KullĦadd_06.03.2016

Page 1

FIS-SEĦĦ ŻIEDA FIL-PAGI

www.kullħadd.com Il-Ħadd, 6 ta’ Marzu, 2016

Ara paġna 6

Ħarġa Nru 1,182 Prezz €1

NIŻVELAW IKTAR MIL-LEAK TAL-PN…

IL-ĦAJJA PERSONALI FIL-MIRA Fil-laqgħa li saret fid-Dar Ċentrali nhar it-Tnejn li għadda u li fiha kienet miftiehma l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista, kien hemm qbil fuq għaxar punti. Din il-gazzetta tista’ tiżvela li wieħed minnhom kien li għandu jinstab tim ta’ persuni “fdati” li jkunu “assenjati membru tal-Kabinett biex isegwu passih, jiġbru tagħrif dwar il-movimenti tiegħu, l-infiq, il-kuntatti u l-ħajja personali.” Tagħrif minn din il-laqgħa beda jkun żvelat minn ONE NEWS ilbieraħ, fejn kien irrappurtat kif mira oħra minn dawn l-għaxra hija li tkun imxekkla l-ekonomija tal-pajjiż u l-ħolqien tal-impjiegi. Dan b’mod mill-iktar konxju. Ara paġna 3

IL-LUKANDIERA OTTIMISTI

L-ABBATINI TA’ SIMON BUSUTTIL

Lukandiera li tkellmu ma’ din il-gazzetta spjegaw li s-sena li għaddiet kienet waħda ta’ rekord assolut għat-turiżmu f ’pajjiżna, u l-ewwel indikazzjonijiet qegħdin juru li din is-sena se tkun daqstant tajba, jekk mhux aħjar. Dan ir-rekord jidher li kien mifrux fuq tipi ta’ servizzi differenti, hekk kif lukandi ta’ tliet stilel u dawk ta’ ħames stilel irrappurtaw suċċessi simili. Il-kummenti tal-lukandiera huma riflessjoni tal-aħħar statistiċi ppubblikati mill-NSO, u li juru li Jannar ta’ din is-sena rreġistra żieda ta’ 15% fit-turisti li żaru Malta, meta mqabbla ma’ Jannar tal-2015. Dawn ir-riżultati jawguraw tajjeb ferm meta wieħed iqis li s-sena li għaddiet diġà kienet waħda tajba ferm għas-settur turistiku.

Il-Malti jgħid li biex tiskonġra trid tkun pur. Illum ma jistax jinstab kliem aħjar minn dan għal Simon B u s u t t i l u għall-Partit Nazzjonalista. Busuttil sejjaħ protesta, li mhija xejn għajr mass meeting, għal-lum waranofsinhar fil-Belt Valletta. Iżda l-problema l-kbira ta’ Busuttil hija li m’għandu l-ebda kredenzjali biex jitkellem dwar il-governanza. Dan għax Busuttil innifsu u dawk kollha ta’ madwaru għal snin sħaħ kienu fil-qalba ta’ gvern Nazzjonalista li, wieħed wara l-ieħor, warrab fil-ġenb kull prinċipju ta’ governanza. Iżda għal Ann Fenech, President tal-Kunsill Eżekuttiv tal-PN, dawn kienu biss “dnubiet tal-abbatini”.

Ara paġna 5

Ara paġni 13, 20-23 u 40


02 06|03|2016

kullħadd.com

LOKALI

IL-LIĠI TAL-KOABITAZZJONI…

DRITTIJIET ĠODDA GĦAL ĦAFNA FAMILJI Din il-ġimgħa l-Gvern ippreżenta l-ewwel abbozz ta’ liġi li jirrigwarda l-ko-abitazzjoni, li dwaru nfetħet ukoll konsultazzjoni pubblika li se tibqa’ għaddejja sad-9 ta’ Mejju li ġej. Permezz tal-liġi kif proposta, ħafna familji li bħalissa jgħixu taħt saqaf wieħed iżda mhumiex rikonoxxuti minn żwieġ jew unjoni ċivili, se jibbenefikaw minn diversi drittijiet ġodda. Ġew elenkati tliet tipi ta’ koabitazzjoni. L-ewwel waħda hija l-koabitazzjoni de facto, li tirrispetta lil dawk il-koppji li ma jridux ikunu reġistrati uffiċjalmant

bħala koppja waqt li xorta jkollhom drittijiet bażiċi, bħad-dritt li ma jixhdux kontra xulxin, id-dritt li jkunu meqjusa bħala l-eqreb persuna għal xulxin u li jkomplu jgħixu fir-residenza komuni mikrija. Huwa maħsub li jkun hemm ukoll il-koabitazzjoni reġistrata, fejn koppja tagħżel minn jeddha li tirreġistra l-koabitazzjoni tagħha b’mod uffiċjali. F’dan it-tip ta’ koabitazzjoni l-koppja trid tindirizza diversi punti fil-kuntratt man-nutar u tindika bilquddiem kif kull punt għandu jkun regolat waqt

u wara l-perjodu ta’ koabitazzjoni, inkluż id-dar, il-qsim tal-assi jew djun, il-manteniment, u materji relatati mal-ulied. Din il-liġi bħalissa qed tikkunsidra wkoll każijiet fejn parti waħda biss tkun tixtieq tirreġistra l-koabitazzjoni, u dan sabiex ikunu salvagwardjati d-drittijiet tal-parti li hija l-aktar vulnerabbli f ’koppji li jikkoabitaw. Hawnhekk il-persuna tista’ tibgħat ittra lis-sieħeb jew is-sieħba u titlob li tiġi rikonoxxuta l-koabitazzjoni tagħhom.

IS-SITWAZZJONI BĦALISSA: George u Tania ilhom jgħixu flimkien tliet snin. Tania għandha wild li jgħix magħha, iżda George mhuwiex il-missier bijoloġiku. Id-dar hija ta’ George. Ġara, iżda, li George marad serjament. Tania qed tinkwieta li mhux se jkollha dritt li tieħu deċiżjonijiet mediċi f ’isem George jekk dan ma jkunx konxju biex jieħu deċiżjoni hu. Apparti minn hekk, jekk jiġi nieqes, Tania qed tibża’ li l-qraba ta’ George ma jħalluhiex tibqa’ tgħix fid-dar tiegħu. Fil-fatt, sal-lum m’hemmx liġi li tagħti lil Tania dawn id-drittijiet.

IS-SITWAZZJONI BIL-LIĠI TAL-KOABITAZZJONI: Jekk tkun adottata l-proposta ta’ liġi ppreżentata mill-Gvern, Tania awtomatikament ikollha dritt li tieħu deċiżjonijiet għal George minħabba li ilhom jikkoabitaw aktar minn sentejn, hekk kif neċessarji għal-finijiet ta’ koabitazzjoni de facto. Apparti dan, Tania u George jistgħu jidħlu f ’koabitazzjoni reġistrata fejn jistabbilixxu d-drittijiet u d-dmirijiet tal-partijiet, inkluż materji relatati mad-dar ta’ George, fejn tal-anqas u b’mod awtomatiku, f ’każ li George jiġi nieqes hi jkollha d-dritt li tibqa’ tgħix fiha sakemm iddum ħajja. F’każ li George ma jridx jidħol f ’kuntratt ta’ koabitazzjoni, Tania xorta waħda tista’ tibgħatlu ittra uffiċjali fejn titlob li tidħol fis-seħħ koabitazzjoni dikjarata unilateralment u, jekk hu ma jirrespinġijiex fi żmien xahrejn, hi jkollha dritt li tibqa’ tgħix fid-dar għall-istess perjodu ta’ snin li tkun ilha tikkoabita ma’ George nhar mewtu.

INIZJATTIVA MALTIJA TAGĦTI L-FROTT Malta ġiet innominata biex tmexxi s-Small Countries Health Information Network (SCHIN) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għas-sentejn li ġejjin wara laqgħa teknika li saret f ’Malta din il-ġimgħa u li fiha pparteċipaw delegazzjonijiet ġejjin mill-Andorra, Ċipru, l-Iżlanda, il-Lussemburgu, Monako, il-Montenegro u San Marino. L-ewwel laqgħa tax-SCHIN rat l-attendenza tad-Direttur tal-Uffiċċju Reġjonali talEwropa tal-WHO Dr Claudia Stein li indirizzat lid-delegati dwar l-importanza li l-istati ż-żgħar jiffurmaw front magħqud u jkollhom vuċi komuni dwar kwistjonijiet li jolqtuhom ilkoll. Hija ħadet ukoll l-okkażjoni biex tfaħħar il-Ministeru għasSaħħa għall-inizjattiva li ħa

Chris Fearne wkoll indirizza lid-delegati preżenti fejn saħaq dwar l-importanza taxSCHIN. Huwa elenka wkoll diversi modi kif pajjiżi żgħar bħal Malta jistgħu jieħdu vantaġġ minn din l-inizjattiva. Skambju ta’ riżorsi “Wieħed mill-akbar vantaġġi Min-naħa tiegħu, is-Segretarju għall-grupp SCHIN hija kollettiva Parlamentari għas-Saħħa l-parteċipazzjoni biex dan il-proġett ikun jista’ jsir realtà għax se jpoġġi lillpajjiżi ż-żgħar fuq il-mappa internazzjonali fejn tidħol ilkura.

fil-fora internazzjonali, inkluż f ’laqgħat talOrganizzazzjoni Dinjija tasSaħħa. Kollettivament, aħna nirrappreżentaw madwar tliet miljun ruħ u, għaldaqstant, il-vuċi tagħna se jkollha piż akbar milli kieku konna weħidna bħala pajjiż individwali. Eżempju ta’ dan

huwa meta nkunu qegħdin ninnegozjaw mal-industrija tal-farmaċewtika.” Fearne tkellem ukoll dwar l-importanza tal-ġbir tad-data u ġibed l-attenzjoni għallfatt li pajjiżi kbar għandhom eluf ta’ nies illi jaħdmu fuq dan it-tip ta’ xogħol, filwaqt li f ’pajjiżi iżgħar, ġeneralment, dan isir minn numru żgħir ħafna ta’ nies. Huwa sostna li, minkejja li pajjiżi żgħar għandhom inqas riżorsi fejn jidħol ilġbir ta’ data, min-naħa l-oħra għandhom il-vantaġġ li jkun eħfef għalihom biex isegwu l-każijiet relatati mal-ġbir ta’ data klinika, xjentifika, epidermoloġika u ġenetika. Għaldaqstant, huwa l-għan tal-membri tax-SCHIN li, blassistenza tal-WHO, id-data li tinġabar tkun użata b’mod tajjeb fl-interess taċ-ċittadini.


LOKALI

kullħadd.com

06|03|2016 03

KONXJI WKOLL LI SE JAGĦMLU ĦSARA LILL-EKONOMIJA U X-XOGĦOL MIN HU RCC?

Beppe, magħżul bħala l-wiċċ aggressiv personali tal-eksMinn assitent ALEANDER BALZAN Prim Ministru Eddie Fenech Adami. Il-laqgħa ta’ nhar it-Tnejn Tkompli minn paġna 1 attendew għaliha, fost oħrajn, Fil-fatt, fil-laqgħa tal-PN il-Kap Simon Busuttil, il-Viċi intqal b’mod ċar li “l-Partit Kap Beppe Fenech Adami, u Nazzjonalista huwa konxju l-eks-Ministru Tonio Fenech. li din il-kampanja aggressiva Ma setax jonqos l-istess jista’ jkollha riperkussjoni Richard Cachia Caruana. Filwaqt li Cachia Caruana ħżiena fuq l-ekonomija huwa l-bniedem wara l-kwinti, l-impjiegi.” Nhar it-Tnejn ftiehmu li il-Viċi Kap Beppe Fenech l-attitudni trid tkun simili għal Adami se jkun wieħed dik li l-Partit Nazzjonalista mill-uċuħ ewlenin ta’ din l-istrateġija aggressiva. Dan adotta qabel l-1987. Fil-fatt, din il-kampanja jikkonfermah il-fatt li, minn kien fdat biha Richard Cachia tliet konferenzi tal-aħbarijiet Caruana, il-moħħ wara fl-aħħar jiem, indirizza tnejn u Gonzi PN u għal snin twal oħra l-President tal-Eżekuttiv

Ann Fenech. Mid-dar tiegħu fl-Imdina Cachia Caruana mhux biss qed jikteb u jżomm kuntatt mal-blogger Daphne Caruana Galizia, iżda qed iżomm ukoll kuntatt mad-deputati Nazzjonalisti. Fost oħrajn, fl-aħħar jiem issejħu l-eksMinistru tal-Lands Jason Azzopardi u d-Deputat u ekspersuna ta’ fiduċja ta’ Tonio Borg, Ryan Callus. Din mhux l-ewwel darba li l-PN kellu leak minn ħdanu fliktar mument strateġiku, tant li qabel l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali xxandru r-recordings tas-Segretarju Ġenerali jikkomunika l-istrateġija.

RCC, il-moħħ wara l-kwinti Richard Cachia Caruana ilu involut fil-Partit Nazzjonalista mill-inqas 35 sena. Kien involut fil-Partit Nazzjonalista ta’ Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi, minbarra li kien strumentali biex imbotta l-karriera politika ta’ Simon Busuttil. Richard Cachia Caruana, magħruf għall-mod arroganti kif jimxi mal-istaff tiegħu u l-mezzi tax-xandir, kien inħatar ukoll bħala rappreżentant ta’ Malta fi Brussell u kien sfiduċjat millParlament f ’Ġunju 2012. Wara dan il-vot mill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Gvern ħejjielu pakkett ta’ nofs miljun ewro, filwaqt li Gonzi żammu konsulent u bit-titlu ta’ ambaxxatur.

JISSOKTA X-XOGĦOL KOMUNITARJU GĦAR-RESIDENTI TA’ KORDIN Ilbieraħ il-Gvern ħabbar li għadd ta’ residenti mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin reġgħu bdew jagħmlu xogħol fil-komunità ma’ diversi kunsilli kokali kif ukoll ma’ għaqdiet nongovernattivi. Dan wara li kienu twaqqfu temporanjament milli jkomplu b’dan ix-xogħol sakemm

jiddaħħlu fis-seħħ direttivi ministerjali dwar il-Prison Leave 1 tal-2016, kif approvati mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Dawn id-direttivi kellhom jiġu aġġornati wara li resident partikolari ħalla l-post tax-xogħol fejn kien qed jaħdem u naqas milli jirritor-

na lura fil-Faċilità Korrettiva fil-ħin skedat. Minkejja li l-priġunier instab minnufih, dan l-inċident ħareġ fid-dieher numru ta’ nuqqasijiet li kellhom bżonn jiġu indirizzati. Il-Gvern qal li matul l-aħħar xhur saret ħidma biex id-direttivi dwar Prison

Leave 1/2013 jiġu aġġornati sakemm daħlu fis-seħħ id-direttivi l-ġodda. Saru wkoll sett ta’ regoli u kundizzjonijiet għal kull min joffri opportunità ta’ xogħol fil-komunità, kif ukoll regoli u kundizzjonijiet għar-residenti nfushom li jintrabtu li josservaw qabel ma jingħa-

taw dan il-leave. Dan huwa proċess li bih aktar residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qegħdin jingħataw l-opportunità biex ikomplu bil-programm tar-riabilitazzjoni tagħhom bi tħejjija għal meta jiskontaw is-sentenza tagħhom u jerġgħu lura fis-soċjetà.


04 06|03|2016

kullħadd.com

LOKALI

MIJIET TA’ ELUF F’KONSULENZI MILL-PERSUNA TA’ FIDUĊJA TA’ BUSUTTIL Numru ta’ awtoritajiet u aġenziji pubbliċi, li taħt gvernijiet Nazzjonalisti f ’xi żmien jew ieħor kellhom bħala chairman persuna ta’ fiduċja ta’ Simon Busuttil, taw mal€40 miljun f ’konsulenzi, anke permezz ta’ direct orders, fost oħrajn lil numru ta’ ditti legali mmexxija minn nies magħrufa għall-appoġġ tagħhom lill-Partit Nazzjonalista. Din l-informazzjoni ngħatat din il-ġimgħa fil-Parlament millMinistru Joe Mizzi. Jirriżulta li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali il-Grand Harbour Regeneration Corportaion, Transport Malta, l-ADT u l-Awtorità Marittima kellhom f ’xi żmien jew ieħor lil Mark Portelli bħala chairman tagħhom. Portelli kien magħżul mingħajr ebda sejħa pubblika bħala persuna ta’ fiduċja biex iservi bħala chairman. Kien magħruf bħala persuna qrib ħafna tal-eks-Ministru Nazzjonalista Austin Gatt, tant li Gatt kien anke fdah għal snin sħaħ bħala chairman talFreeport. Immedjatament wara l-ħatra tiegħu bħala Kap, Simon Busuttil għażel lil Mark Portelli biex iservi fuq Kummissjoni dwar ilfinanzi u l-entitajiet kummerċjali tal-Partit Nazzjonalista.

Il-kumpanija li Busuttil kien direttur tagħha wkoll tgawdi minn konsulenzi

Xogħol din il-Kummissjoni kellu jkun li twettaq ħidma biex fl-iqsar żmien possibbli s-sitwazzjoni finanzjarja talPartit Nazzjonalista u l-entitajiet kummerċjali terġa’ tqum fuq saqajha. €800,000 lil tliet ditti legali Fiż-żmien li l-magħżul ta’ Simon Busuttil kien chairman talGrand Harbour Regeneration Corportaion, Transport Malta, l-ADT u l-Awtorità Marittima, tliet ditti tal-avukati partikolari ngħataw bejniethom mat-€800,000 f ’kuntratti ta’ konsulenzi. Dawn id-ditti legali kienu Aequitas Legal, Gatt Tufigno Gauci Advocates u

Fenech & Fenech Advocates. Uħud minn dawn il-kuntratti ngħataw anke permezz ta’ direct orders. Aequitas Legal hija ditta legali tal-ekskandidat Nazzjonalista Georg Sapiano. Gatt Tufigno Gauci Advocates hija ditta legali ta’ Robert Tufigno li fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti kien maħtur mingħajr ebda sejħa pubblika, fost oħrajn bħala chairman tal-Awtorità tad-Djar, chairman tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ u kien imexxi l-bord tal-appell tal-MEPA sal-aħħar elezzjoni ġenerali. Fenech & Fenech Advocates hija ditta legali fejn taħdem il-President tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech.

Ditti oħra legali li ngħataw konsulenzi fi żmien li Portelli kien chairman tal-Awtorità Marittima u ta’ Transport Malta huma GVTH Advocates u BCGL Advocates. Fil-każ ta’ GVTH Advocates, involuti fit-tmexxija tagħha hemm l-eks-Segetarju Parlamentari Nazzjonalista George Hyzler u Joe Zammit Maempel, ħu l-mara tal-eks-Ministru Austin Gatt. Min-naħa l-oħra, filkaż ta’ BCGL Advocates involuti fit-tmexxija hemm ilblogger Nazzjonalista Andrew Borg Cardona, magħruf bħala ‘il-Boċċa’, u Peter Caruana Galizia, ir-raġel tal-blogger l-oħra Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia.

Interessanti ħafna huwa l-fatt li kumpanija oħra li ngħatat konsulenza minn Transport Malta fi żmien li Mark Portelli kien chairman tagħha, hija Europa Research and Consultancy. Fiż-żmien li din il-kumpanija ngħatat dan il-kuntratt ta’ konsulenza, fost id-diretturi tagħha kien hemm Simon Busuttil innifsu. Diretturi f ’din il-kumpanija ma’ Simon Busuttil kien hemm ukoll l-Avukat Peter Fenech, li taħt gvernijiet Nazzjonalisti kien membru fil-bord talFondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, chairman tat-Teatru Manoel u chairman ta’ Dar ilMediterran għall-Konferenzi, u li Busuttil dan l-aħħar ikkonfermah bħala membru fuq l-Awtorità tax-Xandir u Stefano Mallia, ekskandidat Nazzjonalista. Ir-rapport li sar millKummissjoni li fuqha Mark Portelli kien maħtur minn Simon Busuttil ma kien ippubblikat qatt mill-Partit Nazzjonalista. Flimkien ma’ Portelli fuq l-istess Kummissjoni, Simon Busuttil kien ħatar ukoll, fost oħrajn, lilleks-Ministru Tonio Fenech u lidDeputat Claudio Grech.


LOKALI

kullħadd.com

06|03|2016 05

REAZZJONIJIET TAL-LUKANDIERA GĦALL-2016

“FIDUĊJUŻI U OTTIMISTI”

Lukandiera li tkellmu ma’ din il-gazzetta spjegaw li s-sena li għaddiet kienet waħda ta’ rekord assolut għat-turiżmu f ’pajjiżna, u l-ewwel indikazzjonijiet qegħdin juru li din is-sena se tkun daqstant tajba, jekk mhux aħjar. Dan irrekord jidher li kien mifrux fuq tipi ta’ servizzi differenti, hekk kif lukandi ta’ tliet stilel u dawk ta’ ħames stitlel irrapportaw suċċessi imbuttattura ta’ kunfidenza simili. lil-lukandiera. Jispjega li dan Inizjattiva li ħalliet riżultati huwa evidenti mir-rispons, għax kważi s-settur kollu immedjati iddeċieda li jutilizza din Jeffrey Cutajar, f ’isem Hotel l-inzjattiva. Rigward il-Hotel Valentina, Valentina, qalilna li ilu 33 sena jaħdem fis-settur tat-turiżmu, Cutajar jgħid li l-estensjoni u qatt ma jiftakar li kien hemm vertikali kellha tistenna peress li sena tajba daqs l-2015. “Kellna l-lukanda kienet mimlija minn rekord assolut f ’kollox; kemm kmieni bir-riservazzjonijiet u f ’numru ta’ turisti, numru ta’ ma setgħetx tingħalaq għallljieli, u qligħ,” sostna Cutajar. kostruzzjoni. Issa però mhux Jgħid li din is-sena qed turi li biss hemm applikazzjoni se tkun tajba daqs ta’ qabilha, pendenti quddiem il-MEPA għal tali estensjoni, iżda u dan huwa diġà biżżejjed. Mitlub jispjega x’fatturi qegħdin japplikaw ukoll biex setgħu wasslu għal dan is- jibnu lukanda oħra. “Dan juri li aħna fiduċjużi suċċess, Cutajar jgħid li impossibbli jkun hemm fattur u ottmisti għal dan is-settur,” wieħed biss, għaliex żieda bħal isostni Cutajar. Iżid jgħid li din tkun riżultat ta’ ħafna dan is-sentiment huwa wkoll fatturi li kollha f ’daqqa jħallu rifless minn ħafna lukandiera l-frott. Madanakollu jisħaq li oħra, tant li bħalissa numru d-deċiżjoni li jiżdiedu s-sulari ta’ lukandi kellhom jagħlqu permessibbli għal-lukandi temporanjament peress li kienet inizjattiva li ħalliet effett għaddejjin bi proġetti ta’ immedjat, fejn diversi lukandi tkabbir u rinovar. L-istess livell ta’ ottimiżmu applikaw għal permess millewwel u b’hekk setgħu jżidu kien espress minn kelliem għal Corinthia Group, li l-kmamar sostanzjalment. Cutajar jgħid li din kienet fil-futur qrib se jkun qed inizjattiva tajba għaliex ma jimbarka fuq proġett kbir ħadet l-ebda art ġdida għal li se jżid sostanzjalment inestensjonijiet, minbarra li tat numru ta’ ħaddiema. Saħaq

“Ilni 33 sena fis-settur tat-turiżmu, u qatt ma niftakar sena bħal din ta’ rekords assoluti li l-kumpanija hija fiduċjuża li tista’ tinvesti fi prodott differenti li jagħmel qabża filkwalità u jappella għat-turist li qed ifittex vaganza lussuża. “Diġa’ għandna din it-tip ta’ lukanda ġo Londra, u fiduċjużi li f ’Malta hawn id-domanda għal dan is-servizz.” Dwar l-2015, il-kelliem jgħid li din kienet sena tajba ħafna għall-ħames lukandi li jifformaw parti mill-Corinthia Group. “L-indikazzjonijiet kollha juru li s-sena 2016 ser tkun ukoll waħda pożittiva,” temm jgħid il-kelliem għal Corinthia. 20,000 turist aktar, €16-il miljun aktar F’Jannar li għadda żaru Malta ’l fuq minn 85,000 turist, numru rekord li fisser żieda fenomenali ta’ 15% fuq dak irreġistrat f ’Jannar 2015. Din kienet l-akbar żieda rreġistrata f ’dan ix-xahar partikolari sa mill-2008. Dan it-tkabbir ġab żieda ta’ 11,000 turist iktar mill-istess xahar tas-sena l-oħra. Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis din

il-ġimgħa laqa’ b’sodisfazzjon dawn iċ-ċifri li kienu ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Il-Ministru aċċenna għallimpenn tal-Gvern sabiex ikompli jindirizza l-isfida talistaġjonalità. “Dawn ir-riżultati huma frott il-viżjoni u l-politika ta’ dan ilGvern sabiex ikollna turiżmu ta’ kwalità u sostenibbli matul ix-xhur kollha tas-sena. Biżżejjed naraw li fi tliet snin it-turisti f ’Jannar żdiedu b’aktar minn 20,500. Dan ifisser li n-numru tat-turisti rreġistrati f ’Jannar 2016 kiber bi kważi 32% aktar minn dak reġistrat f ’Jannar 2013,” sostna l-Ministru. Huwa enfasizza li dan is-suċċess fit-tnaqqis talistaġjonalità għandu jgħin lill-Gvern jikkumbatti l-isfida l-oħra, dik ta’ kundizzjonijiet u pagi aħjar għall-ħaddiema f ’dan is-settur. B’aktar investiment mis-settur privat grazzi għal tnaqqis flistaġjonalità għandu jwassal għal kompetizzjoni fost min iħaddem biex jattira u jżomm miegħu ħaddiema mħarrġa fissettur. Dan finalment għandu jwassal għal kundizzjonijiet u pagi aħjar għall-ħaddiema. Filwaqt li l-iljieli mqatta’ minn dawn it-turisti laħħqu s-656,000 lejl, li rriżulta f ’żieda ta’ 9% fuq Jannar 2015, ilMinistru Zammit Lewis innota li l-infieq turistiku tela’ għal aktar minn €65 miljun, li fisser żieda ta’ 7% fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra.

Dan issarraf f ’€4.3 miljun aktar fi dħul dirett fl-ekonomija Maltija. “Dan huwa bidu eċċezzjonali għas-settur tat-turiżmu Malti din is-sena u jawgura ferm tajjeb sabiex inkomplu niksbu suċċessi matul ix-xhur ta’ din is-sena f ’din l-industrija li hi l-pilastru tal-ekonomija Maltija,” saħaq il-Ministru. “Eventwalment dawn jissarrfu f ’aktar investiment, aktar ħolqien ta’ impjiegi, aktar ħolqien ta’ negozji u aktar dħul finanzjarju li jdawwar irrota ekonomika ta’ pajjiżna.” Dan is-suċċess irreġistrat f ’Jannar li għadda kien partikolarment attribwit għażżieda qawwija f ’turisti Taljani, hekk kif dan is-suq rreġistra tkabbir ta’ kważi 28% fuq Jannar 2015. L-infiq turistiku Taljan f ’Jannar li għadda wkoll irreġistra żieda tajba ħafna ta’ 18%, fejn ħallew €1.43 miljun aktar fi dħul dirett flekonomija. Il-Ministru Edward Zammit Lewis temm jgħid li dan irriżultat mis-suq turistiku Taljan jikkonferma l-politika għaqlija ta’ dan il-Gvern li jinvesti aktar f ’dan is-suq. Propju ftit ġranet ilu ġie mniedi uffiċċju ġdid talAwtorità Maltija għat-Turiżmu fiċ-ċentru ta’ Ruma li l-għan tiegħu huwa li jkun ta’ punt ta’ rifermiment ogħla għal pajjiżna biex nattiraw aktar turisti mis-suq Taljan u jservi biex nersqu aktar viċin l-operaturi turistiċi u l-aġenziji tal-ivvjaġġar.

STATISTIĊI TAT-TURIŻMU BEJN L-2013 U L-2016 Differenza bejn Jannar 2015 u Jannar 2016

Differenza bejn Jannar 2013 u Jannar 2016

2013

2014

2015

2016

Turisti

65,671

69,525

74,280

85,439

+ 15.0%

+ 30.1%

Iljieli

567,553

571,745

602,510

656,561

+ 9.0%

+ 15.7%

Infiq

€ 49,466,000

€ 56,030,000

€ 60,968,000

€ 65,262,000

+ 7.0%

+ 31.9%


06 06|03|2016

kullħadd.com

LOKALI

ŻIEDA FIS-SALARJI GĦALL-MEMBRI TAL-FORZI ARMATI

APPREZZAMENT BIL-FATTI, MHUX BIL-KLIEM Il-gazzetta KullĦadd tista’ tikkonferma li, kif imwiegħed, l-allowance tas-suldati rduppjat u fl-aħħar salarju tagħhom aktar minn 1,600 suldat diġà bdew igawdu minn din iżżieda. Fil-fatt, is-salarju tagħhom li rċivew riċentament, kien juri allowance ta’ €48.23 minflok dak ta’ qabel li kien €21.50. Dan ifisser żieda fil-pakkett finanzjarju tagħhom ta’ aktar minn €26.73 kull xahar.

Gvern favur it-titjib filkundizzjonijiet tax-xogħol

Allowance ta’ €627 fis-sena wara 35 sena Ta’ min ifakkar li, minkejja l-ħafna wegħdi li saru lissuldati tul is-snin, din l-allowance kienet ilha ma tiżdied 35 sena sħaħ u kien proprju taħt din l-amministazzjoni li minn €279.50 żdiedet bi €347.50 fissena. B’hekk, grazzi għal din il-miżura, il-membri tal-Forzi Armati mill-grad ta’ maġġur ’l isfel qed jibbenefikaw minn allowance ta’ €627 fis-sena. Dan juri biċ-ċar l-istil ġdid tat-tmexxija tal-Gvern li bir-riżultati juri r-rispett lejn ħidma mwettqa. Għal darb’oħra l-Gvern reġa’ żamm kelmtu u, kif imwiegħed fil-

sħiħ sabiex is-suldati jibqgħu jingħataw ir-riżorsi meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom bl-aktar mod effiċjenti. Ħarsa ħafifa lejn l-immodernizzar li sar filForzi Armati ta’ Malta turi investiment ta’ aktar minn €48 miljun kofinanzjati minn fondi Ewropej. Diversi oqsma bħal dawk Investiment ta’ miljuni ta’ marittimi u tal-ajru qegħdin ewro f ’tagħmir modern u jibbenefikaw minn xiri ta’ apparat ġdid mgħammar teknoloġiku fl-Armata bl-aħħar teknoloġija li qed Il-Gvern qed jaħdem bis- iwassal biex it-twettiq tadBaġit 2015, qiegħed ikompli jħares l-interessi tal-ħaddiema. Dan minbarra ż-żieda flallowance tas-snajja’, meta flaħħar xhur dawn is-suldati bdew jitħallsu għall-ħiliet tagħhom. B’hekk, aktar minn 300 suldat qed jibbenefikaw minn madwar €200 żieda addizzjonali annwali.

doveri tagħhom isir b’aktar professjonalità. Dan mingħajr ma jissemma l-investiment permezz ta’ fondi lokali ta’ aktar minn €1,500,00 f ’xiri ta’ 19-il vettura militari, l-akbar flotta li nxtrat fl-aħħar snin, u mezzi ta’ telekomunikazzjoni ġodda. Dan kollu flimkien ma’ investiment kontinwu fir-riżors uman kemm filqasam ta’ taħriġ lokali u barra minn xtutna, xiri ta’ uniformijiet u bullet proof vests ġodda li wassal għal total ta’ €650,000.

F’kummenti li ta lil din ilgazzetta, il-Ministru għallIntern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela qal li dawn ilmiżuri huma parti minn sensiela ta’ inizjattivi li għandhom joħolqu titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-membri tal-korpi dixxiplinati, kif ukoll iservu ta’ rikonoxximent għall-ħidma siewja tagħhom. Matul din issena se jitkompla l-programm ta’ immodernizzar, b’aktar investiment fir-riżorsi umani u t-tagħmir tal-korpi. Dan kollu żgur li juri attitudni li tikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li kien jiġri f ’amministrazzjonijiet preċedenti fejn, wara l-ħafna kliem fieragħ, tgħaddi l-elezzjoni u l-wegħdi li jkunu sarulhom jinxteħtu fuq l-ixkaffa u jitniżżlu biss biex jerġgħu jkunu ripetuti meta terġa’ tasal elezzjoni ġenerali oħra. Il-Gvern preżenti ma mexiex b’dan il-mod, għax sa mill-bidu tal-leġiżlatura, kważi tliet snin ilu, ta sinjal ċar li ma kienx se jistenna sa lejlet l-elezzjoni biex jibda jwettaq il-miżuri talprogramm elettorali.


LOKALI

kullħadd.com

06|03|2016 07

INVESTIMENT TA’ €2.3 MILJUN IMSARRAF F’9 ĊENTRI TAL-LEAP

“F’QASIR ŻMIEN IL-PROĠETT IRNEXXIELU JAGĦMEL DIFFERENZA FIL-ĦAJJA TA’ BOSTA FAMILJI”

GLEN FALZON l-Awtorità tad-Djar. glen@kullhadd.com Fid-dawl ta’ dan kollu, din il-gazzetta tkellmet malMinn informazzjoni li kisbet Kordinatur tal-LEAP Stephen din il-gazzetta jirriżulta li Vella fejn, fost oħrajn, tkellem permezz tal-proġett LEAP magħna dwar x’tip ta’ attivitajiet b’investiment ta’ madwar €2.3 isiru f ’dawn iċ-ċentri, kif ukoll miljun, s’issa diġà nfetħu disa’ ma’ Denise Farrugia li hija ċentri LEAP madwar Malta u inkarigata minn wieħed minn Għawdex, u huwa ppjanat li dawn iċ-ċentri. sal-aħħar ta’ din il-leġiżlatura jinfetħu tmien ċentri oħra simili. Ibbenefikaw aktar minn 270 Dan hija ħidma li tagħmel parti persuna mill-istrateġija tal-Gvern biex f ’pajjiżna jonqos il-faqar u Mitlub jelabora aktar fuq dan il-proġett, Vella spjega li l-esklużjoni soċjali. Din il-gazzetta hija infurmata t-twettiq tiegħu sar permezz wkoll li minn dawn it-tmien ta’ ċentri għall-iżvilupp li ċentri li fadal x’jinfetħu, twaqqfu f ’sitt reġjuni li ħadmu tlieta minnhom se jkunu qed f ’kollaborazzjoni ma’ ċentri “Fi jinfetħu dalwaqt fil-lokalitajiet għar-riżorsi tal-familja. ta’ Birkirkara, il-Mosta u Ħal żmien pjuttost qasir il-proġett Għargħur. Dawn se jkunu qed irnexxielu jagħmel differenza jingħaqdu ma’ dawk iċ-ċentri fil-ħajja ta’ bosta familji. Filli diġà qed joperaw fosthom fatt, ibbenfikaw direttament fil-Belt Valletta, il-Kottonera, mill-proġett ’il fuq minn 270 l-Imsida, Ħal Kirkop, iż- persuna li pparteċipaw fi skema Żurrieq, Ħal Qormi, il-Qawra, ta’ taħriġ fi ħdan waħda minn Santa Luċija u x-Xewkija. 91 entitajiet – 70 NGO u 21 Aktar tard f ’din il-leġiżlatura entità governattiva,” spjega se jkunu qed jinfetħu aktar l-Kordinatur tal-LEAP. Vella żied jgħid li apparti ċentri f ’ħames lokalitajiet oħrajn, b’wieħed minnhom dan kollu, twettqu aktar minn f ’Għawdex u erbgħa oħra 260,000 siegħa ta’ taħriġ talf ’Malta, fosthom f ’Marsaskala LEAP, tnieda database ċentrali għal persuni b’diżabbiltà, kif u f ’Birżebbuġa. Il-ħidma mnedija miċ-ċentri ukoll ġie ppubblikat direttorju LEAP qed tkun milqugħa tajjeb ta’ entitajiet li jaħdmu fil-qasam ħafna, tant li bħalissa hemm soċjali. B’żieda ma’ dan, 90 30 ħaddiem li huma mifruxa ħaddiem mill-qasam soċjali fid-disa’ ċentri eżistenti. Dawn wettqu żjajjar ta’ ġimgħa barra huma determinati li jgħinu lil minn xtutna, fosthom 36 marru kull familja li teħtieġ l-għajnuna l-Portugall u 54 l-Irlanda. Minn u fejn hu meħtieġ tkun riferuta 274 benefiċjarju, 80 kienu għas-servizzi pprovduti minn persuni b’diżabbiltà, 21 kienu entitajiet varji oħrajn, fosthom immigranti, u 36 kienu ġejjin l-Aġenziji tal-Fondazzjoni mill-Faċilità Korrettiva ta’ għas-Servizzi tal-Ħarsien Kordin. 45 persuna, benefiċjarji Soċjali bħalma huma l-Appoġġ, tal-proġett, sabu xogħol blis-Sapport u s-Sedqa, kif ukoll għajnuna ta’ dan il-proġett.

Sa tmiem il-leġiżlatura mistennija jkun hemm total ta’ 17-il ċentru LEAP Spalla ma’ spalla ma’ dawk f ’Għawdex. fil-bżonn Huwa ppjanat li t-tieni tqassim isir fl-ewwel ġimagħtejn ta’ Mitlub jikkummenta fuq it-tip April. Kull min ġie jiġbor l-ikel ta’ attivitajiet li jsiru fi ħdan dawn ingħata informazzjoni fuq iċ-ċentri, Vella spjega li l-ħidma in-nutriment u s-saħħa, tisjir prinċipali li titwettaq miċ-ċentri bil-għaqal, trobbija pożittiva tal-LEAP hija l-aċċess għas- kif ukoll immaniġġjar tajjeb servizzi għal persuni li huma tal-flus. Bħalissa qed isiru f ’riskju ta’ esklużjoni soċjali. żjajjar fid-djar mill-ħaddiema “Fil-fatt, fuq bażi ta’ reġjuni, tal-LEAP sabiex jintlaħqu twaqqfu networks sabiex din l-ħtigijiet partikolari ta’ dawn l-għajnuna tkun ikkordinata u il-familji,” spjega b’reqqa Vella. b’hekk tingħata bl-aktar mod professjonali u mingħajr telfien Għażla wiesgħa ta’ ta’ żmien. Dan sabiex, kemm attivitajiet jista’ jkun malajr, il-familji li jirrikorru għall-għajnuna Min-naħa tagħha, Denise jsibu mhux biss kenn iżda Farrugia li hija responsabbli spalla u persuni li jimxu t-triq minn wieħed minn dawn iċmagħhom sakemm jakkwistaw ċentri u ilha taħdem sa mitil-ħiliet neċessarji u joħorgu twaqqif ta’ dan il-proġett, mill-istess riskju ta’ esklużjoni spjegat li l-LEAP għaliha huwa u faqar,” fisser il-Kordinatur esperjenza interessanti għalltal-LEAP. fatt li jagħti l-opportunità li Bħalissa, minn dawn iċ-ċentri wieħed jaħdem mal-komunità qed titqassam proviżjoni ta’ fil-komunità. “F’din is-sena u ikel, bis-saħħa ta’ programm nofs, flimkien mat-tim tiegħi, kofinanzjat mill-EU imsejjaħ imsieħba soċjali oħra li huma FEAD – sostenn alimentari membri fin-network tagħna għal dawk l-aktar fil-bżonn – u membri mill-komunitajiet, kif ukoll tingħata għajnuna ħdimna flimkien biex f ’oqsma varji biex l-istess nidentifikaw il-bżonnijiet u 4,000 familja f ’dan ir-riskju riżorsi li hemm bżonn f ’kull jiġu megħjuna b’mod prattiku. komunità biex inwieġbu għall“L-ewwel tqassim ta’ ikel sar problemi b’impenn li nsibu fit-tielet ġimgħa ta’ Jannar s-soluzzjoni,” qalet Farrugia. 2016 u tqassam minn sbatax-il Hija spjegat li fiċ-ċentru ta’ żona, sittax f ’Malta u waħda Ħal Kirkop hemm is-servizz

tal-Youth Cafè mmexxi minn Aġenzija Żgħażagħ, li jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta u l-Ħamis filgħaxija, flimkien ma’ servizz ieħor, Aqra Miegħi, għat-tfal minn tliet snin ’il fuq, servizz ipprovdut mid-Diaprtiment tal-Edukazzjoni. “Wara kull bieb ta’ dar hemm storja differenti” “Wara kull bieb ta’ dar hemm storja differenti; kull esperjenza tħalli impatt f ’ħajti u tħeġġiġni biex naħdem aktar għallġustizzja soċjali fejn kulħadd ikollu l-opportunità li jagħmel l-għada tiegħu aħjar minn tallum,” qalet Farrugia. Hija għamlet referenza wkoll għal xi esperjenzi li ltaqgħet magħhom fosthom “dik ilfamilja li l-missier spiċċa bla xogħol minħabba aċċident u l-omm, wara żmien twil id-dar, bis-sapport tagħna għamlet ilkuraġġ u bdiet tattendi taħriġ fil-ħarsien ta’ tfal biex tkun tista’ taħdem hekk kif jispiċċa l-kors u b’hekk tkun tista’ ssostni l-familja tagħha; jew il-ferħ ta’ missier ta’ familja hekk kif jirċievi konferma li aċċetawh għal xogħol”. Fl-aħħar nett hija fissret li dan il-proġett għallimha li d-diffikultajiet fil-ħajja jistgħu jduru f ’suċċess. “Kieku nagħtu ċans lilna nfusna li nemmnu fit-tiġdid personali u fl-opportunitajiet li jeżistu, id-diżappunti fil-ħajja jduru f ’sodisfazzjon. Ta’ kuljum infakkar lili nnifsi li jien filmistier li nassisti lill-familji biex jgħixu ħajja aħjar għax kulħadd hekk jistħoqqlu, u dan nagħmlu b’impenn u sodisfazzjon,” temmet tgħid Farrugia.


08 06|03|2016

kullħadd.com

LOKALI

MALTA SSEJJAĦ GĦAL RATIFIKA BIKRIJA TAL-FTEHIM TA’ PARIĠI DWAR IL-KLIMA Malta sejħet għal ratifika bikrija tal-ftehim ta’ Pariġi dwar ilklima permezz tal-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat, waqt il-Kunsill tal-Ambjent li ltaqa’ fi Brussell. Huwa qal li b’hekk il-UE tpoġġi lilha nnifisha fuq quddiem nett tal-azzjoni favur il-klima, filwaqt li turi l-impenn u l-ambizzjoni kontinwa tagħha lill-partijiet l-oħra kollha involuti fil-proċess talUNFCCC tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Ministru Brincat qal li filwaqt li jkun xieraq li ssir analiżi legali talimplikazzjonijiet ta’ dan kollu, għandu jsir kull sforz biex jingħaqdu f ’dan malUE il-pajjiżi firmatarji l-oħra kollha, b’mod partikolari dawk meqjusa bħala l-akbar kontributuri. Il-Ministru Brincat qal li bħala ministru ta’ gvern li ħadem qatigħ biex l-addattazzjoni titpoġġa fuq quddiem filftehim ta’ Pariġi sa minn qabel ma nżamm il-COP21, pajjiżna huwa sodisfatt li l-addattazzjoni qed tingħata għarfien xieraq. Żied li azzjoni bikrija għandha twassal ukoll għal tnaqqis talispejjeż fil-ġejjieni, tal-isforzi li se jkunu qed jagħmlu l-istati membri għall-mitigazzjoni u l-adattazzjoni. Fl-aħħar nett, il-Ministru

Brincat appella wkoll biex tingħata għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw kemm f ’capacity building kif ukoll fi trasferiment tat-teknoloġija.

tal-Ambjent fi Brussell, ilMinistru Brincat qal li l-mixja lejn ekonomija ċirkulari għandha twassal għal tkabbir aktar ħadrani (green growth) u għal valur miżjud akbar, L-Ekonomija Ċirkulari u kif ukoll bħala mezz għallt-Tkabbir Aħdar ħolqien ta’ impjiegi ġodda, għall-orjentament ġdid talWaqt il-laqgħa tal-Kunsill investiment, u sabiex tingħata

spinta għal innovazzjoni. Ħeġġeġ biex permezz ta’ inċentivi ekonomiċi u fiskali ġodda, inkunu nistgħu naslu għal immaniġġjar tal-iskart aktar effettiv kif ukoll biex insaħħu l-kompetittività tannegozji, speċjalment tal-SMEs tagħna, filwaqt li niffaċilitaw ukoll l-opportunitajiet għall-

fondi Ewropej. Il-Ministru Brincat laqa’ b’mod pożittiv il-fatt li l-pakkett dwar l-ekonomija ċirkulari jagħraf ir-realtajiet u l-isfidi differenti fl-immaniġġjar tal-iskart anke bejn pajjiż u ieħor. Qal ukoll li fil-kuntest ta’ pajjiżna dan jagħmel ħafna sens, billi ninsabu mxekklin min-nuqqas ta’ economies of scale u anke mill-insularità tagħna bħala gżira. Il-Ministru Leo Brincat appella wkoll għal mudell ta’ governanza li jassigura progress fil-pront u effettiv mingħajr ma jħalli piżijiet amministrattivi fuq l-industrija, il-konsumaturi u l-awtoritajiet konċernati. Filwaqt li saħaq li, għalkemm il-qasam tal-immaniġġjar taliskart huwa importanti ħafna għas-suċċess tal-ekonomija ċirkulari, il-pakkett kollu għandu jiffoka fuq l-istadji kollha tal-ħajja (life cycle) talprodotti, li ħafna drabi jkunu qed jiġu prodotti f ’pajjiżi differenti minn fejn jiġu kkunsmati. Fi Brussell il-Ministru Brincat kellu taħditiet kemm mal-Kummissarju għallAzzjoni dwar il-Klima Miguel Arias Cañete, id-Direttur Ġenerali għall-Ambjent talKummissjoni Ewropea, kif ukoll mal-Ministru Ingliż dwar il-Klima fil-House of Lords, Lord Bourne.

KONVENJI FUQ OQBRA MHUX IRREĠISTRATI Fl-2013 saru 369 konvenju għall-oqbra għall-estensjoni talAddolorata meta l-permess mill-MEPA għal din l-estensjoni lanqas biss kien ingħata. Is-sejħa għall-konvenji kienet ħarġet minn Gvern Nazzjonalista qabel l-elezzjoni tal-2013, mingħajr ma kien hemm ilpermessi neċessarji. Aktar minn hekk, dawn il-konvenji, kontra kull prassi u liġi, lanqas biss kienu rreġistrati mal-Lands. Ix-xogħol ta’ skavar għall-estensjoni tal-Addolorata kien beda fl2008. Wara li ntefqu €1.5 miljun, ix-xogħol kien waqaf nofs triq f ’Diċembru tas-sena 2010 u eventwalment il-permess skada. Xogħol estensiv F’kummenti li ta lill-gazzetta KullĦadd, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne spjega li bħalissa għaddej proċess biex kull konvenju li sar fi żmien il-PN qed jiġi rreġistrat u kull konvenju, jekk il-partijiet ikunu għadhom interessati, qed jiġġedded u se jkun onorat. Huwa fakkar li x-xahar li għadda l-Kummissjoni tal-Ippjanar u l-Ambjent fi ħdan il-MEPA approvat il-permess għal estensjoni ta’ 2,280 qabar ġdid fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Is-sit ta’ din l-estensjoni, li tinsab fiż-żona magħrufa bħala ‘talĦorr’ fin-Nofsinhar taċ-ċimiterju, ilha snin tkun abbużata bħala sit ta’ rimi ta’ skart. L-istil ta’ din l-estensjoni se jkun semiċirkolari kif iddisinjat mill-Perit Emanuele Luigi Galizia biex ikun komplimentari mal-importanza storika ta’ dan iċ-ċimiterju. Inkluż f ’dan il-proġett hemm it-tħawwil ta’ diversi siġar simili għal dawk li jinsabu fiċ-ċimiterju kif ukoll il-ħolqien ta’ 55 parkeġġ addizzjonali. “L-Addolorata huwa post sagru u uniku; post li jeħtieġ manutenzjoni kbira. Għal snin sħaħ dan il-post tħalla mingħajr riżorsi u ftit li xejn saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni, jekk mhux dawk li kienu assolutament neċessarji. Huwa post antik u għandu bżonn restawr estensiv. Għal dan il-għan, fil-ġimgħat li ġejjin se tkun qed toħroġ sejħa għall-offerti għall-estensjoni taċ-ċimiterju, kif ukoll għall-manutenzjoni u restawr fl-istess ċimiterju,” qal Fearne.


LOKALI

kullħadd.com

06|03|2016 09

FIL-MIRA TAL-MALTA ENTERPRISE GĦALL-2016…

L-INĠINERIJA AVVANZATA, L-EDUKAZZJONI U T-TAĦRIĠ GĦAS-SUQ REĠJONALI GLEN FALZON glen@kullhadd.com L-oqsma li se tkun qed tiffoka fuqhom il-Malta Enterprise din is-sena u fis-snin li ġejjin huma dawk tal-inġinerija avvanzata, inkluż fin-niċċa tal-avjazzjoni u l-industriji marittimi. L-2016 u l-2017 se jkunu wkoll snin ta’ ħidma tal-Malta Enterprise f ’dak li hu investiment dirett fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ għas-suq reġjonali u lil hinn minnu. Hekk sostna mal-gazzetta KullĦadd iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Dr Mario Vella meta mitlub jikkummenta fid-dawl talproġetti kollha ta’ investiment barrani li din l-istess entità – li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriża Żgħar Chris Cardona – li rnexxielha ġġib matul is-sena li għaddiet. Iċ-Chairman Eżekuttiv spjega: “Matul l-2014 u l-2015 wittejna t-triq sabiex matul din is-sena u s-snin li ġejjin nimmiraw lejn għanijiet aktar ambizzjużi fixxogħol tagħna ta’ promozzjoni ta’ investiment dirett sew Malti u sew barrani. Issa li lestejna x-xogħlijiet kollha fil-Life Sciences Park ta’ San Ġwann, se nkomplu naħdmu fil-qasam talindustrija, ir-riċerka u l-iżvilupp fil-kamp bijomediku u fil-kamp relatat tal-bijoinformatika. F’dawn l-oqsma qed niffukaw f ’niċeċ li, filwaqt li huma innovattivi u teknoloġikament avvanzati, huma fl-istess ħin niċeċ li jagħtu kontribut kbir lill-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna.” 455 impjieg fit-tliet snin li ġejjin Intant, matul is-sena 2015 ilMalta Enterprise approvat 21 proġett b’investiment barrani ġdid f ’pajjiżna li jammontaw għal €16-il miljun. Dan ikkonfermah il-Ministru Chris Cardona nnifsu fil-Parlament din il-ġimgħa stess, wara li ġie mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech biex jagħti rendikont talproġetti kollha ta’ investiment barrani fl-2015. Mill-informazzjoni mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra, jirriżulta li dawn il-proġetti se jitlestew fit-tliet snin li ġejjin, filwaqt li mistennija jiġġeneraw xejn inqas minn 455 impjieg ġdid. Is-settur l-aktar li se jkun popolari fost dawn il-proġetti huwa dak tal-manifattura, b’sitt proġetti b’kollox. Dan is-settur huwa segwit mis-settur tal-ICT li fih b’kollox ġew approvati ħames proġetti. Apparti minn hekk, kienu

approvati wkoll proġetti f ’setturi oħrajn fosthom erba’ fis-servizzi professjonali, tnejn fl-immaniġġjar tal-iskart, proġett fil-loġistika, proġett fl-inġinerija, ieħor fl-awdjoviżwali u ieħor fil-back office. L-aktar pajjiż barrani li se jkun involut f ’dawn il-proġetti huwa l-Italja, b’total ta’ seba’ proġetti, segwit minn Iżrael b’żewġ proġetti. Pajjiżi oħrajn li għandhom investiment f ’xi proġett huma r-Renju Unit, il-Libja, ir-Russja, il-Belġju, Spanja, l-Olanda, l-Irlanda, Franza, is-Sirja, il-Ġermanja, l-Istati Uniti u Ċipru. Dan kollu jikkonferma dak kollu li qal il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat nhar il-Ħadd li għadda waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali f ’Ħal Qormi. Dan sostna li “is-sitwazzjoni ta’ bħalissa qed twassal biex fil-manifattura, wara ħafna imbuttatura, kien hemm żieda fil-produzzjoni ta’ kważi 6%, meta f ’pajjiżi oħra tal-UE din qed tonqos. Għall-ewwel darba qed naraw li hemm aktar nies li qed jaħdmu fil-fabbriki; żieda ta’ 300 ruħ skont l-aħħar statistika. Dawn ir-rizultati jaslu minħabba d-deċiżjonijiet li nieħdu”. Diġà qed kumpanija

jaħdmu

23

Ftit xhur biss wara li l-Life Sciences Park fetaħ ilbibien tiegħu, diġà hemm 23 kumpanija li qegħdin jaħdmu minnu. Dan kollu huwa xhieda ta’ kemm ilu jinħass il-bżonn ta’ faċilità kompluta

li tilqa’ fi ħdanha proġetti xjentifiċi f ’pajjiżna. Dawn ilproġetti jvarjaw minn dawk mediċi sa bijoinformatiċi, u li permezz tagħhom jistgħu jsiru avvanzi xjentifiċi f ’Malta stess. Proġetti marbuta mas-servizzi finanzjarji, mal-farmaċewtika, it-taħriġ u l-edukazzjoni huma wkoll fost is-setturi li qed isir xogħol fuqhom minn dan ilpost. Il-Life Sciences Park kien żviluppat permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Malta Enterprise, l-Università ta’ Malta u l-Isptar Mater Dei. Bi

23 kumpanija iżjed minn nofs l-ispazju ta’ 7,000 metru kwadru diġà huwa okkupat. Permezz ta’ dan il-bini, xjentisti u riċerkaturi se jkunu jistgħu jaqsmu l-ideat tagħhom flimkien bil-għan li jitjib il-prodott finali. Il-Life Sciences Park joffri wkoll faċilitajiet ta’ laboratorji u għall-uffiċini, iżda fuq kollox se jservi ta’ pjattaforma għattkabbir fir-reputazzjoni talkumpaniji żgħar li joperaw minn Malta. Fi kliem ieħor, b’dan l-isforz li qed isir f ’dan il-post, fejn dawn in-nies kollha qed jinġabu flimkien f ’sens ta’

kollaborazzjoni u sinerġija, hemm ċans tajjeb li dawn jidħlu fis-suq internazzjonali. Dan għax illum m’għadhiex biss logħba għall-kumpaniji l-kbar, iżda issa jista’ jkun hemm kumpanija żgħira li tmur tajjeb u eventwalment kumpanija kbira tiddeċiedi li tixtri il-prodotti finali li tkun ħarġet bih kumpanija ferm iżgħar minnha. Fil-ġimgħat li ġejjin, flimkien ma’ dawk li diġà bdew ħidmiethom, mistennija jingħaqdu kumpaniji oħrajn li jkomplu jagħmlu dan il-post wieħed aktar ħaj.


10 06|03|2016

kullħadd.com

GVERN LABURISTA GVERN LI JAĦDEM

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 29 ta’ Frar

Il-qgħad fost iż-żgħażagħ naqas bi 30%

Emanuel Cuschieri

1 ta’ Marzu

1. Sal-aħħar ta’ din is-sena dawk kollha li għandhom dijabete tip1 se jingħataw b’xejn l-istikek biex jiċċekkjaw iddijabete. 2. Mix-xahar id-dieħel se jibdew jingħataw b’xejn il-pilloli għad-dijabete magħrufa bħala Gliptins. 3. Se jitqiegħdu 40 arblu tad-dawl b’total ta’ 80 lampa, biex, wara snin ta’ stennija, il-bypass tal-Imtarfa fl-aħħar se tkun imdawla matul il-lejl. 4. Fl-Isptar Mater Dei se tinbena sezzjoni apposta ddedikata għall-ommijiet u t-tfal.

Il-qgħad fost il-persuni b’ diżabbiltà naqas bi 18%

2 ta’ Marzu

Ġew ingaġġati 64 uffiċjal korrettiv ġdid fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

5. L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Fitch qed tbassar li l-ekonomija Maltija se tibqa’ b’saħħitha fiż-żmien li ġej. 6. Bħalissa għaddej xogħol f ’sala tan-nisa fid-dar tal-anzjani tal-Imtarfa; xogħlijiet li se jipprovdu faċilitajiet ġodda f ’din issala, fosthom televiżjoni u radju ma’ kull sodda u kmamar talbanju ġodda. 7. Lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar se jerġa’ jkun hemm roħs fil-prezzijiet tal-fjuwil – it-tnax-il roħs minn Gvern Laburista minn Marzu 2013. 8. Gvern Laburista se jkun qed jagħti l-ewwel Park Nazzjonali Naturali lill-poplu. In-nies ta’ Wied il-Għajn, ixXgħajra u Ħaż-Żabbar se jgawdu minn park li se jsir fl-Inwadar. 9. Fl-ewwel sentejn, Gvern Laburista ta lill-poplu €32 miljun permezz tat-tnaqqis fl-Income Tax. 10. Fl-iskema tal-First Time Buyers, Gvern Laburista ta liżżgħażagħ Maltin u Għawdxin €23 miljun.

3 ta’ Marzu

Intfiet kompletament il-power station tal-Marsa

4 ta’ Marzu

Matul l-2014 il-familji f ’pajjiżna faddlu mal-banek €831 miljun; żieda ta’ 10% fuq is-sena ta’ qabel

11. Fi ħlas lura ta’ taxxa tal-VAT fuq il-karozzi, misruqa lillpoplu minn Gvern tal-PN , Gvern Laburista s’issa ta lin-nies €5 miljun. Din is-sena se jingħataw €4 miljun oħra. 12. Permezz tal-ħolqien taċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal, Gvern Laburista s’issa ta lill-poplu s-somma ta’ €10 miljun. 13. Minn Marzu 2014 s’ issa Gvern Laburista ta lill-poplu 80 miljun ewro permezz tar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. 14. Gvern Laburista nieda konsultazzjoni pubblika dwar illiġi tal-koabitazzjoni.

5 ta’ Marzu

Fl-ewwel sena li l-Gvern Laburista beda jipprovdi s-servizz tal-IVF kien hemm tliet koppji li kellhom tarbija

15. Minn Marzu 2013 s’issa tneħħew mill-prekarjat aktar minn 2,000 persuna u dalwaqt jitneħħew 400 oħra. 16. Il-Kummissjoni Ewropea faħħret lill-Gvern Malti għarriformi li wettaq fil-qasam tal-ġustizzja u talli żied il-ħatriet tannisa fil-ġudikatura. 17. Fix-xahar ta’ Jannar ta’ din is-sena t-turisti żdiedu bi 15% u nefqu aktar minn €65 miljun. 18. Infetħet fir-Rabat, Għawdex, it-tieni dar fil-komunità għal persuni b’diżabbiltà. L-ewwel waħda nfetħet fis-Siġġiewi, u bħalissa għaddej xogħol fuq ħamest idjar oħra li jinkludu waħda f ’Ħaż-Żabbar u waħda f ’Pembroke.

OPINJONI

6 ta’ Marzu

Raħsu t-tariffi tal-Qorti li l-aktar jaffettwaw lil persuni vulnerabbli


OPINJONI

kullħadd.ċom

06|03|2016 11

ĦIDMA LI MA WAQFITX ĦARSA LEJN IS-SENA LI GĦADDIET

Bryony Bartolo Segretarju Ġenerali FŻL

Wieħed mill-għanijiet tal-FŻL huwa li jrawwem iż-żgħażagħ fid-dinja tal-politika

Għaddiet sena oħra ta’ ħidma għall-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL); sena li fiha bqajna għaddejjin b’ritmu tajjeb b’attivitajiet varjati. Iżda min ma jiġġeddidx jispiċċa jeħel fin-nostalġija tal-passat u ma jkunx ippreparat għallfutur. Kien dan li ħeġġeġ lillFŻL biex ikompli jaħdem u jagħti dehra ġdida lill-għaqda, kemm permezz tal-logo ilġdid kif ukoll permezz ta’ ristrutturar fl-operat. Dan kollu sar minkejja s-suċċessi li kompliet tikseb din l-għaqda f ’dawn is-snin. Fil-fatt, l-FŻL waqqaf il-fergħat distrettwali biex ikun hemm aktar kuntatt maż-żgħażagħ f ’kull distrett. Għal dan il-proġett issejħu għadd ta’ żgħażagħ interessati jaħdmu fl-FŻL biex jokkupaw karigi f ’dawn il-fergħat u jaħdmu flimkien fuq attivitajiet politiċi u anke soċjali. Wieħed mill-għanijiet tal-FŻL huwa li jrawwem iż-żgħażagħ fid-dinja talpolitika. Għalhekk, għat-tieni darba tellgħet il-kampanja START, kampanja li għal darb’oħra kellha riżultat ferm sabiħ. Fil-fatt, għadd ta’ żgħażagħ ipparteċipaw flelezzjonijiet tal-kunsilli lokali, bi 58 żagħżugħ u żagħżugħa jiġu eletti bżala sindki jew kunsilliera fil-lokalijitajiet rispettivi tagħhom biex b’enerġija u determinazzjoni jaħdmu għal l-ġid tallokalitajiet tagħhom. Din is-sena ppruvajna wkoll inqajmu diskussjoni fuq diversi temi politiċi. Wara riċerka li saret minn membri fi ħdan l-eżekuttiv tal-FŻL, ġew magħżulin temi li dwarhom tellajna laqgħat ta’ diskussjoni. Dawn kienu r-riforma fil-liġi tal-protezzjoni tal-embrijuni, u s-sigurtà u l-infurzar tal-liġijiet f ’postijiet ta’ divertiment. Dwar din talaħħar, l-FŻL ippreżenta sett ta’ proposti lill-Ministru għall-Affarijiet Interni u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, li fihom ipproponejna kif għandha titjieb is-saħħa u s-sigurtà f ’postijiet ta’ divertiment kemm permezz ta’ introduzzjoni ta’ liġijiet ġodda kif ukoll permezz ta’ infurzar tal-liġijiet attwali. Ma naqsitx il-parteċipazzjoni tagħna f ’attivitajiet internazzjonali. Fil-fatt, din is-sena rappreżentanti tal-għaqda flimkien masSegretarju Internazzjonali tal-FŻL ipparteċipaw f ’żewġ konferenzi f ’Pariġi. Dawn il-konferenzi kienu dwar ilbidla fil-klima, organizzata mill-S&D, kif ukoll dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, organizzata mill-Young European Socialists (YES).

Bħal kull sena, fiċ-ċentru tas-suċċess tal-għaqda hemm għadd ta’ membri li lkoll flimkien jiddedikaw il-ħin u l-enerġija tagħhom biex l-għaqda tkompli miexja ’l quddiem. Flimkien inkomplu mmexxu ’l quddiem dak li nemmnu fih filwaqt li nibdlu f ’realtà l-aspirazzjonijiet tażżgħażagħ Maltin u Għawdxin. Nistedinkom tingħaqdu magħna nhar il-Ħamis 10 ta’ Marzu, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun, mis6.00pm ’il quddiem għalLaqgħa Ġenerali Annwali talFŻL. Inħeġġeġ liż-żgħażagħ kollha biex jingħaqdu magħna għal dan iż-żmien kruċjali u eċitanti li hemm quddiemna biex inkomplu naħdmu fuq

il-ħidma siewja ta’ dan il- tal-ġranet ilu meta Nikita Ellul u Glenn Micallef ġew eletti Gvern. fl-International Union of Suċċess ieħor għall-FŻL Socialist Youths (IUSY) bħala Viċi President u membru filfil-qasam Internazzjonali Kummissjoni ta’ Kontroll, Matul dawn l-aħħar snin rispettivament. B’hekk, Malta l-FŻL kompla jkabbar il- hija l-unika pajjiż li għandha ħidma internazzjonali tiegħu żewġ delegati fi ħdan itf ’organizzazzjonijiet ta’ tmexxija tal-IUSY. żgħażagħ Soċjalisti Ewropej Ir-rwol tal-Viċi President kif ukoll dinjin. Organizzajna fi ħdan il-IUSY huwa ferm diversi attivitajiet bħal importanti għax dan ilPolitical School u l-akbar grupp ta’ viċi presidenti festival internazzjonali għaż- jara li mozzjonijiet u żgħażagħ Soċjalisti minn resoluzzjonijiet li jgħaddu madwar id-dinja, il-IUSY fil-IUSY jiġu implimentati filWorld Festival. Madankollu, pajjiżi rispettivi. Fost l-aktar il-ħidma internazzjonali risoluzzjonijiet importanti din ma waqfitx hemmhekk. Il- is-sena kien hemm soluzzjoni qofol tas-suċċess fil-ħidma favur il-paċi f ’Iżrael u filinternazzjonali ntlaħaq ftit Palestina.


12 06|03|2016

kullħadd.com

OPINJONI

NIFS ĠDID GĦALL-KOTTONERA

Stefan Buontempo Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali

Għal snin twal il-Kottonera kienet bħal dik il-ħaġra prezzjuża li għadha kemm inqalgħet mill-blat fejn iffurmat u għad trid tinqata’, tinħadem, titnaddaf u tiġi mmuntata fuq xi ċurkett. Għal diversi snin, ħadd f ’pajjiżna ma kien jgħaddilu mill-garigori ta’ moħħu li jinvesti hawnhekk. Illum l-istorja nbidlet ferm. Illum naraw kif l-istabbilimenti max-xatt tal-Birgu, Bormla u l-Isla qegħdin litteralment ifaqqsu. Dak li kien xatt iddedikat biss għall-ħidma tattarznari, illum sar xatt fejn innies jieħdu pjaċir jippassiġġaw, fejn dawk li qatt ma kienu joħolmu li jinżlu s’hemmhekk, issa jmorru jieħdu kafè jew jieklu, u oħrajn għandhom iddgħajsa rmiġġata hemmhekk. Din il-metamorfosi ma ġietx b’kumbinazzjoni. Wara l-ġrajja li kollha niftakru, tal-1998, fejn il-Partit Nazzjonalista, dak iżżmien fl-Oppożizzjoni, tant kien kontra l-proġett tax-Xatt tal-Kottonera li vvota kontrih fil-Parlament, meta kien imissu jiggverna rrealizza li l-post fih il-potenzjal. Potenzjal kbir fil-Kottonera

L-investiment fil-lokalitajiet tagħna huwa rigal lir-residenti

Il-Gvern tal-Partit Nazzjonalista kien irrealizza li dawn l-inħawi għandhom potenzjal kbir u maż-żmien beda jaħdem biex jirrealizzah, iżda qatt ma sar xogħol kbir daqs dawn l-aħħar tliet snin ta’ Gvern Laburista. Ilkoll niftakru l-istat diżastruż tax-xatt ta’ Bormla hekk kif kienu bdew ix-xogħlijiet iżda għamlu xhur sħaħ mexjin b’pass ta’ nemla. Dan il-Gvern ra kif għamel u għaġġel ilproċess biex illum il-ġurnata qed ingawdu promenade ta’ livell għoli ħafna. Bit-tlestija ta’ dan il-proġett, Bormla ngħatatilha lura d-dinjità li jistħoqqilha, u li sejra tkompli tisseddaq wara li l-Parlament approva li l-bini fil-Baċir Nru 1 jgħaddi għand investitur internazzjonali fejn se jitwaqqaf kampus tal-American University of Malta. Tajjeb li niftakru kif dan il-post kien ċentru ta’ tagħlim tekniku għal kważi mitejn sena fi żmien ilħakma Ingliża hekk kif kien

iservi bħala skola tad-Dockyard. Issa, grazzi għall-viżjoni ta’ dan il-Gvern, se jerġa’ jsir ċentru ta’ tagħlim avvanzat. Però, il-Kottonera mhijiex biss ix-xtut tat-tlett ibliet iżda n-numru impressjonanti ta’ binjiet storiċi li huma wirt arkitettoniku imprezzabbli li ħallewlna missirijietna, u nixtieq naqsam magħkom ftit ħsibijiet dwar dawn il-ġojjelli li qegħdin jerġgħu jingħataw ħajja ġdida grazzi għax-xogħol ta’ dan ilGvern. Biss biss, matul it-tliet snin li għaddew, il-proġetti kollha tadDirettorat tar-Restawr li saru filKottonera biss laħħqu l-€11.5 miljun. Dawn saru f ’diversi żoni tal-Kottonera. Fil-Birgu tlesta x-xogħol ta’ restawr tas-swar li sar bħala parti mill-proġett kofinanzjat millFond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll ix-xogħol estensiv ta’ pavimentar filCollacchio. Dan ix-xogħol kien jikkonsisti fit-tibdil tas-sistema ta’ ilma, drenaġġ u wires talelettriku u telefonija biex b’hekk il-ħitan tat-toroq ma jkollhomx wires imdendlin magħhom u tinkixef is-sbuħija arkitettonika tal-bini, bħal, pereżempju, ilPalazz tal-Inkwiżitur, il-Berġa tal-Ingilterra, il-Berġa ta’ Franza u ħafna oħrajn. Tajjeb ukoll li nfakkar kif ġiet riabilitata wkoll iż-żona li tagħti aċċess għal Couvre Porte fejn sar restawr estensiv li ta dehra isbaħ lil din l-entratura maestuża tal-Birgu li tmur lura għal żmien il-Kavallieri. Barra minn dan ix-xogħol, ftit tal-ġimgħat ilu ġie inawgurat ix-xogħol ta’ riabilitazzjoni tal-Foss talBirgu; post li lkoll niftakruh abbandunat u mimli skart. Issa, dan il-post ingħata dehra mill-isbaħ li jikkumplimenta x-xogħol li diġà sar fuq is-swar. Restawr fil-qalba tal-Birgu Fil-qalba tal-Birgu sar ukoll irrestawr tal-faċċata tal-Każin tal-Banda ta’ San Lawrenz, li huwa binja imponenti li tiddomina l-pjazza tal-Birgu u tmur lura għas-seklu dsatax Sar fuqha xogħol ta’ tindif u restawr tal-gallariji kif ukoll

fuq il-ħadid tal-ferro battuto li huwa biċċa xogħol tal-ħadid vera impressjonanti u li wieħed iktar jistħajlu bizzilla milli ħadid. Bħalissa qed isir restawr estensiv fuq binja storika oħra fl-istess pjazza – Dar it-8 ta’ Settembru. Din id-dar hija s-sede tas-Soċjetà StorikoKulturali Vittoriosa u bħalissa qed isir xogħol ta’ tisbiħ u restawr tat-tliet faċċati tagħha. Il-Kunsill Lokali tal-Birgu wkoll ibbenefika minn dan ixxogħol hekk kif saru xogħlijiet ta’ restawr li laħħqu ż-€2 miljun fil-Berġa ta’ Franza, li hija l-binja li minnha qed jopera dan il-kunsill. La qegħdin nitkellmu fuq ilBirgu, ma nistax ma nsemmix il-proġett ta’ €15-il miljun kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea li permezz tiegħu ġie rrestawrat il-Forti Sant’Anġlu. Dan il-proġett ġie inawgurat fl-aħħar ta’ Ottubru li għadda biex saru diversi laqgħat taċCHOGM fl-istess forti. In-naħa l-oħra tal-Kottonera, fl-Isla, għaddej xogħol intensiv ta’ restawr li għandu jerġa’ jagħti dehra xierqa lill-gardjola tal-Ponta tal-Isla u s-swar talmadwar tagħha. Dan ix-xogħol, li qed isir mid-Direttorat għarRestawr, qed isir b’investiment ta’ €250,000. Fuq il-gardjola, li hija punt ta’ referenza fis-swar ta’ Malta, wieħed jista’ jara mnaqqxin l-għajn, il-widna u l-grawwa, li jirrappreżentaw viġilanza u sens ta’ osservazzjoni biex wieħed jipproteġi l-Port l-Kbir. F’Bormla, minbarra l-proġett tax-xatt, saru diversi xogħlijiet oħra. Nibda bir-restawr fuq ilknisja ta’ Santa Tereża fejn iżżewġ faċċati reġgħu ħadu l-ħajja u qed isebbħu l-inħawi. Bħalissa għaddej xogħol ta’ restawr ukoll fuq wieħed mill-kampnari tal-knisja kolleġġjata ta’ Bormla midDirettorat għar-Restawr b’valur ta’ madwar €150,000. Fix-xhur li ġejjin mistenni li jibda r-restawr tal-kampnar l-ieħor u tal-kumplament talfaċċata prinċipali tal-knisja ta’ Bormla, liema proġett mistenni li jkun jiswa’ madwar €250,000. L-istess direttorat ħa

ħsieb ix-xogħol fuq il-faċċata tal-Oratorju tal-istess knisja li tagħti għal Triq l-Oratorju. Issa dan ix-xogħol qed jitkompla fuq il-faċċata l-oħra li tagħti għal Sqaq l-Oratorju. Barra minn hekk, mistenni li dalwaqt jibda x-xogħol ta’ restawr fuq l-erbgħa faċċati tal-każin talBanda San Ġorġ fi Pjazza Paolino Vassallo. Investiment fil-Kalkara Il-Kalkara wkoll qiegħda tgawdi minn investiment fit-tisbiħ filKottonera, hekk kif se jiżdied post ta’ rikreazzjoni għallpubbliku fiż-żona fejn qabel kien hemm l-Oil Depot. Dan ilproġett se jieħu laqta differenti u moderna hekk kif għall-ewwel darba f ’Malta se jsir ġnien multisensorjali. Dan ifisser li dak li jkun jista’ jesperimenta bis-sensi u jħoss materjali ta’ konsistenzi differenti, bħal injam, ċagħaq u ħamrija. Dan iservi ta’ stimolu għal dawk li jiffrekwentawh, speċjalment tfal żgħar. Dan il-ġnien se jsebbaħ din il-parti tas-swar u ċertament jagħti bixra spettakolari lil din iż-żona li minħabba l-Oil Depot kient tidher mitluqa u żdingata. B’kollox dan il-proġett mistenni li jkun jiswa’ €223,500. Barra minn hekk, ftit tal-jiem ilu ġie inawgurat ix-xogħol fuq iz-zuntier tal-knisja ta’ Santa Liberata li sar b’investiment ta’ €300,000. Dan il-ħemel ta’ xogħol kollu huwa turija ċara ta’ kemm, għal dan il-Gvern, ir-residenti talKottonera huma importanti u li m’għandhomx jibqgħu jiġu stmati daqslikieku kienu ċittadini tat-tieni klassi. Ix-xogħol kollu li sar, qed isir u se jsir, qed ipoġġi dawn l-inħawi fuq il-mappa tatturiżmu f ’Malta. Fil-fatt, qed jiġbdu aktar turisti barranin kif ukoll Maltin, li forsi sa ftit tassnin ilu qajla kienu joħolmu li jżuru dawn l-inħawi. L-investiment fil-lokalitajiet tagħna huwa rigal lir-residenti għax dawn iż-żoni li, wara t-tlestija ta’ dawn il-proġetti ta’ restawr, se jsiru destinazzjonijiet imfittxija, u li jfissru wkoll żieda sostanzjali fil-valur talproprjetajiet tar-residenti.


EDITORJAL

kullħadd.com

06|03|2016 13

www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717

KAMRA TAL-AĦBARIJIET editur@kullhadd.com

2090 1410/413

KUNTATT ĠENERALI editorial@kullhadd.com

2090 1411

SALES U DISTRIBUZZJONI sales@kullhadd.com

2090 1520

GVERN LI GĦAMEL IL-ĠID ANKE META ŻBALJA Li dan il-Gvern għamel l-iżbalji huwa fatt li jafu kulħadd. Hija ammissjoni li għamilha kemm-il darba l-Prim Ministru nnifsu. Wara kollox, liema Gvern qatt kien perfett? Madankollu, hemm differenza kbira bejn dan il-Gvern u gvernijiet Nazzjonalisti preċedenti. Min jgħid li dan ilGvern huwa eżatt bħal ta’ qablu żgur li ma jafx janalizza sew ixxena politika. Dan huwa Gvern li għamel l-iżbalji, ammettiehom, u tgħallem minnhom. Huwa Gvern li għallewwel darba daħħal il-kunċett ta’ responsabbiltà politika. Huwa Gvern li ta eżempju ta’ demokrazija ħajja meta sema’ l-kritika u biddel ir-rotta fuq proġetti importanti. Huwa għalhekk li, anke meta żbalja, dan il-Gvern irnexxielu jagħmel il-ġid. Bl-umiltà u bissens ta’ servizz lejn il-poplu, dan il-Gvern qed jirnexxilu jibdel ilmod li bih taħdem id-demokrazija f ’pajjiżna. Dan ma jfissirx li l-poplu m’għandux jippretendi aħjar. Il-poplu dejjem irid jitlob iktar korrettezza, iktar kontabbiltà, iktar trasparenza, u iktar konsultazzjoni. Huwa hekk biss li nistgħu ntejbu l-operat talpolitika. U l-operat tal-politika jrid jitjieb. Jekk dan ma jsirx, tkun traġedja kbira għad-demokrazija. Madwar id-dinja qed naraw popli jitilfu l-fiduċja fil-klassi politika u fissistema demokratika. Jekk ma naspirawx li nkunu dejjem aħjar, pajjiżna mhuwiex se jkun l-eċċezzjoni. U meta l-poplu jsir ċiniku u jitlef kull interess fit-tmexxija tal-pajjiż, dak kollu li tħabtu għalih missirijietna nkunu rmejnieh fiż-żibel. Dan kollu l-Gvern preżenti jafu tajjeb, u l-evidenza tinsab fil-mod kif aġixxa fit-tliet snin li ilu filpoter. Huwa għalhekk tad-daħk, jew aħjar tal-biki, li l-Partit Nazzjonalista llum se jkun qed jorganizza protesta kontra l-korruzzjoni. Dan huwa l-istess partit li ismu sar sinomimu ma’ governanza mimlija skandli u

nuqqas ta’ kontabbiltà. Dan in-nuqqas ta’ konsistenza min-naħa tal-Partit Nazzjonalista kien evidenti, tista’ tgħid, għal kulħadd. Ġurnalisti u opinjonisti indipendenti rrimarkaw dwar dan il-fatt, u l-midja soċjali rat dulluvju ta’ kummenti li għaddew

passata bid-deċiżjoni tal-Partit Nazzjonalista. U hawn, għal darb’ oħra, reġgħet ħarġet id-differenza l-kbira bejn iż-żewġ partiti. Għall-kuntrarju ta’ dak li għamel Gvern Laburista fl-aħħar tliet snin, il-Partit Nazzjonalista injora

lil kulħadd, għaddas rasu, u baqa’ għaddej bil-pjanijiet li jagħmel mass-meeting f ’nofs leġiżlatura. Baqa’ jippersisti li jsejħilha ‘protesta nazzjonali’, meta l-uniku nies li se jkunu qed jipprotestaw huma n-Nazzjonalisti. L-aħħar ħaġa li se jagħmlu dawk ilpersuni ġenwini li verament iridu politika nadifa hija li jippruvaw jissieltu għaliha spalla ma’ spalla mal-Partit Nazzjonalista. Dawn il-persuni jafu li ġaladarba l-Partit Nazzjonalista jieħu dak li jrid, ċjoè t-tmexxija tal-pajjiż, se jdur fuqhom u fil-pront idawwar l-istallett fuqhom. Il-Prim Ministru ma setax qalha aħjar. Dan huwa Gvern li se jiġġieled il-korruzzjoni, imma żgur mhux se jagħmel dan billi jieħu l-lezzjonijiet mingħand il-Partit Nazzjonalista.


14 06|03|2016

kullħadd.com

ITTRI

SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETTRONIKU editorial@kullhadd.com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tindikaw li qed tibagħtu ittra.

JUM IT-TALKIES

RESPONSABBILTÀ TAT-TRAFFIKU

Sur Editur, Sur Editur, Nagħmel referenza għar-rapport ‘Il-Ġurnata taċ-Ċinema għat-Tfal’ miktub min Carmel Bonnici li ġie ppubblikat fil-gazzetta KullĦadd ta’ nhar il-Ħadd 28 ta’ Frar 2016. F’dan ir-rapport inkiteb li dan l-avveniment ta’ darbtejn fis-sena organizzat mid-distributuri lokali tal-films KRS Releasing Ltd se jsir nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu 2016. Ta’ min ifaħħar din l-inizjattiva ta’ dan l-avveniment li, kif inkiteb fir-rapport, daħal fis-17-il sena tiegħu. Peress li l-ewwel film talkies kien ġie muri nhar is-6 ta’ Ottubru fl-Istati Uniti tal-Amerika, u dan ilfatt kien qabża enormi għall-industrija tal-films madwar id-dinja għax wara ħafna snin l-atturi bdew jinstemgħu jitkellmu matul il-film, f ’dawn l-aħħar snin issuġġerejt li s-6 ta’ Ottubru jkun magħruf bħala Jum it-Talkies u jiġi ċċelebrat bl-istess mod kif tiġi ċċelebrata Il-Ġurnata taċ-Ċinema għat-Tfal. Ta’ min jgħid li s-sena d-dieħla t-talkies se jagħlaq 90 sena. Għalhekk nispera li l-KRS Releasing Ltd tikkunsidra sew is-suġġeriment li s-6 ta’ Ottubru jkun magħruf bħala Jum it-Talkies.

Jista’ jsir xi ħaġa biex jitnaqqsu l-inċidenti li qed iseħħu kważi kuljum fi Triq Hompesch f ’Ħaż-Żabbar, ħdejn it-traffic lights kantuniera ma’ Triq Villabate (il-bypass ta’ Wied il-Għajn)? Spiss, dawn l-inċidenti qed isseħħu minħabba li ċerti sewwieqa li jkunu telgħin minn Wied il-Għajn qegħdin jaqsmu l-karreġġjati biex jieħdu l-fjuwil. Quddiem dan il-post partikulari għandha ssir central strip (mhux double yellow line) biex min ikun tiela’ minn Wied il-Għajn u jrid servizz, idur mal-mina. Qiegħda ssir kontravenzjoni wkoll meta s-sewwieq jiġi biex joħroġ minn din il-pompa biex imur lejn il-Fgura. Dan jaqsam iż-żewġ karreġġjati u jsuq ftit wrong way biex jevita s-central strip tat-traffic lights. Affarijiet tal-ġenn. Mhux biżżejjed li kultant jitpoġġa pulizija. Jien nixtieq li l-awtoritajiet jippubblikaw kemm-il inċident sar f ’sena waħda f ’dan il-lok.

VINCE WILLIAMS, RAĦAL ĠDID

INKWETAT, IL-FGURA

TAĦT ILSIENEK

Fr Mario Attard OFM Cap

Ħbieb, aħna lkoll imsejħa għall-ferħ! U mela biex ngħixu imdejqin!?

Għalkemm naħdem fl-Isptar, tabib m’iniex. Illum, wara ħdax-il sena ħdejn is-sodda talmarid, ngħid mingħajr tlaqliq: “Kieku kelli nerġa’ nitwieled żewġ affarijiet żgur li nagħmel. L-ewwel, nerġa’ nidħol Patri Franġiskan Kapuċċin, u t-tieni, insir tabib. Mhux biex nixxammar, iżda biex naqdi aktar! Ġieli smajt il-frażi “toħodha taħt ilsienek”. Issa din ilfrażi tista’ tirreferi għal tipi ta’ mediċini li jittieħdu taħt l-ilsien. Darba qrajt li meta xi mediċini jittieħdu taħt l-ilsien dawn għandhom rotta aktar diretta lejn id-demm. Mela l-mediċina li tittieħed taħt l-ilsien taħdem aktar malajr u, xi minn daqqiet, aħjar ukoll. Imma, ngħid jien, għaliex taħdem aktar malajr? Minn dak li ssuktajt naqra tgħallimt li meta titpoġġa taħt l-ilsien ilmediċina tevita l-gastrointestinal tract. Dan ifisser li tgħaddi mill-istonku, mill-intestini, mill-fwied għal aktar tisfija, u mbagħad tmur fejn jinħtieġ li tmur. Issa jiena qiegħed ngħid xi qrajt. Tabib m’iniex! Mela toqgħodux fuq kelmti! Staqsu dejjem lit-tobba tagħkom! Dawk għandhom

l-awtorità li jagħtukom parir fuq saħħitkom u mhux jien! Il-Patri! Madankollu, din is-sempliċi tifsira fetħitli orizzonti kbar. Ilkoll kemm aħna jkollna bżonn il-kuraġġ fil-ħajja. Ilkoll ngħaddu minn ħafna problemi u inkwiet. Ajma! L-aktar meta jkollna dawk l-erba’ attakki li jħalluna bla saħħa! Jiġifieri r-rabja, issens ta’ ħtija, il-biża’ u l-anzjetà! (anger, guilt, fear, anxiety; mela ftakar fil-kelma AGFA!). Dawn irridu niġġildulhom. Ma jistax ikun li nħalluhom jikkundizzjonawna! Inkella ħajjitna tassew li ssir miżerja! Veru? X’inhi dik il-ħaġa li lilna se żżommna ’l fuq? Darba ltqajt ma’ persuna nafha. F’dak iljum ħassejt f ’qalbi li nagħtiha ‘ħelwa’. Għalhekk daħħalt idi fil-but taċ-ċoqqa tan-naħa tal-lemin u ħriġt il-borża talplastik mimlija ‘ħelu’. Daħħalt idi fiha u tellajt waħda biżżigarella ħadra. “Ħa! Din għal taħt ilsienek!” għedtilha bi tbissima. Mela jgħaddu daqs ħmistax u l-Imgħallem għoġbu ilaqqagħni magħha. Bdejna nitħaddtu u, f ’ħin minnhom, qaltli: “Isma Patri! Dik ilħelwa kienet għalija!” Fraħt meta smajt hekk! Il-messaġġ

tal-‘ħelwa’, jiġifieri l-messaġġ tal-frażi mill-Bibbja li tajtha, kien proprju għaliha! Il-Mulej laqatha bih! Ammen! Qaltli: “Ħa ngħidlek Patri! Kont għaddejja minn mument iebes u fil-‘ħelwa’ li tajtni kien hemm miktub ‘Jiena miegħek’. Dik ilħelwa għamlitli d-differenza kollha f ’dik il-ġurnata!” Ħbieb, aħna lkoll imsejħa għall-ferħ! U mela biex ngħixu imdejqin? Inkwiet jinqalagħlu kulħadd. Ġieli nġibuh b’idejna, għax aħna bnedmin dgħajfa, u ġieli tort ta’ ħaddieħor ukoll. Imma, hu x’inhu l-każ, ejjew nagħmlu kuraġġ! Li naqbad frażi mill-Kelma ta’ Alla u nitfagħha taħt ilsieni u nsoffha tgħidx kemm tagħmilli ġid! Immaġina, ngħidu aħna, ifettillek tagħżel dan it-tip ta’ ‘ħelwa’ mill-Kelma ta’ Alla: Lilek jien qbadtek minn truf l-art, u sejjaħtlek minn l-ibgħad inħawi tagħha, u għedtlek: “Int il-qaddej tiegħi, jiena ħtartek, u ma rmejtikx.’ La tibżax, għax miegħek jien! La titħassibx, għax Alla tiegħek jien! Jiena nwettqek, jiena ngħinek; inwieżnek billeminija rebbieħa tiegħi! (Iż 41:9-10).” Ejja, għall-argument, ngħidu li tkun għaddejja minn

problemi kbar. U xi ħadd jiltaqa’ miegħek u jagħtik din il-‘ħelwa’ mill-aqwa, li la żżid id-dijabete u lanqas iżżidlek il-kolesterol! U int, fil-qrusa tal-ħajja tiegħek, tibda taqraha. Il-problema għall-ewwel iġġibek żibel. Kemm tħossok mitlufa hux! Imma l-‘ħelwa’, għax tkun taħt ilsienek u tibda’ ssoffha, tgħidlek: Jien qbaddtek minn truf l-art. Ilproblema ġġiegħlek tħossok waħdek, imma l-ħelwa tgħidlek: Sejjaħtlek minn l-ibgħad inħawi tagħha (talart!) Awċ x’gost! Mela m’iniex iżjed waħdi! Il-problema ġġiegħlek tħossok mormija, imma l- ‘ħelwa’ tgħidlek: Ma rmejtikx! Il-problema ġġiegħlek tħossok beżgħan, imma l-‘ħelwa’ tgħidlek: La tibżax, għax jien miegħek! Ilproblema ġġiegħlek tinkwieta fuq li tinkwieta, imma l-‘ħelwa’ tgħidlek: La titħassibx, għax Alla tiegħek jien! Il-problema ġġiegħlek tħossok li għandek toqgħod bilqiegħda u ma tagħmel xejn, imma l-‘ħelwa’ tgħidlek: Jiena nwettqek, jien ngħinek; inwieżnek billeminija rebbieħa tiegħi! Soffha sewwa sieħbi din il‘ħelwa’! Ara li tkun dejjem taħt ilsienek!


TA’ BARRA

kullħadd.com

06|03|2016 15

INDIKAZZJONIJIET ĊARI LIAM GAUCI liam@kullhadd.com

Donald Trump u Hilary Clinton saħħew il-possibbiltà li jiksbu n-nomina tal-partiti rispettivi tagħhom għallpresidenza tal-Istati Uniti wara r-riżultati pożittivi li kisbu f ’eżerċizzju elettorali magħruf bħala ‘Super Tuesday’. Madankollu, dan ir-riżultat ma jagħtihomx iċ-ċertezza matematika li se jkunu huma li jirrappreżentaw lill-partit tagħhom hekk kif għad baqa’ diversi elezzjonijiet statali xi jsiru bejn issa u Ġunju. Kif taħdem elettorali?

is-sistema

L-ewwel nett, ta’ min jispjega kif taħdem is-sistema elettorali li permezz tagħha jintgħażlu l-kandidati talpartiti għall-presidenza talIstati Uniti. Importanti, però, li wieħed jgħid li din hija biss ħarsa ħafifa lejn is-sistema, li hija kumplessa wisq biex tiġi spjegata fid-dettall f ’dan l-ispazju limitat. Ġeneralment, matul is-sena li tippreċedi dik li fiha se ssir l-elezzjoni presidenzjali, li f ’dan il-każ kienet l-2015, diversi individwi jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jitolbu n-nomina ta’ naħa jew oħra wara li jkunu approvati mill-istess partiti. Fix-xhur ta’ wara, huma jipparteċipaw f ’diversi attivitajiet politiċi biex jippruvaw iwasslu l-messaġġ tagħhom. Matul dan ilperjodu, l-unika indikazzjoni tal-livell ta’ suċċess talkampanja tagħhom ikun l-istħarriġ pubbliku. Minkejja li mhux dejjem ikun 100% preċiż, dan l-istħarriġ xorta waħda jkollu impatt kbir fuq il-kandidati fejn uħud minnhom anke jispiċċaw jirtiraw mit-tellieqa qabel l-ewwel skrutinju uffiċjali. Meta jidħlu għas-sena elettorali, f ’kull stat Amerikan u xi territorji jibdew dawk li jissejħu primaries u caucuses li fihom il-membri reġistrati jivvutaw biex jesprimu l-appoġġ tagħhom għal kandidat jew ieħor. Is-sistemi elettorali jvarjaw bejn stat u ieħor, imma normalment ma jsirx permezz ta’ vot għallkandidati diretti. Minflok, il-membri jivvutaw għal delegati li ddikkjaraw l-appoġġ tagħhom għal kandidat. Imbagħad iddelegati li jkunu eletti jkollhom l-opportunità li jmorru filKonvenzjoni Nazzjonali tal-partit fejn jivvutaw għallkandidat favorit tagħhom. Għaldaqstant, il-midja Amerikana ġeneralment ma tikkalkulax is-suċċess ta’

kandidat bil-voti li ġab, imma b’kemm mid-delegati tiegħu ġew eletti. Barra minn hekk, il-partiti għandhom ukoll ammont limitat ta’ dawk li jissejħu ‘super delegates’ li jkunu figuri prominenti tal-partit f ’kull stat u li jkollhom id-dritt awtomatiku li jivvutaw filKonvenzjoni. Dawn iddelegati jistgħu jinkludu membri tal-Kungress u s-Senat, kif ukoll xi uffiċjali politiċi għolja. Kif se naraw aktar ’l isfel, il-partiti għandhom kwota ta’ voti partikolari biex kandidat ikun jista’ jirrappreżentah fl-elezzjoni presidenzjali ta’ Novembru. Minkejja li dawn l-elezzjonijiet se jdumu għaddejjin sa Ġunju, dawk li seħħew nhar it-Tlieta li għadda kienu meqjusin bħala ċentrali f ’dan il-proċess. Dan għax 11-il stat, minn 50, ikkommetta d-delegati tiegħu għall-Konvenzjoni – l-akbar numru ta’ elezzjonijiet f ’ġurnata waħda tul dan l-eżerċizzju. Għaldaqstant, dan ir-riżultat ta indikazzjonijiet ċari ta’ min huwa l-favorit għan-nomina. Sorpriża Mingħajr dubju, kienu l-votazzjonijiet Repubblikani li ġibdu l-interess tal-midja internazzjonali l-aktar. Dan għax ħafna għajnejn kienu fuq Donald Trump, il-biljunarju Amerikan, li fl-aħħar xhur ra l-popolarità tiegħu tiżdied sostanzjalment minkejja l-fatt li kien kemm-il darba fiċ-ċentru ta’ xi kontroversja jew oħra. Għall-bidu, il-kandidatura tiegħu ftit li xejn ittieħdet bis-serjetà għax kien jgħid u jagħmel affarijiet li ma tantx

kienu jitqiesu bħala serji għal persuna li qed ifittex li jasal sal-White House. Madankollu, din l-imġiba mhix tas-soltu spiċċat ħadmet favurih għax ħafna Amerikani jidhru li xebgħu mir-retorika politika attwali u qegħdin ifittxu alternattiva radikali. Fil-fatt, dan kien ikkonfermat f ’Super Tuesday fejn Trump irnexxielu jikseb il-biċċa l-kbira tad-delegati f ’sebgħa mill-ħdax-il stat ikkontestati; jiġifieri Alabama, Arkansas, Georgia, Massachusetts, Tennessee, Vermont u Virginia. Min-naħa l-oħra, l-avversarji ewlenin tiegħu qasmu l-erba’ stati l-oħra bejniethom fejn Ted Cruz ħa Alaska, Oklahoma u Texas, filwaqt li Marco Rubio rebaħ Minnesota. Iż-żewġ kandidati l-oħra, John Kasich u Ben Carson, ma rebħu l-ebda stat; riżultat ħażin ferm li fil-fatt diġà kkonvinċa lil dan tal-aħħar biex jirtira għalkollox mittellieqa għall-presidenza. Tard wisq? Is-suċċess ta’ Trump ħoloq kemxejn tal-paniku fost il-membri tal-Partit Repubblikan b’valuri tradizzjonali. Kif semmejna qabel, sa ftit tax-xhur ilu huwa ma kienx jittieħed bis-serjetà. Però, issa dan l-imprenditur għandu ċans tajjeb li jikseb in-nomina hekk kif diġà għandu f ’idejh 329 delegat mill-1,237 li għandu bżonn għall-Konvenzjoni ta’ Lulju, filwaqt li l-aktar avversarju qribu, Cruz, għandu biss 231. Ħafna Repubblikani tradizzjonali iħossu li l-biljunarju ma jirrappreżentax il-valuri Repubblikani, kemm fejn

tidħol il-politika lokali, kif ukoll dik barranija. Dan ħareġ ċar minn xi diskorsi u intervisti li Trump għamel fejn, fost l-oħrajn, faħħar lill-President Russu Vladimir Putin u ammetta li fil-passat kien ta donazzjonijiet kbar lill-Partit Demokratiku. Għaldaqstant, figuri prominenti tal-Partit Repubblikan spiċċaw fil-pożizzjoni stramba li jikkunsidraw li jibnu kampanja interna biex jirreżistu kandidat tagħhom stess. Madankollu, hemm osservaturi politiċi li qegħdin iħossu li dawn l-elementi tradizzjonali fost ir-Repubblikani ċċaqalqu tard wisq biex jostakolaw lil Trump hekk kif issa dan diġà għandu appoġġ ferm akbar minn dak li għandhom ilkandidati l-oħra. Din is-sitwazzjoni tista’ taġevola lill-kandidat eventwali tal-Partit Demokratiku għax hemm Repubblikani li diġà qalu li jippreferu jivvutaw lilu milli lil Trump. Clinton b’vantaġġ tajjeb L-indikazzjoni li ħarġet mill-votazzjonijiet ta’ nhar it-Tlieta hija li l-kandidat avversarju se tkun Hilary Clinton, li rnexxielha tirbaħ l-istati ta’ Alaska, Arkansas, Georgia, Massachusetts, Tennessee, Texas u Virginia, filwaqt li Bernie Sanders rebaħ biss Colorado, Minnesota, Oklahoma u Vermont. Minkejja dan id-diżappunt riċenti, b’mod ġenerali Sanders mar aħjar milli kien mistenni. Dan is-senatur mill-istat ta’ Vermont huwa anomalija fix-xena politika Amerikana. Normalment,

il-politiċi fl-Istati Uniti jevitaw li jassoċjaw ruħhom ma’ ideat soċjalisti għax, minħabba raġunijiet storiċi, dan it-timbru jiġi marbut ma’ ideat xellugin estremisti li jmorru kontra s-sistema kapitalista li tant hija għal qalb l-Amerikani. Sanders, però, ma ddejjaq xejn jiddikkjara li huwa soċjaldemokratiku. Madankollu, din id-deċiżjoni, minflok il-ħsara mistennija, tidher li spiċċat għamlitlu l-ġdid. Dan għax wasslitu biex jattira s-simpatija ta’ nies li riedu alternattiva għall-politika tradizzjonali, sitwazzjoni simili għal dik ta’ Trump mar-Repubblikani. Però, dan is-suċċess xorta waħda ma jidhirx li se jkun biżżejjed għal Sanders biex jikseb in-nomina għax Clinton diġà għandha 1,058 delegat warajha kkumparati mal-431 tiegħu. Xejn mhu ċert Ilbieraħ kien hemm xi elezzjonijiet oħra fejn irRepubblikani vvutaw f ’Kansas, Kentucky, Louisianna u Maine. Minnaħa l-oħra, id-Demokratiċi vvutaw fl-istess stati biddifferenza li f ’dak tal-aħħar se jivvutaw illum. Sal-ħin tal-pubblikazzjoni ma kienx għadu magħruf ir-riżultat ta’ dawn il-votazzjonijiet. Madankollu, stħarriġ li sar fl-aħħar ġimgħat indika li Trump u Clinton mistennijin ikomplu jkabbru l-vantaġġ li għandhom fuq l-avversarji tagħhom. Wieħed irid jistenna u jara, għax kollox jista’ jseħħ matul kampanja elettorali u għad hemm ammont sostanzjali ta’ delegati li għadhom iridu jintgħażlu miż-żewġ partiti.


16 06|03|2016

kullħadd.com

TA’ BARRA

JIŻVELAW ID-DOKUMENTI

LURA FUQ ID-DINJA

Il-Gvern tal-Istati Uniti żvela diversi dokumenti miktubin minn Osama Bin Laden li waqgħu f ’idejn l-Amerikani fl-operazzjoni militari tat-2 ta’ Mejju 2011 u li swiet ħajjet dan it-terrorista. Jidher li l-parti l-kbira tagħhom kienu miktubin minn Bin Laden fl-aħħar sentejn ta’ ħajtu meta kien moħbi filPakistan. F’dawn l-ittri huwa esprima t-tħassib tiegħu li kien hemm l-ispjuni tal-Punent fi ħdan al-Qaeda u lmeta li ħafna mill-veterani tal-grupp kienu mietu jew inqabdu fl-operazzjonijiet tal-koalizzjoni Amerikana fil-Lvant Nofsani. Huwa xorta waħda baqa’ jħeġġiġhom biex ikomplu l-attakki tagħhom kontra l-Istati Uniti, imma ssuġġerixxa metodi aktar kreattivi minn dawk li ntużaw fil-passat.

L-astronawta Amerikan Scott Kelly rritorna fuq id-Dinja wara 340 ġurnata fl-Ispazju, rekord ġdid għal ċittadin tal-Istati Uniti. Il-vjaġġ lura fuq il-pjaneta tagħna, li dam madwar tliet sigħat u nofs, fit-tmiem tiegħu mhux biss wassal lil Kelly imma anke tliet kosmonawti Russi li rritornaw wara diversi xhur fuq l-istazzjon spazjali internazzjonali. Fost dawn tal-aħħar kien hemm Mikhail Kornienko li, flimkien ma’ Kelly, kien is-suġġett ta’ diversi esperimenti mediċi bil-għan li jkun mifhum l-effett tal-ambjent spazjali fuq il-bniedem fuq medda twila ta’ żmien. Dan qiegħed isir hekk kif l-aġenziji spazjali tal-Istati Uniti u r-Russja qegħdin jippreparaw irwieħhom biex itellgħu lin-nies fuq Mars.

PARLAMENT MAQSUM

EFFETT INTERESSANTI

Aktar kmieni din il-ġimgħa sar magħruf li l-elezzjoni ġenerali Irlandiża talġimgħa l-oħra ħalliet parlament maqsum bejn tliet forzi politiċi kbar, Fianna Fáil, Fine Gael u Sinn Fein. Dan ir-riżultat ħoloq inċertezza kbira fil-pajjiż hekk kif l-ebda wieħed minn dawn il-partiti m’għandu s-saħħa li jifforma gvern waħdu jew mal-alleat tradizzjonali tiegħu. Għaldaqstant, il-ġimgħat li ġejjin se jkunu kkaratterizzati minn negozjati kumplessi wara l-kwinti bit-tama li jintlaħaq il-kompromess li hemm bżonn biex tiġi ffurmata koalizzjoni stabbli. Din ir-responsabbiltà se taqa’ l-ewwel fuq Enda Kenny, il-Prim Ministru attwali tal-Irlanda, li diġà ħabbar li huwa lest li jifforma gvern ma’ kull partit.

Osservaturi politiċi internazzjonali nnutaw effett interessanti li qiegħed ikollu fuq in-Norveġja d-dibattitu li għaddej bħalissa fir-Renju Unit dwar is-sħubija tiegħu fl-Unjoni Ewropea. Dan għax, minkejja li n-Norveġja mhijiex membru tal-Unjoni, hija membru tal-European Economic Area; sħubija li ġġib magħha obbligi legali li qegħdin iġiegħlu lill-pajjjiż jikkontribwixxi mijiet ta’ miljuni fissena fil-baġit tal-Unjoni. Minkejja li dan l-investiment qiegħed jagħtihom aċċess għal diversi benefiċċji ekonomiċi, numru kbir ta’ Norveġiżi qegħdin iħossu li l-kontribut li qed jagħtu lill-Unjoni huwa kbir wisq. Għaldaqstant, xi partiti Norveġiżi qegħdin josservaw il-passi li qiegħed jieħu r-Renju Unit biex jaraw hemmx modi kif anke n-Norveġja tnaqqas ir-rabtiet li għandha mal-Unjoni.

SANZJONIJIET ĠODDA

JIBDA R-REFERENDUM

Il-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti approva serje ġdida ta’ sanzjonijiet kontra l-Korea ta’ Fuq b’reazzjoni għat-testijiet militari li l-Gvern ta’ dan il-pajjiż għamel fl-aħħar ġimgħat. Ewlenin fost il-miżuri li ttieħdu hemm l-introduzzjoni tal-obbligu li l-merkanzija kollha ġejja mill-Korea ta’ Fuq tiġi spezzjonata, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet diretti fuq individwi li għandhom rabtiet kummerċjali ma’ dan il-pajjiż. Minkejja l-fatt li dawn mhumiex l-ewwel sanzjonijiet li ġew imposti fuq dan l-istat Komunista, membri tal-korp diplomatiku infurmati bil-fatti sostnew li huwa mistenni li dawk ta’ din il-ġimgħa jkollhom impatt sostanzjali fuq l-ekonomija tal-Korea ta’ Fuq għax is-severità tagħhom m’għandhiex preċedenti fl-istorja riċenti.

Nhar il-Ħamis li għadda bdiet il-votazzjoni f ’referendum fi New Zealand li permezz tiegħu ċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż se jagħżlu jżommux id-disinn attwali tal-bandiera tagħhom jew imorrux għal disinn alternattiv magħruf bħala s-Silver Fern. Is-sena l-oħra sar referendum preliminari biex jintgħażel l-aktar disinn alternattiv popolari fost ħamsa; votazzjoni li minnha ħareġ rebbieħ is-Silver Fern. Ir-referendum attwali se jkompli għaddej sat-24 ta’ Marzu. Il-Gvern beda dan il-proċess referendarju s-sena l-oħra hekk kif kien tal-fehma li l-bandiera attwali tirrifletti aktar il-passat kolonjali tal-pajjiż milli l-karatteristiki preżenti tiegħu. Madankollu, stħarriġ li sar fix-xhur li għaddew wera li ħafna ċittadini huma kuntenti bil-bandiera attwali.


BIBIEN LI JISPARIXXU?

Dehra tal-bieba kif tkun miftuħa

Il-makkinarju biex tinħadem din is-sistema jiġi installat fil-bagoll Ilkoll smajna u naraw ta’ sikwit karozzi b’saqaf li jinfetaħ, imsejjaħ retractable top, fuq karozzi magħrufa bħala convertible. Kemm kien ikun aħjar li kienu din it-teknoloġija ssir fil-bibien tal-karozzi? Ikunu bosta s-sitwazzjonijiet li ssibha diffiċli biex toħroġ mill-karozza, speċjalment jekk ikun għaddej riħ qawwi u jkollok iżżomm il-bieba biex toħorġ, jew ikollok xi affarijiet f ’idejk. Tkun problema ikbar f ’parkeġġ meta l-ispazji jkunu żgħar ħafna u l-karozzi jkunu viċini ta’ xulxin, sakemm ma ssibx xi kolonna li ma tippermettilekx li tiftaħ il-bieba biex toħroġ komdu. Fil-fatt, it-teknoloġija li ngħatat l-isem ta’ ‘disappearing car door’ ġiet żviluppata mill-kumpanija Jatech fl-1993. Iżda riċentament, fuq diversi sorsi ta’ midja soċjali, reġa’ beda jiċċirkola dan ilvidjow li ġie ppubblikat oriġinarjament fis-snin li għaddew. Sistema tradizzjonali Is-sistema tradizzjonali tal-bibien, toħodna lura sal-1897 fil-Mercedes Benz coupe, fejn il-bieba tkun tikkonsisti f ’żewġ ċappetti lejn innaħa ta’ quddiem tal-karozza u pum in-naħa l-oħra sabiex tiftaħ il-bieba minnu. Saru xi varjanti ta’ din issistema bħall-istess sistema msemmija li saret viċe versa, jiġifieri l-bieba

tinfetaħ minn quddiem tal-karozza minflok minn wara. Insibu wkoll ilbibien sliding, li huma l-iżjed popolari fuq vannijiet, minkejja li riċentament ġew introdotti fuq karozzi żgħar. Karozzi sportivi sarulhom bibien li jinfetħu ’il fuq, b’ċappetti mas-saqaf fost ħafna oħrajn. Teknoloġija ppruvata minn Jatech LLC Kienet il-kumpanija minn California, bl-isem ta’ Jatech LLC li, fl-1993, b’kollaborazzjoni ma’ Ford ħolqot din l-invenzjoni li baqgħet qatt ma kibret fil-popolarità tagħha. Din ilkumpanija twaqqfet biex tippromovi l-invenzjonijiet tagħha, b’dik ewlenija tkun din li ssejħet retractable vehicle door magħrufa bħala disappearing car door jew rotary drop door fost il-ħafna teknoloġiji oħra li din ħolqot. Din it-teknoloġija li tista’ tbiddel diversi karatteristiki, bdiet tiġi żviluppata fid-deċenju li għadda u bis-saħħa t’hekk inkorporat sehem fid-disinn u l-inġinerija minn diversi manifatturi kbar tal-karozzi. Rispons riċenti fis-sit tal-kumpanija li qabeż it-tnax-il miljun viżitatur, enfasizza l-opportunità ta’ bejgħ ta’ din itteknologija ta’ retractable door fuq bażi dinijija fuq diversi vetturi. Dan il-kunċett tal-‘bibien inviżibbli’

nħoloq għal bosta raġunijiet. Fost dawk imsemmija aktar qabel insibu wkoll iżjed faċilità biex toħroġ mill-karozza, hemm ukoll iżjed aċċessibbiltà għas-seats ta’ wara b’mod speċjali jekk ikollok tfal żgħar rekbin hemm. B’sempliċiment għafsa ta’ buttuna minn remote bla wire, il-bieba tinfetaħ bl-istess mod sew jekk tkun trid tirkeb fil-karozza jew inkella toħroġ. It-tieqa li tkun magħluqa, tinfetaħ u l-bieba tinżel f ’kompartament taħt is-seat. B’hekk, l-ispazju bejn il-qiegħ tal-karozza u t-triq jibqa’ dak li jkun. L-ispazju massimu li tirrikjedi biex tkun tista’ tinfetaħ il-bieba huwa biss ta’ 10 pulzieri ħdejn l-ostakolu filġenb. Ħafna jsostnu li din is-sistema tagħmel lill-karozza eħfef fil-piż minn dik li tuża s-sistema tradizzjonali. Iżda ħafna kritiċi jxejnu dan għax, fost ħafna raġunijiet oħra, din tirrikjedi iżjed apparat biex titħaddem din itteknoloġija, bħal muturi apposta. Ħafna irreferew għal din il-karozza bħala transformer, b’mod speċjali meta dehret l-ewwel darba. Oħrajn fakkrithom fit-teknologija ta’ meta televizjoni jinħeba taħt sodda. Għallewwel darba li dehret, ħafna ħasbu li din kienet karozza ta’ għamla Lincoln Mark VIII normali, iżda b’differenza fil-bibien. Ħafna baqgħu mistagħġba

hekk kif b’dik l-għafsa ta’ buttuna ilbieba bħal donnha tisparixxi, u kif terġa’ tingħalaq. Diversi provi Il-proċess tal-iżvilupp ta’ din itteknoloġija kien wieħed estensiv. Għall-bidu, inħadem mudell fuq skala ta’ 1/8 biex jiġu ppruvati l-funzjonijiet bażiċi. Wara s-suċċessi f ’din il-prova, inħadmu l-mudelli bil-qisien veri sabiex jiġi stabbilit lillmanifatturi tal-vetturi x’għandhom jagħmlu biex jinbena dan l-apparat. Jatech sostniet li hija ħerqaqna li toffri din it-teknoloġija lill-pubbliku. Bħala miżura ta’ sigurtà għal min ikun riekeb, is-seats għandhom arm-rest fuq in-naħa tal-bieba. Xi inġiniera f ’dan is-settur isostnu li din it-teknoloġija tista’ tiġi applikata fuq karozzi komuni li għandhom bieba tradizzjonali, iżda jrid jitneħħa l-pilastru tan-nofs peress li din is-sistema tikkombina ż-żewġ bibien ta’ kull ġenb f ’daqqa. Nisperaw li nerġgħu naraw din itteknoloġija sseħħ fil-karozzi li se jiġu manifatturati fis-snin li ġejjin biex jiġu evitati bosta problemi li bibien tradizzjonali joħolqu. Kull min jixtieq jara dan il-vidjow f ’forma ta’ dokumentarju qasir jista’ jżur din il-ħolqa: www.youtube.com/ watch?v=AAtkoje4-eM


18 06|03|2016

kullħadd.com

KAROZZI

2016 GENEVA MOTOR SHOW...

CITROEN E-MEHARI

BI STIL TAL-CONCEPT CAR TA’ COURREGES

Id-ditta famuża tal-karozzi Citroen se tkun qed turi l-mudell il-ġdid tagħha, E-MEHARI, b’disinn fuq stil tal-concept car minn Courreges, fil-Geneva Motor Show ta’ din is-sena. Dan il-mudell huwa frott ilkoperazzjoni bejn iż-żewġ ġganti Franċiżi fis-settur tal-kreattività, li t-tnejn li huma għandhom rekords li jitkellmu waħidhom, fejn irnexxielhom ukoll jirrivoluzzjonaw l-industriji rispettivi tagħhom minn epoka għall-oħra. Dawn il-kumpaniji mhuma ħadd ħlief il-fashion house Franċiża Courreges u s-Citroen innifisha li, bl-ideat tagħhom ilkoll flimkien, waslu għall-prodott finali – dak tas-Citroen E-Mehari. Dan il-mudell enfasizza l-aktar fuq l-ispazju u l-funzjonalità mil-lenti tal-libertà, imżewqa b’kuluri differenti li jiffukaw fuq l-abjad, is-signature colour ta’ Courreges, kif ukoll simbolu tad-dawl. Bla dubju, dan il-mudell se jkun qed idawwal l-istand ta’ Citroen fil-Geneva Motor Show ta’ din is-sena. Imwielda minn twin spirits Madwar 50 sena wara li Mehari deher fix-xena għall-ewwel darba, f ’Mejju tal-1968 (ritratt fir-ritratt), żewġ ditti viżjonarji Franċiżi ngħaqdu flimkien u mbarkaw fuq proġett eċitanti – is-Citroen E-Mehari li

il-kulur abjad, kulur li huwa assoċjat mill-qrib kemm malispirtu tal-Mehari kif ukoll talistil tal-Courreges. Għall-irfinar ta’ kumdità, fuq ġewwa ta’ dan il-mudell hemm ukoll door linings imżewqa b’ġilda bajda, u d-dashboard u s-seats ta’ wara għandhom forma sabiħa kwadra. Il-kulur oranġjo jgħajjat reġa’ tfaċċa filforma tal-vinyl trim eżorbitanti tul id-dashboard u tul ilventilaturi tal-arja. It-taħlita talabjad u l-oranġjo jgħajjat tidher ukoll fuq il-pumi tal-bibien. Dan ikompli jżid mal-fatt li l-isteering wheel huwa single-spoke u monochrome; karatteristiki li jagħmlu lil dan l-isteering wieħed oriġinali ħafna, l-istess bħalma hi l-art tal-karozza miksija bilġilda u twapet bojod. Karozza innovattiva

responsabbli għaliha kienet il-Courreges concept car fejn jidħol stil u disinn. Dan ilmudell huwa bbażat fuq is-Citroen E-Mehari, li kien intwera f ’Diċembru tal-2015, u karozza li hija ispirata mirrevolutionary forebear tagħha. Dan il-mudell huwa allelectric four-seater cabriolet. Karatteristiki sinonimi masCitroen huma l-affarijiet moderni li fiha din il-karozza, flimkien ma’ valuri oħrajn, fosthom li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent, u tinkorpora fiha l-kreattività, il-libertà u l-ottimiżmu, liema valuri ilhom magħna għal dawn

l-aħħar 100 sena permezz tas-Citroen. Simili għal dawn il-valuri hemm dawk ukoll tal-fashion house Franċiża Courreges, li l-kreazzjonijiet moderni u innovattivi li rnexxielha toħloq dejjem offrew karatteristiki moderni u sens ta’ ottimiżmu. Din ilkumpanija rrivoluzzjonat iddinja tal-moda fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet, bl-istess mod li s-Citroen għamlet fiddinja tal-karozzi bil-mudell leġġendarju tal-Mehari, li deher għall-ewwel darba fl-1968. It-tnejn li huma jaqsmu l-ispirtu tal-libertà,

elettrika

u

il-kreattività u l-innovazzjoni. Is-Citroen E-Mehari hija Il-famuż kulur abjad karozza innovattiva, offbeat, ultramoderna u elettrika li Dan il-karozza hija electric car toħroġ minnha ispirazzjoni b’karatteristiki b’saħħithom li mill-ispirtu uniku tal-libertà jinkludu l-vivaċità, il-freskezza artikulat mill-Mehari oriġinali u l-kuluri. Minħabba l-fatt li tal-1968. Din il-karozza wkoll dan il-mudell kien iddinsinajt hija mgħammra bl-aħħar mill-bidu nett tiegħu biex teknoloġija bl-użu ta’ batteriji ikun intrinsikament ta’ LMP (lithium metal polymer), faxxinu, Citroen ma kellha żviluppati mill-esperti Franċiżi l-ebda diffikultà li tagħti fl-inġinerija l-Grupp Bollore. l-libertà kollha lill-Courreges It-top speed tal-karozza jasal sa biex tiddisinja l-karozza bl- 110km/h u l-urban-cycle vehicle interpretazzjoni tagħha. Fil- range hija ta’ 200 kilometru. Biex fatt, il-prodott finali huwa il-batterija tal-istess karozza dak tas-Citroen E-Mehari li tiċċarġja sal-massimu tagħha, bil-logħob tal-kuluri tagħha u tieħu madwar tmien sigħat l-materjali jiffukaw ilkoll fuq b’charging station ta’ 16A (home station jew public station bħallAutolib), jew inkella tlettaxil siegħa 10A minn plakka tad-dawl domestika. Apparti dan kollu, dan il-mudell joffri esperjenza ta’ sewqan unika, mingħajr stress u storbju żejjed. Is-sens uniku tagħha ta’ libertà huwa perfettament adattat għaż-żminijiet moderni tal-lum. Din il-karozza hija wkoll pacesetter ta’ vera. Hija kapaċi għal all-track access, b’chassis high-standing. Il-versatilità u l-karatteristiki stupendi tagħha jagħmluha tidher komda f ’kull tip ta’ pajjiżi, fl-ibliet, kif ukoll ma’ dawk il-villaġġi li qegħdin mal-kosta. Is-Citroen E-Mehari, iddinsinjata u blistil ta’ Courreges concept car, qiegħda hemm bħala parti mill-pjaċir tal-ħajja. Is-sbuħija tagħha hija wkoll megħjuna u appoġġjata mill-użabbiltà biex jinfetaħ angolu totalment ġdid u alternattiv għad-divertiment tas-sewqan, bl-għeruq tiegħu jkunu f ’wieħed mill-aktar valuri maqsum bejn is-Citroen u l-Courreges – dak talottimiżmu.


KAROZZI

kullħadd.com

06|03|2016 19

TOYOTA C-HR

Fl-ewwel debutt tagħha filGeneva Motor Show ta’ din is-sena, is-C-HR se tgħati lil Toyota preżenza ġdida fissuq ta’ crossovers. Il-karattru uniku tas-CHR juri ċar il-flessibbiltà ta’ Toyota New Global Architecture (TNGA) għalliżviluppaturi tal-vetturi fittliet żoni ewlenin ta’ disinn, saħħa u dinamiċità. Bħala riżultat, is-C-HR se tibqa’ ġġorr il-fatturi ġenerali ta’ concept car li attiraw ħafna attenzjoni tal-pubbliku f ’Pariġi fl-2014 u Frankfurt fl-2015. Dan il-mudell iġorr miegħu innovazzjoni f ’dan issettur bl-intorduzzjoni ta’ hybrid powetrain. Billi dan jiġi mgħammar bl-aħħar verżjoni ta’ 1.8L hybrid system, l-esperjenza tas-sewqan hija mqabbla ma’ livell ta’ effiċjenza li qatt qabel ma dehret fis-settur tal-crossovers. Disinni rari Is-C-HR introduċa stil distintiv li jinkludi body b’tema isiprata minn arkitettura ta’ djamant b’wheel

arches li jipproġettaw fl-erba’ kantunieri biex jenfasizzaw is-saħħa u r-riġidità ta’ dan il-crossover ġdid. L-istruttura modulata tas-C-HR, tikkumbina is-saħħa ta’ body baxxut u l-ispazju evidenti mill-art b’kabina żgħira u ħelwa li tixbah lil dik ta’ coupe. Il-faċċatta tirrappreżenta żvilupp ta’ identità fiddisinn ta’ Toyota f ’dawk li

STORAGE SYSTEMS LTD TINGĦAQAD MA’ DEBONO GROUP

Id-Debono Group of Companies, li jinkludu Michael Debono Ltd, Debono Commercials, Debono Used, Tyre Hub, Debono Fleet Solutions u iMovo Ltd, għandu l-pjaċir iħabbar li għadu kif xtara Storage Systems Ltd. Storage Systems ġiet imwaqqfa 25 sena ilu u llum hi kkunsidrata bħala kumpanija prominenti tal-ixkaffar industijali u domestiku. Michael Debono, id-Direttur ta’ Debono Group, fisser l-entużjażmu kif Debono Group biħsiebhom ikomplu jinvestu biex jiżviluppaw ilkumpanija: “Aħna kuntenti li xtrajna kumpanija li tħares lejn il-klijent kif inħarsu lejh aħna. Storage Sytems twaqqfet fuq pedamenti u valuri sodi u magħmula minn grupp ta’ ħaddiema kompetenti u mħarrġa sew fil-qasam ta’ kull tip ta’ xkaffar. Biħsiebna nkomplu bil-ħaddiema kollha li hemm għax inqisuhom bħala vitali għas-suċċess ta’

Storage Systems.” Michael Debono semma wkoll li l-kumpanija se żżid aktar ħaddiema ma’ dawk li hemm. “Debono Group diġà hi midħla tassettur tal-ixkaffar. Infatti, lestiet xi proġetti lokalment; l-aqwa fosthom maħżen ta’ distribuzzjoni b’sistema semiawtomatika li fih aktar minn 15,000 pallet. Storage Systems hija żieda strateġika fil-qafas ta’ dak li joffri Debono Group lill-klijenti. Storage Systems taqbel ħafna mal-attività kurrenti ta’ Debono Commercials li ilha żmien tforni s-suq b’forklifters Toyota u tagħmir għallimħażen. Aħna nagħrfu wkoll ixxogħol siewi li għamlu s-sidien oriġiniali, Anthony Bartolo, Anthony Guillaumier u Adrian Mifsud, biex bnew il-kumpanija fuq is-sisien sodi li għandha llum, b’rappreżentanza ta’ prodotti ta’ xkaffar magħrufa bħal Dexion u Metalsistem.”

huma Under Priority u Keen Look. Il-gradilja hija kemxejn mgħollija mill-emblema ta’ Toyota, b’dehra aggressiva filfanali li jduru mal-kantunieri ta’ quddiem. Il-bozoz tal-fanali huma LED, inkluż l-indicators, biex jagħtu lis-C-HR il-firma unika fid-dehra tiegħu. Aktar ’l isfel, il-bumper huwa b’dehra tridimensjonali u integrat

mal-wheel flairs, filwaqt li l-gradilja t’isfel issaħħaħ l-istanza wiesgħa u ferma tiegħu. Il-moviment fid-disinn tarrocker panel jinsab bejn ir-roti ta’ quddiem u wara, flimkien ma’ shoulder axis li jinsab minn quddiem sa wara jenfasizza fast-looking, u lift-up feel tal-body ħafif. Id-dehra ta’ coupe hija msaħħa fil-pumi tal-bibien ta’

wara mqabbdin mal-pilastru ta’ wara u l-projezzjoni b’saħħitha tas-saqaf li tibqa’ sejra sa spoiler fuq wara. Fuq wara, il-kabina li tiġi tapered (għall-ponta), tintegra mal-bieba ta’ wara, filwaqt li l-bagoll jibqa’ sikur. Dan jikkuntrasta ħafna mad-disinn tal-wheel arches biex jagħtu lil dan il-crossover ġdid pożizzjoni wiesgħa u b’saħħitha ħafna. Ma jonqosx li d-dwal ta’ wara wkoll ikun mgħammar b’LEDs biex ikomplu jagħtu espressjoni aggressiva fiddehra tagħhom. Din il-karozza hija riżultat ta’ koperazzjoni globali bejn ċentri ta’ disinjaturi fi tliet kontinenti u kienu mmexxija minn Project Cheif Designer Kazuhiko Isawa. Id-dehra oriġinali minn barra ġiet iddisinjata minn Calty, studio ta’ disinjaturi ta’ Toyota li jinsab f ’California. Għal iżjed informazzjoni dwar din il-crossover u karozzi oħra ta’ Toyota, wieħed huwa mħeġġeġ iżur ix-showroom ta’ Toyota fi Triq l-Imdina ĦażŻebbuġ, iżur il-paġna fuq Facebook Toyota Malta, jew iċempel 2269 4000.


20 06|03|2016

kullħadd.com

LOKALI

EJJEW NAZZJONALISTI! Tkompli minn paġna 1

u bażużli Nazzjonalisti, u żidiet ta’ miljuni fil-pagi bil-moħbi. Illum il-Partit Nazzjonalista se Dawn huma biss qatra f ’oċean jkun qed “jipprotesta” kontra dik ta’ dak li Busuttil irid iwieġeb li qed isejjaħ bħala korruzzjoni. għalih bħala l-Kap tal-PN illum. Dan se jagħmlu wara 25 sena ta’ Mhux ta’ b’xejn li Simon konsulenzi ta’ miljuni ta’ ewro Busuttil huwa skomdu ħafna b’direct orders, ħatriet bla rażan jitkellem dwar Malta ta’ qabel f ’bordijiet ta’ kandidati, uffiċjali l-2013. U dan minkejja li huwa

SIMON BUSUTTIL

SE NMEXXI L-PROTESTA GĦAX • Taħt il-PN il-kumpanija tiegħi Europa Research and Consultancy ingħatat b’aktar minn €1.2 miljun f ’konsulenzi b’direct orders. • Taħt il-PN id-ditta talavukati tiegħi Ganado Sammut Advocates ingħatat b’€240,000 f ’konsulenzi, ħafna minnhom b’direct orders. • Fl-1999 inħtart Kap tal-MIC bħala person of trust mingħajr ebda sejħa pubblika u kelli salarju ta’ €40,764, minbarra karozza, fjuwil u mowbajl. • Meta ġie jkellimni l-whistleblower t’Għawdex, minflok bgħattu għand ilPulizija, għidtu biss “X’fettillek? Ma kontx taf li se nitilfu l-elezzjoni ġenerali?”

BEPPE FENECH ADAMI SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX • Kont assistent parlamentari fi żmien GonziPN u tħallast mal-€130,000. Fir-rapport tat-telfa tal-PN kien intqal li l-perċezzjoni kienet li l-assistenti parlamentari nħatru biex ikunu aġevolati wħud mill-backbenchers li ma ġewx maħtura ministru jew segretarju Parlamentari. • Fil-Parlament iddikjarajt li fil-bank għandi €652,000 u għandi wkoll €295,000 f ’bonds. • Wara li Simon Busuttil sar Kap tal-PN, mid-Dar Ċentrali tkeċċew ħafna ħaddiema għax kien hemm djun ta’ €8 miljun. Issa daħħalt jaħdem mal-PN lil ħija Michael, li meta kien Sindku ta’ Birkirkara min-naħa tiegħu wkoll għamel ħafna djun lill-Kunsill.

TONY ABELA

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Meta kont segretarju parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bqajt nara n-nies fl-uffiċċju privat tiegħi ta’ nutar bi ksur tal-kodiċi ta’ etika għall-membri tal-Kabinett. • Fi Frar 2006 ixxandret anke telefonata ta’ persuna tagħmel appuntament miegħi fl-uffiċċju privat tiegħi fir-Rabat. Imbagħad ixxandru filmati tiegħi dieħel fl-uffiċċju tiegħi għal dan l-appuntament f ’ħin li suppost kont qiegħed niddedikah kollu għal xogħol tal-Gvern. • Fl-aħħar dikjarazzjoni tiegħi tal-assi bħala segretarju parlamentari kont iddikjarajt li bqajt indaħħal eluf ta’ ewro fis-sena mill-uffiċċju privat tiegħi ta’ nutar. • Fl-aħħar dikjarazzjoni tiegħi tal-assi bħala segretarju parlamentari kont iddikjarajt li l-bank għandi €450,000 waqt li kelli nieħu kważi €1 miljun bħala self differenti li għamilt.

stess kien Viċi Kap f ’dan iżżmien. Simon Busuttil irid li huwa jiġġudika lil kulħadd iżda fl-istess ħin ma jrid lil ħadd jiġġudika lilu u lill-eksministri Nazzjonalisti għal dak li għamlu meta għal snin sħaħ kienu huma fit-tmexxija tal-pajjiż. Għalhekk Busuttil qed jimxi b’żewġ uċuħ,

għax m’għandu ebda kredibbiltà biex jagħti l-lezzjonijiet. F’dan il-kuntest il-KullĦadd illum qed tippubblika lista ta’ mistiedna speċjali li mingħajr dubju llum se jingħaqdu ma’ Simon Busuttil, għax bħalu huma kollha xempji ta’ korrettezza liema bħalha.

mario de marco

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Id-ditta legali tiegħi Demarco & Associates, mill2004 ’il quddiem, ingħatat konsulenza legali mill-Malta Enterprise anke meta kont fil-Kabinett; kuntratt li baqa’ jiġġedded kull tliet snin u li tiegħu tħallasna mal-€75,000. • Taħt GonziPN biddilt il-karozza uffiċjali tiegħi tliet darbiet, minn BMW 528 għal Peugeot 607 u għal Mercedes Benz E200 bi spiża ta’ €120,000. • Bqajt qatt ma tajt lura €100,000 miż-żieda ta’ €500 fil-ġimgħa li ħa l-Kabinett kollu Nazzjonalista. • Iddefendejt fil-Qorti lil kumpaniji rreġistrati f ’Malta u li kellhom illiċenzji tagħhom irtirati minħabba li kienu qed jiġu investigati għarrabtiet tagħhom ma’ xibka internazzjonali ta’ kriminalità mmexxija mill-Mafja. • Fil-Parlament iddikjarajt li fil-bank għandi €24,000

MARTHESE PORTELLI SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX • Fl-istess ħin li kont President tal-PN kont ukoll direttur tal-WasteServ u xorta ngħatajt travelling allowance b’żieda mal-onorarja tiegħi minkejja li fis-sena 2012, minn 11-il laqgħa tal-bord taddiretturi, attendejt laqgħa waħda biss u kont skużata għaxar darbiet. B’kollox mill-WasteServ tħallast €31,000.

CHARLO BONNICI

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Kont person of trust bħala membru tas-segretarjat privat tal-eks-Ministru Louis Galea. • Kont chairman tal-kumitat li kien jieħu ħsieb il-kanzunetta Maltija għall-Eurovision. • Kont assistent parlamentari fi żmien GonziPN u tħallast mal€130,000. Fir-rapport tat-telfa tal-PN kien intqal li l-perċezzjoni kienet li l-assistenti parlamentari nħatru biex ikunu aġevolati wħud mill-backbenchers li ma ġewx maħtura ministru jew segretarju parlamentari. • Fil-Parlament iddikjarajt li fil-bank għandi €105,000 u €65,000 f ’bonds u investment plan.

frederick azzopardi SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Kont assistent parlamentari fi żmien GonziPN u tħallast mal-€130,000. Fir-rapport tat-telfa tal-PN kien intqal li l-perċezzjoni kienet li l-assistenti parlamentari nħatru biex ikunu aġevolati wħud mill-backbenchers li ma ġewx maħtura ministru jew segretarju parlamentari.


LOKALI

kullħadd.com

TONIO FENECH

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Il-Ministeru tal-Finanzi mmexxi minni kien jagħti miljuni ta’ ewro f’direct orders. • Jum biss qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali li għaddiet approvajt ftit iktar minn €400,000 fi ħlasijiet pendenti ta’ direct orders mogħtija lil kumpanija partikolari tal-komunikazzjoni; ħlasijiet li kienu jmorru lura tliet snin. • Fl-aħħar ftit żmien ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali bil-barka tiegħi ġew kommessi ’il fuq minn €3 miljun mill-Fond għall-Kawżi Ġusti. Ittotal kollu ta’ flus f ’dan il-fond li s-soltu jservu għal sentejn sħaħ. • Il-Gvern xtrali karozza għal €29,000; jien xtrajtha mingħand il-Gvern għal €2,000 u mbagħad tfajtha għall-bejgħ għal €8,000. • Bqajt qatt ma tajt lura €100,000 miż-żieda ta’ €500 fil-ġimgħa li ħa l-Kabinett kollu Nazzjonalista. • Fil-Parlament iddikjarajt li fil-bank għandi €24,500.

FRANCIS ZAMMIT DIMECH SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Bejn l-2008 u l-2012, wara li ma sirtx ministru għamluni l-ewwel Chairman tal-Kumitat li jistudja l-abbozzi talliġijiet, u iktar tard inħtart chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej minn fejn daħħalt b’kollox mal-€120,000. • Fi tliet xhur li għamilt ministru taħt GonziPN, l-ispiża medja talfjuwil fuq il-karozza uffiċjali tiegħu kienet ta’ €105 fil-ġimgħa. • Fil-Parlament iddikjarajt li fil-bank għandi €259.

robert arrigo

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Kont assistent parlamentari fi żmien GonziPN u tħallast mal-€130,000. Fir-rapport tat-telfa tal-PN kien intqal li l-perċezzjoni kienet li l-assistenti parlamentari nħatru biex ikunu aġevolati wħud mill-backbenchers li ma ġewx maħtura ministru jew segretarju parlamentari. • Fil-Parlament iddikjarajt li għandi €110,000 fil-bank u €442,000 f ’insurances.

george pullicino

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Meta kont kandidat Nazzjonalista fl-1995 intgħażilt bħala l-ewwel CEO tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. • Bħala ministru biddilt il-karozza uffiċjali tiegħi tliet darbiet minn BMW għal Mercedes u wara mill-ġdid għal BMW bi spiża ta’ €70,000. • Bħala ministru kelli impjegati miegħi 41 person of trust bi spiża ta’ €1 miljun fis-sena. • Bqajt qatt ma tajt lura €100,000 miż-żieda ta’ €500 fil-ġimgha li ħa l-Kabinett kollu Nazzjonalista. • Fil-Parlament iddikjarajt li fil-bank għandi €3,700.

TONI BEZZINA

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Fl-istess ħin li kont kandidat tal-PN u president tal-PN fiż-Żurrieq sfurzajt ħaddiema tal-Gvern jieħdu ġurament falz għand nutar fil-preżenza tiegħi dwar xogħol ta’ tibjid li kienu tqabbdu jagħmlu minni fil-każin Nazzjonalista taż-Żurrieq.

06|03|2016 21

JASON AZZOPARDI

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• L-Awditur sab li meta kont responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet kien hemm indħil żejjed min-naħa tiegħi dwar allokazzjoni ta’ garaxx f ’Santa Luċija – lokalità fid-distrett tiegħi. • Kien hemm okkażjonijiet fejn injorajt pariri tal-esperti dwar valutazzjoni ta’ artijiet bil-konsegwenza li l-kumpens mogħti kien eluf ta’ ewro aktar minn dak stabbilit mill-istess esperti. • Bqajt qatt ma tajt lura €100,000 miż-żieda ta’ €500 fil-ġimgħa li ħa l-Kabinett kollu Nazzjonalista.

chris said

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Bħala segretarju parlamentari biddilt il-karozza uffiċjali tiegħi ħames darbiet minn BMW għal Peugeot, għal Peugeot oħra, għal Citroen u għal Audi. L-ispiża fuq il-karozzi li kelli kienet ta’ €75,000. • Bqajt qatt ma tajt lura €100,000 miż-żieda ta’ €500 fil-ġimgħa li ħa l-Kabinett kollu Nazzjonalista. • Kont naf bil-każ tal-whistleblower ta’ Giovanna Debono iżda m’għamilt xejn, ħlief li għedt lill-whistleblower li se ngħinu kif nista’. • Fil-Parlament iddikjarajt li fil-bank għandi €130,000.

GIOVANNA DEBONO

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Żewġi huwa akkużat li kien il-moħħ wara l-iskandlu tax-xogħlijiet għall-voti f ’Għawdex meta jien kont ministru għal Għawdex u jien kont naf b’dak kollu li kien għaddej. • Bqajt qatt ma tajt lura €100,000 miż-żieda ta’ €500 fil-ġimgħa li ħa l-Kabinett kollu Nazzjonalista. • Fi żmien tliet snin biss bħala eks-Ministru nxtrawli żewġ karozzi ġodda BMW biex nużahom bħala l-karozzi uffiċjali tiegħi. L-ispiża sħiħa fuq dawn il-karozzi kienet ta’ kważi €100,000.

CENSU GALEA

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Taħt GonziPN kont membru parlamentari tal-PN, deputat speaker u magħżul bħala person of trust biex inkun chairman tal-Kumitat Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini. B’kollox daħħalt ftit inqas minn €200,000 • F’Mejju 2007 ixxandru sensiela ta’ konverżazzjonijiet tiegħi ma’ numru ta’ kanvassers fl-uffiċċju tiegħi f ’San Pawl il-Baħar, fejn ammettejt li kont naf li fl-ADT, meta din kienet taqa’ taħt ir-responsabbiltà politika tiegħi, kien hemm għanqbuta t’abbużi, iżda ma stajt nagħmel xejn.

CLAUDIO GRECH

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Kont person of trust bħala membru tas-segetarjat privat tal-eks-Ministru Austin Gatt. • Kif spiċċajt minn ma’ Austin Gatt, Gatt innifsu ħatarni chairman tal-MITA fejn tħallast mas-€60,000, u fl-istess ħin il-MITA nefqet €35,000 fuq il-karozza li kelli. • Meta kont chairman tagħha, il-MITA tat mal-miljun ewro f ’konsulenzi permezz ta’ direct orders. • Fil-Parlament iddikjarajt li fil-bank għandi €14,700, għandi wkoll €114,000 f ’shares u investimenti u dħul ta’ €81,500 bħala shareholder ta’ kumpanija.


22 06|03|2016

kullħadd.com

LOKALI

IL-MAGĦŻULIN TA' BUSUTTIL UKOLL SE JATTENDU... david gonzi

PETER FENECH

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Meta missieri kien PM, il-kumpanija tiegħi kienet tingħata

d-direct orders mill-Gvern, anke mill-uffiċċju ta’ missieri stess f ’Kastilja. Ingħatajna iktar minn €30,000 f ’konsulenzi. • Involut f ’kumpaniji fejn kien hemm involuti wkoll persuni meqjusa millPulizija Taljana bħala l-imħuħ li għan-nom tal-Mafja kienu qed imexxu xibka internazzjonali t’attivitajiet illegali.

• Jien ħabib kbir ta’ Simon Busuttil tant li għal 13-il sena kont • • •

noel buttigieg scicluna SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Taħt il-PN kont għal ħafna drabi magħżul ambaxxatur bħala

• Kif spiċċajt minn ambaxxatur fl-2008, GonziPN poġġieni segretarju tal-

person of trust u b’kollox, bħala ambaxxatur, tħallast mas-€700,000.

bordijiet tal-Enemalta, ARMS Limited, il-Korporazzjoni għas-Servizzi talIlma, l-Awtorità Marittima Maltija, l-ADT, Transport Malta u tal-kumitat tal-awditjar ta’ Transport Malta minn fejn tħallast €150,000 oħra. • F’Ġunju 2013 Simon Busuttil ħatarni biex inkun fuq il-kummissjoni għallgħażla tal-kandidati tal-PN.

sieħeb miegħu fid-ditta legali Ganado & Sammut Advocates u ngħatajna ħafna direct orders. Għadna sħab flimkien fil-kumpanija Gansam Holdings Ltd. Taħt il-PN tpoġġejt bħala person of trust fuq il-bord tal-Fondazzjoni għallIskejjel t’Għada, u kont chairman tat-Teatru Manoel u chairman ta’ Dar ilMediterran għall-Konferenzi, minn fejn daħħalt aktar minn €200,000. Taħt il-PN ingħatajt €80,000 f ’konsulenzi legali mill-Kunsill Malti għall-Isport, mill-MCAST, mill-ETC, mill-eks-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, mill-Gozo Channel u mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza. Marti kienet magħżula mill-PN bħala person of trust ukoll biex isservi bħala chairperson tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol. Simon Busuttil ikkonfermani għal darba darbtejn bħala rappreżentant talPN fuq il-bord tal-Awtorità tax-Xandir kemm ilu jmexxi l-PN. Illum jien l-avukat tal-Partit Nazzjonalista.

JOSEPH ZAMMIT MAEMPEL SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

GEGE GATT

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Meta missieri Austin kien ministru, l-kumpaniji tiegħi ngħataw b’€113,000 f ’kuntratti mill-Gvern, anke b’direct orders.

ANN FENECH

• Taħt il-PN id-ditta legali tiegħi GVTH ingħatat għal snin sħaħ eluf ta’ ewro f ’konsulenzi.

• Taħt il-PN kont membru fil-bordijiet tal-MIMCOL, il-Malta Government

Investments Ltd, il-Malta Development Corporation, l-Air Malta u l-Azzurra Air. • Taħt il-PN kont chairman fost oħrajn tal-Lotteries and Gaming Authority. • Niġi ħu l-mara ta’ Austin Gatt. • Simon Busuttil ikkonfermani bħala rappreżentant tiegħu fuq ilKummissjoni Elettorali.

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Taħt GonziPN id-ditta legali li mmexxi ngħatat aktar minn €1 miljun f ’konsulenzi kważi kollha b’direct orders.

• Kont nitħallas €160 s-siegħa.

caroline galea

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Waqt li kont kandidata tal-PN kont ukoll direttur fl-Awtorità

GEORG SAPIANO SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

tat-Trasport, membru tal-Bord ta’ Appell tal-istess Awtorità, membru talKunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur u membru fuq il-Bord tal-Appell dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.

• Taħt GonziPN id-ditti legali tiegħi ngħataw b’mill-inqas €900,000 f ’konsulenzi, ħafna minnhom b’direct orders.

edwin vassallo

AUSTIN WALKER

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Taħt GonziPN intgħażilt bħala person of trust mill-Prim

Ministru, ħabib personali tiegħi, biex inkun chairman tal-MEPA, fejn tħallast €93,000 fis-sena f ’salarju biss u l-MEPA ħallset €52,000 oħra fi spejjeż tiegħi f ’kontijiet tat-telefown, fuq il-karozza, il-mowbajl u l-internet fid-dar tiegħi u spejjeż ta’ servizzi fi sptar privat. B’kollox swejt lill-MEPA aktar minn nofs miljun ewro.

VICTOR SCERRI

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Wara li fl-2009 kont involut f ’kontroversja kbira dwar il-bini

ta’ villa fil-Baħrija, f ’ODZ, Simon Busuttil bħala Kap tal-PN innominani bħala rappreżentant tiegħu fuq il-Kummissjoni Elettorali.

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Fl-2006, waqt li kont segretarju parlamentari responsabbli mis-

self employed, bgħatt lill-mara tiegħi l-Italja f ’isem in-negozju tal-familja fuq programm iffinanzjat mill-UE u mmexxi mis-segretarjat tiegħi stess. Kelli kull dritt induq biċċa mill-kejk li ħmejt jien stess. • Wara li ma nħtartx fil-Kabinett, bejn l-2008 u l-2012 għamluni chairman talKumitat għall-Affarijiet Soċjali minn fejn daħħalt mal-€110,000.

trevor degiorgio

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Kont naħdem bħala assistent parlamentari ta’ Simon Busuttil

bħala MEP, mort naħdem fid-ditta legali ta’ Simon Busuttil Ganado & Sammut Advocates u eventwalment spiċċajt dħalt naħdem mal-Gvern malLotteries and Gaming Authority.


kullħadd.com

LOKALI

alan camilleri

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Taħt GonziPN, fost ħafna affarijiet oħra, inħtart chairman tal-

Malta Enterprise bħala person of trust. • L-ispiża li għamlet il-Malta Enterprise f ’salarji, safar u ikliet tiegħi fuq medda ta’ erba’ snin laħħqet kważi €400,000. • Qabel il-Malta Enterprise kont naħdem bħala person of trust fis-segretarjat privat tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi. • Ħija huwa Ivan Camilleri, ġurnalist ta’ The Times.

06|03|2016 23

louis cuschieri

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Wara li kkontestjat ħafna elezzjonijiet ġenerali mal-PN taħt

Gonzi PN, inħtart bħala person of trust fuq xejn inqas minn seba’ bordijiet differenti, fosthom tal-ETC, l-Air Malta u bordijiet taħt id-Dipartiment talGvern Lokali, minn fejn daħħalt mal-€145,000.

andrew borg cardona richard cachia caruana SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Bejn l-2004 u l-2012 bħala ambaxxatur għall-UE daħħalt aktar minn €1 miljun f ’salarji u perkaċċi oħra.

• Meta fl-2012 kont sfiduċjat mill-Parlament, ingħatajt pakkett totali ta’

aktar minn kwart ta’ miljun ewro u Lawrence Gonzi għamilni konsulent personali tiegħu.

richard muscat

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Bejn l-1999 u l-2008 inħtart konsulent, maniġer tal-Voice of

the Mediterranean u ambaxxatur bħala person of trust. Tħallast mal-€400,000.

• Wara l-2008, Lawrence Gonzi mbagħad għamilni wkoll konsulent personali tiegħu.

• Simon Busuttil issa għażilni biex immexxi l-fergħa tal-ekskandidati tal-PN.

rita mifsud SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX • Kont sieħba ma’ Simon Busuttil f ’Ganado & Sammut

Advocates, kunsilliera tal-PN fin-Nadur u membru tal-Eżekuttiv talMoviment Nisa Partit Nazzjonalista. • Poġġewni bħala person of trust fuq il-bord tal-Gozo Channel u fuq il-bord ta’ Dar il-Mediterran, u għażluni bħala konsulenta legali għal Dar ilMediterran u għall-Aġenzija Appoġġ.

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Ingħatajt ħafna kuntratti ta’ konsulenza legali taħt il-PN, anke

b’direct orders. L-istess ingħata l-kollega tiegħi Peter Caruana Galizia, ir-raġel tal-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia. • Wara li ilni għal snin sħaħ nikteb kontra l-Labour fuq The Times bħala IM Beck, dan l-aħħar qed ningħata ħafna spazju fuq Net TV biex nattakka lillLabour anke hemm.

brian st john

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Wara li kont naħdem bħala person of trust fis-segretarjat privat

ta’ Lawrence Gonzi, inħtart Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi fejn daħħalt mat-€80,000 fis-sena. • Simon Busuttil imbagħad, bħala Kap tal-PN, ħatarni Kap Eżekuttiv talMedia.link Communications.

chris scicluna

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Wara ħames snin naħdem ma’ Net TV, mort naħdem bħala

person of trust fis-segretarjat privat tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin; żmien li matulu kont anke elett bħala Segretarju Ġenerali tal-Moviment taż-Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista. • Wara, taħt il-PN fil-Gvern, inħtart konsulent mal-Fondazzjoni għasServizzi Mediċi. • Bħala Kap tal-PN Simon Busuttil poġġieni membru ta’ kummissjoni biex tanalizza l-finanzi tal-PN u ħatarni bħala rappreżentant tiegħu fuq l-Awtorità tax-Xandir.

jeanine giglio

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Kont sieħba ma’ Simon Busuttil f ’Ganado & Sammut

Advocates u ngħatajt kuntratt għal servizz ta’ konsulenta mal-ministeru responsabbli mill-qasam soċjali u poġġewni bħala membru fil-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura.

simon galea testaferrata SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

mark portelli

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, meta bħala person of trust kont

chairman tal-Grand Harbour Regeneration Corporation, Transport Malta, l-ADT u l-Awtorità Marittima, dawn taw mal-€40 miljun f ’konsulenzi, anke permezz ta’ direct orders, fost oħrajn lil numru ta’ ditti legali mmexxija minn nies magħrufa għall-appoġġ tagħhom lill-PN. • Wara l-ħatra tiegħu bħala Kap, Simon Busuttil għażilni biex inservi fuq kummissjoni dwar il-finanzi tal-PN.

• Kont sieħeb professjonali ma’ Simon Busuttil f ’Ganado &

Sammut Advocates u, taħt gvernijiet Nazzjonalisti, għamluni chairman talbord tal-kummissarji speċjali, kont fil-bord tal-koperattivi bħala segretarju u għażluni wkoll bħala konsulent mal-Ministeru għall-Ekonomija u malMinisteru għall-Kompetittività u l-Komunikazzjoni.

stefano mallia

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Jien ħabib personali ta’ Simon Busuttil, tant li l-kumpanija

karl borg

SE NIEĦU SEHEM FIL-PROTESTA GĦAX

• Bħala eksimpjegat tal-Partit Nazzjonalista ngħatajt b’kemm

jiswew €800,000 f ’kuntratti ta’ xogħol taħt il-PN fil-Gvern, ħafna minnhom permezz ta’ direct orders.

Europa Research and Consultancy Services Ltd, li ngħatat b’aktar minn €1.2 miljun f ’konsulenzi b’direct orders mill-PN fil-Gvern, kienet joint venture bejn id-ditta legali ta’ Simon Busuttil Ganado Sammut & Associates u l-kumpanija tiegħi EMCS Ltd. • Il-kumpanija tiegħi EMCS Ltd ingħatat ukoll ħafna xogħol ta’ konsulenza meta l-PN kien fil-Gvern. • Jien ħriġt mal-PN għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew wara li Simon Busuttil sar Kap tal-PN.


KALEJDOSKOPJU

24 06|03|2016

kullħadd.com

Fatti miġbura minn

CHARLES B.

SPITERI

ĠRAW BĦAL-LUM

1816: 1886: 1896: 1899: 1906: 1918: 1921: 1924: 1930: 1940: 1951: 1957: 1959: 1960: 1961: 1962: 1964: 1964: 1965: 1967: 1974: 1975: 1982: 1984: 1985: 1992: 1992: 1997: 1998: 2013: 2013: 2014: 2015:

Jitkeċċew Lhud mill-belt ta’ Lubeck fil-Ġermanja. Ippubblikata l-ewwel ħarġa tal-magażin talinfermiera Amerikani, bl-isem The Nightingale. Tidher l-ewwel karozza f ’Detroit. Charles B. King jirkeb l-ewwel ‘karozza bla żiemel’. Il-pillola Aspirina tikseb il-liċenzja minn Felix Hoffmann, għall-kumpanija Ġermaniża Bayer. Nora Blatch, l-ewwel mara eletta fis-Soċjetà ta’ Inġiniera Ċivili fl-Amerika. Il-vapur navali Amerikan Cyclops jisparixxi fit- Trijanglu ta’ Bermuda. Il-Pulizija f ’Sunbury, Pennsylvania, joħorġu ordni fejn in-nisa riedu jilbsu dbielet mill-inqas erba’ pulzieri ’l isfel mill-irkoppa. Il-Gvern Laburista Ingliż jaqta’ l-baġit militari. Clarence Birdseye jiżviluppa metodu kif tiffriża l-affarijiet ta’ malajr. L-ewwel xandira għat-televiżjoni Amerikan minn ajruplan. Il-Belġju jestendi l-lieva għal 24 xahar. Il-Ghana (qabel magħrufa bħala l-Kosta tad-Deheb) tiddikjara l-indipendenza mill-Gran Brittanja. Jinqabad l-iktar sinjal tar-radju mill-bogħod (Pioneer IV, 400,000 mil). Il-President Sukarno jisfaxxa l-Parlament Indoneżjan. Introdotti l-ewwel mincabs f ’Londra. L-Istati Uniti jwiegħdu l-għajnuna lit-Tajlandja kontra l-aggressjoni komunista. Cassius Clay jingħaqad man-nazzjon tal-Iżlam u l-mexxej Elijah Muhammad jibdillu ismu għal Muhammad Ali. Tom O’Hara jiġri mil f ’rekord dinji (3:56.4). JR Willford jaqsam l-Amerika ta’ Fuq għall-ewwel darba f ’ħelikopter, mingħajr waqfien. Svetlana Allilujeva, bint Stalin titlob għal ażil politiku fl-Istati Uniti. Taljan jitlef rekord ta’ €1,742 919.46 f ’logħob tarroulette f ’Monte Carlo. Il-ftehim ta’ Algiers: l-Iran u l-Iraq iħabbru ftehim fuq in-nuqqas ta’ ftehim li kellhom fuq il-fruntiera. Susan Birmingham tgħajjat l-aktar għajta umana mismugħa u rrekordjata (120 dB). Jibda strajk ta’ 12-il xahar fl-industrija tal-faħam fl-Ingilterra. Yul Brynner jidher għall-4,500 wirja tal-film The King And I. Il-virus tal-kompjuter, magħruf bħala Michelangelo, jibda jolqot lill-kompjuters. Jitwaqqaf il-Kunsill tal-Istati tal-Baħar Baltiku. Il-pittura Tête de Femme ta’ Picasso, tinsteraq minn gallerija tal-arti f ’Londra u tinstab wara ġimgħa. Għall-ewwel darba l-bandiera Ingliża tal-Union Jack tittajjar fuq il-Palazz ta’ Buckingham (wara l-mewt kontroversjali tal-Prinċipessa Diana). Qabel, kienet tittajjar biss il-bandiera tar-Reġina biex tindika l-preżenza tagħha. Ribelli Sirjani jaħtfu Ar-Raqqah, il-belt ewlenija tagħhom. Disa’ persuni jmutu meta ajrpulan jikkraxxja wara li nqabad f ’linji tad-dawl fil-Perù. Il-Parlament tal-Krimea jivvota unanimament biex jagħmel lill-Krimea parti mir-Russja. Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan jakkuża żewġ Vjetnamiżi u Kanadiż bi frodi ċibernatika, għax serqu biljun indirizz tal-email għall-qerq.

KURŻITAJIET

“Timxix quddiemi, għax naf ma nsegwikx. Timxix warajja, għax naf ma nwasslekx fejn trid. Imxi maġenbi u kun ħabibi.” Albert Camus

ĦRUXIJA MAL-BARRIN FI SPANJA

Organizzazzjoni tad-drittijiet tal-annimali fi Spanja ħarġet vidjow tassew diżgustanti li juri l-livell ta’ abbuż li kellhom jgħaddu minnu xi barrin użati fiċ-ċelebrazzjonijiet tradizzjonali matul l-2015. AnimaNaturalis ġabret aktar minn 300 siegħa ta’ filmati miġbudin bil-moħbi, qabel ma ħarġet clip ta’ 27 sekonda li turi wħud mill-każi ta’ krudeltà l-aktar brutali. Il-barrin fil-filmat intużaw fil-festi li seħħew fir-reġjun tal-Grigal ta’ Katalunja. Il-vidjow inkwetanti juri żgħażagħ jagħtu bis-sieq u jġebbdu denb barri maqful u marbut, waqt li hu jissielet biex jaħrab. Barri ieħor jidher jaqa’ minn fuq pjattaforma tal-injam, waqt li lit-tielet wieħed jaħarqulu l-qrun hekk kif raġel jiġbidlu denbu u ieħor iżomm sikkina fuq rasu. It-tim investigattiv, immexxi mid-direttriċi tal-organizzazzjoni Aida Gascon, infiltra lill-aficionados fil-ġirjiet tal-barrin l-istaġun li għadda biex jiġbed dak li kien qed iseħħ. L-attivisti allegaw li xehdu ħafna nuqqasijiet għal-liġi tal-protezzjoni tal-annimali, li suppost jirregolaw dawn iċ-ċelebrazzjonijiet tradizzjonali. AnimaNaturalis ressqet tliet ilmenti lid-Dipartiment tal-Intern kontra l-organizzazzjonijiet ta’ dawn il-ġrajjiet annwali u li raw u ġibdu l-filmati tagħhom waqt l-investigazzjoni.

QUASIMODO SE JAQBEŻ IL-KJU GĦAL DAR

Kelb mitluq fit-triq b’ħotba fuq dahru, kiseb numru kbir ta’ ammiraturi wara li sab refuġju f ’kenn għall-klieb. Quasimodo, li sidru hu terz ta’ dak li normalment ikun għall-età tiegħu, tista’ tgħid li m’għandux għonq biex jappoġġja lil rasu. Mid-dehra tiegħu jidher li jbati minn sindromu ta’ spina qasira – kundizzjoni li s’issa tolqot 13-il kelb biss fid-dinja. Il-German Sheperd ta’ razza pura instab f ’Kentucky, l-Amerika, u bħalissa jinsab f ’Minnesota fejn, minħabba l-ammiraturi u l-għajnuna li kiseb, mhux se jdum ma jsib dar permanenti. Il-ħaddiema fid-dar tal-klieb semmewh Quasimodo għall-karattru ta’ Disney fil-film Hunchback of Notre Dame.


PERSONALITÀ

kullħadd.com

06|03|2016 25

IFFISSATA FUQ IL-MAKE-UP, TANT LI MA TOĦROĠX MINGĦAJRU RAMONA

PORTELLI TINTERVISTA LIL

CLAUDINE

ZAHRA

Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com

Normalment tfajla jew mara ma tħobbx toħroġ mingħajr ma tissebbaħ ftit bil-make-up għax għandha mnejn tħossha mhux imbiddla. Issib min ma jgħaddix bla makeup, filwaqt li oħrajn għalihom il-make-up mhux xi prijorità tal-ħajja. Fil-każ tiegħi ngħaddi mingħajr make-up, u napplikah għal okkażjonijiet importi biss. M’iniex waħda minn dawk li ma noħroġx mill-bieb ’il barra mingħajr make-up, u ma nħossx li huwa priojorità. U mnalla, għax diġà ħajti hija mimlija kif inhi! Għall-intervista tal-lum tkellimt ma’ persuna li sirt nafha din is-sena u li nnutajt li mingħajr make-up ma tgħaddix, lanqas meta konna niltaqgħu fl-istess post ħdejn il-baħar. Qed nirreferi għal Claudine Zahra. Għandha disgħa u tletin sena, toqgħod il-Mosta, u bħala passatempi għandha għal qalbha ż-żumba u l-għawm. Taħdem f ’waħda mill-fabbriki lokali u tqis lilha nfisha bħala persuna dħulija li tagħmel ħbieb malajr, qalbha tajba u tħobb tgħin fejn huwa possibbli. Kif għedt fil-bidu, Claudine hija persuna ffissata fuq il-make-up u ma tgħaddix mingħajru. Ilha tapplika l-make-up fuqha nnifisha minn mindu kienet tattendi s-sekondarja, jiġifieri minn meta kellha xi tlettax-il sena.

raġuni hija waħda sempliċi: għax inħoss li l-make-up sar parti minni. Barra minn hekk, għalija l-make-up huwa xi ħaġa li bih tħossok aħjar.” Peress li għal ħafna nies ilmake-up ifisser biss spejjeż żejda u ħela ta’ ħin, staqsejtha wkoll jekk taħsibx li l-make-up huwa indrigu żejjed, ħela ta’ ħin, spejjeż u ħela ta’ risorsi oħra biex tapplikah anke għal qadjiet żgħar u mhux fit-tul. “Ma naħsibx li huwa aktar indrigu għall-fatt li tant drajt nagħmlu li ma niħux ħafna ħin biex napplikah. Bħala spejjeż inħoss li kulħadd għandu xi żvog, pereżempju hawn min jonfoq ħafna flus fis-sigaretti,” wieġbet fil-pront Claudine. Anke biex tmur xi qadja żgħira jkollha tapplika l-make-up

Il-make-up sar parti minn Fatt kurjuż dwar Claudine huwa li jekk tkun id-dar ħajjitha mingħajr make-up u tinduna Claudine sostniet miegħi li li jonqosha xi ħaġa li tista’ ma toħroġx mill-bieb ’il barra tixtri mill-viċin, xorta jkollha mingħajr make-up. Xtaqt inkun tagħmel il-make-up biex toħroġ naf ir-raġuni wara dan. “Ir- mid-dar tixtri sempliċiment

kartuna ħalib jew xi ħaġa oħra ta’ malajr. Hawn min jgħid li hija fissazzjoni żejda, iżda Claudine tant bil-make-up li għaliha sar parti minnha u għalhekk, jekk tkun ħierġa, tieħu l-make-up magħha kull fejn tmur! Ma stajtx ma nistaqsihiex jekk kienx hemm imqar darba waħda biss li ħarġet mingħajr ma għamlet make-up. Dlonk Claudine rrispondietni li qatt ma tiftakar li ħarġet mingħajr makeup. Kif semmejt qabel f ’din l-intervista, Claudine anke biex tmur sal-baħar tapplika full make-up, u anke għaxxogħol. B’hekk staqsejtha xi kemm tieħu ħin kull darba biex tagħmel il-make-up qabel ma tmur ix-xogħol, u għaliex tippreferi tqum kmieni minflok torqod aktar biex tilħaq tagħmel il-make-up. “Biex napplikah nieħu biss bejn kwarta u għoxrin minuta, li għalija mhux wisq. Anke għall-baħar, l-istess, inħobb inkun b’full make-up, kif ukoll għax-xogħol. Ma nħossx li kwarta jew għoxrin minuta se jagħmlu xi differenza kbira għall-irqad,” saħqet Claudine. Matul din l-intervista sirt naf li l-unika drabi li Claudine toħroġ mingħajr make-up huma biss dawk il-mumenti li toħroġ mid-dar u tidħol fil-karozza tagħha. Fil-fatt, sostniet miegħi li kemmil dabra toħroġ mingħajru sal-karozza u tapplikah ġol-karozza stess qabel ma tmur xi mkien, pereżempju x-xogħol, biex taħseb kmieni għall-parkeġġ. B’hekk ġieni f ’moħħi l-ħsieb li forsi, għal xi raġuni jew oħra, ikollha tinżel mill-karozza f ’nofs id-destinazzjoni tagħha, u appuntu tkun bla make-up. Dehret ftit imħassba, u qaltli li dan il-ħsieb qatt m’għaddielha minn moħħha u qatt ma

ħasbet li jista’ jkun li xi darba jkollha tinżel mill-karozza qabel ma tkun applikat ilmake up. “Jekk xi darba jkollu jkun hekk, żgur se tkun ħaġa li ma tiġrix kuljum,” tbissmet Claudine. Tammira l-kuraġġ ta’ tfajliet li jafu joħorġu bla make-up Xtaqt inkun naf l-opinjoni tagħha kif tħares lejn tfajliet oħra li jafu jgħaddu u joħorġu mingħajr make-up. “Jien kważi nammirahom lit-tfajliet li ma jħobbux il-make-up u li jgħaddu mingħajru għax ikunu aktar naturali,” sostniet Claudine. Ħafna jħarsu lejn make-up żejjed bħala ħsara għall-pori tal-wiċċ, għall-fatt li dak li jkun ma jkunx qed jagħti nifs lill-ġilda tal-wiċċ. Dwar dan ilfattur tkellimt ma’ Claudine u ħadt l-opinjoni tagħha. “Jiena waħda minn dawk li ma nagħtix kas jekk ma nkunx qed nagħti nifs lil wiċċi għax nagħmel il-make-up kuljum.

Nemmen li l-aqwa li nnaddaf wiċċi kuljum u napplika ċerti prodotti ta’ bżonn u xejn aktar.” Immaġinajt li, minħabba l-ammont ta’ make-up li tapplika kuljum, Claudine żgur li għandha diversi tipi ta’ make-up u allura ma jonqsux l-ispejjeż biex tixtri dak li jkollha bżonn ta’ kuljum. Filfatt, sostniet li tuża ħafna makeup u ditti differenti. “Għandi ħafna prodotti, imma xorta nħoss li flus nonfoq anqas minn min ipejjep ammont ta’ sigaretti kuljum. Hawn ħafna prodotti bi prezzijiet raġonevoli ta’ fis-suq. Jiena naħseb li tista’ tonfoq kemm tixtieq int, u skont x’tixtri.” Fl-aħħar nett stedint lil Claudine sabiex tgħaddi messaġġ lill-qarrejja talKullĦadd. “Il-messaġġ tiegħi huwa li kull min bħali jħossu komdu aktar bil-makeup mhu qed jagħmel xejn ħażin, anzi huwa mezz kif issebbaħ id-dehra tiegħek u tħossok aħjar,” temmet tgħid Claudine.


26 06|03|2016

kullħadd.com

MADWARNA

THERMOPLASTICS TAGĦLAQ GĦOXRIN SENA B’SERVIZZ F’MALTA Thermoplastics, li tinsab filMarsa, għadha kif iċċelebrat l-għoxrin sena mill-ftuħ u s-servizz tagħha f ’Malta. Matul is-snin din il-kumpanija evolviet u kibret minn sena għal sena, tant li topera kuljum erbgħa u għoxrin siegħa bla waqfien. Riċentament, Thermoplastics bdiet topera wkoll mit-Tuneżija; b’hekk illum b’kollox tħaddem magħha 63 impjegat bejn Malta u t-Tuneżija. Thermosplastics bdiet topera f ’Malta fl-1996 u toffri selezzjoni ta’ plastiks ta’ kwalità għolja li jvarjaw minn ġugarelli, parts tal-karozzi, prodotti tal-inġinerija, prodotti tal-carbon fibre u diversi prodotti oħra. Fid-diskors tiegħu waqt ċerimonja tal-okkażjoni

li saret is-Sibt 20 ta’ Frar, is-Sur Kenneth Caruana – Direttur Manigerjali tat-

Thermoplastics, qal li jinsab sodisfatt li l-kumpanija tiegħu waslet sa hawn.

“Jien inħares lejn l-ostakli bħala sfidi; l-importanti li tkun temmen f ’dak li qed

tagħmel, tkun persisteni u tħobb ix-xogħol. Fuq il-post tax-xogħol inħobb noħloq teamwork bejn il-ħaddiema, u nġiegħel lill-ħaddiema jħobbu l-kumpanija.” Iċ-ċerimonja saret f ’lukanda prominenti f ’Malta u għaliha kien mistieden u attenda l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna. Huwa faħħar il-mod kif din il-kumpanija evolviet mas-snin, bl-ammont ta’ magni dejjem jiżdiedu. Tħabbar ukoll li fil-futur din il-kumpanija se tkompli tikber biex tkun aktar kompetittiva. Apparti li Thermoplastics topera taħt ISO 9001, hija topera wkoll taħt ISO 14001: 2004. Fi kliem ieħor, ilkumpanija ilha konxja millambjent ta’ madwarna sa missena 2004.

APPOĠĠ LILL-MALTA JOURNALISM AWARDS Bil-għan li tinkoraġġixxi iktar għarfien u edukazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali, GreenPak Coop Society qiegħda ġġedded l-appoġġ tagħha lillMalta Journalism Awards (IĠM) billi tisponsorja l-kategorija talĠurnaliżmu Ambjentali għasseba’ sena konsekuttiva. Il-Kap Eżekuttiv ta’ GreenPak Coop Society, l-Inġinier Mario Schembri, qal: “Nemmnu li l-mezzi tal-komunikazzjoni f ’Malta għandhom rwol edukattiv essenzjali xi jwettqu. GreenPak qed tkompli tappoġġja dan il-premju għax irridu nippromovu stejjer filmidja li jkopru firxa aktar wiesgħa u dettaljata ta’ suġġetti ambjentali li, fl-aħħar mill-aħħar, għandhom impatt sinifikanti ikbar fuq l-iżvilupp soċjali u ekonomiku f ’pajjiż bħal Malta.” “Il-Premju fil-Ġurnaliżmu Ambjentali għandu jservi bħala mira għall-ġurnalisti tal-lum u tal-futur biex jikkunsidraw li jagħtu l-importanza dovuta lill-ambjent u jaġixxu fir-rwol tagħhom li jwasslu stejjer pożittivi u negattivi li jaffettaw l-ambjent Malti,” żied l-Inġinier Schembri. Iċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright qal: “Il-kategorija tal-ġurnaliżmu ambjentali twaqqfet fl-2009 biex tagħti għarfien mistħoqq lil dawk ilġurnalisti li jużaw il-ġurnaliżmu biex jinfurmaw u jedukaw lill-qarrejja u lis-semmiegħa rispettivi tagħhom dwar temi ambjentali. Kull portafoll ta’ sottomissjonijiet ikun eżaminat prinċipalment għall-valur talaħbar tiegħu, jiġifieri xogħlijiet li jżidu jew jinkoraġġixxu dibattitu dwar temi ambjentali attwali, u għall-mod kif jistà jaffettwa jew jinfluwenza b’mod pożittiv lillkomunità.” Il-finalisti tal-Malta Journalism Awards għall-kategoriji kollha ser jitħabbru nhar it-Tnejn 4 ta’ April 2016, filwaqt li ċ-ċerimonja finali se ssir nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju 2016 fil-lukanda The Palace, Tas-Sliema.


SKEDA

kullħadd.com

103 06.50 Flimkien ma’ Nancy (R) 07.50 Sejjaħtli Helpline (R) 08.30 Paperscan 10.00 Aroma Kitchen (R) 11.05 Karriera (R) 11.30 Cibus 12.30 Aħbarijiet 12.35 Kyrios 12.45 Telebejgħ 13.00 In D House (R) 14.00 Arani Issa (R) 16.45 Attivita Politika – PL 17.30 Aħbarijiet 17.35 Telebejgħ 17.50 L-Argument 19.30 Aħbarijiet 20.10 Ieqaf 20 Minuta 20.35 Andrew & Sue 21.35 On D Road 22.15 Il-Patt (R) 23.30 Aħbarijiet

151 06.00 Lena 06.30 Cultura Memex 06.55 Heartland L’Incidente 07.40 Conflitto al Femminile 08.20 Viaggi da Record 08.45 Il Nostro Amico Charly 09.30 I Nostri Amici Animali 10.15 Cronache Animali 11.00 Mezzogiorno in Famiglia 13.00 TG2 GIORNO 13.30 TG 2 Motori 13.40 Meteo 2 13.45 Quelli che Aspettano 15.30 Quelli che il Calcio 17.05 TG2 L.I.S. 17.08 Meteo 2 17.10 90° 19.35 Squadra Speciale Cobra 11 20.30 TG2 20.30 21.00 N.C.I.S. Emulazioni 21.45 Limitless Professione – Profiler 22.40 La Domenica Sportiva

162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.05 Downton Abbey 08.55 Media Shopping 09.10 X-Style 09.45 Rebelde 14.10 The Originals 15.50 Gossip Girl 17.30 Inga Lindstrom 19.20 Dr. House 21.10 Call The Midwife 23.15 Lo Scapolo d’Oro

102 07.00 Aħbarijiet 08.00 The Client (R) 08.45 Telebejgħ 10.15 Għalkulħadd 11.15 Quddiesa mis-Santwarju ta’ Pinu 12.00 Distinti (R) 12.45 Telebejgħ 13.00 Intriċċi (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed fuq l-Abjad (R) 16.25 Mill-Familja Rjali 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Newsfeed 19.30 Aħbarijiet 19.50 Newsfeed 20.30 Becky 21.30 Aħbarijiet 21.35 Replay

152 06.00 Fuori Orario. Cose (mai) Viste 07.15 Prepara le Carte 07.40 Agente dell’Aquila 08.10 Film Terra di Ribellione 10.00 La Quarta Età 10.30 Speciale Community le Storie 11.10 Tgr 14.30 In 1/2 Ora 15.00 Tg3 15.05 Kilimangiaro 15.45 Camila Raznovich Conduce Kilimangiaro 19.00 Tg3 20.00 Blob 20.10 Che Tempo Che Fa 21.40 Quasi Quasi.... Rischiatutto Prova Pulsante 21.50 Presa Diretta Sazi da Morire 23.35 Tg3 23.45 Tg Regione 23.50 Gazebo

300 06.00 Green Balloon Club 06.25 Mr Bloom’s Nursery 06.45 Charlie and Lola 07.10 Green Balloon Club 07.35 Mr Bloom’s Nursery 07.55 Doctors 09.50 EastEnders 11.50 The Weakest Link 12.35 Doctor Who 13.20 Last of the Summer Wine 14.20 The Weakest Link 15.05 Doctor Who 15.55 The Fat Fighters 16.40 Hotel Secrets With Richard E Grant 17.25 Little Dorrit 20.10 Father Brown 21.00 By Any Means 21.50 Blackout 22.45 Spooks

372 06.00 Chopped 07.00 Amazing Wedding Cakes 08.00 The Pioneer Woman 09.00 Siba’s Table 10.00 Barefoot Contessa 11.00 Chopped 12.00 Diners Drive-Ins and Dives 15.00 Chopped 16.00 Siba’s Table 17.00 Tia Mowry at Home 18.00 Rev Run’s Sunday Suppers 19.00 All-Star Academy 20.00 Follow Donal to Europe 21.00 Australian Food Adventures with Matt Moran 22.00 Diners Drive-Ins and Dives 23.00 Tia Mowry at Home

412 09.00 Pawn Stars 17.00 Storage Wars 18.00 Pawn Stars 19.00 Ax Men 20.00 American Restoration 21.00 Ancient Aliens 23.00 Texas Rising

06|03|2016 27

400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Fat N’ Furious 07.15 Fast N’ Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Cuban Chrome 09.55 The Pop Illusionist 10.50 Troy 11.40 Storage Hunters 12.35 Property War 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Classic Car Rescue 16.15 Cuban Chrome 17.10 What on Earth? 18.05 Ed Stafford 19.00 The Island with Bear Grylls 20.00 Pacific Warriors 21.00 Kings Of The Wild 22.00 MegaQuake 23.00 Railroad Alaska

452 07.05 Blaze and the Monster Machines 07.30 PAW Patrol 07.55 Winx Club 08.50 The Fairly OddParents 09.40 Sanjay and Craig 10.05 Alvinnn!!! and the Chipmunks 10.25 Kung Fu Panda 11.20 Liar Liar Vampire 12.30 Victorious 12.55 Big Time Rush 13.20 Alvinnn!!! and the Chipmunks 13.45 SpongeBob SquarePants 14.35 The Penguins of Madagascar 15.15 The Fairly OddParents 15.55 iCarly 16.20 Big Time Rush 16.45 Nicky Ricky Dicky & Dawn 17.10 iCarly 17.35 SpongeBob SquarePants 18.00 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.25 The Penguins of Madagascar 18.50 Henry Danger

101 06.00 Aħbarijiet Loop 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta u lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb u Għedewwa 16.00 Aħbarijiet 16.05 Ħbieb u Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 Maltin f ’Iżmir 20.00 Aħbarijiet 20.50 Maratona b’Riżq il-Fondazzjoni Arka 24.00 Aħbarijiet 00.15 Smack Down WWE

104 06.00 Euronews 07.00 News Loop 08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma għall-Ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-Nies 10.45 Dot EU 11.00 MEA 11.30 Awtokura 12.00 Maratona b’riżq il-Fondazzjoni Arka 20.30 Aħbarijiet għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ 20.40 Paq Paq on Test 21.00 Kontrattakk 23.00 Aħbarijiet Sportivi 23.15 Aħbarijiet bl-Ingliż

153

154

07.35 Tg4 Night News 07.55 Media Shopping 08.25 Nonno Felice 08.57 Terra! 10.00 Santa Messa 10.50 Le Storie Di Viaggio A… 11.30 Tg4 Telegiornale 11.58 Meteo.it 12.02 Perry Mason 14.00 Donnavventura 15.02 Il Federale 17.19 Il Californiano 18.51 Anteprima Tg4 18.55 Tg4 Telegiornale 19.30 Dentro la Notizia 19.50 Tempesta d’Amore 1Atv 21.15 The Guardian

06.00 Prima Pagina Tg5 07.55 Traffico 08.00 Tg5 Mattina 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Il Pranzo Della Domenica 11.00 Le Storie di Melaverde 12.00 Melaverde 13.40 L’Arca Di Noè 14.00 Domenica Live 18.45 Caduta Libera 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Riassunto A.D. La Bibbia 23.30 X-Style

306 06.00 Beyond Candid with Giuliana 07.00 Rich Kids of Beverly Hills 11.00 Christina Milian Turned Up 14.00 Keeping Up With the Kardashians 16.00 Just Jillian 22.00 Fashion Police 23.00 I Am Cait

403 06.00 Toddlers & Tiaras 07.40 Cake Boss 09.30 Little People Big World 11.20 Our Little Family 13.10 Little People Big World. 14.05 Best Of Buddy’s 15.00 Brides of Beverly Hills 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress: Bridesmaids 16.25 Happily Ever Laughter 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed Something New 17.50 Bride by Design 18.15 Say Yes to the Dress 21.55 Botched Up Brides 22.50 My Extreme Excess Skin 23.45 Sex Sent Me to the E.R.

150 06.00 Parlamento Punto Europa 06.30 Unomattina In Famiglia 10.00 Easy Driver 10.30 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde 13.30 Telegiornale 14.00 L’Arena 16.30 Tg 1 16.33 Che Tempo Fa 16.35 Domenica In 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Flavio Insinna Conduce Affari Tuoi 21.30 Tutto Può Succedere 23.34 Tg1 60 Secondi 23.35 Speciale Tg1

155 06.55 Il Cucciolo Di Scooby 07.20 Titti E Silvestro 07.32 I Flinstones 08.27 Lupin 10.27 Asin 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset XXL 13.56 Crocodile Dundee 15.55 Il Mio West 17.55 Mike & Molly 18.30 Studio Aperto 19.00 Pallottole Cinesi 21.25 Le Iene Show

307 07.15 Hawaii Life 07.40 House Hunters 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 Junk Gypsies 12.50 Cousins on Call 13.15 Kitchen Cousins 13.45 Giada’s Weekend Getaways 14.35 Tiny House Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Rehab Addict 17.05 Celebrities at Home 18.00 Extreme Homes 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Restoration SOS Buffalo 20.35 Rehab Addict 21.00 Rachel Hunter’s Tour of Beauty 21.55 Tiny House

405 06.00 Monkey Life 06.25 Treetop Cat Rescue 07.15 Wild Capture School 08.10 Rugged Justice 09.05 Dr. Dee: Alaska Vet 10.00 Big Fish Man 10.55 Austin Stevens: Most Dangerous 11.50 Wild Capture School 12.45 Wildest Latin America 13.40 Bahama Blue 14.35 Wildest Middle East 15.30 Wildest Islands 16.25 Biggest & Baddest 17.20 Wild Capture School 18.15 Rugged Justice 19.10 Dr. Dee: Alaska Vet 20.05 Treetop Cat Rescue 21.00 Wild Capture School 21.55 Austin Stevens: Most Dangerous 22.50 Gator Boys

312 07.35 One More Time 09.10 Everybody’s Fine 10.50 George Washington 12.20 Lords of Dogtown 14.00 Natural Causes 15.30 Puckoon 16.55 Music of the Heart 19.00 Annie Hall 20.35 The Birdcage 22.35 Joshua Tree

410 06.00 House Hunters International 08.00 Salvage Dawgs 09.00 The Vanilla Ice Project 10.00 Baggage Battles 11.00 Shed & Buried 12.00 Building Alaska 13.00 Man Caves 14.00 Lake Life 15.00 Shed & Buried 16.00 Salvage Dawgs 17.00 Building Alaska 18.00 House Hunters International 19.00 Expedition Unknown 20.00 Mysteries at the Monument 21.00 Mysteries at the Museum 22.00 Building Alaska 23.00 Man Caves

600 07.00 Major League Soccer 07.30 IBU World Championship Biathlon 08.15 FIS World Cup Alpine 10.30 IBU World Championship Biathlon 12.00 FIS World Cup Alpine Skiing 13.30 IBU World Championship Biathlon 14.45 FIS World Cup Ski Jumping 16.45 IBU World Championship Biathlon 17.30 Wintersports Today 18.25 Eurosport2 News 18.30 Strade Bianche Road Cycling 19.15 Cycling 19.30 Major League Soccer 20.00 FIS World Cup Cross-Country Skiing 22.00 Eurosport2 News 22.05 Wintersports Today 23.05 IBU World Championship Biathlon

ANDREW & SUE Illum fit-8.35pm fuq ONE L-għada tal-festin għal għeluq snin Sue kulħadd jinsab bilgeddum. Gracie u Carmen jitkażaw b’dak li ġara. Anke Tereża donnha rrabjata. Alan jiddeċiedi li jaffronta lil missieru fuq l-inċident li nqala’. X’ġara eżatt biex biddel l-atmosfera tas-serata? Tereża trid li l-affarijiet jinbidlu u tmur tkellem lil Paul. Melanie tkompli tagħfas fuq Mandy biex tisraq mill-ġdid. Iżda l-affarijiet ma jmorrux kif jippjanaw iż-żewġ tfajliet.


28 06|03|2016

kullħadd.com MIĊ-

ĊINEMA

RAPPORT TA’

ĊINEMA

CARMEL BONNICI ATMOSFERIKU

A BIGGER SPLASH

GĦIRA U XEWQAT KARNALI Atturi Ewlenin: Tilda Swinton, Ralph Fiennes, Dakota Johnson, Matthew Schoenaerts, Aurore Clement Direttur: Luca Guadagnino Distributur: Studiocanal Ltd Films Maħruġ minn KRS Releasing L-attrici Tilda Swinton għarraba’ darba qed tidher f ’film ieħor tad-direttur Sqalli Luca Guadagnino, A Bigger Splash, li jieħu l-ħin tiegħu sewwa biex jiżviluppa qisu bomba tal-ħin ittektek il-ħin kollu, dejjem wieħed jistenna li se tisplodi. Dan hu film li jibda b’mod trankwill, fejn il-koppja Marianne Lane (Swinton), leġġenda tal-mużika rock, u s-sieħeb tagħha, Paul (Schoenaerts) qed tgħix ħajja kwieta fuq il-gżira vulkanika ta’ Pantellerija. Marianne tinsab f ’konvalexxenza wara operazzjoni fi griżmejha; isserraħ il-vuċi tagħha billi ma titkellimnx. Din is-serenità se titbiddel għalkollox meta hemm jasal Harry (Fiennes), il-maħbub ta’ qabel ta’ Marianne, flimkien mat-tifla sexy tiegħu, Penelope (Johnson). Ix-xewqat żienja

Ħin: 125 min. Ċert. 15

ta’ qabel jerġgħu jirxuxtaw, l-għira tagħmel tagħha, il-ġibda karnali tibda tiddomina tant li malajr wieħed jista’ jistenna xi traġedja. A Bigger Splash hu dramm modern psikoloġiku, li jiżvolġi bħala thriller tax-xeħta ta’ dawk tal-kittieba Patricia Highsmith, Purple Noon u The Two Faces of January. L-erba’ karattri principali huma persuni li dak kollu li jixtiequ qiegħed għandhom iżda meta jippruvaw jirtiraw għalihom waħedhom isibu li forzi qawwija, jew passjonijiet umani se jirrenduhom vulnerabbli għall-aħħar. Ix-xewqa ta’ l-adulterju tiddominahom sewwa, tjassarhom u ġġibhom fixxejn. Billi din l-istorja sseħħ fil-preżent, f ’Pantillerija, allura l-kwistjoni tal-immigranti hu remake tal-film Franċiż tal- lok minn fejn il-gibdiet sesswali klandestini hija ovvja. Dan 1969, La Piscine (il-pixxina), il- joriġinaw! PSIKADELIKU

ZOOLANDER 2

MODA U KOSTUMI BIŻARRI, AZZJONI U UMORIŻMU Atturi Ewlenin: Ben Stiller, Owen Wilson, Penelope Cruz, Will Ferrell, Kristen Wiig Direttur: Ben Stiller Dostributur: Paramount Maħruġ minn KRS Releasing Ħmistax-il sena ilu, f ’Settembru 2001, ħareġ il-film Zoolander li fih il-protagonist u direttur kien Ben Stiller. Kien żmien ta’ biża’ għall-Amerikani, eżatt wara l-attakki terroristiċi fuq it-Twin Towers, u minħabba f ’hekk din il-produzzjoni baqgħet l-art. Però, meta ħareġ id-DVD, Zoolander sab numru enormi ta’ akkaniti għalih. Derek Zoolander (Stiller) hu l-isbaħ mudell raġel taddinja u flimkien ma’ Hansel McDonald (Wilson), mudell ieħor sabiħ, fetħu ċentru għattfal b’diffikultajiet fil-qari, wara li tal-ewwel ħadha bi kbira meta tilef it-titlu tal-isbaħ mudell wara li rebħu tliet snin infila. L-għadu tagħhom, Jacobean Mugatu (Ferrell) jinsab il-ħabs. F’Zoolander 2 insibu li dawn ittnejn issa rtirati, jgħixu mifrudin u iżolati kollha mistħija meta katastrofi laqgħat dan iċ-ċentru

Ħin: 102 min. Ċert. 12A

tat-tfal. Meta separatament dawn jirċievu stedina speċjali biex jidhru f ’riċeviment kbir tal-moda fil-belt antika u misterjuża ta’ Ruma, ma jkunux jistgħu jirreżistu din l-okkażjoni biex forsi jerġgħu jakkwistaw xi ftit glorja minn ta’ qabel u jirritornaw qalb in-nies. Derek u Hansel jiltaqgħu mad-disinjatiri tal-moda, jew antimoda, moderna. Id-dinja tas-sbuħija kif kienu jafuha issa nbidlet sew u jsibu ruħhom mill-ġdid fl-aħbarijiet. Anzi, ikunu mitluba biex iwaqqfu pjan malinn li jista’ jeqred għalkollox il-moda. L-aktar persuni sbieħ tal-mument qed imutu, bl-espressjoni ċelebri ta’ Blue Steel stampata fuq moħħhom. L-Interpol għalhekk iqabbdu lil Derek Zoolander, dak li kien ivvinta Blue Steel, u lil Hansel McDonald jivestigaw.

Mugatu issa ħareġ mill-ħabs, mimli vendetta ħarxa għalihom. Zoolander 2, għalkemm hu film kontinwament mexxej, b’kuluri jgħajtu u kostumi kkuluriti biżarri, jidher qisu xi xogħol b’atmosfera psikadelika ta’ arti popolari ta’ ħamsin sena ilu jew ktieb komik, b’addazzjoni bħal Modesty Blaide (1966), hu konfuż

għall-aħħar. Għal min irid jgħaddi sagħtejn neqsin kwart jammira l-mossi ambigwi, speċjalment dawk tal-wiċċ, ta’ Stiller u lis-sbejħa Penelope Cruz li tgħinhom fl-intriċċi tagħhom, kif ukoll l-azzjoni sikwit umoristika u anke esaġerata, dan il-film żgur jgħodd għalih!


ĊINEMA

kullħadd.com

06|03|2016 29

THE FINEST HOURS

DINJITUŻ

IL-KURAĠĠUŻI LI JPOĠĠU ĦAJJITHOM FIL-PERIKLU Quddiemom kellhom Atturi Ewlenin: Chris Pine, Casey Affleck, Hollidy Grainger, jiffaċċjaw baħar u riħ ta’ Ben Foster, Eric Bana, John Ortiz qawwa tremenda, mewġiet għoljin ħafna, temperaturi Direttur: Craig Gillespie. Ħin: 117 min. kesħin immens, taħt iż-żero Distributur: Disney/Buena Vista Int. u viżibilità ħażina ferm. Però, Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 12A il-motto ta’ dawn il-kuraġġużi hu: Hemm bżonn li toħorġu ..... jekk tidħlux lura ħaġa oħra. F’ċirkostanzi diffiċli u ta’ Portland, Maine. Din it-tempesta terribbli The Finest Hours hu thriller periklu kbir, speċjalment dawk li jseħħu malajr bħal sajjetta fil- qasmet minn nofs liż-żewg drammatiku li jħallik tittama, Fl-istazzjon tal- mimli azzjoni f ’baħar li tibża’ bnazzi, l-ispirtu nobbli uman, vapuri. ħafna drabi jispikka b’manjiera Gwardji tax-Xatt f ’Chatham, minnu, dwar waħda mill-aktar wasal missjonijiet kuraġġużi ta’ li forsi ħadd ma jobsor. Hekk Massachusettes, ġara nhar it-18 ta’ Frar, 1952 messaġġ għall-ajjut li ħafna salvataġġ b’mezzi nadekwati jinsabu f ’periklu li qatt ġraw, fejn l-udjenzi fi New England u fl-ixtut tal- baħrin tad-3D diġitali qrib tal-Lvant ta’ l-Istati Uniti. kbir. Warrant Officer Daniel permezz Din il-ġrajja vera hija Cluff (Bana), għalkemm ġdid effettiv ħafna jkunu bħallddokumentata fil-ktieb ta’ f ’xogħlu, ordna lil Bernie spettaturi attivi fil-qalba ta’ Casey Sherman u Michael J. Webber (Pine) biex jigbor inċidenti mill-agħar. Għalkemm il-qofol talTougias, The Finest Hours. ekwipagg ta’ erbgħa minn Ċiklun ta’ saħħa tremenda nies oħra u b’dgħajsa kbira film hija l-maltempata kif laqat lill-kosta ta’ New England ta’ l-injam joħorġu biex laqtet liż-żewġ tankers u waqt li farrak bliet fl-ixtut jippruvaw isalvaw li xi wħud t-tentattiv diffiċli ta’ salvataġġ, Is-sitwazzjoni The Finest Hours fih ukoll tal-viċinanzi. Dan l-uragan minnhom. għamel ħerba minn kull ma sab kienet tassew tal-biża’, għax sekwenzi ġentili u teneri ta’ quddiemu, saħansitra fuq żewġ lanqas biss laħqu ħarġu romantiċiżmu old-fashioned u tankers taż-żejt ta’ 500 pied mill-port ta’ Chatham li oħrajn dwar laqgħat kordjali u tul, li kienu jbaħħru fil-qrib l-windshield u l-kumpass tad- amikevoli ta’ dawn il-ħaddiema ta’ spirtu altruwistiku flimkien. lejn Boston, Massachusettes u dgħajsa gratilhom il-ħsara.

ENIGMATIKU

THE LOBSTER

SOĊJETÀ TAĦT REGOLI RIĠIDI U ANTIUMANI Kull min hu kuraġġuż u Atturi Ewlenin: Colin Farrell, Rachel Weisz, John C. Reilly, jħobb isegwi produzzjonijiet Lea Seydoux, Ben Whishaw, Olivia Colman imsejħa arthouse li jsib fih ħafna dettalji u sitwazzjonijiet Direttur: Yorgos Lanthimos Ħin: 118 min. li jolqtuh. L-ewwel nofs ta’ Distributur: Picturehouse Ent. Films dan il-film iseħħ f ’lukanda Maħruġ minn Side Street Films, Eden Cinemas fejn dawk alloġġjati hemm, Ċert. 15 jekk ma jsibux sieħeb jew sieħba fi żmien 45 ġurnata, The Lobster huwa film tax- u oġġezzjoni qatt ma jinbidlu f ’annimal li huma xjenza fittizja ambjentat jipprotestaw. Dan hu xogħol stess jagħżlu. Fil-futur qrib, f ’dinja mill-agħar, dinja ta’ Ewropew, mhux tas-sistema f ’lokal Ewropew, David bruda palpabbli, dinja fejn ta’ Hollywood, stramb u iebes (Farrell), raġel ġwejjed u in-nies huma sottomessi fuq il-menti, finanzjarjament mżaqqaq, wara li telqitu għal regoli riġidi u fejn, magħmul minn diversi sorsi, l-mara jsib ruħu msakkar mingħajr l-inqas moviment b’direttur Grieg fuq it-tmun. f ’din il-lukanda.

Meta mistoqsi f ’liema annimal irid jinbidel, jekk fiż-żmien stipulat ma jsibx sieħba, hu jaċċetta li jsir awwista (lobster) għar-raġuni sempliċi li dan kapaċi jgħix mitt sena. Dawk li ma jġibux ruħhom sewwa se jkunu kkastigati bil-kbir. Matul ilġurnata l-mistednin joħorġu armati mil-lukanda u jmorru fil-foresta biex joqtlu lil-loners, il-maħrubin li jgħixu hemm, u b’hekk jirbħu aktar żmien bħala umani. David, imdejjaq wara l-qtil bla bżonn ta’ ħuh

li kien mibdul f ’kelb, ikun megħjun u jaħrab fil-foresta. Il-loners ukoll għandhom il-liġijiet ibsin tagħhom, fosthom li kulħadd irid jibqa’ għażeb jew xebba. Hawn, David isir iħobb mara b’vista qasira (Weisz), in-narratura tal-film li tidher lejn l-aħħar, però jrid jara kif se jiskappa minn dawn il-liġijiet tassew kefrin. The Lobster hu film ta’ atmosfera kiesħa li ġġiblek dehxa kontinwa dwar forma oħra ta’ mħabba projbita.

L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn l-24.02.2016 u t-28.02.2016

1. 2. 3. 4. 5.

Deadpool Alvin & The Chipmunks: The Road Chip Dirty Grandpa Point Break 13 Hours

KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA

Mistoqsija għal din il-ġimgħa: Fuq xiex jitratta l-film The Lobster? Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: V. BRINKWORTH – il-Mosta


30 06|03|2016

kullħadd.com

AVVIŻI

AVVIŻI KLASSIFIKATI ­­­­PR­OPRJETÀ

Uffiċju għall-kiri fi triq prinċipali f ’Ħal Luqa. €500 fix-xahar. Ċempel 7982 0749. TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok.

Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew Latin-Amerikan. Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm.

Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna SERVIZZI wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital Lezzjonijiet fir-Rabat. Ejjew beds. Għal aktar informazzjoni A.R.C. għas-suġġetti kollha minn ċempel fuq dawn in-numri: Year 4 sa Year 6. Nagħmlu wkoll 2137 6946/9947 0178. reading classes għal tfal bejn l-4 u s-6 snin u 7 sa 11-il sena. Minn Form 1 sa Form 5 u Matsec Exam AFFARIJIET Maths, Malti, Ingliż, Physics, GĦALL-BEJGĦ Biology u Ġermaniż. Klassijiet tal-lingwi għall-adulti wkoll. Għamara għall-uffiċini għallbejgħ, f ’kundizzjoni tajba ħafna. Ċemplu 9943 2994. Ċempel 7982 0749. Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u Għandna varjetà kbira ta’ relazzjonijiet oħra, DNA forensic arloġġi bħal Tissot, Citizen, tests, tfal maħtufin minn Malta, Casio, Michael Kors, Fossil, każijiet ċivili, każijiet oħra fil- Esprit, Festina u Q&Q. qorti, problemi f ’kumpaniji Issibilna wkoll arloġġi ta’ maljew negozju. Nagħmlu xhieda ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u cuckoo clocks mill-Black Forest. anke barra. Għal appuntament Noffru servizzi rigward tiswija ċemplu 7959 0000. email: info@ ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu privateinvestigationmalta.com kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal Korsijiet f ’Livell Ordinarju dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, f ’diversi suġġetti bħall- noffru s-servizz ta’ water pressure Matematika,  Ingliż, Malti, test waqt li tistennew għalih. Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija wkoll korsijiet tal-ECDL. Prezz ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ €35 kull module. Noffru wkoll clock. It-tiswija hija bil-garanzija. korsijiet bażiċi fil-kompjuter, Għal aktar informazzjoni żur €50. Ċempel 2166 2241 is-sit: www.expresswatchrepairs. jew 7766 2241 jew żur is-sit com jew irrikorru 110, Triq ilelettroniku www.tudorinstitute. Kungress Ewkaristiku, il-Mosta. com Ċempel 2141 7235. Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422.

satellita u fuq l-android TV AVVIŻI OĦRA boxes. Għal aktar infromazzjoni Jien ġuvni bil-għaqal ta’ 39 sena. ċempel 2148 6211. Nixtieq niltaqa’ ma’ tfajla, single Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, mother jew separata, bejn 23 u ramel u siment, graffiato, żebgħa, 38 sena, bi skop serju jew bħala xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il- ħbieb jekk m’għandhiex ma’ min pond, madum, membrane, dawl u toħroġ. Kull min hu interessat jibgħat SMS fuq 7930 1390. ilma. Ċempel fuq 7928 5444. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167.

Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www. wpmalta.com Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www. darrendoitall.com

Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek il-problema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin XOGĦOL TA’ garanzija. Xogħol professjonali MANUTENZJONI bl-aqwa materjal ISO pool. Installazzjoni u tiswija ta’ Għal stima bla obbligu ċemplu aerials tat-televiżjoni. Offerti 7972 9967 jew żur is-sit www. vantaġġjużi fuq sistemi tas- kendawaterproofing.com

B’Kara. Ċempel 2148 2796. AGR AUTO JAPANESE Parts għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar Kiri ta’ Bar: Santa Venera Boċċi informazzjoni ċempel 2144 jew 9947 4504. Fax: Club, Triq il-Kbira San Ġużepp, 6839 2147 0295. Email: alex@ Santa Venera. Nixtiequ nħabbru li l-klabb agrautoparts.com qed jilqa’ offerti għall-kiri tal-bar. Applikazzjonijiet Nigret Night Club and u kundizzjonijiet jinġabru Restaurant, Labour Ave, irMalta. Naċċettaw mingħand il-kaxxier tal-club. Rabat, Ħinijiet tal-ġbir wara l-4.00pm. riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull Data tal-għeluq: 21/3/2016. okkażjoni oħra. Miftuħin filS. Spagnol Const. Ltd teħtieġ weekends, lejla Maltija b’differenza nies b’esperjenza biex jaħdmu kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar fil-kostruzzjoni. Pagi u ta’ Sibt mużika għal kulħadd kundizzjonijiet tajbin. Ċemplu ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. 9947 6522 jew 2167 8134. Naċċettaw riservazzjonijiet Jinħtieġu bennejja bil-fattura jew għal kull okkażjoni. Għal aktar bil-paga u manwala bl-esperenzja informazzjoni ċempel 2145 għax-xogħol tal-kostruzzjoni. 4858/2145 4908/7945 4908. Ċemplu lil Stivala Construction, Tistgħu żżuru s-sit elettroniku il-Gżira, fuq 7998 9881. www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, TALBA LILL-ISPIRTU oriġinali u bl-orħos prezzijiet S-SANTU: Int li ssolvi f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul l-problemi kollha, dawwal it& Waters – The Perfumery. toroq kollha tiegħi biex nikseb Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal divin biex naħfer u ninsa d-deni Ġdid ikunu miftuħin kuljum kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mid-9.00 san-12.30 u mill-16.00 mument ta’ ħajti tkun maġenbi. sas-19.00. Paul & Waters Free F’din it-talba qasira nixtieq Delivery Service. Ċempel 2766 nirringrazzjak ta’ dan kollu, 3361. waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke MUSIC LINK Issibilna kull tip quddiem l-illużjonijiet materjali. ta’ strumenti mużikali, fosthom Nixtieq li nkun miegħek fildrums kemm akustiċi u elettriċi, glorja ta’ dejjem. Grazzi għallcymbals, percussion, pjanijiet ħniena tiegħek lejja u lejn dawk diġitali, baby grand pianos, sound li jiġu minni. mixers u sound cards. Apparat Din it-talba għandha tingħad ta’ DJ sound systems, kitarri tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett klassiċi u akustiċi, bass guitars, ijiem it-talba tkun maqlugħa, strumenti tar-ram, wood winds, anke jekk għall-bidu tidher vjolini, spare parts u aċċessorji diffiċli. It-talba għandha tkun oħra. Issib ukoll kotba tal- ippubblikata mill-ewwel wara mużika tat-tagħlim. Mur Music li tinqala’ l-grazzja, bla ma Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, tissemma’ x’kienet.

KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU

ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ

Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa

€5 €10 €15 €30 €56 €93

ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun ĦMR 1717.


AVVIŻI

kullħadd.com

AVVIŻI ĠENERALI Kunċert mużiko-letterarju mill-Banda Re Ġorġ V u rappreżentazzjoni tal-Passjoni. Il-Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, fl-okkażjoni talftuħ uffiċjali tal-wirja La Semana Santa de Espana fl-Imqabba, qed ittella’ kunċert mużiko-letterarju u rappreżentazzjoni tal-Passjoni. Il-Banda Re Ġorġ V se tkun taħt id-direzzjoni tal-Mro David Agius, u se jittellgħu wkoll rappreżentazzjonijiet ta’ diversi episodji mill-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Dan il-kunċert se jittella’ s-Sibt 12 ta’ Marzu, mis7.30pm ’il quddiem fis-Sala tal-Iskola Primarja talImqabba, u qed isir b’kollaborazzjoni mas-Sezzjoni Żgħażagħ u l-Kumitat Eżekuttiv. Id-dħul huwa bla ħlas. Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku www. santamarija.com jew www.facebook.com/santamarija Wirja tal-Arti fil-Mużew tas-Santwarju f ’ĦażŻabbar Fil-mużew tas-Santwarju f ’Ħaż-Żabbar se tittella’ wirja kollettiva tal-arti u l-iskultura fejn 26 artist jesprimu, permezz tal-arti, il-veduti tagħhom talfidi. Fl-esibizzjoni jkun hemm kemm pitturi kif ukoll skulturi ta’ mediums differenti. Il-wirja tkun miftuħa bejn it-12 u s-27 ta’ Marzu 2016, mid-9.00am sa 12.00pm. Għal ħinijiet oħra ċemplu fuq 7906 2882. Aħna Nxandru ’l Kristu Msallab Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tistiednek għas-17-il edizzjoni tas-serata mużiko-letterarja sagra Aħna Nxandru ’l Kristu Msallab, nhar is-Sibt 12 ta’ Marzu 2016 fis-7.30pm, taħt il-patroċinju tal-President talKamra tad-Deputati – Parlament ta’ Malta, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, fit-Teatru tal-Iskola Sekondarja Bniet, Kulleġġ Maria Reġina, il-Mosta. F’din is-serata se jieħdu sehem qarrejja magħrufa, fosthom: Charles Coleiro, Ġorġ Peresso, Margaret Agius u Alfred Mallia, filwaqt li t-talenti mużikali se jkunu f ’idejn ilJohann Strauss Clarinet Ensemble taħt id-direzzjoni ta’ Godfrey Mifsud. Tingħata tislima wkoll lill-memorja għażiża tax-xandar Charles Abela Mizzi (1934-2015) Wara din l-attività li se ssir fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, il-Mosta, se tiġi mnedija uffiċjalment it-18il edizzjoni tal-Wirja tal-Passjoni bis-sehem ta’ diversi artisti magħrufa u oħrajn ġodda. Il-wirja tal-Passjoni tibqa’ miftuħa sas-27 ta’ Marzu 2016. Ħinijiet tal-wiri: kuljum mill-5.30pm sad-9.00pm. Ħdud u festi mid-9.30am sa nofsinhar u mill-5.30pm sad9.00pm. Dawn l-attivitajiet huma marbuta mal-okkażjoni tal-150 sena mill-ħruġ tal-ewwel purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Mosta, u huma mtellgħin bil-kollaborazzjoni sħiħa talKunsill Skolastiku tal-Iskola Sekondarja Bniet fi ħdan ilKulleġġ Maria Reġina Is-Seba’ Viżti mal-Kummissjoni Nisa Madonna tal-Ġilju – l-Imqabba Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se torganizza s-Seba’ Viżti nhar Ħamis ix-Xirka, 24 ta’ Marzu 2016, filKottonera. Trasport jitlaq mill-pjazza ewlenija talImqabba immedjatament wara l-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka, fit-8.00pm. Waqt din l-attività isiru wkoll żjajjar ta’ wirjiet u attivitajiet oħrajn b’rabta mal-Ġimgħa l-Kbira. Għarriservazzjonijiet ċempel 7953 9542 u għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku uffiċjali tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com Song Festival Marjan Il-Leġjun ta’ Marija f ’Għawdex se jorganizza s-Song Festival Marjan fl-Oratorju Don Bosco, nhar is-Sibt 21 ta’ Mejju 2016. Dan hu miftuħ għall-kantanti Għawdxin (minn 9 snin ’il fuq) u għall-korijiet. Applikazzjonijiet u dettalji oħra jinkisbu billi tibgħat email lil-Leġjun ta’ Marija: admin@gozolegion.com

06|03|2016 31


32 06|03|2016

kullħadd.com

TEMP GĦAL-LUM

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

16°C

15°C

14°C

10°C

9°C

10°C

05

04

05

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

15°C

14°C

17°C

19°C

10°C

11°C

05

05

06

ALMANAKK

RITRATT MILL-ANTIK

L-OGĦLA TEMPERATURA: 20°C L-INQAS TEMPERATURA: 14°C INDIĊI UV: 5 SITWAZZJONI ĠENERALI: Firxa ta’ pressjoni baxxa li testendi minn fuq itTramuntana tal-Ewropa sa fuq il-Libja se tersaq lejn il-Lvant

UV

TEMP: Sabiħ bi sħab għoli VIŻIBBILTÀ: Tajba RIĦ: Ħafif minn Nofsinhar il-Lbiċ li jsir moderat għal qawwi mill-Majjistral BAĦAR: qawwi

Moderat għal qawwi li jsir

IMBATT: Baxx mix-Xlokk TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 16°C

UV

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, il-Marsa Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara St Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema St Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard Reeds Pharmacy 191, Vjal il-21 ta’ Settembru, in-Naxxar Euro Chemist, Triq il-Kurazza, il-Qawra Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla Mediatrix Plus Pharmacy, 7 Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar Gudja Pharmacy, 9, Triq San Ċiru, il-Gudja Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, l-Imtarfa Għawdex

Ajruplan tal-baħar f ’Kalafrana, Birżebbuġa

DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA

08.03.1979 Il-kumpanija Philips toħroġ il-compact disc għall-pubbliku għall-ewwel darba

Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat, Għawdex St John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, ix-Xewkija, Għawdex Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.

NUMRI REBBIEĦA LOTTU

36 58 55 87 68 86 42 18

SUPER 5

42 45 25 39 21

GRAND LOTTERY

04 04 08 00 07 09 07

09.03.1959 Tiddebutta l-pupa Barbie fl-American International Fair fi New York


KOMPETIZZJONI KTIEB

kullħadd.com

06|03|2016 33

KOMPETIZZJONI KTIEB ETERNITÀ: ŻWIEĠ BEJN POEŻIJA U VIŻWAL poeżija Il-Għajta tas-Sliem bil-versi: “U jiena tfajjel belti / innaqqi x-xewk minn idi / u ħdejja t-tfajla sbejħa / iġġebbed xagħarha mmewweġ / maħlul, ferħan jitfewweġ…” Mhux ta’ xejn li meta jimtedd Taħt il-Ballut ta’ Wied l-Imġiebaħ l-awtur jixtieq illi “jqum biss fl-eternità”.

Riċensjoni ta’ VICTOR FENECH Paul P. Borg: il-bniedem tas-sorpriżi. L-ewwel li sirt nafu fl-iskola Primarja ta’ Birkirkara bħala tifel imqareb f ’waħda minn dawk il-klassijiet tar‘ribelli’ jistennew li jagħlqu l-14-il sena ħa jitilqu ’l barra. Xi għoxrin sena wara kien kittieb prominenti bilMalti, diġà magħruf għall-istil uniku kif kien ifassal fl-istejjer tiegħu. Ftit aktar fast forward u sibt li kien għalliem fi skola privata – u x’kien qed jgħallem? Mhux il-Malti, imma l-Fiżika, wara li studja fl-Italja u l-Ġermanja meta lanqas il-Ġermaniż ma kien tgħallem. Studjahom ittnejn flimkien…u l-bqija hi storja ta’ perseveranza u integrità. M’iniex se noqgħod insemmi l-premjijiet letterarji li rebaħ u l-onorifiċenzi li ngħata; naħseb li bħali Paul ma jagħtix wisq kas dawn id-dekorazzjonijiet esterni. Jekk tassew trid tagħraf il-valur u l-qawwa ġewwiena tiegħu trid taqra almenu xi ftit mill-ħafna kotba li kiteb. U x’kiteb? Rumanzi, novelli, bijografiji (ta’ nies li ħadmu ħafna għall-Malti u l-Malti m’għarafhomx biżżejjed), riċerka, partikolarment fil-qasam tas-snajja’ antiki Maltin u, fuq kollox, il-ktieb fuq Selmun fejn qatta’ ħafna minn ħajtu u fejn tgħallem jitħabbeb mannatura… Imbagħad niltaqa’ miegħu xi sena ilu u nistaqsih x’inhu jikteb bħalissa, u jaħsadni meta jwieġeb: “Għandi sett ta’ poeżiji u għadni ma nafx x’se nagħmel bihom…” “Nista’ narahom?” staqsejtu, u r-riżultat hu dal-ktieb, Eternità, mhux biss eċċezzjonalment sabiħ fil-produzzjoni li tawh il-Horizons, imma wkoll mera tal-aktar ħsibijiet intimi tal-awtur, u bil-parteċipazzjoni ta’ għadd kbir ta’ viżwal miċ-ċeramista magħruf Gabriel Caruana, ħabib talqalb tiegħu. Kien ilu ftit jikteb il-poeżija għalih Paul, imma meta mar jara lil Gabriel wara li dan kien fi stat ta’ diżabbiltà minħabba ksur f ’ġenbu, dan urieh it-tpinġijiet, jew doodles, li kien qed jagħmel biex ixejjen il-monotonija

L-akbar dispjaċir tal-poeta hi li f ’ħajjitna mgħaġġla u fl-awtomazzjoni tad-dinja moderna l-bniedem m’għadx baqagħlu ħin u spazju biex jifhem in-natura ta’ madwaru. Hu għalhekk li f ’għeluq il-poeżija Imqar għal Darba huwa jappella lillġenerazzjoni li tiela’: “Ħallik għal darba minn lixx il-wiċċ tat-triq ħallik minn dawl ilellex filflixkun ħallik minn dak li jballa’ t-televixin u fittex l-hena tal-ħolqien imqar għal darba ja żagħżugħ imqar għal darba”

tas-sodda, u l-ħsieb li minnufih daħal f ’ras l-awtur kien li jgħaqqad iż-żewġ dixxiplini flimkien – aktar u aktar la t-temi ewlenin tagħhom kienu fuq l-istess żewġ binajri: l-introspezzjoni ta’ ħajjithom u d-difiża ferventi favur l-ambjent li, bħala parti mill-aktar integrali tal-ħolqien, m’għandu qatt jintmess jew jinbidel b’kapriċċ. Kien messaġġ elettrifikanti bejn żewġ imħuħ sensittivi. Kif jgħid Paul stess fid-daħla tiegħu: “Wara l-kuntatt mat-trab tal-art, il-ħamrija, il-ġebel, il-weraq, il-fjuri kollha lwien, ixxewk, iz-zkuk u l-bqija li ksibt minn żgħoriti u mill-għelieqi ta’ Selmun u x-xogħol fihom, kien Gabriel li wrieni d-dimensjoni tas-sensibbiltà tal-art, it-tajn u t-tafal bħala espressjoni artistika.” Għaldaqstant, f ’dan il-ktieb għandna żwieġ poetiku-viżwali bejn ċeramista li għaraf jegħleb iddiżabbiltà tiegħu b’dawn id-doodles – li jekk toqgħod tiflihom għandek issib kummenti sottili fuq il-ħajja umana u fuq l-ambjent – u għandek

testment ieħor ta’ kittieb matur biex magħhom u fuqhom ikompli jibni l-kampanja persistenti tiegħu fit-tiftix eżistenzjali tal-bniedem u fil-ħarsien tal-ambjent. Int u taqra lil Borg ma tistax ma tapprezzax in-nisġa talkliem li juża, għax għalih il-kelma hi “wild il-weġgħa tal-imħabba”, waqt li fil-poeżija l-oħra Jien min Jien?, hekk kif jimraħ f ’Wied Għarbiel qalb “ħbula mtarrġin / b’ħitan tas-sejjieħ / u tafal mistrieħ / mal-firxa tal-wied” il-poeta minnufih iħossu “jitħabbeb max-xemx / u xejn ma jixtieq / ħlief jgħanni l-Ħallieq!” Din l-intimità man-natura jissoktaha f ’għadd ġmielu ta’ poeżiji; int u taqra għandek ġmamar x’tiġbor għax, bħal Wordsworth, Paul Borg isib il-fidwa tiegħu “’il bogħod mill-mard / tassoċjetà”. Tiegħu hija l-għajta għallmisteru sabiħ tal-ħolqien. Għalih in-natura mhijiex biss ġmiel estern; innatura u l-bniedem huma maħluqin u marbutin flimkien bl-att kreattiv – ħsieb li l-awtur jissintesizzah fil-

Il-kittieb, minkejja li ħajtu hi waħda stabbli, sikwit iħossu mifni b’ċerta diqa filosofika li hu stess mhux dejjem jifhimha. Għaldaqstant, bħala poeta konfessjonali, narawh jgħarbel u jipprova jifhem għala teżisti tant tbatija u inġustizzja fiddinja. Kultant, l-istess bħall-poetessa traġika Doreen Micallef, saħansitra jidher qed joħodha m’Alla. Jieħu l-parti mhux biss tal-bniedem u talambjent – ewlenin fosthom il-bdiewa u l-għelieqi li jafhom mill-qrib – imma wkoll tal-bhejjem tal-art u l-ħlejjaq tal-arja, u anke, kif jgħid fil-poeżija Ħallini Nibki Mulej, “xħin nara Lsieni f ’dari mkisser”. Dawn il-burdati jolqtuh sikwit, xi drabi anke waqt ħarġiet mal-familja, meta “Henjin u godlijin / iż-żewġt ifrieħ ta’ ħajti / jitqabbżu ġol-widien / u fjur ifuħ fi rdum fuqani / imħabbet marti lejja”. (…U Alla jsikket lil dan Ħsiebi…) Misterjuż moħħ il-poeta – imma jgħanni l-verità. Tista’ tibqa’ ddawwar paġna wara l-oħra u kullimkien issib xhieda ta’ bniedem ħassieb, moħħ analitiku li jolqot kważi kull fergħa tal-ħolqien.

Mistoqsija: X’jismu ħabib ċeramista tal-awtur Paul P. Borg? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Eternità, ġentilment ipprovdut minn Horizons. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 13 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta. mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Qrempuċu f ’Belt il-Ġobon huwa: D. GAMBIN – l-Imqabba


34 06|03|2016

kullħadd.com

LOGĦOB

TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 046 069 159 179 181 186 217 222 276 308 327 382 425 522 523 532 540 557 650 670 680 709 744 749 882 921 B’4 Numri

0566 1298 1610 1664 1724 1820 2770 2825 2833 3429 3452 3765 3923 4017 4953 5045 5736 5964 6768 6797 7152 7276 7744 7855 8217 8403 8406 8557 8572 9618

B’5 Numri

B’6 Numri

11645 12755 15612 20128 23820 26171 36780 41303 60669 65082 67051 68838 77111 78495 79603 84234

222814 294717 867834 904237 B’7 Numri 4954295 6652545 8679028 8784695 B’10 Numri 2678865268 5020676702

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA

0052 0334 ] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħata lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:

Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: S. BONANNO – iż-Żejtun

KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]

6

Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:

Nru tat-telefown:


LOGĦOB

06|03|2016 35

kullħadd.com

IRBAĦ €25 FI FLUS

113

Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.

TISLIBA Mimdudin:

1. Bard (5) 4. Jistadu bih (4) 7. Ara 2 9,22. Programm fuq TVM (6) 10,15. Jippurifikaw l-ilma (12) 12. Għodda (6) 16. Zija Taljana (3) 18,21W. Qassis Lhudi? (5) 19. Minn din jagħrfuk sew! (1,1,1) 20. Dr Helena ..... (5) 21. Brian Inglott Lapira (1,1,1) 23. Imexxi l-Musulmani (4) 24. Tixbahni? (5)

Weqfin:

1. 2,7. 3,17. 5. 6,11. 8. 11. 12. 13,12. 14. 15. 17. 21. 22.

Dejjem irid ikun jaf (6) Żibel (5) Tosti (6) Ġnien (3) Tittiekel ma’ ħafna platti! (5) Kompli l-qawl: Aktar ma tqalleb aktar ......... (9) Ara 6 Ara 13 Tal-familja (5) Irridu nuruha fil- Qrar (6) Ara 10 Ara 3 Ara 18 Ara 9

SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin: 1.Tewmi, 4.Bard, 7,23. Mmiraw, 9,24.Kartaġni, 10.Pastur, 12.Rutina, 18,21 wieqfa. Estri, 20.Total, 21.Tre

Weqfin: 1.Tikber, 2,12 wieqfa,22. Werrieta, 3,5.Impatt, 6,17. Dardar, 8.Maġistrat, 11,16. Kurdi, 13,19.Teoriż, 14.Arloġġ, 15.Iżurni

QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Żewġ mexxejja ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba ta’ nhar is-27 ta’ Marzu flimkien mal-logos tal-ħarġiet tas-6, 13, u 20 ta’ Marzu.

RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

Rue Mcclanahan

Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: D. BORG – Birżebbuġa L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.

Betty White


36 06|03|2016

kullħadd.com

SPORTS

PULSE TKOMPLI SSAĦĦAĦ L-OPERAT TAGĦHA Bit-twaqqif tal-Pulse Policy Forum fl-2015, l-għaqda politika studenteska Pulse kompliet issaħħaħ u twessa’ l-operat tagħha fil-kamp tal-politika soċjali. Mittwaqqif tiegħu, l-għan ta’ dan il-forum kien li jqajjem għad-diskussjoni suġġetti diversi, jippromovihom u jħejji suġġerimenti u rakkomandazzjonijiet għallogħla awtoritajiet. Il-Pulse Policy Forum għaraf il-qawwa u s-saħħa li jista’ jġorr l-isport fittwettiq u l-implimentazzjoni tal-politika. Minbarra l-promozzjoni għal ħajja aktar sana, il-forum għaraf fl-isport għodda strumentali li tista’ tiġġieled l-esklużjoni socjali. Beda billi indirizza d-delikwenza fost iż-żgħażagħ, fejn organizza attività sportiva ġewwa l-ħabs taż-żgħażagħ u wara ħareġ bi proposti tanġibbli ta’ kif jista’ jiġi utilizzat l-isport sabiex tiġi ffaċilitata aktar inklużjoni soċjali. Ftit tal-ġimgħat ilu, l-istess

Forum organizza “Shooting Hoops for Social Inclusion” bl-għajnuna tal-Malta Wheelchair Basketball Association, bl-għan aħħari ikun li jitfa’ ż-żgħażagħ fiż-żarbun ta’ persuni b’diżabilità u jesperjenzaw il-logħba tal-basketball mis-siġġu tar-roti. Mitlub jikkummenta dwar dan, iċChairperson tal-Pulse Policy

Forum, Karl Attard appella sabiex l-organizzazzjonijiet studenteski jingħaqdu aktar flimkien u jżommu fiċċentru tal-ħidma u l-ħsieb tagħhom, il-prinċipji talinklużjoni u l-ġustizzja soċjali.

diversi inizjattivi ewlenin fosthom tkun dik ilkonferenza internazzjonali bl-isem ta’ ‘Migration: An International Youth Debate’ li bil-parteċipazzjoni ta’ studenti mill-Universitajiet ta’ Malta, Tripli u Katanja għaqqdet fi djalogu Innovazzjoni l-Ewropa mal-Afrika ta’ Fuq. Bħalissa aktar ħidma Matul l-aħħar xhur rajna tinsab għaddejja sabiex fix-

xhur li ġejjin jiġu ppreżentati rakkomandazzjonijiet li jikkumplimentaw u jibnu fuq dawk proposti filValletta Summit. Fuq nota kompletament differenti, din il-ġimgħa l-Policy Forum nieda kampanja, fejn ħa jkun qed isegwi, jistaqsi u jistudja b’mod oġġettiv, u wara jħejji dokument rigward l-eliġibbiltà ta’ rġiel omosesswali u bisesswali flgħoti tad-demm. Il-Pulse Policy Forum jinsab ħerqan biex iwettaq aktar pjani li għandu għallfutur u jaspira li jistabbilixxi lilu nnifsu bħala kontributur għat-twettiq tal-politika soċjali fil-pajjiż. Għalkemm semiawtonomu, il-ħidma u l-impenn tal-Pulse Policy Forum qiegħda tassigura u tħaddem filprattika l-prinċipji soċjali demokratiċi tal-għaqda Pulse, prinċipji li tul dawn l-aħħar dsatax-il sena servew ta’ gwida fil-ħidma u fit-twemmin.

LA SALLE RIVARENO CHAMPIONS GĦAS-SEBA’ DARBA

Mill-kampjonat tal-Handball tal-Ewwel Diviżjoni tan-nisa, La Salle umiljaw lil Aloysians bl-iskor ta’ 34-22. B’din irrebħa, La Salle kisbu r-rebħ tas-seba’ kampjonat fl-istorja tal-klabb, meta għad fadal żewġ logħbiet x’jintlagħbu. B’logħob sabiħ La Salle ma taw l-ebda

ċans lil Aloysians jidħlu fil-partita u mill-bidu nett dehru x’kienu l-ħsibijiet ta’ La Salle fejn b’gowl wara l-ieħor, u b’wirja spettakolari, rebħu dan idderby bl-aktar b’mod konvinċenti. Aloysians bdew fuq l-offensiva meta Brenda Mamo u Sarah Scicluna fetħu

l-iskor. La Salle, immexxija mill-kowċ Daniel Tabone, wieġbu b’erba’ gowls bla risposta. Minn hemm ’il quddiem, La Salle kkontrollaw il-logħob u fi tmiem l-ewwel taqsima kienu qed igawdu minn vantaġġ ta’ sitt gowls. L-ewwel parti tal-logħba spiċċat 15-9

favur La Salle. Fil-bidu tat-tieni taqsima Aloysians naqqsu milli jwettqu reazzjoni u saħansitra kien it-tim ta’ La Salle li żied id-distakk tul dan id-derby. La Salle, li għadhom bla telfa dan l-istaġun, kellhom lil Kami Dobracheva u Kristina Kalla f ’forma brillanti fejn it-tnejn skurjaw xejn anqas minn 11-il gowl. Il-plejer tal-logħba kienet il-Bulgara Kameliya Dobrancheva. B’din ir-rebħa La Salle komplew isaħħu posthom f ’ras il-klassifika talEwwel Diviżjoni b’sitt rebħiet minn sitt logħbiet. Iż-żewġ uffiċjali tallogħba kienu Alan Grima u Daniel Tanti. Mill-kampjonat tal-Handball talEwwel Divizjoni tan-nisa, fl-istess kampjonat, it-tim tal-Kavallieri għeleb lil dak tal-Phoenix b’riżultat ta’ 2313. L-ewwel taqsima spiċċat 10-6 favur Kavallieri. Il-plejer tal-Kavallieri, Sarolta Toth, ġie vvutata bħala l-a]ħar plejer tal-logħba. Iż-żewġ uffiċjali tallogħba kienu Noel Fsadni u Michael Tanti.


LOKALI

kullħadd.com

06|03|2016 37 TELFA F’REBĦA GĦAL BIRKIRKARA

IL-PREMIER LEAGUE MALTI 1 2

FLORIANA BALZAN

Ritratti: STEPHEN GATT

TARXIEN R. BIRKIRKARA

Matija Smrekar (B) u Joao Pedro Oliveira Santos (T)

0 2

Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Hibernians Stadium, it-tim ta’ Birkirkara rnexxielu jdawwar telfa f ’rebħa b’żewġ gowls f ’żewġ minuti, biex għeleb lit-tim ta’ Tarxien bl-iskor ta’ 2-1. Kienu proprju Tarxien li ħolqu l-ewwel azzjoni meta fit-12-il minuta xutt ta’ Brandon Muscat minn qagħda angolata għadda ftit għoli. Birkirkara rreaġixxew fil25 minuta meta, minn corner, kien hemm daqqa ta’ ras li iżda l-ballun spiċċa barra. Reġgħu kienu Tarxien fit-33 minuta meta xutt ta’ Ayrton Azzopardi kien imdawwar f ’corner millgowler Kopric. Ftit minuti biss wara li bdiet it-tieni taqsima, proprju fid-49 minuta, Tarxien marru fil-vantaġġ meta minn cross ta’ Azzopardi jidħol tajjeb Alex Nilsson li mill-viċin ma żbaljax u tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka wara Kopric. Fil61 minuta Birkirkara rreaġixxew meta pass ta’ Frank Temile lejn Camenzuli, li minn barra l-kaxxa ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-mimduma u jispiċċa barra. Wara ħafna sforz, Birkirkara skurjaw il-gowl tad-draw fit-78 minuta meta Vito Plut niżżel il-ballun lil Temile, u dan mill-viċin tefa’ l-ballun fir-rokna taxxibka. Żewġ minuti biss wara, Birkirkara marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-partita, meta azzjoni personali ta’ Mujanovic, rat ix-xutt mill-isbaħ tiegħu jegħleb il-gowler ta’ Tarxien bil-ballun jispiċċa fix-xitwa. Biex tkompli tiġi agħar għat-tim ta’ Tarxien, ftit minuti qabel ma ntemmet l-ewwel taqsima, proprju fid-89 minuta, Tarxien spiċċaw jilagħbu b’għaxra hekk kif għalihom tkeċċa l-plejer Sergio Fernandez Prendez wara foul fuq Ryan Camenzuli. Referee: Glen Tonna BALZAN MHUX MEGĦLUBA F’11-IL LOGĦBA

Ryan Camenzuli (B) u John Mintoff (T)

Fit-tieni logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Hibernians Stadium, ittim ta’ Balzan għeleb lil dak ta’ Floriana bl-iskor ta’ 2-0. Kien proprju t-tim ta’ Balzan li mal-ewwel azzjoni tal-partita, mar filvantaġġ. Dan hekk kif fit-8 minuta Alfred Effiong avvanza bilballun, wara li rċieva pass preċiż, u waħdu quddiem il-gowler ta’ Floriana Matthew Calleja Cremona, ma setax ifalli u tefa’ l-ballun fix-xibka. Din kienet l-unika azzjoni denja ta’ nota fl-ewwel taqsima, hekk kif Floriana naqsu milli jagħmlu reazzjoni għal dan il-gowl li sofrew daqstant kmieni f ’din il-partita. Ftit wara li bdiet it-tieni taqsima, proprju fid-49 minuta, Balzan irduppjaw meta tajjeb ta’ Calcado lejn Serrano, li għal darb’oħra, plejer ta’ Balzan waħdu quddiem Calleja Cremona, ma kellux diffikultà biex jitfa’ l-ballun fix-xibka. Għaxar minuti wara, Balzan komplew jippressaw hekk kif pass ieħor ta’ Calcado lejn Effiong, dan ra x-xutt tiegħu mill-viċin jaħbat mal-lasta, bil-ballun jerġa’ jispiċċa f ’saqajn Calcado li mill-viċin ra x-xutt tiegħu salvat ferm tajjeb mill-gowler Calleja Cremona. Attakk ieħor minn Balzan meta azzjoni personali ta’ Calcado, minn barra l-kaxxa, ipprova jqabbeż il-ballun minn fuq l-istess gowler Furjaniż, iżda l-ballun għadda kemm kemm għoli mil-lasti ta’ Floriana. Floriana totalment ineżistenti, hekk kif l-aħħar attakk ta’ Balzan wasal fis-86 minuta meta pass ta’ Kaljevic lejn Cipriott, li mill-viċin naqas milli jagħmel kuntatt mal-ballun. B’din ir-rebħa, Balzan estendew issensiela ta’ logħob mhux megħluba għal ħdax, filwaqt li Floriana niżlu fil-ħames post wara r-rebħa ta’ Birkirkara fuq Tarxien. Referee: Clayton Pisani

Alfred Effiong (B) u Emmanuel Briffa (F)

Juninho Cabral (F), Paul Fenech (B) u Steve Pisani (F)

IL-PREMIER LEAGUE MALTI

KLASSIFIKA

Valletta Balzan Hibernians Birkirkara Floriana Tarxien R. Sliema W. Pembroke A Mosta Naxxar Lions Qormi St. Andrews

L R D 25 20 2 26 17 4 25 17 6 26 15 6 26 14 4 26 11 8 25 8 5 25 8 4 25 8 7 25 4 2 25 2 3 25 1 3

T F K +/- Pti 3 57 22 +35 36 5 51 24 +27 33 2 64 27 +37 32 5 50 25 +25 30 8 43 29 +14 27 7 43 22 +21 23 12 35 39 -4 17 13 37 43 -6 16 10 33 43 -10 16 19 22 65 -43 7 20 20 60 -40 5 21 17 73 -56 4

LOGĦOB GĦAL-LUM

Stadium Nazzjonali Naxxar L. v Hibernians Sliema W. v Valletta

14.00 16.00

Stadium Victor Tedesco St Andrews v Pembroke A. Qormi v Mosta

14.00 16.15


38 06|03|2016

kullħadd.com

PREMIER LEAGUE

RIŻULTATI TAL-BIERAĦ

TOTTENHAM V ARSENAL

Tottenham tilfu ċ-ċans li jitilgħu fil-quċċata tal-Kampjonat Ingliż hekk kif Alexis Sanchez irnexxielu jsalvahom minkejja li t-tim tiegħu kien qed jilgħab bi plejer inqas. Dan il-plejer Ċilen skurja l-gowl taddraw kwarta mit-tmiem wara gowls minn Toby Alderweireld u Harry Kane għal Tottenham li kienu rnexxielhom idawru r-riżultat wara li Arsenal marru fil-vantaġġ b’gowl maħdum tajjeb u skurjat minn Aaron Ramsey. L-Ispurs dehru li resqin għal rebħa meta rnexxielhom jiskurjaw żewġ gowls f ’ħakka ta’ għajn ftit wara li Francis Coquelin tkeċċa għal Arsenal wara li rċieva t-tieni karta safra wara 55 minuta. Iżda ma kellux ikun hekk kif Sanchez salva lil Arsenal u Ramsey kellu ċans iżid ieħor lejn it-tmiem li kieku ma kienx intervent f ’ħinu ta’ Kevin Wimmer. CRYSTAL PALACE V LIVERPOOL Liverpool se jkunu qed jittamaw li jilqgħu lura lill-attakkanti Daniel Sturridge u Philippe Countinho għal din il-logħba kontra Crystal Palace f ’Londra. Din l-aħbar se tkun qed ittaffi ftit mill-fatt li Lucas Leiva se jdum nieqes għal madwar sitt ġimgħat wara injury fil-koxxa. Dawn iż-żewġ plejers kienu mserrħa fost il-ġimgħa kontra r-rebħa li għamel l-istess tim fuq Manchester City.

v v v v v v v v v

Alexis Sanchez iġib id-draw kontra Tottenham Intant, l-istaġun tal-Palace jidher li sejjer mill-ħażin għall-agħar hekk kif ilhom ma jirbħu logħba mid19 ta’ Diċembru li għadda u ilhom ma jirbħu f ’darhom mill-aħħar ta’ Novembru. Madankollu, it-tim ta’ Alan Pardew għandu rekord tajjeb kontra Liverpool u r-ritorn ta’ Connor Wickham żgur li se jkun ta’ għajnuna. WEST BROM. V MAN. UNITED It-tim ta’ Manchester United se jkun qed jilqa’ lura lid-difensur Chris Smalling għal din il-

Fiorentina 4 - 1 Sampdoria 0 - 3 Chievo Tard Lazio Juventus Carpi Udinese Empoli Milan Palermo

12.30 15.00 15.00 15.00 15.00 15.00 20.45

KLASSIFIKA Tim Juventus Napoli * Roma Fiorentina Internazionale Milan Sassuolo Lazio Bologna Chievo * Empoli Torino Sampdoria Atalanta Udinese Genoa Palermo Frosinone Carpi Hellas Verona

L 27 27 28 28 27 27 27 27 27 27 27 27 28 27 27 27 27 27 27 28

R 19 17 16 16 14 13 10 10 10 9 9 8 8 7 8 7 7 6 4 2

D 4 7 8 5 6 8 11 7 5 7 7 8 7 9 6 7 6 5 9 12

T 4 3 4 7 7 6 6 10 12 11 11 11 13 11 13 13 14 16 14 14

* Il-pożizzjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat inħareġ wara li morna għall-istampar.

v Stoke City 1 - 1

Everton

v West Ham Utd 2 - 3

Southampton

v Sunderland 1 - 1

Swansea City

v Norwich 1 - 0

Watford

v Leicester City Tard

Crystal Palace

v Liverpool 14.30

West Brom

v Manchester Utd 17.00

KLASSIFIKA

LOGĦOB GĦAL-LUM Torino Atalanta Bologna Frosinone Genoa Sassuolo Inter

Chelsea

LOGĦOB GĦAL-LUM

RIŻULTATI TAL-BIERAĦ Verona Napoli

v Arsenal 2 - 2

Newcastle Utd v Bournemouth 1 - 3

RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA v

Tottenham

Machester City v Aston Villa 4 - 0

SERIE A Roma

SPORTS

F 48 55 59 49 34 39 34 34 29 32 33 33 42 26 24 27 27 26 24 24

K 15 22 29 31 25 28 31 36 31 36 40 34 46 31 40 32 47 53 44 48

P 61 58 56 53 48 47 41 37 35 34 34 32 31 30 30 28 27 23 21 18

logħba kontra West Brom. Dan id-difensur tilef l-aħħar tliet logħbiet tal-United minħabba injury fl-ispalla u jista’ jkun li jibda mal-ewwel ħdax, hekk kif dan it-tim se jkunu qed ifittex li jirbaħ il-ħames logħba infila. Min-naħa tiegħu, it-tim ta’ West Brom. rebaħ żewġ logħbiet millaħħar tliet tant li tbiegħed xi ftit miż-żona tar-relegazzjoni, filwaqt li akkwista draw tajjeb kontra Leicester. Madankollu, se jkunu qegħdin jiġġieldu għall-punti kontra l-United għaliex għadhom ‘il bogħod milli jikkonfermaw posthom fil-Premier League.

Tim Leicester City * Tottenham H. Arsenal Manchester City West Ham Man. United Stoke City Southampton Liverpool Chelsea Everton Watford * West Brom Bournemouth Crystal Palace Swansea City Sunderland Norwich City Newcastle United Aston Villa

L 28 29 29 28 29 28 29 29 27 29 28 28 28 29 28 29 29 29 28 29

R 16 15 15 15 13 13 12 11 11 10 9 10 9 9 9 8 6 6 6 3

D 9 10 7 5 10 8 7 8 8 10 11 7 9 8 6 9 7 6 6 7

T 3 4 7 8 6 7 10 10 8 9 8 11 10 12 13 12 16 17 16 19

F 51 51 46 52 45 37 31 36 41 43 51 29 29 35 31 28 35 31 28 22

K 31 24 30 31 33 26 34 29 36 39 39 29 36 45 37 37 54 54 53 55

P 57 55 52 50 49 47 43 41 41 40 38 37 36 35 33 33 25 24 24 16

* Il-pożizzjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat inħareġ wara li morna għall-istampar.

ATALANTA V JUVENTUS

PUNTI OĦRA

Hekk kif bħalissa Atalanta mhux qed ibati biex jirbaħ il-punti, żgur li mhuwiex il-mument ideali biex f ’daru jilqa’ lit-tim ta’ Juventus. Atalanta bħalissa jinsabu fit-tlettax-il post, seba’ punti biss ‘il bogħod miżżona tar-relegazzjoni. Fil-fatt, kienu biss tliet punti li rnexxielu jirbaħ dan it-tim minn ħames logħbiet u fis-sena l-ġdida għadu mingħajr rebħa. Minkejja li Juventus se jkunu qed jiffaċċjaw lil Bayern Munich barra minn darhom aktar tard din il-ġimgħa, xorta waħda jridu jirbħu biex kemm jista’ jkun, jinsew malajr il-prestazzjoni negattiva li kellu kontra Inter, minkejja li spiċċa biex rebaħ bil-lotterija tal-penalties.

MANCHESTER UNITED LURA GĦAL TONI KROOS?

SASSUOLO V MILAN Logħba interessanti oħra llum hija dik bejn Sassuolo u Milan biż-żewġ timijiet se jkunu qed jaspiraw li jkunu jistgħu jikkwalifikaw għall-Europa League u ċ-Champions League rispettivament. Bir-rebħa kontra Lazio, issa, Sassuolo ilhom mhux megħluba għal erba’ logħbiet u ċ-ċansijiet li jikkwalifikaw għallEuropa League huma ħajjin. Milan, ukoll sejrin tajjeb, tant li ilhom ħdax-il logħba mhux megħluba fil-kompetizzjonijiet kollha. Dan wara r-rebħa tajba kontra Torino kif ukoll kontra Alessandria li wasslithom sal-finali tal-Coppa Italia, fejn se jkunu qed jilagħbu kontra Juventus. Għal din il-logħba, Milan se jkunu megħjuna bir-ritorn ta’ Jeremy Menez, li fost il-ġimgħa rnexxielu jiskurja żewġ gowls. INTER V PALERMO Minkejja li rnexxilhomx jagħmluha għall-finali tal-Coppa Italia, Inter se jippruvaw jibnu fuq ilprestazzjoni brillanti li kellhom kontra Juventus, b’rebħa fuq Palermo fis-San Siro. Rebħa fuq Palermo tista’ sservi ta’ pjattaforma tajba għall-isforzi li qed jagħmel it-tim ta’ Roberto Mancini biex jikkwalifika għall-kompetizzjoni taċ-Champions League. Żvolta fil-każ ta’ Palermo hekk kif appuntaw mill-ġdid lil Iachino liema deċiżjoni kienet waħda loġika hekk kif it-tkeċċija tiegħu fil-bidu tal-istaġun kienet waħda illoġika u ma tagħmilx sens. Minkejja li ħadd ma jista’ jistenna mirakli fil-konfront ta’ Palermo, dan il-pass jidher li diġà qed iħalli l-frott mixtieq. Iddraw ta’ Palermo kontra Bologna tal-ġimgħa l-oħra, kienet l-ewwel darba li żammu clean sheet f ’sittax-il logħba.

Skont diversi rapporti fil-midja Ingliża, it-tim ta’ Manchester United reġa’ qed jinteressa ruħu fil-plejer ta’ Real Madrid Toni Kroos. Qed jingħad li dan il-plejer huwa wieħed mill-prijoritajiet ta’ dan it-tim għal meta jiftaħ is-suq tat-trasferimenti fis-sajf li ġej. Ta’ min jgħid li meta fit-tmun tal-United kien hemm David Moyes, kien jidher ukoll li kien hemm interess għal dan il-plejer. Iżda hekk kif Moyes kien ġie mkeċċi u ġie appuntat Louis van Gaal, dan tal-aħħar għażel lil ħaddieħor u Kroos innifsu ngħaqad mat-tim Spanjol mingħad Bayern Munich. Minħabba l-fatt li għad hemm inċertezza fuq fil-futur tal-istess van Gaal, il-United jidher li diġà qed idawru l-attenzjoni fuq dan il-plejer. INFANTINO JRID IT-TRASPARENZA Il-President il-ġdid tal-FIFA Gianni Infantino sostna li jeħtieġ li jsir aktar biex ikun assigurat li l-proċess tal-offerti jkun aktar trasparenti u ma jkunx hemm lok għal abbużi. Il-mod kif intgħażlu tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 u l-2022, fir-Russja u l-Qatar rispettivament, kienu mtappna b’allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni. Fid-dawl ta’ dan, Infantino għażel li jħares ‘il quddiem u jrid li dawn iż-żewġ tournaments ikunu suċċess. Intant, rapport riċenti li sar dwar l-allegat korruzzjoni flgħażla tal-post fejn saret it-Tazza tad-Dinja tal-2006, wasal għal konklużjoni li seta’ kien hemm ħlas ta’ €6.7 miljun millFederazzjoni Ġermaniża tal-Futbol lill-FIFA, sena qabel ma ttella’ l-istess tournament, proprju f ’April tal-2005, liema konklużjoni ma tistax tiġi injorata. EVA CARNEIRO, JOSE MOURINHO U CHELSEA GĦAT-TRIBUNAL Jekk għada mhux se jkun qed jintlaħaq ftehim quddiem itTribunal tax-Xogħol, liema eżerċizzju se jsir fil-privat, bejn Eva Carneiro, Jose Mourinho u Chelsea, iwassal biex ikun hemm ċans kbira li din il-kawża tkun waħda pubblika u dan f ’Ġunju li ġej. Carneiro qed takkuża kemm lil Chelsea kif ukoll lil Mourinho, b’mod personali, talli f ’logħba partikolari li kien tilef, kien waħħal fiha u ddiskrimina kontriha. Dan hekk kif hi kienet ikkritikata pubblikament minn Mourinho stess wara d-draw kontra Swansea fl-ewwel logħba ta’ dan l-istaġun fi Stamford Bridge.


FORMULA 1

kullħadd.com

06|03|2016 39

ANALIŻI U RAPPORT TA’ LIAM GAUCI

LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT

Agħar minn hekk, kien hemm sewwieqa li ħabbru li mhumiex lesti li jużaw din ir-raġġiera. Fost dawn kien hemm Hamilton li uża l-midja soċjali biex jgħid li l-livell ta’ sigurtà attwali huwa biżżejjed. Ta’ min isemmi li l-verżjoni talhalo li ppruvaw il-Ferrari hija biss waħda ta’ proviżorja fejn il-forma u l-materjal li użaw mistennijin jinbidlu. Barra minn hekk, timijiet oħrajn, fosthom il-Mercedes u r-Red Bull, diġà ħabbru li se jipproponu verżjonijiet alternattivi tal-halo.

Minkejja li ħafna għajnejn reġgħu kienu fuq Barċellona minħabba l-aħħar serje ta’ testijiet li saru fuq dan it-traċċat qabel il-bidu tal-istaġun, l-attenzjoni ta’ bosta dilettanti kienet miġbuda lil hinn miċ-ċirkwit minn diversi kwistjonijiet tekniċi u politiċi li kienu għaddejjin wara l-kwinti speċjalment fejn għandhom x’jaqsmu s-sigurtà u l-ispettaklu. Ikkonfermata l-bidla

Ewlenija fost dawn il-kwistjonijiet kienet dik marbuta malbidliet li kienu proposti għallkwalifikazzjonijiet fejn diversi stakeholders tal-isport qablu li tiġi introdotta sistema ta’ eliminazzjoni li tnaqqas is-sewwieqa tul kull fażi u mhux biss fl-aħħar ta’ kull waħda. L-għan ta’ din il-bidla hija li jkun hemm aktar azzjoni u spettakli matul il-kwalifiki hekk kif issewwieqa jkunu f ’riskju kontinwu ta’ eliminazzjoni. Madankollu, il-ġimgħa l-oħra kien hemm għajdut li s-sewwieqa ma tantx ħadu pjaċir b’din ir-riforma. Din is-sensazzjoni kienet imsaħħa nhar l-Erbgħa meta s-sewwieqa talbu li jkollhom laqgħa mad-direttur tat-tlielaq Charlie Whiting fejn din il-kwistjoni kienet prominenti ħafna fl-aġenda, fatt li kien ikkonfermat mis-sewwieqa nfushom. L-aktar ħaġa li ħasbet lil sewwieqa bħal Hamilton u Perez kien il-fatt

Aktar minn sena tard li r-regolamenti l-ġodda kienu se joħolqu konfużjoni kbira minħabba l-kumplessità tagħhom. Barra minn hekk, huma ħassew li ma kienx hemm bżonn bidla ta’ din ix-xorta għaliex ħafna sewwieqa u spettaturi kienu kuntenti bis-sistema talkwalifiki. Minkejja din ir-reżistenza, f ’laqgħa li saret nhar il-Ġimgħa li għadda, il-World Motor Sport Council, din ir-riforma ġiet approvata u kien issuġġerit li tiġi implimentata millGran Premju ta’ Melbourne stess. Ma tantx tagħmel suċċess Suġġett ieħor kontroversjali fl-aħħar jiem kienet l-introduzzjoni tal-halo device, apparat b’forma ta’ raġġiera

li għandu l-għan li jipproteġi ras is-sewwieqa f ’każ ta’ inċident. Riċentament kien hemm xi ftit talkontroversja hekk kif il-proposta li din tiġi introdotta mis-sena d-dieħla stess kienet approvata mingħajr testijiet prattiċi. Din il-ġimgħa, ilFerrari mxew mill-kliem għall-fatti meta użaw verżjoni tagħhhom fittestijiet ta’ Barċellona għal żewġ dawriet. Madankollu, dan id-debutt spiċċa żied u mhux naqqas il-kontroversja għaliex kienu bosta l-figuri prominenti fl-isport li ddeskrivew dan l-apparat bħala ikrah, filwaqt li kien hemm oħrajn li sostnew li dan jista’ saħansitra jżid il-periklu għaliex jaf jostakola l-viżwal tassewwieqa.

IT-TMIEM TAL-BIDU

Bejn it-Tlieta u l-Ġimgħa li għadda saret it-tieni u l-aħħar serje ta’ testijiet ta’ qabel l-istaġun li ġej. Minkejja li rajna diversi bidliet f ’ħafna mill-vetturi kkumparat mal-ewwel testijiet, irriżultati li nkisbu spiċċaw kienu simili għal dawk tal-ġimgħa preċedenti. Madankollu, xorta waħda jkun utli li nagħtu ħarsa lejn x’ġara fl-aħħar jiem biex nieħdu ftit idea ta’ x’potenzjal għandhom it-timijiet. L-EWWEL JUM: Passi ‘l quddiem tal-McLaren

Fi tmiem l-ewwel jum ta’ provi kien Rosberg li kiseb l-aħjar ħin fejn ħafna timijiet, neqsin ilWilliams, użaw is-softs u l-mediums. Kif drajna naraw, l-ewwel pożizzjonijiet kienu kkontestati bejn il-Mercedes, il-Ferrari u l-Williams. Madankollu, Alonso rnexxielu jidħol fit-tielet post b’ħin li però kien 1.7 sekondi anqas veloċi minn dak ta’ Rosberg. Kif kien imwiegħed, ilMcLaren introduċew diversi żviluppi illi bosta minnhom dehru li kellhom effetti pożittivi. Oħrajn, però, tawhom xi ftit tal-problemi qrib it-tmiem tas-sessjoni ta’ filgħodu. IT-TIENI JUM: Problemi għall-Haas u s-Sauber Matul it-tieni jum kien Magnussen li daħal bejn it-timijiet ewlenin bir-Renault tiegħu. L-aktar aħbarijiet li spikkaw matul dan il-jum kienu dawk negattivi, però. Fost dawn kien hemm dawk relatati mas-Sauber li esperjenzaw diversi problemi fosthom iċ-ċediment ta’ rota

fuq il-vettura ta’ Ericsson li bagħtitu fuq iżżrar. Aħbarijiet oħra ħżiena waslu min-naħa talHaas li kellhom ġurnata diżastruża hekk kif ittim innota problema fit-turbocharger tal-magna tagħhom kmieni fil-ġurnata. Minħabba dan il-fatt huma kellhom jaqilgħu din il-parti talpower unit biex jiċċekkjawha u b’hekk kellhom jabbundaw il-ġurnata ta’ provi għalkollox. Ta’ interess kienet ukoll laqgħa li saret bejn Charlie Whiting, id-delegat tal-FIA responsabbli mis-sigurtà u direttur tat-tlielaq tal-F1, fejn ġew diskussi r-riformi proposti fissessjonijiet tal-kwalifiki. IT-TIELET JUM: Tiddebutta l-halo

Fit-tielet jum ta’ provi, il-Ferrari għamlu punt li jieħdu idea aħjar tal-potenzjal tal-vettura tagħhom f ’termini ta’ veloċità hekk kif għamlu użu estensiv tal-ultrasofts. Huma ma kinux l-uniċi li kellhom din il-prijorità hekk kif bosta timijiet għażlu li jużaw l-aktar tipi ta’ roti rotob. L-eċċezzjoni kienu l-Mercedes illi dehru aktar interessati li janalizzaw ir-rendiment tal-F1 W07 fuq medda ta’ ħin twil, kif ukoll b’ammont sostanzjali ta’ fjuwil abbord. Il-Ferrari ma ġibdux l-attenzjoni bilprestazzjonijiet tagħhom biss hekk kif Raikkonen kien l-ewwel sewwieq li pprova l-halo device fuq il-vettura tiegħu, struttura b’forma ta’ raġġiera li għandha l-għan li tipproteġi ras is-sewwieqa f ’każ ta’ inċident. Ir-reazzjoni għal dan id-debutt se narawha fl-

Kummenti oħra fuq il-midja soċjali li ġibdu l-attenzjoni talpubbliku kienu dawk tal-kollega ta’ Hamilton, Nico Rosberg, illi uża Twitter biex ħabbar illi l-Formula One Management (FOM) fl-aħħar bagħtulu l-Pole Trophy tal-2014, trofew li beda jingħata sentejn ilu lil min jikseb l-ogħla numru ta’ pole positions f ’staġun wieħed. Minkejja li dan t-trofew m’għandux l-istorja u prestiġju li jgawdu premji oħrajn fil-F1, is-sewwieq Ġermaniż kien tefa’ diversi botti matul l-aħħar xhur għaliex l-FOM damu ‘l fuq minn sena biex jagħtuhulu. Milli jidher dawn il-botti eventwalment waslu fejn kellhom jaslu għax ittrofew fl-aħħar qiegħed għand sidu.

analiżi. Sadanittant, il-Haas F1 reġa’ kellhom ġurnata kumplessa hekk kif xi problemi tekniċi li esperjenzaw wassluhom biex jikkawżaw il-ħruġ tal-bnadar il-ħomor f ’diversi okkażjonijiet. Madankollu, huma xorta waħda rnexxielhom jagħmlu 78 dawra. IR-RABA’ JUM: Ġurnata kwieta

L-aħħar jum ta’ provi kien kemxejn kwiet fejn essenzjalment rajna repetizzjoni talprestazzjonijiet tal-jiem preċedenti. L-unika bidla fir-rutina ġiet min-naħa tal-Mercedes illi taw l-ewwel, u l-uniku, sinjal tal-limiti tagħhom f ’termini ta’ affidabbiltà tul dawn it-testijiet hekk kif Hamilton esperjenza problema filgearbox lejn l-aħħar tas-sessjoni ta’ filgħodu. Però, din ma dehritx li kienet problema serja għaliex sal-bidu tas-sessjoni ta’ wara nofsinhar kienet indirizzata. Nistennew sa Melbourne Ħafna stennew li jieħdu idea aħjar talpożizzjonijiet li se jkunu fihom it-timijiet fixxhur li għaddew. Madankollu, bosta minnhom sostnew li kien għad baqgħalhom diversi żviluppi x’jintroduċu. Għaldaqstant, se jkollna nistennew sa Melbourne biex nifhmu aħjar x’se toffri l-ewwel fażi tal-istaġun. Matul il-ġimgħa d-dieħla jkollna l-opportunità li nagħtu ħarsa aktar mill-qrib lejn il-prestazzjonijiet tal-aħħar jiem.


40 06|03|2016

kullħadd.com

LOKALI

INQALBET FOLJA FL-ISTORJA GĦALL-PERSUNI B’DIŻABBILTÀ Oliver Scicluna Chairman, KNPD

Jiena nawgura li aktar kumpaniji kif ukoll entitajiet tal-Gvern ikomplu jagħrfu l-importanza li aħna, il-persuni b’diżabbiltà, qegħdin hawn biex nedukaw ruħna, biex naħdmu u biex inkunu parti mid-deċiżjonijiet li jittieħdu.

Kien pass importanti ’l quddiem meta pajjiżna ħa ħsieb jirratifika l-Konvenzjoni għad-Drittiijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà tan-Nazzjonijiet Uniti. Iżda nqis li huwa pass ferm aktar ’il quddiem meta llum il-ġurnata pajjiżna qiegħed jimplimenta l-istess Konvenzjoni. Meta nitkellmu dwar drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà jista’ jkollna reazzjonijiet differenti iżda ma nistgħux niċħdu l-fatt li pajjiżna għamel passi ta’ ġgant f ’dan ir-rigward, anke jekk, sfortunatament, mhux dejjem jirnexxilna nolqtu lil kulħadd bl-istess mod. Jiena nemmen li għandna niffukaw l-enerġija tagħna biex jiġu aġevolati l-aktar dawk il-persuni vulnerabbli. Artiklu 19 tal-istess Konvenzjoni jitkellem dwar l-għajxien indipendenti, fejn illum ilġurnata qed inħarsu biex ngħixu ċittadinanza attiva. Iż-żieda fin-numru tad-djar residenzjali fil-qalba talkomunità kien pass importanti ħafna f ’dan ir-rigward, b’mod partikolari għal dawk il-persuni b’diżabbiltajiet intellettwali li għandhom bżonn livell ta’ sapport biex jgħixu ħajja dinjituża. Matul is-sena li għaddiet

is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva Justyne Caruana nediet l-istandards nazzjonali għaddjar residenzjali. Dan sar biex jiġi żgurat li s-servizz mogħti f ’dawn id-djar ikun dak mixtieq mill-persuni li se jkunu qed jgħixu fihom. Inqis li dawn l-istandards qalbu folja fl-istorja għax bittnedija tagħhom ir-residenti se jingħataw l-opportunità li jagħmlu l-għażliet huma nfushom dwar kif jixtiequ jgħixu. Ikolli ngħid li l-mira li jitlestew għaxart idjar fil-komunità f ’perjodu ta’ leġiżlatura hija mira ambizzjuża ħafna. Jidher li din il-mira, bl-impenn importanti tal-Gvern lejn dan it-tragward, qiegħda tintlaħaq. Barra dan, ilGvern preżenti għażel ukoll li jinforza l-liġi tal-impjieg għal persuni b’diżabbiltà fejn kull kumpanija li tħaddem iżjed minn 20 impjegat se jkun jeħtiġilha li 2% tal-impjegati jkunu persuni b’diżabbiltà. Huwa stat ta’ fatt li pajjiżna kien jikklassifika bħala l-aktar post Ewropew fejn il-persuni b’diżabbiltà kienu jinsabu f ’riskju jew inkella fil-faqar. Waħda mir-raġunijiet prinċipali

ġej mill-fatt li l-persuni b’diżabbilta, l-aktar dawk b’diżabbiltajiet intellettwali, kienu qed isibuha ferm diffiċli li jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Permezz tal-infurzar tal-liġi li semmejt, l-istatistika diġà bdiet turi li llum il-ġurnata għandna iżjed persuni b’diżabbiltà li qed jiġu inklużi fid-dinja taxxogħol. Ix-xogħol ma jgħinx lil persuna b’mod finanzjarju biss iżda jippermettilha wkoll li tiltaqa’ ma’ persuni differenti u tuża l-potenzjal tagħha għallġid tas-soċjetà. Għalkemm l-istatistika hija importanti għax tagħtina riflessjoni tal-istat preżenti, niddejjaq inkejjel il-progress li jkun intlaħaq fuq l-istatistika biss. U b’dan il-ħsieb f ’moħħi jkolli ngħid li, permezz talinfurzar tal-liġi li tolqot lillpersuni b’diżabbiltà, sa flaħħar qed jitqajjem interess u qed ikun hemm diskussjonijiet serji mill-Malta Employers Association u mill-Kamra tal-Kummerċ. Anke jekk kien hemm nuqqas ta’ qbil ma’ dawn, xorta waħda nqis din il-ħaġa bħala pożittiva ħafna. Dan għax illum il-ġurnata sirna nagħtu prominenza lill-impjieg għal persuni b’diżabbiltà fejn din il-ħaġa tinsab fuq l-aġenda tal-pajjiż.

Jiena nawgura li aktar kumpaniji kif ukoll entitajiet tal-Gvern ikomplu jagħrfu l-importanza li aħna, ilpersuni b’diżabbiltà, qegħdin hawn biex nedukaw ruħna, biex naħdmu u biex inkunu parti mid-deċiżjonijiet li jittieħdu. Kien għalhekk li qbilt ħafna ma’ miżura oħra li ħa dan il-Gvern fejn emenda diversi liġijiet ta’ entitajiet governattivi biex jibdew ikunu inklużi persuni b’diżabbiltà f ’bordijiet differenti. B’dan il-mod il-leħen tagħna se jkun mismugħ fid-deċiżjonijiet li jkunu se jittieħdu. Irridu nżommu f ’moħħna li llum, aktar minn qatt qabel, ilpersuni b’diżabbiltà jinsabu f ’kull rokna tas-soċjetà u jistennew li jkunu parti sħiħa mis-soċjetà, u mhux estensjoni tas-soċjetà. Dan li għedt ma jneħħi xejn mill-fatt li għad fadal ħafna iżjed affarijiet xi jsiru f ’dan il-qasam sabiex tabilħaqq ilpersuni b’diżabbiltà jgħixu ħajja iżjed dinjituża u jispiċċa darba għal dejjem iż-żmien fejn ikollna soċjetà li toħloq barriera wara l-oħra. Iżda biex naslu għal dan ma rridux nieqfu milli nkomplu nedukaw biex is-soċjetà li ngħixu fiha tkun aktar responsabbli.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.