KullHadd_05.11.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 5 ta’ Novembru, 2017

Ħarġa Nru 1,269 Prezz €1

RIED JAGĦMEL L-IKBAR FUNERAL TA’ FAMILJA WAĦDA F’MALTA

Dettalji ġodda u xokkanti dwar l-allegat każ ta’ vjolenza domestika minn Roddy Williams misSeychelles fuq martu Natalie jikkonfermaw kemm dik ta’ din il-ġimgħa kienet esperjenza tal-waħx. Wara li ħataf lill-mara ta’ 46 sena u sakkarha f ’kamra taħt l-art fil-Kalkara għal tlett ijiem, Roddy kien imur spiss ħdejha u jabbuża mid-droga. Il-KullĦadd tista’ tiżvela li darba minnhom heddidha li joqtol lil missierha, lil uliedha u lilha biex ikun jista’ jagħmel l-ikbar funeral ta’ familja waħda f ’Malta. Tkompli f’paġna 9

DEAL OR NO DEAL, DELIA? • ADRIAN DELIA MA JAFX HUX SE JĦALLAS IT-TAXXA SAL-AĦĦAR TAS-SENA

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qed jgħid li sal-aħħar tas-sena jrid ikun għamel ftehim biex jibda jħallas ittaxxa li ma ħallasx tul is-snin. Però issa mhux ċar jekk hux se jkun qed iħallas ukoll it-taxxa kif imwiegħed iktar qabel għax ir-riżorsi għandhom il-limitu tagħhom. Naturalment, hu jippreferi jħallashom f’daqqa għax skont skema tad-Dipartiment tat-Taxxi hekk ikun qed jiffranka mill-imgħaxijiet li saħansitra qed jilmenta dwarhom għax fi kliemu huma għoljin. Għalkemm minn stħarriġ li għamilna jirriżulta li anke dwar kemm huma dawn l-imgħaxijiet kellu żball. Tkompli f’paġna 6

IL-PARTIT MHUX “DAWK IL-ĦDAX” • ADRIAN DELIA JIRRITALJA F’DISKORS BL-GĦAJJAT U AGGRESSIV F’ĦAL TARXIEN

• JGĦID LI CHRIS SAID TELAQ GĦAL RASU U JINDIKA LI SIMON BUSUTTIL MESSU RRIŻENJA F’Ħal Tarxien il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, irritalja għall-attakki kontra tiegħu u għamilha ċara li l-Partit Nazzjonalista mhux “dawk il-ħdax” b’referenza ċara għad-deputati li qed jaħdmu kontra tiegħu u li qed jitkellmu dwar il-mument opportun biex iqaċċtuh ’il barra. Delia talab l-appoġġ tal-partitarji biex id-deputati mbagħad isegwu jekk jarawhom magħqudin miegħu. Iżda, id-deputati ma tantx jidhru li se jisimgħu. Illum nistgħu niżvelaw ukoll il-ħsieb wara l-mozzjoni li ressaq Chris Said iktar kmieni din il-ġimgħa. Jekk tintlaqa’, se tikber il-pressjoni fuq Adrian Delia biex jirriżenja bl-argument li meta l-Prim Ministru talab inkjesta dwar allegazzjonijiet ta’ Daphne Caruana Galizia f’April li għadda, il-Partit Nazzjonalista kien talbu jirriżenja u hekk ikun mistenni jagħmel il-Kap tal-istess partit. Delia rreaġixxa billi lbieraħ qal li Said telaq għal rasu u żied li kieku kien Simon Busuttil, kien iwarrab.

SAL-AĦĦAR TAS-SENA: XOGĦOL FUQ 11-IL SIT TA’ HOUSING SOĊJALI

Ara paġna 3

Ara paġni 4 u 5


02

05.11.2017

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 22°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa fuq Marsilja li testendi lejn il-Majjistral tal-Libja ser tersaq fuq it-Tramuntana tal-Italja u testendi lejn it-Tramuntana tal-Libja. It-Temp: Ftit imsaħħab. Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mix-Xlokk li jsir ħafif għal moderat min-Nofsinhar ix-Xlokk. Il-Viżibilità: Tajba. Il-Baħar: Ħafif għal moderat. L-Imbatt: Ftit li xejn. It-Temperatura tal-Baħar: 22°C

email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tnejn

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

23°C

UV 3

14°C

Il-Ħamis

20°C

UV 2

15°C

21°C

Il-Ġimgħa

UV 3

16°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

21°C

UV 3

14°C

22°C

UV 1

16°C

20°C

UV 3

14°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Floriana – 21239310 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 Numri Importanti Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21330352 112​ Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 St. Joseph Pharmacy, 1, Triq iż-Żakkak, Il-Mosta – 21417593 Il-Pulizija ta’ Malta El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 2122 4001-9​ Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 2393 0000 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Il-Gwardjani Lokali ​2132 0202 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat– 21454274

Stampat Progress Press

L-Isptar ta’ Malta 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Għawdex Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat – 21556170 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem – 21563017 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

05.11.2017

kullhadd.com

16-IL SIT FI 11-IL LOKALITÀ GĦALL-HOUSING SOĊJALI

Iktar minn €54 miljun se jintefqu fi 11-il lokalità fuq 16-il sit ta’ housing soċjali. F’Ħal Luqa, fis-Siġġiewi u f ’Bormla se jsiru l-ikbar proġetti fejn in-nefqa taqbeż is-€7 miljun f ’Bormla u taqbeż id-€9 miljun f ’Ħal Luqa. Fl-Imsida u f ’Birkirkara wkoll se jsiru proġetti ta’ ċertu kobor bi proġetti ta’ iktar minn €5 miljun. Dan ifisser mijiet ta’ residenzi li se jkunu qed jinbnew wara ħafna snin fejn f ’pajjiżna l-bini tal-housing soċjali kien ingħata l-ġenb. It-tħejjijiet għal dan il-proġett enormi, wieħed mill-ikbar fis-settur soċjali, bdew fil-leġiżlatura li għaddiet. U llum filwaqt li f ’ċerti siti beda t-tħammil, f ’oħrajn dan lest u qed jistennew li toħroġ is-sejħa għall-offerti tal-bini. Il-Ministru għall-Politika Soċjali, Michael Falzon, ikkummenta mal-gazzetta KullĦadd li fid-dawl tas-suċċessi ekonomiċi illi esperjenzajna f ’dawn l-aħħar snin, inħolqu sfidi ġodda li wasslu biex kabbru d-domanda għall-housing soċjali, waqt li qed ikun ta’ sfida

wkoll il-housing affordabbli. “Dan il-Gvern huwa impenjat iżda li jindirizza din il-problema u mhux jaħrabha. Xhieda ta’ dan huma l-għadd ta’ proposti fil-manifest elettorali u fejn qed naraw ukoll l-ewwel baġit għal bosta snin, li fih ingħatat attenzjoni speċjali lill-qasam tal-housing. Baġit li nieda inizjattivi li jaħsbu għat-tul, kif ukoll oħrajn li jistgħu jitwettqu f ’iqsar żmien,” qal Michael Falzon. Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-settur, Roderick Galdes, spjega kif minn 16-il sit immarkati għal l-akkomodazzjoni soċjali, diġà hemm 7 minnhom li bħalissa għaddej xogħol ta’ skavar fuqhom. “Bħalissa impenjati wkoll li dan in-numru jiżdied għal 11-il binja salaħħar tas-sena. Dawn huma proġetti li jieħdu ż-żmien, għalhekk is-Segretarjat qed jaħdem ukoll fuq miżuri oħra li jindirizzaw l-isfida ta’ nuqqas ta’ bini għall-housing soċjali, fosthom permezz tal-iskema ‘Nikru biex Nassistu’ u inċentivi oħra biex l-Awtorità tad-Djar iżżid

b’mod gradwali l-binjiet li jistgħu jiġu allokati b’mod issussidjat lil min tassew għandu bżonn ta’ din l-għajnuna,” qal Galdes. Michael Falzon sostna kif dan il-proġett ta’ bini ta’ housing soċjali hu sfida kbira. “Se tkun sfida għaliex għal snin sħaħ ma nbeniex lanqas appartament wieħed. Dan imma mhux se jaqtgħalna qalbna, din is-sena fil-fatt nedejna proġett għat-tul, permezz tal-bini ta’ kważi 700 unit għall-housing, b’investiment massiċċ,” tenna Falzon. Żied li minbarra dan se nkomplu noffru għajnuna finanzjarja biex jiġu rranġati residenzi mhux użati: “Bl-iskop li jintużaw għall-housing soċjali, filwaqt li se nkomplu nagħtu aktar għajnuna lil dawk il-persuni li jikru. Hawnhekk qed imur is-surplus. B’dan il-mod qed inqassmu l-ġid li rnexxielna nibnu matul il-leġiżlatura li għaddiet. Konvint li se nżommu dan ir-ritmu u b’hekk naraw ġenerazzjonijiet futuri aktar b’saħħithom,” qal il-Ministru Falzon.

Triq il-Għenba Attard

€439,079

Tas-Sisla B’Kara

€5,387,618

Helen’s Gate Cospicua

€7,120,200

Triq il-Lewżiet, Kirkop A

€2,306,944.80

Triq Salvu Sacco, Kirkop B

€1,613,912

Triq tal-Fieres, Kirkop C

€379,744.00

Triq tal-Fieres, Kirkop D

€878,158

Ħal Farruġ, Luqa

€9,493,600

Valley Road, Msida

€6,123,372

Triq it-Tuffieħ, Naxxar

€617,084

Triq N Mifsud, Qrendi A

€2,138,433.40

Triq N Sammut, Qrendi B

€2,254,730

Triq Nikol Zammit, Siġġiewi

€9,768,914

Triq l-Indipendenza, Żebbuġ A

€1,286,382.80

Triq il-Qolla, Żebbuġ B

€700,153

Triq Ciantar, Żurrieq

€2,848,080

TELFA TA’ BNIEDEM LI GĦAMEL UNUR LIL PAJJIŻU Miet l-eks deputat Laburista l-Professur Anthony Zammit. Il-Professur Zammit ħalla din id-dinja lbieraħ fl-età ta’ 67 sena wara battalja mal-marda tal-kanċer. Il-Professur Zammit, li bejn l-2008 u l-2013 serva bħala deputat tal-Partit Laburista, kien bniedem li għamel unur lil pajjiżu. Fil-fatt, filwaqt li jibqa’ magħruf għas-sehem tiegħu fil-politika, l-ikbar marka li ħalla kienet permezz tal-għerf tiegħu fil-qasam mediku fejn kien magħruf ukoll f ’pajjiżi oħra fil-qasam tal-kirurġi-

ja u t-tagħlim mediku. Fuq kollox eluf ta’ pazjenti huma xhieda tad-dedikazzjoni u l-ħiliet tiegħu. Il-Professur Anthony Zammit kien bniedem intiż ħafna wkoll f ’oqsma marbuta mal-kultura u l-arti. Fuq kollox kien Malti li jgħożż bil-kbir il-patrimonju ta’ pajjiżu tant li ta wkoll il-kontribut tiegħu fil-qasam talwirt storiku. “Dik tal-lum hi telfa ta’ bniedem li għamel unur lil pajjiżu,” qal il-Partit Laburista fi stqarrija.


04

05.11.2017

kullhadd.com

JIBŻGĦU MID-DIBATTITI • JAĦSBU LI DAWN SE JKOMPLU JŻIDU L-FIRDA • KONXJI LI M’GĦANDHOMX BIEX JIFTAĦRU • MINFLOK SE JMORRU TAĦDITA MA’ NORMAN VELLA

Fil-Partit Nazzjonalista qed jibżgħu mid-dibattitu bejn il-kontestanti għażżewġ viċi kapijiet. Biex b’differenza mill-elezzjoni talkap x’aktarx ma jsirx id-dibattitu li mexxa Jes Saliba fejn il-kontestanti għall-kap kienu mistoqsija minn ġurnalisti dwar il-kampanja u temi oħra. Minn meta saret l-elezzjoni tal-kapijiet, is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista marret mill-ħażin għall-agħar. L-aħħar ġimgħat kienu perjodi ta’ taqlib u fid-dieher ħafna tkellmu kon-

tra xulxin. Għalhekk din id-darba mhux qed jirriskjaw li David Agius, Edwin Vassallo, Toni Bezzina u Robert Arrigo jidibattu kontra xulxin. Però, filwaqt li mhux se jagħmlu dan fuq it-televiżjoni, id-diskussjoni għaddejja fil-każini bil-kandidati jagħmlu laqgħat spissi ma’ tesserati u membri tal-Kunsill Ġenerali. Għax peress li se jkunu żewġ kandidati għal kull kariga, tnejn għal dik għall-affarijiet tal-parlament u tnejn għal dik għall-affarijiet tal-partit, il-

vot mar mill-ewwel għand it-tesserati u ma kienx hemm bżonn li ssir l-ewwel fażi li kieku kienet issir ilbieraħ. Ladarba mhux se jsiru d-dibattiti l-pjan hu li l-erba’ kandidati jkunu mistiedna għal taħditha fuq il-programm ta’ Norman Vella, għalkemm hemm min qed jilmenta minħabba l-fatt li Norman Vella deher jieħu pożizzjoni favur xi kandidati, partikolarment favur Toni Bezzina. Raġuni oħra għaliex mhux se jsiru dibatti hi dik li fil-Partit Nazzjonalista

jafu li dawn mhux xi erba’ kandidati li għandhom jiftaħru bihom. Għax wara li dawk li huma meqjusa bħala elementi tajbin baqgħu barra mill-elezzjoni tal-kap, l-istess ġara fil-każ ta’ viċi kapijiet b’deputati bħal Claudio Grech u Marthese Portelli rrifjutaw l-idea li jikkontestaw. Anke Beppe Fenech Adami rrifjuta li jipprova jibqa’ fil-kariga, xi ħaġa li kien imħajjar jagħmel fis-sajf. L-elezzjoni għall-viċi kapijiet hi fit-18 ta’ Novembru.

JASON AZZOPARDI KIEN SE JKUN ESKLUŻ MID-DIBATTITU DWAR IL-ĠUSTIZZJA • TKELLEM WARA XENATA Din il-ġimgħa Jason Azzopardi lmenta li tħalla barra minn laqgħa li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, organizza f ’Ħal Tarxien. Iżda, din ma kinetx l-ewwel darba li riċentament Jason Azzopardi għamel xenata wara li tħalla barra minn fejn suppost kien bi dritt iżda l-grupp ta’ Adrian Delia ma ridux hemm. Il-gazzetta KullĦadd tista’ tiżvela mingħand l-istess imkejjen fil-Partit Nazzjonalista, li dejjem ikunu korretti, li ftit tal-jiem ilu Jason Azzopardi tħalla barra mil-lista ta’ kelliema fid-dibattitu dwar l-estimi tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Għad-dibattitu fil-Parlament nhar il-21 ta’ Ottubru, Jason Azzopardi ma kienx mal-lista ta’ kelliema oriġinali, anke jekk hu l-kelliem għall-ġustizzja tal-Partit Nazzjonalista. Is-sorsi tagħna infurmawna li dan wasslu biex ilmenta bilkbir tant li saħansitra kellha tinbidel il-lista tal-kelliema u

l-grupp ta’ Delia kellu jċedi. Eventwalment tkellmu Jason Azzopardi, Robert Cutajar u Marlene Farrugia mill-Partit

ibbiltà. Li hu żgur hu li dawn l-istess Jason Azzopardi qed ikollu battibekk wara persuni ma kinux ieħor fuq Facebook ma’ Nazzjonalisti akkaniti li sorpriżi meta raw fl-imgħoddi kienu anke jappoġġjawh il-messaġġ ta’ Jason Azzopardi li kiteb kif ħadd ma qallu u li ma rċieva l-ebda stedina kif normalment kien jiġri meta l-kap kien iżur il-lokalità. “Min irid l-għaqda ma jifridx. Hi ħasra li mill-kumitat ħabrieki li kien hemm f ’Ħal Tarxien tlifna membri li kienu ilhom hemm 40 sena u qisu xejn mhu xejn,” kiteb Azzopardi f ’dak li kien messaġġ li wassal għal argument sħiħ għax bdew iqumu battibekki ta’ min kienu l-kandiNazzjonalista. fil-Partit Nazzjonalista huma Is-sorsi tagħna qalu li din konxji li d-diskors tiegħu dati għall-eżekuttiv preżenti u id-darba Azzopardi kel- ma jwassal għal imkien anke min le għal din il-laqgħa b’aklu raġun għalkemm oħrajn għax ftit li xejn għandu kred- kużi miż-żewġ naħat.


05

05.11.2017

kullhadd.com

TALBA GĦAR-RIŻENJA IL-KONSEGWENZA TAL-MOZZJONI SAID • SARET BI STRATEĠIJA MAĦSUBA SEW • DELIA JATTAKKA ’L SAID: “TELAQ GĦAL RASU” Fost l-iktar mossi mingħajr preċedent kontra tiegħu fl-aħħar jiem, Adrian Delia sab dik ta’ Chris Said li ressaq mozzjoni fil-Parlament biex skont hu jkunu investigati nies li ssemmew fil-blogs ta’ Daphne Caruana Galizia. “Uffiċjali pubbliċi,” qal Said f ’mozzjoni li ressaq waħdu u li dwarha ma kienx hemm ebda appoġġ mill-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt b’mod differenti minn kull meta xi ħadd mid-deputati tal-Partit Nazzjonalista ressqu mozzjoni, il-Partit Nazzjonalista ma ħariġx iħabbarha tant li ħafna mill-mezzi tax-xandir kienu għadhom lanqas biss irrealizzaw li tressqet sakemm il-Partit Laburista rreaġixxa għaliha wara li sar jaf li tressqet. L-imkejjen tagħna fid-Dar Ċentrali spjegaw kif il-mozzjoni ta’ Said għandha konsegwenza ċara ħafna jekk tintlaqa’; din hi t-talba għar-riżenja ta’ Adrian Delia. Meta f ’April li għadda Daphne Caruana Galizia għamlet allegazzjonijiet u ħarġet b’gideb serju fil-konfront talPrim Ministru, Joseph Muscat, il-Prim Ministru talab li ssir inkjesta maġister-

jali dwar dawn l-allegazzjonijiet. Dakinhar pronta kienet ir-reazzjoni ta’ Simon Busuttil li qal li ladarba hemm din l-investigazzjoni Joseph Muscat kellu jirriżenja. U hawn iridu jaslu l-grupp ta’ kontra Adrian Delia. Li ladarba jkun taħt investigazzjoni jiżdiedu l-appelli għar-riżenja. Tul is-sajf li għadda Adrian Delia kien suġġett ta’ bosta kitbiet b’allegazzjonijiet mill-iktar serji minn Caruana Galizia. Hu fetħilha għadd ta’ libelli iżda kien pront jiġri jwaqqagħhom ftit wara l-mewt tagħha bil-mistoqsija li bdiet tqum hi dik jekk riedx jaħbi l-verità. Fil-fatt il-Prim Ministru għamillu iktar minn sfida waħda lil Delia biex imur u jsejjaħ inkjesta indipendenti, iżda dan dejjem irrifjuta li jilqagħha. Intant, meta iktar kmieni din ilġimgħa rreaġixxa għal din il-mozzjoni l-Partit Laburista qal: “Kien ikun aħjar li l-mozzjoni ta’ Chris Said, biex issir investigazzjoni dwar allegazzjonijiet li kienet tagħmel Daphne Caruana Galizia, intbagħtet dirett lill-Kap tal-Par-

tit Nazzjonalista Adrian Delia, għaliex huwa ċar kemm hi diretta kontrih.” Il-Partit Laburista saħaq li f ’dan il-mument ikun għaqli li wieħed iħalli l-Maġistrat li qed jinvestiga l-qtil jagħmel xogħlu. Innota wkoll li fuq inizjattiva ta’ Dr Simon Busuttil, qed isiru fil-Qorti numru ta’ inkjesti li huma simili għal dak li qed titlob il-mozzjoni. Fuq kollox, il-Prim Ministru stess talab lill-Qorti biex tappunta Maġistrat

indipendenti biex jinvestiga l-allegazzjonijiet foloz kontrih u kontra familtu. “L-unika investigazzjoni nieqsa hija dik fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, li mar jigri jirtira l-libelli. Jidher issa li kif wieħed kien jistenna, wieħed minn sħab Adrian Delia stess dendel il-ġonġol ma’ għonqu,” innota l-Partit Laburista li temm jgħid li jħares ’il quddiem għad-diskussjoni ta’ din il-mozzjoni.

Ilbieraħ irreaġixxa għall-ewwel darba għal din il-mozzjoni l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Qal li xejn minnha ma tirrigwardja lilu. Anke jekk din issejjaħ għall-investigazzjoni fuq persuni b’karigi pubbliċi li m’hemmx dubju li tinkludi lilu bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Imbagħad ikkonferma li Said aġixxa għal rasu. “Jien l-issue li kellna, li l-grupp fejn suppost tiltaqa’ u tiddeċiedi, u Chris Said telaq għal rasu. Dik li dejqit-

ni jien,” qal Delia li żied jgħid li issa qed jitkellem għax Said għażel li jagħmel pubbliku dak li kien hemm fil-partit. “Ma jidhirlix li ta’ ġewwa titkellmu barra,” qal Delia fuq ir-radju fejn għadda battuti wkoll li hemm min ma jogħġbux il-mod ġdid. Il-Partit Laburista rreaġixxa u qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ma jistax jibqa’ jaħrab ir-realtà. “L-unika ħaġa ġdida li qed jitlob Said hu li jiġi investigat

il-Kap tal-Oppożizzjoni. B’ħafna tidwir tal-kliem, Adrian Delia qed jipprova jargumenta li hu ma jistax jiġi investigat bil-mozzjoni ta’ Said. Huwa qed jgħid li l-kariga Kostituzzjonali ta’ Kap tal-Oppożizzjoni ma tagħmlux uffiċjal pubbliku,” innota l-Partit Laburista. Il-Partit Laburista żied li minflok jinħeba wara ħafna diskors kien ikun aħjar li Adrian Delia ddikjara li mhux se jistenna l-mozzjoni u jkun hu li jmur biex jiftaħ inkjes-

ta dwar akkużi fil-konfront tiegħu li fl-istess programm ikkonferma bħala “estremi”, fosthom assoċjazzjoni ta’ ħasil ta’ flus minn droga u prostituzzjoni. Bil-fatt li għaġġel biex jirtira l-libelli, Delia naqqas iċ-ċans li toħroġ il-verità jekk ma jsejjaħx inkjesta dwar nnifsu. “Illum Delia għandu jifhem li m’għadux fl-awla tal-qorti. Illum qiegħed fil-politika u l-poplu għandu jkun jaf il-verità dwaru,” temm il-Partit Laburista.

DELIA RRABJAT F’ĦAL TARXIEN • JAPPELLA LILL-PARTITARJI JINGĦAQDU MIEGĦU BIEX ĦADDIEĦOR IKOLLU JSEGWI • JGĦID LI L-PARTIT NAZZJONALISTA MHUX L-MPS Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, dar fuq il-partitarji biex f ’dan il-mument fejn qed jifffaċċja sfidi mill-grupp Parlamentari jkunu huma li jingħaqdu miegħu. Fl-aħħar jiem f ’Ħal Tarxien Adrian Delia kien ċar mal-membri. Qalilhom li kulħadd qed jgħidlu u jappella biex jingħaqdu. Iżda, għamilha ċara li l-iktar għaqda li jrid jasal għaliha mhix dik tal-grupp Parlamentari. Għax fi kliemu l-grupp Parlamentari mhuwiex il-Partit Nazzjon-

alista. B’ton aggressiv li issa sar magħruf għalih Adrian Delia l-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal: “Il-partit mhux dawk it-28 ta’ fuq il-mejda. Il-partit mhux dawk il-11 jew ħamsa,” qal Adrian Delia b’referenza ċara lejn numri li ssemmew fil-midja dan l-aħħar. Numru ta’ deputati li hemm kontrih, bi 11 lesti għall-vot ta’ sfiduċja jiġi meta jiġi u ħamsa oħra jingħad li kienu qed jilagħbuha għalkemm faċilment setgħu jkunu fil-blokk kontra Delia jekk

kemm-il darba jifforma grupp. Kontra dawn Delia jrid is-saħħa tal-partitarji. “Il-partit intom. Mela aħna rridu ningħaqdu,” qal Adrian Delia li qed jaħseb li jekk isir hekk oħrajn isegwu inkluż dawk il-membri Parlamentari li huma kontra tiegħu. “Jekk tingħaqdu miegħi. Jekk ningħaqdu n-Nazzjonalisti, imbagħad kulħadd jiġi kulħadd ikun magħna,” qal Delia.


06

05.11.2017

kullhadd.com

ADRIAN DELIA JGĦID LI SIMON BUSUTTIL KELLU JITLAQ Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, għamilha ċara li kien jippreferi li Simon Busuttil jitlaq mill-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Dan il-messaġġ ċar bagħtu lbieraħ meta kien qed jieħu sehem fi programm fuq ir-radju u kien mistoqsi dwar hekk. Qal li kieku kien hu minflok Simon Busuttil kien jagħmel kif għamel Lawrence Gonzi wara li Simon Busuttil sar kap. Mistoqsi jekk Busuttil hux jagħmillu l-ħsara bil-pass li ħa Delia ma qalx li le. Qal biss li dak jarah hu u fuq kollox “dak jiġġudikawh in-nies.” Id-dikjarazzjoni li Adrian Delia għamel b’mod skjett ħafna ma kinetx sorpriża. Dan għax deputati li jappoġġjaw lil Delia diġà kienu qalu li Busuttil kellu jwarrab. Id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone, li fl-aħħar xhur ħadem qatigħ biex jara lil

Adrian Delia bħala kap tal-Partit Nazzjonalista, kien diġà ddikjara li ma kinitx idea tajba li Simon Busuttil jibqa’ jokkupa s-siġġu parlamentari u li kien ikun aktar għaqli li jagħti spazju għall-kap il-ġdid. Saħansitra ddikjara li meta rriżenja minn kap tal-Partit Nazzjonalista, Busuttil kellu jirriżenja wkoll mill-Parlament. Tal-istess fehma kien id-deputat Nazzjonalista Mario Galea li fil-bidu tal-kampanja għallkap tal-Partit Nazzjonalista ddikjara li Busuttil ma kellux iżomm is-siġġu parlamentari. Huwa kien sostna li għalkemm għandu d-dritt jibqa’, għandu jitlaq mill-Parlament ladarba ddeċieda li jirriżenja. “Mhux jibqa’ fid-dell tal-Kap il-ġdid ikun min ikun,” kiteb Mario Galea fl-aħħar xhur filwaqt li fakkar kif Lawrence Gonzi ta’ ġentlom li hu meta ddeċieda li jirreżenja minn

kap tal-Partit wara t-telfa tal2013, ċeda mill-ewwel is-siġġu parlamentari. Iżda, Simon Busuttil insista iktar minn darba li se jibqa’ membru tal-Parlament Malti. Meta kien nominat fuq kumitat li għandu l-funzjoni li jintervista u jagħti pariri fuq min għandu l-kompetenza li jservi bħala Imħallef tal-Qrati tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sostna li se jibqa’ membru parlamentari. Saħansitra l-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija bit-titlu “Simon Busuttil se jibqa’ Membru Parlamentari.” “Il-Kumitat jiltaqa’ biss għal ftit laqgħat fis-sena u għaldaqstant Dr Busuttil se jibqa’ jservi bħala Membru tal-Parlament hawn Malta, fejn il-ġlieda kontra l-korruzzjoni se tibqa’ l-prijorità politika ewlenija tiegħu,” kien intqal f ’dikjarazzjoni li kienet ripetuta iktar minn darba.

JIBQA’ JIĠĠUSTIFIKA GĦAX KIEN ĊITTADIN PRIVAT

Tkompli minn paġna 1

Fi programm fuq Radju Malta Adrian Delia reġa’ prova jiġġustifika l-fatt li ma ħallasx it-taxxa għaliex skont hu kien persuna privata. “Jien kont tard fi ħlas ta’ taxxa bħala persuna privata mhux pubblika. Kelli issue fuq kemm iżommu imgħax li issa sal-aħħar tas-sena neħlisha s-sitwazzjoni, jiġi riżolt, nagħmel l-agreement u nħallas,” qal Delia fuq ir-radju filwaqt li lmenta wkoll millimgħax li jrid iħallas. “Imma rridu naraw jekk hux

ġust li jkun hemm imgħax ta’ 12% meta jkollok issues ma’ tat-taxxa,” qal Delia. Però jirriżulta li r-rata ta’ imgħax f ’każi bħal dawn hi ta’ 6% biex Delia, li suppost qed jinnegozja biex jirranġa, lanqas il-fatti bażiċi m’għandu tajbin. Iktar minn hekk kompla jiġġustifika għemilu billi qal li l-konsegwenza tal-fatt li mhux se jħallas it-taxxa hi li se jħallas l-imgħax. Mitlub jikkjarifika dak li qal fl-intervista iktar tard ilbieraħ, fid-dawl li ma kienx ċar jekk hux se jkun ħallas kollox, Adrian Delia qal li żgur li jrid ikun daħal fi ftehim. Imma jekk ikunx ħallas jiddependi mill-kalkoli li qed jagħmel. “Qed nistenna l-konferma tal-ammont kemm hu għax int jekk tħallas fi żmien xi persentaġġ titnaqqaslek il-multa. Hemm skema tinżel sa 80%. Jekk l-ammonti huma kif qed naħseb jien inħallasom ukoll. Jekk jiġu iktar ir-riżorsi mhux mhux limitati,” qal Delia li żied li spjegawlu li hemm tliet options. “Li żgur li se jkolli kollox miftiehem. Qed nagħmel minn kollox biex ikunu imħallsin,” qal Delia. Skont Delia mhux ħażin li ma tħallasx it-taxxa imma ħażin li wieħed jevadi t-taxxa. Fost oħrajn jirriżulta li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ma ħallasx ċenteżmu taxxa matul l-2015. Dan

joħroġ minn kopja tar-rifużjoni tat-taxxa tiegħu tal-2016 li dettalji dwarha kienu ppubblikati l-Ħadd li għadda fitTimes of Malta. Id-dikjarazzjoni tat-taxxa tiegħu għall-2015 turi li matul l-2014, Delia ħallas ftit aktar minn €4,000 f ’taxxa u li dan kien jammonta għal aktar minn €33,600 f ’nuqqas ta’ taxxi mħallsa. Minkejja li kien ilu ġimgħat sħaħ sfidat biex jippubblika t-tax returns tiegħu, kien biss fl-aħħar jum tal-kampanja għall-ħatra ta’ kap Nazzjonalista li Delia ħareġ stqarrija bid-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu. Id-dikjarazzjoni wriet li kellu jagħti aktar minn €86,000 lid-dipartiment tat-taxxa, fosthom ftit anqas minn €35,000 f ’imgħaxijiet u spejjeż għal ammonti dovuti. Mistoqsi kif waqa’ daqstant lura fil-ħlasijiet ta’ taxxa, kelliema għal Delia qalet li kellu problema ta’ cash flow. Għalkemm qalet li l-akbar ammonti dovuti kienu fl2015 u l-2016, uħud imorru lura għal seba’ snin ilu. Espert finanzjarju li l-Ħadd li għadda tkellem mal-gazzetta Times of Malta wera xettiċiżmu kbir dwar kif se jkun qed jagħmel tajjeb għall-ispejjeż li għandu meta s-salarju tiegħu ta’ Kap tal-Oppożizzjoni jammonta għal €43,000.


07

05.11.2017

kullhadd.com

ĠMIEL TA’ PROĠETT!

• JIBDA JINKIXEF IX-XOGĦOL FUQ PJAZZA TRITONI Fi ftit tal-ġimgħat oħra ser jitlesta l-proġett tal-Pjazza tat-Tritoni jew kif kienet magħrufa għal snin twal Putirjal. Il-Proġett qed isir mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, GHRC, taħt il-Ministeru tat-Turiżmu, b’investiment ta’ madwar €8.5 miljun. Dan il-proġett se jsebbaħ id-daħla talBelt Kapitali u partijiet mill-Furjana għal meta fi ftit tax-xhur oħra, il-Belt Valletta tingħata t-titlu prestiġġjuż, tal-belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. Ix-xogħol ta’ pavimentar għaddej ġmielu. Fil-fatt fil-Pjazza tat-Tritoni jinsabu fi stadju avvanzat ix-xogħlijiet ta’ pavimentar, fejn bħalissa qed jitpoġġew il-madum mal-wesgħa kollha tal-pjazza fejn ser jinżergħu 52 siġra tal-ballut sabiex isebbħu l-pjazza. Waqt ix-xogħol ta’ tħaffir, biex taħt il-pjazza issa ser ikun hemm madwar 20 ġibjun, instabu wkoll partijiet mill-fortifikazzjoni oriġinali tal-Belt u wara konsultazzjoni mas-Sovrantendenza tal-Wirt Storiku, ġie deċiż liema

Il-ġebla li qed tintuża hija wkoll maħsuba biex tippromwovi ’l malta

minnhom ser jitħallew esposti biex jitgawdew mill-pubbliku, u liema ser ikunu preservati. Il-pjazza ser tkun ikkumplimentata mis-sbuħija assoluta tal-funtana tat-Tritoni li bis-saħħa ta’ xogħol estensiv ta’ restawr li kien fdat f ’idejn il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura ġiet restawrata. Xogħol sostanzjali sar ukoll fuq is-sistema tal-ilma u d-dwal li ser ipoġġu lura din il-funtana fl-istat ta’ glorja li ilha nieqsa minnu għal għexieren ta’ snin li matulhom tħalliet fi stat ta’ telqa u abbandun totali minn amministrazzjonijiet preċedenti. Tajjeb li wieħed jirrimarka, li kieku ma kienx għall-insistenza tal-Gvern preżenti, kieku l-funtana tat-Tritoni ma kinitx tibqa’ f ’postha, minħabba l-fatt li l-Perit tal-proġett tal-bini tal-Parlament Renzo Piano, xtaq jirriloka l-funtana tat-Tritoni f ’żona oħra tal-Furjana. Imma issa, b’dan il-proġett, dan ilwirt storiku ta’ funtana u pjazza, ser

ikunu mill-ġdid punt ta’ riferiment għall-Maltin u għall-Għawdxin, kif ukoll għat-turisti li jiġu Malta. Kumplimentari għall-pjazza kienet iż-żona magħrufa bħala l-Biskuttin li x-xogħol ta’ pavimentar u tisbiħ fuqu tlesta u ż-żona diġà bdiet tintuża mill-pubbliku għalkemm fadal xi xogħolijiet ta’ dwal u tisbiħ li għad iridu jiġu konklużi. Din ser tkun il-punt tal-wasla għat-trasport pubbliku u fil-fatt is-servizz se jkun qed iwaqqaf lill-passiġġieri biswit dak li huwa magħruf bħala l-Biskuttin filwaqt li t-tluq ser jibda jsir mill-venda kif inhu bħalissa. Il-madum tal-art fil-Biskuttin, fih marki speċjali li juru d-direzzjoni għal persuni neqsin mid-dawl. Din l-inizjattiva saret mill-GHRC wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, sabiex ikun promoss is-sens ta’ indipendenza mill-persuni neqsin mid-dawl. Iż-żona ngħatat dehra mill-isbaħ b’ xogħol ta’ tisbiħ. Twaħħlu numru ta’

siġar tal-palm u ballut li kienu nieqsa jew mejta, filwaqt li twaħħlu wkoll numru ta’ bankijiet fiż-żona. Għall-pavimentar kollu li qed isir, qed tintuża l-ġebla tal-qawwi ta’ Għawdex, l-istess ġebla li intużat għall-proġett tal-Parlament u Bieb ilBelt. Dan għandu wkoll aspett ta’ promozzjoni ta’ prodott Malti u bil-ħsieb ikun li l-proġett ikun kontinwazzjoni. Il-proġett beda billi ġew irranġati numru ta’ toroq sabiex titjieb l-infrastruttura u l-immaniġġjar tat-traffiku jkun aħjar. Ix-xogħlijiet jinkludu x-xogħol fi Triq l-Assedju l-Kbir sa ħdejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-xogħol fuq Triq Re Edwardu u x-xogħol fuq Triq Nelson. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi spjega kif bħalissa, ir-ritmu tax-xogħol żdied fil-Pjazza tat-Tritoni sabiex fi ftit tal-gimgħat oħra l-pubbliku Malti u t-turisti jibdew igawdu dan il-proġett li jkompli jgħolli l-prodott tal-Belt Valletta għal wieħed aktar prestiġġjuż u ta’ kwalità.


08

05.11.2017

kullhadd.com

IKTAR ĦADDIEMA U PAGI AĦJAR FIS-SETTUR TAL-MANIFATTURA Wara l-bidla fil-gvern fl-2013 is-settur tal-manifattura reġa’ ħa r-ruħ bl-istatistika uffiċjali turi li ż-żieda fil-pagi fis-settur kienet ta’ €17-il miljun, jew b’4%. Dan filwaqt li żdiedu b’500 l-impjiegi f ’qasam li sa ftit snin ilu kien hawn min jilgħab l-imħatri li se jispiċċa. Impjiegi li se jkomplu jissaħħu b’investiment bħal ta’ Crane Currency u t-tkabbir tad-De La Rue fost oħrajn. Statistika analizzata għallgazzetta KullĦadd turi li sa issa, mill-bidla fil-gvern, is-settur tal-manifattura żdied b’€109 miljun fil-valur jew 13%. Dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ meta bejn l-2008 u l-2012 il-valur miżjud tal-industrija Maltija kien naqas b’€103 miljun, jew 11%. L-ammont ta’ pagi mħallsa fl-industrija kienu naqsu b’€57 miljun, jew 12%. L-ammont ta’ ħaddiema fis-settur kien naqas b’2,110 ħaddiema jew b’9%. Dan ifisser li kważi wieħed minn kull 10 impjegati fl-industrija fl-2008 ma kienx għadu jaħdem f ’dan is-settur erba’ snin wara. Paga medja fis-settur illum

Fl-2016 f’pajjiżna kellna 3,690 intrapriża fil-manifattura. Din tfisser żieda ta’ 335 azjenda f’erba’ snin

tlaħħaq is-€16,710 fis-sena. Żieda ta’ €1,304, jew 8%, fuq il-paga medja fis-settur fl-2012. Mill-bidla tal-amministrazzjoni fl-2013 l-investiment dirett barrani fil-qasam tal-manifattura żdied b’€392 miljun u issa kważi laħaq il€1.2 biljun. Kull ġimagħtejn fil-leġiżlatura li għaddiet, il-Malta Enterprise approvat proġett ta’ investiment ġdid.

Fl-2016 f ’pajjiżna kellna 3,690 intrapriża fil-manifattura. Din tfisser żieda ta’ 335 azjenda f ’erba’ snin. Dawn huma ċifri li mistennija jkomplu jissaħħu. Fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena l-Malta Enterprise approvat 23 proġett ta’ investiment dirett barrani. Anke l-industrija Maltija espandiet, tant li ġew approvati 10 proġetti ġodda u 30

espansjoni ta’ attività eżistenti. Il-Malta Enterprise tat ukoll appoġġ lil 16-il start-up grazzi għall-iskema BSTART, ħarġet €6 miljun f ’tax credits taħt l-iskema MicroInvest, €8.5 miljun f ’Investment Aid Tax Credits u €2.5 miljun taħt il-Business Development and Continuity Scheme. Is-sena d-dieħla s-suċċessi mistennija jikbru. Fost oħrajn bl-iskema MicroInvest

li tinfetaħ għal negozji li jimpjegaw mhux aktar minn 50 ħaddiem. Qabel kienet miftuħa għal dawk sa anqas minn 30 impjegat. Il-valur tal-assistenza se jitla’ minn €30,000 għal €50,000 għal intrapriżi bbażati f ’Malta. Dawk f ’Għawdex se jkollhom għajnuna sa €70,000. L-istess f ’azjendi fejn il-maġġoranza tal-ishma hija f ’isem nisa.


09

05.11.2017

kullhadd.com

DIEĦEL U ĦIEREĠ ĦDEJHA TAĦT L-EFFETT TAD-DROGA F’toqba mħaffra fil-blat, viċin il-Rinella, fiż-żona ta’ Ricasoli, seħħet l-istorja tal-biża’ ta’ Natalie Williams li nżammet ostaġġ għal tlett ijiem, lejl u nhar, bil-ġuħ u bl-għatx. Kien il-Ġimgħa 27 t’Ottubru li l-mara telgħet fil-karozza ma’ dak li kien ir-raġel tagħha. Forsi ftit kienet taf x’kien se jkun id-destin tagħhha. Roddy baqa’ sejjer biha f ’dan il-post abbandunat u mwarrab, mill-inqas 500 metru ’l bogħod mill-eqreb residenza. Hemmhekk il-mara sofriet l-allegat każ ta’ vjolenza domestika, f ’dak li qed jitqies bħala attentat ta’ qtil. Natalie nstabet biss it-Tnejn ta’ wara, mitlufa minn sensiha, wara li r-raġel kellu jammetti fejn kien ħeba lill-mara tiegħu wara li ġie affaċċjat mill-qraba tagħha u mill-pulizija. L-inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud, bl-istħarriġ tal-ispetturi Paula Ciantar u Josric Mifsud u numru ta’ esperti oħra, semgħet fit-tul lill-mara flIsptar Mater Dei fejn ingħatat kura din il-ġimgħa u issa tinsab f ’kundizzjoni tajba. Sorsi qrib il-Pulizija qalu lillKullĦadd li l-mara rrankontat kif ir-raġel qatta’ t-tlett ijiem dieħel u ħiereġ ħdejha. Kien jitlaq minn fuq il-post u jerġa’ jirritorna. Quddiemha kien ipejjep id-droga eroina minnhom fuq foil tal-aluminium u hemmhekk l-imġiba tiegħu kienet tinbidel għall-agħar. Kien jidħol ħdejha wkoll biex jinqeda sesswalment waqt li kien qed iżommha kontra l-volontà tagħha. Filfatt, jirriżulta li Roddy Williams allegatament stupra lillmara tiegħu mill-inqas darba f ’din il-kamra taħt l-art. Il-KullĦadd hija infurmata li r-raġel dejjem ilmenta li t-tort tal-falliment taż-żwieġ tiegħu kien ta’ missier il-mara u l-ulied li kellha miż-żwieġ ta’ qabel. Darba minnhom, filwaqt li Natalie kienet ostaġġ, għamlilha biċċa ħġieġa m’għonqa. Minkejja li ħalliex feriti, ir-raġel ftaħar li ried jagħmel l-ikbar funeral f ’Malta ta’ familja waħda. Heddidha li joqtol lil missierha, lil uliedha u fl-aħħar lilha biex il-mara tkun rat kollox quddiem għajnejha. F’ritratt li Roddy għandu fuq il-profil tiegħu fuq Facebook jidher li qed iżomm l-armi f ’idejh. Jirriżulta li dik kienet xena barra minn Malta għaliex ir-raġel kien baħħar u

għalhekk kien ikollu aċċess għall-armi fuq il-vapur bħala prekawzjoni kontra piraterija. Fil-kummenti taħt dan l-istess ritratt, Roddy kien lest jeħodha ma’ kull min ma jħallihx bi kwietu. Kien diġà deportat Dan ma kienx l-ewwel każ ta’ vjolenza domestika minn Roddy Williams fuq din l-istess mara. Sentenza li ngħatat fid-9 ta’ April tal-2011 mill-Maġistrat Doreen Clarke sabet lir-raġel ħati li kkawża ġrieħi gravi fuq Natalie, li dak iż-żmien kienet għadha mhux il-mara tiegħu, waqt li kien fis-sakra. Dakinhar ir-raġel kien ikkopera

mal-pulizija u ammetta l-akkużi kontrih. Il-Qorti kien ikkundannatu għal 6 xhur priġunerija sospiżi għal sentejn, u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur Natalie u l-familja tagħha għall-perjodu ta’ tliet snin. Il-Pulizija tal-Immigrazzjoni kienu eżerċitaw id-dritt li tagħtihom il-liġi li jiddeportaw lir-raġel. Ġara iżda li 7 xhur wara Roddy irritorna Malta u beda jgħix ma’ Natalie. Il-koppja żżewġet madwar sentejn u nofs ilu.

hija infurmata li Natalie dejjem ingħatat protezzjoni meta talbet l-għajnuna mill-pulizija. F’Awwissu li għadda l-mara ddeċidiet li tibda l-proċeduri tas-separazzjoni. Ir-raġel iżda rrifjuta li jmur għall-medjazzjoni li jsir fil-bidu ta’ dan il-proċess. L-Erbgħa li għadda Roddy Williams tressaq il-Qorti, quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, akkużat fost oħrajn b’attentat Proċess ta’ separazzjoni ta’ qtil, stupru, li żamm perIl-problemi ma waqfux maż- suna kontra r-rieda tagħha żwieġ għaliex il-mara baqgħet u li kkawżalha ġrieħi gravi. tiġi mhedda. Din il-gazzetta Huwa ċaħad dawn l-akkużi

i ż d a l-Qorti rrifjutat it-talba għall-ħelsien mill-arrest mill-avukat Franco Debono li qed jidher għall-akkużat. Id-difiża argumentat li l-mara biddlet il-verżjoni tagħha dwar l-istorja għaliex l-ewwel qalet li kienet mhedda biex tmur fuq il-post fil-Kalkara, imbagħad qalet li kienet ftiehmet mar-raġel li tmur jiltaqgħu. Il-Qorti wieġbet li, anke jekk il-vittma kienet aċċettat li tiltaqa’ mar-raġel, xejn ma jiġġustifika li nżammet f ’post taħt l-art kontra l-volontà tagħha mingħajr ikel u xorb.



kullhadd.com

11

05.11.2017

MADWAR 60,000 GĦAL SERVIZZI FL-ISPTAR TAL-ONKOLOĠIJA

Bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena kien hemm total ta’ 58,216 attendenza f ’servizzi varji offruti fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Dawn is-servizzi jvarjaw minn sessjonijiet ta’ radiotherapy, appuntamenti għall-kimoterapija, appuntamenti fl-outpatients u anke persuni li kellhom jiddaħħlu l-isptar għal iktar kura. F’pajjiżna huwa stmat li ta’ kull sena jkollna 2,000 każ ta’ kanċer ġdid u huwa anke għalhekk li l-ġlieda konta l-kanċer tingħata importanza kbira mill-Gvern Laburista. Din is-sena fil-fatt apparti l-ispiża ta’ kull sena għall-mediċini tal-kanċer, ġew ivvutati wkoll €6 miljun, speċifikament għall-mediċini ġodda talkanċer. F’kummenti li ta d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne dwar dan qal: “Din hija wegħda elettorali li fi ftit snin se nkunu daħħalna l-mediċini kollha għall-kanċer, matul l-aħħar sena diġà daħħalna, disa’ mediċini jew trattamenti ġodda għall-kanċer differenti. Fost l-oħrajn għandna mediċini ġodda għall-kanċer tas-sider, għall-kanċer fl-għonq tal-ultru, trattament ġdid għall-kanċer fil-bużżieqa tal-awrina u mediċini ġodda għall-melanoma, kanċer tal-ġilda,” qal il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Fl-aħħar ġimgħat fil-qasam tal-kanċer tnieda wkoll, il-Pjan Nazzjonali għall-Kanċer, pjan li mhux biss jitkellem dwar it-trattament u kura iżda wkoll fuq aspetti oħra li permezz tagħhom għandna niġġieldu l-kanċer, fosthom il-prevenzjoni u r-riċerka.


12

05.11.2017

kullhadd.com

ID-DISLESSIJA U L-QAGĦDA EDUKATTIVA F’PAJJIŻNA

Minn Charles B. Spiteri

Numru ta’ ġenituri jitħassbu meta jaraw li wliedhom ma jafux jispellu sew, jew jiktbu kelma u jħawdu l-ittri tagħha. Dan m’għandu joffrilhom l-ebda problema, għax minn dak li joħroġ f ’din l-intervista lil Dr. Francois Muscat, membru tal-Fakultà tal-Edukazzjoni, fid-Dipartiment tal-Inklużjoni u l-Aċċessibbiltà għat-Tagħlim, id-dislessija la hi marda u lanqas diżabbiltà. Hi karatteristika li tħallik bniedem normali għall-aħħar. mhix diżabbiltà. Jien insejħilha karatteristika; hi mod kif wieħed jirrelata Id-diżabbiltà, għalkemm hi xi mad-dinja ta’ madwaru. ħaġa reali u li teżisti, tfisser li bniedem ikollu problema biex Kemm tista’ titgħallem jidħol fil-mainstream. Jekk bħal tfal oħra, persuna pereżempju kulħadd irid juża bid-dislessija? t-taraġ, persuna li tkun f ’siġġu tar-roti se ssib diffikultà biex Illum il-ġurnata nafu li mhux titla’. Mela x’inhi d-diżab- kulħadd jitgħallem bl-istess biltà? Hi meta dak ix-xi ħadd mod. In-nies jitgħallmu b’mod ma jkunx jista’ jwettaq dak differenti. Ħafna drabi, il-perli jeħtieġ. Ladarba tinħoloq suni li għandhom id-dislessija, sitwazzjoni ta’ aċċessibbiltà, għandhom problema meta id-diżabbiltà ġieli lanqas tibqa’ jiġu biex jispellu. Hemm uħud minnhom li għandhom teżisti. Pereżempju: li jkollok nuqqas diffikultà wkoll (għax kulħadd fil-vista hi diżabbiltà? F’ċer- ivarja u m’għandniex inpoġġu tu punt hi diżabbiltà, għax lil kulħadd taħt l-istess kappa) mingħajr nuċċali dak li jkun meta jiġu biex jaqraw, għax ma jarax tajjeb, iżda llum tant ħafna drabi dawn il-persuni hi xi ħaġa komuni li kulħadd jkollhom problemi biex jimjilbes nuċċali u hu aċċessibbli memorizzaw l-ittri u jesprimu miktuba. Biss, għal kulħadd, li kważi kważi l-kelma lanqas nikkunsidrawh aktar minkejja li huma għandhom bħala diżabbiltà. Mela allu- dawn it-tipi ta’ diffikultajiet, ra d-diżabbiltà fiha nnifisha ħafna minnhom jiżviluppaw mhix problema, iżda hi aktar ħiliet li għal ħafna tfal oħrajn ma jkunux normali, għax problema soċjoloġika. meta jkollom id-dislessija jew ikollom xi diżabbiltà oħra Mela x’inhi d-diżabbiltà fit-tagħlim, ħafna drabi, dak fir-realtà? li jkun prinċipali ma jkunx Hi l-minoranza. Pereżemp- jgħodd għalihom, iżda jkunu ju 50 sena ilu, li tkun xellugi kapaċi jsibu metodi oħra kienet titqies bħala diżabbiltà kif jaslu. Nieħdu eżempju: u l-ġenituri kienu jagħm- min ma jkollux diżabbiltà lu minn kollox biex iġiegħ- fit-tagħlim ikun jaf jgħaddi lu lil dak li jkun jikteb b’idu mit-toroq prinċipali, waqt li l-leminija. Illum tgħallimna l-oħrajn ikunu jafu jgħaddu li dik ma kinitx diżabbiltà bl-amment mill-isqaqien u iżda karatteristika tal-persu- mit-toroq sekondarji. Allura na; mod kif wieħed jirrelata meta bħal daż-żmien, it-toroq mar-realtà ta’ madwaru. Iżda ikunu mblukkati bit-traffiku, tista’ tkun diżabbiltà jekk dak ikunu esperti biex jużaw it-toli jkun imur f ’ħanut tal-kitar- roq tal-ġenb. ri u ħlief kitarri b’kordi fuq il-lemin ma jsibx u allura ma Kemm jistgħu jirnexxu jkunx jista’ jdoqqha dak li hu nies bid-dislessija? xellugi. L-istess fid-dislessija. Id-dislessija fiha nnifisha Illum hu ppruvat ukoll Kif tista’ tispjega x’inhi diżabbiltà?

mir-riċerka, li ħafna nies minn dawn huma problem solvers tal-ġenn u allura, lil ħafna minnhom insibuhom l-aktar f ’xogħlijiet ta’ inġinerija. Meta kienu analizzati dawn in-nies, instab li ħafna minnhom kellhom filfatt dislessija. Għandna wkoll numru minnhom li huma ġenjali fin-negozju. F’Malta stess jien naf li wħud mill-kuntratturi kbar li għandna għandhom id-dislessija, li sfortunatament qajla jafu jiktbu u jaqraw, iżda żviluppaw mod ieħor kif iħarsu lejn id-dinja u xorta għamlu suċċess. Ma rridux nallarmaw lin-nies: min ikollu d-dislessija ma jfissirx li qatt mhu se jitgħallem jikteb u jaqra. Se jitgħallem bir-ritmu tiegħu. Għalhekk jien insostni li d-dislessija mhix diżabbiltà. Id-diżabbiltà nagħmluha, iżda d-dislessija hi karatteristika. Anki dawk li nħarsu lejhom bħala learing disabilities; jekk aħna nkunu aċċessibbli għalihom u noffru sistema aktar varjata ta’ kif wieħed jitgħallem, ħafna drabi, dik li nsejħulha diżabbiltà, tispiċċa karatteristika. Jiġifieri nies bid-dislessija ma joffru ebda problema... Issa l-problema tkun kif is-soċjetà u l-istituzzjonijiet ta’ madwarna jaħdmu għaliha. Dan narawh mill-futbol. Li jkollok plejer xellugi, kultant hu meħtieġ, għax tista’ tqiegħdu f ’naħat fejn wieħed li jkun lemini ma tantx ikun b’saħħtu. Jiġifieri l-istess: Tkompli f ’paġna 13 >>


13

05.11.2017

kullhadd.com

Tkompli minn paġna 12 is-soċjetà kif se tħares lejha? Bħala diżabbiltà jew b’mod differenti, u tipprova tiżviluppaha bħala karatteristika u li tista’ tkun ukoll riżorsa? Meta niġu għall-istudenti fl-iskola naraw li meta l-istudenti jitħalltu – dawk bid-dislessija u l-oħrajn mingħajrha – ikun ta’ vantaġġ għal kulħadd, għax illum nafu li aħna ma nitgħallmux biss mill-għalliema, iżda mill-komunità tal-klassi; tant li sirna nitkellmu dwar learning communities. Mela jien ma nitgħallimx biss billi npoġġi quddiem l-għalliem u nistennieh ibellagħli dak li għandu f ’moħħu. Fir-realtà, l-esperjenza pedagoġika tat-tagħlim, kif wieħed jassorbi l-edukazzjoni hi aktar fluwida. L-għalliem għandu bżonn jitgħallem mill-istudent, jitgħallem il-kuntest tal-istudent, għax kultant student joħroġlok b’xi ħaġa li anki l-għalliem lanqas biss ikun ħaseb dwarha u għalhekk ikun qed joffrilu sfida. Minbarra dan, anki l-istudenti jkunu qed jitgħallmu mingħand xulxin. B’hekk, il-fatt li l-istudenti jkunu esposti għal diversità ta’ kif wieħed jitgħallem u jirrelata fil-klassi, hi riżorsa enormi għal kull student. Terġa’ meta aħna nitkellmu dwar l-edukazzjoni, m’aħniex nitkellmu biss dwar xi ħaġa akkademika: mill-qari u mill-kitba, iżda nitkellmu wkoll minn xi ħaġa iżjed ħolistika, għax l-iskola mhix qiegħda hemmhekk biss biex tgħallmek tikteb u taqra iżda biex tgħix ħajja tajba.

Ma rridux nallarmaw lin-nies: min ikollu d-dislessija ma jfissirx li qatt mhu se jitgħallem jikteb u jaqra. Se jitgħallem bir-ritmu tiegħu

Dan hu l-iskop, u lejn dan irridu nersqu, għax l-iskola għandha responsabbiltà kbira li lill-istudenti toħroġhom b’sinsla u b’maturità li kapaċi jagħmlu ġudizzju. Pereżempju wieħed mill-obbligi tal-iskola hu li tgħallem ċittadini futuri, għax m’għandniex inħarsu lejn l-istudenti bħala t-tfal tagħna biss, iżda wkoll bħala ċittadini ta’ komunità.

Irridu nsibu u naqbdu suġġetti li fihom interess. Pereżempju nieħdu l-Istorja: kemm se ndumu ngħallmu dan is-suġġett mill-aspett veru dejjaq tagħha? Dejjem fuq l-Ordni u l-Kavallieri, fuq l-Assedju, fuq it-Torok, fuq il-Franċiżi, il-wasla tal-Ingliżi u xejn fuq dak li qed iseħħ bħalissa, biex ma ngħidx li għandna nibdew minn dawn!

Iżda kif tħares lejn l-edukazzjoni Maltija llum?

Kif tħares lejn il-bilingwiżmu, fejn tfal Maltin qed ikollhom bilfors jitkellmu bl-Ingliż?

Sfortunatament ħadna l-mudell Ingliż antik, għax anki llum il-ġurnata fl-Ingilterra qed jinbidel dan ilmudell. Għalina, is-sistema edukattiva kienet ibbażata biss lejn il-lealtà akkademika u lill-aspetti l-oħrajn, li huma importanti fl-iżvilupp pedagoġiku tat-tfal tajniehom inqas importanza. Pajjiżna hu mbierek minħabba li fil-maġġoranza tal-jiem, it-temp ikun sabiħ. Iżda bħala medja, kemm inqattgħu ħinijiet barra mill-klassi? Huma ftit dawn il-waqtiet u dawn huma l-mumenti fejn ittfal jistgħu jkunu qed jedukaw ruħhom mhux biss b’mod fiżiku iżda wkoll intellettwali. Meta tifel ikun qed jiġri fil-kampanja ma jkunx qed jeduka ruħu b’mod fiżiku biss iżda wkoll b’mod intellettwali. Għax jekk jara siġra u xi ħadd jirrakkuntalu kif tikber, ikun qiegħed jitgħallem. Iżda ħafna drabi aħna nippreżentaw l-edukazzjoni lill-istudenti b’mod aridu; l-ewwel moħħna li ngħallmuhom il-grammatika u li jispellu bl-amment u wara ndaħħlulhom ħwejjeġ oħra li jkunu aktar interessanti. Jien insostni li l-ewwel għandna nibdew bl-affarijiet interessanti, nibdew nitkellmu fuq is-siġra u mbagħad nibdew niktbu u naqraw dwar is-siġra, għax hekk ittfal ikunu sabu s-sinifikat ta’ dak li qegħdin jistudjaw. U għalhekk ħafna tfal ikollhom reżistenza qawwija lejn l-akkademika, għax ma tkunx sinifikanti għalihom, ma jkollhomx it-tifsir sew. Kif tara li nistgħu nressqu aktar tfal għall-qari? Meta lil dak li jkun iġġiegħlu jistudja l-grammatika u jispelli, issib li ħafna tfal jirreżistuha, iżda meta mbagħad ikollok tifel li jħobb il-karozzi, ma jkunx irid jaqra u mbagħad tagħtih kotba fuq il-vetturi, ħafna drabi ssib li jibda jaqra, għax tkun ilqattlu l-gosti tiegħu. Issa din hi waħda mill-problemi fl-edukazzjoni. Kemm hi sinifikattiva għattfal tagħna, jew għadna nħarsu lejn l-iskola bħala li hi ffissata fuq il-ksib taċ-ċertifikati?

Jien favur ħafna l-bilingwiżmu, għax it-tfal, aktar ma jkunu żgħar, aktar nemmen li għandna nagħtuhom lingwi. Il-problema hi kif se tgħallimhom il-lingwa. Naqbel ħafna li f ’lezzjoni tal-Ingliż, kulħadd, ibda mill-għalliema, iridu jitkellmu b’dak l-ilsien u jekk il-lezzjoni tkun bilMalti, kulħadd irid jitkellem bil-Malti. Illum għandna okkażjoni tad-deheb għax il-klassijiet m’għadhomx tat-tfal Maltin biss, iżda mħalltin ma’ studenti barranin. Din is-sit-

wazzjoni toffri lit-tfal tagħna okkażjoni unika, fejn it-tfal huma esposti għal-lingwi, kulturi, ideat u tradizzjonijiet li ġejjin lil hinn minn xtutna. Din id-diversità hi okkażjoni għax hi stimolu pedagoġiku, iżda tista’ ssir hekk ladarba l-istituzzjonijiet tal-iskejjel huma miftuħin għal din id-diversità. L-immersjoni totali tgħin biex it-tfal jitgħallmu kemm jista’ jkun lingwi. Irridu nifhmu li t-tfal m’għandhomx problemi li jitgħallmu lingwi differenti. Kważi huma agħar dawk is-sitwazzjonijiet fejn il-ġenituri jitkellmu l-ħin kollu bil-Malti u lil uliedhom ikellmuhom bl-Ingliż. Ikun ferm aħjar meta wieħed mill-ġenituri jkellimhom bl-Ingliż u l-parti l-oħra bilMalti. B’hekk ikunu qed jitgħallmu żewġ lingwi f ’daqqa. U f ’dan l-aspett, it-tfal biddislessija m’għandhom l-ebda problemi. Jitgħallmu l-lingwi bħal tfal oħra. L-unika ħaġa hi li jitgħallmuhom b’mod differenti u t-tendenza hi li jitgħallmu l-lingwi aħjar meta tkellimhom milli meta ġġegħelhom jaqrawhom. Insibu li ħafna tfal bid-

dislessija f ’Malta tgħallmu t-Taljan mhux għax għallimniehulhom aħna fl-iskola bil-kotba, iżda għax segwewh mit-televiżjoni. U b’dan il-mod, meta jitkellmu b’diversi lingwi, inkunu qed noffrulhom diversità lingwistika u wkoll flessibbiltà mentali. Ma ninsewx li l-lingwa mhix hemm biss biex nikkomunikaw bejnietna, iżda anki biex nibnu l-ħsibijiet tagħna fuqha. Tajjeb li lit-tfal nesponuhom għal-lingwa bil-metodu ta’ immersjoni totali, li permezz tiegħu t-tfal jitgħallmu l-lingwa permezz tal-lingwa stess. Eżempju: jitgħallmu l-Ingliż permezz tal-Ingliż. Mela allura jkun tajjeb li fl-iskejjel tagħna, waqt il-lezzjoni tal-Ingliż it-tfal jitkellmu bl-Ingliż waqt li fil-lezzjoni tal-Malti, jitkellmu bil-Malti. Għandna dejjem inżommu f ’moħħna li t-tagħlim m’għandu qatt jiġi limitat għal xi timbru (labelling) li l-istituzzjonijiet jagħtu lit-tfal tagħna, iżda minflok għandna nħarsu lejn kull diversità li t-tfal tagħna jesprimu bħala riżorsa għall-futur ta’ pajjiżna.


14

IL-VOT TAN-NISA MILL-BIBLIJOTEKA

05.11.2017

Agatha Barbara, l-ewwel mara eletta fil-Parlament. Kienet eletta fl-elezzjoni li tat il-vot lill-mara

kullhadd.com

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija kien ifforma grupp ta’ nisa li beda jiġġieled u jirsisti biex jidħol il-jedd tal-vot tal-mara. Kienet ġlieda li ħalliet il-frott. Fil-fatt, kien bħal dan iżżmien 70 sena li n-nisa f ’pajjiżna vvotaw għall-ewwel darba. Dan fl-elezzjoni tal-1947 li saret fuq tlett ijiem, il-25, is-26 u s-27 ta’ Ottubru. Disa’ xhur wara li għaddiet il-bidla fil-liġi ordinarja li tat dan id-dritt, bil-Partit Laburista, dak iż-żmien immexxi minn Pawlu Boffa, ikun protagonist biex jiġġieled favurih. Fil-fatt l-ewwel liġi li għaddiet kien fis-7 ta’ Frar 1947. Dak iż-żmien il-pajjiż kellu kunsill tal-gvern bil-kostituzzjoni tal-1939. Kellu maġġoranza ta’ membri tal-Partit Laburista li kienu membri eletti u kien hemm ukoll il-membri uffiċjali. Però ma kinetx liġi li għaddiet kif ġieb u laħaq. Fost dawk kontra li n-nisa jingħataw id-dritt għall-vot kien hemm il-Knisja f ’Malta u l-Partit Nazzjonalista. L-establishment li għal darb’oħra kien magħqud kontra drittijiet ġodda. Fuq kollox il-liġi li kienet għaddiet mill-Kunsill tal-Gvern ma kinetx biżżejjed u kienet meħtieġa bidla kostituzzjonali. Il-Gvern Ingliż kien aċċetta li jkun hawn kostituzzjoni ġdida li tintroduċi l-gvern responsabbli. Fil-5 ta’ Settembru 1947 tnaqqax provediment li kien kostituzzjonalment jagħti dritt tal-vot lill-mara. U bl-elezzjoni ssir bil-vot tan-nisa, issa kulħadd ried jinfluwenza lill-mara biex tagħżel il-partit tiegħu. Protagonista kien hemm Agatha Barbara li kkontestat mal-Partit Laburista u kienet eletta. Dan kien wieħed mill-ikbar mumenti fl-istorja ta’ pajjiżna u llum qed nippubblikaw dokumenti li jinsabu fil-Biblijoteka Nazzjonali, il-post fejn nhar it-Tlieta l-Partit Laburista se jkun qed itella’ taħdita dwar is-suġġett b’intervent tal-Prim Ministru.

L-abbozz tal-propo eventwalment kien


15

05.11.2017

kullhadd.com

osta li net approvata

Żewġ paġni mill-ewwel reġistru elettorali li kien jinkludi wkoll nisa Il-Kostituzzjoni tal-1947 titkellem dwar kif kull min għalaq il-21 sena seta’ jivvota. Hux mara jew raġel ma kinetx se tagħmel differenza

Irċevuti tal-kontribuzzjoni li kienet titħallas lill-Assemblea Ġenerali

Lista ta’ persuni fuq l-Assemblea qabel iddaħħal id-dritt tal-vot għall-mara


16

05.11.2017

kullhadd.com

ĦAMSIN SENA TA’ LIĠIJIET Il-Professur Ray Mangion

ippubblika ktieb b’enfasi fuq l-aħħar 50 sena tal-Ingliżi f’Malta li juri kemm ħadmu missirijietna u x’sagrifiċċji għamlu l-mexxejja u l-politiċi Maltin biex ħallew wirt enormi fejn tidħol il-leġiżlazzjoni anki jekk il-gvern u l-leġiżlatura waqgħu kemmil darba minħabba anki banalitajiet jew minħabba ġlied jew tilwim ideoloġiku. Fl-istess ħin, il-ktieb juri li s-sistema leġiżlattiva tjiebet ħafna sal-1964 speċjal-

ment fejn kellu jidħol il-welfare state iżda ħafna mill-istituzzjonijiet u l-poteri tradizzjonali kienu għadhom prevalenti mhux biss fil-politika iżda fil-proċess leġiżlattiv. Il-ktieb kien iddisinjat minn Midsea Books u mitbugħ mill-istamperija Gutenberg u dwaru tkellimna mal-Professur Mangion. Jgħidilna li l-ktieb mar tajjeb ħafna tant li se jkun stampat mill-ġdid.

X’għandu dan il-ktieb li m’għandhomx kotba storiċi oħra li diġà ħarsu lejn dak il-perjodu?

Huwa ktieb maħsub biss għall-akkademiċi u l-istudenti peró?

Il-ktieb huwa differenti minn kotba storiċi oħrajn għax jiffoka r-rwol tal-leġiżlazzjoni fil-kuntest leġiżlattiv fl-aħħar 50 sena tal-Ingliżi (1914 u 1964) f ’Malta għalkemm fil-kuntest usa’ tal-ewwel 100 sena tal-Ingliżi f ’Malta (1814-1964). Kotba storiċi oħrajn jiffokaw fuq ir-rwol tal-politika jew inkella r-rwol tar-reliġjon jew inkella r-rwol tal-ekonomija. L-iffokar huwa differenti billi l-ktieb ifittex juri kif il-liġi fil-forma ta’ leġiżlazzjoni kienet matul is-snin l-istrument, ilmera, jew inkella ir-rifless, fit-tajjeb jew fil-ħażin, ta’ dak li kien qiegħed iseħħ, jiżviluppa, jinbidel u jitneħħa fis-soċjetà tagħna. Id-domanda prinċipali hija: il-leġiżlazzjoni kienet bżonjuża, jew il-policy kienet biżżejjed, fil-mixja tal-poplu tagħna?

Il-ktieb huwa maħsub għall-akkademiċi, l-istudenti, anzjani tat-terza età, kif ukoll il-pubbliku ġenerali. Infatti, jiena fittxejt li nitbogħ ktieb li jkun reference work u fl-istess ħin text book għall-istudenti, kemm dawk li jattendu l-kors tal-liġi, kif ukoll dawk li jattendu l-kors tal-istorja, fl-Alma Mater tagħna. Jiena ppruvajt nippreżenta pubblikazzjoni li tqiegħed is-sisien għal riċerki usa’ u evalwazzjonijiet iktar profondi fuq it-tematika konċernata. M’għandix dubju li rnexxieli npoġġi l-pedamenti għal studji li jinżlu iktar fil-qigħan ta’ ġrajjietna, sabiex jinqalgħu iktar referenzi awtentiċi ta’ ġrajjiet art twelidna. X’riċerka involva dan il-ktieb u kemm ħadlek snin? Il-ktieb jinvolvi riċerka ta’ 12-il sena fl-arkivji ewlenin tagħna u kien il-kontenut ewlieni tat-teżi dottorali tiegħi fl-Università ta’ Oxford, l-Ingilterra D.Phil. (Oxon.). Ir-riċerka tvarja minn dokumenti statali, kolonjali, ekkleżjastiċi, privati (ta’ entitajiet u individwali) u oħrajn bħal kotba, perjodiċi, ġurnali u saħansitra intervisti ma’ protagonisti ħajjin. Il-problema ma kinitx biss waħda ta’ riċerka u analiżi. Hija kienet fuq kollox waħda ta’ sintesi speċjalment meta wieħed jiġi biex jagħzel l-informazzjoni u l-iktar meta jiġi biex jgħaqqad u jwaħħad l-informazzjoni. Kull leġiżlazzjoni għandha l-fattispeċji u l-istorja tagħha u tinkludi mhux biss dik li tgħaddi iżda anki dik li ma tgħaddix mil-leġiżlatura.

Kont taf li Malta kienet fost tal-ewwel li kellha liġijiet li jirregolaw id-drogi hekk imsejħa “perikolużi” fl-1912 u fl-1926. Kont taf li Malta kienet fost tal-ewwel li kellha liġijiet li jirregolaw it-telegrafu bla fili?

Naf li għandek ritratti fil-ktieb li mhumiex komuni. Kif irnexxielek tikseb dawn ir-ritratt? Jiena kollezzjonist ta’ ritratti ta’ individwi, gruppi u avvenimenti f ’Malta. Bdejt nikkollezzjona meta kont żgħir ħafna u llum il-kollezzjoni tiegħi tlaħħaq mal-20,000 ritratt, u tinkludi ritratti ta’ ’l fuq minn 700 avukat, 1,500 saċerdot, bosta oħrajn ta’ tobba, periti u professjonisti iżda anki ta’ nies tas-sengħa, skulturi, pitturi, eċċ. Jiena fittixt li nippubblika żewġ settijiet ta’ portraits ta’ nies li kienu influwenti fl-istorja tal-leġiżlazzjoni kif ukoll 12il ritratt ta’ gruppi ta’ avukati li ggradwaw minn żmien għall-ieħor mill-1887 sal-1958. Ir-ritratti li ppubblikajt huma ġeneralment meħudin mill-oriġinali jew huma l-ewwel riproduzzjoni

tal-oriġinali. Jiena rnexxieli niġbor dawn ir-ritratti billi ġrejt mal-erbat irjieħ ta’ pajjiżna. Inti forsi ma tafx li jiena bdejt nibni l-memorja kollettiva ta’ pajjiżna minn meta kont sirt naf lil Gino Muscat Azzopardi (iben Ġużè, Missier il-Letteratura Maltija) fl-1978 u għadni sal-lum niġri ’l hawn u ’l hinn niġbor tagħrif fuq l-istorja tal-familja ta’ kull persuna li tidher bħala votanta fir-reġistri elettorali mill-1932 sal1970. Tasal għal konklużjonijiet ġodda jew skoperti li ma konniex nafu bihom minn dan il-ktieb? Nista’ nsemmi konklużjoni importanti jiġifieri li l-qafas tal-leġiżlazzjoni Maltija kien iktar ibbażat fuq il-liġijiet tal-kolonji Ingliżi milli tal-Ingilterra nnifisha. Nista’ nsemmi konklużjoni oħra jiġifieri li kien hemm oqsma fejn il-mexxejja jew l-amministrazzjonijiet ċentrali qatt ma ħadu ħsieb li jilleġiżlaw dwarhom. Nista’ nsemmi fuq kollox li Malta kienet minn ta’ quddiem, jekk mhux minn tal-ewwel, li kellha liġijiet li kienu ttestjati fiha jew li kienu prototipi. Huwa ċar li l-Knisja lokali flimkien mal-awtoritajiet militari Britanniċi f ’Malta kienu l-iktar żewġ forzi ta’ influwenza fuq il-proponiment, it-tfassil u l-mogħdija ta’ leġiżlazzjoni, jiġifieri l-istorja talliġi hija konferma tal-istorja politika li dawn iż-żewġ aspetti tal-ħajja am-

ministrattiva u kostituzzjonali, kienu l-iktar predominanti fil-pajjiż. Naturalment, il-ktieb jittratta kemm-il darba waqa’ l-gvern u l-kriżijiet li seħħew fil-medda tas-snin taħt l-Ingliżi fir-rigward tal-proċess leġiżlattiv, sew meta l-gvern kien sfiduċjat u kellu jissejjaħ il-plebixxit, u kemm meta l-gvern kien sfiduċjat u kellhom isiru koalizzjonijiet jew arranġamenti politiċi. Il-ktieb juri wkoll li l-mixja kostituzzjonali u l-mixja leġiżlattiva ma jimxux neċessarjament pari passu speċjalment meta talba għal vot finanzjarju fil-leġiżlatura jimblokka proposti leġiżlattivi importanti. Xi tqis kienu l-iktar atti leġiżlattivi importanti f ’dan il-perjodu li tirreferi għalih? Wieħed jista’ jsemmi diversi atti leġiżlattivi importanti. Kont taf li Malta kienet fost tal-ewwel li kellha liġijiet li jirregolaw id-drogi hekk imsejħa “perikolużi” fl-1912 u fl-1926? Kont taf li Malta kienet fost tal-ewwel li kellha liġijiet li jirregolaw it-telegrafu bla fili? Bla dubju ta’ xejn, att leġiżlattiv importanti kien id-dħul tal-jedd talvot tal-mara fl-1947 li kien avveniment


17

05.11.2017

kullhadd.com

għenet biex ħafna Maltin jattendu l-iskola u jkunu iktar edukati u preparati biex isiefru f ’pajjiżi fejn l-Ingliż kienet il-lingwa ewlenija u min-naħa l-oħra għenet biex ħafna Maltin ikunu jistgħu jemigraw meta Malta kienet għaddejja minn żmien iebes ta’ rikostruzzjoni wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Il-poplu forsi ma jagħtix kas u forsi anki ma jindunax li fl-istorja, il-partiti ressqu proposti leġiżlattivi li wieħed kien jistenna li jressqu l-gruppi jew movimenti avversarji tagħhom, u viċeversa (il-ktieb isemmi għadd ta’ eżempji). Il-ktieb juri wkoll li l-leġiżlazzjoni ta’ wara l-Ewwel Gwerra Dinjija poġġiet il-pedamenti għal-leġiżlazzjoni ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija, jew jekk trid din tal-aħħar ikkonsolidat dik tal-ewwel. Fl-aħħar nett, sezzjonijiet tas-soċjetà tagħna llum ma jafux li s-sistema leġiżlattiva tagħna kienet waħda li fiha kienu jimmilitaw iktar minn żewġ partiti u s-sistema legali tagħna nbniet fuq esperjenza ġeneralment ta’ erba’ u anki ta’ seba’ partiti fl-Assemblea Leġiżlattiva. Barra minn hekk, bosta ma jafux li fi żmien l-ewwel gvern responsabbli, il-leġiżlatura kienet magħmula minn żewġ kmamar b’iktar minn żewġ partiti, u kien hemm proposti leġiżlattivi importanti li fallew għaliex partit kellu maġġoranza fil-kamra t’isfel u minoranza fil-kamra ta’ fuq.

Fl-aħħar nett, sezzjonijiet tas-soċjetà tagħna llum ma jafux li s-sistema leġiżlattiva tagħna kienet waħda li fiha kienu jimmilitaw iktar minn żewġ partiti u s-sistema legali tagħna nbniet fuq esperjenza ġeneralment ta’ erba’ u anki ta’ seba’ partiti fl-Assemblea Leġislattiva

X’tagħlimiet għandna nieħdu llum minn dawk iż-żminijiet. Partikolarment fid-dawl li pajjiżna mistenni jiddiskuti riformi kostituzzjonali?

kolossali u bla preċedent għal Malta. Il-liġi li kienet tgħin lill-industriji biex ikunu stabbiliti f ’Malta approvata fl1959 kienet probabbilment waħda mill-iktar liġijiet kospikwi għaliex biha pajjiżna minn stat li kien jiddependi għalkollox minn infiq militari għadda għal stat imsejjes fuq it-turiżmu. Fi kliem ieħor, l-“Aids to Industries Ordinance” kienet liġi li effettivament bidlet ir-rotta, jekk mhux id-destin, tal-industrija u l-ekonomija ta’ Malta fuq l-għatba tal-Indipendenza.

l-poplu llum ma tantx huwa konxju tiegħu huwa d-dħul tal-edukazzjoni obbligatorja fl-1946. Kienet liġi li għaddiet mill-Kunsill tal-Gvern talMalti li biha l-ġenituri kienu ntrabtu li jibagħtu lil uliedhom l-iskola. Din il-liġi, li kienet approvata meta Gvern Laburista kellu maġġoranza assoluta fil-Kunsill tal-Gvern Malti, għenet ħafna biex wara t-Tieni Gwerra Dinjija jkun hemm emigrazzjoni tal-massa organizzata ferm aħjar minn snin qabel għaliex il-Maltin li bdew jemigraw speċjalment lejn l-Awstralja kienu Liema hu dak il-punt storiku, għall-inqas iktar edukati u jafu jitkellf ’dan il-perjodu, importanti li forsi mu tajjeb bl-Ingliż qabel jemigraw, mhux tant konxju tiegħu l-poplu? mhux bħalma kien ġara wara l-Ewwel Gwerra Dinjija u taħt l-ewwel gvern M’hemmx dubju li punt storiku li forsi responsabbli. Din il-liġi min-naħa

Aħna għandna ħafna x’nitgħallmu mill-perjodu fl-istorja leġiżlattiva mill1914 sal-1964 saħansitra fid-dawl ta’ riformi kostituzzjonali. Missirijietna rnexxielhom jimxu ’l quddiem u jagħmlu kisbiet leġiżlattivi u kostituzzjonali kull meta huma ngħaqdu b’saħħa kbira speċjalment billi waqqfu assemblej jew konvenzjonijiet bħal fl-1919 u fl-1945 biex jiksbu iktar awtonomija, iwessgħu s-suffraġġju universali, inaqqxu provedimenti favur id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, u jkun hemm mekkaniżmi effettivi li jassikuraw mhux biss is-saltna tad-dritt (rule of law) iżda s-supremazija tal-ogħla karta tal-ġens tagħna. Il-ktieb jikkonferma li s-sistema leġiżlattiva u politika f ’pajjiżna ma tantx imbidlet minn meta Malta kellha l-ewwel gvern responsabbli fl-1921.

u kategoriji ta’ leġiżlazzjoni għadhom magħna u effettivi sal-lum. L-Imperu Ingliż kien jimponi minn żmien għal ieħor għadd ta’ atti biex jirrendi koerenti s-sistemi legali tal-kolonji u l-protettorati tiegħu. Numru minnhom li kienu jittrattaw ir-rafforzamenti ta’ sentenzi f ’kawżi misti għadhom fis-seħħ sal-lum. Għadd sabiħ ta’ liġijiet mediċi, sanitarji, soċjali, ta’ difiża, u oħrajn, għadhom magħna sal-lum. Ma ninsewx li s-set up kollu, il-kapitli tal-liġijiet, l-organizzazzjoni tas-sistema ġuridika L-influwenza kolonjali li kellna dak fiha nnifsha, huma kollha wirt tal-periż-żmien għadna nħossuha llum? jodu Ingliż f ’Malta u allura l-influwenza kolonjali mhux biss tinsab fil-funzjoni Bla dubju ta’ xejn, l-influwenza kolon- iżda saħansitra fl-istruttura statutorja jali li kellna dak iż-żmien għadna nħos- organika fiha nnifsha, li l-Maltin jafuha suha sal-lum minħabba li diversi tipi lill-Ingliżi.


18

05.11.2017

1

MADWAR kullhadd.com

L-AMERKA

FIL-QOSOR

3 1

2

ATTAKK TERRORISTIKU FI NEW YORK

Tmien persuni tilfu ħajjithom u 11 oħra ndarbu serjament fi New York wara li spiċċaw vittmi t’attakk terroristiku. Ħamsa mill-mejta kienu ħbieb mill-Arġentina li flimkien ma’ grupp ta’ ħames persuni oħra kienu fi New York biex jiċċelebraw it-30 anniversarju minn meta ggradwaw. L-attakk seħħ f ’Manhattan, meta raġel saq f ’karreġġjata taċċiklisti, u qabad jispara fl-istess waqt li jsuq bi trakk fuq dawk li kienu qed isuqu r-rota u oħrajn li kienu għaddejjin mill-inħawi. Il-pulizija sparaw lis-suspettat, Sayfullo Saipov. Huwa qed jiġi akkuzat mill-prosekuturi Amerikani bi qtil ta’ tmien persuni. Fit-trakk li ntuża biex ħasad il-ħajja ta’ numru ta’ persuni innoċenti, instabet nota b’referenza għall-Militanti tal-Istat Iżlamiku, u rapporti fil-midja internazzjonali rrappurtaw li waqt li kien qed jispara fuq in-nies, l-aggressur beda jgħajjat “Allah hu l-Akbar”. Min-naħa tiegħu l-President Amerikan Donald Trump qal li r-raġel ħaqqu jingħata l-piena tal-mewt anke jekk kemm-il darba din kienet ġiet imneħħija mill-Gvern Amerikan.

2

SPANJA

3

L-INGILTERRA

MANDAT TA’ ARREST EWROPEW GĦALL-MEMBRI TAL-GVERN Inħareġ uffiċjalment il-mandat t’Arrest Ewropew fil-konfront tal-Eks Mexxej Katalan Carles Puigdemont u erba’ eks ministri tal-Gvern Reġjonali Katalan li ħarbu lejn il-Belġju. Dan għaliex il-ħamsa li huma ma dehrux quddiem il-Qorti f ’Madrid il-Ħamis li għadda filwaqt li tmien eks uffiċjali tal-gvern inżammu arrestati, madankollu, wieħed minnhom ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija ta’ 50,000 ewro. Huma qed jaffaċċjaw akkużi ta’ ribelljoni, sedizzjoni u użu ħażin ta’ fondi pubbliċi għall-indipendenza tal-Katalunja. L-Eks Mexxej Katalan Puigdemont sostna li huwa mhux se jirritorna fi Spanja jekk ma jkunx garantit smigħ ġust quddiem il-qrati. Il-Parlament ta’ Katalunja li issa huwa xolt kien ivvota favur proklama ta’ Repubblika Indipendenti għall-Katalunja ġimgħa ilu, wara referendum meqjus illegali organizzat millGvern Katalan fl-1 t’ Ottubru. Ma kien hemm l-ebda pajjiż li rrikonoxxa din il-mossa talEks Gvern Katalan u għalhekk il-Gvern Spanjol ħa l-kontrol dirett tar-reġjun tal-Katalunja permezz tal-poteri li ttih il-kostituzzjoni.

MISTENNIJA TIEQAF IS-SERJE POPOLARI HOUSE OF CARDS F’Hollywood il-fastidju u akkużi sesswali komplew jiddominaw, din id-darba fuq l-attur popolari tas-serje televiżiva House of Cards Kevin Spacey. L-akkużi li ġew ippubblikati fil-ġurnal The Sun jirreferu għall-inċidenti li żagħżugħ ta’ 23 sena qal li kellu ma’ Spacey f ’Londra disa’ snin ilu. Is-sensiela House of Cards mistennija tieqaf wara li ħareġ dan l-iskandlu, hekk kif Spacey spiċċa investigat mill-Pulizija Ingliża.


R ID-DINJA

19

05.11.2017

kullhadd.com

4

5

6

IL-ĠAPPUN

6

SEJBA TA’ FDALIJIET TA’ DISA’ KATAVRI F’APPARTAMENT

Il-Pulizija Ġappuniża arrestat raġel wara sejba ta’ disa’ katavri fl-appartament tiegħu f ’Zama qrib Tokyo. Il-pulizija sabu fdalijiet ta’ disa’ iġsma, fosthom żewġt irjus li kienu qed jinżammu f ’kontenitur fi friġġ fl-appartament tas-suspettat, Takahiro Shiraishi. Dan waqt li kienu għaddejjin b’investigazzjoni b’rabta ma’ każ ta’ mara li kienet irrapportata nieqsa. Huma sabu wkoll fdalijiet ta’ seba’ persuni oħra li kienu f ’kaxex differenti, fl-appartament tiegħu. Ir-raġel, li għandu 27 sena, qed jinżamm arrestat. Il-pulzija sabu fdalijiet ta’ tmien nisa u raġel fi stat differenti ta’ dekompożizzjoni.

5 4

IS-SIRJA

IL-LIBANU

JIRRIŻENJA L-PRIM MINISTRU WARA BIŻA’ TA’ ATTAKK FUQ ĦAJTU Il-Prim Ministru Lebaniż Saad al-Hariri rriżenja mill-kariga. Huwa qal li għamel dan għaliex qed jibża’ minn attakk fuq ħajtu wara li kkritika l-Iran. Missieru li wkoll kien Prim Ministru tal-Libanu Rafik al-Hariri kien ġie assassinat fl-2005. Al-Hariri akkuża lill-Iran li tefgħet biża’ u distruzzjoni f ’diversi pajjiżi inkuż il-Libanu. Huwa kien reġa’ daħal fil-kariga ta’ Prim Ministru s-sena l-oħra wara li kien diġà fil-kariga bejn l-2009 u 2011. F’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ħabbar ir-riżenja huwa qal li fil-Libanu qed taħkem il-klima li kienet ħakmet il-pajjiż qabel l-assassinju ta’ missieru, u li kien qed iħoss li qed jinħadem pjan li fil-mira tiegħu kien hemm ħajtu.

TELFA GĦALL-ISIS: IL-GVERN SIRJAN JIRBAĦ LURA BELT Daqqa ta’ ħarta għall-Militanti Iżlamiċi, wara li l-Gvern Sirjan iddikjara rebħa fuq l-imsejjaħ Stat Iżlamiku fil-belt fil-Lvant tas-Sirja, Dier al-Zour. L-Istat Iżlamiku tilef ukoll lir-Raqqa meqjusa bħala l-kapitali tal-Kalifat, sabiex b’hekk il-poter tagħhom qiegħed ukoll imajna. Deir al-Zour li kienet waqgħet f ’idejn l-Istat Iżlamiku fl2014 għandha pożizzjoni strateġika viċin il-fruntiera malIraq.


20

05.11.2017

kullhadd.com

PROPRJETÀ MAGĦLUQA CHRIS AGIUS

Segretarju Parlamentari għallIppjanar u s-Suq tal-Proprjetà

Għadna kif assistejna għallbaġit li għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna ma kellu ebda taxxa. Konna kapaċi nagħmlu dan għax matul dawn l-aħħar erba’ snin ħloqna l-aħjar ambjent u klima biex kien possibbli li l-ekonomija tikber b’rata li qatt ma esperjenzajna. Pajjiż fejn ra żidiet fil-pagi, it-tieni surplus konsekuttiv, żidiet fil-pensjonijiet għat-tielet sena konsekuttiva, tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl, surplus flok defiċit fil-finanzi tal-gvern u ħafna aktar miżuri li ħallew aktar flus fil-but. Matul dan l-aħħar baġit komplejna bl-iskema fejn min jixtri l-ewwel proprjetà jiffranka t-taxxa tal-boll sa €5,000. Hija skema fejn qed inkomplu nħajru lil dak li jkun li flok jikri, isir sid ta’ daru. U minħabba l-klima li nħolqot f ’pajjiżna, fejn għandna full employment, fejn ix-xogħol jiġri wara n-nies, fejn l-investimenti ġodda saru xi ħaġa ta’ kuljum, qed tkompli tagħmel skemi bħal dawn aktar attraenti. Fl-2014 kellna 1,039 koppja li bbenefikat minn dan it-tnaqqis kif ukoll 1,896 individwu. Fis-sena 2015 kien hemm 1,866 individwu li xtraw waħedhom filwaqt li 1,039 koppja li għamlet il-kuntratt tax-xiri. Dan ifisser li l-ispiża fuq din il-miżura matul is-snin 2014 u 2015 kienet ta’ €23.2 miljun. Flimkien ma’ dak li nbiegħ matul is-sena 2016 u llum, kien hemm mal-11,300 proprjetà li nbiegħet taħt din l-iskema. F’dan l-ewwel baġit ta’ din il-leġiżlatura qed indaħħlu skema ġdida, l-iskema tas-2nd Home. Wegħednieha fil-manifest u qed inwettquha mill-ewwel. Hija skema li ser tkun qed tgħin lil ħafna kif ukoll toħloq stock ġdid ta’ proprjetà affordabbli. Hawn qed nimmiraw għal dawk il-koppja żgħażagħ li maż-żwieġ xtraw dar, appartament skont kemm kienu jifilħu u skont ukoll il-bżonnijiet tal-familja dakinhar. Forsi illum kibret il-familja u l-post li kienu xtraw u kien komdu, issa sar żgħir u ma jaqdix il-bżonnijiet ġodda tal-familja. Lil dawn qed ngħidulhom li jekk tbigħu l-proprjetà tagħkom, aħna ser inkunu qed ngħinukom billi jkun hemm tnaqqis fil-ħlas tal-boll sa massimu ta’ €3,000. Dan ifisser ukoll li ser ikollna stock ġdid ta’ housing affordabbli li żgur ser ikun qed jaqdi l-bżonnijiet ta’ familji ġodda. Din l-iskema hija mmirata wkoll għal dawk il-koppji li għandhom dar, u li issa li kabbru t-tfal saret kbira wisq għalihom. Dawn ukoll jistgħu jbigħu l-pro-

prjetà tagħhom, u jixtru waħda iżgħar għall-bżonnijiet attwali. Dawn ukoll jiffrankaw sa massimu ta’ €3,000. Tajjeb li wieħed jiftakar li meta sid ibigħ proprjetà, li tkun ir-residenza tiegħu, ma’ jħallasx boll jew taxxa. Din l-iskema għandha benefiċċji oħra jekk ix-xerrej ikun persuna b’diżabilità. Hawnhekk il-massimu li wieħed jista’ jieħu lura bħala refużjoni hu ta’ €5,000. Dawk il-familji li jkollhom xi wild b’diżabilità jgħix magħhom, jibbenefikaw minn din l-iskema wkoll taħt xi kundizzjonijiet. Il-ġid li rnexxielna noħolqu flimkien, qed iwassal sabiex aktar nies isiru sidien ta’ darhom u possibbilment jibdlu wkoll ir-residenza tagħhom biex taqdi r-realtajiet ġodda li jkunu qed jiffaċċjaw. Mhux qed inħajru n-nies għall-propjetajiet ġodda biss, iżda qed inħajruhom u ngħinuhom biex jixtru propjetajiet f ’żoni ta’ konservazzjoni, fl-ibliet u fl-irħula tagħna. Għal ħafna snin kellna propjetajiet f ’żoni partikulari li tħallew vojta, abbandunati u abbużati għal ħafna snin. Illum għandna bliet u rħula li qed jieħdu ħajja ġdida. Insemmi bħala eżempju ż-żoni li ġej minnhom jien. Il-bidliet u t-trasformazzjoni li seħħew fil-Birgu issa huma storja, li kulħadd hu konxju tagħha. Iżda matul dawn l-aħħar tlieta/ erba’ snin dan seħħ ukoll kemm f ’Bormla kif ukoll fl-Isla. Djar li kienu ilhom snin magħluqa, djar li saru djar għall-ħamiem, illum inbidlu fi djar lussużi u anke boutique hotels. Irnexxielna nċaqalqu s-suq tal-proprjetà magħluqa. U dan mhux b’kumbinazzjoni. Dan seħħ għax ħloqna miżuri li flok ma jinċentivawx lil dak li jkun, iħajruh sabiex jidħol għal sfida simili. Għal sena oħra qed inkomplu mhux biss bl-iskema ta’ rifużjoni lill-first-time buyers għall-ispejjeż li jagħmlu fuq xogħol ta’ restawr f ’żoni skedati, iżda wkoll qed inkomplu skema li t-taxxa tal-boll tonqos minn 5% għal 2.5% għal dawk il-propjetajiet li jinsabu f ’Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana. Matul din is-sena l-Awtorità tal-Ippjanar kellha l-iskema Irrestawra Darek fejn tpoġġa baġit ta’ €8 miljun. Dawn inbelgħu wara ħames ġimgħat li ġew varati. Kienu 855 dawk li applikaw għal din l-iskema u minnhom 326 kienu ġejjin minn first time buyers. Dan l-ammont ta’ €8 miljun ġie minn dak li daħħlet l-Awtorità mill-iskema l-oħra tar-regularizzazzjoni, parti minnhom. U dan għax 70% minn dak li daħħlet mill-iskema ta’ regularizzazzjoni marru għal din l-iskema, 20% marru għand il-Kunsilli lokali fil-Fond tal-Ippjanar u l-10% li kien baqa’ huma għall-ispejjeż amministrattivi. L-Awtorità qed taħseb sabiex fiż-żmien li ġej din l-iskema tkun tista’ tiġi offruta lill-pubblika, forsi b’xi bidliet biex ngħinu aktar nies.

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist

Il-Ħamis, 26 ta’ Ottubru Kemm għandna nisa kuraġġużi, man! Intefgħu quddiem Kastilja jitolbu r-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali. U jekk dawn ma jirriżenjawx, dawn in-nisa se jibqgħu lejl u nhar quddiem Kastilja sal-Ħadd li ġej. U jien m’għandi l-ebda dubju li wara, xi ħaġa oħra jivvintaw ukoll. Fuq kollox Michael Briguglio u Manuel Delia, li tkellmu filprotesta tal-Ħadd li għadda, xi ħaġa oħra jorganizzawlhom biex jilħqu l-iskopijiet tagħhom, li b’kumbinazzjoni kienu, għadhom u jibqgħu l-iskopijiet ta’ Simon Busuttil. U ħadd ma jista’ jgħid li Briguglio u Delia għandhom xi skopijiet politiċi għax dawn qatt ma kienu Nazzjonalisti, mhux hekk! Il-Ġimgħa, 27 ta’ Ottubru Dawk li qegħdin jikkampjaw quddiem Kastilja, illejla ddeċidew li jixħtu l-banana fuq it-taraġ ta’ Kastilja. Idea tajba, man, biex juru kemm pajjiżna sar repubblika tal-banana. Nittama li għada ma joħorġux bil-larinġ, għax jekk jagħmlu hekk, jistgħu jiġu ttimbrati mal-partit ta’ Marlene Farrugia, għax dawk tal-Oranġjo. Ikun żball għax jien konvint li dawn in-nisa mhuma ttimbrati mal-ebda partit. Konvint li bħal Briguglio u Delia m’għandhom l-ebda skop politiku. Sempliċiment huma ċittadini komuni li qegħdin jitolbu dak li Simon Busuttil ilu jitlob ħafna xhur. Is-Sibt, 28 ta’ Ottubru Ma naħsibx li Adrian Delia jkun qiegħed jgħid il-verità meta jgħid li mhux minnu li fost il-grupp Parlamentari hemm min irid itajjarlu rasu, minkejja li ilu Kap tal-Oppożizzjoni ftit tal-ġimgħat biss. Kull darba li mmur l-istamperija, dejjem qiegħed nisma’ li s-sitwazzjoni sejra millħażin għall-agħar. Anke Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna l-istess ħaġa qiegħed jisma’ u biex jikkunslani qalli li jista’ jintlaħaq ftehim u għall-ewwel darba, fil-Parlament ikollna kap ta’ nofs Oppożizzjoni u kap tan-nofs l-ieħor tal-Oppożizzjoni. Il-Ħadd, 29 ta’ Ottubru Fil-protesta ta’ Tas-Sliema, illum rajt ħafna inqas nies milli kien hemm nhar il-Ħadd il-Belt. U kważi kważi ħlief Nazzjonalisti akkaniti (ovvjament mhux akkaniti daqsi) ma rajtx. Il-ftit nies li ma nafhomx b’Nazzjonalisti jinkludu lil RCC, Joe Borg, u fuq kollox lill-Boċċa li anke tkellem fi tmiem il-manifestazzjoni. U x’diskors

għamel, man! Talab għar-riżenja mhux biss tal-Kummissarju u l-Avukat Ġenerali, imma anke għar-riżenja tal-Ministru talIntern u saħansitra tal-Prim Ministru. Kemm nixtieq li għall-protesta li jmiss, ikun hemm xi ħadd li jgħid li għandu jirriżenja l-gvern kollu, u mhux dak u l-ieħor. It-Tnejn, 30 ta’ Ottubru Le, le, man! Mhux se jaqtgħu qalbhom dawk in-nisa li l-ġimgħa l-oħra ikkampjaw quddiem Kastilja jitolbu r-riżenja talKummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali bit-tadam u bil-banana. Illejla nġabru quddiem il-Parlament biex għal darb’oħra jitolbu l-istess riżenji. Ħasra li ma kellhomx televixin biex isegwu s-seduta tal-Parlament għax kieku, there and then, kienu jisimgħu mhux biss lill-Kap talpartit glorjuż tagħna Adrian Delia, imma anke lil Simon Busuttil jaqblu magħhom u jsemmgħu leħinhom. Dan ifisser li għandhom l-appoġġ taż-żewġ fazzjonijiet fil-partit tagħna, kif ukoll ta’ Marlene għax dik ukoll tkellmet favur tagħhom. It-Tlieta, 31 ta’ Ottubru Issa ċ-ċans li turi snienek, għażiż Adrian! Fuq dak li smajt illum, li kieku jien kont minflokok, kemm lil Chris Said u kemm lil Jason Azzopardi neħles minnhom. Lil talewwel inġiegħlu jirtira l-mozzjoni li ressaq fil-Parlament u lill-ieħor inġiegħlu jirriżenja wara dak li qal l-eks direttur ġenerali talartijiet Iman Said li qal ċar u tond li Jason Azzopardi, ovvjament meta kien ministru, mhux biss kien jaf b’kollox dwar bejgħ ta’ proprjetà tal-poplu biċ-ċiċri, imma ta wkoll il-barka tiegħu. Nispera li Adrian ma jibqax b’idejh fuq żaqqu quddiem każ serju bħal dan. Hekk jew hekk ikun qed jeħles minn xi ħadd li ħlief ħsara mhux jagħmillu. L-Erbgħa, 1 ta’ Novembru Adrian issa beda jieħu statura internazzjonali, man! Illum iltaqa’ malambaxxatriċi Amerikana, kif ukoll malTaljan. Mat-tnejn tkellem dwar dak li għaddej minnu pajjiżna bħalissa wara l-qtil tal-bloger Daphne Caruana Galizia. Nispera li ħadd minnhom ma għamillu xi referenza għal dak li kienet kitbet dwaru l-istess DCG. Ma nafx għalfejn qegħdin jgħadduli minn moħħi dawn id-dubji, għax fuq kollox, bħala ambaxxaturi, jafu xi tfisser diplomazija. Insomma l-aqwa li ma ltaqgħux ma’ Chris Said għax kieku dak kien jagħtihom stampa differenti.


21

05.11.2017

kullhadd.com

MANIPULAZZJONI GĦALL-POTER ETIENNE

GRECH

Membru Parlamentari

Dawn l-aħħar tliet ġimgħat kienu twal u ibsin għallmaġġor parti tal-Maltin. Ilqtil faħxi tal-ġurnalista jew blogger Daphne Caruana Galizia għamel impatt mhux ċkejken fuq il-pajjiż. Dan l-impatt mhuwiex u m’għandux jintesa malajr, anke jekk Daphne Caruana Galizia kienet kontroversjali immens. Kienet tikteb artikli b’Ingliż impekkabbli u estremist fl-ideat. Biex inkun ċar meta ngħid estremist qed ngħid li meta jkollha idea u taqbad ma’ suġġett, il-pinna tagħha kienet tkun ħarxa immens. Il-kitbiet tagħha kienu jvarjaw minn kritika kostruttiva, għal kritika distruttiva għallaħħar u spiss kienet tikteb affarijiet personali. Hu stmat li madwar 500 persuna kienu fil-mira ta’ kritika sempliċi-

ment ħabba l-kulur politiku. Inżid ukoll li l-kitba tagħha kienet ukoll tvarja minn kitba ġenwina u veritiera, għall-kitba li tweġġa’ u nieqsa għalkollox mill-verità. Kienet tikteb x’tikteb Caruana Galizia qatt ħadd ma waqqafha. U minkejja li kull min ħassu mweġġa’, li minħabba l-istil u kontenut ta’ kitba tagħha dawn l-individwi kienu numerużi, u kellu id-dritt tar-rimedju mill-qrati (minkejja proċess li jieħu fit-tul), din baqgħet għaddejja bix-xogħol tagħha għal snin twal. Il-miri tagħha ftit drabi kienu persuni Nazzjonalisti iżda sa Ġunju li għadda l-istil tagħha nbidel mil-lejl għan-nhar. Wara t-telfa kbira tal-partit Nazzjonalista (it-tieni telfa kolossali wara erba’ snin u nofs) fl-elezzjoni ta’ Ġunju li għadda, u sussegwentement il-kap tal-PN niżel, u kellu jinħatar ieħor floku, din ħarget qatta bla ħabel b’artikli fuq artikli negattivi ta’ kuljum fuq wieħed mill-kontestanti fil-ġirja għall-kap tal-PN li kienu jallegaw affarjiet jaħarqu u elaborati ħafna fid-dettall. Tant li ġew

ikkritikati bl-aħrax anke personalitajiet Nazzjonalisti li kienu qegħdin jappoġġjaw lil Dr Adrian Delia, li ftit wara rnexxielu (forsi b’simpatija għall-attakki li kien jaqla’) jiġi elett kap tal-PN. It-traġedja tal-qtil ta’ Daphne xxokkja lil kulħadd. Il-pulizija minnufih bdew inkjesta mmexxija mill-maġistrat (li kellu jinbidel minħabba oġġezzjoni mill-familja) u dawn ingħataw kull appoġġ mill-Gvern biex b’mod imparzjali jipprovaw isibu min kien l-assassin u minn kien hemm warajh. Saħansitra ġiet mitluba għajnuna mill-FBI, Interpol u esperti tal-forensika Olandiżi. Minn dan id-delitt ħafna kienu dawk li ħadu jew tgħallmu xi ħaġa, inklużi l-politiċi u partitarji ta’ partiti politiċi. Fil-kamp Nazzjonalista żdieded il-firda u konfużjoni li diġà kellhom. Ħafna mid-deputati Laburisti nġibdu lura għax minħabba li Delia kien fil-mira prinċipali tagħha f ’dawn l-aħħar tliet xhur, ma setgħux jilagħbu l-logħba li din kienet xi vittma Nazzjonalista. Logħba li n-Nazzjonalisti kienu lagħbu

fil-passat iżda dan id-delitt sar f ’ċirkostanzi kompletament differenti. Fil-fatt, Daphne kienet xi daqqiet issemmi xi stejjer li jinvolvu kriminali kbar kemm tal-passat kif ukoll tal-imgħoddi. L-inkjesta m’għandniex xi ngħidu hija miftuħa għal kull motiv u minkejja dan, ħafna huma dawk li l-ispekulazzjonijiet jiġru bihom u jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom. Ħafna esponenti Nazzjonalisti, inkluż il-kap,

Ħafna esponenti Nazzjonalisti, inkluż il-kap, iridu jgħidu li dan kien qtil politiku u dan jgħiduh biex jiksbu punti politiċi mid-delitt

iridu jgħidu li dan kien qtil politiku u dan jgħiduh biex jiksbu punti politiċi middelitt. Din mhi xejn ħlief nuqqas ta’ responsabbiltà u manipulazzjoni tas-sitwazzjoni għall-gwadann politiku fil-kilba tal-poter. Maltin iktar ġenwini jaħsbu li dan id-delitt kien attakk kontra d-dritt tal-espressjoni u apparti mir-rieda li jissolva l-każ, naraw kif inrawmu r-rieda politika li mhux intajru l-irjus bl-addoċċ ta’ dak u tal-ieħor u nimminaw l-istituzzjonijiet. Minflok għandna niftiehmu bejnietna ħalli naslu biex nagħmlu l-konvenzjoni kostituzzjonali u nwettqu tibdiliet fil-kostituzzjoni tagħna illi jsaħħu d-demokrazija f ’pajjiżna, isaħħu l-istituzzjonijiet u jsaħħu s-saltna tad-dritt ta’ pajjiżna. Din il-konvenzjoni kienet ilha fuq l-aġenda u r-rieda tal-mexxej tagħna għal dawn l-aħħar snin u l-poplu għandu jingħaqad u mhux jinfired sabiex nagħmlu pass bħal dan li minnu toħroġ mhux mibegħda, firda u manipulazzjoni politika iżda għaqda u tisħiħ tat-tħaddin tad-demokrazija f ’pajjiżna.

RIFORMA FIR-REĠJUNI MARIO

FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL

Ir-reġjuni ġew imwaqqfa f ’pajjiżna lura fis-sena 2001, fejn anki ddaħħlu fil-kostituzzjoni fl-istess sena. Dan minkejja li kienu ġew imnedija, permezz tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali fis-sena 1993. Kull reġjun jikkonsisti bejn 10 u 15-il Kunsill Lokali, biex b’kollox għandna 5 reġjuni, 4 f ’Malta u wieħed f ’Għawdex. Kull reġjun għandu president reġjonali, viċi president u segretarju eżekuttiv. Kumitat tar-Reġjuni (KtR) Il-reġjuni huma rappreżentattivi fil-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa l-assemblea tal-Unjoni Ewropea (UE) tar-rappreżentanti lokali u reġjonali li tipprovdi lill-awtoritajiet sottonazzjonali (jiġifieri r-reġjuni, il-kontej, il-provinċji, il-muniċipalitajiet u l-bliet) b’vuċi diretta fi ħdan il-qafas istituzzjonali tal-UE. Imwaqqaf fl-1994, il-KtR inħoloq biex jindirizza żewġ

kwistjonijiet ewlenin. L-ewwel, madwar tliet kwarti mil-leġiżlazzjoni tal-UE hija implimentata fil-livell lokali jew reġjonali; għalhekk huwa xieraq li r-rappreżentanti lokali u reġjonali jingħataw vuċi fit-tħejjija tal-liġijiet il-ġodda tal-UE. It-tieni, kien hemm tħassib dwar id-distakk dejjem akbar bejn il-pubbliku u l-proċess tal-integrazzjoni Ewropea; l-involviment tal-livell ta’ gvern elett li jkun l-aktar qrib taċ-ċittadini kien mod wieħed kif jiġi eliminat dan id-distakk. Twaqqif tar-Reġjuni f ’Malta Sa mill-2001, is-sena li fihom twaqqfu r-reġjuni f ’pajjiżna, dawn ma ngħataw l-ebda rwol jew funzjoni x’jaqdu. Ma ngħataw l-ebda allokazzjoni finanzjarja u fuq kollox tħallew għal riħhom sabiex isibu post minn fejn joperaw. Fl-opinjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, riforma fir-reġjuni għandha tinkludi; • Allokazzjoni diretta • Formazzjoni eżekuttiva tar-reġjun • Tibdil fil-konfini tar-reġjuni • Possibilment konfini li jkunu ugwali għal dawk ta’ entitajiet oħra governattivi • Għarfien tar-reġjun • Funzjoni u responsab-

biltajiet ċari • Studju ta’ fejn għandu jkun l-uffiċċju tar-reġjun • Tneħħija tat-tribunali lokali Allokazzjoni Diretta Ir-reġjuni għandu jibda jkollhom allokazzjoni diretta mill-Gvern Ċentrali skont ir-responsabbiltajiet li huma jingħataw. Ma nistgħux nibqgħu b’reġjuni li jiddependu biss fuq flus akkumulati matul iż-żmien mis-sistema tal-infurzar lokali u fuq il-ħlas mill-Aġenzija LESA għal uħud mill-ispejjeż amministrattivi tagħhom. Din m’għandhiex tkun diffiċli għaliex jekk ir-reġjuni jingħataw responsabbiltajiet li bħalissa qegħdin għand il-Gvern Ċentrali, il-baġit finanzjarju xorta waħda kien qed imur għand l-entità, ministeru jew dipartiment partikolari. Dan issa jkun irid jibda jgħaddi lir-reġjuni. Madankollu, irid ikun hemm allokazzjoni diretta addizzjonali għall-operat amministrattiv tar-reġjun. Din hija kardinali u imperattiva. Formazzjoni tar-Reġjun

Eżekuttiva

Wasal iż-żmien li wieħed jistudja bis-serjetà l-kompożizzjoni Eżekuttiva tar-reġjuni. Wieħed għandu jistaqsi jekk

il-President Reġjonali għandux ikun full timer. Jekk għandhiex issir elezzjoni seperata għalih mir-residenti tal-lokalitajiet li jiffurmaw dak ir-reġjun. Jekk il-President Reġjonali għandux ikun kunsillier jew saħansitra sindku ta’ wieħed mill-lokalitajiet tiegħu. X’inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ ħaġa bħal din? F’dan il-każ, l-elezzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għandha tibqa’ ssir bl-istess format? Tibdil fil-Konfini tar-Reġjuni

Lija, l-Imsida, il-Pietà, San Ġiljan, San Ġwann, Santa Venera, Tas-Sliema u Ta’ Xbiex (13-il Kunsill) • Reġjun Xlokk li jinkorpora fih il-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Birgu, l-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, il-Fgura, il-Furjana, il-Kalkara, il-Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Paola, Ħal Tarxien u x-Xgħajra (15-il Kunsill) • Reġjun Nofsinhar li jinkorpora fih il-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, isSiġġiewi, Birżebbuġa, il-Gudja, Ħal Għaxaq, il-Ħamrun, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Safi, Santa Luċija, u ż-Żurrieq (14-il Kunsill). Wieħed jinnota kif ċerti reġjuni ma jagħmlux sens ġeografiku fil-mod ta’ kif inhuma kostitwiti bħala lokalitajiet. Wieħed ma jifhimx kif lokal bħas-Swieqi jifforma parti mir-Reġjun ta’ Tramuntana meta jmiss ma’ San Ġiljan, San Ġwann, tas-Sliema u l-Gżira u dawn il-lokalitajiet kollha jiffurmaw parti mir-Reġjun Ċentrali! Bl-istess mod Pembroke. L-istess wieħed jista’ jgħid għall-Furjana li mhix maċ-Ċentru u tinsab fir-reġjun ta’ Xlokk. Dan jaffettwa anki jekk se nibdew nitkellmu fuq kuntratti reġjonali.

Skont l-emendi li saru fl-Att għall-Kunsilli Lokali u permezz tal-Att Numru XVI tal-2009, ġew stabbiliti 5 reġjuni; • Reġjun Għawdex li jinkorpora fih il-Kunsilli Lokali tar-Rabat, Fontana, Għajnsielem, l-Għarb, l-Għasri, Ta’ Kerċem, il-Munxar, in-Nadur, il-Qala, San Lawrenz, Ta’ Sannat, ix-Xagħra, ix-Xewkija u ż-Żebbuġ (14-il Kunsill) • Reġjun Tramuntana li jinkorpora fih il-Kunsilli Lokali tal-Imdina, Ħad-Dingli, Ħal Għargħur, il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar, Pembroke, ir-Rabat, San Pawl il-Baħar, is-Swieqi u l-Imtarfa (12-il Kunsill) • Reġjun Ċentrali li jinkorpora fih il-Kunsilli Lokali ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan, Birkirkara, il-Gżira, l-Iklin, Ħal Tkompli d-darba li jmiss >>




24

05.11.2017

kullhadd.com

IMPENN B’OPPORTUNITAJIET

Nikkonferma li f’Malta għandna ħafna kantanti tajbin Kitba ta’ gramm “Talenti Maltin” fuq RAMONA PORTELLI l-istazzjon ta’ Radju Hompesch fejn iddoqq kanzunetti ta’ kanIl-bniedem bħal donnu qatt tanti Maltin. m’għandu kwiet. Dejjem irid Bħala karattru tikkunsidra lilha jara x’ser jivvinta biex jgħaddi nnifisha pożittiva, tħobb tkoml-ħin u fuq kollox jagħmel dak li pli man-nies, ma taqtax qalbha jħobb. Min-naħa l-oħra hawn meta jkollha xi opportunità ġdimin jistenna li l-bajtra taqa’ da, u ma tħobbx tgħid le, anzi f ’ħalqu u minflok ma jagħmel tieħu gost b’opportunitajiet xejn. Naturalment aktar ma ġodda. persuna tkun ħabrieka, aktar Solista, u llum tmexxi jingħata frott lis-soċjetà. Għal din l-intervista, tkellimt l-kor personali tagħha ma’ persuna li ħajjitha prattikament iddur mal-kant. Ilha minn Il-kant għaliha jfisser xogħol li ċkunitha tkanta, u llum qed trid taħdem għalih, impenn bħal tgħaddi dan it-talent lil diversi rehearsals u ħafna xogħol ieħor, studenti oħra, permezz tal-kor sagrifiċċju u sodisfazzjon kbir. li rnexxielha tgħaqqad f ’isimha Temmen u tistqarr li bla dubju stess. Qed nirreferi għal Romina ta’ xejn persważa li talent bħallkant persuna titwieled bih. Iżżid Vella. Għandha 38 sena, minn Borm- tgħid ukoll li l-kant ikun ġo dik la u toqgħod Wied il-Għajn. il-persuna partikolari li tibda turi Hija mara tad-dar u tħobb tkan- interess. ta. Bħala passatemp ilha għal Romina ilha interessata fil-kant madwar 13-il sena għal darba minn meta kellha sitt snin, u fil-ġimgħa tippreżenta l-pro- s-sodisfazzjon ta’ meta kienet

żgħira kien meta kienet tidħol fis-song festivals, u llum il-ġurnata s-sodisfazzjon tagħha hu li tmur tajjeb f ’kull okkażjoni li tkun ilha taħdem għaliha, sew jekk tkun żgħira u l-istess jekk kbira – ma tagħmilx differenza. Hija tkanta bħala solista, u llum anke tmexxi l-kor personali tagħha. Fil-fatt qaltli li kien faċli għaliha dan il-proċess li tgħaqqad il-kor tagħha. Semmietu Romina Vella Choir, u għaqqdet l-istess kor mill-istudenti tagħha stess. Il-kor jinżamm attiv billi jattendi għal diversi kant f ’okkażjonijiet differenti, lezzjonijiet u kultant xi ħarġa flimkien, fejn isiru jafu aktar lil xulxin. “Nemmen fiha ħafna, għax hija xi ħaġa totalment differenti mill-kant, u fl-istess ħin tgħaqqadna aktar flimkien,” sostniet miegħi Romina. Ta’ 13-il sena Romina diġà kienet kantat għall-ewwel darba f ’quddiesa ta’ tieġ. Għadha

tkanta fit-tiġijiet u okkażjonijiet oħra sal-lum. Is-sodisfazzjon li tieħu f ’dawn is-servizzi hu li minn dik il-quddiesa li jkunu qed jisimgħuha n-nies wara l-quddiesa jmorru jkellmuha biex tmur tkanta f ’xi okkażjoni partikolari tagħhom. Malta żgħira, iżda hawn diversi opportunitajiet Malta hija żgħira u kif nafu hawn ħafna talenti, fosthom żgħażagħ li qegħdin fil-midħla tal-kant diġà. Ma’ Romina ddiskutejt ilfatt dwar taħsibx li f ’Malta fejn jidħol kant, għal għadma hawn mitt kelb kif jgħid il-Malti. “Iva hawn ħafna kantanti, però hawn diversi opportunitajiet fejn jistgħu jmorru, apparti festivals jistgħu jkunu mistednin f ’diversi okkażjonijiet li jiġu organizzati

f ’diversi rħula fejn huma jkollhom esperjenza ta’ palk, ta’ udjenza. Nikkonferma li f ’Malta għandna ħafna kantanti tajbin.” Ridt inkun naf liema kienet s’issa l-aktar esperjenza li ma tinsa qatt b’konnessjoni malkant, u fil-fatt Romina weġbitni spontanja, “bħalissa m’għandix f ’moħħi esperjenza partikolari għaliex għalija kienu kollha sbieħ.” Fl-aħħar nett, Romina għaddiet messaġġ lill-qarrejja kollha ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ tiegħi huwa li qatt m’għandek taqta’ qalbek, anke jekk jiġuk opportuntajiet differenti. Anzi apprezzahom għaliex jien fil-verità l-karriera tiegħi kompliet tikber. Nirringrazzja lil diversi persuni li kienu huma li tawni opportunitajiet differenti,” temmet tgħid Romina.


25

05.11.2017

kullhadd.com

KREATURI PUZZLE

Il-wirja “Kreaturi” tintroduċi littfal għall-arti moderna u kontemporanja, ix-xogħol tal-artist Gabriel Caruana u l-Mill - Art, Culture and Crafts Centre, filwaqt li tinkoraġġixxi l-espressjoni kreattiva permezz tal-iskultura biċ-ċeramika. Dawk it-tfal li jieħdu sehem

fil-workshops se jkollhom l-opportunità li jifhmu t-tekniki kreattivi użati fix-xogħol ta’ Caruana u fl-istess ħin japprezzaw il-wirja interattiva li se tiffoka fuq l-iskultura, il-proċess taċ-ċeramika u l-espressjoni kreattiva bħala rispons għall-ambjent ta’ madwarna.

It-tfal żgħar kif jarawha d-dinja ta’ madwarhom? Tonda jew mimlija angoli u rkejjen, safra jew ħadra, imħaffra imma ratba? Il-konoxxenza tad-dinja mit-tfal żgħar tibda minn varjetà ta’ forom u kuluri. Il-koreografu u ż-żeffiena jgħaqqdu dawn il-forom ikkuluriti flimkien bħala taħbil il-moħħ u ħxejjex li faċilment jingħarfu, bħal karrotti, tadam u ħjar, jew li xi drabi ma jingħarfux bħal

faqqiegħ, frott u fjuri. Waqt il-wirja ż-żeffiena jużaw movimenti meħudin mill-istadji ta’ żvilupp tat-tfal: jitkaxkru, jiċċaqilqu nkiss inkiss, jaqbżu, jimxu, jiġru, iċapċpu, jiggaloppjaw, jistaħbew u jduru. Huma u jidentifikaw dawn il-movimenti, it-tfal iħossu s-sodisfazzjon għal dak li skoprew u esperjenzaw. Ir-rappreżentazzjonijiet ta’ Puzzle huma l-Ġimgħa 17 u l-Ħadd 19 ta’ Novembru fil-5.00pm.

Għal aktar informazzjoni u biljetti ċemplu 21223200 jew żuru www.ziguzajg.org

IL-BOV JIBNI ĊENTRU ĠDID Iċ-Ċermen tal-BOV Deo Scerri akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv tal-BOV Mario Mallia għamlu żjara qasira fuq is-sit tal-kostruzzjoni taċ-Ċentru l-ġdid għall-Klijenti Personali u Kummerċjali f ’Santa Venera. Iċ-Ċentru, li jinsab faċċata tal-Kwartieri Ġenerali tal-Bank fi Triq il-Kanun Santa Venera se jkun qed jiġbor fih iċ-Ċentru Korporattiv tal-Bank u d-diviżjoni tal-Wealth Management. Filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-progress irreġistrat sa issa, is-Sur Scerri qal li, “is-servizz eċċellenti li jingħata lill-klijenti dejjem kien il-marka kummerċjali talBank of Valletta. Aħna ninsabu impenjati biex niżguraw li dan jibqa’ minnu, fil-mezzi kollha li bihom il-bank joffri s-servizzi tiegħu, b’mod speċjali f ’dawk id-dipartimenti li jiffaċċjaw il-klijenti. Dan iċ-ċentru se jkollu fih żewġ funzjonijiet li joffru servizzi ta’ livell għoli lill-klijenti personali u korporattivi tal-bank. Qed isiru l-isforzi kollha biex jiġi żgurat li dan il-bini b’teknoloġija avvanzata joffri l-konvenjenza u l-flessibbiltà adekwati li l-klijenti tagħna jistennew mis-sieħeb finanzjarju tal-għażla tagħhom.” Is-Sur Mallia, filwaqt li kompla jikkorrobora l-kummenti taċ-Ċermen, irringrazzja lill-impjegati kollha involuti għax-xogħol kbir tagħhom. “Dan il-proġett huwa għal darb’oħra stadju importanti li se jkun qed jara l-Grupp tal-BOV jirrinforza l-impenn tiegħu biex jagħti servizz lill-klijenti tiegħu, kemm personali kif ukoll korporattivi, sabiex is-servizz li jingħata jkun wieħed olistiku kemm jista’ jkun, u li jitwassal bl-aktar mod uniformi u f ’waqtu.”


26

05.11.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

IL-PROSTITUZZJONI F’MALTA Ħafna drabi jissemma li l-prostituzzjoni hija qadima daqs l-istess bniedem u għalhekk jirreferu għaliha bħala l-eqdem professjoni tal-mara. Jingħad li kien il-poeta u kittieb Ingliż Rudyard Kipling li fl-1888 f ’waħda mill-istejjer tiegħu dwar prostituta qal li l-mara kienet membru taleqdem professjoni fid-dinja. Prostituzzjoni tfisser ‘il-kummerċ fil-ħajja żienja għall-flus’ u dan ifisser li mhux kull mara żienja hija prostituta għaliex

fejn m’hemmx l-għoti tal-flus, ir-rigal jew il-favur bi tpattija għal dan is-servizz, ma tistax tissejjaħ prostituzzjoni. Bħal kull pajjiż ieħor, l-opinjoni pubblika dwar il-prostituzzjoni hija diversa. Xi wħud jaqblu li dan il-kummerċ għandu jkun liberizzat għalkollox u oħrajn iridu aktar restrizzjonijiet. Il-Malta Confederation of Women’s Organisations (MCWO) ma taqbilx mal-liberazzjoni u tixtieq tibdil bħal dak li sar f ’ċer-

ti pajjiżi Ewropej. Il-fatti juru li dan il-kummerċ jista’ jkollu konsegwenzi kontra l-istess prostituti. Għalkemm ħafna drabi jissemmew każijiet li nisa li tressqu l-Qorti u ġew ikkundannati minħabba tlajjar u reati oħra dwar il-prostituzzjoni, ftit jissemmew il-każijiet fejn dawn in-nisa ġew imsawta mill-klijenti jew min iqaħħabhom. Barra minn dan, hemm ir-riskju tat-tixrid tal-mard venerju u mard ieħor aktar serju.

biex f ’Rodi l-prostituti jinġabru f ’lokalità waħda. Din il-miżura ma kellhiex l-effett mixtieq u l-Ordni tal-Kavallieri wasal biex ta d-dritt lil kull ċittadin li seta’ jitlob li jitkeċċew prostituti li kien jgħixu viċin tiegħu. Dan id-dritt kien eżerċitat jekk kemm-il darba l-istess ċittadin ikun lest li jixtri d-dar tal-prostituta skont il-valur tal-post. Jissemma wkoll li meta f ’Ottubru 1530 l-Ordni wasal Malta, l-Kavallieri kienu ġabu refuġjati Griegi li ħafna minnhom kienu prostituti midħla tal-Kavallieri. Skont l-istatut tal-Ordni, il-Kavallieri kellhom il-vot tal-kastità u mhux biss ma setgħux jiżżewġu. imma ma setgħux ikollhom relazzjonijiet ma’ nisa, wisq anqas ma’ prostituti. Madankollu, meta l-Kavallieri sabu ruħhom fil-Birgu, il-vot

tal-kastità mhux dejjem inżamm għax kien hemm it-tentazzjoni. F’dak iż-żmien fil-Birgu, bħala port ta’ kummerċ, kien hemm il-ħwienet tax-xorb u l-briedel. Flimkien mal-prostituti Maltin, f ’dan il-post kien hemm oħrajn Griegi, Taljani, Spanjoli u Għarab min-naħa tal-Afrika ta’ Fuq. Imbagħad f ’dik il-parti tal-Callachio rriservata għall-Ordni ta’ San Ġwann kien hemm il-bereġ u ħafna bini ieħor tal-Ordni. Il-vjaġġatur Nicholas De Nicolai, ġeografu tar-Re ta’ Franza kien żar Malta fl-1551 u fil-ktieb tiegħu La Navigation Pelegrination et Voyages, stampat Anvers fl-1577, kiteb dwar dak kollu li ra. Fost affarijiet oħra, Nicolai qal li kien impressjonat b’kemm kien hawn prostituti jiġru mas-saqajn fit-toroq tal-Birgu. Ta’ min ifak-

SILTA MILL-KTIEB Fl-1530 bdiet ħakma ġdida meta Malta ngħatat lill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u dwar il-prostituzzjoni fi żmien il-Kavallieri mhux biss teżisti dokumentazzjoni, imma nafu li kienet fl-aqwa tagħha. Barra minn dan, jissemmew gran mastri li kellhom x’jaqsmu ma’ prostituta li l-klijenti tagħha kienu nies influwenti jew għonja. Dan il-libertinaġġ kien wasal għall-qawl: “Il-Kavallier irejjex fuq is-swar u l-qaħba minn ġolloġġ tixgħel in-nar.” Fi kliem ieħor, il-Kavallieri kienu jinsewha għalkollox il-vokazzjoni reliġjuża tagħhom biex jgħixu l-ħajja tal-vizzju. L-abbuż tal-Kavallieri ma bediex f ’Malta, imma diġà kien fil-gżira ta’ Rodi, fejn kienu qabel, infatti ħafna snin qabel ġew Malta kienu ttieħdu miżuri

kar li f ’dak iż-żmien, il-Kavallieri tal-Ordni kienu għadhom f ’dik il-belt għax il-Belt Valletta kienet għadha ma nbnietx. Meta bdiet tinbena l-Belt Valletta kien ġie deċiż li, bħalma kellhom fil-Belt ta’ Rodi, parti mill-Belt Valletta tkun riservata biss għall-Kavallieri. Imma dak li kien ġara fil-Birgu beda jiġri fil-belt il-ġdida għax il-prosti-

tuti dejjem fittxew il-postijiet fejn ikollhom l-aktar kummerċ. Għalkemm ħafna prostituti ttrasferixxew ix-xogħol tagħhom lejn il-Belt, fil-Birgu xorta waħda kompla l-kummerċ tal-prostituzzjoni, infatti fl-1753 l-Arċipriet tal-Birgu Giovanni Andrea Decaro kellu f ’idejh lista ta’ 37 prostituta li kien hemm f ’dik il-belt.

Mistoqsija: F’liema belt kienu l-prostituti qabel ma kienu l-Belt Valletta? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-PROSTITUZZJONI F’MALTA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 12 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb JARMUK huwa: C. MUSCAT - ŻURRIEQ

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

04

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

B’kemm żdiedu l-intrapriżi fil-manifattura f ’erba’ snin? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


27

05.11.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

M.N. CAMILLERI - MOSTA

TISLIBA 199 Mimdudin:

Bi 3 Numri 016 105 146 187 416 497 504 537 626 692 799 964 B’4 Numri 1072 1468 1526 1548

2565 2769 2875 2998 3213 3214 3553 3865 4085 4203 4466 5319 5509 6274 6361 6591 6712 6760 6964 7009 7116

7236 7436 7863 7923 8271 8521 8881 9601 9632 9762 9817 B’5 Numri 03160 05812 06993 07363 08057 13647 13866

15942 19763 30663 45921 52309 66987 78666 81479 82641 85339 86140 89139 89969 91371 96083 B’6 Numri 119831 138607 210353

314984 359712 622938 636103 636277 671895

735691 790053 924018

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

1. 4. 7,21w. 9,22. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21. 23. 24.

Kompli l-qawl: B’ ..... waħda ma ssajjarx (5) Jista’ jġib ix-xita (4) Jitwaħħal mat-twieqi (5) Kamra żgħira? (6) Annimal (6) Tondi żgur dawn (6) Ara 5 Ara 17 Ara 12 wieqfa Niktbu fuqha (5) Tliet vokali (1,1,1) Seħħew (4) Kunjom (5)

Weqfin: 1. 2,6. 3,11. 5,16. 6. 8. 11. 12,19. 13. 14. 15. 17,18. 21. 22.

Għadira (6) Ta n-nar (6) Ġrajja? (5) Tkun imwaħħla mal- bieb b’B nieqsa (6) Ara 2 Parti mill-matematika (9) Ara 3 Mhux bil-ponta (5) Ingrid Bonnici Agius (1,1,1) Iderri (6) Iqaddes (6) Staqsejt? (5) Ara 7 Ara 9

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:

Weqfin: 1.Fallut, 2.Era, 3,21 wieqfa. 1,7.Flejjes, 4.Muża, 9.Lia, Jessie, 5,12 wieqfa. Urejt, 10.Spjega, 12.Jisraq, 16.Tut, 6.Ara, 8.Sparpalja, 11,22.Tibla, 18.Up, 19,23.Relegat, 20.Frażi, 13.Sur, 14.Qriema, 15.Kliewi, 17.USA 21.Sab, 24.Arani


28

05.11.2017

kullhadd.com

IL-BŻONN TA’ MIŻURI IKTAR IEBSA EDITORJAL

Fost miżuri konkreti li se jkun hemm ladarba din il-liġi tgħaddi, hemm il-protezzjoni talvittmi b’mod urġenti

Din il-ġimgħa kellna każ ta’ vjolenza fuq mara li xxokkja lil ħafna. Każ li dwaru diġà hemm raġel il-Qorti, iżda li jfakkarna fir-realtà kerha talvjolenza domestika. Fi kwistjonijiet bħal dawn m’hemmx każi iktar kiefra minn oħrajn. Kull vittma tħoss li tagħha hi l-ikbar weġgħa. Naturalment, każ bħal dak li kellna l-Kalkara fl-aħħar jiem jixxokkja lil ħafna. Għax dan ifakkarna f ’każi oħra li ġieli ddominaw ir-rapporti tal-aħbarijiet internazzjonali. Għax hija wkoll xi ħaġa li forsi ħafna ma jistennewx. Dan għax jafu li għall-maġġoranza talMaltin din mhix is-soċjetà li rridu ngħixu fiha. Iżda, filwaqt li każ bħal dan ikun għamilha fl-aħbarijiet, għax forsi xi ftit estrem, hemm mijiet ta’ każi oħra kull sena li ma nkunux nafu bihom għax jiġru f ’xi salott, f ’xi kċina jew f ’xi kamra tas-sodda wara l-ħitan taddjar fejn suppost il-familja ssib il-kenn u minflok issib il-biża’. Quddiem każi bħal dawn wieħed jitlob li fil-pajiż

ikun hemm il-liġijiet u l-istrutturi legali meħtieġa biex il-vittmi jkunu mħarsa. Tal-inqas nistgħu niktbu b’sodisfazzjon li filParlament qed tkun diskussa liġi li tagħmel bidliet mingħajr preċedent. Bidliet kontra l-vjolenza domestika li pajjiżna ilu jistenna u li issa huma eqreb li jsiru realtà. Fost miżuri konkreti li se jkun hemm ladarba din il-liġi tgħaddi, hemm ilprotezzjoni tal-vittmi b’mod urġenti. Il-liġi ġdida tagħti d-dritt li bħalissa ma jeżistix biex il-pulizija joħorġu ’l barra mid-dar lil min iwettaq l-att tal-vjolenza domestika. Dan meta l-pulizija tara li l-vittma ta’ vjolenza domestika tinsab f ’riskju imminenti jekk min qed iwettaq l-att jibqa’ jgħix fl-istess residenza magħha. Inqisu dan bħala pass importanti ħafna għaliex mhux faċli għal mara li tkun f ’darha li titlaq kif ġieb u laħaq biex tmur tiġri f ’xi xelter li x’aktarx ma jkunx fl-istess lokalità tagħha. Hemm persuna tibda tikkunsidra l-iskola tat-tfal, il-ħbieb tagħhom,

il-mużew jew affarijiet extra kurrikulari oħra u l-mod kif il-ħajja kollha se tinqaleb ta’ taħt fuq. B’hekk huwa kuraġġuż, iżda bżonjuż dan il-pass leġiżlattiv propost millGvern f ’liġi li bħalissa tinsab quddiem il-Parlament. Naturalment il-liġi waħedha qatt ma tkun biżżejjed u minn hawn is-suġġeriment hu li filwaqt li l-liġi qed tkun diskussa fil-Parlament jibda t-taħriġ man-nies talkorp tal-pulizija biex ikunu mħejjija tajjeb biex jgħaddu għall-fatti. Nafu li diġà kien hemm passi importanti filforzi tal-ordni. Illum il-korp qed ifittex li fi ħdanu għandu jkollu persuni ċivili esperti f ’oqsma diversi. Hemm ukoll bidliet fil-liġi li jafu jidhru iktar tekniċi iżda huma kruċjali filqasam tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika. Fosthom ilbidliet fid-definizzjoni ta’ ‘vjolenza domestika’ u ‘vittma’, fost l-oħrajn. Dan biex ikunu jaqblu ma’ dawk id-definizzjonijiet stabbiliti fil-Konvenzjoni ta’ Istanbul. Konvenzjoni li Malta

rratifikat fil-leġiżlatura li għaddiet u li r-ratifika tagħha kienet kruċjali bħala bażi għal dawn il-bidliet li llum qed niddiskutu. Il-liġi tbiddel ukoll illingwaġġ użat dwar delitti sesswali. Dan biex hawn ukoll ikunu jirriflettu iktar irrealtajiet tal-lum li llum forsi aħna konxji tagħhom bħala soċjetà iktar minn qabel. Dawn id-delitti jinkludu fost l-oħrajn l-istupru, iż-żwieġ sfurzat, il-ħtif bil-ħsieb ta’ żwieġ, l-atti sesswali illegali, u t-theddid. Il-liġi tirrevedi wkoll il-pieni ta’ delitti kriminali fosthom l-istupru, il-ħtif u t-traffikar tal-persuni, il-prostituzzjoni bi vjolenza, l-abbużi fuq minuri, it-theddid u fastidju. Mistennija wkoll bidliet fil-Kummissjoni dwar ilVjolenza Domestika billi twessa’ l-kompetenza tagħha għal kull forma ta’ vjolenza bbażata fuq il-ġeneru. Naturalment, dan kollu jnaqqas mit-tbatija li ħafna għaddejjin minnha bħalissa. Però l-istat għandu jkun ta’ spalla għalihom u b’dawn il-bidliet hekk qiegħed jagħmel.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.