KullĦadd_06.10.2019

Page 1

FIL-PN IFITTXU TEŻORIER “TAPARSI”

www.kullhadd.com Il-Ħadd 6 ta’ Ottubru, 2019

Ħarġa Nru 1,369

Prezz €1

Ara paġna 5

• MILL-BIDLA FIL-GVERN ŻIEDA TA’ 10 IMPJIEGI KULL ĠIMGĦA • IL-MAĠĠORANZA ASSOLUTA TAŻ-ŻIDIET FIS-SETTUR PRIVAT Ara paġna 3

Ara paġna 3

REKORD TA’ IMPJIEGI FIL-GŻIRA GĦAWDXIJA

MALTA BL-IKBAR ŻIEDA FL-EWROPA FL-ANZJANITÀ ATTIVA

IMBARAZZAT GĦAX BLA KONTROLL • JASON AZZOPARDI JIFTAĦ ATTAKK FUQ IMĦALLEF GĦAX MA TAHX RAĠUN • TA’ ADRIAN DELIA RRABJATI GĦAX ĠABU FIX-XEJN KLIEMU DWAR HELENA DALLI • IR-RAPPORT TAL-KUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS ŻIED IR-RABJA FID-DAR ĊENTRALI DELIA FTIT LI XEJN JISTA’ JEW IRID JAGĦMEL Ara paġni 5 u 28

Ara paġna x


02

06.10.2019

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 26°C L-Inqas Temperatura: 20°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja qed testendi mill-Punent tal-Mediterran sal-Libja waqt li arja ta’ pressjoni baxxa testendi fuq l-Italja u l-Greċja It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab bil-ħalbiet iżolati tax-xita Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Punent Majjistru li jsir ftit qawwi għal qawwi Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 26°C

Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Indirizz Postali KullĦadd

24°C

UV 2

17°C

Il-Ħamis

24°C

UV 5

18°C

25°C

Il-Ġimgħa

UV 5

17°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

26°C

UV 4

20°C

26°C

UV 4

20°C

27°C

UV 4

20°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21225785 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21482298 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Collis Williams St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier c/w Triq Gianni Vella, Is-Swatar – 21440790 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida – 21244366 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Il-Mosta – 21411197 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, Iż-Żurrieq – 21680761 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija – 21557278

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

06.10.2019

kullhadd.com

MALTA BL-IKBAR TITJIB FL-ANZJANITÀ ATTIVA • JIKKONFERMA DAN RAPPORT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA U N-NAZZJONIJIET MAGĦQUDA Rapport dettaljat ippubblikat flaħħar jiem dwar l-anzjanità attiva sab li Malta għamlet l-ikbar qabża ’l quddiem f ’dak li huwa punteġġ fl-anzjanità attiva. Dan meta kien analizzat it-titjib mill-2008 għall-2016. Filwaqt li fl-2008 Malta rreġistrat punteġġ ta’ 28.4, fl-2016 irreġistrat punteġġ ta’ 35.5. Dan ifisser titjib ta’ 7.1. Fl-Unjoni Ewropea ma kienx hemm pajjiż ieħor li rreġistra dan ir-riżultat tant b’saħħtu. Dan ifisser ukoll li filwaqt li fl-2008 kellna punteġġ li kien inqas mill-medja Ewropea, li kienet 32.2, illum laħħaqna l-medja Ewropea li tjiebet biss bi 3.6% u llum hija ta’ 35.8. Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis qal mal-gazzetta KullĦadd li dan hu riżultat li jikkonferma kemm hija b’saħħitha l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Gvern favur l-anzjanità attiva. “Dan ir-riżultat juri li aħna mhux biss nitkellmu u nħabbru inizjattivi dwar l-anzjanità attiva, iżda mbagħad nimplimentawhom b’suċċess. Xi ħaġa li kienet rikonoxxuta minn istituzzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Maqgħquda u l-Kummissjoni Ewropea li ppubblikaw dan ir-rapport dettaljat flimkien.

Rapport li jagħtina l-ħeġġa li nkomplu nwettqu iktar u li ma setax ħareġ f ’perjodu isbaħ, hekk kif konna qed nippremjaw ukoll lil dawk l-anzjani li għadhom attivi,” qalilna s-Segretarju Parlamentari. Jirriżulta li f ’paġna 18 tar-rapport tissemma b’mod speċifiku l-istrateġija li għandu pajjiżna f ’dan is-settur. Iż-żieda fl-anzjani attivi kienet kemm għall-irġiel u kemm għan-nisa. F’Malta ż-żieda kienet ikbar għall-irġiel, filwaqt li fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kienet ikbar għan-nisa. Fost oħrajn da fl-anzjani li baqgħu fis-suq l-irġiel li rreġistraw l-ikbar żie- żieda ikbar f ’dik li hi parteċiir-rapport juri li kien hemm żie- tax-xogħol u hawn ukoll kienu da. F’pajjiżna, in-nisa rreġistraw pazzjoni soċjali.

REKORD TA’ XOGĦOL F’GĦAWDEX • IN-NUMRI JURU LI QED TITWETTAQ IL-WEGĦDA TA’ XOGĦOL F’GĦAWDEX GĦALL-GĦAWDXIN Is-sena li għaddiet intlaħaq rekord ta’ xogħol f ’Għawdex. Ikkonfermat dan statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li wriet kif fil-gżira Għawdxija issa hemm 15,484 impjieg. Qatt daqs illum ma kien hemm nies jaħdmu Għawdex. Il-maġġoranza ta’ dawn l-impjiegi, 10,875, kienu full-time. Fil-fatt, fl-2018 kien hemm żieda ta’ 743 impjieg fulltime f ’Għawdex, filwaqt li kien hemm żieda ta’ 241 impjieg parttime. Iż-żieda fl-impjiegi f ’Għawdex kienet tista’ tgħid kollha kemm hi

mas-settur privat. Fil-fatt, l-istatistika uffiċjali turi li fl-2018 kien hem żieda ta’ 787 impjieg fulltime fis-settur privat Għawdxi. Dan jikkuntrasta maż-żieda ta’ 98 biss li seħħet fl-aħħar sena qabel il-bidla fil-Gvern. Fl-aħħar sitt snin, is-settur privat f ’Għawdex żied 2,213 impjieg full-time, jew impjieg full-time aktar kull ġurnata li għaddiet. Mill-2012 ’l hawn, l-ammont ta’ residenti Għawdxin li jaħdmu żdied b’4,124. Dan ifisser li kull ġimgħa fl-aħħar sitt snin kien hemm żieda ta’ madwar 13-il

persuna taħdem. Din hija aktar mid-doppju taż-żieda li kienet osservata fil-leġiżlatura preċedenti. Il-parti l-kbira ta’ din iż-żieda kienet f ’postijiet tax-xogħol f ’Għawdex stess. Fil-fatt, fl-aħħar sitt snin, l-ammont ta’ impjiegi f ’Għawdex żdied bi 3,144. Li jfisser li kull ġimgħa kien hemm żieda ta’ 10 impjiegi. B’kuntrast, fil-leġiżlatura preċedenti, kull ġimgħa kien hemm żieda ta’ anqas minn 2. Din hija l-aqwa konferma li l-Gvern qed iwettaq il-wegħda ta’ xogħol f ’Għawdex għall-Għawdxin.

Barra minn hekk, il-maġġorparti tal-impjiegi ġodda kienu mas-settur privat. Tant hu hekk li l-proporzjon ta’ persuni residenti f ’Għawdex li jaħdmu mas-settur privat tela’ minn 54% fl-2010 għal 61% fl-2018. Meta wieħed iħares lejn l-impjiegi fil-gżira ta’ Għawdex, isib li filwaqt li fl-2010 58% kienu mas-settur privat, issa dan il-proporzjon tela’ għal 64%. Fost l-aktar setturi fejn inħolqu impjiegi ġodda f ’Għawdex stess, wieħed jinnota l-qasam tasservizzi professjonali u amministrattivi b’żieda ta’ kważi 1,100

full-timer. Il-ħaddiema f ’dawn l-oqsma llum huma kważi tliet darbiet u nofs l-ammont fl2012. Ma’ dawn kien hemm żieda ta’ 671 fis-settur tal-bejgħ u t-turiżmu, żieda ta’ 22% fuq sitt snin. Fil-manifattura wara snin ta’ tnaqqis, f ’dawn is-sitt snin kien hemm żieda ta’ 146. L-istess seħħ fil-qasam tas-servizzi kreattivi, fejn wara snin ta’ tnaqqis, f ’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm żieda ta’ 180. Fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni kien hemm żieda ta’ 140, bis-settur jirdoppja.


04

06.10.2019

€88,000 LURA F’VAT GĦAX XTRAW ROTA

kullhadd.com

Skema introdotta fil-baġit tas-se- persuna gawdew minn għotja “L-iskema fejn qed tingħata tal-VAT se tiġi estiża għal sena fil-baġit għas-sena l-oħra u tipprovdi rifużjoni sa massimu ta’ na li għaddiet u li għadha miftuħa għal xiri ta’ tip ta’ muturi jew roti. għotja fuq roti u roti elettriċi li hi oħra.” Din l-iskema kienet introdotta €400 għal xiri ta’ muturi, scooters Fil-baġit għal din is-sena ntqal: ekwivalenti għal rifużjoni sħiħa diġà wasslet biex iktar minn 200 u roti assistiti b’muturi tal-elettriku. 35 ħadu dan l-inċentiv fuq muturi u 185 ħadu l-inċentiv fuq ir-roti. Mal-gazzetta KullĦadd il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Ian Borg, sostna li flimkien ma’ Transport Malta “qed naraw kif noħorġu b’aktar inizjattivi u skemi biex ninċentivaw lil aktar persuni sabiex jagħmlu użu minn trasport li huwa aktar sostenibbli.” Il-Ministru żied li hekk kif wasalna għal baġit ieħor, huwa ż-żmien li wieħed jirrifletti fuq l-inizjattivi li ttieħdu fil-baġit li għadda u anke fuq kif dawn intlaqgħu min-nies. “Id-domanda pożittiva li kellna fuq dawn l-inizjattivi timliena b’kuraġġ sabiex verament inkomplu naħdmu biex nagħmlu mezz li pajjiżna jkollu mezzi ta’ trasport aktar nodfa u sostenibbli. Dawn l-iskemi kienu suċċess u għalhekk ser inkomplu nintensifikaw il-ħidma tagħna,” qal il-Ministru Borg. Il-Ministru Borg fakkar li din hi ħidma li saret mal-Ministeru tal-Finanzi sabiex dawn l-inizjattivi jibqgħu jirrepetu ruħhom. “Imma rajna wkoll kif indaħħlu inizjattivi oħrajn ġodda li permezz tagħhom iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin jagħmlu dik il-qabża li rridu nagħmlu fl-għażla tat-trasport f ’pajjiżna,” qal il-Ministru Borg. Żied li ta’ min ifakkar li din is-sena kellna rekord ieħor ukoll fl-użu tat-trasport pubbliku. “Rekord li qed ikompli juri li l-poplu tagħna qiegħed irawwem kultura aktar sostenibbli ta’ transport sharing. Bħala Gvern, matul din is-sena ħdimna sabiex naraw li nkomplu nkabbru l-flotta ta’ Tal-Linja tant li introduċejna 40 karozza tal-linja ġdida. Qed nesploraw ukoll mezzi ta’ trasport oħra bħalma huma l-e-kickscooters fejn qegħdin naħdmu favur regolarizzazzjoni tal-użu ta’ dan il-mezz ta’ trasport nadif li qed jintuża minn bosta żgħażagħ,” qal il-Ministru Borg li temm jgħid li jħares ’il quddiem għall-baġit li ġej li matulu se nkunu qed inkomplu nħabbru inizjattivi u proġetti u fejn ser inkomplu ninvestu favur is-sostenibilità u kwalità ta’ ħajja aħjar.


05

06.10.2019

kullhadd.com

IFITTXU TEŻORIER COVER-UP Il-Partit Nazzjonalista qed jibqa’ jsibha diffiċli biex isib bniedem li uffiċjalment ikun lest jidħol għall-kariga ta’ teżorier. Biex jikkonvinċu lil xi ħadd jidħol għal din il-kariga l-messaġġ li qed jintbagħat mid-Dar Ċentrali lil dawk li qed ikunu mħeġġa jikkontestaw, huwa dak li dan se jkun biss teżorier tad-dieher. Qed jgħidulhom li min jieħu l-kariga m’għandux għalfejn jinkwieta għax xogħlu jista’ jagħmlu ħaddieħor. Fil-fatt, il-messaġġ hu li għalhekk kien intgħażel xi ħadd bħal Antoine Zammit li tant ma kellux ħjiel fuq il-finanzi li spiċċa fuq Facebook jitlob il-pariri dwar “il-banking” u għamilha ċara li kien qed jistaqsi għal xi ħaġa tal-Partit Nazzjonalista. Dan qabel eventwalment kellu jirriżenja. Iżda, min jaf xi ftit l-affarijiet, mhux bħalma kien Antoine Zammit huwa konxju li llum ftit tista’ tkun teżorier tad-dieher. Dan minkejja li d-Dar Ċentrali jserrħu fuq ċertu Malcolm Custo li kellu diversi rwoli fil-partit anke jekk wiċċu mhux daqstant magħruf pubblikament. Kien fil-grupp li kiteb ir-rapport tat-telfa tal-2013 u huwa direttur fuq kumpaniji tal-Partit Nazzjonalista. Iżda, l-iskuża li jieħdu ħsieb nies bħal dan ma tinżilx ma’ kulħadd u lis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli diġà kien hemm sensiela ta’ persuni li qalulu le. Dan għax il-liġi tal-finanzjament tal-partiti tant titfa’ piż fuq il-bniedem li jokkupa din il-kariga u b’din il-kariga battala partit ma jistax jikkontesta elezzjoni u f ’każ ta’ ksur tal-istess liġi hemm ukoll sanzjonijiet fuq it-teżorier hekk kif illum il-kariga ta’ teżorier ħadet xejra ta’ importanza enormi. Kien għalhekk li nies b’idea tajba tal-liġi u b’esperjenza fl-accounts irrifjutaw sa dan is-sajf stess li jidħlu għall-irwol meta kien battal. Fl-istess ħin, il-messaġġ li t-teżorier se jkun biss cover-up jista’ jkun interpretat bħala xhieda oħra tan-nuqqas ta’ rispett lejn il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti mill-Partit Nazzjonalista. Liġi li minn meta daħlet fis-seħħ kisirha kemm-il darba. Fejn beda biċ-ċedoli u kompla bil-każ skandaluż tal-invoices

foloz.

Jiġbru bla teżorier Illum il-Partit Nazzjonalista se jkollu maratona ġbir ta’ fondi. L-ikbar waħda f ’sensiela ta’ ġabriet li saru fl-aħħar xhur fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista maħsuba biex jinġabru ta’ malajr il-flus biex isiru l-festi tal-Indipendenza. Festi li din id-darba saru fuq skala iżgħar f ’Tal-Pietà minflok fuq il-Fosos. U dan il-ġbir se jkun qed jagħmlu mingħajr teżorier fil-kariga anke jekk bil-liġi huwa obbligu ta’ min ikun f ’dan l-irwol li jara li kollox ikun qed isir f ’konformità malliġi tal-finanzjament tal-partiti. Il-ġbir tal-lum ilu li beda minn Awwissu b’ittra tas-Segretarju Ġenerali Clyde Puli lill-attivisti li kien qiegħed jitlobhom jiġbru l-flus biex jippreżentaw is-somma llum. Għalkemm kien hemm każi fejn il-flus intalbu qabel jitħabbru llum bilgħan li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ għaddej hekk kif fi kliem il-Viċi Kap Robert Arrigo nnifsu l-fatt li ma saritx il-maratona ta’ Ġunju minħabba l-inkwiet intern li ħakem lill-Partit Nazzjonalista tefa’ piż kbir fuq l-istess partit.

RABJA KBIRA GĦAX IMBARAZZAW LILL-KAP • TELEFONATI MIMLIJA RABJA GĦALL-PN MINĦABBA HELENA DALLI

• IL-KUNDANNA TA’ HYZLER TKOMPLI TNAQQAR IL-KREDIBBILTÀ TAL-PN Fost il-fazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia hemm rabja kbira għax il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil qed tkompli timbarazzah. F’ċerti każi intenzjonalment u f ’oħrajn riżultat ta’ mossi estremi bħall-attakk riċenti fuq il-ġudikatura (ara paġna 28). Dan qed ikompli jżid il-firda fil-Partit Nazzjonalista fejn ilKap jista’ jgħid li mhux kuntent bl-istrateġija ta’ nies bħal Jason Azzopardi u Karol Aquilina, iżda fl-istess ħin m’għandu ebda saħħa jew tal-inqas rieda jaġixxi kontra tagħhom. Iktar minn hekk dawn mhux biss qed jimbarazzawh mal-pubbliku b’mod ġenerali iżda wkoll ma’ partitarji Nazzjonalisti li sforz il-messaġġi mħallta spiċċaw jikkritikaw lill-uffiċjali tal-istess partit. Fost oħrajn dan seħħ fil-każ tan-nomina ta’ Helena Dalli għall-Kummissarju Ewropew. Ilbieraħ filgħodu spikkaw it-telefonati fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista minħabba l-pożizzjoni li ħa l-partit fuq Helena Dalli. Filwaqt li l-Kap qal li se jkun qed jappoġġja lil Helena Dalli għall-Kummissarju Ewropew,

oħrajn ħarġu jattakkawha u dan wassal biex partitarji Nazzjonalisti jirrabjaw għall-wirja tajba li għamlet Dalli tant li fil-programm ta’ qabel kien intervistat Delia tgħidx kemm kien hemm min għajjar l-Unjoni Ewropea, lir-rappreżentanti tal-PN u lil Helena Dalli nnifisha. Saħansitra l-preżentatur innifsu kellu jwaqqaf ċerti telefonati. Lil Adrian Delia qed jagħmluhielu diffiċli nies bħal David Casa u Karol Aquilina li injorawh għalkollox u baqgħu jattakkaw lil Helena Dalli bir-riżultat li qasmu wkoll il-ħsieb tal-partitarji Nazzjonalisti. Iżda, hemm każi oħra li dejqu t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista għax ikomplu jimminaw il-kredibbiltà tal-istess partit. Ftit tal-ħin wara, il-Kap Nazzjonalista evita għalkollox milli jitkellem fuq ir-rapport

tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ppubblikat nhar il-Ġimgħa. Dan anke jekk is-soltu rapport ta’ dan il-Kummissarju tgħidx kemm jingħata importanza minn xi ħadd bħal Adrian Delia li wara kollox issuġġerixxa hu lill-persuna f ’din il-kariga. Din id-darba l-Kummissarju George Hyzler innota kemm kienu bla bażi l-akkużi li żdiedu s-salarji tal-ministri u s-segretarji parlamentari. Akkużi li għamilhom Jason Azzopardi. Adrian Delia ma kellu xejn xi jgħid dwar dan ir-rapport ta’ 19-il paġna. Rapport li dwaru l-Partit Laburista qal li għandu jaġixxi Adrian Delia għax inkella se tkompli titnaqqar il-kredibbiltà tiegħu. Ara wkoll l-Editorjal f ’paġna 19 u paġna 28


06

06.10.2019

kullhadd.com

IL-PJANTI TAL-MALTA NATIONAL PARK GĦAND L-AWTORITÀ TAL-IPPJANAR Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg, il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Josè Herrera u s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius ippreżentaw il-Masterplan għallproġett tal-Malta National Park. Dan sar fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Christopher Cutajar u l-Koordinatur talProġett appuntat mill-istess Ministeru s-Sur Jason Micallef. IlPerit Nadia Gatt Curmi tat preżentazzjoni teknika dwar ilproġett. Il-Ministru Ian Borg qal: “Meta nitkellmu dwar l-importanza li għalina għandha l-kwalità talħajja tan-nies, dan il-kliem infissruh bis-sħiħ. U għalhekk meta nħabbru l-proġetti ma niqfux biss mat-tħabbira. Wara li f ’Mejju flimkien mal-Prim Ministru u l-kollegi ħabbarna l-proġett kapitali tal-Malta National Park, it-tim tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi nieda ħidma intensiva biex jiġi żviluppat f ’aktar dettall il-kunċett li kien ippreżentat dak iż-żmien. Riżultat ta’ din il-ħidma wassal biex aktar kmieni din il-ġimgħa ġew sottomessi l-pjanti lill-Awtorità tal-Ippjanar, pjanti li ser ikunu qed jintegraw diversi fatturi li bihom nilħqu oqsma differenti

tas-soċjetà b’dan il-proġett nazzjonali, bil-mira li l-proġett jitlesta fl-2022.” Huwa spjega li l-proġett se jkun jinkludi diversi elementi, fosthom spazji miftuħa ta’ rikreazzjoni, bħal picnic areas u spazji għal-logħob tat-tfal, lagoon area fejn se jiġu żviluppati esperjenzi ġodda, camping site mgħammra kif suppost, BMX Park, spazju dedikat għall-kunċerti u attivitajiet nazzjonali, trakka ta’ 4 kilometri għaċ-ċikliżmu u għall-mixi, l-Arkivji Nazzjonali u Farmers’ Market irriġenerat kif ukoll spazji għall-parkeġġ tal-karozzi. “Tlaqna minn viżjoni li tħares lejn spazji aktar miftuħa għall-poplu tagħna għax nafu b’din ix-xewqa u aħna qegħdin hawn biex inservu x-xewqat tal-poplu. U għalhekk ser inwasslu spazju mħaddar, park nazzjonali kbir daqs 60 grawnd tal-futbol. “Ma rridux ninsew minn fejn tlaqna – ftit tax-xhur ilu, kellna art tal-poplu bi fdalijiet ta’ concrete plant li ma kinitx qed tintuża, sitwazzjoni li kienet tfisser biss telf għall-poplu. F’Mejju bdejna l-proċess biex ħadna lura dan is-sit u llum qegħdin hawn bi pjan ċar ta’ fejn se mmorru, pjan li ħa fil-kunsiderazzjoni elementi essenzjali – is-saħħa, il-mezzi alternattivi, id-divertiment, l-isports, il-kreazzjoni ta’ esperjenzi ġodda u riġenerazzjoni ta’ oħrajn.

Għandna pjan serju mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, pjan li se jirritorna ħafna aktar minn dak li se ninvestu fih, għax se jagħtina lura titjib fil-kwalità tal-ħajja grazzi għal esperjenzi ta’ kwalità,” qal il-Ministru Borg. Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera tenna li din is-sena qed isir u ser ikompli jsir sforz kbir lejn proġetti varji ta’ afforestazzjoni. B’referenza għall-proġett tal-Park Nazzjonali ta’ Malta f ’Ta’ Qali, il-Ministru Herrera ħabbar li għal dan il-għan Ambjent Malta ser tiġi ristrutturata sabiex ġaladarba jitlesta x-xogħol tkun tista’ tilqa’ għal din l-isfida u l-immaniġġjar tal-park innifsu. Sostna li filġimgħat li ġejjin ser jitħabbru aktar dettalji dwar ir-ristrutturar. Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius qal: “Dan huwa investiment dirett fil-livell tal-għajxien tal-familji, tal-anzjani u taż-żgħażagħ tagħna.” Huwa kompla jgħid li hu jħossu tassew sodisfatt li l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tal-Ippjanar li hu responsabbli minnhom kellhom sehem attiv f ’dak li ħa jkun l-akbar park nazzjonali f ’pajjiżna, l-akbar spazju miftuħ dedikat għar-rikreazzjoni tal-familji tagħna. Fil-fatt, l-Awtorità tal-Artijiet ikkontribwixxiet billi għaddiet medda ta’ art imdaqqsa li kienet fabbrika mitluqa biex tissebbaħ u tingħaqad mal-park nazzjonali. Is-Segretarju Parlamentari Agius għalaq billi spjega li, “minflok art użata għall-abbużi se nagħtu lin-nies park nazzjonali state of the art b’kobor ta’ 450,000 metru kwadru. Se ninvestu €20 miljun biex intejbu l-livell tal-ħajja tal-Maltin.”

SUSAN MULVANEY Bħal għada sentejn, fis-7 ta’ Ottubru 2017, il-Mulej għoġbu jsejjaħ għal għandu lil Susan Mulvaney, eks ġurnalista ta’ L-Orizzont u producer u preżentatriċi għal ħafna snin ta’ programmi edukattivi fuq l-RTK, Radju Malta u TVM. Jibqgħu jiftakruha b’għożża kbira żewġha Charles Sacco, uliedhom Marika u żewġa Marcel Gatt u binthom Klara, u Daniela u żewġha Robert Camilleri u binthom Maya, kif ukoll ħutha James u Isabella Vella, u r-romol ta’ ħutha Richard, George u Mary Rose Spiteri u l-familji tagħhom, kif ukoll qraba oħra u ħbieb, fosthom l-għadd kbir ta’ eks kontributuri, kollaboraturi u semmiegħa tal-programmi tagħha. Se ssir quddies fis-6:30 p.m. fil-Knisja parrokkjali ta’ Ħal Lija u s-santwarju tal-Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanaġa.

Agħtiha Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem


07

06.10.2019

kullhadd.com

KUNĊERT MILL-AQWA L-ewwel edizzjoni tal-Mediterranean Stars Festival kienet suċċess kbir hekk kif eluf ta’ persuni attendew ġewwa l-Fosos tal-Furjana għal kunċert mill-aqwa talent Mediterranju. Kunċert li ra l-aqwa talent mużikali mill-Italja b’artisti bħal Alessandra Amoroso, Max Pezzali, Umberto Tozzi, Francesco Gabbani, Mahmood, Raf, Elisa Gigi d’Alessio u oħrajn. Iżda minbarra artisti Taljani, kien hemm artisti bħal Khaled, magħruf għad-diska mis-snin disgħin “Aisha” u kif ukoll artisti bħal Nabil Khemir mit-Tuneżija, is-Soprano Griega Dimitria Theodoseu u Hernan Brando minn Spanja fost oħrajn. Ma setgħetx tonqos il-preżenza ta’ wħud mill-aħjar talenti mużikali f ’pajjiżna, bħal Ira Losco u The Travellers, li kantaw diski bil-Malti u ppromwovew it-talent Malti. Il-mużika kienet live

mill-orkestra tal-Mediterran u kienet taħt it-tmexxija tas-Surmast Bruno Santori. Kien hemm ukoll kor virtwali li ġie ppreżentat għall-ewwel darba b’mod differenti kif wieħed imdorri jwassal il-mużika u kant lill-udjenza. Dan il-kunċert, filwaqt li kellu l-għan li permezz tal-aqwa talent Mediterranju tiġi promossa l-identità Mediterranja, ġew għalih apposta f ’Malta eluf ta’ Talja-

ni. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li Malta tellgħet kunċert ieħor ta’ fama mondjali bl-għan li jagħti gost lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha, filwaqt li attira turiżmu f ’xahar mhux tradizzjonalment popolari mat-turisti. Il-festival ġie trażmess live fuq bosta mezzi tax-xandir Taljani u internazzjonali b’udjenzi li laħħqu miljuni ta’ nies bi pro-

mozzjoni kontinwa fuq Malta. Dan il-kunċert isir normalment fi Piazza Duomo f ’Milan u għall-ewwel darba sar ukoll f ’Malta.

Il-festival ittella’ mill-Fondazzjoni għat-Turiżmu fil-Mediterran b’kollaborazzjoni ma’ Radio Italia, il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

PJAZZA GĦAN-NIES FIX-XEWKIJA

Il-proġett tal-Pjazza San Ġwann Battista fix-Xewkija tlesta u ġie inawgurat mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana. Dan il-proġett, li sewa madwar miljun ewro, ra t-trasformazzjoni kompleta ta’ din il-pjazza ewlenija fl-eqdem raħal f ’Għawdex wara l-belt Victoria. Il-proġett ta’ riġenerazzjoni ħa ħsieb li jżewwaq il-wirt arkitettoniku li nsibu fil-pjazza mal-bżonnijiet li l-poplu għandu jeħtieġ illum u għada. Dan il-progett twettaq f ’temp ta’ madwar seba’ xhur u sar b’tali mod li ma tellef xejn mill-attivitajiet importanti li jiġu organizzati f ’dan ir-raħal. Waqt id-diskors tagħha, il-Ministru Caruana spjegat kif dan l-investiment infrastruttur-

ali fir-raħal tax-Xewkija mhux wieħed iżolat imma jifforma parti integrali minn kullana ta’ proġetti biex ir-raħal tax-Xewkija jieħu d-dinjità li ħaqqu wara snin sħaħ ta’ abbandun. Għalhekk l-investiment fit-toroq - Triq il-Knisja, Triq il-Ħamrija u daqt Sant’Eliżabetta. Għaddej ix-xogħol biex ilmasġar abbandunat ta’ Ulysses Grove, jinbidel f ’post addattat għall-familji u l-isportivi Għawdxin kif ukoll għaddej ġmielu x-xogħol fuq ir-restawr tal-mitħna storika. Hi qalet li l-Ministeru għal Għawdex, b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali qed jaħdem fuq proġett ġdid biex jiġi riġenerat Ġnien il-Ħaddiem.


08

06.10.2019

kullhadd.com

JITLEF ID-DRITT TA’ ĠENITUR WARA LI INJORA LIL IBNU Missier li kontinwament injora l-isforzi biex ibnu jagħmel kuntatt miegħu tilef id-drittijiet ta’ ġenitur, filwaqt li fl-istess ħin kien imġiegħel iħallas manteniment xorta waħda għax dak huwa obbligu tiegħu. F’dan il-każ il-koppja, li ma kinetx miżżewġa, kienet infirdet anke wara każi ta’ vjolenza domestika, iżda mix-xhieda li ngħatat waqt il-każ il-Qorti

rriżulta li l-omm xorta dejjem baqgħet tagħmel sforz biex Il-Qorti kienet ċara ħafna meta ikun hemm kuntatt bejn l-iben u l-missier. Iżda, il-missier kien sostniet li kull deċiżjoni trid tkun qed jinjora dawn is-sejħiet fostgwidata bl-aħjar interess tat-tfal u hom biex imur jara lill-ibnu jilgħab il-futbol u minflok l-internnotat kif f’dan il-każ ir-raġel kien ess kienet tieħdu n-nanna, omm abbanduna għalkollox lil ibnu il-missier. Il-mara li taħdem iżda għandha dħul baxx spjegat fil-Qorti waħedha biex tlaħħaq ma’ binha ulied sakemm ma jkunx hemm l-ispejjeż li kienet qed tagħmel u fid-dawl tas-sitwazzjoni li sa- raġunijiet serji li jwasslu lill-Qorbet ruħha fiha talbet li jkollha hi ti li tieħu miżura daqshekk drastika.” l-kura u l-kustodja tat-tifel. Meta kienet qed tanalizza l-każ Il-Qorti kienet ċara ħafna meta il-Qorti qalet li “tagħraf illi sostniet li kull deċiżjoni trid tkun f ’ċirkostanzi normali, iż-żewġ gwidata bl-aħjar interess tat-tfal ġenituri għandhom irwol im- u nnotat kif f ’dan il-każ ir-raġel portanti fil-ħajja u fit-trobbija kien abbanduna għalkollox lil ta’ wliedhom u għalhekk l-ebda ibnu. “Apparti li ma jarahx, ma wieħed mill-ġenituri m’għan- jistaqsix dwaru u lanqas ma għadu jiġi eskluż mit-trobbija tal- du jikkontribwixxi finanzjarja-

ment għat-trobbija tiegħu,” qalet il-Qorti. Iżda, waħda mill-ikbar kunsiderazzjonijiet li għamlet il-Qorti kienet dik ta’ x’jista’ jiġri lit-tifel f ’każi serji fejn tintalab il-firma tal-missier, fost oħrajn fl-edukazzjoni u s-saħħa. Il-Qorti qalet li ma jagħmel ebda sens għat-tifel li l-omm tkun trid toqgħod tmur il-Qorti meta tiġi biex tieħu deċiżjonijiet fejn hemm bżonn il-kunsens taż-żewġ ġenituri. “Il-Qorti għalhekk hija konvinta li jeżistu l-estremi sabiex il-konvenut jiġi mċaħħad mill-awtorità ta’ ġenitur, sabiex din tiġi eżerċitata esklussivament minn ommu,” qalet il-Qorti fis-sentenza tagħha. Hawn talbet ukoll li l-missier iħallas il-manteniment.


09

06.10.2019

kullhadd.com

BDEW JASLU R-ROBOTS TAL-ISPTAR MATER DEI

Fil-jiem li għaddew wasal Malta l-apparat robotiku ċentrali li permezz tiegħu se jieħu sura l-qafas prinċipali li jieħu ħsieb il-mediċini li se jkunu amministrati fis-swali tal-Isptar Mater Dei, mill-punt li jaslu flimħażen sakemm jaslu għand il-pazjent. L-apparat ċentrali jikkonsisti f ’erba’ robots kbar, li tnejn minnhom se jkunu fl-imħażen tas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa f ’San Ġwann u t-tnejn l-oħra se jkunu fil-maħżen tal-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei. Sadattant 17-il robot iżgħar se jkunu installati wkoll f ’xi swali talisptar. Il-proċess jinbeda billi l-mediċini kollha mixtrijin millGvern jitwasslu fl-imħażen tas-CPSU. Hemmhekk permezz tal-apparat li għadu

kemm wasal jiġu konvertiti waħda waħda ġo boroż li fuqhom tiġi stampata barcode bl-informazzjoni kollha tal-mediċina. Il-pakketti jiġu temporanjament maħżuna flimħażen u dlonk mibgħutin flIsptar Mater Dei. Fir-rigward tal-Isptar Mater Dei l-proċess jibda minn meta t-tabib jordna l-mediċini speċifiċi għall-pazjent, xi ħaġa li tibda tkun b’sistema kompjuterizzata. Is-sistema, bl-għajnuna tal-ispiżjara tkun kapaċi tgħin lit-tabib fil-każ li jkun hemm xi mediċina ma taqbilx ma’ xi mediċina oħra li jkun qed jieħu l-pazjent, mediċina li jkollha bżonn tnaqqis jew żieda fid-doża fost oħrajn. Wara l-konfermi, il-mediċini jaslu l-ispiżerija tal-Isptar fir-robots fejn jiġu awtomatikament magħżulin, jiġu assoċjati mal-pazjent partikolari,

jiġi stampat l-isem u n-numru tal-Karta tal-Identità tal-pazjent konċernat u l-mediċini jintrabtu flimkien b’ċirku tal-plastik. Il-pakkett tal-mediċina jitqiegħed mir-robot ġo tubu pnewmatiku u jintbagħat awtomatikament fis-sala tal-pazjent konċernat f ’Mater Dei. Fis-swali fejn ikun hemm ir-robot jiġri kważi l-istess proċess, bid-differenza li din id-darba r-robot jipprepara l-mediċini awtomatikament fi kxaxen apposta, kexxun għal kull pazjent, fi trolley. L-infermiera mbagħad tiġborha, tieħu scan tal-brazzuletta tal-pazjent li permezz tagħha s-sistema tkun tista’ tagħraf il-pazjent u wara tieħu scan tal-barcode tal-mediċina li l-pazjent ikun imissu jieħu. B’hekk ikun assigurat li l-kura taqbel mal-pjan kuranti għal pazjent partikolari

u r-robot jikkonferma lill-infermiera li tkun tista’ tamministra l-mediċina. Mitlub minn din il-gazzetta jikkummenta dwar dan l-iżvilupp id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li “ninsab ferm sodisfatt bir-ritmu li miexi dan il-proġett. Proġett li permezz tiegħu se jkun qiegħed jitnaqqas drastikament ir-riskju tal-iżball uman fl-għoti tal-mediċina, ikun assigurat li l-pazjent qed jingħata l-mediċina preskritta lilu, jintrebaħ ħafna ħin u tinqata’ l-ħela tal-mediċini peress li fis-swali se jkunu qegħdin jaslu biss il-mediċini meħtieġa.” Il-proġett se jkun ifisser investiment ta’ aktar minn €12-il miljun u se jsir mill-konċessinarju tal-proġett. Il-Gvern jibda jħallas lura dan l-investiment meta u jekk il-Gvern ikunx iffranka flus mill-ammont li qiegħed

jonfoq bħalissa għall-istess xogħol li se tkun qed tagħmel is-sistema, sistema teknoloġika mill-aqwa li diġà qed titħaddem u tagħti riżultati tajbin ħafna fi sptarijiet madwar id-dinja.

B’hekk ikun assigurat li l-kura taqbel mal-pjan kuranti għal pazjent partikolari u r-robot jikkonferma lill-infermiera li tkun tista’ tamministra l-mediċina


10

06.10.2019

kullhadd.com

REKORD TA’ RIŻENJI ADRIAN DELIA TILEF IL-KONT... INFAKKRUH FTIT MINNHOM

Sentejn ilu, f ’Settembru tal-2017, il-Partit Nazzjonalista beda jitmexxa minn Kap ġdid, Adrian Delia. Huwa kien l-ewwel wieħed li tefa’ n-nomina tiegħu u rebaħ l-elezzjoni wara ġimgħat ta’ kampanja personali biex jiġbed lejh il-voti li kellu bżonn. Wara ġimgħat ta’ kampanja li matulha ż-żegħil ma naqasx, kien irrappurtat li Adrian Delia kien possibilment l-aktar wieħed favorit li jirbaħ l-elezzjoni għal Kap Nazzjonalista minħabba li n-nuqqas ta’ esperjenza politika tiegħu kienet fil-fatt ta’ vantaġġ. U dan kompla jixpruna l-konfoffi minn taħt mill-fazzjonijiet ta’ kontra Delia, li mill-ewwel bdew jerfgħu rashom. Ma ninsewx ukoll li Delia fi żmien meta kien għadu student kien jaħdem għal Radio 101. Għan-nom tal-Partit Nazzjonalista Mario De Marco kien ukoll avviċinah biex jikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali tal2013 u wkoll għal dik tal-2017 – imma Delia dejjem irrifjuta biex ikompli l-karriera tiegħu. Huwa żgur li Mario De Marco llum il-ġurnata għandu fehmiet differenti u possibilment qed jisħet is-siegħa u l-mument li kien avviċina lil Delia biex iressqu lejn dak li llum fadal mill-Partit Nazzjonalista. Waqt il-kampanja tiegħu fl-elezzjoni għall-Kap

tal-Partit Nazzjonalista, waqt intervista fuq INDEPTH f ’Ġunju, Adrian Delia żgur li ma kienx l-oraklu meta qal: “Il-partit tagħna mhux imkisser! Il-partit tagħna ħaj! Għax il-partit tagħna mhux ġebel. Il-partit tagħna mhux flus. Il-partit tagħna mhux suċċessi biss. Il-partit tagħna qalb, ruħ u nies illi bħalissa qed inħoss vibrazzjoni li trid terġa’ tinbena, tiġi flimkien u nerġgħu nġibu lil dan il-partit glorjuż tagħna fejn verament jixraqlu.” Ħożż fl-ilma! Dawk li kien qed jarahom bħala sħabu tefgħulu l-ġebel, il-Partit Nazzjonalista jinsab imkisser f ’elf biċċa, ir-ruħ taret u ħalliet vojt kbir u l-unika vibrazzjoni li tinħass hija dik tat-tisbit fuq il-mejda blittri ta’ riżenji mill-partit hekk imsejjaħ glorjuż. Mela la ġejna għal dan, kemm kien hemm riżenji mill-Partit Nazzjonalista minn meta Adrian Delia nħatar Kap? Adrian Delia qalilna li m’għandux rendikont. Forsi hemm kliemu ta’ Lulju tal-2017 għadu eku f ’widnejh, meta qal: “Il-Partit Nazzjonalista qiegħed f ’perjodu ta’ tiġdid, u jiena naħseb illi nista’ nkun strumentali biex dan it-tiġdid iseħħ u jseħħ fid-direzzjoni l-ġusta. U dan jiena nipproponih illi jsir b’mod ġdid.” Tajjeb ukoll. Ħa nagħmlu ftit rendikont tar-riżenji, tal-anqas ta’ uffiċjali prominenti fi ħdan il-PN.

SETTEMBRU 2019 ANTOINE ZAMMIT – Teżorier tal-PN. L-aħħar riżenja (sakemm inkiteb dan l-artiklu) u li qajmet diskussjoni sew fil-pajjiż. Maħtur Teżorier f ’Awwissu u rriżenja f ’Settembru. Zammit ma tantx impressjona kemm bil-parir li talab dwar “Bankink” u wkoll meta deher video tiegħu jilmenta li l-IPTV (għalkemm popolari imma illegali) għandha l-aċċess magħluq għall-porn.

PIERRE P. PORTELLI - President Kulleġġ Kunsilliera Lokali tal-PN. Portelli, tal-fazzjoni Delia, kien f ’nofs kontroversja li qamet dwar il-vot ta’ sfiduċja fil-Kap tal-Partit Adrian Delia. Kien ressaq mozzjoni biex ikun hemm bord ta’ dixxiplina li jistħarreġ kitbiet fuq il-mezzi soċjali minn uffiċjali tal-partit. Qal li rriżenja minħabba raġunijiet personali imma hemm ħafna qed jgħidu mod ieħor.

AWWISSU 2019 NORMAN VELLA – Irriżenja mill-Partit Nazzjonalista u saħansitra membru tesserat wara li l-Partit Nazzjonalista aċċetta lil Herman Schiavone lura fil-Grupp Parlamentari. Dan wara riżenja finta iktar qabel minħabba laqgħat li kellu ma’ individwi li kienu fil-mira ta’ kritika qawwija tal-Partit Nazzjonalista.

ĠUNJU 2019 MARK ANTHONY SAMMUT – President Kumitat Eżekuttiv tal-PN. Riżenja mqanqla għall-aħħar eżatt wara laqgħa li matulha kienet diskussa l-co-option ta’ Jean Pierre Debono fil-Parlament. Qal li rriżenja minħabba r-riżultati diżastrużi tal-elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej u dik tal-Kunsilli Lokali. Imma spikka l-kumment tiegħu: “Tinħass li min jikkritika b’mod kostruttiv fi ħdan ilPartit, jitqies bħala traditur.” Meta tkellem mal-ġurnalisti kien jinħass sew is-sentiment tiegħu li Delia għandu jwarrab.

DAVID CAMILERI – Teżorier tal-PN. Irriżenja wara li ismu deher fil-lista ta’ dawk li kellhom jivvutaw għall-għażla bejn Jean Pierre Debono u Kevin Cutajar biex jimtela s-siġġu vakat minn David Stellini. Allegatament huwa ma kellux id-dritt li jivvota f ’din l-elezzjoni interna.


11

06.10.2019

kullhadd.com

PIERRE PORTELLI – Kap Eżekuttiv tal-Midja tal-Partit Nazzjonalista. Meqjus bħala l-id il-leminija tal-Kap Adrian Delia. Wara li kien diversi drabi fl-aħbarijiet anki minħabba diżgwid dwar produzzjoni televiżiva – li ħafna qalu kienet ta’ kunflitt ta’ interess, Portelli rriżenja minħabba dak li ddeskriva bħala attakki koordinati minn deputati tal-Partit Nazzjonalista.

HERMANN FARRUGIA - Kunsill tal-Kulleġġ tal-Kandidati tal-PN. “F’temp ta’ sagħtejn mid-deċiżjoni oxxena li ħa l-Eżekuttiv Nazzjonalista tajt ir-riżenja tiegħi.” Kliem iebes li spjega għalfejn kien ta r-riżenja tiegħu. Farrugia saħaq li għamel dan anki b’appoġġ sħiħ lejn Kevin Cutajar li ma ħax is-siġġu parlamentari ta’ David Stellini.

MEJJU 2019 DAVID STELLINI – Membru Parlamentari u President tal-Kunsill Amministrattiv. Stellini rriżenja u rritorna Brussell, fejn kien qabel. “Ma jogħġobnix il-partiġjaniżmu fil-politika Maltija,” qal. Ilmenta wkoll mis-salarju ta’ Deputat Parlamentari. Dak x’qal fid-dieher, għax huwa żgur li Stellini kien jaf x’inhi s-sitwazzjoni qabel twebbel biex joħroġ għall-elezzjoni!

FRAR 2019 JOHN ZAMMIT – Editur Politiku. Isem sinonimu mal-Partit Nazzjonalista. Zammit kien ilu snin twal jaħdem fil-qalba tad-Dar Ċentrali. Wasal għal din id-deċiżjoni wara xhur sħaħ ta’ nuqqas ta’ qbil mas-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u wara l-aħħar argument qawwi miegħu. Zammit uffiċjalment qal li jrid ifittex toroq ġodda.

MEJJU 2018 IVAN BARTOLO – Irriżenja minn kariga li kellu fil-Partit Nazzjonalista fejn suppost kien qed jassisti fl-iżvilupp ta’ mudell ta’ negozju għall-istess partit. Bartolo kien kandidat tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni ġenerali u ħafna kienu jqisuh bħala vuċi moderata fil-PN li seta’ jġib xi bidliet. Iżda, eventwalment telaq ’il barra u assoċja ruħu mal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil biex jitqaċċat Adrian Delia minn kap.

DAVID BONELLO - Kap tal-Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Telaq minn ġurnalist minn mal-PBS biex jieħu l-kariga. Irriżenja wara biss tliet xhur wara sensiela ta’ kunflitti interni, fosthom dawk mas-Segretarju Ġenerali, Clyde Puli. Magħruf li ma kienx kuntent bl-atmosfera fl-Istamperija tal-Partit Nazzjonalista.

SETTEMBRU 2017 KEVIN CASSAR – Kandidat fl-Elezzjoni Ġenerali tal-PN. Kirurgu u ħaten l-Eks Viċi Kap Beppe Fenech Adami. L-ewwel riżenja li daq Adrian Delia. Cassar mill-ewwel fetaħ konfront ma’ Delia u saħansitra kien qallu li ma setax ikun fdat.

SENSIELA TA’ RIŻENJI Adrian Delia nesa kemm irriżenjaw minn ħdan il-Partit Nazzjonalista. Semmejna wħud li kellhom karigi importanti, imma hemm lista oħra twila. Mhux qed ngħoddu dawk li qattgħu t-tessera tal-Partit Nazzjonalista u tefgħu r-ritratt tal-biċċiet tagħha fuq il-mezzi soċjali. Imma tajjeb li nsemmu wkoll uħud oħra, u nistgħu niġbru ftit minnhom taħt id-deskrizzjoni li tat Marion Pace Axiaq, li wkoll irriżenjat wara li tista’ tgħid għamlet għomorha taħdem fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Kellha wkoll diversi karigi fil-Partit Nazzjonalista. Fir-riżenja tagħha għamlet eloġju lill-Eks Kap Simon Busuttil.

“This is not the PN I have always loved” – Marion Pace Axiaq 24.07.18 DAVID THAKE - Viċi Sindku u Kunsillier ta’ San Pawl il-Baħar

DANIEL CORDINA – Kunsillier Żebbuġ, Għawdex

ROBERT PISCOPO – Kunsillier, San Pawl il-Baħar

WAYNE HEWIT – Kunsiller, Gżira

JOSEPH VELLA – Kunsillier, San Pawl il-Baħar

MARION PACE AXIAQ – Eks President MNPN, eks membru tal-Kunsill Amministrattiv u eks membru eżekuttiv tal-Kunsill Amministrattiv

NATHANIEL MUSCAT – Kien fl-uffiċċju tal- PHILIP CHIRCOP - Membru tal-Partit Nazzjonalista komunikazzjoni fi żmien Simon Busuttil CHARLOT CASSAR – Kunsiller Marsaskala u kandidat għall-elezzjoni ġenerali

FABIAN DEMICOLI – Kap tal-Aħbarijiet Media.Link



13

06.10.2019

kullhadd.com

DRAMM LI SE JISPIĊĊA DIFFERENTI KULJUM Wara s-suċċess enormi u sitt standing ovations li kien kiseb fl-2017 bid-dramm Fejn Joħodna r-Riħ, Clive Piscopo se jirritorna bi dramm ġdid bil-Malti li jġib l-isem ta’ Meta Ġrejna Wara x-Xemx. L-ewwel weekend tar-rappreżentazzjonijiet ġie kważi sold out f’ġurnata hekk kif madwar 400 biljett inħatfu fl-ewwel 24 siegħa ta’ bejgħ tal-biljetti. It-trailer tad-dramm diġà rawh iktar minn 1,000 ruħ fuq YouTube. U l-Psikologu Dr Nicholas Briffa ddeskriva dan ix-xogħol bħala “d-dramm li għandna bżonn naraw bħalissa.” Għalfejn dan l-interess kollu fid-dramm il-ġdid ta’ Piscopo? X’għandna nistennew minn din ilproduzzjoni ġdida? U vera li d-dramm se jispiċċa differenti f’kull serata? Biex insiru nafu iktar u niskopru ftit kurżitajiet, tkellimna ma’ Clive Piscopo, li mhux biss kiteb iddramm imma anki hu wieħed mill-atturi prinċipali. Clive, fuq xiex inhi l-istorja ta’ Meta Ġrejna Wara x-Xemx? L-istorja ta’ Meta Ġrejna Wara x-Xemx iddur fuq kif il-mewt mhux mistennija ta’ ħabib tat-tfulija terġa’ tgħaqqad grupp ta’ ħbieb adulti wara 12il sena ta’ silenzju bejniethom. Jiddeċiedu li jagħmlu reunion u jiltaqgħu mqar għal darba waħda biss. Biex isellmu l-memorja ta’ seħibhom Tommy. Biex jiftakru b’nostalġija fl-isbaħ żmien ta’ tfulithom. U biex, forsi, jagħmlu sens mill-avveniment li 12-il sena qabel firidhom darba għal dejjem. Li ma jafux hu li għad baqa’ l-aħħar sigriet x’joħroġ. X’kienet l-ispirazzjoni għal dan id-dramm? Jien nikteb biss meta nħoss li għandi xi ħaġa xi ngħid. Sentejn ilu, jien u nipprova nifhem iktar fuq xiex nixtieq nikteb, indunajt li kelli numru ta’ xewqat li xtaqt nesplora. Xtaqt ħafna li b’xi mod nikteb fuq tfuliti u żgħożiti; fuq il-ġenerazzjoni tiegħi, jiġifieri bejn wieħed u ieħor, dawk li twieldu fit-tmeninijiet u għexu d-disgħinijiet. Għoġbitni wkoll l-idea ta’ reunion. Dak kien il-punt tat-tluq tiegħi. Għalfejn din il-ġenerazzjoni partikolari? Għax naħseb li aħna ġenerazzjoni mhux biss partikolari ħafna imma anki ġenerazzjoni ta’ kuntrasti. Uħud minna niftakru l-aħħar mumenti fejn kont għadek tista’ toħroġ tilgħab ma’ sħabek fit-triq u fl-istess ħin aħna l-ġenerazzjoni li fina donnha splodiet l-ansjetà. Kellna tfulija mingħajr mobiles u tablets biex imbagħad kbirna u rrealizzajna li l-ħajja adulta hi ddominata mit-teknoloġija u l-mezzi soċjali. Fuq kollox hija l-ġenerazzjoni li niftakru l-Ax-

is, il-Power Rangers, il-cartoons ta’ Bim Bum Bam ... żmien sabiħ immens biex tikteb dwaru, ma taħsibx? Veru li d-dramm se jispiċċa differenti kull serata? Iva! Dak naħseb se jkun wieħed mill-mumenti maġiċi taddramm fejn min se jiġi jarah se jiskopri flimkien mal-atturi liema tmiem se jkollu d-dramm. Jiġifieri meta jibda d-dramm lanqas l-atturi stess mhuma se jkunu jafu eżatt kif se tispiċċa l-istorja. Kif taħdem xi ħaġa hekk? Għal Meta Ġrejna Wara x-Xemx ktibt erba’ konklużjonijiet possibbli ta’ kif jista’ jispiċċa dan id-dramm. Naturalment, dawn l-atturi se jkunu jafuhom. Imbagħad, ħames minuti qabel it-tmiem, xi ħaġa li se tiġri fuq il-palk se tiddetermina liema tmiem se mmorru għalih. L-iktar parti eċitanti hi li l-udjenza se tkun tista’ tħares lejn l-atturi

f ’dan il-mument u tarahom jirrealizzaw dak ilħin stess kif se jispiċċa d-dramm. Hawnh e k k ma nistax ma nsemmix il-ħila u t-talent tal-atturi li se jieħdu sehem li għandhom biss ftit sekondi biex jippreparaw għal tmiem id-dramm. U kif jafu dawk kollha li raw id-drammi tiegħi, kollox jista’ jinbidel fl-aħħar minuta! META ĠREJNA WARA X-XEMX se jittella’ ġewwa Spazju Kreattiv nhar it-18, 19, 20 u 24, 25, 26, 27 ta’ Ottubru u l-biljetti jinkisbu minn www. spazjukreattiv.org. B’kitba ta’ Clive Piscopo u direzzjoni ta’ Lee-N Abela, il-kast

jinkludi lil Clive Piscopo, Sarah Camilleri, Christine Francalanza, Christian Grech, u Claire Buhagiar kif ukoll lil Maria Farrugia, Maronia Mallia, Luke Magro, Gilbert Mallia, u Nathan Aquilina. Dan id-dramm huwa parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv. Rating 16+

Xtaqt ħafna li b’xi mod nikteb fuq tfuliti u żgħożiti; fuq ilġenerazzjoni tiegħi, jiġifieri bejn wieħed u ieħor, dawk li twieldu fit-tmeninijiet u għexu d-disgħinijiet


14

06.10.2019

kullhadd.com

ĦAJTU JIBNI X-XARABANKS Kemm u minn meta bdejt taħdem il-karozzi tal-linja Carm? Illum għandi 80 sena. Niftakar li ta’ 16-il sena ma bqajtx immur l-iskola u dħalt ma’ missieri nibnu l-karozzi. Għall-bidu u għal żmien qasir, niftakar lil missieri jaħdem il-karettuni tal-injam ma’ mgħallem. Imbagħad qaleb għax-xogħol tal-karozzi tal-linja. Jiġifieri kellu s-sengħa ta’ mastrudaxxa? Hekk hu, għax minn dejjem kien jaħdem l-injam. Sa fejn naf jien, nannuwi, missier missieri kien bil-barriera, iżda missieri ma damx ma ntefa’ fuq ix-xogħol tal-karettuni u wara fuq ix-xarabanks. Mela probabbilment missierek laħaq l-ewwel karozzi tal-linja. Ikkunsidra, għal ftit jien ilħaqt il-karozzi li jġorru 12-il passiġġier. Waħda mill-karozzi tal-linja li niftakar, li kienet ftit akbar, kienet fuq il-linja tas-Siġġiewi jew taż-Żurrieq u fuq quddiem kellha l-pizz.

Għadni dilettant u nieħu gost meta xi ħadd jagħtini ritratt tal-karozzi tal-linja ta’ Malta, qabel ma nġiebu ta’ barra. Kultant jaqbadni l-biki meta nkun naf li numru sew minnhom inbiegħu u jinsabu l-Ingilterra għand dilettanti. Kienu karozzi tassew ideali għal pajjiżna, għax maħdumin għall-kobor tattoroq tagħna. Hekk irrakkontali Carmelo Barbara, Imqabbi li kien joqgħod Ħal Luqa u li flimkien ma’ missieru u ħutu kienu jaħdmu x-xarabanks. minn CHARLES B. SPITERI

Kontu aktar aħwa fuq dan ix-xogħol? Dażgur, konna xi ħamsa. Imbagħad kellna wkoll liz-ziju u xi barranin jaħdmu magħna. B’kollox konna disgħa. U kontu taħdmu f ’xi garaxx? Mhux wieħed. Kellna t-tliet garaxxijiet, fejn qabel, l-imgħallem ta’ missieri kien jaħdem il-karettuni. Kien innegozja miegħu u kriehomlu. Kienu garaxxijiet kbar. L-iżgħar kien tan-nofs, fejn konna naħżnu l-injam, il-ħadid, il-pjanċi, ħġieġ u affarijiet oħra. It-tnejn l-oħra konna nużawhom għall-karozzi tal-linja. Wieħed, fuq ġewwa nett konna nużawh għall-alterazzjonijiet, li kienu jieħdu ż-żmien u fuq barra konna nżommu l-ġodda u fl-ieħor konna nżommu l-karozzi b’ xi daqqa sewwa. Hawn Malta kien hawn ħafna jibnu x-xarabanks? Iva, kien hawn. Niftakar wieħed Ħaż-Żebbuġ, li wara beda jimporta l-karozzi tal-marka Toyota; il-Mosta kien hemm iżŻerżur; Ħal Tarxien kien hemm Wenzu; Raħal Ġdid kien hemm Ġużeppi; Kordin kien hemm Ċikku u l-Marsa kien hemm Frasca. Kien hawn xogħol għal kulħadd? Dak iż-żmien kien hawn ix-xogħol, tant hu hekk li l-mara, Alla jaħfrilha, kienet tixtieq li nemigraw u ħassartilha, għax aħna kellna x-xogħol tagħna u konna ndawruha sewwa. Imbagħad meta bdew jinġiebu l-karozzi minn barra, ix-xogħol beda jbatti. Meta tiġikom ordni għal karozza, dak li jkun kif kien jiġi għandkom għax jgħidulu bikom klijenti tagħkom, jew għax kien jafkom? F’kull xogħol tieħu l-isem, u jekk tagħti xogħol tajjeb, tistenna li min ikun irid xi ħaġa tas-sengħa jiġi għandek. Imbagħad kien hemm ukoll il-fattur tal-prezz, għax dan kien jilgħab parti importanti wkoll f ’kull ordni.

Għandna kie fi żmien Ga jaħdimhom b u jħallsu war kien jistenna U l-magna,

Naturalment Gasan konna

Iżda kien ik

Le, le. Kien i

Qed issemm Leyland, u B

Għax imbag sis bil-magni bagħad kien

Meta tiġu g hawn, kif ko

Kien ikollna hawn minnh vat fit-toroq imżaqqaq, fe

Allura kontu ċatt u fit-ton

Il-qafas tal-ka li kien iġib G snin, dawk t tal-ħadid. Fil-bini talbejn kull tieq hom fl-art. B fuq ix-chassi ninvellawhom quddiem u n Biex kontu

Iva, bil-viti ta għa tajba.

Ma kinux is

Dażgur, min tieqa, ikollok bot il-parti ta Kollox tal-in żmien kien h Meta bdejn kkaw. Ma ko kien jittiekel sabiħ, sid il-k kienu qishom Hekk kif sib teressanti ngħ biex naċċerta nippruvawh. jitlaqhom, u Issa, wara suġġerixxu li minn ġewwa tru, għamilna bdejna nagħm għall-ħadid.

Allura meta

Is-sidien tal-karozzi tal-linja kienu jkunu kollha Maltin?

Għall-ewwel

Dak iż-żmien hekk kienu. Ma kontx tara lanqas barrani wieħed isuq minnhom.

Mela mhux

Ix-chassis kien jiġi lest?

Mela mhux section. U bd


15

06.10.2019

kullhadd.com

en iġibu s-sid, għax missieri dejjem hekk ried. Issa asan kien hawn it-Thames, u hu kien joffri lil min biex jieħu numru, bħal pereżempju sitta, jaħdimhom, ra. Iżda missieri qatt ma ried jidħol f ’dejn. Għalhekk lis-sid iġiblu x-chassis u jaħdimhielu bil-kwiet. kienet tkun max-chassis?

t kienu jkunu chassis u magna. Chassis Thames ta’ a ngħidulhom.

kun chassis ta’ xi trakk qadim?

ikun ġdid u impurtat apposta.

mi t-Thames: kien hemm oħrajn hux, bħal Bedford?

għad bdejna nimmodernizzaw. Bdew jinġiebu chasi Leyland jew AEC u jinħadem il-qafas fuqhom. Imhawn id-Dutch, li qabel kienu trakkijiet tal-gwerra.

għall-forom differenti tal-karozzi tal-linja li kien kontu tagħmluhom?

a l-mudelli. Pereżempju d-Dutch tal-gwerra, li għad hom fil-kollezzjonijiet u xi wħud jiġru b’mod priq, kellhom mudell għalihom, qishom b’quddiem ejn hemm il-magna.

u tagħżlu intom il-forma; jekk ikunx quddiem nd jew sporġut ’il barra?

arozzi tal-linja tip Dutch u wkoll tax-chassis Thames, Gasan kien isir kollu tal-injam, iżda wara numru ta’ ta’ quddiem ċatt u għat-tond, bdejna nagħmluhom

-qafas konna nibdew mill-pilastri tal-injam, li jitilgħu qa. Konna naqtgħuhom bil-band saw u nimmuntawB’hekk konna nlestu l-ġnieb. Imbagħad inqegħduhom is, insallbuhom b’ħadidiet li ngħidulhom stejnijiet u m. Meta kollox ikun sew, nibdew ngħaqqdu wara u norbtuh. torbtu, bil-viti?

al-injam, tal-linju. Dak iż-żmien kien hawn ukoll żeb-

siru minċotti?

nċotti kienu jsiru. Kull fejn ikollok pilastru, taħt kull k il-minċotti. Ladarba kollox ikun iċċentrat, tibda tora’ quddiem u ta’ wara u aktar tard nibdew is-saqaf. njam, maqtugħ u mdawwar bil-band saw. Issa dak iżhawn u konna nużaw injam tal-fagu u tal-fraxxnu. na nużaw il-pilastri tal-fagu bdew imorrulna u jixpaonniex għadna nafu għaliex, iżda wara sibna li l-fagu minn ġewwa u waqt li fl-għajn, minn barra jibqa’ karozza kien jiġi u jistaqsina għaliex fil-mixi il-ġnieb m jiċċaqilqu. bna r-raġuni, qlibna għall-injam tal-fraxxnu (oak). Inħidlek li dan l-injam konna nħalluh żmien sew jinxef, aw li jkun tajjeb. Tant hu hekk, li qabel ma naqtgħuh, . Missieri kien jippruvah billi jgħolli t-twavel mill-art, jekk xħin imissu mal-art jimmullaw, ikunu tajbin. a li għamilna bosta karozzi tal-injam, bdejna nisi l-pilastri minn barra niksuhom biċ-channel iron, u a jibqa’ injam. Biż-żmien, neħħejna l-injam mill-pilasa channel iron kontra u ġie kollu ħadid. Imbagħad mlu l-meded tal-ħadid ukoll u ftit ftit qlibna kollox

Naħseb li b’hekk ħfifilkom ix-xogħol, għax tal-ħadid aktar faċli hux?

Dak l-istess, irid ikollok il-qisien u tordnah minn barra għas-sigurtà. Dan kien jiddaħħal f ’packing tal-pannu.

Sewwa qed tgħid. Insemmi biss li kull pilastru tal-gabina tas-sewwieq kien ikun magħmul minn biċċa njama daqsxiex. Għax dak irid isir minn pilastru wieħed, mhux bil-biċċiet. Kien jinżel dritt u jintlewa f ’żewġ partijiet. Kienu jsiru bl-istess sistema li kien ikollhom fuq wara l-vannijiet tat-tip Morris tal-kaxxa tal-injam.

Lis-sid kontu tagħtuh karozza lesta minn kollox?

Iċ-ċwani, kontu tużaw tal-idejn? Le, jien niftakar mutur biċ-ċineg u missieri jaqleb iċ-ċineg minn magna għall-oħra. Meta qlibtu għall-ħadid, sar xogħol sħiħ mill-ewwel? Le, mxejna bil-mod il-mod sakemm fl-aħħar bdew isiru kollha tal-ħadid. L-ewwel bdejna l-pilastri, imbagħad fuq u taħt ilfaxxa, u din, li kienet tkun tal-injam tintrabat mal-ħadid, u ftit ftit saret kollha tal-istess materjal. Taħt it-twieqi konna ndawru pjanċa tas-sittax fuq katusa tas-sitta jew tat-tmienja biex noħorġu l-faxxa u wara niwweldjawha. Meta l-karozzi tal-linja bdew isiru kollha tal-ħadid, fuq it-twieqi konna nagħmlulhom dik imsejħa “blata” u nqabbdu l-pilastri magħha. U isfel issir virga biex tagħmel il-mudguard. Meta kontu tagħmlu l-qafas tal-karozzi tal-ħadid, kontu tiwweldjawhom max-chassis? Le! Konna nibboltjawhom, għax ma tistax tbagħbas max-chassis. Lanqas tista’ ttaqqablu bl-amment. Il-boltijiet kontu tużaw stainless steel biex ma jsaddux? Lanqas, kienu jiġu s-sidien stess u jbamblulhom iż-żebgħa. U x-xogħol tas-saqaf ? Għas-saqaf isiru l-manjieri għat-tond. Qabel konna nagħmlu lista ħdejn lista tal-injam u fuqu nwaħħlu x-xoqqa u niżbgħuha u wara qlibna għall-pjanċa. Il-ħadid kien ikun galvanizzat? F’partijiet iva, għax iż-żebgħa kienet tagħmel tajjeb u f ’partijiet oħra kienet ittirlek. Pereżempju fuq is-saqaf tal-ħadid, xorta konna nagħmlulu x-xoqqa, tinżebagħ u tiġi ħaġa waħda. Bħala tul kollha kienu l-istess? L-antiki jidhirli li kienu 28 pied u jesgħu xi 36 passiġġier. Kien hemm xi liġijiet li ridtu tħarsu meta tibnu karozza? Dażgur. Kif tlestiha trid teħodha biex tintiżen u ħażin jekk taqbeż il-piż, għax tkun trid tara x’se tagħmel. Konna neħduhom fit-telgħa ta’ Ħal Luqa, ħdejn tar-Refuse u ara ma jaħarbulekx ilqisien tat-tqassim ta’ kull karozza: minn quddiem għal wara u l-faċċata, għax ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. Jidirli li l-wisa’ ta’ quddiem ried ikun tmien piedi. U jekk il-piż jiġi itqal? Dak iż-żmien kienu jgħidu li kien hawn is-serjetà. Allura konna naqilgħu l-bumper u nneħħu l-istepney. Imbagħad jerġa’ jitqiegħed kollox wara li tgħaddi. Meta tiġu għas-saqaf kif kontu ddawruh? Fil-bidu konna nsaħħnu l-ħadid u ndawruh fuq il-manjieri. Imbagħad tgħallimna ndawruh bla ma nsaħħnu; b’tismir fuq mudell permezz ta’ mazza u nkwina.

a bdejtu bil-ħadid, kif kontu ddawruh?

Kellkom xi tagħlim għal dan il-bini?

l konna nsaħħnuh.

Konna noqogħdu għassa wieħed tal-ieħor. U x-xufiera stess kienu jieħdu l-qisien ta’ xi karozza oħra bil-fildiferru u jiġu jgħidulek il-qisien li xtaqu. Spiċċajna li kif naraw karozza tal-linja fit-triq, ngħidu min ikun ħadimha.

x pjanċa kienet tkun?

pjanċa! Dak kien ikun ħadid channel bħall-hollow dejna nużaw il-welding.

Meta kontu tiġu għall-ħġieġ?

Le, aħna kemm naħdmuha u ngħadduha mit-test. Għax-xufier kienet tkun qisha gabina bi statwa u xi tberfil. Dawk kontu tagħmluhom intom? Il-gabina iva u konna nħallu spazju għan-niċċa. Il-parrinu tiegħi kien jagħmel il-bukketti tal-fjuri u wara li jġibu l-istatwa li jridu, iżejjinhielhom. Imbagħad nibagħtu l-karozza għaż-żebgħa u wara jsir it-tberfil. Kont trid permess ukoll għalih. Xi kemm kien hawn karozzi tal-linja? Jekk niftakar sew kien hawn xi ftit aktar minn 500, jaħdmu kollha. Għall-ħġieġ ittundjat tal-windscreen, x’kontu tagħmlu? Jew inġibuh minn barra, għax ikun ta’ xi karozza oħra jew konna ndawruh mill-perspex. Iżda bix-xemx il-perspex ma jixxaqqaqx? Jixxaqqaq ftit iżda wara numru ta’ snin. Anki l-lastiku ta’ mad-dawra kien jittiekel mill-perspex. Iżda meta jiġri hekk, kien jista’ jinbidel kollox. U billi daqsxejn fit-tul, kienet tinbaram faċilment għall-forma li trid. Issa biex tlestu karozza tal-linja, xi kemm kontu tieħdu żmien? Għall-qafas u x-xogħol ta’ ġewwa, inkluż id-dawl u s-seats konna nieħdu xahar. L-akbar uġigħ ta’ ras sakemm nimmuntaw ilġnieb, għax imbagħad, bejn tnejn konna nkompluha. Id-dawl tal-karozzi kont ngħaddih jien għax ma fihx sengħa, iżda la tipprattika, tagħmlu. Kien ikun hemm id-dwal ta’ quddiem u ta’ wara u tas-saqaf minn ġewwa. Fl-aħħar iġġib electrician biex iqabbbad kullimkien minn taħt. Id-dawl tas-saqaf kien jiġi bejn il-kisjiet tas-saqaf. Għall-ewwel kien ikun saqaf tal-injam minn barra u formica minn taħt u wara konna nagħmlu l-pjanċi. Maż-żmien jidher ukoll li l-ħġieġ qisu beda jkun aktar wiesa’. Iva, għax bdejna nnaqqsu l-pilastri u l-ħġieġa setgħet tkun ikbar, għax rajna li b’inqas pilastri, id-dehra kienet tkun isbaħ. U l-piż baqa’ rigoruż sal-aħħar. Dażgur, kull karozza tal-linja ġdida kien ikollna neħduha tintiżen. Wara mmorru biha d-Depot biex jgħadduhielek. Tiftakar xi kemm kienet tiġi tiswa flus biex tagħmel ilqafas ta’ karozza? Mijiet kbar? Le, x’mijiet kbar. Jidhirli li l-aħħar wieħed li ħdimna fl-1974 kien Lm1,700 madwar €3,200. Iżda dak iż-żmien kienu flus, l-aktar meta l-paga kienet Lm5 fil-ġimgħa. Kif tħares lejn il-karozzi tal-linja tal-lum? Ngħid għalija, u mhux għax ħdimt minnhom jien; irrid l-antiki ta’ Malta u ma rridx dawn tallum. Naf li tal-lum komdi, iżda l-karozzi Maltin Għas-saqaf ma kellhomx kumdità isiru l-manjieri għatminħabba l-awtoritajiet u mhux minħabtond. Qabel konna ba fina. Il-karozzi nagħmlu lista ħdejn tal-lum huma itwal sew, iżda ħfief, lista tal-injam u fuqu għax bla chassis u nwaħħlu x-xoqqa u huma tal-aluminju u tal-fibreglass. niżbgħuha u wara B’hekk, kif jaħbtu, jitfarrku. qlibna għall-pjanċa


16

06.10.2019

kullhadd.com

ĠENITURI B’DIFFERENZA It-trobbija ta’ tarbija mhijiex faċli, u lanqas li tkun ġenitur kapaċi timponi diversità sħiħa ta’ sfidi ġodda. Għaldaqstant, problema fil-ħajja ta’ kuljum – li forsi mhux il-ġenituri kollha konxji tagħha – hija l-iskart li jinġabar, u ta’ spiss tkun diffiċli li wieħed isib prodotti alternattivi li jeħtieġu inqas riżorsi. Hawnhekk fejn jidħlu Maria u Loredana, żewġ ommijiet bi mħabba kbira għal uliedhom kif ukoll imħabba speċjali lejn l-ambjent ta’ madwarna. Huma l-imħuħ wara Ikkuluriti, ħanut li fost prodotti oħrajn qiegħed jintroduċi ħrieqi li jistgħu jintużaw mill-ġdid fis-suq lokali. Huma jaqsmu magħna l-għan ta’ din l-inizjattiva u l-benefiċċji li tali prodotti jkollhom mhux biss fil-ħajja tal-ġenitur iżda fil-ħajja tat-tarbija nnifisha. Kitba ta’ KURT GABRIEL MELI

LOREDANA

MARIA Minn fejn ġiekom il-ħsieb li tintroduċu ħrieqi magħmulin mid-drapp, u għaliex? Jien u Maria ilna ħbieb mhux ħażin issa u inzertajna għaddejna mit-tqala fl-istess żmien. It-tnejn li aħna qed nagħmlu l-almu tagħna biex fil-familja nnaqqsu daqsxejn l-iskart u nieħdu ħsieb is-saħħa tagħna. Kif sirna nafu li se jkollna tarbija, skoprejna li aħna t-tnejn kellna interess li nipprovaw il-ħrieqi tad-drapp però ma konna nafu lil ħadd aktar. Wara li kellna t-tfal tagħna, sirna nafu kemm dawn il-ħrieqi verament huma alternattiva tajba għal dawk tas-soltu: ma bdejniex bihom mill-ewwel, iżda kif pruvajniehom f ’salt wieħed intbaħna kemm naqas l-ammont ta’ skart ġod-dar. Għalkemm inkoraġġejna lil xulxin, kien ċar li fost nies oħrajn m’hemmx wisq kuxjenza dwar dawn it-tip ta’ ħrieqi, u raġuni kbira għal dan hu l-fatt li mhumiex daqshekk disponibbli u m’hemmx min jiggwidak. Kien għalhekk li ddeċidejna li nkunu ta’ spalla għal ħaddieħor, u minn hemm tnisslet din il-kumpanija tagħna.

sbieħ u kkuluriti; għaldaqstant ma konniex mija fil-mija ċerti għax ma kienx qed idoqqilna ħafna. Però waqt l-ewwel laqgħa tagħna Loredana, fakkritni kif kont iddeskrivejt il-ħrieqi bħala ‘kkuluriti’ u qisu minn hemm beda jaqbad l-isem il-ġdid. Jogħġobna dan l-isem ukoll peress li huwa aċċessibbli għal widna barranija, kemm kif jinkiteb u kemm kif jinstema’. Min-naħa l-oħra xtaqna wkoll nagħtu xejra ta’ identità lokali lill-prodotti tagħna, u għalhekk twebbilna b’isem Malti. Wieħed mill-għanijiet tagħna huwa li noħolqu ambjent aħjar għal kulħadd, u naħseb li l-isem joqgħod ukoll fis-sens li qed nippromwovu ambjent isbaħ: wieħed aktar ikkulurit u vibranti, mhux wieħed deprimenti. Kif tiffunzjona din il-kumpanija?

Aħna t-tnejn biss involuti f ’din il-kumpanija. Bdejna billi kkuntattjajna xi ditti żgħar li konna pruvajna aħna stess u għoġbuna, kif ukoll aċċertajna li jaħdmu b’mod etiku għaliex dan huwa l-prinċipju ewlieni fil-missjoni tagħna. Ir-rwol tagħna huwa li nimportaw dawn il-prodotX’kien dak li spirakom taddottaw l-isem Ikkuluriti? ti u nagħmluhom aċċessibbli għall-pubbliku Malti, u bħalissa Oriġinarjament, il-ħsieb qegħdin nimportaw minn 5 ditti li kelli għal isem il-kumpanija differenti biex anki dawk li qed kien ‘Perlini’ peress li l-prodotti jixtru jkollhom għażla. Nagħmlu

ħilitna li nżommu l-prezz raġonevoli peress li din mhix dejjem l-irħas għażla, u allura nixtiequ kemm jista’ jkun inħajru lin-nies jippruvawhom aktar milli naqtgħulhom qalbhom.

approvat li aktarx nofs l-iskart ta’ familja b’tarbija jikkonsisti minn ħrieqi mhux riutilizzabbli. Il-ħrieqi huma t-tielet oġġett li nsibu l-aktar fil-miżbliet tagħna, u jdumu ’l fuq minn 500 sena biex jiddikomponu. Li kieku Intom bħala ġenituri, xi tqisu Shakespeare kien juża ħrieqi ta’ li huma l-benefiċċji li nużaw użu wieħed, konna għadna nsiħrieqi ta’ dan it-tip? buhom illum il-ġurnata! Hemm ħafna u ħafna benefiċċji, u n-nies bil-mod il-mod qed isiru aktar konxji tagħhom. Aħna nisħqu ferm fuq il-benefiċċju li għandhom fuq issaħħa. Il-ħrieqi li jintużaw darba biss fihom diversi kimiċi u ammonti ta’ plastik. B’hekk tkun qed tesponi lit-tarbija tiegħek għal kuntatt dirett magħhom għall-ewwel 3 snin ta’ ħajjitha, u xi effetti jistgħu jkunu ta’ ħsara. Il-ħrieqi tad-drapp huma magħmluin minn materjali tajbin għas-saħħa tat-tarbija u kollha naturali bħall-bambù, il-qanneb u l-qoton. Min-naħa l-oħra, ħafna nies jinteressaw ruħhom minħabba l-benefiċċju ta’ flus: fil-bidu veru li trid tonfoq naqra mhux ħażin, però minħabba li l-prodott tista’ tużah mill-ġdid fit-tul tkun qed tiffranka ħafna flejjes żejda. Il-ħarqa hija ta’ daqs wieħed, iżda t-tarbija tista’ tibqa’ tużaha għaż-żmien kollu li jkollha bżonnha. Fl-aħħar, sintendi, b’dawn il-prodotti nkunu qed inħarsu l-ambjent: l-iskart jiżdied bl-addoċċ meta jkollok tarbija, u huwa

X’inhu l-proċess sabiex dan il-prodott jitnaddaf u jintuża mill-ġdid? Dawn il-prodotti jeħtieġ li taħslihom. Tarbija aktarx se tqatta’ 3 sigħat bl-istess ħarqa, u wara tmur għal ħarqa oħra. Il-mod kif naħdmu aħna huwa li niġbru l-ħrieqi użati ġewwa barmil jingħalaq u kull 3 ijiem naħsluhom; ġieli anki nagħtuhom tlaħliħa minn qabel biex inneħħu xi ħmieġ żejjed. Dawn inpoġġuhom ġol-magna tal-ħasil b’temperatura kiesħa għal madwar kwarta biex inlaħalħuhom, imbagħad nagħmlulhom ċiklu aktar intensiv ta’ madwar siegħa b’temperatura ta’ 60°C biex jitnaddfu sew. Aħna nużaw biss is-sapun tal-ħasil tal-ħwejjeġ għaliex tat-tlaħliħ ma jassorbix daqshekk. Dan l-istess bħal kwalunkwe rutina tal-ħasil tal-ħwejjeġ. Jekk tixtieq proċess aktar faċli nissuġġerixxu l-liners bijodegradabbli: dawn

qishom tissues li jitpoġġew fuq il-ħarqa waqt li jkunu milbusin bħala lqugħ, u jistgħu jintremew biex il-ħarqa proprja ma titħammiġx wisq. Dawn adegwati għat-tranżizzjoni għal ħrieqi taddrapp, u huma wkoll magħmulin minn affarijiet naturali. X’kienet ir-reazzjoni li ltqajtu magħha s’issa minn mindu daħħaltu dawn il-prodotti fis-suq? Din bdiet bħala avventura ċkejkna ta’ bejnietna, u għedna kieku nistgħu nikkonvinċu xi persuna ’l hemm u oħra ’l hawn taqleb għal dawn il-prodotti diġà nkunu għamilna xogħol tajjeb. Mhux ta’ b’xejn konna sorpriżi kif skoprejna kemm hawn nies interessati f ’dawn l-alternattivi! Ma konniex qed nistennew din ir-reazzjoni, u hija xi ħaġa li tinkoraġġina ħafna. Ma tfissirx li kull persuna lesta jew konvinta, iżda fl-istess ħin hemm ħafna familji li qed isiru ak-

Wieħed mill-għanijiet tagħna huwa li noħolqu ambjent aħjar għal kulħadd, u naħseb li l-isem joqgħod ukoll fis-sens li qed nippromwovu ambjent isbaħ


17

06.10.2019

kullhadd.com

tar konxji mhux biss tal-utilità tagħhom iżda wkoll tal-kimiċi li fihom. In-nies qed joqogħdu aktar attenti għas-saħħa kemm tagħhom stess u kemm tat-tarbija tagħhom.

Aħna nirrakkommandaw li n-nies iwettqu t-tranżizzjoni bil-mod u mhux jixtru kollox f’salt wieħed, biex jidraw il-prodotti, jaraw liema ditti jogħġbuhom l-aktar, u kemm iħossuhom komdi

X’inhuma l-isfidi li ħabbattu wiċċkom magħhom u kif għelibtuhom? In-nies li jiġu fuqna kollha jkunu ħerqanin jippruvawhom, però sikwit niltaqgħu ma’ reazzjonijiet ta’ disgust minħabba l-kunċett tal-ħasil. Idea żbaljata iżda frekwenti hija li dawn il-ħrieqi għandhom jitnaddfu a la żmien in-nanna, bl-idejn fl-istess borma li tkun ħa ssajjar fiha wara, mentri ovvjament dan mhuwiex il-każ fi żmienna. Apparti l-biża’ tal-indafa, sfida oħra hija l-flus, u peress li ħafna prodotti ta’ użu wieħed tant saru aċċessibbli u saħansitra rħas, bosta għadhom jippreferu lilhom. L-ispiża ma tidhirx fil-bidu, iżda ħafna ma jżommux f ’moħħhom li fit-tul l-infiq ħa jibqa’ jogħla. Ħafna ma jkunux ċerti hux verament se jużaw dawn il-prodotti u l-qabża jaf tkun waħda diffiċli, u nifhmu li xi nies ikollhom dawn il-biżgħat. Aħna nirrakkommandaw li n-nies iwettqu t-tranżizzjoni bil-mod u mhux jixtru kollox f ’salt wieħed, biex jidraw il-prodotti, jaraw liema ditti jogħġbuhom l-aktar, u kemm iħossuhom komdi. Hemm xi ideat żbaljati oħrajn li n-nies ikollhom dwar dawn il-prodotti? Ħafna nies għandhom il-mentalità li biex twettaq din il-bidla trid tkun xi ffissat fuq l-ambjent jew li xi ħaġa bħal din hija xi att straordinarju: hemm il-ħsieb li biex tagħmilha trid bilfors ma tarmi l-ebda skart, li tagħmel kollox jew li ma tagħmel xejn. Fil-verità, inti aktarx se tibda b’ħarqa waħda u tara tgħoddx għalik jew le, imbagħad timxi pass pass: hija alternativa li ġenituri ta’ kull tip qed iduru lejha u m’hemmx raġuni għal xiex m’għandekx tippruvaha inti wkoll. Anki jekk tuża waħda biss, inti xorta waħda tkun qed tiffranka ħafna ħrieqi li jispiċċaw fil-miżbla. Il-ftit li tista’ tagħmel dejjem aħjar mix-xejn. Ħaġa pożittiva li sibna minn dawk li tħajru hija li wara li jagħmlu din il-bidla jiskopru li hemm bidliet oħrajn li jistgħu u li jixtiequ jagħmlu – pereżempju, wara l-ħrieqi, xi ġenituri jibdew jindunaw li qed jaħlu ħafna wipes jew boroż tal-plastik. Ħaġa twassal għal oħra, u tibda ssir aktar konxju ta’ dak li qed tuża.

naturalment dan ma jfissirx li qatt mhu se jaqbdu raxx, però sikwit nevitawhom minħabba din il-bidla u għalhekk innaqqsu wkoll l-ispejjeż għall-kura tagħhom. Taħsbu li hemm kuxjenza xierqa fost il-Maltin rigward prodotti li jintużaw darba biss, jew il-ħarsien talambjent b’mod ġenerali? Jien naħseb li qed ngħixu fi żmien ta’ kuxjenza awmentata dwar dak li qed nikkunsmaw, speċjalment pereżempju l-plastik li jintuża darba biss, fosthom il-ħrieqi li tista’ taqbadhom, tużahom u tarmihom. Nemmen li għandha tkompli tikber, iżda dawk kollha li dorna fuqhom għal xi parir dejjem sibniehom ta’ għajnuna sabiex inkomplu nsaħħu l-kuxjenza favur prodotti li jintużaw aktar minn darba. Naħseb li inċentivi u prodotti ta’ dan ittip jagħtu kuraġġ lil ħaddieħor u jgħinuhom isiru aktar konxji. Hemm xi prodotti oħrajn li qed tippruvaw tintroduċu?

Aħna nimpurtaw ukoll wipes magħmulin mid-drapp għaliex dan huwa prodott ieħor li jdum ħafna biex jiddisintegra ruħu – biex ma nsemmux il-kimiċi kollha li jkun fihom. Barra minn hekk noffru kuttunar għas-sider (breast pads) li sfortunatament ta’ spiss ikunu magħmulin mill-plastik, kif ukoll kuttunar għat-tneħħija l-irtokk. Konna pjuttost sorpriżi bix-xewqa li hemm għal prodotti sanitarji riutilizabbli iżda kburin Ngħid għalija, is-saħħa bil-bidla fil-mentalità. tat-tarbija dejjem tiġi l-ewwel, u ħafna drabi dan qatt ma jkollu Hemm xi xogħol ieħor li qed bżonn kremi minħabba raxxijiet: twettqu biex trawmu aktar

kuxjenza dwar dawn il-prodotti?

wovu l-idea ta’ ħrieqi riutilizzabbli. Min jiġi mhuwiex mistenni jixtri bilfors; anzi, aħna nħeġġu li Aħna noffru workshops ssir riċerka sew qabel ma tittieħed b’xejn sabiex inkomplu nipprom- id-deċiżjoni li wieħed jixtri dawn

il-prodotti. Il-workshops huma importanti sabiex inti tiltaqa’ ma’ nies bl-istess xewqa li jagħmlu din il-bidla f ’ħajjithom, u tiskanta kemm tista’ tqawwi qalbek u tinkoraġġixxi ruħek int u tara li ħaddieħor mhux biss qed juri interess iżda li jkollu l-istess ħsibijiet bħalek. Niftakarni mbeżżgħa jien u nibda, però mbagħad malajr intbaħt kif fil-verità l-proċess kien wieħed vijabbli għall-aħħar u wieħed ta’ ħafna vantaġġi. In-nies jistgħu wkoll jikkonsultaw il-paġna ta’ Facebook jew issit online tagħna jekk ikollhom xi domandi oħrajn li jixtiequ jistaqsu.


18

06.10.2019

kullhadd.com

IT-TARKA TIEGĦEK FL-EWROPA

Edward Zammit Lewis Ministru

Ħafna drabi l-affarijiet li jseħħu fl-Unjoni Ewropea [UE] jidhru jew jinstemgħu ’l bogħod minna. Hemm min jaħseb li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq livell Ewropew ma jaffettwawx lilna direttament. Iżda din hija biss perċezzjoni għaliex dak kollu li jiġri fl-istituzzjonijiet varji tal-Unjoni jaffettwa lil kull wieħed u waħda minnha. Għalħekk għandna dejjem inqisu dak kollu li jseħħ fi Brussell u lil hinn biex inħarsu l-interess nazzjonali bl-aqwa mod possibbli u nġibu l-aqwa riżultati għal pajjiżna. Dan nistgħu nagħmluh għaliex investejna fir-riżorsi tagħna.

M’hemmx dubju li llum il-ġurnata pajjiżna huwa mogħni b’kapital uman ta’ persuni professjonisti f ’dan il-kamp, kemm meta wieħed jara n-nies fil-Ministeru mmexxi minni kif ukoll meta wieħed jara min qed jaħdem fir-Rappreżentanza Permanenti tagħna fi Brussell. Min-naħa l-oħra, għalkemm l-Unjoni hija waħda bbażata fuq is-solidarjetà, m’hemmx dubju li kull Stat Membru jipprova javvanza l-interessi tiegħu. Aħna għandna nagħmlu l-istess ħaga. Dan huwa x-xogħol tiegħi bħala Ministru responsabbli mill-Affarijiet Ewropej. Dan hu xogħol importanti ħafna li jestendi għal kwalunkwe ħaġa li tiġri f ’Malta. Xogħol illi f ’kull deċiżjoni li nieħu dejjem inpoġġi lil pajjiżi l-ewwel. Għaliex Malta l-ewwel hija naturali għalina. Naħdmu għaliha kuljum. Tant illi minkejja ċ-ċokon tagħna bħala l-iżgħar Stat Membru, illum għandna fost l-aqwa tkabbir ekonomiku fl-Ewropa. Riżultati li jissarrfu f ’ġid għal kulħadd, iżda li jqanqlu wkoll kompetizzjoni minn pajjiżi oħra li jorkestraw ċerti at-

takki fil-fora Ewropej. Għalhekk, permezz tal-Ministeru u t-tim tiegħi rrid nkun it-tarka tiegħek fl-Ewropa. Dan nagħmlu b’konvinzjoni u mhux b’konvenjenza, u għaliex imdawwar b’nies kompetenti li jistgħu jinfluwenzaw deċiżjonijiet fil-livelli kollha tal-istituzzjonijiet Ewropej. Dan nagħmluh billi dejjem naħdmu ma’ sħabna l-pajjiżi Ewropej. Hekk qed nagħmlu u hekk se nkomplu nagħmlu. Bħalma għamilna fil-kriżi finanzjarja fil-Greċja, fil-kriżi tal-immigrazzjoni rregolari u fis-suċċess li ksibna mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Għaliex l-isfidi komuni jirrikjedu soluzzjonijiet komuni. Fl-istess waqt però rridu naraw li dak li hu sensittiv jew partikolari għalina niddefenduh bil-qilla kollha, anke jekk inkunu weħidna. Hawnhekk qed nirreferi pereżempju għall-Oppożizzjoni ta’ pajjiżna lejn kwalunkwe proposta t’armonizzazzjoni tattaxxi. Dan mhux qed nagħmluh b’kappriċċ, iżda biex nipproteġu setturi importanti bħas-servizzi finanzjarji u r-remote gaming li

jimpjegaw eluf ta’ nies u jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna. L-istess japplika għall-industrija tal-yachts, għall-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment u oħrajn. Ma nistgħu nħallu lil ħadd min, anke għall-interessi tiegħu, ikisser dawn is-setturi f ’pajjiżna. Għalhekk b’diplomazija iżda b’saħħitna kollha se nibqgħu nopponu dawn it-tip ta’ inizjattivi fuq livell Ewropew. Dan hu xogħli! Qed niddefendi l-interessi ta’ pajjiżna anke fejn jidħol Brexit. Jiġri x’jiġri se nkunu preparati sabiex innaqqsu kemm jista’ jkun l-impatt ta’ dak li m’għandniex kontroll dirett fuqu. L-istess japplika għall-kritika infondata fuq Malta fuq is-saltna tad-dritt. Malta minn dejjem kellha istituzzjonijiet li jaħdmu. Ma jfissirx li tul iż-żmien u anke llum m’hemmx il-ħtiega ta’ tibdil. Liema huwa dak il-pajjiż demokratiku fid-dinja li tul iż-żminijiet ma wettaqx tibdil?! Għalhekk, flimkien mal-kollegi bħall-ħabib tiegħi l-Ministru Owen Bonnici, se nkunu hemm sabiex infiehmu x’inhi l-qagħda

ta’ pajjiżna u nxejnu l-kritika, speċjalment ta’ dawk il-Maltin li jmorru jrewħu kontra pajjiżna barra minn xtutna. Din hija sfida kbira għaliex il-ħsara saret, iżda determinat li negħlbuha. Iżda bħalma hemm min jagħmel il-ħsara, hemm ukoll min jagħmlilna unur. Qed nirreferi għall-Kummissarju-elett Dr Helena Dalli li ħarġet bl-unuri mill-eżami tal-Parlament Ewropew. Kollega u ħabiba li bil-prestazzjoni tagħha wriet li Malta għandha tkun stmata fl-Ewropa. Biżżejjed ngħid li fil-qasam tal-ugwaljanza, minn sitt snin ilu ’l hawn ittrasformajna lil Malta biex illum meqjusin bħala l-aqwa fl-Ewropa u mudell tal-aqwa prattiċi għall-komunità internazzjonali. Bil-viżjoni ambizzjuża ta’ Helena Dalli u tal-President elett tal-Kummissjoni Von Der Leyen f ’dan il-qasam, determinat li naħdem id f ’id magħhom u konvint li flimkien, għandna l-ingredjenti kollha meħtieġa biex immexxu ’l quddiem l-objettivi strateġiċi tal-Unjoni, però wkoll l-interessi ta’ pajjiżna għaliex Malta l-Ewwel u Qabel Kollox!

OPPOŻIZZJONI LI TEDHA FID-DLAM

Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Minkejja d-dlamijiet li jpenġu fuq Malta u Għawdex tagħna n-naħa tal-Oppożizzjoni, pajjiżna bil-fatti sejjer dejjem ’il quddiem u l-poplu hu xhieda ta’ dan għax fi stħarriġ wieħed wara l-ieħor qed juri li l-appoġġ u l-fiduċja lejn dan il-Gvern u lejn il-Prim Ministru tagħna qegħdin dejjem jikbru. Dan hu fenomenu li qajla jiġri xi mkien ieħor fejn għandek ilGvern li f ’nofs leġiżlatura jżid l-appoġġ flok inaqqsu u jkollok Oppożizzjoni li qiegħda dejjem tnaqqas u ma tistax tieħu r-ruħ. Fiż-żminijiet tal-festi tal-Indipendenza normalment is-sondaġġi dejjem indikaw li l-PN jirranka ’l fuq fil-popolarità. Imma dan l-aħħar dawn il-festi ma kienu ta’ effett ta’ xejn fuq il-PN, anzi pjuttost din is-sena għamlu majnata

’l isfel b’organizzazzjoni fjakka u mqanżħa quddiem id-Dar Ċentrali. Mhux ta’ b’xejn li qed isofru riżenja wara oħra minn esponenti u attivisti ta’ stoffa u dawn l-istess eks attivisti jagħmlu dikjarazzjonijiet bħal li l-PN m’għandux ir-rieda li jibqa’ partit relevanti. L-aħħar bużullotta kienet l-istorja li minħabba fiha kellu jirreżenja it-teżorier tal-PN u dam fil-kariga mill-Milied sa San Stiefnu. U għalhekk naħseb li għandhom din l-attitudni negattiva rampanti u jaraw biss dlam, għaliex ġo darhom hemm biss vojt, falliment, negattività u dlam. U meta jaraw lil dan il-Gvern mimli enerġija, ideat u dejjem bil-ġuħ biex jagħmel proġetti ġodda u jintroduċi servizzi ġodda, jaqgħu fil-kritika negattiva u distruttiva. Għandhom ossessjoni speċjali għall-programm tal-IIP. Iridu bilfors jaraw kif se jagħmlulu l-ħsara. Jafu huma li bid-dħul minn dan il-programm il-Gvern qed iwettaq ħafna proġetti soċjali u kapitali ta’ fejda għall-pajjiż u għall-poplu, proġetti li f ’25 sena li kienu ilhom fil-Gvern qatt ma kellhom kuraġġ jagħmlu jew għall-inqas joħolmuhom.. Il-ħolm tagħhom kien kif se jistgħanew huma u ta’ madwarhom u kull proġett li jagħmlu kienu jifqgħu l-kaxxa ta’ Malta bid-dejn.

Għandhom ossessjoni speċjali wkoll għall-power station li qed taħdem bil-gass. Kemm beżżgħuna li fi grigalata t-tanker se jinqatgħulu ċ-ċimi u se jispiċċa fuq iz-zuntier tal-parroċċa ta’ Marsaxlokk!! Beżżgħu kemm felħu għax ma ridux dan il-proġett iseħħ għax jafu li l-poplu se jgawdi minn arja aktar nadifa, li qridna l-power station li għamlu huma tal-BWSC, power station li taħdem bl-aktar fuel li jniġġes u jafu li dan ilproġett huwa garanzija ta’ supply aħjar ta’ dawl għad-domanda ta’ konsum li qiegħda dejjem tikber u aktar u aktar huwa garanzija li kontijiet se jibqgħu rħas. Ossessjoni oħra hija dwar il-bini tal-iskejjel. Jibqgħu jdoqqu l-istess diska li biex tkun suċċess fl-edukazzjoni bilfors trid tibni skola kull sena. Hekk qalilna reġa’ din il-ġimgħa Delia. Ironikament għażel li jmur jgħid dan id-diskors quddiem proġett miljunarju ta’ bini ta’ skola ġdida. L-istqarrija li ħareġ il-PL f ’dawn il-ġranet ixxejjen il-kritika fiergħa ta’ Delia hekk kif taċċenna li fl-edukazzjoni qed isir investiment mingħajr preċedent fosthom il-ftehim kollettiv ġdid għall-għalliema, ingaġġ ta’ iktar riżors uman, tablets għall-istudenti, suġġetti vokazzjonali ġodda b’workshops għalihom li laħqu investiment ta’ €10 mil-

jun, faċilitajiet teknoloġiċi ġodda għall-għalliema u manutenzjoni fi skejjel diversi li tlaħħaq il-miljuni ta’ ewro. Ossessjoni oħra kbira hi dwar l-investiment massiċċ li qed jagħmel il-Gvern fl-infrastruttura. Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu l-wiċċ jgħid li l-Gvern mhux jinvesti ċenteżmu fl-infrasttruttura u li qed jagħmel hu biss li jwessa’ ftit toroq. Meta tisma’ stqarrijiet bħal dawn mingħand dak li qed jipproġetta ruħu bħala Prim Ministru alternattiv tibda tikkontempla jekk taqbadx tidħak jew tibki. Proġett ta’ €700 miljun sabiex it-toroq ta’ pajjiżna jiġu kollha rranġati u bini ta’ toroq u arterji ġodda, huwa biss ftit twessigħ ta’ toroq għal Delia. Il-proġett tal-flyovers meraviljuż li qed narawh iseħħ quddiemna ta’ kuljum ġewwa l-Marsa għal Delia ma jfisser xej. Ninnotaw kif il-housing estates qegħdin kollha jigu upgraded. Kienu ilhom ma jaraw kisja fil-faċċati xi 30 sena sħaħ. L-aperturi u l-bibien jinbidlu, tibjid fil-komun, sistemi ta’ intercom ġodda u l-installazzjoni tal-lifts. L-impjiegi qed jiżdiedu fejn xahar wara xahar l-istatistika turina kemm qed ikun hawn aktar u aktar nies li qed jaħdmu full-time. Altru li mhux Labour won’t work, kif ġew jgħidulna n-Naz-

zjonalisti fl-2013. U ma nistax ma nsemmix l-inizjattiva tajba u soċjali tal-introduzzjoni tal-pilloli kontra l-mard fil-prostata fil-formolarju tal-pilloli li jagħti b’xejn il-Gvern. Eluf u eluf ta’ pazjenti li kienu jixtru dawn il-pilloli sabiex ifejqu jew jikkuraw il-mard fil-prostata se jibbenefikaw ferm minn din l-inizjattiva. Inħarsu ’l quddiem għal aktar tkattir ta’ ġid, ħidma favur aktar investment u tkabbir fl-ammonti ta’ opportunitajiet ta’ xogħol ta’ kwalità għaż-żgħażagħ tagħna. Min jgħix fid-dlamijiet, fin-nuqqas ta’ ħeġġa u jgħum fid-dejn u fin-nuqqas ta’ fratellanza, ma jistax jagħtina lezzjoni fuq governanza tajba u xierqa għall-poplu tagħna. Nemmen li l-ewwel trid turi eżempju billi ssewwi u ġġib darek fl-ordni qabel ma tazzarda tippretendi li xi darba l-poplu jafdak bit-tmexxija ta’ pajjiżu. Nawgura minn qalbi lil Dr Helena Dalli li qed tagħmlilna unur bħala l-ewwel Kummissajru Ewropew mara Maltija u kif ukoll bħala l-ewwel Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza. Għamlet suċċess revoluzzjonarju f ’dan id-dekasteru f ’pajjiżna, persważa li se tagħmel l-istess ġewwa fl-Ewropa.


19

06.10.2019

kullhadd.com

FIL-PN JIRBĦU L-ESTREMISTI Editorjal

Huwa minnu li dawn iż-żewġ persuni ġejjin mill-fazzjoni li mhix tal-Kap Adrian Delia imma għal darb’oħra jidher li rebħu huma

Li fil-Partit Nazzjonalista hemm żewġ fazzjonijiet hija xi ħaġa li hi aċċettata minn kulħadd. L-attitudni li wrew fil-konfront ta’ xulxin fl-aħħar xhur żgur li ma ħallewhiex sigrieta. Tisma’ uffiċjali u attivisti kbar tal-istess partit jitkellmu tintebaħ li din hi xi ħaġa li jirrikonoxxuha huma stess. Bid-diskors fiż-żewġ fazzjonijiet hemm attitudni xi ftit differenti. Għalkemm bl-azzjoni donnhom qed jispiċċaw l-istess. Hemm grupp li donnu jrid jikkritika lill-Gvern (kif wara kollox għandha tagħmel oppożizzjoni) iżda li fl-istess ħin irid ikun moderat u meqjus. Imbagħad hemm grupp ieħor li jrid ikisser kulma jiġi quddiemu sakemm ma jkunx hemm il-Partit Nazzjonalista, jew aħjar l-establishment, fil-gvern. Bid-diskors, il-Kap tal-Oppożizzjoni jagħtina x’nifhmu li l-istil tiegħu jridu jkun bħal dak tal-ewwel grupp. Iżda, bil-fatti jiddispjaċina ngħidu li qed jaġixxi mod ieħor. Gvernijiet Laburisti, uffiċjali

tal-Partit Laburista u nies li ma jappoġġjawx lill-PN mhux l-ewwel darba li kienu fuq in-naħa ta’ attakki bla ħniena, inġusti u mimlijin gideb. Biżżejjed insemmu l-kelma Egrant biex infakkru sa fejn tasal l-Oppożizzjoni tal-lum. B’hekk l-ebda forma ta’ kritika jew attakk mhu se jdejjaqna. Iżda, il-verità hi li l-pajjiż jixraqlu oppożizzjoni li taħdem fl-interess tiegħu, li ma tipprovax timminah u li fuq nett tal-aġenda tagħha ġġib l-interess nazzjonali. Hekk tagħna x’nifhmu li se jiġri Adrian Delia meta ħareġ jgħid li l-Partit Nazzjonalista se jappoġġja n-nomina ta’ Helena Dalli għall-Kummissarju Ewropew. Iżda, ma tantx kien għadda wisq żmien li l-Membru tal-Parlament Ewropew, David Casa, ma bediex ipoġġi l-kundizzjonijiet u jisfida l-pożizzjoni ta’ Adrian Delia. Eventwalment Casa wera anke waqt is-smigħ ta’ nhar l-Erbgħa qalbu fejn kienet. Matul l-istess smigħ Karol Aquilina, deputat Nazzjonalista,

kien ukoll qed jattakka lil Helena Dalli. Fuq Twitter kien qed jgħajjarha crook u jniżżel l-ismijiet ta’ dawk li jaħdmu fil-Parlament Ewropew bil-għan li jara li l-messaġġ jasal. Huwa minnu li dawn iż-żewġ persuni ġejjin mill-fazzjoni li mhix tal-Kap Adrian Delia imma għal darb’oħra jidher li rebħu huma. Minn fomm Adrian Delia ma ħarġet ebda twissija. Ma kien hemm ebda azzjoni li tixhed li tassew imexxi hu u jekk jemmen bil-kontra se jiġri hekk. Anzi iktar minn hekk ipprova jiġġustifikahom. Dawn huma l-istess nies li flimkien ma’ oħrajn bħal Jason Azzopardi, jattakkaw mingħajr ħniena lil kull min ma jaqbilx magħhom. Hekk kien qed jiġri sal-aħħar jiem. Huma nies li jivvintaw stejjer giddieba. Bl-aħħar konferma tal-gidba tkun il-qlajja’ li żdiedu s-salarji tal-membri tal-Kabinett. Xi ħaġa li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonferma li mhix minnha. Minkejja l-wegħda tal-mod

ġdid il-Partit Nazzjonalista u t-tmexxija tiegħu jsibuha diffiċli juru li ma jaqblux ma’ din it-tip ta’ attitudni. M’għandniex dubju li fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin se jkunu qegħdin ikomplu jiżdiedu l-attakki kontra l-Gvern. Jiżdiedu wkoll l-attakki kontra min ma jaqbilx ma’ dawk parti minn din il-fazzjoni. Fil-Partit Nazzjonalista jidher biċ-ċar li dejjem jirbħu l-estremisti. Sa hemm affari tagħhom. L-importanti li l-estremisti ma jirbħux fil-pajjiż. Il-poplu Malti lil dawn in-nies tahom il-ġenb għal darba wara oħra u din hi l-ħaġa li rridu nżommu f ’moħħna kollha kemm aħna. Aħna fil-Partit Laburista rridu nibqgħu naġixxu bil-maqlub ta’ dawn. Irridu naħdmu u mmexxu ta’ moviment li fih jiġbor lil kull min irid jaħdem fl-interess ta’ Malta. Bħala poplu rridu nibqgħu niġbdu ħabel wieħed favur pajjiżna għax meta pajjiżna jirnexxi l-frott ingawduh illum u jgawduh il-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni. Mill-ħsara li jridu xi wħud ma jgawdi ħadd.


20

06.10.2019

kullhadd.com

FLIMKIEN KONTRA T-TRAFFIKAR UMAN

Julia Farrugia Portelli Segretarju Parlamentari

Lura fl-2013, l-attivista favur l-edukazzjoni mill-Pakistan, Malala Yousafzai, qalet din il-frażi waqt diskors fil-Ġnus Magħquda: “Let us pick our books and pencils. They are our most powerful weapon.” Fil-fatt, qabel nitkellem fuq is-suġġett innifsu, irrid qabelxejn nitkellem dwar l-importanza tal-edukazzjoni. L-edukazzjoni hija l-arma l-aktar b’saħħitha li biha nistgħu niġġieldu t-traffikar tal-bnedmin, reat mill-agħar li jimmina d-drittijiet tal-bniedem u jkisser il-ħolm ta’ bosta nies madwar id-dinja. Biex niġġieldu l-problema li qed nitkellmu dwarha llum, irridu nedukaw ruħna kontra l-impatt ħażin tagħha fuq umani bħalna u fuq il-bqija tas-soċjetà. Irridu nedukaw ukoll lil dawk kollha li l-aktar jistgħu jisfaw vittmi ta’ dan ir-reat. Ftit tal-jiem ilu ġiet organizzata

sezzjoni ta’ taħriġ bejn il-Malta Girl Guides u s-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi. Din saret sabiex flimkien inwessgħu l-għarfien tagħna fuq suġġett importanti ħafna – it-traffikar tal-bnedmin. Hekk ukoll kif inhi l-missjoni tal-girl guides madwar id-dinja, it-tagħlim li nkiseb dakinhar ser jagħmilha possibbli sabiex inżommu d-diskussjoni għaddejja dwar dan is-suġġett, inxerrdu l-għarfien tagħna ma’ min forsi għad ma għandux idea xi jfisser it-traffikar tal-bnedmin, u nieħdu azzjoni. L-għan tal-inizjattivi li qed nieħdu huwa li nġibu bidla pożittiva – fejn intejbu l-ħajja tagħna, ta’ dawk ta’ madwarna u tas-soċjetà li ngħixu fiha. L-edukazzjoni hija wkoll il-bażi tal-attiviżmu li tant tipprattikaw intom fuq bażi lokali u internazzjonali. Bħalissa, bħalma tafu intom, id-dinja qed issegwi b’interess kbir l-interventi taż-żagħżugħa Żvediża Greta Thunberg dwar it-tibdil fil-klima u l-importanza li nħarsu l-ambjent naturali. Bħal Malala, Thunberg mhijiex qed tipprotesta għal xi ħaġa li tikkonċerna lilha. Mhux qed titkellem sabiex takkwista xi ħaġa hija jew il-familja tagħha. Il-kampanja tagħha hija msejsa fuq il-bżonn li bħala soċjetà nagħmlu xi ħaġa,

inwaqqfu l-ħażin milli jkompli jseħħ u jekk jista’ jkun, nipprevenuh milli jkompli jseħħ fil-futur. L-isfidi tal-edukazzjoni għal kulħadd u t-tibdil fil-klima huma sfidi internazzjonali. Hekk ukoll huwa t-traffikar tal-bnedmin. Sfida internazzjonali rilevanti ħafna għaliex hija reat kriminali li m’għandux fruntieri u jolqot lil kull rokna tad-dinja b’mod differenti. Rilevanti ħafna wkoll għaliex fid-dinja tal-lum, meta tant progressajna fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem, ma jistax ikollna nies li jgħixu fil-jasar u l-iskjavitù. Rilevanti b’mod speċjali għalina n-nisa, għaliex in-nisa jirrappreżentaw aktar min-nofs il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin madwar id-dinja. Mhux talli hekk, talli kważi mija fil-mija tal-vittmi fit-traffikar għal skopijiet ta’ sess jinvolvi nisa jew bniet. Dr Lara Dimitrijevic li mexxiet is-sessjoni ta’ taħriġ tkellmet dwar il-metodi u l-għanijiet tal-kriminali. Il-metodu jirriżulta dejjem fi sfruttament. U l-għan aħħari huwa dejjem il-flus. Biljuni ta’ dollari jew ewro huma ġġenerati minn dan ir-reat kull sena. Ser intikom eżempju żgħir tal-krudeltà tat-traffikar uman, azzjoni li tneżża’ l-bniedem mid-dinjità tiegħu u jsir prodott – dak li bl-Ingliż insejħulu means of production. Ħafna jistaqsu għaliex it-traffikar tal-bniedem jiġġenera aktar flus minn forom

oħra ta’ traffikar f ’inqas ħin, bħal dak tad-droga jew l-armamenti. Ir-risposta hija sempliċi daqskemm hi xokkanti. Meta traffikant tad-droga jbigħ id-droga ikun hemm tranżazzjoni waħda, jitħallas darba. Għal kontra ta’ dan, meta wieħed jittraffika bniedem, jista’ jkompli jisfruttah b’mod kontinwu għal tul ta’ żmien. Bniedem li jiġi sfruttat ripetutament ikun jista’ jiġġenera aktar dħul. Immaġinaw persuna li tiġi mġiegħla jkollha x’taqsam ma’ diversi nies f ’ġurnata waħda biss. Jew ħaddiem fuq post tax-xogħol li ta’ kuljum irid jaħdem bi tbatija kbira, bla kundizzjonijiet tax-xogħol u bi ftit jew ebda ħlas. Meta jiġru dawn il-każi jiġru mhux daqstant bogħod minna. Iseħħu fit-toroq tagħna, fuq il-postijiet tax-xogħol tagħna u saħansitra fid-djar tagħna. Quddiem dawn is-sitwazzjonijiet irridu nistaqsu mistoqsija waħda: X’tip ta’ soċjetà rridu ngħixu fiha u liema tip ta’ soċjetà rridu li nħallu lil dawk ta’ warajna? Inħoss li l-Malta Girl Guides hija organizzazzjoni ideali sabiex ikompli jiġi mxerred aktar tagħlim dwar it-traffikar tal-bnedmin. L-impenn tagħkom f ’din l-organizzazzjoni nqisu bħala missjoni. Il-missjoni tagħkom li trawmu valuri fost il-membri tagħkom u taqsmuhom mal-kumplament tas-soċjetà.

Quddiemna għandna għażla: l-għarfien li nkiseb f ’din is-sessjoni minflok jibqa’ bejn l-erba’ ħitan, noħorġu hemm barra, mal-kumplament tal-membri, mal-familji tagħna, mal-kollegi tagħna fix-xogħol jew fl-istudju, u nwasslu l-messaġġ li t-traffikar tal-bnedmin jeżisti u nistgħu nagħmlu xi ħaġa dwaru. Kulma jonqos f ’din il-ħolqa li qed insemmi hija l-parteċipazzjoni tal-pubbliku li ma jkunx indifferenti, iżda jersaq ’il quddiem b’informazzjoni, b’suġġerimenti u iva jekk hemm bżonn, ilmenti. L-istituzzjonijiet waħedhom ma jaslux fil-prevenzjoni tattraffikar tal-bnedmin. Hemm irwol importanti tas-soċjetà ċivili, bħalkom, il-midja, is-settur privat u diversi oqsma oħra. Fuq kollox għandna bżonn komunitajiet li huma konxji ta’ dak li jkun qed iseħħ madwarhom u jieħdu azzjoni kontra inġustizzji bħalma huwa t-traffikar tal-bnedmin. Tajjeb li tinforza liġijiet adekwati kontra l-kriminali u tajjeb li jkollok mekkaniżmi li jagħtu l-għajnuna meħtieġa lill-vittmi. Iżda nemmnu li jkun isbaħ u aħjar kieku s-soċjetà tagħna tippreveni dan ir-reat milli jseħħ. Fl-aħħar mill-aħħar, għalina, vittma waħda tat-traffikar tal-bnedmin hija biżżejjed sabiex tkompli ssaħħaħ id-determinazzjoni tagħna li niġġieldu din il-problema.

PREVENZJONI DEJJEM U KURA EĊĊELLENTI

Felix Busuttil

Ingergru kemm ingergru, pajjiżna jilħaq l-ogħla livelli fejn nitkellmu fuq, naraw u nutilizzaw is-sistemi ta’ kura nazzjonali. Pajjiżi oħrajn trid tħallas il-belli liri sabiex tieħu kura moderna, avvanzata u immedjata. Pajjiżi oħra fejn teżisti kura u trattamenti b’xejn offruta mill-Gvern trid tistenna żmien twil sabiex tieħu l-ewwel appuntament mediku u ċerti trattamenti li jiswew ħafna u ħafna flejjes trid tħallas għalihom int u minn butek għax dawn il-Gvern lokali ma joffrihomx b’xejn. Pajjiżi

oħra tassew avvanzati ma joffrux servizzi b’xejn iżda tinqeda biss jekk għandek assigurazzjoni. Out of stock huwa statement li m’għadekx tisimgħu - mediċina ġenerika imma awtentika. Ma jeżistix dewmien esaġerat għal operazzjonijiet u appuntamenti. Trattamenti u konsultazzjonijet b’xejn għal persuni trans. Servizzi tal-IVF li bil-liġijiet ġodda ġabu ħajjiet ġodda u salvaw ħafna familji. Ċentru ġdid għall-Onkoloġija u l-bidu tat-tkissir ta’ stigma lejn dawk li jsofru minn mard mentali. Dażgur li jonqos xi jsir bħal parkeġġ ikbar għall-Isptar Mater Dei u għarfien f ’forma ta’ kampanji li jiftħu l-imħuħ sabiex nipprevjenu l-mard. Jeħtieg li jkollna poplu iktar fiżiku li jemmen fl-eżerċizzju, fis-serħan u terapiji ta’ mistrieħ u iktar u iktar f ’dieti li huma ħafna aktar konxji tassaħħa. Fil-Programm Elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju 2017 f ’paġna 102 fil-kapitlu ntitolat “Ninvestu aktar f ’Ċentri Reġ-

jonali għal Kura Primarja” ngħad hekk: Inkomplu nagħtu prijorità lill-investiment u t-titjib sinifikanti fil-kura primarja b’investiment fi tliet ċentri ġodda wieħed f ’Ħal Kirkop, l-ieħor f ’Raħal Ġdid u ieħor fit-Tramuntana ta’ Malta li bħalissa għaddejjin l-istudji biex jiġi determinat l-aħjar post possibbli. Inkomplu ntejbu l-investiment fil-polikliniċi u ċ-Ċentri tasSaħħa. Inwessgħu l-programm ta’ integrazzjoni tat-tobba tal-familja, l-ispiżjara u d-dentisti fil-lokalitajiet mas-sistema tal-kura primarja biex dawn jagħtu servizz fiċ-ċentri tas-saħħa u l-bereġ b’xejn linnies fil-lokalitajiet stess. Ftit tal-ġimgħat ilu l-Prim Ministru Joseph Muscat akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, ippresieda l-iffirmar ta’ Memorandum of Understanding bejn il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali (NDSF) u d-Dipartiment tal-Kura Primarja (PHC) fi ħdan il-Ministeru għasSaħħa li permezz tiegħu l-NDSF

se jgħaddi €10 miljun lill-PHC biex jintużaw fuq tmien ċentri tassaħħa u 54 berġa. Fost iċ-ċentri tas-saħħa li se jibbenefikaw minn din l-għotja hemm dak tal-Gżira li fuqu se jintefqu madwar €1.5 miljun f ’xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni. Fit-12 ta’ Settembru li għadda ġie kkommemorat l-ewwel anniversarju mill-ftuħ taċ-Ċentru tasSaħħa ta’ Ħal Kirkop. Bħalissa għaddej xogħol fuq iċ-Ċentru tasSaħħa ġdid fir-Rabat, Għawdex, kif ukoll fuq il-Hub Reġjonali Ċensu Moran f ’Raħal Ġdid. Prova oħra tad-determinazzjoni tal-Gvern fl-importanza lill-kura fil-komunità, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li hemm pjan ta’ konsulenti fiċ-ċentri tal-komunità u b’hekk ikun qed jogħla l-livell tas-servizzi provduti filwaqt li jitnaqqas il-piż minn fuq l-Isptar Mater Dei. Dan il-pjan diġà beda jitwettaq kif jixhdu x-xogħlijiet li saru fuq il-bereġ f ’Ħ’Attard, Tal-Pietà, Tas-Sliema, iż-Żurrieq, Ħaż-Żeb-

buġ u x-Xewkija, Għawdex. Dalwaqt se jkunu inawgurati tnejn oħra, wieħed ġdid u kbir f ’Ħaż-Żabbar u se jkun rinnovat dak taż-Żejtun. Kmieni s-sena li ġejja jkunu nfetħu jew ġew rinovati bereġ għas-saħħa fil-Mellieħa, Marsaxlokk, il-Belt, il-Birgu, il-Fgura, Santa Luċija, Ħal Għaxaq u Ħal Tarxien. Sadanittant għaddej proċess biex jinstabu postijiet fil-Ħamrun u l-Kalkara. Gvern li dejjem wiegħed u dejjem wettaq. Grazzi għall-Gvern preżenti u l-Ministeru tas-Saħħa rajna bħal kull settur ieħor qabża fenomenali fit-tijib tas-servizzi. Is-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi, mhux biss dik fiżika imma ukoll mentali u emozzjonali tinsab fuq quddiem tal-aġenda – Gvern u Ministeru li jemmen li mingħajr saħħa ma hemmx kuntentizza u fejn ma hemmx saħħa l-poplu għandu jingħata l-aqwa għajnuna mogħtija mhux biss għax jistħoqqlu imma għax dan hu dritt tiegħu u ta’ wliedu.


21

06.10.2019

kullhadd.com

UGWALJANZA

Stefan Zrinzo Azzopardi Membru Parlamentari

Nhar l-Erbgħa li għadda, Helena Dalli kienet taħt skrutinju tal-Parlament Ewropew sabiex tkun konfermata bħala Kummissarju Ewropew taħt il-Presidenza ta’ Ursula von der Leyen. Nhar l-Erbgħa iżda ma kinitx biss Helena Dalli taħt skrutinju, kien hemm ukoll Malta taħt skrutinju. Ix-xogħol u l-ħidma li tellgħet Helena Dalli f ’pajjiżna huwa wieħed kbir. Iżda ma nistgħux ninsew minn fejn tlaqna. Ngħiduha kif inhi, Malta żgur li ma kinitx meqjusa bħala xi post li fih il-libertajiet ċivili kienu xi ħaġa komuni jew in-norma. Pjuttost konna magħrufa bħala pajjiż arkajku u li kien iżomm lura milli jagħmel liġijiet favur aktar drittijiet ċivili. Sa qabel l-2011 f ’Malta lanqas kien hawn id-dritt tad-divorzju, dritt li f ’pajjiżi oħrajn madwar id-dinja kollha kien ilu meqjus bħala dritt bażiku. Kien biss wara li kien sar referendum li dan iddritt seta’ jidħol f ’pajjiżna. Id-divorzju kien l-ewwel pass favur aktar libertajiet ċivili f ’pajjiżna u kienet l-ewwel daqqa għall-forzi konservattivi li xekklu u ppruvaw ibeżżgħu milli jsir it-tibdil li kien hemm bżonn li jsir. It-tibdil kollu li imbotta ’l quddiem Gvern Laburista fl-2013 kien xprunat mill-konvinzjoni u mhux mill-konvenjenza. Kien xprunat mir-rieda soda li dawn il-bidliet kienu ilhom għal wisq snin fuq l-ixkaffa. Kien xprunat minn pajjiż determinat li ma jistax jimxi ’l quddiem ekonomikament u fis-settur tax-xogħol biss jibqa’ lura soċjalment fejn jiddiskrimina minn fost uliedu stess. Il-bidliet li fil-kamp tal-libertaijiet ċivili u l-ugwaljanza kienu xprunati minn Helena Dalli. Forsi l-akbar bidliet li seħħew kienu l-introduzzjoni tal-Unjoni Ċivili fejn għall-ewwel darba koppji tal-istess sess setgħu jissieħbu f ’Unjoni Ċivili u anke setgħu japplikkaw sabiex isiru l-adozzjonijiet. Kien hemm l-introduzzjoni talliġi tal-identità tal-ġeneru sabiex persuni intersex setgħu jiġu identifikati b’mod sew fuq dokumenti uffiċjali. Din il-liġi kienet l-ewwel

waħda fid-dinja tax-xorta tagħha. Iżda din il-liġi ma kinitx l-ewwel waħda li fuqha ma kienx hemm preċedenti oħra. Helena Dalli ħabirket biex isiru illegali terapiji ta’ konverżjoni – din kienet xi ħaġa wkoll li kienet l-ewwel waħda fid-dinja tagħha. Forsi l-ikbar avvanz fil-qasam tal-LGTBIQ+ żgur li kien l-introduzzjoni taż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess fl-2017. Wieħed ma jistax jinsa l-ferħ li kien hemm fi Pjazza Kastilja meta ddaħħal dan id-dritt. Dakinhar Malta wriet lid-dinja kollha fejn konna wasalna bħala drittijiet, fejn Malta kienet tinsab fil-qasam tal-ugwaljanza. Nammettu li dawn il-bidliet f ’dan il-qasam kien hemm min kien xettiku fuqhom, iżda lkoll niftakru bosta stejjer personali bħal dik tat-tifel bid-down syndrome Ben, li kien addottat minn żewġ irġiel u kulħadd seta’ jara l-għożża li fiha qed jitrabba’ dan it-tifel. Bħal ta’ Ben kien hemm każijiet oħra. M’għandniex dubbju li dawn ittip ta’ stejjer ġibdu s-simpatija u għenu sabiex dawk xettiċi jifhmu li l-imħabba m’għandhiex barrieri, jew restrizzjonijiet marbuta mal-ġeneru tal-persuna. Kien hemm ukoll affarijiet oħra li fuqhom Helena Dalli ħadmet, insemmi fost l-oħrajn l-introduzzjoni ta’ fond tal-maternità sabiex ikun hemm kontribuzzjoni mingħand kulħadd. Insemmi l-ġlidiet li għamlet f ’dak li għandu x’jaqsam mal-gender pay gap kif anke tkellmet waqt is-smigħ stess u anke l-ħidma li għamlet fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika fost ħafna ħidmiet oħra li għamlet. Jien ngħid li l-fatt li l-ħames gruppi ewlenin fil-Parlamemt Ewropew ma setgħux ma jurux l-appoġġ tagħhom lil Helena Dalli. Il-ħidma li wettqet, il-ħidma li saret minn Malta li hija tant xprunat, żgur li ma ħalliet l-ebda lok li xi MEP jew ieħor isaqsi jekk il-persuna li kellu quddiemu hix kapaċi għall-uffiċċju fdat lilha. Minn hawn nawgura lil Helena Dalli l-ħidma t-tajba, persważ li se tkun qed tagħmel unur mhux biss lil Malta, iżda fuq kollox lill-Ewropa kollha.

It-tibdil kollu li imbotta ’l quddiem Gvern Laburista fl-2013 kien xprunat mill-konvinzjoni u mhux mill-konvenjenza

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 26 ta’ Settembru l-Gvern għandu jissospendi l-iskema tal-bejgħ tal-passKemm sar bravu u kuraġġuż aporti, kif insejħulha aħna, il-Kap Adrian Delia, man! għax kif isejħulha huma la Tant sar kuraġġuż, u ngħid naf u lanqas jinteressani. Seta’ jien b’saħħtu, li lest jiddefen- kieku ried jgħid lill-Gvern biex di lil kulħadd. Lest jiddefen- iwaqqaf din l-iskema, u mhux di lill-ħaddiema tas-settur jissospendiha. Imma kif qalfinanzjarju. Lest jiddefendi li sieħbi tal-istamperija, kieku lill-għalliema, lest jiddefendi għamel hekk kien ikun marlill-ħaddiema tal-Air Malta. Il- but li jwaqqafha meta nkunu lum ħabbrilna li lest jiddefendi aħna fil-Gvern. B’sospensjoni saħansitra lill-gvernaturi tal- nwaqqfu lill-Gvern ta’ Joseph bord tal-Awtorità tal-Artijiet. Muscat milli jkompli jdaħħal Insomma lest jiddefendi lil il-miljuni kbar, imbagħad meta kulħadd. Naturalment jidd- nkunu fil-Gvern aħna, inkunu efendi lil dawk li jkunu qegħ- nistgħu nerġgħu nibdew indin jeħduha kontra l-Gvern. ħaddmuha u l-miljuni kbar Imma mhux biss. Fejn ikun indaħħluhom aħna u mhux hemm bżonn jiddefendi huma. kemm naħa u kemm oħra. Kif qed jagħmel fil-każ tal-kera. Il-Ħadd, 29 ta’ Settembru Lest jiddefendi kemm lill-inkwilini kif ukoll lis-sidien. Kif u Kultant nibża’ li qatt m’aħna se nsibu rkaptu tal-magħmul come ma nafx! li daħlilna, speċjalment fejn Il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru tidħol il-kariga ta’ teżorier. Kull wieħed li ħtarna dam biss ftit Stordejt naqra u nisma’ dwar xhur. Anke Antoine Zammit, id-dokument ta’ qabel il-baġit li ħtarnieh biss ftit xhur ilu, li kien ippubbikat mill-kap irriżenja llum. Ngħid id-dritt, Adrian Delia, man! Aktar ma nafx għalfejn għamel dak minn mitt proposta li jolqtu li għamel li wassal għar-riżenja kull suġġett. Ambjent - Eduka- tiegħu, aktar u aktar meta huwa zzjoni - Saħħa - Innovazzjoni. magħruf bħala tal-kompĦabs u ħabsin. Xogħol u ħad- juters. Xi ħadd jista’ jispjegali diema. Insomma dak kollu taħt għala lmenta li tal-kaxxa ma il-kappa tax-xemx, kif kienet komplewx juru films portgħid in-nanna. Ikolli ngħid li nografiċi! Jien konvint li bħala tal-Labour se jitħawdu bil-kbir ‘tal-kompjuters’ jaf li jista’ jara dwar dawn il-proposti u biex films pornografiċi kemm irid jaħbu l-fatt li qegħdin jitħaw- fuq il-kompjuter tiegħu. du, se jibdew jistaqsu kemm se tqum lill-kaxxa ta’ Malta kull It-Tnejn, 30 ta’ Settembru proposta. B’daqshekk mhuma se jnaqqsu xejn mis-serjetà Ikolli ngħid li David Casa sab ta’ kull proposta li qiegħed lil xi ħadd ieħor biex jieħu jagħmel il-partit darba glorjuż post Ana Gomez u jaqbad tagħna. Għalija l-importanti mal-Gvern ta’ Joseph Mushu li ma jaċċettawx il-propos- cat fl-Ewropa. Sab lil Peter ta tal-massage parlours għax Omzegt li qabad waħda u sew kultant naqbeż qabża għand xi ma’ Joseph Muscat u mhux iħallihielu għal melħa. wieħed minnhom! Ħalliha li qiegħed jaqa’ għaċ-ċajt jippoża ta’ difenIs-Sibt, 28 ta’ Settembru sur tas-saltna tad-dritt meta Ara man, tgħidli xejn veru milli jidher lanqas biss jaf xi bravu l-Kap tagħna Adri- tfisser saltna tad-dritt. Għax an Delia! Illum spikkat l-in- hu jagħmilha tal-prosekutur, telliġenza tiegħu meta qal li tal-ġudikant u tad-difensur.

Kollox hu u jiddeċiedi kif jaqbel lilu. Jew kif jgħidlu David Casa. Jaqa’ għaċ-ċajt kemm irid, l-aqwa li jpinġi koroh lil Joseph Muscat u lill-Gvern tiegħu. Lili dak biss jinteressani. It-Tlieta, 1 ta’ Ottubru Ma nafx għalfejn qegħdin jagħmlu għaġeb il-Laburisti għax il-Kap Adrian Delia raqad waqt li Mario Demarco kien qiegħed jindirizza ma nafx lil min. Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna bilkemm ma ppruvax jgħaddi ż-żmien bih. L-ewwel u qabel kollox, kien hemm nies fl-udjenza li għamlu bħal Adrian Delia u ħadu nagħsa. Apparti dan, għalija l-fatt li Adrian Delia raqad, huwa prova ċara ta’ kemm ir-raġel qiegħed jaħdem għal din il-patrija tagħna. Af li mhux ċajta biex tressaq aktar minn mitt proposta għall-baġit. Barra minn hekk, il-ħin kollu jagħmel diskorsi li kollha jkunu meqjusa. U bħalissa min jaf kif inhu għaddej iħejji ruħu għad-diskors tal-baġit. L-Erbgħa, 2 ta’ Ottubru Ma kontx qiegħed nistenna li Helena Dalli kienet se tgħaddiha daqshekk lixxa ġewwa Brussell. Minnu li l-wirja tagħha, biex insejħilha hekk, kienet waħda tajba ħafna, imma jien kont qiegħed nistenna li dawk qrib sewwa ta’ David Casa, jagħtuha aktar hard time, kif jgħidu l-Ingliżi. Imma minn dak li kont qiegħed nistenna ma ġara xejn. X’ġara ma nafx. Minnaħa tiegħi jien m’għandi l-ebda dubju li David Casa għamel li seta’ għax dak dejjem jagħmel minn kollox biex ifixkel lil tal-Labour. Jista’ jkun li ladarba Ana Gomez m’għadhiex hemm, mhux qiegħed isibha daqshekk faċli, anke ma’ dawk li suppost huma fil-partit tagħna fl-Ewropa.


22

06.10.2019

kullhadd.com

“IL-QILLA KIEFRA U L-GĦADAB IKAXKAR; IMMA L-GĦIRA MIN JISTA’ GĦALIHA?” Kitba ta’ tal-Abbati iżda kien dak li jassumi l-parrokat EMAN BONNICI ta’ San Ferdinando, biex hekk it-tali pożizzjoni ġġiblu mhux biss prestiġju imma saħħa Din is-silta, meħuda mill-Ktieb tal-Prover- u awtorità fil-lokal. Meta l-parroku preżenti bji [27:4] toqgħod perfettament għall-ġrajja dik il-ħabta, Dun Girolamo Calogero, kien tagħna tal-lum. Għax l-għira m’għandhiex maħtur għall-inkarigu prestiġjuż ta’ arċiklassi u l-kilba għall-poter ma ġġorrx distinzjoni u t-tnejn li huma jafu faċilment ikaxkru fil-lixka lil kulħadd, imqar membri L-awtopsja tal-ħajja kkonsagrata. Ir-rakkont li ġej infatkkonfermat li ti huwa eżempju ċar ta’ kemm tali inganni jagħmu lill-għajnejn u jwebbsu l-qlub. Il-każ t-tnejn li huma seħħ fil-lokalità Taljana ta’ San Ferdinando fir-reġjun ta’ Reggio Calabria, li jħares fuq mietu kawża il-golf ta’ Gioia Tauro, raħal li llum iġorr ta’ avvelenament popolazzjoni ta’ kważi 5,000 ruħ. L-Abbati Antonino Naso u Dun Carmelo Albanese L-istorja teħodna lura fis-sena 1908 u l-protagonisti tagħna huma Dun Carmelo Albanese, dik il-ħabta saċerdot żagħżugħ u l-Abbati Antonino Naso. Nibdew minn dan tal-aħħar. Iben sillar, Antonino Naso twieled San Ferdinando fis-16 ta’ April 1867, liema raħal kien dik il-ħabta eżempju klassiku tas-sistema fewdatarja, bin-nies taħdem għal sid bosta mill-artijiet tal-lok, il-Markiż Nunziante, b’dawk “ta’ klassi” fil-villaġġ jingħaddu fuq id waħda. Issa dan Antonino, wara li esprima x-xewqa tiegħu li jsir qassis, kien mibgħut jistudja fil-kulleġġ Caparrotta f ’Vibo Valentia, fejn kien ordnat presbiteru fid-19 ta’ Novembru 1894. Meta kien għadu seminarista, matul il-perjodu tal-vaganzi tas-sajf, kien jerħilha lejn San Ferdinando, fejn in-nies kienet tqimu u ġġiblu rispett, sforz tal-abitu li issa kien iġorr fuqu. Kienet issejjaħlu “abbati”, kif kienet l-użanza f ’xi rħula meta wieħed minnhom jibda triqtu għas-saċerdozju, u anki wara li ordna, innies tal-post issuktat issejjaħlu b’dan il-mod minflok bis-soltu prassi “dun”. Issa ġara li ftit qabel l-ordinazzjoni tiegħu f ’San Ferdinando twaqqfet impriża mutwa qalb is-sillara b’risposta għall-użufruttar impost fuqhom mill-imsemmi Markiż Nunziante. Sintendi mal-Markiż din ma niżlet tajjeb xejn u wara li bagħat lis-Sindku biex iwitti s-sitwazzjoni u ma wasal imkien, id-depożiti tas-silla, ċjoè l-għajxien ta’ tant individwi, misterjożament ħadu n-nar għal għarrieda. Ta’ Naso, peress li kienu lkoll sillara, kienu fost dawk li batew l-iżjed u meta għamlu ta’ rashom u ssuktaw jisfidaw lill-Markiż, dan bagħtilhom il-pulizija u sew huma kif ukoll għadd ta’ ħaddiema oħra tal-istess mestier spiċċaw weħlu tliet xhur ħabs. Mal-ordinazzjoni tiegħu, is-saċerdot novell sab quddiemu realtà kiebja: missieru u żewġ ħutu subien il-ħabs, ommu u oħtu bla saqaf fuq rashom u hu magħhom ġaladarba żmienu s-seminarju ġie fi tmiemu. Malħruġ ta’ niesu mill-ħabs, is-sillara qatgħuha li jwaqqfu raħal ġdid, bl-isem Eranova, kilometru bogħod minn Gioia Tauro. L-għan

ikkawżat minn aċidu sulfuriku

djaknu tal-kolleġġjata ta’ San Nikola ta’ Bari f ’Palmi, pajjiż twelidu, Naso aktar irsista biex l-uffiċċju ta’ kappillan jieħdu hu. Iżda meta l-isqof ta’ Mileto, Mons. Giuseppe Moràbito, li taħtu kienet taqa’ l-parroċċa ta’ San Ferdinando, ippreżenta tliet ismijiet ta’ kandidati għall-parrokat vakanti lill-Markiż, l-għażla waqgħet fuq ċertu Dun Carmelo Albanese, saċerdot żagħżugħ ta’ 27 sena. B’hekk il-Markiż wera b’mod ċar u assolut min kien jikkmanda fir-raħal, b’mod hekk distint li saħansitra l-isqof kien joqgħod għall-amar tiegħu. U Dun Naso kellu jikkuntenta ruħu billi jaqdi ta’ kurat tal-parroċċa, kif ukoll billi jassisti l-parruċċani permezz tal-qrar, l-assistenza tal-morda u l-ħarsien tal-kongregazzjoni lokali tal-Immakulata. Nomina u mewt ta’ kappillan żagħżugħ Imma din ir-realtà rrabjat bil-kbir lill-Abbati, liema stat wasslu għall-agħar fost is-soluzzjonijiet: it-teħid tal-ħajja. Fl-24 ta’ Mejju 1908, Dun Carmelo Albanese kellu jieħu l-pussess tiegħu bħala l-kappillan il-ġdid. Iċ-ċerimonja kellu jmexxiha l-predeċessur tiegħu, l-Arċidjaknu Calogero, li wasal San Ferdinando l-ġurnata ta’ qabel għall-okkażjoni. Issa mal-lejl, Dun Calogero ħassu ma jiflaħx, imma peress li l-għada filgħodu kellu jqaddes tal-ewwel xorta waħda qam kmieni u rħielha lejn il-knisja. Xħin ra li Dun Albanese wasal ukoll qallu li ma kienx qiegħed iħossu f ’tiegħu u l-qassis żagħżugħ dlonk wieġbu li ma kellux għalfejn iħabbel rasu u ġaladarba kien hemm huwa wkoll, il-quddiesa kien ser jieħu ħsieb iqaddisha hu. U hekk bdiet il-quddies. “Introibo ad altare Dei”...Wasal il-waqt tal-ħasil tal-idejn. Is-sagristan, Carmelo Basile ta’ 38 sena, mar iġib l-impulluzzi minn ġos-sagristija. Dun Albanese qabad dik tal-inbid u xeħet nofsha fil-kalċi, imbagħad dik tal-ilma u żied ftit taqtiriet. Lissen il-kelmiet “Corpus Domini nostri Jesu Christi custodiat animam meam in vitam aeternam” u eleva s-Santissimu; imbagħad żied “Sanguis Domini nostri Jesu Christi custiodiat animam meam in vitam

aeternam” u eleva l-kalċi. Xorob id-demm tal-misteri qaddisa u dlonk ħass gerżumtu tnemnem, taħraq, tikber. Allarmat, issagristan ġera biex jaħfnu f ’idejh għax kien ser jaqa’ l-aħħar. Staqsa lis-sagristan in-natura ta’ dak l-inbid. Mifxul, Basile xorob dak li kien baqa’ fl-impulluzza u fil-pront feġġew fuqu l-istess sintomi tal-kappillan. Griżmejh instelħu, in-nifs naqaslu u f ’ħin qasir sab ruħu mimdud fl-art maġenb Dun Carmelo. Dan tal-aħħar talab li jinġieblu ftit abjad tal-abjad, bil-għan li jagħmillu tajjeb, imma kien kollu għalxejn. Fil-post waslu t-tabib u l-ispiżjar. Fost il-grupp miġbur kien hemm l-Abbati Naso, li bosta ilsna ma damux ma bdew jakkużaw b’dan kollu. Jumejn wara, il-vuċijiet kibru u l-Abbati sab ruħu arrestat u meħud Laurena. Wara sitt ijiem ta’ sofferenzi atroċi, ftit sigħat distanti wieħed mill-ieħor, il-kappillan u s-sagristan għaddew minn din id-dinja nhar it-30 ta’ Mejju 1908. L-awtopsja kkonfermat li t-tnejn li huma mietu kawża ta’ avvelenament ikkawżat minn aċidu sulfuriku. Akkużat b’omiċidju doppju premeditat, Naso beda għaddej ġuri fis-7 ta’ Novembru 1910, liema proċess ġie fi tmiemu fit-22 ta’ April tas-sena ta’ wara, bis-sentenza tkun dik ta’ 30 sena ħabs. Xnigħat Biss l-ispekulazzjonijiet dwar it-tqegħid tal-velenu fl-inbid tal-quddiesa kienu diversi. Qabelxejn, muftieħ għall-kaxxarezz li fih kien jinżamm l-inbid kellu sew Dun

Naso kif ukoll is-sagristan. Madanakollu, kieku dan tal-aħħar li avvelenah żgur ma kienx sejjer jixrob minnu! It-tieni, jekk l-intenzjoni kienet li jinqatel min kellu jqaddes tal-ewwel, allura l-vittma kellu jkun Dun Calogero. Ħadd ma kien jaf infatti li kellha ssir bidla fil-pjan, għaliex mhux biss ħassu ma jiflaħx għal għarrieda fil-qalba tal-lejl, imma wkoll ma kien għadu ma tkellem ma’ ħadd dwar dan kollu u ma qaddisx sempliċiment għax offrielu li jagħmel dan minfloku Dun Carmelo. Barra minn hekk, kien hemm min semma li għall-quddiesa tal-ewwel kien hemm tliet irġiel aktarx minn Palmi, li waslu fir-raħal hekk kmieni li sabu l-knisja għadha magħluqa u li ħadd ma kien qatt rahom qabel. Biss numru ta’ xhieda stqarrew fil-konfront ta’ Naso li mhux biss rawh kemm-il darba fil-kumpanija ta’ nisa tat-triq, imma wkoll li spiss kien isemmi li bl-ebda mod ma kien kapaċi jaċċetta kwalunkwe tip ta’ inġustizzja fil-konfront tiegħu. U n-nomina ta’ Dun Albanese hekk ta’ bla ħsieb ma kinitx għalih forsi inġustizzja sħiħa, meta hu, iben ir-raħal, infatam mill-parrokkat tant mixtieq minnu? Jew kien il-Markiż Nunziante li ppjana dan kollu biex jeħles darba għal dejjem minn Naso billi jbiegħdu darba għal dejjem minn San Ferdinando u jixħtu f ’qiegħ ta’ ħabs? Li kieku ma marx ilħabs infatti Dun Naso kien jibqa’ fir-raħal għall-bqija ta’ ħajtu u hekk kien ikun bla dubju ta’ xkiel għall-avversarju awtokratiku tiegħu l-Markiż. Madanakollu, l-għira u l-kilba għall-poter baqgħu dejjem meqjusa bħala l-fatturi ewlenin għal dan l-assassinju ta’ natura offensiva gravi fejn bħala arma għaddelitt intuża l-istess inbid tal-quddiesa u l-biċċa twettqet fuq l-artal fil-mument tas-sagrifiċċju Ewkaristiku. Żewġ elementi ta’ ħażen li ssibhom f ’kull ħin u f ’kull post, li jagħmu warajhom tant nies għal affarijiet xi drabi saħansitra trivjali. Mhux ta’ b’xejn li l-ġurnal ekkleżjastiku Il Normanno fuq dan il-każ ġab artiklu intitolat “Un martire della nequizia umana”, li fih dehret fost l-oħrajn ittra mibgħuta mill-isqof ta’ Mileto l-omm Dun Albanese li fiha naqraw fost l-oħrajn: “Ibnek huwa martri! Id-delitt orribbli li fatmu mid-djoċesi tagħna ċaħħadni minn kappillan li fuqu kont qiegħed nibbaża tamiet sbieħ. Ikkonforta ruħek iżda, Sinjura, meta tiftakar li inti u niesek għandkom anġlu fis-sema.” X’sar eventwalment minn Dun Naso? L-Abbati dam priġunier fil-ħabs ta’ Laureana di Borrello sal-1932 meta nħeles grazzi għal xi amnestiji li bbenefika minnhom. Profondament mibdul sew fl-aspett kif ukoll fl-ispirtu, għadda l-aħħar snin tiegħu f ’San Ferdinando, fejn kien jagħti xi lezzjonijiet privati lil xi żgħażagħ tal-post biex ikun jista’ jaqla’ dik ix-xi ħaġa għall-għajxien tiegħu. Miet fid-9 ta’ Ġunju 1940, indubbjament niedem minn dak li wettaq tul iż-żgħożija aktarx egoistika u inkoxjenti tiegħu.


23

06.10.2019

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb VINĊILOT U D-DRAGUN TAN-NAR VINĊILOT U L-KAVALLIER L-ISWED Ħa nipprova naqta’: inti trid issir Kavallier? Minn dejjem ħlomt bl-avventuri bix-xabla? Lest biex tiġġieled kontra l-kavallieri kattivi, id-draguni u l-ħallelin? Jekk iva, mel’allura inti trid issir bħal Vinċilot. Vinċilot u d-Dragun tan-Nar u Vinċilot u l-Kavallier l-Iswed huwa żewġ kotba li jieħdu lill-qarrej dritt fid-dinja medjevali. Turnaments! Kompetizzjonijiet fil-kastell! Ġlied bix-xwabel! Kastelli u torrijiet!

Hawn insibu naturalment ħafna kavallieri, kollha lesti għall-ġlied, u r-renju hu mmexxi mir-re twajjeb flimkien ma’ bintu, il-Prinċipessa Pawla li tħobb tilgħab il-ballun ma’ sħabha. Allura min hu dan Vinċilot? U x’għandu x’jaqsam ma’ dan ir-renju? Vinċilot huwa tfajjel fuq ruħu li jixtieq isir kavallier. Għadu mhux ċert hux se jirnexxilu, imma jiġri x’jiġri, moħħu mistrieħ li miegħu dejjem se jkollu x-xabla qalbiena (u maġika, għax titkellem) jisimha Ivimma.

KAPT’N SHARKY U L-MISTERU TAL-GŻIRA TAT-TEŻOR KAPT’N SHARKY U L-MOSTRU TAL-BAĦAR “Uff, kif xbajt!” Liema ġenitur ma semax, miljun darba, dat-tgergir mingħand uliedu? Biss kultant, kif jgħidu, oqgħod attent x’tixtieq! Għax għal Miki, hu u għaddej igerger “Uff, kif xbajt! Qatt ma jiġri xejn interessanti!” fuq id-dgħajsa tiegħu, ħajtu tinbidel meta f ’salt jisma’ “Arrrgggh!” u “Abbord, pirati!” U hekk tibda l-istorja ta’ kif Miki ltaqa’ mal-Kapt’n Sharky, il-magħruf pirata tal-ibħra; u hemm tibda wkoll il-ħbiberija ta’ bejniethom. Miki, il-Kapt’n Sharky u ċ-ċorma tiegħu jsalpaw għal avventura wara l-oħra, waħda iżjed eċitanti minn ta’ qabilha, fejn jitgħallmu li ssir pirata qalbieni mhux biss bil-ġlied imma wkoll billi jkollok miegħek ħbieb sinċiera. Kapt’n Sharky u l-Misteru tal-Gżira tat-Teżor, u Kapt’n Sharky u l-Mostru tal-Baħar huma l-ewwel żewġ kotba bil-Malti f ’sensiela li l-Ġermanja hi waħda mill-iżjed

popolari mat-tfal. Meta Kapt’n Sharky u l-Misteru tal-Gżira tat-Teżor ġie ppubblikat għall-ewwel darba l-Ġermanja fl-2006, dal-pirata ċkejken sar ċelebrità mill-ewwel. Tul l-aħħar għaxar snin, apparti l-kotba, il-kotba-awdjo u l-komiks, il-karattru tal-Kapt’n Sharky deher fuq puzzles, bnadar, xwabel tal-logħob, lożor, roti, lampi, ħwejjeġ tat-tfal u board games. Il-Kapt’n Sharky huwa anki l-mascot għat-tfal fuq il-vapuri tal-cruises Mein Schiff. Is-sajf li għadda, Miki u Sharky saħansitra salpaw għal fuq il-liżar taċ-ċinema għax il-Ġermanja ħareġ l-ewwel film tagħhom, u miljuni ta’ ġenituri u tfal marru jaraw l-avventuri tal-pirati qalbiena ċ-ċinema. Mistoqsija: X’jixtieq issir Vinċilot?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba ta’ VINĊILOT U KAPT’N SHARKY. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 13 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb IL-KAPPELLA TAĊ-ĊIMITERJU huwa: KATY CALIGARI - MOSTA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

05

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il persuna ħadet l-inċentiv tar-roti?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


24

06.10.2019

kullhadd.com

MILL-MODA GĦALL-FACEBOOK Kitba ta’ RAMONA PORTELLI In-nisa b’mod speċjali aktar mill-irġiel ħafna drabi tinteressahom il-moda. Mhux għax l-irġiel le, iżda n-nisa donnhom jiffissaw aktar. Dan l-aħħar sirt naf tfajla li l-moda għaliha hija kollox, tant li ħolqot grupp fuq Facebook fuq l-istess tema ħalli s-suġġett ikun maqsum mal-membri tiegħu stess. Għaliha l-moda kapaċi tiddeskrivi bniedem. Qed nirreferi għal Anthea Sammut. Għandha 23 sena, toqgħod Birkirkara, omm ta’ tifel ta’ sentejn, u qiegħda f ’relazzjoni ma’ Daniel. F’Ġunju li għadda spiċċat l-istudji tagħha ta’ sitt snin u se tiggradwa f ’Diċembru li ġej bil-kors ta’ Bachelor of Arts Degree in Health and Social Care Management. Bħala xogħol taħdem ġo ħanut tad-deheb kif ukoll bħala fotografu fuq bażi freelance. Bħala passatempi, kienet tagħmel ħafna affarijiet żgħar bħal kant u żfin, imma bil-ħajja mgħaġġla naqqset ħafna mill-attivitajiet u ffukat fuq il-fotografija. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala tfajla ferriħija, kreattiva, kuraġġuża, u determinata. Minn dejjem kienet tħobb tgħin lil ħaddieħor, u tagħmel minn kollox biex ma tara lil ħadd imdejjaq jew ibati u b’hekk għażlet din il-karriera - li tagħtiha sodisfazzjon kbir li taħdem ma’ nies fil-bżonn u tgħinhom ikollhom ħajja aħjar. Ta’ min jgħid li lil Anthea minn dejjem kienet tinteressaha l-moda. “Minn ċkuniti kont interessata fil-moda. Niftakarni nilbes il-ħwejjeġ, it-takkuna u l-ġawhar tan-nanna tiegħi Rose. Ommi minn dejjem kienet tħallini nagħżel jiena x’nilbes, u bħalha jiena tlajt inħobb ħafna l-ħwejjeġ. Minn dejjem kont inħobb inżomm ruħi up to date u kont nippreferi noqgħod lura minn ċerti attivitajiet biex ma nħammiġx il-libsa,” bdiet tgħidli dwarha. Ridt inkun naf x’jinteressaha l-aktar fil-moda u kif iżżomm ruħha aġġornata dwarha. “Tinteressani ħafna l-moda, għax inħoss li tesprimi ruħek biha. Tista’ tilbes stili differenti skont il-burdata li jkollok, jew skont l-okkażjoni li jkollok. L-ewwel ma tolqot l-għajn jgħidu, għalhekk jiena nipprova li dejjem nidher sew u l-iktar importanti li nkun komda b’li qiegħda liebsa. Nipprova nżomm ruħi aġġornata online l-iktar, bħal pereżempju nfittex fuq google, Pinterest, Instagram u iktar. Illum il-ġurnata hawn ħafna mez-

zi, inkluż “how to style videos” li jgħinuk tqabbel il-ħwejjeġ kif ukoll iġġib ideat ġodda,” spjegatli Anthea. B’kurżità fuqi staqsejtha jekk tqisx lilha nnifisha bħala persuna vanituża. Fil-fatt stqarret miegħi fil-pożittiv. “Inħobb li nkun hekk avolja xi kultant tista’ tkun overwhelming kif ukoll ġieli smajt kummenti fuqi minħabba hekk. Eżempju jiena nħobb ħafna l-make-up u ġieli smajt kummenti bħal: “Ara din kemm tagħmel make-up dalgħodu.” Ċerti kummenti jweġgħuk, għax ma tkunx qed timmaġina li se taqla’ kummenti negattivi sempliċement għax tagħmel ilmake-up,” żvelat miegħi. Il-grupp Fashion Agenda dejjem jikber Ta’ min jgħid li Anthea hija kemm l-admin kif ukoll il-moħħ wara l-grupp fuq Facebook li jġib l-isem Fashion Agenda. Ħolqitu f ’Jannar 2017. B’hekk ħallejt f ’idejha sabiex taqsam miegħi l-idea u l-iskop tiegħu. “Kien lejl qabel ma kont se nsiefer. F’moħħi kont diġà qed

nimmaġina kemm se nagħmel shopping u bdejt ngħid “issa kieku għandi ma’ min naqsam xi xtrajt mhux aħjar?” U tard filgħaxija ħloqt il-grupp. Mal-ewwel kelli skop u sentejn wara għadna l-istess. L-idea tiegħu hija li bejnietna l-membri naqsmu ideat fuq il-moda, xi nkunu rajna jew xtrajna, xi tibdila li lbisna jew xi trend ġdida. Il-grupp huwa bħala komunità bejn nies li jħobbu l-moda u interessati li jitgħallmu iktar fuq dan il-qasam.” Dan il-grupp illum il-ġurnata għandu aktar minn 27,000 membru fih. B’hekk b’kurżità fuqi ridt inkun naf b’liema mod iżżomm lil dan il-grupp attiv. “Il-grupp attiv minnu għax ikun hemm mijiet ta’ posts kuljum mill-membri. Dan il-grupp ikun attiv ukoll billi nies li jaħdmu ġo dan is-settur għandhom iċ-ċans li juru l-affarijiet tagħhom bħala promozzjoni. Dawn il-ġranet fuq il-grupp jissejħu “Self-Promo Days” u b’hekk il-membri qed isiru jafu x’hawn fis-suq, u dwar servizzi offruti wkoll,” spjegatli tajjeb Anthea. Kollox ma’ kollox, l-għan tal-

grupp inġenerali huwa li l-membri tiegħu jaqsmu ideat dwar moda u l-aħħar moda fi stili. Filfatt ħafna mill-persuni jaqsmu flimkien xi jkunu ser jilbsu. Sirt naf ukoll li l-membri jaqsmu l-opinjoni tagħhom u b’hekk ikunu ta’ għajnuna biex kulħadd jidher l-aħjar tiegħu. L-għan hu li kulħadd ikollu informazzjoni ta’ x’inhu moda u le u forsi do’s and don’ts. B’hekk il-membri jkunu infurmati u għandhom post fejn jistaqsu għall-opinjoni mingħajr ġudizzju u jsibu l-għajnuna. Il-moda kapaċi tiddeskrivi bniedem Għal Anthea l-moda kapaċi tiddeskrivi bniedem. “Kulħadd bl-istil tiegħu, kulħadd uniku u kulħadd ifittex dak li jogħġbu u dak li jixraqlu. Il-moda tinsab hemm għal kull sess u size, imbagħad jiddependi mill-persuna. Jiena għalija tiddefinixxi min jiena.” Ma’ Anthea ddiskutejt dwar ilfatt jekk taħsibx li hawn Malta, il-Maltin għadhomx lura fejn tidħol moda, jew jekk sarx kam-

Il-moda minn dejjem kienet teżisti, u naħseb fejn qabel hawn iktar informazzjoni ta’ x’inhu għaddej. Sar kambjament qawwi għax għandna t-teknoloġija tgħinna, kif ukoll bl-għajnuna tal-blogers u tal-influencers li nuru x’hawn bħala l-aħħar moda u nistgħu nkunu bħala role models għal ħaddieħor

bjament qawwi. “Il-moda minn dejjem kienet teżisti, u naħseb fejn qabel hawn iktar informazzjoni ta’ x’inhu għaddej. Sar kambjament qawwi għax għandna t-teknoloġija tgħinna, kif ukoll bl-għajnuna talblogers u tal-influencers nuru x’hawn bħala l-aħħar moda u nistgħu nkunu bħala role models għal ħaddieħor.” Ridt inkun naf ukoll b’liema mod normalment iżżomm ruħha attiva fuq dan il-grupp tagħha u xi kemm sigħat tiddedika fuqu f ’ġimgħa sħiħa. Fil-fatt weġbitni: “Niddedika ħafna ħin kuljum, u nipprova nżomm ilgrupp pożittiv kemm jista’ jkun. Il-grupp għandu sett ta’ regoli li nara li qed jinżammu bħal pereżempju jkollna komunità welcoming, ma nittollerax hate speech u bullying, nuru rispett lejn xulxin, u nkunu sensittivi lejn xulxin billi dak li jiġi ppostjat fuq l-grupp jibqa’ bejnietna. Il-membri jkunu qed jistennew il-posts minn għandi, u nirċievi ħafna kummenti u messaġġi pożittivi fuq hekk. Ġimgħa speċjali li tkun popolari fuq ilgrupp tiegħi hija meta nattendi l-Malta Fashion Week. Din tiġi organizzata kull sena, u kulħadd jkun eċitat biex jara xi live videos minn tiegħi u xi ritratti li nieħu tal-catwalk. Naqsam mal-membri xi jkun għaddej hemmhekk u hekk iħossuhom li qed isegwu bħali,” tbissmet tgħidli. Żiedet tgħidli: “Jagħtini sodisfazzjon kbir u ta’ kuljum meta nara ħafna nies jikkomunikaw flimkien. Nies popolari Maltin


25

06.10.2019

kullhadd.com

ukoll, u b’hekk ninduna li dan il-grupp huwa ta’ għajnuna kbira u qed jagħmel ġid. Jagħtini sodisfazzjon ukoll li bis-saħħa talgrupp niġi mistiedna avvenimenti biex inkun iktar aġġornata f ’dan il-qasam tal-moda u s-sbuħija. Dejjem hemm x’titgħallem mill-grupp Però ridt nidħol aktar fil-fond talgrupp u interessajt ruħi dwar ittip ta’ diskussjonijiet li jsiru fuq il-grupp u x’tip ta’ pariri jgħaddu fuqu. “Diskussjonijiet isiru fuq

kollox relatat ma’ moda, u mal-isbuħija l-iktar. Minn ħwejjeġ, xagħar, dwiefer, skin care u iktar. Kulħadd ikollu d-ditta favorita tiegħu u xi metodu differenti. U permezz tal-grupp insiru nafu affarijiet ġodda u nitgħallmu minn professjonisti u bejnietna.” Dwar il-membri tal-grupp, sirt naf li l-maġġoranza huma Maltin, però kulħadd jista’ jissieħeb xorta waħda. Fl-aħħar nett, Anthea għaddiet messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Il-messaġġ tiegħi huwa li dejjem agħmlu u ilbsu dak li

tħossukhom tajjeb fih. Pruvaw qatt tagħtu kas x’jgħidu ta’ madwarkom u dejjem fittxu l-għajnuna sinċiera li twassalkom biex tkunu aħjar.” Għal dawk interessati li jaġġornaw ruħhom aktar dwar il-moda segwu fuq Instagram: antheasammutfashionagenda; Grupp Fashion Agenda https://www.facebook.com/ groups/149472602216398/? ref=share jew https://www. facebook.com/antheasammut53/


26

06.10.2019

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

06.10.2019

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 297

MONICA MIFSUD - MOSTA

Bi 3 Numri 031 034 044 058 147 168 180 223 224 254

330 373 427 457 525 542 568 582 596 635 655 720

748 842 887 926 951 968 969 987 B’4 Numri 0139

0308 0336 0950 1075 2500 2531 4114 5110 5143 7099 7162 7367

8185 8756 8848 9033 9073 9202 9532 B’5 Numri 00992 06406

51174 52490 67300 81700 85840 92079 B’6 Numri 038081 547027 644780

999481 B’7 Numri 1049475 5837079 8005164 9056087

Mimdudin: 1. Kompli l-qawl: Tgħoddx il ġranet tal- ......... għax ma jħallikx tistabar (5) 4. Mużew fil-Belt Valletta (4) 7,12W, 22. Tiqfux? (7) 9. Ara 6 10. Mhix tqila (6) 12. Ġebla kbira (6) 16. Gidba Ingliża! (3) 18,19. Nirfsu fuqu (5)

19. 20. 21. 23. 24.

Ara 18 Tista’ tkun ċiċri (5) Jistgħu jkunu tal-art (3) Ħafifa ħafna (4) Isofru (5)

5. 6,9. 8. 11. 12. 13. 14. Weqfin: 15. 1,11. Kulurita ferm (8) 2. Qatt Taljan (3) 17. 3. Meta jkun 21. qawwi jissejjaħ 22. riefnu (3)

Iddimostra (3) Ħarsu lejja (6) Madum antik? (9) Ara 1 wieqfa Ara 7 Noel Tellus Agius (1,1,1) Intaqtaq (6) Tagħmlu bħall-għasfur (6) Mhux issa (3) Fejn noqogħdu (3) Ara 7

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Ġarek, 4.Qorq, 7,9.Ibnek, 10.Maqbul, 12.Malinn, 16.Lia, 18,21 mimduda. Allat, 19.Ali, 20.Skoss, 24.Abbli

Weqfin: 1.Ġonġol, 2,23.Rakkont, 3.Kim, 5,15. Obbligati, 6,21W. Qallek, 8.Babilonja, 11.Ra, 12.Ma, 13.LAK, 14.Nassab, 17.Iva, 22.Tin


28

06.10.2019

kullhadd.com

AZZOPARDI JATTAKKA MĦALLEF • IFAĦĦRU ’L-QORTI META JIRBĦU U JATTAKKAWHA META JITILFU • DEPUTATI NAZZJONALISTI JIBQGĦU JIMMINAW L-ISTITUZZJONIJIET L-Avukat u d-Deputat Nazzjonalista, Jason Azzopardi, fetaħ attakk aħrax fuq Imħallef tal-Qorti Maltija għax ma tax raġun lilu, lil Simon Busuttil u lill-grupp ta’ Manwel Delia f ’kawża li fetħu l-Qorti bil-għan li jpoġġu tliet Ministri tal-Gvern taħt investigazzjoni. Filwaqt li kull darba li l-Qorti tagħtihom imqar biċċa raġun, anke jekk f ’xi dettall minn sentenza sħiħa, dan il-grupp ta’ nies joħroġ jiftaħar kemm imnalla jmorru l-Qorti biex skont huma jħarsu s-saltna tad-dritt. Iżda, mal-mument li jitilfu kawża jibdew l-attakk fuq min ikun ħa d-deċiżjoni. Nhar il-Ħamis, il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti, ma laqgħetx it-talba ta’ Repubblika rrappreżentata minn Azzopardi u Busuttil biex tibda inkjesta maġisterjali fil-każ tal-investimenti fl-Isptar San Luqa u sptarijiet oħra minn entità privata. Fiha riedu jdaħħlu lill-Ministri Konrad Mizzi, Chris Cardona u l-Professur Edward Scicluna. Wara li ma ntlaqgħetx din it-talba Repubblika issa reġgħet provat tibda mill-ġdid il-proċess anke jekk saħansitra kien deċiż minn qorti tal-appell. Il-Qorti reġgħu marru bl-istess talba oriġinali. Però kien hemm agħar minn hekk. B’reazzjoni għal dan Jason Azzopardi qal li “min ma jxommx l-intiena, jew imnieħru miżdud jew tant kemm hu maħmuġ li ma jistax ixomm l-intiena.” Ladarba huma talbu lill-Qorti

biex tipprova xxomm dak li kienu qed ixommu huma, ħafna interpretaw dak li qal Azzopardi bħala attakk ċar fuq l-Imħallef li ddeċieda l-każ. U d-dubju ma damx ma nqata’. Dan għax sieħbu, avukat fil-klikka ta’ Manwel Delia, Edward DeBono, għamilha ċara li r-referenza kienet għall-Imħallef. DeBono li fi żmien Simon Busuttil kien ikun sikwit fuq in-NET ixerred l-istess gideb ta’ Busuttil, kiteb fuq kumment ta’ Azzopardi u għamilha ċara li qed jirreferu għall-Imħallef. “L-Imħallef jew nesa l-prinċipji tal-filosofija tad-dritt jew qatt ma qara l-Money Laundering Act,” kiteb DeBono f ’kumment li għalih Jason Azzopardi kien pront faqqa’ like. Miegħu tagħmel like kien hemm ukoll Rosette Thake, l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u li fi kliemha stess baqgħet “partner in crime” ma’ Simon Busuttil. Minkejja dan kien hemm nies fil-Partit Nazzjonalista stess li ma tantx ħassewhom komdi jikkummentaw fuq il-posts kontinwi ta’ Azzopardi tant li dawn ġibdulna l-attenzjoni dwarhom u kellmuna kemm kienu xotti fejn is-soltu ċerti kummenti u reazzjonijiet.

Kummenti fuq il-midja soċjali li huma diretti lejn il-Qorti li ma qablitx mat-talba ta’ Jason Azzopardi

Iżda, din mhix l-ewwel darba li esponenti tal-Partit Nazzjonalista attakkaw il-Qorti anke jekk ġejjin u sejrin għandha jitolbu affarijiet differenti f ’każi differenti. Però

issa ndraw li meta l-Qorti tagħtihom raġun ħafna ewforija u meta le dlonk jattakkawha. Fl-istess ħin hemm min qed jistaqsi xi rwol se tieħu l-Kamra tal-Avukati u

jekk hijiex se tintervjeni fil-każ u oħrajn riċenti fejn l-integrità ta’ nies fil-ġudikatura u anke avukati ta’ esperjenza kienet attakkata mingħajr ebda rispett.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.