KullĦadd_06.09.2020

Page 1

JEVITAW ISEMMU L-JS LIST

www.one.com.mt Il-Ħadd, 6 ta’ Settembru, 2020

Ħarġa Nru 1,417

Rapport f’paġna 3 Prezz €1

WARA L-GIDBA … 45% AKTAR OTTIMISTI F’AWWISSU SKONT IL-KUMMISSJONI EWROPEA, IN-NEGOZJI U L-KONSUMATURI LOKALI SAĦĦEW IL-FIDUĊJA TAGĦHOM BI KWAŻI D-DOPPJU FI ŻMIEN ERBA’ XHUR Stħarriġ li l-Kummissjoni Ewro- kontra x-xejra fil-bqija tal-UE. Dan l-iżvilupp hu kkonpea għamlet f ’nofs ix-xahar li għadda fost eluf ta’ negozji u fermat ukoll mill-fatt li minn konsumaturi Maltin juri li l-liv- Ġunju ’l hawn ir-rata ta’ qgħad ell ta’ ottimiżmu f ’pajjiżna hu f ’pajjiżna bdiet tonqos b’mod 45% ogħla milli kien f ’April li konsistenti u kontra żieda medgħadda, wara erba’ xhur li kienu ja ta’ 0.4% fir-rata tal-qgħad kkaratterizzati u kkundizzjonati fiż-Żona Ewro, f ’pajjiżna kellmill-pandemija tal-COVID-19, na tnaqqis tal-istess ammont. B’hekk għall-ewwel darba fl-isbħall-bqija tad-dinja. Jirriżulta li aktar minn tliet torja, f ’nofs pandemija, pajjiżna rnexxielu kwarti ta’ dan jkun il-pajjiż it-titjib seħħ bl-inqas rata proprju mindu ta’ qgħad l-Prim Ministru fiż-Żona Robert Abela Ewro, b’rata ħabbar il-pjan saħansitra inta’ riġenerazzqas minn dik joni ekonotal-Ġermanmika ta’ €900 ja, meqjusa miljun fil-bibħala l-mutur du ta’ Ġunju. e ko n o m i k u Dan inkluda tal-Ewropa. mhux biss għaJir riżulta jnuna diretta mill-istħarriġ lin-negozji li tal-Kummiskienu obblisjoni Ewrogati jagħlqu pea li kienu minħabba l-virus, iżda wkoll Il-fiduċja tal-poplu żewġ setturi partikolari flus f ’idejn i l - k o n s u m a - kontributur qawwi f ’pajjiżna li turi biex jix- favur l-ekonomija l-aktar esperjenzaw żieda prunaw il-bidu għar-ritorn lejn Ara rapport f’paġni 8 u 9 fis-sentiment ekonomiku. in-normalL-ewwel kienu l-konsumaità. Fost dawn tal-aħħar kien hemm ovvjament il-vouchers turi nfushom fejn is-sentita’ €100 lil kull resident ta’ iż- ment ekonomiku reġa’ lura jed minn 16-il sena, li kellhom għal-livell medju li pajjiżna kellu sa minn meta beda jsir dan effett pożittiv ħafna. Peress li l-istħarriġ tal-Kum- l-istħarriġ ta’ kull xahar fl-2002. missjoni Ewropea kien qed is- Imbagħad wieħed isib ukoll eħħ waqt li n-numru ta’ każijiet is-settur tal-kostruzzjoni fejn pożittivi tal-Coronavirus kien is-sentiment fih ukoll reġa’ lura qed jilħaq livelli ogħla minn għal-livell medju osservat fldawk ta’ ftit ġimgħat qabel, al- aħħar snin. lura hu mistenni li l-ottimiżmu lokali baqa’ jiżdied sal-lum, Tkompli f’paġna 6

MAL-AĦJAR VELOĊITAJIET TAL-INTERNET FID-DINJA Grazzi għal qafas regolatorju b’saħħtu, li jippermetti kompetizzjoni tajba fost il-kumpaniji lokali li jipprovdu s-servizz u investimenti massiċċi, Malta għandha wieħed mill-aħjar servizzi tal-internet fid-dinja, ibbażat fuq il-veloċità tiegħu. Tagħrif minn riċerka annwali msejħa Worldwide Broadband Speed League jpoġġi lil pajjiżna mal-aktar 20 internets veloċi pprovduti fid-dinja kollha u malaqwa ħamsa fost l-istati membri fl-Unjoni Ewropea, aħjar minn pajjiżi bħallĠermanja, l-Italja, Spanja, Franza, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti tal-Amerka, ilĠappun, l-Awstralja, ir-Russja u l-Kanada, fost oħrajn. Skont l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA), li tirregola s-settur lokali, l-infrastruttura tal-broadband kienet u tibqa’ kruċjali biex Malta tkun tista’ tattira setturi ekonomiċi diġitali ġodda, bħal Fintech, e-Gaming, Blockchain, e-Sports, Internet of Things, Telemedicine, eċċ., u b’hekk tkun tista’ tkompli titwettaq il-viżjoni li nibqgħu minn ta’ quddiem fl-oqsma diġitali. Rapport dettaljat f’paġni 4 u 5


02

06.09.2020

one.com.mt

.mt

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 30°C L-Inqas Temperatura: 24°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja tiksi l-Punent u ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mil-Lvant li jsir moderat għal ftit qawwi mix-Xlokk Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Grigal li jsir mil-Lvant It-Temperatura tal-Baħar: 28°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR

It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

31°C

UV 7

23°C

Il-Ħamis

31°C

UV 7

23°C

31°C

Il-Ġimgħa

UV 7

22°C

Is-Sibt

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000 30°C

Sit Elettroniku ONE NEWS one.com.mt

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

UV 7

22°C

31°C

UV 7

23°C

31°C

UV 7

23°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IT- TLIETA 8 TA’ SETTEMBRU

Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485 Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Fgura Pharmacy, Triq il-Koppla, Il-Fgura – 21675250 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan k/m Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat, Malta – 21454274 Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat, Għawdex – 21556170 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija, Għawdex – 21563052

20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex – 21341649 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Brown’s Grognet Pharmacy, 41, Triq ilKostituzzjoni, Il-Mosta – 21432038 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant’Anna, Marsaskala – 21637994 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21898728 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479 Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat, Għawdex Ir-Rabat, Għawdex Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn, Għawdex – 21563617


03

06.09.2020

one.com.mt

GRECH U DELIA JEVITAW IL-JS LIST F’nofs kampanja għall-ħatra ta’ Kap ġdid Nazzjonalista jew inkella l-konferma ta’ dak attwali, ġejna mitmugħin ferm aktar minn biżżejjed bejn kliem sabiħ u retoriku ta’ x’jista’ jsir, tal-għaqda mixtieqa u meħtieġa, flimkien ma’ attakki mistennija kontra l-Gvern Laburista, mhux l-inqas dak li ż-żewġ kandidati Bernard Grech u Adrian Delia jiddeskrivu bħala “nuqqas ta’ governanza tajba”. Irrelevanti mill-fatt li l-poplu konxju ta’ x’qed igawdi bissaħħa ta’ Gvern Laburista llum u x’gawda (jew ma gawdiex) taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista jew dawk ta’ qabilha, it-tnejn li huma evitaw kompletament storja kbira li żviluppat fl-aħħar jiem u proprju tirrelata mat-tip ta’ “governanza” li kienet teżisti sal-2013. Fil-fatt f ’ġimagħtejn mindu feġġew irċevuti li jikkonfermaw l-iskema magħrufa bħala JS List, li biha l-Partit Nazzjonalista kien jisloħ regolarment eluf ta’ ewro mingħand negozjanti li “jirbħu” kuntratti li joħroġ il-

Gvern Nazzjonalista, iż-żewġ kontestanti evitaw għalkollox is-suġġett. Il-fatti ppubblikati min-negozjant Giorgio Peresso, li jiddeskrivi lilu nnifsu bħala Nazzjonalist mill-antiki, jixxokkjaw, tant li għandhom mill-istili Mafjużi. Minkejja dan, ħadd donnu ma jrid ilissen kelma dwarhom, wisq inqas mill-establishment Nazzjonalista, li sa tmien snin ilu kellha subgħajha mdeffsin f ’tali abbużi u manuvri illeċiti mill-poter u llum tinsab kompletament wara l-kandidatura ta’ Bernard Grech. Fl-aħħar jiem Peresso kompla jsaħħaħ l-argument tiegħu billi stqarr pubblikament f ’kummenti li għadda fuq Facebook kif il-PN fil-Gvern kissirlu saħansitra n-negozju, “għax xi ħadd kien interessat fil-fabbrika tiegħu”. Hu semma theddid li kien jirċievi, anke billi l-fabbrika li kellu fil-Qasam Industrijali ta’ Ħal Luqa ġiet żgassata, imqallba mingħajr ma nsteraq xejn u ngħatat in-nar għal mill-inqas

sitt darbiet. Ma’ dan, Peresso jelenka wkoll episodji oħrajn fejn, fi żmien li Austin Gatt kien qisu “Czar” (b’poter assolut) filGvern, kien ingħata biss siegħa ċans biex jiżgombra l-fabbrika bi 300 tunnellata ta’ makkinarju li fiha. Ftit tax-xhur ilu wkoll ħareġ kif, taħt Delia, il-PN kien jirċievi regolarment mal-€20,000 fix-xahar mingħand Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, waqt li donazzjonijiet simili kienu jsiru mid-DB Group fi żmien it-tmexxija ta’ Simon Busuttil biex jitħallsu l-pagi tal-ogħla uffiċjali fil-Partit. Sussegwentement kienu jinħarġu rċevuti foloz għal reklami li qatt ma saru fuq il-midja tal-Partit.

Fost il-kummenti pubbliċi ta’ Peresso fl-aħħar jiem fejn jiddikjara li protezzjoni Mafjuża mill-PN ma swiet għalxejn fil-konfront tiegħu


04

06.09.2020

one.com.mt

MAL-AĦJAR VELOĊITAJIET TALMalta għandha t-13 l-aktar internet b’saħħtu fid-dinja, aħjar minn ta’ pajjiżi bħall-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Ġermanja, l-Awstralja u r-Russja, fost oħrajn

L-AĦJAR VELOĊITAJIET SKONT IR-REĠJUN ● PUNENT TAL-EWROPA – 81.19Mbps ● BALTIKU – 59.5Mbps

“Pajjiżi u territorji b’dipenMalta għandha wieħed mill-aħjar servizzi tal-internet fid-dinja, ib- denza fuq investimenti qawwija ● AMERKA TA’ FUQ – 49.29Mbps bażat fuq il-veloċità tiegħu. Dan f ’networks ta’ pure fibre, jew qed ● LVANT TAL-EWROPA – 39.08Mbps joħroġ minn tagħrif ippubblikat jaġġornaw għall-fibre jew LTE din il-ġimgħa mir-riċerka annwa- minn teknoloġiji aktar antiki, qed ● KARIBEW – 20.77Mbps li msejħa Worldwide Broadband ikomplu jaraw il-medji tagħhom Speed League li tiġi kkummiss­ jogħlew ’il fuq. Dawk li jinsabu ● ASJA – 20.18Mbps jonata mill-kumpanija Ingliża Ca- tard f ’dan l-iżvilupp qed jaqgħu lura,” stqarr Dan Howdle minn ble.co.uk. ● AMERKA ĊENTRALI – 14.01Mbps Fil-klassifika għal din is-se- cable.co.uk, li enfasizza li hu ferm na pajjiżna spiċċa fit-13-il post eħfef li taġġorna sistema sħiħa ● OCEANIA – 12.59Mbps fid-dinja kollha u r-raba’ l-aħjar għal pure fibre f ’ġurisdizzjoni fost l-istati membri fl-Unjoni iżgħar bħal Jersey, Andorra jew ● LVANT NOFSANI – 11.68Mbps Ewropea wara li saru 15,500 test anke Malta. Antoine Sciberras, Chief Techfostna. ● AMERKA T’ISFEL – 9.65Mbps B’veloċità medja ta’ 87.36Mb nical Officer tal-Awtorità Maltija ● COMMONWEALTH OF INDEPENDENT kull sekonda (Mbps), li hi aħjar għall-Ko­mu­nikazzjoni (MCA), mill-medja Ewropea u tliet dar- qal li pajjiżna ra u għadu qed jesSTATES (CIS) – 9.16Mbps biet aħjar mill-medja globali ta’ perjenza investimenti qawwija 24.83Mbps, Malta tgawdi minn f ’dan ir-rigward minn operaturi ta’ ● AFRIKA SUB-SAHARA – 4.51Mbps internet aktar b’saħħtu minn dak networks li joffru s-servizz, grazzi ● AFRIKA TA’ FUQ – 3.80Mbps ta’ pajjiżi avvanzati bħall-Ġerman- għall-qafas regolatorju b’saħħtu li ja, l-Italja, Spanja, Franza, ir-Ren- jippromwovi kompetizzjoni tajba ju Unit, l-Istati Uniti tal-Amerika, fis-suq. “Tali kompetizzjoni hi xprun tliet minuti, bid-differenza ta’ 19- Renju Unit, qed ikomplu jiżżerżqu il-Ġappun, l-Awstralja, ir-Russja u biex l-operaturi jkomplu jinves­ il siegħa u nofs fis-Sudan t’Isfel. ’l isfel,” tenna McDermott. l-Kanada, fost oħrajn. Għall-MCA, is-sitwazzjoni lo­ Skont l-analiżi internazzjo­nali, tu fl-aħħar teknoloġiji, itejbu F’Malta hu stmat li t-tali download kali hi wkoll meqjusa bħala minn li din is-sena qieset 221 paj­­jiż jew s-servizzi tagħhom u jintroduċu iddum inqas minn tmien minuti. “Waqt li veloċitajiet tal-broad­ ta’ quddiemnett. “It-teknoloġija territorju, l-Ewropa hi l-aktar reġ- servizzi innovattivi kemm għadjun b’internet veloċi b’riżultat ta’ djar kif ukoll għan-negoz­ji li band globali qed ikomplu jiżdie- tal-fibre to the home f ’Malta hi investimenti f ’konnessjonijiet ta’ permezz tagħhom wieħed ikun du, il-verità hi li pajjiżi li qed jiksbu dispo­nibbli f ’numru ta’ postijiet fibre optic, kif għamel u għadu jista’ jieħu l-aħjar vantaġġi li t-te- l-aħjar riżultati huma dawk li qed u dan in-netwerk qed ikompli jagħmel pajjiżna, mhux l-inqas bl- knoloġiji ġodda joffru. L-Awtorità jgħollu l-medja tagħhom. Is-sena jiġi estiż. Il-fibre hi waħda mitaħħar żvilupp biex Għawdex ikol- tiżgura li l-prinċipji tal-kompe- li għaddiet, kejjilna l-inqas ħames teknoloġiji meqjusin fin-Next tizzjoni jibqgħu jiġu osservati pajjiżi fil-klassifika bħala 125 dar- Generation Networks li joffru lu t-tieni fibre optic cable tiegħu. L-aħjar riżultati qed jinkisbu fis-settur tal-komuni­kaz­zjonijiet ba inqas veloċi mill-ħamsa ta’ fuq Internet fiss b’veloċità qawwija, minn dawk il-pajjiżi u l-kum­paniji elettroniċi skont ir-regoli nazzjon- tal-klassifika. Din is-sena huma iżda mhix l-unika tek­no­loġija li 276 darba inqas veloċi,” qal Da- toffri dan. Meta nirreferu għal li jipprovdu tali servizz (IPs) li ali u Ewropej.” ragh McDermott, Direttur konnettività u d-disponibbilità ta’ qed jaqilbu għall-“pure fiManiġerjali ta’ JT, il-kumpa­ fast broadband, Malta hi minn ta’ bre”, jiġifieri t-tqassim nija statali li tipprovdi quddiemnett fost il-pajjiżi tal-UE, tal-broadband b’cables Pajjiżna ra u għadu s-servizzi ta’ telekomuni­ hekk kif jixhed l-indiċi DESI, li tal-fibre optic dirett fidqed jesperjenza investimenti kazzjoni fil-gżira ta’ Jersey. jiġi ppublikat mill-Kummissjoni djar jew in-negozji. F’tipi Hu qal li l-pajjiżi bl-in- Ewropea. oħrajn ta’ servizz, il-fibre qawwija minn operaturi ta’ Il-klassifika għall-2020 minn qas internet veloċi fid-dinoptic jasal sa post ċennetwerks li joffru s-servizz, ja mhumiex imajnaw, Cable.co.uk turi li Malta għamtralizzat u l-internet imsempliċement mhumiex let avvanz kbir imqabbel anke bagħad jitqassam lill-klif’qafas regolatorju b’saħħtu jikbru, waqt li l-pajjiżi mas-sena li għaddiet. Għalkemm jenti permezz ta’ cables li jippromwovi kompetizzjoni l-aktar veloċi qed ikomplu ilna mal-aqwa 50 Internets veloċi tar-ramm. jaċċeleraw sena wara oħra. fid-dinja sa mill-2017, din is-sena Hong Kong u tajba fis-suq. Jersey, li hi parti kien hemm qabża sinifikanti ta’ l-Un­ge­rija, li rreġismiċ-Channel Islands, iżda in- 33 pożizzjoni mill-2019. Skont traw velo­ċitajiet medji ta’ tal-Worldwide Hu enfasizza li “l-infrastrut- dipendenti mir-Renju Unit, għad- l-informazzjoni 105.32Mbps u 99.74Mbps rispettivament, huma l-uniċi żewġ pajjiżi tura tal-broadband kienet u tib­ ha kemm biddlet is-servizzi kollha Broadband Speed League, il-veli għamluha mal-aħjar 10 fid-dinja qa’ kruċjali biex Malta tkun tista’ tal-Internet li kienu għadhom jid- loċità tal-Internet din is-sena u li mhux ġejjin mir-reġjun tal-Pu- tattira setturi ekonomiċi diġitali dependu fuq cables tar-ramm għal f ’Malta hi kważi disa’ darbiet iżjed nent tal-Ewropa. B’mod kollettiv, ġodda, bħal Fintech, e-Gaming, dawk ta’ fibre optic. Ir-riżultat kien b’saħħitha minn dik li konna nepajjiżi mit-Tramuntana tal-Afri­ka Blockchain, e-Sports, IoT, Tele- li l-veloċitajiet minimi tal-Internet sperjenzaw sa tliet snin ilu meta kellhom l-inqas veloċitajiet medji medicine, eċċ. B’hekk tkun tista’ ikkwadripplikaw minn 250Mbps l-medja kienet ta’ 10.17Mbps. Fl2018 u l-2019 il-veloċitajiet medji tal-Internet bi 3.80Mbps. Is-Sudan tkompli titwettaq il-viżjoni ħalli għal 1Gbps. “Dawk il-pajjiżi li jinsabu qrib kienu 13.60Mbps u 18.16Mbps t’Isfel irreġistra l-inqas veloċità Malta tibqa’ minn ta’ quddiem il-quċċata tal-klassifika huma rispettivament. fl-oqsma diġitali.” b’580Kbps (0.58Mbps). Skont l-aħħar ċifri ppubblikaIr-riċerkaturi ta’ cable.co.uk dawk li jiffokaw b’mod qawwi fuq Min-naħa l-oħra, Liechten­ stein qed jiddomina l-klassifika ukoll analizzaw kemm iddum networks ta’ pure fibre. Dawk il- ti mill-MCA, sal-aħħar ta’ Marzu b’229.98Mbps, waqt li l-gżira ta’ download ta’ film HD id-daqs ta’ pajjiżi li qed jitnikkru żżejjed f ’dan li għadda, f ’pajjiżna kien hawn ir-rigward u qed jibqgħu jirrelataw aktar minn 206,000 abbonament Jersey, parti miċ-Channel Islands, 5GB f ’kull pajjiż fil-lista. F’Liechtenstein it-tali ħin hu ta’ ma’ soluzzjonijiet ta’ ADSL, bħar- għas-servizz tal-internet, li huma ġiet it-tieni b’218.37Mbps.

33,000 aktar minn kemm ġew irreġistrati tliet snin qabel. Sciberras s­pjega li fl-aħħar 12il xahar, l-operaturi l-kbar kollha lokali pubblikament ħabbru pjani ta’ investiment fl-infrastr uttura tagħ­hom, inkluż inves­timenti li jassiguraw titji­b sostanzjali fil-konnettività inter­nazzjonali li hi ta’ importanza strateġika għal Malta. “Sadattant l-MCA qed taħdem biex timplimenta deċiżjonijiet­­ Ewropej u tagħmel disponibb­li għas-suq numru ta’ frekwenzi tar-radju intiżi ħalli jintużaw għal skopijiet ta’ tekonoloġiji, bħall-5G, li joffru mobile broadband b’veloċità qawwija ferm iżjed minn dak preżenti. Dan kollu qed isir fil-qafas tal-viżjoni ta’ Soċjetà Gigabit imfassla mill-Kummiss­ joni Ewropea u sottoskritta millpajjiżi membi kollha, inkluża Malta,” kompla Sciberras. Hu żied li l-qafas regolatorju għas-settur tal-komunikazzjonijiet elett­roniċi qed jiġi rivedut permezz ta’ kodiċi ġdid Ewropew li se jkun qed jiġi implimentat mill-istati membri tal-UE. “Dan hu intiż li jkompli jsaħħaħ id-drittijiet tal-konsumatur ta’ dawn is-servizzi, filwaqt li joffri opportunita­jiet akbar għal investimenti fl-aħħar teknoloġiji,” temm jgħidilna ċ-Chief Technical Officer tal-MCA.


05

06.09.2020

one.com.mt

INTERNET FID-DINJA

Aktar minn 206,000 abbonat f’pajjiżna llum qed igawdu minn internet kważi disa’ darbiet aktar veloċi milli kien sa tliet snin ilu, anke jekk dak iż-żmien konna diġà fost l-aħjar fid-dinja

#

Pajjiż/Reġjun


06

06.09.2020

one.com.mt

TNAQQIS TAL-QGĦAD LOKALI KONTRA X-XEJRA EWROPEA

Waqt it-tħabbir tal-pjan għal riġenerazzjoni ekonomika f’Ġunju li għadda

Tkompli minn paġna 1 Proprju dawn iż-żewġ setturi gawdew b’mod dirett minn miżuri mħabbrin fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, jiġifieri l-għoti tal-vouchers kif ukoll it-tnaqqis tal-boll fuq ix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjetà, fost oħrajn. Tagħrif ippubblikat fl-aħħar jiem wera kif l-użu tal-vouchers wassal għal żieda qawwija fil-konsum. Stimi mill-Ministeru tal-Ekonomija jindikaw li n-nefqa fuq il-vouchers kienet l-ekwivalenti tan-nefqa kollha li madwar 40,000 turist kienu għamlu

f ’pajjiżna f ’Awwissu tas-sena li għaddiet. Minbarra hekk diversi aġenziji rrimarkaw li x-xahar ta’ Lulju kien fost l-aqwa fl-istorja fejn jidħlu numru ta’ konvenji ffirmati. Ta’ min ifakkar li x-xiri ta’ proprjetà għandu effetti sekondarji qawwija, għax wara li tinxtara proprjetà jkun hemm ħafna konsum relatat, bħal servizzi ta’ tibjid, tqegħid ta’ madum u manutenzjoni varja u xiri ta’ għamara biex timtela r-residenza. L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea wera wkoll titjib fl-ottimiżmu fil-qasam tal-manifattura lokali, tant li s-sentiment

f ’Awwissu kien kważi fil-livell li kien f ’Marzu. Maġġoranza ta’ kważi kwart tal-azjendi qalu li qed jistennew li jżidu l-produzzjoni fix-xhur li ġejjin. Dan il-proporzjon hu tliet darbiet dak osservat fil-bqija tal-Unjoni Ewropea. Ta’ min ifakkar li fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika l-Gvern nieda sensiela ta’ miżuri favur il-qasam tal-industrija, inkluż sussidji fuq kirjiet u utilitajiet, flimkien ma’ numru ta’ skemi favur dawk li jinvestu, speċjalment fil-ħiliet tal-ħaddiema tagħhom. F’Awwissu kien hemm titjib staordinarju fis-sentiment fost

operaturi fil-qasam tas-servizzi. Għall-ewwel darba minn Marzu ’l hawn, maġġoranza ta’ operaturi f ’dan il-qasam qalu li qed jistennew żieda fid-domanda tant li se jkunu qed jimpjegaw aktar ħaddiema. B’kuntrast fil-bqija tal-Ewropa, l-operaturi għadhom jistennew tnaqqis fid-domanda u b’konsegwenza t’hekk se jkomplu jkeċċu l-ħaddiema. Sadanittant, il-Gvern Malti qed jissokta fit-tħejjijiet u l-laqgħat relatati mal-Baġit għall-2021 li jitħabbar ix-xahar id-dieħel. Kif ukoll indika l-Prim Ministru fl-aħħar jiem, dan l-eżerċizzju finanzjarju annwali importanti, li

din is-sena qed iseħħ f ’ċirkostanzi straordinarji, mistenni jwassal għal spinta oħra kbira fiddħul tal-ħaddiema u n-negozji f ’pajjiżna b’numru ta’ miżuri ta’ sostenn ġodda u estensjoni ta’ miżuri eżistenti. Waqt li nhar il-Ħamis indirizza lill-Kamra tal-Kummerċ u l-membri tagħha, Dr Robert Abela ħabbar l-estensjoni sa tmiem Ottubru li ġej kemm talWage Supplement għall-ħaddiema fl-industriji l-aktar milquta u l-validità tal-vouchers ta’ €100. Iż-żewġ miżuri ntlaqgħu tajjeb ħafna min-negozji u mill-konsumatturi lokali.

L-14-IL VITTMA TAL-COVID-19

Fl-aħħar ġimgħa u nofs baqgħu jonqsu l-każi pożittivi, bil-fejqan kważi d-doppju ta’ każi ġodda Waqt li lbieraħ filgħodu tħabbar li, sfortunatament, pajjiżna rreġistra vittma oħra tal-pandemija tal-COVID-19, anzjan ta’ 85 sena li kien l-14-il mewta, ġew irreġistrati każi ta’ fejqan fil-komunità iżjed milli nstabu pożittivi ġodda. Il-Ministeru għas-Saħħa qal fi stqarrija li l-anzjan ġie kkonfermat pożittiv għall-Coronavirus fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħal l-Isptar fl-1 ta’ Settembru hekk kif il-kundizzjoni tiegħu bdiet taqleb għallagħar. Hu miet kmieni lbieraħ filgħodu flIDU fl-Isptar Mater Dei. Filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, il-Ministeru appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli li jinħarġu mid-Dipartiment tas-Saħħa bil-għan li nkomplu

nikkontrollaw l-imxija lokali. Fil-fatt wara l-aħħar 24 siegħa ta’ testijiet li saru sal-bieraħ f ’nofsinhar, jirriżulta li għat-12-il jum konsekuttiv kien hemm aktar persuni li fiequ mill-infezzjoni milli dawk li nstabu pożittivi għall-ewwel darba. Minn 1,703 swab tests li saru u li bihom inqabżet iċ-ċifra ta’ 200,000 swab test mill-bidu tal-pandemija, ħarġu 30 każ ġdid pożittiv, waqt li 36 fiequ għalkollox. F’din is-sensiela konsekuttiva pożittiva, li bdiet fil-25 ta’ Awwissu, s’issa fiequ 624 persuna, waqt li każi ġodda rreġistrati ammontaw għal 347. L-aktar ġurnata pożittiva fl-aħħar ġimgħa u nofs kienet dik ta’ nhar it-Tlieta, meta fiequ 87 każ, waqt li żdiedu 21 każ ġdid.

POŻITTIVI

MFEJQIN

05 ta’ Settembru

30

36

04 ta’ Settembru

19

37

03 ta’ Settembru

34

38

02 ta’ Settembru

22

37

01 ta’ Settembru

26

53

31 ta’ Awwissu

21

87

30 ta’ Awwissu

15

69

29 ta’ Awwissu

27

58

28 ta’ Awwissu

32

65

27 ta’ Awwissu

37

44

26 ta’ Awwissu

46

48

25 ta’ Awwissu

38

52


07

06.09.2020

one.com.mt

PROĊESSI EĦFEF GĦALL-ADOZZJONI BIL-BLOCKCHAIN F’restrizzjonijiet tal-COVID-19, nhar il-Ġimgħa filgħaxija saret iċ-ċerimonja uffiċjali ta’ Jum il-Vitorja, li se jaħbat pitgħada. Is-serata, li fakkret it-tmiem ta’ tliet avvenimenti storiċi għal pajjiżna, l-Assedju l-Kbir fl-1565, l-imblokk Franċiż fuq il-kapitali fl-1800 u l-attakki mit-Taljani fit-Tieni Gwerra Dinjija fl-1940, kienet ikkaratterizzata minn diskors tal-okkażjoni mill-Kummissarju għat-Tfal Pauline Miceli. Hi semmiet kif din is-sena qed niċċelebraw din il-festa f ’kuntest mhux tas-soltu li f ’ħakka t’għajn l-għadu inviżibbli ġabna wiċċ imb wiċċ ma’ realtajiet u sfidi ġodda. Fi tmiem is-serata tqiegħdu l-kuruni tal-fjuri fuq il-Monument tal-Assedju Kbir, fosthom mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Il-Banda tal-Forzi Armati daqqet diversi innijiet taħt id-direzzjoni tal-Kaptan Jonathan Borg. Ritratti DOI: CLIFTON FENECH

Se jibda jsir użu mit-teknoloġija innovattiva tal-blockchain fil-qasam tal-adozzjonijiet bil-għan li jitnaqqas il-ħin talproċess tal-adozzjoni, kif ukoll titnaqqas drastikament il-burokrazija. Sal-lum, il-proċess kollu jirrikjedi ħafna karti u applikazzjonijiet f ’ħin li ħafna drabi jista’ jidher infinit għall-koppji li qed jittamaw li jibnu familja. Waqt konferenza stampa fejn tħabbret l-inizjattiva millGvern, il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon u s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo spjegaw kif għandu jissarraf dan l-impenn governattiv. Wara li tliet snin ilu bdiet tingħata għajnuna governattiva ta’ €10,000 lill-koppji li jagħżlu li jadottaw, fost miżuri oħrajn relatati, dan mistenni jkun pass ieħor kbir ’il quddiem fil-proċess għal familji li, għal raġuni jew oħra, ma jistgħux ikabbru l-familji tagħhom b’mod naturali jew xjentifiku. It-tul tal-proċess “tal-karti” s’issa jiddependi minn ammonti kbar ta’ dokumenti li jridu jaslu wkoll bil-posta minflok b’mod diġitali. Dan irid jieħu f ’konsiderazzjoni wkoll l-ammont ta’ partijiet involuti f ’dan il-proċess, fosthom il-ġenituri adottivi prospettivi, l-aġenziji

akkreditati, l-Awtorità ċentrali Maltija, il-pajjiż minn fejn tkun se ssir l-adozzjoni, kif ukoll entitajiet tas-saħħa, il-qrati Maltin u tal-pajjiż involuti. B’mod partikolari, permezz ta’ din it-teknoloġija issa se jiġi ffaċilitat il-proċess tat-tiftix tal-oriġini tal-persuna biex verament jiġi mħares l-aħjar interess tat-tfal. Dan għax, permezz ta’ din it-teknoloġija, il-proċess tal-adozzjoni kollu se jkun b’mod diġitali u jinżamm b’mod iktar sigur u għaldaqstant persuna tkun tista’ tmur lura għallproċess tal-adozzjoni tagħha. Il-Ministru Falzon laqa’ b’sodisfazzjon din l-inizjattiva u fi kliemu fisser dan bħala kisba importanti, għat-tfal adottivi infushom, kif ukoll il-familji l-ġodda ta’ dawn it-tfal. Hu stqarr li din is-sena kien hemm impatt negattiv f ’dak li hu numru ta’ adozzjonijiet lejn Malta, kawża tal-pandemija tal-COVID-19, waqt li fakkar kif f ’Lulju li għadda daħlet fis-seħħ il-Liġi tal-Protezzjoni tat-Tfal, liġi li tant kien hemm bżonnha, speċjalment fejn jidħlu tfal vulnerabbli, u fost oħrajn qed tippermetti li tfal li jkunu ilhom ħames snin f ’foster care jistgħu jiġu adottati. F’ċirkostanzi straordinarji, iżżmien ta’ stennija jista’ jinżel biss għal sentejn. Il-Ministru Falzon qal li x-xewqa personali tiegħu hi li,

b’dawn l-aġġustamenti, nistgħu nesploraw il-possibbiltà li nibdew naraw adozzjonijiet lokali. Dan hekk kif fil-preżent f ’Malta hawn mal-480 tifel u tifla li qegħdin taħt care order u li ma jgħixux mal-ġenituri naturali tagħhom. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Bartolo semma kif il-miżura tikkumplimenta l-viżjoni tal-Gvern għal Malta diġitali. Hu spjega kif l-użu tal-blockchain mhux biss se jkun qed inaqqas il-burokrazija tal-applikanti għal adozzjoni, iżda se jkun hemm iżjed simplifikar marbut ma’ dan il-proċess, tant li se jiżdiedu s-sigurtà u s-serħan il-moħħ tal-applikanti permezz ta’ data integrity u tiġi eliminata ż-żamma ħażina ta’ dokumenti u informazzjoni skorretta fl-interess tat-tfal. Tkellem ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali Matthew Vella li saħaq li l-għan ewlieni tal-blockchain hu li l-Maltin se jibbenefikaw minn sistema aktar effiċjenti li tnaqqas il-burokrazija u tissimplifika l-proċess tal-adozzjoni, filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà kontra proċessi illeċiti. Minbarra hekk, permezz ta’ din it-teknoloġija se nkunu qed nattiraw aktar pajjiżi minn fejn individwi u koppji Maltin ikunu jistgħu jadottaw.


08

06.09.2020

one.com.mt

IL-FIDUĊJA TAL-POPLU KONTRIBUTUR QAWWI FAVUR L-EKONOMIJA S’ISSA NTUŻAW 60% TAL-VOUCHERS TAL-GVERN MINDU BDEW JITQASSMU FIL-BIDU TA’ LULJU, B’INJEZZJONI TA’ €25.8 MILJUN DIRETTAMENT FL-EKONOMIJA LOKALI … MAGĦHOM IL-POPLU NEFAQ MAL-€11.5 MILJUN OĦRA MINN BUTU L-iskema tal-vouchers ta’ €100, li l-Gvern Irnexxielna ngħinu lin-negozju u nissalvag- il-ħomor hu ta’ 1.36 aktar, li jfisser li għal kull qassam lil kull persuna ta’ 16-il sena ’l fuq wardjaw kemm jista’ jkun l-impjiegi sal-punt voucher ta’ €20 użat f ’postijiet ta’ akkomofl-aħħar xahrejn, mhux biss intlaqgħet tajjeb li meta nerġgħu naqbdu l-andament ta’ tkab- dazzjoni u restoranti saret spiża addizzjonali ħafna mill-pubbliku inġenerali, iżda bis-saħħa bir ekonomiku, l-attività ekonomika żżomm medja ta’ €7.16. L-effett multiplu prodott tagħha n-negozji eliġibbli wkoll gawdew ir-ritmu tagħha. Poġġejna fiċ-ċentru tal-iniz- mill-voucher il-blu hu ta’ 1.82. F’dan il-każ, għal kull €20 voucher użat kien hemm infiq minn €25.8 miljun direttament. Ma’ dawn jattivi tagħna liż-żgħir. addizzjonali medja ta’ €16.42. Dan ifisser li kien hemm €11.5 miljun oħra li l-poplu nel-injezzjoni ekonomika b’kollox, inkluż ilfaq minn butu fl-istess ħin li kien qed jagħmel VAT, hija ta’ €37.3 miljun. użu mill-vouchers għal total ta’ aktar minn “Dan jawgura tajjeb għall-ekonomija do€37 miljun. mestika. Dawn in-numru inkoraġġanti Waqt li nhar il-Ħamis li għadda ngħajirriflettu l-istimulazzjoni tal-ekonomita rendikont dettaljat mill-Ministru ja li hi mifruxa sew fost l-istratifikagħall-Ekonomija, Investiment u Nezzjoni tas-soċjetà li kollha kemm hi gozji Żgħar Silvio Schembri dwar bbenefikat sew minn din il-miżura l-effett tas-sistema, ħareġ ċar kif din b’saħħitha, kemm il-konsumatur qed tilħaq l-iskop tagħha li tgħin fir● Fi tmiem il-ġimgħa kienu l-aktar kif ukoll in-negozji,” qal il-Ministriġenerazzjoni ekonomika meħtieġa ġranet li ntużaw fihom ru Schembri. b’konsegwenza tan-nuqqas ta’ Keith Abela, konsulent fi ħdan attività b’riżultat tal-pandemija talil-Ministeru għall-Ekonomija, InCOVID-19 f ’pajjiżna. vestiment u Negozji Żgħar, qal li Wara l-għeluq ta’ ċerti stab● Medja ta’ 46,000 użati kull Sibt r-rispons mill-komunità tan-negozbilimenti u l-waqfien ħesrem tatji għall-użu tas-sistema tal-vouchers turiżmu kollu, il-Gvern ħabbar pakien b’saħħtu. kkett ta’ stimolu ekonomiku ta’ €900 ● Nhar is-Sibt 8 t’Awwissu l-aktar Fil-fatt 5,616-il ħanut qed jaċċettaw miljun. Dan kien jinkludi t-tqassim il-vouchers u minn dawn hemm 1,447 ta’ ħames vouchers ta’ €20-il wieħed lil li ssarrfu f’ġurnata waħda – numru tal-VAT irreġistrat li huma ta’ kull ċittadin, li minnhom €80 (il-ħomor) restoranti, lukandi, bars u skola tal-għadis, setgħu jintużaw fi stabbilimenti liċenzjati 54,000 (€1.08 miljun) 2,904 numru tal-VAT irreġistrat li jappartjenu mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, bħal lugħal ħwienet ta’ ħwejjeġ u servizzi, waqt li 89 kandi u restoranti, u wieħed blu ta’ €20 oħra numru tal-VAT li jaċċettaw iż-żewġ vouchers. li seta’ jintuża biss fi ħwienet tal-merċa jew Hu pprovda dettalji dwar l-ammont ta’ dawk li joffru servizzi, bħal tax-xagħar, beauticians, eċċ. “Permezz ukoll tal-iskemi li ħabbarna vouchers li tqassmu jew li nġabru sal-1 ta’ L-iskema issa qed tiġi estiża b’xahar sal- fl-aħħar jiem, persuna self-employed li qed Settembru. Waqt li 97.6% tar-residenti Maltin aħħar t’Ottubru, kif imħabbar mill-Prim tibbenefika mill-Covid Wage Supplement, ġabru l-voucher tagħhom, kien hemm 61.6% Ministru Robert Abela nnifsu nhar l-Erbgħa. mill-iskema tas-sussidju tal-kera u rifużjoni ta’ residenti Ewropej u 79.4% ta’ residenSal-bidu ta’ dan ix-xahar jirriżulta li l-iske- tal-kontijiet tal-elettriku se tkun ibbenefikat ti minn pajjiżi terzi li għamlu dan. Irringrazzja ma, tant kemm qed tilħaq l-iskop prinċipa- minn pakkett finanzjarju ta’ €7,000. Ak- lill-MaltaPost għall-kollaborazzjoni mill-qrib li tagħha, li diġà ntużaw 1,290,000 voucher tar minn hekk, fuq livell soċjali, irnexxielna mal-Gvern u l-Malta Investment Managejew ftit inqas minn 58% tal-vouchers koll- nagħtu lura dak l-aspett ta’ normalità għaż- ment Co. Ltd (MIMCOL), li kienet respon­ ha. Dawn kienu mqassmin bejn 1,070,000 żgħażagħ tagħna, familji u pensjonanti wara sabbli mill-ħruġ tal-vouchers, waqt li rrimar(82.62%) mill-ħomor u 230,000 (17.38%) xhur ta’ sfida. Is-sens ta’ serħan il-moħħ li ka li aktar minn 40,000 voucher għad iridu mill-blu. qed nagħtu u li qed inkunu ta’ spalla għaż- jinġabru. Stanley Mifsud, il-Kap Eżekuttiv Kif mistenni, tmiem il-ġimgħa kien l-ak- żgħir qed tissarraf f ’fiduċja sħiħa lejn il-politar perjodu li l-familji għamlu użu minn dan tika ekonomika tal-Gvern li permezz tagħha tal-MIMCOL, spjega li l-entità assigurat li il-benefiċċju abbundanti, tant li hu stmat li qed naraw li niġġeneraw attività ekonomika taddatta biex tkun tista’ tindirizza l-misntużaw medja ta’ 46,000 voucher kull nhar għal kulħadd. Inħares ’il quddiem biex fil- toqsijiet tan-negozji u tal-konsumaturi, ta’ Sibt, waqt li l-aktar popolari għall-użu jiem li ġejjin, familji u negozji jagħmlu l-aqwa fejn irċeviet mad-9,400 email mingħand tagħhom kienu l-akkomodazzjonijiet kollet- użu minn din l-inizjattiva,” qalilna l-Ministru konsumaturi u 3,400 mingħand negozjanti b’riżultat li ġew proċessati 12,100 tivi ta’ erba’ stilel, restoranti u shopping malls. Schembri. Mitlub jikkummenta dwar dan is-suċċess, Analiżi dettaljata b’rabta mal-andament email. Għal iżjed dettalji wieħed jista’ jċemil-Ministru Schembri qal lill-KullĦadd li tal-miżura tal-€100 voucher ingħatat ukoll “permezz ta’ din l-inizjattiva qed nimpat- mill-Ministru Schembri waqt konferenza pel jew jibgħat email fuq 80074950 / taw firxa wiesgħa ta’ negozji ħalli l-attività stampa din il-ġimgħa fejn tenna li hu interes- business@vouchersmimcol.com ekonomika tkun iġġenerata għal kulħadd, santi li jiġi nnotat l-effett multiplu li l-inizjatti- f ’każ ta’ negozji u 80074904 / consumers@vouchersmimcol. minn lukandi, restoranti, akkomodazzjoni, va qiegħda tiġġenera fuq l-ekonomija. Fil-fatt, l-effett iġġenerat mill-vouchers com għall-konsumaturi. xiri u servizzi. Ir-riżultati huma inkoraġġanti.

FATTI DWAR IL-VOUCHERS


09

06.09.2020

one.com.mt

STIMOLU EKONOMIKU ESTIŻ L-għajnuna tal-Gvern fil-ħlas tal-pagi għan-negozji milquta mill-imxija ġiet estiża sal-aħħar ta’ Ottubru li ġej. Waqt li kien qed jindirizza lill-Kamra tal-Kummerċ nhar l-Erbgħa, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar dan kif ukoll li l-vouchers tal-€100 li l-Gvern qassam lil kull persuna minn 16-il sena ’l fuq, ukoll ġew imġedda sal-aħħar tax-xahar id-dieħel. Il-Prim Ministru stqarr li, biex jindirizza t-tħassib ta’ ħafna min-negozji li ż-żewġ skemi benevolanti kienu intenzjonati oriġinarjament li jieqfu fl-aħħar ta’ dan ix-xahar, “ħa nibda billi nħabbar li l-Wage Supplement u l-validità tal-iskema tal-vouchers se jiġu estiżi b’xahar.” Il-Prim Ministru kkonferma wkoll li wara Ottubru, il-Gvern mistenni jkompli jgħin lill-poplu permezz ta’ baġit ieħor li se jkompli jkattar il-ġid għand kulħadd. “Fil-baġit li ġej għandna l-ħsieb li nagħtu imbottatura oħra lill-ekonomija, simili għal dik li tajna f ’Ġunju. Se tkun, iżda, aktar mifruxa biex tilħaq iżjed negozji u konsumaturi, waqt li tkompli tassigura li l-ġid ikompli jilħaq lil kulħadd,” kompla l-Prim Ministru, b’referenza

Ir-restoranti kienu fost l-aktar li gawdew mill-użu ta’ aktar minn miljun voucher mill-ħomor, li jistgħu jintefqu fi stabbilimenti liċenzjati mal-MTA.

wkoll għall-pakkett ta’ stimolu ekonomiku bla preċedent ta’ €900 miljun, li introduċa tliet xhur ilu. Hu rrimarka wkoll kif, permezz ta’ din l-għajnuna mifruxa mogħtija mill-Gvern, din il-ġimgħa stess kellna ċertifikat ieħor pożittiv fis-suq tax-xogħol, għax waqt li statistika uffiċjali wriet li fiż-Żona Ewro żdied il-qgħad, f ’Malta dan naqas b’0.4%.


10

06.09.2020

one.com.mt

KONTROLL F’XIRI TA’ METALLI U ĦAĠAR PREZZJUŻ Bil-għan li jsaħħaħ il-miżuri tiegħu kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, ilGvern qabbad lill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) biex tfassal liġi li tikkontrolla aħjar tranżazzjonijiet bi flus kontanti f ’ċerti setturi, inkluż il-bejgħ ta’ metalli u ħaġar prezzjuż. Għalkemm l-implimentazzjoni ta’ liġi simili f ’dan l-istadju għadha mhix fost l-obbligazzjonijiet imposti mill-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti jqis li dan ikun pass importanti. Ċerti pajjiżi wkoll diġà introduċew liġijiet simili. Ix-xiri ta’ ħaġar u metalli prezzjużi, bħal deheb, bi flus li jkunu ġejjin mill-kriminalità hu wieħed mill-mezzi li jintużaw biex tali dħul illeċitu jiġi regolarizzat. Industriji oħrajn, bħall-bejgħ ta’ vetturi u tal-proprjetà, huma kklassifikati b’tali riskji wkoll u se

jkunu qegħdin jiġu regolarizzati bil-liġi l-ġdida li l-FIAU ngħatat ir-responsabbiltà li tfassal, timplimenta, tinforza u tissorvelja. Skont in-newsletter Malta Financial Services Oversight, ippubblikata din il-ġimgħa mill-Ministeru għall-Finanzi għax-xahar t’Awwissu, il-liġi l-ġdida għandha tidħol fis-seħħ sal-aħħar tas-sena. L-assessjar nazzjonali lokali li sar minn Malta stess dwar ħasil ta’ flus u ffinanzjar tat-terroriżmu indika li għad għandna livell għoli ta’ tranżazzjonijiet bi flus kontanti. Dan kien rikonoxxut ukoll fir-rapport ta’ evalwazzjoni minn Moneyval f ’Lulju tas-sena l-oħra. Ladarba miljuni ta’ ewro jgħaddu b’mod regolari mit-tliet setturi indikati tal-ħaġar/metalli prezzjużi, proprjetà u vetturi jagħmluhom b’riskju għoli ħafna

għall-ħasil ta’ flus u anke ffinanzjar tat-terroriżmu, partikolarment meta jintużaw flus kontanti. Għaldaqstant il-kontroll tagħhom hu pass ’il quddiem fil-ġlieda għall-mitigazzjoni ta’ dawn ir-riskji.

Ix-xiri ta’ ħaġar u metalli prezzjużi, bħal deheb, bi flus li jkunu ġejjin mill-kriminalità hu wieħed mill-mezzi li jintużaw biex tali dħul illeċitu jiġi regolarizzat

LEJN DĦUL LI JSOSTNI GĦAJXIEN DIĊENTI IL-GVERN JIKKUMMISSJONA STUDJU TEKNIKU DWAR LIVING INCOME BAŻIKU GĦAL KULĦADD, WAQT LI L-MCESD IWAQQAF ŻEWĠ KUMITATI BIEX JANALIZZAW IL-KUNDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL Il-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kkummissjona rapport tekniku dwar il-living income bażiku f ’Malta, waqt li ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jiffoka fuq dan il-kunċett importanti. Dan tħabbar mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli mid-djalogu soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol Carmelo Abela, waqt laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. “L-għan li nistudjaw il-kunċett ta’ living income bażiku huwa li nassiguraw dħul aktar diċenti għall-kulħadd,” qal il-Ministru Abela. Hu semma kif il-kunċett tad-diskussjoni dwar dan il-kunċett kompla javvanza wara l-ftehim storiku dwar il-paga minima nazzjonali qabel l-elezzjoni tal-2017 u fakkar ukoll kif il-wegħda li l-Gvern jistudja dan il-kunċett aktar fid-dettall qiegħda wkoll fil-programm elettorali. Il-Ministru qal li l-Professur Joe Falzon, ekonomist, se jkun qed jagħmel din ir-riċerka u se jibda billi jħares lejn l-esperjenza ta’ pajjiżi oħrajn b’rabta ma’ dan il-kunċett. Hu se jagħti wkoll stimi

preliminari ta’ kemm jista’ jiġi jiswa l-aktar mudell ideali ta’ living income bażiku għal pajjiżna u kif dan jitqabbel ma’ sistemi ewlenin tas-sigurtà soċjali li huma offruti bħalissa. L-eżitu ta’ din ir-riċerka se jiġi ppreżentat lill-membri tal-MCESD għal iżjed diskussjoni.

Il-Ministru Abela qal li riċentament saru laqgħat separati mal-imsieħba soċjali kollha fl-isfond tal-iżviluppi riċenti li jolqtu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll minħabba l-bżonn ta’ reviżjonijiet tal-liġi u strutturi legali oħrajn b’rabta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Fil-kuntest ta’ dan, qed jitwaqqaf kumitat apposta tal-MCESD dwar ir-remote working. Dan se jkollu l-għan li jeżamina l-ġejjieni u l-flessibbiltà tax-xogħol, mhux l-inqas b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 li wasslet biex ħafna ħaddiema jaħdmu minn djarhom. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tqis li wieħed minn kull erba’ xogħlijiet jista’ jsir mid-dar, anke jekk hu stabbilit li mhux kulħadd irid jaħdem mid-dar u li mhux kulħadd kapaċi jaħdem taħt dawn il-kundizzjonijiet. Waqt l-intervent tiegħu, il-Ministru Abela tkellem ukoll dwar il-materja tal-gender pay gap. “Tul dawn l-aħħar snin, saru diversi inizjattivi mill-Gvern biex naraw li aktar nisa joħorġu jaħdmu. Dawn l-inizjattivi nemmen li għamlu suċċess, biss għadna ma wasalniex fejn irridu. Irridu naraw li n-nisa jkollhom aċċess għal irwoli aktar importanti li naturalment iħallsu aktar. Għaldaqstant, hawnhekk ukoll qed nipproponu li jkun hawn kumitat ieħor li jindirizza din il-kwistjoni,” ikkonkluda d-diskors tiegħu il-Ministru Carmelo Abela.


11

06.09.2020

one.com.mt

SOSTENN LILL-FAMILJI BI TFAL BL-AWTIŻMU Grazzi għall-inizjattiva mill-Mi­ nis­teru għall-Akkomodazzjoni Soċ­jali, li wkoll kienet appoġġjata minn mart il-Prim Ministru, familji bi tfal bl-awtiżmu issa qed jiġu megħjuna jġorru piż biex joħolqu ambjent sigur u addattat għal uliedhom b’inċentiv finanzjarju ta’ mhux iżjed minn €6,000. Valerie Brincat, omm ta’ tlett itfal bl-awtiżmu, irring­razzjat lillGvern għal dan is-sostenn, waqt li stqarret li “t-trobbija ta’ wlied bl-awtiżmu tirrikjedi spejjeż estremi u kontinwi għax hija din ittip ta’ terapija li nagħtu, u mhux kura li qed nipprovdulhom. Biex tagħmel kamra sensorjali fid-dar tkompli żżid piż finanzjarju fuq il-familji tagħna.” Nhar it-Tlieta li għadda l-­ Mi­­nistru Ro­derick Galdes, flimkien ma’ Dr Lydia Abela, ħabbru l-iskema Sens-Ability li, għall-ewwel darba, se tkun qed tagħti għajnuna finanzjarja li tlaħħaq is-€6,000 biex ġenituri ta’ tfal u adulti bl-awtiżmu jew li għandhom diffikultajiet biex jipproċessaw l-informazzjoni sensorjali jkunu jistgħu jagħmlu sensory room f ’darhom. L-iskema, li se titħaddem mill-Awtorità tad-Djar, hi mera tal-politika li qed titħaddem fis-settur tal-housing f ’Malta u li tiftaħ il-bibien tagħha biex titfassal politika li tagħmel differenza tanġibbli fil-ħajja tal-familji tagħna. Brincat, li hija responsabb­ li­ mir-relazzjonijiet pubbliċi tal-Assoċjazzjoni tal-Ġenituri bi Tfal bl-Awtiżmu (APA), spjegat li din il-kundizzjoni newroloġika, li għad m’hemmx kura għali­ ha, toħloq numru kbir ta’ sfidi għall-individwi milquta, kif ukoll għal dawk li jieħdu ħsiebhom. F’kumment lil din il-gazzetta, hi qaltilna li “tibqa’ parti integrali mill-personalità ta’ dawk il-persuni li għandhom l-awtiżmu … u bla dubju din tagħmilhom uniċi. Kif ngħidu, jekk iltqajt ma’ persuna bl-awtiżmu, allura ltqajt ma’ persuna waħda blawtiżmu. Ilkaratteristiċi u l-isfidi ta’ persuna waħda bl-awtiżmu jistgħu jkunu differenti ħafna minn dawk ta’ ħaddieħor.” Hi kompliet tisħaq li jeħtieġ nifhmu lil dawn l-individwi u li l-ħajja tagħhom ta’ kuljum ħafna drabi hi ta’ ċertu toqol għalihom minħabba l-informazzjoni sensorjali mill-ambjent ta’ madwarhom, diffikultajiet ta’ komunikazzjoni, sfidi ta’ interazzjoni soċjali u ansjetà. Għandu jkun hemm ukoll simpatija u kuxjenza għall-ġenituri u dawk li jieħdu ħsiebhom. “Bħalma hawn skemi oħrajn biex persuni li għandhom problema ta’ mobilità, hu tajjeb ukoll li hawn skema għall-pers-

uni li għandhom problemi sensorjali. B’hekk, l-iskema Sens-Ability hija mfassla b’mod tajjeb ħafna, grazzi għall-Ministeru għallAkkomo­ dazzjoni Soċjali. Minbarra li kamra sensorjali (sensory room) armata d-dar tkun prattika ħafna għall-familja, hemm lista sħiħa ta’ apparat li żgur għandu jolqot ħafna tipi ta’ diffikultajiet sensorjali. L-għażla tal-apparat li għandu jgħin lill-individwu bl-awtiżmu jkun irrakkomandat minn terapista okkupazzjonali wara evalwazzjoni professjonali,” qalet Brincat. L-ispazju terapewtiku bl-apparat ippersonalizzat jgħin lil individwi bl-awtiżmu biex jikkalmaw u jiffokaw aktar biex b’hekk ikunu mħejjijin aħjar għat-tagħlim u għall-interazzjoni soċjali. Fuq bażi ta’ riċerka, 90% tal-individwi bl-awtiżmu għandhom diffikultajiet biex jipproċessaw l-informazzjoni sensorjali mit-tmien sensi u r-rispons tal-bniedem għal dawn l-isfidi jistgħu jkunu atipiċi.

Bl-iskema Sens-Ability, se jkun aktar faċli li jinħolqu kmamar sensorjali li jgħinu tfal bl-awtiżmu jikkalmaw u jiffokaw fit-tagħlim u fl-interazzjoni soċjali Dan jista’ jkun spazju kalm li fih jistgħu jerġgħu jiksbu l-kontroll tal-emozzjonijiet tagħhom, tant li kmamar sensorjali jistgħu wkoll jipprovdu ambjent b’inqas stress fejn iħossuhom siguri u komdi, waqt li gradwalment jiġu esposti għal stimoli li kienu qed ikunu problematiċi. B’hekk jiżviluppaw strateġiji biex jaffrontaw id-diffikultajiet u li jservuhom sewwa fid-dinja lil hinn mill-ispazju sensorjali

tagħhom. L-ispazji sensorjali jistgħu jinħolqu f ’sezzjoni ta’ kamra tal-logħob, kamra tas-sodda jew saħansitra fis-salott – tassew ikun utli li kull spazju li għandek tiddedikah għall-bżonnijiet ta’ persuna speċjali u tant għażiża għalik. Mart il-Prim Ministru sostniet li permezz tal-iskema li qed titnieda mill-Awtorità tad-Djar “se nkunu mhux biss qed ngħinu lil

numru ta’ individwi u familji, iżda fuq kollox qed nibagħtu sinjal ċar u b’saħħtu li m’aħna ninsew lil ħadd. Se mmorru għand dawn l-individwi u familji li għandhom bżonn sostenn b’mod dirett u fi djarhom, persuni li forsi jaraw id-dinja qed taqa’ fuqhom bil-piżijiet li għandhom fuqhom, familji li forsi ma jsabbtux saqajhom daqskemm jagħmlu sezzjonijiet oħra tas-soċjetà tagħna, iżda li jsofru fis-skiet.”


12

06.09.2020

one.com.mt

KONSUM TAL-ILMA BIL-GĦAQAL

Ivan Falzon CEO, WSC

Qatt waqaft taħseb kemm tuża ilma ta kuljum? Mit-tazza tat-te filgħodu għall-ħasil tal-karozza, għat-tisqija tal-pjanti u n-numru ta’ showers li tieħu fis-sħana qawwija tas-sajf ? Il-konsum tal-ilma tiegħek huwa eċċessiv? Għandek idea ta’ kemm-il litru ilma qed tuża ta’ kuljum? Il-korporazzjoni għasservizzi tal-ilma qed tagħmilha faċli għall-konsumaturi tagħha li jagħmlu moniteraġġ tal-użu tal-ilma fir-residenza, jew negozju tagħhom. Dan grazzi għal sistema teknoloġika mibnija speċifikament mill-impjegati tal-Korporazzjoni fit-taqsima tal-istrategic unit. Sistema li tippermetti analiżi dettaljata tal-konsum ta’ kull residenza. Il-medja tal-konsum tal-ilma f ’Malta hija ta’ madwar 90 litru kull persuna kuljum. Dan jikkompara tajjeb ferm mal-kumplament tal-Ewropa fejn il-medja hija ta’ 144 litru kull persuna ta’ kuljum. Permezz ta’ sistema intelliġenti illum kull konsumutar jista’ jkun jaf kemm qed juża ilma kull xahar, kull ġimgħa jew saħanistra kull siegħa. Din hija għodda importanti ħafna li tagħtik aċċess dettaljat u permezz tagħha tista’ saħansitra tkun taf jekk fir-residenza għandekx konsum ta’ ilma f ’ħiniijet meta suppost ma jkunx hemm attività, bħal ngħidu aħna matul il-lejl, meta l-familja tkun qed tistrieħ. Jekk dan huwa l-każ, allura hemm possibbiltà ta’ leak u f ’dan il-

każ inti mħeġġeġ titkellem ma’ plumber tal-fiduċja tiegħek biex isiru t-tiswijiet neċessarji. Qed noffru dan is-servizz għaliex nemmnu li b’dan ilmod, eluf ta’ Maltin se jkunu qed jiffrankaw ħafna flus f ’ħela ta’ ilma minħabba konsum eċċessiv li ħafna drabi lanqas ikunu konxji minnu. Leak kontinwu jaf jirriżulta f ’kont ta’ ilma ferm aktar għoli u nemmnu li dan m’għandux ikun. F’ċirkustanzi parikolari, din il-ħsara taf tkun waħda konsiderevoli u tikkaġuna danni fil-binja jew fil-binja ta’ terzi. F’dawn il-każijiet, m’hemmx xi ngħidu, l-uġigħ ta’ ras huwa ferm akbar. Il-korporazzjoni temmen ukoll fl-importanza

Waqt li għaddejja din il-ħidma, hemm xogħol kbir ieħor għaddej ma’ Malta u Għawdex biex inkomplu ntejbu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma u nagħmlu l-ilma tal-vit b’togħma aħjar. Iva, l-ilma tal-vit jista’ jinxtorob, però konxji li f’ċerti nħawi t-togħma tvarja

tal-konservazzjoni tal-ilma u għaldaqstant din hija miżura li tindirizza dan l-aspett. Biex inkomplu niffaċilitaw dan is-servizz, qegħdin saħansitra ninfurmaw lill-klijenti tagħna permezz ta’ SMS meta s-sistema tindikalna possibbiltà ta’ użu eċċessiv tal-ilma. Dan sabiex wieħed ikun jista’ jieħu l-azzjoni neċessarja. U x’inhi din l-azzjoni? Fil-maġġoranza tal-każi, użu mhux normali ta’ ilma huwa riżultat ta’ flushing li ma jkunx qed jiffunzjona tajjeb jew inkella l-ball valve tat-tank tal-ilma li jista’ jkun imwaħħal. Is-sit tagħna wsc. com.mt joffrilek lista ta’ passi li għandek tieħu biex tassigura li tindividwa minn fejn hu ġej dan il-konsum eċċessiv. F’każ li jkun impossibbli għalik li testabbilixxi l-ħsara, allura l-pass li jmiss ikun li titlob l-assistenza tal-plumber tal-fiduċja tiegħek minħabba li f ’dawn il-każijiet qed nitkellmu dwar ħsara fir-residenza (privata) u mhux ħsara fin-network li jwassal l-ilma sal-meter. Dawk il-klijenti li ma jagħmlux użu mill-SMS se jkunu qed jirċievu ittra fir-residenza tagħhom li tinfurmahom b’dan. Mhux se nieqfu hemm, imma jekk sa xahar wara ninnutaw li għadek ma indirizzajtx il-ħsara,

ser nerġgħu ninfurmawk. Dan huwa wieħed mill-bosta servizzi li qed noffru bla ħlas, biex inti bħala konsumatur jifdallek aktar flus f ’butek u tevita konsegwenzi mhux mixtieqa. Servizz ieħor utli bla ħlas minn fuq is-sit wsc.com.mt huwa dak ta’ notifika fejn permezz ta’ SMS tkun taf jekk hux se jkun hemm qtugħ fis-servizz tal-provvista tal-ilma minħabba tiswijiet jew ħsarat fiż-żona fejn tgħix. Waqt li għaddejja din il-ħidma, hemm xogħol kbir ieħor għaddej ma’ Malta u Għawdex biex inkomplu ntejbu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma u nagħmlu l-ilma tal-vit b’togħma aħjar. Iva, l-ilma tal-vit jista’ jinxtorob però konxji li f ’ċerti nħawi t-togħma tvarja. Għaldaqstant permezz tal-proġett Towards a Net Zero-Impact utility ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea, se nkunu qed nassiguraw togħma tal-ilma tal-vit uniformi madwar Malta u Għawdex. Il-proġetti huma varji fosthom it-tħaffir ta’ mina mir-Reverse Osmosis ta’ Pembroke sa Ta’ Qali, upgrades tas-sistemi eżistenti u l-bini ta’ Reverse Osmosis għall-gżira Għawdxija. Kollha kemm huma għaddejjin b’ritmu mgħaġġel u s-sena d-dieħla nibdew naraw

il-frott ta’ dan l-investiment għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Infakkar ukoll fl-importanza li tagħmlu kuntatt magħna fl-eventwalità ta’ ħsarat tal-ilma anke fit-toroq u mistoqsijiet oħra li jista’ jkollkom. In-network tal-ilma u s-sistema tad-drenaġġ huwa wieħed kbir u kumpless. L-għajnuna tagħkom hija importanti biex ma jinħeliex ilma u tissewwa l-ħsara f ’qasir żmien. Filwaqt li nifhem l-importanza tal-midja soċjali, huwa inutli li persuna ttella’ ritratt fuq il-midja soċjali u ma tagħmilx kuntatt magħna biex tinfurmana b’dan. Huwa impossibbli li nsewgu l-posts fuq Facebook, imma huwa faċli ħafna li taqsam ir-ritratt u d-dettalji tal-każ magħna, jew permezz ta’ WSC fuq Facebook jew inkella permezz tas-sit tagħna. L-aġenti tagħna huma lesti li jisimgħukom u joffru l-assistenza li hemm bżonn. Għal aktar informazzjoni dwar il-proġetti li bħalissa qed inwettqu u biex tagħmel użu mid-diversi servizzi bla ħlas, idħol fis-sit wsc.com.mt u rreġistra permezz tal-e-id. Infakkarkom ukoll li tistgħu tagħmlu kuntatt magħna 24 siegħa kuljum fuq freephone 8007 6400.


13

06.09.2020

one.com.mt

PARTIT LABURISTA:

TIĠDID, VIŻJONI, DESTINAZZJONI hi li terbaħ elezzjoni jew li tiġi elett. Mhux il-każ. Tiġi elett u terbaħ elezzjoni biex tbiddel u timplimenta viżjoni. Fil-mument li politiku jagħmilha l-missjoni tiegħu li jerbaħ l-elezzjoni jew li jiġi elett bħala d-destinazzjoni finali, dak il-politiku jkun aħjar jekk iwarrab. Destinazzjoni Aaron Farrugia Ministru

Fil-laqgħat li spiss ikolli ma’ żgħażagħ li jaspiraw li jservu fil-politika, l-ewwel mistoqsija li nagħmel hi waħda skjetta. Għaliex trid isservi fil-politika? Xi skop għandek? Mistoqsija ovvja iżda għalija hi l-iktar waħda importanti. Jekk persuna ma tafx għalfejn dieħla sservi fil-politika, jew irraġuni hi waħda ħażina, allura aħjar ma tidħol isservi xejn. Din il-mistoqsija jridu jagħmluha kuljum politiċi stabbiliti wkoll. Wieħed irid jistaqsi jekk fadallux enerġija u passjoni biex ibiddel, jekk ir-rwol tiegħu fil-politika sarx biss ‘ego trip’. Hemm politiċi wkoll li jemmnu li d-destinazzjoni

Għax fil-politika tidħol isservi biex tbiddel, tintroduċi ideat ġodda. Fuq kollox turi tmexxija. Politiku tajjeb ma jmexxix għaċ-ċapċip, ma jmexxix skont is-sondaġġi. Hu tajjeb li tkun taf il-poplu x’jaħseb. Hu tajjeb iktar minn hekk li politiku jkun umli u jammetti fejn jiżbalja. Iżda politiku jkun tajjeb jekk jikkonvinċi lill-poplu jagħmel tiegħu bidliet diffiċli, iwaqqaf prattiċi li żmienhom għadda. Dan hu dak li għandu jistimula politiku, il-passjoni li tbiddel u taqdef kontra l-kurrent. Politiku li jiddejjaq jew jibża’ jbiddel għax l-isfidi huma kbar mhuwiex denju tal-pożizzjoni li jkollu. Dan jgħodd iktar u iktar għall-Partit Laburista, li minn dejjem kien partit progressiv, li dejjem għaraf ibiddel u jinbidel. M’aħniex il-partit tal-ista-

min irid imexxih għall-ħames snin ta’ wara, fiż-żmien li nkunu ħriġna mill-pandemija. Jien kunfidenti minn dak li wettaqna, mill-viżjoni u mid-destinazzjoni li għandna, u mit-tim formidabbli li se jitlob, sena u nofs oħra, mandat ieħor Tibdil biex ikompli bix-xogħol, ikompli U ġaladarba għandek viżjoni u bil-ħidma. sens ta’ għalfejn tinsab isservi fil-politika, trid l-aqwa nies biex iwassluk f ’din id-destinazzjoni. Ilbidliet li kien hemm riċentement fil-Partit Laburista kienu bidliet importanti. Kburi li fil-pożizzjonijiet il-ġodda hemm persuni li naf Dan jgħodd iktar mill-qrib, ħbieb tiegħi personali. u iktar għall-Partit Lil Daniel u lil Ramona nafhom, naf xi jsarrfu, u fi ftit Laburista, li minn ġimgħat diġà wrew fejn jixtiequ dejjem kien partit jieħdu lill-partit, l-istrutturi tiegħu u kif se jinfluwenza l-policies tal- progressiv, li dejjem Gvern. Dan hu r-rwol ta’ partit għaraf ibiddel u politiku. Daniel u Ramona, flimjinbidel. M’aħniex kien ma’ Robert bħala Prim Ministru u l-bidliet li rajna fl-aħħar xhur il-partit tal-istatus jirriflettu partit progressiv, partit li quo, aħna l-partit għandu l-motivazzjoni u l-enerġili nintroduċu ideat ja biex jieħu l-pajjiżna lejn Malta fl-aqwa tagħha. U fiż-żmien li ġej friski, nies ġodda, il-poplu se jiġġudika lil dan il-partit lesti għall-isfidi, fil-Gvern. Il-poplu jrid jagħżel ukoll lil lesti biex immexxu

Dan hu dak li l-poplu Malti jrid. tus quo, aħna l-partit li nintroduċu ideat friski, nies ġodda, lesti Politika msejsa fuq tliet kolonni lkoll ugwali; l-ekonomija, il-qafas għall-isfidi, lesti biex immexxu. soċjali u l-ambjent lkoll f ’armonija. Viżjoni Kien għalhekk li l-familji Maltin aprezzaw il-viżjoni li ħabbar ftit tal-ġimgħat ilu l-Prim Ministru. Mhux għax ma kellniex viżjoni qabel. Wara kollox kellna u għad għandna manifest elettorali x’nimplimentaw. Iżda l-Prim Ministru bagħat messaġġ ċar li l-politika mhix statika iżda tinbidel skont il-ħtieġa. U bidliet hemm bżonn fid-dawl tal-pandemija li laqtet lil pajjiżna bħalma laqtet lill-pajjiżi kollha. Il-poplu apprezza għax il-viżjoni hi waħda ambizzjuża ħafna, ferm iktar minn dak li hemm fil-manifest elettorali. Jien u sħabi membri tal-Kabinett naprezzaw għax għandna Prim Ministru li dak li jmexxih hu l-għatx għall-bidla u mhux sempliċement li nerbħu elezzjoni ġenerali oħra. U allura viżjoni li tilħaq orizzonti ġodda fl-ambjent u t-tibdil fil-klima, drittijiet soċjali, qafas edukattiv b’saħħtu għal uliedna u ekonomija li tkompli toħloq il-ġid u x-xogħol.

IL-COVID-19 U S-SITWAZZJONI POLITIKA

Sean Apap Meli Kandidat

F’dawn ix-xhur kollha kemm bħala pajjiż kif ukoll id-dinja globali, għaddejna minn bidla totali fil-ħajja tagħna. Minn dik attiva tul il-ġurnata kollha għal waħda li ħalliet għadd ta’ persuna fid-djar tagħhom speċjalment anzjani u dawk vulnerabli. Dan bla dubju ta’ xejn affettwa l-ħajja personali ta’ kull wieħed u waħda minna. Ir-relazzjoni ta’ bejn il-familji u l-kollegi fuq ilpost tax-xogħol inbidlet, u saret ukoll qabża għal servizzi f ’format diġitali. Għadd ta’ impjegati bdew jaħdmu mid-dar, fejn qabel kuljum kienu jippreparaw sabiex

imorru għal ġurnata xogħol fl-uffiċċju rispettiv jew inkella fuq il-lant tax-xogħol li minnu jaqilgħu l-għajxien tal-familja. Kien hemm ħaddiema oħra li sfortunatament tilfu l-impjieg tagħhom u dan affettwa kemm l-għajxien tal-familja kif ukoll li filli tibda ġurnata ta’ ħidma u filli persuna trid tara kif se tqatta’ l-ħin tagħha. Għalhekk il-pandemija li għaddejjin minnha ħalliet ukoll ċertu effett psikoloġiku. Minn dan l-aspett il-pandemija affettwat anke s-saħħa mentali tal-persuna. Wieħed ried jaddatta għal stil ta’ ħajja differenti, l-anzjani baqgħu ġo djarhom sabiex ma jiġux affetwati mill-virus, u l-komunikazzjoni kellha ssir b’mod differenti minn waħda wiċċ imb wiċċ għal waħda virtwali u b’distanza soċjali. Min-naħa politika għamlet id-differenza fejn verament qegħdin il-“par idejn sodi”. Gvern Laburista mmexxi millPrim Ministru Robert Abela flimkien mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħadu l-miżuri soċjali meħtieġa biex

iħarsu s-saħħa tal-poplu. Dan filwaqt li l-Gvern ta s-sehem tiegħu fil-pagi tal-ħaddiema biex min ikun impjegat fulltime jingħata €800 fix-xahar u min iħaddem ta s-sehem tiegħu wkoll. Gvern li verament jimxi mal-prinċipji li l-ħaddiem ikun dak li l-anqas li jbati filwaqt li jibqa’ jkollu introjtu dieħel għalih u għall-familja tiegħu. Is-sitwazzjoni politika u l-kontroversji ma naqsux milli jkunu parti mill-ħajja tagħna minkejja prijoritajiet li huma aktar ta’ importanza. Iżda l-Partit Nazzjonalista, ma jistax ikollu sajf wieħed trankwill u lanqas din is-sena mhi eċċezzjoni. Donnu malli jasal is-sajf, iqum il-maltemp fil-partit tal-Oppożizzjoni. Kull sena s’issa mit-tmexxija ta’ Dr Adrian Delia, dejjem f ’kull sajf kien hemm tip ta’ kuntest fejn ried jiġi kkonfermat il-mexxej tal-Partit. Minn dak li rajna f ’dawn l-aħħar xhur kif ukoll ġimgħat, iż-żewġ kandidati, li se jkunu qed itellqu għal Kap tal-PN, qed juru aktar ċar minn qatt qabel il-qsim li hemm fl-istess partit.

Dan billi wieħed mill-kandidati qed jgħid li jrid l-għaqda filwaqt li l-kandidat l-ieħor qed jindika li se jagħti l-id tal-ħbiberija lil dawk li lesti jaħdmu miegħu. Ċertament li dak li jiġri filkamp tan-naħa l-oħra tal-politika, se jkun qed jaffettwa wkoll dak li fil-Parlament u anke kostituzzjonalment jista’ jiġri. Se jkun qed jiġi kkonfermat mexxej u Kap tal-Oppożizzjoni jew inkella mexxej u Kap tal-Oppożizzjoni ġdid. Jekk jiġri dan tal-aħħar, ikun irid jiġi maħtur mill-President tar-Repubblika bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni, minħabba l-bidla fl-istess partit. Nittama li din il-bidla jew konferma, liema waħda ssir minnhom tagħti wkoll nifs liċ-ċittadini Maltin, billi dawn l-istess ċittadini jserrħu rashom li l-gambetti kollha li saru lill-mexxej preżenti, ma jkunux sinjali ta’ kif kieku ċ-ċittadini jiġu trattati minn dawn l-istess persuni, li anke marru għand il-President tar-Repubblika sabiex ibiddlu l-Kap tal-Oppożizzjoni mingħajr ma jistennew il-ġudizzju tiegħu bil-kalma..

Għalhekk, filwaqt li jippruvaw iġibu darhom f ’ordni, il-Gvern Laburista qed jagħti sinjali ċari li jinteressah miċ-ċittadini Maltin fir-rigward tax-xogħol u l-pagi tagħhom b’serħan il-moħħ u kif ukoll li n-negozji jaqbdu r-ritmu sabiex il-ġid jibqa’ jiġi maħluq u r-rota tibqa’ ddur għal kulħadd.

Is-sitwazzjoni politika u l-kontroversji ma naqsux milli jkunu parti mill-ħajja tagħna minkejja prijoritajiet li huma aktar ta’ importanza. Iżda l-Partit Nazzjonalista, ma jistax ikollu sajf wieħed trankwill u lanqas din is-sena mhi eċċezzjoni


14

06.09.2020

one.com.mt

L-MDIA B’QAFAS LI JASSIGU FILWAQT LI TIPPROMWOVI L-MDIA – Malta Digital Innovation Authority hija l-Awtorità primarja responsabbli għall-promozzjoni tal-politiki governattivi kollha li jippromwovu lil Malta bħala ċ-ċentru għall-eċċellenza għall-innovazzjoni teknoloġika, filwaqt li testabbilixxi u tinforza standards li jiżguraw konformità ma’ kwalunkwe obbligu internazzjonali ieħor. L-Awtorità tfittex li tipproteġi u tappoġġja lill-utenti kollha u tinkoraġġixxi wkoll kull tip ta’ innovazzjoni, billi tippermetti flessibbiltà massima meta tiġi għaċ-ċertifikazzjoni ta’ Arranġamenti ta’ Teknoloġija Innovattiva. Hija awtorità li qed tagħmel xogħol kbir f’dan is-settur. Biex insiru nafu aħjar ix-xogħol tagħha u wkoll xi pjani hemm, tkellimna mal-Kap Eżekuttiv, Stephen McCarthy.

Stephen, x’ħidma qed issir mill-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali? L-Awtorità, li hija responsabbli miċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi, hija ffukata fuq pjan li jwitti t-triq ’il quddiem għal dawn l-istess teknoloġiji. Fl-irwol prinċipali tagħha ta’ regolatur, hija toffri ċertifikazzjoni t’assigurazzjoni fuq it-teknoloġija. Dan iċ-ċertifikat jingħata lil teknoloġiji li jaħdmu fuq ċerti pjattaformi bħal blockchain wara li jkun sar awditjar tekniku rigoruż mill-operatur sabiex jassigura li t-teknoloġija qed tagħmel kif imwiegħed. L-irwol tal-Awtorità f ’dan is-settur qiegħed isir dejjem iktar importanti hekk kif dawn is-sistemi qegħdin kulma jmur isiru parti sostanzjali mill-ħajja ta’ kuljum. Hawnhekk irrid nirrimarka li sistemi bbażati fuq blockchain ikollhom riskji differenti minn dawk tradizzjonali, u għalhekk iċ-ċertifikazzjoni li toffri l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali tagħti serħan il-moħħ lill-utenti u investituri ta’ dawn it-teknoloġiji. X’bidliet tara f ’dan is-settur issa li l-Awtorità ilha mwaqqfa mill-2018? Sentejn ilu, meta twaqqfet l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali, kien hemm ħafna prob-

tranżazzjoni li ssir tkun irreġistrata f ’reġistru li l-utenti kollha jkollhom aċċess għalih. Barra minn hekk, kull tranżazzjoni jkollha numru uniku, u għaldaqstant, dan l-istess numru jkun marbut mal-istess tranżazzjoni fir-reġistru ta’ kulħadd. Jekk tranżazzjoni tkun mittiefsa u b’hekk ma tkunx onesta, din tiġi identifikata u ma tkunx aċċettata. Allura l-vantaġġ huwa li kulħadd għandu aċċess għal dan ir-reġistru u l-informazzjoni fih hija onesta u ma tistax tkun mittiefsa, hekk kif din tkun kważi impossibbli biex issir. Il-vantaġġi ta’ meta l-blockchain tintuża fis-settur finanzjarju jistgħu jkunu replikati f ’oqsma oħra. Illum il-ġurnata, dawn il-vantaġġi huma aċċettati sew, u l-idea li t-teknoloġija qiegħda hemm sabiex tiffaċilita l-ħasil tal-flus qiegħda gradwalment tingħeleb bl-għarfien tal-vantaġġi, bħat-trasparenza u l-empowerment lill-komunità. Bla dubju li dan huwa wieħed mill-iżviluppi prinċipali tal-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali. Is-sitwazzjoni qiegħda tinbidel kontinwament, tant li l-Bank Ċentrali Ewropew qiegħed jikkunsidra serjament li jkollu l-munita Ta’ spiss nisimgħu dwar diġitali tiegħu fuq il-blockchain, il-blockchain. X’inhuma u dan inaqqas ir-riskji ta’ ħasil ta’ l-vantaġġi tagħha? flus hekk kif ikun hemm rendFi kliem sempliċi, blockchain hija ikont tat-tranżazzjonijiet kollha. sistema li permezz tagħha, kull Hawnhekk irrid nenfasizza l-im-

lemi b’dawk imsejħa Initial Coin Offerings, hekk kif ma kinux qed jipprovdu t-teknoloġija li kienet imwiegħda. Iċ-ċertifikazzjoni tagħna tassigura li t-teknoloġija hija ċċekkjata minn awdituri indipendenti u liċenzjati, u li huma responsabbli li jivverifikaw li l-utenti qed jieħdu dak li kien imwiegħed lilhom. Tabilħaqq li mit-twaqqif tal-Awtorità rajna diversi żviluppi pożittivi. Malta llum il-ġurnata għandha qafas legali robust li jindirizza dan it-tħassib, hekk kif kien ikkonfermat minn istituzzjonijiet internazzjonali. Huwa minnu li meta tnieda l-qafas legali lura fl2018, l-għarfien fuq il-blockchain fuq livell ġurisdizzjonali kien nieqes madwar id-dinja kollha. Dan wassal biex tkun diffiċli għal Malta sabiex tispjega, speċjalment lill-istituzzjonijiet barranin, li l-blockchain hija ta’ benefiċċju u li tmur lil hinn minn cryptocurrency. Anzi, din it-teknoloġija tista’ tintuża minn diversi industriji fl-ekonomija. Fil-passat kien hemm il-perċezzjoni li blockchain hija cryptocurrency, u din tal-aħħar kienet deskritta bħala mezz ta’ ħasil ta’ flus.

penn ta’ Malta sabiex ikun hemm regolamenti u trasparenza f ’dan is-settur. Fil-fatt, apparti d-dispożizzjonijiet legali, l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali għandha regoli u standards rigorużi, filwaqt li tagħmel l-awditjar sabiex tkompli ssaħħaħ il-fiduċja. Malta hija l-unika pajjiż fid-dinja li jitlob eżerċizzju ta’ due diligence mhux fuq l-operaturi biss iżda anke fuq it-teknoloġija li tiġi ppreżentata. Permezz ta’ dawn il-verifiki, l-Awtorità qed tassigura li t-teknoloġija ġiet iċċekkjata minn awdituri indipendenti u li għandhom reputazzjoni tajba, u b’hekk ikun qed jitnaqqas ir-riskju ta’ bugs, ksur tal-liġi minħabba l-coding u problemi simili oħra. L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali rnexxielha twassal il-messaġġ li l-blockchain hija sigura?

għalhekk l-aspett regolatorju tagħna jagħmel sens. Kif jgħidu, aħjar tard milli qatt. Qed ngħid hekk għax il-benfiċċji tax-xogħol li sar fl-2018 qed jinħassu llum il-ġurnata, u nistqarr li kont inkun iktar sodisfatt kieku l-għarfien li hawn fuq blockchain bħalissa kien diġà jeżisti sentejn ilu, għax kieku Malta kienet tieħu vantaġġ tas-sitwazzjoni u kien ikollha suċċess ikbar fl-implimentar tal-blockchain. X’taħseb dwar l-inizjattivi li qed isiru biex Malta tkompli tkun pijuniera f ’dan is-settur? Bla dubju li Malta għandha tibqa’ ssostni s-suċċessi li diġà kisbet u tkompli tkun minn ta’ quddiem f ’dan is-settur. Dan l-impenn huwa evidenti

Meta nitkellmu fuq teknoloġiji innovattivi, huwa diffiċli ħafna biex Il-vantaġġi ta’ m tagħti garanziji assoluti, iżda tintuża fis-settur fina wieħed jista’ jnaqqas ir-riskji bl-aktar mod robust billi replikati f’oqsma oħra. jassigura li t-teknoloġija il-vantaġġi huma aċċettati li fuqha huma mibnija qiegħda hemm sabiex tiffa s-servizzi ġiet iċċekkjata. Ma nistgħux nipgradwalment tingħeleb pretendu li l-persuna bħat-trasparenza u l-empo tat-triq hija kapaċi dubju li dan huwa wieħe tassigura li dawn il-verifiki saru, u tal-Awtorità Maltija għ


15

06.09.2020

one.com.mt

URA T-TEKNOLOĠIJA I L-UŻU TAGĦHA

fid-deċiżjoni meħuda mill-Gvern sabiex jitwaqqaf think-tank fuq l-ekonomija diġitali, u dan huwa żvilupp pożittiv ħafna. Dan itthink-tank joffri lill-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali l-possibbiltà li mhux biss jiddiskuti t-triq ’il quddiem għall-ekonomija diġitali mal-operaturi u r-regolaturi, iżda wkoll ma’ grupp ta’ esperti indipendenti li jifformaw parti mill-istess think-tank. Bilgħan li Malta titpoġġa fuq quddiem fl-ekonomija diġitali, it-thinktank u l-Awtorità jistgħu jaħdmu flimkien. Daqstant ieħor hija idea tajba ħafna li Malta tkun proġettata bħala beta island fejn proġetti teknoloġikament innovattivi jkunu ttestjati f ’pajjiżna qabel jitpoġġew fis-suq internazzjonali, dejjem jekk il-proġett ikollu l-appoġġ tal-aġenziji u

meta l-blockchain anzjarju jistgħu jkunu . Illum il-ġurnata, dawn sew, u l-idea li t-teknoloġija aċilita l-ħasil tal-flus qiegħda bl-għarfien tal-vantaġġi, owerment lill-komunità. Bla ed mill-iżviluppi prinċipali ħall-Innovazzjoni Diġitali

l-istituzzjonijiet konċernati. Tħassib raġunat li jeżisti huwa fuq l-impatt tal-użu ta’ din it-teknoloġija fis-soċjetà, u huwa hawn fejn l-awditjar tekniku jgħin. Filfatt, l-Awtorità se tniedi sandbox f ’Ottubru hekk kif qed jinkitbu r-regolamenti rilevanti. Bħala regolatur qed nirċievu rispons tajjeb ħafna minn kumpaniji li se jkunu qed jieħdu sehem fis-sandbox. Dawn l-inizjattivi se jgħinu biex Malta ssir post minn fejn jinbtu u jimmaterjalizzaw l-ideat, li fl-aħħar mill-aħħar dan huwa dak mixtieq minn Malta. Is-sandbox tippermetti lill-operaturi b’ideat innovattivi jaħdmu flimkien mal-Awtorità sabiex ikunu jistgħu jikbru flimkien hekk kif uħud millistart-ups eventwalment jispiċċaw fis-suq internazzjonali. F’liema livell jinsabu l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp f ’pajjiżna? L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali dejjem tisħaq fuq l-importanza ta’ investiment fit-teknoloġija innovattiva jekk Malta trid tilħaq il-viżjoni tagħha. Fil-ħidma tagħna sabiex inkomplu nippromwovu l-użu ta’ din it-teknoloġija, fosthom il-blockchain u l-Intelliġenza Arti-

fiċjali, l-Awtorità flimkien mal-awtoritajiet edukattivi, qed ikunu kkunsidrati mezzi kif jinħoloq iktar għarfien fost l-adolexxenti. Għalkemm is-sistema edukattiva f ’Malta qed toħloq studenti eċċellenti għall-industrija, xorta fadal iktar xi jsir sabiex ikun assigurat li Malta qed toħloq riżorsi umani li huma iktar adegwati biex jaħdmu fis-settur. Illum hemm sinerġija u kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u s-settur privat, iżda dan għandu jmur lil hinn minn hekk, u hemm bżonn iktar ħidma biex din il-kollaborazzjoni tkompli tikber u tissaħħaħ. Fuq l-istess suġġett, bi pjaċir nilqa’ li l-Università ta’ Malta qed toffri korsijiet, inkluż fuq livell ta’ Master’s, fl-Intelliġenza Artifiċjali, blockchain u teknoloġiji emerġenti oħra. Sfida oħra hija dik li aktar studenti jkunu mħajra jsegwu s-suġġetti STEM, li jinkludu x-Xjenza, it-Tekonoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika. Suċċess f ’dan il-qasam jassigura sett ta’ ħaddiema ikbar u iktar imħarrġa. L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali tinsab f ’taħditiet mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni dwar kif jista’ jinxtered l-għarfien fost studenti ta’ 11 u 12-il sena fuq il-matematika, fuq il-blockchain, kif taħdem u fuq l-impatt soċjali, bit-tama li nippromwovu iktar interess f ’settur li l-pajjiż għandu bżonn iktar minn qatt qabel.

se tkun qed tkopri setturi oħra li t-tħaddim tajjeb tat-teknoloġija fihom huwa kritiku, bħas-cybersecurity, ċertifikazzjoni tal-protezzjoni tad-data u sistemi kritiċi tas-sigurtà. Qed nagħtu wkoll pariri lill-Gvern fuq l-implimentar ta’ iktar soluzzjonijiet ibbażati fuq il-blockchain li minnhom jista’ jibbenefika l-pubbliku, u dawn ikunu addottati minn entitajiet differenti, bħall-Awtorità tal-Ippjanar, ir-Reġistru tal-Artijiet, id-Dipartiment tas-Saħħa u anke Kunsilli Lokali. Barra minn hekk, fit-tliet snin li ġejjin, l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali se tkompli tara l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Intelliġenza Artifiċjali. Dan jinkludi proġetti pilota, bħal wieħed mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, li se jintroduċi software li jagħti attenzjoni personalizzata lill-istudent skont l-abbiltajiet tiegħu bl-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali. B’hekk, l-istudenti jirċievu attenzjoni individwali, filwaqt li l-għalliema jingħataw għodda oħra li tappoġġja l-ħiliet tagħhom. B’hekk, l-Awtorità qed tippromwovi l-adozzjoni ta’ X’hemm pjanat għall-futur dawn it-teknoloġiji innovattivi, tal-Awtorità Maltija filwaqt li toffri qafas li jassigura għall-Innovazzjoni Diġitali? li t-teknoloġija taħdem kif imL-Awtorità mistennija tkabbar wiegħed, u għaldaqstant tħares id-dekasteru tagħha lil hinn minn l-utenti li jkunu qed jużaw l-istess blockchain u smart contracts, u teknoloġija. In-nuqqas ta’ riżorsi umani f ’dawn l-oqsma huwa problema madwar id-dinja kollha, u mhux f ’Malta biss, u għalhekk l-Awtorità qed tagħmel eżerċizzju sabiex tara x’talent lokali jinsab disponibbli. Barra minn hekk, qed isir sforz sabiex is-sistema edukattiva u s-settur privat jaħdmu iktar viċin ta’ xulxin, u l-Awtorità qed tħares lejn il-ħolqien u l-immaniġjar ta’ hub li permezz tiegħu s-settur privat jista’ jieħu sehem fit-taħriġ ta’ studenti żgħażagħ. B’hekk, jibbenefikaw is-settur privat u l-pajjiż kollu kemm hu, permezz tal-identifikazzjoni ta’ studenti promettenti li jistgħu jidħlu fl-industrija lokali. Nittama li jkun hemm iktar investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, u bla dubju li tkun ta’ għajnuna kbira l-ħolqien ta’ inċentivi finanzjarji għall-iżvilupp tat-teknoloġija. L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali qed tagħmel il-parti tagħha wkoll f ’dan ir-rigward billi tipparteċipa fi programmi tal-Unjoni Ewropea fuq diversi teknoloġiji innovattivi, bħall-Intelliġenza Artifiċjali u high-perfomance computers.


16

06.09.2020

one.com.mt

X’POST GĦANDU X-XOGĦOL F’ĦAJJITNA?

Alex Agius Saliba Membru Parlamentari Ewropew

Jgħidu li x-xogħol huwa s-salmura tal-ġisem, u veru, għax ix-xogħol iżommna għaddejjin u jagħtina aktar skop f ’ħajjitna. Dejjem emmint li x-xogħol huwa element importanti ħafna fil-ħajja ta’ kull bniedem għaliex apparti li huwa sors finanzjarju, ix-xogħol jagħtina wkoll aktar libertà, opportunità għal aktar żvilupp personali u fuq kollox opportunità li nissoċjalizzaw u niddjalogaw. Però dejjem emmint ukoll li għandna bżonn nagħtu l-protezzjoni meħtieġa lill-ħaddiema kollha, għaliex kulħadd għandu sehem kbir x’joffri u kulħadd għandu

jkun stmat u protett minn kull abbuż. Matul is-snin inbidlu ċ-ċirkostanzi u t-tipi ta’ abbużi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema, però t-tħassib baqa’ hemm u baqa’ jikber. Issa ilni ħafna nitkellem fuq il-bżonn li jkun hemm aktar sforz sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u biex nagħtu aktar kas tar-realtajiet ta’ dan is-seklu, bil-għan li jintlaħaq bilanċ san bejn il-ħajja privata u x-xogħol. Din hija xi ħaġa li kulma jmur qiegħda dejjem aktar issir ta’ tħassib maċ-ċittadini Ewropej, u għaldaqstant nemmen li għandha tkun prijorità għall-Unjoni Ewropea. Dan ħareġ anke minn stħarriġ li ġie ppubblikat ftit tax-xhur ilu mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol, il-Eurofound. L-istħarriġ poġġa ’l quddiem diversi mistoqsijiet interessanti marbuta max-xogħol u l-bilanċ mal-ħajja privata li huma maħsuba biex jagħtu stampa ta’ dak li għaddew u għadhom għaddejjin minnu l-Ewropej waqt il-pandemija tal-COVID-19. Mill-informazz-

joni miġbura, jidher li numru konsiderevoli ta’ dawk li rrispondew kellhom jaħdmu fil-ħin ta’ mistrieħ tagħhom u ħassew li x-xogħol qiegħed jimpedihom milli jgawdu l-ħin mal-familja. Oħrajn qalu wkoll li bosta drabi sabu rwieħhom maħkuma minn ħsibijiet marbuta max-xogħol anke fil-ħin liberu, li jirrifletti realtà ġdida fid-dinja tax-xogħol moderna. Illum il-ġurnata huma bosta dawk li jsibuha ferm diffiċli jaqtgħu linja ta’ bidu u tmiem tal-ġurnata lavorattiva tagħhom, li hija problema għaliex qed tinħoloq kultura ta’ always on li awtomatikament tfisser li ħajjitna tispiċċa ddur max-xogħol. Naturalment dan mhux l-ideal li rridu nilħqu fis-soċjetà tagħna, aktar u aktar meta wieħed iqis ir-riperkussjonijiet li huma marbuta ma’ dan l-istil ta’ ħajja. Illum minbarra li nitkellmu fuq abbużi fid-dinja tax-xogħol, għandna bosta affarijiet oħra li rridu nagħtu kas ukoll, bħal ngħidu aħna ż-żieda kbira fil-każijiet ta’ mard mentali u stress psikoloġiku ieħor li huwa riżultat dirett ta’ sigħat

twal ta’ xogħol u nuqqas ta’ mistrieħ. Huwa minnu li t-teknoloġija għenitna niżviluppaw ħafna aktar kemm il-prattiċi użati fix-xogħol innifsu kif ukoll il-komunikazzjoni, però rridu nitgħallmu wkoll nillimitaw u nikkontrollaw l-użu biex ma jkunx hemm abbużi. Tkellimt ma’ bosta nies li kienu qed jaħdmu mid-dar waqt il-pandemija u kienu ħafna dawk li rrimarkaw kif għalkemm huma mdorrijin jaħdmu sigħat pjuttost twal, waqt il-pandemija kienu qed jaħdmu ferm aktar, tant li spiċċaw aljenati mill-ħajja normali tagħhom u bla ma riedu ħajjithom spiċċat xogħol biss. Aktar minn hekk, trid tqis ukoll li mhux kulħadd kellu xi ftehim li jikkumpensah tal-ħin żejjed li għamel. M’għandniex naċċettaw li l-ħaddiema jidraw f ’din it-tip ta’ rutina, u għandna niżguraw li anke dawk li jaħdmu b’mod remot jew fuq xi mudell ta’ telework, jingħataw l-għajnuna kollha neċessarja biex jidraw, biex l-ewwel u qabelxejn jintlaħaq il-bilanċ, u aktar minn hekk biex jiġu evitati problemi ta’ saħħa mentali li jkun ifisser

ukoll anqas spejjeż u stress fuq is-sistema tas-saħħa tagħna. Fil-Parlament Ewropew ilni xhur sħaħ naħdem fuq ir-Rapport tiegħi dwar ir-Right to Disconnect, dritt li nemmen li għandu jingħata lil kull ħaddiem Ewropew. Bħalissa wasalt f ’fażi importanti fil-ħidma tiegħi, fejn matul din il-ġimgħa li ġejja ser inkun qed nippreżenta l-abbozz fil-Kumitat tal-Impjiegi u Affarijiet Soċjali għad-diskussjoni, fejn imbagħad inkun irrid niġbor u nikkombina l-opinjonijiet u l-emendi proposti mill-Membri qabel jiġi maqbul u ppreżentat fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni. Sa mill-ewwel ġurnata kont konvint li rrid naħdem fuq dan is-suġġett, u issa li dejjem qed nersaq aktar qrib biex jiġi ffinalizzat dan ir-Rapport, ninsab ħerqan biex nara l-frott ta’ din il-ħidma li qed inwettaq. Nittama li dan l-isforz iservi ta’ bażi soda sabiex il-Kummissjoni Ewropea tipproponi qafas leġiżlattiv biex fis-snin li ġejjin nilħqu standards u kwalità ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini tagħna.

IS-SEHEM TIEGĦEK IMPORTANTI... INT TISTA’ TAGĦMEL DIFFERENZA!

Anthony Agius Decelis Membru Parlamentari

Kemm ilha li tfaċċat il-pandemija tal-COVID-19, ikollna nammettu li kellna naddattaw għal ċirkostanzi ġodda, bla preċedent. Dan kellha tagħmlu wkoll id-dinja kollha, għaliex is-saħħa u s-sigurtà taċ-ċittadini talbet li jiġu stabbiliti miżuri li jnaqqsu r-riskju li wieħed jiġi infettat minn dan il-virus. Bla dubju, żmien mhux faċli, iżda meta wieħed iqis li s-sagrifiċċji li

qegħdin isiru ser iħarsu s-saħħa tiegħu, t’uliedu u tal-maħbubin tiegħu, jifhem l-importanza ta’ dan kollu. Affarijiet li qabel forsi konna nqisu bħala xi ħaġa ta’ kuljum, illum nirrikonoxxu l-importanza tagħhom, bħal ngħidu aħna l-kuntatt soċjali, il-ħin mal-familja tagħna, it-tagħlim t’uliedna, is-servizzi tas-saħħa, is-soċjalizzazzjoni, it-tradizzjonijiet sbieħ Maltin, ir-reliġjon, l-ekonomija, il-passatempi, u t-teknoloġija. Dan iż-żmien ġegħilna nirriflettu wkoll fuq l-iktar affarijiet għeżież għalina u x’inhu l-iktar importanti. Iżda biex inħarsu dan kollu jeħtieġ li noqogħdu attenti u nibżgħu għal xulxin. Iridu nħarsu l-gwidi li jtuna l-awtoritajiet tas-saħħa u l-awtoritajiet responsabbli miż-żamma tal-ordni. Irridu nżommu d-distanza soċjali, nilbsu l-maskli, naħslu idejna, ma ningħaqdux fi gruppi kbar, kif ukoll ma noħorġux mid-

dar jekk jkollna sintomi tal-virus. Kulħadd irid ikun responsabbli f ’dan ir-rigward, għax b’hekk biss nistgħu niġġieldu lil dan il-virus, li għalkemm ma jidhirx, jista’ jkollu effetti koroh. Irridu nimxu ma’ dawn il-miżuri mhux għax tgħidilna l-liġi, imma għax nifhmu l-importanza ta’ dawn il-miżuri u nagħmlu dan b’rispett tagħna nfusna u ta’ dawk ta’ madwarna. Bħala ġerantologu ma nistax ma nsellimx b’mod partikolari lill-anzjani tagħna, li naf kemm ħassew in-nuqqas fiżiku talmaħbubin tagħhom. Iżda naf ukoll li jifhmu li dan qegħdin jagħmluh għall-ġid tagħhom u tal-familji tagħhom. Inħeġġiġkom sabiex nibżgħu għall-anzjani tagħna, naqduhom fil-bżonnijiet li jkollhom u nużaw it-teknoloġija sabiex inżommu l-kuntatt mal-għeżież tagħna. Nixtieq nenfasizza l-importanza tal-użu tal-maskli. Meta

wieħed jilbes il-maskla jkun qiegħed jipproteġi kemm lilu nnifsu, kif ukoll lil ta’ madwaru minn din il-pandemija. Iżda niftakru wkoll li l-maskla tiegħi tipproteġi lilek u l-maskla tiegħek tipproteġi lili, għalhekk b’rispett lejn xulxin għandna nagħmlu użu minn din l-għodda tant importanti f ’dawn il-mumenti. Nixtieq ukoll niġbed l-attenzjoni tal-importanza li l-maskli jintlibsu sew u mhux taħt l-imnieħer jew taħt il-ħalq, għaliex ovvjament b’dak il-mod mhux talli ma jkunux qegħdin jaqdu l-użu mixtieq tagħhom talli jistgħu jagħmlu l-ħsara jekk wieħed imiss in-naħa ta’ barra tal-maskla ma’ wiċċu. Niftakru wkoll sabiex meta ninżgħu l-maskla nagħmluha f ’borża u mhux inħalluha tiġri u tmiss m’affarijiet oħra. Aktar u aktar ma narmuhiex mal-art. Flaħħar u mhux l-inqas niftakru li meta ninżgħu l-maskla nagħmlu użu minn hand sanitizer b’bażi

ta’ alkoħol jew naħslu idejna bl-ilma u s-sapun. Dan iż-żmien kompla juri l-bżulija tal-ħaddiem Malti, li adatta għaċ-ċirkostanzi tal-mument u baqa’ joffri servizz lill-poplu tagħna. Ma nistax ma nirringrazzjax lill-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa, kif ukoll dawk il-ħaddiema taż-żamma tal-ordni li qegħdin jagħtu dak kollu li jistgħu f ’dan iż-żmien hekk delikat. Fl-aħħar u mhux l-inqas nixtieq nirringrazzja lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Dr. Charmaine Gauci, lill-Ministru tasSaħħa Chris Fearne, kif ukoll lill-Prim Ministru Robert Abela li kontinwament qegħdin jaħdmu fil-ġlieda kontra din il-pandemija. Fl-aħħar nett nagħlaq b’messaġġ ta’ kuraġġ. Nisimgħu mill-awtoritajiet tas-saħħa, nieħdu ħsieb xulxin, u flimkien ngħaddu minn dan il-perjodu wkoll.


17

06.09.2020

one.com.mt

FL-GĦAQDA NAĦDMU GĦAL AKTAR BIDLIET

Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Is-sabiħ fil-Partit Laburista huwa l-fatt li qatt ma jikkuntenta b’dak li kiseb s’issa, qatt mhu kuntent bil-ġid li ħoloq għall-poplu Malti u Għawdxi meta qiegħed fil-Gvern, qatt ma għeja jkun ta’ tarka u ta’ sostenn għan-nies anki meta kien fl-Oppożizzjoni. Il-Partit Laburista qiegħed f ’nofs it-tieni leġiżlatura tiegħu fil-Gvern. Iż-żmien itir u t-triq fiha ħafna intoppi, imma minkejja dan xorta qed imexxi lill-pajjiż ’il quddiem u jibqa’ fost l-aqwa fl-Ewropa. Irridu nammettu lkoll illi kieku Gvern Laburista fl-2013 ma telaqx għal għonq it-triq sabiex isewwi id-diżastru finanzjarju u ekonomiku li ħalliena fih gvern preċedenti Nazzjonalista, li kieku ma ħallx il-mażżri li kienu qed jgħerrquna lkoll, li kieku ma warrabx il-ħsibijiet ta’ miżuri t’awsterità, li kieku ma weriex fiduċja fl-investituri lokali u barranin, li kieku ma ħadimx bi lsienu barra sabiex jinħoloq il-ġid u jitkattar ix-xogħol u d-defiċit dawru f ’surplus, li kieku l-kriżi finanzjarja u soċjali li ġabet din il-pandemija kienet issib pajjiż dgħajjef wisq biex jikkumbatti u dan kollu kien jirriżulta f ’katastrofi ta’ telfien ta’ mijiet jekk mhux eluf ta’ impjiegi. Dan kien jiġri għax il-Gvern ma kienx ikollu s-serħan il-moħħ li għandu cushion ħoxna li tiggarantilu sosteniment sabiex ikun jista’ jieħu miżuri straordinarji sabiex jgħin lill-industrija, is-servizzi u jwieżen lin-negozji sabiex l-impatt ekonomiku fuqhom ikun mill-inqas possibbli u b’hekk jiġu salvagwardjati kemm in-negozji sabiex ma jagħlqux il-bibien kif ukoll jiġu salvagwardjati l-impjiegi tal-Maltin u l-Għawdxin. Fi żminijiet bħal dawn kienu diversi negozjanti li kienu bilgħaqal u ddiversifikaw in-negozju tagħhom sabiex ir-rota tibqa’ ddur. Dan huwa pass ta’ min jinkoraġġih, fid-dawl li sfortunatament din il-pandemija ma nafux meta se jkun it-tmiem tagħha u nantiċipaw li l-effetti ekonomiċi u soċjali fuq id-dinja qed jinħassu u jibqgħu jinħassu għal ħafna snin. Dan hu l-għaqal fit-tmexxija, għaqal li l-punt tat-tluq huwa mill-Partit Laburista u jirrifletti f ’għaqal fit-tmexxija tal-pajjiż minn Gvern Laburista. Biżżejjed tara kif it-tiġdid u t-tibdil fit-tmexxija fil-PL jiġu milqugħa bħala

xi ħaġa pożittiva u wisq aktar meħtieġa. Dan it-tiġdid sar bl-aktar mod trasparenti u bl-aktar mod ta’ tranżizzjoni kalma u serena, b’kontinwazzjoni sħiħa. L-entużjażmu għat-tiġdid u l-viżjoni huwa dak li jżomm dan il-partit ħaj u li jkompli jiġbed lejh nies ġodda. Il-ħsieb li nniedu 10 policy fora sabiex joħorġu b’10 proposti kull wieħed sabiex insejsu viżjoni għal pajjiżna 10, 15, 20 sena oħra kienet inizjattiva interessanti, innovattiva u ambizzjuża li żżommu lil dan il-partit vibranti u ħaj, li ma tħallihx jitgħażżen u jistrieħ fuq is-suċċess li qed jikseb Gvern Laburista u jagħti lok ukoll li fl-assenza sfortunatament ta’ Oppożizzjoni serja u ta’ stoffa, ikun il-Partit Labirista stess li jkun kritiku b’mod kostruttiv u jżomm lill-Gvern kontabbli u fuq il-ponot ta’ subgħajh fil-ħidma tiegħu. Dan il-partit li qatt ma nħeba mit-tiġdid u qatt ma raqad u ħaseb li jaf biżżejjed, jaf jilbes il-libsa tal-umiltà u jersaq lejn il-membri u l-attivisti tiegħu sabiex isir tiġdid u tibdil fl-istatut, jipproponi tfassil ta’ policies ġodda sabiex pajjiżna jkompli jimmodernizza ruħu u jkun anki katalist tal-bidla. Dan kollu qed iseħħ fl-isfond tat-tifkira mill-100 sena mit-twaqqif ta’ dan il-partit, partit mwelled mill-ħaddiema, imwelled min-nies komuni u matul dawn is-snin kollha kien, għadu u jibqa’ l-moviment tal-bidla u l-partit tan-nies.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu Xejn mhu jimpressjonani dan Bernard Grech li kien kontra d-divorzju u li lanqas għadna sirna nafu jekk hux membru tal-partit darba glorjuż tagħna. Kull darba li smajtu jitkellem, jew qrajt xi artiklu minn tiegħu, ħlief jirrepeti dak li l-Kap tagħna Adrian Delia ilu jgħid tliet snin sħaħ, ma jagħmilx. Jgħid li jrid iġib l-għaqda fil-partit, u li l-partit tagħna għandu jkun partit tan-nies u qrib in-nies. Imma dawk li imbuttawh biex jikkontesta lil Adrian Delia, mhux hekk iridu. Iridu li l-partit tagħna għandu jkun tagħhom u tagħhom biss. Li kieku ma kienx hekk, kieku m’aħniex f ’li aħna! Il-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu Waħda isbaħ mill-oħra, man! Skont sieħbi tal-Istamperija l-elezzjoni għallKap lanqas se tilħaq issir sal-Indipendenza għax milli jidher se ssir f ’nofs Ottubru. Tgħidx kemm daħaq meta għidtlu li lanqas biex jagħżlu Papa ma jdumu daqshekk. U biex tgħaxxaqha se ndumu nivvutaw ġimgħa sħiħa. Se nwaqqfu rekord mondjali. Imma jien ngħid li kollox bi skop isir. Se jtawlu biex jekk il-Mass Meeting tal-Indipendenza jkun fjask bħalma kien is-sena l-oħra, ikollhom xi jgħidu aktar kontra l-Kap Adrian Delia għax issa kollox fih qegħdin iwaħħlu dawk is-17-il traditur, flimkien mal-antiki Lawrence Gonzi u Louis Galea. Is-Sibt, 29 ta’ Awwissu

Fi żminijiet bħal dawn kienu diversi negozjanti li kienu bil-għaqal u ddiversifikaw in-negozju tagħhom sabiex ir-rota tibqa’ ddur. Dan huwa pass ta’ min jinkoraġġih, fid-dawl li sfortunatament din il-pandemija ma nafux meta se jkun it-tmiem tagħha u nantiċipaw li l-effetti ekonomiċi u soċjali fuq id-dinja qed jinħassu u jibqgħu jinħassu għal ħafna snin

Raġel fuq l-irġiel il-Viċi Kap Robert Arrigo. Jifhimha bħali li la għandna Kap, hu min hu, għandna nagħtuh l-appoġġ tagħna kollu. Mhux biss. Tant huwa raġel, li offra li jekk ilkoll kemm aħna nappoġġjaw lil Adrian Delia, huwa jkun lest iċedi postu lil Bernard Grech. Tista’ tkun raġel, aktar minn hekk!? M’għandniex xi ngħidu, il-klikka ta’ Simon Busuttil, Jason Azzopardi, Lawrence Gonzi u Louis Galea lil Bernard Grech qalulu biex ma jirtirax mit-tellieqa għax b’Adrian Delia Kap, u b’Bernard Grech Viċi Kap, ma jkollhomx kontrol assolut fuq il-partit tagħna. U huma dak li jridu, man, biex jibqgħu jagħmlu li jridu. Il-Ħadd, 30 ta’ Awwissu Jien konvint li l-klikka ta’ Simon Busuttil, Jason Azzopardi, u l-antiki Lawrence Gonzi u Louis Galea, kollox bi skop jagħmlu. Ittardjaw l-elezzjoni għall-Kap u issa ddeċidew li ma jsirux dibattiti bejn il-Kap Adrian Delia u ż-żiemel tagħhom Bernard Grech. Irraġuni hija ovvja għal min għandu rasu fuq għonqu. Jafu li jekk isiru d-dibat-

titi Adrian Delia jiġri bih liż-żiemel tagħhom. Bħat-tfal jagħmlu. Jafu li se jitilfu u allura minflok jilagħbu, jħassru l-logħba. Imma b’dawn il-manuvri jsaħħuh qegħdin lill-Kap Adrian Delia. Anke sħabi tal-każin, li lkoll kemm huma, huma tesserati, bħali qegħdin jirraġunaw. It-Tnejn, 31 ta’ Awwissu Tgħidx kemm daħaq Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna għax skont hu, bħala Kap tal-Partit, se jkollna lil Rocky. Għax ma’ Rocky xebbah lilu nnifsu Bernard Grech, dak li kien kontra d-divorzju u dak li għadna ma nafux jekk hux tesserat jew le. Ġorġ daħaq, imma jien ma dħaqtx għax ma’ kull min niltaqa’ kulħadd kelma waħda. Bl-elezzjoni għal kap, jirbaħ min jirbaħ, minn ġot-taġen se mmorru għal ġon-nar. Jekk jirbaħ Adrian Delia, il-klikka ta’ Simon Busuttil żgur li tibqa’ tagħtih il-gambetti. U jekk jirbaħ Bernard (Rocky) Grech, ma tantx jidher li l-affarijiet se jmorru għall-aħjar, għax donnu li la Robert Arrigo u lanqas David Agius ma jridu jaħdmu miegħu. It-Tlieta, 1 ta’ Settembru Donna qiegħda tikkwieta ftit il-battalja Adrian Delia vs Bernard (Rocky) Grech. Mhux ħaġa ħażina kieku għax jekk tibqa’ sejra kif kienet sejra, ħsara kbira kienet qiegħda ssir lill-partit darba glorjuż tagħna. Fuq kollox għad baqa’ ġimgħat sħaħ biex aħna t-tesserati mmorru nivvutaw, u se jkollna żmien nivvutaw għax il-votazzjoni se ssir fuq ġimgħa sħiħa. S’issa la jien, u lanqas sieħbi tal-Istamperija għadna ma skoprejna x’hemm wara dan it-titubar kollu. Imma b’xi mod insiru nafu. Jekk mhux aħna, isir jaf il-Kap Adrian Delia għax dak ma jaħrablu xejn, u żgur li lanqas it-tmexxija tal-partit mhu se jħalli taħrablu minn taħt idejh. L-Erbgħa 2 ta’ Settembru Kuntenti issa ta’ Simon Busuttil u l-antiki Lawrence Gonzi u Louis Galea, għax liż-żiemel tagħhom, Bernard (Rocky) Grech intervistawh fuq ir-radju tagħna. Imma jien kuntent aktar minnhom, għax ma impressjonani assolutament xejn, man! U mhux lili biss ma impressjonax, anke lil sħabi tal-każin. Wara li spiċċat l-intervista ċempiltilhom biex nara x’jaħsbu, u minbarra wieħed anzjan, li jadura lil Lawrence Gonzi, kollha qaluli li ma impressjonahomx. Assolutament ma qal xejn ġdid għax donnu m’għandu l-ebda viżjoni. Ma nistax nifhem kif bih bħala Kap il-partit darba glorjuż tagħna jista’ jieħu r-ruħ.


18

06.09.2020

one.com.mt

IL-KNISJA KOLLEĠĠJATA TA’ MARIJA BAMBINA FIN-NAXXAR ARMATA SA SNIENHA ANKE WAQT IL-COVID-19 Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Inħobb nagħti spazju lil kulħadd. Bix-xieraq li llum niddedika dan l-ispazju lil ħuti n-Naxxarin li qed jiċċelebraw il-ġimgħa tal-festa, ad unur Marija Bambina. Nieħu l-okkażjoni nsellem lill-parroċċi kollha li qed jiċċelebraw l-istess festa magħna nhar it-8 ta’ Settembru; l-Isla, il-Mellieħa, u x-Xagħra f ’Għawdex kif ukoll lill-poplu Malti u Għawdxi kollu għaliex din il-festa, apparti l-ispirtu reliġjuż, fiha wkoll relazzjoni qawwija mal-istorja u ġrajjiet pajjiżna. Insemmu spiss it-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija u anke l-Assedju l-kbir; avvenimenti li ġraw; waħda snin ilu, u l-oħra mhux daqstant filbogħod. Kultant lanqas nirrealizzaw x’kienu veru jfissru u kemm batew ħutna u missirijietna fi żmienhom. Bħal kull ġenerazzjoni, aħna nħossu tagħna. Din is-sena qed inħossu wisq il-piż tal-pandemija tal-COVID-19. Min b’ħaġa u min b’oħra. L-effetti ta’ dak kollu li ġara minn Marzu sal-lum, għadna rridu nevalwawhom iżjed fid-dettall u nirrealizzaw ir-riperkussjonijiet tal-imxija. Imma rridu nagħmlu l-kuraġġ. Ma nistgħux nintefgħu f ’rokna u nkunu vittmi għall-eternità. Aħna poplu rebbieħ u ta’

kuraġġ. Inbatu u nħossu daqs kulħadd. Imma forsi aħjar minn kulħadd, aħna kapaċi nieħdu l-opportunità biex mumenti ibsin nuru l-vera kuluri tagħna. Neħodkom mawra san-Naxxar li llum qed titqies bħala belt minħabba l-kobor kemm tat-territorju passat li kien jinkludi l-Mosta, ilGħargħur, il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, il-Qawra u Burmarrad kif ukoll minħabba l-popolazzjoni li llum tammonta għal madwar 17,000 ruħ. Malli joqrob Awwissu, in-Naxxar jibda jinbidel... in-nies tiegħu jibdew iħossu li ġejja l-festa. Jibdew jintramaw it-toroq bil-mod ilmod. Iżda din is-sena, stennejna iżjed minn nofs Awwissu biex rajna dan iseħħ. Mhux l-istess għall-Knisja fejn is-sagristan Godwin Gauci baqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu normali daqslikieku l-COVID-19 ma kinitx se tneħħi mill-ispirtu kif il-knisja tkun armata. Li tarma knisja hija devozzjoni. Min ma jħobbx il-festi forsi jirrimarka li huwa tiżjin pagan u żejjed imma rridu niftakru, li dan l-armar u l-ilbies tal-knisja, huwa wirt storiku u li ħallsu għalih ta’ qabilna. L-ebda persuna ma kienet imġiegħlha tmur kontra s-sitwazzjoni tagħha biex iżżejjen

tempju. Anzi, in-Naxxar dejjem kien magħruf għall-mod kif minkejja li bħal f ’kull raħal, xi tinbixa fuq xulxin dejjem ikun hemm, imma fil-maltemp, issib riġment lesti jgħinuk. L-istess kienet il-parroċċa sa mill-qedem u hekk sar ukoll il-motto tagħha issa, li saret kolleġġjata. It-titlu mhux kollox; huwa preġju veru u jien kont ferħan se ntir meta l-Eċċellenza tiegħu l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna ta d-digriet biex il-Knisja Naxxarija tkun elevata għal dan l-istat, imma fi kliem l-Arċipriet stess, dan qed jissarraf f ’għajnuna lill-poplu fin-Naxxar permezz tal-id tal-ħbiberija bejnietna, bejn il-kleru u billi dar il-Mulej u Sidtna Marija tkun il-widna li l-muġugħ ikun jistenna f ’mumenti ta’ qtigħ il-qalb. Le mhux kliem fieragħ. Ejjew u taraw b’għajnejkom u tkellmu ma’ min sab kenn mill-parroċċa. Imbagħad sta għalina li nirrealizzaw u napprezzaw xi jkun qed isir. Bħal donnu llum, in-negattiv sar jiġri daqs foresta taqbad bin-nar... iżjed milli aħbar tajba u ferriħija tixxandar. Xtaqt permezz ta’ kitbieti nagħti ħajr lil dawk kollha involuti fit-tiswir tal-identità tal-Belt Naxxarija. Mhux tal-festa biss imma ta’


19

06.09.2020

one.com.mt

dejjem. Niesu, l-imkejjen tiegħu, il-każini t-tnejn li huma: is-Soċjetà Mużikali Peace u l-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja; it-tnejn jaħdmu qatigħ għall-glorja tan-Naxxar. Anke l-partiti politiċi fil-lokal jaraw li jkabbru isem ir-raħal u bosta u bosta entitajiet u għaqdiet oħra li nsibu. Jien immeraviljajt ruħi li f ’dan il-mument, is-Sagristan rama b’mod normali. Kedda kbira li tarma knisja bħal dik tan-Naxxar. Faċli tgħid ‘mhux xogħlu?’, imma diffiċli tara b’għajnejk l-iskariġġ li fiha, ilħsieb, l-ippjanar u l-preċiżjoni. Irid ikollok il-gazz. Anke meta fis-snin l-oħra, jkun hemm bosta li jmorru jagħtu daqqa t’id... mhux għax din is-sena ma mar ħadd imma r-restrizzjonijiet ma ħallewx li dan isir b’mod komdu bħal qabel, u bir-raġun. Tkellimt ftit massagristan Godwin Gauci. Xi ħsibt malli bdejt tara s-sitwazzjoni tal-COVID-19 f ’pajjiżna? Meta bdejna naraw li l-festa se ssir ridotta, ħsibna li narmaw ftit u l-vara toħroġ xorta. Meta mbagħad il-knisja ddeċi-

diet li tinfetaħ, iddeċidejna li narmawha kollha. Ħsiebna mill-ewwel hemm kien għax wara kollox, il-festa hija l-ispirtu wkoll mhux biss iċ-ċelebrazzjonijiet esterni, iżda kollox flimkien. Meta bdejt tarma din is-sena? Din is-sena bdejt narma mill-bidu t’Awwissu minħabba li fis-27 tax-xahar, kellna l-festa tal-Kolleġġjata u għalhekk ħsibt biex inlaħħaq. Għajnuna dejjem insib. Apprezzajt is-sapport tal-pubbliku Naxxari li malli bdew jaraw l-armar tiela’, stajt nara l-ferħ f ’għajnejhom. Dak lili jagħtini sodisfazzjon kbir. Kif se tkun il-festa għalik din is-sena? Din is-sena xorta hija festa speċjali għaliex għalaqna sena minn meta l-parroċċa tagħna ġiet elevata għal Kolleġġjata. Jumejn qabel nhar it-8 ta’ Settembru, il-vara devota terġa’ ssib postha fejn jafuha n-Naxxarin. U iva, il-pavaljun rikk u uniku se jintrama xorta waħda. Aħna konna xortina tajba,

li l-vara gawdejnieha fil-Knisja darbtejn, għaliex ħriġnieha għall-festa tal-kolleġġjata wkoll. Dan kollu bil-permess tal-kurja. Finalment, is-Sagristan Godwin Gauci għadda messaġġ imqanqal minn qalbu. Nawgura l-festa t-tajba lin-Naxxarin kollha u nħeġġiġhom jiġu jżuru t-tempju tal-Mulej u l-Bambina li tant aħna kburin biha. Bis-sitwazzjoni li qegħdin fiha, inħossni kburi li xorta waħda fl-2020 ser inkunu għamilna festa xierqa li tibqa’ fl-istorja. Xorta se narmaw anke ftit fuq barra. L-ispirtu hemm qiegħed u dan jagħtina kuraġġ qawwi. Min-naħa tiegħi, aħfruli jekk instmajt li faħħart wisq lil pajjiżi. Nammetti li huwa suġġett għal qalbi immens. Huwa l-passjoni tiegħi. Bħalma hawn min iħobb ħaġa jew oħra, daqstant ieħor jien inħossni veru fil-ġenna meta niddiskuti n-Naxxar; dak li konna nsejħulu raħal twelidna u li llum ngħajtulu belt. Sliem lil kulħadd u jalla l-Bambina terġa’ turina Vittorja ma ndumux.

Is-sagristan Godwin Gauci


20

06.09.2020

one.com.mt

CLAIRE APAP

TURI LIN-NISA KIF IĦOSSUHOM KUNFIDENTI F’ĠISIMHOM Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Il-bniedem jgħaddi minn ħafna fażijiet fil-ħajja. Hawn ħafna persuni li ma jkunux kuntenti bid-dehra tagħhom u allura jippruvaw diversi metodi sabiex jidhru aħjar. Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li ddedikat ħajjitha tagħati pariri lil persuni oħra sabiex iħossuhom aħjar. Qed nirreferi għal Claire Apap. Għandha 28 sena u toqgħod iż-Żejtun. Tgħallem l-Ingliż u tħobb ħafna tgħum, taqra u ssiefer. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna pożittiva u ċajtiera, iżda wkoll sensittiva ħafna. Dan l-aħħar bdiet tippromwovi l-pożittività u s-saħħa, għal persuni b’piż żejjed u fuq kollox għal kulħadd b’mod ġenerali. Fil-fatt tikteb fuq is-sit elettroniku tagħha li huwa www.clairescurves.org u fuq Facebook u YouTube taħt l-isem Claire’s Curves. Ilha bil-YouTube għal dawn l-aħħar 10 xhur u bil-paġna fuq Facebook u bil-blog għal dawn l-aħħar sitt xhur. Staqsejtha x’ħajjarha tibda tikteb dawn il-blogs ta’ ispirazzjoni għal ħaddieħor. Fil-fatt bla tlaqliq qaltli li tixtieq li ħafna nisa ma jħossuhomx inqas minn ħaddieħor minħabba l-piż jew xi difett fil-figura tagħhom. “Għandhom ikunu kburin bihom infushom u jaraw is-sbuħija tagħhom. Jiena personali batejt ħafna matul iż-żmien, minħabba xi kummenti li kienu jgħaddu ċerta nies u ma kellix lejn min inħares li kien qawwi u xorta kont kunfidenti. Nixtieq li nkun dik il-persuna għal min għaddej minn dawn il-mumenti,” saħqet miegħi Claire. Dejjem żomm tbissima fuq wiċċek Fil-fatt hija stess konxja mill-figura tagħha. Però dan ma jinkwitaha xejn, anzi tħeġġeġ nies oħra speċjalment nisa sabiex dejjem iżommu tbissima fuqhom u ma jagħtux kas. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar dwar din ir-realtà li qed tgħix biha. “Jien naħseb li kull persuna fid-dinja hija konxja fuq ħaġa jew oħra u din hija naturali. Jien inħeġġeġ in-nisa mhux sabiex ma jagħtux kas il-figura jew il-piż, iżda biex

ma jħallux dak li jaħseb ħaddiehor iżommhom lura milli jkunu kuntenti u jgħixu ħajjithom. Jien niftakar darba snin ilu kont nieżla l-baħar u nisma’ lil xi ħadd jgħid: “Ara balena” u kważi bkejt għax ħsibthom qed jgħidu għalija. Imbagħad indur u nara lilo forma ta’ balena li bdew jilagħbu bih xi tfal. Meta tibda taħseb li inti kerha kif int, tista’ tiġi f ’sitwazzjoni ta’ paranojja, li taħseb li kulħadd qed jidħaq bik u ma tkunx tista’ tgawdi ħajtek, u dik problema. Nixtieq li kieku nista’ ngħin lil kull persuna li tħossha hekk għax vera diffiċli tgħix b’dak il-mod,” stqarret miegħi. Il-paġna tagħha primarjament hija bbażata fuq messaġġi pożittivi u ttella’ ritratti tagħha u vidjows biex turi li kulħadd jista’ jkun kunfidenti u kuntent. “Dan iż-żmien hawn ħafna influencers u blogers u nħobb insegwihom għax joħolquli tbissima nara nisa Maltin kuntenti u nħobb nara l-istil tagħhom u kollox. Iżda ma tantx tara nisa ta’ figura differenti, allura jekk ma tħossokx

rappreżentat fil-midja, tħossok li għandek xi ħaġa inqas minn ħaddieħor. Jien hekk kont inħossni, allura ddeċidejt li minflok ingerger, nagħmel xi ħaġa fuqha. Jien nitfa’ workout vidjows kultant ukoll għax huma parti minn ħajti. Avolja m’iniex irqiqa, ma jfissirx li nagħmel ġurnata fuq is-sufan niekol u nara t-televixin,” tbissmet tgħidli Claire. Għal kull ħaġa li ddejjaqha, issib ħaġa oħra li togħġobha Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf ukoll li Claire tirċievi ħafna messaġġi mingħand nisa ta’ kull għamla, mhux qawwijin biss, li ġisimhom inbidel jew biż-żmien jew wara li kellhom it-tfal u li jħossuhom mhux kunfidenti. Jistaqsuha domandi bħal kif jistgħu jibdew iħossuhom kunfidenti u tgħidilhom is-sigriet tagħha. B’hekk staqsejtha tistax tiżvela xi sigrieti li taqsam magħhhom. “Jien dejjem ngħidilhom li s-sbuħija hija xi ħaġa li tkun ġewwa l-persuna u

tidher minn barra mill-mod kif tidħaq, kif iżżomm lilek innifsek u kif tħossok. Tant jinbidel ġisimna biż-żmien u b’fatturi oħrajn li ma tistax tkun dejjem diżappuntata għax żiedet xi tikmixa jew ċellulite jew m’għadekx tidher kif kont. Għalhekk, huwa importanti li nippruvaw dejjem li naraw is-sabiħ li għandna, qabel dak li forsi aħna iktar konxji fuqu,” sostniet miegħi. Fil-fatt, Claire taħdem bit-teori-

ja li għal kull ħaġa li ddejjaqha, ssib ħaġa li togħġobha. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar. “Ħafna nisa li jibagħtuli jgħiduli li jħarsu lejn il-mera u ma togħġobhomx il-persuna li jaraw quddiemhom. Inħoss għafsa kbira f ’qalbi meta nisma’ hekk għax naf x’jiġifieri tħossok hekk. Tul iż-żmien, jien irnexxieli nsir inħobb il-persuna fil-mera għax għandha ħafna iktar sabiħ milli

Il-midja ħafna drabi turi n-nies qawwijin bħala ċajtiera jew bħala parti minn ċajta. Aħna ħafna iktar minn hekk. Huwa importanti li ma nibqgħux nuru biss tip wieħed ta’ persuna meta nitkellmu fuq is-sbuħija jew il-moda għax mhux ir-realtà tal-ħajja u qed inġiegħlu persentaġġ kbir tal-popolazzojni tħossha minsija jew maqtugħa mis-soċjetà


21

06.09.2020

one.com.mt

għandha ikrah. Iva, jien m’iniex ngħid li m’hemmx affarijiet li nixtieq nibdel jew nirranġa. Iżda, meta nħares lejn il-mera minflok noqgħod niffoka u niffitta fuq dawk l-affarijiet li jdejquni, nħares minflok lejn l-affarijiet li għandi li huma għal qalbi u b’hekk inħossni kuntenta.” Ta’ min jgħid ukoll, li r-raġuni għaliex bdiet il-paġni Claire’s Curves fuq YouTube u Facebook hija għax kienet tara biss tip ta’ ġisem wieħed online jew inkella jekk tara nies b’piż żejjed tara fuq kemm huma ċajtiera u kemm huma qalbhom tajba. Qatt ma kienet tara li persuna ħoxna tista’ tkun sabiħa. “Iva, jien ridt nuri li avolja fuq il-midja aħna niġu esposti l-iktar għal nies ta’ għamla iżgħar, ma jfissirx li dawn huma l-unika nies li jistgħu jitqiesu sbieħ. Il-midja ħafna drabi turi n-nies qawwijin bħala ċajtiera jew bħala parti minn ċajta. Aħna ħafna iktar minn hekk. Huwa importanti li ma nibqgħux nuru biss tip wieħed ta’ persuna meta nitkellmu fuq is-sbuħija jew il-moda għax mhux ir-realtà tal-ħajja u qed inġiegħlu persentaġġ kbir tal-popolazzojni tħossha minsija jew maqtugħa mis-soċjetà. Nisa rqaq, tan-nofs, ħoxnin, twal ħafna, qosra ħafna, aħna lkoll sbieħ u lkoll nagħmlu parti mis-soċjetà u għandna nkunu kburin bina nfusna dejjem.” Ilkoll kemm aħna konxji millfatt li għas-saħħa fiżika, persuna aħjar tkun ta’ piż inqas, iżda Claire ssostni li hemm ukoll l-importanza tal-kuntentizza u s-saħħa mentali, u li persuna tħossha kerha ma tantx tgħin l-ebda minn dawn. Ħallejt f ’idejha sabiex taqsam xi ħsibijiet f ’dan ir-rigward. “Meta xi nies jgħiduli li huma jgħidu lil xi ħadd li jkun ħxien għall-ġid tiegħu, nidħaq naqra bejni u bejn ruħi. Iva, fiha ħafna riskji l-ħxuna, bħalma fihom it-tipjip, ix-xorb eċċessiv, is-sewqan bl-addoċċ u ħafna affarijiet oħrajn. Peress li dawn l-affarijiet ma jħallux effett fl-apparenza tal-individwu, kultant dawn in-nies ma jiġux iġġudikati bħalma jiġu ġġudikati persuni b’piż żejjed. Il-ħsara mentali li tista’ tagħmel persuna meta toqgħod tgħidilha li għandha bżonn tonqos hija xi ħaġa reali wkoll u ma tridx tintesa. Immaġina kieku kulħadd qed joqgħod jgħidlek biex tonqos, tispiċċa ma tkunx trid toħroġ mid-dar biex ma jikkummentawx in-nies. Kull min jidħol ikellimni ngħidlu li qatt m’għanduu jieqaf jieħdu ħsieb is-saħħa fiżika. Jiena nemmen li l-eżerċizzju jgħin għal ħafna affarijiet u li tkun ta’ piż inqas huwa aħjar għas-saħħa, iżda t-triq lejn ġisem b’saħħtu hija twila għal xi nies u ma jistgħux ikunu mdejqin bihom infushom

kuljum għal sena jew sentejn għax ma tagħmilx ġid bl-ebda mod.” Tiffoka ħafna fuq l-importanza li ma niġġudikawx lil xulxin Claire bla dubju ta’ xejn tħobb tagħti kuraġġ lil ħaddieħor. Filfatt aħna l-Maltin inħobbu l-ikel u ħafna minna għandna xi żewġ jew ftit iktar kilos żejda, iżda ma jfissirx li għandna nħossu li aħna koroh jew mhux ta’ min iħobbna. Ħallejt f ’idejha sabiex tgħidli kif jistgħu jgħollu l-moral f ’dan ir-rigward. “Huwa diffiċli li tħossok sabiħa bħala persuna b’piż żejjed, jekk dejjem smajt li trid tonqos biex tkun pulita. Kummenti bħal “jaħasra wiċċha ħelu tant li kieku tonqos…” ikissrulek il-kunfidenza faċilment. Jien bdejt inħossni sabiħa meta bdejt nara mudelli plus size u nisa ta’ figura simili tiegħi fuq il-mezzi soċjali li kienu jidhru kunfidenti u kuntenti. Jien nipprova li nippostja anke ħwejjeġ li nilbes biex tfajliet jindunaw li m’għandomx għalfejn jillimitaw lilhom nfushom u jistgħu jilbsu li jħossuhom komdi u jagħmilhom kuntenti.” Tħossha tajba billi tikteb kuljum fuq Facebook u darbtejn fix-xahar fuq il-blogg. Tikteb bloggs fuq pożittività u fuq il-fatt li għandna nkunu kuntenti u nħobbu lilna nfusna. “Niffoka ħafna wkoll fuq l-importanza li ma niġġudikawx lil xulxin u li mhux għax jien qawwija ngħid lil min hu rqiq iktar ikrah. Jien nixtieq li jiġi żmien fejn kollha nissapportjaw lil xulxin. Kemm inkunu iktar kuntenti kieku,” saħqet Claire. Iżda huwa fatt magħruf li permezz tal-blogs tagħha qatt ma tixtieq li tippromwovi l-obeżità. Li tixtieq Claire huwa li tfajliet oħra jħossuhom sbieħ anki meta jkunu fit-triq li jonqsu, jekk ikunu jixtiequ jagħmlu hekk. “Jien konxja li hawn min jgħid li m’għandniex inkunu ħoxnin u jien naqbel. Il-fatti huma li hemm piż ideali għas-saħħa tagħna u idealment għandna nipprovaw li nżommu ma’ dawn il-gwidi. Iżda, ir-realtà hi li għal ħafna minna mhux faċli li ninżlu u nżommu piż baxx u anke jekk nonqsu, ħafna minna ma nidhrux bħalma jidhru n-nisa u l-irġiel li naraw fuq it-televixin irriklamati bħala sbieħ. Allura dan ifisser li aħna koroh? Allaħares huwa hekk, kieku ħafna minna koroh. Mela ejjew nibdew napprezzaw kemm għandna sabiħ fina nfusna, għax malli tibda tħobb lilek innifsek tara bidla sħiħa fik innifsek u dak hu l-ewwel pass biex tibda tagħmel dak kollu li tista’ biex tkun b’saħħtek.

dan Claire stess tipprova tqajmu ħafna bil-bloggs tagħha. “Meta nkun miexja fit-triq u nara persuna għaddejja, l-aħħar ħaġa li nara, jekk nara, huma d-difetti tagħha. Iżda, ħafna nies inħossni li jiflu d-difetti wisq malajr, speċjalment tagħhom infushom. Nirċievi mingħand nisa li jien f ’moħħi għandhom l-isbaħ figura jgħiduli li mhumiex kuntenti bihom infushom u li qatt ma ħassewhom sbieħ. Nirċievi mingħand nisa ta’ ċerta età jgħiduli li mdejqin għax m’għadhomx jidhru kif kienu. Nirċievi messaġġi m’għand tfajliet għadhom żgħar li jħossuhom inqas sbieħ minn sħabhom, Is-sabiħ jinsab f ’kull minħabba l-piż u dejjem ikolli persuna li teżisti l-istess risposta għalihom. Qatt tgħid lilek innifsek dak li kieku ma Xi ħaġa li lkoll naqblu dwarha hija tgħidx lil ħaddieħor. Kultant aħna li żgur hemm is-sabiħ f ’kulħadd u nafu nkunu vera ibsin magħna

nfusna u dik hija xi ħaġa li rridu nieqfu nagħmlu. Ħares lejn għajnejk kemm ileqqu fix-xemx, jew kemm għandek tbissima għal qalbek jew saqajk kemm huma twal jew kemm int qalbek tajba u tgħin nies. Hemm ħafna iktar sabiħ fik milli ikrah, fuq dan jien ċerta,” tbissmet tgħidli. Staqsejt lil Claire, jekk hi personali ġieli pruvatx xi tip ta’ dieta. “Jien naħseb provajt kull dieta li teżisti. Inqast ’il fuq minn 40 kilo darbtejn f ’ħajti u dejjem nerġa’ nitla’. Ir-raġuni hi għax tant kont inħossni mdejqa bija nnifsi li anke meta nonqos kont narani kerha u kont nerġa’ nibda niekol u niħxien. Id-dieti li għamilt dejjem kienu għax ħsibt li għandi nidher mod ieħor għax dejjem b’xi ħadd jirrakkomandali xi dieta. Il-verità hi li jien kuntenta kif jien fiżika-

ment, iżda nixtieq nonqos biex inkun iktar b’saħħti u qabel għalqu kont immur il-gym nittrenja. Bħalissa qiegħda wkoll innaqqas l-ikel li niekol u nagħmel workouts middar.” Fl-aħħar nett, Claire għaddiet messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Il-messaġġ tiegħi hu dan. M’għandniex għalfejn niġġudikaw lil xulxin. Dak li inti taħseb li qed tgħidu biex ‘tgħin’ lill-persuna mhuwiex neċessarju. Il-persuna taf jekk tqawwiet, taf li għandha ċ-ċellulite u m’għandhiex bżonn rakkomandazzjoni tad-dieta jew cream sakemm ma staqsitekx, taf li saqajha rqaq ħafna għax twieldet hekk u diffiċli teħxin. Meta tiltaqa’ ma’ xi ħadd, ferm aħjar li tfaħħar dak li jogħġbok fih għax ma tkunx taf minn xiex għaddej u b’kelma ta’ inkoraġġiment tista’ tgħinu.”


22

06.09.2020

one.com.mt

FORTIFIKAZZJONIJIET FENIĊI FIR-RABAT Kif nitilgħu t-telgħa tas-Saqqajja u niġbdu lejn Ta’ Sawra, maġenb il-pompa tal-petrol li hemm, naraw ħofra kbira li qed timtela b’xitel u siġar. Baqgħet f’dan l-istat għax fl-iskavi li saru fis-snin 70 instabu fdalijiet li jmorru lura għal madwar 900 sena Qabel Kristu. Dawn huma l-fdalijiet ta’ fortifikazzjoni Feniċja u dar Feniċja. Wara l-pompa tal-petrol instabu fdalijiet Rumani, datati 200 sena Qabel Kristu. Fost dawn il-fdalijiet instabet struttura Rumana li l-art tagħha hi mibnija fuq anfori rashom ’l isfel. Numru ta’ Maltin jinjoraw dawn is-sejbiet, iżda biex nitfgħu aktar dawl fuqhom, tkellimt ma’ Patri Eugene P. Teuma, Franġiskan Konventwali. Minn CHARLES B. SPITERI

Fr Eugene, minbarra l-ġebel antik, xi nsibu aktar f ’dan is-sit? Hemm l-art, fejn naraw li biex jaqtgħu l-umdità, intużaw il-pozzolana u l-cocciopesto, peress li fih l-integrazzjoni ta’ rħam u biċċiet tal-fuħħar u magħmulin f ’disinn. Din il-kwalità ta’ art hi tipikament Feniċja u nsibuha wkoll f ’Tas-Silġ u f ’postijiet oħra. L-użu ta’ dan il-materjal instab daqs żewġ metri u nofs taħt il-livell tat-triq. Is-sejba Rumana qiegħda fil-ġnien ta’ wara l-pompa tal-petrol. Fuq in-naħa tal-ġenb tal-istess pompa tal-petrol, f ’żewġt idjar, taħt ħames metri fond wieħed isib ukoll il-fdalijiet tal-ħajt talbelt Feniċja. Il-partikolaritajiet tagħhom huma l-ħajt fortifikat, dar, u l-mod kif hi mibnija, peress li hi simili għad-djar Eġizzjani. Kemm jeħduna lura fl-istorja dawn il-fdalijiet? Mid-disinji fil-ġebla, magħrufin bħala ġidra, (embossment) li hemm fuq il-ħajt Feniċju jikkorrispondu ma’ arkitettura fil-Palestina, fil-perjodu ta’ David u Salamun, jiġifieri madwar 950 sena Qabel Kristu. Issa, biex insibu fortifikazzjonijiet daqstant konsistenti, bilfors li l-Feniċi kienu waslu Malta xi daqsxejn qabel minn hekk. U llum hemm diversi studjużi u arkeologi li jgħidu li l-Feniċi kienu hawn Malta qabel id-data li konna naħsbu. L-ikbar binja li naraw hi l-ħa-

jt tal-belt u mbagħad traċċi bi tliet ġebliet ta’ torri. Jekk wieħed jara d-disinn ta’ kif sar ix-xogħol f ’dak li hu ġidra tal-ġebla, jinduna li hu kompletament differenti u fiż-żmien, il-bini tal-ħajt il-qadim u t-torri jvarjaw għal bejn 150 u 200 sena. Naturalment, l-ewwel li nbena kien il-ħajt, li jista’ jintlemaħ f ’dik il-ħofra li hemm bejn il-bini. Kif kienet tkun il-forma ta’ belt Feniċja? Ħafna drabi l-ibliet Feniċi kienu jieħdu forma mdawra, skont il-forma tal-għolja li kienu jinbnew fuqha. Aspett ieħor kien l-użu tal-ġeografija taż-żona. Minflok iħaffru fossat quddiem is-swar, il-Feniċi kienu jfittxu li quddiem il-ħajt ikun hemm diżlivell ta’ diversi metri biex iservihom ta’ lqugħ minn attakki mekkanizzati (battering rams). L-istess ħitan tal-belt kienu mibnija bil-kunċett li jilqgħu għal dawn it-tip ta’ attakki billi jinbnew ħitan separati f ’diversi metri u bejniethom ikollhom ħajt li jorbot, f ’daqs ta’ kamra. Dawn l-ispazji bejn il-ħitan, ġeneralment kienu jimtlew bit-terrapien. Mhux l-ewwel darba li fl-istudju arkeoloġiku nsibu li dawn l-ispazji tnaddfu mit-terrapien u nbidlu biex servew ta’ kmamar ma’ djar li nbnew wara, mal-ħajt. Simili għall-Eġizzjani u l-kulturi ta’ dak iż-żmien, li ma kellhomx il-kunċett tal-arkata, il-binjiet kien ikollhom numru ta’ kolonni jokkupaw l-ispazju, biex jiffaċilitaw it-tqegħid ta’ xorok

Ritratt 1995 - Parti mill-Belt Feniċja (dar privata)

tal-qasba, biex isaqqfu. Tant li l-Feniċi kienu wkoll fost l-ewwel popli li kellhom il-banjijiet bl-ilma, biex jinħaslu fid-djar. Kienet kultura u ċiviltà avvanzata ħafna. X’juri fiċ-ċert li l-ħajt misjub hu ħajt Feniċju? Iċ-ċertezza tirriżulta mill-casement wall, fejn ikollok żewġ ħitan mibnija f ’distanza, iżda jkun hemm ħajt li jorbot kull tant numru ta’ metri. Fil-maġġor parti, l-ispazju ta’ bejn il-ħitan kien jimtela b’turbazz. Jirriżulta li l-oriġini tal-bliet fortifikati żviluppaw millkunċett ta’ villaġġi jew belt li d-djar tagħhom inbnew imissu ma’ xulxin u fit-tond, biex jagħtu l-impressjoni ta’ belt fortifikata. Il-kunċett ta’ casement wall qed jimmilitarizza dan il-kunċett billi jinbena ħajt ieħor ’il barra mill-ħitan ta’ dawn id-djar. Ilħtieġa li l-villaġġi jew bliet ikunu

ffortifikati bdiet għall-ħabta tal-1,200 u 1,000 sena Qabel Kristu, minħabba l-attakki ta’ dawk li huma magħrufin bħala s-Sea Peoples, li qerdu ċiviltajiet sħaħ kull fejn rifsu, mill-Greċja, it-Turkija, is-Sirja u l-Palestina. L-uniċi li rnexxielhom jiqfulhom, kienu l-Eġizzjani u l-Assiri. Is-Sea Peoples aktarx kienu popli differenti minn Sardenja u l-Greċja li minħabba diżastri ekoloġiċi (nuqqas ta’ xita, kesħa) u naturali (vulkani, terremoti) saru “pirati” fuq skala kbira. Nerġgħu lura għas-sit tar-Rabat. Xi nsibu aktar li hu Feniċju? Hemm il-partikularità tat-Torri miżjud mal-ħajt fortifikat tal-belt. Minkejja li fadal biss tliet blatiet tal-pedament f ’posthom (in-situ), dan juri li t-torri ġie miżjud żmien wara. Jekk wieħed jieħu t-tip ta’ ġidra maħduma fil-ġe-

bla, dan juri teknika kompletament differenti minn dak tal-ħajt tal-belt. Il-pedament tat-torri jinsab xi metru u nofs ’il quddiem mill-ħajt, u mhux marbut miegħu. Ir-raġuni kienet waħda difensiva. Jekk it-torri jċedi, ma jiġbidx miegħu lill-ħajt tal-belt. Iż-żieda tat-torrijiet mal-ħitan tal-belt narawha fil-Libanu u l-Palestina, f ’madwar 150 u 200 sena wara l-bini tal-ħitan. Hu żvilupp ulterjuri għal dak li hu l-casement wall li kellna qabel. Il-blatiet tal-ħajt il-kbir tasSaqqajja huma ta’ daqs ikbar u maħduma b’reqqa akbar minn dawk li jiffurmaw il-ħajt tat-torri. Għandna elementi minn barra biex nistgħu ngħidu kif kienu jidhru dawn il-fortifikazzjonijiet?

Rigward id-dehra tagħhom, l-unika rappreżentazzjoni li għandna hi dik tal-riljievi mal-ħitan ta’ ġewwa, tal-Palazz ta’ Sargon, fil-kapitali Assira ta’ Nineveh. Dawn jirrappreżentaw assedji varji, fosthom ta’ Tir u f ’dettalji kbar juru l-ħitan tal-belt u d-djar ta’ warajhom. L-interessanti hu li fuq id-djar kien ikun hemm ġonna b’terrazzini kkolonnati, L-ikbar binja li naraw hi l-ħajt tal-belt li kienu jinkludu wkoll siġar imu mbagħad traċċi bi tliet ġebliet ta’ torri. daqqsin.

Jekk wieħed jara d-disinn ta’ kif sar ix-xogħol f’dak li hu ġidra tal-ġebla, jinduna li hu kompletament differenti u fiż-żmien, il-bini tal-ħajt il-qadim u t-torri jvarjaw għal bejn 150 u 200 sena

X’importanza jwasslilna wieħed mir-riljievi msemmija? Fih insibu l-ħarba tar-re u n-nobbli, li marru fil-gżira ta’ Ċipru. Fil-ħarba jidhru l-fortifikazzjoni-


23

06.09.2020

one.com.mt

L-arkeoloġija tas-sit ta’ Borġ in-Nadur, li qiegħed ftit bogħod minn Villa Kaċċatura, turi li lejn is-sena 1,000 Qabel Kristu, kienu qed jikkummerċjaw man-nies ta’ Żmien il-Bronż

jiet tal-Feniċja, li sal-lum, fil-Libanu ma nstabux, tant kemm kienet kbira l-qerda. Is-sabiħ ta’ dawn ir-raffigurazzjonijiet juruna l-ibliet, bid-djar telgħin minn wara l-fortifikazzjonijiet, għax qegħdin imkaħħlin magħhom, b’uħud ikomplu d-disinn tal-fortifikazzjoni. Għal liema perjodu jmorru lura s-swar fis-Saqqajja? Il-ħajt fortifikat, li hu ta’ żmien il-Feniċi, fis-Saqqajja, nissoponu li jmur lura għal żmien ir-Re David – ħabta tas-sena 950 Qabel Kristu. Is-saltna ta’ Iżrael kienet alleata qrib ħafna tal-Feniċi. Tant hu hekk li wara l-mewt tar-Re David, ir-Re tal-Feniċi ħallas u ta l-materjal kollu biex inbena t-tempju ta’ Alla, fil-belt ta’ Ġerusalemm. Il-Feniċi għenu wkoll lil David biex jiffortifika l-bliet tiegħu fuq il-prinċipji arkitettoniċi tagħhom. Dan komplew jagħmluh ukoll fi żmien Salamun, bin ir-Re David. Fejn jirrigwarda s-sit Feniċju f ’Malta, insibu wkoll li dan hu integrat ma’ wieħed mill-bibien tal-belt Feniċja, li għadu jinstab taħt it-triq ewlenija, u qatt ma ġie skavat. Dan ikun skavi importanti ħafna, għax huma ftit is-siti arkeoloġiċi li jikkonservaw is-sit tal-bieb tal-belt Feniċja. Id-djar li kienu jinbnew fi żmien il-Feniċi kellhom xi partikularità? Kif nistgħu naraw mid-dar li għadhom jeżistu fuq is-Saqqajja, il-kmamar kellhom kolonnati kwadri fin-nofs tagħhom biex jistgħu jissaqqfu. L-għoli tagħhom seta’ jkun ta’ numru ta’ sulari kif jidher fir-riljiev tal-Palazz ta’ Sargon. Issa, minħabba n-numru qawwi ta’ dan il-kolonnat u x-xorok imdaqqsa mqegħdin fuqhom, nistgħu naslu fil-konklużjoni, li s-soqfa kienu jifilħu piż konsiderevoli tant li anki kienu jitqiegħdu siġar fuqhom. Dan il-kunċett jintilef wara l-perjodu Feniċju, peress li ħafna mis-soqfa Rumani bdew jużaw travi tal-injam bix-xorok fuqhom. Mudell importanti li nistgħu nqabblu ma’ kif kienet tinbena dar Feniċja hu dak tal-ġiebja, li nbniet fl-istess epoka, fil-Villa ta’

Kaċċatura f ’Birżebbuġa. Dan il-perjodu Feniċju li qed nittrattaw, fuq liema era qed nitkellmu? L-arkeoloġija tas-sit ta’ Borġ in-Nadur, li qiegħed ftit bogħod minn Villa Kaċċatura, turi li lejn is-sena 1,000 Qabel Kristu, kienu qed jikkummerċjaw man-nies ta’ Żmien il-Bronż. Il-fortifikazzjoni tas-Saqqajja, kif għedna diġà, tmur lura għas-sena 950 Qabel Kristu. Il-ħajt tal-belt baqa’ sas-sena 208 Qabel Kristu, jiġifieri dawk is-swar servew għal ’il fuq minn 600 sena, qabel ma twaqqgħu u ndifnu mir-Rumani. Kif nafu, ir-Rumani bnew il-belt il-ġdida ta’ Melita fuqhom. Meta r-Rumani waslu Malta għaliex ma qerdux kollox?

Ritratt 1995 - Fuq quddiem jidhru t-traċċi tat-torri u warajh il-ħajt tal-belt

tiflaħ għall-istrutturi ta’ dak iżżmien. Biss, it-truf tal-għolja dejjem kienu dgħajfa u kien hemm proċess ta’ kollass, li kiel mill-istess għolja matul is-sekli. Dan insibuh b’mod ċar ħafna kemm fuq in-naħa tas-Saqqajja, kif ukoll fuq dak ta’ Għeriexem.

Iżda għaliex qajla jingħata għarfien fuq dawn il-ġrajjiet Hawn Malta kien hawn 4,000 storiċi? suldat/merċenarju Kartaġiniż, iżda l-abitanti ta’ Malta, li kienu Għax il-Malti hu aktar interessat Feniċi; ġejjin minn bliet differ- fil-leġġendi milli fil-verità storienti, anke jekk mill-kosta tal-Li- ka li toħroġ mill-arkeoloġija jew banu, ma kinux jaqblu mal-Kar- fdalijiet tal-arkitettura. L-arketaġiniżi u meta ġew ir-Rumani, oloġija (l-istudju tal-fdalijiet), dawk li kienu meqjusin bħala flimkien mad-dokumentazzjoni ‘Maltin’, fetħu l-belt u ċedewhiel- storika, jagħtuna viżjoni iktar hom. B’hekk saru alleati. Għal- ċara u reali ta’ kif kienu l-affarihekk ir-Rumani ma kellhomx jiet fi żminijiet imbiegħda, u li ftit għal xiex jattakkaw. Il-Feniċi ta’ li xejn għandna idea tagħhom. Malta alleaw irwieħhom mar-Ru- Għalhekk, il-qerda tas-siti arkemani. Meta r-Rumani bnew oloġiċi u l-interpretazzjoni kemm il-fortifikazzjonijiet, kif tagħhom, huma telfa kbira fir-rigukoll il-belt ta’ Melita, illivellaw ward tal-istorjografija ta’ gżiritna. il-belt Feniċja li kien hemm qabel, bla ma kellhom għaliex jeqir- Issa fil-perjodu Feniċju xi kemm setgħet kienet du kulma sabu tal-Feniċi. il-popolazzjoni ta’ Malta? Jidher li l-bieb tal-belt Dibattibbli, għax meta r-Ruqiegħed fil-kantuniera mani ġew Malta, il-Feniċi kienu tal-fortifikazzjoni. Kien diġà ilhom jistampaw il-muniti possibbli dan? tagħhom għal mijiet ta’ snin. U Żgur li ma kienx hekk. Il-bieb ma kinux se jistampaw muniti tal-belt dejjem kien il-punt l-ak- jekk il-popolazzjoni kienet żgħitar debboli fil-fortifikazzjoni. ra. Jiġifieri dejjem trid tikkalkula Għalhekk, il-pożizzjoni tal-bieb li għandek bejn 10,000 - 20,000 bilfors li kienet bejn żewġ ħitan ruħ, minbarra l-ammont ta’ perta’ ċertu tul. Dan ifisser li parti suni oħra li kienu lsiera u persuni konsiderevoli mill-belt Feniċ- li mhumiex ikkunsidrati f ’dak ja krollat minħabba fit-tafal li l-ammont. Magħhom trid iżżid hemm fiż-żona magħrufa bħala ukoll 4,000 suldat/merċenarju Kartaġiniż. ‘Tafal tal-Imdina’. Il-pedament tal-bieb u s-swar tal-belt huma mibnija fuq 3 sa Issa meta niġu 4 metri blat, li jistrieħ fuq mad- għall-arkeoloġija, dejjem war 12-il metru (40 pied) ta’ ta- jinstab li ż-żona tar-Rabat u fal. Il-ħxuna tal-blat, minkejja li tal-Imdina, kienet l-aktar belt kienet ta’ spessur ridott kienet fortifikata hux?

Ritratt 2006 - Il-casement wall Feniċju u parti mid-dar privata mibnija mal-ħajt

Safejn nafu, minn dokument tal-Ewwel Seklu jissemmew li kien hawn żewġt ibliet kbar, probabbli parti minnhom fix-Xemxija, għax il-mijiet kbar ta’ oqbra jibqgħu ġejjin mill-Manikata. Dan il-fatt jagħtina indikazzjoni ċara li kien hemm post abitat sew. Belt oħra setgħet kienet Marsaxlokk, peress li biex kien hemm tempju pagan, antik ħafna, u l-Bażilika (fiż-żmien Biżantin) ried ikun hemm numru sew ta’ nies jabitaw qrib il-port. M’għandna l-ebda dubju li din il-Bażilika kienet tintuża b’mod regolari.

Iżda kemm fix-Xemxija kif ukoll f ’Marsaxlokk, insibu li hemm il-portijiet imma fir-Rabat m’hemm xejn. Iva, u dan peress li normalment, il-Feniċi kienu jibnu fuq ix-xatt, f ’punt fejn ikollok żewġ portijiet: wieħed għall-kummerċ u l-ieħor bħala bażi militari. Ix-Xemxija u Marsaxlokk jidħlu tajjeb f ’dan il-kuntest. Il-fortifikazzjonijiet tal-belt Melita fil-perjodu Feniċju mhumiex bħal dawk ta’ belt tipika Feniċja, iżda mill-banda l-oħra, jekk trid iżżomm kontroll ta’ gżira sħiħa, trid tkun qed tikkontrollaha miċ-ċentru.


24

06.09.2020

one.com.mt

reċensjoni tal-ktieb

STORJA BIEX TITGĦALLEM... Mhux wieħed … mhux tnejn … imma ĦAMES kotba ġodda, bi traduzzjoni millpinna ta’ ħadd ħlief il-maestro nnifsu, Trevor Zahra. Is-sensiela “Iva, Nasal!”, 5 kotba ħelwin li jgħinu lit-tfal jaslu f’diversi aspetti talimġiba soċjali:

MITFI – Storja biex titgħallem tuża sewwa l-mowbajl MOSTRU TERSQUX ’L HAWN – Storja biex titgħallem tegħleb il-biża’ mid-dlam ĊIMM PUMM PAQQ – Storja biex titgħallem tmur tajjeb mal-oħrajn SAĦĦA BONĠU ĊAW – Storja biex titgħallem tuża manjieri tajba VERU JEW FALZ – Storja biex titgħallem tgħid il-verità

Mistoqsija: Kemm fiha kotba din il-kollezzjoni?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba STORJA BIEX NITGĦALLEM. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IRA IL-KAŻ NUMRU 9 hija: J. MIFSUD - ĦAMRUN

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

03

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Lil min qabbad il-Gvern biex isaħħaħ il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

06.09.2020

one.com.mt

MARGARET RUDIN – IL-‘LAS VEGAS BLACK WIDOW’ TIĊĦAD LI KELLHA X’TAQSAM MAL-QTIL TA’ ŻEWĠHA Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Margaret Rudin twieldet fil-31 ta’ Mejju tal-1943. Hi kienet ilħames mara ta’ Ronald Rudin, negozjant u sensar magħruf sew f ’Las Vegas. Margaret instabet ħatja għall-qtil ta’ Ronald u ntbagħtet fil-ħabs ta’ Florence McClure Women’s Correctional Center fin-naħa ta’ fuq ta’ Las Vegas.

jitlaqha u titlef il-maġġoranza tal-wirt u hi ma riditx li tispiċċa b’xejn.

Margaret u Ronald Rudin

It-tfittxija għal Margaret Rudin

Min kienet Margaret Rudin? Margaret Rudin twieldet f ’Memphis f ’Tennessee u kellha żewġ ħutha bniet. Il-familja tagħha kienet tiċċaqlaq ħafna minn post għal ieħor u sakemm gradwat kienet għexet fi 15-il stat differenti. Rudin kienet miżżewġa erba’ darbiet qabel ma ltaqgħet ma’ Ronald Rudin f ’Las Vegas. Il-koppja żżewġet fil-11 ta’ Settembru tal-1987. L-għajbien ta’ Ronald Rudin Ronald Rudin għeb fit-18 ta’ Diċembru tal-1994. Dakinhar huwa deher l-aħħar miexi lejn il-ħanut tal-antikitajiet li kellha martu, ftit ’il bogħod mill-uffiċċju tiegħu. Fil-21 ta’ Jannar tal-1995 instabu fdalijiet umani u biċċiet ta’ senduq li kienu nħarqu qrib l-għadira Mojave. Waqt it-tfittxija, il-pulizija sabu ċappetta li fuqha kien hemm isem Ronald Rudin u b’hekk kienu kważi konvinti li l-fdalijiet kienu tiegħu. Mill-awtopsja kkonfermaw li

fil-fatt il-fdalijiet kienu ta’ Ronald Rudin u sar magħruf li nqatel b’erba’ tiri f ’rasu. Il-biċċiet tas-senduq li nstabu maħruqin kienu parti minn senduq li kellha nieqes Margaret fil-ħanut tagħha. Fil-ħanut kellha tnejn għall-bejgħ u filwaqt li nstabet l-irċevuta għal wieħed, is-senduq l-ieħor ma nstabx u lanqas instabet irċevuta tal-bejgħ tiegħu. Meta l-pulizija fittxew fid-dar tal-koppja, huma sabu ħafna titjir tad-demm mal-ħajt permezz tal-luminol u sabu anke traċċi

Margaret Rudin waqt il-ġuri

tad-demm fuq inkwatru li kien imdendel fuq is-sodda. Mit-testijiet li saru rriżulta li d-demm kien ta’ Ronald Rudin. Il-pulizija saru jafu wkoll li Ronald Rudin kien għamel rapport li kienet għosfrot pistola li kellu ftit wara li żżewweġ lil Margaret. Din l-istess pistola nstabet minn bugħaddas u ngħatat lill-pulizija. Il-pistola kienet ta’ Ronald Rudin u dan kien ikkonfermat mis-silencer li kellha armat magħha u kkonfermaw ukoll li din kienet l-arma tad-

delitt. Apparti din l-evidenza kollha, Ronald Rudin kiteb fit-testment li jekk kellu jinqatel b’mod suspettuż, il-pulizija kellhom jitfgħu għajnejhom fuq il-werriet li kellu jieħu l-maġġoranza tal-wirt, u din il-persuna ma kienet ħadd ħlief Margaret. Jidher li l-motiv wara dan iddelitt kien ir-rgħiba għall-flus. Margaret kienet taf li żewġha kien jibdilha ma’ nisa oħra u li kien iżomm kuntatt ma’ ħafna minnhom. Jaf Rudin beżgħet li

It-tiri jidhru fl-iskutella ta’ ras Rudin

Sakemm inħareġ mandat ta’ arrest għal Margaret Rudin, hi kienet laħqet ħarbet mill-istat. Sa fl-aħħar, Rudin ġiet arrestata f ’Massachusetts f ’Novembru tal-1999 u ttieħdet f ’Nevada mixlija bil-qtil ta’ żewġha. Rudin dehret il-qorti fit-2 ta’ Marzu tal-2001 u skont l-avukati tagħha, żewġha nqatel minħabba l-attivitajiet illegali li kellu x’jaqsam magħhom. Mill-banda l-oħra, l-imħallef qalilha li hi qatlet lil żewġha għax bdiet tibża’ li se jitlaqha u jħalliha ta’ fuqha senduqha. Hi nstabet ħatja fit2 ta’ Mejju tal-2001 u fil-31 ta’ Awwissu ngħatat is-sentenza ta’ għomor il-ħabs bil-possibbiltà għall-parole wara li tkun serviet 20 sena. X’sar minnha llum? Margaret Rudin appellat kemmil darba biex tinbidel is-sentenza iżda dejjem ġiet miċħuda t-talba tagħha. Fl-20 ta’ Jannar tal-2020, Margaret Rudin ħarġet millħabs fuq parole. Hi qalet li se tmur tgħix f ’Chicago biex tkun qrib bintha u qrib in-neputijiet tagħha. Rudin għadha sal-lum tgħid li hi ma kellhiex x’taqsam mal-mewt ta’ żewġha.

Margaret Rudin fl-2020


26

06.09.2020

one.com.mt

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

06.09.2020

one.com.mt

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 345

MICHELE CALAFATO - MOSTA

971 Bi 3 Numri 053 B’4 Numri 107 0157 125 0280 289 0388 291 0759 315 1217 333 1389 539 1617 850 2022 902 2472 905 2581 943

2654 2803 2925 3330 3430 3778 3874 3881 3953 5093 5331 5369 5399

5837 6081 6810 6902 7004 7012 7898 8131 8710 9009 9264 9521 9552

Mimdudin: wieqaf (6) Wied il-Għajn (5) 1. Kompli l-qawl: 18,19. Jiffastidja (5) 5. Ara 2 Fejn tidħol 19. Ara 18 6. Noqogħdu fiha (3) ix-xemx ma 20. Joe Farrugia 8. Ħelu (9) jidħolx it-......... r-raġel ta’ 11. Ara 3 (5) Veronica (5) 12,22. Mhux żgħira (5) 4. Flus Maltin 21. Ara 7 13. Nies wara antiki (4) 23. Kunjom (4) xulxin (3) 7,21M. Jirriżenja? (5) 24. Kien joqgħod (5) 14. Jixtieqni (6) 9. Jaħraq (3) 15 Ċanfira (6) 654179 69757 B’5 Numri 10. Ikla Ingliża ta’ 17. Nest, bejta Weqfin: 911895 71234 06147 filgħaxija (6) bil-Franċiż (3) 1. Kantanti rġiel (6) 967213 77915 08636 12. Jinxtorob il-kafè 2,5. Ċattra? (6) 21. Ara 16 87782 11602 fihom (6) 22. Ara 12 wieqfa 3,11. Post bejn Bi 7 Numri 16,21W. Ma tħalliex 95976 13768 Ħaż-Żabbar u 0123949 99987 15155 0937225 24559 SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA B’6 Numri 2532927 25423 4975976 102900 37674 Mimdudin: Weqfin: 7323481 296727 39249 1.Jimxu, 4.Belt, 7,9.Lasta, 10.Irridu, 1.Jistad, 2.Mia, 3,11.Ulied, 5,21M. 9038473 338173 51054 12.Iddumu, 16.DBN, 18,19.Ommok, Editur, 6,23.Tsunami, 8.Argumenta, 9345398 365333 51519 20.Pieni, 24.Arana 12.In, 13.DOI, 14.Umilja, 15.Skanta, 427495 65869 17.Blu, 21.Tin, 22.Rum


28

06.09.2020

one.com.mt

F’KANTUNIERA PERFETTA Editorjal

Fl-ewwel ftit okkażjonijiet li ġie ffaċċjat s’issa b’mistoqsijiet li kienu jeħtieġu tweġibiet sempliċi jew ċari, tfixkel kompletament u ħalla lil kull min kien qed isegwih perpless għall-aħħar

Vantaġġ għal min qatt ma jkun involva ruħu soċjalment, inkluż fil-politika, hu li awtomatikament iġorr ammont ta’ kredibbiltà, li tiddependi esklussivament mill-ewwel impressjoni li kapaċi jirrifletti. Minn qabel jikseb tali esperjenza li jagħmilha man-nies, wieħed jista’ faċilment iqarraq u jibni perspettiva li tkun ferm ’il bogħod mir-realtà. Persuna li tibqa’ rekluża u ma tiftaħx fommha ma’ ħaddieħor, taf tibqa’ stmata tal-“kwieta”, anke jekk forsi tkun qed taħbi karattru kompletament oppost. L-estetika waħedha, inkluż bil-ħarsa tal-għajnejn jew it-tbissima, kapaċi tiġbed is-simpatiji t’oħrajn u tagħti anke ċertu serħan tal-moħħ biex dak li jkun jiġi fdat. Bil-maqlub, meta individwu jibda jissoċjalizza b’mod miftuħ, jew iżjed minn hekk jinvolvi ruħu fil-politika, waqt li jesprimi fehemtu regolarment fuq xi ħaġa jew oħra, allura l-kredibbiltà tiegħu ma tibqax l-istess. Skont l-abbiltajiet li jkollu jew ma jkollux, jista’ jibda jsaħħaħ dik il-kredibbiltà bil-mod inkella bil-maqlub ferm aktar faċli jibda

jnaqqarha u jasal jisħet is-siegħa u l-mument li għamel tali pass. Dan kien f ’moħħ id-deputati ribelli li ħassew li tilfu l-kontroll tat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista minn mindu t-tesserati fdaw lin-novizz Adrian Delia tliet snin ilu biex issa fit-tellieqa l-ġdida, li rnexxielhom jisforzaw fl-aħħar xhur, spiċċaw jinħbew kollha wara l-kandidatura ta’ Bernard Grech. Minkejja dan, il-kredibbiltà li emmnu li dan kien se jkollu biex jasal rebbieħ sal-barkun, diġà bdiet tegħreq qabel biss ġie sparat it-tir tat-tluq. Delia, bid-difetti kollha tiegħu li wera fl-aħħar tliet snin, xorta waħda baqa’ jżomm fil-wiċċ b’xi mod fost il-maltemp qalil li kellu jiffaċċja u kull skoll li ħolqulu dawk tal-fazzjoni Busuttil bl-intenzjoni li jinkaljawh. Min-naħa l-oħra, Grech diġà beda jitgerbeb u jeħodha għal wiċċu avolja sab it-tapit mifrux quddiemu. Fl-ewwel ftit okkażjonijiet li ġie ffaċċjat s’issa b’mistoqsijiet li kienu jeħtieġu tweġibiet sempliċi jew ċari, tfixkel kompletament u ħalla lil kull min kien qed

isegwih perpless għall-aħħar. Wara l-foul ikrah tal-ewwel ġimgħa meta ċaħad l-impenn sħiħ tiegħu fil-kampanja kontra d-divorzju, u bidel fehemtu kompletament sempliċiment mindu l-professjoni t’avukat wasslitu jibda jduq il-flus mill-kawżi ġudizzjarji relatati, ħadd ma stenna li se jerġa’ jiżgarra daqshekk bil-goff. Gaffe oħra kbira tiegħu fl-aħħar jiem spiċċat iddiżappuntat jekk mhux inkorlat saħansitra lil ċerti Konservattivi fost l-esponenti u d-deputati Nazzjonalisti li qed jilagħbu ġidhom u ġildhom fuqu. It-tweġiba tiegħu li jiddependi f ’liema pożizzjoni jkun biex jesprimi ruħu dwar l-abort, “għax hemm differenza tkunx Prim Ministru jew inkella Kap tal-PN”, bla dubju ma niżlet xejn tajjeb fost l-għeruq tal-Partit. Meta ntebaħ li għaxxaqha, ipprova jiċċara l-pożizzjoni, imma kompla jiżgarra. Iddikjara li, jekk ikun Prim Ministru u jkun hemm referendum favur fuq is-suġġett, allura ma jaħsibhiex darbtejn biex jirriżenja. Daqstant jimpurtah mill-fehma suprema tal-poplu!! Daqstant

jindika li għada jista’ jkun Kap totalitarju kemm-il darba jingħata l-fiduċja llum!! Il-ħarsa soda u t-tiċrita minn widna għal oħra waħedhom issa m’għadhomx iservuh biżżejjed biex jikkonvinċi lit-tesserati li kapaċi jkun Kap ta’ stoffa jew almenu sostitut denju flok Delia. Imma għas-sostenituri diġà falluti tiegħu, lanqas dan ma jimpurtahom, la quddiemhom qed jaraw biss dak il-jum li jerġgħu jaħtfu t-tmun tal-Partit. Bin-nuqqas assolut ta’ prinċipji u valuri jew inkella bit-tibdil drastiku tagħhom skont il-konvenjenza, ikollna nammettu li Bernard Grech sab il-post ideali fost ċorma ta’ professjonisti f ’dan ir-rigward. Fi kwart ta’ seklu fil-poter dawn ħallew biżżejjed u żżejjed marki għal daqshekk, anke jekk għalihom kellu jpatti bl-ikrah il-poplu Malti u Għawdxi. Minn qabel fetaħ ħalqu l-ewwel darba, Grech seta’ jiġi ġġudikat skont il-“ħbieb” li dawwar lilu nnifsu bihom. Illum li mill-melodija tal-opra qaleb għal opri politiċi stunati jista’ jiġi ġġudikat ferm agħar minn ftit tal-ġimgħat ilu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.