KullĦadd 07.06.2022

Page 1

Il-Ħadd, 5 ta’ Ġunju, 2022

40 SENA TA’ PANDEMIJA LI KEXKXET LID-DINJA Ħarġa Nru 1,508

Prezz €1

Rapport f’paġni 14 u 15

SPLUŻJONI FIL-KAMRA TAN-NAR TAL-MOSTA Ħadd ma weġġa’ serjament fil-Kamra tanNar 15 t’Awwissu, fil-limiti tal-Mosta, meta għall-ħabta tat-3:00 p.m. seħħet splużjo­ni qawwija li heżżet l-akkwati. Jirriżulta li filħin kien hemm 11-il persuna fuq il-post. In-nirien ikkawżaw numru ta’ spluż­jonijiet oħrajn iżgħar.

Ritratt: ONE NEWS

Rapport f’paġna 5

L-IMWEGĦDIN TA’ GRECH F’TELLIEQA BEJNIETHOM Fost l-interessati għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-PN hemm min qed jikkunsidra li jirtira minħabba li hu ddiżappuntat li l-Kap jew nies qrib tiegħu taw l-appoġġ fil-privat lil diversi persuni għall-istess pożizzjoni Rapport f’paġna 4

GALAVERSE …6,000 LEJL IBBUKKJATI Tlett ijiem ta’ spettaklu għall-gamers globali jaraw 800 parteċipant joqogħdu f’lukandi ewlenin fostna

Bejn għada u nhar l-Erbgħa li ġej iċ-Ċentru Malti għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali se jkun qed jinbidel f’ġenna għall-gamers minn madwar id-dinja kollha permezz ta’ Galaverse, meqjus wieħed mill-akbar avvenimenti fil-ġeneru tiegħu. Biex dan l-avveniment seta’ jittella’, pajjiżna se jiggwadanja minn soġġorn ta’ madwar 6,000 lejl ibbukkjati f’lukandi ewlenin, bejn organizzaturi, parteċipanti u VIPs mistednin. Skont is-sit elettroniku uffiċjali tal-organizzaturi Gala, li hi pjattaforma għallogħob virtwali fuq Blockchain, il-biljetti għad-dħul għal dawn it-tlett ijiem u l-ak­ko­modazzjoni inkluża bdew jinbiegħu għal $8,000 (€7,462) għal persuna waħedha u $14,800 (€13,800) għal żewġ persuni f’kamra waħda. F’Diċembru li għadda, Gala ħolqot dan l-ispettaklu bl-avveniment Galaverse li ttella’ għall-ewwel darba f’Las Vegas. Wara dak l-avveniment kien hemm stennija għas-sajf ta’ din is-sena meta kellu jsir Galaverse ieħor f’Copenhagen, id-Danimarka. Minflok, iżda, dan l-avveniment issa se jkun qiegħed isir f’pajjiżna fit-tlett ijiem li ġejjin. Għal dan l-avveniment uniku ġew mistiedna 800 persuna minn madwar id-dinja, kif ukoll numru ta’ VIPs. L-organizzaturi tal-avveniment, Volo Events Agency, u l-MFCC ilhom jaħdmu flimkien fuq il-proġett sa minn Frar li għadda. “L-avveniment se jkun qed ipoġġi lil pajjiżna fuq il-mappa dinjija ta’ postijiet fejn jistgħu jiġu organizzati dawn l-avvenimenti tal-ogħla livell. B’hekk inkomplu nesploraw ekonomikament il-vantaġġi li l-industrija tal-logħob virtwali tista’ toffrilna,” qalilna l-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, Silvio Schembri. Hu spjega li, biex organizzaturi ta’ avveniment bħal dan jagħżlu lil pajjiżna, ifisser li jkunu raw fi gżiritna, post kompetenti li għandu prodott x’joffri. “Mhux biss spazju fejn jista’ jittella’ avveniment ta’ din id-dimensjoni, iżda wkoll li kapaċi joffri pakkett sħiħ, minn akkomodazzjoni, restoranti, divertiment, eċċ. Irridu nibqgħu nħarsu lejn l-opportunitajiet li joffru għal pajjiżna avvenimenti bħal Galaverse … u bħala Gvern naħdmu flimkien biex nattiraw aktar minn dawn l-avvenimenti,” temm il-Ministru.


02

05.06.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 34°C L-Inqas Temperatura: 22°C L-Indiċi UV: 11 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja ser testendi minn fuq il-Bajja ta’ Biscay lejn il-Libja It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral it-Tramuntana li jsir ħafif għal moderat mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 22°C

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

KUNTATT ĠENERALI

33°C UV 11

21°C

Il-Ħamis

33°C UV 11

20°C

Il-Ġimgħa

31°C UV 11

21°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

31°C UV 11

20°C

30°C UV 11

21°C

32°C UV 11

21°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IT-TLIETA 7 TA’ ĠUNJU

Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 Brown’s Medical Plaza, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Riħan, San Ġwann – 21372195 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Paola – 21826408 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Il-Bormla – 21821671 St. Elias Pharmacy Triq San Elija, Ix-Xgħajra – 21660300 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida –21244366 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21566170 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat, Għawdex – 21564447

Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21238577 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, In-Naxxar – 21417406 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 MC Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962 Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781 St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293 White’s Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833 Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat, Għawdex – 21557819 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala, Għawdex – 21555348

*Mil-lum l-ispiżeriji se jkunu miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.


03

05.06.2022

TA’ TMIEN SNIN JAGĦMEL IL-KARITÀ MA’ DAR BJORN Kruiven Farrugia, tfajjel ta’ tmien snin biss, ilbieraħ filgħodu ġera għal ħames kilometri, mill-Imdina sa Ħ’Attard ħdejn il-Ġonna ta’ Sant’Anton, bl-iskop li jiġbor mill-inqas €5,000 b’risq Dar Bjorn Respite. Din l-opra ta’ karità bla preċedent kienet l-inizjattiva personali tat-tfajjel li jgħin lil Bjorn Formosa u l-kawża tiegħu favur pazjenti tal-Amyotrophic Lateral Sclerosis (ALS) u mard ieħor newroloġiku li jiġu megħjunin minn ALS Malta. Formosa, li ġie dijanjostikat li jbati bl-ALS fletà ta’ 28 sena, waqqaf l-ALS Malta fl-2015. Minn dak iż-żmien Bjorn ingħata l-għajnuna ta’ bosta, inkluż il-Gvern Malti li għenu saħansitra jiftaħ żewġt idjar għal persuni simili. Kruiven xtaq li jiġbor €1 għal kull metru li ġera u għal dan il-għan ukoll inħoloq sit elettroniku (https://efr.alsmalta.org/kruiven-5k-race-forals-malta) fejn wieħed jista’ jikkontribwixxi dirett id-donazzjoni tiegħu. Minbarra hekk infetħu l-linji għal għotjiet ta’ €6.99 b’SMS fuq 50618936 jew €20 b’telefonata fuq 51002017. F’messaġġ għall-okkażjoni, it-tfajjel qal: “Minkejja li Bjorn mhux kapaċi jċaqlaq muskolu wieħed, xorta hu determinat li jtemm it-tellieqa ta’ ħajtu billi jgħin lil oħrajn. Irrid ngħin lil Bjorn billi niġri dawn il-ħames kilometri.” Min-naħa l-oħra, il-fundatur tal-ALS Malta qal li dan hu “tifel ċkejken però b’qalb kbira li għamel

din l-inizjattiva biex jgħin il-proġett ta’ Dar Bjorn Respite u aħna se nkunu qed niġru miegħu biex naraw li jagħmel din it-tellieqa.” Minbarra li wkoll irnexxielu jwettaq il-ġirja f’ħin rekord personali ta’ 22 minuta, sa kmieni waranofsinhar Kruiven kien diġà qrib li jilħaq il-mira proprja tal-inizjattiva tiegħu. Kruiven tkellem ukoll ma’ ONE News wara li temm din il-missjoni tiegħu. “Ħassejtni taj­jeb ħafna u għedt m’iniex ħa nasal, imma wasalt u għedt din kienet għal Bjorn,” qal it-tfajjel kunfidenti, għalkemm emozzjo­nat, quddiem il-kamera tal-kamra tal-aħbari­jiet ta’ ONE. “Ħas­sejtni tajjeb ħafna u ħafna, għax xħin rajt il-flus telgħin, għedt ħa ngħin ħafna lil Bjorn u għedt li din se nerġa’ nagħmilha ħalli ngħin aktar u aktar.” Fil-fatt, Kruiven diġà qed jippjana li jirrepeti l-isfida s-sena d-dieħla.

LEMIN: It-tfajjel ta’ tmien snin fi tmiem il-ġirja tiegħu f’Ħ’Attard u ftit wara ma’ Bjorn Formosa

ONE PRODUCTIONS LTD QED TAĊĊETTA APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-POST TA’ ĠURNALIST/A MULTIMEDIA BIEX JAĦDEM FI ĦDAN ONE NEWS FUQ BAŻI FULL-TIME. TINGĦATA PREFERENZA LIL DAWK L-APPLIKANTI LI GĦANDHOM B. COMM JEW, LIL DAWK LI DIĠÀ GĦANDHOM ESPERJENZA F'DAN IS-SETTUR. L-APPLIKAZZJONIJIET GĦANDHOM ISIRU B’CV

LILL-MANIĠER TAR-RIŻORSI UMANI LIL A28B, INDUSTRIAL ESTATE, MARSA, MRS3000. JEW PERMEZZ TA’ EMAIL FUQ HR@ONEGROUP.COM.MT L-APPLIKAZZJONIJIET KOLLHA JIĠU TTRATTATI B'KUNFIDENZJÀ STRETTA.


04

05.06.2022

Fit-tellieqa personali biex jiġi kkonfermat fit-tmun tal-Partit, Grech jew nies qribu wiegħdu l-appoġġ lil bosta għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-PN

Mark Anthony Sammut

Janice Chetcuti

Joe Giglio

Claudette Buttigieg

Alex Borg

Justin Schembri

WEGĦDI T’APPOĠĠ LIL ĦAFNA GĦAL KARIGA SINGULARI FIL-PN Mal-kunflitti li diġà kien hemm fil-Partit Nazzjonalista nibet kunflitt ieħor fl-aħħar jiem, dak bejn persuni interessati li jokkupaw il-pożizzjoni ta’ Viċi Kap ta’ Bernard Grech. Imkejjen fid-Dar Ċentrali saħansitra sostnew mal-KullĦadd li s-sitwazzjoni mistennija tkompli tikkomplika ruħha b’riżultat ta’ wegħdi żejda li saru lil ħafna persuni. Jirriżulta lil din il-gazzetta li l-Kap jew nies qrib sew tiegħu għamlu impenn ta’ appoġġ ma’ diversi persuni interessati f’din il-kariga fit-tentattiv ovvju li kien qed isir biex Grech jakkwista kemm jista’ jkun voti fl-elezzjoni l-ġimgħa li għaddiet fejn tellaq waħdu biex jibqa’ fit-tmun tal-Partit. Il-vot mifrux fuq tlett ijiem u anke bil-possibbiltà ta’ proxy (proklama) xorta ra lill-Kap jitlef l-appoġġ ta’ 28% tal-membri fil-Kunsill Ġenerali Nazzjonalista, fost dawk li astjenew, ħassru l-vot jew saħansitra vvotaw kontrih. Mit-tagħrif li għandha din il-gazzetta jirriżulta li interessati fil-kariga bħalissa hemm żgur tliet persuni – id-Deputati Mark Anthony Sammut, Joe Giglio u Janice Chetcuti. Jista’ jkun hemm oħrajn fil-ġirja, għalkemm Claudette Buttigieg, li xhur ilu kienet ingħatat l-impressjoni li setgħet tkun hi l-papabbli, spiċċat tilfet kważi kull appoġġ li kellha fil-Partit, anke wara li flaħħar elezzjoni ġenerali ġiet eletta bil-mekkaniżmu

tal-ġeneru. każwali fuq it-Tielet Distrett biex telgħet bil-mekJustin Schembri u l-Għawdxi Alex Borg ukoll mhu- kaniżmu korrettiv tan-nisa fuq talba ta’ Grech innifsu miex jagħlqu bibien f’dan l-istadju. u, minflok, tellfet iċ-ċans li jkun hemm mara oħra fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni. Wara dawn il-manuvri n-nies li jappoġġjaw lil Chetcuti bdew jagħtu x’jinftiehem li tagħhom hi l-kandidata favorita tal-Kap. Minkejja dan, Mark Anthony Sammut, li fil-PN għandu l-fama li ma tafx fejn qiegħed miegħu minħabBernard Grech kien qal li jrid ba l-mod kif ġab ruħu anke fil-konfront tal-Eks Kap mara bħala Viċi tiegħu meta kien Adrian Delia u kif illum bidel id-diska ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet, mhuwiex iċedi pulzier lanqas. ikkontesta l-kariga ta’ Kap tal-PN Fil-fatt, bħalissa dan għaddej b’kampanja ma taqta’ xejn biex jidher kemm jista’ jkun fil-pubbliku u jkun Meta kien għadu qed jikkontesta għall-Kap tal- mistieden fi programmi f’isem il-PN. In-nies ta’ Grech PN Grech kien qal li jrid mara bħala Viċi Kap tiegħu. ħallewh għaddej u m’urtawhx, għax jafu li miegħu Eventwalment neħħa lil Delia, iżda David Agius u Ro­ hemm nies tal-establishment li poġġewh fil-kariga, bert Arrigo ma ċedewlux u baqgħu fil-kariga ta’ Viċi għalkemm jingħad li ma tantx jixtiquh ma’ djul il-Kap Kapijiet. Iżda, issa jidher li t-tnejn li huma mhux inte­ ladarba l-kelma ġriet li dan l-ewwel dejjem jara kif se ressati jibqgħu fit-tmexxija wara l-ikbar telfa fl-istorja jgawdi u jikber hu. li sofra l-PN. F’dan kollu reġa’ qed isegwi s-sitwazzjoni Joe Giglio, Din id-darba se jkun hemm biss Viċi Kap wieħed li għalkemm kien donnu tilef l-interess issa qed jara li wara emendi fl-istatut. Attivisti nisa fil-Partit ukoll fi ġlieda bejn tnejn, jista’ jgawdi hu. U għalhekk reġa’ qed ifakkru lil Grech fil-wegħda li kien għamel qabel beda għaddej bil-kampanja interna tiegħu. Kampanja sar Kap. Hawn beda jagħti l-impressjoni li se tkun Jan- li diġà bdiet issib oppożizzjoni tal-fazzjoni li qed timice Chetcuti, l-avukata li ma kkontestatx l-elezzjoni botta lil Sammut.


05.06.2022

05

11-il persuna jgħodduha b’waħda hekk kif il­bie­raħ waranofsin­har kienu fil-Kamra tan-Nar 15 t’Aw­ wissu fiż-żona tad-Dwejra, limi­ti tal-Mosta, meta seħħew splużjo­nijiet qawwija għal raġuni mhix magħrufa. L-isplużjonijiet, li heżżew il-lo­ka­litajiet fil-qrib, ħallew biss żewġ persuni bi ġrieħi ħfief u wara li ngħataw il-kura fuq il-post u fl-Isptar Mater Dei, dawn ġew rilaxxati. F’post fuq il-midja soċjali, il-Minis­tru għall-Intern u s-Sigurtà Byron Camil­leri wkoll ikkonferma li ħadd ma weġġa’ serjament. Il-midrubin jir­ riżulta li wieħed sofra ħruq żgħir f’idejh, waqt li l-ieħor waqa’ minn għoli ta’ madwar sular. Kien għall-ħabta tat-3:00 p.m. meta nstemgħet l-ewwel splużjoni, b’daħna kbira li setgħet tintlemaħ minn bosta lokalitajiet fit-Tramun­tana talpajjiż. Fuq il-post issejħu mill-ewwel il-membri mid-Dipartiment tal-Pro­tezzjoni Ċivili, flimkien ma’ ambulanzi b’timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei hekk kif l-ewwel informazzjoni indikat li kien hemm għadd ta’ persuni mirdumin taħt it-tifrik. Minkejja dan, il-persuni kollha nħarġu mill-kamra tan-nar u ħadd minnhom ma weġġa’ serjament. Wara li nħarġu n-nies, seħħew iżjed splużjonijiet żgħar b’riżultat tan-nirien li ħakmu l-post fuq l-għolja tad-Dwejra. Minħabba r-riskji eżisten­ti, il-ħaddiema tat-tifi tan-nar ukoll ma setgħux jersqu mill-ewwel qrib il-kumpless. Fuq il-post kien hemm numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni u jbiegħdu persuni oħrajn minn kull periklu eżistenti. L-istess kamra tan-nar kienet involuta f’inċidenti oħrajn, inkluż dak ta’ 12-il sena ilu meta lejlet il-festa ta’ Santa Marija kien tilef ħajtu Mario Dimech. Jirriżulta li dan kien qed iġorr xi materjal tal-festa meta seħħet l-isplużjoni wkoll għall-ħabta tat-3:00 ta’ waranofsinhar. Wara dan l-inċident, il-Kamra tan-Nar 15 t’Awwissu kellha tinbena mill-ġdid.

Ritratt: ONE NEWS

JEĦILSUHA FI SPLUŻJONI TA’ STA MARIJA


06

05.06.2022

IL-POLITIKA LI ŻIEDET 51,000 MARA F’IMPJIEG MILL-2017 LIL HAWN Kitba ta’ LEANNE ABELA GRECH Matul il-leġiżlatura li għaddiet, jiġifieri bejn l-2017 u l-2021, 51,564 mara sabu impjieg full-time jew part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom. Dawn iċ-ċifri jammontaw għal numru rekord, hekk kif il-medja ta’ nisa li sabu impjieg f’dan il-perjodu ta’ ħames snin, kien ta’ 10,300 mara fis-sena. Din l-informazzjoni tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn li għadda mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari. Fil-fatt, in-numru ta’ nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol fil-leġiżlatura li għaddiet, baqgħet konsistenti. Is-sena 2018 kienet l-aktar sena li matulha rat nisa li sabu impjieg. Dawn ammontaw għal 12,332, filwaqt li s-sena 2020 – is-sena li faqqet il-pandemija u li magħha ġabet sfidi kbar madwar id-dinja kollha – rat l-inqas amont ta’ nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol, b’6,696. Fl-istess perjodu, il-maġ­ ġoranza tan-nisa sabu xogħol full-time mas-settur privat. Dawn ammon­ taw għal 34,032, filwaqt li 14,514-il mara daħlu jaħdmu xogħol part-time bħala l-impjieg ewlieni tagħhom. Bil-maqlub, fis-Settur Pubbliku kien hemm aktar nisa li daħlu jaħdmu part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom. Fil-fatt, dawn ammontaw għal 2,023 kkumparat ma’ 945 mara li sabu impjieg full-time. Dwar dan, il-KullĦadd tkellmet ma’ Renee Laiviera, il-Kummissarju għall-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE), li qaltilna li tirrikonoxxi li ż-żieda ta’ nisa fuq il-post tax-xogħol hi fundamentali biex tissaħħaħ l-indipendenza ekonomika tagħhom u tal-familjari tagħhom. “Dan ġie rikonoxxut fl-2021 fl-Indiċi għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (EIGE) fejn jingħad

li fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, kienu Malta u l-Lussemburgu biss li għamlu avvanzi fil-qasam tax-xogħol mill-2018 ‘l hawn. Dan kien possibbli permezz ta’ diversi inizjattivi li ttieħdu matul dawn l-aħħar snin, anke waqt il-perjodu tal-pandemija, bħas-servizz ta’ kura b’xejn għat-tfal.” Żiedet tgħid kif dan juri li t-tisħiħ ta’ opportunitajiet ugwali għal kul­ ħadd wassal biex iktar nisa jkunu f’impjieg. “B’hekk ikunu jistgħu jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom, ikunu inqas f’riskju ta’ faqar matul ħajjit­ hom, ikollhom pensjoni ogħla u jgawdu minn kwalità ta’ ħajja aħjar għall-benefiċċju tagħhom, tal-familja tagħhom u tas-soċjetà kollha. Dan jirriżulta wkoll fit-tisħiħ tal-produttività fl-ekonomija tal-pajjiż,” temmet Laiviera.

Renee Laiviera u Pearl Agius Dwar dawn iċ-ċifri inkoraġġanti, tkellimna wkoll ma’ Pearl Agius, attivista żagħżugħa dwar l-ugwaljanza u d-drittijiet tan-nisa. Din espri­miet is-sodisfazzjon kbir tagħha għallfatt li n-nisa fil-postijiet tax-xogħol qegħdin jiżdiedu. “Bħala żagħżugħa din l-aħbar timlieni b’ħafna tama għall-futur u l-aktar għal dawk it-tfajliet u bniet żgħar li qed jaspiraw għall-karrieri u qed jaraw nisa jokkupawhom. Għadni żgħira u ngħix f’ġenerazzjoni ta’ bidla kontinwa. Jien u nikber huwa proprju dak li rajt quddiem għajnejja; bidla kontinwa.”

Agius innotat dan it-tibdil, speċ­ jal­ment biex anke jkun hemm aktar ugwaljanza fuq ix-xogħol. “Kont nibqa’ mistagħġba kif mill-Università joħorġu aktar nisa gradwati iżda fis-suq tax-xogħol kien evidenti li kien hemm predominanza ta’ rġiel f’kull settur u f’kull skala. Jekk il-folja għadha ma nqalbitx, jidher li tal-inqas bdiet titħarrek u dan iqanqal ferħ kbir fija għaliex ir-rappreżentanza tagħmel differenza kbira.” Dan jikkuntrasta għal dak li kien jiġri fil-passat. “Għaldaqstant, illum il-ġurnata meta ngħidu lit-tfal, li n-nisa huma kapaċi jilħqu u jaspiraw għall-karrieri li jixtiequ huma, dawn l-istess tfal ser iħarsu ’l fuq u quddiem għajnejhom fattwalment ser jaraw lil dawn in-nisa jaħdmu. Din hija sitwazzjoni li hija differenti minn dak li kont nara b’għajnejja jien u aktar u aktar dawk li ġew qabli. Ħerqana biex nara eluf oħra jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Jalla l-ġid!” Dawn huma l-prospetti li tfajliet, u anke nisa, jaraw għall-futur tagħhom; iżda dawn ma’ ġewx mill-ajru, jew waslu billi xi ħadd faqqa’ subgħajh u bħal maġija inbidlu l-affarijiet. Imma għaliex, id-deċiżjonijiet politiċi li ħa Gvern Laburista, mill2013 ’l hawn, wasslu biex in-nisa mhux biss isibu post tax-xogħol li minnu jaqilgħu l-għajxien, iżda ġab bidla wkoll li tmur lil hinn mill-post tax-xogħol. Gvern Laburista, matul is-snin ħadem biex iġib bidla, rajna żieda ta’ postijiet tax-xogħol u għalhekk naqas il-qgħad. Fil-fatt, minn xahar għall-ieħor ir-rata ta’ nies qiegħda qed tkompli tonqos. Statistika talNSO turi wkoll ċirkostanzi fejn ir-rata tan-nisa li jsibu impjieg tisboq dik tal-irġiel. In-numri rrapportati huma riżultat, fost oħrajn, ta’ numru ta’ iniz­ jatti­vi, bħas-servizz taċ-childcare

b’xejn, il-Klabb 3-16 fl-iskejjel, l-InWork Benefit, u t-tapering of benefits, jiġifieri t-tnaqqis gradwali, flok f’daqqa, tal-benefiċċji meta persuna tidħol fid-dinja tax-xogħol. Dan huma miżuri li daħlu fis-seħħ fl-aħħar żewġ leġiżlaturi, taħt Gvern Laburista, iżda, f’Marzu li għadda, il-poplu Malti reġa’ ta mandat ieħor b’saħħtu biex dak li nbena fl-aħħar disa’ snin ikompli jissaħħaħ. Għalhekk, dawn in-numri rekord mhux biss jinżammu, imma wkoll jintlaħaq rekord ġdid. Però, tajjeb li nagħtu ħarsa wkoll lejn dak li mistenni jwettaq Gvern Laburista fis-snin li ġejjin, sabiex ikompli jassigura aktar ugwaljanza. Aktar qabel, il-Kummissarju għallNCPE, tkellmet dwar l-indipendenza finanzjarja. Għal dan il-għan waħda mill-proposti fil-manifest Laburista hija li tingħata rifużjoni ta’ 30% tal-paga fuq medda ta’ tliet snin sa massimu ta’ €6,000 lil dawk li jimpjegaw nisa li għandhom aktar minn 40 sena u li kienu inattivi fis-


07

05.06.2022

IT-TKABBIR REALI AQWA MIT-TBASSIR Il-PGD Malti kiber b’darba u nofs iżjed mill-medja fl-UE fil-bidu tas-sena, minkejja r-restrizzjonijiet u l-elezzjoni Statistika uffiċjali fuq l-andament eko­ no­miku fl-ewwel tliet xhur tas-sena indikat li r-rata tat-tkabbir ta’ pajjiżna qed tisboq ferm kull tbassir. Fil-fatt, fl-ewwel kwart tal-2022, il-Prodott Gross Domestiku (PGD) kiber b’7.6%. Dan anke jekk, għas-sena sħiħa, il-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel tbassir ta’ 4.2% jew kważi nofs it-tkabbir osservat s’issa. Ir-rata ta’ tkabbir fl-ekonomija Malti­ ja osservata f’dan il-perjodu mhux biss hi darba u nofs il-medja Ewropea, imma hi wkoll l-ogħla waħda li ġiet osservata mis-sena mill-2017 ’l hawn. Dan jirriżulta minkejja li sa Marzu f’pajjiżna xorta kellna ħafna restrizzjonijiet biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-COVID-19, filwaqt li kienet għaddejja kampanja elettorali. Fi snin passati l-attività ekonomika, speċjalment il-konsum privat kif ukoll l-investiment, kienu jmajnaw xi ftit minħabba l-inċertezza li ġġib elezzjoni ġenerali. Din id-darba mhux talli kien hemm xi tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, imma talli f’dan il-kwart inkisbu rekords ekonomiċi ġodda. Fost żviluppi oħrajn jispikka l-fatt li l-konsum tal-familji fl-ewwel tliet xhur tas-sena qabeż il-€1.5 biljun għall-ewwel darba. Minbarra hekk il-livell ta’ investiment għall-ewwel darba qabeż is-€750 miljun fl-istess perjodu, fl-istess ħin li ntlaħaq rekord ta’ €6 biljun fl-esportazzjoni fi tliet xhur biss.

Privat

Pubbliku

Sena

Full-Time

Part-Time

Privat Total

Full-Time

Part-Time

Pubbliku Total

TOTAL

2017 2018 2019 2020 2021

6,826 8,273 8,089 4,764 6,080

3,853 3,499 3,111 1,543 2,558

10,679 11,772 11,200 6,307 8,638

209 173 186 151 226

359 387 374 238 665

568 560 560 389 891

11,247 12,332 11,760 6,696 9,529

suq tax-xogħol. Proposta oħra li ppropona l-Partit Laburista kienet dwar inċentiv ta’ tax credit sa massimu ta’ €50,000 għall-kumpaniji li jħaddmu aktar minn 50 persuna u jkollhom 40% tat-tmexxija eżekuttiva tagħhom nisa. Permezz ta’ din il-proposta, se tkun inċentivata l-preżenza fit-tmexxija ta’ intrapriżi privati. Iżda, din mhix l-unika proposta dwar in-nisa fit-tmexxija. Fil-fatt, proposta oħra fil-manifest hi dik li tingħata aktar għajnuna,

permezz ta’ inċentivi fiskali ġodda u seed funding, biex aktar nisa jiftħu negozju u jsiru intraprendituri. F’dawn il-ħames snin li ġejjin se tiżdied ukoll it-trasparenza fil-pagi. Dan billi sa mill-bidu tal-proċess tal-impjieg, l-applikanti għandhom ikollhom id-dritt li jkunu jafu l-pay bracket tax-xogħol li jkunu qed japplikaw għalih; u b’hekk tonqos il-possibbiltà ta‘ diskriminazzjoni fil-pagi fuq bażi tal-ġeneru. Dawn il-proposti se jiżdiedu ma’ dawk li diġà hemm fis-seħħ. Iżda,

is-servizz taċ-childcare b’xejn, li kien strumentali biex ħafna aktar nisa setgħu jagħżlu li jidħlu fid-dinja tax-xogħol, u aktar minn 20,000 tifel u tifla raw l-għajxien tal-familja tagħhom jitjieb, se jiġi estiż għat-tfal kollha, irrispettivament minn jekk il-ġenituri tagħhom jaħdmux jew le. Għalhekk, fiż-żmien li ġej, l-għadd ta’ nisa f’impjieg għandu jkom­pli jiżdied, waqt li iżjed ikunu f’pożizzjo­ nijiet ta’ tmexxija, differenza enormi għas-sitwazzjoni li konna mdorrijin naraw fil-passat.

Is-settur finanzjarju u dak tal-gaming, li skont il-PN kellhom jogħtru, raw żidiet Kważi nofs it-tkabbir ekonomiku kien dovut għas-setturi tal-ħwienet, trasport, lukandi u restoranti. Dawn issa fl-intier tagħhom huma kważi kważi lura għal li kienu qabel bdiet il-pandemija. Is-settur finanzjarju, li skont is-suppost esperti tal-Oppożizzjoni kellu jogħtor minħabba l-greylisting tal-Financial Action Task Force (FATF), żied il-valur miżjud b’4%, biex laħaq livell rekord ta’ attività. Anke l-gaming, settur li skont l-istess Oppożizzjoni Nazzjonalista kien se jgħaddi minn kriżi, esperjenza żieda tajba ta’ aktar minn 9%. Fl-istess ħin is-setturi diġitali komplew ikabbru l-operat u kienu responsabbli għal wieħed minn kull ħamsa mit-tkabbir ekonomiku osservat fl-ewwel kwart tas-sena. Il-livell ta’ pagi mħallsa f’pajjiżna laħaq livell rekord ta’ €1.7 biljun waqt li l-ammont ta’ profitti laħaq €1.8 biljun. Dan ifisser li, imqabbel mal-istess kwart fl-2019 qabel bdiet il-pandemija, kien hemm żieda ta’ €240 miljun f’pagi u ta’ €354 miljun fil-profitti.


08

05.06.2022

ERĠAJNA BL-INQAS QGĦAD F’APRIL UKOLL! Ir-rata ta’ qgħad f’Malta kompliet tonqos għal xahar ieħor, hekk kif f’April din kienet tlaħħaq biss it-3.1%, jew 0.3% inqas minn sena qabel. Din hi l-inqas rata osservata mindu bdiet tinġabar din l-istatistika lokalment. Skont l-uffiċċju tal-istatistika Ewropew, il-Eurostat, il-qgħad fl-UE issa jlaħħaq is-6.2%, kontra 7.5% tas-sena ta’ qabel. Fiż-Żona Ewro r-rata hi ta’ 6.8%, kontra t-8.2% fl-2021. Malta kienet il-pajjiż bit-tieni l-inqas rata ta’

qgħad fiż-Żona Ewro u r-raba’ l-inqas fl-UE kollha. L-ogħla rata ta’ qgħad hi dik ta’ 13.3%, li ġiet irreġistrata fi Spanja, waqt li l-inqas kienet dik fir-Repubblika Ċeka bi 2.4%. Fejn jidħlu ż-żgħażagħ, ir-rata ta’ qgħad f’Malta hi ta’ 6.8%, kontra l-medja Ewropea u taż-Żona Ewro ta’ kważi 14%. L-akbar rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ hi kważi 37% fil-Ġreċja, mentri l-inqas hi 5.7% fil-Ġermanja. Malta għandha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ

fost il-pajjiżi Ewropej kollha. Ta’ min ifakkar li fl-eqqel tar-riċessjoni tal2009, f’Diċembru ta’ dik is-sena pajjiżna kellu rata ta’ qgħad li kienet 7.3% jew aktar mid-doppju tar-rata preżenti, mentri l-qgħad fost iżżgħażagħ kien 16%, ukoll id-doppju tar-rata preżenti. F’Marzu 2013, qabel il-bidla fl-amministrazzjoni, Malta kellha rata ta’ qgħad ta’ 6%, mentri l-qgħad fost iż-żgħażagħ kien id-doppju t’hekk.

IS-SIBT IL-FUNERAL TA’ TONY ZARB TISLIMA XIERQA LIT-TREJDUNJONIST LI ĠĠIELED BIL-QALB KOLLHA GĦALL-ĦADDIEMA TUL ĦAJTU Il-funeral tal-Eks Segretarju Ġenerali tal-Gene­ ral Workers’ Union (GWU) Tony Zarb mistenni jsir nhar is-Sibt 11 ta’ Ġunju fl-10:00 a.m. fil-Knisja ta’ San Publiju, il-Furjana. Il-katavru tiegħu nġieb lura Malta fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa li għaddew mill-Belġju fejn miet waqt li kien qed jirċievi kura medika. Hu kellu 68 sena. L-ewwel dettalji ġew ippubblikati lbieraħ missit talk.mt, li hu proprjetà tal-kumpanija tal-istess unjin, Union Print. Fost l-oħrajn ingħad li korteo tal-funeral se jkun qed jibda minn quddiem il-Workers’ Memorial Building, is-sede tal-GWU, fi Triq Nofsinhar fil-Belt Valletta. Zarb għamel 17-il sena jmexxi lill-unjin bejn l-1998 u l-2015, l-itwal perjodu li dam Segretarju Ġenerali. Minkejja li s-saħħa naqsitlu fl-aħħar xhur, baqa’ jokkupa r-rwol ta’ Segretarju tat-Taqsima tal-Pensjonanti tal-unjin bl-istess determinazzjoni li ġġieled bil-qalb għall-ħaddiema għallgħexieren ta’ snin qabel. Il-ħasda bil-mewt bikrija ta’ Zarb il-Ħadd li għadda kienet riflessa wkoll fl-għadd kbir ta’ messaġġi li ntbagħtu minn dak tal-Prim Ministru Robert Abela sa mijiet minn ħaddiema komuni li esperjenzaw il-ħidma ta’ Zarb fi żminijiet diffiċli f’pajjiżna. Fil-fatt, Zarb mexxa lil din l-akbar trejdunjin taħt tliet amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, li mhux biss raw kif inaqqru kontinwament id-drittijiet tal-ħaddiema li kienu nkisbu mal-milja tassnin, iżda wkoll kellhom fil-mira tagħhom il-qerda ta’ din l-istess tarka tal-ħaddiema. Is-Segretarju Ġenerali attwali tal-GWU, Josef Bugeja, qal li, fuq bażi personali, jinsab bla kliem u jiddispjaċih għat-telfa ta’ ħabib kbir tiegħu li ddeskrivieh bħala “bniedem li ħabb lill-ħaddiem u lil Malta tul ħajtu kollha”. “Lil Tony Zarb ili nafu żmien twil. Professjonal­ ment tgħallimt ħafna mingħandu anke dwar negozjati li rajt isiru. Tlift ħabib li trabbejt u kbirt miegħu,” kompla Bugeja, waqt li ddikjara li, minnaħa l-oħra, il-ħaddiema f’Malta tilfu trejdunjo­ nist li ta qalbu għalihom kontinwament. Hu rrefera wkoll għall-kisbiet li għamlet il-GWU taħt it-tmexxija tiegħu biex jaraw li jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-ħaddiema, anke fi żminijiet diffiċli. Il-GWU sellmet il-memorja tal-Eks Segre­tarju Ġenerali fejn qalet li Zarb kien “wieħed mit-trejdunjonisti ewlenin ta’ Malta … bniedem li dejjem qabeż għaż-żgħir u għall-ħaddiem. Bniedem li se jibqa’ mfakkar għall-ħidma lejn it-trejdjunjoniżmu f’pajjiżna u d-drittijiet tal-ħaddiema. Kondoljanzi lill-familja u t-tieni familja tiegħu magħna fil-GWU. Strieħ fis-sliem.” Il-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Zarb u, fi stqarrija

uffiċjali, iddeskrivieh bħala pijunier favur is-Soċjaliżmu u l-ħaddiem. Il-Partit Nazzjonalista wkoll bagħat il-kondoljanzi tiegħu lil qrabatu. Sadanittant, fost trejdunjonisti oħrajn li ħadmu qribu, Tony Zahra qal li, bħala President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Restoranti (MHRA), jiftakar f’Zarb bħala pijunier tat-trejdunjoniżmu li ddedika ħajtu u l-enerġija kollha tiegħu biex itejjeb il-klassi tal-ħaddiema lokali u anke barra. “Kompletament ħieles mill-egoċentriżmu, Tony Zarb se jibqa’ mfakkar bħala ġellied u raġel ta’ karattru li rrappreżenta l-klassi tal-ħaddiema xellugija, progressiva u f’livell internazzjonali. M’hemmx dubju li r-relazzjonijiet industrijali se jħossu n-nuqqas ta’ entużjażmu u rieda tiegħu,” ingħad fi stqarrija tal-MHRA aktar kmieni din ilġimgħa. L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA), li spiss iffaċċjat lil Zarb fuq in-naħa l-oħra tal-mejda, qalet fi stqarrija aktar kmieni din il-ġimgħa li “bħala trejdunjonist devot, kellu rwol ewlieni fir-relazzjonijiet industrijali għal għexieren ta’ snin. Għalkemm sod fi twem­minu u negozjatur iebes, Zarb dejjem fehem l-importanza tal-promozzjoni u l-protezzjoni tal-interessi tal-ħaddiema, waqt li kien miftuħ għal djalogu soċjali malkomunità kummerċjali.”

TONY ZARB, Segretarju Ġenerali tal-GWU 1998-2015


09

05.06.2022

Fuq perjodu ta’ sitt snin, mindu ddaħħlet l-ekokontribuzzjoni ta’ 50ċ kull lejl mit-turisti li jżuruna, Malta ġabret iżjed minn €16.5 miljun biex jiġu investiti f’għadd ta’ proġetti speċifikament marbutin ma’ żoni turistiċi. Il-miżata, li kienet ġiet introdotta fl-1 ta’ Ġunju tal2016 bħala parti mil-Liġi dwar l-Ekokontribuzzjonijiet, issarrfet f’medja ta’ €2.75 miljun fis-sena, bl-aktar sena ta’ dħul tkun l-2019 meta nġabru iżjed minn €4.1 miljun. Dik l-istess sena, fejn ukoll irreġistrajna rekord ta’ turisti fostna, kienet l-aħħar waħda sħiħa qabel laqtitna l-pandemija talCOVID-19. Fil-fatt, id-dħul minn din l-istess ekokontribuzzjoni kien taħt iż-€2 miljun kemm fl-2020 kif ukoll fl-2021, it-tnejn iddominati mir-restrizzjonijiet, inkluż l-għeluq tal-Ajruport u l-portijiet għal numru ta’ xhur. Min-naħa l-oħra, l-ewwel tliet snin sħaħ li fiha nġabret l-ekokontribuzzjoni akkumu­ law iżjed minn €11.2 miljun waħedhom. Tagħrif li ngħata din ilġimgħa fil-Parlament mill-Ministru għall-Fi­nanzi u x-Xogħol Clyde Caruana jindika li sa nofs din is-sena se tkun diġà ntlaħqet iċ-ċifra miġbura matul is-sena li għaddiet kollha. Meta kien qed iwieġeb mistoqsija mid-Deputata Naz­zjo­ na­lista Graziella Galea dwar jekk l-ekokontribuzzjoni ta’ 50ċ kull lejl għal kull min iżur il-Gżejjer Maltin għadhiex tit­ ħal­las u kemm inġabar mindu ddaħħlet, Caruana elenka sena b’sena kemm kienu l-ammonti miġburin sal-inqas ċenteżmu. Minn tagħrif simili li ngħata riċentement lill-istess Deputata mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, li hu respon­ sabbli biex jamministra l-fondi, joħroġ li kien hemm numru ta’ proġetti li diġà saru fis-snin li għaddew bl-investiment tal-istess miljuni. Dawn ġew amministrati mill-Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Żoni Turisti­ ċi, li twaqqfet mill-Gvern Laburista wkoll, l-Awtorità Malti­ ja għat-Turiżmu (MTA) u anke mill-Ministeru nnifsu. Fost il-proġetti li saru b’dawn il-fondi mwarrbin kien hemm titjib u tisbiħ f’għadd ta’ bajjiet, parkeġġ ġdid fl-Għadira għal madwar 300 karozza, ittwaqqif ta’ taqsima għal tindif u manutenzjoni speċifikament għal San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra u x-Xemxija, im-

Ritratt: VISITMALTA

DĦUL TA’ €16.5M MIT-TURIŻMU INVESTIT LURA F’ŻONI TURISTIĊI

SENA

AMMONT

2016*

€904,682.67

2017

€3,170,952.51

2018

€3,995,101.00

2019

€4,152,918.52

2020**

€1,890,321.87

2021**

€1,412,912.93

2022***

€1,028,622.56

TOTAL

€16,515,512.06

*b’effett mill-1 ta’ Ġunju **restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar minħabba l-pandemija tal-COVID-19 ***tagħrif sat-23 ta’ Mejju

mudellar 3D tas-sejbiet arke- ta’ dawn it-turisti kienu ġejjin minn tliet darbiet. oloġiċi f’qiegħ il-baħar bħala minn stati fl-Unjoni Ewropea Meta wieħed iqabbel l-anparti mill-iżvilupp tal-industri- stess, għalkemm żdiedu wkoll dament fl-ewwel terz tas-sena ja tal-għadis, xogħlijiet infras- dawk minn pajjiżi terzi. Kważi ma’ dawk fl-istess żmien fltrutturali mal-promenades ta’ 40% kienu ġejjin minn tlett is- 2019, qabel bdiet il-pandemija, Buġibba u l-Qawra, ir-riġener- wieq biss – il-Ġermanja, Franza jirriżulta li l-ammont ta’ turisti azzjoni ta’ Paceville, u r-rest- u l-Italja. Skont l-NSO, in-nefqa laħaq iż-żewg terzi tal-andaawr ta’ ġnien storiku f’Ħal Safi medja tat-turisti li żaruna ment dak iż-żmien, filwaqt li (Ġnien tal-Kmand) u tisbiħ fi kienet ta’ kważi €115 kull lejl li n-nefqa totali hi kważi 70% ta’ ġnien ieħor f’Ħal Għaxaq (Ġnien qagħdu fostna. dik li kienet. Ġirolamo Cassar). Fattur ewlieni għal Minbarra hekk, iżda, dan kien l-andament il-KullĦadd hi infurmaferm pożittiv li kien ta wkoll li, grazzi għal hemm fil-ġimgħa taldawn il-fondi, dalwaqt Għid, li wassal biex f’setiġi installata wkoll Sa April ġew fostna mal-430,000 bat ijiem biss għaddew latrina awtomatika li mill-Ajruport ta’ pajjiżtitnaddaf waħedha fi turist, żieda ta’ disa’ darbiet iżjed na kważi kemm kienu Pjazza Tritoni fil-Belt daħlu turisti f’xahar mill-istess perjodu sena ilu Valletta. Dan mistenni medju fl-ewwel kwart jservi bħala proġett pitas-sena. lota biex fiż-żmien li ġej jitniedu Mill-bidu tas-sena sa April aktar automated public conve- ġew fostna b’kollox kważi L-2022 is-sena niences f’postijiet oħrajn popo- 430,000 turist, żieda ta’ disa’ tal-irkupru turistiku lari mat-turisti. darbiet iżjed imqabbel mal-istess perjodu sena ilu. Dawn Sadanittant, stħarriġ ippubbL-akbar għadd ta’ it-turisti qattgħu 3.1 miljun lejl likat riċentement mill-Assoċturisti fi 30 xahar f’pajjiżna, żieda ta’ 382% fuq jazzjoni Turistika Għawdxija l-2021, waqt li l-ispiża ta’ dawn (GTA) wera kif l-ewwel erba’ Skont l-Uffiċċju Nazzjonali il-persuni laħqet it-€305 mil- xhur ta’ din is-sena kellhom tal-Ista­tistika (NSO), f’April li jun, jew seba’ darbiet dik ta’ effett pożittiv qawwi fuq l-ingħadda ġew f’pajjiżna ftit in- bejn Jannar u April tas-sena li dustrija, b’indikazzjoni li din qas minn 195,000 turist. Dan għaddiet. is-sena tassew se tara l-irkupru kien l-akbar ammont ta’ turisti Fil-maġġoranza tagħhom proprju għat-turiżmu inġenerli żaru lil Malta fi kważi 30 xa- it-turisti qagħdu f’lukandi, ali. har, tant li kien ilu minn Ottub- b’żieda ta’ kważi 11-il darba fuq L-istħarriġ fost is-setturi ru tal-2019 ma jkollna ammont l-2021. Kien hemm żieda inqas tal-akkomodazzjoni, restorandaqstant kbir ta’ viżitaturi. fit-turisti li joqogħdu f’residen- ti, ċentri għall-għaddasa, atJirriżulta li l-maġġoranza zi privati, bi tkabbir ta’ aktar trazzjonijiet turistiċi, trasport,

tour operators, aġenziji tal-ivvjaġġar, proprjetà u kumpaniji ta’ konsulenza fuq it-turiżmu wera li 53% tal-istabbilimenti rreġistraw żieda fin-negozju fuq l-erba’ xhur ta’ qabel. Iżjed minn hekk, 57% wieġbu li l-effett tas-suq barrani fuq in-negozju tagħhom kien aħjar mill-istess perjodu ta’ Jannar-April tal-2021. Dawk intervistati kienu mitlubin speċifikament jindikaw kif in-negozju tagħhom intlaqat fil-perjodu tal-Għid fejn 60% iddikjaraw li dan kien aħjar minn dak tas-sena l-oħra, waqt li 27% qalu li dan kien l-istess. L-operaturi turistiċi ġew mistoqsijin ukoll biex jindikaw xi dħul kellhom fl-ewwel erba’ xhur tal-2022 fejn 53% stqarrew li esperjenzaw titjib fuq l-2021, waqt li 30% qalu li dan kien fuq l-istess livell. Meta ntalbu jindikaw id-diffikultajiet fin-negozju, 77% mill-parteċipanti indikaw iż-żieda fl-ispejjeż operattivi, waqt li 74% indikaw in-nuqqas ta’ staff. F’dan ir-rigward, 61% qalu li mill-inqas 70% tal-ħaddiema tagħhom huma barranin. Finalment 43% qed jantiċipaw negozju aħjar matul din is-sena, waqt li 23% oħrajn qed ibassru sena tajba ħafna, għalkemm mhux se taqbeż il-livelli tal-2019.


10

05.06.2022

€200M INVESTITI

€17M F’GĦAJNUNA LI TOĦLOQ “EKOSISTEMA IDEALI” GĦAS-STARTUPS F’dawn l-aħħar sentejn tal-pande­ mi­ja l-Mal­ta Enterprise investiet mas-€17-il miljun f’aktar minn 90 intra­priża żgħira jew startups, f’dik li qed tissejjaħ “ekosistema ideali” għal negozji simili li qed ikomplu jimirħu fostna b’rata mgħaġ­ġla u anke jrendu taj­jeb għall-ekonomija u għas-suq tax-xogħol. Permezz ta’ miżuri speċifiċi t’appoġġ li għandha, din l-entità governattiva qiegħda tkompli tagħmel minn pajjiżna kalamita għal negozji simili lokali u internazzjonali li jispeċjalizzaw f’niċeċ bħat-teknoloġija medika, xjenzi, riċerka, teknoloġija tal-informatika u intelliġenza artifiċjali (AI), fost oħrajn. Ġimagħtejn ilu, din il-gazzetta stess irrapportat kif mill-2020 ’l hawn, fl-eqqel ta’ pandemija globa­ li, il-Malta Enterprise approvat akta­r minn 80 proġett ta’ kumpaniji startups. Dawn se jkunu qed jinvestu aktar minn €30 miljun fl-ekonomija Maltija fuq medda ta’ tliet snin u se jkunu qed joħolqu aktar minn 1,000 karriera ta’ kwalità f’setturi varji fost l-aktar teknoloġiċi u speċjalizzati. Dawn għalhekk se jkom­ plu anke jsaħħu l-ħiliet f’pajjiżna. Meta nhar it-Tlieta kienet qiegħda twieġeb mistoqsija tad-Deputata Laburista Amanda Spiteri Grech dwar kemm kien hemm startups li gawdew mill-inċentivi tal-Malta Enterprise, il-Ministru Mi­riam Dalli, li hi responsabbli, qalet li, fl-2020 u l-2021 waħedhom, mal-91 startup ibbene­fikaw minn għajnuna li tammonta għal aktar minn €17-il miljun. Hu mifhum li dawn is-€17-il miljun, li ġew investiti mill-Malta Enterprise, mhux kollha għadhom tħab-

bru l-proġetti tagħhom u allura għadhom iridu jrendu dħul ieħor fl-ekonomija, waqt li jżidu l-opportunitajiet ta’ xogħol fiż-żmien li ġej. Waqt li elenkat id-diversi miżuri ta’ appoġġ, bħall-B Start, Startup Finance, Startup Advance, Business Start, il-Ministru saħqet li “dan il-Gvern hu impenjat li jkompli jaħdem biex jagħmel minn pajjiżna hub għall-istartups. Grazzi għall-ħidma tal-Malta Enterprise, qed tinħoloq ekosistema għallistartups li hi ferm attraenti. F’dinja ekonomika ta’ wara l-COVID, irridu ninċentivaw lil min għandu ideat innovattivi, f’oqsma bħalma huma l-Fintech, Medtech, Cyber security, biometrics, AI, drones u digital gaming, fost oħrajn.” Sadanittant, minn dak irrapportat ukoll fil-ħarġa tal-KullĦadd tat22 ta’ Mejju li għadda, joħroġ li nofs dawn l-istartups huma mmexxijin minn imprendituri Maltin. Madankollu, aktar ma jgħaddi żmien, Mal­ ta qiegħda ssir ukoll il-post ideali għal startups internazzjonali, li ġejjin minn pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Istati Uniti, it-Turkija, l-Olanda u Iżrael, fost oħrajn. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enter­ prise, Kurt Farrugia, kien ikkwo­ tat jgħid li “l-istartups mhux biss qegħdin joħolqu niċeċ ekonomiċi ġodda li, bla dubju, jkomplu jiddi­ ver­sifikaw l-ekonomija, imma qed joħolqu impjiegi għall-istudenti Mal­­tin li ħerġin minn istituzzjoni­ jiet edukattivi. Fl-istess ħin jattiraw talenti internazzjonali li qed iġibu magħhom ħiliet ġodda lejn Malta. Dan hu l-iskop tal-inċentivi li noffru mill-Malta Enterprise u li huma fost l-aqwa fl-Ewropa għal startups mid-dinja kollha.”

Fi tmien snin kollox, is-Servizz Pubbliku nbidel minn wieħed li t-tgergir fuqu kien spiss jitfgħu fi kwistjonijiet politiċi għal wieħed li llum – minbarra li kontinwa­ ment jirbaħ unuri internazzjona­li – jis­ tab­bilixxi postu fost l-ogħla standards Ewropej fid-dmirijiet ta’ gvernijiet lejn iċ-ċittadini rispettivi tagħhom. Dan kien possibbli grazzi għal investiment ta’ madwar €200 kemm fl-infrastruttura li jopera bih, imma wkoll f’taħriġ għall-ħaddiema li joffruh. Mhux ta’ b’xejn li, skont ċifri Ewropej, hemm 72% tal-poplu Malti u Għawdxi li jiddikjara li hu sodisfatt bis-servizz mogħti lilu. Dan hu parti sew mil-legat li qed iħalli warajh l-Eks Kap tas-Servizz Pubbliku, Mario Cutajar, li rtira fil-31 ta’ Mejju wara 47 sena karriera bħala uffiċjal pubbliku li matul­hom ħadem f’għadd ta’ dipartimenti, ministeri, u entitajiet. Cutajar inħatar Segretarju Permanenti Ewlieni tal-Gvern u Segretarju tal-Kabinett f’Marzu tal-2013. Matul dawn is-snin is-Servizz Pubbliku għamel qabża kbira ’l quddiem, grazzi għad-determinazzjoni ta’ Cutajar li jibdlu minn wieħed staġnat, bla ideat, b’ħaddiema demotivati u nuqqas ta’ servizz kif jixraq lill-pubbliku li jiffinanzjah, sitwazzjoni li bir-raġun kienet qed iġġib mhux biss stmerrija imma wkoll tgergir ġustifikat. It-tiġdid tas-Servizz Pubbliku sar bi pjan għaqli, li beda b’sentejn ta’ evalwazzjoni tas-sitwazzjoni, kejl ta’ fejn kien jinsab u pjan ta’ fejn dan ried li jittieħed f’qasir żmien bil-pjani meħtieġa ħalli tintlaħaq il-viżjoni mfassla. Ħames snin ilu twaqqfu servizz.gov u l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) u ħafna mit-tiġdid sar permezz tagħhom. Bl-IPS iwassal il-messaġġ intern u tħarrġu n-nies biex jinbidel il-mod kif jingħata s-servizz, filwaqt li bil-faċilitajiet numerużi u aktar aċċessibbli ta’ servizz.gov inbidel fil-prattika l-mod kif jingħata s-servizz. Bil-bidliet u r-riformi interni, l-amministrazzjoni pubblika tat sinjali ċari sa mill-bidu nett li temmen fid-delega tad-deċiżjonijiet biex bi sforz kollettiv, jiġi attwat malajr it-tiġdid meħtieġ. Il-pjan imfassal mill-Kap taċ-Ċivil kien ibbażat fuq it-twettiq tal-viżjoni ta’ servizzi pubbliċi ta’ kwalità u aċċessibbli 24 siegħa kuljum is-sena kollha. Din kienet il-bażi u l-qofol tat-tiġdid tasServizz Pubbliku. Viżjoni li għall-ewwel darba, bdiet iddaħħal il-kultura tal-klijenti – li s-Servizz Pubbliku għandu l-klijenti tiegħu. B’kuntrast ma’ riformi preċedenti, dan it-tiġdid kien qed iħares ’il barra wkoll u mhux biss ’il ġewwa. L-attenzjoni ntefgħet fuq in-nies li jagħmlu użu mis-servizzi pubbliċi u l-ħtiġijiet tagħhom. Imma wkoll viżjoni b’aċċenn qawwi fuq is-servizz u l-kwalità li biex jintlaħqu kien hemm investiment qawwi fit-teknoloġija li bdiet tkun meqjusa bħala ċ-ċavetta għal ħafna mit-tibdil meħtieġ. F’din ir-riforma mill-qiegħ tas-Ser­ vizz Pubbliku, Cutajar ra li kulħadd ikun milħuq biex jingħata s-servizz dovut. Għalhekk filwaqt li t-teknoloġija kellha tkun iċ-ċavetta għal Servizz Pubbliku aħjar, il-hubs reġjonali ta’ servizz. gov kellhom ikunu, u huma, referenza għal dawk li mhumiex daqshekk komdi

mat-teknoloġija. Meta qed insemmu investiment fil-qasam teknoloġiku għal dan it-tiġdid, qed insemmu investiment sostanzjali u bla preċedent ta’ €200 miljun fuq sitt snin. L-investiment ma sarx biss fl-infrastruttura. Kien hemm ukoll investiment dirett fil-ħaddiema.

F’perjodu ta’ seba’ snin aktar minn 86,000 parteċipant ingħataw taħriġ f’diversi oqsma, waqt li ngħataw iżjed minn 620 sponsorship f’korsijiet li jwasslu anke sa Master’s degree Saru għadd sostanzjali ta’ korsijiet, tant li mill-2013 sal-2020 aktar minn 86,000 parteċipant ingħataw taħriġ


11

05.06.2022

FIS-SERVIZZ PUBBLIKU MILL-2013 Mod ieħor effettiv biex is-Servizz Pubbliku jikkomunika u jasal b’mod ef­ fettiv għand in-nies kien l-avvenimen­ ti tal-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku. B’differenza minn dak li kien isir qabel, il-ġranet iddedikati għas-Servizz Pubb­ liku ma baqgħux ġranet, imma saru ġimgħat ta’ attivitajiet ikkonċentrati biex iwasslu lis-Servizz Pubbliku dejjem iżjed għand in-nies. Għall-ewwel darba, bħala parti millĠimgħa għas-Servizz Pubbliku, bdew jitqassmu Quality Awards lil diparti­ menti u entitajiet li taw servizz ta’ eċċel­ lenza. Għaldaqstant, ir-riformi b’ħeffa li saru biex is-Servizz Pubbliku jiġġedded f’qasir żmien u li kellhom l-appoġġ sħiħ tal-ħaddiema involuti, wasslu biex minn kwistjoni politika l-pajjiż igawdi minn servizz li jirbaħ l-unuri anke internaz­ zjonali. Illum is-Servizz Pubbliku qed ikun aġent tal-bidla, grazzi għal din irrifor­ma mmexxija minn Mario Cutajar, waqt li stati oħrajn u studjużi jikkopjaw l-istess mudell Malti. Is-“Servizz” taħt tmexxija ġdida

f’diversi oqsma li jvarjaw mit-teknoloġi­ ja tal-informatika (IT), għal maniġ­ ment, komunikazzjoni u proċeduri ta’ xiri pubb­liku, fost oħrajn. Barra minn hekk, fl-istess perjodu ngħataw ’il fuq minn 620 sponsorship f’diversi korsi­jiet li jvarjaw minn ċertifikati sal-livell ta’ Master’s degree, kemm f’istituzzjoni­ jiet u universitajiet lokali kif ukoll dawk barra minn xtutna. Dan ix-xogħol tal-IPS kien ikkum­ plimentat bit-tnedija tal-IPS Student Scheme, li toffri l-aqwa opportunità lill-istudenti kollha li jixtiequ jistud­ jaw għall-BA Honours Public Policy and Management jew għall-BA Honours in Procurement and Finance. Dan kollu bir-raġun ta r-riżulta­ ti. Sta­tistika li bdiet tiġi ppubblikata turi rati ta’ miżuri implimentati għol­ jin, b’persentaġġi ta’ 68%, 70%, 79%, 74%, u 65% fis-sitwazzjoni bla preċe­ dent ta’ pandemija. B’kollox, matul dawn l-aħħar snin, twettqu ’l fuq minn 1,600 miżura. Għall-ewwel darba wkoll, il-miżuri tal-Baġit bdew jiġu allinjati mal-miri tal-Iżvilupp Sostenibbli talĠnus Magħquda. Il-pubblikazzjoni “Miżuri ta’ Simpli­ fikazzjoni” wkoll turi riżultati miġjuba minn din ir-riforma li beda Mario Cuta­ jar. Tant li din turi li f’dawn l-aħħar snin,

twettqu ’l fuq minn 1,070 miżura li permezz tagħhom tnaqqas il-piż tal-burokrazija. Tibdil pożittiv ieħor kien fir-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali. Jirri­ żulta li matul is-snin int­ laħqet medja ta’ madwar 80% fl-impli­mentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomanda­ zzjonijiet. Minn rapporti li ftit li xejn kienet tittieħed azzjoni dwarhom, issa s-Servizz Pubbliku wasal f’sitwazzjoni li l-awditu­ ri jmorru f’dipartimenti u f’entitajiet tal-Gvern u jiċċer­ tifikaw prattiċi tajbin għax ma jkunu sabu xejn x’jirrappurtaw. Pożittivi wkoll ir-riżultati fejn jidħol l-Ombudsman. Tant li meta wieħed jikkunsidra t-13-il miljun tranżazzjoni li jwettaq is-Servizz Pubbli­ ku f’sena, u tqabbel kemm waslu ilmenti għand l-Ombudsman, dawn jikkonvertu ruħhom f’persentaġġ insinifikanti ta’ 0.003%. Sas-sena 2020, meta wieħed jara l-każi kollha li kienu għadhom pen­ denti f’għeluq is-sena, minn 92 każ, 16 biss kienu jinsabu pendenti għand ilminis­teri, tlieta kienu sospiżi minħabba

Tony Sultana, il-Kap il-ġdid taċ-Ċivil proċeduri legali u 73 każ kienu jinsabu għand l-Ombudsman stess. Is-Servizz Pubbliku determinat li bl-istrutturi so­ lidi li nbnew, jibqa’ jagħti dawn ir-ren­ dikonti b’mod annwali.

Is-Servizz Pubbliku għandu kap ġdid, hekk kif minn din il-ġimgħa Tony Sul­ tana beda jaqdi r-rwol ta’ Segretarju Permanenti Ewlieni. Din il-ħatra waslet wara n-nomina mill-Prim Ministru Rob­ ert Abela, u l-approvazzjoni sussegwen­ ti tal-Kabinett tal-Ministri u l-Kummis­ sjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Sultana, li jġib miegħu esperjenza vasta ta’ mill-inqas 36 sena fis-Settur Pubbliku, kien pijunier fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji relatati mat-teknoloġija tal-informatika talGvern. Il-bidu tal-karriera tiegħu jmur lura għall-1986 maċ-Ċentru tal-Kompjuters tal-Gvern, iżda matul is-snin kien stru­ mentali fl-implimentazzjoni tar-rifor­ ma tat-taxxa u sistemi ħolistiċi oħrajn. Fost l-oħrajn, Sultana kellu r-respons­ abbiltà li jikkordina l-bidla għallewro tas-sistemi tal-informatika, ir-respon­sabbiltà tas-sistema tal-utilitajiet u ħa sehem fl-im­ plimentazzjoni ta’ Integrated Utilities Business Systems. Minn April tal-2013, hu ser­va bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Te­ knoloġija tal-Informatika (MITA) wara li kellu diversi karigi maniġerjali għoljin fi ħdan l-istess entità. Tul il-mandat tiegħu, hu ffoka fuq it-tisħiħ u l-immodern­ izzar tas-sistemi diġitali talICT tal-Gvern, bi prijorità fuq is-sigurtà. Minn nhar l-Erbgħa li għadda, Sultana ħa post Mario Cutajar li mexxa s-Servizz Pubbliku fl-aħħar disa’ snin u li issa qed jirtira bl-età. Fl-aħħar jiem, kemm Cutajar kif ukoll Sultana għamlu diversi żjarat flimkien bi tħejjija għal din il-bidla fit-tmun tasServizz Pubbliku. Huma ltaqgħu, fost l-oħrajn, malPre­sident tar-Repubblika George Vel­la, mal-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Far­ rugia, mal-Aw­ditur Ġenerali Charles De­ guara u mal-membri tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.


12

05.06.2022

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIĊ-ĊENTRU TA’ FUTUR SOSTENIBBLI

MIRIAM DALLI Ministru

L-ideoloġija taż-żgħażagħ għal futur sostenibbli tixprunana ’l quddiem biex inwettqu l-bidla li hemm bżonn. Fuq quddiem, iż-żgħażagħ jaraw it-tibdil fil-klima bħala waħda mill-akbar sfidi preżenti u bir-raġun. Għax it-tibdil fil-klima jaffettwa l-għajxien ta’ kull wieħed u waħda minna u l-ambjent ta’ madwarna. F’konferenza għażżgħażagħ, li organizzajna għażżgħażagħ, flimkien mal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, ħadt gost nisma’ liż-żgħażagħ jitkell-

mu b’mod liberu dwar x’jaħsbu li politika sostenibbli verament tfisser għalihom. Għamilna dan l-eżerċizzju għax verament irridu nwettqu l-bidla għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin, fejn noħolqu Malta aktar sostenibbli. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq tliet temi prinċipali: it-trasport, il-green jobs u t-tħaddir urban. Fuq kollox, is-sostenibilità f’dawn it-tliet oqsma huma fost il-wegħdiet prinċipali li l-elettorat fuqhom għażel lill-Partit Laburista biex imexxi l-Gvern għal dawn il-ħames snin. Is-sostenibilità ma tinkisibx billi jiġu implimentati xi numru ta’ miżuri, iżda billi kull wieħed u waħda minna jagħmel il-parti tiegħu, fl-għażliet tiegħu ta’ kuljum. Għażliet li jiddeterminaw x’tip ta’ ħajja qed ngħixu u f’liema ambjent irridu ngħixu. X’tip ta’ prodotti nixtru, x’servizzi jiġu offruti, x’għażliet hemm għall-konsumaturi u għan-negozji u x’inhi l-Malta li naspiraw li jkollna. Nafu, li l-viżjoni hija ta’ ekonomija li ma tniġġisx sal-2050. Dan il-Gvern qiegħed jaħdem biex jinċentiva

l-bidla. Iżda int, x’qed tagħmel? Ħafna drabi d-diskussjoni fuq dan is-suġġett iddur madwar it-trasport u x’mezzi nużaw biex nivvjaġġaw. Dan għax nafu kemm is-settur tat-trasport iniġġes. L-għażla tal-mezzi tat-trasport tagħmel differenza kbira: il-mixi, ir-rota, l-iscooters, il-vetturi elettriċi, it-trasport pubbliku, il-car pooling u l-car sharing huma kollha mezzi differenti ta’ trasport li bihom nistgħu nagħmlu d-differenza. Dan ma jgħoddx biss għallħajja tagħna ta’ kuljum, imma jgħodd anke għan-negozji. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar nieħu gost nisma’ b’kumpaniji li bil-mod il-mod qegħdin idawru l-flotta tagħhom għal waħda elettrika. Punt mill-ideat tażżgħażagħ li laqatni kien dwar kif l-użu tat-trasport pubbliku m’għandux biss benefiċċji ambjentali iżda jaf jagħti lura lill-komunità l-komunikazzjoni u l-inkontri soċjali li f’din il-ħajja mgħaġġla tal-lum qed jinqatgħu. Anke minn hawn joħroġ biċ-ċar kif is-sostenibilità tgħaqqad komunità għax

tħares lejn il-benesseri tal-individwu. Kif dejjem nisħqu, neħtieġu bidla kulturali, bl-appoġġ tat-tibdil infrastrutturali. Il-futur ifisser li nassiguraw postijiet tax-xogħol ta’ kwalità. Li nagħtu l-għodod neċessarji lill-ħaddiema tal-lum ifisser li nistgħu ngħaddu dawn ilħiliet liż-żgħar filwaqt li nkunu qed inħeġġu lill-innovaturi jiżviluppaw l-ideat tagħhom. Filwaqt li bħala Gvern irridu nħeġġu din il-bidla, jinħolqu l-opportunitajiet, is-settur privat irid jaħtaf dawn l-opportunitajiet. Is-settur pubbliku għandu jservi ta’ eżempju. Proġetti innovattivi għandhom il-kapaċità li joħolqu postijiet tax-xogħol ġodda, speċjalment meta qed nitkellmu dwar il-blue u l-green jobs. Li nagħmlu għad-dispożizzjoni tal-imprendituri, is-servizzi u r-riżorsi neċessarji nistgħu nsaħħu s-sostenibilità u l-innovazzjoni. Bil-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda, iżżgħażagħ kapaċi jkunu game changers fl-ekonomija Maltija permezz ta’ setturi innovattivi.

Matul dawn id-diskussjonijiet stajt nara biċ-ċar li l-qasam ambjentali huwa verament għal qalb dawn iż-żgħażagħ. L-aspirazzjoni ta’ dawn iżżagħżagħ hija waħda ċara, dik għal pajjiż li jkun dekarbonizzat u ambjentalment sostenibbli. Aspirazzjonijiet li jmorru id f’id ma’ dak li rridu nwettqu. Irridu nkomplu nsaħħu l-qasam ambjentali bi proġetti ta’ aktar spazji miftuħa u rikreattivi, aktar żoni pedonali ġewwa l-irħula tagħna – fejn ċerti lokalitajiet diġà hemm żoni pedonali. Għal dawn l-aħħar sena u nofs ħdimna biex nibdew inżidu l-ispazji ħodor fil-komunitajiet u determinati biex inwasslu l-wegħda tal-manifest elettorali li ninvestu €700 miljun fl-ispazji miftuħa. Anke fil-ħolqien ta’ spazji miftuħa rridu nkunu sostenibbli: x’tip ta’ materjal jintuża, il-konsum tal-ilma, il-protezzjoni tar-riżorsi u aktar. Kommessi li nwasslu din il-bidla u nħares ’il quddiem biex dawn is-snin iservu ta’ bidla tanġibbli għall-benefiċċju ta’ pajjiżna.

GVERN TA’ SPALLA GĦAN-NEGOZJI U L-FAMILJI

EDWARD ZAMMIT LEWIS

Membru Parlamentari

M’hemmx dubju li dan hu żmien partikolari li ninsabu għaddejjin minnu. Dinja, Ewropa u Malta li qiegħda toħroġ minn pandemija u tagħmel irkupru f’kull qasam tal-ħajja. Dlonk faqqgħet gwerra fl-Ewropa stess li mhux biss hija ta’ theddida għas-sigurtà tagħna, però wasslet għal inflazzjoni, għoli fil-prezzijiet tal-enerġija, għoli fil-prezzijiet tal-ikel u

tat-trasport. Il-Partit Laburista baqa’ filGvern wara rebħa elettorali liema bħalha. Madanakollu, l-isfidi għall-Gvernijiet Laburisti sa mis-sena 2013 qatt ma waqfu. Irridu ngħidu li pajjiżna baqa’ għaddej u anzi mar tajjeb meta wieħed iqabbel ma’ kif marru pajjiżi oħrajn Ewropej. Il-Gvern Laburista bagħat sinjal pożittiv lill-pajjiż kollu li iva Malta u Għawdex se jimxu ’l quddiem fin-normalità, l-istabbilità u andament ekonomiku b’saħħtu. Dan mhux qed ngħidu jiena, imma qiegħda tgħidu l-UE li bassret li Malta ser ikollha l-akbar tkabbir ekonomiku fis-snin li ġejjin. Fil-fatt, fl-ewwel kwart ta’ din is-sena it-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna kien ta’ 7.6%, darba u nofs aktar mit-tkabbir osservat fiż-Żona Ewro. Dan li qed jiġri mhux b’kumbinazzjoni. Huwa riżultat ta’ deċiżjonijiet ibsin li ħa l-Gvern. Il-Gvern Laburista huwa l-Gvern li jpoġġi lil Malta l-eww-

el u qabel kollox u li verament iħobb lil pajjiżu. Ħaddieħor, tul dan iż-żmien kien medhi fl-attakki personali fuqna l-politiċi Laburisti u sabiex ikattar il-mibegħda f’pajjiżna. Dan huwa riżultat ta’ miżuri importanti li ħa l-Gvern sabiex ikun ta’ spalla għal kulħadd; • Żamm prezzijiet stabbli tal-enerġija u l-fuel għan-negozji u għall-familji. Prezzijiet li huma fost l-orħos fl-Ewropa; • Miżura ta’ €70M ċekkijiet lin-nies bħala ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa u ċekkijiet bħala stimulu ekonomiku; • Skema ta’ sussidju temporanju għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet sabiex tkun garantita s-sigurtà tal-ikel lokali u tnaqqas l-impatt taż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel; • Għajnuna għal stabbiltà fil-provvista u fil-prezzijiet tal-qamħ u l-ġwież. Għalhekk dan hu żmien fejn verament min hu ta’ rieda tajba u appoġġja jew minn dejjem

jew f’dawn l-aħħar elezzjonijiet lill-Partit Laburista għandu sabiex iserraħ rasu li dan il-Gvern reġa’ qiegħed hemm sabiex ikun ta’ spalla għannies, ġejjin minn fejn ġejjin, u minkejja l-isfidi kbar li hemm quddiemna. Dan il-pajjiż ser jibqa’ għaddej fuq erba’ pilastri importanti: ekonomija, drittijiet ċivili u xibka soċjali għal dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Ekonomija tfisser li hemm bżonn li t-tkabbir ekonomiku jibqa’ b’saħħtu u sostenibbli. Dan hu kruċjali. Tul dan iż-żmien kollu bqajna l-ewwel fl-Ewropa u ta’ quddiem fid-dinja fejn jidħlu drittijiet ċivili sabiex il-minoranzi ta’ kull tip jgħixu f’pajjiżna bħal ħaddieħor. Bqajna dejjem inniedu miżuri sabiex dawk l-aktar vulnerabbli nagħtuhom aktar dinjità u saħħa ekonomika fis-soċjetà tagħna sabiex ħadd ma jibqa’ lura. Ir-raba’ pilastru huwa dak tas-salt-

na tad-dritt li tant sar xogħol fuqu f’dawn l-aħħar sentejn u nħossni privileġġjat li kont jiena fit-tmun ta’ riformi kostituzzjonali u istituzzjonali bla preċedent li saħħew ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna barra minn xtutna. Nikkonkludi din il-kontribuzzjoni tiegħi billi nagħmel referenza għal dak li qal wieħed mill-aħjar Presidenti Amerikani Franklin D. Roosevelt: “In politics, nothing happens by accident. If it happens, you can bet it was planned that way.” Mhux ta’ b’xejn għalhekk li kawża ta’ miżuri u deċiżjonijiet tajba talGvern, fl-ewwel kwart ta’ din is-sena għandna l-ogħla livell ta’ konsum privat qatt osservat, l-ogħla livell t’investiment u kif ukoll l-ogħla livell ta’ pagi għall-ħaddiema tagħna. Għalhekk il-poplu Malti u Għawdxi jafda lill-Gvern Laburista, għaliex huwa Gvern ta’ spalla għan-negozji u għall-familji.


13

05.06.2022

IT-TRAFFIKU FUQ NETT TAL-AĠENDA

AARON FARRUGIA Ministru

Bħal kull sewwieq ma nistenna xejn inqas minn toroq tajbin u ta’ kwalità u l-possibilità li nasal minn post għal ieħor f’qasir żmien. Mhux biss għax bħal kulħadd, m’għandix paċenzja nistenna jew nagħmel ħinijiet twal wieqaf fil-karozza, imma għax nifhem l-impatt li t-traffiku għandu fuq saħħitna, fuq l-ekonomija u fuq in-negozji. Għalhekk qed nagħmel ittraf­fi ku waħda mill-isfidi l-iktar importanti fil-ħidma u l-pjanijiet tiegħi. Mhux għax dan hu fenomenu f’Malta biss. Kull min għex barra jaf li l-ibliet Ewropej diffiċċli ssuq fihom - minn Milan sa Pariġi u minn Brussell sa Londra – l-iġġammjar li jkun hemm f’ħinijiet tal-ġurnata minħabba t-traffiku jaqtgħu qalb kull min irid juża l-karozza. Iżda dan għandu riperkussjonijiet fuqna lkoll u nemmen li hemm ħafna xi jsir biex nindirizzaw dan f’Malta fuq quddiem nett permezz ta’ integrated transport planning. It-traffiku, lil hinn mill-fatt li Malta għandha popolazzjoni densa u li għandha nuqqas ta’ trasport alternattiv bħal ngħidu aħna trasport tal-massa li jinkludi ferroviji u metro, hu kaġunat minn rush hours jew peak hours f’ħinijiet partikola­ ri. Normalment il-ħinijiet meta ħafna jkunu qed isuqu lejn u mix-xogħol għad-dar. Hemm imbagħad l-aċċidenti li ikbar ma jkun l-impatt u iktar ma jsir f’żona sensittiva, ikbar hu t-traffiku li jġib, aċċidenti li ġieli waqqfu u pparalizzaw pajjiż. Fl-aħħar 10 snin pajjiżna kiber b’rata mgħaġġla, mhux biss mil-lat ekonomiku iżda wkoll fin-numru ta’ nies li jgħixu fih jew turisti li jżuruh. In-numri jitkellmu waħidhom. Kien hemm min propona mudelli ekonomiċi differenti, jiġifieri li jkollna inqas turisti u allura li jkollna turisti ta’ kwalità u mhux ta’ kwantità u li nsiru inqas dipendenti fuq ħaddiema barranin. Filwaqt li wieħed jista’ jiddiskuti dan il-mudell ekonomiku u l-impatt tiegħu, ir-rwol tiegħi bħala Ministru responsabbli mit-trasport u l-infrastruttura tal-pajjiż hu li nilqa’ għall-isfidi tal-lum u ta’

għada. Sadanittant, il-Gvern investa ħafna fit-toroq u patta għal għexieren ta’ snin ta’ nuqqas ta’ investiment fihom. Se nkomplu bl-eżerċizzju li beda fl-2018 biex nieħdu t-toroq tagħna, kemm arterjali u kemm residenzjali, għal-livell li jmiss u kien għalhekk li twaqqfet l-aġenzija Infrastruttura Malta b’baġit adekwat li jindirizza wkoll bottlenecks li pajjiżna kien ilu jesperjenza. Dawn ġew indirizzati b’toroq arterjali ġodda, flyovers, junctions u underpasses ġodda. Dan se jkompli jsir u għandna elenku ta’ proġetti ġodda jistennewna, b’uħud jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin. Ħafna jitkellmu dwar bidla fil-mentalità u fil-kultura li għal kull karozza rridu tnejn jew tlieta u li nużaw il-karozza anke biex immorru nixtru sassuper­market li jinsab kwarta mixja ’l bogħod. Ma’ dan imbagħad tinħoloq il-problema tal-parkeġġ. L-applikazzjonijiet tal-ħwienet u negozji għal żoni ta loading / unloading qed jiżdiedu b’rata mgħaġġla u l-istess it-talbiet għal parkeġġi speċjali għal persuni vulnerabbli, persuni b’diżabilità u persuni morda. Id-demografija ta’ pajjiżna se tkompli ssaħħaħ dawn it-talbiet u jeħtieġ nindirizzawhom. Qabel nelenka numru ta’ għażliet li għandna quddiemna, irrid ngħid li ħarsti tinsab ukoll fuq trasport li jniġġes l-inqas anke għax ġibt miegħi f’dan il-portafoll l-esperjenza u dak li ħdimt fuqu fi żmien meta kont Ministru responsabbli mill-ambjent u t-tibdil fil-klima. Ma jonqosx lanqas l-interess kbir tiegħi fl-użu tal-intelliġenza artifiċjali u d-diġitalizzazzjoni tas-settur għax bla dubju huma ħolqa importanti mis-soluzzjonijiet li għandna quddiemna. M’għandix dubju li drones u EVTOLS se jkunu fostna u se jkunu parti mis-soluzzjoni fis-settur tat-trasport. Kumitat permanenti dwar l-immaniġġjar tat-traffiku Se nkunu qed inlaqqgħu b’mod regolari kumitat permanenti taħt it-tmexxija tal-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta b’membri ġejjin minn entitajiet varji u stakeholders oħra li jiltaqa’ b’mod frekwenti u jindirizza din l-isfida. Bħala Ministru se nkun qed nieħu deċiżjonijiet importanti mal-esperti b’konsultazzjoni wiesgħa mal-istakeholders kollha. Traffic management officers Minn uffiċjali bil-muturi għal uffiċjali stazzjonati f’żoni sensittivi għal oħrajn li jkunu on

stand-by biex dlonk imorru f’post fejn kien hemm aċċident, is-sewwieqa tagħna jeħtieġ li jingħataw direzzjoni biex jużaw toroq alternattivi, l-użu ta’ apps li jtuk ħarsa lejn il-konġestjoni fit-toroq f’ħin reali u toroq alternattivi li jistgħu jintużaw. L-investiment meħtieġ hu kruċjali biex naraw iktar uffiċjali fit-toroq tagħna. Trasport alternattiv Nappoġġja b’saħħa l-għajta għal trasport alternattiv. Personalment għandi t-tal-linja card u ġieli użajt it-trasport pubbliku, għalkemm mhux biżżejjed. Għandi rota elettrika li nuża b’mod frekwenti u li nixtieq nuża iktar. Nemmen li nistgħu niffaċilitaw iktar il-ħajja taċ-ċiklist ovvjament fiċ-ċirkostanzi u l-limitazzjonijiet ta’ pajjiżna. Iva, nemmen li nistgħu b’għaqal naraw iktar nies jużaw ir-rota jew il-mutur. Jeħtieġ nagħmlu użu ferm ikbar tal-baħar li jikkaratterizzana bħala gżira. Il-ferry landing zones li qed isiru huma pass fid-direzzjoni t-tajba u nemmen li għandna naħdmu fuq iktar.

por­tanti fit-toroq tagħna blgħaj­ta ta’ tolleranza żero. Ma nistax nifhem kif, pereżempju, għadna naraw persuni li litte­ral­ment iwaqqfu l-karozza tagħ­hom fi triq passaġġa u joħolqu double parking, jinżlu mill-karozza biex jixtru x’jieklu minn xi ħanut fil-viċin, jew biex jiġbru xi ħaġa minn xi mkien, jew biex jistennew lil xi ħadd. Lanqas ma nifhem il-fatt kif il-loġistika tal-pajjiż issir fl-iktar ħinijiet sensittivi tal-ġurnata. Vannijiet iqassmu l-merkanzija fil-ħwienet fl-iktar ħinijiet sensittivi, trakkijiet tal-kostruzzjoni jivvjaġġaw minn żona għal oħra fl-istess vena. Min għex f’pajjiżi oħrajn jaf li dawn kollha għandhom ħinijiet partikolari li jistgħu jqassmu jew jivvjaġġaw bejn il-11:00pm u s-6:00am. Hawn ukoll lest li nibda niltaqa’ mar-rappreżentanti ta’ dawn l-industriji biex huma wkoll ikunu parti mis-soluzzjoni. Skejjel u postijiet tax-xogħol

Irridu wkoll inkomplu ngħinu l-ġenituri fit-trasport tat-tfal tagħhom għall-iskola. Il-Gvern diġà għamel Metro ħafna fejn qed joffri dan b’xejn Hemm ukoll iżda għadna salil-pjan tagħna lum b’numru fit-tul li pajjiżta’ skejjel priNistie­den lil na jkollu metro, vati jaraw mitrasport pub- kulħadd ikun parti jiet ta’ studenti bliku tal-massa tagħhom jaslu mis-so­luzzjoni għall-ewwel darba. l-iskola permezz Bħalissa qed niltaqa’ tal-karozzi privati mal-esperti biex nifmal-ġenituri. Dan fl-ikhem aktar il-fattibilità ta’ dan tar ħinijiet sensittivi. Irridu mil-lat tekniku u finanzjarju. naraw għaliex dan qed isir u Jeħtieġ li nieħdu deċiżjonijiet nidħlu f’diskussjonijiet biex issa. Jeħtieġ neħduhom illum. ngħinu. L-istess irridu nagħmlu ma’ Infurzar u djalogu dawk li jaħdmu żoni industrijali u ħaddiema taċ-ċivil. Dawn L-infurzar se jkun ċavetta im­ żgur jistgħu jidħlu fi skemi biex

jivvjaġġaw b’mod kollettiv. Inċentivi mhux diżinċentivi Personalment m’iniex ammiratur ta’ ħlas għall-parkeġġ jew xi forom ta diżinċentivi biex inwaqqfu lin-nies milli jużaw il-karozza tagħhom. Mhux biss għax ċert li dawn jiġu assorbiti u ma jirnexxux iżda għax bħalma rajna fl-aħħar snin, hu l-inċentiv li jaħdem f’pajjiżna. Trasport pubbliku b’xejn It-trasport pubbliku għamel qab­żiet kbar ’il quddiem. L-in­ ves­timent li sar permezz talope­ratur il-ġdid hu tanġibbli. F’Ottubru li ġej se nkunu qed noffru trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd u filwaqt li persważ li l-ammont ta’ nies li jużaw is-servizz se jkompli jiżdied, irridu nistaqsu għalfejn mhuwiex l-għażla tal-ħafna. Huma n-nuqqas ta’ rotot? Mhux frekwenti biżżej­jed? Hu d-dewmien biex tasal minn żona għal oħra? Dawn l-isfidi qed niddiskutihom mal-operatur li hu wkoll impenjat li jara n-numru ta’ passiġġieri jikber. Car pooling u car sharing Tajjeb nirriflettu dwar il-fatt li individwu b’mod regolari juża l-karozza tiegħu għal massimu ta’ siegħa jew sagħtejn kuljum. Il-bqija tal-ħin il-karozza tkun ipparkjata xi mkien. U għaldaqstant irridu nibdew ninċentivaw iktar il-kunċetti ta’ car pooling u car sharing biex innaqqsu l-ammont ta’ karozzi fit-toroq tagħna. L-użu ta’ taxis qed jiżdied ukoll u ż-żieda fil-provvista se tkompli twassal biex jorħos is-servizz u allura jibda jintuża ferm iktar. Il-ħidma bdiet u qed nistie­ den lil kulħadd ikun parti misso­luzzjoni.


14

05.06.2022

HIV/AIDS: 40 SENA MILL-BIDU TA’ PANDEMIJA LI KEXKXET LID-DINJA Fl-1982 it-terminoloġija Acquired Immonudeficiency Syndrome, jew AIDS fil-qasir, kienet werwret lid-dinja għall-fatt li din il-marda rari kienet irrapportata li qiegħda taffettwa bl-aktar mod drastiku l-pulmun f’irġiel żgħażagħ ilkoll omosesswali fl-istat ta’ California u partikolarment Los Angeles. Għalkemm hu maħsub li l-virus wasal fl-Istati Uniti mill-Afrika fil-bidu tas-sebgħinijiet, ma kienx qabel diċennju wara li dan ġie għall-attenzjoni tad-dinja. Bl-istess mod il-kriżi tefgħet f’dawl aktar ikrah milli diġà kienet sa dak iż-żmien lill-komunità gay, li kienet milquta l-ewwel bil-virus. Fil-fatt l-ewwel ismijiet għall-marda ġdida kienu “gay cancer” u Gay-Related Immune Deficiency, waqt li ħafna baqgħu jemmnu li din taffettwa biss lill-omosesswali kawża tal-ideat żbaljati fiċ-ċirkolazzjoni. Filwaqt li x-xjenza u l-kura avvanzaw qatigħ f’dan ir-rigward u l-ewwel kura antivirali ġiet żviluppata fl-1987, il-każi ta’ Human Immunodeficiency Virus (HIV) u AIDS għadhom jiġu rrapportati kull sena, tant li skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) illum hu stmat li mas-70 miljun persuna ġew infettati bl-HIV, waqt li mal-35 miljun laħqu mietu bl-AIDS mill-bidu tal-pandemija. Skont statistika li ngħatat mill-Ministeru għas-Saħħa Malti f’April tal-2020 jirriżulta li kien hawn 326 każ ta’ HIV u 11 ta’ AIDS f’pajjiżna, fil-maġġoranza b’riżultat ta’ trażmissjoni sesswali. Kien ingħad ukoll li, bejn l-2007 u l-2016, mietu 12-il persuna (disat irġiel u tliet nisa) kawża tal-AIDS, bl-etajiet tagħhom ivarjaw bejn it-30 u d-69 sena. Fil-5 ta’ Ġunju tal-1981, artiklu taċ-Ċentri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard (CDC), li ġie ppubblikat bħala parti mir-rapport ta’ kull ġimgħa dwar kawżi tal-mewt, kien ta deskrizzjoni ta’ marda rari ta’ infezzjoni fil-pulmun f’ħames żgħażagħ. Kien għadu mhux magħruf li l-artiklu qed jispjega l-effetti tal-AIDS dakinhar, iżda dik il-pubblikazzjoni sal-lum għadha meqjusa bħala l-bidu tal-kriżi dinjija.

L-istess artiklu kien ħeġġeġ tobba u speċjalisti madwar l-Istati Uniti tal-Amerka biex jirrapporta lis-CDC kull informazzjoni relatata ma’ każi simili misterjużi. Għalkemm fiha nfisha mhix letali, l-AIDS timpatta b’mod sever l-abilità tas-sistema immunitarja li tiġġieled il-marda, bil-pazjent jispiċċa vulnerabbli għal kull tip ta’ infezzjoni, partikolarment fil-pulmun (PCP). Iż-żieda ta’ rapporti ta’ PCP fil-bidu tattmeninijiet kienet waħda mill-indikazzjonijiet li kixfu l-epidemija tal-HIV/AIDS, avolja kellha tgħaddi sena qabel storja relatata sabet postha fuq l-ewwel faċċati tal-gazzetti u erba’ snin qabel il-President Ronald Reagan semmieha l-ewwel darba pubblikament. Fi ftit snin, iżda, din saret l-akbar kriżi fissaħħa pubblika tas-Seklu 20. Storikament l-virus tal-HIV, li jattakka ċ-ċelloli CD4 jew T Cells bħala parti mis-sistema immunitarja, ħafna drabi ġie trażmess f’sess mhux protett, trasfużjonijiet taddemm infettat jew l-użu ta’ labar wara ħaddieħor fl-abbuż tad-droga u anke mit-twelid. Maż-żmien, l-HIV kapaċi jeqred biżżejjed ċelloli li l-ġisem ma jibqax kapaċi jiġġieled kontra l-mard u eventwalment iwassal għall-agħar forma tas-sindromu, l-AIDS. Persuna bl-AIDS hi suxxettibbli ferm aktar għall-kanċer u infezzjonijiet letali, bħal pneumonia. 40 sena wara li d-dinja xjentifika skop­ rietha, xorta għad ma teżistix kura definittiva għall-HIV u l-AIDS, għalkemm persuna li tibda tirċievi l-mediċina fi stadju bikri tista’ tgħix daqs kull persuna oħra mingħajr il-virus. Studju fl-2019 fil-ġurnal mediku Lancet wera li trattament antivirali kien irnexxielu jwaqqaf l-imxija tal-HIV. Wara diversi studji, ix-xjenzati waslu għall-oriġini tal-HIV miċ-chimpanzees u virus simili li jattakkalhom is-sistema immunitarja. Fl-1999 instab li dawn it-tip ta’ xadini jikkaċċjaw u jieklu żewġ speċi ta’ xadini iżgħar li kienu qed jinfettawhom b’żewġ tipi ta’ viruses, li meta jiltaqgħu kienu qed jif-

40 sena wara li d-dinja xjentifika skop­rietha, xorta għadha ma teżistix kura definittiva għall-HIV u l-AIDS, għalkemm persuna li tibda tirċievi l-mediċina fi stadju bikri tista’ tgħix daqs kull persuna oħra mingħajr il-virus

formaw is-Simian Immunodeficiency Virus (SIV). Il-probabbiltà hi l-virus infirex mix-xadini għall-bniedem mill-kaċċa u l-konsum tal-istess annimali mill-bniedem fl-Afrika, tant li hu mifhum li l-ewwel trażmissjoni ta’ SIV għal HIV seħħet fl-1920 f’Kinshasa, il-kapitali u l-akbar belt fir-Repubblika tal-Kongo. Minn hawn il-virus tferrex permezz ta’ migranti u l-industrija tas-sess. Fis-sittinijiet, l-HIV infirex mill-Afrika għallKa­ri­bew meta professjonisti minn Haiti li kienu jaħdmu fil-Kongo rritornaw f’art­ hom. Wara l-virus mexa għal New York City għall-ħabta tal-1970 u San Francisco ftit snin wara. L-ivvjaġġar internazzjonali mill-Istati Uniti għen biex il-virus jinfirex mal-bqija tal-globu. Fl-1988 il-WHO ddikjarat l-1 ta’ Diċembru bħala l-ewwel Jum Dinji tal-AIDS, waqt li fl-1991 iż-żigarella ħamra saret simbolu internazzjonali biex titqajjem kuxjenza dwar il-marda.

STILEL

Għalkemm fl-1985 kien sar l-ewwel b kawża tal-AIDS me l-għarfien li kien ħoloq l-akbar preġ waqt li ġie affettwa ment għar-riċerka dubju li l-iżjed arti assoċjat mal-mard Ingliż Queen, Fredd Bħal Hudson, Me


15

05.06.2022

EL LI SPIĊĊAW VITTMI TAL-VIRUS

5 l-attur Rock Hudson (1) bniedem magħruf li miet eta kellu biss 59 sena u n fil-verità omosesswali ġudizzju fuq persuni gay, at ħażin ukoll il-finanzjadak iż-żmien, m’hemmx ist li ismu għadu sal-lum da jibqa’ l-kantant tal-grupp die Mercury (2). ercury ukoll żamm mistura d-dijanjożi tal-marda sakemm ftit jiem qabel mewtu f’Novembru tal-1991 ħabbar li kien pożittiv għallHIV. Hu kellu 45 sena. “Wara l-konġettura enormi fil-midja

1

fl-aħħar ġimagħtejn, nixtieq nikkonferma li rriżultajt pożittiv għall-HIV u għandi l-AIDS. Ħassejt li hu korrett li nżomm din l-informazzjoni privata biex nipproteġi l-privatezza ta’ dawk madwari. Minkejja dan, issa wasal iż-żmien għal sħabi u l-ammiraturi madwar id-dinja biex ikunu jafu l-verità u nittama li kulħadd jingħaqad miegħi, mat-tobba u ma’ dawk kollha madwar id-dinja fil-ġlieda kontra din ilmarda terribbli,” kien iddikjara Mercury, li għadu jispira linnies sal-lum il-ġurnata. Aktar riċenti, fl-2015, l-at­tur Charlie Sheen (3) ħabbar pub-

2

blikament li kien ilu erba’ snin pożittiv għall-HIV. Għalkemm kien qal li ried iqajjem iżjed kuxjenza, ħoloq kontroversja kbira bl-ammissjoni li xorta kien għadu jiffrekwenta u jkollu relazzjonijiet sesswali ma’ nisa. Ċelebrità oħra, Earvin Johnson Jr jew “Magic” Johnson (4), kif magħruf fid-dinja sportiva tal-basketball, kien ukoll fost l-ewwel li informa lid-dinja li hu pożittiv għall-HIV fl1991, qabel Mercury, fiż-żmien li kien hemm nuqqas ta’ informazzjoni u perċezzjonijiet żbaljati dwar il-marda. Dakinhar kien ukoll waqqaf u ffinanzja l-Magic Johnson Foundation, bl-iskop li teduka kontra t-tixrid tal-HIV. Ta’ 62 sena għadu involut fid-dinja tal-isports, partikolarment bħala kummentatur.

3

4


16

05.06.2022

IL-KUNFLITT BEJN IR-RUSSJA U L-UKRAJNA

MARIAH MELI

Tul dawn l-aħħar xhur li għaddew il-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna tefa’ l-ekonomija globali f ’inċertezza u instabilità wara li l-ekonomija kienet għadha qed tirkupra mir-riperkussjonijiet li ħalliet fuqha l-pandemija. Din is-sitwazzjoni saret diffiċli għal xi gvernijiet li qed jaffaċċjaw sfidi kbar fiż-żona tal-Unjoni Ewropea minħabba li r-Russja hija s-sors ewlieni tal-enerġija f ’din iż-żona. It-terminu li jirreferi għar-rata li bih jinbidlu l-prezzijiet tal-oġġetti u s-servizzi maż-żmien huwa magħruf bħala l-inflazzjoni annwali li ilha tiżdied b’mod kostanti minħabba nuqqas ta’ qbil bejn il-provvista u d-domanda fil-gass u dan wassal biex il-prezzijiet jogħlew. Minkejja li l-Bank Ċentrali tal-Ewropa kien ilu xhur ibassar li l-ekonomija kienet se tirkupra, l-inflazzjoni għolja ma baqgħetx sitwazzjoni temporanja minħabba l-gwerra li bidlet il-prezzijiet li diġà kienu għoljin fi sfida fit-tul. F’Marzu li għadda, l-inflazzjoni annwali laħqet l-ogħla livell ta’ 7.5% fiż-Żona Ewro. Il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna tefgħet lill-istess żona f ’realtà ekonomika fejn din l-infazzjoni saret uġigħ ta’ ras u ta’ theddida. Christine Lagarde, il-President tal-Bank Ċentrali tal-Ewropa qalet li l-Ewropa qed tidħol f ’fażi diffiċli u fi żmien qasir ser ikollna naffaċċjaw inflazzjoni ogħla u tkabbir aktar bil-mod. Dan kollu jwassal għal inċertezza dwar id-dewmien tar-riperkussjonijiet ekonomiċi fiż-Żona Ewro. Tant hu hekk li l-ispejjeż ser jibqgħu jikbru, iktar ma ddum il-gwerra bejn dawn iż-żewġ pajjiżi. Il-problema tal-inflazzjoni għolja laqtet ekonomiji oħra ’l barra miż-Żona Ewro kawża tal-gwerra. Fosthom insibu l-Istati Uniti li rreġistra inflazzjoni ta’ 7.9% fi Frar li għadda u r-Renju Unit li rreġistra rata ta’ 6.2% fuq bażi annwali. Iż-żieda rapida fl-inflazzjoni ser twassal għal iktar pressjoni biex ilBank Ċentrali tal-Ewropa jgħolli r-rata ewlenija tal-imgħax. Dan għaliex iktar ma tikber ir-rata tal-inflazzjoni, iktar mistennija jsegwu l-istess mudell ir-rati tal-imgħax. B’hekk dawk li jsellfu l-flus, bħal banek, jistabbilixxu rata ogħla mas-self ħalli jiżguraw il-valur meta dawk li jissellfu jħallsu lura s-self fil-futur. Apparti minn hekk, ir-rata

għolja fl-interessi tas-self twassal biex iktar ikun hemm tfaddil u għalhekk ikollna ‘leakages’ fiċ-ċiklu ekonomiku li jwassal għal tkabbir ekonomiku b’rata baxxa. It-tħassib tan-negozji u l-individwi minħabba żieda fl-inflazzjoni jiddomina għaliex diġà qed naraw żieda fil-prezzijiet ta’ diversi oġġetti li huma riżultat ta’ diversi xokkijiet fil-provvista u s-sanzjonijiet li nħarġu kontra r-Russja. Fil-ġranet li għaddew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von Der Leyen ħabbret pakkett ta’ sitt sanzjonijiet, fosthom hemm il-projbizzjoni assoluta fuq iż-żejt mir-Russja u oħrajn kontra l-banek. Minħabba d-dipendenza kbira li l-Ewropa għandha fuq din il-provvista, dan it-tibdil irid isir gradwalment sabiex jitnaqqas l-impatt fuq l-ekonomija u s-soċjetà. Bejn it-30 u l-31 ta’ Mejju, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea ltaqgħu f ’summit speċjali fi Brussell biex il-pakkett tas-sanzjonijiet ġie approvat formalment. L-Ukrajna u r-Russja huma fost l-akbar esportaturi tal-qamħ fid-dinja. Hemm tħassib ukoll li l-kunflitt bejn dawn iż-żewġ pajjiżi ser jaffettwa l-provvista tal-qamħ. Ħafna mill-metalli użati fil-manifattura talkarozzi jiġu esportati mir-Russja u għalhekk ħafna xerrejja ser ikollhom iħabbtu wiċċhom ma’ prezzijiet ogħla tal-karozzi. Issa huwa mument kruċjali li fih bħala stat membu tal-Unjoni Ewropea, irridu ningħaqdu flimkien u nenfasizzaw l-importanza tal-koordinazzjoni fil-pjanijiet t’appoġġ fost il-membri tal-istess żona. B’hekk inkunu qed inħaddnu tassew il-prinċipju prinċipali tal-Unjoni Ewropea, dak tas-solidarjetà li huwa essenzjali għall-komunitajiet taż-Żona Ewro li jsegwu l-paċi, is-sigurtà, il-libertà u l-benesseri tal-poplu fi ħdan l-istati membri.

Iż-żieda rapida fl-inflazzjoni ser twassal għal iktar pressjoni biex il-Bank Ċentrali tal-Ewropa jgħolli r-rata ewlenija tal-imgħax. Dan għaliex iktar ma tikber ir-rata tal-inflazzjoni, iktar mistennija jsegwu l-istess mudell ir-rati tal-imgħax

Sur Editur, Lanqas għadu kellu ċans iwaħħal il-palju li ħa talli ġie l-ew­wel fit-tellieqa li tellaq waħdu dan Bernard Grech, li ma komplewx jagħtuh il-gambetti! Imbagħad mingħand min! Bil-Malti jgħidu li biex tiskonġra trid tkun pur. Hekk kont nismagħha tgħid lil nannti min-naħa ta’ missieri, Alla jagħtiha l-glorja tal-ġenna. Għall-qwiel u l-idjomi ma kien jirbħilha ħadd dik. Ara mbagħad min-naħa ta’ Melda tiegħi, vroma kienu. Nannitha, dejjem Alla jagħtiha l-glorja tal-ġenna, qawl kienet taqsmu biċċiet u ġġonġi wieħed mal-ieħor u ħadd ma kien jifimha. Kienet tgħidlek, “E taf x’jgħidu hux? Ġemel jara ħotobtu, Alla jaf meta!”. Issa jien nafha li ġemel jara ħotobtu, jaqa’ u jmut zoptu. Dan ­il-qawl­­ ifakkarni wisq fin-Nazzjonalisti jien. Moħħhom biex jippuntaw subgħajhom u jinsew li jekk iħarsu f’mera, jaraw xempju klassiku bil-pedigree ta’ dak li jkunu qed jakkużaw huma. Ħu minn Karol ‘il-Kajboj’ Aquilina. Ifhem, ma tantx għandu biex jitkessaħ dan, għax imkaxkar tela’ bl-elezzjoni każwali. Għax il-poplu rremettieh u ħallieh l-art. Neħħewlu l-qżież u d-dardir li għandu. Imma, insomma. Dan qed jesiġi li l-Kap tagħhom jagħti spjegazzjoni dwar l-allegazzjoni li għamel Jason ‘Ġerusalemm’ Azzopardi. U la semmejna lil Jason, tajjeb li tkun taf, Sur Editur, li Azzopardi u Aquilina, kif jgħidulna t-Tuneżini, dawn ħobża u sardina. Hemm min jgħid li Aquilina huwa l-widna ta’ Azzopardi fi ħdan il-partit tagħhom. U Bernard Grech kellu jċedi għall-pressjoni ta’ dawk li jsej­ħu lilhom infushom Repubblika u jagħmel lil Karol Aquilina Shadow Minister għall-Ġustizzja. X’għaqda dik, marelli! Issa billi Jason baqa’ l-art fl-elezzjoni, u kellu jirreżenja minn kollox, anki mill-partit tagħhom, ma naħsibx li jħobbu wisq lill-Kap tagħhom Bernard dan. Ara kif jaħdmu dawn. Insomma, kif minn dejjem kienu, għadhom, u jibqgħu jaħdmu. Jaqbżu għal xulxin akkost ta’ kollox. Akkost li jibqgħu jfarrku lill-partit biċċiet li għandhom. L-ewwel semmejt lill-ġemel u ħotobtu. Kieku Aquilina kien ġemel, li assolutament mhuwiex, kien jara ħotobtu. Dan huwa Aquilina li fixkel ix-xogħol tal-pulizija. Nafuha l-istorja. U dak iż-żmien, il-Kap tagħhom Grech kien qabeż għalih lil Aquilina. Dak li tieħu, Nard, e! Oqgħod aqbeż għal Aqulina, biex issa qed jittradik aktar minn Ġuda. Azzopardi aqwa minnek, Sur Grech. Mur waħħal il-palju tat-tellieqa li kellek. Ħa toqgħod tħares lejh u togħrok idejk li ġejt l-ewwel. L-ewwel żikk. L-ewwel hemm dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika, Jason l-Azzopardi u Karol l-Aqui­lina. Taf fiex jiġi l-ewwel żgur dan il-Kap tagħhom, Sur Editur? Biex iħammeġ lil pajjiżu, ja wiċċ ta’ landa tat-tonn taż-żejt li hu. Insir demel naqra dawn l-affarijiet. Mela daċ-ċuqlajta, fl-ewwel żjara tiegħu barra minn Malta minn mindu reġa’ ġie kkonfermat bħala Kap tagħhom, tkellem kontra pajjiżu stess. Għarukaża u Davidkaża bħalu l-istess. Mar jgħid fl-Olanda, li s-saltna tad-dritt f’pajjiżna qed titmermer. Skont dan iċ-ċuqlajta, dak li qed jiġri f’Malta huwa ta’ theddida għall-Unjoni Ewropea. Standing ovation tawh naħseb. Għax jien nitkaża u Davidkaża bħalu, b’min jgħid kontra pajjiż twelidu. U meta kien l-Olanda, daċ-ċuqlajta, kellu laqgħa ma’ Manfred il-Weber, il-President tal-Partit Popolari Ewropew. Dan il-Weber għandu missjoni li jagħti palata lill-PeNe u missjoni kontra l-partit tagħna. Tista’ timmaġina minn liema pezza drapp ħareġ. U l-Kap tagħhom Grech qal li l-Weber huwa ħabib ta’ Malta. Fih qanna ħabib, ukoll! L-uniku pjaċir li għamel lil Malta dan il-Weber, Sur Editur, huwa li ħa lil Simon il-Busuttil bħala t-teaboy tiegħu u ħelisna minnu, għall-erwieħ tal-purgatorju kollu, jekk għadu jeżisti. Il-purgatorju ta, mhux il-Busuttil. Issa dan il-Busuttil fil-preżenza ta’ Davidkaża, wara li Grech ġie kkonfermat Kap, iddikjara li l-partit tagħna huwa l-problema ta’ Malta. X’laqgħa dik e! Il-Grech, il-Weber, il-Busuttil u l-Casa. Għad-dieħla, Sur Editur, għax niżbalja!


17

05.06.2022

TĦEJJIJA GĦALL-JUM DINJI TAD-DONATURI TAD-DEMM Il-Jum Dinji tad-Donaturi tadDemm, kull sena jiġi ċċelebrat madwar id-dinja kollha fl-14 ta’ Ġunju u din is-sena se jkun qed jiġi mfakkar għad-19-il darba. Minkejja dan, postijiet prominenti f ’pajjiżna diġà qed ikunu mixgħulin ħomor bilgħan li jqajmu kuxjenza akbar dwar l-importanza tal-għoti tad-demm, filwaqt li wkoll jingħata rikonoxximent lil dawk li jħossu li jagħmlu dan il-ġest nobbli minn jeddhom. L-ewwel kommemorazzjoni talJum Dinji tad-Donaturi tad-Demm kienet seħħet fl-14 ta’ Ġunju tal-2004 fil-belt ta’ Johannesburg, fl-Afrika t’Isfel, u minn dakinhar għadd ta’ pajjiżi, inkluża Malta, baqgħu jużaw il-ġurnata biex ifakkru din il-ħidma mifruxa mas-sena kollha. Ta’ kull sena l-Għaqda Dinjija tasSaħħa (WHO) ukoll tagħżel post biex fih tospita dan l-avveniment dinji b’tema partikolari. Din is-sena se tkun il-kapitali Messikana, Mexico City, li tospita l-ġurnata speċjali bit-tema “Li tagħti d-demm hu att ta’ solidarjetà. Ingħaqad m’oħrajn u salva ħajjet in-nies”. Permezz ta’ dan il-messaġġ hu ttamat li iżjed persuni jitħajru jikkontribwixxu fil-bżonn kontinwu tad-donazzjonijiet tad-demm fuq bażi volontarja, b’mod altruwista u naturalment mingħajr pretensjoni ta’ ħlas lura. Il-messaġġ tal-WHO wkoll għandu l-għan li jħeġġeġ lil ċittadini b’saħħithom biex jikkontribwixxu b’mod regolari matul is-sena, bilgħan li tiġi sostnuta b’mod adegwat ir-riserva tad-demm f ’kull pajjiż parteċipant, waqt li gvernijiet jagħrfu l-ħtieġa li jkomplu jinvestu f ’sistema nazzjonali li tkun sostenibbli u reżiljenti, kif qed jiġri

Il-faċċata tal-Palazz Verdala mixgħula fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm

f ’pajjiżna. Fil-fatt, f ’Malta l-Gvern ukoll qed jinvesti fil-bini ta’ Ċentru tad-Demm ġdid u iżjed speċjalizzat, bħala parti mill-prijorità tiegħu biex tissaħħaħ is-sistema tas-saħħa fejn diġà hemm allokati madwar €50 miljun mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza approvat mill-Kummissjoni Ewropea. Sadanittant, minn nhar l-Erbgħa billejl, il-faċċati tal-Palazz Presi-

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

denzjali ta’ Sant’Anton u tal-Verdala nxtegħlu b’lewn aħmar b’ġest ta’ rikkonoxximent lill-eluf ta’ donaturi tad-demm u biex jitkattar l-għarfien dwar dan il-bżonn kontinwu. Dawn se jibqgħu mixgħulin sa nhar l-14 ta’ Ġunju stess. Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika wkoll inkoraġġixxa l-għoti tad-demm, li rrikonoxxieh bħala att ta’ solidarjetà ma’ dawk fil-bżonn.


18

05.06.2022

LAPSI U L-BANDLA MARBUTA Wieħed jista’ jikteb u jgħid ħafna fuq il-Bandla ta’ Lapsi – festa li kienet iċċelebrata l-Ħadd li għadda - u l-folklor tagħha fil-Gżejjer Maltin. Hija ħaġa tal-iskantament li ftit inkiteb dwar issinifikat tagħha, għax donnu li dan it-tagħrif intilef matul iż-żminijiet. L-istudjużi tal-folklor u tal-antropoloġija, ukoll donnhom ftit setgħu jiktbu fuq il-bandla u għal xiex kienet tintrama fid-djar u fl-għelieqi, ġeneralment mill-ommijiet. Biex nagħtu eżempju, il-folklorista Ċensu Busuttil (1859-1922), fil-ktejjeb siewi tiegħu Holiday Customs In Malta (1894), kiteb li l-bandla ta’ Lapsi tintrama “għax hekk kienu jagħmlu missirijietna ... ” Dan jixhed li d-drawwa kellha għeruq fondi sa minn żminijiet imbegħdin. Tfakkarna sew fiha kitba li Angelo Dougall kien kiteb għar-rivista L-Imnara. Minn CHARLES B. SPITERI L-ewwel ma ngħidu hu li sa ftit snin ilu, il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, flimkien ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet, kien jorganizza attività nazzjonali folkloristika bħal dik li kienet issir fi żmien il-Kavallieri, fil-Bajja ta’ Spinola. Jingħad li l-Kavallieri kienu jemmnu li f ’Jum Lapsi, il-baħar kien jagħmel ċerti movimenti li jindikaw li mill-għada t-temp kien jibda jkun sabiħ, bil-baħar ikun tajjeb biżżejjed biex ix-xwieni tal-Ordni jibdew ibaħħru fil-Mediterran u fl-istess ħin kienu jidħlu f ’taqtigħat mal-Imperu Tork. Sabiex il-Kavallieri joħorġu b’kuraġġ kbir għal dak kollu li jiltaqgħu miegħu, ta’ kull sena f ’Jum Lapsi, ilGran Mastru kien jorganizza festa kbira għall-għalihom, billi kien joffrilhom inbid u ikel, fosthom fwied u fniek moqlijin. Minn kmieni waranofsinhar, mill-Ġonna tal-Palazz Spinola u l-inħawi tagħhom, kien jibda jitqassam l-inbid u l-ikel bla ħlas, għal dawk kollha li kienu jkunu preżenti. Flimkien mal-Gran Mastru u l-Kavallieri kienu jieħdu sehem ukoll il-ftit residenti Ġiljaniżi u numru kbir ta’ Karkariżi, li kienu jinżlu apposta peress li l-attività kienet popolarissima malMaltin. Hu dokumentat ukoll li l-Gran Mastru kien saħansitra jwarrab l-appuntamenti personali tiegħu u jattendi għal din il-festa folkloristika u jqatta’ l-lejl fil-Palazz. F’dawn l-aħħar snin ta’ qabel il-pandemija, il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, kien jagħti l-ħajja lil din l-attività nazzjonali folkloristika u jfakkar ukoll fiż-żjara li kien

jagħmel l-istess Gran Mastru għal din il-festa. Il-bajja u x-xatt, kif ukoll l-akkwati kienu jkunu mibdulin f ’villaġġ folkloristiku, b’diversi padiljuni tal-artiġjanat Malti, bħal filugranu, pittura, statwarji, xogħol tas-suf, bizzilla kif ukoll prodotti lokali fosthom ġbejniet, kappar, għasel, eċċ. L-akbar spettaklu kien ikun ir-rikostruzzjoni storika bis-sehem ta’ madwar 90 attur bi lbies tal-epoka. Fiha kienu sa jintużaw żwiemel, sparar ta’ xkubetti u salut mill-kanuni.

bħalma kienu jagħmlu għal San Girgor. Kien hemm dawk li jmorru lejn Għar Lapsi, jew fil-bajjiet popolari, iżda oħrajn joħorġu fil-portijiet bil-frejgatini jew bċejjeċ bil-qlugħ u magħhom jieħdu l-ikel, iddaqq u l-għana, u f’xi postijiet jorganizzaw il-ġostra fuq barkun jew arblu marbut mal-blat. Billi l-knisja l-antika ta’ San Ġiljan kienet Ta’ Lapsi, ħafna nies mill-inħawi tan-Naxxar u Birkirkara kienu jinżlu lejn il-bajja ta’ Spinola, uħud minnhom isibu kenn taħt l-arkati l-antiki. Fl-artiklu tiegħu fil-Kullana Kulturali, Lanfranco jwassal x’kienet qaltlu mara mixXagħra, fis-7 ta’ Ġunju, 1995: “F’Lapsi, ommi tgħid, li kienu jinżlu Marsalforn, kien ikun hemm tad-dgħajsa, jagħtuh sitt ħabbiet u jeħodhom dawra ftit ’il barra. B’sitt ħabbiet.” Tgħid ukoll: “qisna konna nkunu sifirna. Kienu joqogħdu jgħannu mingħajr kitarra, u jqabblu.” L-aktar drawwa li tinteressa lil min ma jmurx il-baħar, kienet il-bandla. Mhux biss jagħmlu l-bandli, iżda kienu jieħdu l-okkażjoni biex jgħannu u jdoqqu xi ftit.

Fost id-diversi għana nsi- tarahom ukoll fil-ġonna tadbu: djar; imma għal Lapsi donnu “Illejla lejlet Lapsi, li jkun hemm aktar entużIn-nies tal-Belt iġerru jażmu madwar il-bandli! Dik d-dgħajjes, hi d-drawwa, u dak hu l-folkKannestru biċ-ċirasa, lor! Fuq mejda tal-għarajjes.” Angelo kiteb xi osservazzjonijiet li ra meta kien “ Ommi għamlitli bandla jgħix hemm u kien midħla Għamlithieli fuq il-bejt, tan-Namru Station ta’ Detroit Ma kellhiex min fis-snin 70. ibandalhieli, Karmnu Xuereb, in-NamTela’ Gori għarkupptejh.” ru, kellu bandla armata fil-ġnien tiegħu ta’ wara, li “Għal Lapsi, Sinjura Lieni, jagħti għall-isqaq, (il-backIkla tajba bid-dundjan, lane). Din kienet ma’ zokk ta’ Il-kaless qiegħed jistenna siġra kbira tal-fraxxnu niexĦalli jieħdok San Ġiljan.” fa, madanakollu, b’saħħitha biżżejjed biex magħha jkun Il-festa ta’ Lapsi Il-Bandla ta’ Lapsi hemm bandla, u mal-ħbula fl-Amerka kien hemm tyre kbir qadim. Issa naraw x’kiteb Guido LanU erħilhom kbar u żgħar, kull franco fuq il-festa ta’ Lapsi. Għar-rigward tal-bandla, An- min kien imur għand in-NamIsemmi li hi l-festa tat-tlugħ gelo Dougall jikteb li ftit li ru, dik l-imbierka bandla tkun fis-sema tal-Mulej, li jkun filxejn jista’ jingħad fuq il-bidu tentazzjoni sabiex wieħed jitjum tal-Ħamis. Jikteb li wara tagħha u kif daħlet id-draw- bandal xi tixjiriet biha. l-Vanġelu jintefa l-blandun li wa, iżda li hu żgur hu li din Angelo jgħid li meta wieħed jkun inxtegħel f ’Sibt il-Għid. id-drawwa tal-bandla ħaduha jitkellem fuq din is-siġra Insibu li sa mill-1429, fl-Immagħhom emigranti ta’ De- niexfa tal-fraxxnu, irid jgħid dina kienet issir purċissjoni troit, Michigan, fl-Istati Uniti. li kienet tqanqal kurżità kbivotiva bħala ringrazzjament Għalhekk nistgħu ngħidu ra, għax in-Namru kien jiżra’ għall-ħelsien minn attakk li l-folklor Malti wkoll em- l-qaratwil li kienu jibagħtuu assedju fuq l-Imdina. Iżda igra mal-emigranti u għall- lu ż-żerriegħa tagħha minn n-nies aktar kien moħħhom Jum Lapsi tintrama l-band- Għawdex, u x-xitel kien jixxli dakinhar joħorġu għal ħdela mill-ħafna familji Maltin. eblek mas-siġra. Trid tara jn il-baħar, u jekk ikun temp Għalkemm il-bandli huma l-qaratwil imdendel mazsabiħ jieħdu xi għawma, komuni fiċ-Children’s Parks u zkuk tas-siġra biex temmen lil għajnejk! Jirrakkonta li kien ilĦadd u Jum Lapsi, u dakinhar, meta kienu miġburin hemm, il-kliem kien jaqa’ Lapsi f ’Malta u l-bandli li kienu jintramaw. Id-diskors bħaċ-ċirasa u kulħadd beda jgħid xi ħaġa; x’jiftakar fuq Jingħad li l-Kavallieri kienu jemmnu li f’Jum Lapsi, il-bandla ta’ Lapsi. il-baħar kien jagħmel ċerti movimenti li jindikaw li Xi wħud li kienu bdiewa, qalu li kienu jarmaw il-bandmill-għada t-temp kien jibda jkun sabiħ, bil-baħar ikun la ma’ zokk oħxon ta’ xi siġra tal-ħarrub. Ieħor qallu li tajjeb biżżejjed biex ix-xwieni tal-Ordni jibdew nannuh kien jarma l-bandla ibaħħru fil-Mediterran mat-traversa tal-bieb talbitħa. Jiftakar li hu kien qalilhom li ġieli ra xi bandla


19

05.06.2022

MIEGĦU kienet hemm ukoll Nina Pace ta’ Ħal Qormi, li f’dik il-belt ta’ Detroit kienet magħrufa b’kunjomha bħala Pejs, (bl-Amerikan). Ftiehmu li s-suġġett ikun il-Bandla u l-għanja tkun mingħajr kadenza. Kif għidt, kienu erba’ għannejja gwappi! L-għanja ta’ Jum Lapsi saret fin-Namru Station ta’ Detroit, fl-1970. Ġabarha minn fuq tape, u l-għanjiet għannewhom dawn l-għannejja: Karmnu: 1,5,9, 13,17,18; Indrì: 2,6,10,14; Nina: 3,7,11,15; Leli: 4,8,12. U hi din:

Akkwarell ta’ Joseph Casapinta li bħala suġġett għandu l-Bandla ta’ nhar Lapsi

Erba’ għannejja 1. Ommi għamlitli bandla, Għamlithieli fuq il-bejt, Waqajt waqgħa u ħassejt rasi Qiegħda ddurli dawramejt! 2. Għandna bandla ġol-ġardina, Xi pjaċir, ejja u arana, Il-ġirien ismagħhom jgħannu U lkoll ġew jitbandlu magħna.

armata f ’xi sqaq f ’Bormla; il-ħbula tagħha marbutin minn ħajt għal ħajt bi grampuni u ħoloq tal-ħadid. Angelo kien tal-fehma li l-bandla kienet tintrama minn sena għal sena, b’ċorma tfal jitbandlu ferħana f ’dak id-djuq ta’ sqaq! Isemmi wkoll li ommu kienet tarmalhom bandla mat-traversa tal-bieb tal-bitħa, u hi kienet titbandal l-ewwel waħda, forsi sabiex turihom li l-bandla hi soda biżżejjed u forsi wkoll għax dik kienet id-drawwa (tradizzjoni jew ritwal).

Kienu jitbandlu tlieta fuq daqsxejn ta’ tavla, u jitbandlu minn filgħodu sa filgħaxija. Ġieli t-tavla kienet titneħħa sabiex jitqiegħed kuxxinett mal-ħabel, u jitbandal xi ħadd waħdu. L-idea għall-għana U b’dak id-diskors ġiet l-idea tal-għanja fuq il-Bandla! Għax fil-folklor hemm daqsxejn ta’ taqbila, li diġà semmejna f ’dak li kiteb Guido Lanfranco: “Ommi għamlitli bandla,

Għamlithieli fuq il-bejt, Ma’ kellix min ibandalni, Tela’ l-moċċu għarkupptejh!” Skont Angelo, in-Namru kien esklama: “Kemm ma ddoqqlix din ta’ ‘tela’’ l-moċċu għarkupptejh! Tgħid m’għandniex il-ħila nagħmlu xi ħaġa aħjar, aħna?” Dakinhar kien hemm iktar nies għandu. Kien hemm Salvu Vella l-Puwta u t-tliet uliedu bil-kitarri; kien hemm erba’ għannejja gwappi ukoll: Karmnu Xuereb, ħuh Leli, Indrì Farrugia l-Marameww (tal-Mosta), u inzertat li

Hekk dal-jum irrid ngħaddih, Għannili xi għanja ħelwa Tal-imħabba u kliem sabiħ. 12. Sibna bandla lesta għalina Meta morna għand iz-zija, U l-kelb tela’ u tbandal magħna Waqt li għamel frattarija. 13. Bħalma l-ħajja, hekk hi l-bandla, Fiha nżul u fiha tlugħ, Daqqa tgħum u daqqa togħdos, Daqqa ferħ u daqqa dmugħ. 14. Ejja u oqgħod tbandal magħna, Ejja fis, toqgħodx titlajja, Illum fuq u l-għada ’l isfel, Hekk tagħtina din il-ħajja! 15. Ħanini ejja nitbandlu Fuq il-bandla int u jien, U noħolmu ħolm ta’ mħabba Xħin nitbandlu t-tnejn flimkien. 16. In-nannu ramalna bandla, Ramahielna ġol-ġardina, Il-jum kollu baqa’ magħna Ibandalna, u jgħollina.

3. Ħanini, ejja nitbandlu! Fittex ejja u titlajjax; Meta nkun nitbandal miegħek, l7. Flimkien ngħaddu l-Jum Fuq il-bandla ma nibżax. ta’ Lapsi, Fuq il-bandla lkoll henjin, 4. Darba kont qiegħed Bit-tbandil ’il fuq u ’l isfel nitbandal Hekk illum inqattgħu l-ħin. Waqajt waqgħa u ġejt għal dahri, 18. Meta jerġa’ jasal Lapsi Qbadt nistordi billi ġrali, Narmaw bandla u ejja arana! Rajt kollox idur madwari! Ferħanin nitbandlu u ngħan nu 5. Ejja magħna fuq il-bandla, U kulħadd jitbandal magħna. Fuqha tħossok qed ittir; Waħda ’l fuq u l-oħra ’l isfel, Karmnu Xuereb in-‘Namru’ Tara kemm tieħu pjaċir! (Apprezzament ta’ Angelo 6. Ferħanin konna nitbandlu, Dougall) Kellha tkun tassew għalina, Għannej magħruf, miet Fl-art ilkoll waqajna f ’daqqa fl-Isptar Ġenerali tar-Rabat, Meta l-bandla nqatgħet bina! Għawdex fis-17 ta’ Marzu 1997. Kellu 86 sena. Jinsab midfun 7. Ħanini la ddumx ma tiġi, fiċ-Ċimiterju tal-Qala, GħawĦa’ nitbandlu t-tnejn bildex, raħal twelidu. ħleww’; Dawn l-aħħar erba’ snin Oqgħod ħdejja u tbandal kien irtirat fil-Qala ma’ qrabamiegħi, tu, wara li kien qatta’ l-biċċa Fuqha t-tnejn ninżlu u nogħlew! kbira ta’ ħajtu fl-Amerka, Detroit, Michigan. Kien mar 8. Ommi għamlitli bandla hemm bħala emigrant għal Ma’ zokk oħxon ta’ ħarruba, nofs is-snin 30. Xi pjaċir nitbandal fuqha Fuq dan l-għannej dehU miegħi kelli lill-maħbuba. ru artikli fit-Times tas-16 ta’ April, 1997, u f’It-Torċa tas-27 9. Xħin niftakar f’dik il-bandla ta’ April, 1997. Ta’ tfuliti, o xi żmien! Kienet dehret kitba fuq Il-pjaċir li konna nieħdu, in-Namru f’It-Torċa (rivista) U nitbandlu tfal flimkien. tal-2 ta’ Marzu, 1997 u minn żmien għal żmien dehru 10. In-nanna tħajret titbandal, fl-Imnara, kummenti fuq xi Qiegħda tgħanni mat-tbandila, attività folkloristika tiegħu. Tgħanni l-għana tal-imħabba Karmnu Xuereb ħabb ħafna Illi n-nannu kien jgħannilha. lil art twelidu; ħabb ’l-Ilsien Malti u l-għana Malti, li għal 11. Ħanini oqgħod bandalni, dan kien magħruf ħafna.


20

05.06.2022

HUWA DMIRNA LI NRODDU LURA LILL-ANZJANI IL-MINISTRU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA JO ETIENNE ABELA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela mill-bidu li ngħata r-responsabbiltà tal-anzjani mill-Prim Ministru Robert Abela, ħa l-inizjattiva li jdur kemm jista’ jkun id-djar kollha tal-anzjani li nsibu f ’pajjiżna. Dan sabiex isir jaf mill-viċin x’inhuma l-isfidi attwali u x’jista’ jsir, fejn possibbli, biex ikun hemm it-titjib meħtieġ. Smajnieh ukoll diversi drabi jitkellem dwar viżjoni li tagħti iżjed dinjità lill-anzjani biex f ’din il-fażi ta’ ħajjithom, jgħixu kuntenti u jingħataw l-attenzjoni meħtieġa. Tkellimt miegħu. Min hu Jo Etienne Abela? Studjajt il-mediċina u l-kirurġija fl-Università ta’ Malta bejn l-1993 u l-1999 fejn imbagħad ħdimt bħala tabib flisptar San Luqa. Minn hemm mort l-Iskozja, fl-2003. Hemmhekk fi Glasgow ilħaqt konsulent tal-kirurġija fejn kont l-iżgħar kirurgu fil-pajjiż kollu. Speċjalizzajt fil-kundizzjonijiet tal-pajp tal-ikel u anke tal-frixa. Ġejt lura Malta fl-2012 u fl2013 bdejt naħdem fl-isptar Mater Dei, fl-isptar t’Għawdex u anke bħala visiting lecturer fl-Università ta’ Malta. Qdejt ukoll funzjonijiet amministrattivi bħala Deputat Kap tad-Dipartiment tal-Kirurġija u Lead Clinician fil-High Dependency Unit, endoskopija u mard tal-frixa. Servejt ukoll fl-irwol ta’ International Surgical Tutor for Malta tar-Royal College of Surgeons f ’Edinburgh u jiena wkoll eżaminatur tal-kulleġġ u tal-UEMS fil-kirurġija. Kif kulħadd jaf, ħriġt għall-Elezzjoni Ġenerali f ’Marzu tal-2022 fuq l-10 u t-13-il distrett u wara li ġejt elett, inħtart Ministru għall-Anzjanità Attiva taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela. Spiss intenni, li dan il-Ministeru fih responsabbiltà kbira u jitlob dedikazzjoni assoluta. Biss biss insemmi, li meta

jkun hemm talbiet, kritika u suġġerimenti, irrid nara, flimkien mat-tim tiegħi, kemm is-sitwazzjoni hija vijabbli, hux lok li ssir, taħdimx u anke f ’moħħi dejjem ikolli,

il-benesseri tal-anzjani. Mistoqsija li forsi rari niddiskutu. Kif għandha tipprepara ruħha persuna għall-anzjanità?

Mistoqsija tajba. Il-bniedem minnu nnifsu forsi ma jaħsibx ħafna f ’dan l-istadju daqs kemm jaħseb pereżempju fuq x’se jsir la jikber meta jkun għadu

Min-naħa tagħna bħala Ministeru, nipproġġettaw din il-fażi billi naħsbu u naċċennaw dwar aċċess aħjar fil-pubbliku għall-anzjani. Nagħmlu wkoll enfasi fuq l-edukazzjoni dwar l-anzjanità attiva. Ngħinu lid-djar tal-anzjani biex ikollhom dak kollu meħtieġ mir-residenti

żgħir. Hemm nies li jaħsbu wkoll biex ngħidu kollox. Imma bħal fil-każ ta’ mard, il-bniedem dejjem jaħseb jew jipprova ma jaħsibx, li din se tmissu. L-istess l-anzjanità. U allaħares noqogħdu nimlew rasna dwar f ’liema stat għad inkunu la nikbru. Biss però, huwa tajjeb li nipproġġettaw din il-fażi bi ħsibijiet tajbin. Pereżempju, bl-eżerċizzju, billi nieklu ikel nutrittiv u nnaqqsu l-junk food, billi jekk jista’ jkun nistrieħu u nnaqqsu l-istress, billi mmorru mixja u b’diversi modi oħra. Min-naħa tagħna bħala Ministeru, nipproġġettaw din il-fażi billi naħsbu u naċċennaw dwar aċċess aħjar fil-pubbliku għall-anzjani. Nagħmlu wkoll enfasi fuq l-edukazzjoni dwar l-anzjanità attiva. Ngħinu lid-djar tal-anzjani biex ikollhom dak


21

05.06.2022

lis-saħħa mentali tal-individwu wkoll. X’inhi l-viżjoni tiegħek fir-rigward tal-anzjani?

Waqt vista f’Zammit Clapp kollu meħtieġ mir-residenti. Naħdmu id f ’id mal-entitajiet taħtna; Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) u l-Awtorità dwar l-Istandards u l-Kura Soċjali (SCSA) biex naraw x’servizzi ġodda se nagħtu filwaqt li ntejbu dawk eżistenti. Il-lista ma tiqafx. B’innovazzjoni u ħidma ġenwina, dmirna u dmiri b’mod partikolari, huwa li naraw li l-anzjani jgħixu f ’dinjità u rispett kif jixirqilhom, wara kollox. Għaliex tisħaq tant fuq l-eżerċizzju u s-saħħa mentali? L-eżerċizzju u s-saħħa mentali jmorru flimkien. L-eżerċizzju fiżiku huwa dejjem tajjeb u importanti. M’hemmx età. Irridu nidraw minn ċkunitna. Irridu ndaħħluha fis-sistema ta’ rutina f ’ħajjitna. Anke l-ikel li nieklu. M’għadux lok u filfatt qatt ma kien, li lit-tfal irriduhom jieklu bilfors anke meta jkunu xebgħu. L-ikel veru huwa gost imma wkoll bżonn. Irridu nibbilanċjaw x’nieklu biex la nikbru, ma nbatux bla bżonn. Fl-anzjani, l-eżerċizzju jgħinhom jibqgħu attivi u

Nemmen ukoll f’ħidma interġenerazzjonali fejn lill-anzjani rridu ningaġġawhom mat-tfal u maż-żgħażagħ ħalli kull parti tifhem lill-oħra u jitneħħew ukoll stigmi żejda dwar l-anzjani. Hemm il-ħsieb ukoll kif l-ibliet u l-irħula jkomplu jinvestu u jsostnu aktar active ageing day centres li jsiru hubs fejn nisfruttaw kunċetti ta’ lifelong learning bħall-università tat-tielet u tar-raba’ età

funzjonabbli. Ftit jiem ilu, ġie inawgurat investiment ta’ €11,000 f ’tagħmir ta’ gym fuq barra, li jikkonsisti fi steering and arm wheel u pedal chair fid-djar tal-anzjani talGvern fil-Mosta, fil-Mellieħa, fl-Imtarfa u fil-Furjana. Dan huwa l-andament tal-Gvern dwar kif se jinvesti fl-anzjani tagħna sabiex ikollhom modi ta’ kif anke jagħmlu eżerċizzju fiżiku fid-djar residenzjali stess. L-għan ewlieni tagħ-

na huwa li nittrasformaw is-soċjetà tal-anzjani minn waħda ta’ dipendenza għal anzjanità attiva, sabiex tingħata indipendenza u dinjità f ’dan l-istadju tal-ħajja tal-individwu. L-attivitajiet fiżiċi regolari għandhom benefiċċju kbir minħabba li hekk kif nikbru, il-mobilità ssir dejjem aktar importanti. Ir-riċerka wriet li l-eżerċizzji jgħinu biex inaqqsu r-riskju ta’ waqgħat, immunità aktar b’saħħitha

u diġestiv imtejjeb, pressjoni tad-demm u densità tal-għadam aħjar, kif ukoll riskju aktar baxx ta’ mard bħall-Alzheimer, dijabete, obeżità, mard tal-qalb, osteoporożi, u ċerti tipi ta’ kanċers. Dan jgħin ukoll lill-muskoli jissaħħu sabiex l-anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jagħmlu l-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum mingħajr ma jsiru dipendenti fuq ħaddieħor. U b’saħħa tajba, awtomatikament qed tgħid

Hemm ħafna xi jsir. Diġà bdejna nieħdu deċiżjonijiet importanti bħal fil-każ tal-Marina Palace Home fl-Imsida fejn wara li rajna li ma kinitx konformi mal-istandards li titlob li jkollha dar tal-anzjani, din ingħalqet u l-anzjani ġew rilokati. Nemmen ukoll f ’ħidma interġenerazzjonali fejn lill-anzjani rridu ningaġġawhom mat-tfal u maż-żgħażagħ ħalli kull parti tifhem lilloħra u jitneħħew ukoll stigmi żejda dwar l-anzjani. Hemm il-ħsieb ukoll kif l-ibliet u l-irħula jkomplu jinvestu u jsostnu aktar active ageing day centres li jsiru hubs fejn nisfruttaw kunċetti ta’ lifelong learning bħalluniversità tat-tielet u tar-raba’ età. Qed naħdmu sabiex nintroduċu sistema ta’ vetturi eco-friendly li joffru traġitti fir-reġjuni biex jikkumplimentaw u mhux jikkompetu mal-linji u inizjattivi eżistenti favur l-anzjani. Ħa nwaqqfu wkoll direttorat tad-dimensja fejn se nikkumplimentaw il-kunċett uniku Malti tad-Dementia Intervention Team billi nieħdu t-tajjeb ta’ diversi mudelli barranin u naddottawhom għall-ħtiġijiet tal-Għawdxin u tal-Maltin. Peress li din il-kundizzjoni spiss taffettwa r-rutina tal-irqad, se ninkoraġġixxu night shelters adekwati u pjanati tajjeb. Hemm ħafna xi jsir. Iċ-ċavetta ta’ kull pjan ambizzjuż li jirrigwarda l-persuna hija viżjoni ħolistika. Jekk il-karriera tiegħi bħala speċjalista għallmitni xi ħaġa, hija din: inutli tfejjaq il-frixa bla ma tagħti kas il-moħħ, il-qalb jew il-pulmun. Għalhekk viżjoni sa mneħirna hija ħela ta’ żmien u daħq fil-wiċċ. Pjanijiet fit-tul għandna bżonn u strateġija soda li għalkemm ma tagħtix riżultati immedjati tagħti sigurtà ta’ politika soċjali għall-anzjani li hija sostenibbli u li żgur ħa ngawdu minnha aħna l-ġenerazzjonijiet anzjani ta’ għada wkoll. Kumment tal-aħħar.. Sempliċi. Jalla l-ħidma tiegħi tħalli frott. Dak hu l-għan tiegħi; li nara lill-anzjani Maltin u Għawdxin igawdu u jgħixu f’ambjent denju u bi mħabba.


22

05.06.2022

ANDREW BUGEJA

JIRRESTAWRA U JIKKORDA L-ISTRUMENTI

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar sirt naf b’individwu li ilu jirrestawra u jikkorda l-istrumenti, l-iktar il-pjanijiet, għal snin twal. Għalih dan huwa xogħol li jirrilassah u jekk ikollu jerġa’ jitwieled, jerġa’ jagħżel dan ix-xogħol. Qed nirreferi għal Andrew Bugeja. Huwa miż-Żurrieq, miżżewweġ lil Gabriella u għandhom tlett itfal, Fernando, Katrina u Pawla. Dejjem ħadem fl-istess xogħol dak tal-manutenzjoni u bejgħ tal-pjanijiet. Iħobb jimxi, jaqra u jinteressa ruħu fil-politika internazzjonali. Jinteressawh kwistjonijiet ambjentali. Togħġbu l-mużika minn klassika sa kummerċjali, u jsegwi xi ftit l-isport l-aktar il-futbol. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala ftit kwiet, imma mhux iżżejjed. Iħobb jitkellem man-nies l-aktar fuq suġġetti relatati mal-antropoloġija u s-soċjoloġija. “Jien xi ftit spiritwali wkoll. Però nħoss li jien persuna tolleranti ħafna. Idejquni nies li huma fanatiċi, imma l-bqija nara ħafna t-tajjeb fl-uminità. Napprezza kull xogħol u nammira ħafna linnies li huma twajba, li kapaċi jaħfru u li jafu jħobbu anke f’sitwazzjonijiet iebsa. Dawn it-tip ta’ nies għalija huma ‘l-kbar’ fost l-umanità,” beda jgħidli dwaru. Andrew ilu 36 sena jirrestawra u jikkorda l-istrumenti, l-iktar il-pjanijiet. Fil-fatt, meta beda jaħdem mal-mibki Dun Mikiel D’Amato u ma’ ħuh Joe bdew jgħallmuh din issengħa - il-kura u l-manutenzjoni tal-pjanijiet, armonji u l-orgnijiet tal-knejjes. “Eventwalment meta bdejt nieħu ħsieb jien żammejt il-pjanijiet biss. Il-pjanu, bħal l-istrumenti kollha tal-korda jkollu bżonn akkordatura minn żmien għal żmien. Aħna nirrakkomandaw li t-tuning isir mhux inqas minn darba fis-sena. Però, hemm ħafna fatturi li jaffettwaw il-frekwenza ta’ kemm ikollu bżonn tuning il-pjanu. Li nagħmel hu li mmur għand il-klijent u nara li nissettjalu l-kordi biex il-pjanu jiġi jdoqq l-aħjar possibbli. Hemm proċess ieħor li ngħidulu toning, dan ifisser li tara li l-ħoss ikun tajjeb, kif ukoll pjaċevoli. Però, ix-xogħol huwa ħafna ak-

tar kumpless minn hekk. Ġieli jkollu jsir restawr ġenerali jew parzjali biex il-pjanu jkun jista’ jaħdem. Dan il-proċess isir fil-workshop,” beda jispjegali. Il-pjanu huwa xmara ta’ sentimenti Għal Andrew dan huwa xogħol li jirrilassah u jekk ikollu jerġa’ jitwieled, dan ix-xogħol jerġa’ jagħżel. Fi kliemu stess, il-pjanu hu xmara ta’ sentimenti. Id-dinja hija baħar ta’ emozzjonijiet u l-pjanu hu nixxiegħa waħda li sserrep għal dan ilbaħar ta’ emozzjonijiet. Mistoqsi kemm huwa popolari dan it-tip ta’ xogħol hawn Malta, u jekk jeżistux xi korsijiet għal min huwa interessat li jibda jaħdem fuq din il-linja, Andrew weġibni: “Dan ix-xogħol ta’ piano technician bħal kull xogħol ieħor hu kwistjoni ta’ supply & demand. F’Malta hawn bejn sitta u tmienja li jagħmlu dan ix-xogħol, u kieku jkun hawn aktar talba persważ li jkun hawn aktar technicians. Barra minn Malta jeżistu skejjel u korsijiet apposta li jħarrġuk f’din is-sengħa. Jien kont ixxurtjat għax dħalt apprentist fl-uniku workshop ta’ dan it-tip ta’ xogħol li kien hawn Malta lura fl-1986”. Fuq nota personali, Andrew huwa ż-żgħir minn 17-il aħwa. Ta’ erba snin tilef lil missieru. Żgur li ma kellux xi trobbija mill-isbaħ bid-diffikultajiet tal-ħajja. Fil-fatt, huwa ġej minn familja tal-bdiewa, imma kien jippreferi xi ktieb aktar milli l-għodod tar-raba’. Tgħallem il-mużika u ta’ 17-il sena daħal apprentist malaħwa D’Amato taż-Żurrieq. Mistoqsi x’sodisfazzjon jagħtih dan it-tip ta’ xogħol, Andrew weġibni: “Dan ix-xogħol inħossu jikkumplimenta l-karattru tiegħi fis-sens li jlaqqagħni mal-arti tal-mużika. Il-mużika hija intensa ħafna emozzjonalment, għal xi ħin tittrasportak lil hinn millħajja ta’ kuljum, mill-uġigħ, mill-biża’, mill-inċertezzi.

Ngħid għalija dawn is-sentimenti kollha nġarrabhom ġo fija u l-mużika tgħinni mhux li naħrabhom, imma li niffaċċjahom b’aktar serenità u kuraġġ. F’dan ix-xogħol li nagħmel inħossni privileġġat għax ilaqqagħni ma’ tant nies, tant rikkezza ta’ karattri, tant personalitajiet li trid u ma tridx żgur jgħallmuk u jimmarkaw il-karattru tiegħek”. Ta’ min jgħid li waqt xogħlu, ħafna drabi Andrew jkollu jmur għand in-nies jikkordalhom il-pjanu. Fil-fatt, meta individwu jdoqq il-pjanu, hemm rikordju warajh u meta jkun qed jikkorda pjanu, lil dawn il-persuni ma jkunx qed imissilhom biss il-kordi tal-pjanu, imma l-kordi tan-nostalġija u tal-memorja li jġib miegħu dak il-ħoss tal-pjanu. Fil-fatt, jisma’ ħafna rakkonti mingħand innies meta jmur għandhom. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora

aktar. “Meta tkun għand klijent u qed tikkuralu l-pjanu jista’ jkun qed tiftaħ baħar ta’ memorji, ta’ ġrajjiet, ta’ sentimenti li jkunu marbuta direttament jew indirettament mal-istess pjanu. Il-pjanu ġieli jkun ta’ persuna, omm, missier, ħu jew oħt li ġie nieqes u proprju waqt li jien inkun qed nikkordah xmara ta’ memorji tibda ġejja għal dan il-klijent partikolari. Rajt nies jibku waqt li jirrakkuntawli xi aneddotu mill-ħajja tal-persuna li ġiet nieqsa. Hemm ukoll marbuta mal-pjanu, in-nostalġija tal-passat ta’ meta l-klijent, li issa forsi kiber, forsi xjaħ, u l-pjanu jġiblu preżenti tfulitu u żgħożitu, ta’ meta hu stess kien jistudja l-pjanu, l-emozzjonijiet jiġu mġedda. Niftakru li l-moħħ kapaċi jaħżen ġo fih ċerti ħsejjes u ċerti melodiji li kif jerġa’ jismagħhom mal-ewwel jassoċċjahom ma’ ċerti ġrajjiet”. Fuq nota personali u bħal kulħadd Andrew kellu żmien sabiħ u żmien diffiċli f’ħajtu. L-agħar żmien kien meta esperjenza dipressjoni qawwija, imma bil-mediċina u bl-imħabba li sab ħareġ minnha. Ħallejt f’idejh sabiex

jelabora aktar. “Xi wħud jgħiduli inti sew għandek xogħol faċli tikkorda xi pjanu!” Ir-realtà mhix hekk, għalkemm nammetti li għandi xogħol sabiħ u għal qalbi, kollox fih id-diffikultajiet tiegħu u li tagħmel dan il-mistier mhux meħlus u salvat mill-problemi, ħafna ’l bogħod minn hekk! Jien xorta ngħix fid-dinja u jkolli l-problemi u l-mard u d-dwejjaq bħal kull persuna oħra. Sa minn ċkuniti kont naf x’inhu s-sagrifiċċju għax trabbejt ġo familja numeruża. Kont iż-żgħir fost 17-il aħwa. Missieri miet meta kelli erba’ snin. Batejna ħafna, imma ma konniex imdejqin. Nissogra ngħid li tfuliti kienet sabiħa u dwejjaq ma kontx naf x’inhu. Ommi u ħuti kienu ta’ ispirazzjoni għalija għax qatt ma rajthom jaqtgħu qalbhom jew jiddispraw. Forsi l-arti tagħmlek xi ftit aktar sensibbli wkoll li tkompli żżidlek ħafna aktar mistoqsijiet milli risposti għall-problemi eżistenzjali. Bla ma niddejjaq xejn ngħid jien ukoll għaddejt minn żmien ħażin, fejn ma kontx qed nara tama, fejn ħajti nħakmet minn dalma li ma stajtx noħroġ minnha kif ġieb u laħaq. Iva


08.11.2020 05.06.2022

23

SKEDA ONE 06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00

12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25 17:30

ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Popcorn Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy

18:30 19:20 19:30 20:10 20:35 22:45 23:30

Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Liquorish Music Legends ONE News

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Ħabrikt 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:33 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:50 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 16:00 16:25 16:55 17:30

Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Indhouse Flimkien ma’ Nancy Music Legends ONE News What’s Cooking Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd

18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:10 22:15 22:50 23:30

Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Flip the Venue Il-Willy The Local Traveller ONE News

06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00

12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:40 16:05 16:20 17:20 18:00

ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Żona Sport Primetime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking

18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:30

ERBGĦA Pjazza 08-06 ONE Sports & Temp ONE News Primetime The Local Traveller Miss World Malta Flip the venue ONE News

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso

12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:05 16:26 17:00 17:30

ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Telebejgħ Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf

18:30 19:20 19:30 20:10 20:40 21:40 22:50 23:30

Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Ibgħathieli bil-posta Eko Djar Reboot ONE News

06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00

12:30 12:35 12:50 15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 16:50 17:30

ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Music Legends Indhouse

18:15 19:18 19:30 20:10 20:30 22:30 23:00 23:30

Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Brillanti Popcorn Żona Sport One News

06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:25 Reboot 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak li Jgħodd 11:35 What’s Cooking

12:00 12:30 12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:00 16:25

Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Mhux Kemm Taf ONE News Liquorish Omnibus Ħabrikt Flimkien ma’ Nancy

17:25 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30

Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

06:30 06:45 07:15 07:40 08:00 08:40 10:00 10:25 11:30

12:30 12:40 13:15 15:30 15:35 16:00 16:35 17:30 18:30

ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa Music Legends Imqades l-Istorja Eko Djar Mill-festa - Ħaż-Żebbuġ

19:25

One Sport 12-06 & Temp ONE News Willy Mill-festa - Ħaż-Żebbuġ ONE News

ONE News Liquorish Niftakru ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta Espresso

TLIETA 07-06

d-dipressjoni tista’ tolqot lil kulħadd, kultant ikunu fatturi ovvja, iżda kultant jogħġobha tiġi żżurna bla wisq tweġiba għal xiex. Imma bħal fil-każ tiegħi wieħed għandu jitkellem mal-familja u ma’ ħbiebu. Tiskanta kemm hemm nies li lesti li jgħinuk. Hemm ukoll il-kura medika li hi indispensabbli. Illum il-mediċina hi tant avvanzata li ser tgħin lil min għandu bżonn l-għajnuna. Naf ukoll li huma ħafna li jesperjenzaw xi forma jew oħra ta’ saħħa mentali. Kuraġġ, hemm wisq sabiħ madwarna, in-nies ta’ madwarna wkoll għandhom ħafna tajjeb, il-ħolqien sabiħ, fittxu l-għajnuna,” żvela miegħi Andrew. L-akbar investiment f ’uliedna hu t-tagħlim tal-mużika u l-arti Li jaħdem fid-dinja tal-pjanijiet huwa l-aktar xogħol addattat għal Andrew għaliex huwa individwu ftit poetiku, filosofiku, idealista u romantiku. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Dejjem nistaqsi għaliex it-tbatija. Sew jekk ġejja għax ħloqnieha aħna l-bnedmin u sew jekk tiġi b’mod naturali nħossha tifnini wisq. Bil-poeżija nipprova ngħid u nfittex dak li bil-kliem ma tistax tesprimih. Bil-filosofija u sa ċertu punt anke bil-psikoloġija nipprova naħtaf xi farka żgħira għaliex il-bniedem kapaċi jkun daqshekk distruttiv kemm fuqu personali kif ukoll għall-oħrajn, biex inkun nista’ nagħdru u ma

nitlifx il-fiduċja fl-umanità. Idealistà u romantiku għax nibqa’ nfittex is-sabiħ kemm issa fil-preżent kif ukoll fil-passat. Naf ċert li fil-passat id-dinja ma kinitx xi Utopja, imma nipprova nislet is-sabiħ tal-imgħoddi u fejn nista’ napplika xi ħaġa minnu. Dan kollu narah fil-pjanu, fil-mużika għax dejjem noħlom li nara dinja aktar melodjuża, aktar armonjuża fuq kollox aktar sabiħa f’sens ta’ komportament bejnietna. Il-pjanu jagħtina lezzjoni għax it-tasti (il-keys) jgħixu f’armonija u ftehim perfett minkejja li huma differenti, minkejja li huma suwed u bojod! Id-dinja tal-pjanu sabiħa wisq għandha ferm x’tgħallimna! Fortunatament għad hawn f’pajjiżna l-ħeġġa biex ngħallmu lil uliedna l-mużika u l-arti. Jien ngħid li l-akbar investiment f’uliedna hu t-tagħlim tal-mużika u l-arti għax jagħmlu lil qalbna aktar ratba aktar tollerabbli u moderati, aktar umana”. Fl-aħħar nett, Andrew ħalla messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “L-aħħar kelma hi ejjew ngħożżu l-arti, ejjew ngħożżu s-sabiħ ta’ madwarna, ejjew ngħożżu u napprezzaw lil kull persuna. L-arti wara kollox tagħmel preżenti, tagħmel possibbli dak li hemm fil-qalb ta’ kull bniedem, ix-xewqa għas-sabiħ, ix-xewqa għall-ġmiel. Wara kollox id-dinja tista’ ssalva biss bil-ġmiel, il-ġmiel fl-arti, il-ġmiel fl-għemil tagħna, u l-ġmiel tal-imħabba lejn xulxin,” temm jgħid.

ONE News Liquorish Popcorn ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta Espresso

ĦAMIS 09-06

ONE News Liquorish Żona Sport ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta Espresso

SIBT 11-06

ONE News Niftakru Żona Sport Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Ieqaf 20 Minuta Mhux Kemm Taf Flip the Venue

19:30 20:15 21:00 23:30

TNEJN 06-06

ĠIMGĦA 10-06

ĦADD


24

05.06.2022

reċensjoni tal-ktieb

IR-RAĠEL TAS-SKIET STEJJER B’RABTA MA’ SAN ĠUŻEPP Ir-Raġel tas-Skiet hu l-isem ta’ ġabra oħra ta’ novelli tal-kittieb Għawdxi Joe Camilleri. Din id-darba, b’mod dirett jew indirett, l-istejjer huma marbuta ma’ San Ġużepp li bl-imħabba, bl-umiltà u bis-skiet tiegħu niżel f’qalb il-poplu. Ktieb ta’ 137 paġna b’qoxra attraenti. Jiġbor fih 18-il storja. Pubblikazzjoni letterarja oħra prestiġjuża ta’ Horizons. • Kif jidħol San Ġużepp fil-ferħ, fix-xewqat, u fit-tamiet, anki waqt is-solitudni tal-imxija tal-Covid-19? • X’kienet ir-reazzjoni għad-dehra ta’ tfajjel li tilef sieq waqt inċident? • Għaliex wiċċ il-purtinara tal-iskola jixgħel dejjem b’ferħ? • San Ġużepp kif seta’ serva ta’ rifda fil-bejgħ ta’ proprjetà? • Il-post magħruf bħala Tal-Abbandunati hu tassew minsi? • Għaliex kollhom ħerqa, il-ġenituri żgħażagħ, lil binhom riedu jsemmuh Joseph? • X’kienet, u fejn kienet il-moħba taz-ziju li qatta’ għomru emigrat? • Għaliex San Ġużepp għandu anġlu mbissem? ... Dawn huma wħud mill-kurżitajiet li jqanqlu l-istejjer mistħajla. Ħafna minnhom ambjentati fi żmienna u li jirriflettu l-ħajja, il-ħsieb, u l-kultura kontemporanja. Oħrajn, jeħduna lura lejn żmien bibliku. Iqanqlulna empatija; kultant anki tbissima. Bl-istil ħaj u partikulari tiegħu, Joe Camilleri jmexxina fi vjaġġ ma’ nies li jgħaddu minn esperjenzi differenti. Fost oħrajn, minn problemi waqt it-trobbija tal-ulied. Fit-tfittxija għall-għażla ta’ sieħeb ideali. Fit-tħassib għall-kisba ta’ impjieg stabbli. Fix-xewqa li jgħib it-tilwim tal-wirt u jerġa’ jsaltan is-sliem bejn l-aħwa. Waqt klima ta’ tensjoni mqanqla minn

aġendi moħbija u minn pika parrokkjali. Meta tfassal proġett għall-integrazzjoni ta’ immigranti irregolari. U f’ħajtu, anki San Ġużepp kellu l-kriżijiet u l-esperjenzi umani ibsin fix-xogħol tiegħu, fir-responsabbiltà u fil-ħarsien tal-familja. Ġarrab ukoll il-waqtiet sbieħ ta’ mħabba, ta’ għaqda, ta’ umiltà u ta’ solidarjetà. Forsi kien għalhekk li bis-skiet tiegħu, San Ġużepp sab post ta’ kenn f’qalb il-poplu. Għax in-nies tidentifika t-tiġrib tagħha ma’ dak tal-Qaddis. U l-istejjer f’Ir-Raġel tas-Skiet jolqtu lin-nies għax huma mera tal-esperjenzi tan-nies bil-waqtiet ta’ preokkupazzjonijiet, ta’ biżgħat u ta’ tensjoni. Imma wkoll bl-emozzjonijiet pożittivi waqt il-ferħ, it-tamiet u serħan il-qalb. Kultant, dawn l-istejjer għandhom mill-ħolm, mis-seħer tal-leġġendi, missempliċità tal-ħrejjef, u mill-eċitament tal-misteru. Iżda la huma leġġendi, la rakkonti tradizzjonali popolari, u lanqas attentat biex jinfdu l-misteru. Huma kollha frott l-istħajjil. Novelli qosra li waqt li jipprovdu l-gost tal-qari, iwasslu s-sbuħija tal-valuri nobbli tal-imħabba, tal-umiltà, tas-solidarjetà, tas-sewwa u tal-ġustizzja. Fis-sena ddedikata lill-Patrun tal-Knisja Universali, dawn ix-xejriet għandhom jissuktaw ifakkruna fil-ħarries li bis-skiet tiegħu hu dejjem fid-dell tagħna. Biex nerfgħu ħsiebna lejh meta qalbna tifraħ, u meta ruħna tibki. Ir-Raġel tas-Skiet huwa l-ħames ġabra ta’ novelli ta’ Joe Camilleri, wara Mużajċi tat-Tafal (2020 – Horizons), Żwiemel tar-Riħ (2010), Fir-Rokna tas-Silenzju (2008), u Solitudni fil-Folla (2007). L-awtur huwa eks għalliem u kordinatur tal-Malti, u eks kap tal-Iskola tad-Drama, in-Nadur. Huwa l-kontributur regolari dwar l-arti viżiva u l-lettera-

tura fil-programm televiżiv Għawdex Illum, u għal sitt snin, fil-programm Malta u lil Hinn Minnha, ta’ TVM.

Mistoqsija: Kemm-il storja jiġbor fih dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IR-RAĠEL TAS-SKIET. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-kotba IL-PIRATI u IL-ĦBIEB TAL-ANNIMALI hija:

V.WILLIAMS - RAĦAL ĠDID

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm kienet ir-rata ta’ qgħad f’Malta fix-xahar ta’ April?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

05.06.2022

JOQTOL BIEX JIRET Charles Albanese qatel lill-qraba għal ġidhom Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Charles Albanese kien qattiel tal-massa Amerikan li qatel tlett qraba bl-arseniku biex jiret ġidhom. L-omiċidji wettaqhom bejn l-1980 u l-1981 fl-Istati Uniti. Albanese weħel żewġ sentenzi tal-mewt u ngħata l-injezzjoni letali fl-1995. Min kien Charles Albanese Charles Michael Albanese twieled fit13 ta’ Ġunju tal-1937 f’Chicago f’Illinois. Ftit huwa magħruf dwar it-tfulija u t-trobbija tiegħu ħlief li hu kien l-iben il-kbir. Skont xi qraba, Albanese kien ambizzjuż iżda ried jaqla’ ħafna flus bi ftit xogħol u sagrifiċċju. Albanese wettaq l-ewwel att kriminali fl-1 ta’ Frar tal-1965. Hu u persuna mhux magħrufa libsu ta’ detectives u daħlu fid-dar ta’ Emmett Farrell, li kellu 61 sena, fejn serqulu xi flus. Wieħed mill-ġirien rahom deħlin fiddar tal-familja Farrell u b’hekk kiteb in-numri tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni tal-karozza u għaddiehom lill-pulizija. Dawn tal-aħħar saru jafu li l-karozza kienet irreġistrata fuq Albanese u b’hekk arrestawh. Ftit wara l-arrest tiegħu, sar magħruf li Albanese kien wettaq diversi atti kriminali oħrajn fejn kien juża l-isem ‘Charles Romaine.’ Għal dawn l-atti, Albanese weħel ħames snin probation. Wara l-arrest tiegħu, l-ewwel mara ddivorzjatu u flimkien ma’ wliedha marret tgħix f’Wisconsin. Ftit wara li telqitu, Albanese żżewweġ lit-tieni mara tiegħu. Waqt li kienu għadu miżżewweġ mat-tieni mara, Albanese żżewweġ mara oħra, Virginia Mueller, f’Las Vegas fl-1972. Albanese kien kuntent b’dan iż-żwieġ u peress li kien il-president tal-kumpanija ta’ missieru, hu kien jaqla’ paga tajba u b’hekk kien jaffordja jsiefer lill-familja ’l hemm u ’l hawn. Sadanittant, sakemm hu kien qiegħed igawdi mat-tielet mara u wliedhom, it-tieni mara fittxitu bil-Qorti għax ma kienx qiegħed jagħtiha l-manteniment tat-tfal. Lejn l-aħħar tas-snin 70, Albanese u familtu marru jgħixu fi Spring Grove, fejn spiċċa magħruf mill-ġirien bħala fanfru għax kien il-ħin kollu jiftaħar b’ġidu. Minkejja l-ftaħir, ir-rgħiba tiegħu għamietu. Il-bidu tad-delitti Fl-1980, Albanese beda jżur lill-kunjata tiegħu u lil ommha fil-komunità tal-irtirar magħrufa bħala Leisure Village, f’Fox Lake. Il-kunjata tiegħu, Marion Mueller, kellha 69 sena u ommha, Mary Lambert, kellha 89 sena. Kull meta kien iżurhom, Albanese kien jeħdilhom xi rigali u kien anke jingħaqad magħhom waqt l-ikel. Waqt dawn iż-żjajjar, Albanese rnexxielu jikkonvinċi lil Lambert biex tikteb il-wirt

Charles Albanese wara l-ġuri ta’ McHenry County

fuq il-mara tiegħu biss u biex taqta’ lil uliedha minnu. Wara li l-pjan tiegħu rnexxa, Albanese mar f’ħanut u talbu jagħtih xi ħaġa biex jeħles mill-ġrieden li kellu fid-dar. Tal-ħanut tah l-arseniku u qallu kif għandu jużah iżda dan ma kienx jaf li Albanese mhux vera riedu biex joqtol il-ġrieden, iżda lil xi qraba. Hekk kif kellu l-arseniku, Albanese beda jżid dożi żgħar fl-ikel ta’ Mueller. L-effett tal-arseniku nħass fis-6 ta’ Awwissu tal-1980, hekk kif Mueller ittieħdet l-isptar wara li bdiet tħossha ħażin ħafna. Mueller mietet fl-istess ġurnata u l-kawża tal-mewt tniżżlet bħala attakk tal-qalb. Wara ħmistax, Lambert ukoll bdiet tħossha ħażin u kellha l-istess sintomi bħal ta’ bintha. Hi ttieħdet l-isptar u mietet hemm. Din id-darba, il-kawża tal-mewt tniżżlet bħala waħda naturali. Il-mewt ta’ dawn iż-żewġ nisa wasslet għal għagħa kbir fil-komunità għax in-nies bdew jaħsbu li hemm xi marda jew li kien hemm l-ikel jew l-ilma kkontaminat. Id-dipartiment tassaħħa tal-lokal spiċċa biex nieda investigazzjoni u minnha rriżulta li ma kien hemm xejn ħażin fl-ikel u fl-ilma. Hekk kif ingħalqet l-investigazzjoni, il-komunità setgħet isserraħ rasha u dawn komplew b’ħajjithom. Bil-mewt ta’ Mueller u Lambert, il-mara ta’ Albanese wirtet madwar 150,000 dollaru.

missieru u matulha kellhom xi jgħidu. Waqt l-argument, il-missier qallu li ma jridux iktar fil-kumpanija iżda bidel fehmtu ftit jiem wara u minflok keċċieh, baxxielu l-grad u ħatru bħala teżorier. Albanese beda jieħu l-gallettini u l-ikel li kien jipprepara hu lil missieru u lil ħuh iż-żgħir, u dawn bdew jagħmlulhom ħażin. Huma għamlu xhur deħlin u ħerġin l-isptar għax ma bdewx iħossuhom sew u l-missier spiċċa biex miet fis-16 ta’ Mejju tal-1981. Mal-mewt ta’ missieru, Albanese wiret ’il fuq minn 250,000 dollaru, apparti li ngħata iktar saħħa fil-kumpanija. Waqt l-awtopsja fuq il-katavru ta’ missier Albanese, il-mediku forensiku sab traċċi tal-arseniku. Hu kellem lill-kurunell li ħa ħsieb l-investigazzjoni ta’ Mueller u Lambert wara li ntebaħ li l-mejtin kellhom kuntatt dirett ma’ Albanese. Kien għalhekk li l-kurunell kellem lill-mara ta’ Albanese u talabha biex tagħtihom permess jagħmlu awtopsja fuq il-katavri ta’ ommha u ta’ nannitha, u din aċċettat. Waqt l-awtopsja rriżulta li t-tnejn li huma kellhom ammont kbir ta’ arseniku f’ġisimhom. Din is-sejba wasslet għall-arrest ta’ Albanese, li kien qed jippjana vaganza flimkien ma’ martu u ma’ ommu. Il-pulizija arrestawh fit-18 ta’ Novembru tal-1981 bl-evidenza li kellhom għax beżgħu li Albanese kien se joqtol lil ommu biex jiret nofs miljun dollaru. Qtil ieħor u attentat ta’ qtil Albanese, li ċaħad kull akkuża miġjuba kontrih, instab ħati ta’ tliet omiċidji u Xahar wara mill-qtil ta’ Mueller u tal-attentat ta’ qtil ta’ ħuh. Minħabba Lambert, Albanese kellu laqgħa ma’ li qatel lill-vittmi f’żewġ postijiet dif-

Charles Albanese

ferenti, Albanese kellu jidher fil-Qorti ta’ Lake County u ta’ McHenry County fejn weħel żewġ sentenzi tal-piena kapitali. Hu weħel ukoll 60 sena ħabs għall-attentat ta’ qtil ta’ ħuh. Albanese ngħata l-piena kapitali permezz tal-injezzjoni letali fl-20 ta’ Settembru tal-1995.

Albanese wettaq l-ewwel att kriminali fl-1 ta’ Frar tal-1965. Hu u persuna mhux magħrufa libsu ta’ detectives u daħlu fid-dar ta’ Emmett Farrell, li kellu 61 sena, fejn serqulu xi flus


26

05.06.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

05.06.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 437

V.DEBATTISTA - ĦAŻ-ŻABBAR

MIMDUDIN: 1. Għal ħabba 12. jqaxxar .......... (5) 4. Ġustizzja (4) 16. 7,9. Omm ommi (5) 18,19. 9. Ara 7 10. Jistgħu jkunu 19. Bi 3 NUMRI 034 296 454 650 712 732 785 800 B’4 NUMRI 0723 1368 1903 2046

2083 2188 2385 2556 2706 2896 3001 3240 3601 3708 3822 4060 4095 4779 5873

6076 6212 6562 6841 6897 6906 7041 7416 7833 7958 8092 8115 8308 8365 8891

8950 9616 B’5 NUMRI 00378 05226 13423 17215 17230 22711 29812 31830 35678 40450 41137

41531 52382 61025 65367 68153 68309 70873 86332 88989 91176 99771 B’6 NUMRI 568200 600866

B’7 NUMRI 0518993 2321228 3032043 5054581 7627281 9643811 Bi 8 NUMRI 09542179 17800186 68326825 97669566

tas-sodda (6) 20. Xi drabi din 21. titlifha (6) 23. Snin (3) Isem kantant 24. kunjomu John (5) Ara 18

WEQFIN: 8. 1,11. Iddoqq jew iċċempel din?(8) 11. 2,21W. Ikunu fl-intern (6) 12. 3,12W. Iżżomm vapur (6) 13,21M. 5. Driegħ Ingliża (3) 14. 6. Nofs qarben (3) 15.

Tieħu n-nies l-isptar (9) 17. Ara 1 wieqfa Ara 3 wieqfa 21. Rikkieb (6) 22. Ħallih (6) Taqla’ l-imsiemer

Obbligati (5) Ara 13 Verbi, aġġettivi, ..... (4) Qiem (5)

biha (6) Tlieta Taljani (3) Ara 12 Ġurnata (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Borma, 4.Xtut, 7,9.Raħli, 10.Kbarat, 12.Parati, 16.Nar, 18,19. Indur, 20.Sidti, 21.Far, 23.Sugu, 24.Adura

WEQFIN: 1.Baħrin, 2,11.Rtira, 3,17.Arkata, 5,21 wieqfa. Tirfes, 6.Tut, 8.Abbanduna, 12.PR, 13.RII, 14.Idilku, 15.Franza, 22.Sinjal


28

05.06.2022

PROBLEMI ENDEMIĊI Editorjal

Għal dawk li wkoll jiftakru kif it-tmexxija Nazzjonalista trattat lil niesha stess lejlet l-elezzjonijiet ġenerali tal-2013 u l-2017 meta temgħathom stampa surreali, avolja konxja sew tas-sitwazzjonijiet, jagħtu r-raġuni għaliex ilPN niżel f’dan il-livell

Il-ħajja hi mill-iżjed faċli b’għaj­ nejn magħluqin, kiteb għe­xie­ ren ta’ snin ilu l-awtur u mu­ żiċist bravu John Lennon. Il-fatt li ma tridx tkun taf bi problema li għandek, ma tista’ qatt tkun f’sensik biex anke tirrealizza jew saħansitra tasal għal modi kif tista’ ssolviha. Wisq inqas li tasal titgħallem xi ħaġa mill-istess esperjenza u allura minn hemm ’il qud­ diem ma tirrepetix l-iżbalji li forsi għamilt u li ma kellek qatt tagħmel. Tisma’ lill-Kap tal-Partit Naz­­ z­jonalista Bernard Grech jir­ re­­peti l-mantra daqslikieku xi “puritan” konvint li lest jissag­ rifika lilu nnifsu ħalli jagħti l-lezzjonijiet lil kulħadd, bla ma jirrealizza li kulħadd qed jara fih il-ħrafa tal-imperatur għarwien, allura tifhem iżjed il-problemi endemiċi li għandha l-Oppożizzjoni llum. Dan b’riperkussjonijiet gravi wkoll fuq il-pajjiż inġenerali. Id-diskors tal-ġimgħa li għad­diet minn Grech, wara li ħareġ ir-riżul­tat mill-elezzjo­ ni monologa għall-konferma tiegħu bħala Kap, ma ppreżenta xejn ġdid li ma konniex diġà

smaj­na qabel. F’mument daqstant importanti u kruċjali li kellu jimmarka direzzjoni ċara ’l quddiem, ilkliem tiegħu falla miżerjament lil kulħadd u iżjed minn hekk ħalla lill-PN ankrat eżatt fejn kien ġurnata qabel … jekk mhux anke agħar. Evidentement dak il-messaġġ kien miktub biex jinjora għal kollox lid-dis­sidenti li llum huma skjerati kontrih u, għax kien mitbugħ minn qabel sew, inqabad ukoll li ma kienx qed jobsor li seta’ kien qed tistennih daqqa qawwija mingħand 440 kunsillier Nazzjonalista, jew 28% ta’ dawk eliġibbli, li ma marrux jivvotaw jew ħassru l-vot inkella saħansitra vvotaw kontrih. F’elezzjoni mifruxa fuq ġim­ għa sħiħa, bl-opportunità ta’ proklama għal min kien indispost u fin-nuqqas ta’ kompetizzjoni, allura 72% tal-voti favur huma kollox ħlief “appoġġ b’saħħtu”. Huma wkoll oċean ’il bogħod mill-istandards stabbi­ liti mit-tim ta’ Grech stess talbżonn ta’ 90% tal-voti u fuqhom biex Kap ikollu l-kontroll kif jixraq tal-Partit.

Għaldaqstant meta l-PN u l-Kap tiegħu jazzardaw iqabblu din il-prestazzjoni ma’ dik ta’ sentejn ilu, meta Grech ġie elett b’69% tal-voti minn fost it-tesserati kollha kontra Adrian Delia, ikunu biss qegħdin jogħrku l-melħ fil-ferita. Ferita li diġà hi mdennija biżżejjed u żżejjed. Mhux biss għax il-votanti ta’ ġim­għa ilu kienu l-qalba tan-Naz­­zjonalisti li jimmilitaw fid-Dar Ċentrali u l-friegħi kollha tal-Partit, iżda wkoll għax l-istess persentaġġi dakinhar f’kuntest fost it-tesserati – li kieku kienu jkunu eliġibbli li jivvotaw għall-Kap b’iżjed minn kontestant wieħed – allura Grech kien ikollu jiffaċċja xejn inqas minn 6,000 affiljat Nazzjonalist kontrih. Dawk kollha li jirrikonoxxu tali problemi u jittamaw f’min jista’ joħroġ bis-soluzzjonijiet għall-fejqan żgur ma jippreten­ du qatt diskorsi bħal dawk li r-riżul­tat fil-ħatra ta’ Kap Nazzjonalista seta’ jirrifletti “partit aktar b’saħħtu u iżjed magħqud, b’inqas individwaliżmu”. Dak hu eżatt kif ippreżenta ruħu Grech, għal darb’oħra minfuħ bih innifsu u b’suppost “appoġġ

qawwi” li ngħata. Minkejja dan, għal min daq ukoll ir-reazzjoni Nazzjonalista ta’ qisu qatt ma kien xejn wara telfa b’maġġoranza ta’ 40,000 vot xahrejn ilu, mhux se jiskanta kif Grech u dawk li jiġbdulu l-ispaga llum qed jinjoraw ukoll il-mijiet minn ħdan il-kunsillie­ ri tagħhom stess. Għal dawk li wkoll jiftakru kif it-tmexxija Nazzjonalista trattat lil niesha stess lejlet l-elezzjonijiet ġenerali tal-2013 u l-2017 u temgħathom stampa mill-aktar surreali, avolja konxja sew tas-sitwazzjonijiet, jagħtu r-raġuni għaliex il-PN niżel f’dan il-livell. Ikomplu iżjed jikkonvinċu ruħhom li l-problemi eżistenti huma iżjed fondi milli fil-fatt huma fid-dieher. Din is-sitwazzjoni timme­ri­ta wkoll, fuq kollox, responsab­ biltà akbar fuq spallejn il-Partit Laburista fil-Gvern, anke jekk dan illum, immexxi minn Ro­ bert Abela, jagħraf jimxi b’għaj­ nejh miftuħin beraħ fortunatament biex ma jħalli lil ħadd warajh fil-mixja ta’ progress min­għajr preċedent li qed jesperjenza kulħadd.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.