KullHadd_05.03.2017

Page 1

www.kullhadd.com

TINTEN!

Il-Ħadd, 5 ta’ Marzu, 2017

Ħarġa Nru 1,234 Prezz €1

L-INKJESTA TITKELLEM DWAR AFFARIJIET “STRAMBI” U DOKUMENTI LI “SPARIXXEW”

Analiżi tal-inkjesta dwar il-każ Capital One, fejn jissemma l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, titkellem dwar allegazzjonijiet mill-iktar serji. Jissemmew kontinwament dokumenti li “sparixxew” u affarijiet “strambi.” Fuq kollox jispikka l-messaġġ li “l-investigazzjoni ma tħallietx tissokta” u issa huwa stabbilit b’ċertezza li dan seħħ wara li tfaċċa isem Beppe Fenech Adami. Quddiem din is-sitwazzjoni l-Partit Laburista qed jitlob lill-Kap tal-Oppożizzjoni jieħu azzjoni fil-konfront tal-Viċi Kap tiegħu filwaqt li ntqal li Beppe Fenech Adami ntalab jispjega kif il-kont tiegħu tela’ għal miljun ewro fi żmien li kienu għaddejjin it-transazzjonijiet Capital One.

DE MARCO F’DIFFIKULTÀ Il-Viċi Kap Mario De Marco wkoll spiċċa f ’kontroversja. Għaliex filwaqt li l-kap tiegħu jattakka bl-aħrax l-investiment miljunarju li se jsir fuq l-art tal-ITS f ’San Ġiljan, hu serva bħala konsulent permezz tad-ditta legali tiegħu, xi ħaġa li qed jiddefendi bl-aħrax. Għax iddefenda s-sehem tiegħu f ’dan il-kuntratt, ħarġu jattakkawh Daphne Caruana Galizia li qalet li għandu jirriżenja, u Salvu Mallia, li qal li De Marco m’għandux prinċipji. Ara paġni 3-6

M’GĦANDUX KONTROLL!

L-INKWIET TA’ BEZZINA

Anke l-kwistjoni Toni Bezzina għadha mdendla. Filwaqt li prova jirbaħ il-ħin b’libell wara li żvelajna l-Ħadd li għadda li għamel applikazzjoni frodulenti biex jibni f ’ODZ u l-Kap appoġġjah fil-miftuħ, internament hemm pressjoni biex Toni Bezzina jitlaq. Intużaw editorjali ta’ gazzetti bl-Ingliż biex iwasslu l-messaġġ. Iżda, hu ma jridx jaf. Qed jargumenta li la ma telaqx Jason Azzopardi wara l-każ Löwenbräu, ma jitlaqx hu.


02

05.03.2017

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa ta’ pressjoni baxxa li testendi minn fuq l-Alġerija sa fuq il-Golf ta’ Sirte ser tersaq lejn il-Lvant Temp: Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab aktar tard waranofsinhar Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mix-Xlokk li jsir ħafif mill-Punent Majjistru t-Tramuntana Il-Viżibbiltà: Tajba Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 15°C

email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tnejn

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

17°C

UV 5

13°C

Il-Ħamis

16°C

UV 5

11°C

16°C

Il-Ġimgħa

UV 4

12°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

17°C

UV5

13°C

17°C

UV 6

13°C

17°C

UV 6

12°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 Cosmed Pharmacy, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 Pharmaland Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, Ta’ Xbiex Numri Importanti – 21346547 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974 112​ Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovani Curmi, L-Iklin – 21435567 Il-Pulizija ta’ Malta Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068 2122 4001-9​ Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid– 21693412 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 2393 0000 Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, Iż-Żejtun – 21806009 Il-Gwardjani Lokali ​2132 0202 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781 Remedies Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, Is-Siġġiewi – 21460828 L-Isptar ta’ Malta St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat Malta – 21454187

Stampat Progress Press

2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat Għawdex – 21551841 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, ix-Xagħra Għawdex – 27551140 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

05.03.2017

kullhadd.com

PRESSJONI BIEX JITLAQ BEZZINA • TA’ BEZZINA JGĦIDU LI LA MA TELAQX AZZOPARDI MA JITLAQX HU • SIMON BUSUTTIL UKOLL JINSISTI LI JŻOMMU Kitba ta’ Bezzina mal-ewwel, anke ALEANDER BALZAN għax wara li nqabad x’ried jagħmel, il-perit qal li se jirtira Fil-Partit Nazzjonalista teżis- l-applikazzjoni li fl-Awtorità ti pressjoni kbira biex il-kap tal-Ippjanar daħlet fuq isem jieħu azzjoni fil-konfront martu. ta’ Toni Bezzina; id-deputat Iżda, minkejja li kien ħaseb li Nazzjonalista li mhux biss dan hu kapitlu magħluq, filinqabad li ried jibni villa f ’art fatt irriżulta mod ieħor. Mhux biss għax kien ODZ iżda li skont inforhemm għajjat mazzjoni esklussiva ta’ nies minn li ppubblikajoqsma difna l-ġimgħa li ferenti għaddiet ivvinta biex Beztagħrif fl-apzina jitplikazzjoni neħħa jew tiegħu biex jitkeċċa seta’ jsaħħaħ i ż d a iċ-ċans tiegħu w k o l l li jibni l-villa għaliex li ried f ’art din ilnaturali taħt gazzetta l-Imdina. żveIl-kap iddefenda lil To n i

lat iktar fatti skandalużi. Ħafna iktar persuni mhux jemmnu lil Toni Bezzina u din hija daqqa ta’ ħarta għall-kredibbiltà tal-Partit Nazzjonalista fejn għandha x’taqsam il-politika ambjentali. Dan għax waqt li kien qed jikteb ir-rapport dwar l-ambjent tal-Partit Nazzjonalista ma’ żewġ deputati oħra, Bezzina kien qed jaħseb kif se jirrovina art verġni fl-Imdina, proprju fit-telgħa li twassal għar-Rabat. Li Bezzina għandu pressjoni interna biex jitlaq ikkonfermawh is-sorsi tagħna li qalu li mhix kumbinazzjoni li l-editorjali ta’ gazzetti bl-Ingliż iktar kmieni din il-ġimgħa poġġew pressjoni fuq Bezzina. “Ċara. Il-kap irid iżommu. Tinsiex li kien żammu anke wara li tilef il-każ fejn bagħat ħaddiema jagħmlu xogħol tal-gvern fil-każin talPN,” qalilna bnied e m qrib

kumitat sezzjonali millħames distrett fejn jikkontesta Bezzina u li jkun ta’ spiss id-Dar Ċentrali. Iż-żewġ gazzetti bl-Ingliż li ma jiddejqu xejn jimbottaw l-aġenda tal-PN meta jkun hemm bżonn, kitbu li Bezzina imbarazza lill-PN u saħansitra l-PN għandu jaħsibha jħallihx kandidat. “Ċara li dawn huma messaġġi li għandhom l-id ta’ xi ħadd mill-istamperija għalkemm żgur mhux tal-kap, li ħareġ jgħid li Bezzina kellu kollox skont il-liġi u regolari. Il-pressjoni issa qiegħda kollha fuqu,” tennew is-sorsi tagħna. The Malta Independent qalet li Busuttil qed jiddefendi lil Bezzina għax ma jridx inaffar il-momentum li qabad fil-ħames distrett elettorali. “Il-PN għandu jitlob lil Toni Bezzina ma jikkontestax l-elezzjoni ġenerali,” qal l-editur ta’ The Malta Independent li nnota kif Bezzina ġab lill-Partit Nazzjonalista fuq sieq waħda għax għandu bżonnu fuq il-ħames distrett. Saħansitra Toni Bezzina kien deskritt bħala l-istar candidate tal-Partit Nazzjonalista fuq il-ħames distrett fejn se jikkontesta wkoll id-deputat Jason Azzopardi. Fil-fatt

nies qrib Bezzina qed isostnu li la Azzopardi ma refax farka responsabbiltà wara rapporti skandalużi tal-Awditur Ġenerali, partikolarment dwar iddeal tal-Löwenbräu, m’għandux jerfa’ r-responsabbiltà ż-żiemel tagħhom. It-Times of Malta nnotat kif kien wara li din il-gazzetta żvelat l-istorja li Toni Bezzina ddeċieda li jirtira l-applikazzjoni. “Għaliex ma ħasibx dwar dan qabel daħħal l-applikazzjoni?” qal l-editorjal tat-Times of Malta li wkoll irrimarka li biex l-affarijiet ikunu agħar, Bezzina kiteb ir-rapport ambjentali tal-Partit Nazzjonalista. Mid-Dar Ċentrali, dawk li ssoltu jkunu mgħarrfa sew, qalu li tidher ċara l-istrateġija ta’ xi wħud fil-Partit Nazzjonalista li jipprovaw jimminaw lil Bezzina ftit ftit. Iżda, dan ma jfisser xejn. Uffiċjalment il-Partit Nazzjonalista qabeż għalih u jiġri x’jiġri minn issa ’l quddiem, Simon Busuttil qiegħed tard. Dan għaliex l-appelli ta’ nies bħal Carmel Caccopardo, Arnold Cassola, Marco Cremona, Desiree Attard, Jes Saliba u Mario Mallia li lkoll qalu li Bezzina għandu jirriżenja ilhom li saru u sal-lum waqgħu fuq widnejn torox.


04

05.03.2017

kullhadd.com

“HOT POTATO ” FEJN SPARIXXEW ID-DOKUMENTI • IR-RAPPORT TA’ INKJESTA DWAR CAPITAL ONE NNOTA NUQQASIJIET KBAR • KAŻ TA’ ALLEGAT ĦASIL TA’ FLUS FEJN TWAQQFET INVESTIGAZZJONI Kitba ta’ ALEANDER BALZAN

Ħwejjeġ strambi, dokumenti li sparixxew u li ma kellhom qatt josfru, kif ukoll investigazzjoni li ma tħallietx tissokta. Dawn ilkoll konklużjonijiet b’saħħithom tar-Rapport talBord ta’ Inkjesta dwar il-każ Capital One u Baltimore Fiduciary li fih jissemma l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami. Ir-rapport stabbilixxa b’ċertezza li kien wara li tfaċċa isem Beppe Fenech Adami li l-investigazzjoni tal-pulizija twaqqfet u meta analizza jekk dan hux proprju għax tfaċċa isem l-istess Fenech Adami l-bord qal li “ma jistax jeskludi li dak kien li effettivament ġara.” Huma diversi l-partijiet fejn il-bord jinnota kif dokumenti uffiċjali naqsu. Dan il-każ kien żvelat millMaltatoday flimkien ma’ ġurnalist internazzjonali. Jirriżulta li investigazzjoni li nbdiet mill-awtoritajiet Olandiżi stabbilixxiet li kumpanija li kienet qed topera minn Malta, Capital One, setgħet kienet qed tagħmel operazzjoni ta’ ħasil ta’ flus li ġejjin mittraffikar tad-droga. Kien ftit ġimgħat qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, li l-pulizija bdiet investigazzjoni li waqfet, kif issa huwa kkon-

fermat mir-rapport ta’ inkjesta, wara li tfaċċa isem Beppe Fenech Adami bħala direttur fuq Baltimore Fiduciary Ser-

vices Limited, liema kumpani- tal One Investment Group li ja kienet direttur, shareholder, fuqha kien hemm suspett ta’ rappreżentant legali u rap- ħasil ta’ flus. preżentant ġuridiku ta’ Capi- Fl-istess żmien, Fenech Ada-

mi kien Assistent Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li l-eks Ministru Carm Mifsud Bonniċi kien

RAPPORT TEKNIKU Il-bord ta’ inkjesta ħatar lill-espert Kenneth Farrugia, biex jagħmel rapport tekniku. Rapport tekniku li għadda ssiġillat mal-inkjesta u li abbażi tiegħu intqal ukoll li r-rapport ta’ inkjesta se jkun għand il-pulizija. Il-bord qal li rapport tekniku kien ta’ assistenza kbira għall-bord biex jifhem aħjar it-transazzjonijiet finanzjarji u d-dokumenti bankarji oħra tal-kumpanija Capital One Investment Group Limited, li kienu nġabru mill-Pulizija. Fir-raba’ parti tar-rapport tekniku ntqal “The facts established under Section 4 of this report warrant a more thorough review/investigation by the Competent National Authorities.”

X’INHI L-INKJESTA? Il-Prim Ministru waqqaf Bord ta’ Inkjesta dwar storja li dehret fuq il-faċċata tal-Maltatoday fl-10 ta’ Ottubru bit-titlu “Money laundering investigation was not pursued when Fenech Adami’s name cropped up.” Il-bord kien magħmul miċ-Ċermen l-eks Imħallef Dr Joseph David Camillieri u membri eks Imħallfin Dr Lawrence Quintano u Dr Philip Sciberras.

PIENI ĦOROX Min jinstab ħati taħt il-liġi ta’ ħasil ta’ flus jista’ jintbagħat sa 18-il sena ħabs u/jew jeħel multa massima ta’ €2,500,000


05

05.03.2017

kullhadd.com

imġiegħel jirriżenja mill-Parlament. Jingħad li dak iż-żmien Fenech Adami kien “de facto” ministru tal-pulizija. Ma baqgħux fil-file talpulizija Bħala parti mill-investigazzjoni ħarġet ordni ta’ iffriżar tal-assi fuq wieħed mill-kontijiet ta’ Capital One. Bħala parti mill-investigazzjoni kienu nġabru dokumenti mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji Maltija (MFSA) u l-għada li kienet esegwita ordni ta’ friżar fuq il-Bank of Valletta nktibu ittri lil ċertu John Scicluna, Money Laundering Officer tal-Bank of Valletta. Dan biex jipprovdi tagħrif dwar transazzjonijiet. Scicluna bagħat ħames ittri lill-Kummissarju tal-Pulizija u minnhom tnejn biss baqgħu fil-file. Dwar dan, ir-rapport jgħid hekk: “Hija ħaġa stramba li kopja tal-ittra fuq imsemmija tat-28

Irriżulta għalhekk li dawn id-dokumenti kollha li għadhom kif issemmew sparixxew mill-pussess tal-pulizija. Ir-raġuni li ngħatat għat-telfien ta’ dawn id-dokumenti kienet li dawn ingħataw lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex minn hemm jintbagħtu għand l-awtoritajiet Olandiżi. Kien hemm ċaħda kategorika da parti tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li dawn id-dokumenti qatt għaddew għandu

ta’ Diċembru 2012, li l-ispettur Aquilina bagħat lil John Aquilina, la tinstab fil-file ENU/68/LR/12 tal-pulizija u lanqas f ’xi file ieħor tal-pulizija. Dan il-bord akkwista kopja tagħha waqt li kien qiegħed jiehu x-xhieda ta’ John Scicluna. Hija daqstant ieħor ħaġa stramba li la filfile u lanqas f ’ebda file ieħor tal-pulizija ma hemm żewġ ittri li John Scicluna bagħat lill-pulizija rispettivament fil31 ta’ Diċembru 2012 u fid19 ta’ April 2013. Wisq anqas hemm iż-żewġ bundles ta’ dokumenti bankarji li Scicluna bagħat separatament fl-aħħar imsemmija dati, għall-attenzjoni tal-ispettur Aquilina, b’risposta għall-imsemmija ittra tat-28 ta’ Diċembru 2012.” Kien hemm dokumenti oħra li “sparixxew” u r-raġuni li ngħatat għal dan ma tantx niżlet tajjeb mal-bord ta’ inkjesta. “Irriżulta għalhekk li dawn id-dokumenti kollha li għadhom kif issemmew sparixxew mill-pussess tal-pulizija. Irraġuni li ngħatat għat-telfien ta’ dawn id-dokumenti kienet li dawn ingħataw lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex minn hemm jintbagħtu għand l-awtoritajiet Olandiżi. Kien hemm ċaħda kategorika da parti tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li dawn id-dokumenti qatt għaddew għandu, verżjoni li tidher aktar attendibbli minn tal-ewwel,” kompliet tgħid l-inkjesta fuq numru ta’ dokumenti oħra mitlufa fosthom “żewġ bundles ta’ dokumenti bankarji.” Somom kbar ta’ flus Ir-rapport tal-inkjesta jgħid li “l-allegati provi dwar ir-reat tal-ħasil ta’ flus kienu jemerġu mit-transazzjonijiet bankarji li saru f ’Malta, l-aktar bejn is-snin 2009 u l-2010. Dawn it-transazzjonijiet kienu jinvolvu somom kbar ta’ Ewro.” Filfatt, jgħid il-bord ta’ inkjesta, id-dokumenti kellhom imorru għand is-sezzjoni speċjalizzat kontra l-ħasil ta’ flus. “Dan ilbord huwa tal-fehma illi dawn id-dokumenti ma kellhom qatt josfru, iżda minflok kellhom isibu posthom ġewwa file separat, fil-kuntest ta’ investigazzjoni separata tal-Anti Money Laundering Unit li l-ispettur Aquilina prattikament jew indirettament, kien beda. Irriżulta li din l-investigazzjoni hekk informalment mibdija, waqfet ħesrem ftit wara li nbdiet,” jintqal f ’parti oħra tar-rapport. Jingħad ċar u tond li “l-investigazzjoni ma tħallietx tissokta.” Fil-fatt ir-rapport qal li ma kienx hemm ir-rieda qawwija meħtieġa min-naħa tal-pulizija. “Tant hu hekk li lanqas file formali dwarha ma kien infetaħ mill-pulizija tempestivament,” kompla jingħad fir-rapport.

IL-PL REĠA’ TALAB AZZJONI • JISTAQSI DWAR IL-MILJUN EWRO TA’ BEPPE FENECH ADAMI

META TFAĊĊA ISEM BEPPE Ma setax jonqos li r-rapport janalizza l-impatt ta’ isem Beppe Fenech Adami u r-rapport kien ċar immens. Meta daħal isem Beppe Fenech Adami l-każ sar wieħed jaħraq. “Meta fit-13 ta’ Jannar 2013 tfaċċa l-isem ta’ Dr Beppe Fenech Adami, l-investigazzjoni saret ‘a very hot potato’ li forsi setgħet iġġib konsegwenzi xejn pjaċevoli fuq min ikollu l-kuraġġ li jaqbadha u jipprova jqaxxarha,” jgħid ir-rapport. It-tliet Imħallfin innotaw li l-qawl jgħid ‘la ddardarx l-għajn li trid tixrob minnha’. “Imma persuna integra ma timxix ma’ dan il-proverbju. Ir-responsabbiltajiet tal-kariga jridu jinġarru dejjem u f ’kull waqt, inkluż f ’dawk l-okkażjonijiet skabrużi meta l-interess personali jista’ jissuġġerixxi triq oħra. Aktar ma għadda żmien, seta’ kien hemm raġunijiet oħra għaliex l-investigazzjoni waqfet,” għamlitha ċara l-inkjesta. L-istess inkjesta li qalet li ma tistax teskludi li l-investigazzjoni twaqqfet proprju għax tfaċċa isem Beppe Fench Adami tagħmilha ċara li l-investigazzjoni mhux titwaqqaf kellha iżda tinfirex. Jinnota kif l-investigazzjoni sabet ruħha f ’diffikultà, waqfet, u prattikament intesiet. “Dan il-bord jidhirlu li din l-investigazzjoni, mibdija hekk indirettament mill-ispettur Aquilina, kienet timmerita li tiġi formalizzata kif suppost, billi jinfetaħ file separat tal-pulizija għaliha, tingħata d-direzzjoni opportuna mis-superjuri tal-ispettur Aquilina, kif wara kollox dan tal-aħħar issuġġerixxa, biex hekk kienet tista’ tkompli tieħu l-kors normali tagħha, bħal kull investigazzjoni oħra tal-pulizija,” qal ilbord.

Il-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għandu jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Beppe Fenech Adami li kif ħareġ ismu, waqfet investigazzjoni tal-pulizija dwar kumpanija f ’Malta bl-isem ta’ Capital One li tagħha kien direttur u li kienet investigata dwar ħasil ta’ flus u traffikar tad-drogi. F’konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun indirizzata mid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet talPartit Chris Cardona u l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, iż-żewġ kelliema żammew il-pressjoni fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni u saħqu li l-każ huwa serju li jimmerita azzjoni. Il-Ministru Owen Bonnici ta rendikont ta’ dak li fiha l-inkjesta (ara paġni 4 u 5) u elenka wkoll għall-fatt li listi tat-tranżjazzjonijiet ta’ din il-kumpanija ma baqgħux fil-file tal-pulzija u l-inkjesta magħmula mill-Gvern kellha aċċess għalihom għax reġgħet talbithom lil Bank of Valletta. Owen Bonnici staqsa jekk li kieku dawn il-listi tattransazzjonijiet għaddew għand l-awtoritajiet Olandizi, li ma saritx għax għebu mill-file tal-pulizija, l-investigazzjoni fl-Olanda kinitx tieħu xejra oħra. Bonnici fakkar kif l-espret li tqabbad mill-inkjesta biex janalizza dawn id-dokumenti f ’Malta kkonkluda li dan il-każ jimmerita li jkun investigat mill-pulizija u millFIAU, stqarr Bonnici filwaqt li saħaq li dan huwa każ serju ħafna u li mill-inkjesta li saret joħorġu diversi fatti li juru

dan. Min-naħa tiegħu d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet talPartit tenna li l-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni, li ddeskriviet il-każ bħala ‘a hot potato’, huma serji u fakkar kif dan kollu seħħ meta Beppe Fenech Adami kien de facto ministru tal-pulizija. Cardona staqsa jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni kienx se jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Beppe Fenech Adami jew inkella hux ser jagħmel bħal m’għamel fil-konfront ta’ nies bħal Jason Azzopardi, Toni Bezzina, Giovanna Debono, George Pullicino u oħrajn, li ddefendihom. “Simon Busuttil huwa komdu li jkollu Viċi Kap li manifestament għandu riżultat ta’ dan it-tip wara inkjesta minn tliet eks Imħallfin? Il-Kap talOppożizzjoni għandu jieħu azzjoni immedjata,” saħaq ilMinistru Cardona. Chris Cardona semma wkoll kif fl-istess perjodu talinvestigazzjoni, il-kontijiet bankarji ta’ Beppe Fenech Adami żdiedu għal ammont ta’ miljun ewro, dan iqajjem dubji kbar li hemm bżonn spjegazzjonijiet. Il-Ministru għall-Ekonomija stqarr li bla dubju kieku l-każ kien jinvolvi xi membru talGvern u mhux lil Beppe Fenech Adami, fuq dan il-każ kienu jintalbu r-riżenji filwaqt li insista li Simon Busuttil għandu jieħu azzjoni minkejja li m’għandux l-awtorità politika jagħmel dan għax il-PN huwa maħkum minn klikka estremista li jmexxi Beppe Fenech Adami u għax m’għandux l-awtorità morali li jagħmel dan.


06

05.03.2017

kullhadd.com

DE MARCO F’DIFFIKULTA • JIDDEFENDI S-SEHEM TIEGĦU FI FTEHIM LI KKRITIKA BUSUTTIL • REĠGĦU BDEW L-ATTAKKI: “RIŻENJI” U “BLA PRINĊIPJI”

Fl-aħħar sigħat reġgħu ssoktaw l-attakki mill-Partit Nazzjonalista fuq il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario De Marco, li min-naħa tiegħu kien qed iżomm sod dwar dak li qed jgħid li hu d-dritt tiegħu li jagħmel xogħol għall-kumpanija li se tiżviluppa s-sit tal-ITS f ’San Ġiljan. Fost dawk li attakkawh reġa’ kien hemm Daphne Caruana Galizia u Salvu Mallia. Fl-aħħar jiem Mario De Marco ma deherx komdu ħafna meta mistoqsi dwar kif id-ditta legali tiegħu tat il-pariri b’rabta mal-investiment fuq dan issit fl-istess ħin li l-kap tiegħu jikkritikah. F’konferenza tal-aħbarijiet ma kellux għażla oħra għajr li jikkonferma li huwa tassew l-avukat tal-grupp li ntgħażel għal dan l-iżvilupp lussuż u talogħla kwalità f ’San Ġiljan. Kien meta l-ġurnalisti preżenti bdew jitkellmu dwar l-ironija li d-ditta tiegħu kienet involuta fittfassil tal-kuntratt li De Marco beda jħossu l-iktar skomdu. Hu pprova jitfa’ l-piż kollu talkuntratt fuq naħa waħda, dik tal-Gvern. Iżda, kulħadd jaf li kuntratt ikun iffirmat bejn tnejn u quddiem dan kollu, De Marco beda jitkellem kemxejn fl-astratt. Mistoqsi jekk Simon Busuttil kienx mgħarraf bl-involviment tad-ditta tiegħu f ’dan il-proġett, De Marco qal li x-xogħol professjonali ma jistax jiddiskutih. Imma indika b’mod ċar li x-xogħol legali tiegħu mhux se jfixkilhulu xi

ħadd fil-Partit Nazzjonalista. Oħrajn jaħsbuha differenti. Salvu Mallia kien ċar u għajru bla prinċipju anke jekk mhux b’mod dirett. “Jien tlift progamm għax nemmen fil-prinċipji tiegħi u Pia Zammit irriżenjat mill-bord tal-Manoel. Iżda, mid-dehra nies bħalna huma minoranza żgħira ħafna fejn jidħlu l-flus,” qal Mallia fuq Facebeook fejn miegħu kompla l-attivist u fan ta’ Daphne Caruana Galizia, Antoine Vella. Dan kiteb li llum in-Nazzjonalisti se joħorġu l-flus imma mbagħad deputati u kandidati mhumiex lesti jagħmlu sagrifiċċju u jitilfu biċċa negozju. Caruana Galizia qalet li s-sehem ta’ De Marco mhux aċċettabbli. Tenniet li Demarco għandu jitlaq jew jirtira. Għalkemm Caruana Galizia żiedet tgħid li issa anke għal dik l-għażla hija tard wisq.


07

05.03.2017

kullhadd.com

BUSUTTIL BL-ISTESS BULIJIET TA’ GONZI PN • QED TISPIKKA L-PREŻENZA TA’ TONIO ZAMPA • IFAKKRU FIX-XENI KOROH TA’ QUDDIEM ID-DAR ĊENTRALI FL-2012 Kif jidher fir-ritratt li qed nippubblikaw, l-iktar uffiċjal tas-sigurtà qrib il-Kap talOppożizzjoni fil-protesta li saret żewġt iħdud ilu kien Tonio Zampa, persuna li l-għatba talQorti rifisha mhux darba jew tnejn. Iktar minn hekk Zampa huwa magħruf għal-lingwaġġ aggressiv u intimidatorju tiegħu fil-konfront ta’ dawk li ma jaqblux mal-Partit Nazzjonalista. Din mhix l-ewwel darba li Zampa deher qrib Simon Busuttil kemm ilu kap u Busuttil injora għalkollox il-parir li nies bħal Zampa m’għandux xi jridhom ma’ saqajh. Saħansitra Zampa kien fost dawk li dehru qrib il-folla Nazzjonalista meta s-sena li għaddiet, quddiem il-Qorti, kienu attakkati ġurnalisti ta’ ONE NEWS. Dan qabel iddeputat Jason Azzopardi kellu jidher quddiem il-Qorti b’rabta ma’ kawża ta’ malafama. Tonio Zampa kien wieħed millpersuni b’kondotta mċappsa li kienu jdawru lill-eks Ministru Austin Gatt. L-istess nies li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali kienu jgħassu d-Dar Ċentrali u li ma kienux ħallew jidħlu fl-istamperija persuni li kienu akkumpanjaw lil Jeffrey Pullicino Orlando, dak iż-żmien deputat Nazzjonalista. Saħansitra wara incident li kien inqala quddiem l-istamperija, Tonio Zampa kien sfida pubblikament lil dawk li kienu ma’ Pullicino Orlando. Qalilhom li jekk riedu kien jurihom xi jfissru nies kriminali.

Fil-Qorti, Tonio Zampa iffaċċja akkużi b’rabta ma’ traffikar ta’ droga, fejn fi Spanja għamel għaxar xhur arrestat għalkemm eventwalment ħareġ liberat minn dan il-każ. Deher ukoll quddiem il-Qorti akkużat li attakka pulizija. Tonio Zampa jaf sew lil Ernest Tonna, dak li Jason Azzopardi kien tah garaxx bi pjaċir meta kien responsabbli midDipartiment tal-Artijiet qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Fil-fatt lil Jason Azzopardi, Zampa qabdu bħala avukat Dan f ’każ li jmur lura għal meta dan l-aħħar kellu jidher il-Qorti akkużat b’theddid fuq April 2013 meta Zampa kien l-eks deputat Nazzjonalista kiteb diskors oxxen fil-konfront ta’ Pullicino Orlando u miegħu Pullicino Orlando.

lil-Lhud. Anke l-butcher għadu jidher bħala uffiċjal tas-sigurtà f ’diversi attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista. Għax jidher ċar li Zampa mhux iżolat. Il-bulijiet qed isibu posthom fil-qalba tal-PN. Bniedem ieħor li jidher bi prominenza fl-attivitajiet talPartit Nazzjonalista hu Charles Mangion, magħruf bħala ż-Żubina. Wara ġuri, iż-Żubina kien instab ħati ta’ qtil ta’ Spanjol fl-1975, wara li iktar kmieni kien instab ħati t’attentat ta’ qtil. Kien sa riċenti li Mangion spiċċa l-Qorti għaliex għandu rasu sħuna. Fil-fatt weħel sitt xhur sospiżi għal sena u nofs wara li hedded lill-eks deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando u liddeputat Deborah Schembri. Saħansitra kien qal li lest joqtol lil Pullicino Orlando filwaqt li jagħmel ħsara wkoll lill-eks Ministru Jesmond Mugliett. Jirriżulta li Simon Busuttil m’għandu ebda problema bilTonio Zampa ftit preżenza taż-Żubina tant li tal-jiem ilu u fl-2012 mhux talli ssejjaħ biex ikun fl-eqqel tal-inkwiet ta’ quddiem il-Qorti meta kienu Gonzi PN attakkati ġurnalisti ta’ ONE NEWS, iżda jidher f ’bosta attivitajiet oħra tal-Partit Nazzjonalista. Partit li qed isaħħan l-irjus u jipprova jgħolli kemm jiflaħ ittemperatura politika. Il-preżenza ta’ dawn in-nies, magħrufa wkoll bħala ‘bulijiet’, ingħaqad Ivan Felice, magħruf bħala l-butcher. Dan qal li tixhed kif il-Partit Nazzjonalista lil nies bħal JPO kellhom ftit li xejn inbidel minn dak ta’ jagħmlulhom bħalma għamlu qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.


08

05.03.2017

kullhadd.com

JINĠABRU ONLINE IL-KARTI TAL-IDENTITÀ TAL-KOTBA • IĦEĠĠU LIL TAL-BANDA JAGĦMLU L-ISTESS kitba ta’ KELLY PEPLOW

• 3 numri li jiddetermi- ment tibqa’ fuq sit elettroniku. “Dan huwa kunċett progresnaw it-titlu • Numru bħala check siv ħafna li int ikollok open data,” jispjega Camilleri. digit “Hija għodda importanti għal Camilleri, qal li l-ħidma għas-sit studenti, akkademiċi u riċerkabdiet fl-2013 għaliex ma kienx turi. Anke jekk għandek ħanut hemm xi forma ta’ arkivju jew tal-kotba u għandek bżonn rekord diġitali ta’ kif kienu lista tal-kotba kollha ta’ awtur joħorġu ISBNs: “Kienu jinkit- partikolari, tista’ tniżżel is-sezbu bil-pinna biss, u għidna li zjoni tiegħu,” kompla jirrimardin l-informazzjoni għandha ka Camilleri. Spjega wkoll li dan ma tkun mhux biss arkivjata imma wkoll aċċessibbli għall-pubbli- kienx proġett faċli u kien ku. Bażikament niżżilna data li hemm ammont sostanzjali kellna fuq il-karti għal fuq Excel ta’ data tal-ISBN li ma kinitx sheets, u esportajna dan kollu għad-dispożizzjoni tal-Kunsill. f ’database li ilha online sena,” “Il-proġett sewa flus sew lillqal Camilleri. Camilleri spjega Gvern għaliex kellna bżonn wkoll li għan ieħor tal-Kunsill ħaddiem speċifikament fuq kien li d-database tista’ titniżżel dan is-settur. Apparti minn fuq il-kompjuters ta’ min ikun hekk hemm spejjeż tal-webqed ifittex, u mhux sempliċi- sites u manutenzjoni tad-da-

tabase, u dejjem hemm xi elf ewro fis-sena biex il-Kunsill jitla’ l-konferenza internazzjonali tal-ISBN, li hi importanti biex nibqgħu aġġornati mal-liġijiet u

“Kienu jinkitbu

bil-pinna biss, u għidna li din l-informazzjoni għandha tkun mhux biss arkivjata imma wkoll aċċessibbli għall-pubbliku

Issa t-tiftix għal xi ktieb għatteżi, jew sempliċiment biex tara x-xogħlijiet kollha tal-awtur favorit il-ġdid tiegħek, se jkun iżjed faċli permezz ta’ database ta’ awturi u kotba Maltin, grazzi għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li ħaseb biex jiġbor il-famuż ISBN f ’database organizzata. L-ISBN huwa dak in-numru twil fuq wara ta’ kull ktieb li għalkemm nafu x’jissejjaħ, qatt ma fhimna l-iskop tiegħu eżatt. Mark Camilleri, Ċermen tal-Kunsill Nazzjonali talKtieb, iddeskriva l-ISBN bħala n-numru tal-karta tal-identità tal-ktieb li bih wieħed għandu aċċess għal baħar ta’ informazzjoni dwar il-ktieb, l-awtur, is-sena tal-pubblikazzjoni, u oħrajn. L-International Standard Book Number tista’ tiddeskrivih bħala numru tal-karta tal-identità tal-ktieb li bih wieħed ikollu aċċess għal baħar ta’ informazzjoni dwar is-sena tal-pubblikazzjoni u l-awtur fost oħrajn. Dan hu magħmul minn sett ta’ 13-il numru li fihom ikun hemm l-informazzjoni kollha tal-ktieb, bħall-awtur, meta kien ippubblikat, l-isem tal-pubblikaturi, u t-titlu. L-ISBN dejjem ikun maqsum hekk: • Il-prefiss, l-ewwel 3 numri, dejjem ikunu 978 jew 979 • 2 numri tar-reġistrazzjoni (pajjiż jew territorju fejn ġie ppubblikat) • 4 numri li jiddeterminaw il-pubblikatur

jkollna sehem fit-tfassil tal-linji gwida. Kellna nefqa kbira meta ttraduċejna l-manwal tal-ISBN mill-Ingliż għall-Malti,’ qal Mark Camilleri. Ma’ din il-gazzetta qal ukoll li l-Kunsill rċieva kummenti pożittivi dwar il- proġett, b’mod partikolari mingħand l-akkademiċi lokali, għaliex issa hemm dak kollu li għandu x’jaqsam mal-kotba għad-dispożizzjoni tagħhom. “Anke riċerkaturi barra minn Malta faħħruna għall-proġett,” tenna b’sodisfazzjon. Interessanti ninnutaw ukoll li proċess simili qed isir għal manuskritti tal-mużika bilMalti, li bħal mal-kotba għandhom ISBN, dawn għandhom ISMN (International Standard Music Number) li huwa maqsum bl-istess mod. Bħalissa l-Kunsill qed iħeġġeġ għaqdiet mużikali lokali biex japplikaw għall-ISMN u jirreġistraw il-manuskritti oriġinali tagħhom sabiex dawk ikunu disponibbli għall-għaqdiet kollha. Camilleri spjega li sa issa żewġ għaqdiet mużikali biss applikaw għal dan minħabba biża’ li manuskritti oriġinali jkunu kkupjati. “Dawn il-manuskritti mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku jew għar-riċerkaturi. Diffiċli tħajjarhom għaliex din hija pjuttost ġlieda kontra l-kultura. Int meta tapplika għall-ISMN qed tirregolarizza d-dokumenti tiegħek. Hawnhekk imbagħad tkun obbligat ukoll li tibgħat erba’ kopji lil-Liberija Nazzjonali. Eżempju x’kienu jdoqqu fis-sittinijiet jien ma nafx għax ma hemm ebda rikordju,” temm jgħid Camilleri.


09

05.03.2017

kullhadd.com

QED NIEKLU IKTAR TIĠIEĠ, IŻDA L-MAJJAL BAQA' POPOLARI Kitba ta' DINAH SEGUNA Ħafna huma dawk li taqagħlhom żaqqhom malli jisimgħu b’xi majjalata jew xi platt tiġieġ il-forn imħawwar bi ħwawar tipiċi Maltin u dik it-tazza nbid. Forsi waqt li qed tgawdi platt mill-aqwa, żgur li ma jgħaddulekx minn moħħok mistoqsijiet bħal 'Kif inhi l-produzzjoni tal-laħam f ’pajjiżna?' jew 'Liema laħam huwa l-aktar imfittex mill-Maltin?' Fil-każ tal-gazzetta Kullħadd, ma kienx platt mill-aqwa li ġegħelna nistħarrġu dan, imma statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li ħarġet fix-xahar ta’ Frar. Statistika li tagħti ħarsa lejn kif kienet il-produzzjoni tal-laħam bejn Lulju u Diċembru 2016 turi li filwaqt li l-produzzjoni tallaħam tal-majjal u tat-tiġieġ naqas xi ftit, żdiedet il-produzzjoni taċ-ċanga, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Tkellimna mal-veterinarju Oliver Frendo, mill-kooperattiva għat-trobbija tal-majjal li spjega li ż-żieda fil-produzzjoni taċ-ċanga kienet biss għax illaħam għandu preżenza akbar fis-suq lokali. Mal-gazzetta Kullħadd Oliver Frendo stqarr li l-għażliet popolari tal-Maltin huma simili ħafna għal dawk Ewropej. “Skont statistiċi li għandna f ’idejna, jidher li l-konsum tallaħam fost il-Maltin huwa simili għal dak tar-Renju Unit, u l-istess il-maġġoranza tal-Ewropa. Ħarsa lejn livell internazzjonali u Ewropew, il-majjal jibqa’ l-aktar laħam popolari segwit mil-laħam tat-tiġieġ, iċ-ċanga, il-ħaruf, id-dundjan u l-papra. Tul l-aħħar snin il-laħam tattiġieġ żdied ħafna fil-popolarità. Madanakollu sa issa, il-produzzjoni tal-majjal għadha għolja u l-istess il-konsum. Minn statistika li għandna, jidher li l-konsum tal-majjal f ’Malta għadu l-aktar għoli. Ta’ min jinnota li l-konsum talmajjal mhuwiex biss chops talmajjal jew il-kustijli imma wkoll iz-zalzett, il-bacon, il-perżut, is-salami, il-pulpetti u oħrajn li jżidu l-konsum tal-majjal,’’ spjega Frendo. ‘’Fil-każ tal-majjal, il-kustijli jibqgħu dejjem popolari u huma fost l-aktar popolari f ’ristoranti. Hemm domanda wkoll għall-flett (fillet) u l-ħaddejn tal-majjal u dan għax huma żgħar kif ukoll huma l-aktar parti ratba tal-majjal filwaqt li ż-żaqq tal-majjal, minn fejn minnha jsir il-bacon hija popolari s-sena kollha. Imbagħad hemm biċċi-

et li l-popolarità xi ħaġa li f ’Malta Oliver Frendo tagħhom tvarhija impossibbli li ja skont l-istaġun. ssir għaliex l-irziezet Għandek biċċiet li għandna huma pjuttost bħas-saqajn u l-ispallejn, li żgħar. “Fil-fatt, meta nħallsu huma użati l-aktar għall-istuffat biex nimpurtaw il-qamħ hija u huma iktar imfittxija fi żmien pjuttost diffiċli nerġgħu nħallta’ kesħa filwaqt li biċċiet bħall- su biex nesportaw il-majjal għonq huma aktar popolari fi mingħajr ma nitilfu flus. Għalżmien il-BBQs. Interessanti hekk il-prodotti lokali huma l-fatt li d-domanda għas-saqajn vijabbli biss biex jinbiegħu lou l-ispallejn żdiedet fiż-żminiji- kalment,” kompla jkun spjegat. et tal-iskejjel u dan għax jintuża Min-naħa l-oħra, l-Ewropa wkoll għall-prieżet’’ qal Frendo. ssibha diffiċli biex tikkompeti mal-prezzijiet tas-suq globaSuq mimli sfidi li u dan għaliex l-istandards tal-produzzjoni tal-Unjoni Sfida ewlenija fis-suq tal-pro- Ewropea huma ogħla minn duzzjoni tal-laħam hija l-prezz dawk tal-Istati Uniti, tal-Amertal-għalf li nimpurtaw lejn Mal- ka Latina u taċ-Ċina. ta.” Il-prezz tal-qamħ huwa Il-veterinarju Oliver Frengħoli ħafna u dan ifisser li ma do nnota li llum il-ġurnata nistgħux nipproduċu laħam l-maġġoranza tan-nies jipprefebi prezz baxx bħalma jagħm- ru jixtru l-laħam tal-majjal li lu pajjiżi membri tal-Unjoni jkun ippakkjat, maqtugħ jew Ewropea. Dan għaliex ikab- immarinat f ’pakketti żgħar li hu bru l-qamħ huma stess,” qal ferm ogħla minn meta wieħed il-veterinarju. jixtrih waħdu mill-ħwienet talBarra minn dan, qed jiġi laħam. Dan ifisser, qal Frendo, impurtat majjal minn barra li n-nies jippreferu jixtru b’konbi prezz baxx. L-impurtatu- venjenza u ma jinteressahomx ri, min jipproċessa l-laħam u mill-prezz li qed iħallsu. “Għaldaqstant il-kwistjoni l-bejjiegħa, jbigħu l-majjal b’rata li hi simili għall-prezz loka- mhix li l-bidwi qed jitlob prezz li u b’hekk jagħmlu xi ftit ta’ għoli ħafna iżda elementi fil-katina tal-provvista jieħdu profitt. Is-suq internazzjonali huwa vantaġġ minn laħam li pajjiżi oħra jarmu biex iżidu l-profitt ta’ sfida kbira għas-suq lokali. Fl-Ewropa mhuwiex permess tagħhom,” qal Frendo. kontroll fuq il-produzzjoni b’konsegwenza li jkun hemm Kif ivarja l-prezz tal-laħam? produzzjoni tal-majjal iktar milli meħtieġ. Il-veterinarju Ol- Il-veterinarju Oliver Frendo iver Frendo fisser li dan iwas- fisser kif biċċiet differenti talsal biex il-prezzijiet jinżammu laħam għandhom valur diff ’livell baxx li jġibu magħhom ferenti skont il-qies, il-kwalità sfidi enormi għall-bdiewa tant u skont għal xiex se jintużaw. li ħafna jsibuha diffiċli biex Biċċiet bħall-flett u l-ħaddejn jegħlbuhom. Dawk li jirnexx- jiswew iżjed u dan għax huma ilhom jegħlbuhom ikollhom żgħar, rotob u jistgħu jittieklu iżidu l-produzzjoni tal-laħam, faċilment filwaqt li għall-biċċi-

et tas-saqajn hemm it-tendenza li dawn jiġu pproċessati allura l-prezz tagħhom għal kull kilo huwa ferm inqas. “Il-provvista u d-domanda għandhom effett enormi fuq ilprezz u din mhix biss xi ħaġa lokali. Jekk fis-suq hemm prodott li hu meqjus iżjed minn prodott, mela d-domanda għalih hija kbira u l-bejjiegħa jispiċċaw jikkompetu bejniethom fuq min se jbigħ l-aktar minnu, b’konsegwenza li jbaxxu l-prezz tiegħu. Meta mbagħad ikun hemm wisq minn dak il-prodott, dan jista’ jwassal li l-fornitur jispiċċa jitlef il-flus jew jaqla’ ferm inqas u dan kollu biex jeħles mill-prodott. Xenarju li sar komuni fl-Unjoni Ewropea u dan għax hemm nuqqas ta’ ppjanar u kontroll fil-produzzjoni. Fattur ieħor huwa l-prezz tal-produzzjoni. F’każ li l-prezz tal-għalf jiżdied, il-bdiewa jispiċċaw iżidu l-prezzijiet tagħhom u dan biex ma jitilfux flus. Xi kultant din hija possibbli u xi kultant le u dan f ’każ li fis-suq Ewropew ikun hemm

B’riżultat ta' dan spiċċajna għandna iżjed avukati milli bdiewa u biċċiera

diġà ħafna laħam. Xenarju li jagħmilha impossibbli għallbdiewa biex iżidu l-prezzijiet u jagħmlu profitt,’’ kompla jgħidilna l-veterinarju Frendo. Is-sengħa tal-biċċier għadha popolari? Għalkemm dak li jkun forsi jaħseb li hija sengħa li qed tintilef, mal-gazzetta Kullħadd, il-veterinarju Oliver Frendo stqarr li l-korsijiet għas-sengħa ta’ biċċier qed ikunu offruti u dan għaliex id-domanda għal dan is-servizz għadha hemm u għadha tagħti l-possibilità li wieħed jieħu minnha livell t’għajxien tajjeb. ‘’Però hija ta’ sfortuna li l-ġenerazzjoni l-ġdida u l-ġenituri ma jħarsux lejn il-biċċier bħala professjoni.’’ ‘’Dan ix-xenarju mhuwiex f ’Malta biss’’ qal Frendo. ‘‘Filfatt ħafna pajjiżi avvanzati qed jaffaċċjaw nuqqas ta’ interess fost żgħażagħ li donnu jħarsu lejn il-professjoni bħala xi ħaġa ‘ta ħmieġ’ jew bħala professjoni li hi wisq ‘fiżika’ f ’dak li għandha x’taqsam il-biedja, il-qtil tal-annimali jew il-biċċier’’ Dan jista’ jkun minħabba l-fatt li s-soċjetà tal-lum m’għadhiex tgħallem lit-tfal dwar l-importanza ta’ dawn il-professjonijiet. Ġeneralment it-tfal qed jitgħallmu biss dwar il-professjonijiet tat-tobba, tal-avukati u ta' nies tekniċi però rari ħafna li fil-kotba edukattivi naraw ritratti ta’ bdiewa u biċċiera. ‘‘Donnu qed ninsew ngħallmu dwar l-importanza tal-ikel u r-rispett lejn in-nies li jipproduċu l-laħam biex nieklu. B’riżultat ta' dan, spiċċajna għandna iżjed avukati milli bdiewa u biċċiera’’ temm jgħid il-veterinarju Oliver Frendo.


10

05.03.2017

kullhadd.com

SE JINFIREX IKTAR L-ISCREENING TAL-KANĊER Il-pjan nazzjonali tal-kanċer imniedi iktar kmieni din il-ġimgħa jaħseb biex filħames snin li ġejjin jespandi l-programmi ta’ screening bil-għan li jkun hemm enfasi iktar fuq il-prevenzjoni. Dan bil-għan li jintlaħqu iktar persuni. F’pajjiżna għandna tliet programmi ta’ screening – għall-kanċer fis-sider għan-nisa, għall-kanċer talmusrana u fl-aħħar sena u nofs ġie introdott programm ta’ screening ieħor għallkanċer tal-għonq tal-utru. Fil-Pjan Nazzjonali għallKanċer hemm referenza għal dawn it-tliet programmi ta’ screening u li l-età ta’ kull programm se tkompli titwessa’. “Barra minn hekk irridu nkomplu nagħtu aktar għodod lit-tobba tal-familja, li huma l-ewwel kuntatt li l-pazjent ikollu mal-qasam tas-saħħa. Diġà bdejna fast track għallkanċer tal-musrana fejn ittabib tal-familja jekk ikollu suspett li hemm xi problemi fil-musrana jista’ jirreferi direttament lill-pazjent għal aktar testijiet Mater Dei,” qal il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Kważi kull familja f ’pajjiżna rat lil xi ħadd minn fostha jiġġieled il-marda tal-kanċer hekk kif kull ħames sigħat f ’pajjiżna persuna tkun dijanjostikata bil-kanċer. Il-pjan huwa mqassam f ’setturi differenti kollha b’għan wieħed - li nkomplu nżidu r-rata ta’ fejqan u ngħinu lil dawk kollha milquta minn din il-marda. Li ċerti tipi ta’ kanċer jistgħu jkunu prevenuti, huwa stat ta’ fatt. Għaldaqstant il-prevenzjoni se tibqa’ tiġi msaħħa. “Bħalissa

anke bil-Presidenza talUnjoni Ewropea qegħdin niffukaw fuq l-obeżità fittfal, kundizzjoni li tista’ twassal għal ħafna aktar mard, inkluż il-kanċer ’il quddiem fil-ħajja. L-għan tagħna huwa wieħed li nibnu soċjetà ta’ tfal b’saħħithom. Bi tfal b’saħħithom nistgħu nassiguraw futur b’saħħtu għal pajjiżna,” qal il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne. Il-mediċini ġodda għallkanċer, li diġà wħud minnhom bdew deħlin ixxahar li għadda, huwa bla dubju l-akbar punt f ’dan ilpjan. Dawn il-mediċini ġodda li l-Ministeru għas-Saħħa għandu pjan konkret ta’ kif se jiddaħħlu waħda wara l-oħra, se jkunu possibbli wkoll permezz ta’ vot ta’ €3 miljun li ġew ivvutati fil-baġit tasSaħħa, proprju biex jiddaħħlu aktar mediċini ġodda. L-iskop hu li l-mediċini kollha talkanċer ikunu mingħajr ħlas. Se jkunu diversi l-mediċini ġodda għall-kanċer li se jiddaħħlu fix-xhur u fis-snin

Irridu nkomplu nagħtu aktar għodod lit-tobba tal-familja, li huma l-ewwel kuntatt li l-pazjent ikollu mal-qasam tas-saħħa

li ġejjin f ’pajjiżna. Ix-xahar li għadda ddaħlet il-mediċina Capecitabine li minn mediċina li kienet tintuża biss għall-pazjenti bil-kanċer fil-musrana, issa bdiet tintuża wkoll għallpazjenti b’kanċer tal-istonku,

tal-fwied, tal-frixa u tas-sider. Fil-ġimgħat li ġejjin ukoll se tiddaħħal sistema ġdida biex ikun trattat il-kanċer talbużżieqa tal-awrina. Din issistema l-ġdida tinvolvi l-użu ta’ Mitomycin C f ’doża ġdida fuq il-formularju tal-Gvern, kif ukoll apparat u aċċessorji ġodda. Mediċina oħra li se tiddaħħal hija d-Doxorubicin li hija mediċina għall-kanċer avvanzat fil-fwied. Ir-raba’ mediċina li se tiddaħħal din is-sena hija l-Enzalutamide għall-kanċer tal-prostata. Wara se jiddaħħlu aktar mediċini fosthom għallkanċer fil-ġilda, il-melanoma, fil-kliewi, għall-kanċer flovarji u fid-demm. Fearne qal li dawk kollha milquta mill-kanċer m’għandhomx biss bżonn tal-aqwa kura possibbli, iżda wkoll ta’ sostenn kemm huma kif ukoll il-familjari tagħhom, u dan kemm waqt it-trattament u anke wara. Għaldaqstant, il-Pjan Nazzjonali għall-Kanċer qed jittratta wkoll l-aspett psikoloġiku, u riabilitazzjoni għall-pazjenti. Enfasi wkoll qed tingħata lill-kura li tnaqqas l-uġigħ. Fearne qal li r-riċerka hija aspett ieħor ta’ importanza. “Mexjin lejn era fejn ilmediċina kif nafuha qiegħda dejjem tinbidel. Ilmediċini aktar kemm jgħaddi żmien aktar qed ikunu personalizzati. Bħalissa anke matul il-Presidenza, qegħdin niddiskutu kif nistgħu jkollna aktar kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri biex aktar pazjenti jkollhom aċċess għall-mediċina li għandhom bżonn,” żied jgħid il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne. Il-Pjan Nazzjonali għallKanċer jinsab miftuħ għaddiskussjoni pubblika u għandu sat-30 ta’ April. Iddokument jista’ jinkiseb missit: ncp.health@gov.mt


11

05.03.2017

kullhadd.com

PIXXINA KWAŻI LESTA, OĦRA BIL-PERMESS BIEX TINBENA

Tal-Qroqq Fil-jiem li ġejjin se jkun inawgurat xogħol fuq ilpixxina nazzjonali f ’Tal-Qroqq filwaqt li fl-aħħar jiem ħareġ il-permess biex ikun jista’ jibda x-xogħol fuq il-pixxina li se ssir fil-Kottonera. Kienet SportMalta li applikat quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar bilħsieb li jingħata permess għal estensjoni tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera blgħan li tkun tista’ tiġi mibnija l-ewwel pixxina olimpika fil-

Proposta għal Bormla magħluq f ’pajjiżna. Pixxina ta’ 50 metru kwadru. Din il-pixxina hija ta’ bżonn kbir għall-komunità Maltija talgħawm. Dan għall-fatt li llum il-ġurnata, tant hawn domanda tal-klabbs tal-għawm, li l-pixxina nazzjonali mhix tesagħhom biżżejjed. Huwa maħsub li la din il-pixxina tkun lesta, jiġu organizzati għadd ta’ kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjoni tal-għawm u tassynchro. Din il-pixxina se ssir

b’investiment ta’ ħames miljun ewro. Iċ-Ċermen ta’ Sport Malta Luciano Busuttil innota b’sodisfazzjoni kif filwaqt li kienu qed jistennew dan il-permess, f ’Tal Qroqq ilħaddiema kienu għaddejjin bl-aħħar xogħlijiet fuq ilmanutenzjoni taż-żewġ pixxini inkluż l-art ġdida għallpixxina l-kbira. Ix-xogħol li sar b’investiment ta’ miljun ewro huwa kbir, iżda mhux

tal-ewwel. “Il-pixxina nazzjonali f ’Tal Qroqq dawwarnieha minn l-akbar uġigħ ta’ ras ta’ Sport Malta għal ġojjell fil-kuruna tagħna. B’dan l-investiment inkunu nfaqna €3 miljun fi tliet snin li jinkludu €900,000 biex bnejna mill-ġdid is-south block li kien ta’ periklu. Kien hemm rapport fl-2012 li kien ġie injorat. Kien hemm periklu ta’ kollass. Il-konkos kien jew mhux ta’ kwalità tajba jew

mhux b’saħħtu bizzejjed biex jiflaħ il-bini li nbena fuqu. “Investejna miljun ewro tal-European Regional Development Fund biex ilpixxina tiffranka €250,000 f ’kontijiet biex insaħħnu l-ilma. Dawn il-fondi kienu ntilfu fl-amministrazzjoni preċedenti minħabba żbalji flapplikazzjoni,” spjega Busuttil li fisser kif ma’ dan hemm xogħol ieħor xi jsir bil-proġett li jmiss ikun in-north block.

PRIJORITAJIET GĦAL SITI NATURA 2000

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) stabbilixxiet il-prijoritajiet ekoloġiċi għallimmaniġġjar tas-siti kollha tal-art tan-Natura 2000; 22 pjan ta’ mmaniġġjar u 8 ordnijiet ta’ konservazzjoni ġew ippreparati, li jkopru varjetà ta’ siti, bħall-irdumijiet ta’ madwar il-kosta f ’Malta u Għawdex, għaram tar-ramel bħar-Ramla, bwar salmastri bħall-Ballut ta’ Marsaxlokk, imsaġar bħall-Buskett, u gżejjer oħra, bħal Filfla u Kemmuna, inkluż il-gżejjer żgħar ta’ madwarhom. Dawn id-dokumenti jindirizzaw l-isfidi urġenti u importanti għallimplimentazzjoni, bil-mira li jħarsu l-kwalitajiet ekoloġiċi u uniċi ta’ kull żona. Dawn

il-pjanijiet u ordnijiet jinkludu oġġettivi u miżuri speċifiċi għas-sit partikulari bħal, restawr ekoloġiku, kontroll ta’ xi attivitajiet, immaniġġjar tal-viżitaturi, rikreazzjoni u turiżmu rurali sostenibbli, inizjattivi ta’ għarfien pubbliku, u l-ħarsien u monitoraġġ tal-istess siti. ERA żviluppat dawn iddokumenti b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati, inkluż NGOs, kunsilli lokali u entitajiet governattivi, fejn l-involviment tagħhom huwa essenzjali għas-suċċess talmiżuri li ġew identifikati. Kull wieħed minn dawn il-pjanijiet u ordnijiet ġew preparati apposta skont is-sitwazzjoni individwali ta’ kull sit, waqt li ġew ikkunsidrati kemm

il-kuntest soċjoekonomiku kif ukoll il-pressjonijiet ambjentali lokali. Matul is-snin li għaddew, numru konsiderevoli ta’ dawn is-siti kienu diġà soġġetti għal azzjonijiet ta’ konservazzjoni. Wara l-esperjenza miksuba tul dawn is-snin, l-ERA u l-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima ser ikomplu jaħdmu sabiex itejbu u jsaħħu l-azzjonijiet eżistenti waqt li jesploraw modi oħra għall-implimentazzjoni talprijoritajiet li ġew identifikati. Natura 2000 hija network Ewropea ta’ żoni li ġew protetti minħabba l-valur ekoloġiku tagħhom u li ġew stabbilliti bil-għan li jitħarsu l-ispeċi u ambjenti naturali

vulnerabbli u mhedda, li jinstabu fil-Membri Stati talUnjoni Ewropea. F’Malta jeżistu 34 sit tal-art Natura 2000, li flimkien ikopru iktar minn 13% tal-art fil-Gżejjer Maltin. Il-pjanijiet ta’ mmaniġġjar u l-ordnijiet ta’ konservazzjoni għal dawn is-siti ta’ Natura 2000 kienu ppreparati permezz tal-proġett Management Planning and Implimentation of Communication Measures for Terrestrial Natura 2000 Sites in the Maltese Islands, b’allokazzjoni ta’ €1.3 miljun. Dan kien koordinat millERA u kofinanzjat millFond Ewropew Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali taħt il-Miżura 323 tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali. Dan il-

proġett, li kien implimentat permezz ta’ Adi Associates u Epsilon International, kien jinkludi ġbir ta’ informazzjoni, organizzar ta’ surveys, identifikar ta’ oġġettivi speċifiċi ta’ konservazzjoni u miżuri neċessarji għallimmaniġġjar għal kull sit Natura 2000. Permezz ta’ dan l-istess proġett, li rebaħ ilCIEEM Best Practice Award for Stakeholder Engagement 2016, saret kampanja estensiva u wiesgħa biex tqajjem kuxjenza li biha ġiet assigurata li l-partijiet konċernati kienu involuti b’mod sħiħ, tul ilproċess kollu tal-eżerċizzju. Il-pjanijiet ta’ mmaniġġjar u l-ordnijiet ta’ konservazzjoni jistgħu jiġu aċċessati mill-sit elettroniku tal-ERA.


12

kullhadd.com

05.03.2017

KONFERMA TAL-BŻONN TA’ STRATEĠIJA NAZZJONALI DWAR IS-CYBER CRIME • RAPPORT TAL-NAO JSIB GĦADD TA’ NUQQASIJIET • IL-MITA TGĦID LI BDEW U SE JKOMPLU JITTIEĦDU PASSI Kitba ta’ KELLY PEPLOW Il-kriminalità onlajn magħrufa bħala cybercrime tiswa biljuni ta’ dollari madwar id-dinja u Malta mhix eċċezzjoni. Bħal kull pajjiż ieħor hija esposta għal kriminalità li skont konferma tal-Interpol kulma jmur qed tiżdied. Fid-dawl tar-riskji li jeżistu anke għall-entitajiet tal-istat, l‑Uffiċċju Nazzjonali tal‑Verifika (NAO) ippubblika rapport ta’ verifika fuq dik li tissejjaħ id-Difiża Ċibernetika fl-Entitajiet tal-Gvern. Nuqqasijiet sab bil-bosta, għalkemm Tony Sultana, iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Malta Information Technology Agency (MITA) jgħid li jekk xejn ir-rapport huwa konferma ċara ta’ kemm l-aġenzija għamlet tajjeb li nediet dokument dwar cyber security. “Dan ir-rapport huwa konferma tal-pass għaqli li għamel il-Gvern sena ilu fejn ta mandat lill-MITA biex mal-Malta Communications Authority, is-Servizz tas-Sigurtà, il-Pulizja u l-Armata joħolqu strateġija nazzjonali ta’ cyber security. Tajjeb li ngħidu li din qabel ma kinetx teżisti. Imma ħdimna professjonalment. L-ewwel li għamilna kienet green paper ta’ cyber security. Kellimna s-settur privat, pubbliku u liċ-cittadini u tawna l-feedback. Inkludejna l-feedback u f ’Settembru ħriġna l-istrateġija. Din hija tal-ewwel għal Malta u mhux biss ġiet rikonoxxuta Malta imma anke Brussell fejn qed niġu mistiedna mmexxu laqgħat fuq is-settur,” qal Sultana fil-kummenti tiegħu, filwaqt li għamilha ċara li r-rapport ma jitkellimx fuq ilgvern kollu. L-Awditur Ġenerali qal li l-għan prinċipali ta’ dan ir-rapport hu li jivverifika l-implimentazzjoni ta’ kontrolli relatati mad-difiża ċibernetika f ’għaxar entitajiet tal-gvern li jinkludu: Malita Investments p.l.c., MCAST, L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża, Korporazzjoni tal-Freeport, Teatru Manoel, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, Kummissjoni tar-Refuġjati, Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, u Wasteserv Malta Ltd. Tony Sultana jagħmilha ċara li dan mhux il-gvern kollu. “Ir-rapport tal-NAO huwa pjuttost dettaljat. Tajjeb nippreċiżaw li hu għal għaxar en-

titajiet mhux il-gvern kollu. Il-livell ta’ cyber security fid-dipar timenti tal-gvern huwa ferm aktar. Dan minħabba li hemm ħidma kbira minn Chief Information Officers li jirrappurtaw lis-Segretarju Permanenti dwar cyber security,” qal Tony Sultana. Għalkemm, nuqqasijiet jissemmew diversi. L-aspetti tad-difiża ċibernetika li ġew ivverifikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal‑Verifika jinkludu mmaniġjar tas-servizzi tal-IT; l-integrità tad-data; għarfien fuq id-difiża ċibernetika; użu tal-antivirus; pjanijiet formali f ’dik li hi kontinwità tal-operat tal-IT; inventarju tal-assi tal-IT; sigurtà fiżika; monitoraġġ tas-servers u kontroll tal-aċċess għas-software. Ir-rapport tal-verifika jinkludi numru ta’ sejbiet prinċipali, fost l-oħrajn: • Entitajiet żgħar tal-gvern qegħdin jużaw servizzi outsourced tal-IT mingħajr biżżejjed għarfien fuq kif jiġu mmaniġjati servizzi ta’ dan it-tip. Saħansitra nnota kif ċerti entitajiet li ma għandhomx riżorsi tal-IT interni qed jagħmlu użu ta’ cloud hosting mingħajr ma jfittxu parir tekniku li jista’ jkollhom bżonn. Qal ukoll li waħda biss mill-għaxar entitajiet kellha proċedura fuq iż-żamma u l-ħażna tad-data u l-Uffiċċju Nazzjonali tal‑Verifika nnota ċertu nuqqas ta’ għarfien dwar difiża ċibernetika qalb l-utenti tas-sistemi tal-IT. Irriżulta wkoll li l-ebda entità ma kellha pjanijiet miktubin rigward kontinwità tal-operat tal-IT, filwaqt li nofs l-enti-

tajiet li ġew qal Sultana. L-Uffiċċju Nazzjonali studjati, ma kellhomx in- tal-Verifika jirrakkomanda li ventarju tal-assi l-entitajiet li pparteċipaw f ’dan l-istudju għandhom jirrevedu tal-IT; Kien innotat ukoll l-operat tal-IT fl-organizzazzkif f ’ħafna mis-siti li ħadu seh- joni tagħhom bl-għajnuna tasem f ’dan l-istudju, mhux qed CIO tal-Ministeru tagħhom jiġu segwiti l-aħjar prattiki rig- biex itejbu l-livell ta’ prepaward kumplessità, l-iskadenza razzjoni għad-difiża ċibertal-password kif ukoll iż-żam- netika. L-evidenza miġbura ma ta’ passwords użati fil-pas- turi li r-rakkomandazzjonijiet sat u l-bżonn li tibdel il-pass- elenkati f ’dan ir-rapport jistword meta tuża s-sistema għu jgħoddu wkoll għal digħall-ewwel darba. Finalment partimenti u entitajiet oħra f ’numru ta’ drabi, ma kienx tal-gvern u għalhekk huwa rakqed jittieħed backup tal-offline komandat li l-entitajiet jimxu mailboxes u ma kienx hemm mal-aħjar prattiki msemmija sigurtà adegwata fil-post mad- f ’dan ir-rapport. Sultana jidher miftuħ għal war is-servers. Tony Sultana jgħid li r-rapport dan il-ħsieb. “L-ewwel wieħed għandu diversi suġġerimenti hu fuq aspett nazzjonali. validi li għandhom jittieħdu Waqqafna starteġija issa ejja u oħrajn diġà huma meqjusa nwettquha. It-tieni pass hu iktar speċifiku. Naraw ir-rapport f ’partijiet oħra tal-gvern. “Meta tħares lejn id-diparti- u nitkellmu mal-NAO, nifmmenti tara li diġà huma mwet- hu x’hawn miktub biex aħna tqin. B’sodisfazzjon ngħid li naraw kif nistgħu ngħinu li r-rapport stess qed jgħidil- dawn l-entitajiet biex they come hom jimxu fuq il-linji gwida up to speed mal-linji gwida li u l-prattiċi tal-MITA għaliex ngħaddu,” qal Tony Sultana. dipartimenti tal-Gvern jimxu fuq dawk. Xi ħaġa oħra, hu stess jgħid isma’ vera hemm gaps PASSWORD li jridu jitnaqqsu imma l-entitajiet Jingħad li waħda mill-affarijiet li imsemmijridu jkunu indirizzati hija dik ta’ ja fir-rapkuxjenza u tagħrif fejn il-pubbliku port stjkun mgħarraf sew x’għandu ess diġà jagħmel, fost oħrajn b’rabta ma’ b de w password jew kif jinħoloq backup. jieħdu Jekk tagħmel password mhux miżuri biex b’saħħitha faċli għall-hacker li d a w k jsibha u jużaha. Jekk tagħmel il-gaps password ikkumplikata iktar diffiċli jitnaqqgħalih. Ikkumplikata għalih ma su u bdew jfissirx li kkumplikata għalik. Int jagħmlu dan tista’ tagħmel frażi li taf qabel ma ħareġ int biss. ir-rapport stess,”


13

05.03.2017

kullhadd.com

JIMMARKAW ĦIDMET IL-GVERN FAVUR GOVERNANZA TAJBA • ĊERTIFIKAT MINN AĠENZIJA TA’ KLASSIFIKAZZJONI TAL-KREDITU OĦRA L-isforzi tal-Gvern Malti biex itejjeb il-livell ta’ governanza f ’pajjiżna kienu nnotati flaħħar minn sensiela ta’ rapporti ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Ir-rapport tad-DBRS fakkar li l-gvern għadda l-Whistleblower Act u neħħa l-preskrizzjoni f ’każi ta’ koruzzjoni li jinvolvu politiċi. “Investigazzjonijiet li hemm għaddejjin u każi l-Qorti jindikaw il-ħtieġa ta’ titjib fil-governanza, iżda wkoll l-impenn tal-gvern li jindirizza n-nuqqasijiet tal-passat,” qal ir-rapport li mbagħad bħal rapporti oħra riċenti nnota s-saħħa ekonomika ta’ pajjiżna. Fir-rapport dwar Malta idDBRS tat rating A lil Malta u kien innotat kemm Malta tejbet il-pożizzjoni finanzjarja tagħha, fosthom bit-tnaqqis fid-defiċit. “Id-defiċit naqas għal 0.7% tal-Prodott Domestiku Gross fl-2016, skont il-miri u tnaqqis mill-4.2% tal-2008,” qalu l-esperti tad-DBRS fir-rapport tagħhom. L-istess jgħidu dwar

id-dejn li r-rapport ifisser kif laħaq il-qofol tiegħu fl-2011. L-esperti tad-DBRS filfatt xejn ma jfaħħru r-rekord tal-amministrazzjoni preċedenti, tant li jgħidu li public expenditure overruns and weak internal controls, which were common in the past and led Malta to being placed under the Excessive Deficit Procedure three times since joining the EU in 2004.

Innotaw kif żdied id-dħul mit-taxxa għax żdiedu l-pagi u rrimarkaw kif il-programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP) kellu suċċess ferm iktar milli mistennni. Ir-rapport jinnota l-fatt li l-Enemalta kienet strutturata u l-passi li qegħdin jittieħdu fl-Air Malta. Filwaqt li jinnota wkoll kif żdiedet il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol.

L-isfida tal-pensjonijiet ukoll kienet innotata b’kummenti pożittivi. Intqal li r-riforma fil-pensjonijiet li qed jagħmel il-gvern għandha twassal biex is-sistema tkun sostenibbli fit-tul. L-ekonomija Maltija kienet deskritta bħala diversifikata ħafna anke jekk fost l-iżgħar fl-Unjoni Ewropea. L-esperti tad-DBRS jinnotaw ir-reviż-

jonijiet li kien hemm fit-tkabbir ekonomiku biex realment dan laħħaq it-8.4% fl-2014 u s-7.4% fl-2015. Fuq kollox jinnotaw kif għalkemm is-sena li għaddiet it-tkabbir mar għal livelli iktar sostenibbli, b’rata ta’ 4%, dan xorta waħda baqa’ fost l-ogħla fl-Unjoni Ewropea. Fi stqarrija tal-gvern kien innotat kif filwaqt li l-Oppożizzjoni qed tmexxi kampanja distruttiva kontra l-istituzzjonijiet pubbliċi, l-esperti barranin jgħidu li Malta enjoys relatively sound public institutions. “Ir-rapport tad-DBRS huwa ċertifikat ieħor pożittiv għal pajjiżna. Il-Gvern itenni r-rieda tiegħu li jżid il-pass ta’ riformi ħalli l-qagħda ekonomika u soċjali ta’ pajjiżna tkompli tissaħħaħ. It-titjib fil-finanzi pubbliċi, fl-ekonomija u fil-governanza li tinnota d-DBRS huwa bażi soda għal iktar titjib fiż-żmien li ġej biex il-ġid ikompli jasal għand kulħadd,”qalet stqarrija tal-Gvern.


14

05.03.2017

Ir-Rumanija

Il-Greċja

Ċipru

kullhadd.com

Ir-Rep

L-Iżvezja

L-I


15

05.03.2017

kullhadd.com

pubblika Ċeka

Italja

MALTA FIĊ-ĊENTRU TAL-EWROPA

Bil-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fit-tielet xahar tagħha, il-Prim Ministru kompla jservi bħala pont ta’ djalogu fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Wara li qabel bdiet ilPresidenza dar numru ta’ pajjiżi Ewropej fejn iltaqa’ u ddiskuta malmexxejja l-prijoritajiet Maltin u l-viżjoni tiegħu għall-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea, l-istess għamel fl-aħħar jiem. F’pajjiżi b’karatteristiċi differenti ddiskuta qabel is-summit tal-mexxejja li se jiltaqa’ l-ġimgħa d-dieħla fi Brussell. Ir-ritratti tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, li qegħdin nippubblikaw, jixhdu r-rispett li jgawdi pajjiżna u l-Prim Ministru tiegħu madwar l-Ewropa. Prim Ministru li meta jmur f’dawn il-postijiet ikun jista’ jitkellem ukoll dwar is-suċċessi kontinwi li qed jikseb pajjiżna.


16

05.03.2017

kullhadd.com

SISTEMA ĠDIDA DIĠITALI LI SE TIFFAĊILITA L-INFORMAZZJONI ĠEOGRAFIKA (GIS)

L-Awtorità tal-Ippjanar nediet sistema diġitali ġdida ta’ informazzjoni ġeografika (GIS) li ser tippermetti lill-utenti biex jaċċessaw informazzjoni iktar malajr, permezz ta’ interface web-based iktar faċli

għal kull min jużah. Dan ser jgħin lill-utenti jidentifikaw kwistjonijiet ta’ importanza primarja għalihom. Is-sistema l-ġdida, li ser tkun qed tieħu post il-Mapserver kurrenti, saret possibbli wara

li l-Awtorità ffirmat kuntratt ta’ liċenzja ta’ Intrapriża mal-Istitut għar-Riċerka tasSistemi Ambjentali (ESRI). Is-sistema tal-GeoPortal ilġdid, tippermetti lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tintegra aħ-

jar il-firxa vasta ta’ applikazzjonijiet ta’ mapep u informazzjoni ġeografika filwaqt li tiskopri, tanalizza u tqassam informazzjoni ġeografika b’mod iktar dinamiku, u dan kollu permezz ta’ pjattaforma

waħda. Is-sistema tiffaċilita wkoll il-proċess li permezz tiegħu l-Awtorità tipprovdi l-informazzjoni kollha dwar applikazzjonijiet tal-iżvilupp, permessi tal-iżvilupp, propjetajiet skedati u informazzjoni utli oħra dwar l-ippjanar lill-pubbliku. Is-sistema tippermetti wkoll li titqassam informazzjoni miġbura minn dipartimenti u awtoritajiet oħra fuq pjattaforma waħda. Din it-teknoloġija aġġornata se tippermetti għażla u kombinazzjoni ta’ settijiet ta’ data differenti li jiġu murija fuq l-istess mappa, bħal pereżempju, data tal-ippjanar u analiżi oħra relevanti li huma ġġenerati mill-Awtorità. Barra minn hekk, is-software il-ġdid ser jippermetti servizz aħjar għall-konsumatur, fejn ilmenti tal-klijenti jistgħu jingħataw ġeo-kodiċi u b’hekk tgħin lill-Awtorità sabiex tindirizza u tinvestiga l-każijiet. Is-sistema l-ġdida tiggarantixxi aċċessibilità akbar għall-informazzjoni bl-użu ta’ taqsimiet tad-data differenti jew speċifiċi, kif ukoll livell ogħla ta’ trasparenza, u prestazzjoni kif ukoll user interface aktar flessibbli li ser tinkludi ukoll adattabilità mobbli. Matul il-ġimgħat li għaddew, l-Awtorità wettqet numru ta’ laqgħat ta’ taħriġ għal diversi partijiet interessati biex jispjegaw l-użu ta’ din is-sistema l-ġdida. Għal aktar informazzjoni u assistenza dwar din is-sistema, wieħed jista’ jċempel fuq 2290 1196 jew jibgħat email fuq geoserver@ pa.org.mt.


17

05.03.2017

kullhadd.com

NIĊĊELEBRAW AARON

FARRUGIA

Kandidat ġdid tal-Partit Laburista fuq l-1Distrett

Nhar il-Ħamis, 9 ta’ Marzu se nkunu qed niċċelebraw ir-raba’ sena anniversarju mir-rebħa elettorali tal-Partit Laburista. Għal Prim Ministru, ministri, deputati, kandidati u attivisti, din se tkun ġurnata oħra normali ta’ iktar xogħol għall-familji u għall-pajjiż. Iżda tajjeb li hekk kif ninsabu sena bogħod minn elezzjoni ġenerali l-Maltin jieqfu jirriflettu dwar dak li ksibna. Filwaqt li l-politiċi ta’ fama jtennu li politiku tajjeb għandu jgħid darba x’għamel iżda ma jiqafx jirrepeti x’beħsiebu jagħmel fiż-żmien li ġej, ilkoll naqblu li dan il-Gvern ma tkellimx u ma ftaħarx biżżejjed b’dak li għamel f ’dawn l-erba’ snin. Fid-9 ta’ Marzu 2013, il-Partit Laburista għamel l-ikbar rebħa elettorali fl-istorja tal-pajjiż. Dak li ġara dakinhar u dak li wettaqna sal-lum għandhom sinifikat kbir. Huwa dwar dan li se nikteb fl-artiklu tiegħi illum. Ir-riżultat miksub kien wieħed ta’ moviment u mhux ta’ partit. Ebda partit ma jġib maġġoranza kbira ta’ siġġijiet. L-istorja għallmitna li meta gvern ikollu maġġoranza relattivament żgħira, dak l-istess gvern ibati ħafna biex imexxi u qajla jasal sal-aħħar tal-mandat elettorali tiegħu. Ħarsu lejn il-Gvern ta’ Sant u ta’ Gonzi. Qed ngħid hekk għax kienet din il-maġġoranza kbira li għenet biex Gvern Laburista jintroduċi riformi u miżuri kbar li wasslu lill-Malta fil-quċċata. Biex Gvern Laburista jikseb mandat elettorali ġdid u b’saħħtu, hemm bżonn li dawk il-ħitan li waqqajna bejn

l-2008 u l-2013 ma nerġgħux nibnuhom. Għandna nikkontestaw elezzjoni ġenerali oħra bħala moviment u mbagħad immexxu bħala moviment. Sa erba’ snin wara, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma

Sa erba’ snin wara, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma rrikonoxxietx ir-riżultat. Agħar minn hekk ma għarfitx is-sinjali taż-żminijiet u l-messaġġ li bagħat il-poplu lill-politiċi Maltin

rrikonoxxietx ir-riżultat. Agħar minn hekk ma għarfitx is-sinjali taż-żminijiet u l-messaġġ li bagħat il-poplu lill-politiċi Maltin. Klikka żgħira li ħakmet il-magna tal-PN tassew temmen li għandha dritt divin tkun hi li tmexxi l-pajjiż. Il-verità hi li l-Partit Nazzjonalista għadu fl-istess pożizzjoni, jekk mhux żewġ passi lura, milli kien fl-2013. Huwa partit bla viżjoni, bla programm u li jinsab frammentat f ’ħafna interessi personali u ideoloġiċi fid-dawl ta’ nuqqas ta’ tmexxija serja li tista’ tixpruna partit interessat li xi darba joffri s-soluzzjonijiet. Ir-risposta tal-moviment tagħna għandha tkun ċara ħafna. Iktar xogħol u nżommu t-temperatura baxxa mingħajr ma nidħlu f ’election mode sena qabel. Li jwassalni biex nikteb dwar ir-riżultati li ksibna mill-2013 ’l hawn. Nista’ nelenka pataflun miżuri u nidfinhom f ’ħafna statistika u numri li ċċertifikaw il-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji ta’ kreditu. M’iniex se nagħmel hekk. Minflok se

nitkellem dwar dak li xpruna dan il-Gvern progressiv u l-ingredjenti għas-suċċess tiegħu. Il-Gvern ta’ Joseph Muscat żamm kelmtu u wettaq bosta mill-miżuri mħabbra fil-manifest elettorali. Gvern li kif jgħidu bl-Ingliż walked his talk. Għamilna qabżiet kbar fid-drittijiet ċivili u minn pajjiż ultra konservattiv li fih kont tista’ biss toħlom li jkollok drittijiet ċivili bażiċi, illum wara erba’ snin għandna l-pajjiżi progressivi, inkluż dawk Skandinavi, li sa mis-sebgħinijiet kienu dejjem fost l-aqwa, illum iħarsu lejna bħala eżempju. Min-naħa l-oħra nistgħu ngħidu li ħarisna u saħħaħna l-miżuri soċjali filpajjiż biex ħadd ma jaqa’ lura b’filosofija kemxejn konservattiva fejn tidħol it-tmexxija fiskali u dik ekonomika iżda mingħajr miżuri ta’ awsterità li donnhom saru r-regola fl-Ewropa. Xi jfisser? Ifisser li minflok għamilna bħal bosta pajjiżi oħra u pruvajna nkabbru l-ekonomija tagħna permezz ta’ iktar infiq tal-Gvern,

li allura jwassal għal defiċit u dejn kbir iżda bit-tama li tidħol kunfidenza pożittiva fil-pajjiż, il-pjattaforma tas-suċċess ekonomiku tagħna huwa l-konsum qawwi tal-familji Maltin, rekord ta’ nies jaħdmu u l-investiment ta’ kumpaniji Maltin u investiment barrani dirett f ’Malta. Dan għen lillGvern biex min-naħa l-oħra jaħdem biex l-ispiża tiegħu issir b’għaqal u jqarreb lejn bilanċ fiskali. Hawn ukoll sirna l-eżempju għal pajjiżi oħra taż-żona Ewro. Wettaqna ħafna iżda fadlilna ħafna xi nwettqu. Fit-12-il xahar li ġejjin se naħdmu qatigħ biex inkunu implimentajna l-programm elettorali kollu u b’hekk inżommu ma’ dak imwiegħed. Minn hemm imbagħad irridu nżommu l-klima pożittiva li kkaratterizzatna f ’dawn l-erba’ snin u mmorru quddiem il-poplu għal mandat iehor. Tassew li dan il-Gvern, dan il-Prim Ministru, jixraqlu ħames snin oħra ta’ ħidma fittmun. Pajjiżna jeħtieġ leġiżlatura oħra progressiva.


18

05.03.2017

kullhadd.com

ĠID LIL KULĦADD U DENI LIL ĦADD CATHERINE

FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Kulħadd kelma waħda, f ’liema livell baxx waqgħet il-politika f ’Malta. L-irjus qed jisħnu, għax l-Oppożizzjoni xegħlet il-magna u beda t-theddid. Qed jgħidulna li min ma jaqbilx magħhom jitkeċċa, qas notice m’għandna qalulna. Tathom ferneżija biex iħottu, iqattgħu l-karti u jqaċċtu l-irjus. Bil-kejl tal-libertà tal-espressjoni tagħhom għandek dritt tiftaħ ħalqek jekk tkun Nazzjonalist jew tiffavorixxi l-politika estremista tagħhom. Diversi persuni li kienu jissimpatizzaw malPN sa ftit ġimgħat ilu, issa qed jikkritikaw din il-politika estrema. Dawn in-nies ġejjin minn kull spetru tas-soċjetà, Laburisti, Nazzjonalisti ġenwini u nies li qegħdin finnofs. Nies li ma tinteressahomx il-politika tal-Partiti, għax qabel kollox u kulħadd hemm ir-rispett u t-toleranza, anke jekk qed jitkellmu fuq xi ħadd li miegħu ma jaqblux politikament. U għaliex dawn in-nies issa

qed iħossuhom komdi jersqu u jiftħu qalbhom mal-moviment li bena madwaru l-PL? Għaliex jaraw bil-fatti li Gvern Laburista jħaddem politika onesta u konsistenti u fuq kollox politika tolleranti u moderata u li ma tħarisx lejn uċuħ ta’ jekk intix Nazzjonalist jew Laburist. Hu sew li jkollna partit politiku li jemmen li hawn min għandu d-don divin li jikkmanda u l-bqija huma kkundannati biex jiġu kkmandati? L-Oppożizzjoni u l-akkolti tagħha jipprovaw ipinġu xena ta’ Malta li bi Gvern Laburista resqet lejn l-Apokalissi u s-swidija tat-telfien hekk kif f ’erba’ snin sirna l-aktar pajjiż antidemokratiku fl-Ewropa. F’daqqa waħda lanqas tista tiftaħ ħalqek għax il-gvern jagħmillek żip bit-theddid fuq il-libertà tal-espressjoni. F’dan il-pajjiż f ’daqqa waħda skoprejna li hawn il-faqar u kulħadd mejjet bil-ġuħ, li ħadd ma jrid jersaq lejn dan il-pajjiż korrott u jinvesti, li l-Ewropej iriduna nilbsu velu xħin nersqu lejhom għax inġagħluhom jistħu, li f ’daqqa waħda għandna problema bit-traffiku, bil-bini għoli, bil-kostruzzjoni, bl-ambjent u bil-kriminalità organizzata. Erba’ snin ilu dan kollu kien mgħotti b’liżar iswed u ħadd ma kien jgħid li jeżistu dawn l-affarijiet, anzi min kien jazzarda jiftaħ ħalqu, il-gvern ta’

dak iż-żmien kien iwieġeb li mhux vera, li dan hu tfigħ ta’ tajn, li hu biss perċezzjoni, li tort tat-telfien tal-morali, li persuni kriminali għandhom kwalitajiet tajbin u inqas tajbin u jakkużaw lil min fetaħ ħalqu li jrid jaqla’ l-inkwiet fil-pajjiż biex joħloq distabbilizzazzjoni fl-ekonomija tal-pajjiż. Imma fil-fatt f ’pajjiżna x’hawn illum? Hawn tkabbir ekonomiku li qatt ma kellna bħalu, b’investiment barrani u lokali bla preċedent. Rata ta’ qgħad baxxa li qatt ma esperjenzajna qabel, anki meta l-popolazzjoni kienet iżgħar milli hi. Għandna 82% tal-poplu li kuntent bis-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu u kuntent b’ħajtu. Għandna tkabbir fl-impjiegi u fit-turiżmu li hu l-għira ta’ sħabna l-Ewropej. Aġenziji ta’ kreditu waħda wara l-oħra jagħtu ċertifikati pożittivi lil pajjiżna u lill-politika ta’ dan il-Gvern. Fitch, IMF, S&Ps u l-Unjoni Ewropea, kollha tawna A din il-ġimgħa. Il-Country Report tal-Kummissjoni Ewropea ddikjara li l-faqar qed jiġi indirizzat u qed jonqos bil-fatti. Bi Gvern Laburista fit-tmum, l-oppożizzjoni Nazzjonalista taf iddoqq biss kantaliena waħda, dik li f ’pajjiżna twarrbet id-demokrazija. Donnu li biex Malta tkun demokratika irid ikun hawn gvern Nazzjonalista. The Economist

Intelligence Unit (EIU) xejnet din il-kantaliena hekk kif poġġiet lil pajjiżna fost l-aktar 19-il pajjiż fid-dinja li huma ddikjarati bħala full democracy. Skont l-istandards tal-EIU biex tikkwalifika għall-full democracy l-pajjiż irid iħaddan mhux biss libertajiet politiċi u ċivili imma jrid ikollu wkoll tendenzi sostnuti minn kultura politika li jwasslu għat-tisħiħ tad-demokrazija. Dawn il-pajjiżi meqjusa bħala full democracy jrid ikollhom gvern li qed jiffunzjona b’mod sodisfaċenti u li l-midja fil-pajjiż trid tkun indipendenti, diversa u libera. Irid ikun hemm sistema effettiva li tinvestiga u tiċċekkja u żżomm lill-gvern u l-istituzzonijiet kontabbli. U jrid ikun hemm sistema ġudizzjarja li hi indipendenti u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji jiġu inforzati. Malta ġiet assessjata fuq dan kollu u pajjiżna kklassifika mal-aqwa pajjiżi demokratiċi skont il-kejl talEIU, kejl internazzjonali, rakkomandat u rikonoxxut internazzjonalment. Dan l-indiċi li jkejjel id-demokrazija kien isir ukoll fi żmien in-Nazzjonalisti filgvern u naraw li waqt l-amministrazzjoni preċedenti ta’ bejn l-2008 u l-2013 id-demokrazija f ’pajjiżna naqset għax l-indiċi niżlu minn 8.39 għal 8.28. Kien biss waqt din l-amministrazz-

joni ta’ Gvern Laburista li d-demokrazija kibret hekk kif l-indiċi reġgħu telgħu għal 8.39. Dawn it-tipi ta’ kejl u ċertifikati mogħtija mill-aġenziji ta’ kreditu huma dak li l-investitur barrani u anki dak Malti jevalwa meta jiġi biex jiddeċiedi li jersaq lejn pajjiżna biex jinvesti u mhux id-diskors skur u negattiv tal-Oppożizzjoni u l-akkolti tiegħu. U dan l-Oppożizzjoni tafu sew. Mhux ta’ b’xejn li qed jipprovaw, bi qtugħ ta nifs kbir, iħammġu isem pajjiżna barra minn xtutna u jipprovaw jiddistabilizzaw lil pajjiż permezz ta’ protesti finti u ipokriti. Imma jafu wkoll li l-għan tagħhom mhux jirnexxi u allura l-arma li fadal hija l-arma tal-provokazzjoni partikolarment indirizzata lejn il-hard core Laburista, arma li ħadmet sa ċertu punt fit-tmeninijiet. Imma l-poplu tgħallem minn dawk iż-żminijiet u persważa li mhux talli mhux se jaqa’ għal provokazzjoni, anzi jiddisassoċċja ruħu minn din it-tip ta’ politika, inkluż persuni li kienu ftit ilu jissimpatizzaw mal-PN. Riedu jaqtgħulna l-għatx bil-perżut, qalu. Bil-politika tal-Prim Ministru ta’ ġid lil kulħadd u deni lil ħadd, tgħidli qalbi li l-Oppożizzjoni se tibqa’ bilgħatx għal poter għal aktar u aktar snin.

dika ħin lil membri tagħha li b’mod jew ieħor dejjem kienu attivi, minkejja li forsi huwa żmien fejn l-attiviżmu politiku ikun xi ftit kwiet. Għaldaqstant, l-għaqda ħasset li dan kien il-mument li fih niddedikaw ftit ħin sabiex inkattru l-ħiliet tal-membri tagħna f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ ħiliet li dawk l-aspiranti politiċi żgur isibu ta’ għajnuna. Għal dan il-għan tellajna seminar li matulu sar taħriġ rigward il-ħsieb kreattiv u kitba aktar effettiva. B’mod aktar intensiv saru wkoll sensiela ta’ sessjonijiet fuq public speaking, ħsieb kreattiv, kitba u użu effettiv tal-midja soċjali. Dan it-taħriġ ingħata minn esperti fil-qasam sabiex il-membri tagħna jkomplu jkabbaru l-għarfien tagħhom u b’hekk dejjem inwasslu l-messaġġ tagħna b’mod aħjar, speċjalment fejn jidħlu kampanji mhux biss ta’ elezzjonijiet imma anke kampanji dwar

policies differenti. Barra minn hekk, ma naqsux ukoll l-attivitajiet politiċi, bl-akbar attivita tkun #askjm, laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat li rat għadd ta’ għaqdiet taż-żgħażagħ jingħaqdu fi Pjazza Kastilja sabiex jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom lil Prim Ministru fuq oqsma t’interess għażżgħażagħ prezenti u jaqsmu l-ideat tagħhom. L-għaqdiet preżenti kienu kemm dawk studenteski kif ukoll oħrajn li jirrappreżentaw iż-żgħażagħ f ’kull qasam ieħor. Kienet attività ta’ sodisfazzjoni għax għall-ewwel darba irnexxielna ngħaqqdu dawk l-għaqdiet kollha f ’post wieħed minkejja l-opinjoni politika differenti. Ma naqsux ukoll l-interventi tal-għaqda fuq diversi temi politiċi. Fost l-aktar temi jaħarqu li semmet leħinha l-għaqda żgur li kien hemm dik tal-Morning-After Pill. Fil-fatt, l-FZL saħqet favur

id-dritt li kull mara Maltija u Għawdxija tingħata d-dritt ta’ aċċess ħieles għall-Morning-After Pill. Fuq kollox l-għaqda emmnet li l-edukazzjoni għandha tilgħab parti importanti f ’dan kollu. Tkellimna wkoll favur bidla fir-regolamenti tal-għoti taddemm minn persuni omosesswali b’kampanja “Ilkoll għandna l-istess Demm”. L-għan ta’ din il-kampanja qasira kien li naħdmu favur it-tneħħija tal-projbizzjoni li ma tħallix irġiel li jkollhom x’jaqsmu sesswalment ma’ rġiel oħra jagħtu d-demm. Din il-pożizzjoni ttieħdet wara li rriċerkajna każijiet tal-Qorti Ewropea li ddeskriviet din il-projbizzjoni bħala waħda li tikser il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan wara li tabib Franċiż irrifjuta donazzjoni tad-demm mingħand Geoffrey Leger fl-2009 abbażi li dan kellu relazzjoni sesswali ma’ raġel ieħor.

Se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn ħidmet l-għaqda waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li ser issir nhar il-Ħamis 16 ta’ Marzu fis-6.30pm ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun, li matulha se jkun qed jindirizza ż-żgħażagħ il-Prim Ministru Joseph Muscat. Żgur li dawn l-attivitajiet kollha ma setgħux ikunu ta’ suċċess mingħajr il-ħidma kollettiva li bl-enerġija u bl-entużjażmu l-membri dejjem kienu parteċipi fl-attiviatjiet. Huwa dan li jagħti saħħa lill-għaqda sabiex tibqa’ mixja ’l quddiem fil-ħidma tagħha favur iż-żgħażagħ. Ħidma sabiex filwaqt li tagħti l-appoġġ tagħha lill-Gvern fil-ħidma siewja tiegħu, tkun ukoll il-mutur ta’ ideat ġodda li jtejbu l-ħajja tagħna billi tisma’ u tifhem liż-żgħażagħ sabiex l-aspirazzjonijiet tagħna ż-żgħażagħ u l-ideal ta’ Malta li rridu ngħixu fiha tkompli ssir realtà.

IL-ĦIDMA TKOMPLI BRYONY

BARTOLO Segretarja Ġenerali FŻL

Waslet laqgħa ġenerali annwali oħra għall-Forum Żgħażagħ Laburisti li jfisser li għaddiet sena oħra. Sena oħra ta’ ħidma li, minkejja li ma rat ebda kampanja għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, xorta waħda kienet sena impenjattiva. Kienet sena li matulha l-għaqda ddedikat il-ħidma tagħha għall-operat intern u ffukat fuq il-membri tagħha. Huma l-membri li fl-aħħar mill-aħħar jagħtu l-ħajja lil din l-għaqda u għalhekk, f ’sena li forsi kienet ftit kwieta mill-ħidma politika elettorali, l-għaqda setgħet aktar tidde-


19

05.03.2017

kullhadd.com

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI

27.02 Roħs finnollijiet talvapuri talGozo Channel wassal biex kien hemm kummerċ kbir f’Għawdex

28.02

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist

Il-Ħamis, 23 ta’ Frar Ġie deċiż li tinbena skola ġdida fir-Rabat, Għawdex

01.03 Tħabbar li matul l-2015 dawk jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’1,672

02.03 Persuni b’diżabilità li għalqu s-60 sena ngħataw żieda ta’ aktar minn 5 ewro fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħhom

03.03 L-assenteiżmu fl-iskejjel naqas bi 15.9%

04.03 Tħabbar li fl-ewwel sitt xhur tal-2015 l-investiment dirett barrani f’Malta żdied bi 3 biljun ewro

05.03 Avvvanza ħafna x-xogħol fuq il-grawnd tal-futbol il-ġdid f’Birżebbuġa

Kollox kontra tagħna ġej. Dawk tal-Pana aħjar ma ġew xejn. Tal-Ewropa, il-Fond Monetarju Internazzjonali, u l-aġenziji kollha jfaħħru l-Gvern u lil Joseph Muscat, u issa anke l-Qorti waħlitna 3,000 ewro. Is-sabiħa hi li waħlitulna dik tal-Wardija li ġbarnielha ma nafx kemmil elf għax ħennejna għaliha. Issa nispera li dawn it-3,000 ewro tħallashomlna hi, għax wara kollox hi vvintat dwar Leo Brincat, milli nista’ nifhem bla ma kellha provi ta’ xejn. Kieku kellha l-provi kienet tgħaddihomlna. Aktar l-avukut tagħna lanqas biss ressaqha bħala xhud. Żomm, żomm, għax l-avukat tagħna u l-avukat tagħha, għandu jkun huma l-istess! Hu x’inhu waħlitulna. Il-Ġimgħa, 24 ta’ Frar X’ma jħobbhiex u x’ma jiddefendix lil Giovanna Simon tagħna! Dik ir-reġina tan-Nadur li huwa fortizza tagħna. U mnalla kienu huma li bil-karnival għollewli ftit il-moral. Għax dawn l-aħħar jiem ħlief tifħir għall-Gvern ma smajniex. Imma tal-karnival tanNadur ma jimpurtahomx mit-tifħir tal-Kummissjoni Ewropea, tal-aġenziji u l-oħrajn. Dawk bħal Simon tagħna moħħhom fi Chris Cardona, Konrad Mizzi, Keith Schembri, u l-Panama. Veru li ma nafx x’se nirbħu bil-karnivalati, imma tal-anqas reġa’ għolieli l-moral. U m’għandix dubju li anke nhar il-Ħadd Simon joħroġ b’xi diskors ta’ barra minn hawn, anke jekk xorta nkunu għadna fil-karnival.

u attakkawna – se nirbħulhom żgur. X’ma tiħux gost tisimgħu jgħidilna li jekk il-Gvern se jibqa’ għaddej bil-liġi tar-reġistrazzjoni tal-internet – Simon se jagħtina struzzjonijiet biex ninjoraw din il-liġi. X’ma tiħux gost tisimgħu jfakkarna li l-kbir Eddie kien jgħid li ż-żejt dejjem jitla’ f ’wiċċ l-ilma. Issa ħallieha li din kien jgħidha wkoll ilbużnannu tal-bużnannu tiegħi! It-Tnejn, 27 ta’ Frar Inkun għamilt kuraġġ kbir bid-diskors ta’ Simon, imbagħad nerġa’ naqa’ down. X’ma taqax down tisma’ lillKummissarju Ewropew ifaħħar bil-kbir lill-Gvern ta’ Joseph Muscat b’Konrad Mizzi ħdejh!? Ma kienx kuntent ifaħħar lill-Gvern biss, imma spiċċa biex irringrazzja b’mod speċjali lill-istess Konrad Mizzi. Agħar minn hekk, dan il-Kummissarju ma kien ħadd għajr Miguel Arias Canete, li huwa mill-Partit Popolari Spanjol li suppost huwa ħabib tagħna n-Nazzjonalisti, għax bħalna qegħdin fil-PPE. Insomma, jgħid x’jgħid dan il-Kummissarju, l-aqwa li Simon qalilna li se nirbħulhom żgur! It-Tlieta, 28 ta’ Frar

Kif xbajt! Kif xbajt! Kif xbajt! Kif ma saritx tgħaddi ġurnata waħda li hi waħda li ma jkunx hawn xi ċuċ mill-Ewropa li jfaħħar lill-Gvern ta’ Joseph Muscat? Illum tgħidx kemm faħħruh fuq issaħħa, u saħansitra taw l-impressjoni li bis-saħħa ta’ Joseph Muscat, aħna l-Maltin u l-Għawdxin qegħdin ngħixu iżjed mill-Ewropej kollha. Jien ma nafx minn fejn ġabuha din, iżda żgur li ma Is-Sibt, 25 ta’ Frar qalitilhomx Claudette Buttigieg. Anzi Jaqaw ħadd ma jaf x’inhu jagħmel jew jien ċert li lil Claudette ma kellmuhiex kulħadd ħalef li b’xi mod jew ieħor għax kieku ma kinux jgħidu ċ-ċuċati li iwaqqgħu għaċ-ċajt lil Simon tagħna! qalu. X’kull waħda, Projects Malta Ltd ġiet innominata għal award li se jingħata L-Erbgħa, 1 ta’ Marzu f ’Londra ma nafx meta, u lanqas jinteressanti li nkun naf meta. Li kieku Ma nafx x’fettillu Simon tagħna jżur ill-award kien se jingħata llum, kont Lukanda Victoria f ’Tas-Sliema! Għax ngħid li din karnivalata, imma ma tidhirx ara xi ġralu. Kellu ta’ bilfors joqgħod karnivalata. Dawn possibbli ma jafux li jfaħħar lill-Gvern u spiċċa jgħid li Projects Malta hija l-baby ta’ Konrad pajjiżna huwa fost l-aqwa fis-settur talMizzi, allura kif innominawha? Kont ospitalità. Mank tal-inqas qal dan grazzi ħadt naqra ruh bil-karnival tan-Nadur, għall-gvernijiet Nazzjonalisti. U biex tgħaxxaqha, fl-istess jum sirna nafu li malajr ergajt waqajt down, man! n-numru ta’ turisti li ġew Malta f ’Jannar kien wieħed rekord. Ġorġ tal-ħanut ta’ Il-Ħadd, 26 ta’ Frar ħdejna qalli li jista’ jkun li Simon tagħna Kemm ħadt gost nisma’ lil Simon tagħna qal dak li qal biex ma jibqgħux jgħidu llum! X’ma tiħux gost tisimgħu jgħidilna li hu negattiv biss. Min jaf, forsi Ġorġ, li minkejja li injorawna, irredikolawna, għal darba, għandu raġun.


20

05.03.2017

1

MADWAR kullhadd.com

L-AMERKA

FIL-QOSOR

3 1

TRUMP JAKKUŻA LIL OBAMA

2

Il-President Amerikan Donald Trump akkuża lil predeċessur tiegħu, Barack Obama li huwa l-moħħ wara l-protesti flAmerka. Trump qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet Amerikana, Fox News li jaħseb li Obama jinsab wara dan kollu għaliex in-nies t’Obama qed jipprotestaw kontra r-riformi tiegħu. Tul l-intervista ma’ Fox News, Trump qal li jagħti lilu nnifsu marka bi grad Ċ tal-messaġġ li qed jibgħat lill-Amerikani iżda min-naħa l-oħra ta lilu nnifsu l-ogħla grad ta’ dak li qed jirnexxilu jagħmel biex jaqdi l-interessi taċ-ċittadini Amerikani.

2

IL-BRAŻIL

3

JISFRONDA KARRU BIHOM Minn tal-inqas 12-il persuna ndarbu wara li karru talkarnival sfronda f ’Rio de Janeiro fis-Sambadrome, il-post fejn ta’ kull sena l-iskejjel tas-samba jtellgħu l-parata talkarnival. Passaġġ li kien fuq il-karru, li kien qed jintuża miż-żeffiena, spiċċa sfronda fejn iż-żeffiena spiċċaw waqgħu minn fuqu. L-inċident seħħ jum wara li 20 persuna oħra ndarbu wara li karru baqa’ dieħel f ’ċint f ’din il-belt Brażiljana. Inċidenti fil-Karnival ta’ Rio de Janeiro ġraw ta’ spiss madankollu rari ħassru l-festi kkuluriti li jsiru f ’din il-belt.

FRANZA

ŻBALL LI SETA’ JOQTOL

Żewġ persuni sofrew minn ġrieħi wara li pulizija spara u laqat żewġ persuni waqt li l-President Franċiż Francois Hollande kien qed jagħmel diskors f ’Villognon. Hollande ma sofra minn ebda ġrieħi u b’xorti tajba dawk milquta mill-isparatura, li qed tiġi trattata bħala inċident mhux intenzjonat, ma jinsabux fil-periklu li jitilfu ħajjithom. Il-President kien qed jinawgura linja tal-ferrovija ġdida f ’Villognon meta ġew sparati t-tiri. Dawk midruba huma waiter u ħaddiem li kien fuq il-post li sofrew ġrieħi f ’saqajhom. Fid-dawl tal-attakki terroristiċi fi Franza, mal-aħbar tal-isparatura ħafna ħasbu li dan kien attakk terroristiku li kellu fil-mira tiegħu lill-President Franċiż Francois Hollande.


R ID-DINJA

21

05.03.2017

kullhadd.com

6

IL-KOREA TA’ FUQ

4

3 5

6

JITRESSQU L-QORTI B’RABTA MAL-QTIL TA’ JONG-NAM Tressqu l-Qorti żewġ nisa akkużati bil-qtil ta’ Kim JongNam, ħu l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq. In-nisa, waħda mill-Vjetnam u l-oħra mill-Indoneżja, allegatament dellku xi likwidu li jattakka n-nervituri ma’ wiċċ il-Korean fl-ajruport ta’ Kuala Lumpur, fil-Malasja fit-13 ta’ Frar. Huma dehru l-Qorti, protetti minn forzi speċjali. Jekk jinstabu ħatja, jistgħu jeħlu l-piena tal-mewt. Fil-Qorti tal-Maġistrati ma saret l-ebda talba mill-akkużati. Iżda wara li nqraw l-akkużi, il-mara mill-Vjetnam ċaħdet l-akkużi.

5 4

IS-SIRJA

IN-NORVEĠJA

JOPPONU SANZJONIJIET KONTRA L-GVERN SIRJAN IL-QORTI TIĊĦAD L-ARGUMENT TA’ BREIVIK

L-awtoritajiet Norveġiżi ma kisrux id-drittijiet ta’ Anders Behring Breivik, il-persuna li qatlet 77 persuna fl-2011. Dan intqal minn Qorti tal-Appell fil-jum tal-Erbgħa. Il-Qorti biddlet id-deċiżjoni ta’ qorti inferjuri li kienet qalet li Breivik kien qed jinżamm f ’kundizzjonijiet inumani. Huwa kien argumenta li ż-żamma ’l bogħod mill-priġunieri l-oħra għal bejn 22 u 23 siegħa kuljum kienet tikser id-drittijiet umani tiegħu. L-avukat tiegħu qal li se jappella mill-verdett. Breivik kien wettaq attakk b’karozza bomba f ’Oslo, fejn qatel tmien persuni, imbagħad qatel 69 attivist li kienu waqt kamp tas-sajf.

Ir-Russja u ċ-Ċina użaw il-veto biex imblukkaw riżoluzzjoni imħejjija mill-pajjiżi tal-Punent biex idaħħlu fis-seħħ sett ta’ sanzjonijiet ġodda fis-Sirja. Dan ġej wara li allegatament il-Gvern tal-President Sirjan Bashar al-Assad uża aktar armi kimiċi. Il-pajjiżi tal-Punent, ir-Russja u ċ-Ċina ta’ spiss ma ftehmux bejniethom dwar il-kunflitt tas-Sirja iżda dan huwa wieħed minn tal-ewwel li qed iseħħ meta fl-Amerka hemm Donald Trump bħala President. Ir-Russja hija pajjiż ferm qrib tal-Gvern Sirjan u bl-attakki tal-qawwiet tagħha kontra l-Istat Iżlamiku u r-ribelli, il-forzi leali lejn Bashar al-Assad kisbu mill-ġdid territorju li kienu tilfu. Fost l-oħrajn hemm il-belt t’Aleppo li kienet fil-qalba talkunflitt imdemmi u li issa waqgħet għalkollox f ’idejn issuldati tal-Gvern Sirjan.


22

05.03.2017

kullhadd.com

ISSA LI ĦARĠET XEJN MHU SE JDAĦĦALHA LURA • NITKELLMU MA' TFAJLA LI L-BULLYING ĦADILHA PARTI MINN ĦAJJTIHA • TGĦID LI ISSA TRID TGĦIN LIL PERSUNI OĦRA Kultant jiġu ċirkostanzi fuq il-bniedem li jintelaq u jċedi biċċa mill-ħajja tant iebsa li ngħixu fiha. Ikunu mumenti fraġli li l-kuraġġ u t-tama biss jistgħu joħorġu lil dak li jkun minn sitwazzjoni simili. Id-determinazzjoni tilgħab karti importanti fi stadji bħal dawn. Dan l-aħħar sirt naf bi tfajla żagħżugħa b’vuċi l-ġmiel tagħha. Sa ftit żmien ilu minħabba piż żejjed u minħabba l-fatt li kienet għaddejja minn perjodu ta’ bullying qawwi fuqha, inqaflet f ’kamritha, fejn la riedet tisma’ u lanqas tara l-ħajja hemm barra, ħlief maqfula f ’kamritha. Qed nirreferi għal Nicole Borg. Għandha 19-il sena u toqgħod il-Marsa. Bħalissa qed tfittex xogħol jiġifieri ma taħdimx u bħala passatempi tħobb tkanta, taqra l-kotba, issajjar, toħroġ, tidħaq u tħobb is-safar. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala tfajla avventuruża, li dejjem trid titgħallem affarijiet ġodda, xi kultant rasha iebsa u ma tiċħadx, però tgħin ħafna billi kapaċi tkun ħabiba sinċiera u ħaddieħor ikun jaf fejn jinsab magħha. Sfortunatament minħabba piż żejjed li ilha ġġorr, dan l-aħħar Nicole sofriet tbatija u bullying minn bosta persuni. Fil-fatt kienet ilha sena sħiħa msakkra fil-kamra tagħha. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar dwar dan il-fatt. “Bażikament ma kellix ħajja. Ma kien jiġi jżurni ħadd għax ma għandix ħbieb li vera nafda, però ngħid li kelli xi darba u tradewni. Għamilt sena fissodda, qatt ma noħroġ jekk mhux għal-lezzjoni tal-kant jew għal xi intervista għal xi xogħol. Ngħid il-verità ma kontx inkun irrid inkanta iżjed biex ma nidhirx u ma jkollix għalfejn niltaqa’ mannies. Però xorta bqajt immur il-lezzjonijiet, għalkemm mhux spissi. Kont qed inkun ma niflaħx ħafna u ddeċidejt li ma noħroġx ’il barra minħabba kummenti krudili li qaluli u li bqajt nemmen, u sforz t’hekk ingħalaqt ġewwa biex la nara u lanqas nisma. Kont niekol kemm malmejda tal-ikel u kemm fissodda. Ġranet sħaħ fis-sodda jġegħluni naħseb li l-aħjar ħaġa li nista’ nagħmel hi li ntemm ħajti. Kont naħsibni

Kitba ta' RAMONA PORTELLI

Kont niekol kemm mal-mejda tal-ikel u kemm fissodda. Ġranet sħaħ fis-sodda jġegħluni naħseb li l-aħjar ħaġa li nista' nagħmel hi li ntemm ħajti

qiegħda ħajja għalxejn, u pjuttost jekk nagħmel li semmejt id-dinja tkun aħjar. Dawn kienu jkunu l-ħsibijiet tiegħi.” B’wiċċha minn quddiem, Nicole tista tgħid li għandha d-don tal-kant. Leħinha filfatt jixhed dan kollu. Iżda sforz il-bullying, ingħalqet fiha nnifisha, u ma kinitx qed tuża d-don tagħha kif xieraq. “Il-kant huwa ħajti. Minn dejjem hekk kien, però bdejt nisma’ u nara ċertu persuni li jgħiduli li ma nista’ nasal qatt, u li lanqas għandi dritt nitla’ fuq palk, li jien figolla, kont qlajthom matul il-ħajti, u li n-nies iridu lilhom u fis-snin tal-iskola sekondarja. mhux lili. Dawn il-kummenti Wara dik is-sena li keċċewni

kelli kummenti eħrex minn hekk, li ovvjament bqajt nemminhom. Spiċċajt żero, bla tama li jiena qatt m’jien ser nasal. Tant hu hekk, li l-iktar ħaġa li tagħmilni Nicole għall-kant, ukoll kont lesta li nieqaf minnha. Kont wasalt għal dik id-deċiżjoni bil-biki u d-dwejjaq fijja nnifsi għaliex jiena dejjem għedt li jiġri x’jiġri l-kant qatt ma kont ser inwaqqfu. Bissaħħa tal-vocal coach tiegħi Gillian Attard flimkien ma’ ommi għenuni niġġilidha. Kont spiċċajt niddejjaq u b’rabja kbira fijja nnifsi li meta nibda nkanta nħoss li hemm xi ħaġa differenti

fijja nnifsi. Meta jiena bilkuntrarju, dejjem inkanta għal qalbi u minn qalbi,” kompliet tirrakkonta dwarha Nicole. Staqsejtha kif irnexxielha toħroġ minn din in-nasba. Hija kkonfermatli li kienet ferm diffiċli biex toħroġ minn din in-nasba li kienet daħlet fiha. Però permezz tal-vidjow li ppostjat fuq Facebook u bis-saħħa ta’ ommha, Nicole għamlet l-ewwel pass billi dehret fuq il-programm Xarabank . “Ommi kienet qatgħet qalbha li jiena xi darba qatt nohroġ minn dik il-misħuta ta’ karma, però għamilt ilkurraġġ u aċċettajt lili nnifsi kif jiena u bdejt inħobb lili innifsi kif jien. Jgħidu x’jgħidu, li permezz ta’ hekk jiena ser inkun role model għal dawk it-tfajliet daqsi li huma fl-istess sitwazzjoni jekk mhux agħar. Fil-fatt inħajjarhom jemmnu li aħna nistgħu naslu ukoll. M’għandi xejn inqas minn ħaddieħor, pjuttost għandna iktar għaliex ma nagħtux każ il-kummenti li nisimgħu u xorta nuru dak li aħna,” sostniet Nicole. Sfortunatament, Nicole kienet temmen kull kelma li kienet taqla’ waqt il-perjodu tal-bullying. Fil-fatt sirt naf li kienet ilha vittma talbullying minn mindu bdiet l-iskola tal-Primarja. “Però meta dħalt fis-Sekondarja, żdied ħafna aktar u ma stajtx nikkontrollah. Ovvjament meta ħriġt minn din ilproblema, spiċċajt għamilt il-vidjow fuq Facebook biex inqajjem il-kuxjenza ta’ dawk in-nies li ħlief iweġġgħu lil ħaddieħor ma jagħmlux u ridt ngħin lil vittmi bħali biex ma nħalluhomx jirbħu u biex jemmnu fihom infushom u jaċċettaw lilhom infushom b’imħabba kbira.” B’kurżità fuqi ridt inkun naf kif irnexxielha tiġġieled u toħroġ determinata li ma tħallix il-bullying ikissirha aktar. “Illum il-ġurnata lesta nagħti ħajti biex ngħin lillvittmi. Lesta wkoll ngħinhom iqumu fuq saqajhom u flimkien naslu biex nirnexxu, aħna kif aħna. Nixtieq filveru sens tal-kelma li nbiddel ħafna affarijiet għat-tajjeb u nixtieq li dawk il-persuni li għaddew bħali jkunu iktar pożittivi u lesti li jgħinu lil min hu vittma bħalhom.


23

05.03.2017

kullhadd.com

Nicole flimkien ma' Gillian Attard waqt il-programm Pjazza ppreżentat minn Karl Stagno Navarra

Katina li ma tispiċċa qatt, però dejjem nistgħu nkunu għall-aħjar. Jiena m’għamiltx il-vidjow għal min hu qawwi, għamilt il-vidjow in ġenerali. Kulħadd jista’ jaqla’ kummenti kefrin u jispiċċa jingħalaq fih innifsu. Kummenti dejjem ser naqilgħu sew jekk persuna hija rqiqa, jekk ħoxna, jekk qasira, twila, gay, bi, trans, straight, tal-flus, mhux talflus. Aħna li ser nagħmlu hi li ma nemmnuhomx u naħdmu biex kuljum naraw bidla fina u pożittività u inqas weġgħat,” sostniet determinata Nicole. Issostni wkoll li minħabba l-figura li għandha, qed tbati wkoll meta tiġi biex tfittex xogħol. B’hekk ridt inkun naf x’kienu qed ikunu r-risposti m’għand min

kienet tapplika għax-xogħol. Bejni u bejn ruħi għedt, possibbli għad hawn persuni bla qalb, u jfittxu u jħalltu figura ma’ talenti u kapaċità fi bniedem! “Kont immur għall-interviews bażikament għalxejn. Meta kont naħdem u keċċewni kienu qaluli ‘You’re not suitable for this job’. Dan meta, xahar qabel keċċewni, kienu ferħuli tax-xogħol tajjeb li kont qed nagħmel. Kien hemm ħafna kummenti minn kollegi stess li għax ma nistax nilbes ħwejjeġ fini, jiena m’iniex tajba għal quddiem in-nies. Ngħid iddritt qatt ma mort taż-żibel quddiem in-nies, però jiena kont inġib il-familja l-ewwel u qabel kollox. Imbagħad jekk nista’ nixtri ħwejjeġ tad-ditta nixtri, però mhux

qabel nara li ommi ma jkun jonqosha xejn,” sostniet Nicole. Kien hemm Illum il-ġurnata qed issostni ma’ ħaddiehor li ħafna jekk għandhom talent iqumu kummenti minn hemm u jiżviluppawh. B’hekk staqsejtha, kif matul minn kollegi is-sena sħiħa li kienet ilha stess li għax maqfula f ’kamritha, ma rrealizzatx dawn il-kliem ma nistax għaliha nnifisha stess. “Jiena minn dejjem hekk kont, nilbes ħwejjeġ dejjem hekk niftakarni li fini, jiena nħeġġeġ lil min għandu talent biex jużah u jkompli m'iniex tajba jitgħallem għax taf kemm għal quddiem taf qatt ma taf xejn. Meta spiċċajt bla tama ta’ xejn in-nies u ngħalaqt fijja nnifsi, ma stajtx inqum fuq tiegħi għax kienet iebsa ferm, però llum il-ġurnata ngħid bis-saħħa ta’ żgur,” qaltli bi tbissima. dak il-vidjow bidla ser issir Finalment, Nicole tħoss

li sena martirju msakkra fil-kamra tagħha kienet biżżejjed anzi żżejjed, u llum trid tibda ħajjitha u trid tibda tgħix. Illum ilġurnata qed titgħallem tħobb lilha nnifisha. “Ilmotivazzjoni tiġi meta tibda temmen fik innifsek. Ser nibda programm għal saħ] ti f ’dawn ix-xhur li ġejjin. Naturalment ser inkompli nkanta u naħdem mal-vocal coach tiegħi Gillian Attard sabiex naslu fejn nixtiequ.” Il-messaġġ finali tagħha għall-qarrejja ta’ din ilgazzetta huwa li ħadd m’għandu jaqta qalbu. “Anzi min jipprova jweġġagħkom bi kliemu, użaw il-kliem tiegħu bħala motivazzjoni u kunu pożittivi jiġri x’jiġri,” temmet tgħid Nicole.


24

05.03.2017

kullhadd.com

IĠEDDU L-APPOĠĠ LILL-ORKESTRA FILARMONIKA TA’ MALTA Il-Bank of Valletta se jkun qed iġedded il-kollaborazzjoni tiegħu mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta (MPO). Dan tħabbar matul konferenza stampa nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Frar 2017 fil-lukanda The Palace, indirizzata minn Sigmund Mifsud, President Eżekuttiv tal-MPO, Alec Massa minn Digital Magic u Charles Azzopardi, Kap talPR u l-Marketing fil-Bank of Valletta, fil-preżenza tal-Onor. Dr Owen Bonnici, il-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Fil-kummenti tal-ftuħ tiegħu, il-Maestro Sigmund Mifsud ħabbar li għall-kunċert li jmiss bl-isem Eroica fil-11 ta’ Marzu, l-Orkestra se tkun qed tniedi pannelli akustiċi ġodda. “Ninsabu ħerqanin ħafna biex nintroduċu dawn il-pannelli akustiċi, li qed jintużaw għall-ewwel darba fil-gżejjer tagħna,” spjega l-Mro Mifsud. Is-Sur Alec Massa spjega kif id-disinn u l-istruttura ta’ dawn il-qxur akustiċi portabbli se jkunu jistgħu jgħinu biex jitjieb il-mod kif l-orkestra tinstema’ meta tkun qed iddoqq f ’postijiet differenti f ’Malta. Meta tkellem dwar l-appoġġ tal-Bank, Sigmund Mifsud qal, “Huwa tabilħaqq ta’ unur għalina li għal darb’oħra l-Bank of Valletta se jkun wieħed mill-

isponsors prinċipali tagħna, bl-appoġġ li jagħti lill-MPO. Il-kollaborazzjoni tal-Bank se tgħin biex aħna nkomplu ninvestu fil-mużiċisti tagħna, b’mod partikolari, billi, parti mill-isponsorizzazzjoni, se tkun iddedikata kompletament għall-qasam edukattiv tal-Orkestra.” Filwaqt li qabel mal-Maestro Mifsud, Charles Azzopardi kkummenta li, “matul issnin, rajna l-MPO dejjem

RESTAWR

Sur Editur,

Qiegħda ssir pubbliċità biex dawk li għandhom bżonn jirranġaw id-dar, jitolbu l-għajnuna tal-flus lill-Gvern. Nagħti parir biex joqogħdu attenti biex jaqraw u jiffirmaw l-offerta u ma jiġrix bħalma ġrali jien meta applikajt biex nirranġa l-gallarija Maltija.

tikber fis-saħħa tagħha, mhux biss fix-xena lokali, imma wkoll fuq diversi pjattaformi internazzjonali importanti. Aħna nħossu li l-appoġġ li nagħtu lill-MPO huwa investiment importanti fil-promozzjoni tal-arti u l-kultura fil-gżejjer tagħna. Huwa għalhekk li kif semma s-Sur Mifsud, il-Bank se jkun qed jiddedika parti millappoġġ tiegħu speċifikament għall-programmi edukattivi

Għamilt kollox kif qaluli, ħallast tal-applikazzjoni u tar-riċerka. Wara ġew spetturi biex jaraw li kollox sew u bgħattilhom il-karti kollha u l-irċevuta kif qaluli. Għajtuli biex immur niffirma l-kuntratt quddiem in-nutar u xi erba’ min-nies oħra u bid-daħka ħriġt ’il barra. Wara ftit żmien irċevejt id-daqqa

IT-TALLABA

Sur Editur,

Il-Partit Nazzjonalista għandu bżonn il-flus għax li kellu nefaqhom f ’parties, safar u karozzi. Simon Bussutil lest biex ibigħ il-maduma tal-partit, il-bandiera iżda nesa l-maktur ta’ mitt sena. Ann Fenech tal-pastizzi qed titlob €500 lil kull familja biex tgħin lill-partit għax milli jidher l-iskeda li kellhom qabel ma għamlu xejn biha. Jien niskanta kif dawn in-nies jinsistu li hawn il-faqar fil-pajjiż imbagħad jitolbu l-flus. Flok żejt f ’wiċċhom dawn in-nies tajn għandhom! Ma tkunx l-aqwa għażla jekk tiddeċiedi li tinvesti l-flus tiegħek f ’partit li kellu falliment wara ieħor. Xmun li jiddeletta bil-protesti ngħidlu li ħadd u xejn ma ser iħassar il-ġid li għamel u qed ikompli jagħmel ilPrim Ministru Joseph Muscat f ’kull qasam kemm f ’Malta u kemm fl-Ewropa. Issa ġejna f ’estremità li mhux Malta biss għandha bokka bih imma anke l-Ewropa filwaqt li l-aħjar aġġettiv li joqgħod u jiddeskrivi perfettament linNazzjonalisti hu “tallaba”. VALERIE BORG VALLETTA

tal-Orkestra.” Huwa esprima l-kunfidenza talBank li l-kollaborazzjoni se tikkontribwixxi għall-wirjiet ta’ kwalità, fi sforz biex tkompli tappella għal firxa usa’ talpubbliku Malti. Fl-indirizz tiegħu l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici enfasizza l-ħidma tal-Gvern sabiex il-kultura u l-arti f ’pajjiżna jiksbu l-importanza li tixraqilhom u faħħar lill-

tal-mewt. Qaluli ma nistax nieħu flus għax l-irċevuta ma kinetx fiskali u lili ma qalulix li trid tkun fiskali. Legalment irċevuta tax-xogħol tajthom €700 u li għamilt kif qaluli stajt niżżilt €900, imma dejjem kont onesta. Tkellimt ma’ nies imma ħadd ma għamel xejn. Il-biċċa tax-xogħol

Orkestra Nazzjonali taxxogħol li qiegħda tagħmel. Bonnici tkellem dwar ir-rwol importanti li l-kultura u l-arti għandhom illum fis-soċjetà tagħna fl-ekonomija, bħala sors ta’ impjiegi f ’pajjiżna kif ukoll mod kif intejbu u nsaħħu s-soċjetà. Fl-istess waqt huwa wera apprezzament għallkontribuzzjoni tal-komunità finanzjarja Maltija fil-qasam tal-arti u l-kultura. Il-Ministru Bonnici fakkar ukoll li bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika dwar inizjattiva għal Ċittadinanza għall-Mertu li għandha l-għan li tagħti opportunità lillpersuni fosthom mużiċisti li taw jew jistgħu jagħtu kontribut straordinarju floqsma tal-arti, kultura, riċerka, sport jew xjenza li japplikaw għal ċittadinanza Maltija. Din il-konsultazzjoni pubblika tagħlaq fit-3 ta’ Marzu li ġej. Il-kunċert li jmiss Eroica se jinkludi lil Beethoven u lil Brahms flimkien taħt id-direzzjoni tad-Direttur Prinċipali tal-Orkestra Brian Schembri, bil-parteċipazzjoni tas-solisti internazzjonali magħrufa Jimam Wee u Kirill Rodin. Ġimgħa wara, il-MPO se tkun qed iddur fl-Awstrija bl-istess programm, u se tkun qed iddoqq fis-sala tal-kunċerti prestiġjuża, The Musikverein, fi Vjenna.

tinten. Min hu serju, idur dawra jara x’inhu jiġri, id-dar nirranġaha millflus li jkolli tal-pensjoni u ma nerġa nitlob lill-ħadd, u l-50 miljun li se jonfoq il-Gvern jaqbillu jara sew fejn se jmorru u kif se jintefqu. JOAN BARBARA IX-XGĦAJRA


25

05.03.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

GĦATX Għatx huwa l-ewwel ktieb mill-pinna ta’ Ramona Portelli, li jittratta stejjer millbars lokali. Il-produzzjoni tal-istess ktieb kienet fdata f ’idejn Vision+, filwaqt li l-editur ġenerali huwa Joseph Sultana. Kien naturali għall-awtriċi Ramona Portelli li żżewwaq dawn l-istejjer kollha minn dak li tosserva hi stess madwarha. L-istejjer huma msawra minn stejjer li tisma’ u tosserva minn ġol-bars lokali. Tiżwiqa ta’ karattri u stejjer veri li jirrakkontaw u jiġru filgħaxijiet meta d-dinja tan-nightlife tidħol fis-seħħ. Naturalment l-ismijiet, ilkarattri u s-sitwazzjonijiet f ’dan il-ktieb huma kollha fittizji. Ramona Portelli ilha fixxena tal-kitba aktar minn 25 sena. Il-kitbiet tagħha jvarjaw minn intervisti ma’ diversi personalitajiet u karattri

interessanti, features, PR għal diversi avvenimenti lokali u vox pops li kollha jkunu ppubblikati fuq gazzetti lokali kif ukoll fuq xi siti elettroniċi. Ta’ min jgħid li lill-awtrici dejjem issibilha fuqha xi pinna jew tnejn u anke xi karti biex tħarbex dak li jiġiha f ’moħħha jew dak li tkun iltaqgħet miegħu u li jista’ jkun ta’ interess għal ħaddieħor. Il-ktieb Għatx huwa ddedikat lill-familja kollha tagħha, speċjalment għal missierha Charles Portelli li ħalla din id-dinja proprju xahar preċiż qabel it-tnedija tal-istess ktieb. Fil-fatt, minnu Ramona ħadet l-imħabba lejn il-qari u l-kitba permezz tal-gazzetta li kien iġib kuljum id-dar u li kien għadu jagħmilha sa ftit ġimgħat ilu. L-istess ktieb huwa ddedikat ukoll għal ommha Helen u oħtha Alexia tas-sapport u l-kuraġġ

kontinwu tagħhom lejha. Flaħħar u mhux l-inqas, linneputija tagħha Almikaya, li timla ħajjet l-awtriċi b’ferħ u mhux l-ewwel darba li tispiraha. Ħwienet tax-xorb – Min hu dieħel, min hu ħiereġ. Min imur fihom biex joqgħod waħdu u min jippreferi l-kumpanija ta’ ħaddieħor. Imma kulħadd għandu storja x’jirrakkonta. Kemm int bil-għatx biex issir taf affarijiet li mhumiex affarik? Il-ktieb Għatx qed jinbiegħ online għall-prezz ta’ EUR10 biss, jew inkella direttament mingħand l-awtriċi stess. Dawk kollha interessati sabiex jagħmlu kuntatt dirett mal-awtriċi jistgħu jagħmlu dan permezz tal-email ramonaportelli@hotmail.com jew idħlu fuq il-ħolqa http://www. visionplus.org/store/p67/Ghatx. html

tbatijiet għal saqajja; mhux qisni ser naqa’ minn hawn u minn hemm. L-iżvog tiegħi huwa li ta’ kultant nagħtiha għall-ħela u mmur bar hopping filħwienet tax-xorb tar-raħal tiegħi stess jew xi tnejn oħra aktar ’il barra. Ħa ngħiduha kif inhi: jekk f ’Malta wieħed

jixba f ’post malajr jaqbad ilkarozza u jsuq għal xi mkien ieħor. Normalment inħobb nibda minn dak ta’ maġenb fejn noqgħod – jiġifieri Buġibba – li jismu All Year Bar. Kieku jintefgħu erba’ persuni minn Buġibba stess; min ġej wara x-xogħol u

SILTA MILL-KTIEB Jisimni Amanda u nqis ruħi bħala tfajla li naf immur mannies: naqa’ u nogħla għal kull livell ta’ persuna u fuq kollox naf naddatta fl-ilbies għal kull okkażżjoni; għalkemm okkażjonijiet rilassanti ta’ spiss infittixhom. B’hekk inħobb nilbes komda u bla ebda xinxilli u

min għall-ħarġa tiegħu ta’ filgħaxija. Qatt ma niddejjaq nidħol waħdi f ’dan il-post partikolari, għaliex anke tfajliet oħra jintefgħu hemm, u fuq kollox anke wara l-bar fejn iservu jkun hemm tfajliet ibigħu x-xorb. Bla ma rrid inħossni komda hemm ġew, anke jekk forsi

mmur għal xi erba’ xarbiet biss, għalkemm mhux l-ewwel darba li nispiċċa neħel. Jemm ma nkunx mgħaġġla nibqa’ għax dejjem għedt li ta’ bla ħsieb jirnexxi. Darba fettilli mmur hemm. Għalkemm kien pass ’il bogħod minn fejn noqgħod, xorta kont naqla’ l-karozza.

Mistoqsija: Fejn jinsab il-bar?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Għatx. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 12 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Il-Qlugħ Aħmar. huwa: L.TABONE - Valletta

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

04

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Mistoqsija: Ma’ min tkellimna dwar is-cyber crime? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


26

05.03.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

C.BORG - Il-Ħamrun

TISLIBA 164 Mimdudin:

Bi 3 Numri

B’4 Numri

053 108 173 209 246 306 322 398 430 668 742 799 829 838 915 991

0626 0706 1752 1871 1965 2204 2263 2477 2487 3121 3387 3471 4437 4501 4620 4715 4801 5291 5749

5816 5919 6079 6487 6620 6661 7609 7894 7928 8448 8449 8466 8467 8807 8845 9146 9445 9517 9686 9717

B’5 Numri 01234 04239 04729 05717 13407 19440 24120 36764 39488 40643 42744 44764 49717 54178 59418 68576 74904 78975 93564

93846 94920 95155 B’6 Numri

400936 492891 563977 731764 754440

240696 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

1. 4. 7. 9,18. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21. 23. 24.

Tajba ħafna mat-tisjir (5) Ikun bejn żewġ għoljiet (4) Ray Gatt (1,1) Issa bil-metri suppost (5) Rispettat (6) Pajjiż ġar (6) Ara 6 Ara 9 Ara 2 Isem (5) Royal Air Force (1,1,1) Ardit (4) Isem (5)

Weqfin: 1. Kompli l-qawl: Bidu ..... nofs ix-xogħol (6) 2,19. Ma baqax fejn kien (5) 3,11. Jista’ jkun hekk sa snienu (5) 5. Ingrid Micallef Borg (1,1,1) 6,16. Akkwista (6) 8. Iżommu t-tjur fihom (9) 11. Ara 3 12,22. Għaffeġ (5) 13,21W. Meqjum (6) 14. Ħarsu lejja (6) 15. Qabeż il-linja (6) 17. Ħares (3) 21. Ara 13 22. Ara 12

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:

Weqfin:

1.Taħli, 4.Waħx, 7,9.Lleva, 10.Saħħaħ, 12.Xappap, 18.AE, 19.Iva, 20.Ardit, 21.Sid, 23.Anna, 24.Awrat

1.Twelli, 2,11.Ħrafa, 3,16.Ilsira, 5.Ash, 6.Xiħ, 8.Lampedusa, 12,22.Xadin, 13.Par, 14.Pittur, 15.Ħarbat, 17,21 wieqfa. Rsista


27

05.03.2017

kullhadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ

Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL U MANUTENZJONI Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason binnumru 2143 2352 jew 9947 7167. PROPJETÀ GĦALL-KIRI Ħanut għall-kiri fi Triq ilMintba, Marsaskala, 60ft x 60ft. Għandu bitħa wara u terrazzin. Kien mini market u jista’ jintuża għal kull business ieħor bħal hair dressing, beauty salon, pharmacy u kull tip ta’ negozju. Bla rigal. Kera €12 kuljum. Ċempel 2167 4228, 9949 2356, 7967 4228. AVVIŻI KULTURALI L-Għaqda Dilettanti Mudelli ta’ Knejjes se torganizza wirja ta’ folklor religjuż fis-Sala San Franġisk, Triq Melita, il-Belt. Din is-sena qed issir bejn l-4 u t-18 ta’ Marzu u d-dħul huwa mingħajr ħlas. Tibqa’ miftuħa sat-18 ta’ Marzu kuljum bejn id-9.30am u n-12.30pm u bejn l-4.30pm u s-7.30pm L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tippreżenta Wirja Artistika minn Vince Dimech fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied ilGħasel, Il-Mosta, bejn il-5 u t-18 ta’ Marzu, 2017. Ħinijiet tal-wiri: kuljum mis-6.00pm sad-8.00pm, Ħdud, mill10.00am sa 12.00pm u mis6.00pm sat-8.00pm.

Il-Kaċċaturi San Ubertu se jorganizzaw ikla għall-membri, ħbieb u l-familji tagħhom, nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Marzu, fit8.00pm, fir-ristorant Ta’ Klariċċ, ir-Rabat. Se jkun hemm menù varjat, inbid u xorb, għall-prezz ta’ €20. Waqt din l-attività se titella’ lotterija għal senter Berika semi-auto minn fost il-membri mħallsa. Riservazzjonijiet isiru fuq 9942 2582 jew b’email lil kaccaturisanubertu@gmail.com sal-14 ta’ Marzu. Pancakes and Crepes Festival, l-ewwel festival tat-tip tiegħu li qatt sar f’Malta, nhar is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Marzu f’Monte Kristo Estate. Se jkun hemm aktar minn ħamsin tip ta’ pancakes u crepes. Waqt din l-attività se jsir attentat biex jinkiser ir-rekord għall-akbar roly poly. Dan se jkun avveniment għall-familja kollha, fejn se jkun hemm żona għat-tfal u divertiment ieħor. Għal darb’oħra TennisLine Academy se torganizza l-avveniment popolari tagħha ‘Tennis Jum Kids! – Edizzjoni għal Żmien ix-Xitwa’, nhar il-Ħadd 19 ta’ Marzu, mid-9.00am ’il quddiem f’Sundown Court Leisure Resort, San Ġwann, il-Kappara. Prezz: €18. L-avveniment Tennis10s huwa maħsub għal tfal taħt l-10 snin u huwa mod tajjeb ħafna għat-tfal biex igawdu l-logħba tat-tennis u fl-istess ħin ikabbru l-esperjenza tagħhom waqt attivitajiet ta’ kompetizzjoni. F’din it-tip ta’ attività t-tfal jilagħbu bir-rakketti iżgħar, blalen iktar rotob u courts iżgħar. Kull parteċipant se jirċievi midalja. Ikel u xorb se jiġu pprovduti. Għall-biljetti ċemplu 7759 0232. Antique and Fine Arts Fairs Malta tħabbar li l-fiera li jmiss se tittella’ mis-17 sad-19 ta’ Marzu mill5.00pm ’il quddiem fil-Victoria Hall, Triq l-Oratorju, in-Naxxar. Dħul b’xejn u parkeġġ offrut missala stess. Nhar is-Sibt l-1 ta’ April 2017, isSoċjetà Filarmonika L-Unjoni ta’ Ħal Luqa ser ittella’ kunċert ta’ mużika sagra fil-Knisja Parrokjali ta’ Sant’Andrija Appostlu, Ħal Luqa bl-isem ‘Tristis Est Anima Mea’. F’dan il-kunċert ser tieħu sehem il-Filarmonika L-Unjoni, il-Coro Bel Canto u diversi solisti. Mal-banda u l-kor ser jingħaqdu wkoll strumenti varji bħall-arpa u l-orgni tal-istess Knisja. Il-kunċert ser jibda fis-7:30pm u l-banda flimkien mal-kor u s-solisti ser ikunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. John David Zammit. Iddħul ser ikun bla ħlas u kulħadd mistieden ikun f’postu tal-anqas kwarta qabel. Din l-attività qed tittella’ bil-koperazzjoni tal-iskema ‘Komunitajiet Kreattivi’ tal-Kunsill Malti għall-Arti.


28

05.03.2017

kullhadd.com

TISĦIĦ EKONOMIKU BI SKOP EDITORJAL

Diġà l-gvern qed jgħin iktar billi saħħaħ is-servizzi u billi fl-aħħar ġimgħat daħħal fil-formolarju tiegħu mediċini li jiswew il-mijiet u ġieli eluf ta’ ewro

Dan l-aħħar smajna u rrapportajna ħafna dwar issuċċess ekonomiku li qed jikseb pajjiżna. Bħala poplu fraħna bl-aħbarijiet dwar kif rapport wara ieħor poġġew l-ekonomija ta’ pajjiżna fost l-iktar b’saħħitha flEwropa u dwar kif il-gvern qed jilħaq il-miri finanzjarji tiegħu. Sa hawn kollox tajjeb. Anzi, tajjeb ħafna. Għaliex fl-aħħar għandna gvern li qed imexxi l-ekonomija ’l quddiem u jadotta dixxiplina fiskali. Iżda, dan waħdu ma kienx ikun biżżejjed għall-poplu tagħna. Għall-familji u għal dawk li ta’ kuljum joħorġu jaħdmu biex jaqilgħu l-għajxien għall-familja tagħhom ma jiswa xejn li l-gvern jibbilanċja l-kotba tiegħu li kieku minn dak huma ma jgawdux ukoll. Forsi hawn min jgħidlek li diġà huwa biżżejjed li l-gvern laħaq dawn ilmiri mingħajr ma’ għabba b’piżijiet ġodda lill-poplu. Fil-fatt, il-miri ntlaħqu filwaqt li f’pajjiżna naqsu t-taxxi. Iżda, hemm iktar minn hekk. Il-gvern qed jara li millekonomija b’saħħitha

jgawdi kulħadd, l-iktar dawk fil-bżonn ta’ appoġġ mill-istat u s-soċjetà. Kien għalhekk li l-aħbar li ta l-Ministru tas-Saħħa iktar kmieni din il-ġimgħa li l-mediċini tal-kanċer se jkunu kollha b’xejn fi żmien tliet snin hija waħda li ma tistax ma tinżilx tajjeb fost in-nies. Illum b’xi mod jew ieħor tista’ tgħid kważi kulħadd għandu qarib jew ħabib li direttament jew indirettament intlaqat minn din il-marda. Hekk ħafna iktar huma konxji ta’ kemm titfa’ piż fuq ilfamilji milquta. Diġà l-gvern qed jgħin iktar billi saħħaħ is-servizzi u billi fl-aħħar ġimgħat daħħal fil-formolarju tiegħu mediċini li jiswew il-mijiet u ġieli eluf ta’ ewro. Il-ħsieb li dan jestendih huwa prova ċara tal-filosofija tal-gvern li l-prosperità trid tinfirex fost min għandu bżonn. Infakkru li f’dan il-qasam din mhix inizjattiva iżolata. Kien dan il-gvern li lesta u ta prijorità lill-isptar talonkoloġija, bħalma kien dan il-gvern ukoll li beda jħallas għat-tieni ġenitur meta tfal ikollhom isiefru

għall-kura barra l-pajjiż. Fl-aħħar ġimgħat ktibna dwar il-bidliet fledukazzjoni. Urejna kif dawn huma xhieda ta’ gvern b’ruħ soċjali u l-qasam tassaħħa mhux b’inqas. Flaħħar snin infetħu swali ġodda fl-isptar Mater Dei filwaqt li kienu solvuti kwistjonijiet bħal dik talmediċini out of stock. Iktar għaqal fit-tmexxija u iktar riżorsi wasslu biex dak li ħaddieħor kien jgħid li rridu naċċetawh bħal ma naċċettaw li tal-grocer ikollu l-piżelli out of stock, dan il-gvern bidlu. Investiment bla preċedent sar ukoll biex ikunu attakkati l-listi ta’ stennija. Intużaw aħjar ir-riżorsi tal-isptarijiet tal-gvern filwaqt li żdiedu l-ftehimiet mal-privat. Hemm listi ta’ stennija li kważi spiċċaw għalkollox filwaqt li f’każi oħra baqa’ xi jsir u m’għandniex dubju li dawn se jkunu qed jingħataw prijorità fiż-żmien li ġej. Rajna investiment f’makkinarju u apparat talogħla kwalità u mill-iktar modern biex iċ-ċittadin li jmur Mater Dei mhux

biss jinqeda iktar fil-ħin iżda jinqeda aħjar. Kienu introdotti servizzi li konna xbajna nitkellmu dwarhom, bħall-IVF bħala parti misservizz tas-saħħa pubblika. Dan kollu jagħti skop lit-tkabbir ekonomiku li jiftaħar bih il-gvern. Naturalment, semmejna biss il-qasam tas-saħħa. Miegħu nistgħu nżidu numru ta’ inizjattivi oħra fosthom iċ-child care b’xejn li tant indrat li forsi ħafna diġà bdew jinsew li din ma kinetx teżisti sa erba’ snin ilu. Jew bħar-roħs fil-kontijiet tal-enerġija u l-inizjattivi li ħallew iktar flus filbwiet tan-nies bħal inwork benefit jew l-eżenzjoni mit-taxxa tal-boll għallfirst time buyers. Mittkabbir ekonomiku qiegħed igawdi kulħadd. B’hekk iċ-ċertifikati jistgħu mhux biss jagħtuhom l-aġenziji tal-klassifikazzjoni talkreditu iżda l-poplu wkoll. Poplu li fiż-żmien li ġej se jkollu għażla jekk iżommx ir-ritmu li qbadna jew ireġġax l-arloġġ lura għal żmien GONZIPN ta’ Simon Busuttil.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.