KullHadd_07.02.2016

Page 1

Ħarsa lejn IL-KUMMISSJONI GĦALL-ANZJANI

www.kullħadd.com Il-Ħadd, 7 ta’ Frar, 2016

Ara paġna 9

Ħarġa Nru 1,178 Prezz €1

€1 MILJUN F’DIRECT ORDERS L-Aġenzija Maltija għall-Informatika u t-Teknoloġija (MITA) tat mal€1 miljun f ’konsulenzi permezz ta’ direct orders fiż-żmien li d-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech kien iċ-Chairman tagħha bejn l-2008 u l-2011. Minn 100 kuntratt ta’ konsulenza li l-MITA tat matul dawn l-erba’ snin, 80 ingħataw permezz ta’ direct order. Claudio Grech huwa fost id-deputati magħżula minn Simon Busuttil biex jiffurmaw ix-Shadow Cabinet tal-Oppożizzjoni, fejn attwalment qed jokkupa l-kariga ta’ Shadow Minister għall-Ekonomija. Ara paġna 7

“HEMM BŻONN TIBDIL LI JIRRIFLETTI Ż-ŻMINIJIET”

Iktar mis-saga tal-karozzi tal-ministri Nazzjonalisti…

BIDLUHA TLIET DARBIET Wara li d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Toni Abela ġie nominat mill-Prim Ministru għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Partit Laburista qiegħed jilqa’ n-nomini għal Deputat Mexxej ġdid. Ilbieraħ il-Ministru Konrad Mizzi tefa’ l-ewwel nomina, wara li l-Istatut ġie emendat biex jippermetti lillmembri parlamentari jikkontestaw għal din il-kariga. Fid-dawl ta’ dan it-tiġdid, Dr Abela fissrilna kif fil-kariga ta’ Deputat Mexxej irid ikun hemm persuna li tirrifletti ż-żminijiet tal-lum. Filwaqt li ta ħarsa lura lejn ix-xogħol li huwa wettaq fi ħdan il-Partit fl-aħħar snin, tkellem ukoll fuq l-isfidi li l-Partit issa għandu quddiemu.

L-ispejjeż totali fuq il-karozzi uffiċjali ta’ żewġ ministri talaħħar Gvern Nazzjonalista laħħqu l-€160,000. Fost oħrajn, Gvern Nazzjonalista kien daħal għal spiża ta’ €70,000 fuq kirjiet ta’ karozzi li ntużaw b’mod uffiċjali minn Mario de Marco u George Pullicino. Fl-istess ħin l-ispiża fuq il-fjuwil għall-karozzi ta’ de Marco u Pullicino kienet ta’ €41,000. Jirriżulta wkoll li de Marco u Pullicino bidlu l-karozza tagħhom xejn inqas minn tliet darbiet f ’ħames snin.

Ara paġna 3

Ara paġna 5


02 07|02|2016

kullħadd.com

LOKALI

ĦU NORMAN VELLA ĦATI LI GĦAJJAR LIL ALLA ‘PEDOFLU’ Ħu l-kandidat tal-PN u l-preżentatur fuq Net TV Norman Vella, Alessandro, li jagħmel skeċċ satiriku fl-istess programm ta’ ħuh, fl-2014 instab ħati li offenda lil Alla bilkelma ‘pedoflu’ fost ħafna tgħajjir u dagħa ieħor, u ngħata sentenza ta’ probation mill-Maġistrat Aaron Bugeja. Fl-istess sena li wettaq ir-reat u waqt li kien qed jistenna li jgħaddi proċeduri l-Qorti, Alessandro Vella ngħata xogħol mal-PBS fl-2011, l-istess stazzjon li fuqu ħuh Norman kien jagħmel programm li kien magħruf sew għall-iżbilanċ tiegħu kontra rappreżentanti ġejjin min-naħa tal-Partit Laburista. Alessandro Vella, li jinterpreta l-karattru ta’ Billy Borda fil-programm ta’ ħuh Norman fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista Net TV, ftit tal-ġimgħat ilu kien qed jieħu sehem fil-programm ta’ ħuh, bħalma jagħmel kull ġimgħa, li fih kien hemm mistieden Glenn Bedingfield. Ironikament il-programm kien qiegħed jiddiskuti kummenti li għadda Glenn Bedingfield b’rabta mal-Arċisqof Charles Scicluna, iżda Alessandro Vella ma ddejjaqx jidher fih minkejja li fil-passat huwa nstab ħati ta’ vilifikazzjoni tarreliġjon. Fiċ-chat fuq l-MIRC li fuqu Alessandro Vella kien akkużat mill-Pulizija, Vella uża kliem bħal pedofelu, żibel, ħanzir u anke li kien hemm tbagħbis tat-tfal. Dan il-kliem kien attribwiti lil Alla u lill-Familja Mqaddsa. Minkejja dan Norman Vella deherlu li kellu jħalli lil ħuh Alessandro jieħu sehem fil-programm tiegħu, u huwa evidenti li kellu l-intenzjoni li jpoġġi lil Bedingfield f ’dawl ikrah.

MATER DEI FL-2015…

INVESTIMENT TA’ €4 MILJUN F’APPARAT MEDIKU Il-qasam tas-saħħa huwa qasam ħaj li l-ħin kollu għandu bżonn jiġġedded. Biex dan isir, ta’ kull sena jsiru numru ta’ proġġetti u jinxtara apparat, Dan iwassal biex jintużaw metodi ta’ kura ġodda għallġid tal-pazjent. Fl-2015, f ’Mater Dei saret nefqa ta’ madwar €4 miljun f ’apparat mediku li bih bdew jiġu offruti servizzi ġodda bħal capsule endoscopy, contrast ultrasound, vascular ultrasound u clot retrieval treatment. F’kumment li ta lill-gazzetta KullĦadd, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne qal li l-ispiża fil-qasam tas-saħħa mhix biss għall-immaniġġjar talisptarijiet tagħna, jew għal operazzjonijiet ta’ rutina li jsiru, iżda rridu ninvestu wkoll f ’teknoloġiji ġodda li aktar minn qatt qabel qegħdin iwasslu biex il-pazjenti tagħna jingħataw aktar kura sofistikata u f ’ċerti oqsma anke b’teknoloġiji u metodi ġodda li lanqas biss kienu immaġinabbli snin ilu u li llum qegħdin ifissru ħajja ta’ bniedem. Permezz tal-clot retrieval treatment, pereżempju, f ’ċertu każijiet jista’ jitneħħa embolu (blood clot) minn persuna li tkun għadha kemm sofriet puplesija (stroke). Permezz ta’ din itteknoloġija, ir-radjoloġista jaċċessa l-embolu (blood clot) mill-arterja u jiġbdu waqt li l-pazjent ikun taħt l-effettt talloppju. Kull intervent ta’ dan it-tip jiswa madwar €6,000. Il-vascular ultrasound huwa investiment ta’ €100,000 u qed

jintuża biex l-ispeċjalisti f ’dan il-qasam ikunu jistgħu jaraw liema arterji huma misdudin jew dojoq u liema vini jistgħu jintużaw għal bypass fost proċeduri oħra. Il-vascular ultrasound se jkun qed jintuża fuq pazjenti li għandhom problemi filvini, pazjenti li kellhom puplesija biex wieħed ikun jista’ jara b’aktar preċiżjoni jekk hemmx sadd ta’ arterji, f ’nies li għandhom problema bil-vini varikożi u pazjenti li għandhom problema fl-arterji kkawżati mid-dijabete. F’dan il-każ din il-magna talultrasound se tkun tista’ tara fejn hemm problema ta’ vini u f ’ċerti każi twassal biex isir intervent kirurġiku mingħajr

il-bżonn li jkollu jitlef xi parti minn ġismu minħabba d-dijabete. Huwa stmat li se jsiru madwar 5,000 scan kull sena bil-magna tal-vascular ultrasound ġdida f ’Mater Dei. Permezz tal-capsule endoscopy, li fiha kamera tar-ritratti inkorporata u li kapaċi tieħu r-ritratti tal-istonku kollu inkluż l-imsaren, it-tobba u speċjalisti jkunu jistgħu jaraw dawk il-partijiet li sa ftit ilu ma kinux jintalħqu bl-istrumenti tradizzjonalment użati flendoskopija. Il-pazjent jiġi l-isptar filgħodu fejn jingħata l-kapsula, filwaqt li jitwaħħal miegħu apparat żgħir ta’ monitoraġġ li jkun qed jirrekordja r-ritratti kollha li

din il-kapsula tkun qed tibgħat kull sekonda. Il-kapsula tieħu madwar għaxar sigħat sabiex tgħaddi mill-musrana sakemm toħroġ mal-ippurgar u, matul dan il-ħin, tkun ħadet madwar 100,000 ritratt li jkunu eżaminati mit-tobba u speċjalisti biex jaraw jekk hemmx xi problemi. “Barra l-apparat li nxtara matul l-2015, ta’ min ifakkar ukoll li din kienet is-sena li fiha lħaqna miri kbar fil-qasam tas-saħħa. Ftaħna ċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, li wassal biex għallewwel darba f ’pajjiżna l-qasam tal-kura tal-kanċer inġabar kollu taħt saqaf wieħed. Dan barra li f ’dan iċ-ċentru qiegħed jingħata s-servizz

ta’ radjoterapija tal-ogħla livell, b’żewġ linear accelerators li nxtraw u li qegħdin jagħtu terapija aktar iffukata fuq ilparti li jkun hemm bżonn mingħajr ma taffettwa organi oħra fil-viċin,” qal Fearne. Huwa żied jgħid li l-2015 kienet ukoll is-sena li bdiet tielgħa binja ġdida f ’Mater Dei, biswit l-Emerġenza. “F’din ilbinja diġà nfetħu żewġ swali, u għalhekk inxtara wkoll l-apparat kollu li kien hemm bżonn biex jiġu mgħammra dawn is-swali. Hija l-viżjoni ta’ dan il-Gvern li x-xogħol fuq din il-binja jkompli ħalli jkollna sptar għall-maternità u t-tfal,” qal Fearne. L-2016 se tkun sena li se jkompli dan l-investiment f ’apparat fejn, fost oħrajn, mistennija tingieb Malta magna speċjali tal-X-ray magħrufa bħala ‘Biplanar angio’ u li se tkun qed tirrevoluzzjona l-istudju talarterji. B’din il-magna se jkun possibbli li jsiru ċertu proċeduri fil-moħħ, bħallkura tal-aneurysm. Makkinarju ieħor li se jinxtara huwa t-3D Electro Physiology Mapping. Dan ilmakkinarju jistudja l-elettriku tal-qalb u l-għan prinċipali tiegħu huwa li jgħinna nikkontrollaw l-irregolarità tal-polz. Se jkun qiegħed jiżdied ukoll CT scanner ġdid li jgħin biex tkompli tonqos illista ta’ stennija. Is-CT scanner mistenni joffri testijiet tal-qalb mingħajr ma jidħlu pajpijiet fil-qalb tal-persuna u għalhekk isir numru akbar ta’ testijiet tal-qalb.


LOKALI

kullħadd.com

07|02|2016 03

“IL-PARTIT SAR BENNIENA TA’ KOALIZZJONI TA’ INTERESSI VARJI FIS-SOĊJETÀ” Fid-dawl tal-fatt li l-ġimgħa l-oħra d-Deputat Laburista għall-Affarijiet tal-Partit Toni Abela kien innominat bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, din il-gazzetta tkellmet miegħu u tat ħarsa lura lejn ir-raġuni li kien daħal għal din il-kariga tmien snin ilu, x’kienu l-affarijiet li xtaq iwettaq fil-partit dak iż-żmien, kif ukoll jekk hemmx xi memorji partikolari li se jibqa’ jiftakar b’mod speċjali, fost affarijiet oħrajn. “Ridt nuri lin-nies li hemm min lest jaffronta sidru għalihom” Mistoqsi għalfejn kien daħal f ’din il-kariga ta’ Deputat Mexxej tmien snin ilu, Abela sostna li ried ikun ta’ utilità determinanti fil-Partit Laburista. “Is-sens ta’ storja, anke wara l-avvenimenti li kelli fl-1989 fil-Partit Laburista, bħal don-

nu beda jsejjaħli biex nersaq ’il quddiem. Kont determinat li naħdem f ’dan il-Partit f ’kariga li tippermettili li mhux biss innissel l-għaqda interna iżda li nikkonsolida dak li għamlu ta’ qabli. Mingħajr l-għaqda qatt ma tista’ tirbaħ elezzjoni, u naħseb li din il-missjoni qdejtha,” sostna Abela. Mitlub jgħid x’kienu l-affarijiet li xtaq iwettaq fil-partit dak iż-żmien, Abela fisser li l-proġett prinċipali tiegħu kien li xtaq li n-nies iħossuhom qrib il-Partit u l-Partit jagħmel minn kollox biex ikun qribhom, anke f ’affarijiet li jidhru żgħar; fi ftit kliem, dan kien proġett uman. “Għalhekk il-kwantità kbira ta’ attivitajiet ta’ kull xorta; minn dawk popolari u ta’ konsum għal dawk kulturali u storiċi. Għamilt dan kemm fuq livell ta’ struttura tal-Partit u anke fuq inizjattivi bħalma kienu l-kitba, ir-radju u d-dibattiti politiċi. Ridt nuri lin-nies li

hemm min lest jaffronta sidru għalihom,” enfasizza d-Deputat Mexxej uxxenti tal-Affarijiet tal-Partit. Benniena ta’ koalizzjoni

Fuq il-passi ’l quddiem li għamel il-Partit, Abela fisser li l-Partit inbidel għalkollox fil-mod ta’ kif dan jipprojetta ruħu. Dan hekk kif dawk ilbidliet, li forsi jidhru kożmetiċi, kienu biss parti minn proġett akbar ta’ kif il-Partit ipprojetta lilu nnifsu. “Inbidel tant li llum, sezzjonijiet soċjali, li sa ftit ilu kienu jħossuhom komdi aktar mal-Partit Nazzjonalista, qed isibu fil-Partit Laburista d-dar naturali tagħhom. Il-Partit sar aktar il-benniena ta’ koalizzjoni ta’ interessi varji fis-soċjetà milli rappreżentattiv ta’ sezzjoni waħda,” enfasizza Abela. Madankollu, huwa saħaq li l-valuri bażiċi tal-Partit

baqgħu l-istess – li l-kejl tal-ġid għandu jibda mill-bżonnijiet ta’ dawk li huma l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. Dan mhux qed jingħad minn fomm Abela biss iżda, fil-fatt, qiegħed imnaqqax fl-Istatut tal-Partit stess. Mitlub jikkummenta fuq l-isfidi li għad baqagħlu jiffaċċja l-Partit, Abela sostna li l-isfida li għandu quddiemu llum il-Partit hija dik li malajr kemm jista’ jkun isiru t-tibdiliet meħtieġa biex jirriflettu ż-żminijiet. “Illum il-politika m’għadhiex issir mill-pjazez u s-swali. Fl-elezzjoni li ġejja l-kampanja elettorali se tkun miġġielda fuq is-siti elettroniċi aktar minn dik ta’ qabilha. Għalhekk kien hemm bżonn li l-kariga tiegħi timtela biex tinstab il-persuna li tirrifletti ż-żmien. It-tieni ħaġa li trid issir hija li mhux biss inkomplu nikkonsolidaw dak li sar iżda nżidu l-valur politiku b’mod li jidher u jinħass,” fisser umil-

ment Abela. Memorji

Fl-aħħar nett, mistoqsi jekk hemmx xi memorji li se jibqa’ jiftakar b’mod speċjali, id-Deputat Mexxej tal-Partit stqarr li hemm żewġ mumenti partikolari. “Mument minnhom kien meta tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni li għaddiet. Il-ferħ u l-biki ta’ dawk li ħadmu għar-rebħa elettorali u kif ukoll il-ferħ tan-nies fit-toroq dakinhar li Joseph daħal fil-Parlament biex jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru,” fisser b’nostalġija Abela. Fuq nota inqas sabiħa, Abela temm jgħid li t-tieni ħaġa li qatt ma jista’ jinsa hija n-niket tal-familja tiegħu u l-mewt ta’ missieru b’konsegwenza ta’ persuna injoranta għax ma għarfitx il-konsegwenzi ta’ għemilha meta tatu f ’idejn l-ilpup.

KONRAD MIZZI JITFA’ N-NOMINA TIEGĦU

L-Avukat Toni Abela jindirizza l-aħħar KĠS bħala Deputat Mexxej

Intant, wara li lbieraħ kienet l-ewwel ġurnata li fiha dawk interessati li jikkontestaw għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit setgħu jitfgħu n-nomina tagħhom, il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista laqgħet in-nomina tal-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi. In-nomina ta’ Konrad Mizzi kienet proposta minn Ġuża Cassar u ssekondata mill-Ministru Owen Bonnici. In-nominazzjonijiet jibqgħu miftuħin sa nhar it-Tlieta li ġej. L-elezzjoni għal ħatra ta’ Deputat Mexxej Laburista hija skedata li ssir il-Ħamis 25 ta’ Frar li ġej.


04 07|02|2016

kullħadd.com

LOKALI

TURIJA TA’ APPREZZAMENT GĦAL SERVIZZ SIEWI

LIAM GAUCI liam@kullhadd.com Mit-twaqqif tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (DPĊ) fis-sena 2000, il-membri tiegħu, b’differenza għal korpi dixxiplinati oħra, ma kinux jirċievu pensjoni tal-irtirar wara ħamsa u għoxrin sena servizz. Dan il-Gvern, kif wiegħed fil-manifest elettorali, neħħa din l-anomalija u, grazzi għal amendi fil-liġi li daħlu fisseħħ fit-13 ta’ Ottubru 2015, il-membri kollha tas-DPĊ ukoll qegħdin jiġu rikonoxxuti għas-servizz tant utli li huma joffru liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin f ’mumenti diffiċli. B’hekk dan il-Gvern wera bilfatti li kien wasal il-mument li wieħed ikompli jagħti valur lill-ħidma tant siewja li jagħmlu dawn il-membri li litteralment jgħaddu minnar għalina. Il-fatt li dan ilKorp huwa importanti għallGvern preżenti ma ħariġx biss bl-implimentazzjoni tar-riforma fil-pensjonijiet tal-membri tiegħu, imma anke b’investiment ta’ €235,000 f ’sistema ġdida ta’ komunikazzjoni moderna, kif ukoll fix-xiri ta’ vetturi ġodda. Matul l-aħħar snin l-istatistiki wrew b’mod ċar kemm isservizz ta’ dan il-Korp huwa importanti għal pajjiżna. Fl2014 u fl-2015 din it-taqsima kellha kważi 5000 sejħa għallassistenza. L-akbar numru ta’ sejħiet għall-assistenza ġeneralment ikunu fis-sajf. Eżempju ta’ din kienet issena 2014 meta f ’Awwissu kien hemm aktar minn 650 telefonata, filwaqt li l-anqas xahar li ra talbiet kien dak ta’ Diċembru b’madwar 270 sejħa. Il-każijiet ivarjaw minn assistenza ta’ nirien, inċidenti tat-traffiku, każijiet ta’ salvataġġ u anke każijiet fejn jiġu salvati annimali.

li ngħidu li l-awtoritajiet, fuq bażi personali, kienu jaqblu mal-argumenti tagħna imma Meta konna mmorru nitkellmu għal xi raġuni qatt ma qablu mal-awtoritajiet ikkonċernati kienu dejjem, biex jimplimetawa.” Fl-aħħar kumment tiegħu fejn jaqblilhom, jgħidu li aħna korp Psaila ħa l-okkażjoni biex dixxiplinat, u fejn jaqblilhom jgħidu li aħna jirringrazzja lill-Avukat Ian Spiteri Bailey li sa mill-bidu dipartiment tal-Gvern. emmen fil-kawża tad-DPĊ u ta pariri siewja li wasslu għallEmanuel Psaila, DPĊ kisbiet mixtieqa. Sitwazzjoni frustranti

KullĦadd Il-gazzetta tkellmet dwar din ir-riforma ma’ Emanuel Psaila, Maniġer fi ħdan id-Dipartiment talProtezzjoni Ċivili, li ħadem għal din il-bidla fil-liġi għal madwar sittax-il sena bħala President tal-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili. Psaila ddeskriva s-sitwazzjoni ta’ qabel ir-riforma bħala frustanti għax wieħed kien jara ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol imma ma jgawdux mill-istess drittijiet. “Bħala eks-President talAssoċjazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili, li tajjeb ngħidu li llum hija trejdunjin, konna elenkajna erba’ affarijiet serji biex nitkellmu fuqhom, li tnejn minnhom kienu l-pensjoni tasservizz wara ħamsa u għoxrin sena u li kull ħaddiem jista’ jissieħeb fi trejdunjin. Meta konna mmorru nitkellmu malawtoritajiet ikkonċernati kienu dejjem, fejn jaqblilhom, jgħidu li aħna korp dixxiplinat u fejn jaqblilhom jgħidu li aħna dipartiment tal-Gvern.” Dan dam isir għal aktar minn tlettax-il sena hekk kif fl-2003 l-Assoċjazzjoni ppreżentat memo bit-talbiet tagħha lillawtoritajiet li, però, baqgħu fuq l-ixkaffa. “L-argument tagħna dejjem kien li, ġaladarba qed nobdu r-regoli kollha ta’ korp dixxiplinat u nofs il-ħaddiema kellhom dan il-benefiċċju, għaliex in-

nofs l-ieħor ma għandux? Tant konna nemmnu li dan huwa dritt tagħna li konna ftaħna kawża lill-Gvern li eventwalment irbaħnieha biex jinfetaħ il-Joint Negotiation Council ħalli fih inressqu t-talbiet tagħna.” Psaila spjega li kien ta’ gwadann kbir għall-membri tad-DPĊ li jkunu jistgħu jirtiraw bil-pensjoni wara li jagħtu 25 sena servizz. Għaldaqstant, huwa tenna li r-riforma ntlaqgħet tajjeb ħafna minn kulħadd u issa kull membru ġdid jista’ jidħol fid-DPĊ mingħajr ma jkollu jitkellem dwarha għax hija parti mil-liġi u ser jingħata lil kull min jifforma parti millforza. Mistoqsi jekk iħossx li din ir-riforma hija wirja ta’ apprezzament min-naħa tassoċjetà għas-servizz li jagħti d-DPĊ, Psaila sostna li kull inċentiv, ċkejken kemm ikun ċkejken, jistimula lill-ħaddiema għax awtomatikament iħossu li hemm xi ħadd hemm barra li ftakar fihom. Madankollu, huwa spjega li l-pubbliku dejjem apprezza x-xogħol tal-korp u, anzi, kien ikun hemm min jissorprendi ruħu li l-membri tiegħu ma kinux igawdu mill-benefiċċji li ddaħħlu s-sena li għaddiet. “Il-pubbliku inġenerali dejjem qabel li għandu jkun hemm dan il-benefiċċju, anzi kienu jiskantaw meta konna ngħidu li ma għandniex. Tajjeb ukoll

Investiment kontinwu F’kummenti li ta lill-gazzetta KullĦadd, il-Ministru għallIntern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela ddeskriva l-introduzzjoni tal-pensjoni tas-servizz bħala waħda minn katina ta’ inizjattivi li l-Gvern qiegħed jieħu favur it-titjib talkundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili. Huwa semmielna wkoll kif ħarsa lejn l-aħħar xhur turi li sar aktar investiment firriżors uman. Fosthom, wara sittax-il sena sħaħ, sar l-ewwel reklutaġġ fid-DPĊ li wassal

2006. Għaldaqstant, issa l-maġġoranza tax-xiftijiet flistazzjonijiet żdidulhom innumru ta’ uffiċjali; fatt li qed iwassal biex ix-xogħol f ’livell maniġerjali qiegħed ukoll ikompli jara titjib. Barra minn hekk, din il-gazzetta tinsab infurmata li bħalissa għaddej ukoll l-ingaġġ għal voluntiera mad-DPĊ. Fejn jidħol it-taħriġ, ilMinistru qalilna li, apparti t-taħriġ regolari fuq livell lokali, fl-aħħar sentejn 69 membru tal-Protezzjoni Ċivili segwa taħriġ barra minn xtutna, ivvalutat għal €18,500. “L-investiment f ’tagħmir ġdid sabiex dawn il-membri jkomplu jaqdu dmirijiethom b’aktar effiċjenza għaddejja kontinwament,” qalilna Abela. Huwa temm jgħid li din is-sena se nkomplu naraw aktar immodernizzar filDipartiment tal-Protezzjoni Civili, grazzi għal aktar investimenti fosthom f ’vetturi kontra n-nar. Dan wara li s-sena l-oħra nxtrat sistema

Il-pubbliku inġenerali dejjem qabel li għandu jkun hemm dan il-benefiċċju, anzi kienu jiskantaw meta konna ngħidu li ma għandniex. Emanuel Psaila, DPĊ għall-ingaġġ ta’ 61 pumpier. B’hekk illum din is-sezzjoni għandha 180 membru, li huwa l-akbar numru ta’ pumpiera mit-twaqqif tagħha. Innota wkoll kif, fl-aħħar ġimgħat, tnax-il-membru ngħataw il-promozzjoni għal Leading Assistant Rescue Officers wara l-assenza ta’ għaxar snin hekk kif l-aħħar LARO laħqu fl-

ġdida ta’ komunikazzjoni moderna. Barra minn hekk, 140 radju u ġew installati f ’kull stazzjon u f ’kull vettura flimkien ma’ repeaters, biex it-tweġibiet għas-sejħiet ta’ emerġenza li jsiru mill-pubbliku jkunu iżjed f ’waqthom. Dawn bidlu sistemi antikwati li kienu jeżistu u llum is-sistema twassal sa Sqallija.


LOKALI

kullħadd.com

07|02|2016 05

FL-AĦĦAR ŻEWĠ LEĠIŻLATURI…

€9 MILJUN F’PAGI GĦAN-NIES TA’ FIDUĊJA F’KASTILJA

RITIANNE AGIUS PA, li wkoll kienu jaqgħu taħt ritianne@kullhadd.com l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Din l-informazzjoni ngħatat din il-ġimgħa fil-Parlament Matul l-aħħar żewġ leġiżla- mill-Prim Ministru Joseph turi l-Uffiċju tal-Prim Minist- Muscat, wara mistoqsijiet li ru kien jimpjega medja ta’ 62 saru mid-Deputat Laburista persuna kull sena fuq bażi ta’ Charles Mangion. L-inforfiduċja; dawk magħrufa aħjar mazzjoni nħarġet b’risposta bħala persons of trust. Bejnieth- għal żewġ mistoqsijiet separati, om dawn irċevew kważi €9 fejn f ’waħda ntalbu l-pożizzjonijiet ta’ fiduċja, u fl-oħra miljuni f ’salarji bażiċi. Din is-somma tinkludi biss s-salarji tal-persuni li kienu is-salarju bażiku tal-ħaddiema jokkupaw dawn il-pożizzjoniu l-konsulenti fis-Segretarjat jiet. tal-Prim Ministru u s-Segretarjat Parlamentari, u teskludi Gordon Pisani nefaq iktar l-mijiet ta’ eluf ta’ ewro oħra minn nofs miljun ewro f ’sali nħarġu f ’allowances għall-ist- far ess ħaddiema. Esklużi wkoll il-pagi tal-persuni appuntati Mill-informazzjoni mpoġġija fuq bordijiet u dawk fil-ME- fuq il-mejda tal-kamra jispikkaw numru ta’ figuri u pożizzSALARJI BAŻIĊI jonijiet. Ewlieni fosthom huwa Edgar Galea Curmi, li matul 2004 – €770,897 l-aħħar żewġ leġiżlaturi kien il-Kap tas-Segretarjat ta’ Law2005 – €751,476 rence Gonzi. Galea Curmi, 2006 – €870,325 impjegat bħala persuna ta’ fiduċja, kellu salarju bażiku li 2007 – €881,217 fl-2004 beda minn €26,389 2008 – €953,231 fis-sena u baqa’ tiela’ sakemm fl-2012 laħaq €36,126. Appar2009 – €1,013,413 ti s-salarju kellu l-allowances, li bdew minn €6,690 fl-2004 2010 – €1,208,428 u fi tmien snin żdiedu għal 2011 – €1,206,443 €11,712. Barra minn dawn kellu eluf ta’ ewro oħra f ’allowanc2012 – €1,268,473 es għal servizzi ta’ komunikaTOTAL – €8,923,903 zzjoni u fjuwil, kif ukoll għal

safar uffiċjali. Jispikka wkoll il-Kap tal-Komunikazzjoni ta’ Kastilja, Gordon Pisani, li okkupa din il-kariga ta’ fiduċja mill-2008 sal-elezzjoni tal-2013. Is-salarju bażiku ta’ Pisani beda minn €16,283 fl-2008 u spiċċa b’€29,915 fl-2012. Għalkemm dan is-salarju u l-allowances abbinati miegħu huma konformi ma’ salarji oħra fi gradi simili, jispikka l-ammont li Pisani rnexxielu jonfoq f ’dak deskritt bħala safar uffiċjali. Fuq ħames snin, bejn l-2008 u l-2012, Pisani nefaq total ta’ €510,355, jiġifieri iktar minn nofs miljun ewro. Fost il-pożizzjonijiet ta’ fiduċja f ’dawn il-leġiżlaturi wieħed jista’ jsib karigi li huma assoċjati ma’ dan it-tip ta’ appuntamenti, u li jinkludu rwoli amministrattivi, ta’ konsulenzi, u ta’ sigurtà. Iżda mbagħad hemm karigi oħra bħal dawk ta’ housekeeper, ġardinara u cleaners li wkoll ġew appuntati fuq bażi ta’ fiduċja u għalhekk m’għaddewx mill-proċess normali ta’ ingaġġ fis-servizz pubbliku. Minkejja dan kollu, illum il-Partit Nazzjonalista qiegħed jikkritika l-ingaġġ ta’ persuni ta’ fiduċja mill-Gvern preżenti, bħallikieku din il-prattika, li ilha tintuża snin twal, rat il-bidu tagħha f ’din il-leġiżlatura.

BIDLU L-KAROZZA TLIET DARBIET F’ĦAMES SNIN

L-ispejjeż totali fuq il-karozzi uffiċjali ta’ żewġ ministri talaħħar Gvern Nazzjonalista laħħqu l-€160,000. Fost oħrajn Gvern Nazzjonalista kien daħal għal spiża ta’ €70,000 fuq kirjiet ta’ karozzi li ntużaw b’mod uffiċjali minn Mario de Marco u George Pullicino. Fl-istess ħin l-ispiza fuq il-fjuwil għall-karozzi ta’ de Marco u Pullicino kienet ta’ €41,000. Bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, Mario de Marco bidel il-karozza uffiċjali tiegħu tliet darbiet. Bejn Jannar 2008 u Frar 2009 għamel użu minn karozza BMW 528, li kienet inxtrat fis-sena 2000 għal €31,000. Fl-istess perjodu saret spiża ta’ €10,500 fi spejjeż ta’ tiswijiet fuq din il-karozza u f ’kirjiet ta’ karozzi minflokha. Fi Frar 2009, de Marco bidel il-karozza u sa Ottubru 2009, għal tmien xhur biss, għamel użu minn karozza Peugeot 607. Din il-karozza kienet mikrija; kirja li b’kollox swiet €18,000 jew medja ta’ €75 kuljum. F’Novembru 2009 de Marco imbagħad reġa biddel il-karozza u sal-elezzjoni ġenerali beda

juża Mercedes Benz E200, li nxtrat għalih minn fondi pubbliċi għal €32,000. Il-Gvern nefaq €5,700 oħra fuq tiswijiet ta’ din il-karozza u f ’kirjiet ta’ karozzi minflokha. L-ispiża fuq fjuwil għat-tliet karozzi uffiċjali ta’ Mario de Marco kienet €21,00 George Pullicino, bħal Mario de Marco, ukoll bidel il-karozza uffiċjali tiegħu tliet darbiet bejn l-2008 u l-2013. Bejn Jannar 2008 u Mejju 2009 kien juża BMW 520, li kienet inxtrat fl-1999. Minn Mejju sa Ottubru 2009, għal ħames xhur biss, il-Gvern daħal għal kirja ta’ karozza Mercedes E-Class għal George Pullicino. Din il-karozza nkriet għal kważi €70 kuljum, bi spiża totali ta’ €10,600. F’Novembru 2009, Pullicino reġa’ bidel il-karozza uffiċjali tiegħu u sal-elezzjoni ġenerali beda juża BMW 520D, mikrija għal €33 kuljum. L-ispiża sħiħa fuq il-kirja ta’ din il-karozza telgħet għal €40,800. L-ispiża fuq il-fjuwil għall-karozzi uffiċjali kollha tal-Ministru George Pullicino bejn Jannar 2008 u Marzu 2013 kienet €20,000.


06 07|02|2016

kullħadd.com

LOKALI

LEJN L-AKBAR PROĠETT NAZZJONALI

QABŻA KBIRA FIL-KWALITÀ FL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART F’PAJJIŻNA Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Prim Ministru Joseph Muscat, li kien akkumpanjat mill-Ministru għallIżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil filKlima Leo Brincat, mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u l-Presidenza tal-UE 2017 Ian Borg, u l-Kummissarju Ewropew għallAmbjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd Karmenu Vella, inawgura l-akbar proġett nazzjonali li tlesta mill-Waste Serv, dak tal-impjant tal-Għallis jew kif inhu magħruf aħjar, il-Malta North. Dan l-impjant mhux biss huwa d-doppju fiddaqs minn dak ta’ Sant’Antnin, iżda huwa l-akbar proġett nazzjonali li tlesta f ’pajjiżna sal-lum f ’din il-leġiżlatura. Permezz ta’ dan kollu, għall-ewwel darba f ’pajjiżna se jkun qed jiġi trattat id-demel tal-annimali. Dan se jkollu l-kapaċità li jittratta madwar 39,000 tunnellata ta’ demel tal-annimali. Apparti hekk, se jiġu ttrattati 66,000 tunnellata ta’

ANAEROBIC DIGESTION PLANT: QABEL, WAQT U WARA X-XOGĦOL

skart domestiku, 47,000 tunnellata ta’ skart goff u mistenni jiġġenera 9.82GwH kull sena. L-impjant il-ġdid tal-Waste Serv fl-Għallis se jkun qed jagħti kontribut dirett kemm fit-twettiq talpjan nazzjonali tal-immaniġġjar tal-iskart kif ukoll għall-ipproċessar tal-iskart f ’pajjiżna. Dan għax se jnaqqas l-ammont ta’ skart li jispiċċa fil-landfill, speċjalment skart bijodegradabbli. Fl-istess waqt se jgib lil pajjiżna f ’qagħda ferm aktar favorevoli minn qatt qabel għax se jkun qed jiffaċilita l-proċess għall-irkurpru tal-materjal, inkluż dak tal-ippakkeġġjar u tal-irkupru talenerġija mill-mixed residual waste f ’konformità malWaste Framework Directive tal-Unjoni Ewropea. Din il-gazzetta tat ħarsa lejn ix-xogħlijiet li saru biex inbena dan l-impjant. Din il-faċilità hija maqsuma f ’żewġ dipartimenti ewlenin - l-Anaerobic Digestion Plant u l-Mechanical Treatment Plant.

MECHANICAL TREATMENT PLANT: QABEL, WAQT U WARA X-XOGĦOL


LOKALI

kullħadd.com

07|02|2016 07

MITA: €1 MILJUN F’DIRECT ORDERS FI ŻMIEN CLAUDIO GRECH Il-MITA tat mal-€1 miljun f ’konsulenzi permezz ta’ direct orders fiż-żmien li d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech kien iċ-Chairman tagħha bejn l-2008 u l-2011. Minn 100 kuntratt ta’ konsulenza li l-MITA tat matul dawn l-erba’ snin, 80 ingħataw permezz ta’ direct order. Fost dawk li ngħataw kuntratti permezz ta’ direct order kien hemm l-opinjonista Nazzjonalista Dr Andrew Borg Cardona u d-ditta legali Fenech & Fenech fejn taħdem il-President tal-

Partit Nazzjonalista Dr Anne Fenech. Fl-erba’ snin li Grech għamel Chairman tal-MITA meta din kienet taqa’ taħt l-eks Ministru Nazzjonalista Austin Gatt, huwa tħallas mas-€60,000. Fl-istess ħin il-MITA ħallset €25,000 f ’kiri ta’ karozzi għal Grech u l-ispiża fuq il-fjuwil laħħqet is-€6,000. Qabel ma ntgħażel biex imexxi l-MITA, Claudio Grech għamel snin jaħdem bħala persuna ta’ fiduċja maleks-Ministru Austin Gatt, fejn kien anki l-Kap tas-Segretarjat

privat tiegħu. Ftit tas-snin qabel ma beda jaħdem ma’ Austin Gatt, il-Qorti kienet sabet lil Grech ħati li ffalsifika karta tal-identità tal-Pulizija. Claudio Grech illum huwa x-Shadow Minister ta’ Simon Busuttil dwar l-ekonomija. Ironikament kemm ilu membru parlamentari Nazzjonalista minn wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, Grech għamel sensiela ta’ mistoqsijiet parlamentari lil Ministeri differenti dwar iddirect orders u l-persuni ta’ fiduċja.

IKTAR MINN 1,500 STUDENT FIL-BREAKFAST CLUB Matul l-ewwel semestru ta’ din is-sena skolastika kien hemm total ta’ 1,567 student li ta’ kuljum attendew għallBreakfast Club. Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal dan meta kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Luciano Busuttil. Il-Ministru spjega li bejn Settembru u Diċembru 2015 in-nefqa għal dan isservizz kienet tammonta għal €122,885.24. Din in-nefqa kienet tinkludi ħlasijiet lillBreakfast Club Coordinators, ħlasijiet lill-istaff li jieħdu ħsieb it-tfal waqt il-perjodu tal-kolazzjon u xiri tal-affarijiet għall-Breakfast Club. Is-servizz tal-Breakfast Club huwa offrut fl-iskejjel statali, fejn ta’ kuljum l-istudenti jistgħu jidħlu l-iskola kmieni u jingħataw kolazzjon bnin. Din l-inizjattiva, li bdiet f ’April 2014, kienet utli ħafna għal dawk il-ġenituri li jaħdmu u li jridu joħorġu kmieni mid-dar. Dawn il-ġenituri llum jistgħu jserrħu moħħhom li wliedhom se jkunu f ’ambjent sigur sakemm jibdew il-lezzjonijiet. Jiżdiedu bi 23 l-operaturi fliskema taċ-childcare b’xejn F’iktar mistoqsijiet Parlamentari, il-Ministru Bartolo qal li sal-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena kienu 92 l-operaturi li qed jipparteċipaw fl-iskema ta’ servizz għall-ħarsien tat-tfal bla ħlas. Konferma li dan is-servizz żied fid-domanda huwa l-fatt li f ’April 2014, meta fetħet l-iskema, kien hemm total ta’ 69 operatur. Dan ifisser li f ’sena u tmien xhur kien hemm 23 child care centre ġdid li daħal f ’din l-iskema. Il-Ministru Bartolo qal li n-nefqa għal dan is-servizz bejn April 2014 u Diċembru tal-istess sena kien ta’ €5.2 miljun, filwaqt li bejn Jannar u Diċembru 2015 in-nefqa kienet ta’ €10 miljuni. Ġie

investiet ukoll kwart ta’ miljun ewro f ’Childcare Information System ġdida. 935 student qed jirrepetu s-sena bl-istipendju Jirriżulta wkoll li huma 935 l-istudenti f ’istituzzjonijiet post-sekonardji u terzjarji li bħalissa qed jirċievu stipendju waqt li jirrepetu xi sena skolastika. Taħt Gvern preċedenti, mijiet ta’ studenti li ma jgħaddux milleżamijiet kienu jkunu kostretti jirriżenjaw mill-kors minħabba li ma kinux jirċievu stipendju meta jagħżlu li jirripetu s-sena. Illum, permezz ta’ din ilmiżura, 935 student ingħataw l-opportunità ta’ ċans ieħor. Il-Ministru għall-Edukazzjoni qal li n-nefqa s’issa kienet ta’ ta’ €147,658, iżda huwa stmat li sal-aħħar tas-sena skolastika din in-nefqa titla’ għal aktar minn €738,000. Il-klassijiet jħallu l-frott

tar-reviżjoni

Mistoqsji dwar l-eżitu talklassijiet ta’ reviżjoni għar-resits tas-SEC ta’ Settembru 2015, il-Ministru Bartolo speċifika li għal dawn il-lezzjonijiet b’kollox applikaw 1,085 student. Il-lezzjonijiet offruti kienu fis-suġġetti ewlenin; jiġifieri l-Malti, l-Ingliż, ilMatematika u l-Fiżika. 133 minn 476 student li applikaw għall-klassijiet talMalti għaddew mir-resit tasSEC fis-suġġett. 207 mill-566 għaddew mill-Ingliż, 156 minn 490 għaddew mill-Matematika, u 63 minn 489 għaddew millFiżika. Għalkemm jibqa’ lok fejn ir-riżultati jistgħu jitjiebu, il-probabbiltà hija li l-lezzjonijiet tar-reviżjoni bla ħlas żiedu l-ammont ta’ studenti li għaddew minn dawn l-eżamijiet, speċjalment fil-każ ta’ dawk l-istudenti li ma jaffordjawx iħallsu għallezzjonijiet privati.


08 07|02|2016

kullħadd.com

LOKALI

BUSUTTIL JIBDEL ID-DISKA KIF JAQBILLU RITIANNE AGIUS ritianne@kullhadd.com L-avvenimenti tal-aħħar jiem għamluha ċara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil mhuwiex konsistenti dwar l-ambjent u qed jibdel id-diska kif jaqbillu, skont l-udjenza li jkollu quddiemu. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista għadu sal-lum għaddej b’kampanja kontra l-bini tal-università fiż-Żonqor, sempliċiment għax parti żgħira minnha se tkun f ’ODZ, f ’laqgħa li kellu mal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi (MDA) din il-ġimgħa, Busuttil qal li l-partit tiegħu kien qed iħejji dokument ta’ linji gwida li jispeċifikaw liema huma l-eċċezzjonijiet li għalihom jista’ jsir żvilupp f ’ODZ. Din l-inkonsistenza kienet evidenti b’mod partikolari minn artikli ppubblikati f ’The Times of Malta. F’artiklu f ’dan is-sit u ppubblikat f ’Mejju li għadda intuża ritratt ta’ Busuttil fuq l-isfond tal-art taż-Żonqor, bit-titlu: No need to build university on ‘pristine’ coastal land. Imbagħad, artiklu li deher din il-ġimgħa fuq il-midja soċjali tal-istess sit uża l-istess ritratt ta’ Mejju, din id-darba bit-titlu konfliġġenti li jgħid: PN drafting guidelines on exceptional ODZ development. Irrelevanti minn jekk l-għażla tar-ritratt kinitx waħda sfortunata inkella intenzjonata, din serviet biex tikxef iktar il-mod li bih l-Oppożizzjoni qed tgħawweġ il-poli-

tika tagħha dwar l-ambjent skont kif jaqbel f ’dak il-mument. Wieħed ma jistax ma jistaqsix kemm il-Partit Nazzjonalista jista’ jżomm kelmtu li jħares l-ambjent jekk ikun fil-Gvern, meta lanqas biss qed jirnexxilu jkun konsistenti mill-Oppożizzjoni. L-MEPs tal-PN jivvutaw favur teknoloġija li tħammeġ Il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni fuq l-ODZ ma kienx l-uniku każ ta’ nuqqas ta’ konsistenza din il-ġimgħa min-naħa tal-Partit Nazzjonalista fejn jidħol l-ambjent. L-MEPs Nazzjonalisti Roberta Metsola, David Casa, u Therese Comodini Cachia vvutaw fil-Parlament Ewropew biex il-karozzi jkunu jistgħu jiġu manifatturati b’mod li jħammġu iktar mil-limiti permessibbli skont il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea. Dan filwaqt li fuq livell lokali d-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg kienet qed tindirizza konferenza biex ittenni l-impenn tal-PN fil-ġlieda kontra l-kanċer. Dwar dan in-nuqqas serju ta’ konsistenza tkellmet anke l-Alternattiva Demokratika, li fi stqarrija qalet li, minkejja l-konferenzi pompużi tal-PN favur l-ambjent, l-MEPs Casa, Metsola u Comodini Cachia wrew li l-partit ma jifhimx f ’dan is-suġġett, u li meta jaqbillu jagħżel li jappoġġja l-lobby tal-manifattura tal-karozzi, b’detriment għas-saħħa taċ-ċittadini Maltin u Ewropej.

BIDLA FIL-ĦINIJIET TAL-ĠBIR TAL-ISKART

Il-problema tat-traffiku fit-toroq tagħna hija marbuta direttament mal-volum ta’ karozzi u vetturi goffi fit-toroq. Għaldaqstant, il-Gvern ħaseb biex jikkontribwixxi fit-tnaqqis fil-konġestjoni tat-traffiku billi jikkonsulta mal-kunsilli lokali biex tinstab soluzzjoni.Dan peress li l-kunsilli lokali huma responsabbli mill-ġbir tal-iskart fil-lokalitajiet Maltin u Għawdxin. Il-vetturi li jiġbru dan l-iskart jistgħu jkunu ta’ ingombru u jimblukkaw it-toroq, speċjalment jekk il-ġbir isir waqt il-ħinijiet tat-trasport tat-tfal tal-iskola jew mal-ħinijiet ta’ meta jkun hemm għadd kbir ta’ nies deħlin u ħerġin xogħol. Għaldaqstant, wara proċess ta’ konsultazzjoni mal-kunsilli lokali, il-Gvern qiegħed jitlob lill-kunsilli kollha sabiex, fejn

hemm bżonn, ibiddlu l-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart fil-lokalitajiet tagħhom sabiex ma jaħbtux ma dawn il-ħinijiet imsemmija. Permezz ta’ din il-miżura, il-kunsilli lokali ser ikunu qed jikkontribwixxu biex jitnaqqas il-volum ta’ vetturi goffi fit-toroq waqt l-aktar ħinijiet li fihom jinħoloq traffiku fit-toroq Maltin u Għawdxin. Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo qal: “Din il-miżura qed tittieħed sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent u t-tensjoni għar-residenti u kull min juża t-toroq fl-aktar ħinijiet traffikużi. Ta’ dan nirringrazzja lill-kunsilli lokali tal-koperazzjoni tagħhom biex niżguraw li din il-miżura tkun ta’ suċċess u permezz tagħha nkomplu ngħollu l-kwalità talħajja fil-komunitajiet tagħna.”


LOKALI

kullħadd.com

07|02|2016 09

KOLLOX LEST BIEX JINĦATAR L-EWWEL KUMMISSARJU GĦALL-ANZJANI GLEN FALZON awtorità oħra. Kien hawnhekk li hija qalet glen@kullhadd.com li, fl-istess waqt li bdiet titħejja din il-liġi, beda jsir xogħol biex Gvern Laburista dejjem qies jitlesta l-uffiċċju u r-riżorsi lill-anzjani bħala parti impor- meħtieġa ħalli b’hekk il-Kumtanti mill-popolazzjoni. Xhie- missarju jkollu l-għodod da ta’ dan huwa l-manifest meħtieġa sabiex jiffunzjona elettorali li l-poplu approva kif mistenni. “Ma ridniex li b’maġġoranza storika fl-2013 jibqa’ titlu vag jew glorifikat, tant li hemm xejn inqas minn kif sfortunatament konna 21 punt li jispjegaw l-impenn mdorrijin taħt amministrazztal-Gvern preżenti dwar l-anz- jonijiet oħra fl-imgħoddi. Iljani. Dan ma jistax jonqos liġi tesiġi li dan jinkoraġġixxi meta niftakru li kienu gverniji- l-aħjar prattiki fit-trattament et Laburisti differenti li ħasbu, tal-anzjani u jżomm taħt reviżgħall-ewwel darba, fl-anzjani joni l-adegwatezza u l-effettivfis-snin ħamsin u wisq aktar ità ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li għandha x’taqsam u taffis-snin sebgħin. Fid-dawl ta’ dan kollu, il- fettwa l-interessi tal-anzjani,” gazzetta KullĦadd tkellmet saħqet is-Segretarju Parlamenmas-Segretarju Parlamenta- tari Caruana. ri għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u l-Anzjanità L-ogħla standards possibbli Attiva Justyne Caruana dwar ix-xogħol li diġà twettaq u li Din il-liġi tagħti d-dmir u d-dritt qed isir bħalissa biex kemm li l-Kummissarju jissorvelja u il-persuni b’diżabbiltà kif ukoll jeżamina l-impatt ta’ kwalunkl-anzjani jingħataw aktar din- we deċiżjoni meħuda minn xi jità b’mod speċjali hekk kif korp, entità jew awtorità dwar pajjiżna daħħal liġi storika, dik id-drittijiet tal-bniedem u l-inli jinħatar l-ewwel Kummissar- teressi tal-persuni anzjani. Ma’ ju għall-Anzjani. dawn id-dmirijiet żdied ukoll Fil-fatt, hekk kif bdiet din id-dmir li dan għandu jarguis-sena, sar pass kbir b’din il- menta favur l-appoġġ adegwat liġi li biha l-pajjiż ikollu Kum- u servizzi lill-persuni li jagħtu missarju għall-Anzjani li jkun l-wens lill-anzjani. Dan għandu iwieġeb lejn l-ogħla istituzz- wkoll jippromovi l-protezzjoni joni tal-pajjiż, il-Parlament. tal-anzjani minn kwalunkwe Dan il-Kummissarju mistenni abbuż, ħsara, trattament mhux jinħatar mill-Prim Ministru xieraq, negliġenza u esplowara konsultazzjoni mal-Kap jtazzjoni fi kwalunkwe forma. tal-Oppożizzjoni. Din il-liġi Irid ukoll jara li jkun hemm se tkun qed tagħti s-setgħa li l-ogħla standards ta’ saħħa, l-Kummissarju għall-Anzjani edukazzjoni, divertiment, jippromovi u jissalvagwardja faċilitajiet rikreattivi u servizzi l-interessi tal-anzjani, u jinves- soċjali għall-anzjani f ’konfortiga kwalunkwe allegat ksur mità mal-istandards approvati jew ksur potenzjali tad-dritti- relattivi li jkunu fis-seħħ minn jiet tal-bniedem fost l-anzjani żmien għal żmien. kollha. “Tassew li din u liġijiet oħra jixhdu l-ħarsien tal-anzjaKummissarju indipendenti ni, imma jien nisħaq li dan għalkollox hu l-qofol ta’ kulma nwettqu – li l-anzjani ma jħossux li “Meta ngħidu ‘drittiji- hemm min iħenn għalihom, et tal-bniedem fost l-anz- imma jħossuhom ċerti li qed jani’ qegħdin nirreferu jingħataw dak li jistħoqqilgħall-prinċipji internazzjonali hom bi dritt skont id-dinjità għall-anzjani kif imħabbar sħiħa tagħhom. Infatti, irrifil-Prinċipji tan-Nazzjonijiet du li l-Kummissarju jiżgura li Uniti għall-Anzjani adotta- l-miżuri kollha possibbli huma ti mill-Assemblea Ġenerali meħuda mill-awtoritajiet reltal-Nazzjonijiet Uniti fis-16 ta’ evanti sabiex jilqgħu minn Diċembru 1991. Dawn il-kon- kmieni u jindirizzaw il-faqar venzjonijiet jagħtu wkoll skop u l-esklużjoni soċjali u materji għal-laqgħat internazzjonali relatati fost l-anzjani. li nattendi għalihom f ’isem il-Gvern Malti, biex niżgura Qabża kbira fil-kwalità talli kull aġġornament mondjali ħajja jkun applikat ukoll f ’pajjiżna,” spjegat is-Segretarju Parlam- Madankollu, dan l-impenn entari Caruana. mhuwiex l-uniku xogħol li Din il-liġi titlob ukoll li sar minn dan il-Gvern biex l-Kummissarju jkun indipen- l-anzjani kollha jkunu ssalvagdenti għalkollox għall-akbar wardjati. Dan hekk kif sar u sodisfazzjon tal-anzjani nfus- qed isir tisbiħ u tkabbir fidhom. Fl-eżerċizzju tal-funz- djar tal-anzjani, ftuħ ta’ aktar jonijiet stabbiliti f ’din il-liġi, ċentri ta’ tagħlim matul il-jum, huwa għandu jaġixxi indipen- night shelters, u bidla sħiħa f ’San dentement u m’għandux ikun Vinċenz de Paule, fost oħrajn, soġġett għad-direzzjoni jew kif xehdet is-Segretarju Parlail-kontroll ta’ ebda persuna jew mentari Justyne Caruana nni-

fisha. “L-impenn tal-Gvern kompla jikber aktar ma kompliet tikber il-popolazzjoni tal-anzjani – ħaġa li llum saret realtà li ma tistenniex biss kura imma wisq iktar ħidma favur anzjanità attiva. Din il-ħidma hija riflessa fit-titjib, it-tisbiħ u t-tkabbir fid-djar tal-anzjani, ix-xiri ta’ aktar sodod u spazji fid-djar privati jew tal-Knisja, il-ftuħ ta’ aktar ċentri ta’ tagħlim ta’ matul il-jum, in-night shelters, it-trasformazzjoni sħiħa li qed issir f ’San Vinċenz de Paule, it-tagħlim u taħriġ kontinwu tal-ħaddiema f ’kull livell biex ikollna servizz ta’ kwalità,” sostniet is-Segretaru Parlamentari Caruana. Hija żiedet tgħid li ma’ dan hemm it-tnaqqis kbir fil-listi ta’ stennija u l-ħeffa li biha qed tkun ittratta kull applikazzjoni għal dħul fi djar – ħaġa li hija frott ta’ kif tingħata ħafna aktar attenzjoni individwali u filpront, kif ukoll tal-ħidma aktar intensiva mill-impjegati fid-dipartimenti. “Is-suċċess miksub f ’dan il-livell ma jiġix waħdu imma jasal grazzi għall-impenn kollettiv minn dawk kollha konċernati. Meta nisħaq fuq il-kwalità, nisħaq li din tintwera mill-bidu nett, hekk kif l-anzjani jersqu għall-ewwel darba bl-applikazzjoni għal akkomodazzjoni. Fl-istess nifs għaddejjin b’suċċess ġmielu bil-proġett pilota tal-live-in carer li nedejna hekk kif bdiet is-sena l-ġdida,” fissret is-Segretarju Parlamentari Caruana. Garanzija għad-drittijiet u d-dinjità tal-anzjani Apparti minn hekk, qed issir ħidma wkoll biex ikun hemm it-tfassil ta’ strateġija nazzjonali, il-ħolqien ta’ standards nazzjonali u fuq kollox liġijiet apposta li jkomplu jagħtu aktar forza lil dak kollu li jirrigwarda

l-anzjani. Mhux biss biex kull inizjattiva jkollha bażi legali b’saħħitha, imma wisq iktar biex tiggarantixxi d-drittijiet u d-dinjità tal-anzjani nfushom. Xhieda ta’ dan hija li s-sena li għaddiet dan il-qafas kompla jissaħħaħ, l-iktar bil-liġi tant meħtieġa kontra kull forma ta’ abbuż fuq l-anzjani.

“Fi kliem sempliċi, irridu li f ’soċjetà ġusta l-anzjani jkollhom il-garanzija li jingħataw dak li jixirqilhom, bi dritt, skont id-dinjità sħiħa tagħhom u bl-aqwa kwalità,” temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva.


10 07|02|2016

kullħadd.com

OPINJONI

INKOMPLU NITBIDDLU U NIĠĠEDDU Awguri Dr Abela

Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Ma nistax ma nibdiex ilkitba tiegħi billi nawgura lid-Deputat Mexxej Dr Toni Abela li fil-ġranet li għaddew ġie nnominat mill-Prim Ministru bħala Membru Malti tal-Qorti Ewropea talAwdituri. Nawguralu għax jixraqlu. Nirringrazzjah talħidma tiegħu fi ħdan il-PL. Dejjem ħarist lejn Dr Abela bħala missier umli li persuni bħali, membri tal-kumitati lokali u distrettwali, kellna moħħna mistrieħ minnu u ċerti li se nsibuh fl-appoġġ u fis-sostenn. Grazzi mill-qalb Dr Abela. Inkomplu niġġeddu

nitbiddlu

u

Issa li se sseħħ din il-bidla fil-kariga ta’ Deputat Mexxej, nistqarr li nikkondividi u naqbel mal-ħsieb tal-Prim Ministru li wasal iż-żmien biex inkomplu nġeddu u nbiddlu lill-Partit Laburista billi tiġi aġġornata l-istruttura talpartit b’mod li jappella għażżminijiet li qed ngħixu fihom bħalissa bħala partit kif ukoll għall-partit li qiegħed filGvern. Il-persuna li tintgħażel bħala deputat mexxej talPartit trid tkun persuna li tgħaqqad il-viżjoni tal-Partit mal-Gvern. L-Eżekuttiv ivvotta unanimament ma’ din il-viżjoni tal-Prim Ministru u qabel li jsiru emendi flistatut biex jippermetti li d-Deputat Mexxej għallaffarijiet tal-Partit jista’ jkun membru parlamentari u li jista’ jikkontesta elezzjonijiet. Tibdil meta jkun meħtieġ jagħti s-saħħa u l-enerġija ġdida lillPartit. Naqbel perfettament ma’ kliem il-Prim Ministru meta f ’Ħal Lija stqarr: “Din hija mixja oħra biex inkomplu nbiddlu. Hemm bżonn li nbiddlu hekk kif aħna f ’din ilpożizzjoni soda. Ma nistgħux nieqfu nbiddlu. Anzi rridu nbiddlu fejn diġà biddilna.” Kumitati lokali

Niftakru fi skandli bħal: l-AMS; il-Forti Chambray u Roberto Memmo; il-maħfra ta’ Queiroz; il-ħelsien mill-ħabs ta’ Ali Rezaq; il-bini ta’ Busietta Gardens…

Bħalissa qed isiru l-laqgħat ġenerali annwali tal-kumitati lokali u distrettwali tal-PL u li eventwalment iwassluna għallKonferenza Ġenerali Annwali. Il-kumitati lokali nistqarr li huma tassew għal qalbi. Inqis il-kumitati lokali bħala l-bażi, il-pern li fuqu jistrieħ ilPartit. Il-membri tal-kumitati lokali huma l-aġenti ewlenin u l-kuntatt ewlieni bejn l-elettorat, bejn il-grassroots tagħna mal-amministrazzjoni tal-Partit. Dan huwa d-dmir prinċipali tal-kumitati lokali u distrettwali, li jkunu viċin il-membri, il-votant, jaħdmu għall-benefiċċju tagħhom u jkunu ta’ servizz għalihom. Barra minn hekk, il-membri tal-kumitati lokali u distrettwali

għandhom id-dmir li jwasslu l-messaġġ politiku tal-Partit fillokalitajiet rispettivi tagħhom. Le, m’iniex nissuġġerilhom li jmorru jiġġieldu għand talgrocer, serrħu raskom. Però, inħoss li dan il-Gvern tassew qed jagħmel id-differenza fil-familji tagħna, dawwar iddirezzjoni ta’ dan il-pajjiż u għamel lil pajjiżna fost l-aqwa fl-Ewropa f ’kull settur. Inħeġġeġ lill-membri biex jattendu għal-Laqgħa Ġenerali Annwali rispettiva tagħhom u jipparteċipaw. Inħeġġiġhom li jieħdu l-opportunità f ’dan ildritt li għandhom li jattendu għal-Laqgħa Ġenerali Annwali u jgħaddu l-ħsibijiet tagħhom u jiltaqgħu mal-uffuċjali talPartit li jkunu qed imexxu l-ħidma politika lokali u distrettwali u kif ukoll maluffiċjali rappreżentattivi tat-tmexxija tal-Partit, fosthom l-Eżekuttiv u l-Amministrazzjoni. Min jiskonġra jrid ikun pur Min dan l-aħħar qal li Gvern Nazzjonalista ħadu 25 sena biex bdew jiżgarraw bi stejjer ta’ skandli u skorrettezzi , jiddispjaċini ngħid li mhux korrett. Naħseb aktar irid jgħid li għamlu 25 sena bi stejjer ta’ skandli u korruzzjoni jiġru warajhom, nuqqas ta’ kontabbiltà politika, nuqqas ta’ trasparenza u nuqqas ta’ rfigħ ta’ responsabbiltà politika. Fettilli għamilt sagħtejn ta’ riċerka ħafifa u, bla eseġerazzjoni, imlejt ħames fullscaps ta’ skandli li seħħew tul il-25 sena ta’ governanza stupenda Nazzjonalista. Għamilt lista ta’ diversi minnhom u ppermettuli se nsemmi ftit. Niftakru fi skandli bħal: l-AMS; il-Forti Chambray u Roberto Memmo; il-maħfra

ta’ Queiroz; il-ħelsien millħabs ta’ Ali Rezaq; il-bini ta’ Busietta Gardens; San Raffaele; il-każ tal-Ħondoq; ittbagħbis fid-Dipartiment talVAT; tixħim ta’ ħaddiema għattestijiet tal-karozzi; il-konkos tal-Mater Dei u l-Isptar ta’ l-Onkoloġija; l-arloġġ tal-lira; xogħol għall-privat b’fondi pubbliċi f ’Għawdex; ixxogħol fil-każin Nazzjonalista taż-Żurrieq bin-nies taċ-civil; l-iskandlu ta’ Borg Hendly u xogħol b’xejn minn kuntrattur fid-dar privata ta’ eksministru, kuntrattur li allegatament xaħħam lis-segretarju privat tal-istess eksministru; irregolaritajiet fil-ħruġ tattenders għall-privatizzazzjoni tal-faċilità għas-super yachts; l-iskandlu tas-serq tal-elettriku mill-ismart meters; fl-2004 Dar Malta tinxtara għal €22 miljun; l-iskandli tal-bini filWied tal-Kalkara u fil-Wied tal-Baħrija fuq art ODZ; il-każ tal-ispjuni; ix-xiri talIsptar St Philips; il-Fairmount; l-irregolarità fil-ħruġ tattenders għall-ipprivatizzar talcar parks; is-sospensjoni talfondi tal-programm Erasmus wara deċizjonijiet ħżiena meħuda mill-Ministeru għallEdukazzjoni; it-triq ta’ bejn ir-Rabat u San Lawrenz li suppost kienet lesta fl-2008 u qamet €4.7 miljun u li sal2013 kienet għadha mhix lesta u kienet diġà swiet id-doppju; indħil politiku minn ministru dwar min mill-pazjenti kellu jieħu l-kura għall-kanċer. U wara dan kollu, kieku xi ħadd mill-PN kellu d-diċenza li jerfa’ responsabbiltà politika! Anzi, meta jiġu ffaċċjati bi skandlu minn tagħhom, l-Oppożizzjoni ssejjaħlu tfigħ ta’ tajn. Il-Prim Ministru ġimagħtejn ilu wegħidna li se jagħtina biżibilju raġunijiet għalfejn

l-elettorat għandu jerġa’ jivvota lill-Partit Laburista flelezzjoni ġenerali li jmiss. Jien persważa minn dan. Imma, ngħid għalija, lanqas jekk ma jagħtinix raġunijiet aktar milli diġà tani, xorta nivvota bilqalb u b’konvinzjoni biex nikkonferma lill-PL fil-Gvern. Kif tridni nafda lill-PN meta dan qed jippreżenta ruħu prattikament bl-istess persuni li sa tliet snin ilu kienu qed imexxu l-pajjiż u li l-poplu sfiduċja b’maġġoranza kbira; l-istess persuni li daħħlu lil pajjiżna ġo ħajt, li ġabu għarkupptejhom l-entitajiet u l-korporazzjonijiet kollha tal-Gvern, l-istess nies li m’għandhomx l-awtorità morali li jitkellmu fuq trasparenza u good governance, li attakkaw u għadhom millOppożizzjoni jattakkaw awtoritajiet indipendenti? Kif tista’ tafda lill-PN meta mill-Oppożizzjoni, għax mingħalihom qed jaraw xaqq dawl fit-tarf tat-triq, diġà qed naraw ksuħat u bbuljar liema bħalu minn deputati ewlenin tal-PN fil-konfront ta’ Laburisti fil-kostitwenza tagħhom meta, minflok jużaw żelu u kawtela, b’arroganza jużaw diskors bħal: “ Ħu li għandek tieħu mill-Gvern tiegħek issa għax il-ġranet tagħkom magħduda.’’ Għadhom fl-Oppożizzjoni u diġà qed jarawna dubbien. Imbagħad kif tista’ ma tivvutax lill-PL mill-ġdid meta ħlief kliem negattiv u issa wkoll dispreġġattiv u insulenti ma tismax fil-konfront talLaburisti min-naħa talOppożizzjoni. Ġimagħtejn ilu ntlaħaq il-massimu bit-tgħajjir ta’ “ħmieġ” u “mafja”. Talmistħija. Qed jgħajruna millOppożizzjoni, aħseb u ara meta jkunu fil-Gvern kemm se jkunu gvern li jistmaw lil kulħadd l-istess.


OPINJONI

kullħadd.ċom

07|02|2016 11

GVERN LABURISTA GVERN LI JAĦDEM

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 1 ta’ Frar Ġie deċiz li jinfetaħ f ’Għawdex l-ewwel ċentru ta’ matul il-jum għal persuni bil-kundizzjoni tad-dimenzja

Emanuel Cuschieri

1. Matul l-2015 ingħataw €6 miljun lil min ħallas il-flus żejda fuq il-karozzi. Din is-sena se jkomplu jingħataw aktar flus lura. 2. Mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment diġà daħlu €120 miljun, u din is-sena se jkunu daħlu €80 miljun oħra. 3. Aktar minn 350 familja li kellhom jieħdu lil uliedhom għal kura barra minn Malta bbenefikaw mill-miżura li jitħallas anke l-passaġġ tat-tieni ġenitur.

2 ta’ Frar

Rapport tal-Kummisjoni Ewropea qal li Malta hija l-aktar pajjiż ottimist fiż-Żona Ewro

4. F’ Diċembru li għadda Malta kellha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. 5. Sal-aħħar ta’ din is-sena se tidħol fis-seħħ sistema fejn ilkonsumatur se jkun jista’ jinqeda permezz tal-mowbajl tiegħu. 6. Is-Segretarju Parlamentari Dr Deborah Schembri għamlitha ċara li jekk hemm persuni li huwa magħruf jew jinstab li abbużaw mill-pożizzjoni tagħhom fid-Dipartiment tal-Artijiet, dawn se jitneħħew.

3 ta’ Frar

Ġie deċiż li fit-trasport pubbliku jiġu introdotti 40 rotta ġdida mill-Belt Valletta

7. Sar magħruf li fl-2014, b’riżultat tat-tnaqqis fl-Income Tax, aktar minn 48,000 persuna ffrankaw bejniethom aktar minn €18-il miljun. 8. Se jkun qed jingħata servizz ġdid mill-Isptar Mater Dei – servizz ta’ kura mentali lit-tfal. 9. Filwaqt li fl-2012, taħt Gvern tal-PN, il-Gozo Channel għamlet telf ta’ €1.6 miljun, fl-2015, taħt Gvern Laburista, il-Gozo Channel irreġistrat profitt ta’ aktar minn €1 miljun.

4 ta’ Frar

Il-Gozo Channel, wara snin ta’ telf taħt Gvern tal-PN, irreġistrat l-ewwel profitti tagħha; qligħ ta’ €363,000

10. Ġie inawgurat l-ewwel ċentru għall-anzjanità attiva fixXewkija, Għawdex. 11.

Fl-2015 saru xogħlijiet ta’ tiswija fuq 941 post residenzjali.

12. djar.

Fl-2015 ġew installati 18-il lift ġdid f ’numru ta’ oqsma tad-

13. Ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika dwar il-kwistjoni taljunk mail. 14.

Il-Foss tal-Birgu reġa’ ħa r-ruħ wara snin ta’ telqa.

15.

Beda x-xogħol li se jibdel wiċċ il-pjazza ta’ Raħal Ġdid.

16. Filwaqt li fl-aħħar leġiżlatura taħt Gvern tal-PN id-dejn nazzjonali żdied b’10.4%, taħt Gvern Laburista, f ’inqas minn nofs din il-leġiżlatura, id-dejn naqas b’4.5%. 17. In-numru ta’ passiġieri li żaru Malta bil-cruise liners matul l-2015 żdied b’ 27%. 18. Il-Fond Monetarju Internazzjonali ddikjara li l-ekonomija ta’ Malta qed tikber b’mod b’saħħtu.

5 ta’ Frar

Ġie deċiż li tinbena skola ġdida f ’ Ħad-Dingli

6 ta’ Frar

Ġie deċiż li persuna b’diżabbiltà li ssib xogħol tibqa’ tieħu l-pensjoni sħiħa

19. Il-proċess tat-tiġdid tal-karti tal-identità, wara snin twal ta’ stennija, issa tlesta kompletament. 20. F’April li ġej se jerġgħu jorħsu l-prezzijiet tal-fjuwil, il-11-il darba taħt Gvern Laburista. 21. Diġà wrew l-interess tagħhom disa’ konsorzji biex jibnu l-korsa għall-motor sports. 22. Se jkunu qed jitqassmu aktar minn 7,000 laptop ġdid lillgħalliema, kindergarten assistants u LSAs. 23. Ġew installati 3D printers u scanners ġodda f ’kull laboratorju ta’ kull skola.

7 ta’ Frar

Ġie mħabbar il-proġett tal-Villaġġ tal-Karnival


12 07|02|2016

kullħadd.com

OPINJONI

IL-MALTIN DWAR L-EWROPA

Alfred Sant Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew

Biex tagħqad f ’pajjiżna għadha teżisti l-mentalità li dak kollu ġej mill-Ewropa hu ben fatt

Sirt ngħidha ta’ spiss għax importanti li nagħrfuha: bosta Maltin għadhom ma fehmux kemm deċiżjonijiet importanti għalihom, għallfamilji tagħhom, għall-pajjiż kollu kemm hu, jittieħdu mhux f ’Malta imma flUnjoni Ewropea. Jittieħdu fi Brussell jew fi Strasburgu, minn xi waħda jew l-oħra mill-istituzzjonijiet Ewropej. Fl-oqsma tal-ekonomija, tal-finanżi, tal-industrija, tal-ambjent fost oħrajn, l-imbuttatura tal-Ewropa taf issir determinanti. Kulma jkollhom jagħmlu l-parlamenti u s-servizzi ċivili tal-pajjiżi membri hu li jaraw kif se jwettqu deċiżjonijiet diġà meħuda. Fil-fatt, fl-aħħar sena u aktar qistha bħala essenzjali li parti mix-xogħol bħala parlamentari Ewropew niddedikah lil sforz kontinwu biex inwassal informazzjoni dwar xi jkun għaddej jew fil-Parlament Ewropew jew fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Ma nistax niftaħar li għamilt xi suċċess gwapp f ’hekk, imma l-bidu hemm jinsab. Problema hi li minbarra li hawn f ’pajjiżna għandha għarfien dgħajjef ta’ kif jolqotna t-tħabrik Ewropew, it-tagħrif li jaslilna dwaru hu pjuttost spezzettat. Kif wieħed jista’ jistenna, it-tagħrif issibu aktar konċentrat fuq x’jista’ jkun ta’ sensazzjoni. Biex tagħqad f ’pajjiżna għadha teżisti l-mentalità li dak kollu ġej mill-Ewropa hu ben fatt. Veru li qed tonqos, imma hemm għadha, ħafna aktar

qawwija minn f ’pajjiżi oħra, fejn fl-aħħar snin id-dubji dwar l-andament Ewropew żdied sew fost iċ-ċittadini. Ir-rabtiet mal-Ewropa

Kif tinħass l-influwenza talEwropa fuqna? F’ċerti oqsma faċli taraha sseħħ u ġġarrabha – bħal meta fil-qasam tal-ambjent jiddaħħlu normi ġodda dwar it-tħaddim tal-magni jew karozzi, ngħidu aħna, bi standards Ewropej. F’oqsma oħra, l-influwenza taffettwana b’mod anqas ċar: bħal meta l-gvernijiet jibdew jagħtu aktar attenzjoni għallistat li fih jinsabu l-pensjonijiet għax mill-Unjoni Ewropea tkun qed issir pressjoni dwar din il-ħaġa. Imbagħad hemm l-oqsma fejn, flimkien mal-membri l-oħra tal-Unjoni, inġarrbu l-konsegwenzi taddeċiżjonijiet li din tkun ħadet. Pereżempju, meta qamet it-tilwima mar-Russja dwar l-Ukrajna, l-Unjoni Ewropea għamlet sanzjonijiet fuq personalitajiet u korpi Russi u din irritaljat billi daħħlet bojkott fuq importazzjoni talbiedja Ewropea. L-ebda waħda middeċiżjonijiet imsemmija ma ttieħdet mill-Parlament jew ilkabinett ta’ pajjiż nazzjonali, għalkemm wara kellhom jiddiskutuha u jwettquha. Issib min jgħid, madankollu, li dwar hekk isir dawrien bilkliem. Il-gvernijiet iġorru responsabbiltà sħiħa għaddeċiżjonijiet li jittieħdu fi Brussell, fejn jaqblu magħhom

qabel jgħaddu. Imbagħad wara jsibuha konvenjenti li jwaħħlu fl-‘Ewropa’ meta d-deċiżjonijiet ma jintgħoġbux mill-elettorati tagħhom. Hu minnu li dan jiġri. Minnaħa l-oħra hu minnu wkoll li ħafna minn dawk li jmexxu fil-Kummissjoni Ewropea u fil-Parlament Ewropew jisħqu fuq il-ħtieġa li aktar u aktar deċiżjonijiet jittieħdu b’mod ‘komunitarju’, jiġifieri permezz tal-istituzzjonijiet li jmexxu huma. U hu minnu wkoll li, meta jiġri hekk, iddeċiżjonijiet li jittieħdu jibdew jidhru tassew bogħod minn dak li jkunu qed iħossu l-popli nfushom. Rajna din l-ħaġa tiġri b’mod lampanti fl-aħħar xhur fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni u tar-refuġjati. L-impatt Ewropew fuq ilMaltin F’dan il-qafas, kif qed jiġu affettwati l-Maltin millEwropa? Kif iqisuha? Il-fatt hu li l-poplu tista’ taqsmu f ’żewġ kategoriji: dawk li baqgħu għaddejjin b’ħajjithom bħal qabel kemm ilna fl-Unjoni Ewropea, fosthom l-aktar professjonaisti u nies b’karigi u kwalifiki għolja. Kienu jafu kif jilqgħu għalleffetti tar-regoli Ewropej. Jew ma sabux problema biex jimxu skont ir-regoli, jew raw kif jipproteġu ruħhom minnhom. Imbagħad insibu l-kategorija ta’ dawk li kienu se jaraw ilkundizzjonijiet ta’ ħajjithom jinbidlu bil-kbir. Uħud kienu jafu x’ġej minn qabel, oħrajn indunaw wara li sirna parti

mill-Unjoni Ewropea. Tal-ewwel dejjem kellhom ħobżhom maħbuż, u hekk għadhom. Ngħidu aħna, tismagħhom jipprotestaw kontra l-protezzjoniżmu għallindustrija u l-biedja Maltija, imma mbagħad isostnu protezzjoni sħiħa għallprofessjoni tagħhom. Tat-tieni qed jitgħallmu jaddattaw mingħajr ma jagħrfu għaliex tassew l-affarijiet qed jinbidlu kif għamlu. Biex inkunu għedna kollox, sa issa pajjiżna għadda minn żmien ta’ anqas kriżi minn pajjiżi oħra membri tal-Unjoni, u llum ninsabu għaddejjin minn żmien ta’ tkabbir ekonomiku liema bħalu. Allura l-għarfien ta’ x’inhu għaddej eżatt fil-pajjiż baqa’ anqas ċar milli seta’ kien. Bosta, forsi għall-konvenjenza, jippreferu jimxu skont dak li jidher filwiċċ tal-affarijiet. Dan mhux se jkun dejjem possibbli. Allura hemm siwi kbir li minn issa nsegwu dejjem aħjar kif tkun qed tiżviluppa n-nisġa Ewropea. B’dan il-mod, meta u jekk jinbidlu ċ-ċirkustanzi, inkunu nistgħu nilagħbu salaħħar il-logħba Ewropea flinteress tal-familji Maltin u Għawdxin kollha. F’li ġej, biħsiebni nkompli nagħmel mill-aħjar biex inwassal fostna informazzjoni u analiżi dwar x’inhu għaddej fl-Unjoni Ewropea. Kemm jista’ jkun nixtieq nagħmel dan b’mod li ċ-ċittadini jifhmuh biżżejjed, tant li jippermettilhom jorbtuh malqagħda preżenti u mal-futur tagħhom.

IT-TMEXXIJA TA’ MALTA FIL-PREŻENT Kearon Bruno Membru FŻL

Mill-qasam ekonomiku, l-aħħar aġġornament millBank Ċentrali kompla juri li l-attività ekonomika f ’Malta kompliet tikber b’rata

Ftit tal-ġimgħat oħra se nkunu qegħdin infakkru t-tielet sena minn meta l-Partit Laburista mmexxi minn Dr Joseph Muscat rebaħ l-elezzjoni ġenerali; tliet snin li fihom rajna progress u avvanzi kbar għal Malta f ’ħafna setturi, fosthom dawk ekonomiċi, finanzjarji u kif ukoll dak soċjali. Rajna tmexxija li fil-qofol tagħha kien hemm dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà, b’miżuri mmirati biex ikunu ta’ benefiċċju għaż-żgħażagħ, in-nisa fid-dinja tax-xogħol, anzjani u persuni b’diżabbiltà. Rajna wkoll tnaqqis drastiku fil-prezzijiet tad-dawl; tnaqqis li kompla jinċentiva u jagħti lok biex is-settur privat ikompli jikber u miegħu jħaddem aktar nies. Bħala pajjiż żgħir u fqir mir-riżorsi naturali, il-progress u l-pass mgħaġġel li bih qiegħda tkompli tavvanza Malta qiegħed kulma jmur ikompli jiġbed l-attenzjoni ta’ ħafna pajjiżi kbar; pajjiżi li sa ftit snin ilu konna nħarsu lejhom bħala

r-role models tagħna. Dan kollu hu sforz tat-tmexxija għaqlija tal-Gvern Laburista. Il-qofol ta’ din it-tmexxija tkompli tiġi enfasizzata aktar u aktar meta wieħed jikkunsidra l-pożizzjoni ġeografika ta’ Malta, fejn il-pajjiżi ta’ taħtna għaddejjin minn perjodu ta’ instabbiltà kbira fil-pajjiż u l-pajjiżi Ewropej ta’ fuqna għaddejjin minn mewġa ta’ instabbiltà ekonomika, fosthom l-Italja,

Spanja u l-Greċja. Madankollu, it-tifħir li Malta qiegħda tirċievi minn istituzzjonijiet Ewropej qiegħed jaqa’ fuq widnejn torox filkamp politiku Nazzjonalista. Simon Busuttil għandu kilba għall-poter tant li qiegħed jagħmel minn kollox biex jipporva jikkonvinċi l-votant jivvutalu.Saħansitra jxejjer maktur li, skont hu, għandu mal-100 sena biex jipprova jat-

tira lura votanti Nazzjonalisti antiki li ntilfu matul iż-żmien minħabba l-korruzzjoni interna fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. F’Simon Busuttil nara bniedem li, minflok joħroġ bi proposti adegwati fuq kif jaħseb li Malta għandha titmexxa, jagħżel li dejjem ikun negattiv u jopponi ideat u proposti min-naħa tal-Gvern. Nara bniedem li dejjem lest jipponta subgħu lejn ħaddieħor iżda fil-ħin tal-prova hu qatt ma jasal jieħu azzjoni. Mil-qasam ekonomiku, l-aħħar aġġornament millBank Ċentrali kompla juri li l-attività ekonomika f ’Malta kompliet tikber b’rata mgħaġġla fis-sena 2015, meta kkomparat mas-sena ta’ qabel. It-turiżmu kien settur li wkoll kompla jirreġistra aktar tkabbir fis-sena li għaddiet. Dan it-tkabbir ekonomiku qiegħed ikompli jħalli l-frott tiegħu fil-qasam tax-xogħol, bl-inqas rata ta’ qgħad tiġi rreġistrata f ’dawn l-aħħar snin.


EDITORJAL

kullħadd.com

07|02|2016 13

www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna

INDIRIZZ POSTALI

ĠURNALISTI

KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717

Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com Liam Gauci liam@kullhadd.com Glen Falzon glen@kullhadd.com

SALES U DISTRIBUZZJONI 2090 1410 2090 1413

Alan Saliba

sales@kullhadd.com

2090 1520

Leanne Grech

editorial@kullhadd.com

2090 1411

IMPAĠNAR U DISINN

DAK L-IMBIEREK MAKTUR!

Ma kienx maktur li l-Kap talOppożizzjoni mar ixejjer il-Ħadd li għadda fiż-Żejtun! F’din l-okkażjoni Simon Busuttil irnexxielu jikkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista għadu ankrat fil-passat. Wara l-elezzjoni tal-2013, ilPN għamel tentattiv imqanżaħ biex jibdel id-dehra tiegħu għal waħda iktar friska li tħares lejn il-futur. Il-maġġoranza tal-eksministri ġew relegati fil-karigi ta’ kelliema, u fix-Shadow Cabinet iddaħħlu diversi wċuħ li ma kinux fil-Kabinett Nazzjonalista. Iżda l-bidla kienet waħda kożmetika għall-aħħar, għax hemm bdiet u hemm waqfet. L-attitudni tal-esponenti Nazzjonalisti ma nbidlitx, u meta jiġu biex jieħdu deċiżjoni jew imqar jiftħu ħalqhom, l-uniku differenza tanġibbli minn tliet snin ilu ’l hawn tkun li llum dawn jinsabu fuq innaħa l-oħra tal-Kamra. Għalhekk, it-tixjir tal-maktur tal-Ħadd li għadda kompla jikkonferma kemm il-PN fil-verità ma nbidilx. Mhux hekk biss, iżda issa jidher li saħansitra ġie abbandunat kull tentattiv biex il-Partit jipprojetta ruħu bħala wieħed frisk.

B’ton xellerat Busuttil ħareġ maktur bl-arma tal-PN u, filwaqt li beda jxejru, qal li għandu mal-mitt sena u li kien se jdendlu fl-uffiċċju tiegħu biex jiftakar fit-tarka tanNazzjonalisti. B’din il-mossa Busuttil spiċċa fil-mira taż-żufjett, għax huwa prattikament impossibbli li l-maktur għandu mitt sena ġaladarba l-arma tal-PN ġiet iddisinjata inqas minn 90 sena ilu. Apparti minn hekk, Busuttil kompla jabbanduna kull pretensjoni ta’ partit li qed iħares lejn il-futur għax, filwaqt li l-ebda partit m’għandu jinsa minn fejn ġie u x’wettaq, flistess waqt lanqas m’għandu jipprova jikseb is-simpatija u l-appoġġ billi jehda fuq ilglorji tal-passat. Dan huwa eżattament dak li għamel Busuttil fid-diskors tiegħu ta’ nhar il-Ħadd, fejn ibbaża l-argumenti kollha tiegħu fuq kritika fil-konfront tal-Gvern u eloġji “għat-tarka tal-Partit”. Huwa għalhekk ċar li l-PN mhux qed jaspira li jikseb ilvoti għalih innifsu billi joffri alternattiva kredibbli għallGvern, iżda sempliċiment qed jistrieħ fuq in-Nazzjonalisti veterani u jittama li magħhom jirbaħ il-voti ta’ dawk li għal xi raġuni mhumiex kuntenti bil-

Gvern preżenti. Meta wieħed iqis li l-PN tilef l-aħħar elezzjoni b’36,000 vot, huwa tentattiv kważi insensat li dan il-partit jipprova jikseb il-voti abbażi l-passat talistess partit li l-poplu warrab b’messaġġ ċar ħafna. Mill-banda l-oħra, huwa tentattiv fjakk ukoll li l-PN jistrieħ fuq il-voti ta’ dawk li mhumiex kuntenti bil-Gvern preżenti. L-istħarriġ qed juri li, anke jekk il-Gvern inaqqas fil-popolarità,

dan it-tnaqqis mhuwiex qed jiġi rifless f ’żieda fil-konfront tal-PN. Fi kliem ieħor, it-tixjir tal-imkatar mhuwa se jrebbaħ lil Busuttil u l-partit tiegħu l-ebda voti. Imkatar tas-seklu li għadda m’għandux ikun posthom f ’uffiċju ta’ bniedem li qed jaspira li jfassal il-futur, u iktar tistenna li ssibhom ġo xi vetrina f ’mużew tal-Istorja.


14 07|02|2016

kullħadd.com

ITTRI

SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETTRONIKU editorial@kullhadd. com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tiktbu li hija ittra.

SIMON BUSUTTIL GĦANDU JIRRIŻENJA MINNUFIH Sur Editur, Waqt it-taħwid u t-tbagħbis bla kontroll li kien għaddej matul l-iskandlu tax-xiri taż-żejt taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista, kumpanija internazzjonali li tforni ż-żejt bdiet tapplika wkoll biex tissupplixxi żejt lill-Enemalta. Meta li din ilkumpanija qatt ma rebħet kuntratt, xammet li xi ħaġa ħażina qed tiġri u skopriet li ma bdietx tirbaħ kuntratti għax kien hemm każ oxxen ta’ korruzzjoni kbira. Permezz tal-avukat tagħha, din ilkumpanija internazzjonli pprotestat bil-qawwa malGvern Nazzjonalista. Intlaħaq ftehim u l-Gvern ta’ GonziPN ta mit-taxxi talpoplu €5 miljun minn wara

dahar il-poplu, il-Parlament u l-ġurnali. Inżamm kollox sigriet kif kienet l-użanza politika talaħħar Gvern Nazzjonalista.

Il-kumpanija barranija taż-żejt ingħatat dawn il-miljuni biex ma tiħux passi bil-Qorti kontra l-Gvern Nazzjonalista. U sintendi, b’hekk dan l-iskandlu

ġie għalkollox moħbi millGvern Nazzjonalista. Aktar u aktar meta l-elezzjoni tal-2013 kienet fil-qrib. L-avukat tal-kumpanija tażżejt ma kien ħadd ħlief Simon Busuttil li llum hu l-Kap tal-PN. Għalhekk Simon Busuttil bilfors li ġie għallkonoxxenza tal-iskandlu fixxiri taż-żejt, u għalhekk ħafna qed jistaqsu: Simon Busuttil kien irrapporta dan l-iskandlu lill-Pulizija? Jekk le, għaliex? Allura Simon Busuttil ma deherlux li hu naqas gravi lejn il-poplu? Ma jidhirlux Simon Busuttil li l-poplu ma kellux ibati hu l-konsegwenzi koroh finanzjarji ta’ dan l-iskandlu li ġara taħt il-Gvern tiegħu? Sintendi, Simon Busuttil kien ilu s-snin jaħdem fi ħdan il-PN iżda, b’dankollu, ma refa’ l-ebda nitfa ta’ responsabbiltà politika tant li, qabel l-aħħar elezzjoni, sar Viċi Kap tal-PN kif ukoll kien appuntat Delegat Speċjali talPM Lawrence Gonzi. Mhux hekk biss imma kkontesta wkoll għal Kap tal-PN wara d-disfatta rekord elettorali li l-PN ingħata ġustament. Tant Simon Busuttil ma refa’ l-ebda responsabbiltà politika li, wara li dan l-iskandlu kien mikxuf fil-Parlament permezz ta’ mistoqsija parlamentari, Simon Busuttil la rriżenja minn Kap tal-Oppożizzjoni u lanqas minn Kap tal-PN! Ara kemm kellu raġun ilPrim Ministru u l-Mexxej tal-PL Joseph Muscat meta stqarr li l-PL ma jieħu l-ebda lezzjonijiet mingħand il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil dwar governanza jew responsabbiltà politika.

Imbagħad, bil-wiċċ tost kollu, il-Kap tal-PN il-ħin kollu jippontifika li għandu jerfa’ responsabbiltà politika kull min hu parti mill-Gvern Laburista. Ħaġa tal-iskantament hi kif wara li nkixef dan l-iskandlu li fih imdaħħal Simon Busuttil, dawk il-gazzetti u ġurnali li ngħataw it-timbru minn Simon Busuttil u li huma indipendenti, jiġifieri The Times u The Sunday Times kif ukoll The Malta Independent u The Malta Independent on Sunday, ma għamlu l-ebda stħarriġ kif qed jagħmlu issa għall-iċken ħaġa, basta jittimbraw l-istess ħaġa bħala skandlu biex jagħtu mbuttatura politika lill-PN għax verament għandu bżonn. Dak li m’għamlux il-gazzetti u l-ġurnali juri biċ-ċar li huma pro-Nazzjonalisti u anti-Laburisti. Għalhekk, wara li Simon Busuttil qabel li kumpanija taż-żejt internazzjonali titħallas €5 miljun minn flus il-poplu għal skandlu li sar taħt ilGvern tiegħu, bl-akbar qawwa nitlob li jirriżenja minn Kap tal-Oppożizzjoni u membru parlamentari, eżatt kif qed jagħmel hu għall-iċken każ li jinqala’. Mill-banda l-oħra, jekk inNazzjonalisti jridu li Simon Busuttil jibqa’ l-Kap tagħhom, dik affarihom, imma mbagħad m’għandhomx għalfejn jieħdu għalihom meta ngħidilhom li jekk il-Kap tagħhom mhux denju li jkun kap, aħseb u ara kemm ikun Prim Ministru ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropa! OSSERVATUR ĦAJ, RAĦAL ĠDID

META L-EKONOMIJA U L-QIEGĦA TISĦON Sur Editur, Għamel sew il-Prim Ministru meta rrimarka li wara li l-Gvern naqqas it-taxxa fuq l-intrapriżi li joffru servizzi ta’ eżerċizzji fiżiċi bħal gyms, ma kienx hemm tnaqqis fil-miżati li jħallsu l-klijenti. Ħafna drabi dan il-‘ħtif ’ qed narawh jirrepeti ruħu. Meta tnaqqsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, ma nafx liema lukanda raħħset ilweekend breaks jew l-ikliet buffett fi tmiem il-ġimgħa. Anzi, uħud għollew il-prezz. Il-lukandiera, barra t-traħħis fil-kontijiet, ingħataw li jibnu żewġ sulari żejda u b’hekk l-overheads naqsu għax bdew jinqasmu fuq aktar kmamar fuq il-footprint diġà eżistenti. B’hekk żdidilhom l-introjtu, imma dan ma għaddewhx f ’roħs lill-Maltin u lill-Għawdxin meta jieħdu akkomodazzjoni għal tmiem il-ġimgħa għax, jew ħallew l-istess prezz għall-kmamar, jew żiduhom. Okkorenza oħra ta’ one way. B’miżura bħal dawn mhux biss l-ekonomija tisħon iżda anke l-qiegħa, għax il-ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tixxaqqaq. J. BONETT BALZAN, IL-BALLUTA


TA’ BARRA

kullħadd.com

07|02|2016 15

RIFORMI KONTROVERSJALI

Deċiżjoni sal-aħħar ta’ Frar

LIAM GAUCI liam@kullhadd.com

Matul l-aħħar jiem diversi bliet fil-Greċja kienu x-xena ta’ protesti minn sezzjonijiet differenti tas-soċjetà li ddejqu bil-programm ta’ awsterità li pajjiżhom kellu jaċċetta s-sena l-oħra biex jingħata t-tielet bailout ta’ €86 biljun mill-kredituri internazzjonali, illi inkludew l-Unjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew. Dawn il-protesti ma waslux b’kumbinazzjoni hekk kif kienu organizzati fl-istess ġimgħa li fiha l-Gvern Grieg ta bidu għal serje ta’ laqgħat ma’ diversi rappreżentanti tal-kredituri f ’Ateni. L-għan prinċipali ta’ dawn il-laqgħat huwa li janalizzaw xi progress sar fl-implimentazzjoni tar-riformi li kienu imposti fl-2015 qabel il-kredituri jiddeċiedu humiex se jipparteċipaw fit-tieni rawnd ta’ għajnuna finanzjarja hekk kif l-ewwel wieħed mistenni li jiskadi f ’Marzu. Se tipparteċipa? Fost il-bidliet mitluba mill-kredituri kien hemm tnaqqis fil-pensjonijiet biex tissaħħaħ l-istruttura pensjonistika, il-privatizzazzjoni ta’ diversi kumpaniji statali u tnaqqis sostanzjali fid-dejn fi żmien mhux imbiegħed. Din ir-riforma tal-ewwel hija meqjusa bħala waħda mill-aktar kruċjali mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) hekk kif il-Greċja għadha qed tonfoq madwar 10% mill-Pro-

dott Domestiku Gross tagħha fuq il-pensjonijiet. Madankollu, din il-bidla hija wkoll waħda mill-aktar kontroversjali għax il-Gvern Grieg qiegħed jaħseb biex isaħħaħ il-pożizzjoni tal-fond pensjonistiku permezz ta’ żieda fil-kontribuzzjonijiet li jħallsu l-ħaddiema u min iħaddem. Il-parteċipazzjoni tal-FMI f ’dan il-bailout qiegħed jitqies bħala importanti ħafna għal diversi pajjiżi Ewropej li jixtiequ l-għajnuna teknika u finanzjarja esperta ta’ din l-istituzzjoni biex ikollhom moħħhom mistieħ li l-programm jaħdem. Il-FMI għażel li jibqa’ barra mill-ewwel rawnd ta’ għajnuna finanzjarja għax xtaq jara riformi fiskali serji min-naħa tal-Greċja flimkien ma’ deċiżjoni min-naħa tal-kredituri Ewropej li jaħfru parti mid-dejn illi, kif se naraw aktar ’l isfel, laħaq livell allarmanti. Għal żmien twil, il-Gvern Grieg irreżista kull attentat

ta’ parteċipazzjoni min-naħa tal-FMI għax ħass li diġà kien hemm biżżejjed indħil barrani fl-ekonomija tal-Greċja mingħajrhom. Madankollu, ir-riskju li ċertu kredituri ewlenin, fosthom il-Ġermanja, jirtiraw l-appoġġ tagħhom għattielet bailout jekk ma tkunx involuta l-FMI, riċentement biddel l-attitudni tal-Griegi. Protesti Kif semmejna qabel, il-pjan tal-Gvern wassal għal rabja u protesti kbar f ’diversi bliet, fosthom f ’Ateni, fejn 50,000 ċittadin ħarġu jipprotestaw kontra riformi li huma l-aħħar fost ħafna li bejniethom poġġew pressjoni fiskali kbira fuq il-ħaddiema fl-aħħar sitt snin. Protesti ta’ skala kbira qegħdin iseħħu wkoll fit-toroq li jaqsmu l-fruntieri li jisseparaw lill-Greċja minn mal-Maċedonja, it-Turkija u l-Bulgarija.

ĊAĦĦDUH MIL-LIBERTÀ LIAM GAUCI liam@kullhadd.com

Il-Working Group on Arbitrary Detention tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) ħareġ rapport li fih sostna li d-detenzjoni ta’ Julian Assange, il-fundatur ta’ WikiLeaks, kienet arbitrarja u ċaħħditu mid-dritt fundamentali tiegħu għallibertà. Madankollu, l-awturi ta’ din iċ-ċaħda, ir-Renju Unit u l-Iżvezja, diġà sostnew li mhumiex se jaċċettaw iddeċiżjoni ta’ din il-Kummissjoni u li se jkomplu bil-proċeduri kriminali fil-konfront tiegħu. Akkużi u ċaħda Assange kiseb il-fama f ’April tal-2010 meta ppubblika filmati li wrew truppi Amerikani jisparaw fuq ċittadini Iraqqini innoċenti waqt ilkampanja militari f ’dan ilpajjiż. Dawn il-filmati kienu kontroversjali ħafna, imma

kienu biss il-bidu ta’ mewġa kbira ta’ pubblikazzjonijiet ta’ dokumenti sigrieti li kixfu skambji diplomatiċi u irregolaritajiet serji li poġġew lil diversi gvernijiet f ’pożizzjoni imbarazzanti. Ftit wara li bdew dawn irrivelazzjonijiet, investigaturi Żvediżi fetħu każ kontra Assange fejn akkużawh li wettaq diversi abbużi sesswali. Sadanittant, l-awtoritajiet Amerikani wkoll fetħu investigazzjoni minħabba li kien ħareġ ammont kbir ta’ informazzjoni sigrieta li, filfehma tagħhom, poġġa filperiklu l-missjonijiet militari madwar id-dinja u xekkel irrelazzjonijiet diplomatiċi ta’ pajjiżhom. Madankollu, Assange dejjem ċaħad li wettaq l-abbużi u sostna li kienu qegħdin jaqbdu miegħu minħabba d-dokumenti u filmati li kien ippubblika fuq WikiLeaks, filwaqt li esprima l-fehma li m’għandux jiġi ttrattat bħala

kriminal mill-Amerikani għax iħoss li ċ-ċittadini tad-dinja għandhom id-dritt ikunu jafu x’qiegħed isir minn wara darhom. Minħabba li dak iż-żmien kien fir-Renju Unit, Assange fetaħ diversi appelli f ’dan ilpajjiż biex jipprova jimblokka l-estradizzjoni lejn l-Iżvezja. L-appell tiegħu falla f ’Mejju tal-2012, però f ’Ġunju ta’ wara, waqt li kien liberu bi pleġġ, hu mar fl-ambaxxata Ekwadorjana u talab l-ażil abbażi ta’ persekuzzjoni politika. Din ittalba kienet aċċettata, deċiżjoni li poġġiet lill-awtoritajiet Brittaniċi f ’pożizzjoni skomda għax ma setgħux ikomplu l-proċeduri legali kontrih. Se jkomplu investigazzjonijiet

bl-

Din is-sitwazzjoni skomda kompliet tiġi ggravata biddeċiżjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li sostniet li r-Renju Unit u l-Iżvezja kienu qegħdin

Din hija sitwazzjoni imbarazzanti għal Syriza, il-partit li bħalissa qiegħed fil-Gvern, hekk kif fil-passat kien hu li mexxa protesti ta’ din ix-xorta kontra amministrazzjonijiet preċedenti li riedu jdaħħlu riformi simili. L-alternattiva li għandu quddiemu l-Gvern mhix wisq sabiħa għax, mingħajr dan iddħul il-ġdid, huwa jkollu jimplimenta tnaqqis fil-pensjonijiet ta’ madwar 15% kif intalab oriġinarjament mill-kredituri internazzjonali tagħha. Minkejja li l-pensjonanti diġà esperjenzaw ħdax-il tnaqqis fil-benefiċċji tagħhom mill2010 ’l hawn, l-FMI għadha tiffavurixxi tnaqqis ulterjuri f ’dan ir-rigward fuq il-possibbiltà ta’ żieda fil-ħlasijiet kontributorji. Dan għax l-FMI qiegħda tibża’ li żieda fil-pressjoni fiskali tista’ xxekkel lill-ekonomija li m’ilhiex ħafna li bdiet tagħti sinjali pożittivi.

L-aħħar fost dawn is-sinjali kien il-Winter Economic Forecast 2016 tal-Kummissjoni Ewropea li sostna li r-riċessjoni ekonomika kienet anqas serja milli mistenni. Dan grazzi għal konsum privat tajjeb, l-introduzzjoni ta’ diversi riformi strutturali u l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ privatizzjoni mitlub mill-kredituri internazzjonali. B’konsegwenza ta’ dawn il-fatti, l-ekonomija ma ċkinitx fl-2015 imma baqgħet stabbli fil-livell tal2014. Madankollu, għall-2016, l-istima ta’ tkabbir hija ta’ -0.7% hekk kif fl-ewwel nofs tas-sena huwa mistenni tnaqqis notevoli fil-konsum privat. Is-sitwazzjoni mistennija li tmur għall-aħjar fit-tieni nofs tal-2016 u eventwalment twassal għal tkabbir ekonomiku ta’ 2.7% fl-2017. Fejn jidħlu d-defiċit u d-dejn, l-2015 ma kinitx sena daqstant tajba fejn dan tal-ewwel tela’ għal 7.6% kkumparat mat-3.6% tal-2014, filwaqt li d-dejn żdied minn 179% għal 185% fl-istess perjodu. Però, il-Kummissjoni qiegħda tistenna li, kemm waħda, kif ukoll l-oħra se jonqsu fl-2017. Dan il-progess jista’ jkun imħarbat, però jekk ma jintlaħaqx qbil dwar l-estensjoni tat-tielet bailout lil hinn minn Marzu li ġej. S’issa l-indikazzjonijiet huma li d-diskussjonijiet bejn il-Gvern Grieg u l-kredituri internazzjonali mistennijin li jsiru bejn is-26 u t-28 ta’ Frar.

iċaħħdu lil Assange millibertà. Wara d-deċiżjoni tanNazzjonijiet Uniti hemm il-fatt li Assange qiegħed maqbud fl-Ambaxxata Ekwadorjana għax huwa kostantement firriskju li jkun arrestat minkejja l-fatt li l-investigazzjonijiet filkonfront tiegħu ma għamlu l-ebda progress mill-2010 ’l hawn. Kif wieħed jistenna, Assange laqa’ din iddeċiżjoni b’sodisfazzjon u talab li l-investigazzjonijiet fil-konfront tiegħu jieqfu b’mod immedjat. Madankollu, l-awtoritajiet Brittaniċi u Żvediżi ddeskrivew ilkonklużjoni tan-NU bħala redikola minħabba l-fatt illi l-investigazzjoni staġnaw b’konsegwenza tal-għażla ta’ Assange li jaħrab mill-ġustizzja. Għaldaqstant, fil-fehma tagħhom kellu jkun hu li kellu jġorr il-ħtija għad-dewmien filproċeduri legali. Barra minn hekk, Philip Hammond, is-Segretarju għall-

Affarijiet Barranin Brittaniku, sostna li Assange mhux qiegħed jiġi mċaħħad mil-libertà għaliex jista’ joħroġ mill-ambaxxata meta jrid. Però, huwa ma jistax jevita li jkun arrestat millġdid għaliex huwa s-suspettat prinċipali fl-investigazzjonijiet li semmejna aktar ‘il fuq. Minkejja li d-deċiżjoni għandha valur kbir fuq livell politiku u medjatiku, legalment ma torbotx lillawtoritajiet tar-Renju Unit u l-Iżvezja li għandhom iddritt li jkomplu għaddejjin blinvestigazzjonijiet tagħhom. Sadanittant, però, żewġ każijiet ta’ molestja sesswali u koerzjoni, oriġinarjamenti mressqa mill-awtoritajiet Żvediżi, diġà ġew preskritti. Madankollu, huwa għadu qiegħed jiġi investigat fl-Iżvezja fuq allegazzjoni ta’ rapport sesswali abbużiv, fir-Renju Unit minħabba li kiser il-pleġġ tiegħu u mill-Istati Uniti minħabba l-informazzjoni sigrieta li ħareġ fuq WikiLeaks.


16 07|02|2016

1

kullħadd.com

TA’ BARRA

MINN MADWA

125,000 KONT SOSPIŻ

3 Il-kumpanija tal-midja soċjali Twitter ħabbret li, minn nofs l-2015 ’l hawn, għalqet aktar minn 125,000 kont li kienu ssuspettati li kellhom rabtiet mal-Istat Iżlamiku. Fil-passat Twitter kemm-il darba kienet ikkritikata għad-dewmien tagħha biex tagħmel interventi ta’ dan it-tip meta kien fatt magħruf li diversi gruppi terroristiċi kienu jużaw din il-pjattaforma medjatika biex ixerrdu l-messaġġ tagħhom. Fil-passat, minħabba raġunijiet ta’ privatezza, kumpaniji bħal Twitter qagħdu lura milli jintervienu għax bdew jibżgħu li jgerrxu lill-utenti tagħhom jekk iċedu għall-pressjoni talGvern Amerikan biex jieħdu passi kontra kontijiet individwali. Madankollu, ir-riskju ta’ intervent legali tal-Gvern Amerikan ġiegħel lil bosta kumpaniji f ’dan is-settur biex jieħdu din il-problema bis-serjetà.

2

1 2

IMUT EDGAR MITCHELL

3 Edgar Mitchell, is-sitt astronawta li mexa fuq il-Qamar miet fletà ta’ 85 sena, ġurnata biss qabel il-45 anniversarju mill-mixja storika tiegħu. Il-missjoni li pparteċipa fiha Mitchell kienet waħda iebsa mil-lat psikoloġiku għan-NASA hekk kif kienet l-ewwel waħda wara dik tal-Apollo 13 li kellha tiġi mħassra meta r-rocket li kienu fuqu esperjenza problemi tekniċi serji. Madankollu, il-missjoni tal-Apollo 14 seħħet mingħajr kumplikazzjonijiet fejn Mitchell irnexxielu jagħmel disa’ sigħat fuq wiċċ il-Qamar u fejn kellu l-opportunità li jagħmel diversi esperimenti xjentifiċi. Huwa kien anke sab il-ħin biex jilgħab ftit golf fejn irrapporta li l-ballun kopra distanza ta’ diversi mili b’konsegwenza tal-gravità baxxa tal-Qamar.

IRESSAQ IL-PROPOSTI Nhar it-Tlieta li għadda l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk ippreżenta l-proposti tiegħu biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imressqin mill-Prim Ministru Brittaniku David Cameron li talab ftehim aħjar għal pajjiżu qabel ir-referendum dwar is-sħubija fl-Unjoni li mistenni li jsir aktar tard din is-sena. F’reazzjoni għal dawn il-proposti, Cameron esprima s-sodisfazzjoni tiegħu li l-punti li tressqu kienu milqugħin kollha. Madankollu, stħarriġ li sar wara li kienu żvelati l-proposti ta’ Tusk wera li ħafna Brittaniċi ma kinux konvinti li s-soluzzjonijiet li ġew offruti indirizzaw bis-sħiħ il-bżonnijiet ta’ pajjiżhom. Il-proposti ta’ Tusk issa se jitressqu quddiem il-Kunsill Ewropew fejn l-Istati Membri l-oħra se jiddeċiedu jappoġġjawhomx jew le.


TA’ BARRA

kullħadd.com

AR ID-DINJA 6

07|02|2016 17

INTENZJONIJIET PAĊIFIĊI?

4 6 5

Skont il-Gvern Ġappuniż, il-Korea ta’ Fuq se tantiċipa l-ġurnata li fiha se tispara missila bi prova. Oriġinarjament kien ippjanat li dan it-test isir bejn it-8 u l-25 ta’ Frar. Madankollu, il-Ġappuniżi qegħdin isostnu li għandhom informazzjoni li turi li din il-prova tista’ ssir bejn illum u l-14 tax-xahar. Dan it-test qiegħed jattira interess internazzjonali kbir għax qed jiġi spekulat li l-Korea ta’ Fuq se tużah biex tersaq aktar viċin il-ħolqien ta’ missili ballistiċi. Min-naħa tiegħu, il-Gvern ta’ dan il-pajjiż dejjem sostna li l-intenzjoni tiegħu hija biss li jtella’ satellita fl-ispazju. Madankollu, l-esperimenti nukleari li saru ftit tal-ġimgħat ilu poġġew dubji kbar fuq il-verżjoni tal-fatti tagħhom.

5

4

NEGOZJATI KUMPLESSI

AKTAR AGGRESSJONIJIET Il-belt Ġermaniża ta’ Cologne reġgħet kienet ix-xena ta’ diversi attentati għall-pudur hekk kif diversi nisa rrappurtaw li kienu aggrediti sesswalment waqt iċ-ċelebrazzjonijiet għall-Karnival li saru aktar kmieni din il-ġimgħa. Barra għexieren ta’ rapporti ta’ din ix-xorta, kien hemm aktar minn mija marbuta ma’ aggressjonijiet fiżiċi mhux abbużivi. Il-ħsieb ta’ ħafna mill-ewwel mar lura għall-mijiet ta’ każijiet li seħħew fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena li ħolqu sentiment qawwi kontra l-immigranti hekk kif bosta mill-aggressuri kienu ta’ oriġini barranija. Madankollu, din id-darba l-awtoritajiet qagħdu lura milli jidentifikaw l-aggressuri u żvelaw biss li jagħmlu parti minn sezzjonijiet differenti tas-soċjetà.

Fl-aħħar jiem, l-armata tal-Myanmar u l-amministrazzjoni tal-NLD, il-partit li rebaħ l-elezzjoni ġenerali ta’ Novembru li għadda, kienu involuti f ’negozjati kumplessi dwar min se jmexxi l-pajjiż fis-snin li ġejjin. Dan hekk kif, minkejja r-rebħa elettorali, il-Kostituzzjoni attwali qiegħda żżomm lill-mexxejja tal-NLD Aung San Suu Kyi milli ssir il-president minħabba li t-tfal tagħha għandhom ċittadinanza barranija. Min-naħa tagħhom, l-NLD qegħdin jitolbu lill-mexxejja tal-armata biex jaċċettaw li dan l-artiklu kostituzzjonali jkun sospiż. S’issa, l-armata, li għandha saħħa politika kbira fil-Myanmar, ma tat l-ebda indikazzjoni li tista’ taċċetta t-talba ta’ dan il-partit maġġoritarju. Madankollu, l-NLD għad għandhom sal-aħħar ta’ Marzu biex jaslu għal ftehim.


18 07|02|2016

kullħadd.com

MILL-ISTORJA

MILL-ISTORJA

TRAĠEDJA RUMANA

Meta l-poeta u kittieb Ingliż Percy Bysshe Shelley kien qed jagħmel waħda mill-ħafna waqfiet tiegħu fil-belt eterna, Ruma, ried iżur Palazzo Colonna biex jara b’għajnejh il-pittura li kienet fuq fomm kulħadd – Beatrice Cenci, jum qabel mewtha fl-età ta’ tnejn u għoxrin sena, xogħol l-artist famuż Guido Reni. F’waħda mis-swali tal-palazz ġie wiċċ imb wiċċ mal-pittura tax-xbejba Beatrice u ssaħħar bil-ħlewwa innoċenti tagħha, għalkemm tnikket ukoll bilħarsa ta’ għajnejha qed jitolbu ħniena avolja irrassenjata għad-destin tagħha. Percy Shelley kiteb fiddettall dwar ix-xbieha ta’ Beatrice Cenci u fl-1819 lesta u ppubblika dramm dwar l-istorja tagħha bl-isem The Cenci – A Tragedy in Five Acts, liema rakkont ingħata xejra romantika tipika tal-awtur. Madankollu, l-istorja vera ta’ Beatrice Cenci u l-familja Cenci hija każ ta’ vjolenza domestika bi tmiem traġiku li ma jħalli l-ebda togħma ta’ romantiċiżmu. Baruni xħieħ u vjolenti Biex nibda r-rakkont tiegħi rrid nieħdok lura għas-sena 1598 meta Ruma kienet kollha kemm hi stat pontifikali mmexxi minn Klement VIII;

Kitba ta’

MARY

CHETCUTI Papa devot u mogħti għat-talb, b’danakollu jħobb il-lussu u jaqdi lill-ħbieb. Wieħed missudditi tiegħu kien il-Baruni Francesco Cenci, kap ta’ waħda mill-aktar familji għonja ta’ Ruma f ’dak iż-żmien. IlBaruni Cenci żżewweġ lil Ersilia Santacroce u flimkien kellhom 12-il wild, li wħud minnhom mietu trabi. Kien raġel xħieħ, jippreferi jżomm lil martu u wliedu neqsin u mċaħħdin minn kollox basta jrekken flusu. Tant hu hekk li, meta martu Ersilia mietet wara ħlas diffiċli, Francesco għalaq liż-żewġ uliedu bniet, Antonia u Beatrice, fil-kunvent ta’ Santa Croce f ’Montecitorio, biex jevita xi dota taż-żwieġ. Uliedu ġuvintur kellhom saħansitra jisirqu oġġetti prezzjużi minn darhom stess biex iħallsu bihom meta ma setgħux jagħmlu mod ieħor. Ordnijiet tal-Papa Il-Baruni Cenci żżewweġ għat-tieni darba lil Lucrezia Petroni li ġabet magħha dota biex kompliet iżżidlu mal-ġid kbir tiegħu. Francesco kien bniedem offensiv u xellef difrejh mal-liġi mhux darba jew tnejn. Bil-karattru vjolenti tiegħu, f ’radda ta’ salib kien isib ruħu f ’nofs tilwima fejn malajr kien jiġri d-demm. Kien sadist u vvizzjat u wettaq

sodomija fuq minuri subien għal darba, darbtejn, tliet darbiet, imma dejjem ħelisha ħafif wara li ħallas flejjes kbar għal maħfriet papali. Umiljati bl-għemil żieni ta’ Francesco, uliedu Giacomo, Cristoforo u Rocco appellaw lill-Papa Klement VIII sabiex jeħlishom mit-tirannija ta’ missierhom. Bħala soluzzjoni, il-Papa għadda f ’idejn l-ulied subien uħud mill-artijiet ta’ missierhom filwaqt li sab għarus prospettiv għal oħthom, Antonia, u taha permess tiżżewġu mill-aktar fis ħalli teħles mill-vjolenza tal-Baruni. L-ordnijiet talPapa kienu indiskutibbli u Francesco Cenci kellu jobdi u joħroġ dota sostanzjali għażżwieġ ta’ Antonia. Irrabjat u fferuċjat kif kien, Francesco Cenci qabad lil martu, Lucrezia u lil uliedu, Beatrice u Bernardino, u ħadhom bil-forza fil-Kastell La Rocca, residenza tal-kampanja li kellu fir-raħal ta’ Petrella Salto. Beatrice u ommha tarrispett sabu ruħhom maqfulin fit-tieni sular ta’ dan il-kastell. Minn hawn u minn hemm, Beatrice Cenci sabet mezz kif tikkorrispondi ma’ ħuha Giacomo u bdiet titolbu jeħlishom mill-abbuż, swat u terrur ta’ missierhom. Meta missierha ntebaħ bl-ittri, kważi qatilha bix-xebgħa li taha. Hawnhekk, Beatrice ma felħitx aktar u fasslet pjan kif jeħilsu minnu. Fil-lejla tad9 ta’ Settembru 1598, martu Lucrezia sqietu tazza nbid imħallat ma’ sustanza li traqqad sabiex jintilef minn sensih. Sadanittant, bintu Beatrice kienet ftiehmet ma’ żewġ qaddejja tal-kastell, Olimpio Calvetti u Marzio imlaqqam Il Catalano, li daħlu fil-kamra ta’ Francesco u qatluh b’daqqiet

ta’ martell fuq rasu wara li kellhom jissaraw ftit miegħu peress li t-taħlita tal-inbid ma ħadmitx kif suppost. Meta kienu ċerti li miet, qabduh u tefgħuh mit-tieqa tal-kamra tas-sodda tiegħu għal isfel biex tidher bħala mewta aċċidentali. Francesco Cenci nstab mejjet taħt il-ħitan tal-kastell tiegħu mir-raħħala ta’ Petrella Salto. Ħadd ma ssusspetta xejn, u sarlu l-funeral u ndifen filknisja ta’ Santa Marija flistess raħal. Martu u wliedu rritornaw lejn Palazzo Cenci, f ’Ruma. Akkużati bil-qtil Imma kif jgħid il-Malti, ix-xitan ma ħamilx, għax mill-ewwel bdew jiġru x-xnigħat li l-Baruni Cenci ġie assassinat. L-għajdut żdied sa ma wasal f ’widnejn l-awtoritajiet pontifikali li, min-naħa tagħhom, sejħu għal investigazzjoni kriminali u reġa’ nqala’ l-katavru ta’ Francesco Cenci minn qabru. Tobba u kirurgi li eżaminaw il-katavru kkonkludew li l-Baruni kellu wisq daqqiet f ’rasu u kien impossibbli li għamilhom kollha b’waqgħa. Fl-istess waqt ġiet interrogata qaddejja mill-Kastell La Rocca, u din stqarret li, fil-jum li l-Baruni Cenci nstab mejjet, bintu Beatrice kienet talbitha taħsel liżar mimli demm. Dawn kienu biżżejjed provi biex Lucrezia, Beatrice, Giacomo u ċ-ċkejken Bernardino ġew arrestati, akkużati bil-qtil ta’ Francesco Cenci u ttorturati sakemm stqarrew ħtijiethom. Ilqaddej Marzio il Catalano, miet taħt it-tortura filwaqt li Olimpio Calvetti nqatel minn id anonima meta kien qed jipprova jaħrab minn Ruma. Jingħad li nqatel minn qraba

tal-familja Cenci biex id-delitt jibqa’ midfun. Ma servew xejn l-appelli li saru f ’isem il-familja Cenci quddiem Papa Klement VIII, fejn issemmew l-abbużi u l-vjolenza li sofrew taħt idejn il-mejjet Francesco Cenci. IlPapa ried li l-ġudizzju tiegħu jservi ta’ twiddiba għall-familji Rumani kollha, għaldaqstant, is-sentenza tiegħu kienet mewt għal Lucrezia, Beatrice u Giacomo. Peress li ħuhom, Bernardino, kien għad għandu tlettax-il sena biss, ġie kkundannat jaqdef fuq ixxwieni tal-Papa. Bis-saħħa ta’ din is-sentenza, Papa Klement VIII ta lilu nnifsu d-dritt li jikkonfiska l-ġid materjali kollu ta’ waħda mill-aktar familji għonja fir-renju tiegħu. Mas-sebħ tal-11 ta’ Settembru 1599, folla kbira imma siekta nġabret fuq ilpont ta’ Kastel Sant’Angelo biex assistiet għall-qtugħ irras ta’ Beatrice u ommha tarrispett, Lucrezia. Imbagħad, Giacomo ġie żmembrat wara li l-bojja farrakklu rasu b’mazza. Iċ-ċkejken Bernardino kien sfurzat jassisti għal din l-atroċità fuq ordni tal-Papa. Meta kien qabad jidlam il-Patrijiet Kappuċċini keffnu l-katavri u ħaduhom bil-purċissjoni fost it-talb tan-nies komuni ta’ Ruma li mxew warajhom b’turija ta’ solidarjetà ma’ din il-familja ddiżgrazzjata. Id-difna saret fil-knisja ta’ San Pietro in Montorio. Jekk tkun se żżur Ruma ftakar biex tgħaddi minn Via di Monserrato fejn issib irħama li tpoġġiet mal-ħajt fl-1999 u tgħid hekk: Da qui ove sorgeva il carcere di corte sa vella l’11 Settembre 1599, Beatrice Cenci mosse verso il patibolo vittima esemplare di una giustizia ingusta.


LAND ROVER

Land Rover Defender

TINTEMM IL-PRODUZZJONI WARA 68 SENA L-hekk imsejħa ‘Ikona tal-Inġinerija Brittanika’ tintemm mill-produzzjoni wara 68 ta’ suċċessi mondjali. Emissjonijiet kbar u nuqqas ta’ sigurtà kienu r-raġunijiet ewlenin għal din l-aħbar diżappuntanti fost bosta dilettanti ta’ din l-SUV. Bi produzzjoni li bdiet fl-1948, ftit wara li ntemmet it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Land Rover irnexxiela tilħaq postijiet li karozzi oħra ma rnexxilhomx jaslu fihom, birraġuni ewlenija tkun il-prestazzjoni 4x4 u r-roti u suspensions kbar. Dawn il-fatturi għamluha karozza ideali għal off-roading, sew bħala sport u anke f ’każi ta’ emerġenza fejn hija kapaċi li tinżel taħt ammont konsiderevoli ta’ livell ta’ ilma. Tmienja u sittin sena ta’ storja Mill-bidu tal-produzzjoni tagħhom fl-1948 sat-tmiem tal-produzzjoni fid-29 ta’ Jannar 2016, inbnew ’il fuq minn żewġ miljun vettura fl-impjant li jinsab fi Solihull fir-Renju Unit. Tul din l-istorja rikka, ġew manifatturatti diversi verżjonijiet b’bosta differenzi taħt it-titli ewlenin ta’ Series 1, Series 2, Series 3 u Defender. Dak li beda bħala taħżiża fuq irramel, żviluppa għal waħda mill-aqwa ikoni 4x4 dinjija, li kisbet l-unur taliżjed vettura versatili fid-dinja. Fl2015, saret xi ħaġa innovattiva li ħadd qatt ma basar. Meta ntlaħqu ż-żewġ miljun vettura, inħadem id-‘Defender 2,000,000’ li nbiegħ għall-prezz rekord ta’ £400,000 – ċifra ferm ’il bogħod mill-prezz oriġinali ta’ £450 li bih inbiegħet l-ewwel landrover fl-1948 f ’Amsterdam Motor Show.

Wara l-gwerra l-Brittanja kellha nuqqas ta’ azzar, għalkemm aluminju kellha b’abbundanza biex jinbdew il-qxur talkarozzi, u l-pajjiż kellu kapaċità kbira ta’ manifattura. B’ispirazzjoni li ġiet millaħwa Spencer u Maurice Wilks, li dawn għenu lill-kumpanija Rover biex terġa’ tqum fuq saqajha fis-snin tletin. Huma fasslu l-landrover bħala vettura b’użu primarju għall-agrikultura u biedja mingħajr ma qiesu l-impatt li jista’ jkollha fuq l-ambjent. Il-produzzjoni tas-Series 1 damet għaxar snin b’magna 1.6L petrol b’erba’ gerijiet, f ’żewġ tulijiet kif inhuma magħrufa sal-lum. Il-bidliet li sar fl-1958, is-Series 2 ġabet magħha disinn ġdid u bidliet fil-magna. Fost dawn il-bidliet rajna titjib fil-magna għal waħda diżil li damet tintuża sassnin tmenin. Il-manifattura tas-Series 2 baqghet issir għal tliet snin biss, b’magni 2.0 u 2.25 petrol u 2.0 diżil. Il-bejgħ kien laħħaq in-nofs miljun sal-1966, waqt il-perjodi li kien jiġi manifatturat is-Series 2A li dam għaxar snin jiġi manifatturat. Hawn rajna żieda fissaħħa tal-magna fejn rajna 2.25 petrol jew diżil bit-trażmissjoni tibqa’ b’erba’ gerijiet. L-akbar numru ta’ produzjoni jiġi rreġistrat fl-1971, b’56,000 vettura. Fl-1971 rajna wkoll l-introduzzjoni tas-Series 3, waħda mill-ikoni popolari fl-istorja tal-landrover, speċjalment dik station wagon. Din baqgħet tiġi manifatturata sal-1985 fejn il-magna kienet tiġi disponibbli f ’diversi għażliet bħal: 2.25L petrol b’saħħa ta’ 73hp, 2.25L diżil b’saħħa ta’ 62hp, 2.6L petrol b’saħħa ta’ 86hp u 3.5L petrol (V8) b’saħħa ta’ 91hp. It-trażmissjoni kienet disponibbli b’erba’ gerijiet, kif ukoll wieħed għall-4 wheel drive.

Fl-1990, il-landrover adottat l-isem ta’ Defender. Sa dan iż-żmien kienet diġà saret vettura prestiġġjuża u ta’ ċertu importanza għall-fatt li kienu bosta n-nies ta’ importanza li kienu jipposiedu Land Rover, fosthom irReġina Eliżabetta II, Sir Winston Churchill, Steve McQueen u oħrajn, kif ukoll kienet protagonista f ’bosta films bħal f ’Born Free li ħareġ fl-1966. Id-Defender, li ġġorr ukoll l-ismijiet Ninety u One Ten, bl-aħħar mudell li jinħadem ikun tal-istess serje, bl-isem ta’ H166 HUE. Landrovers f ’din isserje ġew mgħammra b’varjetà ta’ stili bħal dawk bi tlieta jew ħames bibien li huma 4x4, b’żewġ bibien li huma pick-ups jew bi tliet bibien bħala vann. Bi trażmissjoni ta’ erba’ jew ħames gerijiet, insibu varjetà kbira fil-magni li ġew ipperfezzjonati. 2.25L jew 2.5L petrol jew diżil, 2.5 turbo diżil u 3.5L petrol V8. Insibu użi varji għal-landrovers. Minn użu privat, għal użu sportiv. Użu fisservizz u fiċ-ċivil u ħafna oħrajn. Minn dak li ħolmot il-kumpanija Rover, inħolqot il-kumpanija Land Rover, sakemm illum insibu l-kumpanija Jaguar Land Rover. Vettura li tibqa’ ikona u li aktar minn 70% minn dawk li ġew manifatturati għadhom jintużaw fit-toroq. Minkejja dan, is-sidien tal-kumpanija saħqu li se jkunu qed jiġbru numru ta’ vetturi u jżidulhom dak kollu li hu meħtieġ biex isiru konformi mal-liġi ta’ sigurtà u nuqqas ta’ emissjonijiet. Dawn mistennija jerġgħu ikunu fis-suq f ’Lulju tal-2016. Proġett li mistenni jsir taħt sorveljanza ta’ ħaddiema li ħadmu fl-impjant li jinsab f ’Solihull.

Land Rover Series 1

Land Rover Series 2

Land Rover Series 3

Land Rover 2,000,000


20 07|02|2016

kullħadd.com

KAROZZI

PEUGEOT TIRBAĦ ID-DAKAR 2016

Wara kważi 26 sena li din id-ditta tal-karozzi rnexxielha tagħmel suċċess u tirbaħ din il-kompetizzjoni prestiġġjuża, għall-ħames darba, il-Peugeot reġgħet rebħet ir-Rally tad-Dakar fl-istorja tagħha. Il-karozza two-wheel drive Peugeot 2008 DKR irnexxielha tirbaħ din il-kompetizzjoni bl-għajnuna ta’ wieħed mill-aqwa crew li kien hemm f ’din il-kompetizzjoni, magħmul minn Stephane Peterhansel u Jean-Paul Cottret. • Peugeot rebħet dan id-Dakar wara li pparteċipat għat-tieni darba fl-avveniment li sar fl-Amerka t’Isfel • Il-Peugeot 2008 DKRs irnexxielhom jagħmlu disa’ stage wins minn tnax possibbli, inkluż seba’ one-twos u żewġ one-twothrees • 25 sena bl-eżatt wara l-ewwel rebħa tiegħu fuq mutur, Stephane Peterhansel irnexxielu jirbaħ it-12-il Dakar – sitta minnhom billi tellaq b’mutur, u sitta oħra f ’karozza flimkien ma’ sieħbu s-sewwieq l-ieħor Jean-Paul Cottret • Il-koppji Cyril Despres/David Castera u Sebas-

tien Loeb/Daniel Elena kienu l-akbar sorpriża ta’ dan id-Dakar tant li spiċċaw fis-seba’ u fid-disa’ post rispettivament • Tlieta mill-erba’ Peugeot 2008 DKRs waslu salaħħar tat-tellieqa. Carlos Sainz u Lucas Cruz kienu fuq quddiem meta kien fadal biss erbat ijiem biex jispiċċa, iżda ma rnexxilhomx jingħaqdu ma’ sħabhom biex jaslu sal-aħħar. Madnkollu, xorta waħda taw kontribuzzjoni siewja għar-riżultat finali Storja brillanti Din ir-rebħa hija l-aħħar kapitlu minn storja ta’ suċċessi fil-motosport għall-Peugeot, fejn tinkludi erba’ rebħiet fid-Dakar fl-Afrika bejn l-1987 u l-1990, kif ukoll is-suċċess f ’diversi avvenimenti oħrajn li jinkludu l-Le Mans 24 Hours, Pikes Peak u l-World Rally Championship. Din ir-rebħa se tkun qed titniżżel fl-istorja tal-Peugeot, li rnexxielha tirbaħ din il-kompetizzjoni wara li ħadet sehem fiha għat-tieni darba fl-Amerika t’Isfel. Kienu proprju tliet Peugeot 2008 DKRs li waslu sal-

aħħar. B’riżultat bħal dan qatt ma seta’ kien possibbli mingħajr l-għajnuna tal-membri tattim jew inkella mingħajr dawk l-eroji li ħadmu wara l-kwinti, b’mod speċali l-mekkaniks bravi. Cyril Despres, li kellu wirja tajba ħafna fit-tieni parteċipazzjoni tiegħu fuq karozza ta’ erba’ roti u kkontribwixxa għal waħda mir-rebħiet tal-Peugeot fil-one-twos, serva wkoll bħala anġlu kustodju għal sħabu fittim, wara li għenhom joħorġu mill-inkwiet għal aktar minn okkażjoni waħda. ‘Mr Dakar’ jirritorna Id-duwo ta’ Stephane Peterhansel u Jean-Paul Cottret, permezz tal-esperjenza mifruxa tagħhom, kienu strumentali ħafna għar-rebħa li għamlu l-Peugeot f ’Rosario. Din mhux biss kienet is-sitt rebħa tagħhom flimkien bħala tim, iżda t-tnaxil waħda b’mod totali għal Peterhansel – li rebaħ id-Dakar għal sitt darbiet fuq il-mutur – 25 sena wara li ddebutta. Dan l-isportiv Franċiż, għalhekk, irnexxielu jestendi r-rekord

tiegħu ta’ rebħ u aċċerta t-titlu tiegħu li l-analisti u s-segwaċi ta’ dan l-isport jassoċjawh miegħu, dak ta’ Mr Dakar. Tim tal-ġenn B’rotta twila madwar 9,500 kilometru li tgħaddi mill-Arġentina u l-Bolivja u li ddum ġimagħtejn, kif ukoll b’temp u altitudi diffiċli li laħqu sal-4,800 metru, it-tim tal-Peugeot ma qatax qalbu quddiem dawn l-isfidi kollha u mar għal din it-tellieqa b’wieħed mill-aqwa timijiet li qatt rat l-istorja tad-Dakar. Bi sbatax-il rebħa bejniethom, ilcrews ta’ Stephane Peterhansel/ Jean-Paul Cottret, Carlos Sainz/ Lucas Crus u Cyril Despres/ David Castera, u li magħhom ingħaqdu wkoll iċ-champions talWorld Rally Sebastien Loeb u Daniel Elena, għamlu d-debutt tagħhom f ’dan l-avveniment. Sfida teknika Il-crews kollha involuti għamlu l-almu tagħhom fil-karozza tal-Peugeot 2008 DKR. L-inġiniera tal-Peugeot tgħallmu

ħafna mill-ewwel parteċipazzjoni tagħhom fl-Amerika t’Isfel is-sena l-oħra, u ħadmu qatigħ minn dakinhar ’il hawn biex dejjem ikomplu jtejbu l-karozza Peugeot 2008 DKR, li kienet aktar baxxa, aktar wiesgħa u twila kif ukoll aktar b’saħħitha, u ma ħaditx fit-tul biex turi l-potenzjal kollu tagħha. Din il-karozza għażlet li żżomm mat-two-wheel drive configuration fir-rigward tat-traditional 4x4s, u, b’mod konsistenti, kienet komda fuq kull tip ta’ wiċċ, tant li b’hekk spikkaw l-għażliet tekniċi li oriġinarjament saru fil-bidu. Ġimagħtejn ta’ tlajja’ u nżul Il-crew tat-Team Peugeot Total irnexxielu jikseb il-vantaġġ fit-tellieqa proprju mill-ewwel special stage. Bl-użu tal-kompetenzi u l-esperjenzi tiegħu, Sebastien Loeb kien l-ewwel persuna li kiseb stage win, iżda Stephane Peterhansel u Carlos Sainz kienu qrib ħafna tiegħu. Matul l-ewwel ġimgħa, il-Peugeot 2008 DKRs, b’mod konsistenti, okkupat l-ewwel tliet pożizzjonijiet, grazzi għal sitt one-twos u żewġ one-two-threes fuq is-sitt stages run, liema riżultati rnexxielhom jispiraw lit-tim kollu. It-tellieqa waslet għall-ġurnata tal-mistrieħ f ’Salta u wara diversi sfidi f ’kundizzjonijiet diffiċli fil-Bolivja, l-ewwel tlieta li daħlu kienu Loeb, Peterhansel u Sainz. It-tieni ġimgħa tat-tellieqa offriet aktar avventuri b’rotta aktar varjata, fejn kien hemm ħafna azzjonijiet interessanti off-piste u l-itinerary permezz tad-dunes. F’dan it-terran ferm diffiċli, kemm Sebastienb Loeb kif ukoll Carlos Sainz tilfu kull tama li setgħu jirbħu minħabba li esperjenzaw problemi mekkaniċi fl-10 stadju. Cyril Despres kien diġà sabha diffiċli fil-ħames stadju minħabba problema fit-turbo, u kien għalhekk Stephane Peterhansel li ħareġ bħala l-konkorrent ewlieni għar-rebħa. Dan il-Franċiż rebaħ stadju kruċjali permezz tal-famużi Fiambala Dunes, u ftit wara ħa vantaġġ fuq l-għaxar u t-tlettax-il stadju. Fl-aħħar nett, kulma kellu jagħmel Peterhansel kien li jżomm il-vantaġġ li kellu sal-aħħar.


KAROZZI

kullħadd.com

07|02|2016 21

TEST-DRIVE

IT-TIELET ĠENERAZZJONI TA’ AURIS F’opportunità li kelli ftit taljiem ilu, grazzi għal Michael Debono Ltd, ġejt mistieden biex insuq il-mudell Auris fittielet ġenerazzjoni tiegħu. Bejn l-ewwel ġenerazzjoni ta’ Auris li bdiet fl-2006 u t-tieni waħda fl-2012 rajna bidla kbira fid-disinn kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa. Iżda l-mudell li ġie inawgurat is-sena li għaddiet u jinsab għall-bejgħ bħalissa huwa kważi identiku għal dak li ħareġ fl-2012. Sar tibdil żgħir minn barra, bl-iżjed evidenti jkun il-bumper ta’ quddiem. Min-naħa l-oħra sar tibdil kbir fuq ġewwa talkarozza bl-iżjed evidenti jkun id-dashboard. Iżda l-ikbar bidla saret fit-teknoloġija tagħha fejn ġie pperfezzjonat il-livell ta’ ekonomija, b’mod speċjali. Il-mudell li ngħatajt biex insuq kien ta’ verżjoni Icon, b’żidiet għall-verżjoni Active li hija dik standard, b’magna awtomatika. Karatteristika li tispikka ħafna hija l-info screen b’qies ta’ seba’ pulzieri kollu touchscreen. Waqt li l-vettura tkun qed taħdem, ikollok viżwal 3D ta’ dak li qed jiġri fis-sistema tal-ħadma talmagna. Viżwal ieħor żgħir huwa bejn iż-żewġ arloġġi fiddashboard fejn jiġu mmarkati b’mod diġitali diversi figuri bħal ammont ta’ fjuwil u oħrajn. Il-mudell li ngħatajt biex insuq kien Auris Hybrid, b’magna 18 petrol, b’sistema ekonomika għall-aħħar. Karatteristika li għamlet din il-vettura interessanti ħafna hija l-mod kif taħdem din ilkarozza. Minn batterija, għal batterija u fjuwil, għal fjuwil biss huma t-tliet sistemi li taħdem bihom. Dawn jiġu mmarkati fuq gauge fiddashboard minflok ir-rev counter. Hekk kif tistartja l-karozza permezz tat-teknoloġija talpush-start button, il-karozza taħdem fuq il-batterija biss sakemm tilħaq l-ewwel ftit kilometri ta’ veloċità. Kif ilvelocità tkompli tiżdied, issistema taqleb għal fjuwil u batterija fl-istess ħin (hybrid tradizzjonali), waqt li meta l-velocità tkompli tiżdied din taqleb fuq fjuwil biss. Din issistema hija waħda mill-iżjed effiċjenti biex tiffranka kemm jista’ jkun fjuwil li, fil-każ talhybrid, dejjem ikun petrol. Dan ifisser li kif il-karozza tkun fit-traffiku jew timxi b’veloċità baxxa ħafna, tkun qed taħdem kompletament fuq il-batterija biss. Interessanti ħafna huwa l-fatt li hekk kif il-batterija tkun qed toqrob lejn it-30% taċ-charge tagħha, awtomatikament taqleb fuq is-sistema talfjuwil, u tkun il-magna stess li tiċċarġja l-batterija. B’dan kollu, u r-rikba komda għall-

aħħar li toffri din il-karozza, ikollok esperjenza ta’ sewqan indimentikabbli. Karatteristiki li bihom tiġi mgħammra din il-karozza

Il-verżjoni standard talAuris, bl-isem ta’ Active, tikkonsisti: f ’roti 15 inch, 3 ring combimeters b’LCD display, arja kkundizzjonata awtomatika, power steering, remote central locking, radju b’CD AM/FM USB/AUX, erba’ speakers, electric windows ta’ quddiem, antenna sharkfin, space saver spare wheel, tyre pressure warning, seba’ airbags, VSC, TRC, ABS, EBS u BA, hill start assist control, hallogen headlamps b’daytime running lights LED, dawl ta’ wara LED u LED light guide. Filkażi ta’ hybrid ikollha żewġ ring combimeters b’4.2” colour TFT driver info sreen u buttuna push-start. Il-verżjoni Icon, li hija żieda mal-Active, tikkonsisti: f ’16 inch alloy wheels, 2 ring combimeters b’4.2” colour TFT driver info sreen, 7 inch touchscreen b’disinn ġdid tal-ħġieġ, Toyota Touch 2 b’CD/DAB/ FM&AM/Bluethoot USB u AUX, sitt speakers, reversing camera b’display ċara ħafna u anke guidelines, front & rear power windows, gear knob u steering wheel tal-ġilda, foglamps quddiem. Mal-verżjoni Icon, insibu tliet settijiet ta’ żidiet addizjonjali li huma Business, Deisgn u Excel. Business tinkludi: Toyota Touch 2 b’Go Navigation, seat heaters b’power driver lumbar support u cruise control. Design tinkludi: 17inch alloy wheels, rear privacy glass u criuse control. Excel tinkludi: 17inch alloy wheels, Bi-LED headlamps b’LED lightguide, Toyota Touch 2 b’Go Navigation, heated seats b’power lumbar support, dual zon auto zone AC, smart entry key u push-start button, parking sensors quddiem u wara, intelligent park assist, rain u dusk sensors, retractable mirrors, privacy glass u auto rear view mirror. Barra minn hekk insibu bosta aċċessorji addizzjonali bħal: side mouldings, side chrome garnish, trunk liner, bumper corner protectors, mud flaps marroti ta’ quddiem u wara, wind deflectors, rear bumper protection plate, tapiti tal-lakstu u scuff plates. Din il-karozza tiġi fil-kuluri abjad u perla, waqt li blu, blu skur, silver, deep titanium, iswed, aħmar, bronż u griż huma disponibbli bħala metallic. Din il-karozza tiġi wkoll b’magni Euro6, kif ukoll f ’żewġ mudelli ewlenin li huma hatchback u touring sports b’dan tal-aħħar huwa kemxejn itwal fid-daqs tiegħu.

Għal iżjed informazzjoni wieħed huwa mħeġġeġ iżur il-paġna ta’ Facebook –

Toyota Malta, iċempel 2269 4000 jew iżur is-sit www. toyota.com.mt. Tistgħu wkoll

iżżuru x-showroom ta’ Michael Debono Ltd li tinsab Triq Notabile, Ħaż-Żebbuġ.



RIĊETTI

kullħadd.com

RICETTI

BNINI

07|02|2016 23

IĊ-ĊIKKULATA U SAN VALENTINU Iċ-ċikkulata hija l-aktar ħelu assoċjat mal-festa tal-maħbubin – San Valentinu. Fl-Istorja nsibu li ċ-ċikkulata minn dejjem kienet meqjusa bħala afrodiżjaka (kelma mnissla minn Afrodite – l-alla tal-imħabba). Il-kittieb Taljan Casanova saħansitra kiteb fid-djarji tiegħu fuq kemm kien jikkonsma ċikkulata biex isostni d-drawwiet tiegħu! Ix-xjentisti jgħidu li l-kwalitajiet li fiha ċ-ċikkulata u li jagħmluha afrodiżjaka huma tnejn: il-phenethylamine, li huwa stimulant li jerħi l-moħħ meta bniedem jibda jħobb lil ieħor; u t-tryptophan, stimulant li jgħin lill-moħħ biex jipproduċi l-kimika serotonin li hija assoċjata ma’ burdati sesswali pożittivi. Barra minn hekk, ittogħma ħelwa u bellusija taċ-ċikkulata tagħmilha d-deżerta u r-rigal ideali għal jum San Valentinu.

CUPCAKES TAĊ-ĊIKKULATA BIĊ-ĊIRASA FRISKA Ingredjenti: • • • • • • • • • • •

200g dqiq 25g kawkaw(cocoa powder) Mgħarfa trab tal-ħami (baking powder) 100 zokkor fin (caster sugar) 125g ċikkulata tal-ħalib, imqattgħa 2 bajdiet 100g żejt tal-ward tax-xemx (sunflower oil) 200ml ħalib 125g ċikkulata skura 250ml krema doppja, imħabbta Ċirasa friska, biex iżżejjen

Metodu: 1. il 2. 3. 4. 5.

Saħħan il-forn għal temperatura ta’ 200°C. Imla t-toqob ta’ landa ta’ 12cupcake bil-forom tal-karti. Għarbel id-dqiq, it-trab tal-ħami u l-kawkaw f ’bieqja kbira. Żid iz-zokkor u ħawwad. Poġġi l-bajd u ż-żejt f ’bieqja kbira oħra u ħabbathom sew flimkien, imbagħad żid il-ħalib ftit ftit filwaqt li tkompli tħabbat. Żid l-ingredjenti nixfin gradwalment fit-taħlita likwida. Ħawwad biss sakemm jitħalltu f ’xulxin. Fl-aħħar żid iċ-ċikkulata mqattgħa. B’mgħarfa poġġi ftit mit-taħlita f ’kull forma. Imla biss ¾ ta’ kull forma

BROWNIES BIL-ĠEWŻ Ingredjenti: • 200g zokkor fin (caster sugar) • 125g butir • 125g cikkulata skura • 85g dqiq • 2 mgħaref kawkaw (cocoa powder) • 2 bajdiet, imħabbtin ħafif • ½ kuċċarina essenza tal-vanilla • 100g gewż imqaxxar u mqatta’ Metodu: 1. Saħħan il-forn għal temperatura ta’ 180°C. Idlek u iksi bil-kartaforn landa kwadra ta’ 20ċm. 2. Dewweb iċ-ċikkulata banjumarija. 3. B’ħabbata tal-elettriku ħabbat flimkien il-butir u z-zokkor sakemm ikollok taħlita lixxa u ħafifa. Żid l-essenza tal-vanilla u l-bajd ftit ftit sakemm jitħallat kollox. 4. Għarbel id-dqiq, it-trab tal-ħami u l-kawkaw flimkien u, b’mgħarfa, żidhom u daħħalhom bil-mod fit-taħlita tal-butir, imbagħad żid ukoll iċ-ċikkulata maħlula. Fl- aħħar żid il-ġewż. 5. Ferra’ t-taħlita fil-landa ppreparata u aħmi għal 20- 25 minuta jew sakemm tara li stikka li ddaħħal f ’nofs it taħlita toħroġ nadifa. 6. Ħalli sakemm tibred kompletament fil-landa stess, imbagħad qattagħha kaxxi.

TRUFFLES TAĊ-ĊIKKULATA

Ingredjenti: • 200g ċikkulata tal-ħalib, imkissra • 60ml krema doppja • Mgħarfa liqueur tal-kafè • 75g ġellewż, inkaljat u mqatta’ • 2 mgħaref kawkaw (cocoa powder), mgħarbul Metodu: 1. Dewweb iċ-ċikkulata mal-krema banjumarija. Żid il-liqueur u ħawwad. Kif tibred it-taħlita poġġiha fil-friġġ għal mill- inqas sagħtejn. 2. Ifforma t-taħlita fi blalen żgħar (ikollok madwar 20). Poġġi l-ġellewż u l-kawkaw f ’żewġ bwieqi separati. Gerbeb u iksi nofs il-blalen taċ-ċikkulata fil-ġellewż imfarrak, u n-nofs l-ieħor fil-kawkaw. Poġġi t-truffles fil-friġġ sakemm tasal biex isservihom. Nota: jekk ma tħobbx it-togħma tal-kafè tista’ minflok tuża mgħarfa brandy jew rum u tibdel iċ-ċikkulata tal-ħalib ma’ dik skura.

6. 7.

bit-taħlita. Aħmi għal 20 minuta. Poġġi l-cupcakes fuq gradilja biex jibirdu. Sadanittant, ħokk ftit miċ-ċikkulata skura biex tużaha aktar tard u dewweb il-kumplament banjumarija. Ħalli ċ-ċikkulata tibred ftit u idlek il-wiċċ ta’ kull cupcake biha. Meta tagħqad kompli żejjen bil-krema u ċ-ċirasa, u fl-aħħar roxx biċ-ċikkulata maħkuka.


KALEJDOSKOPJU

24 07|02|2016

kullħadd.com

KURŻITAJIET

MALTA RECORDS (Minn informazzjoni ta’ Frank A. Attard.)

Fatti miġbura minn

CHARLES B.

SPITERI

ĠRAW BĦAL-LUM

1945: Il-mexxejja alleati: il-Prim Ministru Winston Churchill, il-President Amerikan Franklin D. Roosevelt u l-Marixxall Joseph Stalin jiltaqgħu f ’post sigriet filBaħar l-Iswed biex jippjanaw il-fażi finali tal-gwerra kontra l-Ġermanja u l-futur tal-Ewropa, issa li tmiem il-gwerra hu assigurat.

L-ixjeħ raġel f ’Malta L-ixjeħ raġel li għex f ’pajjiżna jirriżulta li kien Giovanni Schembri minn Ħal Qormi. Hu kellu 111il sena. Kien jgħix il-Belt u miet fl-Isptar tal-Furjana fit-2 ta’ Lulju 1868. Indifen fiċ-ċimiterju f ’Tal-Pietà. Għamel żmien jaħdem bħala suldat u, aktar tard, assistent furnar. L-itwal Maltin L-itwal Malti hu Nathan Attard Bayliss, b’tul ta’ sitt piedi u tmien pulzieri. Jilbes żarbun b’qies 48; waqt li waħda mill-itwal nisa hi Anna Pace, b’tul ta’ sitt piedi żewġ pulzieri u nofs u tilbes żarbun qies 44.

L-IMMIGRAZZJONI TAQLEB L-ISTORJA TAL-INGILTERRA

1962: Il-President Amerikan Kennedy jordna embargo fuq il-prodotti impurtati minn Kuba. Dawn laqtu t-tabakk, ilfrott, il-frott tal-baħar u l-ħxejjex. 1964: Il-Beatles jaslu għall-ewwel mawra tagħhom fl-Istati Uniti, fejn isibu eluf ta’ ammiraturi jistennewhom fl-Ajurport Kennedy fi New York, f ’dik li setgħet titqies bħala Beetle Mania. Huma dehru fuq il-programm televiżiv ta’ Ed Sullivan fejn 73 miljun ruħ jew 40% tal-Amerikani segwewhom. Huma kantaw All My Loving, Till There Was You, She Loves You, I Saw Her Standing There u I Want to Hold Your Hand. 1967: 125 nar differenti fin-naħa t’isfel tat-Tasmanja, flAwstralja, sewa 62 ħajja, 900 persuna mweġġgħin u ’l fuq minn sebat elef bla dar. 1971: In-nisa fl-Iżvizzera jingħataw id-dritt tal-vot. 1974: Wara t-tħabbira tal-istrajk tal-minjieri, Edward Heath, Prim Ministru tal-Ingilterra, isejjaħ elezzjonijiet ġenerali bikrin, bit-tama li l-votanti jkunu miegħu u jappoġġjawh filġlieda tiegħu kontra l-unjins. 1984: L-astronawta Bruce McCandless sar l-ewwel bniedem li tar fl-ispazju, bl-użu ta’ jet-pack imsaħħaħ bil-gass. Wasal sa 300 pied bogħod mid-dinja u lura. 1990: Il-Partit Komunista tal-Unjoni Sovjetika jippermetti partiti oħra biex jikkompetu għat-tmexxija. 2005: L-Ingliża Ellen MacArthur issir l-aktar bniedma li baħħret fl-inqas ħin madwar id-dinja. 2006: Abu Hamza al-Masri jinstab ħati mill-Qorti Ingliża li uża l-prietki tiegħu biex jinċita l-qtil u l-mibegħda razzjali. Al-Masri jinstab ħati ta’ ħafna mill-akkużi kontrih. Il-mexxejja Musulmani laqgħu s-sentenza tiegħu, waqt li Dr Ghayasuddin Siddiqui, Musulman prominenti Brittaniku, iddeskriva lil alMasri bħala ‘dwejjaq’ għall-komunità Musulmana. 2010: Il-fergħa tal-al-Qaeda fil-Jemen tagħmel sejħa lillMusulmani għal gwerra qaddisa kontra l-Amerika u l-alleati tagħha. Stqarrija awdjoviżiva maħruġa minn Said al-Shihri, id-deputat kap tal-al-Qaeda fil-peninsula Għarbija, ħeġġeġ lissegwaċi tiegħu biex “jattakkaw u jeliminaw għedewwa kemm jifilħu”. Żied li kienu wara attakk b’bomba li falla, fuq ajruplan tal-passiġġieri Amerikan li tar minn Detroit f ’Jum il-Milied. 2010: Il-Gvern Ingliż iħabbar li se jwaqqaf il-ħruġ tal-viżi għall-istudenti wara rapporti li numru ta’ estremisti militani użaw is-sistema biex daħlu fil-pajjiż u wara li s-sena l-oħra l-pulizija arrestaw 12-il persuna, fosthom 11-il Pakistan, li lkoll kienu fil-pajjiż b’viża tal-istudenti. 2013: Mara ta’ 20 sena tisfa ttorturata u maħruqa ħajja f ’Mount Hagen Papua New Guinea. Il-mara kienet akkużata li ħaddmet magħmul wara l-mewt ta’ tifel ċkejken. Il-Pulizija ma setgħet tagħmel xejn għalkemm l-uffiċjali stqarrew li se jittrattaw il-każ bħala qtil.

L-istudenti Ingliżi li qed jistudjaw għall-eżamijiet tal-GCSE jridu jitgħallmu li l-ewwel abitanti fin-nazzjon tagħhom kienu l-Afrikani, li waslu hemm ferm qabel l-Ingliżi. Stħarriġ li sar sab li din il-kitba mill-ġdid tal-istorja – li hi x-xogħol ta’ akkademiku Marxist – se tkun offruta lil eluf ta’ studenti tal-Istorja fl-Ingilterra kollha minn Settembru li ġej. Il-kors jindirizza l-fatt ta’ kif l-irġiel bojod iddominaw lill-Afrikani; xi ħaġa li rrabjat lill-aktar studjużi magħrufa Ingliżi. Ir-rumanzier V.S. Naipaul, rebbieħ tal-Premju Nobel, stqarr li l-iskuża tal-korrettezza politika “qed tgħaffeġ l-Istorja u l-edukazzjoni ta’ wliedna”. U l-istoriku Sir Roy Strong, kittieb ta’ The Story of Britain, qal: “Dan l-istudju qed jipproġetta u jipprova jsaħħaħ lilu nnifsu fuq xi ħaġa li mhix minnha.” Il-kwotazzjoni ‘Afrikani fil-Brittanja’, li hi l-ewwel sentenza fil-ktieb ta’ studju għallkors minn storiku Marxist, tirreferi għal leġjun Ruman tal-Afrikani ta’ Fuq, li għal żmien qasir kienu stazzjonati f ’Hadrian’s Wall fit-tielet seklu, qabel il-wasla tal-Anglo-Sassoni. Sa 500 Mori Awreljani – im-

semmija ad unur l-Imperatur Marcus Aurelius, u popolarizzati fil-film Gladiator – mexxew forti qrib Carlisle. Iżda m’hemm ebda xhieda li baqgħu jgħixu hemm. Offrut mill-bord tal-eżamijiet ta’ Oxford u Cambridge (OCR) u approvat għall-użu fl-iskejjel, il-letteratura talkors issemmi: “Dan il-kors jgħin lill-istudenti jitgħallmu kif il-moviment tal-popli – Ewropej, Afrikani, Ażjatiċi – lejn u minn dawn il-gżejjer, iffurmaw l-istorja ta’ dan in-nazzjon għal eluf ta’ snin.” Il-kors – Migration to Britain c. 1,000 sa c 2010 – inħoloq mal-akkademiċi mill-Assoċjazzjoni tas-Suwed u Ażjatiċi, iżda kien ikkundannat bħala ‘propaganda favur l-immigrazzjoni’ fi żmien meta s-suġġett hu sensittiv ferm. Antony Beevor, kittieb u storiku militari magħruf qal: “Il-migrazzjoni hi suġġett validu ferm għall-istudju, iżda jekk issir kitba mill-ġdid tal-Istorja biex tkattar il-moral ta’ ċerti sezzjonijiet tal-popolazzjoni, allura toħloq diżgwid u rabja.” Sir Roy Strong żied: “L-uniċi Afrikani li waslu fl-Ingilterra kienu l-ftit li ġew mar-Rumani. Dawn ġew u telqu! Insibha inkwetanti li t-tfal jiġu mgħallma l-Istorja b’mod differenti milli attwalment hi u dan biex naġevolaw il-problemi kon-

temporanji.” V. S. Naipaul kompla: “Din is-suppożizzjoni tal-Afrikani jgħixu fil-Brittanja qabel ma kien hawn l-Ingliżi hi assurda għall-aħħar u turi kemm tbaxxiet l-istima lejn iċ-ċentri tat-tagħlim bħal Oxford u Cambridge, li sfaw mherrija b’mod insidjuż.” Għalkemm il-kors il-ġdid jibda mill-Medjuevu, sezzjoni minnu jisimha ‘Id-diversità fil-popolazzjoni fl-Ingilterra qabel l-1066’. Il-Professur Alan Smithers mill-Università ta’ Buckingham, li hu konsulent speċjali għall-Kumitat tal-Edukazzjoni, saħaq li: “Din aktar tidher li hi mmirata lejn l-induttrinazzjoni milli lejn l-edukazzjoni. Hi ħaġa perikoluża għax is-soċjetà tiddependi mill-awtentiċità tal-Istorja.” Finalment, Chris McGovern, Chairman tal-Kampanja Edukazzjoni Vera, stqarr: “Il-pajjiż qed jinbiegħ minn dawk politikament korretti u l-identità nazzjonali qed tiġi ssagrifikata għall-gruppi ta’ minorità biex taġevolahom. Hi sempliċement propaganda favur l-immigrazzjoni.” Min-naħa tiegħu, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni qal: “Il-liġi hi ċara daqs il-kristall – id-diskussjonijiet politiċi kollha fl-iskejjel għandhom ikunu bla preġudizzju u bilanċjati.”


PERSONALITÀ

kullħadd.com

07|02|2016 25

MINN FENEK WIEĦED BEDA JRABBI ’L FUQ MINN MITT WIEĦED RAMONA

PORTELLI TINTERVISTA LIL

RAYMOND

FORMOSA

Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com

Email: ramonaportelli@hotmail.com

Ftehemt u mort id-dar ta’ Raymond f ’Birżebbuġa, fejn laqagħni f ’kamra apposta mad-dar tiegħu li fiha jrabbi l-fniek kollha. Stajt ninnota fniek ta’ razez differenti, minn kbar għal żrameġ għadhom jitwieldu, u min b’widnejh imdendlin għal oħrajn b’pil mill-isbaħ. Raymond għandu sebgħa u erbgħin sena, u jgħix Birżebbuġa flimkien mal-familja tiegħu. Kif qalli hu stess, id-delizzji tiegħu huma t-trobbija tal-fniek u l-futbol. Hawnhekk għamilha ċara li l-fniek li jrabbi huma kollha fniek li jitrabbew biss għall-wirja jew biex jinżammu bħala pets. It-trobbija tal-fniek Mistoqsi kemm ilu jrabbi l-fniek, Raymond ikkonfermali li ilu għal dawn l-aħħar tliet snin irabbi fid-dar tiegħu, għalkemm meta kien ċkejken kien irabbi wkoll fid-dar t’ommu. Kollox beda minn żarmuġ wieħed għat-tifel tiegħu, wara ġie fenek ieħor, u fenka wkoll, imbagħad bdew jitwieldu ż-żrameġ, sa ma llum spiċċa jrabbi l-fniek għall-wirjiet. Stajt ninnota li Raymond u l-familja tiegħu jrabbu dawn il-fniek b’serjetà kbira u huma organizzati f ’dak kollu li jirrikjedu. Fost ir-razez ta’ fniek li jrabbi, hemm dawk li jissejħu Netherland Dwarfs, Dwarf Lops, Lion Head

It-trobbija tal-annimali domestiċi saret il-passatemp ta’ bosta, speċjalment f ’familji fejn hemm it-tfal. Min jippreferi jrabbi qattus, min kelb u hemm oħrajn li jippreferu annimali b’inqas indrigu, bħal għasfur jew fenek li jistgħu jinżammu f ’gaġġa. F’din l-intervista tkellimt ma’ Raymond Formosa li bħala passatemp għandu t-trobbija tal-fniek domestiċi. Fil-fatt, b’kollox għandu madwar mija u għaxart ifniek minn seba’ razez differenti. Lops, Mini Angora, Lion Heads u Mini Rex. Mistoqsji xi kemm jirrikjedu xogħol u ħin il-fniek kollha li għandu, Raymond sostna li jnaddfilhom tliet darbiet f ’ġimgħa u li kull darba dan it-tindif jieħu madwar tliet sigħat. Ħoloq sistema awtomatika li biha l-fniek ikunu jistgħu jixorbu minn dripp apposta, filwaqt li l-mara tiegħu tieħu ħsieb tagħtihom l-ikel kull filgħodu. Għal Raymond u l-familja tiegħu ma kinitx l-ewwel darba li daħħlu xi fenek minn tagħhom għal xi wirja, u mhux l-ewwel darba wkoll li xi fenek minn tagħhom jirbaħ. Matul l-intervista nnutajt diversi trofej u ċertifikati li Raymond iżomm f ’vetrina apposta. Ħafna mill-unuri li kiseb bil-fniek tiegħu f ’dawn il-wirjiet kienu l-Best in Shows li torganizza l-Malta Rabbit Club minn żmien għal żmien. Barra minn hekk, Raymond spjegali li hemm proċess sħiħ biex jgħammar il-fniek. “Għat-tagħmir irrid inħaddem moħħi biex, kemm jista’ jkun, ir-riżultat joħroġ b’kulur partikolari, u dettalji ta’ rqaqat fil-widnejn. Il-qofol tat-tagħmir tagħhom huwa biex finalment iż-żrameġ joħorgu oriġinali u partikolari kemm jista’ jkun. L-uniku dwejjaq f ’dan id-delizzju huwa meta jmutli xi fenek,” kompla jgħidli Raymond.

Rilassament għat-tfal It-tipi ta’ fniek li jrabbi Raymond huma dawk li jitrabbew biss għall-wirja jew biex jinżammu bħala pets – jiġifieri żgur li mhumiex fniek tal-qatla kif ħafna forsi aktar jafuhom. Kif sostna hu stess, huwa passatemp ferm rilassanti speċjalment għattfal biex jitgħallmu jintegraw aktar. Fil-fatt, huwa fatt magħruf sew li l-fniek bħala pets jistgħu jgħinu biex itaffu l-istress tal-ħajja ta’ kuljum, anke tat-tfal meta dawn iqattgħu ftit ħin jilagħbu magħhom. Barra minn hekk, fenek mhux pet li jista’ jaħrab faċilment bħalma jista’

jagħmel qattus jew kelb. Minbarra x-xogħol tat-tindif u l-għalf, Raymond u l-mara tiegħu jomxtu wkoll lil dawn il-fniek biex ilpil tagħhom jinżamm fl-aqwa kundizzjoni. Għal dan jużaw xkupilja apposta tal-fniek u anke xi biċċiet tal-ħwejjeg apposta tal-fniek –aċċessorji u preparamenti ta’ qabel il-wirja. Wirjiet tul is-sena Raymond huwa membru fil-kumitat tal-Malta Rabbit Club, li matul is-sena jorganizzaw diversi wirjiet talfniek tat-tip li jrabbi hu u li fihom Raymond jipparteċipa

flimkien m a ’ membri oħra. Infurmani li dawn il-wirjiet huma mfittxijin minn hafna, u mhux mill-adulti biss, iżda wkoll miż-żgħar. Matul dawn il-wirjiet u waqt avvenimenti oħra simili t-tfal ikollhom ukoll petting session biex jitgħallmu jgħożżu aktar dawn l-annimali bħala pets. Fl-aħħar nett Raymond għadda messaġġ lill-qarrejja tal-gazzetta KullĦadd: huwa jixtieq li f ’Malta jkun hawn aktar nies interessati fit-trobbija tal-fniek bħala passatemp għax, fl-aħħar mill-aħħar, din id-dedikazzjoni tagħti lura sodisfazzjon kbir.


26 07|02|2016

Fr Mario Attard OFM Cap

Dak li ħalqek tani l-qawwa biex noħolqu. U hu li ħalaqni mingħajri huwa nnifsu maħluq minni!

ID F’ID Kien jum ta’ festa. L-isptar kien kwiet aktar mis-soltu. Ġurnata mill-isbaħ. Xemx taqli l-ġrieden! Għall-erwieħ! L-AC! Mort fis-sala. Staqsejt għalih. Kien għadu fejn poġġewh. Dħalt. Rajtu fis-sodda ta’ ġewwa. Miegħu kien hemm tlieta oħrajn. Qaluli li kien bħali, Franġiskan Kapuċċin. Iżda, fir-realtà, ma kienx. Kien li kien. Mhux importanti. Imma importanti għal ħaġa waħda. Ħaġa li bqajt inġorr. Ħaġa li baqgħet f ’qalbi biex tgħinni noħroġ b’qalbi kollha għal min ikollu tassew bżonn il-ħniena ta’ Alla bija. Rajtu fis-sodda. Kien jidher ċar li l-friex li kien fuqu kien il-ħabs tiegħu. Xtaq ħafna joħroġ minnu. Imma l-mard u x-xjuħija tassew li ma jħallukx tmur fejn tixtieq. Sewwa kien qallu lil Pietru: “Imma meta tixjieħ, int tiftaħ idejk u ħaddieħor iħażżmek u jieħdok fejn ma tkunx trid!” (Ġw:21:18). Fi żmienu kien itajjar in-nar. Ħadem. Mingħajr ħafna daqq ta’ trombi. Qarar ma nafx kemm-il persuna. Għamel li seta’ biex jibqa’ jxerred imħabbet il-Missier Ħanin lejn il-midneb.

Imma l-mard ma jagħmilx distinzjoni. Jieħu lil min irid. Jaħtaf l-ewwel priża li jsib. Ma joqgħodx iħabbel rasu min. Xi rwol għandu fis-soċjetà jew fil-Knisja. La l-ewlenin ġenituri tagħna fetħu l-bieb għall-għadu ta’ ruħna, dan daħal u għamel litteralment massakru mid-dinja tagħna. Fejn il-Mulej ifejjaq permezz tal-barka tiegħu l-għadu ta’ ruħna jisħet bil-mard li jikkawżalna. Mard fuq mard. Tbatija fuq tbatija. U hu wkoll, anke jekk fih hemm il-preżenza ħajja ta’ Kristu saċerdot, ma setax jeħles minn din il-biċċa xogħol kiefra li l-ewlenin ġenituri tagħna, sforz bluhathom, ġabu fuqna. Spiċċa marid. Ma jiċċaqlaqx. Madankollu, ma stajtx ma mmurx ħdejh. Aktar u aktar meta ntbaħt li hu ħija l-għażiż fis-saċerdozju mqaddes. Mort ħdejh. Ħriġtlu idi l-leminija. U, bil-mod il-mod, ressaq idu lejn tiegħi. Żammejtlu jdejh f ’tiegħi. Idu kienet kiesħa silġ. Kważi bajda karti. Id mimlija bl-għomor. Id li minn fuqha għaddew l-għexieren tas-snin. Mal-ħin beda jagħfasli idi. Qisu ried jgħidli

kullħadd.com

xi ħaġa. Għalkemm din ilħaġa minn fommu ma ħarġitx. Ma jimpurtax! Il-Mulej ħanin! Jaf x’hemm moħbi fil-qalba ta’ qalb il-bniedem. Jaf x’hemm preżenti fis-santwarju tas-santwarji tal-umanità. Għalhekk bqajt inħares lejh. Bil-ħlewwa. U b’widnejja miftuħa. Il-pipe fi mnieħru wrieni t-tbatija li kien għaddej minnha! Qalbi weġġgħet xħin rajtu jbati. It-tbatija iebsa fuq kulħadd. Emmnuni li m’għaraftx ngħidlu kelma għajr li nibqa’ nżommlu idu. B’idu f ’idi beda jistrieħ. Ħarstu ma baqgħetx iktar iebsa. Bdiet iċċedi. Iċċedi. Iċċedi…sakemm fl-aħħar minn għajnejh kważi ċassi feġġ iddmugħ. Is-skiet ta’ bejnietna qalli bosta ħwejjeġ. Dawk l-idejn li kelli f ’idi kienu jdejn li bihom il-Mulej ġie fostna bħala bniedem! U hawnhekk, mis-skiet tal-kamra, smajt għajta qawwija u ħelwa li issa ilha tidwi mal-elf u sitt mitt sena sħaħ! Santu Wistin, l-għaref Wistin, għajjatha biex tifqa’ l-bibien tal-qlub xettiċi u bla fidi. Anke ta’ dawk li suppost jgħallmu l-fidi. “O jdejn qaddisa u ven-

OPINJONI

erabbli! O funzjoni ferħana tas-saċerdot! Dak li ħalqek tani l-qawwa biex noħolqu. U hu li ħalaqni mingħajri huwa nnifsu maħluq minni!” Għal dawn il-kelmiet ma stajtx ma ngħożżx idejh! Dawk l-idejn li ġabu l-grazzja ta’ Alla fostna. Ġabu l-ħniena ta’ Alla fina. Ġabu l-fejqan ta’ Kristu fil-qlub u l-imħuħ tagħna. Bis-sagramenti mqaddsa ta’ Kristu permezz tal-Knisja tiegħu! Fis-skiet! Għal ħamsin sena sħaħ. Fil-bard. Fix-xita. Fil-kesħa. Fis-sħana. Fid-dubju. Fil-qtigħ il-qalb. Fid-dlam. Fin-nawfraġji li toffrilna l-ħajja. Għożżejthom dawk l-idejn. U l-għafsa dgħajfa u b’saħħitha tagħhom nibqa’ nġorrha f ’qalbi. Għax dawk l-idejn fakkruni li jekk inpoġġi idi f ’idejh m’għandix għalfejn nibża’! Idejh sodi! Għax idejh huma hu: Kristu saċerdot. Bihom itella’ lil ħuti mill-ġerħat tad-dnub. Jaħsilhom, idewwihom u jagħtihom saħħet ruħhom u ġisimhom millġdid. U magħhom, abbli wara kulħadd, jogħġbu jtella’ lili stess! Basta f ’idejja nara jdejh! Żommli jdejja Mulej f ’idejk! Ammen.

IL-KAN. DUN ĠUŻEPP CARUANA (1933-2016)

SAĊERDOT TWAJJEB LI KIEN QRIB IL-MARID U L-BATUT U LI TANT ĦADEM GĦALL-ĠID TAN-NIES TAL-BIRGU

Fr Hermann Duncan O. Carm

Kont issibu dejjem jitlob fil-knisja u dejjem lest biex jilqa’ lil min jitolbu biex iqerr, anke bil-lejl, u ma kienx jiddejjaq

Nhar il-Ħadd 31 ta’ Jannar, solennita tal-appostlu missierna San Pawl patrun ta’ Malta, tħabbret il-mewt tal-Kanonku Dun Ġużepp Caruana li ħalla din id-dinja fid-dar tal-kleru f ’Birkirkara fl-età ta’ 83 sena. Huwa twieled il-Birgu fil-21 ta’ Jannar 1933 minn Mikiel Caruana u Marija Karmela, xebba Galea. Sa minn ċkunitu kien imur jitgħallem għand is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (Museum), li minn dejjem kienet tgħin biex joktru l-vokazzjoniet saċerdotali u reliġjużi. Nistgħu ngħidu li Dun Ġużepp xorob mit-tagħlim ta’ Dun Ġorġ Preca. Baqa’ f ’din is-soċjetà sakemm kiber u sar soċju. Studja fis-Seminarju u fl-Università ta’ Malta minn fejn kiseb il-Liċenzjat fit-Teoloġija. L-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi kien ordnah saċerdot fl-14 ta’ Marzu 1959. Nistgħu ngħidu li minn mindu qaddes beda jgħin lill-Arċipriet tal-Birgu fil-ħidma pastorali f ’din il-parroċċa. Għal ħafna snin kien jieħu ħsieb iżżewġ sezzjonijiet, xebbiet u ġuvintur, taż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara. Baqa’ sal-aħħar assistent ekkleżjastiku taċ-ċirkolu tan-nisa tal-Azzjoni Kattolika u għamel żmien direttur tal-abbatini tal-parroċċa. Fit-12 ta’ Dicembru 1959 inħatar viċi parroku u,

f ’dan il-qasam, il-morda u l-imnikktin tal-paroċċa jistgħu jgħidu b’liema paċenzja u mogħdrija Dun Ġużepp kien jieħu ħsiebhom. Fit-2 ta’ Awwissu 1964 sar kanonku tal-kolleġġjata tal-Birgu, u fl-20 ta’ Ġunju 1965 irċieva n-nomina ta’ Kanonku Teologu tal-istess kolleġġjata. Wara li rajna profil żgħir ta’ ħajtu se ngħid xi ħaġa dwar dan is-saċerdot li tant laqatni tul ħajti. Nista’ ngħid li kien hu li għammidni fl-1961 u għalhekk għandi ħafna tifkiriet

sbieħ tiegħu. Niftakar li dejjem kont narah bis-suttana jqarben ’il-morda, u ġieli darbtejn jew tlieta kuljum. Darba, meta kont żgħir, talabni mmur miegħu biex iqarben saċerdot anzjan li kien marid. Tgħidx b’liema devozzjoni għamel dan. Kont issibu dejjem jitlob fil-knisja u dejjem lest biex jilqa’ lil min jitolbu biex iqerr, anke bil-lejl, u ma kienx jiddejjaq. Iżda, li kien jispikka fih kienet il-karità li kien jagħmel mal-proxxmu, ikun min ikun. Jekk xi ħadd ikollu bżonn xi

għajnuna arah idaħħal idejh filbut tas-suttana u jagħtih. Nistgħu ngħidu li n-nies tal-Birgu tilfu ġawhra. Saċerdot qal: “Kien bniedem umli li dejjem ħadem bla waqfien sal-aħħar żmien biex Ġesù ikun magħruf.” Kont tarah dejjem min ta’ quddiem biex ikun fil-kor flimkien ma’ sħabu l-kanonċi għal-liturġija tas-sigħat. Niftakru dejjem kien ilibbes lil San Lawrenz għall-festa titulari. Kellu devozzjoni kbira lejn il-Madonna, San Ġużepp u San Lawrenz. Il-funeral tiegħu sar l-għada tal-mewt tiegħu, it-Tnejn l-1 ta’ Frar 2016, fejn fit-3.30pm sar korteo funebri li għadda minn Triq Pawlu Boffa, Triq il-Mina l-Kbira sal-Pjazza tal-Belt Vittoriosa, Triq Nestu Laiviera sal-parroċċa, fejn fl-4.00pm bdiet il-quddiesa mmexxija mill- Arcisqof Charles Scicluna u tant saċerdoti oħra. L-omelija saret mill-Arċipriet tal-Birgu, il-Kanonku Joseph Mizzi. Wara saret id-difna fil-kappella taċ-ċimiterju ta’ San Lawrenz il-Birgu, fil-qabar tal-kapitlu li jinsab fil-kappella. Nitolbu għalih biex il-Mulej jagħtih il-mistrieh ta’ dejjem u biex jibagħtilna saċerdoti qaddisa bħalu li jmexxuna fit-triq talqdusija.


SKEDA

kullħadd.com

103 06.50 Flimkien ma’ Nancy (R) 07.50 Sejjaħtli Helpline (R) 08.30 Paperscan 10.00 Aroma Kitchen (R) 11.05 Karriera (R) 11.30 Cibus 12.30 Aħbarijiet 12.40 Telebejgħ 13.00 In D House (R) 14.00 Arani Issa (R) 16.45 Attività Politika – PL 17.30 Aħbarijiet 17.35 Telebejgħ 17.50 L-Argument 19.30 Aħbarijiet 20.10 Ieqaf 20 Minuta 20.35 Andrew & Sue (Episodju 17) 21.35 On D Road 22.15 Il-Patt (Episodju 05) (R) 23.30 Aħbarijiet

151 06.00 Lena 06.30 Cultura Memex 06.55 Heartland 07.35 Mai Arrendersi 08.20 Viaggi da Record 08.45 Il Nostro Amico Charly 09.30 I Nostri Amici Animali 10.15 Cronache Animali 11.00 Mezzogiorno in Famiglia 13.00 TG2 GIORNO 13.30 TG 2 Motori 13.45 Quelli che Aspettano 15.30 Quelli che il Calcio 17.05 TG2 L.I.S. 17.10 90° Minuto 19.35 Squadra Speciale Cobra 11 20.30 TG2 20.30 21.00 N.C.I.S. 21.45 Limitless 22.40 La Domenica Sportiva

162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.00 Find My Family Australia 07.53 Media Shopping 08.10 Downton Abbey 10.25 Non Ditelo Alla Sposa 12.00 Matrimonio Impossibile 14.00 The Originals 15.40 Gossip Girl 17.20 Inga Lindstrom 19.20 Dr. House 21.10 Downton Abbey 23.15 Un Amore da Vicino

372 06.00 Chopped 07.00 Amazing Wedding Cakes 08.00 The Pioneer Woman 09.00 Siba’s Table 10.00 Chopped 11.00 Guy’s Big Bite 12.00 Diners Drive-Ins and Dives 15.00 Chopped 16.00 Siba’s Table 17.00 Dinner at Tiffani’s 18.00 Rev Run’s Sunday Suppers 19.00 All-Star Academy 20.00 Ching. Amazing Asia 21.00 The Freshman Class 22.00 DinersDrive-Ins and Dives 23.00 Rev Run’s Sunday Suppers

405 06.00 Call of the Wildman 06.25 Big Fish Man 07.15 Bugging Out 08.10 Rugged Justice 09.05 Dr. Dee. Alaska Vet 10.00 Dinosaurs in the Outback 10.55 Austin Stevens 11.50 Bahama Blue 12.45 Wildest Latin America 13.40 North America 14.35 Wildest Middle East 15.30 Wildest Islands 16.25 Wild Mexico 17.20 Wild Capture School 18.15 Rugged Justice 19.10 Dr. Dee. Alaska Vet 20.05 Dinosaurs in the Outback 21.00 Wild Capture School 21.55 Austin Stevens 22.50 Gator Boys

07|02|2016 27

102 07.00 Aħbarijiet 08.00 The Client (R) 08.45 Telebejgħ 10.15 Għalkulħadd 11.15 Quddiesa mis-Santwarju Ta’ Pinu 12.00 Distinti (R) 12.45 Telebejgħ 13.00 Intriċċi (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed fuq l-Abjad (R) 16.25 Mill-Familja Rjali 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Newsfeed 19.30 Aħbarijiet 19.50 Newsfeed 20.30 Becky 21.30 Aħbarijiet 21.35 Replay

152 06.00 Fuori orario 07.00 Geo 07.20 Il Rifugio di Torres 07.45 Il Fantasma della Missione 08.10 Film: Il Primo Uomo Sulla Luna 09.45 Il Satellite Italiano 10.00 La Quarta Età 10.30 Speciale Community Le Storie 11.10 TGR 12.25 Il Posto Giusto 13.20 Foibe 14.00 TG Regione 14.15 TG3 14.30 In 1/2 Ora 15.00 TG3 LIS 15.05 Kilimangiaro 19.00 TG3 19.30 TG Regione 20.00 Blob 20.10 Che Tempo Che Fa 21.45 Presa diretta La Cina dentro 23.30 TG3

300 06.00 Teletubbies 06.25 Green Balloon Club 06.50 Show Me Show Me 07.10 Teletubbies 07.35 Jollywobbles 07.45 Doctors 09.40 EastEnders 11.40 The Weakest Link 12.25 Doctor Who 13.10 Last of the Summer Wine 14.10 The Weakest Link 14.55 Doctor Who 15.45 Famous Rich and Jobless 16.35 Tough Guy Or Chicken? 17.30 Lorna Doone 20.05 Call the Midwife 21.00 The Mystery of Edwin Drood 21.50 DCI Banks 22.35 Spooks

400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Misfit Garage 07.15 Fast N’ Loud 08.10 MythBusters 09.05 Engine Addict With Jimmy de Ville 09.55 Rise of the Machines 11.40 Storage Hunters 12.35 Property Wars 13.30 Auction Kings 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Extreme Car Hoarders 16.15 Engine Addict With Jimmy de Ville 17.10 Wheeler Dealers 18.05 Fast N’ Loud 19.00 Ed Stafford. Into the Unknown 20.00 Pacific Warriors 21.00 Gold Divers 22.00 Sean Conway 23.00 Catching Monsters

452 07.05 Blaze and the Monster Machines 07.30 PAW Patrol 07.55 Winx Club 08.50 The Fairly OddParents 09.40 Sanjay and Craig 10.25 Kung Fu Panda 11.20 Big Time Rush 12.10 Sam & Cat 12.30 Victorious 12.55 Big Time Rush 13.20 Marvin Marvin 13.45 SpongeBob SquarePants 14.35 The Penguins of Madagascar 15.15 The Fairly OddParents 15.55 iCarly 16.20 Big Time Rush 16.45 Victorious 17.10 iCarly 17.35 SpongeBob SquarePants 18.00 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.25 The Penguins of Madagascar 18.50 Henry Danger 19.15 The Thundermans

101 06.00 Aħbarijiet 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta u lil Hinn Minnha 12.00 News 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb u Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 L-Irkant 19.15 Pellikola 20.00 Aħbarijiet 20.50 X-Factor 23.00 Aħbarijiet 23.15 Smack Down WWE

153 07.35 Tg4 Night News 07.55 Media Shopping 08.25 Io e la Mamma 08.57 Terra! 10.00 Santa Messa 10.50 Le Storie Di Viaggio A.... 11.30 Tg4 12.00 Il Comandante Florent 14.00 Donnavventura 14.52 Inviati Molto Speciali 17.20 Colt 45 18.51 Anteprima Tg4 18.55 Tg4 Telegiornale 19.30 Dentro la Notizia 19.50 Tempesta d’Amore 21.17 Salvate il Soldato Ryan

306 06.00 Beyond Candid with Giuliana 07.00 I Am Cait 10.00 Rich Kids of Beverly Hills 11.00 Christina Milian Turned Up 14.00 Botched 16.00 Just Jillian 17.00 Keeping Up With the Kardashians 20.00 Just Jillian 21.00 Hollywood Medium With Tyler Henry 22.00 Keeping Up With the Kardashians 23.00 Fashion Police

403 06.00 Toddlers & Tiaras 07.40 Bakery Boss 09.30 Little PeopleBig World 11.20 Jodie Marsh 12.15 Our Little Family 13.10 Little People Big World 14.05 Best Of Buddy’s 15.00 Married by Mum and Dad 15.55 Love Lust or Run 16.50 Belief 17.45 Say Yes to the Dress 20.05 Bride by Design 21.00 Belief 21.55 Botched Up Bodies 22.50 An Hour to Save Your Life 23.45 What Have I Got

600 06.45 FIS World Cup Ski Jumping 07.45 FIL World Cup Luge 10.30 FIS World Cup Alpine Skiing 12.15 FIS World Cup Cross-Country Skiing 14.00 FIS World Cup Ski Jumping 16.00 FIS World Cup Cross-Country Skiing 17.00 IBU World Cup Biathlon 18.45 FIS World Cup Cross-Country Skiing 19.15 Eurosport2 News 19.20 FIS World Cup Ski Jumping 20.15 Wintersports Today 21.15 IBU World Cup Biathlon 23.15 Eurosport2 News 23.20 FIA European Championship Rally 23.45 German Masters Snooker

104 07.00 Aħbarijiet 08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma għall-Ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-Nies 10.45 Dot Eu 11.00 MEA 11.30 Awtokura 12.00 New Rooms 12.30 Venere 13.00 Paq Paq Lifestyles 13.30 Gadgets 14.00 Dwarna 15.00 Karnival 2016 20.00 Għawdex Illum 20.30 Aħbarijiet għall-persuna b’nuqqas ta’ smigħ 20.40 Paq Paq on Test 21.00 Kontrattakk 23.00 Sports News 23.15 Aħbarijiet bl-Ingliż

150 06.00 Parlamento Punto Europa 06.30 Unomattina in Famiglia 10.00 Easy Driver 10.30 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde 13.30 Telegiornale 14.00 L’Arena 16.35 Domenica In 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Affari Tuoi 21.30 Tutto Può Succedere 23.30 Speciale Tg1

154 06.00 Prima pagina 07.55 Traffico 08.00 Tg5 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Il Pranzo Della Domenica 11.00 Le Storie di Melaverde 12.00 Melaverde 13.00 Tg5 13.40 L’Arca di Noè 14.00 Domenica live 18.45 Caduta Libera 20.00 Tg5 20.40 Paperissima Sprint 21.11 Riassunto 21.12 Tutti Insieme all’Improvviso 23.30 X-style

155 06.50 Hannah Montana 07.10 Il Cucciolo di Scooby 07.30 Titti e Silvestro 07.45 I Flinstones 08.35 Lupin The 3rd 10.30 Così Vanno le Cose 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset XXL 13.55 High School Musical 15.55 High School Musical 2 18.05 Camera Cafè 18.28 Studio Aperto 19.00 Camera Cafè 19.15 Yes Man 21.25 Le Iene Show 23.50 I Griffin

410

307 07.15 Hawaii Life 07.40 Giada at Home 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 Junk Gypsies 12.50 Cousins on Call 13.15 Killer Kitchen Makeover 13.45 Giada’s Weekend Getaways 14.35 Restoration SOS Charleston 15.25 Fixer Upper 16.15 Rehab Addict 17.05 Extreme Homes 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Restoration SOS Virginia 20.35 Rehab Addict 21.00 Rachel Hunter’s Tour of Beauty 21.55 Restoration SOS Charleston 22.45 Caribbean Life

06.00 House Hunters International 08.00 Salvage Dawgs 09.00 The Vanilla Ice Project 10.00 Baggage Battles 11.00 Shed & Buried 12.00 Building Alaska 13.00 Man Caves 14.00 The Vanilla Ice Project 15.00 Shed & Buried 16.00 Salvage Dawgs 17.00 Building Alaska 18.00 House Hunters International 19.00 Expedition Unknown 20.00 Mysteries at the Monument 21.00 Mysteries at the Museum 22.00 Building Alaska 23.00 Man Caves

412 06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 19.00 Ax Men 20.00 The Curse of Oak Island 21.00 Ancient Aliens 22.00 Storage Wars 23.00 Pawn Stars

312 06.30 Les Miserables 08.40 Seven Years in Tibet 10.55 Nobody’s Fool 12.40 Robinson Crusoe 14.10 The Indian Fighter 15.40 Agent Cody Banks 17.20 Agent Cody Banks 2 19.00 The Birdcage 21.05 Nightwatch 22.45 Big Screen 23.00 The Birdcage


28 07|02|2016

kullħadd.com MIĊ-

ĊINEMA

RAPPORT TA’

ĊINEMA

CARMEL BONNICI

GOOSEBUMPS (3D)

DIVERTENTI

XALATA MINN ĊORMA MOSTRI MAĦRUBIN Atturi Ewlenin: Jack Black, Dylan Minnette, Odeya Rush, Amy Ryan, Ryan Lee, Jilliann Bell Direttur: Rob Letterman. Distributur: Columbia/Sony Maħruġ minn KRS Releasing R. L. Stine hu l-awtur ta’ serje ta’ kotba bl-isem ta’ Goosebumps. Fl-eqqel talpopolarità tagħhom, fis-snin disgħin, inbiegħu aktar minn 400 miljun ktieb fi 32 lingwa. Kif jindika l-isem (goosebumps jirreferi għal meta l-gilda tqum xewk xewk bil-biża’ jew bl-eċitament qawwi). Dawn huma stejjer qosra tal-biża’ mmirati għat-tfal ta’ aktar minn tmien snin. Fl-aħħar, wara aktar minn għoxrin sena, din is-serje qed tieħu l-ħajja fuq il-liżar ilkbir. Kważi sena wara li miet missieru, Zach (Minnette), teenager li hu konfuż, flimkien ma’ ommu, Gale (Ryan), minn New York imorru joqogħdu f ’belt żgħira f ’Delaware. Fiddar ta’ maġenbhom toqgħod Hannah (Rush), li titħabbeb ma’ Zach malajr. Imma, missierha hu l-misterjuż u stramb, R. L. Stine (Black), l-awtur ta’ serje popolari tal-

Ħin: 103 min. Ċert. PG

kotba Goosebumps, li jwissih biex joqgħod ’il bogħod minn bintu. Meta hu jaħseb li Hannah tinsab fil-periklu, ma’ sieħbu Champ (Lee), jidħlu f ’darha u jiftħu wieħed mill-manuskritti ta’ missierha. Ħaġa talgħaġeb, mill-paġni jifforma u joħroġ mostru li jaħbat għalihom u jisparixxi. Meta, b’kumbinazzjoni, jinfetaħ ktieb ieħor, joħroġ Slappy the Dummy (qisu Chucky ta’ Child’s Play), li jiftaħ il-volumi kollha bil-mostri jinvadu l-belt. Issa, dawn kollha flimkien ma’ Stine, iridu jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex isalvaw liċ-ċittadini tal-post. Goosebumps hu film avventuruż u leġġer, fejn wieħed jieħu pjaċir ikun imbeżża’ u fejn dawk involuti l-ħin kollu jsibu rwieħhom f ’ċirkustanzi straordinarji. Ittfal għandu jkollhom xalata nobis.

RIDE ALONG 2

AKTAR KUMMIEDJA B’AZZJONI GWAPPA

VARJAT

Atturi Ewlenin: Ice Cube, Kevn Hart, Ken Jeong, Benjamin Bratt, Olivia Munn, Bruce McGill Direttur: Tim Story Distributur: Universal Maħruġ minn KRS Releasing F’Ride Along, film umoristiku mimli azzjoni tal-2014, l-atturi Ice Cube u Kevin Hart, bħala ditektiv tal-pulizija li jħarreġ lil sieħbu fix-xogħol polizjesk, ippreżentaw unjoni li marret tajjeb mal-pubbliku. B’hekk inħadem is-sequel, Ride Along 2, fejn issa dawn it-tnejn se jidħlu għal xogħol aktar skabruż u perikoluż, naturalment bl-umoriżmu flaqwa tiegħu. Din id-darba, minn Atlanta huma se jmorru Miami fuq xamma biex ifittxu min qed jinnegozja fid-drogi. Detective James Payton (Cube) jieħu xogħlu b’mod kawt, qatt ma jitlef il-kontroll

Ħin: 101 min. Ċert. 12A

u kultant jidher qisu mhux interessat. Għall-kuntrarju sieħbu, Officer Ben Barber (Hart). li jrid juri li issa ppreparat sewwa għal dan ixxogħol. Hu bniedem ferfuxi, prużuntuż, u sikwit jidħol f ’xi bawxata u jredden iżżejjed. Ben, waqt ix-xogħol tiegħu minn taħt, jindiehes sewwa man-nies lokali filwaqt li qed ifittxu lil A. J. (Jeong), li kapaċi jaċċessa informazzjoni sigrieta bil-kompjuter. Dan jiżvela ċertu affarijiet sensittivi lilhom, kif ukoll ipoġġiehom fit-triq biex isibu lill-baruni tad-drogi. Waqt li Ride Along 2 hu mexxej daqs l-ewwel film, ma

fih xejn profond, imma fih ħafna sekwenzi fejn Kevin Hart jimbarazza lilu nniffsu f ’sitwazzjonijiet pwerili li

suppost jieħdu gost bihom it-tfal. Xi mumenti ta’ azzjoni qawwija huma spettakolari.


ĊINEMA

kullħadd.com

07|02|2016 29

CASABLANCA

AFFAXXINANTI

IR-RITORN TA’ FILM VERAMENT KLASSIKU

Atturi Ewlenin: Humphrey Bogart, Ingrid Bergman, Paul Henreid, Claude Rains, Peter Lorre, Conrad Veidt, Sydney Greenstreet, S. Z. Sakall. Direttur: Michael Curtiz. Ħin: 102 min. Distributur: Park Circus Films/Warner Bros Maħruġ minn Eden Cinemas Ċert. 12 Fil-weekend ta’ San Valentinu, nhar is-Sibt u l-Ħadd 13 u 14 ta’ Frar, se jintwera flEden Cinemas wieħed millaqwa films li qatt ħarġu minn Hollywood, is-superklassiku u superkult, Casablanca tal-1942, xogħol tassew affaxxinanti ta’ Michael Curtiz. Din il-belt kosmopolitana tal-Marokk, dak iż-żmien taħt ħakma Franċiża, kienet qisha kaldarun jaħraq, infestata bi spiji ta’ kull naħa. L-intriċċi kważi kollha li jiġru jseħħu fin-nightclub, Rick’s CafeAmericain li s-sid tiegħu hu Richard Blaine (Bogart).

Minn mindu ħarab minn Franza okkupata millĠermaniżi u l-maħbuba tiegħu, Ilsa (Bergman) abbandunatu fl-aħħar ħin, hu sar raġel żorr li mhux lest “to stick out my neck to anyone”, kif isostni hu stess. Imma meta Ilsa, mar-raġel tagħha Victor Laszlo (Henreid) tasal hemm, l-imħabba tiegħu għaliha terġa’ tikkarga kif ukoll, għalkemm apertament ma jurix, ma jibqax iwebbes qalbu. Is-sitwazzjoni tiħrax ħafna bil-wasla talĠermaniżi li se jiddominaw kollox. Film b’kast tremend,

eċitament li jaqtagħlek nifsek u mħabba ardita u forsi pprojbita. Meta mqabbel mal-films riċenti, Casablanca,

li rebaħ tliet Oscars, xorta jibqa’ b’vantaġġ superjuri. Wara li tarah toħroġ miċċinema u tistqarr li int

THE 33

kburi li jkollok xorti ssegwi produzzjoni impekkabbli ta’ din il-klassi. Brillanti! Brillanti! Brillanti!

EMOZZJONANTI

STORJA KONTEMPORANJA KWAŻI MIRAKOLUŻA

ħaddiema fl-intern tal-art u Atturi Ewlenin: Antonio Banderas, Rodrigo Santoro, t-tama li qatt ma għebet talJuliette Binoche, James Brolin, Lou Diamond Phillips, familjari tagħhom fuq l-art. Bob Gunton, Gabriel Byrne. Fil-bidu nkunu infurmati li madwar 12,000 ħaddiem Direttriċi: Patricia Riggen Ħin: 127 min. iħallu ħajjiethom fil-minjieri Distributur: Warner Bros kull sena. Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 12A Il-kamera tiftaħ b’panorama ta’ deżert enormi b’ramel Fl-2010, l-aktar aħbar tremenda u bi proviżjon għall- isfar, lok aħrax, iżda wkoll sensazzjonali li qabdet ftit jiem. ta’ ċerta attrazzjoni selvaġġa. The 33 hu bbażat minn fuq F’Copiapo, iċ-Ċilì, fid-deżert l-immaginazzjoni tal-poplu kollu minn madwar id-dinja, il-ktieb ta’ Hector Tobar Atacama tinsab il-mina San kienet id-diżgrazzja ta’ mina Deep Down Dark, b’intervisti Josè, fejn għal kważi mitt sena fiċ-Ċilì li sfrundat u difnet esklussivi ma’ xi wħud minn nħareġ minnha deheb u ram. ħajjin 33 ħaddiem. Għal 69 dawn il-ħaddiema, b’mod Dan il-post ta’ sigurtà dubjuża ġurnata, tim internazzjonali affaxxinanti, bi żvilupp li se jibla’ fih għal aktar minn ta’ salvataġġ ħadem bla heda, jippompja fik l-adrenalina xahrejn numru sostanzjali ta’ lejl u nhar, biex jipprova jeħles u b’arja morbida, kultant ħaddiema, jikkrea tensjoni fuq lil dawn l-imsejknin maqbudin kważi reliġjuża, jirrakkonta u taħt l-art u jitfa’ l-attenzjoni 700 metru taħt l-art, fi sħana bid-dettall ir-reazzjoni tal- globali fuqu.

The 33 għandu kast internazzjonali ta’ atturi li jitkellmu bl-Ingliż, imma b’aċċent Spanjol. Ace In The Hole (1951), film stupend ta’ Billy Wilder kien jirrakkonta l-istorja ta’ wieħed maqbud minn blata kbira f ’mina tal-Indjani Amerikani u kif wieħed ġurnalist (Kirk Douglas) mingħajr skrupli jxandar din l-aħbar ma’ kullimkien għall-gwadann finanzjarju tiegħu. In-nies bdew ġejjin bi gzuz fid-deżert, jikkampjaw hemm

waqt li jkollhom xalata kbira. Minħabba f ’hekk, wara semmewh The Big Carnival, isem li ma tantx daqq maludjenzi li, iddiżgustati baqgħu lura milli jirrikorru. The 33 fih xi ftit similaritajiet ma’ din il-produzzjoni, però l-atmosfera tal-karnival turi ruħha kemm kemm meta, wara 27 ġurnata, instab li l-ħaddiema għadhom ħajjin u bdew iniżżlulhom l-ikel u x-xorb minn xaft fond. Il-film għandu andament li jżommok interessat sal-aħħar.

L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn is-27.01.2016 u l-31.01.2016

1. 2. 3. 4. 5.

13 Hours The Revenant Daddy’s Home Creed The Danish Girl

KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA

Mistoqsija għal din il-ġimgħa: F’liema film ħadem Jack Black? Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: A. CAUCHI – is-Swieqi


30 07|02|2016

kullħadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI ­­­­PR­OPRJETÀ

TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. SERVIZZI Korsijiet akkademiċi u rikreazzjonali fir-Rabat, tas-suġġetti kollha minn Year 4 sa O Levels. Reading classes għal tfal bejn l-4 u 6 snin kif ukoll għal dawk ta’ bejn is-7 u 11-il sena. Ċempel 9943 2994. Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. email: info@ privateinvestigationmalta.com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħallMatematika,  Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet talECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur is-sit elettroniku www.tudorinstitute.com Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422. Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil

ballroom jew Latin-Amerikan. Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm.

Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178. AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Kanapè – sufan tal-injam antik, prezz €375. Xkaffa lewn il-kewba b’qies ta’ 4 piedi bi 3 piedi wisa’, prezz €145. Ċempel 9968 9100. Sett ta’ 11-il vara tal-Ġimgħa l-Kbira; qies ta’ 8 pulzieri. Kompluti bil-bradelli, dawl, ħadid, misteri u fjuri. Jinbiegħu kollha f ’daqqa. Ċempel 9915 1939 jew 2182 0575. Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-

sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI

Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġjużi fuq sistemi tassatellita u fuq l-android TV boxes. Għal aktar infromazzjoni ċempel 2148 6211. Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel fuq 7928 5444. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www.wpmalta.com Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew

liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www. darrendoitall.com

Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek ilproblema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin garanzija. Xogħol professjonali blaqwa materjal ISO pool. Għal stima bla obbligu ċemplu 7972 9967 jew żur is-sit www. kendawaterproofing.com AVVIŻI OĦRA Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00 san-12.30 u mill16.00 sas-19.00. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361. MUSIC LINK Issibilna kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tar-ram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba tal-mużika tat-tagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796. AGR AUTO JAPANESE Parts għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo,

KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU

ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ

AVVIŻI

Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@ agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.

Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa

€5 €10 €15 €30 €56 €93

ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun ĦMR 1717.


AVVIŻI

kullħadd.com

AVVIŻI PARTIT LABURISTA Laqgħat ġenerali annwali tas-sezzjonijiet 2016 Il-laqgħat ġenerali annwali tas-sezzjonijiet tal-Għaqda Veterani Laburisti se jsiru hekk: Birżebbuġa: fis-17 ta’ Frar 2016, fis-6.00pm Il-Ħamrun: fl-24 ta’ Frar 2016, fid-9.30am Raħal Ġdid: fid-19 ta’ Frar 2016, fl-10.00am Ir-Rabat: fid-9 ta’ Frar 2016, fis-6.00pm San Ġiljan: fil-11 ta’ Frar 2016, fis-6.00pm Inħeġġu lill-membri rispettivi jattendu għal dawn il-laqghat Fenkata Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Frar, iċ-ċentru Laburista tal-Mosta se jorganizza fenkata. Kull minn hu interessat li jattendi għal din l-attività jista’ jikseb il-biljetti mill-bar taċ-ċentru. Id-dħul minn din l-attività se jmur għal skopijiet ta’ rinovazzjoni taċ-ċentru.

AVVIŻI ĠENERALI Karnival fil-Marina f ’Ta’ Xbiex Wara s-suċċess enormi tas-sena l-oħra, il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex se jorganizza t-tieni edizzjoni ta’ Karnival fil-Marina nhar it-Tnejn 8 ta’ Frar mis-6.00pm ’il quddiem fil-parkeġġ tal-Yacht Marina f ’Ta’ Xbiex. Attività oriġinali li, barra li tgħaqqad u tiġbor flimkien nies ta’ kull età, teħodna ’l barra minn dak il-karnival tradizzjonali, permezz ta’ villaġġ tal-karnival fil-qalba tal-Yacht Marina. F’din l-attività jieħdu sehem karrijiet żgħar, maskri grotteski, aktar minn 13-il skola taż-żfin, kantanti, kompetizzjonijiet għall-aqwa kostum u bosta sorpriżi oħra. L-entratura hija mingħajr ħlas. Mixja Kulturali miż-Żejtun sa Ħaż-Żabbar Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Frar 2016, biex tfakkar l-400 anniversarju minn meta l-parroċċa taż-Żejtun saret matriċi u minn meta twaqqfet il-parroċċa ta’ ĦażŻabbar, Wirt iż-Żejtun se torganizza mixja kulturali miż-Żejtun sa Ħaż-Żabbar. Din il-mixja tibda minn ħdejn il-knisja ta’ San Klement, iż-Żejtun, fid-9.00am. Matul it-triq se naraw numru ta’ binjiet storiċi u ta’ valur arkitettonitku, fosthom id-dar tal-kampanja tal-Isqof Labini, il-kapella tal-Plier, il-knisja ta’ Santa Marija tal-Indirizz, id-dar fejn kienet tgħix il-President Agatha Barbara, is-sit fejn kien hemm il-Ġnien tal-Kmand u diversi postijiet oħra. Se nżuru l-inħawi tal-misraħ kif ukoll il-Biċċieni. Ilmixja tintemm bi żjara fil-Mużew tas-Santwarju f ’ĦażŻabbar u wara nirkbu l-kowċ lura lejn iż-Żejtun. Biex tirriserva post ibgħat email lil Wirt iż-Żejtun fuq wirtizzejtun@gmail.com.

Open mic: poeżija Qalbek tħabbat sitta sitta? Tista’ tħabbat sitta sitta għall-mara, għar-raġel … jew għall-proża u l-poeżija. Ingħaqad magħna għal sessjoni ta’ open mic fejn kull min jiġi hu mħeġġeġ iġib siltiet ta’ poeżija jew proża marbuta mal-imħabba u jaqrahom. Dawk li ma jixtiqux jaqraw, jistgħu jiġu u jsegwu. Sadanittant, l-imħabba t-tajba! Din l-attività qed tkun organizzata mill-Għaqda talMalti – Università, u Inizjamed. L-attività se ssir nhar it-Tnejn 15 ta’ Frar mis-7.00pm ’il quddiem. L-open mic se titella’ fis-Sistina Wine & Co, il-Gżira. Għal aktar dettalji segwi l-paġna tal-Facebook: www.facebook.com/events/1508391006133896

07|02|2016 31


32 07|02|2016

kullħadd.com

TEMP GĦAL-LUM

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

16°C

17°C

18°C

11°C

12°C

12°C

04

04

02

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

17°C

17°C

17°C

11°C

11°C

11°C

04

03

03

ALMANAKK

RITRATT MILL-ANTIK

L-OGĦLA TEMPERATURA: 17°C L-INQAS TEMPERATURA: 11°C INDIĊI UV: 3 SITWAZZJONI ĠENERALI: Arja ta’ pressjoni għolja fuq il-baħar Jonju u l-Libja se tersaq lejn il-Lvant waqt li firxa ta’ pressjoni baxxa se testendi mill-Golf ta’ Ġenoa sal-Majjistral tal-Libja

UV

TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBBILTÀ: Tajba

BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir qawwi IMBATT: Ftit li xejn TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 17°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

UV

SPIŻERIJI LI JIFTĦU FL-10 TA’ FRAR

Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, il-Belt Valletta Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi St Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, il-Gżira Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Rihan, San Ġwann Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan St Joseph Pharmacy, 1, Triq iż-Żakkak, il-Mosta. Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, il-Mellieħa Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, il-Birgu Fgura Pharmacy, Triq il-Koppla, il-Fgura Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, is-Siġġiewi. Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat

New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, il-Belt Valletta Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun St George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi St Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera St Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, is-Swieqi Remedies Pharmacy, 133, Triq Rudolfu, Tas-Sliema Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan Brown’s Chemists, Triq San Pawl, in-Naxxar Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar Maddalen Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija Alpha Pharmacy, Triq Bormla k/m Vjal il-Kottoner, il-Fgura St Elias Pharmacy Triq San Elija, ix-Xagħjra Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, iż-Żejtun Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, is-Siġġiewi. Baħrija Pharmacy, Triq Raddet ir-Roti k/m Triq l-Iskola, il-Baħrija

Għawdex

Għawdex

Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, ir-Rabat, Għawdex Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, ix-Xagħra, Għawdex

Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, il-Fontana, Għawdex Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, in-Nadur, Għawdex

Ritratt: Bay Retro

RIĦ: Ħafif għal moderat min-Nofsinhar li jsir ftit qawwi lokalment, ftit qawwi għal qawwi min-Nofsinhar il-Lbiċ

Il-Karnival fl-1967, fid-daħla tal-Belt

DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA

10.02.1942 L-ewwel gold record ġie preżentat lil Glenn Miller għal Chattanooga Choo Choo

Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.

NUMRI REBBIEĦA LOTTU

70 55 68 42 47 84 64 46

SUPER 5

41 27 24 23 17

GRAND LOTTERY

06 08 04 06 08 00 02

12.02.2001 Il-vettura spazjali NEAR Shoemaker tinżel fuq l-asterojdi 433 Eros, biex saret l-ewwel vettura spazjali li qatt niżlet fuq asterojdi.


KOMPETIZZJONI KTIEB

kullħadd.com

07|02|2016 33

KOMPETIZZJONI KTIEB

LUCY MIN?

Lucy Min? ir-rumanz debutt ta’ Lara Calleja, spara dritt għall-ewwel pożizzjonijiet fil-klassifika ta’ bejgħ ta’ kotba f ’Malta, u kiser rekords ta’ bejgħ waqt attività ta’ ffirmar ta’ kotba dakinhar stess li ħareġ. Dan irrumanz jidher li appella lill-qarrejja moderni li jħobbu jżommu ruħhom aġġornati mal-kotba, u li qed jidentifikaw mal-protagonista tal-ktieb. “Lucy titkellem mal-qarrejja b’onestà diżarmanti,” qalet Calleja, kittieba żagħżugħa ta’ 27 sena. “Titkellem dwar rabja, frustrazzjoni, ferħ, biki u anke dwejjaq – l-istess affarijiet li ngħaddu minnhom u nitkellmu dwarhom kollha kemm aħna.” Lucy hi tfajla li ‘ma kienet taf xejn’. Ma kellhiex idea kif iżżomm banner waqt protesta ambjentali li spiċċat f ’nofsha; qatt ma kienet rat raġel għarwien; kienet marret fuq sensiela ta’ dates waħda iżjed diżastru milloħra. Imbagħad iltaqgħet ma’ George. U hemm l-affarijiet inbidlu – għallagħar. Imbagħad, forsi, għall-aħjar. Imma li hu żgur hu li ma baqgħetx tfajla li ‘ma kienet taf xejn’. Irriżenjat mill-post tax-xogħol tagħha; ivvjaġġat u daret id-dinja; raqdet ma’ dak u mal-ieħor; iltaqgħet ma’ Craig; tkellmet u semgħet; u dan kollu għenha biex tinduna li d-dinja hi ferm ikbar u usa’ u bla tarf mill-problemi tagħha. Issa kienet tgħallmet li, jiġri x’jiġri, dejjem kellha għażla. Lucy Min? hu ktieb pjaċevoli, li taqrah f ’nifs, u li se jissorprendik fi bnadi u jdaħħqek fi bnadi oħra. L-awtriċi ilha taħdem fuq dal-ktieb għal dawn l-aħħar ħames snin. “Il-proċess ta’ kitba kien jikkonsisti f ’osservazzjonijiet u kummenti li kienu jiġuni f ’moħħi u nikteb biex noħroġ mis-sistema, u qisu bla ma naf dawn spiċċaw żviluppaw f ’rumanz,” qalet Calleja. Id-direttur tal-Merlin Publishers, Chris Gruppetta, qal li meta rċieva l-manuskritt kien laqtu mill-ewwel minħabba l-vuċi friska tal-awtriċi. “Hemm xi ħaġa differenti fil-vuċi letterarja ta’ Lara li tagħmel dan irrumanz xi ħaġa speċjali. Nemmen li importanti li nkattru t-talent ġdid u nagħtu spazju lill-awturi ġodda fejn jimirħu u jesperimentaw bil-kitba tagħhom – u dan il-manuskritt kien jistħoqqlu dan it-trattament.” Lucy Min? jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew bl-internet minn www.merlinpublishers.com

SILTA MILL-KTIEB Ir-rivoluzzjoni ta’ żmieni hija sottili, tista’ tgħid. Bla wiċċ, bla ponnijiet, bla rġulija. Quddiem skrin virtwali tazzarda tibki, tiftakar, tipprotesta, tikkummenta jew tiddiskuti b’ton aħrax fuq xi blogg. Ton li, ejja ngħiduha kif inhi, mhux soltu tuża. J Pace kiteb fuq timesofmalta: “Well done to the Armed Forces of Malta for calming the situation. They deserve to be called The Honorable Men of our beautiful, sunny Malta. We don’t want criminals, speċjalment if they are not Maltese!!! Viva AFM!!” La hu daqshekk Malti ferħan ma setax jikteb bil-Malti, ngħid jien? Mario Buhagiar jikkummenta ftit wara: “No one can judge. God only is our judge. Everyone deserves compassion. This is our religion, let us not forget.” U meta nkun wasalt

fir-raba’ jew il-ħames kumment, għid li ħafna mid-drabi diġà nkun insejt jew totalment iddevjajt minn fuq xiex kien jittratta l-artiklu oriġinarjament. Quddiem l-iskrin, ommi skopriet Facebook. Wara s-snin li jien u ħuti domna ntanbrulha biex titgħallem il-kompjuter, ikkonvinċiet ruħha titgħallmu xħin bdiet tħossha xi ftit eskluża minn sħabha talgrocer li kollha kellhom email u kont fuq il-Facebook, li tal-aħħar għoddu kien miżura eċċellenti ta’ sindikar mingħajr ma jkollok għalfejn tinħeba wara l-purtieri jew tirriskja li tinstema’ tiftaħ ittieqa kollha sadid biex forsi tisma’ aħjar. Wara ħafna sindikar random mill-Facebook, ommi kkonkludiet li Stella come è bella, li kienet tmur skola magħha, issa wiċċha kollu

tkemmex u ċċappas bid-dwejjaq u l-fallimenti tal-ħajja. Mhux se tammettiha magħna, imma ommi ħadet gost issir taf bl-isfortuni kollha ta’ Stella, hi u tiskrollja filprofil tagħha. Għax Stella come è bella dak iż-żmien kien jiffansjaha Fredu, it-tfajjel li kienet tiffansja ommi, imma li lilha xejn ma kien jagħti kasha ħlief meta kien ikollha l-perlini li nannitha kienet ittiha għad-deżerta wara l-ħobż kollu żjut ta’ nċova u tonn taż-żejt jew tidlik ta’ butiri u kantuniet ġobon. Mhux għalhekk biss imma. Żgur li din Stella kienet taqbad m’ommi xi naqra mhux ħażin meta kienu żgħar. Żgur. Għax ommi mhux natura tagħha li tiħdar daqshekk għal ħaddieħor, lil Fredu ppruvat tfittxu Facebook ukoll imma ta’ xejn. Imbagħad ftakret f ’Bertu

u n-Najxu. Sabet li baqa’ single u tgħidx kemm iżommha u middehra sar jaħsbu playboy. Tiftakru beda jsir hekk mindu ra l-liri filbut meta beda jaħdem, għax darba kienet ratu l-Belt żmien qabel, bilġlekk. Dakinhar għamel tabirruħu li ma rahiex. Mid-dehra l-but ħxien u ħxien u meta l-but jiħxien, il-bniedem f ’daqqa waħda jkollu l-preġji kollha li jixpakkaw minn xi mkien bejn il-liri. Quddiem l-iskrin, Rita, Tesa u Stef, konoxxenti ġenerali tiegħi, ta’ spiss itihom li jinfexxu jgħajru lillboyfriend bil-goff. “Għax salvaġġ, għax tkornini, għax hun, I deserve better than this shit.” Imbagħad jiltaqgħu miegħu, u jiġu qishom ċarruta timsaħ wara dak li jfettillu jaqa’ minn sorm l-imħabba ta’ ħajjithom.

Mistoqsija: Lil min ma kinitx tniżżel omm in-narratriċi?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Lucy Min? ġentilment ipprovdut minn Merlin Publsihers. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 14 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta. mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Jien Bħalek Differenti huwa: T. GAUCI – l-Imġarr


34 07|02|2016

kullħadd.com

LOGĦOB

TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 096 163 172 307 310 315 373 420 590 664 741 798 841 851 909 B’4 Numri 0012 0721 0772 1198 1868 1909 1965 2217 2542 2785 2979

3831 4194 4287 4554 4897 5262 5288 5332 5414 6114 6769 6893 7210 7381 8144 8597 8664 8859 9094 9102 9448 9578 9947

22456 22614 26821 30035 38763 43156 52372 60003 60102 68377 69093 77201 80451 89080 89223 91351

B’6 Numri 000230 028128 060131 105557 333903 402511 516910 661789 674735 707412 780346 794674

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA

B’5 Numri 01217 08006 09065 14638 17303

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħata lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:

Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: C. AGIUS – Ħ’Attard

KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]

2

Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:

Nru tat-telefown:


LOGĦOB

07|02|2016 35

kullħadd.com

IRBAĦ €25 FI FLUS

109

Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.

TISLIBA

Mimdudin:

1. 4. 7,15. 9,14. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21.

La dokument fih din huwa awtentiku (5) Kompli l-qawl: Aktar jaf l-iblah f ’.... milli l-għaref f ’dar ħad- dieħor (4) Ikkontrollajt partita futbol (8) Bħal dik Ewropea li tirbaħ ħafna flus fiha (9) Din tista’ tkun Barokka (6) Ħallast (6) Ara 2 L-ewwel u l-aħħar vokali (1,1) Tifel nanu Ingliż (3) Xorob wisq (5) Toni Tellus Nappa

23. 24.

(1,1,1) Jista’ jkun samm (4) Għasart għamja (5) Weqfin:

1. Ma rnexxiex (6) 2,16. Ma ħalliex iebes (6) 3,5. Għal-lest (6) 5. Ara 3 6,11. Ma ħallejtx ġdid (5) 8,22. Żewġt ibliet Taljani (4,1,7) 11. Ara 12,17. Iddejjaqt (5) 13. Stazzjon Taljan (3) 14. Ara 9 15. Ara 7 17. Ara 12 21. Balal tal-ħamrija (3) 22. Ara 8

SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin: 1.Ħafif, 4.Bjar, 7,16.Arblu, 9,11.Relta, 10.Jaħrab, 12.Bankok, 18,22.Sapun, 19.Ras, 20.Fatti, 21.QSP, 23.Innu, 24.Adult

Weqfin: 1.Ħarrub, 2,17.Fellus, 3,5. Fajjar, 6,12 wieqfa. Robbu, 8.Rankatura, 13,21 wieqfa. Nsaqqi, 14.Kristu, 15.Assalt

QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Żewġ atturi li kienu famużi ferm fis-snin ħamsin, u li huma wkoll popolari għas-sbuħija tagħhom. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba ta’ nhar it-28 ta’ Frar flimkien mal-logos tal-ħarġiet tas-7, 14, u 21 ta’ Frar.

RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

Steve Carell

Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: M. VELLA – il-Mosta L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.

Rowan Atkinson


36 07|02|2016

kullħadd.com

SPORTS

WHITE PAPER BIEX JIĠU KUMMERĊJALIZZATI L-FAĊILITAJIET SPORTIVI Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius vara White Paper blgħan li tipprovdi qafas sabiex il-faċilitajiet sportivi jkunu jistgħu jiġu kummerċjalizzati. Huwa sostna li l-Gvern ħass il-ħtieġa li jirregolarizza l-pożizzjoni ta’ diversi assoċjazzjonijiet sportivi filwaqt li jagħtihom sostenn sabiex isiru awtosuffiċjenti. Huwa saħaq li jekk din l-opportunità ma sseħħx l-biża hija li bosta assoċjazzjonijiet jgħalqu minħabba l-ispejjeż huma ogħla mid-dħul. Sa mill-1997, il-Gvern identifika sistema li tippermetti li jkun hemm trasferiment ta’ art pubblika lill-organizazzjonijiet sportivi għall-prattika tad-dixxiplina tagħhom. Din is-sistema kienet irregolarizzata fl-2002, bl-introduzzjoni tal-liġi tal-Isport. Il-liġi tgħid li l-propjetà tal-gvern tista’ tiġi mgħoddija lill-organizzazzjonijiet sportivi rreġistrati ma’ SportMalta permezz ta’ xi forma ta’ titolu legali. Wara li jgħaddu minn proċess, l-art tingħadda lill-organizzazzjonijiet sportivi permezz ta’ kuntratt, liema kuntratt għandu klawsoli li jaċċerta li

l-art konċessa tintuża biss għal skopijiet sportivi u ma jkun hemm ebda qligħ finanzjarju bl-eċċezzjoni ta’ bottegin għall-membri. Il-Gvern kien jidħol fi ftehim mal-klabbs u l-ħlas mitlub kien ikollu sussidju ta’ 98% fuq iċ-ċens. L-istess sussidju kien revedut għal 95% tal-valur tas-suq. Għexieren ta’ biċċiet ta’ art kienu mgħoddija lill-organizzazzjonijiet sportivi lokali permezz ta’ din is-sistema. Filwaqt li dawn il-konċessjonijiet għenu lill-organizzazzjonijiet sportivi jagħmlu avvanzi konsiderevoli, fl-aħħar snin

bosta minnhom sostnew li s-sistema attwali ma tgħinx sabiex l-klabbs ikunu awtosostenibbli. Kien għalhekk li bosta minn dawn l-organizzazzjonijiet sportivi rrikorrew għall-gvern għall-assistenza finanzjarja, anke jekk uħud minnhom imbarkaw fuq pjanijiet fit-tul, biex ikollhom set-up professjonali. Filwaqt li sar titjib fir-regolarizzazzjoni tal-finanzi u l-amministrazzjoni, baqgħet tinħass il-ħtieġa li jsir dħul ġġenerat direttament mill-organizzazzjoni sportiva biex din issir waħda awtosostenibbli. Il-white

paper mnedija llum ser tkun għodda sempliċi iżda effettiva li permezz tagħha l-organizzazzjonijiet sportivi jistgħu jindirizzaw l-mod tad-dħul tagħhom. Il-White Paper u eventwalment il-liġi ser tkun qed tissalvagwardja l-kwistjoni tal-kummerċjalizzazzjoni Filwaqt li l-Gvern jaqbel li l-attività ekonomika hija għodda neċessarja għall-organizzazzjonijiet sportivi, l-użu ħażin ta’ art pubblika huwa inaċċettabbli. Għaldaqstant ilGvern ser ikun qed jara li l- attività sportiva tibqa’ l-prijorità f ’kull faċilità sportiva minkejja

l-attività kummerċjali li tista tkun introdotta. Din il-White Paper għandha tipprovdi rakkomandazzjonijiet għal qafas legali li ser jirregola l-proċessi li għandhom jkunu adottati għal skopijiet kummerċjali mill-faċilitajiet sportivi f ’Malta u Għawdex. Dettalji dwar il-White Paper u l-proċess sabiex kienet ppublikata ngħataw minn Dr Chris Bonett. Huwa spjega kif ilWhite Paper qiegħda tipproponi mudell li permezz tiegħu assoċjazzjonijiet nazzjonali u klabbs jistgħu jwettqu attivita’ kummerċjali fil-faċilitajiet sportivi tagħhom. Huwa kompla li din il-White Paper hija miftuħa għall-konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet sportivi lokali kif ukoll mal-pubbliku sal-aħħar ta’ Marzu 2016. Wara dan il-proċess tiġi abbozzata l-liġi għal kunsiderazzjoni tal-Parlament. Wieħed jista’ jibgħat l-kummenti tiegħu jew permezz ta’ emejl fuq: sportsfacilities. mede@gov.mt jew inkella billi jaċċessa s-sit: https://socialdialogue.gov. mt/en/Public_Consultations/MEDE/Pages/Consultations/2016_SportsFacilities. aspx

LESTI GĦALL-KONFRONT DIRETT FIL-QUĊĊATA Mill-kampjonat tal-futsal lokali, ittimijiet il-kbar bħal Luxol, Valletta, Hamrun u Lija jkomplu għaddejin bil-mixja pożittiva tagħhom, hekk kif qed noqorbu lejn tmiem l-ewwel rawnd Lija Athletic kisbu rebħa importanti oħra meta għelbu lill-Imdina Knights bl-iskor ta’ 13-1. Bidu tajjeb għan-Knights b’Leo Muscat u John Micallef li kienu f ’forma tajba ħafna. Għaldaqstant wirja oħra brillanti talplejer Albaniż Endrit Kaca li skurja sitt gowls għal Lija Athletic. L-ewwel taqsima ntemmet b’vantaġġ ta’ seba’ gowls favur Lija. Fit-tieni taqsima Lija komplew jiddominaw b’aktar gowls li waslu mingħand Gary Inguanez, Redeemer Borg, Nikolay Filipov, Andre Henrique De Souza, Chris Cardona u doppjetta ta’ Nicola Delre. Mdina naqsu d-distakk permezz ta’ Neil Cauchi. Għal Lija din kienet it-tmien rebħa konsekuttiva, filwaqt li Mdina Knights ilhom ma jirbħu dawn l-aħħar disa’ logħbiet. Fit-tieni logħba li kellna l-Ġimgħa filgħaxija, Hamrun Spartans jibqgħu jħabbtu bieb Luxol li qegħdin filquċċata, qabel il-konfront dirett kontrihom nhar it-Tlieta li ġej. Konfront bilanċjat u interessanti bl-Ispartans joħorġu rebbieħa fuq Swieqi bl-iskor ta’ 9-3. Il-Ħamruniżi fetħu l-iskor permezz ta’ Michel Melo Jose wara biss erba’ minuti logħob. Boicho Marev ġab id-draw għal Swieqi u immedjatament Joan Manuel Losada Teruel reġa’ poġġa lill-Ispartans fil-vantaġġ. Qabel

tmiem l-ewwel taqsima Swieqi reġgħu ġabu d-dro permezz ta’ Diego Gomes de Mello. Fit-tieni taqsima l-Ispartans kienu aktar organizzati u sabu x-xibka permezz ta’ tliet gowls oħra ta’ Michel Melo Jose, doppjetta taddebuttant Madson Caetano de Abreu u gowls ta’ George Frendo u Jason Mifsud. Swieqi naqsu d-distakk u skurjaw it-tielet gowl tagħhom għal darb’oħra permezz ta’ Boicho Marev. F’aktar logħbiet rebħa tajba ta’ Zebbug Rangers fuq Sirens bl-iskor ta’ 5-3. Mqabba akkwistaw draw meritat ta’ 2-2 kontra Marsascala li kienu b’żewġ gowls minn fuq. Valletta kellhom l-ikbar riżultat għalihom f ’dan l-istaġun meta għelbu lil Gozo FC bl-iskor ta’ 18-0. Rimonta straordinarja ta’ Msida kontra Sliema bl-iskor ta’ 7-4. Luxol baqgħu b’rekord perfett meta għelbu maġistralment lil Qrendi bliskor ta’ 13-0 Fil-klassifika tal-Gatorade Futsal League, Luxol jibqgħu waħedhom fil-quċċata b’33 punt, segwiti minn Hamrun Spartans b’31 punt. Valletta fit-tielet post bi 28 punt u Lija b’punt biss warajhom meta għandhom 27 punt. Swieqi għandhom 21 punt, segwiti minn Msida b’19-il punt, Sliema u Zebbug Rangers bi 15-il punt, Sirens għandhom 13-il punt, filwaqt li Mqabba u Marsascala għandhom seba’ punti. Fin-naħa t’isfel Qrendi u Mdina baqgħu b’sitt punti u Gozo FC jibqgħu bla punti.


LOKALI

kullħadd.com

07|02|2016 37 BIRKIRKARA MAĦSUDA MINN BALZAN

PREMIER LEAGUE MALTI 1 0

HIBERNIANS SLIEMA W.

Ritratti: STEPHEN GATT

BALZAN BIRKIRKARA

Lydon Micallef ta’ Balzan segwit minn Ryan Camenzuli ta’ Birkirkara

2 1

Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ fl-Istadium Nazzjonali f ’Ta’ Qali, it-tim ta’ Balzan wettaq sorpriża hekk kif għeleb lit-tim ta’ Birkirkara bl-iskor minimu ta’ 1-0. Din kienet il-ħames rebħa konsekuttiva għat-tim ta’ Balzan filwaqt li għal Birkirkara, din kienet l-ewwel telfa tagħhom minn wara sitt logħbiet b’riżultati pożittivi. L-ewwel azzjoni waslet proprju minn Balzan meta wara biss 13-il minuta Alfred Effiong qassam lil Alan Da Silva Souza li xxuttja mill-qrib minn pożizzjoni angolata iżda l-gowler ta’ Birkirkara Miroslav Kopric imblokka tajjeb. Fit-22 minuta Balzan reġgħu marru fuq l-attakk iżda l-gowler Kopric ħareġ filħin jimblokka fuq Effiong li sab ruħu żmarkat mill-pass ta’ Paul Fenech. Għal dawn l-isforzi, Balzan ħasbu li marru fil-vantaġġ proprju fit-33 minuta permezz ta’ Da Silva Souza wara ħarġa fil-vojt barra l-kaxxa tal-gowler Kopric, iżda l-gowl ġie mħassar fuq senjalazzjoni tal-assistent referee Luke Portelli. Balzan komplew jinsistu tant fis-36 minuta, Effiong ra x-xutt tiegħu fil-baxx jiġu mblokkat mill-istess Kopric. B’hekk l-ewwel taqsima ntemmet bliskor ta’ 0-0. Wara kwarta logħob fit-tieni taqsima, Balzan reġgħu kienu perikolużi meta x-xutt tajjeb ta’ Fenech, reġa’ kien Kopric, li din id-darba, salva f ’corner. Fl-64 minuta Balzan, meritatament, fetħu l-iskor meta minn pass ta’ Calcado, kien Lydon Micallef li b’xutt fil-baxx għar-rokna għeleb lil Kopric. F’azzjoni oħra, ilgowler Karkariż seta’ faċilment safa mkeċċi meta fit-88 minuta ħareġ barra l-kaxxa iwaqqaf lil Effiong, li kien waħdu, b’daħla xejn kumplimentuża iżda kien muri biss karta safra. Fil-ħin miżjud, Balzan setgħu rduppjaw meta Effiong avvanza waħdu imma tawwal xi ftit il-ballun u Kopric biegħed il-ballun f ’corner. Din kienet rebħa mistħoqqa għal Balzan li kienu l-aħjar tul id90 minuta u b’din ir-rebħa telgħu jaqsmu t-tielet post mal-istess Birkirkara li ddiżappuntaw bil-kbir f ’din il-logħba u żgur ma kienx ħaqqhom xi ħaġa aħjar.

Referee – Trustan Farrugia Cann HIBERNIANS IŻOMMU L-PASS MA’ TA’ FUQ

Seydi L’Imam ta’ Birkirkara f ’konfront ma’ Pawlu Fenech ta’ Balzan

Andrei Agius jiskorja l-ewwel gowl għal Hibernians

Fit-tieni logħba li kien hemm ilbieraħ fl-Istadium Nazzjonali f ’Ta’ Qali, it-tim ta’ Hibernians żammu l-pass ma’ ta’ fuq b’rebħa ta’ 2-1 fuq Sliema. Kienu proprju Hibernians li ħolqu l-ewwel azzjoni fir-4 minuta permezz ta’ xutt minn Joseph Mbong li kien salvat mill-gowler ta’ Sliema Timothy Aquilina. Fid-29 minuta, Sliema wieġbu b’azzjoni personali ta’ Johann Bezzina li xxuttja minn pożizzjoni ferma angolata bil-ballun jgħaddi tul il-lasta sakemm spiċċa barra. Attakk ieħor ta’ Hibernians wasal fil-31 minuta permezz ta’ Edison Luis Tarabai Dos Santos li x-xutt tiegħu ġie salvat f ’corner mill-gowler Aquilina. Mill-istess corner mogħti minn Andrew Cohen, ix-xutt ta’ Bjorn Kristensen jaħbat mal-lasta l-mimduda sakemm il-periklu tbiegħed mid-difensuri ta’ Sliema. Ftit minuti qabel intemmet l-ewwel taqsima, proprju fil-41 minuta, Hibernians fetħu l-iskor meta mill-free-kick tassolitu Cohen, Andrei Agius antiċipa l-ħarġa tal-gowler Aquilina u skurja l-ewwel gowl tal-partita b’daqqa ta’ ras tajba. Azzjoni oħra għal Hibernians waslet ftit wara meta minn free-kick dirett ta’ Jackson Lima, il-ballun kien imbiegħed bir-ras minn Clifford Gatt Baldacchino. Proprju mat-tokk tal-45 minuta, Sliema marru qrib li jġibu d-draw meta Njongo Priso żmarka lil Bezzina li ra x-xutt tiegħu jispiċċa ftit barra. B’hekk l-ewwel taqsima spiċċat bl-iskor ta’ 1-0 għal Hibernians. L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet fl-54 minuta meta Dias ikkrossja l-ballun għan-nofs imma Tarabai, minn qagħda tajba, ixxuttja barra. Fis-66 minuta wasal il-gowl tad-draw għal Sliema. Kien Jean Paul Farrugia li skurja mill-qrib wara cross tajjeb ta’ Alex Muscat. Madankollu, kien proprju fit-72 minuta, meta Hibernians reġgħu marru fil-vantaġġ u skurjaw il-gowl tar-rebħa meta minn free-kick ta’ Lima, kien Kristensen li b’daqqa ta’ ras jitfa’ l-ballun fix-xibka għal skor finali ta’ 2-1.

Njongo Priso ta’ Sliema f ’azzjoni ma’ Edision Luis Dos Santo ta’ Hibernians

IL-PREMIER LEAGUE MALTI

Referee – Mario Apap Valletta Hibernians Birkirkara Balzan Floriana Tarxien R. Mosta Sliema W. Pembroke A. Naxxar L. Qormi St. Andrews

KLASSIFIKA L 21 21 21 21 21 21 21 21 21 21 21 21

R 16 14 12 13 12 10 8 7 7 3 2 1

D 2 5 6 3 3 6 5 3 3 2 3 1

T 3 2 3 5 6 5 8 11 11 16 16 19

F K +/- Pti 47 21 26 50 51 25 26 47 41 18 23 42 41 21 20 42 36 24 12 39 36 16 20 36 26 30 -4 29 30 34 -4 24 30 36 -6 24 20 53 -33 11 19 47 -28 9 13 65 -52 4


38 07|02|2016

kullħadd.com

PREMIER LEAGUE

RIŻULTATI TAL-BIERAĦ

MAN. CITY V LEICESTER CITY

Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Kampjonat Ingliż, kontra kull mistenni, it-tim ta’ Leicester umiljaw lil Manchester City f ’darhom bl-iskor kbir ta’ 3-1. Għalkemm għadu kmieni biex wieħed jgħid fiċ-ċert, is-sitt elef sapporter ta’ Leicester li attendew għal din il-logħba diġà għamlu l-league tagħhom. Kienu proprju Leicester li marru minn fuq kmieni fil-logħba meta minn free-kick ta’ Riyad Mahrez, pront daħal Robert Huth li bir-ras tefa’ l-ballun ġewwa. Ittieni gowl tal-Foxes wasal ftit wara li bdiet it-tieni taqsima hekk kif, azzjoni personali ta’ Mahrez, ħalliet lid-difensuri ta’ City l-art u dan spara xutt li Joe Hart ma kellu l-ebda ċans isalva. It-tielet gowl tagħhom, wasal minn corner, meta reġa’ kien Huth li għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras stupenda tefa’ ġewwa. Il-gowl tal-bandiera ta’ Manchester City wasal fis-87 minuta meta minn cross tajjeb mil-lemin, Sergio Aguero daħal tajjeb u tefa’ l-ballun fix-xibka. LIVERPOOL V SUNDERLAND Għalkemm il-logħba dehret li sejra għand Liverpool, Sunderland kellhom fehma oħra hekk kif filli kienu tnejn

Manchester City v Aston Villa v Liverpool v Newcastle Utd v Stoke City v Swansea City v Tottenham H. v Southampton v

Bournemouth Chelsea

Robert Huth jiċċelebra wieħed mill-gowls tiegħu Tim minn taħt u filli rnexxielhom jieħdu punt importanti minn dan il-konfront. Wara li fl-ewwel taqsima l-logħob kien pjuttost maqsum, Liverpool marru filvantaġġ fit-tieni taqsima, proprju fid-59 minuta, minn daqqa ta’ ras tal-Brażiljan Roberto Firmino. Liverpool żiedu ieħor fis-70 minuta wara azzjoni tajba bilballun jispiċċa għand Adam Lallana li b’lasti vojta ma falliex. Deher li din setgħet tkun l-ewwel rebħa għalihom wara erba’ logħbiet minkejja n-nuqqas millbankina ta’ Klopp, iżda ma kellux ikun. Dan hekk kif Sunderland skurjaw żewġ gowls f ’ħakka t’għajn minn Adam Johnson u Jermaine Defeo.

v Fiorentina 1 - 1 v Lazio Tard

LOGĦOB GĦAL-LUM v Inter 12.30 v Udinese 15.00 v Juventus 15.00 v Carpi 15.00 v Palermo 15.00 v Chievo 15.00 v Empoli 18.00 v Sampdoria 20.45

KLASSIFIKA Tim

L

R D T

F

K

P

Napoli Juventus Fiorentina Inter Roma Milan Sassuolo Empoli Lazio* Bologna Torino ChievoVerona Atalanta Udinese Palermo Genoa* Sampdoria Carpi Frosinone Hellas Verona

23 23 24 23 23 23 23 23 23 24 23 23 23 23 23 23 23 23 23 23

16 16 14 13 11 11 8 9 9 9 7 7 7 7 7 6 6 4 5 1

52 43 42 27 42 34 26 29 29 28 29 27 23 20 24 24 35 22 24 16

19 15 23 17 25 25 26 32 32 31 30 31 27 36 37 28 41 39 48 34

53 51 46 44 41 39 33 33 32 30 28 27 27 26 25 24 24 19 19 14

5 3 4 5 8 6 9 6 5 3 7 6 6 5 4 6 6 7 4 11

2 4 6 5 4 6 6 8 9 12 9 10 10 11 12 11 11 12 14 11

* Il-pożizzjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat inħareġ wara li morna għall-istampar.

1-3 2-0 2-2 1-0 0-3 1-1 1-0 1-0

v Arsenal v Man. United

14.30 17.00

KLASSIFIKA

RIŻULTATI TAL-BIERAĦ

Verona Milan Frosinone Napoli Sassuolo Torino Atalanta Roma

Leicester City Norwich City Sunderland West Brom Everton Crystal Palace Watfrod West Ham

LOGĦOB GĦAL-LUM

SERIE A Bologna Genoa

SPORTS

TOTTENHAM V WATFORD Leicester City Gowl fit-tieni taqsima ta’ Kieran Trippier kien biżżejjed biex Tottenham jirreġistraw is-sitt rebħa f ’daqstant logħbiet u b’hekk telgħu jokkupaw it-tieni post filklassifika tal-Kampjonat Ingliż. Dan id-difensur tefa’ l-ballun fixxibka mill-viċin wara cross tajjeb ta’ Dele Alli fl-64 minuta u dan il-gowl kien biżżejjed biex irebbaħhom tliet punti tant importanti. It-tim Watford rari hedded il-lasti ta’ Hugo Lloris hekk kif it-tim ta’ Mauricio Pochettino ddominaw il-logħba mill-bidu sat-tmiem. B’din ir-rebħa, Tottenham jinsabu ħames punti biss wara l-leaders Leicester.

25 Tottenham Hotspur 25 Manchester City 25 Arsenal 24 Manchester United 24 West Ham United 25 Southampton 25 Everton 25 Liverpool 25 Watford 25 Stoke City 25 Crystal Palace 25 Chelsea 24 WBA 25 AFC Bournemouth 24 Swansea City 25 Newcastle United 25 Norwich City 25 Sunderland 25 Aston Villa 25

VERONA V INTER

PUNTI OĦRA

Wara li Inter diġà għelbu lil tim minn Verona, din id-darba, Inter se jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-Lvant biex jiltaqgħu mal-kuġini ta’ Chievo, Hellas Verona. Dan l-istaġun, it-tim ta’ Verona, mhux talli mhux qed itejjeb il-prestazzjonijiet tiegħu fuq l-istaġun li għadda, iżda talli qegħdin agħar milli kienu. Dan hekk kif bħalissa jinsabu ankrati fl-aħħar post talKampjonat Taljan u hemm ċans kbir li dawn jiġu relegati. Din se tkun opportunità tajba għal Inter biex jerġgħu jaqbdu r-ritmu ta’ rebħ, wara r-rebħa kontra Chievo, wara li x-xahar ta’ Jannar kien wieħed tal-biża’ għalihom. Din se tkun logħba ideali għal Inter biex jerġgħu juru l-ambizzjonijiet tagħhom għat-titlu.

MAN. UNITED MOURINHO

MILAN V UDINESE Din il-logħba se tkun opportunità biex Milan jagħmluhom tliet rebħiet minn tlieta hekk kif se jkunu qed jilqgħu f ’darhom lit-tim ta’ Udinese. Wara r-rebħa stupenda li kellhom fuq ir-rivali eterni Inter, Milan komplew fejn ħallew kontra Palermo fost il-ġimgħa b’rebħa oħra. Dan kollu wassal biex kemm il-kowċ innifsu Sinisa Mihajlovic kif ukoll is-sapporters qed iħossuhom ftit aktar kunfidenti għall-kwalifikazzjoni għall-futbol Ewropew. Għaldaqstant, għall-inqas fuq dak li qed jiġri bħalissa, spiċċa ż-żmien li l-Udinese jissieltu mattimijiet ta’ fuq. Dan hekk kif, l-istaġun li għadda spiċċaw fis-16-il post, u din id-darba mhux qegħdin jagħmlu tant aħjar. Xhieda ta’ dan huwa l-fatt li fissena l-ġdida huma rnexxielhom jirbħu biss logħba waħda.

L

R D T

F

K

P

15 13 14 13 11 10 10 8 9 9 9 9 7 7 7 6 6 6 5 3

47 45 47 37 31 38 33 46 32 27 24 26 32 23 29 24 26 28 30 20

27 19 26 22 21 29 24 34 36 27 31 30 34 32 39 33 44 48 49 40

53 48 47 45 40 39 37 35 35 33 33 32 29 29 28 27 24 23 20 16

8 9 5 6 7 9 7 11 8 6 6 5 8 8 7 9 6 5 5 7

F’TAĦDIDIET

2 3 6 5 6 6 8 6 8 10 10 11 9 10 10 10 13 14 15 15

MA’

JOSE

Skont sorsi tal-BBC, it-tim ta’ Manchester United qiegħed f ’taħdidiet mar-rappreżentanti tal-eks kowċ ta’ Chelsea Jose Mourinho. Minkejja li għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim u l-klabb ma għamel l-ebda kumment fuq dan kollu, huwa mifhum li n-negozjati bdew. F’dan ir-rigward, l-Olandiż Louis van Gaal mistenni jħalli lil dan it-tim fl-aħħar ta’ dan l-istaġun – sena kmieni minn kif kien ippjanat qabel. Dan għandu jiftaħ il-bieb għal Mourinho hekk kif l-ammirazzjoni tiegħu għat-tim tal-United hija sigriet magħruf. Huwa mifhum ukoll li l-ogħla uffiċjali ta’ dan it-tim iridu jirrispondu għall-fatt, li din il-ġimgħa stess, irrivali Manchester City ħabbru li se jkunu qed jappuntaw lil Pep Guardiola minflok Manuel Pellegrini fi tmiem dan l-istaġun. JURGEN KLOPP NIEQES MILL-BANKINA TA’ LIVERPOOL Fil-logħba tal-bieraħ kontra Sunderland, il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp kien nieqes wara li rriżulta li jista’ jkun qed ibati mill-appendiċite. Fil-fatt, it-tħejjijiet għal din il-logħba, kienu f ’idejn il-bqija tal-membri tal-istaff tal-kowċing ta’ Liverpool fosthom Zeljko Buvac, Peter Krawietz, Pepijn Lijnders u John Achterberg. Intant, grupp imwaqqaf minn sezzjoni ta’ sapporters riedu li s-sapporters kollha jitilqu fis-77 minuta bħala protesta għall-prezz esaġerat tal-biljett ta’ £77, li se jidħol fis-seħħ mitterminu li ġej. Klopp, li għandu 48 sena, irnexxielu jirbaħ sitt logħbiet biss minn mindu ħa post il-Brittaniku Brendan Rodgers fit-tmun ta’ Liverpool.

FROSINONE V JUVENTUS

DAVID MOYES KELLU OFFERTI MIĊ-ĊINA

Juventus se jkunu qed ifittxu li jkomplu bis-sensiela tagħhom ta’ rebħ filwaqt li Frosinone se jkunu jfittxu li jibdew waħda għalihom. Ir-rebħa ta’ fost il-ġimgħa kontra Bologna, għalkemm żgur mhux se tagħmillhom ħsara, s’issa, ma kinitx biżżejjed biex taqlagħhom minn mal-aħħar tlieta tant li, kif inhuma l-affarijiet bħalissa fil-klassifika, huma jinsabu ħames punti ‘l bogħod miż-żona tarrelegazzjoni. Min-naħa ta’ Juventus, għalkemm bdew dan l-istaġun fuq is-sieq il-ħażina, issa qabdu sensiela ta’ rebħ brillanti u fil-fatt, jinsabu żewġ punti biss ‘il bogħod mill-quċċata.

L-eks kowċ ta’ Manchester United David Moyes sostna li kien offrut post ta’ kowċ fiċ-Ċina, fost l-opportunitajiet numerużi li allegatament kellu. Ir-rekord tat-trasferiment Ċiniż inkiser nhar il-Ġimgħa li għadda għat-tielet darba f ’għaxart ijiem, hekk kif it-tim ta’ Jiangsu Suning mis-Super League nefaq madwar £34 miljun fuq il-plejer Brażiljan Alex Texeira. Moyes kien imkeċċi minn kowċ tal-United f ’April tal-2014 wara għaxar xhur biss fittmun u wara kellu wkoll esperjenza ta’ sena ma’ Real Sociedad li wkoll ma tantx ħalliet frott. “Jien dejjem xtaqt li nikkowċja fil-Kampjonat Ingliż. Kelli offerta wkoll biex immur nikkowċja ċ-Ċina,” sostna l-Iskoċċiż ta’ 52 sena.


FORMULA 1

kullħadd.com

07|02|2016 39

ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI

LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT

Minkejja li fl-aħħar jiem id-dibattitu dwar il-possibbiltà ta’ bidliet notevoli fir-regolamenti tekniċi baqa’ prominenti, l-aħbarijiet li serqu x-xena kienu dawk marbutin mar-Renault li din il-ġimgħa nedew it-tim il-ġdid tagħhom b’mod uffiċjali. Tnedija Ir-ritorn tar-Renault fil-F1 bħala tim kostruttur kien wieħed mill-aktar suġġetti ta’ interess matul l-2015. Issaga tagħhom bdiet bil-kollass tassħubija mar-Red Bull u kompliet bin-negozjati mġebbdin li kellhom mal-Lotus biex jieħdu kontroll ta’ dan it-tim; diskussjonijiet li taw biss il-frott lejn l-aħħar tas-sena. Nhar l-Erbgħa l-vjaġġ tar-Renault beda kapitlu ġdid f ’Pariġi fejn ilkumpanija Franċiża nediet it-tim il-ġdid tagħha li se jkun magħruf bħala Renault Sport Formula One Team. Il-vettura li nkixfet għallokkażjoni kienet sewda b’xi dettalji sofor u b’disinn mhux daqstant diffenenti minn dak tal-Lotus. Però, il-President ta’ Renault Sport F1 Jerome Stoll ta x’jifhem li dan iddisinn jista’ jiġi użat biss fit-testijiet ta’ qabel l-istaġun.

Podji regolari sal-2018 Waqt il-preżentazzjoni tal-Erbgħa, id-Direttur Maniġerjali ta’ Renault Sport Cyril Abiteboul sostna li l-mira tat-tim hija li jkun fuq ilpodju b’mod regolari sal-2018. Din il-mira daqstant fil-bogħod ġiet identifikata hekk kif ir-Renault ħadu kontroll ta’ tim imħarbat minħabba l-problemi finanzjarji li l-Lotus esperjenzaw matul l-2015. Għaldaqstant, l-għanijiet prinċipali tar-Renault tul l-2016 jidhru li se jkunu li jidħlu fiż-żona punti ta’ spiss kemm jista’ jkun u li jorganizzaw l-istrutturi amministrattivi tattim biex ikun jista’ jaħdem b’mod effiċjenti. Mil-lat tekniku, ir-Renault għadhom ma tawx indikazzjonijiet fir-rigward tal-iżviluppi li saru filpower units tagħhom li sal-istaġun li għadda kienu anqas b’saħħithom minn dawk tal-Mercedes u l-Ferrari. Madankollu, l-ambizzjonijiet umli li ssemmew din il-ġimgħa jafu jindikaw li l-kumpanija Franċiża għadha mhijiex kunfidenti li d-distakk tekniku jista’ jitnaqqas fil-futur qrib.

Sewwieqa b’passat simili Fost l-aktar suġġetti li kien hemm spekulazzjoni fuqhom insibu dak tal-għażla tas-sewwieqa. Sa ftit żmien ilu kien ċert li dawn se jkunu Pastor Maldonado u Jolyon Palmer. Madankollu, problemi finanzjarji tal-isponsor prinċipali ta’ dan talewwel tellfulu postu mat-tim u wittew it-triq għal sewwieq ġdid.

Fil-konferenza stampa tal-Erbgħa sar magħruf li dan se jkun Kevin Magnussen, li għadu ġej minn sena diffiċli mal-McLaren u li fl2015 irrelegawh għall-pożizzjoni tat-tielet sewwieq mal-wasla ta’ Fernando Alonso. Is-sena 2015 ma kinitx faċli għal Palmer. Wara li rebaħ is-serje GP2 fl-2014, huwa kien qiegħed jittama li jsib post ma’ tim tal-Formula 1 għall-istaġun ta’ wara. Madankollu, din it-tama ma saritx realtà u fl-2015 kellu jikkuntenta ruħu b’post bħala sewwieq ta’ riserva mal-Lotus. Però, din is-sena x-xorti tiegħu marret għall-aħjar hekk kif ittluq ta’ Romain Grosjean fetaħlu l-bieb għal ma’ dan it-tim li, eventwalment, għadda f ’idejn irRenault li kkonfermawh bħala wieħed mis-sewwieqa tagħhom. Is-sewwieq ta’ riserva tar-Renault għall-2016 se jkun Esteban Ocon, il-kampjun attwali tas-serje GP3. Sa ftit taż-żmien ilu Ocon kellu kuntratt mal-Mercedes biex ikun is-sewwieq ta’ prova tagħhom. Madankollu, jidher li r-Renault u l-Mercedes waslu għal xi tip ta’ ftehim biex dan il-kuntratt, li daħal biss fis-seħħ f ’Novembru li għadda, jiġi xolt. Sadanittant, kien hemm diversi xnigħat fil-midja sportiva internazzjonali li Maldonado jista’ jingħaqad mal-Manor dan l-istaġun hekk kif dan huwa l-uniku tim li għadu ma kkonfermax min se jsuq miegħu fl-2016. Dan l-għajdut ġie miċħud mill-maniġer tiegħu Nicolas Todt li sostna li l-Veneżwelan mhux interessat li jsuq ma’ dan it-tim għax ikun pass lura fil-karriera wara li saq malWilliams u l-Lotus. Minflok, Maldonado jidher li se jagħmel sena ’l bogħod mill-Formula 1 bit-tama li jsib opportunitajiet aħjar fl-2017. Għadu

mhuwiex magħruf jekk dan issewwieq huwiex se jsuq f ’kategorija oħra matul is-sena li ġejja.

Rivelazzjonijiet interessanti Tama f ’ġejjieni aħjar se jkollhom ukoll il-McLaren u l-Honda li fl2015 għaddew minn martirju sħiħ hekk kif għamlu staġun għaddejjin minn kriżi għal oħra. F’intervista interessanti li dehret fuq sit elettroniku Ġappuniż Yasuhisa Arai, il-Head of Motor Sports tal-Honda, ta idea minn xiex għaddiet ilkumpanija tiegħu u t-tim Brittaniku matul dan il-perjodu diffiċli. Arai sostna li l-problema prinċipali tal-Honda kienet li kienu ilhom diversi snin ’il bogħod mill-isport, fatt li ħadem ħafna kontrihom, speċjalment minħabba l-introduzzjoni tal-magni ibridi – teknoloġija li ma kinux daqstant familjari magħha. B’hekk huma bdew l-istaġun bi żvantaġġ tekniku sostanzjali li ma setax jiġi indirizzat minħabba r-restrizzjonijiet kbar li jimponu r-regolamenti tal-FIA. Punt ieħor interessanti li ħareġ mill-intervista kien dak relatat man-nuqqas ta’ qbil li kellhom il-Honda u l-McLaren lejn nofs l-istaġun li għadda. Skont Arai, ittim Brittaniku kien frustrat ħafna bin-nuqqas ta’ progress li l-Honda kienu qegħdin jagħmlu fejn jidħol il-power unit u ssuġġerew li jdaħħlu nies esperti minn manifatturi oħra biex iħaffu l-proċess. Madankollu, Arai sostna li l-Honda ma aċċettawx dan is-suġġeriment għax huma kienu, u għadhom, konvinti li l-istaff tagħhom huwa kapaċi jikseb ir-riżultati meħtieġa biex tiġi żviluppata magna kompetittiva. Il-Honda rreżistew ukoll pressjoni li saret fuqhom mill-McLaren biex ma jagħmlux bidliet radikali

fid-daqs tal-magna l-ġdida. Filfatt, jidher li t-tim minn Woking esprima l-fehma li l-Honda ma jridux jagħmlu bidliet radikali f ’dan ir-rigward għax ħassew li dan jista’ jipperikola l-affidabbiltà talpower unit il-ġdid. Madankollu, anke hawnhekk jidher li l-Honda ma laqgħux is-suġġeriment talBrittaniċi hekk kif Arai żvela li l-Ġappuniżi huma determinati li jċekknu l-magna akkost ta’ kollox.

Jerġgħu ma jaqblux Il-laqgħa li saret nhar it-Tlieta li għadda bejn il-Pirelli u diversi partijiet interessati tal-F1 ma offrietx ir-risposti li ħafna kienu qegħdin jistennew. Minkejja li, uffiċjalment, is-suġġett prinċipali tal-laqgħa kellu jkun il-politika futura fir-rigward tal-iżvilupp tarroti, ħafna spekulaw li l-preżenza ta’ partijiet interessati bħal team principals u sewwieqa kien se jwessa’ d-diskussjoni notevolment. Dan kien fil-fatt dak li ġara hekk kif in-nies preżenti ppruvaw jaslu għal ftehim dwar ir-riformi ajrudinamiċi li kienu mħabbra għall-2017. Sallaqgħa ta’ din il-ġimgħa, l-uniku ftehim li kien hemm huwa dwar ilbżonn ta’ bidla, imma x’forma se tieħu r-riforma kien għadu misteru. Sfortunament, wara l-aħħar diskussjoni s-sitwazzjoni tidher li ma nbidlitx. Għaldaqstant, il-partijiet interessati issa għandhom ċans sat-23 ta’ Frar biex jaqblu b’vot ta’ maġġoranza fuq sett ta’ proposti konkreti biex jagħmlu l-vetturi ferm aktar veloċi fl-2017. Jekk din l-iskadenza, li fiha se jkun hemm laqgħat tal-Istrategy Group u l-F1 Commission, ma tiġix rispettata, it-timijiet ikunu jistgħu biss iwettqu r-riformi b’vot unanimu biex dawn jidħlu fis-seħħ is-sena d-dieħla.


40 07|02|2016

kullħadd.com

LOKALI

ARA PAĠNA 13

TMEXXIJA TAJBA LI QED IĠĠIB IR-RIŻULTATI

Mistoqsija u tweġiba mal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna Fit-tbassir ekonomiku għax-xitwa, il-Kummissjoni Ewropea qalet li d-defiċit u d-dejn ta’ Malta mistennijin jibqgħu jonqsu fis-snin li ġejjin. X’qed jirnexxilu jagħmel il-Gvern attwali li ma kienx kapaċi jagħmel ilGvern preċedenti? Se nirrispondi bil-kliem tal-Kummissjoni Ewropea nnifisha: il-magna prinċipali ta’ dan it-tkabbir ekonomiku kompliet tkun l-investiment. Mela, kemm fuq dawn l-aħħar tliet snin, kif ukoll għallquddiem, il-Kummissjoni

ma għoġobhiex tirrepeti l-ħmerijiet li qed jingħadu millOppożizzjoni, li qed tallega li dan it-tkabbir ġej min-nies li qed iħaddem il-Gvern, imma qalet li ġej mill-investiment. Inħallu issa lill-poplu jiġġudika u jemmen lil min irid. Issa, sew l-investiment u sew il-kontroll fuq il-Finanzi tal-Gvern iġġibhom permezz ta’ governanza tajba, jiġifieri tmexxija tajba. Dawn jirrikjedu dixxiplina stretta matul is-sena għal kull ħaġa li tipprova ttellef milli nilħqu l-miri li poġġejna quddiem il-poplu u li tajnieh kelmitna li se nilħquhom. X’inhuma l-fatturi li qed jixprunaw iż-żieda flimpjiegi u t-tkabbir flekonomija? Żgur li mhumiex dawk ilprinċipji dgħajfa li kienu jikkaratterizzaw lill-Gvern l-ieħor. Kienu jitkellmu fuq inċentivi, inċentivi u inċentivi; qishom qed jitkellmu fuq il-karrotti. Dan il-Gvern qed jimxi mod ieħor. Minn qabel l-elezzjoni studja dawk l-istrutturi u prattiki dgħajfa fl-ekonomija li kienu qed iwasslu għal tkabbir kajman u enemiku. Tkellem ma’ operaturi, ħaddiema u familji f ’kull settur, u sema’ mingħandhom. Għamilna

pjan li sejjaħnielu road map. Li qed nagħmlu issa hu li qed nimxu fuqu. Kull baġit li ppreżentajna kien kullana ta’ miżuri li kienu l-ewwel nett immirati biex ikabbru l-ekonomija u joħolqu x-xoghol. Iktar importanti, kienu maħsubin biex iħajru lil dawk li mhux qed jaħdmu biex joħorġu u jikkontribwixxu, u b’hekk jgħinu lilhom infushom, lill-familji taghhom u lill-ekonomija kollha kemm hi. X’sens jagħmel li l-Gvern jitlef miljuni kbar ta’ ewro biex jonfoqhom, ngħidu aħna, f ’inċentivi tat-taxxa, tneħħija gradwali minflok f ’daqqa tal-benefiċċji lil min joħroġ jaħdem, u ċentri fejn jieħdu ħsieb it-tfal waqt li l-ġenituri jkunu għaxxogħol? Kull miżura li aħna konna konvinti li kienet se taħdem ma bżajniex minn prezzha. Ilmiżura tal-First Time Buyers tista’ tiswielna b’kollox xi €20 miljun. Se jiddispjaċina meta kienet hi li bdiet iddawwar irrota tal-kostruzzjoni li kienet issaddet għal ħames snin sħaħ? Il-miżura taċ-ċentri talħarsien tat-tfal b’xejn swiet lillGvern €11-il miljun. Bħalma jħobb jgħid il-Prim Ministru:

dawk il-flus imbirkuhom għax irnexxielhom idaħħlu eluf u eluf ta’ nisa fid-dinja tax-xogħol, bil-benefiċċji kollha li dan iġib miegħu. Anke t-tnaqqis tat-taxxa sewa miljuni kbar, imma r-ritorn fuq l-ekonomija u anke għallfinanzi tal-pajjiż kien ta’ iktar minn darbtejn aktar. Mhux kemm taqta’ t-taxxa imma, bħal fl-iżbir tad-dwieli, trid tkun taf minn fejn taqta’. Dan il-Gvern qed jagħmel kollox bil-galbu. Dik hi l-governanza tajba. Dik hi l-governanza ekonomika u fiskali. Lejn liema oqsma Malta jaqblilha l-aktar li tiġbed investiment barrani ġdid, u x’qed isir biex dan l-investiment iseħħ? Malta tradizzjonalment għandha fid-demm li taċċetta l-investiment, ikun f ’liema settur ikun. Din iddiversifikazzjoni twassal għassopravivenza. Pajjiżna għandu, però, setturi li fihom jeċċella iktar milli f ’oħrajn. Dawn huma s-servizzi marbutin malkummerċ. Din il-ġimgħa kelli x-xorti nassisti għall-ftuħ ta’ bank Kanadiż f ’pajjiżna. Irraġunijiet li tawna l-azzjonisti ta’ dan il-bank għaliex għażlu lil pajjiżna huma l-istess raġunijiet li jġib kull investitur

ieħor: il-poplu hu dħuli, bieżel, iddixxiplinat, jaf jitkellem b’iżjed minn lingwa waħda, filwaqt li l-pajjiż għandu regolaturi u awtoritajiet bi standards għoljin. Fuq kollox, ir-riżultati tajbin fil-kamp ekonomiku u finanzjarju ġibdu l-attenzjoni ta’ nies finnegozju minn pajjiżi ’l bogħod. L-ambaxxaturi Maltin f ’dawn il-pajjiżi kelma waħda: Malta qed tissemma fit-tajjeb ħafna drabi, fil-midja u f ’fora oħra tan-negozju. Il-ġid iġib il-ġid. B’liema mod tjiebet ilgovernanza fil-qasam finanzjarju u ekonomiku minn mindu nbidel il-Gvern f ’Marzu tal-2013? Bir-rieda soda tal-Prim Ministru, bid-determinazzjoni kbira li tivvibra fil-Kabinett tiegħu u li tibqa’ nieżla ’l isfel fl-operat tal-Gvern. Illum iċĊivil qed jirrealizza li dan ilGvern dak li jgħid jagħmlu. Kif ngħidu bl-Ingliż: “We mean business.” Il-Gvern determinat li jasal, u qed jasal. Il-governanza tfisser ix-xogħol kollu ta’ Gvern. Fuq dan jiġi ġġudikat il-Gvern. Anke l-Oppożizzjoni qed tirrealizza dan, għalkemm hu ovvju li mhux se tistqarru filpubbliku. Fil-privat, però, dan jammettuh.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.