dan minkejja l-aċċellerazzjoni qawwija fir-rata tat-tkabbir ekonomiku f ’Malta. Huwa diġà magħruf li r-rata ta’ tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna fl-2015 kienet iddoppju ta’ dik fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti. Issa l-istatistika uffiċjali turi li matul l-2015, il-prodott gross domestiku Għawdxi kiber b’9.6%, għaxar darbiet aktar mill-2012. Fir-rigward tal-mina, wieħed jibqa’ mmeraviljat kif f ’ħamsa u għoxrin sena, il-Partit Nazzjonalista filGvern m’għamel xejn f ’dan ir-rigward u kellu jkun ilGvern preżenti li beda studji tekniċi dwar il-fattibilità tat-

tali mina sabiex jivverifika jekk din il-link permanenti tistax issir sabiex tiżdied l-aċċessibilità ta’ Għawdex.. Rigward l-aċċessibilità diġitali, wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li kellu jkun dan il-Gvern li beda l-istudji u li vvota €3.2 miljun biex isir fibre optic cable

Filwaqt li fl-2012 il-prodott gross domestiku ta’ Għawdex kiber bi €3.5 miljun, it-tkabbir matul l-2015 kien ta’ €35 miljun, jiġifieri għaxar darbiet aktar

alternattiv tant meħtieg bejn Malta u Għawdex. Miexi b’pass mgħaġġel ukoll u ser jibda jopera fix-xhur li ġejjin is-servizz tal-fast ferry, proġett li falla madwar 15-il sena ilu taħt Gvern talPN. Ma nistgħux ninsew ukoll l-kumpanija Gozo Channel, din il-kumpanija li kienet qed tagħmel telf ta’ €1.2 miljun fl-2012, imma li fl-2016 irregistrat €1.8 miljun fi profitt. Rigward l-awtonomija għall-Għawdxin, il-Partit Nazzjonalista nesa li se jkun il-Gvern preżenti Laburista li se jniedi proċess ta’ konsultazzjoni dwar White Paper dwar devoluzzjoni ta’ poteri lil Għawdex. Il-Ministeru għal Għawdex huwa kommess li jkompli jaħdem biex ikompli jżid l-aċċessibbilità t’Għawdex bil-fatti u mhux bil-paroli. Ser inkomplu ninvestu fi proġetti li jagħtu dak il-valur miżjud lil Għawdex biex b’hekk inkomplu noħolqu l-ġid. Ġid li ser jibbenefika minnu kulħadd.


18

05.02.2017

kullhadd.com

MID-DJARJU TA’

NAZJU N-NAZZJONALIST ta’ Joseph Muscat ma kellhomx! Issa ġiet kumpanija oħra, jisimha Draft Kings, u l-istess, ħlief kliem ta’ Għall-erwieħ! Fl-aħħar ħallieh naqra kwiet lil Jason tifħir għall-Gvern ta’ Joseph Muscat ma kellhomx. Azzopardi dak Owen Bonnici. Ma nafx jekk hux għax kien Brussell, imma aktar naħseb li l-Perit IT-TLIETA, 31 TA’ JANNAR Torpiano fetaħlu għajnejh. Meta għedt hekk lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, xejn ma qabel miegħi, u qalli li Illejla kont qiegħed insegwi id-dibattitu fil-Parlament ż-żmien għad jagħtina parir. Ma nafx kemm għandi u tgħidx kemm ħadt gost nisma’ lil Simon tagħna. nagħti kasu lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, għax aktar Mhux ħadt gost biss, imma għamilt kuraġġ kbir. X’ma ma jgħaddi żmien, aktar qiegħed nikkonvinċi ruħi li tiħux gost, x’ma tagħmilx kuraġġ kbir, tisma’ lil Simon m’għadux magħna. M’hemmx x’tagħmel! Nistennew jgħid li kuntrarjament għal Joseph Muscat, hu għandu l-kuraġġ li jbiddel l-affarijiet!? Hekk hu. Prim Ministru u naraw. kuraġġuż għandu bżonn pajjiżna. Prim Ministru li malli jxomm xi ftit riħa li ma tfuħx minn taħt abt xi IL-ĦADD, 29 TA’ JANNAR ħadd mill-kollegi tiegħu, ma jistenniex aktar minn X’masterplan masterplan ta’ Joseph Muscat! L-ideat minuta biex jurih il-bieb ta’ barra. Għall-kuraġġ ta’ sublimi Simon tagħna qiegħed joħroġ bihom. Mhix Simon staqsu lil Jason Azzopardi, lil Beppe Fenech idea sublimi dik li Għawdex ikun magħqud b’mod Adami, lil Tonio Borg, lil Claudio Grech, lil Toni dirett mal-ajruport u l-Mater Dei permezz ta’ tramway Bezzina…insomma staqsu lil min tridu għax kulħadd jew sistema ta’ metro! B’din l-idea sublimi, kull meta jaf kemm Simon huwa kuraġġuż. jkollna bżonn immorru sa Mater Dei, kemm naqbu t-tramm jew il-metro u f ’kemm ili ngħidlek inkunu L-ERBGĦA, 1 TA’ FRAR hemm. Fejn qatt għaddietlu minn moħħu din l-idea sublimi lil Joseph Muscat! Joseph Muscat kulma Kellu raġun Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. Reġa’ tfaċċa ħaseb hu li jagħmlilna sptar state of the art wara Owen Bonnici jattakka lil Jason Azzopardi. Jien kont biebna. Joseph Muscat ma jaħsibx fit-tul bħal Simon ħsibt li l-Perit Torpiano kien irnexxielu jagħlaqlu ħalqu, imma kont imqarraq. Jidher li se tkompli tagħna. Viva Simon, Viva Simon, ħej! tikber l-istorja, għax ma naħsibx li l-eks Kummissarju tal-Artijiet Albert Mamo se jmieri dak li kien qal IT-TNEJN, 30 TA’ JANNAR bil-ġurament fil-Qorti. Issa jien ma nafx jekk kienx Jien ammiratur kbir tal-President Amerikan Donald qiegħed jesaġera meta qal li kien iġġennen u beża’ Trump u naqbel mija fil-mija ma’ dak li qiegħed li se jispiċċa l-ħabs fuq dan l-imbierek ta’ kuntratt jagħmel, jgħid x’jgħid Joseph Muscat. Anzi jien li permezz tiegħu Żaren Vassallo kiseb l-art talnixtieq li jagħmel aktar minn hekk u ma jħallix Marsovin. Lanqas naf jekk kienx qed jesaġera meta kumpaniji Amerikani jiġu jinvestu f ’pajjiżna, sakemm qal li d-direttur ġenerali ta’ dak iż-żmien lanqas biss fil-gvern ikun hemm Joseph Muscat u l-klikka tiegħu. kien jaf jagħmel distinzjoni bejn ċens u kera. Possibbli Qisu ma kienx biżżejjed li ftit tax-xhur ilu ġew dawk li aħna konna nagħtu karigi daqshekk importanti lil ta’ Crane Currency u ħlief kliem ta’ tifħir għall-Gvern nies inkompetenti!? IS-SIBT, 28 TA’ JANNAR

IL-ĦAMIS, 26 TA’ JANNAR Waħda tajba, u mija ħżiena! Ilna xhur sħaħ għaddejjin b’kampanja biex nuru li Joseph Muscat jitmejjel b’kulħadd f ’wiċċu, u llum jiġi l-Arċisqof jgħidilna li jammira lil Joseph Muscat għax dan iżomm kelmtu u li dak li jwiegħed iwettqu. Biex tgħaxxaqha qagħad ifaħħru wkoll għax jaħseb f ’dawk l-aktar fil-bżonn. Bħallikieku Simon tagħna mhux ta’ kelmtu u ma jaħsibx f ’dawk l-aktar filbżonn! Li kieku jien kont minflok Simon, kont ngħidlu kif Alfred Sant kien qal lil Verheugen – aqta’ biċċa minn ilsienek. Jew kif Eddie l-kbir kien qal lill-Arċisqof Mercieca – tindaħalx f ’affarijiet li ma tifhimx. IL-ĠIMGĦA, 27 TA’ JANNAR Dal-weekend għal Għawdex. Bil-ministri ġejjin u sejrin Brussell, aħna ma nistgħux nibqgħu b’idejna fuq żaqqna, mhux hekk! Fil-fatt jien diġà qiegħed hawn li ma jmurx iqum il-maltemp u nibqa’ l-art. Ara meta jkollna lil Simon Prim Ministru mhux se jkolli għalfejn naħsiblu kmieni għax kif diġà qalilna Chris Said se noffru soluzzjoni għall-isfida tal-aċċessibbiltà li tal-Labour mhux jagħtu kasha. Nispera li mhux qiegħed jirreferi għall-mina taħt il-baħar, għax allura nista’ naqta’ qalbi li jkun Simon li jsolviha l-problema. Insomma, hi x’inhi s-soluzzjoni, l-aqwa li lill-Għawdxin noffrulhom xi ħaġa, forsi ma tafx kif il-maġġoranza jerġgħu jiġu magħna.

X’INHU JIĠRI?! GEORVIN BUGEJA Koordinatur PR FŻL

Mistoqsija li ta’ sikwit insaqsi lili nnifsi biex inżomm rendikont ta’ dak li jkun għaddej madwari. Forsi mhux dejjem ikollna ċans nirriflettu jew inkella nanalizzaw fid-dettal l-iżviluppi li jkunu qed isiru, għalkemm forsi ninnutawhom. Naturalment, matul il-ġimgħat li għaddew, ilpolitika, baqgħet fl-aħbarijiet, u definittivament il-ġurnalisti u l-kummentaturi politiċi, u anke dawk satiriċi, kellhom xalata dwar xiex jiktbu, kemm b’mod lokali u anke internazzjonali. Definittivament b’mod globali matul ix-xahar ta’ Jannar spikkat il-ħatra tal-President il-ġdid talIstati Uniti, Donald Trump, għal bosta ħolma kerha li saret realtà, għax ma jaqblux miegħu, filwaqt li għal oħrajn, sens ta’ soljev għall-politika internazzjonali.

Taqbel jew ma taqbilx żgur li tal-anqas bis-saħħa ta’ Trump, interessajt ruħek taqra, jew tinforma lilek innifsek aktar dwar dak li qiegħed isir bħalissa f ’dan l-hekk meqjus l-aktar pajjiż b’saħħtu fid-dinja. Min-naħa l-oħra, forsi aktar viċin darna, fl-Ingilterra d-dibattitu dwar BREXIT kompla għaddej, anke wara s-sentenza li tat ilQorti Suprema tar-Renju Unit, li kkonkludiet li Theresa May ma tistax taqbad u tibda l-proċess ta’ Brexit mingħajr ma jkun hemm vot Parlamentari. Dan fl-isfond li bħalissa Malta għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mument storiku għal pajjiżna, li għandu jagħmilna tassew kburin li aħna Maltin. U bil-fatti, għaliex diversi rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea faħħru x-xogħol preparatorju li beda jinħasad ilfrott tiegħu matul dan ix-xahar. Hawnhekk niftaħ parentesi żgħira, biex ninnota l-umilità li ntweriet mill-Prim Ministru fiċċerimonja tal-ftuħ, meta sellem lill-predeċessuri tiegħu li wkoll kienu mistiedna għall-okkażjoni. Hekk għandu jkun! Żmien eċċitanti, hux tassew?

Ikolli nammetti, li minkejja li Jannar, personalment bħala student, inqisu bħala wieħed mill-aktar xhur stressanti tassena, li fih qisni naqleb is-sistema umana għal waħda robotika, biex nipprova niftakar ħafna mill-affarijiet li nkun studjajt għall-eżamijiet, Jannar tal-2017 nista’ nikkunsidrah bħala ftit aktar memorabbli minn dawk ta’ qablu. Ironika xi ftit! Qegħdin nesperjenzaw żmien fejn il-klima politika f ’pajjiżna qed teskala, mhux ftit! Dan minkejja li l-elezzjoni, kif stqarr il-Prim Ministru ftit tal-jiem ilu, fadlilha sa Marzu 2018. Dak jgħajjar lill-ieħor, xi drabi b’aġġettivi kkuluriti żżejjed, l-ieħor jinsa l-patria u binnegattiviżmu kollu jħammeġġ isem pajjiżu (u pajjiżna), u riċentament rapporti kontra ġurnalisti għaliex jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom – naħseb li l-irjus qed jisħnu ftit mhux ħażin, u dan m’għandux ikun. Nemmen li d-dibattitu politiku, jibqa’ serju u matur meta niddiskutu fuq kif se jittejbu l-policies tal-pajjiż, meta jiġu proposti ideat, li jkunu ċari, innovattivi u fattibbli u meta

fil-verità, dak li titkellem dwaru tattwah. B’hekk biss il-kredibilità fil-politika tiżdied u l-attiviżmu taż-żgħażagħ jista’ jkompli jissaħħaħ. F’Jannar ukoll, il-Forum Żgħażagħ Laburisti ċċelebra s-66 sena mit-twaqqif tiegħu. Żmien li kien kruċjali sabiex żied l-involviment taż-żgħażagħ fil-Partit Laburista. Filwaqt li nsellem lil dawk kollha li matul is-snin ikontribwixxew sabiex din il-fergħa tkompli tikber, kburi ngħid li llum il-ġurnata jien parti minn organizzazzjoni li taħdem qatigħ sabiex ma tintilifx f ’argumenti frivoli u minflok tkun il-vuċi tażżgħażagħ, u tressaq ’il quddiem policies, li jagħmlu d-differenza tassew. U hekk biss il-pubbliku, irrispettivament mill-età tiegħu jista’ jerġa’ jibda jipparteċipa fil-politika. Li tkun parti minn għaqda, tgħin sabiex tati kontribut lis-soċjetà. L-istess li tkun parti minn xi partit politiku. B’dispjaċir ninnota iżda li bħalissa l-politika f ’pajjiżna inħakment minn individwi li wisq nibża’ li qed jużawha bħala ‘stage’ biex jitkellmu dwar ilkwistjonijiet li jikkonċernawhom

personalment. Għalhekk b’dan l-aġir qed jagħtu lillpolitika dell ta’ farsa u jnaqqsu r-rispett lejn dibattitu matur, nieqes mill-attakki u mimli b’argumenti ta’ ħsibijiet ibbażati fuq l-informazzjoni. Iżda bil-wisq aktar nibża’ li din tista’ tkun tattika sabiex tkun iddevjata l-attenzjoni minn fuq min tassew għandha tkun. Bħallikieku qegħdin fit-teatru, l-ispotlight imxiet minn fuq l-attur prinċipali, għall-buffu li jintuża sabiex idaħħak ftit, u jagħti twist lill-istorja, meta l-attur prinċipali nesa l-linji tiegħu u jinsab imfixkel. Fortunatament, iżda, bi pjaċir ninnota kif pajjiżna baqa’ miexi f ’direzzjoni pożittiva, b’riżultati ekonomiċi tajbin ħafna xahar wara l-ieħor li jirrappreżentaw il-bżulija tagħna bħala poplu. Nagħlaq dawn il-ftit ħsibijiet tiegħi b’appell, sabiex inwarrbu l-provokazzjoni, u minflok inkunu pożittivi u nargumentaw l-ideat differenti biex inkomplu niżguraw li pajjiżna jkompli jiżviluppa u jimxi għall-progress u mhux rigress. Ejja ma nibnux ħitan, iżda pontijiet li jiftħu toroq ġodda!


19

05.02.2017

kullhadd.com

JITKELLMU N-NUMRI

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI

CATHERINE

FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Hekk kif il-PN organizza il-Konvenzjoni tiegħu ġewwa Għawdex, ħareġ riżultat ta’ sondaġġ jgħidilna li l-PN qed jgħaddi lill-PL b’2% f ’Għawdex. Naturalment il-PN ħareġ idoqq it-trombi għax qiegħed fuq quddiem u jagħti l-impressjoni li l-opinjoni tal-votanti inqalbet f ’Għawdex. Dan il-ħsieb xejn mhu korrett. Fl-elezzjoni tal-2013, minkejja li l-PL rebaħ b’36,000 vot, f ’Għawdex il-PN xorta żamm il-maġġoranza tal-voti fl-ewwel att b’1%. Fl-2008 il-PN kien igawdi 12% ta’ popolarità fuq il-PL ġo Għawdex. Din il-popolarità niżlet għal 1% sal-2013. Issa jidher skont dan l-istħarriġ li rkupraw 10% minn dawk l-iswitchers li qalu li vvutaw lill-PN fl-2008 imma mbagħad vvutaw PL fl-2013. Imma li hu tassew interessanti u importanti huwa l-fatt li skont dan l-istħarriġ filwaqt li hemm switchers li reġgħu lura għand il-PN, ftit li xejn huma dawk il-Laburisti li qalu li se jivvotaw lil PN jekk issir elezzjoni għada. Imma l-aktar ħaġa sinifikanti li ħarġet u li l-PN ħeba u ma kkummentax fuqha hi l-fatt inkwetanti għalihom li hemm 7% ta’ dawk l-Għawdxin li vvutaw lill-PN fl-elezzjoni li għaddiet li issa saħansittra lesti li jivvotaw lillPL fl-elezzjoni li jmiss. Dan hu tassew inkwetanti għallPN. Il-PL għadu qed jiklilhom minn ġewwa bil-goff. Madanakollu, nistenna li l-PL għandu jgawdi l-fiduċja tal-maġġoranza tal-votanti f ’Għawdex. Sondaġġ jibqa’ sondaġġ u jien l-ewwel waħda li ġejja mid-dinja tan-numri, mgħallma li dejjem trid tħares u tinterpreta ċ-ċifri u l-persentaġġi b’kawtela u ma teħodhomx b’vanġelu. Jista’ jkun hemm element li l-votant Laburist irid jibgħat messaġġ bil-

30.01

li jiddikjara li mhux se jivvota jew li għadu inċert u dan huwa avviż li l-PL jagħmel żball jekk iwarrbu u jiddiskreditah. Imma nemmen ukoll profondament li fl-aħħar mill-aħħar ħafna Għawdxin fis-silenzju jappoġġjaw il-politika pożittiva ta’ dan il-Gvern u jirrikonoxxu l-ħidma ta’ dan il-Gvern fil-gżira Għawdxija. L-Għawdxin huma konxji li l-kummerċ u l-ekonomija Għawdxin għaddejjin minn perjodu mill-aqwa bla preċedent. It-turiżmu barrani u dak domestiku f ’Għawdex qed jikber b’rata mgħaġġla. Għawdex qed igawdi minn l-inqas rata ta’ qgħad li qatt esperjenza kif ukoll rata għolja ta’ ħolqien tax-xogħol fost l-Għawdxin. Rajna l-investiment ta’ Barts Medical School kif ukoll l-investiment barrani sabiex l-Isptar Ġenerali t’Għawdex jiġi rinovat u jsir sptar state of the art li mhux biss jixraq lill-Għawdxin imma wkoll lil pajjiż kollu in ġenerali, fejn il-poplu Malti u Għawdxi kollu se jieħu servizz mediku mill-aqwa b’xejn filwaqt li tinfetaħ it-triq sabiex inkabbru u nsaħħu in-niċċa tat-turiżmu mediku. U dan kollu l-poplu Għawdxi jirrikonoxxih u jaffermah. Mhux ta’ b’xejn li fl-istess sondaġġ rajna li l-Prim Ministru jgawdi fiduċja ferm ikbar mill-Kap tal-Oppożizzjoni anki f ’Għawdex. L-Għawdxin aktar jafdaw lil Prim Ministru Dr. Joseph Muscat: 43.5% jaħsbu li huwa miexi tajjeb jew tajjeb ħafna kontra l-34.8% li jaħsbu l-istess fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni. Il-fatt li 30% ta’ dawk avviċinati biex jieħdu sehem f ’dan is-sondaġġ ma weġbux lil min se jivvotaw, jikkonferma kemm mhux lok

ta’ ewforiji li xi partit għamel xi rebħa konvinċenti. Hemm ukoll l-element importanti tal-Maltin li jivvutaw ġewwa Għawdex. Ma nafx kemm dan is-sondaġġ ta’ toqol lil dan il-fenomenu reali. Il-Maltin li jivvotaw ġewwa Għawdex mhumiex mija jew tnejn u żgur iħallu impatt fuq ir-riżultat elettorali tat-13-il distrett. Jkun żball kardinali wkoll jekk xi ħadd jipprova jneffaħ dan ir-riżultat ta’ dan is-sondaġġ fuq il-kumplament tal-pajjiż bħalma hemm min ipprova jagħmel biex mingħalih jagħti l-impressjoni li hawn xi riħ tal-bidla li qed jonfoħ. Anki l-premessa li t-13-il distrett huwa xi game changer hija perċezzjoni. Kif diġà aċċennajt, fl-elezzjoni li għaddiet il-PL rebaħ rebħa kbira imma xorta ma ġabx il-maġġoranza tal-ewwel att tal-voti ġo Għawdex. Effettivament il-konklużjoni hija li fejn isir sondaġġ nazzjonali u juri li l-PL għandu vantaġġ, tal-PN joħorġu jżeffnu l-margin of error tal-4% li kull sondaġġ xjentifiku huwa suġġett għalih. Il-ħelwa hi li issa għax hemm sondaġġ reġjonali favurihom, il-margin of error ma ssemmiex u ħbew anki kemm kien hemm persuni li għażlu li ma jagħtux risposta ta’ kif se jivvotaw. F’fortizza meqjusa Nazzjonalista bħal Għawdex fejn tiggwadanja 1% biss wara 4 snin jitimgħu il-poplu b’kull xorta ta’ stejjer ta’ tfigħ ta’ tajn u tgħawwiġ tal-fatti , ma naħsibx li l-Oppożizzjoni għandha wisq biex tifraħ u tkanta vittorja. Imma dan kollu ma jgħodd xejn. Hekk jew b’hekk skont il-mexxej effettiv, il-PN diġà rebaħ l-elezzjoni. Kulma fadal hu li jgħoddu l-voti.

PARKEĠĠ U BARRANIN Fil-belt ta’ Boston fl-Istati Uniti ġie osservat li ż-żieda fl-investiment dirett ġabet żieda fil-prezz tal-parkeġġ. M’għandi xejn kontra li l-barranin jiġu fil-gżejjer tagħna, iżda fl-ippjanar għandu jkun ikkunsidrat li b’żieda fil-barranin fostna l-postijiet għall-parkeġġ jonqsu. Mhux biss, talli xi barranin bi dħul konsiderevoli ma jħossux wisq il-ħlas li jiġu

mitluba fil-parkeġġi li hawn, filwaqt li dawk b’paga minima jew ftit iżjed, il-ħlas ta’ €3 jew iktar kuljum għall-parkeġġ ifisser spiża konsiderevoli. Ma naħsibx li dawk li jixtru appartamenti ta’ kwart jew nofs miljun f ’ċerti nħawi ta’ Malta meta jiġu biex imorru l-Belt jew Tas-Sliema jiddejqu jħallsu ftit ewro għall-parkeġġ. Għalhekk naħseb li quddiem l-iżviluppi riċenti marbutin

mal-influss ta’ numru kbir ta’ barranin fl-Ingilterra u fl-Istati Uniti, ċerti studju u azzjoni huma meħtieġa. Ħafna drabi l-bniedem ordinarju jiġi minsi’fl-ippjanar li jsir u t-tweġiba ħarġet weħidha sew barra kif ukoll lokalment! Tgħid l-iżball tal-imgħoddi qed jiġi ripetut? J.BONNET BALZAN BALLUTA

Ingħataw 6 miljun ewro lil min taħt Gvern tal-PN kien imġiegħel iħallas flus żejda fuq ilkarozza tiegħu.

31.01 Tħabbar li mill- Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment daħlu 120 miljun ewro.

01.02

Aktar minn 350 familja li kellhom jieħdu lilluliedhom għall-kura barra minn Malta bbenefikaw mill-miżura li jitħallas anke l-passaġġ tat-tieni ġenitur.

02.02 Malta rreġistrat it-tielet l-inqas rata ta’ qgħad minn fost ilpajjiżi kollha talUnjoni Ewropea.

03.02

B’riżultat tat-tnaqqis fl-Income Tax, aktar minn 48,000 persuna ffrankaw bejniethom aktar minn 18-il miljun ewro.

04.02 Ġie deċiż li jingħata servizz ġdid fl-Isptar Mater Dei, servizz ta’ kura mentali lit-tfal.

05.02

Tħabbar li filwaqt li fl-2012 taħt Gvern tal-PN, il-Gozo Channel għamlet telf ta’ 1.6 miljun ewro, taħt Gvern Laburista, il-Gozo Channel irregistrat profitt ta’ aktar minn miljun ewro.


20

05.02.2017

1 IL-KANADA

MADWAR kullhadd.com

FIL-QOSOR 1

3 2

SITTA JINQATLU BARRA MOSKEA Sitt persuni nqatlu u 17 oħra sfaw feruti waqt sparatura li seħħet f ’moskea f ’Quebec City fil-Kanada. Tiri kienu sparati lejn iċ-Ċentru Kulturali Iżlamiku l-Ħadd filgħaxija, fejn għexieren inġabru biex jgħidu t-talb ta’ filgħaxija. Il-pulizija kkonfermat in-numru ta’ nies mejta, u qed tikkunsidra l-każ bħala attakk terroristiku. Żewġ persuni kienu arrestati, filwaqt li l-uffiċjali jemmnu li m’hemmx suspettati oħra. Huma kkonfermaw li ż-żona kienet sikura u s-sitwazzjoni kienet taħt kontroll. Qalu wkoll li għexieren ta’ nies ħarġu mill-moskea qawwijin u sħaħ.

2 L-AMERKA

3 L-INGILTERRA

JITĦABBAR IL-PJAN GĦALL-BREXIT TRUMP IKEĊĊI LILL-AĠ

Il-President Amerikan Donald Trump keċċa lill-Aġent Avukat Ġenerali Sally Yates. Dan wara li ddubitat il-legalità tal-ordni eżekuttiva li ffirma s-Sibt, li biha refuġjati u immigranti minn seba’ pajjiżi Musulmani ma bdewx jitħallew jidħlu fl-Istati Uniti. Yates, li nħatret taħt Barack Obama, ordnat lid-Dipartiment tal-Ġustizzja biex ma jinfurzax l-ordni eżekuttiva ta’ Trump u fi stqarrija tal-White House intqal li b’dan l-att, Yates tradiet lid-Dipartiment Amerikan. Intant, b’rabta mal-istess ordni, anki jekk issa għaddew ġranet, il-protesti madwar id-dinja ma waqfux.

Nhar il-Ħamis il-Gvern Ingliż formalment ħabbar il-pjan tiegħu għall-ħruġ tar-Renju Unit millUnjoni Ewropea. Dan seħħ jum wara li l-House of Commons ivvota b’maġġoranza assoluta fuq liġi li eventwalment tagħti l-poter lill-Prim Ministru biex tapplika artiklu 50 u b’hekk jibda l-proċess uffiċjali tal-pajjiż biex jinħall mir-rabta mal-Unjoni Ewropea. Id-dokument ta’ 77 paġna jagħti stampa ċara tal-passi li se jieħu r-Renju Unit fejn fost l-oħrajn jissemmew il-prijoritajiet li l-pajjiż se jkollu biex jintlaħaq ftehim kummerċjali ma’ għadd ta’ pajjiżi fosthom l-Amerka, iċ-Ċina u l-Awstralja. Minkejja li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea mistennija jqattgħu l-karti, il-Gvern Ingliż mistenni jara li jintlaħaq ftehim adegwat biex għalkemm il-pajjiż joħroġ mis-suq komuni xorta jżomm elementi kummerċjali li għandu kull stat membru. Id-dokument maħruġ mill-Gvern dwar BREXIT juri tħassib għall-attitudni ta’ diversi Gvernijiet Ewropej li għadhom ma kkomettewx ruħhom dwar il-futur ta’ kważi tliet miljun ċittadin Brittaniku li jgħixu f ’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Il-pjan tal-Prim Ministru Theresa May jitkellem ukoll dwar il-ħarsien tal-fruntieri tal-pajjiż u kif sa issa jista’ jagħti garanzija li l-uniku post li mhux mistenni jkun hemm xkiel dwaru huwa l-moviment tan-nies mir-Renju Unit għall-Irlanda u viċi versa. L-Irlanda li hija stat membru għandha ftehim speċjali mar-Renju Unit li bih huwa marbut it-trattat ta’ paċi li jeżisti għall-Irlanda ta’ Fuq.


R ID-DINJA

21

05.02.2017

kullhadd.com

4

6 IS-SIRJA

5 6

F’ALEPPO TIRRITORNA L-LOGĦBA TAL-BALLUN F’Aleppo rritorna l-logħob tal-ballun u għall-ewwel darba f ’ħames snin intlagħbet logħba mill-kampjonat lokali. Il-belt li kienet fil-qalba ta’ ġlied imdemmi bejn il-forzi leali lejn il-Gvern Sirjan u r-ribelli, ospitat logħba football ferm kumbattuta bejn Al-Ittihad u Hurriya. Al-Ittihad ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1. Dawn iż-żewġ timijiet ilhom żmien jilagħbu barra minn darhom minħabba l-gwerra. Fil-grawnd, apparti l-partitarji taż-żewġ timijiet spikkaw ilforzi tal-Gvern Sirjan li offrew sigurtà stretta waqt il-logħba filwaqt li evidenti kien il-kontroll li għandu l-Gvern tal-pajjiż. Dan wara li fil-grawnd kien hemm ritratt kbir tal-President Sirjan Bashar al-Assad li aktar qabel fisser ir-rebħ mill-ġdid t’Aleppo bħala kisba importanti biex jerġa’ jġib l-istabbiltà filpajjiż mifni bi gwerra ċivili.

5 L-UKRAJNA

4

IL-ĠERMANJA

IMĦARBAT PJAN TAL-IS

TWISSIJA KONTRA L-VJOLENZA

Tuneżin ta’ 36 sena, suspettat li kien isib in-nies biex jingħaqdu mal-grupp tal-Istat Iżlamiku, kien arrestat wara li saru diversi rejds fil-Ġermanja. Huwa kien wieħed mis-16-il persuna li kienu arrestati fl-istat ta’ Hesse, waqt li 1,100 pulizija kienu qed ifittxu f ’appartamenti, f ’negozji u f ’moskej. L-età tagħhom tvarja bejn is-16 u s-46 sena. It-Tuneżin kien imfittex ukoll mill-awtoritiajiet ta’ pajjiżu b’rabta ma’ attakk li sar fil-Mużew Bardo f ’Tuneż. Dakinhar, mietu 21 turist, b’Tuneżin imut għaxart ijiem wara. Ħafna mill-vittmi kienu Brittaniċi, Ġappuniżi, Franċiżi, Taljani u Kolumbjani. L-awtoritajiet fi Frankfurt qalu li l-operazzjoni fil-jum tal-Erbgħa kienet ir-riżultat ta’ investigazzjoni li ilha għaddejja erba’ xhur. Qalu li kellhom evidenza li l-fundamentalisti kienu qed jippreparaw attakk, li kien għadu fl-ewwel stadji tiegħu.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda wissa li s-sitwazzjoni sejra għall-agħar u hija mill-iktar perikoluża filLvant tal-Ukrajna u appella biex in-naħat involuti jwaqqfu l-vjolenza. Intqal li l-ġlied qed ikollu impatt qawwi fuq in-nies ċivili, għaliex fil-belt Avdiivka ħalla eluf ta’ residenti mingħajr ilma u dawl u f ’kundizzjonijiet kesħin ħafna. L-Ukrajna qalet li qed tipprepara għall-possibiltà ta’ evakwazzjoni tal-belt biex tkun megħluba l-kriżi umanitarja. Kemm il-forzi Ukreni u r-ribelli appoġġjati mir-Russja qed iweħħlu f ’xulxin fuq iż-żieda fil-vjolenza.


22

05.02.2017

kullhadd.com

L-EKONOMIJA TA’ MALTA SE TIEĦU PROMINENZA L-ekonomija ta’ Malta għandha l-potenzjal li tkun iktar b’saħħitha fl-2017 minkejja l-livell għoli ta’ inċertezza fl-ekonomiji globali u Ewropej, qal il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta Andrew Beane meta kien qed jitkellem waqt l-attività The World in 2017 Gala Dinner Malta organizzata mir-rivista The Economist. “Meta wieħed jirrifletti, hu tassew mument speċjali l-fatt li l-iżgħar pajjiż fl-UE għandu l-Presidenza, forsi saħansitra jista’ jitqies bħala

l-iktar mument importanti fl-iżvilupp tal-UE. Fl-istess waqt, Malta qed tagħmel dan fi żmien meta li tkun ta’ daqs żgħir, b’kapaċità kbira li tadatta malajr u b’sens intraprenditorjali hi opportunità,” qal waqt it-taħdita li kellu ma’ Daniel Franklin, id-direttur eżekuttiv ta’ The Economist. Dawn l-opportunitajiet skont Beane, huma bbażati fuq l-elementi b’saħħithom li Malta għandha fosthom il-wirt storiku, ħaddiema kwalifikati u bilingwi, il-fatt

li għandha wieħed mill-aqwa 10 portijiet fil-Mediterran, il-pożizzjoni ġeografika ta’ sitt mili biss ’il bogħod millkuritur ewlieni ta’ kummerċ tal-Ewropa lejn iċ-Ċina, u s-setturi tat-teknoloġija u finanzi li qed jikbru b’rata mgħaġġla. “B’mod partikolari jekk inħarsu lejn is-swieq emerġenti li r-rata tat-tkabbir tagħhom hija d-doppju tarrata tad-dinja żviluppata, u niffukaw fuq kurituri ewlenin tal-kummerċ, fuq relazzjonijiet b’saħħithom,

u nużaw il-ħiliet li jinsabu hawn magħna llum, is-sena d-dieħla nkunu kburin b’dak li seħħ f ’Malta,” żied jgħid. HSBC Malta kien l-isponsor ewlieni ta’ din l-attività annwali, li tlaqqa’ flimkien ekonomisti, politiċi u awturi biex jiddiskutu u jbassru xejriet ekonomiċi, teknoloġiċi u politiċi tassena. Il-kelliema ewlenin għal din l-attività kienu l-iktar referee famuż fiddinja Pierluigi Collina u l-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat.


23

05.02.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

IL-BRAVU TA’ VENEZJA Ġovanni Frontoni, żagħżugħ qalbieni Venezjan, jirritorna minn abbord isSbejħa Sorrentina biex iħaddan lillgħażiża martu u lit-tarbija l-ġdida tagħhom. Iżda mogħmi bl-għira ħaseb li kien tradut u f ’telfa ta’ ġenn ħalla lil martu Teodora kważi mejta b’daqqa ta’ stallett. Ix-xorti ħażina tibqa’ tiġri warajh hekk kif hu u x-xwejjaħ missieru jiġu akkużati b’konfoffa. Kien kollu għalxejn li qalu li mhumiex ħatja. Lill-

iben ikkundannawh għat-turufnament filwaqt li l-missier ingħata s-sentenza tal-mewt. Imma min jista’ jtemm ħajjet ixxwejjaħ jekk ir-Repubblika Venezjana tinsab mingħajr il-Bravu? X’lest jagħmel Ġovanni biex isalva lill-għażiż missieru? Min huma s-sbejħa Vjoletta u s-Sinjura, li waslu minn Ġenova sbatax-il sena wara? U x’jitlob il-Konti Salfieri minflok ir-rikkezzi kollha li offrietlu s-Sinjura tiegħu?

SILTA MILL-KTIEB Ix-xemx kienet għebet wara l-għoljiet tal-Apli u l-qamar kien diġà qiegħed jirrisplendi ’l fuq mill-barriera talLido. In-nies kienu ħierġa bil-mijiet mit-triqat dojoq ta’ Venezja, u kollha kienu sejrin lejn il-Pjazza ta’ San Mark, bħalma l-ilma ta’ xi gandott jintefa’ fil-baħar. Żgħażagħ nobbli, nies taxxogħol, suldati, baħrin, xbejbiet ta’ kull daqs, ġojjellieri ta’ Rialto, merkanti, Lhud, Għarab, Insara, vjaġġaturi, mgħallmin, qaddejja u gondolieri, kollha kienu sejrin lejn iċ-ċentru l-iżjed imfittex għad-divertimenti u l-pjaċiri. It-tferfix u l-indifferenza ta’ xi wħud, il-mixi paċenzjuż u l-ħars fitt u wkoll għajjur ta’ xi oħrajn, id-daħq żvugat taż-żgħażagħ, il-kanzunetti tat-tfalijiet, il-melodija ta’ daqqaq ilflawt, it-tkessiħ tal-buffuni, l-għajjat tal-bejjiegħa tal-ilma, l-għagħa ta’ kull leħen, l-istorbju u l-moviment ta’ dawk il-ħlejjaq flimkien mal-affarijiet l-aktar magħġuba tal-pjazza, kienu jirrendu din id-daqqa ta’ għajn l-aktar allegra, fost l-aqwa bliet imsemmija

tal-Insara. Imwaqqfa sewwa fuq il-linja li tifred lill-Ewropa oċċidentali mill-orjentali, Venezja kienet l-aqwa belt għall-modi u l-lussu, bħalma wkoll kien l-uniku post tagħha mfittex għall-kummerċ. Illum il-fortuna ta’ din il-belt waqgħet għalkollox, iżda fiż-żmien tal-istorja tagħna, ir-reġina tal-gżejjer, għalkemm ma baqgħetx iżjed padruna talMediterran u lanqas tal-Adrijatiku, baqgħet madankollu għanja u qawwija. In-negozju tagħha kien jissemma fl-aqwa swali tal-kbarat tad-dinja u l-kummerċ tagħha, u għalkemm ma baqax jiffjorixxi bħal qabel kien suffiċjenti biex iżomm fl-aħjar ħajja lil dawk il-familji li l-antenati tagħhom kienu stagħnew fil-ġranet tal-progressi tagħha. Fil-ħin li semmejna, il-wesgħa kbira msejħa Pjazza San Mark bdiet timtela b’folol immensi ta’ nies. Ilkafejiet u l-każini li taħt il-loġoġ kienu jiċċirkondaw it-tlett iġnieb tal-pjazza, kienu diġà ingumbrati mill-folla. Mistoqsija: X’jismu ż-żagħżugħ qalbieni Venezjan ?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Il-Bravu ta’ Venezja Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Djamantini huwa: D.BONNICI - Il-Qawra

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

05

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000

Mistoqsija: Lil min intervistat Kelly Peplow ? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


24

05.02.2017

kullhadd.com

IL-MODA: MHUX X’TILBES IMMA KIF IĠĠORRHA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Il-ħwejjeġ li nilbsu jirriflettu l-personalità tagħna, isebbħu lill-persuna minn barra u fuq kollox jipproteġuna mill-bard u mis-sħana li jkun hemm barra. Rari forsi jgħaddilna ħsieb minn fejn dawn ikunu oriġinaw, u min ikun fassal l-istil u d-disinn tagħhom, għax faċilment immorru f ’ħanut, togħġobna xi ħaġa, nixtruha u nilbsuha mill-ewwel. Dan l-aħħar sirt naf bi stilista tal-moda, u interessajt ruħi f ’xogħolha. Is-safar jispiraha ħafna fix-xogħol tagħha. Barra li jagħtiha ċans tirrilassa, l-ambjent differenti jispira l-kreattività u jagħtiha ideat ġodda. Qed nirreferi għal Fiona Vella. Minbarra li hija stilista tal-moda, hija wkoll għalliema, bniedma kreattiva, workaholic, chocaholic, determinata u rasha iebsa, perfezzjonista u fix-xogħol tagħha trid kollox sew u bl-eżatt. Il-familja hija importanti ħafna għaliha u aktar ma tikber aktar tapprezza l-appoġġ u s-sostenn li dejjem sabet mingħandhom, idejjaqha min mhux puntwali u min moħħu f ’ħaddieħor. Fiona ilha fix-xena tal-moda u d-disinji minn mindu kienet tifla ċkejkna. Fil-fatt meta kienet tifla kienet tiddisinja ħwejjeġ għall-pupi tagħha, aktar tard għal sħabha u aktar ’il quddiem għal xi klijenti minn tagħha. Mhux hekk biss, imma n-nanna tagħha kienet tiddisinja l-ilbiesi tat-tieġ u kienet tgħallem il-ħjata, filwaqt li ommha kienet tiddisinja u tagħmel il-purtieri. Ħallejt f ’idejha sabiex tkompli telabora aktar. “Hekk hu, l-interess tiegħi fid-dinja tal-moda beda minn meta kont tifla ċkejkna. Minn età żgħira niftakarni nagħżel x’ser nilbes u dejjem nitlob il-biċċiet tad-drapp lillmamà biex nagħmel il-ħwejjeġ għall-pupi. Darba ddisinjajt u għamilt kollezzjoni sħiħa ta’ lbiesi għall-pupa ta’ oħti. Sħabi tal-iskola jiftakruni dejjem niġri bil-karti miegħi u niddisinja l-ilbiesi tal-okkażjoni. Meta kont teenager bdejt nagħmel il-ħwejjeġ tiegħi u ġieli kont niddisinja anke ħwejjeġ għal sħabi. Il-kreattività qiegħda fil-familja tiegħi. In-nanna kienet ħajjata u kellha l-lavranti magħha, li kienu jiġu biex jitgħallmu jħitu għandha. Għadhom iwaqqfuni n-nies sal-lum u jgħiduli kemm kienet ħajjata tajba u dejjem attenta għall-inqas dettall. Niftakarha tgħid li ma kinitx tkun kuntenta qabel mal-oġġett jiġi perfett. L-istess il-mamà, li mingħandha tgħallimt inħit. Min jaf kemm-il darba ġegħlitni noftoq oġġett għax ma jkunx

Minn età żgħira niftakarni nagħżel x’ser nilbes u dejjem nitlob il-biċċiet tad-drapp lill-mamà biex nagħmel il-ħwejjeġ għall-pupi ippreferejt nikkonċentra fuq il-moda femminili. Ħdimt ma’ bosta kantanti, atturi u mudelli li rrappreżentaw lil Malta f ’konkorsi internazzjonali. Tellajt bosta sfilati tal-moda, kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna. Din is-sena beħsiebni nkompli naħdem fuq proġett ġdid li ilu jberren f ’moħħi daqsxejn mhux ħażin,” kompliet tgħidli. Importanza għall-aċċessorji mal-ħwejjeġ

bl-eżatt. Mingħandha tgħallimt li libsa trid tkun perfetta minn taħt daqs kemm tkun minn fuq. Barra l-ħwejjeġ, għamlet żmien tiddisinja u tħit ukoll il-purtieri,” bdiet tirrakuntali Fiona. Ta’ min jgħid li l-professjoni tagħha ta’ għalliema teħdilha post il-fashion design, minkejja li din tal-aħħar hija għal qalbha ukoll. B’hekk għadha qatt ma tħajret taqleb kompletament full-time fuq fashion design. Fi kliemha tħoss li rnexxielha ssib bilanċ tajjeb bejn il-professjoni tagħha bħala għalliema u l-passjoni tagħha bħala stilista tal-ħwejjeġ li llum sar ukoll xogħol part-time għaliha. “It-tnejn huma importanti u jagħtuni sodisfazzjon kbir. Niftakar li meta bdejt il-karriera tiegħi bħala stilista tal-moda kienu ħafna dawk li ssuġġerewli li nsegwi din il-karriera full-time, imma nħoss li bħala għalliema għandi ħafna x’noffri u b’xi mod qed nagħti kontribuzzjoni għall-ġenerazzjoni futura. Sfortunatament ma tantx jibqagħli ħin liberu, imma fil-ftit ħin li

jkolli, nieħu gost naqra, ngħum u dan l-aħħar bdejt ninteressa ruħi fit-tisjir tal-ħelu,” sostniet miegħi. Temmen li persuna qatt m’għandha tilbes stil ta’ ħwejjeġ għax hu moda, imma għandha taddatta stili li jixirqu l-figura u l-età tagħha Fiona tikkunsidra lilha nnifisha bħala persuna kreattiva ħafna, tant li wara l-konsultazzjoni mal-persuni konċernati, toħroġ il-prodott finali tagħha li jinkludi d-disinn, it-tqassim tal-materjal u l-qtugħ tal-materjal u ħjata. Fil-fatt spjegatli li x-xogħol tagħha jibda b’konsultazzjoni mal-klijenta fejn jitkellmu dwar x’tixtieq, x’jixraqilha, x’inhi l-moda tal-mument u kif tista’ tiġi addattata għaliha. “Nemmen li persuna qatt ma għandha tilbes stil ta’ ħwejjeġ sempliċiment għax hu moda, imma għandha taddatta stili li jixirqu l-figura u l-età tagħha, u fejn issib diffikultà, tistaqsi

għall-parir ta’ persuni professjonali, speċjalment meta jkollha xi okkażjoni importanti. “Wara li nitkellem mal-klijenta, noħroġ disinji differenti u nibdew bl-għażla tal-materjal. Is-sodisfazzjon tiegħi hu li noħloq il-libsa mill-bidu sal-aħħar, b’attenzjoni kbira għal kull dettall,” spjegatli Fiona. Matul din l-intervista, skoprejt li Fiona tispeċjalizza l-aktar fi ħwejjeġ tal-evening u tat-tigijiet, għalkemm matul is-snin ħadmet anke fuq stili oħra. Filfatt għalkemm tispeċjalizza fi ħwejjeġ tal-okkażjoni u fl-ilbiesi tat-tiġijiet, matul is-snin esperimentat bi stili varji u ddisinjat kollezzjonijiet differenti, fosthom kollezzjoni ta’ kowtijiet, kollezzjonijiet ta’ leather wear u denim wear u kollezzjonijiet ta’ ħwejjeġ casual u casual smart, kemm tas-sajf, kif ukoll tax-xitwa. “Iddisinjajt anke kollezzjoni ta’ qomos tal-irġiel. Ikolli bosta talbiet minn irġiel biex niddisinjalhom xi ħwejjeġ, speċjalment dawk fix-xena tal-moda u tal-mużika, imma s’issa dejjem

Fiona ssostni li l-moda mhijiex dak li tilbes, imma kif iġġorrha miegħek. L-istess temmen fuq ċertu aċċessorji li jispikkaw bħal ċrieket kbar ma’ xi tibdila. B’hekk tkompli tikkonferma li kull mara tista’ taddatta għall-istil ta’ moda li jixraqilha. Fi kliemha stess, temmen aktar fl-istil milli fil-moda, fil-mod kif wieħed ikun kapaċi jaddatta l-moda tal-mument għall-figura u l-età tiegħu u għall-istil ta’ ħajja li jgħix. “Ħafna drabi dak li jispikka f ’persuna mhux il-ħwejjeġ li tkun liebsa, imma l-mod kif tilbishom u l-aċċessorji li tagħżel għal magħhom. L-aċċessorji nagħtihom ħafna importanza – ħafna drabi blużu tal-aċċessorji tista’ toħloq interess u tagħti stil lill-aktar libsa sempliċi. Jiena jogħġbuni aċċessorji kbar, speċjalment ċrieket u ġiżirajjen, dawk li jissejħu statement jewellery. Dawn it-tip ta’ aċċessorji huma sbieħ ma’ ħwejjeġ sempliċi biex l-attenzjoni tibqa’ fuq l-aċċessorji. Min-naħa l-oħra ma tantx nilbes aċċessorji meta jkolli xi libsa tal-okkażjoni għax nemmen li l-attenzjoni għandha titħalla fuq id-dettalji tal-libsa. Iż-żraben u l-basktijiet ukoll jistgħu jiġu wżati biex wieħed joħloq stil. Waħda mill-passjonijiet tiegħi hija ż-żraben u mhux l-ewwel darba li ddisinjajt xi libsa biex taqbel ma’ żarbun partikolari,”


25

05.02.2017

kullhadd.com

tbissmet tgħidli Fiona. Barra minn hekk, Fiona hija kkwalifikata ukoll bħala personal stylist u personal shopper. Fil-fatt barra minn Malta ħafna stabbilimenti kbar joffru s-servizz ta’ personal shopper. Din tkun persuna li tgħinek tagħżel ħwejjeġ u aċċessorji skont il-bżonnijiet tiegħek u skont dak li jixraqlek. Wieħed jista’ wkoll juża s-servizzi ta’ personal shopper biex jibdel jew jirranġa l-gwardarobba tiegħu u l-istil ta’ ħwejjeġ li jilbes. Mhux hekk biss, Fiona kellha wkoll xi esperjenzi internazzjonali fejn ħadmet mill-viċin ma’ mudelli, aġenti, disinjaturi u fotografi internazzjonali. Fil-fatt għal għaxar snin kienet tieħu ħsieb il-korjografija ta’ Miss Tourism World, Miss Bikini World u World Bikini Model, kompetizzjonijiet tal-moda internazzjonali fejn kellha ċ-ċans

kienet rebħet l-award ta’ Best Fashion Designer fit-tieni edizzjoni tal-Malta Fashion Awards taħdem ma’ mudelli minn madwar id-dinja kollha. Kellha wkoll iċ-ċans taħdem m’aġenti, stilisti u fotografi internazzjonali. “Esperjenzi bħal dawn jiftħu tieqa fuq ix-xena tal-moda internazzjonali; huma esperjenzi li jgħinuk tikber kemm bħala individwu kif ukoll b’mod professjonali. Barra minn hekk,

jagħtuk sodisfazzjon kbir għax mhux faċli tħarreġ mal-ħamsin mudella minn madwar id-dinja, tippreparahom għal stediniet li jkollhom fil-midja lokali u tagħmlilhom il-korjografija għal sfilata li ser tintwera f ’bosta pajjiżi. Fl-istess ħin kull sena kont niddisinja kollezzjoni ta’ ħwejjeġ biex tidher matul is-serata,” kompliet tgħidli Fiona. Minbarra l-moda, Fiona għandha għal qalbha wkoll id-drama li hija passjoni oħra tagħha. Fil-fatt żmien ilu kienet tirreċta fuq drama lokali, imma kellha tieqaf meta bdew jiżdiedu l-impenji fil-karriera tagħha bħala stilista. Ix-xogħol fuq it-televiżjoni dejjem baqa’ jinteressaha, tant li llum il-ġurnata, flimkien ma’ Deo Grech, tippreżenta l-programm The Celebrity Night. “L-involvment tiegħi f ’dan il-programm imur lura għal tmien snin ilu. Meta beda dan il-programm, li kien

jismu Celebrity Sundays, kont nagħti pariri lill-kantanti fuq l-ilbies, l-istil u l-moda. L-irwol tiegħi f ’dan il-pogramm inbidel f ’dawn l-aħħar sentejn fejn ħadt parti aktar attiva fil-preżentazzjoni. Fil-fatt nieħu ħsieb ir-rokna li għandha x’taqsam mal-moda, kif ukoll ir-rokna ta’ celebrity gossip fejn niddiskutu aħbarijiet mid-dinja taċ-ċelebritajiet,” infurmatni Fiona. Rebħet l-award ta’ Best Fashion Designer Fis-sena 2000 Fiona kienet rebħet l-award ta’ Best Fashion Designer fit-tieni edizzjoni tal-Malta Fashion Awards. Naturalment kien sodisfazzjon kbir għaliha għax fil-fatt ma tantx kienet ilha wisq fuq din il-linja. “Hekk hu, dak iż-żmien ma tantx kont ili li bdejt il-karriera tiegħi bħala stilista tal-moda u kien ta’ sodisfazzjon kbir li nir-

baħ dan l-award. Kien żmien li fih kont naħdem bla waqfien u kont nagħmel mal-ħmistax-il sfilata fis-sena. Nemmen li d-determinazzjoni u l-passjoni li dejjem ħdimt bihom kellhom parti importanti fis-suċċess li ksibt matul is-snin. Illum tgħallimt nieħu l-ħajja b’pass daqsxejn inqas mgħaġġel. Għalkemm f ’moħħi dejjem għaddejjin proġetti ġodda, nipprova nsib ftit aktar ħin għalijja nnifsi u għal ta’ madwari,” sostniet mieghi. Fl-aħħar nett, Fiona saħqet li wħud mill-affarijiet li tgħallmet matul dan iż-żmien kienu kemm hu importanti li tibqa’ dejjem saqajha mal-art u ma tħallix is-suċċess jitla’ għal rasha, li tapprezza dak li għandha u ma tħalli xejn jaqtgħalha qalbha milli twettaq il-ħolm tagħha. Fil-fatt huwa wkoll parir li xtaqet tgħaddih lill-qarrejja kollha sabiex isegwuh.


26

05.02.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Isem: Indirizz:

M.MIFSUD - Birkirkara

TISLIBA 160

B’2 numri 21 93 Bi 3 numri 045 113 206 254 324 336 474 545 636 741 B’4 numri 0524

0774 1505 1515 1525 1874 1947 2051 2161 2258 2265 2611 2673 3211 3254 3737 4004 4124 4176 4454 4935 5521

5608 5672 5684 5689 6020 6140 6520 7338 7501 7572 9021 9134 9262 9969

37373 42271 51845 52505 60457 65876 71266 71552 74254 74452 75183 85050 88155 95407

B’5 numri

B’6 numri

06114 09112 20115 22324

107567 151247 235071 598623

B’7 numri 0332935 1391347 1424986 1834415 3501649

5110574 5847715 6350563 7536607 9194191

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

Mimdudin:

Weqfin:

1. Kompli l-qawl: Bħalma ....... hekk lil għajrek (5) 4. Fomm (4) 7,21M. Ippreparat (5) 9. Ara 3 10. Inqim (6) 12. Jikber fis-selvaġġ hawn Malta (6) 16. Skopri? (3) 18,21W. Danza (5) 19. Żmien (3) 20. Ħatfa? (5) 21. Ara 7 23. Ara 12 wieqfa 24. Normalment iddum 9 xhur (5)

1. 2,17. 3,9. 5. 6,11. 8. 11. 12,23. 13,15. 14. 15. 17. 21. 22.

Frott (6) Isem (6) Bil-krema? (6) Alan Attard Urpani (1,1,1) Tal-familja (5) Inkiteb xi ħaġa fuqu fil-midja (9) Ara 6 Irjus (6) Lesta (9) Verità (6) Ara 13 Ara 2 Ara 18 Kunjom (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1,7.Ibikkik, 4.Ġdur, 9.ASU, 10.Tapiti, 12.Fanali, 16,21mimduda. 18.AM, 20.Travi, 24.Nsiet.

1.Isaqqi, 2,12 wieqfa. Iħufu, 3,23.Kitarri, 5,15.Dmirijiet, 6,11.Rtira, 8.Katamaran, 13.Nar, 14.Iwitti, 17.Nil, 21,19. Trawmi, 22.IBR


27

05.02.2017

kullhadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI

AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ

XOGĦOL U MANUTENZJONI

Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. Ittiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235.

Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel fuq 7928 5444.

Daihatsu Terios (ġdida mingħand l-aġent lokali) 1.3 petrol (2004), 30,000 mil, sid wieħed. Kundizzjoni eċċellenti, prezz €8,500 negozzjabbli. Ċempel 9942 3698.

Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. AVVIŻI KULTURALI Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju talImqabba ser jorganizza s-Seduta Ġenerali Annwali tiegħu nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar 2017 ġewwa l-Każin tas-Soċjetà li jinsab fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba, mill10:00am ’il quddiem. Isseduta ser tkun tikkonsisti minn rapporti amministrattivi u finanzjarji mħejjija middiversi fergħat tas-Socjetà.

Ser ikun hemm ukoll ħin allokat għal diskussjoni li tittratta l-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2017 kif ukoll ilproġetti varji li s-Soċjetà qiegħda tagħmel fil-preżent, fosthom ir-rikostruzzjoni talkażin. Is-soċi u l-partitarji tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju huma mħeġġa jattendu bi ħġarhom għal din il-laqgħa importanti u jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar dak kollu li se jiġi diskuss. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com. Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza High Tea ġewwa l-Plaza Hotel, tas-Sliema, nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar 2017. L-attivita’ hija miftuħa għal kulħadd u jiġi servut varjeta’ t’ ikel. Trasport jitlaq millPjazza ewlenija tal-Imqabba fis-1:00pm. Bookings isiru fuq 79539542 u aktar dettallji jinkisbu fuq is-sit elettroniku uffiċċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www. talgilju.com.

Talent Depiro se ttella’ l-kummiedja fi tliet atti bl-isem ta’ “Kulħadd ma’ tiegħu”. Naraw kif is-sur Albert jibda jinnamra ma’ tfajla grazzjuża iżda tinqala’ problema kbira għaliex missierha jkun irid jiltaqa’ ma’ omm Albert imma din tkun imsiefra. Tasal ukoll iz-zija Lucija li tkompli tħawwad is-sitwazzjoni. U min se jgħin lis-sur Albert jipprova joħroġ minn din il-bawxata? Tgħid Manwel jirnexxilu l-iskop ta’ moħħu? U s-seftura? Tgħid fuq tlieta toqgħod il-borma? Taħt id-direzzjoni ta’ Joe Azzopardi, din il-kummiedja se tittella’ mit-Talent Depiro nhar is-Sibt 18 ta’ Frar fis7.30pm u l-Ħadd 19 ta’ Frar fis-6.00pm, fl-Auditorium ta’ Sant’Agata fir-Rabat. Il-biljetti tad-dħul jiswew €5.00 biss, u l-parking huwa pprovdut bla ħlas maġenb is-sala. Min irid jibbukkja jista’ jċempel fuq 21456340 jew 21454530, jew jibgħat email fuq gowi@onvol. net u jiżgura ruħu minn postijiet tajba fl-auditorium. Narawkom.

Il-luzzu kkulurit ta’ Malta huwa magħruf ħafna, imma inti kont taf li l-kuluri taddgħajjes tradizzjonali ta’ Malta huma marbutin ma’ portijiet differenti? Jew inkella li l-mewt ta’ membru mill-familja ta’ sajjieda hija mmarkata fuq id-dgħajsa tagħhom? Dawn il-fatti u ħafna iktar ser joħorgu mit-taħdita talProfessur Aquilina għal Flimkien għal Ambjent Aħjar. Din it-taħdita speċjali se ssir grazzi għarriċerka tal-antropoloġista ta’ fama mondjali Desmond Morris, li għex f ’Malta għal sitt snin! Dan l-istudju li kien ilu għal żmien twil moħbi issa ġie ppublikat wara li kien mitluf għal għexieren ta’ snin. Ejjew u ħudu gost titgħallmu l-istejjer affaxxinanti moħbija wara ftit mill-ikoni Maltin. It-taħdita ser issir nhar il-Ħamis 9 ta’ Frar 2017 fis-6.30pm, f ’Palazzo de la Salle, il-Belt bi ħlas ta’ ħames ewro. Għall-biljetti kemm tidħlu fuq www.faa. org.mt.


28

05.02.2017

kullhadd.com

BUSUTTIL JAĊĊETTA L-AGĦAR EDITORJAL

Meta qed ngħidu skandli serji nkunu qed nirreferu għall-każi fejn l-affarijiet huma dokumentati u mhux ‘fake news’

Jekk kien għad fadal farka dubju din telqet ukoll. IlKap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, jaċċetta l-agħar. L-istandards tiegħu huma fost l-iktar baxxi fil-politika Maltija u għalkemm jitkellem ħafna dwar governanza tajba meta jkun iffaċċjat bi skandli serji ma jagħmel xejn. Saħansitra jaħrab. Meta qed ngħidu skandli serji nkunu qed nirreferu għall-każi fejn l-affarijiet huma dokumentati. Fejn dak li qed nitkellmu dwaru ġej min istituzzjonijiet kredibbli bħall-Awditur Ġenerali u mhux ‘fake news’ minn propogandisiti mħallsa anke jekk mhux uffiċjalment. Dak li żvela iktar kmieni din il-ġimgħa l-Ministru Owen Bonnici, dak li l-eks Kummissarju tal-Artijiet qal li meta sar jaf bid-deal tal-Löwenbräu beża’ li jmur il-ħabs kien xokkanti. Uffiċjal tal-gvern qal taħt ġurament li tant inkisret il-liġi, minn wara dahru, li xħin intebaħ b’li ġara beża’ li se jirbħu wara l-ħadid fil-ħabs ta’ Kordin. Jekk mhix serja din, diffiċli

nif hmu x’inhu serju għallPartit Nazzjonalista u għall-ċerta midja li dehret iktar interessata fil-‘fake news’ milli f ’każ milliktar serju fejn art ta’ tmien miljun ewro l-gvern daħħal tagħha mijiet ta’ eluf ta’ ewro. Iżda, serju iktar minn hekk hemm il-fatt li qabel sar dan id-deal li jġennen in-nies - ukoll mill-ammissjoni taleks Kummissarju talArtijiet - xi ħadd kien kellem lill-Ministru li kien responsabbli midDipartiment tal-Artijiet u l-Ministru kien ta l-kelma li l-kundizzjonijiet kienu se jitneħħew. Mela issa hemm iktar minn prova waħda li dan hu skandlu bil-barka tal-Ministru. Barka tal-Ministru li ngħatat mhux biss darba iżda darbtejn. Għax wara li l-Kummissarju tal-Artijiet ried jirranġa l-ħniżrija tal2009, u l-benefattur talPartit Nazzjonalista Żaren Vassallo ma riedx iħallas, nafu li l-Ministru kien wiegħed kompromess. Issa quddiem dan kollu,

il-Kap tal-Oppożizzjoni, qed jinsisti li ma jlissinx imqar kelma waħda. U filwaqt li hu kkummenta mill-inqas, anke meta mistoqsi mill-ġurnalisti, permezz tal-uffiċċju talkomunikazzjoni tiegħu, iddefenda lil Azzopardi għal darba wara oħra. L-istess Azzopardi li rrapporta lill-ġurnalisti li marru jistaqsuh il-mistoqsijiet. Simon Busuttil wera li quddiem wieħed mill-ikbar skandli tal-aħħar snin hu ma jimpurtahx. Wera li jaċċetta kollox. Wera li hu differenti mill-Prim Ministru li ħa passi kontra Segretarju Parlamentari u Ministru, li spiċċaw millkariga tagħhom f’każi li dwarhom ħafna jaqblu li ma kienx hemm provi ta’ involviment politiku bħalma hawn f’dan il-każ. Iżda, fuq kollox forsi ma kellniex għalfejn inkunu sorpriżi daqshekk. Għax dan hu l-istess bniedem li lill-whistleblower filkaż tal-‘work for votes’ ta’ Għawdex staqsieh għaliex baqa’ għaddej bixxogħol meta kienu jafu

li se jitilfu l-elezzjoni. Mhux hekk, talli nhar ilĦadd Simon Busuttil kellu tislima speċjali għalleks Ministru Giovanna Debono li żewġha tressaq il-Qorti f’wieħed millikbar skandli f’pajjiżna. Biex ma nsemmux biżibilju oħra bħal Toni Bezzina, ħati b’sentenza tal-Qorti li huwa kkonfermat kif ġiegħel ħaddiema jagħmlu xogħol fuq każin tal-Partit Nazzjonalista imbagħad jaħilfu falz biex jgħatti xturu. Ma nsemmux każi oħra bħal ta’ Capital One u Beppe Fenech Adami jew Tonio Fenech u Falcon Funds. Quddiem dawn ukoll Simon Busuttil iddeċieda li ma jiħux passi. Għax Simon Busuttil ġej mill-iskola ta’ Gonzi PN, il-Partit li taħtu seħħ l-iskandlu taż-żejt. IlPartit li ta lill-Ministri tiegħu €500 żieda filġimgħa bil-moħbi. Simon Busuttil kien qalilna li ma kellniex inbiddlu d-direzzjoni talpajjiż minkejja dan kollu u għalhekk mhux ta’ b’xejn jaċċetta kollox. Simon Busuttil jaċċetta l-agħar.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.