www.kullhadd.com Il-Ħadd, 7 ta’ Mejju, 2017
INVESTIGAZZJONI TAL-KULLĦADD
Ħarġa Nru 1,243 Prezz €1
PAGI BIL-FRODI • JOHN ZAMMIT, L-EDITUR POLITIKU TAL-PN JITĦALLAS MINN FONDI EWROPEJ • SIMON BUSUTTIL JAF LI QED JIKSER IR-REGOLI, GĦALHEKK QED JIBŻA’ JMUR L-OLAF • F’IDEJNA GĦANDNA DOKUMENTI UFFIĊJALI LI JURU T-TBAŻWIR • SKEMA MAĦDUMA MA’ THERESE COMODINI CACHIA It-tieni parti ta’ investigazzjoni esklussiva minn din il-gazzetta turi li l-Partit Nazzjonalista għandu jaħdmu għalih nies li jitħallsu minn fondi Ewropej. Fondi li jkunu ngħataw għal għanijiet oħra. John Zammit huwa d-dell ta’ Busuttil fid-Dar Ċentrali; jiktiblu d-diskorsi, jikkordinalu l-messaġġ u jżomm kuntatt ma’ Daphne Caruana Galizia. Ara paġni 4 u 5
IL-PJAN TAL-PENSJONIJIET OGĦLA Ebda żieda fil-bolla jew l-età tal-irtirar, iżda żieda fiċ-ċekk tal-pensjoni li eluf ta’ anzjani jirċievu d-dar fl-aħħar tax-xahar. Dan hu l-pjan tal-Partit Laburista għall-pensjonijiet ippreżentat ilbieraħ mill-Prim Ministru li fisser kif ħafna pensjonanti se jirċievu żieda ta’ €8 fil-ġimgħa. Gradwalment se tingħata wkoll il-pensjoni sħiħa lir-romol kollha meta dawn jilħqu l-età tal-irtirar u se tkompli tissaħħaħ il-pensjoni tas-servizzi. Se tiddaħħal ukoll l-opportunità li l-pensjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-pulizija, tas-suldati u talħaddiema tal-protezzjoni ċivili jibdew jinħadmu fuq l-ogħla dħul preżenti jekk dan huwa ogħla minn dak li kellhom fis-servizz, jew bil-maqlub.
Dan filwaqt li se tingħata pensjoni tal-invalidità sħiħa lill-persuni li jkunu ġew iċċertifikati b’mard terminali. Kif ukoll se jiddaħħlu emendi legali li jassiguraw li f ’każijiet ta’ separazzjoni, divorzju jew tmiem ta’ koabitazzjoni, jipproteġu lill-partners li jkunu qattgħu żmien barra mid-dinja tax-xogħol biex jieħdu ħsieb il-familja. Iż-żieda fil-pensjoni hija waħda mill-ħames prijoritajiet tal-Partit Laburista f ’din il-kampanja elettorali. Ara paġni minn 7 sa 11.
02
07.05.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 26°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja ser testendi minn fuq il-Punent sa fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran. Temp: Xemxi. Ir-Riħ: Moderat mill-Majjistral Il-Viżibbiltà: Tajba. Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir moderat għal qawwi. L-Imbatt: Ftit li xejn. It-Temperatura tal-Baħar: 18°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tnejn
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
22°C
UV 8
16°C
Il-Ħamis
22°C
UV 8
15°C
22°C
Il-Ġimgħa
UV 8
16°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
22°C
UV 8
17°C
25°C
UV 8
18°C
26°C
UV 8
17°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Ġżira – 21332080 Numri Importanti Balluta Pharmacy, 30, Triq il-Kbira, San Ġiljan – 21317888 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 112 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21432038 Il-Pulizija ta’ Malta St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 2122 4001-9 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Cilia’s Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962 2393 0000 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 21689944 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat Għawdex – 21551841 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem Għawdex – 21563017 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
07.05.2017
kullhadd.com
MIĊ-ĊITTADELLA SA SANT’ANĠLU • IS-SIBT JILTAQA’ L-KUNGRESS TAL-PARTIT LABURISTA • IL-PUBBLIKU HUWA MĦEĠĠEĠ JAQSAM L-IDEAT TIEGĦU MINN ISSA: IDEAS@JOSEPHMUSCAT.COM Nhar is-Sibt 13 ta’ Mejju, il-Partit Laburista se jkun qed ilaqqa’ l-Kungress tiegħu sabiex jiġu diskussi l-linji gwida tal-Politika tal-Partit Laburista għall-Manifest Elettorali. Il-Kungress ser ikun qed jitqassam fuq ġurnata sħiħa nhar is-Sibt li ġej, fejn ser jara l-bidu tiegħu fiċ-Ċittadella t’Għawdex, u jkompli wara nofsinhar fil-Forti Sant’Anġlu il-Birgu – żewġ proġetti li dan il-Gvern wettaq sabiex ġew regalati lura lill-poplu Malti żewġ ġojjelli parti mill-patrimonju storiku rikk tal-gżejjer Maltin u Għawdxin. Il-Kungress ser jagħti l-opportunità biex fil-ġimgħa li ġejja l-membri tal-Partit Laburista, il-pubbliku, u s-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jressqu l-ideat tagħhom ’il quddiem, filwaqt li fil-jum tal-Kungress, jipparteċipaw dirett flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat u t-tim kollu tal-Partit Laburista fit-tfassil tal-linji gwida li fuqhom jitfassal il-manifest elettorali. Il-Kungress ser jagħti wkoll l-opportunità lin-nies li jiltaqgħu mal-kandidati kollha tal-Partit, f ’ambjent għall-famil-
ja kollha, b’diversi attivitajiet għaddejjin. Fi kliem il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef, il-kunċett kollu jdur ma’ ġurnata għall-familja – ġurnata fejn il-Partit qed jiftaħ lilu nnifsu beraħ aktar mis-soltu sabiex il-familji Maltin u Għawdxin jersqu ’l quddiem bl-ideat tagħhom u jkunu parti millproċess li ser ifassal l-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna. Dan il-Kungress huwa t-tieni wieħed tax-xorta tiegħu, wara li ġie introdott fir-riforma ta’ l-Istatut tal-Partit Laburista lura fl-2009. Fl-2012 il-Kungress tal-PL kien sar ġewwa Ta’ Qali, fejn iffoka esklussivament fuq il-kontenut politiku. Din id-darba filwaqt li l-kontenut politiku jibqa’ l-qofol ta’ l-attività, l-ambjent li qed jiġi ppjanat huwa wieħed imħallat, fejn b’mod informali wieħed jista jiltaqa’ mal-esponenti tal-Partit, u jgawdi ġurnata mal-familja fl-istess ħin li jipparteċipa fil-workshops li ser ikunu qegħdin jiddiskutu diversi temi. Kif diġà kien spjegat, il-Kungress ser jibda f ’Għawdex fejn ser jiġu diskussi temi relatati
IBAŻWRU BIL-GABBANI GĦAL €150
Il-Partit Nazzjonalista anke fuq il-gabbani tal-mass meeting qed ibażwar biex idaħħal dik ix-xi ħaġa tal-flus żejda. Filwaqt li r-responsabbiltà tal-permessi ta’ dan it-tip hija tal-Kunsilli Lokali u għalihom jitħallas madwar €23, il-Partit Nazzjonalista ftiehem mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan biex ma jkunux huma li jipproċessaw il-permessi għall-mass meeting tal-lum. Meta dawk li kienu interessati li jarmaw gabbani tal-ikel u x-xorb ċemplu l-Kunsill Lokali, kif ippretendew li jagħmlu, ingħataw tweġiba mhux tassoltu. Qalulhom iċemplu lil Michael Fenech Adami għax qed jieħu ħsieb kollox hu. Biex meta ċemplu lil Michael Fenech Adami, dan talabhom
donazzjoni ta’ €150 għall-Partit Nazzjonalista inkella ma jarmawx. Dan minkejja li skont il-liġijiet m’għandu ebda dritt jiddeċiedi hu min jarma u ma jarmax. Fil-fatt kunsillieri minn lokalitajiet differenti kkonfermaw kif din mhix il-proċedura stabbilita mir-regoli tal-Kunsill Lokali. Michael Fenech Adami, li huwa fdat b’din il-biċċa xogħol, huwa ħu l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami. Hu ddaħħal jaħdem id-Dar Ċentrali meta tkeċċew l-għexieren u fost ix-xogħol li għandu hu li jmur jiġbor il-flus minn bnadi differenti. Imkejjen fid-Dar Ċentrali jgħidu wkoll li fejn ikun hemm tbażwira Fenech Adami jidħlilha.
mal-gżira Għawdxija, l-ambjent kif ukoll it-turiżmu. Id-diskussjoni tkompli f ’Sant’Anġlu kmieni waranofsinhar fejn ħa jsiru erba’ workshops; workshop li jittratta l-ekonomija – il-qasam tax-xogħol, il-finanzi, u n-negozji; ieħor li jittratta l-infrastruttura fejn ser jiġu diskussi t-toroq, proġetti kapitali, kif ukoll il-mobbiltà; workshop ieħor li ser jiffoka fuq l-aspett soċjali, b’enfasi fuq l-anzjani, is-saħħa u s-servizzi soċjali u workshop ieħor li ser jiffoka fuq temi relatati maż-żgħażagħ, inkluż l-edukazzjoni, ix-xogħol, id-divertiment u l-qasam tal-propjetà. Wara li jsiru l-workshops, il-qofol tal-aspett politiku tkun is-sessjoni finali tard waranofsinhar fejn jagħlaq il-Kungress il-Prim Ministru Joseph Muscat. Ġie maħsub ukoll sabiex fiż-żona ppjanata għall-familji u r-rikreazzjoni, jiġi trasmess ukoll il-Eurovision Song Contest, tant popolari mal-familji Maltin u Għawdxin li ser ikun qed jibda ftit wara l-għeluq tal-Kungress.
04
07.05.2017
kullhadd.com
UFFIĊĊJI U PAGI • IL-PN TA’ BUSUTTIL JAGĦMEL MINN KOLLOX BIEX IĠIB IL-FLUS Wieħed mill-istrateġisti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista wkoll jitħallas permezz tal-iskema frodi minn fondi tal-Parlament Ewropew li jħaddem il-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil. Il-bniedem huwa John Zammit, l-editur politiku tal-midja tal-Partit Nazzjonalista. Ix-xogħol tiegħu jżommu impenjat f ’ħidma għall-Partit Nazzjonalista iżda ċ-ċekk fl-aħħar tax-xahar qed joħroġ mill-Parlament Ewropew. Biex titħaddem din is-sistema tintuża l-Membru tal-Parlament Ewropew Therese Comodini Cachia li minn fondi Ewropej toħroġ eluf ta’ ewro biex John Zammit ikun jista’ jaħdem għal Simon Busuttil. Comodini Cachia hija fdata ferm minn Simon Busuttil tant li fdaha bil-kitba tal-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt, John Zammit ikun involut fil-laqgħat ta’ strateġija filwaqt li jikkordina l-messaġġ politiku tal-partit. Bħall-iskema tal-kiri tal-uffiċini din hi xi ħaġa li mhix permessa bil-fondi
għux jagħmlu b’fondi tal-Parlament Ewropew u meta nqabdet tiġri minn membri parlamentari Ewropej f ’pajjiżi oħra, ittieħdu passi drastiċi.
Therese Comodini Cachia Ewropej u fejn ġrat f ’pajjiżi oħra ttieħdu passi mill-iktar serji. L-investigazzjoni ta’ din ilgazzetta turi kif Therese Comodini Cachia tniżżel lil John Zammit fl-accounts uffiċjali tagħha għax ma tistax tagħmel mod ieħor. Iżda mbagħad ħbietu minn fuq is-sit elettroniku. Saħansitra, f ’dokumenti uffiċjali li għandna kopja tagħhom, John Zammit jidher bħala impjegat tal-media.link. Iżda, imbagħad għandna wkoll il-provi li ċ-ċekk fl-aħħar tax-xahar joħroġlu minn Therese Comodini Cachia. Imkejjen fid-Dar Ċentrali qalu lil Kullħadd li John Zammit ilu għal dawn l-aħħar erba’ snin bħala d-dell tal-Kap tal-PN Simon Busuttil, l-aktar fil-mod ta’ kif il-Kap Nazzjonalista għandu jwassal il-messaġġ politiku. John Zammit huwa meqjus bħala wieħed mill-eqreb nies ta’ Busuttil, fejn saħansitra huwa fdat ukoll millKap Nazzjonalista biex jikteb diskorsi jew messaġġi uffiċjali ta’ Busuttil.
L-OLAF tinvestiga personalment
John Zammit Dawk li jafu lil Simon Busuttil, qalulna li “minn meta Busuttil inħatar Kap u fit-tielet sular tad-Dar Ċentrali ngħaqad miegħu wkoll John Zammit, il-lingwaġġ politiku ta’ Busuttil inbidel u sar wieħed estrem ħafna.” Is-sorsi tal-Kullħadd żiedu li John Zammit huwa magħruf ħafna għal-lingwaġġ kattiv, aggressiv u mimli ħdura partikolarment fil-konfront tal-politiċi u partitarji Laburisti u mhux inqas ta’ eks Nazzjonalisti li ngħaqdu fil-moviment ta’ Joseph Muscat. Dan it-ton u lingwaġġ John Zammit jużah kuljum fl-editorjali li jxandar fuq ir-radju Nazzjonalista. John Zammit li jaħrab l-okkażjonijiet li jidher fil-pubbliku, jagħmel ħafna mix-xogħol tiegħu minn wara l-kwinti. Il-gazzetta Kullħadd tikkonferma wkoll li John Zammit huwa qrib ferm tal-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia, fejn ta’ spiss ikunu f ’kuntatt ma’ xulxin. Sorsi fit-tielet sular tad-Dar Ċentrali qalulna li mhux ta’ b’xejn hemm xebh qawwi fil-lingwaġġ li juża Zammit fuq ir-radju Nazzjonalista u fil-kitba li tikteb Caruana Galizia. John Zammit huwa wieħed mill-ftit li qed ikunu fdati minn Simon Busuttil biex titfassal u titmexxa l-istrateġija tal-PN f ’din il-kampanja elettorali. Il-KullĦadd hija infurmata li dan mhux l-uniku arranġament simili fil-Partit Nazzjonalista. Din hi xi ħaġa li l-partiti politiċi m a jist-
Kienet din il-gazzetta li l-ġimgħa li għaddiet żvelat fl-ewwel parti tal-investigazzjoni tagħha kif il-membri parlamentari Ewropej qegħdin jużaw spazji fid-Dar Ċentrali u jħallsu għalihom minn flus li l-Parlament Ewropew jgħaddilhom għal għanijiet oħra. Il-Partit Nazzjonalista għandu tliet membri tal-Parlament Ewropew li biex iħaddmu din l-iskema qed jużaw parti mill€4,299 li għandhom fix-xahar biex suppost jamministraw uffiċċju fil-kostitwenza. B’hekk il-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil qed idaħħal kemxa tajba. Kemxa tajba li qed issir bi frodi bla preċedent minn partit politiku Malti. Bħala parti mill-iskema mħaddma bl-approvazzjoni ta’ Simon Busuttil, David Casa, Therese Comodini Cachia u Roberta Metsola, m’għandhomx uffiċini fil-lokalitajiet. Iżda, huma kkonċentrati għalkollox fid-Dar Ċentrali. B’hekk il-ħaddiema tagħhom f ’Malta jirrapportaw għax-xogħol f ’Tal-Pietà. Il-Prim Ministru sfida lillKap tal-Oppożizzjoni biex jitlob l-uffiċċju tal-investigazzjoni dwar frodi tal-Unjoni Ewropea, l-OLAF, biex dwar dan il-każ toħroġ il-verità. Iżda, il-Kap tal-Oppożizzjoni ilu ġimgħa jirrifjuta. Fl-aħħar jiem irriżulta wkoll li Roberta Metsola qed timpjega r-raġel ta’ oħtha kontra r-regoli tal-Unjoni Ewropea. Aħbar li ħarġet fl-istess jum li Simon Busuttil qal li bil-Partit Nazzjonalista fil-gvern ma jkunux impjegati qraba ta’ politiċi f ’ministeri jew dipartimenti tal-gvern. Meta mistoqsi dwar dan Simon Busuttil ma kkummentax. L-iskema ta’ frodi minn fondi Ewropej hija t-tielet waħda għall-Partit Nazzjonalista li hija mdawra minn dubji u illegalitajiet. L-ewwel waħda kienet l-iskema ċedoli, warajha kien hemm l-invoices foloz tad-db u issa hemm din li qed tkompli titfa’ dubji kbar dwar il-kondotta ta’ Simon Busuttil fit-tmexxija finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista.
Minn meta Busuttil inħatar Kap u fit-tielet sular tad-Dar Ċentrali ngħaqad miegħu wkoll John Zammit, il-lingwaġġ politiku ta’ Busuttil inbidel u sar wieħed estrem ħafna
05
07.05.2017
kullhadd.com
“IR-REGOLI JITKELLMU ĊAR” Din l-aħħar skema ġibdet l-attenzjoni tal-midja barranija, fosthom tal-ġurnal Politico, fejn l-uffiċjal għall-Politika ta’ Transparency International, Nick Aiossa, qal biċċar li dan huwa każ li għandu jmur dritt għand l-OLAF, Il-midja għamlitha ċara li dawn il-flus li kull MEP jingħata assolutament ma jistgħux jintużaw għall-partiti politiċi. Imma għal xiex jistgħu jintużaw? Ir-regoli jgħidu ċar li l-general expenditure allowance, jew kif nafuh aħjar l-office allowance, jintuża għal spiżi tal-uffiċċju fejn l-MEPs jaqdu dmirijiethom tul il-mandat tagħhom. Dan jinkludi spiża tal-kiri tal-uffiċċju, spiżi ta’ mobiles, kontijiet tal-elettriku u printing. Imma huwa ċar li ma jistgħux jiffinanzjaw attivitajiet politiċi, kemm indirettament u kemm direttament. Għalfejn hija daqshekk ċara li ma jiffinanzjawx kwistjonijiet politiċi?
l-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Korruzzjoni. Aiossa tkellem ukoll ma’ din il-gazzetta fejn reġa’ għamilha ċara: mal-inqas allegazzjoni ta’ xi ħaġa, ir-responsabbiltà titlob li l-każ ikun riferut għand l-awtoritajiet.
li allegatament it-tliet MEPs tal-Partit Nazzjonalista Malti tefgħu dawn il-flus fil-but tal-partit rispettiv tagħhom? Ma kontx sorpriż. Ġieli kellna skandli fejn MEPs użaw dawn il-flus biex jiffinanzjaw partiti politiċi, fil-fatt, hija waħda mill-iktar raġunijiet komuni għalfejn MEPs ikunu investigati: misused funds. U dan għaliex, minkejja li Transparency International ilha snin tagħmel pressjoni biex intejbu l-kontabiltà u trasparenza fis-sistema ta’ allowances, il-Parlament falla milli jagħmel dan. Essenzjalment aħna ngħidu li dan huwa skandlu li konna qed nistennew li jiġri. Meta nikkunsidra l-allegazzjonijiet ta’ dan il-każ ma nistax naqbad ngħid li huwa użu ħażin, imma jekk hemm allegazzjonijiet, għandhom ikunu riferuti għall-awtorità kompetenti, u f ’dan il-każ, minħabba li l-Parlament Ewropew falla milli jikkontrolla dawn il-finanzi, għandu jindirizzahom l-OLAF.
Din tkun determinata minn serje sħiħa ta’ regolamenti. Fondi Ewropej jingħataw lill-MEPs għal xogħolhom fil-Parlament Ewropew u biex jaqdu dmirijiethom. Li l-Unjoni Ewropea ‘tiffinanzja’ partiti politiċi domestiċi huwa assolutament kontra l-għan aħħari għal xiex Dan kif jirrifletti fuq l-Istat jingħataw dawn il-flus. Membru? Kif irreaġixxejt meta sirt taf
Jien naħseb li dan joħloq im-
pressjoni terribbli u jagħmel ħsara lill-Parlament Ewropew. Dawn huma Fondi Ewropej li jingħataw regoli apposta, li qed jintefqu minn Parlamentari eletti mill-pubbliku, u l-Parlament Ewropew ma stabbilixxiex mekkaniżmu biex jikkontrolla l-finanzi. Ilhom snin jafu bir-riskju u kellhom pressjoni minn orgnanizzazzjoni tas-soċjetà ċivili bħal Transparency International għal snin sħaħ, u minkejja l-iskandli, ma għamlu xejn.
Front National eżempju bħalissa qed ikun investigat kemm mill-Parlament u kemm millOLAF, għal xi sena u nofs u Madame Le Pen irrifjutat li tikkopera. Hemm xi passi li l-Parlament jista’ jieħu u anke l-OLAF. Huma xi ftit jew wisq marbuta minħabba l-kompetenza li għandha l-Unjoni Ewropea f ’dawn il-każijiet. Jiddependi wkoll mill-mod kif dawn jirrifjutaw. Qed jirrifjutaw li juru dokumenti jew qed jirrifjutaw li jixhdu b’mod formali? U jiddependi wkoll Il-Kap Nazzjonalista qal li f ’liema stadju wasal il-proċess ma hemmx bżonn li jħalli tal-investigazzjoni, u jekk awlill-OLAF jinvestiga l-każ, toritajiet Maltin humiex invokif tħares lejha din il-ħaġa? luti wkoll, għaliex dawn jistgħu jkollhom modi oħra kif jitolbu Jekk hemm domandi serji dwar l-koperazzjoni tal-politiċi. il-mod kif intużaw dawn ilflus, ir-responsabbiltà titlob li OLAF tinvestiga teħodha għand din l-aġenzija. lill-Partit jew lill-MEP Issa jista’ jkun li wara l-investi- b’mod individwali? gazzjoni joħroġ li fil-fatt dawn il-fondi ma kinux qed jintużaw Nimmaġina li bħal investigazzb’mod ħażin, imma l-assessjar jonijiet oħra, tinvestiga alleirid isir. gazzjonijiet speċifiċi fuq MEPs speċifiċi. Ma tagħmilhiex X’jiġri jekk l-OLAF titlob b’mod sistematiku. Ikun li tinvestiga l-każ imma hemm allegazzjoni li t-tali l-Partit Nazzjonalista ma MEP uża t-tali fondi għal din jikkoperax? ir-raġuni u dik hi li jinvestigaw. Issa fid-dawl ta’ dawn l-alleDiffiċli tgħid. Jiddependi. gazzjonijiet jista’ jkun li l-Par-
lament jirreferi l-każ, jew jista’ jkun li awtoritajiet Nazzjonali jirreferuha. X’jiġri jekk dawn il-flus intużaw biex jitħallsu pagi? Assolutament ksur tar-regoli, dik ċarissima. Il-flus li jirċievu l-MEPs ma jmorrux għall-attivitajiet politiċi, speċjalment u ovvjament għall-ħlas lill-ħaddiema tal-partiti. Din ġrat qabel. Semmejt li din ġrat qabel, kemm hi serja din il-biċċa tax-xogħol fl-Ewropa? Estremament. Naħseb li l-Parlament ma japprezzax kemm hi serja. Inħarsu lejn in-narrattiva fl-UE bħalissa u l-ewroxettiċiżmu fl-Istati Membri. Dan ifixkel il-kredibiltà ta’ istituzzjonijiet demokratiċi fi Brussell. Ma hemmx raġuni għalfejn ma jkunx hemm monitoraġġ ta’ kif MEPs jonfqu fondi pubbliċi. Ma jridux jindirizzawha din u din hija skandaluża u inkwetanti. Dan hu eżempju ieħor għalfejn il-Parlament għandu jieħu din il-kwistjoni iktar bis-serjetà u jinstiga iktar trasparenza u kontabilità finanzjarja dwar kif il-politiċi jonfqu l-flus ta’ min iħallas it-taxxa.
06
kullhadd.com
07.05.2017
ŻIEDA TA’ AZJENDA KULL SIEGĦA Iż-żieda fin-numru ta’ azjendi matul is-sena li għaddiet biss, kienet tisboq iż-żieda li kellna tul il-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti. Fil-fatt, matul is-sena 2016 in-numru ta’ azjendi f ’pajjiżna żdied b’7,153 meta ż-żieda reġistrata tul il-ġames snin tal-leġiżlatura preċedenti kienet biss ta’ 4,113. Dan ifisser li matul is-sena 2016, kellna żieda ta’ azjenda kważi kull siegħa. Ħarsa lejn dak li seħħ matul l-ewwel erba’ snin ta’ Gvern Laburista, turi li matul dawn l-erba’ snin, in-numru ta’ azjendi żdied bi 23,302 – ħames darbiet aktar minn kemm kienu żdiedu tul l-amministrazzjoni ta’ qabel, immexxija minn Lawrence Gonzi u Simon Busuttil. Dan ifisser li taħt din l-amministrazzjoni, KULJUM, ir-rata ta’ tkabbir fin-numru ta’ azjendi kienet seba’ darbiet dik osservata filħames snin ta’ qabel. Tagħrif li għandha l-gazzetta KullĦadd juri li s-setturi li fihom l-aktar li żdiedu n-numru ta’ azjendi matul dawn l-aħħar erba’ snin, kienu
s-servizzi finanzjarji u tekniċi, bi tkabbir ta’ kważi 4,000 azjenda (żieda ta’ 55% fuq l-2012, l-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti); is-settur finanzjarju bi tkabbir ta’ kważi 6,000 azjenda (62% fuq l-2012); u s-servizzi amministrattivi privati, bi tkabbir ta’ 3,000 azjenda (żieda ta’
68% fuq l-2012). Is-settur tal-ħwienet ra żieda ta’ 2,500 azjenda, waqt li dak tal-manifattura u l-kostruzzjoni, kienet reġistrata żieda ta’ 600 azjenda. Osservaturi ekonomiċi qalu lill-KullĦadd li dawn il-figuri jikkonfermaw il-fiduċja tal-investituri f ’pajjiżna, fi-
duċja li ssarrfet fil-ħolqien ta’ eluf ta’ impjiegi fis-settur privat. Fil-fatt, matul dawn l-aħħar erba’ snin, kull sena pajjiżna kellu l-ogħla żieda fl-impjiegi minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan wassal biex ir-rata talqgħad waqgħet għall-inqas livell fl-istorja ta’ pajjiżna.
L-istess osservaturi qalu li l-istess figuri jikkonfermaw li meta mogħtija ambjent tajjeb, l-investituri jkattru l-operat tagħhom u jżidu l-opportunitajiet ta’ xogħol. “Hemm bżonn li dan l-ambjent ikompli fiż-żmien li ġej ħalli l-ġid ikompli jasal għand kulħadd,” sostnew l-istess osservaturi.
TAL-MOTORSPORT FIS-SEBA’ SEMA Intlaqgħet bil-kbir l-aħbar li ntgħażel is-sit fejn f ’pajjiżna għandha ssir trakka talkarozzi. L-għażla ta’ Ta’ Qali ġabet ir-reazzjoni pożittiva tal-Malta Motorsport Federation li qalet li l-komunità tal-isport tal-karozzi għandha eċitament kbir u tħares ’il quddiem biex tgħin f ’din id-deċiżjoni pożittiva li għandha twassal li proġett nazzjonali li ilu mwiegħed isir. Il-Federazzjoni fakkret li fl-aħħar snin sar xogħol kbir fuq dan il-proġett mill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamen-
tari, Chris Agius, flimkien mal-istess federazzjoni. Is-Segretarju Parlamentari, Chris Agius, fakkar kif dan kien il-Gvern li ħareġ sejħa għal proposti u issa se jkun qed jagħmel il-pass li jmiss biex ikun żviluppat il-proġett f ’Ta’ Qali. Fakkar li dan irid isir fl-istess ħin li ma jkun hemm l-ebda impatt fuq faċilitajiet sportivi li jintużaw minn entitajiet oħra. “Mhux se nżarmaw knisja biex nibnu oħra,” qal b’mod ċar ħafna s-Segretarju Parlamentari Agius.
07
07.05.2017
kullhadd.com
ĦAMSA GĦALL-AQWA ŻMIEN • NANALIZZAW IL-ĦAMES PRIJORITAJIET TAL-PARTIT LABURSITA Is-siegħa tal-prova waslet. Wara erba’ snin ta’ wegħdi mwettqa, ħajja aħjar għal kulħadd, u l-ewwel surplus f ’35 sena, Joseph Muscat sejjaħ għall-ġudizzju tal-poplu b’viżjoni ċara li mill-aqwa fl-Ewropa, issa jwassal lil pajjiżna fil-quċċata dinjija. Viżjoni msejsa fuq ħames prijoritajiet ewlenin li se jkunu s-sisien għall-ikbar progress li qatt rat din artna. Titjib infrastrutturali, aktar bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol, inqas taxxa u aktar flus fi bwiet il-ħaddiema, żieda lill-pensjonanti, u aktar Maltin sidien ta’ djarhom. Tassew deħlin għallaqwa żmien ta’ pajjiżna. Dan ngħiduh mhux b’konvenjenza, iżda b’konvinzjoni li l-kbir verament għadu ġej. Iż-żerriegħa nibtet, ix-xitla fjoruxxiet, u s-siġra bdiet tagħti l-frott. Fuq kollox, konvinti għaliex fit-tmun hemm mexxej li żamm kelmtu fuq il-wegħdi ambizzjużi li saru qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Kollna drajna b’wegħdi fiergħa li jqarrqu bin-nies għall-fini politiċi, iżda Joseph Muscat u t-tim tiegħu mhux biss onoraw il-manifest elettorali, iżda għamlu dak li gvernijiet preċedenti ma ħolmux li jagħmlu f ’25 sena sħaħ. Mill-għeluq tal-power station tal-Marsa għar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u mir-rifużjoni tat-taxxa mħallsa żejda fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi għall-eliminazzjoni tal-mediċini out of stock, dan il-Gvern wera li b’Joseph Muscat fit-tmun, dak li jwiegħed iwettqu! Iżda biex napprezzaw fejn wasalna u nifhmu fejn sejrin, irridu niftakru minn fejn tlaqna meta bil-ġurament tal-ħatra, Joseph Muscat ħa f ’idejh it-tmun ta’ pajjiżna. Pajjiż li kien tpoġġa fil-proċedura tad-
defiċit eċċessiv minn Gvern B’hekk, l-għażla hi ċara. Bejn preċedenti li tant ftaħar bil- tmexxija soda u ekonomija par idejn sodi. Poplu ħerqan b’saħħitha taħt il-Prim Minisli jinħall mill-ktajjen konservattivi li ħakmuh, bil-għatx għal aktar libertajiet ċivili. Ekonomija staġnata b’pagi ffriżati, pensjonijiet baxxi, u l-ogħla kontijiet tad-dawl u l-ilma. Dan hu l-legat ta’ Partit li wara erba’ snin fl-Oppożizzjoni, ma tgħallem xejn, u jrid jerbaħ elezzjoni b’Kap dgħajjef li f ’diversi okkażjonijiet Huwa biss ammetta li “jien m’jien xejn”. b’Joseph Muscat Fuq in-naħa l-oħra għandna Prim Ministru li minn Prim Ministru Kap tal-Moviment Laburista, li nistgħu f ’erba’ snin kiber fi Statista li naqqas il-qgħad, żied il-pagi noħolmu din u l-pensjonijiet, ġab l-investi- il-ħolma Maltija ment dirett barrani u kabbar l-ekonomija Maltija biex illum deħlin għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna.
tru Joseph Muscat, u l-koalizzjoni tal-konfużjoni taħt figura diviżiva: Simon Busuttil. Bejn mexxej pożittiv u pro attiv, għal kap b’regħba għall-poter, lest biex ireġġa l-arloġġ lura. Bejn tim maqgħud u b’saħħtu, u partit maqsum mitluf f ’attakki personali u bla skrupli. Din id-differenza netta ħalliet il-marka tagħha fuq l-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali. Bil-Prim Ministru Joseph Muscat immedjatament iniedi l-ikbar ħames prijoritajiet li se jigwidaw Gvern Laburista fi triqtu lejn aktar suċċess, waqt li Simon Busuttil kompla bil-politika tal-kalunji minħabba li mhuwiex lest biex jiggverna. Għalhekk, b’ħarsitna ’l quddiem lejn l-isbaħ ġejjieni, konvinti li huwa biss b’Joseph Muscat Prim Ministru li nist-
għu noħolmu din il-ħolma Maltija u ngawdu flimkien l-isbaħ jiem ta’ ġensna. Flimkien se nagħmlu l-pass li jmiss biex f ’pajjiżna verament tirrenja soċjetà ġusta li tippremja l-bżulija. Konvinti mhux għax laburisti jew nazzjonalisti, iżda għaliex pajjiżna u s-soċjetà tagħna huma b’saħħithom aktar milli qatt kienu f ’ġenerazzjoni sħiħa. Deċiżi għaliex ma rridux nieqfu nofs triq, wisq anqas inreġġgħu l-arloġġ lura. Din hi Malta li rridu ngħixu fiha. Malta li tilħaq l-aspirazzjonijiet tan-nies. Malta ħabrieka li timraħ f ’orrizzonti ġodda waqt li ma tħalli lil ħadd jaqa’ lura. Din hija l-ħolma Maltija li fimkien se nirrealizzaw b’mandat ieħor b’saħħtu lil Joseph Muscat. Tkompli f ’paġna 8 >>
08
07.05.2017
kullhadd.com
INQAS TAXXI – AKTAR FLUS F’BUTEK Fil-ħames snin li ġejjin, Gvern Laburista se jkompli jnaqqas it-taxxi għal eluf ta’ ħaddiema Maltin u Għawdxin. Dan abbażi tal-prinċipju soċjalista li l-ġid maħluq jilħaq lil kulħadd, pari passu mal-viżjoni talGvern li joħloq middle class ġdida. Deskritta bħala miżura femminista mill-Prim Ministru Joseph Muscat, ir-rifużjoni tattaxxa hija maħsuba biex tgħin lil dawk il-persuni l-iktar filbżonn waqt li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna. Hija mizura li tikkumplimenta iż-żieda fil-paga minima u l-kunċett ta’ making work pay. Gvern ġdid se jagħti l-ikbar rifużjoni tat-taxxa fl-istorja ta’ pajjiżna. Għotja li se tħalli €46 miljun fi bwiet 190,000 persuna kull sena. Permezz ta’ din il-miżura, min jaqla’ sa €60,000 fis-sena se jirċievi ċekk annwali ta’ bejn €200 u €340, b’dawk bl-inqas dħul jirċievu l-ikbar ammont ta’ flus lura. Saħansitra, dawk li ma jħallsux taxxa wkoll se jirċievu din l-għajnuna finanzjarja, f ’pass lejn ittisħiħ tal-ġustizzja u l-mobilità soċjali. Fl-istess waqt, Gvern immexxi minn Joseph Muscat se jnaqqas it-taxxa fuq id-dħul mill-part-time, minn 15% għal 10%. Tnaqqis li japplika wkoll għas-self-employed, b’investiment ta’ kważi 4 miljun ewro li minnu se jibbenefikaw xejn inqas minn 28,521 persuna.
B’hekk, Gvern immexxi minn Joseph Muscat ikompli jippremja l-bżulija waqt li jżid ilkapaċità finanzjarja tal-familji Maltin u Għawdxin. Flimkien ma’ dawn l-inizjattivi, Gvern Laburista se jkompli jinvesti fl-iktar riżorsa importanti għal pajjiżna: ir-riżorsa umana. L-għażla li tkompli tistudja minflok taqla’ lira hija waħda iebsa, kif inhi iebsa t-tranżizzjoni mill-bank tal-istudju għall-post tax-xogħol. Huwa għalhekk li Gvern immexxi minn Joseph Muscat ikompli jinċentiva l-istudenti jkomplu bl-istudji tagħhom filwaqt li jiksbu l-għodda meħtieġa għal karriera sodisfaċenti. B’investiment ta’ tliet miljun ewro, dawk li jigradwaw b’masters igawdu minn sena eżenzjoni mit-taxxa, waqt li dawk b’livell ta’ PhD ikunu eżenti għal sentejn. Din il-miżura tħajjar l-aqwa mħuħ jibqgħu pajjiżna, u ssegwi miżuri preċedenti bħaż-żieda fl-istipendji, stipendji lil min jirrepeti, u ż-żieda fl-għajnuna finanzjarja lill-istudenti Għawdxin. Bil-fatti, l-istudenti moħħhom mistrieħ b’Joseph Muscat fit-tmun ta’ pajjiżna. Il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li bit-track rekord tal-Gvern il-poplu għandu l-fiduċja li l-Partit Laburista ma jipproponix gimmicks. Għall-kuntrarju, huwa biss Gvern Laburista li jista’ joffri politika ta’ stabilità fejn il-pop-
Żewġ eżempji konkreti ta’ kif se jgawdu l-Maltin
lu ma jgawdix biss fil-baġit ta’ qabel l-elezzjoni, imma b’mod kostanti tul il-leġiżlatura kollha. Dan kollu jista’ jsir grazzi għall-miraklu ekonomiku li wettaq dan il-Gvern biex mill-proċedura tad-defiċit eċċessiv taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, irreġistra surplus għall-ewwel darba f ’ġen-
PHILIP VON BROCKDORFF – EKONOMISTA “Kull proposta għal tnaqqis fittaxxi trid tkun ikkunsidrata fil-kuntest t’ekonomija li qed tikber u jekk hux se tkompli tikber bl-istess ritmu daqs dawn l-aħħar snin. Skont il-Bank Ċentrali, it-tkabbir ekonomiku fissnin immedjati se jkun ta’ madwar erbgħa fil-mija.” “Għalhekk wieħed irid ikun kawt dwar kemm proposti għal aktar tn-
aqqis fit-taxxi huma sostenibbli lil hinn minn sentejn jew ftit aktar. Dan ma jfissirx li proposti bħal dawn mhumiex validi. Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li ġew implimentati numru ta’ miżuri li diġà wasslu għal tnaqqis fittaxxi tad-dħul, kif ukoll dawk li jissejħu active labour market policies. Dawn kellhom effett pożittiv fuq l-ekonomija u għandhom ikunu sostnuti.”
erazzjoni sħiħa. Fuq kollox, kif tenna l-Prim Ministru nhar l-1 ta’ Mejju, il-mertu hu tal-poplu Malti li issa qed jiġi premjat għall-bżulija tiegħu. Poplu li dieħel għall-aqwa żmien tiegħu f ’pajjiż progressiv li hu l-għira ta’ ħutna Ewropej. B’Joseph Muscat fit-tmun, mhux
biss jitwettqu l-miżuri kollha mwiegħda, iżda tkompli tikber l-ekonomija waqt li jitħassar id-dejn li ħallew warajhom amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. Wara kollox, ekonomija b’saħħitha u stabbli tfisser aktar flus f ’butek. Tkompli f ’paġna 9 >>
NICHOLAS CALLUS – CHAIRMAN DOMAIN ACADEMY “Il-pajjiż għaddej minn mument ta’ żvilupp ekonomiku kbir f ’diversi oqsma b’riżultat li qed jinħolqu numru kbir ta’ opportunitajiet ta’ xogħol għallhigh-end employees li jirrikjedi kwalifiċi għolja fil-livell ta’ postgraduate, jiġifieri Masters u PhD.” “Irrid inżid li d-domanda għal
high-end employees hija bilwisq akbar min-numru ta’ nies li għandhom dawn it-tip ta’ kwalifiċi. Għaldaqstant, inċentivi diretti u fiskali li jinkoraġġixxu studenti biex jissoktaw bl-istudji tagħhom wara li jakkwistaw l-ewwel degree universitarju, juru viżjoni ċara għal fejn sejjer il-pajjiż kif ukoll sejħa diretta mill-gvern għall-istudenti biex ikunu parteċipi fis-suċċess ekonomiku ta’ dan il-pajjiż.”
09
07.05.2017
kullhadd.com
AKTAR FAMILJI SIDIEN TA’ DJARHOM
Il-familji huma s-sisien tas-soċjetà tagħna – kull miżura li ssaħħaħ il-familja tkun qed issaħħaħ lill-pajjiż. Hekk kif ksibna l-ewwel surplus f ’35 sena u tħassar id-dejn kollu li sar milll-amministrazzjoni preċedenti, Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat se jkompli jinċentiva u jgħin aktar familji jsiru sidien ta’ djarhom. Wara snin ta’ tifdil, sigħat overtime, u ġiri bejn xogħol u ieħor, deħlin għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna fejn kulħadd se jingħata ċ-ċans li jagħmel ilpass li jmiss. Permezz ta’ skema soċjali ġdida, Gvern Laburista jiggarantixxi 10% depożitu f ’għajnuna lil koppji li m’għandhomx biżżejjed l-ammont meħtieġ biex jiksbu self mill-bank. Jekk hux minħabba li l-koppja għadha tistudja, jew inkella m’għandhiex il-fondi neċessarji għad-depożitu, dawn il-koppji se jingħataw l-għajnuna meħtieġa permezz ta’ din l-iskema li tixhed ir-ruħ soċjali ta’ Gvern immexxi minn Joseph Muscat. Gvern li ma jħalli lil ħadd jaqa’ lura, u għalhekk se jkun qed iniedi skemi oħra li jaħsbu f ’dawk li għal xi raġuni jew oħra mhumiex imħajra jsiru sidien tad-djarhom, u jippreferu jibqgħu fis-suq tal-kera. Din il-miżura ntlaqgħet b’sodisfazzjon kbir mill-aġenti tal-proprejtà li fissru kif għalkemm l-iskema tal-first time buyers kienet suċċess, kien jonqos dik il-faxxa ta’ persuni li għalkemm kapaċi jħallsu l-pagamenti fix-xahar, ma kellhomx l-10% meħtieġa biex jissellfu mill-banek. Tant li huma eluf dawk li llum iħallsu mijiet fix-xahar f ’kera meta bl-istess flus jistgħu jinvestu fi proprjetà għalihom u għal uliedhom. B’hekk tkompli titwettaq il-viżjoni soċjali tal-Prim Ministru Joseph Muscat imsejsa fuq politika li tippremja l-bżulija. Politika li tagħtik l-għodda meħtieġa biex tkun indipen-
denti, b’dinjità li tixraq lil kull wieħed u waħda minna. SANDRO CHETCUTI – PRESIDENT TAL-ASSOĊJAZZJONI Jekk inkomplu f ’din it-triq tas- MALTIJA TAL-IŻVILUPPATURI suċċess, huwa bl-istess viżjoni soċjali li Gvern ġdid mhux biss “B’sodisfazzjon nilqa’ “Barra minn hekk, fuq l-10% li wieħed iġedded l-iskema tal-first time dawn il-proposti, u jgħin lill-first time buyers fuq idbuyers, iżda jaħseb ukoll f ’dawk hemm raġuni. L-ewwel depożitu, aħna kellna diskussjonijiet li jridu jagħmlu l-pass li jmiss, nies aħna fil-baġit li għadda, tas- fit-tul mal-Ministru Michael Farrugia jew aħjar is-second time buyers. second time buyers kienet proposta u konna qegħdin nanalizzaw inċentivi B’hekk, mandat ieħor b’saħħtu tal-Malta Developers Association biex biex wieħed jgħin iktar nies biex għal Joseph Muscat ikun ifissnestendu l-iskema għas-second time jixtru proprjetà għall-ewwel darba. er biex eluf oħra jibbenefikaw buyers. Kienet qed tiġi kkunsidrata Jiġifieri dawk in-nies li kienu qegħdin mill-eżenzjoni mit-taxxa talu llum qed nieħu gost li l-Partit f ’diffikultà biex ikollhom id-depożitu, boll fuq ix-xiri tal-ewwel, u Laburista, jekk ikun fil-Gvern se jkun il-Ministeru konna tajnieh dawn l-ideat saħansitra t-tieni proprjetà qiegħed jintroduċi din l-iskema tant u kien ukoll ħadem mal-APS Bank biex tagħhom. Jekk hux dar ikbar importanti.” din l-iskema tkun tista’ tiġi onorata.” għal familja ikbar, jew inkella villeġġjatura fejn il-familja tista’ tgawdi aktar btajjel pubbliċi li se jagħti Gvern ġdid Laburista, din il-prijorità ewlenija tkompli tressaqna lejn l-aqwa żmien ta’ DOUGLAS SALT – DIRETTUR TA’ FRANK SALT REAL ESTATE pajjiżna. Dan huwa l-prinċipju tal-mobiltà soċjali fil-prattika. Prinċip“Naħseb idea tajba Hija miżura li għandha taħdem.” ju fiċ-ċentru ta’ ħidmet dan u fil-fatt konna “Ħafna miż-żgħażagħ isibuha diffiċli il-Gvern, u li permezz tiegħu avviċinajna lill-Gvern biex biex iġibu l-ewwel 10%. Hija ħaġa li tkattret middle class ġdida waqt jagħmel xi ħaġa simili f ’baġit li għadda kienet taħdem taħt il-Lohombus flli kompla nieżel il-faqar. Din hi u ta’ qablu għax ħassejna l-bżonn li tiġi antik u naħseb li għandha tkun miżura l-ekonomija b’saħħitha li tant estiża għas-second time buyers ukoll. tajba.” smajna dwarha. Dan hu l-ġid li jasal għand kulħadd. Din hi s-soċjetà ġusta li tant aspirajna għaliha. Din hi Malta suċċess għal kulħadd. Tkompli f ’paġna 10 >>
Politika li tagħtik l-għodda meħtieġa biex tkun indipendenti, b’dinjità li tixraq lil kull wieħed u waħda minna
10
07.05.2017
kullhadd.com
ISIRU T-TOROQ KOLLHA IKTAR TISĦIĦ L-aqwa żmien ta’ pajjiżna jistħoqqlu toroq ta’ livell Ewropew. Għalhekk il-Partit Laburista qed jipproponi li t-toroq kollha tal-pajjiż isiru fi żmien seba’ snin. Pjan ambizzjuż li jista’ jitwettaq grazzi għal ekonomija b’saħħitha, għall-programm taċ-ċittadinanza b’investiment, għall-fondi Ewropej u strumenti finanzjarji oħra. Dan se jkun investiment bla preċedent fl-infrastruttura biex din tkun tixraq lill-istat kożmopolitan li qed ngħixu fih. Bi spiża ta’ €700 miljun, dan se jkun l-ikbar investiment li qatt sar fit-toroq ta’ gżiritna. Kemm jekk f ’żoni rurali, kif ukoll f ’dawk urbani, f ’leġiżlatura waħda se jsir dak li taħt gvernijiet preċedenti kien jieħu 25 sena. L-ewwel pass f ’dan il-pjan ambizzjuż se jkun li fi żmien tliet snin isiru 170 triq residenzjali. Fejn jidħlu t-toroq u l-infrastruttura nazzjonali, t-track record ta’ dan il-Gvern jitkellem waħdu. Għalhekk konvinti li bħalma sar fil-każ ta’ Triq il-Kosta u qed isir filproġett tal-Kappara, dan ilpjan nazzjonali se jitwettaq b’effiċjenza u bl-inqas inkonvenjent għall-familji Maltin u
TAL-PENSJONIJIET
Għawdxin. Għal dan il-għan se titwaqqaf aġenzija bl-irwol li tissorvelja x-xogħlijiet u tara li t-toroq kollha ta’ pajjiżna jinżammu fi stat tajjeb. Fl-istess waqt se jitnieda proġett pilota. Dan il-pjan ambizzjuż se jinkludi ukoll titjib tal-bankini, kundizzjonijiet aħjar għaċ-ċiklisti, u sistemi ġodda elettroniċi li jiggwidaw is-sewwieqa. Kienu bosta s-sindki li esprimew sodisfazzjon għal din il-prijorità hekk kif se ttaffi l-piż li l-kunsilli ilhom iġorru sa mit-twaqqif tagħhom. B’din il-miżura mħabbra mill-Partit Laburista, mhux biss se jittaffa
dan il-piż enormi minn fuq il-Kunsilli Lokali, iżda l-istess Kunsilli se jibqgħalhom seba’ miljun ewro biex jinvestu b’riżq il-familji u l-komunitajiet tagħna. Intant, Gvern Laburista ġdid se jibqa’ għaddej bil-pjanijiet tiegħu biex isolvi l-kobba tat-traffiku li akkumulat tul snin twal ta’ traskuraġni t’amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. Ilproġett tal-junction tal-Marsa hu ppjanat li jibda hekk kif jintemm il-proġett tal-Kappara, waqt li se jkompli l-investiment fis-sistemi tat-trasport pubbliku biex pajjiżna jilqa’ din l-isfida b’wiċċu minn quddiem.
TONY ZAHRA – PRESIDENT TAL-MHRA “L-infrastruttura hija xi ħaġa li l-MHRA ilha titkellem fuqha għal iktar minn sentejn. Irridu nagħmlu ħafna xogħol fuq l-infrastruttura sabiex inġibuha taqbel mal-investimenti li saru biex intejbu l-prodotti tal-lukandi, tar-ristoranti,
eċċ..” “Aħna naqblu ħafna mal-proposta tal-Partit Laburista li qed jgħid li jekk jerġa’ jitla’ fil-Gvern, jinvesti l-flus biex jagħmel it-toroq ġodda. Naqblu magħha perfettament u nemmnu li din hija xi ħaġa li għandha ssir minn Gvern ġdid malli jitla’.”
Wara li fl-aħħar leġiżlatura, eluf ta’ pensjonanti raw l-ewwel żieda fil-pensjoni tagħhom f ’25 sena, Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat se jkompli fi triqtu biex jassigura ħajja diċenti għal dawk kollha li kisbu d-dritt tal-irtirar wara snin ta’ kontribut lil pajjiżna. Din ukoll hija l-prijorità ewlenija li se tkun imwettqa pari passu mal-politika ta’ Gvern Laburista li tippremja l-bżulija. Permezz tal-ekonomija b’saħħitha u s-sisien sodi li bena dan it-tim ta’ Joseph Muscat, il-pensjoni se tkun qed tiżdied bi tmien ewro fil-ġimgħa, li jammontaw għal madwar €500 fis-sena. B’hekk, Gvern Laburista jiggarantixxi li l-pensjoni minima gradwalment tilħaq 60% tal-paga medja nazzjonali. Fl-ewwel sena biss, din il-miżura se ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ 91,250 persuna b’nefqa
inizjali ta’ €17-il miljun. Din iż-żieda ma tridx titqies f ’iżolament, iżda fil-kuntest ta’ tariffi taddawl u l-ilma orħos, għotjiet finanzjarji lil dawk li jaqbżu ċerta età u jibqgħu jgħixu weħidhom, mediċini b’xejn u in stock, prezzijiet irħas għallgass, inqas taxxi, u bosta miżuri oħra li flimkien jassiguraw irtirar ġust u denju għal missirijietna. Din hi l-ġustizzja soċjali li aspirajna għaliha, u Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat se jkompli jaħdem biex lil hinn minn dak propost, ikompli jindirizza l-inġustizzji u jgħolli aktar nies mirriskju tal-faqar. Dawn talaħħar naqsu b’20,000 fi tliet snin biss, u l-missjoni ta’ Gvern Laburista tibqa’ dik li jeradika l-faqar minn pajjiżna kompletament. Tkompli f'paġna 11 >>
CHARLES MICELI – ATTIVIST FAVUR IL-ĠUSTIZZJA SOĊJALI
“Kull żieda hija tajba biex toħroġ in-nies mill-faqar, l-iktar il-pensjonanti li għandhom paga baxxa.....” “Jiena kieku nipprova nimxi pass ieħor ’il quddiem. Insibu modi kif lil
dawn in-nies li qegħdin isfel nett inressquhom pass ieħor. Naqbel ħafna magħha li kulħadd jieħu dik iż-żieda imma rridu nimxu ftit iktar lil hinn mill-poverty line.”
11
07.05.2017
kullhadd.com
BILANĊ BEJN ĦAJJA U XOGĦOL Soċjetà ġusta hija mibnija fuq ekonomija b’saħħitha li taħdem għal kulħadd. Huwa dan it-twemmin politiku flimkien mal-qagħda ekonomika soda li wassal il-Partit Laburista biex isewwi fejn kissru Gvernijiet Nazzjonalisti. Fi kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat, wasal iż-żmien biex il-ħaddiema kollha jkunu ppremjati għas-sagrifiċċji kollha li għamlu, u għalhekk se jingħataw lura l-btajjel pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa. Dawn il-btajjel, li jammontaw għal medja ta’ erba’ jew ħamest ijiem fis-sena, se jingħataw lura b’mod gradwali tul il-leġiżlatura li jmiss. B’hekk, Gvern immexxi minn Joseph Muscat ikompli bil-missjoni tiegħu lejn bilanċ ġust bejn ix-xogħol u l-familja. Permezz ta’ din il-miżura, il-ħaddiema se jkollhom aktar ħin ta’ kwalità biex iqattgħu mal-għeżież tagħhom. Ħin ta’ kwalità li jilħaq, jekk mhux jisboq il-kwalità tal-impjiegi li nħolqu fl-aħħar snin.
Bħalma sar fl-aħħar erba’ snin, dan huwa Gvern li jisma’ u din il-prijorità ewlenija se jkun qed jimplimentaha b’konsultazzjoni sħiħa mal-imsieħba soċjali u l-partijiet kollha interessati. Konsultazzjonijiet li se jagħtu direzzjoni dwar jekk il-btajjel għandhomx jingħataw fi ġranet żejda mal-leave, jew inkella f ’bank holidays it-Tnejn
Nemmnu li dawn huma vaganzi misruqa lillħaddiema, u jridu jingħataw lura. Ilna żmien ngħiduha u issa wara li semmejnieha f’kull baġit u f’kull elezzjoni, kuntenti li qed naraw il-possibbiltà li dawn jingħataw lura. Illum qed nilqgħu b’sodisfazzjon il-fatt li għandna Gvern li sema’ l-karba tal-ħaddiema... Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-FORUM Unions Maltin u l-General Workers’ Union, li ilhom mill-2005 f ’karba biex il-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa jingħataw lura lill-ħaddiema billi jiżdiedu malleave. Is-sentiment bejniethom kien komuni: dan kien dritt li fl-2005 insteraq mill-ħaddiema meta ma sarx l-hekk imsejjaħ Patt Soċjali minn Gvern Nazzjonalista. Lil hinn mill-bilanċ soċjali li dan il-Gvern tant jemmen fih, hija wkoll prijorità ta’ Gvern immexxi minn Joseph Muscat li ma jimminax il-kompetittività tan-negozji Maltin u Għawdxin. Huwa dan l-ispirtu kostruttiv li se jmexxi t-taħdidiet mal-imsieħba soċjali, biex kif wasalna għal ftehim storiku dwar żieda fil-paga minima għall-ewwel darba fi kwart ta’ seklu, hekk ukoll naslu biex fiż-żmien li ġej nieħdu lura dak li nsterqilna minn amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. Dawn l-ammin-
istrazzjonijiet għadhom riflessi fit-tmexxija preżenti, b’nies bħal Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi mdawra ma’ Simon Busuttil li għal darb’oħra ħasel idu għad-detriment tal-ħaddiema. Bil-koalizzjoni tal-konfużjoni, il-ħaddiema jingħataw ilġenb u jibqgħu mċaħħda minn dak li hu tagħhom. Għalhekk id-deċiżjoni hija ċara aktar minn qatt qabel. B’Joseph Muscat ikollna aktar ħin ta’ kwalità mal-familji tagħna. Ħin li nistgħu ngawdu għaliex se jkomplu jitnaqqsu t-taxxi waqt li jiżdiedu l-flus fil-bwiet. Simon Busuttil ireġġa’ l-arloġġ lura u l-karba tal-ħaddiema tibqa’ fil-limbu. Wasalna nofs triq, u issa waslet is-siegħa li naħsdu l-frott tassisien sodi li bnejna flimkien, bit-tmexxija abbli tal-Prim Ministru Joseph Muscat u t-tim magħqud tiegħu. B’mandat ieħor b’saħħtu lil Joseph Muscat, flimkien nassistu u ngawdu mill-aqwa żmien ta’ pajjiżna.
SAVIOUR RIZZO - AKKADEMIKU LI JISPEĊJALIZZA FUQ IS-SUQ TAX-XOGĦOL “ K u l l ħaddiem se jkun qed igawdi minn erbat ijiem ta’ vaganzi; se jerġgħu jkollhom il-vaganzi li kellhom
snin ilu. Il-produttività u l-produzzjoni mhux se jkunu affettwati u dan importanti għall-ekonomija.”
ta’ wara l-weekend li fih taħbat il-festa. Kif mistenni, din il-prijorità ntlaqgħat b’sodisfazzjon kbir mhux biss mill-ħaddiema kollha u l-familji tagħhom, iżda anke mill-Unions il-kbar li jirrappreżentawhom. Dan speċjalment meta wieħed iqis li dan kien dritt li nsteraq mill-ħaddiema fl-2005 meta taħt Gvern Nazzjonalista ma seħħx il-Patt Soċjali. Unions tal-ħaddiema ilhom minn dak iż-żmien jitolbu kull sena għal din is-sistema, iżda qatt ma ngħataw widen.
CHARLES AZZOPARDI TERAPISTA TAL-FAMILJA “ X i ħaġa li ili niġġieled ħafna għaliha jien ukoll u li permezz tagħha l-familji jkollhom iżjed ħin flimkien. Il-fatt li l-ħaddiema jkollhom iktar vaganzi jfis-
ser iktar ħin mal-familja u iktar parteċipazzjoni u involviment fir-relazzjonijiet familjari.” “Trid issir f ’sens wiesa’ li tinvolvi mhux biss il-btala, imma x’se jagħmlu bihom in-nies dawk il-btajjel.”
12
07.05.2017
kullhadd.com
IL-LATRINA TA’ SIMON BUSUTTIL • IR-RIŻULTATI LI BIDDLU ’L GĦAWDEX U LI GĦAL SIMON BUSUTTIL HUMA LATRINA F’dawn l-aħħar erba’ snin ta’ Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat, il-familji Għawdxin gawdew minn ġid bla preċedent b’żidiet rekord fil-ġid nazzjonali, kif ukoll fin-numru ta’ impjiegi, fost l-oħrajn. Statistika uffiċjali turi li fis-sena 2015, il-ġid nazzjonali f ’Għawdex żdied b’35 miljun ewro. Komparat mas-sena 2012, meta pajjiżna kien immexxi mill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi u Simon Busuttil, il-ġid nazzjonali f ’Għawdex kien żdied biss bi 3.6 miljun ewro. Dan ifisser li taħt it-tmexxija RS2, wieħed mill-investimenti diretti f’Għawdex wara ħafna snin ta’ Joseph Muscat il-ġid nazzjonli f ’Għawdex żdied għaxar darbiet aktar mill-aħħar sena parti minnha. dex bir-riżultat li n-numru ta’ fl-inqas livell minn meta bdiet tal-amministrazzjoni preċedent Iż-żieda fil-ġid nazzjonali was- nies jirreġistraw għax-xogħol tinġabar l-istastistika f ’Għawli Simon Busuttil kien jifforma slet għal aktar impjiegi f ’Għaw- fil-gżira Għawdxija, illum huwa dex. Ta’ min ifakkar li fis-sena 2012, in-numru ta’ Għawdxin jirreġistraw għax-xogħol kien żdied bi 12. Fis-sena 2016, mhux talli ma żdiedx in-numru ta’ Għawdxin ifittxu x-xogħol, imma talli n-numru naqas bi 72, kif għamel ukoll fis-snin ta’ qabel, u għall-ewwel darba kien inqas minn 500. Fis-sena 2015, f ’Għawdex kien hemm żieda ta’ 675 impjieg komparat ma’ żieda ta’ 201 impjieg fl-2012. Dan ifisser li fl-ewwel snin tal-amministrazzjoni preżenti, iz-żieda fl-impjiegi għall-Għawdxin kienet it-triplu ta’ dik irreġistrata fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista. Impressjonanti huma r-riżultati miksuba fil-qasam tal-investiment f ’Għawdex. Il-gvern preżenti attira lejn Għawdex l-akbar investiment fil-qa-
sam tal-informatika permezz tal-kumpanija RS2 li ilha topera mis-sena 2015. Il-gvern preżenti attira lejn Għawdex l-iskola medika ta’ Barts, li hija waħda mill-aktar skejjel ta’ fama internazzjonali. Dan minbarra l-investiment qawwi li qiegħed jagħmel il-Vitals Global Healthcare biex l-Għawdxin ikollhom sptar state of the art wara l-bieb taddar tagħhom. L-Għawdxin gawdew bil-kbir mir-riżultati miksuba fil-qasam tat-turiżmu. Filwaqt li fis-sena 2012, in-numru ta’ passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex kien naqas bi 32,000, is-sena l-oħra kienet reġistrata żieda ta’ 400,000 passiġier. Anke f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ xogħlijiet fuq toroq, ma hemmx paraguni bejn il-gvern preżenti u l-gvern li minnu kien jifforma parti Simon Busuttil. Fil-fatt dan il-gvern nefaq 10 miljun ewro fuq xogħlijiet fit-toroq, waqt li fl-amministrazzjoni preċedenti kienu ntefqu biss 6 miljun ewro. Għal Simon Busuttil dawn ir-riżultati ma jfissru xejn għax skont hu, kulma sar f ’Għawdex f ’dawn l-aħħar erba’ snin, kienet biss latrina. Kelliem għall-Ministeru għal Għawdex qal lil KullĦadd li l-ġid f ’Għawdex se jkompli jikber bl-investiment ta’ 3.2 miljun ewro f ’fibre optic cable ġdid u bl-investiment ta’ 16-il miljun ewro fil-qasam industrijali tax-Xewkija fejn se jittella’ ċentru diġitali u ta’ riċerka. “L-aqwa żmien għal Għawdex għadu ġej,” qal l-istess kelliem.
€7 MILJUN FIL-BUT TAL-FAMILJI LI INVESTEW F’ENERĠIJA NADIFA Matul l-aħħar sena l-Gvern - permezz ta’ ARMS Ltd - ta lura madwar €7.1 miljun li ġew iġġenerati fi kreditu wara li l-familji Maltin u Għawdxin investew fi skemi ta’ pannelli fotovoltajċi. Dan wara li l-Gvern nieda u estenda diversi skemi biex il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin jinvestu f ’enerġija nadifa. Il-ħlas ta’ madwar 7 miljun ewro sar permezz ta’ ħlas dirett
fil-kontijiet tal-bank tal-konsumaturi filwaqt li ġew notifikati b’SMS. Il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan jikkumplimenta l-politika tal-Gvern dwar l-enerġija nadifa fejn il-Gvern jinsab on track biex jilħaq il-miri tiegħu dwar l-enerġija rinovabbli. Matul din il-leġiżlatura, madwar 20,500 familja bbenefikaw minn skemi ta’ enerġija rinovabbli li nieda dan il-Gvern.
KREDIBILITÀ FIL-QASAM EK Roadmap Ir-riformi u l-miżuri tal-baġits li wettaq dan ilGvern bejn l-2013 u l-2016 kienu mmirati sabiex insaħħu t-tkabbir tal-ekonomija Maltija, ninkoraġġixxu x-xogħol biex dak li jkun jaqbillu li jmur jaħdem, li nikkreaw ambjent li jwassal għall-investiment u fl-aħħar nett nissudaw il-finanzi pubbliċi.
Tqassim tal-Ġid Il-baġits ta’ dan il-Gvern kienu msejsa fuq il-ħsieb li l-ġid li jinħoloq u t-tkabbir ekonomiku, jasal għand il-familji Maltin u Għawdxin kollha. U dan il-ħsieb laħaq il-qofol tiegħu permezz tad-diversi miżuri soċjali li kien fih l-aħħar baġit fejn ħsibna fil-pensjonanti, u l-persuni bi dħul baxx. B’hekk komplejna niġġieldu l-faqar f’pajjiżna.
Riżultati Il-figuri qed jagħtuna raġun, għax it-tkabbir ekonomiku li żdied b’medja ta’ 3.5% fis-sena bejn l-2013 u l-2016 huwa sostnut miż-żieda konsiderevoli fil-konsum tan-nies. Il-miżuri li ħadna ssarrfu f’aktar flus fil-bwiet tan-nies minħabba li ħloqna aktar postijiet taxxogħol, fejn il-qgħad huwa f’livelli minimi storiċi, anke għal dak li għandu x’jaqsam maż-żgħażagħ. Bejn l-2013 u l-2016, innefqa fuq pagi fl-ekonomija Maltija żdiedet b’medja ta’ €239 miljun fis-sena filwaqt li l-profitti għan-negozji żdiedu b’medja ta’ €350 miljun fis-sena.
KONOMIKU U FINANZJARJU Qagħda
Finanzjarja Dan il-Gvern huwa kburi li rranġa l-qagħda tal-finanzi pubbliċi, fejn kiseb l-ewwel surplus baġitarju f’34 sena. Fl-2012, il-pajjiż kellu defiċit ta’ €261 miljun. Fl-2016 ksibna surplus ta’ €101 miljun. Dan sar mingħajr ma ssikkajna ċ-ċintorin, anzi naqqasna l-kontijiet tad-dawl, għollejna l-paga minima u l-pensjonijiet, naqqasna t-taxxi u inkoraġġejna lil min hu fuq il-benefiċċji biex jidħol fid-dinja tax-xogħol, tajna ċ-childcare b’xejn lil kulħadd u tajna tablet lil kull tifel u tifla tal-iskola.
X’jgħidu l-Barranin Però ssib min qed jipprova jiżra’ d-dubju billi jsostni li n-nefqa pubblika hija insostenibbli. L-aġenzija Moody’s, dik li waqqgħet il-credit rating ta’ Malta fl-2012, stqarret fl-2017 li “l-awtoritajiet Maltin irnexxielhom inaqqsu l-ispiża pubblika b’madwar 1.4%, minkejja żieda fl-ispejjeż b’rabta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea matul din is-sena (stmata madwar €54 miljun, jew 0.5% tal-GDP fl-2016-2017), li jawgura tajjeb sabiex l-ispiża tiġi mrażżna matul din is-sena.”
Is-surplus huwa pożittiv minħabba li jħaffef it-tnaqqis fil-piż tad-dejn tal-Gvern Malti, u jikkonferma li d-dejn naqas għal inqas mill-kretrju ta’ Maastricht tal-Kummissjoni Ewropea, ta’ 60%, sena qabel milli mbassar - Moody’s April 2017
17
07.05.2017
kullhadd.com
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI
01.05 Fl-iskejjel kollha tal-Gvern tqassam apparat sportiv ġdid.
02.05 Ġie deċiż li jiżdiedu l-għalliema tal-edukazzjoni fiżika u jiżdied ukoll il-ħin tal-edukazzjoni fiżika.
03.05
L-aġenzija internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu DBRS ikkonfermat ir-rating għoli ta’ A għal Malta u nnutat l-isforz tal-Gvern Malti biex titjieb il-governanza.
04.05
Bdew jitqassmu l-mediċini fid-djar tan-nies fir-Rabat u Raħal Ġdid.
05.05 Ġie deċiż li jinbena parkeġġ ġdid fl-Isptar Mater Dei li se jipprovdi parkeġġ għal 500 karozza.
06.05 Ġie deċiż li jiżdied il-benefiċċju ta’ persentaġġ ta’ persuni b’diżabilità li ma jistgħux jaħdmu, u allura qatt ma jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
07.05
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
Il-Ħamis, 27 ta’ April Dil-biċċa xejn mhi togħġobni. Ma’ kull jum li jgħaddi aktar qiegħed nibża’ li dik tal-Bidnija se ddaħħalna f ’xi waħda. Għax kull jum li jgħaddi aktar qiegħed nibża’ li m’għandha xejn x’tikxef. Kellha ċans bħal dan tgħid kollox quddiem il-Maġistrat. Jien kont qiegħed nittama li hekk kif tixhed, Joseph Muscat jitlaq minn Kastilja biex jibda jagħmel il-wisgħa lil Simon tagħna, u mela tmur hemm u ma tikxef xejn, x’kull waħda! Ara kemm se jpaċpaċ fil-vojt Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, he?! Imma jien ma tinżillix li Simon tagħna joqgħod fuqha biss. Xi ħaġa taħt il-komma għandu żgur. Il-Ġimgħa, 28 ta’ April Fatta la żorba kien jgħid missieri li tant kien Nazzjonalist li lili semmieni Nazju għax ilkappillan, li kien Nazzjonalist aktar minn missieri, ma ħalliehx isemmini Nazzjonalist. Issa ngħaqdna uffiċjalment u lil Simon tagħna u lil Marlene, mil-lum ’il quddiem ħadd u xejn mhu se jifridhom. Claudio Grech, Marthese Portelli, Mario Demarco u dawk kollha li skont dik tal-Bidnija, qegħdin jagħmlu minn kollox biex nitilfu l-elezzjoni biex ineħħu lil Simon tagħna. Min-naħa l-oħra mnalla li ma ntlaħaqx ftehim simili ma’ tal-Alternattiva għax dawk għandhom nies pittmi. Mur ġib lil Carmel Cacopardo jerġa’ magħna! Dak mhux bħal Marlene, ma tistax toqgħod fuqu! Is-Sibt, 29 ta’ April Ilni nibża’ li dik tal-Bidnija se ddaħħalna f ’xi waħda! X’fettlilha toqgħod tperreċ li l-whistleblower marret tixhed quddiem il-Maġistrat. Ara x’xalata se jagħmlu talLabour. Terinata. Mafja Russa. Frodista. Ma nafx għala Simon tagħna baqa’ jistrieħ fuqha, aktar u aktar meta kien jaf li flelezzjoni li ġejja, spalla ma’ spalla miegħu, se jkollu lil Marlene u lil Salvu Mallia! Dan tal-aħħar x’sar minnu, daqskemm ilna ma nisimgħu bih? Tgħidlix li nqala’ xi ħaġa, għax żgur li ma nistgħux immorru għall-elezzjoni mingħajru! Insomma, qed nesaġera ftit. Naħseb li d-deni tiela’ ġmielu, għax Simon tagħna, fil-verità, m’għandu bżonn lil ħadd. Viva Simon, Viva Simon, ħej! Il-Ħadd, 30 ta’ April
Tlesta r-restawr fuq is-swar tal-Imdina.
X’kellna tan-nies Ħ’Attard! U x’diskors għamel Simon tagħna. Fakkarni fl-aħħar elezzjoni u fil-bord tal-uċuħ ħomor u blu. Eħe, hekk għandu jkun. U mela joqogħdu jgħaddu ż-żmien bina ċerti nies. Fosthom l-Avukat Ġenerali. Mela sewwa, l-ewwel
għamilnieh aħna, u issa se joqgħod itella’ u jniżżel jekk jgħinniex nirbħu l-elezzjoni. Jew blu jew aħmar. U jekk int blu, toqgħodx ittella’ u tniżżel, imma ngħaqad ma’ Simon tagħna, inkella jkollu raġun Simon tagħna, ovvjament flimkien ma’ Marlene u dik talBidnija, idawru l-kanuni tagħhom fuqek. Jew magħna jew kontra tagħna. Għax għandna lil Simon magħna, aħna magħqudin.... It-Tnejn, 1 ta’ Mejju Għall-erwieħ, fl-aħħar ħabbarha!! Min jaf kemm se jorqod kuntent illejla Simon tagħna. Iġri jgħaddu dawn il-ħames ġimgħat. Illum konna San Ġiljan u ħames ġimgħat oħra nkunu minflokhom – fi Pjazza Kastilja. Diġà qiegħed nimmaġina lil Simon tagħna b’dik it-tbissima ħelwa tiegħu ixejrilna mittieqa ta’ Kastilja. Diġà qiegħed nimmaġina lil Marlene tiżfen u taqbeż ħdejn il-kanuni tad-daħla ta’ Kastilja. U qiegħed nimmaġina wkoll lil Salvu Mallia bil-kelb miegħu, għalkemm ma nafx x’se jkun qiegħed jagħmel għax ilna ftit ma nisimgħu dwaru. Jekk joqgħod jiżfen ma’ Marlene ma tkunx idea ħazina. Xejn xejn ma jħallihiex tiżfen weħidha. It-Tlieta, 2 ta’ Mejju Ngħid is-sewwa ddiżappuntat ftit illum. Qomt kmieni, qbadt il-karozza, u dort dawra mhux ħazin bit-tama li nara billboards talpartit tagħna, imma bqajt b’xiber imnieħer, għax ma rajt l-ebda wieħed. Nispera li aħna preparati sewwa għall-kampanja elettorali, għax jekk le, u nitilfu, Simon tagħna se jibqa’ ma jaqtax l-akbar xewqa ta’ ħajtu. Ngħid għalija jien diġà qiegħed nara lil Simon tagħna President tal-Unjoni Ewropea għax se jkun hu Prim Ministru ta’ pajjiżna fl-aħħar ġranet tal-Presidenza Ewropea. Kuraġġ Simon, għax fl-aħħar xewqtek se ssir realtà. Viva Simon, Viva Simon, ħej! L-Erbgħa, 3 ta’ Mejju Fl-opinjoni tiegħi f ’pajjiżna ftit li xejn għandna ġurnalisti tajbin. Neħħi l-ġurnalisti tagħna tan-NET u lil dawk tat-Times, ovvjament fuq quddiem nett Ivan Camilleri, l-oħrajn qishom qegħdin jgħixu fil-qamar. Li ma kinux qegħdin jgħixu fil-qamar joqogħdu jistaqsu lil min se jaħtar bħala Viċi Prim Ministru Simon tagħna? Possibbli għadhom ma ndunawx li la se jkun Mario u lanqas Beppe!? Mhux ovvja li Viċi Prim Ministru se tkun Marlene Farrugia! Jien ilni ngħid li Marlene hija l-id il-leminija ta’ Simon tagħna. X’jippretendu dawn li wara li din tgħinna nagħtuhom tkaxkira, narmuha? Ma tarawx!
18
07.05.2017
1
MADWAR kullhadd.com
IR-RENJU UNIT
FIL-QOSOR
1u2
3
SODI MAL-UE Ir-Renju Unit ma jridx iħallas 100 biljun ewro biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Dan qalu s-Segretarju ta’ Brexit David Davis waqt programm televiżiv, fejn qal li se jkunu qed iħallsu dak li legalment hu dovut u mhux dak li trid l-Unjoni Ewropea. Dan fi sfond t’allegazzjonijiet li saru mill-ġurnal Financial Times li l-ħlas imfittex mill-Unjoni Ewropea huwa ogħla millammont oriġinarjament miftiehem, dak ta’ 60 biljun ewro. Davis qal li r-Renju Unit jittratta d-drittijiet u l-obbligi li għandha l-Unjoni Ewropea b’serjetà kbira iżda żied li l-Unjoni Ewropea qed tipprova tkun diffiċli. In-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewroepja Michel Barnier qal li s’issa ma kienx hemm qbil dwar il-figura finanzjarja bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, biex dan id-divorzju jsir possibbli.
2
L-INGILTERRA
3
ID-DUKA JIRTIRA Il-Palazz Buckingham ħabbar li d-Duka ta’ Edinburgh se jirtira mill-impenji rjali fil-ħarifa li ġejja. Fi stqarrija, il-kelliem għall-Palazz qal li d-deċiżjoni ttieħdet mill-Prinċep Filippu nnifsu u għandu l-appoġġ tar-Reġina. Id-Duka, li se jagħlaq 96 sena x-xahar id-dieħel, se jattendi għall-impenji li kienu diġà skedati bejn issa u Awwissu, iżda mhux se jaċċetta inviti ġodda. Il-Palazz Buckingham qal li r-Reġina se tkompli bilprogramm kollu tal-impenji uffiċjali. L-istqarrija qalet ukoll li d-Duka jista’ jagħżel li jattendi ċerti avvenimenti pubbliċi minn żmien għal żmien.
IL-ĠERMANJA
MERKEL U PUTIN JILTAQGĦU WARA SENTEJN Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel appellat lill-President Russu Vladimir Putin biex jipproteġi d-drittijiet ta’ persuni omosesswali fiċ-Ċeċnja. Attivisti qalu li l-pulizija qed tarresta u tittortura persuni sabiex titrażżan il-komunità omosesswali fir-reġjun. Angela Merkel tkellmet dwar dan waqt laqgħa mal-President Russu, laqgħa li ilha ma ssir sentejn. Il-laqgħa saret fiż-żmien meta r-relazzjonijiet bejn iż-żewg pajjiżi kienu għaddejjin minn perjodu ħażin u dan minħabba l-gwerra fis-Sirja u mindu r-Russja ħadet il-Krimea minn ħalq il-forzi Ukreni.
R ID-DINJA
19
07.05.2017
kullhadd.com
6
IL-KAŻAKISTAN
6
3 5
4
JOĦORĠU ’L BARRA WAQT IFFIRMAR TA’ FTEHIM
Ir-ribelli Sirjani ħarġu ’l barra waqt l-iffirmar ta’ ftehim għal żoni siguri fis-Sirja. Dan il-ftehim imfassal mir-Russja ġie ffirmat f ’Astana, ilKażakistan. Kemm ir-Russja u l-Iran fuq naħa u t-Turkija fuq naħa oħra ffirmaw dan il-ftehim iżda r-rappreżentanti tar-ribelli ma qablux miegħu u telqu ’l barra waqt l-iffirmar. Il-ftehim jitkellem dwar żoni siguri fis-Sirja sabiex persuni ċivili ma jinqabdux fil-kunflitt imdemmi li ilu għaddej sa mill2011. Il-President Russu Vladimir Putin saħaq li ajruplani Russi mistennija jieqfu jibbumbardjaw dawk imsejħa bħala żoni siguri.
5 4
L-AFGANISTAN
IS-SOMALJA
JOQTLU MINISTRU BI ŻBALL Uffiċjali tas-sigurtà fis-Somalja qatlu bi żball ministru li kien f ’karozza viċin il-palazz Presidenzjali fil-kapitali Mogadishu. Il-Ministru Abas Abdullahi Sheikh kellu 31 sena u l-uffiċjali ħasbuh militant Iżlamiku. Kienu bosta li tkellmu b’dispjaċir għall-mewt ta’ Abdullahi Sheikh li kien popolari ħafna fost il-poplu Somalu. Huwa kien sar l-iżgħar membru parlamentari u ministru fis-Somalja hekk kif il-President tal-pajjiż waqqaf ħesrem iż-żjara tiegħu fl-Etjopja fejn irritorna f ’pajjiżu biex jeżamina s-sitwazzjoni.
ATTAKK FUQ KONVOJ JOQTOL TMIEN PERSUNI Attakk suwiċida fuq konvoj tan-NATO waqt li kien fuq missjoni fl-Afganistan ħalla minn tal-inqas tmien persuni mejta f ’Kabul, fl-Afganistan. Il-vittmi kienu kollha persuni ċivili, skont kelliem għallGvern. Minn tal-inqas 25 persuna oħra sfaw midruba, fosthom tliet membri tas-servizz militari tal-Istati Uniti. L-attakk li sar fuq grupp ta’ vetturi tal-militar seħħ qrib l-Ambaxxata tal-Istati Uniti, u kien l-Istat Iżlamiku, li refa’ r-responsabbiltà għalih.
20
07.05.2017
kullhadd.com
IL-KIRJIET RESIDENZJALI – PJAGA GĦALL-KUNSILLI LOKALI MARIO
FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL
Forsi ħafna jistaqsu; X’għandhom x’jaqsmu l-kirjiet mal-Kunsilli Lokali? L-ewwel reazzjoni ta’ min jaħseb hekk tista’ tkun korretta imma meta mbagħad toqgħod taħseb ftit issib li din hija waħda mill-problemi ewlenin li saru jaffaċċjaw il-Kunsilli Lokali. L-ikbar problema qed jiffaċċjawha lokalitajiet li huma meqjusa bħala żoni turistiċi li jinkludu imma mhux biss, postijiet bħal; Tas-Sliema, San Pawl il-Baħar, Pembroke, is-Swieqi, Marsaskala, il-Mellieħa, l-Imsida, Tal-Pietà u Ta’ Xbiex, dawn tal-aħħar minħabba l-viċinanza tagħhom
għall-Univeristà. Il-problemi huma varji imma żgur li l-ikbar waħda hija dik taliskart, ġbir ta’ skart goff u ġlied u inkonvenjenza fil-partijiet komuni tal-blokok jew kumplessi. Biex wieħed jifhem aħjar, nagħżel li nirrakkonta tliet esperjenzi differenti imma reali li wieħed jiltaqa’ magħhom ta’ kuljum. L-ewwel każ huwa dwar ilġbir tal-iskart jew aħjar il-ġbir tal-borża s-sewda. Il-Kunsilli Lokali kollha jagħmlu dak kollu possibbli sabiex kull persuna li tgħix f ’dak il-lokal rispettiv, ikollha l-għarfien u l-informazzjoni kollha dwar il-ġranet u ħinijiet li fihom jgħaddi l-kuntattur tal-ġbir tal-iskart. Jitwaħħlu stickers, jintbagħtu ittri u ħafna drabi anki jmorru impjegati jew is-segretarju eżekuttiv tal-Kunsill. Minkejja dan, issib li għad hawn ħafna li jiġu jaqgħu u jqumu minn dan kollu u joħorġu l-borża s-sewda jew barra millħin u anki fil-gurnata li ma
tinġabarx. Esperjenza li għaddejt minnha jien personalment għal iktar minn darba hija li tara’ persuna li tkun qed toħroġ il-borża s-Sibt waranofsinhar, siegħa wara li jkun għadda t-trakk talġbir. Il-persuna tkun barranija u tkun qed tikri għall-perjodu qasir f ’wieħed mill-appartamenti. Tieqaf tkellmu bil-kelma t-tajba u tispjegalu li l-kuntrattur kien għadu kemm għadda u b’hekk il-borża tiegħu se ddum barra sat-Tnejn filgħodu, bil-problemi kollha li dan iġib miegħu. Ir-reazzjoni ta’ dan tkun li jgħolli spallejh u jibagħtek tixxejjer għax jgħidlek li ma jinteressahx u mhux se jżommha jumejn ġewwa. Tibqa’ tinsisti miegħu u jheddek bil-ġlied, bl-għajnuna ta’ sieħbu li jinżel għas-sodisfazzjon jaqbeż għalih. Tmur l-għassa tal-pulizja tagħmel rapport u l-ewwel mistoqsija tkun jekk hux lest li titla’ tixhed meta jressquh bit-taħrika. Anki jekk tkun lest
li titlef nofstanhar xogħol, tiġi mitlub tipproduċi ritratt tal-persuna ħierġa bil-borża f ’idejha. Imma anki jekk tagħmel hekk, il-probabbiltà hi min ikun abbuża, meta tasallu n-notifika biex jew iħallas jew jitla’ tribunal, ikun ilu ġimgħat li ħalla pajjiżna u kulħadd jibqa’ bis-suffara, biex ma ngħidx xi ħaga oħra! Problema oħra hija li m’hemmx infurzar fuq min qed jikri. Hemm każijiet li huma ovvji u ċari li appartament ta’ kamra tas-sodda waħda, fih jgħixu 4 jew 5 minn nies. Dan iġib inkonvenjent ikbar meta dawn ikunu jew xi ħaddiema li ġew fostna għal xi żmien definit jew inkella studenti tal-ilsien Ingliż. Dawn joħrogu tard filgħaxija u jidħlu lura fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, kollhom storbju li jispiċċaw iqajmu blokka sħiħa. Drabi oħra dan ma jkunx biżżejjed u jekk ikunu xorbu waħda sew, iħallu t-taraġ kollu b’dak li jkunu xorbu jew kielu ftit sigħat qabel, biss f ’forma differenti minn kif kienu kiluh. F’ċirkostanżi bħal dawn, min se jqum filgħodu jaħsel it-taraġ minn fuq s’isfel? Għax huma żgur mhux se jagħmluh. Jekk ma jsirx, ir-residenti jispiċċaw jgħixu f ’maqjel flok post residenzjali bħal kulħadd. Is-soluzzjoni mhix faċli iktar u iktar meta ssib li wħud minn dawn il-blokok lanqas għandhom amministratur. Dan għaliex, min hu sid tal-appartament imma għal raġuni kummerċjali u mhux residenzjali, qajla jinteressah minn dan. L-importanti li jdaħħal kemm jiflaħ nies fl-appartament biex flok kirja waħda jdaħħal tnejn jew tlieta. Dan biex ma nsemmix l-abbuż li jsir fejn jidħol id-dikjarar tad-dħul finanzjarju. Fl-opinjoni tiegħi soluzzjoni waħda hemm u din trid issir bi qbil kollettiv bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-Awtorità tal-Ippjanar, il-Ministru għat-Turiżmu, il-Kunsill Lokali rispettiv u l-pulizija. Mill-aspett legali trid issir emenda fil-liġi biex nassiguraw li kull kirja tkun kuntrattata. Imbagħad irridu nassiguraw ukoll, b’mod legali, li s-sid jassumi r-responsabbiltà tal-klijent tiegħu. Dan ifisser li jekk xi ħadd għamel ħsara, ħammeġ jew ħoloq kull tip ta’ inkonvenjent ieħor, is-sid huwa l-persuna li trid tirrispondi. Wara kollox, hu ma jkunx joqgħod hemm u ma jkun qed isofri l-ebda inkonvenjent. Ikun biss qed jimla butu bla ma jħallas imqar frazzjoni tal-inkonvenjent li jkunu qed ibatu r-resdidenti. Il-pulizija jrid ikollhom il-poter illi jagħtu multi fuq il-post għal ċerti nuqqasijiet u l-multa trid titħallas dak il-ħin minn min jabbuża. Imbagħad iżeggeg
Fl-opinjoni tiegħi soluzzjoni waħda hemm u din trid issir bi qbil kollettiv bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-Awtorità tal-Ippjanar, il-Ministru għat-Turiżmu, il-Kunsill Lokali rispettiv u l-pulizija
mhux jgħolli spalltu u jgħidli li ma jinteressahx. Nirrakonta esperjenza li għaddejt minnha jien u wieħed jifhem aħjar x’irrid ngħid. Daqs sentejn ilu kont f ’pajjiż partikolari fejn kont qed nagħmel użu mit-trasport pubbliku tal-post. Telgħu żewg fizzjali fuq tal-linja u bdew jiċċekkjaw il-biljetti. Tiegħi kien skada b’10 minuti u dabbart multa ta’ €65. Ma kellix flus kontanti fuqi u t-tweġiba li ngħatajt kienet biex ma ninkwieta xejn għax filviċin kien hemm ATM. Iż-żewġ uffiċċjali, xħin iċċekkjaw il-biljetti ta’ kulħadd, baqgħu ġejjin miegħi sakemm wassluni ħdejn l-ATM, ġbidt il-flus, ħallast u ħarguli rċevuta dak il-ħin stess. Kieku m’għamiltx hekk, kienu jeħduni magħhom sakemm xi ħadd iħallas il-multa li weħilt. Hekk irridu naħdmu f ’pajjiżna jekk tassew irridu niġġieldu l-problema tal-iskart u l-ħmieġ fit-toroq tagħna. Hemm bżonn tibdil drastiku f ’għadd ta’ liġijiet li permezz t’hekk, il-forzi tal-ordni, il-Kunsilli Lokali u l-Awtorità għat-Turiżmu jkollhom awtorità ikbar fuq min jabbuża. U din mhix għall-barranin biss imma anki għal Maltin li minkejja kollox u minkejja li jafu l-affarijiet, xorta waħda jibqgħu jabbużaw. Il-MTA m’għandhiex toħrog liċenżji ta’ kiri lil dawk is-sidien li ma jkunux konformi ma’ ċerti regoli. Jekk mhux se jsir hekk, allura se nibqgħu nisimgħu l-istess paroli u naraw l-istess xeni ġurnata wara l-oħra. Hemm bżonn tittieħed azzjoni illum qabel għada sabiex nindirizzaw din il-problema.
21
07.05.2017
kullhadd.com
SUĊĊESS GĦAL KULĦADD EDWARD
ZAMMIT LEWIS
Ministru għat-Turiżmu
Meta l-Partit Laburista talab il-fiduċja tal-elettorat 4 snin ilu ippreżenta lill-poplu manifest elettorali fattwali u b’saħħtu. L-elettorat emmen f ’dan il-manifest u ta l-fiduċja lil dan il-Moviment Laburista. Issa li għaddew 4 snin ta’ Gvern Laburista nemmen bis-sħiħ li l-wegħdiet elettorali fil-assolut tagħhom ġew mwettqa u indirizzati u anki lil hinn minn hekk. Huwa fatt li 85% tal-manifest elettorali ġie mwettaq u onorat. Dak li jiddiskrivi tant tajjeb il-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat bħala l-miraklu ekonomiku ta’ pajjiżna, kien xprunat mill-Gvern imma magħmul blgħaqal u l-bżulija tagħna lkoll. Żgur li dan il-Gvern ma sabx sodda ta’ ward tistennieh. Sab diffikutajiet ekonomiċi li wasslu wkoll għal nuqqas fl-indirizz ta’ kwistjonijiet soċjali, nixfa fl-investiment u sinjali serji ta’ problema ta’ ħolqien ta’ xogħol sostenibbli. Korporazzjonijiet u kumpaniji governattivi matul is-snin tħallew jikkrollaw u saru piż ekonomiku u theddida finanzjarja u għas-sostenibilità tal-impjiegi fi ħdan dawn il-kumpaniji. Imma dan il-Gvern ma qatax qalbu. Middejna għonqna għax-xogħol. Dan il-Gvern wiegħed enerġija sostenibbli, enerġija nadifa u kontijiet orħos. U dak li għamel. Biex jirpilja l-ekonomija ma marx għal soluzzjoni ta’ awsterità imma inċentiva lil dan
il-poplu bieżel Malti u Għawdxi sabiex jagħmel il-kuraġġ u jinvesti, sabiex joħroġ jaħdem, sabiex ikun aktar innovattiv u jsaħħaħ in-negozju. Żgur li dan il-Gvern se jibqa’ mfakkar għall-introduzzjoni taċ-childcare b’xejn li żiedet l-ammont ta’ nisa jaħdmu u jikkontribwixxu lejn l-ekonomija Maltija. Kien dan il-Gvern li attira investimenti barranin u inċentiva n-negozjant Malti sabiex ikompli jkabbar l-operat tiegħu. B’hekk inħolqu eluf ta’ impjiegi li xorbu ċ-ċifra ta’ 7,000 persuna qegħda rreġistrati xahar qabel mil-bidu ta’ din il-leġiżlatura u issa għandna kważi full-employment b’inqas minn 2,500 persuna li jirreġistraw għax-xogħol. L-inċentivi ta’ dan il-Gvern li wasslu għal kisbiet kbar huma numerużi. Tant sar li sirna noħduhom bħala ovvji u naturali llum il-ġurnata. Ir-riformi u l-kisbiet ma kinux biss dawk ekonomiċi. Għal kuntrarju ta’ dak li jgħid ħaddieħor kellu jkun dan il-Gvern li jintroduċi u jillegalizza liġijiet li jiggarantixxu governanza tajba, kontabilità, trasparenza u responsabbiltà. Dan ġara bl-introduzzjoni tal-liġijiet tal-whistleblower, tal-finanzjament tal-partiti u kif ukoll il-liġi tal-preskrizzjoni fuq il-politiċi. Dawn huma għodda li kienu mwiegħda minn gvern preċedenti għexieren ta’ snin ilu imma qatt ma twettqu. Kellu jkun dan il-Gvern sabiex isiru u ma nibqgħux fl-aħħar post fost il-pajjiżi Ewropej fejn jidħlu liġijiet marbuta mal-governanza u trasparenza. Konna l-agħar fl-Ewropa fejn jidħlu drittijiet ċivili għall-minoranzi f ’pajjiżna. Dan ilGvern kien katalist u għamel riformi bla preċedent fejn jidħlu drittijiet ċivili u minn l-aħħar
fl-Ewropa sirna l-aqwa u mudell għall-pajjiżi oħra. Ħaddieħor qagħad gallarija u astjena, il-Gvern ma beżax u wettaq dak li wiegħed b’konvinzjoni għaliex kullħadd hu importanti, ħadd mhu irrelevanti. It-tħaddim serju tal-ideali soċjal-demokratiċi ssoktaw bl-introduzzjoni taż-żiediet fil-paga minima u fil-pensjonijiet għall-ewwel darba wara ħafna u ħafna snin. Ta wkoll id-dinjità lill-persuni b’diżabilità billi tahom inċentivi sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol u kif ukoll fetaħ diversi djar fil-komunità għas-serħan il-moħħ tal-ġenituri li għandhom uliedhom b’diżabilità. Fassal u ħaddem il-garanzija għaż-żgħazagħ ta’ tagħlim, taħriġ jew xogħol, garanzija suċċess li wkoll saret mudell u ġiet introdotta fuq livell ta’ Unjoni Ewropea. Ħaseb ukoll fil-koppji żgħażagħ li ħafrilhom it-taxxa tal-boll fuq l-ewwel dar tagħhom u għenhom konkretament sabiex jibdew il-familji tagħhom. Assistenja wkoll għal rivoluzzjoni fis-sistema tas-saħħa f ’pajjiżna u attirajna investiment barrani li b’permezz tal-iskola Medika ta’ Barts qed nippromwovu u npoġġu lil pajjiżna bħala punt ta’ referenza eċċellenti għatturiżmu mediku. Il-Prim Ministru afdali d-dekasteru ferm importanti tat-Turiżmu. Kif inħobb ngħid: mit-turiżmu jiekol kullħadd u dan bir-raġun hekk kif din l-industrija għal ħafna u ħafna snin kienet u għadha mutur ewlieni għall-ekonimija Maltija. Irreġistrajna kisbiet kbar f ’dan is-settur fejn jekk tħares lejn iċ-ċifri jitkellmu waħidhom. Is-suċċess fit-turiżmu tul din il-leġiżlatura huwa bla preċedent. Nista’ nikkonferma b’sodisfazzjoni li l-Ministeru
L-inċentivi ta’ dan il-Gvern li wasslu għal kisbiet kbar huma numerużi
għat-Turiżmu wettaq diġà 96% tal-wegħdi elettorali attribwiti mad-dekasteru li ġie fdat lili. Dan it-twettiq ta’ riżultati sa 4 snin ilu dehru ambizzjużi ferm. Is-sena l-oħra irnexxielna nattiraw lejn pajjiżna kważi żewġ miljun turist. Dan hu tragward li kien mistenni li jintlaħaq flaħħar ta’ din is-sena li qegħdin fiha. Irnexxielna nagħmlu lil din l-industrija aktar sostenibbli permezz ta’ inizjattivi u ħidma fosthom b’introduzzjoni ta’ aktar linji tal-ajru ġodda u rotot ġodda li qed joperaw minn u għal Malta. B’dan il-mod prattikament irnexxielna negħlbu l-isfida tal-istaġjonalità u din issir parti mill-istorja turistika ta’ pajjiżna. L-ammont ta’ turisti li jżuru pajjiżna fix-xhur tax-xitwa dejjem qed jikber u qegħdin nirreġistraw tkabbir rekord wieħed wara l-ieħor, sena wara sena. Dan kollu qed jagħmel lil Malta l-inqas destinazzjoni staġjonali fil-Mediterran. Għaldaqstant mhux kumbinazzjoni li tul dawn l-4 snin irreġistrajna tkabbir fl-ammont ta’ turisti daqs kemm kien irreġistrat taħt gvern preċedenti f ’20 sena sħaħ. Meta nqabblu s-suċċess tagħna f ’din l-industrija ma’ pajjiżi kompetituri
tagħna insibu li t-tkabbir li afferma pajjiżna jisboq bil-bosta dak irreġistrat b’mod medju fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll tar-reġjun Mediterranju. Id-dħul finanzjarju mitTuriżmu tul din il-leġiżlatura kien wieħed straordinarju. Dan id-dħul kien ċertament ta’ xprun ewlieni sabiex iddefiċit li kellu pajjiżna sar storja tal-passat u saħansitra rreġistrajna l-ewwel surplus wara 27 sena. Xejn minn dan kollu ma ġie b’kumbinazzjoni jew bix-xorti. Dan kollu hu frott il-ħidma ta’ pjan. Fassalna politika għat-turiżmu b’viżjoni u nista’ b’wiċċ minn quddiem nafferma li twettqet. Madanakollu għad fadal ħafna x’isir, għadna nofs triq. Kif aċċennajt ftit ġranet ilu, il-ħidma tagħna qiegħda fil-halftime. Jonqosna t-tieni taqsima. Ippreparati għaliha b’aktar ħeġġa u determinazzjoni. L-aħjar żmien ta’ pajjiżna qed ngħixuh. Immorru quddiem il-poplu b’wiċċna minn quddiem għax li wegħidna wettaqnieh. Jien ninsab sodisfatt u kburi li nifforma parti mill-kabinett ta’ Dr. Joseph Muscat u ħdimt għal dan is-suċċess. Nimpenja ruħi b’aktar saħħa sabiex jekk il-poplu jagħtina l-fiduċja, inkomplu t-tieni nofs ta’ din ir-roadmap li fassalna flimkien. Ma’ dan il-Gvern il-poplu jaf fejn qiegħed. Persważ li l-poplu se jħoss din is-sejħa għal kontinwazzjoni ta’ aktar ġid maħluq għal kulħadd, kredibilità u serħan il-moħħ. Nemmen fil-potenzjal ta’ pajjiżna u f ’dan il-poplu Malti u Għawdxi li kapaċi joħlom aktar, iwettaq aktar u jikseb aktar suċċessi sabiex inkomplu nkunu l-aqwa fl-Ewropa.
FUQ IN-NAĦA T-TAJBA TAL-ISTORJA MICHAEL
FALZON
Membru Parlamentari
Fi żmien ftit anqas minn xahar ieħor, il-poplu Malti u Għawdxi se jkun qed jagħmel l-għażla dwar il-futur ta’ pajjiżna. Hu importanti għalina lkoll illi din l-għażla tkun waħda fl-aħjar interess ta’ pajjiżna. Hu importanti għalina lkoll illi nkunu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Pajjiżna għandu diversi għażliet quddiemu:L-ewwel u qabel kollox, l-għażla bejn Joseph Muscat
u Simon Busuttil, bħala Prim Ministru ta’ pajjiżna. L-għażla bejn Joseph Muscat u Edward Scicluna jmexxu l-ekonomija ta’ pajjiżna, jew inkella lil Simon Busuttil u l-koalizzjoni tal-kaos tiegħu. L-għażla bejn il-politika ta’ għaqda nazzjonali mħaddna minn dan il-moviment, u l-politika ta’ firda, ħdura u mibegħda mbbuttata l-ħin kollu ’l quddiem mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Għandna l-għażla bejn ilġid, it-tkabbir ekonomiku u li stabbilità ta’ dawn l-aħħar erba’ snin, jew il-qabża fiddlam għal tmexxija taħt min lanqas biss kien kapaċi jmexxi l-finanzi ta’ partit. Għażla bejn min neħħa l-mediċini out-of-stock u saħħaħ l-istipendji tal-istudenti tagħna u wettaq il-ga-
ranzija għaż-żgħażagħ, u bejn min kien kapaċi biss jitkellem fuq il-bottijiet tal-piżelli u l-garanziji tal-washing machines. Bħala poplu rridu nagħżlu bejn li nkomplu mexjin it-tieni nofs tat-triq ’il quddiem flimkien ma’ Joseph Muscat, jew li nieqfu u li mmorru lura u nipperikolaw dak kollu li ksibna, billi nħallu l-futur tagħna f ’idejn min lanqas biss kien kapaċi jikkontrolla lilu nnifsu fuq sempliċi sms. Għandna l-għażla bejn li nkomplu mexjin ’il quddiem lejn aktar libertajiet ċivili, jew li nerħu t-tmexxija ta’ pajjiżna f ’idejn min kien kapaċi biss jastjeni u jaħrab quddiem ir-realtajiet u l-bżonnijiet tas-soċjetà tagħna. Għandna għażla ċara bejn li nkomplu mexjin ’il quddiem
ma’ Joseph Muscat lejn Malta aħjar, aktar b’saħħitha u aktar ħanina, jew li nipperikolaw kollox u minflok nafdaw il-futur ta’ pajjiżna f ’idejn
Hu importanti għalina lkoll illi din l-għażla tkun waħda flaħjar interess ta’ pajjiżna
min kapaċi biss jistrieħ fuq il-mibegħda politika. Għandna għażla bejn aktar tnaqqis ta’ taxxi għal kulħadd u pensjonijiet aħjar, jew inkella li nafdaw sabiex imexxi lil pajjiżna, Alla ħares qatt, lil min kapaċi biss jigdeb, jivvinta u jħammeġ. Għandna għażla bejn Joseph Muscat u t-tim tiegħu, Prim Ministru u tim ippruvat u li diġà żammew kelmthom, mal-poplu Malti u Għawdxi; jew inkella lil min għadu ma’ ħariġx b’imqar proposta waħda pożittiva għall-ġid ta’ dan il-pajjiż. Quddiem dan kollu l-għażla hi waħda ċara - dik favur il-Partit Laburista, b’Joseph Muscat bħala Prim Ministru. Għażla fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Għażla favur l-aħjar żmien ta’ pajjiżna.
22
07.05.2017
kullhadd.com
IL-FUTBOL; MHUX BISS DAQQA TA’ BALLUN Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn dejjem kelli ċertu ammirazzjoni lejn il-futbol aktar u aktar fl-amministrazzjoni tal-futbol meta ħafna snin ilu kont inkun mal-eks groundmanager tal-Istadium Nazzjonali f ’Ta’ Qali Joe Gatt u minn hemm bdiet tinbet l-imħabba tiegħi lejn dan l-isport. Issa ili fil-YFA għal dawn l-aħħar 22 sena u ninsab ferm kuntent f ’din l-assoċjazzjoni. Xi ħaġa ferm interessanti li nnutajt kien il-fatt illi meta int tkun barra l-assoċjazzjoni, ikollok ix-xewqa li tagħmel il-mirakli sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni iżda meta mbagħad tidħol għal din il-kariga tinnota kemm l-affarijiet mhumiex daqshekk faċli biex tagħmilhom daqskemm taħseb. Fil-fatt tidħol ħafna l-burokrazija u anke oppożizzjoni fuq ċerti affarijiet li tipprova tagħmel. Però dawn huma parti mis-sitwazzjonijiet li tiltaqa’ magħhom meta tkun
JOSEPH MICALLEF Segretarju Ġenerali tal-Youth FA (YFA). Micallef jaħdem għall-akbar ġid tan-nurseries tal-football lokali għaliex tabilħaqq jemmen li dawn jiffurmaw parti integrali fl-iżvilupp ħolistiku tat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin. Tkellimna miegħu dwar dan is-settur importanti li jinteressa ħafna ġenituri. fl-amministrazzjoni. Nibdew b’mistoqsija dwar il-kowċis li jidħlu fin-nurseries. Intom bħala assoċjazzjoni taraw sew min huma dawn l-individwi jew jista’ jidħol min irid bħala kowċ? Il-Youth FA għandha forma żgħira ta’ kontroll għalkemm nista’ ngħid li qed isir skrutinju dwar l-operat ta’ kull membru
Qormi fejn ċerti tfal wara l-ħin tal-iskola jmorru dritt in-nursery u hemmhekk jingħataw għajnuna fix-xogħol tad-dar tagħhom permezz ta’ għalliema li volontarjament kienu qed jispjegawlhom xi affarijiet. Dan żgur huwa eżempju tajjeb li ċerti nurseries għandhom jieħdu.
Semmejna l-ġenituri. Dawn xi kultant qed ikunu wkoll ta’ xkiel meta jsiru xi logħbiet tal-YFA u jsir xi ndħil xi ftit żejjed li ġieli minn kull tim li qiegħed fl- iċ-ċirkostanza hemm ċertu el- wassal ukoll għal xi ġlied. X’taħseb dwar dan kollu? MFA biex ikun hemm kontroll ement ta’ kontroll. fuq in-nies li jidħlu fil-kumitati u bħala kowċis. Biex nikkon- Issib ġenituri li jgħidulek li Fuq dan il-lat qegħdin naħdmu qatigħ. Bdejna proġett ma’ ferma dan kollu, fil-bidu tal- ma jridux lit-tfal tagħhom kumpanija tas-sigurtà f ’pajjiżistaġun ġbidna wkoll l-attenz- jiffukaw fuq il-futbol u li joni lill-membri li kien hemm iktar huwa importanti il-lat na fejn ċertu ħaddiema jkollxi persuni li ma kienx jidhrilna akkademiku. X’taħseb dwar hom ix-xogħol ta’ spetturi fil-grawnd u jiġu mtellgħin billli kellhom jagħmlu parti mit- dan is-suġġett? boards b’messaġġi edukattivi li tim. Għandna wkoll ktieb ta’ reġistrazzjoni bl-ismijiet ta’ Jien naħseb illi l-ewwel irridu jindirizzaw lill-ġenituri u anke dawk in-nies li għal xi raġuni nqisu l-fattur tal-isport fit-tfal partitarji. jew oħra m’għandhomx ikunu li mhux neċessarjament ikun Rigward il-ġenituri jeżisti bord qrib it-tfal u għalhekk f ’din futbol. U għalhekk hawnhekk ta’ dixxiplina fejn min jonqos il-ġenituri jridu jifhmu li per- jittieħdu miżuri kontrih u minn mezz tal-isport tifel partikolari dan l-istaġun bdejna direzzjoni għandu ċans iktar illi jintegra ġdida f ’dak li għandu x’jaqsam fis-soċjetà u jifhem lin-nies ta’ dixxiplina fejn nies li jġibu ruħhom ħażin apparti l-multa madwaru. Fl-opinjoni tiegħi huwa ħażin li jaqilgħu qegħdin nesiġu illi illi ġenitur ixekkel lit-tifel jew n-nurseries jieħdu azzjoni pertifla tiegħu milli jipprattikaw xi mezz ta’ laqgħat kontinwi sabiex jiġi evitat dan il-fenomenu sport li jkun għal qalbhom. Ħafna ġenituri jirraġun- xejn sabiħ. aw ukoll illi l-isport itellef Smajna fuq sitwazzjonijimill-istudju tal-karriera futura et fejn il-ġenitur irribella fuq tiegħek. Madankollu hemm ċerti deċiżjonijiet li ttieħdu u każijiet li anke fil-Premier issib permezz ta’ djalogu nistgħu plejers li huma professjonisti ntaffu xi ftit mill-ħsibijiet li bħal għalliema, avukati u anke jkollhom il-ġenituri meta jkunu tobba. Dawn bla dubju li waqt l-grawnd. Dan l-aħħar ħloqna inizzjatl-istudji tagħhom xorta sabu ħin jitħarrġu u jilagħbu mat- tiva ferm sabiħa fl-attivitajiet tim tagħhom u xorta laħqu fejn li jsiru għall-plejers ta’ taħt il11-il sena fejn tajnieha l-isem kellhom jilħqu. Jien nemmen li jrid ikun hemm LET THEM PLAY. Aħna bilanċ u bl-ebda mod il-ġenitu- tajna struzzjonijiet lill-ġenituri ri partikolari m’għandhom jik- li waqt il-logħob jistgħu biss kastigaw lit-tfal tagħhom billi jċapċpu lit-tfal tagħhom, ilma jħalluhomx jattendu s-ses- kowċ waqt il-logħba ma jkelsjoni sportiva tagħhom għax limx lit-tfal u dawn tal-aħħar bejniethom jieħdu deċiżhekk m’inti se ssolvi xejn. Illum irridu nammettu wkoll joni tal-azzjoni li tkun saret li t-tmexxija tan-nurseries hija mingħajr l-intervent tal-uffiċjadifferenti minn ħafna snin ilu. li tal-logħba. Preżentament hawn kowċis Il-kowċ min-naħa tiegħu jista’ li huma kwalifikati u huma jkellem lit-tfal fuq xi pożizzmħarrġa mil-lat soċjali u edu- jonijiet jew tattiċi oħra waqt l-intervall tal-logħba. kattiv. Għax jekk nirraġunaw sew Issib fil-fatt nurseries illi jagħmlu laqgħat għall-ġeni- ngħidu li l-logħob ta’ plejers turi sabiex jiddiskutu l-prog- żgħar huwa aktar konċentrat ress fiżiku u l-iżvilupp tat-tifel fuq il-pjaċir li tieħu fil-logħfil-futbol u anke jaraw l-aspett ba milli fuq kull tattika li tista’ teżisti. edukattiv tiegħu. Għandna nurseries ukoll li qabel sessjoni ta’ taħriġ, joffru Imma qed jasal biżżejjed għajnuna f ’xi suġġetti li t-tfal il-messaġġ? ikunu batuti fihom. Qed tiġini f ’moħħi inizzjattiva Fil-preżent għandna ħsibijili kienu għamlu l-klabb ta’ Ħal et li nifirxu din il-kampanja
23
07.05.2017
kullhadd.com
nazzjonali permezz ta’ spots fuq il-mezzi tax-xandir u anke l-midja soċjali u anke billboards fit-toroq tagħna. Nemmen illi jekk għandna problema ma rridux niġġildulha billi nieħdu miżuri ħorox biss iżda rridu nedukaw lill-ġenerazzjonijiet żgħar jekk irridu li jkollna futur aħjar u jkollna riżultati aktar ’il quddiem. Nemmen ukoll illi f ’inizzjattivi bħal dawn għandek bżonn l-għajnuna ta’ kumpaniji li jiffinanzjaw ċerti proġetti minħabba li wkoll kibru mhux ftit l-ispejjeż għall-YFA. F’dan il-każ minn fejn jiġu l-fondi tal-YFA? F’dan il-lat sibna għajnuna kbira mill-MFA li permezz ta’ solidarityfund tal-UEFA kif ukoll permezz ta’ sponsors jistgħu jagħtu xi fondi lin-nurseries u b’hekk anke aħna nkunu nistgħu mmexxu ’l quddiem din l-għaqda ferm kbira. Tajjeb li ngħidu illi b’kollox isiru madwar 750 logħba fi staġun u flimkien mal-avvenimenti kollha li jiġu organizzati jinvolvu spejjeż kbar. Wieħed irid jiftakar ukoll li jitħallsu ċertu flus proprju għal grawnds fejn jintlagħab illogħob. Kif tqishom dawn il-grawnds? Taħseb li huma tal-ogħla livell fejn jintlagħbu dawn il-kampjonati? Ifhem meta tqis illi sa 12-il sena ilu konna nilagħbu fuq iż-żrar nemmen illi l-livell fil-faċilitajiet sportivi żdied ħafna f ’pajjiżna. Dak iż-żmien konna nemmnu li rridu nagħtu ambjent aħjar lill-plejers tant li konna ħriġna b’motto li jgħid LET’S GO GREEN. Niftakar illi l-ewwel logħob li sar kien fil-grawnd ta’ San Alwiġi u minn hemm bdiet pressjoni sabiex il-logħob jibda jsir fi grawnds sintetiċi. Bdejna naħdmu wkoll bi sħab ma’ Luxol St Andrews sabiex isiru wkoll numru ta’ logħbiet hemmhekk u b’hekk rajna titjib kbir fil-faċilitajiet u l-livell tal-futbol f ’dan il-qasam. Illum il-ġurnata hemm xi grawnds fejn isir il-logħob u nemmen illi għandna nużaw sew dawn il-faċilitajiet. Kull sezzjoni għandha l-grawnd tagħha u tista’ tgħid kulħadd jingħata ċ-ċans illi jilgħab f ’faċilitajiet mill-aqwa. Kritika oħra li ssir hija fuq l-ammont kbir ta’ nurseries fejn iktar qed nagħtu kas il-kwantità milli l-kwalità. X’taħseb int? L-MFA qed taħdem mhux ħażin sabiex iżżid il-livell tal-kowċing fejn qed tenfasizza li għalkemm jiżdied in-numru jogħla l-livell. Naħseb li wara kollox il-punt intlaħaq u qed naħsbu biex ninvestu aktar anke bħala għażla ta’ kowċis. Jekk insemmu l-amministra-
turi, qed isir kors kull sentejn sabiex ikollhom liċenzja ta’ nursery u aħna qed inħarsu lejn persuna li jkollha viżjoni għal futur mhux sempliċiment tkun ġibt il-liċenzja. Xi kultant issib amministraturi li jħarsu biss lejn xi introjtu li jista’ jkollu l-klabb aktar milli xi viżjoni. Jekk nikkwota x’qal il-President tal-MFA, ħafna klabbs għandhom dik illi bl-Ingliż isejħulha comfort zone li jibqgħu wisq magħluqin fiha. Għalhekk irridu nurseries dinamiċi li joħolqu ideat kreattivi għall-iżvilupp tat-tfal. L-MFA, permezz taċ-ċentru tekniku ħeġġet lin-nurseries tagħna biex tinħoloq akkademja li għall-bidu kien hemm ukoll min ikkritikahom għax qal illi jrid jintlaħaq ċertu livell, kif wara kollox għandu jkun. Wara dak li sar f ’din l-aħħar sena, irridu issa nevalwaw u noħolqu l-aspetti pożittivi minn dan kollu. Nifhem li biex tinħoloq akkademja hemm bżonn ta’ għajnuna finanzjarja qawwija. Jekk inħarsu lejn il-kowċis, dawn kollha kemm huma jitħallsu u ma nagħtihomx tort għax wieħed flok jagħmel xogħol part-time jagħmel korsijiet li jiswew il-flus u jmur fin-nursery u jħarreġ it-tfal bi preparazzjoni sħiħa li tieħu l-ħin. Għalhekk nemmen li amministratur partikolari jrid ikun dejjem miftuħ għal kull idea li minnha jistgħu jsiru inizzjattivi li wara kollox ikun fihom ħafna benefiċċji finanzjarji. Fis-sitwazzjoni preżenti għandna amministraturi volontiera li jħobbu l-futbol u jagħtu qalbhom daqslikieku jitħallsu somma flus. Min-naħa l-oħra ma tantx huwa ideali li jkollok kumitat li għandu tnejn min-nies jitħallsu u l-kumplament jaħdmu bħala volontiera minħabba nuqqas ta’ bilanċ li jista’ jinħoloq. Għalhekk nemmen illi għandu jkun hemm il-persuna ideali għal dan ix-xogħol ta’ amministratur sabiex in-nursery tkun tista’ timxi ’l quddiem. Nitkellmu dwar il-kwistjoni ta’ plejers barranin f ’pajjiżna li se jkomplu jiżdiedu fil-Kampjonat Premier. Ħafna qalu li b’din ir-regola xi nurseries jistgħu saħansitra jagħlqu... Nemmnu li għandu jkun hemm aktar plejers Maltin għalkemm il-viżjoni ta’ ċerti presidenti tal-klabbs tagħna mhux kollha l-istess. U għalhekk importanti li jkun hemm pjan fit-tul, ta’ klabb man-nursery tiegħu. Fl-opinjoni tiegħi billi nġib plejer barrani li ma jkunx ta’ kwalità, il-klabb ikun qed jaħli l-flus apparti li jtellef iċ-ċans lill-plejer Malti li jilgħab mal-ewwel ħdax. Forsi hemm min jirraġuna li plejer barrani jiġik irħas minn plejer Malti. Però b’dan ir-raġunament dak l-individwu, kif semmejt għal diversi drabi,
mhux jinvesti fit-tul. Importanti ferm illi wieħed jinvesti fil-kowċis għax dak imbagħad se ssibu fil-futur. Fl-aħħar mill-aħħar nafu x’ġara fuq livell ta’ tim nazzjonali fl-Italja u fl-Ingilterra meta numru ta’ plejers barranin jilagħbu mal-aqwa klabbs tal-pajjiż bil-plejers nattivi isibu diffikultà biex jagħmluha mal-ewwel ħdax.
Għalhekk nissuġġerixxi lill-presidenti sabiex jinvestu iktar fl-infrastruttura li wara kollox ħa tibqa’ hemm u se jibbenefikaw diversi persuni biha. Kif qed tħares lejn il-futur tal-YFA?
Aħna nemmnu li tagħmel kemm tagħmel qatt mhuwa biżżejjed - dejjem trid timmira għall-aħjar u naslu lejn direzTaħseb li l-klabbs jgħinu zjoni. biżżejjed lin-nursery Il-YFA għandha programm tagħhom? għal dawn is-snin li ġejjin u għandha viżjoni li taf fejn trid Hemm minnhom illi jħarsu tasal u rridu nkunu tajbin biex lejn ambjent ħolistiku li jis- nixprunaw dan kollu ’l quddita’ jinħoloq sabiex ikomplu em. jiżviluppaw is-settur tat-tfal tagħhom. Però mbagħad issib L-aħħar messaġġ. Kemm presidenti li joqogħdu hemm verament l-isport jgħin għal erba’ jew ħames snin, fl-ambjent ħolistiku joħorġu ħafna flus minn buth- tat-tifel? om biex jibnu skwadra li però ma tibqax b’kontinwità għal tul Huwa importanti għax l-isport ta’ żmien. jifforma l-karattru tal-bniedem.
Kapaċi jnissel imħabba, fantasija, kreattività u ħafna elementi oħra li jistgħu jiġu applikati fil-ħajja ta’ kuljum. In-nursery hija l-post li tista’ twasslek lejn il-futbol. Mhux bilfors li kull min imiss man-nursery se jsir plejer tal-futbol. Madankollu meta llum il-ġurnata niltaqgħu ma’ rġiel illi xi darba kienu żgħar u kienu jiffrekwentaw in-nursery talklabb tagħhom, jgħidulek kemm kien żmien sabiħ meta kienu tfal. Dak huwa s-sabiħ tan-nursery. Għalhekk aħna qed nenfasizzaw fuq il-bini tal-karattru fejn in-nursery mhux biss tkun lok ta’ titjib fil-ħiliet sportivi iżda ssir ukoll post ta’ tagħlim. Fl-aħħar nett in-nurseries f ’pajjiżna qegħdin jagħtu servizz u importanti li nibżgħu għalihom u napprezzaw dak li jagħmlu għat-tfal tagħna.
24
07.05.2017
kullhadd.com
IRTIRAT U MA WAQFITX Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Xi ġimgħat ilu, irċivejt stedina biex immur intervista fuq ir-radju nazzjonali ta’ Malta sabiex nitkellem dwar l-ewwel ktieb tiegħi. Il-preżentattriċi dehret simpatika, u kkonfermajt dan meta mort biex nirrekordjaw. Il-programm tagħha jismu Paġni u jixxandar fuq Radju Malta. Permezz tal-programm tagħha Paġni, minbarra li qed tipprovdi tagħrif letterarju, qed tesponi lill-kittieba Maltin u x-xogħlijiet tagħhom u qed tkun mezz biex tħeġġeġ lis-semmiegħa jaqraw u japprezzaw aktar il-letteratura Maltija. Qed nirreferi għal Maria Camilleri. Għandha 73 sena, miżżewġa u għandha żewġt itfal u neputija waħda. Twieldet, trabbiet, kibret, tgħallmet, għallmet u għexet Ħaż-Żabbar u tispera li tmut hemm ukoll. Bdiet tgħallem fi skola Primarja meta kellha 17-il sena u rtirat ta’ 61 sena. “Kont waqaft għal xi snin meta żżewwiġt għax qabel ma stajtx tibqa’ għalliema jekk tiżżewweġ. Imbagħad l-affarijiet tbiddlu u erġajt dħalt l-iskola u komplejt fejn ħallejt. Dawn is-snin mat-tfal kienu l-isbaħ snin ta’ ħajti. Inħobb naqra speċjalment rumanzi storiċi, u għandi għal qalbi wkoll stejjer who-dunnits, b’mod partikolari dawk miktuba minn Agatha Christie. Ma nixba’ qatt minnhom dawn, uħud minnhom qrajthom xi tliet darbiet. Kont inħobb inħit ukoll, imma llum il-paċenzja kollha telqet u lanqas il-magna ma rrid nara b’għajnejja,” bdiet tgħidli dwarha Maria. Hija tip ta’ persuna li tħobb iżżomm ruħha attiva, m’għandhiex kwiet, dak li jrid isir tagħmlu bla tnikkir. Suppost irtirata, imma dejjem għaddejja. Ġieli tat sehemha f ’attivitajiet tal-Kunsill Lokali, hi membru tal-Kunsill Ċiviku u tieħu sehem attiv f ’kull attività li jtella’ dal-Kunsill. Tinter-
essaha ħafna l-kultura Maltija, it-tradizzjonijiet u l-folklor ta’ missirijietna. Maria tħobb ħafna l-annimali u ma tittollera l-ebda moħqrija lejhom.Fil-fatt għandha tlett iqtates u tistmahom qishom it-tfal tagħha. Kultant, jew aħjar dejjem, tħallihom jagħmlu li jridu xi ftit iżżejjed ukoll, għax id-dar kullimkien tagħhom. Xi ħaġa negattiva li tara fil-karattru tagħha hi li jitlgħalha malajr u tieħu għaliha mix-xejn. Imma mbagħad malajr jgħaddilha. Iddejjaqha ħafna l-inġustizzja speċjalment minn dawk li għandhom il-poter fuq dawk li huma minn taħt. Idejjaqha kliem dispreġjattiv kontra l-immigranti u moħqrija jew abbuż fuq it-tfal jew l-annimali. Mill-volontarjat tħossha li rċeviet u mhux tat. Ta’ min jgħid li Maria ilha madwar 14-il sena tagħmel xogħol volontarju fuq radju tal-komunità ta’ Ħaż-Żabbar, Radju Hompesch. “Lili, il-volontarjat tani u għadu jagħtini sodisfazzjon kbir. Mhux jien tajt, imma irċevejt. Meta jkun hemm semmiegħa li ċċempillek u tgħidlek li bis-saħħa tar-radju hi qatt ma tħossha waħedha, dak huwa aqwa mill-ogħla ħlas. Kemm ili involuta fir-radju, bnejt relazzjoni ta’ ħbiberija ma’ għexieren
ta’ nies u sirna qisna familja waħda. Anke mill-Awstralja u t-Tajlandja jċemplulna. Barra minn hekk, inħoss li tgħallimt bosta u akkwistajt ħafna esperjenza u kunfidenza f ’dak li għandu x’jaqsam max-xandir,” sostniet miegħi Maria. Mill-volontarjat fuq dan ir-radju, ħames snin ilu Maria ngħatat opportunità li tibda tippreżenta fuq Radju Malta. Din kienet ħolma oħra li saret realtà għaliha. Ridt inkun naf kif ħassitha issa li minn radju tal-komunità, bdiet ixxandar fuq ir-radju nazzjonali ta’ Malta. “Ħassejt daqsxejn ta’ differenza, taf int, altru tippreżenta programm għal ftit mijiet ta’ semmiegħa u altru tkun taf li qed jisimgħuk minn Malta kollha. Però, bis-saħħa ta’ rispons pożittiv, appoġġ u kuraġġ, speċjalment meta dan ikun ġej saħansitra minn xi kittieba magħrufa, malajr ħassejtni komda u llum inħossni kunfidenti u rilassata waqt il-programm.” Fil-fatt, il-programm tagħha Paġni fuq Radju Malta laqqagħha ma’ diversi awturi ta’ kotba. “Kont naf li għandna bosta kittieba f ’Malta, imma qatt ma bsart li f ’din id-daqsxejn ta’ gżira għandna awturi hekk bravi u ta’ standard għoli, daqs
jew aktar minn awturi barranin. Kull awtur u awtriċi hu/ hi interessanti bil-mod partikolari tiegħu/tagħha u mingħand kollha kemm huma tgħallimt ħafna dwar il-letteratura”, sostniet miegħi. Tant hu hekk li kollha impressjonawha b’mod jew ieħor u wara kull programm dejjem tħoss li tgħallmet xi ħaġa ġdida u li għamlet ħabib ieħor jew ħabiba oħra, fosthom jiena stess li kont waħda mill-mistiedna għall-programm tagħha dwar il-ktieb li ppubblikajt ftit xhur ilu. Magħha ddiskutejt il-letteratura Maltija, u l-opinjoni tagħha hija li tinnota li għamlet passi ta’ ġgant ’il quddiem. “Biżżejjed inħarsu lejn l-għadd bla tarf ta’ kotba li qed jiġu ppublikati, u hawn m’aħniex nirreferu biss għall-kwantità, imma għall-kwalità superjuri u professjonali ta’ dawn ix-xogħlijiet letterarji. Però bħal f ’kull ħaġa oħra, qatt ma nistgħu ngħidu li nafu kollox, dejjem hemm lok li nkomplu nitgħallmu u nipperfezzjonaw.” Ippubblikat ktieb tan-novelli: Id-Dar f ’Tarf ir-Raħal. Fil-fatt, Maria stess, is-sena l-oħra wkoll ħarġet ktieb tan-novelli – Id-Dar f ’Tarf irRaħal. Kif qaltli fil-bidu tal-in-
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
tervista, tgħallmet ħafna minn dawn l-awturi u nibtet fiha xewqa li anke hi tipprova tħarbex xi erba’ novelli. Proprju fl-2015 ħarġet il-ktieb b’ġabra ta’ 25 novella, Id-Dar f ’Tarf ir-Raħal. “In-novelli huma ta’ ġeneru differenti, hemm umoristiċi, sentimentali u hemm uħud li jnisslu xi demgħa wkoll. Kollha fittizji, imma kollha bbażati fuq fatti veri. Xi ħadd qalli li meta wieħed jaqrahom, isir jaf il-karattru tiegħi!” qaltli bit-tbissima. Kompliet tgħidli li għandha ħolma oħra, anzi żewġ ħolmiet li għadha qed tittama li jseħħu. Waħda minnhom li tippubblika ktieb ieħor b’novelli ġodda u l-oħra li tieħu sehem f ’xi drama fuq ir-radju. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar dwarhom. “Nixtieq insib iċ-ċans u nikteb it-tieni ġabra ta’ novelli. Diġà għandi xi ftit lesti, imma naturalment għandhom bżonn dawra sew. Għandi ħafna noti wkoll u minn dawn nispera li nsawwar xi stejjer qosra. Nixtieq nikteb xi dramm għar-radju wkoll. Insejt ngħidlek li darba ktibt radjudramm għalljiem tal-Ġimgħa l-Kbira u dan kien ixxandar fuq Radju Hompesch. Rigward li nieħu sehem f ’xi drama, min jaf, forsi xi darba tiġini l-opportunità. Issa naraw,” kompliet tgħidli Maria. Maria temmen ħafna bil-frażi qatt mhu tard wisq li tagħmel xi ħaġa fil-ħajja. “Qatt mhu tard. Jien ngħid għalija eżempju ħaj ta’ dan. Nista’ ngħid li malli għalaqt il-61 sena, sirt attiva aktar milli kont qabel u wettaqt xewqat li qatt ma bsart li se jitwettqu. Kif jgħidu, wieħed għandu dejjem isegwi l-ħolm tiegħu u jaħdem biex dan jagħmlu realtà. Fl-aħħar nett, Maria għaddiet messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Messaġġ wieħed: ħajja waħda għandna, ejja ngħixuha sew, ingawduha, napprezzaw dak li għandna u nagħmlu l-ġid, inħobbu u ngħinu fejn nistgħu.
TIRBAĦ €100
03
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Semmi waħda mill-proposti tal-Partit Laburista? It-tweġiba:
Rebbieħ:
Isem:
Indirizz:
Numru tat-telefown:
kullhadd.com
25
07.05.2017
26
07.05.2017
AVVIŻI
AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ
Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu
kullhadd.com
batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq
il-Kungress Ewkaristiku, il- Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali Mosta. Ċempel 2141 7235. tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ XOGĦOL U kull tip. Ċempel lil Jason binMANUTENZJONI numru 2143 2352 jew 9947 7167. Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, AVVIŻI OĦRAJN żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, Nixtru fajjenza, arloġġi, membrane, katusi u gypsum figurini, muniti, midalji u kull boards ċempel 7928 5444. ħaġa oħra tad-dar. Ċemplu fuq
9922 3541. Pożizzjoni tax-xogħol: waiter / waitress. Ħtiġijiet taxxogħol: full-time jew part-time. Jitkellmu fluwenti bl-Ingliż u kapaċi jaħdmu b’shift. Biex japplika wieħed jista’ jibgħat c.v bl-email lil careers@ozogroup. com jew bil-posta lil OzoGroup Head Office, No6, Triq l-Iskultur, Ħal Qormi
27
07.05.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
J.BONNICI - il-Ħamrun
TISLIBA 173 Mimdudin:
Bi 3 Numri
B’4 Numri
030 059 091 100 138 198 199 291 331 337 382 443 469 510 538 846
0232 0649 0731 0821 0891 2154 2169 2294 2795 2899 2990 3676 3777 4249 4718 4793 5859 6013 6054
6283 6313 6423 6530 6677 6680 7084 7517 7657 7864 8117 8356 8858 9446 9680 9765 9972 B’5 Numri 14140
14861 15866 25968 28282 33263 39972 43071 46785 47283 58493 59012 66749 66784 66839 67632 70375 79838 87579 87744 89450 97891
B’6 Numri 025866 188782 206444 267359 815302
834946 864759 940179 993095 995807
1. Insajru fiha (5) 4. Belt fil-Kottonera (4) 7. Ara 2 9,19. Ma tkellimx (6) 10. Mhux pubbliku (6) 12. Ta’ ġewwa (6) 16. Anġlu Pavia Galea (1,1,1) 18. Royal Navy (1,1) 19. Ara 9 20. Fqir (5) 21. Ara 5 23. Din vera żgur (4) 24. Ħares lejja (5)
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
Weqfin: 1. Kompli l-qawl: Biex tneħħi l-għanqbuta, oqtol il-......... (6) 2,7. Niżla? (5) 3,21W. Sapport (6) 5,21M. Kunjom (6) 6,11. Toni (5) 8. Pajjiż (9) 11. Ara 6 12,22. Jixħet (5) 13,17. Itaqqab (6) 14. Qishom avukati (6) 15. Dawn kollha qaddisin? (6) 17. Ara 13 21. Ara 3 22. Ara 12 wieqfa
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1.Għajn, 4.Frak, 7.TS, 9.Ara, 10.Ikeċċi, 12.Kwarti, 16,22.Fawwar, 18,21 wieqfa. Fidwa, 19.KBI, 20.Riġel, 21.DUW, 24.Raġġi
1.Għaref, 2,3.Avanti, 5,14.Riċiklaġġ, 6,15.Kriminali, 8.Skariġġar, 11,17.Twalu, 12,23. Kwadru, 13.AFI
28
07.05.2017
kullhadd.com
MIN HU LEST U MIN LE EDITORJAL
Id-differenza spikkat sa mill-ewwel jum talkampanja elettorali. Waqt li Simon Busuttil kien ‘moħbi’, il-Prim Ministru Joseph Muscat ta konferenza stampa li matulha tkellem dwar l-ewwel ħames prijoritajiet tal-Gvern Laburista
Fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali spikkat id-differenza bejn il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Differenza li fuqha għandha tkun ibbażata, fost affarijiet oħra, l-għażla li l-familji Maltin u Għawdxin se jkunu qegħdin jagħmlu fit-3 ta’ Ġunju meta se jkunu qegħdin jiddeċiedu dwar il-ġejjieni ta’ pajjiżna. Dwar il-ġejjieni tagħhom. Dwar il-ġejjieni ta’ wliedhom. Id-differenza spikkat sa mill-ewwel jum tal-kampanja elettorali. Waqt li Simon Busuttil kien ‘moħbi’, il-Prim Ministru Joseph Muscat ta konferenza stampa li matulha tkellem dwar l-ewwel ħames prijoritajiet tal-Gvern Laburista jekk jerġa’ jingħata l-fiduċja tal-familji Maltin u Għawdxin. Huma prijoritajiet li jinbnew fuq ir-riżultati miksuba f ’dawn l-aħħar erba’ snin. Ewlenin fost dawn il-prijoritajiet hemm il-wegħda lil 190,000 ħaddiem li se jkunu qegħdin jingħataw rifużjoni mit-Taxxa tad-Dħul, jew aħjar bonus, kull sena. Din hija wegħda li tista’ titwettaq grazzi għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli li kellna matul
dawn l-aħħar erba’ snin, tkabbir li wassal biex is-sena l-oħra kellna surplus li jaqbeż il-100 miljun ewro. Iżda l-wegħdi li qiegħed jagħmel il-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat m’humiex wegħdi li wieħed jista’ jiddubitahom. Għax kif sar fl-aħħar kampanja elettorali, il-Partit Laburista qiegħed juri serjetà kbira meta saħansitra qiegħed jgħidilna kemm jiswew il-wegħdi li qiegħed jagħmel, minn fejn se jkunu ffinanzjati, u wkoll kif se jkunu qegħdin jitwettqu. B’kuntrast, meta nhar ilĦamis Simon Busuttil ‘ressaq’ l-ewwel proposti, dawk għal Għawdex, ħareġ ċar li l-proposti ta’ Simon Busuttil huma proposti ta’ fuq il-karta. Huma proposti fl-arja. Huma proposti li ma sar l-ebda studju dwarhom. Tant li qal li l-kalkoli dwar kemm se jiswew il-proposti għal Għawdex, isiru wara l-elezzjoni. Fost oħrajn, Simon Busuttil ħabbar skema għall-koppji li jiddeċiedu li jrabbu familja f ’Għawdex biex il-popolazzjoni Għawdxija ma tkomplix tixjieħ. Skont l-iskema mħabbra minn Simon Busuttil, dawn il-koppji se jingħataw is-somma ta’ 10,000 ewro. Meta mistoqsi kemm se tiswa
din il-wegħda, Simon Busuttil wieġeb li l-kalkoli jsiru wara l-elezzjoni. Għaddew erba’ snin u Simon Busuttil għandu ma ntebaħx li Joseph Muscat introduċa mod ġdid ta’ kif issir il-politika f ’pajjiżna u mod ġdid ta’ kif jitmexxa l-pajjiż. Ma kienx fuq din il-proposta biss li Simon Busuttil inqabad fuq sieq waħda, kif jidher li nqabad il-Partit Nazzjonalista mmexxi minnu hekk kif nhar it-Tnejn, il-Prim Ministru Joseph Muscat, ħabbar li kien iddeċieda li fl-interess nazzjonali, kien se jsejjaħ elezzjoni fit-3 ta’ Ġunju. Tant inqabad fuq sieq waħda li waqt konferenza tal-aħbarijiet fuq il-proposti tiegħu għal Għawdex, spiċċa jistieden lill-ġurnalisti biex jagħmlu s-suġġerimenti tagħhom. Simon Busuttil ma kienx kapaċi jwieġeb kif, (ovvjament dejjem jekk jingħata l-fiduċja tal-Maltin u l-Għawdxin) se jkun qiegħed jittratta ma’ Marlene Farrugia fuq kwistjonijiet li diġà ma hemmx qbil dwarhom. It-tweġiba tiegħu kienet li jpoġġu madwar mejda u jitkellmu. Konferma ċara ta’ koalizzjoni ta’ kaos u konfużjoni. Konferma ta’ koalizzjoni li ma taħdimx u li twassal
biss għal instabbilità politika kontinwa. Anke meta mistoqsi dwar l-iskema Ċittadinanza b’Investiment, skema li d-dħul minnha se jgħin biex fis-seba’ snin li ġejjin jinbnew millġdid it-toroq kollha ta’ Malta u Għawdex, it-tweġiba ta’ Simon Busuttil kienet ‘imbagħad naraw’. U hawn huwa l-qofol ta’ kollox. Fuq naħa waħda għandna lil Joseph Muscat li wettaq dak li wiegħed erba’ snin ilu biex illum għandna pajjiż ekonomikament u finanzjarjament b’saħħtu u allura jista’ jippjana l-ġejjieni tiegħu fuq pjani sodi u sostenibbli - u fuq in-naħa l-oħra għandna lil Simon Busuttil li m’għandu l-ebda pjan u jgħidilna biss ‘għada naraw’. L-għażla fit-3 ta’ Ġunju hija ċara. Il-poplu jrid jiddeċiedi jekk inkomplux fuq it-triq li qbadna u nibnu fuq il-kisbiet li għamilna, jew jekk inħallux it-tmexxija ta’ dan il-pajjiż f ’idejn bniedem li mhux talli m’għandu l-ebda pjanijiet għall-ġejjieni ta’ pajjiżna, imma lanqas biss kien kapaċi jħejji lill-partit tiegħu għal kampanja elettorali. L-għażla hija bejn it-triq li treġġa’ l-arloġġ lura, u t-triq li twassalna għall-aħjar żmien ta’ pajjiżna.