NILTAQGĦU MA’ MIN IMEXXI L-ĦABS Ara paġni 4 u 5
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 7 ta’ Awwissu, 2016
Ħarġa Nru 1,204 Prezz €1
MIDDLE CLASS ĠDIDA BIL-PROVI
INVESTIGAZZJONI DWAR IR-RATI TAL-KIRJIET...
Żdiedu b’iktar minn 5,000 dawk li f ’pajjiżna jaqilgħu bejn €20,000 u €30,000 – żieda ta’ 14% fuq il-bidu ta’ din il-leġiżlatura. Dan fl-istess ħin li naqsu b’iktar minn 4,000 dawk li jaqilgħu taħt l-€10,000. Ekonomisti li tkellmu mal-gazzetta KullĦadd spjegaw kif dan huwa xhieda ta’ kemm qed jilħaq nies it-tkabbir ekonomiku li qed jesperjenza pajjiżna. Ara paġna 7
KWAŻI D-DOPPJU • F’ĊERTI KAŻI ŻDIEDU B’IKTAR MINN 50% • ŻDIEDU L-IKTAR FEJN IFITTXU L-BARRANIN • JIRRIŻULTA LI TOLQOT SEZZJONI MHUX KBIRA TA’ MALTIN
Id-diskors dwar kif żdiedu r-rati tal-kirjiet f ’pajjiżna mhuwiex perċezzjoni. Investigazzjoni ta’ din ilgazzetta tikkonferma kif f ’ċerti lokalitajiet, dawk l-iktar imfittxija mill-barranin, ir-rati rduppjaw f ’ħames snin biss. Hemm każi fejn dak li kien jinkera bi €300 illum qed jaqbes is-€600, u dak li kien jiswa €500 iqarreb l-€1,000. Analiżi tal-gazzetta turi kif, imqabbla ma’ pajjiżi oħra, il-Maltin mhumiex fost l-iktar li jikru, iżda
ekonomista li tkellem magħna sostna li dik ilminoranza li qed tiffaċċja din ir-realtà iebsa ma tistax tkun injorata u għalhekk kien f ’waqtu l-kumment tal-Prim Ministru fl-aħħar ġimgħat meta qal li l-Gvern huwa konxju tas-sitwazzjoni u qed janalizza l-miżuri li jistgħu jittieħdu fi sfond iktar usa’ anke b’rabta mal-baġit. Ara paġna 2
DMUGĦ TA’ OMM KUNTENTA Omm li żewġ uliedha daħlu fid-dinja tax-xogħol kellha dmugħ ta’ ferħ meta mitluba tikkummenta dwar kif qed tħossha issa li t-tfal tagħha daħlu fid-dinja tax-xogħol. Doris sostniet li tinsab kuntenta ħafna għax issa tista’ sserraħ rasha li wliedha qed jaħdmu u mhux se tarahom aktar jinkwetaw minħabba l-biża’ li s-soċjetà qatt ma kienet se toffrilhom ċans. “Rajt differenza kbira fi wliedi għax, fejn qabel kellhom dipressjoni kbira fuqhom u anke saħansitra kienu jinfaqgħuli jibku, issa m’għandhomx għalfejn jagħmlu aktar hekk għax jinsabu kuntenti fix-xogħol tagħhom,” qalet l-omm. Ara paġna 3
IMXEJNA TLIET KWARTI TAT-TRIQ Beda xogħol, u f ’ħafna każi tlesta, fuq 75% tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista u li bih il-Gvern qed jamministra l-pajjiż. Stqarr dan id-Deputat Prim Ministru Louis Grech f ’intervista mal-gazzetta KullĦadd li fiha tkellem dwar għadd ta’ temi oħra, fosthom il-Presidenza ta’ Malta talKunsill tal-Unjoni Ewropea kif ukoll it-trasparenza u l-governanza. Bl-iktar mod dirett ma jiddejjaqx jgħid fejn żbalja l-Gvern. Meta mistoqsi dwar għaliex jaħseb li l-Gvern jibqa’ l-iktar fdat, jistqarr li dan għax meta jibbilancja jsib li fil-verità l-verdett huwa wieħed pożittiv u l-ġid qabeż bilbosta n-nuqqasijiet li seta’ kien hemm. “Il-fiduċja trid taħdem għaliha u n-nies jafu li mhux se noħduha for granted. Nafu li għamilna ħafna miżuri li għamlu differenza u taw valur miżjud. Allura n-nies huma kuntenti darba għal dejjem? Le. Trid tibqa’ tiġġieled kontinwament biex tiggwadanja l-fiduċja u r-rispett tan-nies,” qal id-Deputat Prim Ministru mal-KullĦadd. Ara paġni 8 u 9
02 07|08|2016
kullhadd.com
LOKALI
KWAŻI RDUPPJAW F’ĦAMES SNIN ALEANDER BALZAN
aleander.balzan@one.com.mt
Iż-żieda fil-prezzijiet tal-kirjiet qed iġġib magħha żewġ realtajiet totalment differenti: dħul ferm aħjar għal min għandu proprjetà xi jpoġġi fuq is-suq u wġigħ ta’ ras għal dawk ilMaltin li mhumiex sidien ta’ djarhom. Dawn tal-aħħar jitpoġġew f ’żewġ kategoriji: dawk li jaqilugħa tajjeb u dawk li għandhom dħul baxx u għalhekk isibuha diffiċli jsiru sidien ta’ djarhom anke jekk tkun dik ix-xewqa tagħhom. Hi x’inhi r-realtà llum, min irid jikri qed iħabbat wiċċu ma’ prezzijiet li huma kważi d-doppju ta’ dak li kienu ħames snin ilu, fl-2012. Analiżi li għamlet il-gazzetta KullĦadd tikkonferma li dak li smajna dan l-aħħar, dwar kif splodew il-prezzijiet, mhuwiex biss perċezzjoni. Sitt eżempji ta’ kirjiet f ’lokalitajiet differenti madwar Malta kważi rduppjaw f ’xi każi u saħansitra rduppjaw f ’oħrajn. Qabbilna l-avviżi kklassifikati tas-6 ta’ Mejju 2012 ma’ dawk tal-31 ta’ Lulju 2016 u rriżultaw ir-realtajiet li jidhru fit-tabella. Dwarhom tkellimna ma’ Douglas Salt minn aġenzija ewlenija tal-bejgħ u kiri tal-proprjetà. Ikkonferma dak li sibna fl-investigazzjoni tagħna: l-ikbar żidiet huma f ’akkwati magħrufa u mfittxija mill-barranin. “Iż-żidiet mhumiex mal-pajjiż kollu. Kif taf, il-maġġoranza tan-nies li qed jikru huma barranin. Issa dawn jaħdmu f ’postijiet bħal Tas-Sliema, San Ġiljan u s-Swieqi. Hemm għandek prezzijiet li telgħu ferm. Però, imbagħad innutajna wkoll żidiet fil-catchments ta’ Mater Dei, l-Imsida u s-Swatar. Hawn ir-raġuni hi l-barranin li qed jiġu jaħdmu l-isptar u anke l-istudenti tal-Università. Postijiet oħra li jattiraw barranin u fejn rajna żidiet huma postijiet bħal San Pawl ilBaħar u l-Qawra,” spjega Salt, li kellu bżonn biss ftit minuti biex jagħti rendikont tar-realtà f ’pajjiżna. Fisser kif f ’żoni oħra li huma
EŻEMPJU TA’ KIF ŻDIED IL-PREZZ IL-QAWRA Appartament ġdid b’żewġ kmamar tassodda b’gallarija. Mejju 2012: €330 Lulju 2016: €600
IL-QAWRA Appartament modern bi tliet kmamar tas-sodda. Bil-veduti. Mejju 2012: €500 Lulju 2016: €950
L-IMSIDA Appartament b’żewġ kmamar tas-sodda. Mejju 2012: €400 Lulju 2016: €700
BUĠIBBA Appartament modern bi tliet kmamar tassodda u bil-gallariji. Mejju 2012: €475 Lulju 2016: €750
TAL-IBRAĠĠ Maisonette bi tliet kmamar tas-sodda u bitħa. Mejju 2012: €600 Lulju 2016: €1,500
BIRKIRKARA Appartament modern b’żewġ kmamar tassodda . Mejju 2012: €450 Lulju 2016: €600
bl-ammont ta’ flus li qed iħallsu fuq kerha, jekk jieħdu home loan, il-post isir tagħhom,” qal Salt li fl-istess ħin irrimarka li hemm suq ġdid ta’ persuni li forsi jkunu għaddejjin minn separazzjoni u ma jkollhomx biex jixtru u għalhekk jikru. Il-Maltin jikru inqas minn ċittadini oħra Ewropej u dan tikkonfermah l-istatistika. Skont il-Eurostat huma 2% biss talMaltin li jikru mingħand il-privat, kuntrarju għal 19% fl-Unjoni Ewropea. Il-kumplament tal-Maltin fil-kera jagħmlu dan mingħand il-Gvern permezz ta’ skemi tal-Awtorità tad-Djar. Id-domanda għall-kiri żdiedet, u telgħet anke l-provvista. “Il-postijiet għall-kiri żdiedu ħafna. Il-Maltin qed jimxu mad-domanda. Nies li għand-
hom flus x’jinvestu jew jifilħu jħallsu t-tieni loan qed imorru għal post biex jikruh,” tenna Salt, li fisser kif illum dan huwa investiment li jrendi.
“iktar Maltin” bħal Birkirkara, Ħ’Attard, u l-Fgura, il-kirjiet żdiedu b’inqas, anke jekk mhumiex irħas. Mistoqsi jekk hux qed jattribwixxi l-bidla kollha għall-barranin, jgħid li din hi r-raġuni prevalenti. “Ħu Marsaskala. Bħalissa mimlija b’nies li qed jaħdmu fuq il-power station il-ġdida,” żied Salt, li saħaq li l-Malti mhux it-tip li jikri. L-istatistika tagħti raġun lil Salt. In-numru ta’ ħaddiema barranin qed jiżdied b’aktar minn 4,000 fis-sena, tant li issa għandna l-ekwivalenti ta’ kwazi darba u nofs il-popolazzjoni ta’ Birkirkara f ’dawk li huma ħaddiema barranin f ’Malta. “Il-Maltin isibuha diffiċli biex jikru. Il-Maltin, jekk jistgħu jixtru, jixtru. Jirraġunaw li
Iktar mid-doppju tar-rata ta’ inflazzjoni Skont il-Eurostat, bħala medja, il-kirjiet żdiedu bi 2.5% fl2015, jew id-doppju tar-rata tal-inflazzjoni li kienet ta’ 1.2%. Dan jikkonferma li l-prezz tal-kiri mhux biss żdied meta mqabbel ma’ snin ilu iżda qed jogħla b’ferm aktar mill-prezz ta’ oġġetti oħra. Jekk persuna kellha żieda fil-paga ugwali għall-COLA (cost of living adjustment) iż-żieda fil-kera kienet ferm aktar minn hekk. Ta’ min jinnota li l-miżura tal-Eurostat
tagħti importanza kbira lil kirjiet soċjali, ghax dawk huma l-maġġoranza. F’Malta dawn ma żdidux bi 2.5%; jiġifieri l-kirjiet privati żdiedu b’ferm aktar minn 2.5%. Il-Eurostat għandha wkoll indikatur li bih tkejjel il-piż tal-ispejjeż relatati mal-housing li jissejjaħ housing cost burden. Jekk familja tonfoq aktar minn 40% tad-dħul tagħha fuq spejjeż relatati mal-housing tkun ikkunsidrata taħt stress. Ir-rata ta’ 1.6% f ’Malta hija relattivament baxxa u hija ferm anqas mill-medja Ewropea ta’ 11.4%, u hija wkoll anqas milli kienet fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista meta kienet laħqet anke 3.7% fl-2010. Però, meta tidħol aktar fid-dettall tal-istatistika, issib li 26.6% ta’ dawk li jikru mill-privat f ’Malta huma taħt stress skont il-Eurostat. Dan huwa daqs il-medja Ewropea, 27.1%, u ftit anqas mil-livell li kienet fl-2010, 28.3%. Ekonomista ta’ esperjenza li tkellem magħna fisser kif dan kollu juri li l-kwistjoni tal-kirjiet tolqot sezzjoni żgħira ħafna tal-poplu Malti, iżda tolqtu fil-laħam il-ħaj u għalhekk ma tistax tkun injorata. Fil-fatt, anke l-Caritas tkellmet dwarha riċentament u dan ġab ukoll ir-reazzjoni tal-Prim Ministru. Qal li t-tħassib ta’ diversi familji minħabba l-kirjiet li qegħdin jogħlew huwa fl-aġenda tal-Gvern. Spjega kif, filwaqt li sa erba’ snin ilu l-ikbar tħassib kien jirriżulta mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma, illum huma diversi dawk li qed jinkwetaw kif se jlaħħqu mal-kirja tal-post tagħhom għax, filwaqt li l-Gvern raħħas il-kontijiet tal-enerġija, jirriżulta li l-privat żied il-prezz tal-kirjiet, anke minħabba li d-domanda żdiedet sforz it-tkabbir ekonomiku bla preċedent, iżda mhux biss, il-Maltin qed jikkompetu ma’ barranin għall-istess kirjiet u f ’ċerti każi kien hemm ukoll abbużi minn sidien li ddikjaraw it-taxxa fuq min kera l-post. Quddiem dan kollu l-Gvern qed janalizza x’azzjoni jista’ jieħu.
LOKALI
kullhadd.com
07|08|2016 03
MILL-BIKI U D-DIPRESSJONI GĦAL XOGĦOL U INTEGRAZZJONI FIS-SOĊJETÀ • L-AĦWA BRINCAT JIDĦLU FID-DINJA TAX-XOGĦOL • KRUĊJALI L-MIŻURI TAL-GVERN GLEN FALZON glen@kullhadd.com L-akbar weġgħa li possibbilment tista’ tesperjenza omm hija meta tara lil uliedha jibku xortihom u li, konsegwenza ta’ hekk, jispiċċaw jaqgħu fil-kruha tad-dipressjoni. Din kienet ilweġgħa li esperjenzat omm ta’ żewġt aħwa b’diżabbiltà, Doris Brincat, li issa tinsab fisseba’ sema minħabba l-fatt li wliedha ħarġu minn dan kollu u issa qed jagħmluha man-nies hemm barra fid-dinja taxxogħol bħal ħaddieħor. Mitluba tikkummenta dwar kif qed tħossha issa, li t-tfal tagħha daħlu fid-dinja taxxogħol minkejja d-diffikultajiet tagħhom, Doris bid-dmugħ f ’għajnejha sostniet li tinsab kuntenta ħafna għax tista’ sserraħ rasha li wliedha qed jaħdmu u mhux se tarahom aktar jinkwetaw minħabba l-biża’ li ma kinux se jsibu xogħol. “Rajt differenza kbira fi wliedi għax, fejn qabel kellhom dipressjoni kbira fuqhom, u anki saħansitra kienu jinfaqgħuli jibku, issa m’għandhomx għalfejn jagħmlu aktar hekk għax jinsabu kuntenti fix-xogħol tagħhom,” stqarret Doris bi tbissima sinċiera ta’ omm fuq fommha. Taqtgħux qalbkom! Fil-fatt, Doris qaltilna li kien hemm żmien fejn kienet taqta’ qalbha li wliedha se jsibu xogħol, iżda meta marru għand il-Fondazzjoni Lino Spiteri sabu għajnuna liema bħalha u li fl-aħħar għenithom bil-fatti għax m’għadhomx qiegħda. “L-appell tiegħi għal dawk il-ġenituri bħali, li għandhom it-tfal tagħhom b’xi diżabbiltà, hu biex ma jaqtgħux qalbhom u nħeġġiġhom biex imorru għall-għajnuna talFondazzjoni Lino Spiteri għax huma jistgħu jgħinu biex isibulhom xogħol,” temmet tgħid Doris b’konvinzjoni kbira. “Ma nimmaġinawx ħajjitna mingħajr xogħol” Issa kien imiss li nitkellmu mal-protagonisti, l-aħwa Brincat, li b’ħafna kuraġġ u determinazzjoni wittew triqithom biex għarfu jużaw l-abbiltajiet tagħhom u b’hekk daħlu fid-dinja tax-xogħol. Joshua għandu 24 sena u jaħdem fuq bażi part-time bħala airport attendant fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Joshua qalilna li x-xogħol tiegħu jinkludi li jara li kollox
qiegħed kif suppost u li, jekk ikun hemm xi ħaġa ħażina, jara jistax jirranġaha hu; jekk le, jirrapporta dak li hemm bżonn man-nies ta’ fuqu. “Anke l-kollegi tax-xogħol laqgħuni ħafna u qiegħed għal qalbi hawnhekk,” jgħid Joshua b’sodisfazzjon. Min-naħa l-oħra, iltqajna wkoll ma’ Sean ta’ 23 sena li jaħdem bħala cleaning assistant mal-FM Core Ltd, ukoll fuq bażi part-time. Xogħlu jinkludi li jgħin fit-tindif taddormitorji, jifrex is-sodod u jara li n-nies ma jonqoshom xejn. “Aħjar hawn naħdem hux, milli bqajt id-dar għax issa qed nagħmilha man-nies u qed nieħu ħafna esperjenza,” qalilna Sean xi ftit mistħi. Filwaqt li ż-żewġt aħwa sostnew li ma sabu l-ebda problema biex jintegraw ma’ nies differenti fuq il-post taxxogħol, it-tnejn li huma flaħħar iddikjaraw b’konvinzjoni li “ma nimmaġinawx ħajjitna mingħajr ix-xogħol!” Realtà ġdida mill-2013 ’il hawn Din il-gazzetta tkellmet ukoll mad-Direttur Eżekuttiv tal-
Fondazzjoni Lino Spiteri, Nathan Farrugia, fejn sostna li hu jħoss li lura fl-2013 il-persuni b’diżabbiltà ma kinux apprezzati biżżejjed. “Jien naħseb li l-inklużjoni fl-iskejjel qed tagħti l-frott tagħha u ħafna persuni b’diżabbiltà llum qed joħorġu mill-iskola b’ċerti abbiltajiet,” qal Farrugia. Żied jgħid li llum qed naraw bidla fl-investiment tal-job coaches li qed jgħinu lil dawn in-nies biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. “Ovvjament, ilfatt li hemm l-aspett tal-kwoti u l-involviment ta’ dawk li jħaddmu aktar fid-deċiżjoni tal-mod kif aħna nintegraw il-persuni b’diżabbiltà flimpjieg, tagħmel differenza kbira,” tenna d-Direttur Eżekuttiv. Qal ukoll li issa wasalna biex nilħqu mal-miri ta’ impjiegi tal-persuni b’diżabbiltà biex bħala pajjiż inkunu pariġġ ma’ pajjiżi oħrajn Ewropej. “Qabel konna ftit lura fl-ammont ta’ persuni b’diżabbiltà li kienu f ’xogħol imħallas u l-fatt li ħloqna dan il-moviment biex noħolqu x-xogħol għamel differenza kbira fis-soċjetà b’mod inġenerali u anke fl-
ekonomija,” Farrugia.
temm
jgħid
Rivoluzzjoni siekta Minkejja li hu sodisfazzjon kbir li naraw persuni b’diżabbiltà jidħlu fid-dinja tax-xogħol, din ma kinitx ilprassi sa tliet snin ilu. Kien proprju dan il-Gvern li filbaġit għall-2015 wiegħed li se jagħmel rivoluzzjoni sħiħa fejn jidħol ix-xogħol għal persuni b’diżabbiltà meta ħabbar li min iħaddem persuna b’diżabbiltà ma kienx se jkun qed iħallas il-bolla tagħha u seta’ jitlob tnaqqis fuq il-profitt ta’ €4,500 għal kull persuna b’diżabbiltà; B’dan il-mod bdiet tiġi applikata l-liġi tal-1967 biex dawk il-kumpaniji li jħaddmu aktar minn 50 ħaddiem irid ikollhom mill-inqas 2% talimpjegati tagħhom b’xi forma ta’ diżabbiltà. Jekk dan ma jseħħx, il-kumpanija jkollha tikkontribwixxi €2,400 għal kull persuna b’diżabbiltà li suppost qed tħaddem, sa massimu ta’ €10,000. Dawn ilflus, imbagħad, imorru f ’fond nazzjonali għall-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà li
jitmexxa mill-Jobs Plus, dik li qabel kienet l-ETC. Dan kollu apparti l-fatt li, meta persuna b’diżabbiltà ssib xogħol, xorta waħda tibqa’ tieħu pensjoni sħiħa u dan biex tkun eliminata l-esklużjoni soċjali. 21% anqas fuq ir-reġistru tal-qgħad fl-2015 Intant, il-Gvern se jibqa’ kommess li jkompli jaħdem favur l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà fissoċjetà, speċjalment fis-settur tax-xogħol. Fil-fatt, f ’din illeġiżlatura, il-qgħad fost ilpersuni b’diżabbiltà naqas b’21% għax 117 persuna b’diżabbiltà daħlet fid-dinja tax-xogħol. Dan huwa frott tal-miżuri li qegħdin jittieħdu minn dan il-Gvern, fosthom l-inċentivi fiskali għal kull min jimpjega persuni b’diżabbiltà. Din it-tendenza kompliet tidher ukoll fl-aħħar ċifri li nħarġu mill-Jobs Plus fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda hekk kif urew li naqsu b’47 oħra l-persuni b’diżabbiltà li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol. Għalhekk, issa fadal biss 349 persuna b’diżabbiltà li għadhom qed ifittxu xogħol.
04 07|08|2016
kullhadd.com
AĦBARIJIET
FIT-TMEXXIJA TAL-VILLAĠĠ
PAUL DE BATTISTA ilu jmexxi l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bħala direttur minn Jannar li għadda. Jiddeskrivi l-ħabs bħala villaġġ żgħir. Villaġġ ta’ dawk li, f ’xi ħin jew ieħor f ’ħajjithom, kienu xi ftit imqarbin tant li xellfu difrejhom mal-ġustizzja. Illum li ħa sew ir-riedni tat-tmexxija tal-post, tkellmet miegħu JANICE BARTOLO li miegħu ddiskutiet numru ta’ suġġetti marbuta max-xogħol li jwettaq. Paul De Battista huwa bniedem li ma tantx ifittex il-pubbliċità. Anke għax f ’kariga bħal tiegħu l-ġurnata tax-xogħol malajr isib biex jimlieha. Mhux faċli tmexxi post li min jinsab fih qiegħed hemm għax, f ’xi ħin jew ieħor f ’ħajtu, iltaqa’ ma’ problemi u ħoloq xi ftit ukoll, f ’ċerti okkażjonijiet kbar ħafna. “Jien l-ewwel direttur full-time wara ħafna żmien. Però, ix-xogħol huwa iktar minn hekk għax huwa xogħol ta’ 24 siegħa kuljum. Hawn iktar minn 550 ruħ u jinqalgħu kwistjonijiet minn żmien għal żmien,” spjega d-Direttur. Fakkar kif hu u n-nies tiegħu jridu jieħdu ħsieb kull bżonn ta’ dawn il-mijiet ta’ persuni. “Irridu nieħdu ħsieb ilħtiġijiet kollha tagħhom, mill-iċken ħaġa sal-ikbar ħaġa. Irridu nieħdu ħsieb l-ikel tagħhhom, is-servizzi li noffru hawn u li jingħataw barra bħas-servizzi mediċi. Hawn noffru wkoll servizzi edukattivi u soċjali. Għandna firxa kbira ta’ servizzi li nagħtu kuljum,” qal De Battista. Iżda, dawn mhux affarijiet ovvji? L-ikel mhix xi ħaġa bażika? “Waħda mill-problemi ta’ kuljum hija proprju l-ikel. M’aħniex xi lukanda ta’ ħames stilel, imma rridu noffru ikel tajjeb. Nistgħu ngħidu li l-kwalità tjiebet, però m’aħniex kuntenti. L-istat tal-kċina li kien hawn
Ma qbadniex kollox żgur, għax għamilna testijiet talurina fuq il-priġunieri u jirriżulta li kienu pożittiv; mela hemm ma nkunux qbadnieha d-droga ma kien tajjeb xejn u, tul dawn l-aħħar xhur, illapazzajna biex tellajna l-istandard talkċina biex din tkun tista’ taħdem b’mod sodisfaċenti, għax kien hemm nuqqasijiet kbar,” żied jgħid id-Direttur li, ftit ftit, beda jispjega realtà li ftit inkunu konxji tagħha minn barra. Dwar dan hemm saħansitra applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar, li De Battista jixtieq li tkun approvata milliktar fis biex jibda x-xogħol, għax fi kliemu: “Mhux biħsiebna ndumu.” Irdoppjaw l-ispezzjonijiet Ma bdejniex biha, iżda ma stajniex indumu wisq ma nibdew niddiskutuha: ilproblema tad-droga fil-ħabs hija xi ħaġa reali u sfida kbira għal kull tmexxija. X’qed jiġri llum? “Il-problema tad-droga fil-ħabs ta’ Malta kienet teżisti minn dejjem; mhix xi ħaġa riċenti. Tajjeb dan? Le. Minbarra li teżisti fil-ħabs ta’ Malta, teżisti f ’kull ħabs fid-dinja, imma b’daqshekk ma jfissirx li hija skużabbli,” qal De Battista. Huwa fisser kif jifhem perfettament il-
mistoqsija ġenwina ta’ kif iddroga tispiċċa fil-ħabs. Jgħid li hemm ħafna modi kif id-droga tista’ tispiċċa wara l-ħitan tal-ħabs ta’ Kordin għall-konsum tal-priġunieri. “Għandek il-viżitaturi u għandek diversi postijiet. Għandek il-priġunieri li joħorġu barra għal affarijiet differenti: il-Qorti l-priġunieri jmorru kuljum, l-isptarijiet, u affarijiet oħra fejn priġunier ikun barra u jiġi lura,” tenna De Battista li fisser kif, fuq kollox, ittmexxija hija waħda li ma tidħakx biha nfisha. “Li tinstab id-droga hija xi ħaġa tajba mhux xi ħaġa negattiva. Ġieli d-droga tinstab fil-ħabs u ġieli nstabet waqt li qiegħda tiddaħħal fil-ħabs u dak inkunu qed naqdu l-funzjoni tagħna b’mod aħjar,” irrimarka. Għall-mistoqsija jekk jaħsibx li qed tinqabad ftit wisq, kien realistiku: m’għandux tweġiba ċara fuq l-ammont, imma jista’ jitkellem b’sodisfazzjoni dwar dak li qed isir. “Huwa diffiċli biex tikkalkulah. Ma qbadniex kollox żġur, għax għamilna testijiet tal-urina fuq ilpriġunieri u jirriżulta li kienu
pożittivi; mela hemm ma nkunux qbadnieha d-droga – tkun daħlet, u f ’dak ilkaż nagħtu l-kastig. Li nista’ ngħid hu li mill-2009 żdiedu b’erba’ darbiet it-testijiet fuq il-priġunieri, u meta żżid ittestijiet iċ-ċansijiet huma li tabqad iktar.” Minn tagħrif li ksibna millMinisteru tal-Intern fl-2015, it-testijiet tal-urina telgħu għal madwar 1,900 test fissena, u fl-2016 diġà saru aktar minn 1,145 test. Flaħħar ftit żmien bdew isiru wkoll tfittxijiet fuq uffiċjali tal-ħabs u minn dawn diġà
test, iċ-ċansijiet li taqbad huma inqas. Aħna mmorru fuq nies li nafu li hemm iċċans li nistgħu nsibuhom pożittivi għax inkella nkunu qed nidħku bina nfusna,” kompla jgħid id-Direttur. Minn 50 pajjiż differenti L-isfidi ta’ tmexxija ta’ ħabs jitħawru iktar bil-fatt talmultikulturaliżmu. Anke fiddinja ta’ barra, fejn kulħadd għandu ċans jimraħ fejn u kemm irid, niltaqgħu ma’ taqlib minħabba dan, aħseb u ara bejn erba’ ħitan fejn illibertà ma teżistix. “Din hija problema kbira. Għandna mal-ħamsin nazzjonalità differenti filfaċilità bħalissa. Uħud minnhom ma joħolqux problemi għalkemm dejjem se jħossuhom differenti, però għandek ċerti individwi, iktar milli razez, li joħolqu problemi. Aħna nippruvaw
Din hija problema kbira. Għandna mal-ħamsin nazzjonalità differenti fil-faċilità bħalissa saru aktar minn mitejn, filwaqt li saħħet ukoll issezzjoni tal-klieb tal-K9. “Hemm ukoll l-element ta’ kif tagħmel dawn it-testijiet: jekk int tagħmel dan b’mod strutturat, li l-priġunier jkun jaf min imissu għat-
noffru kemm jista’ jkun żvog lil kuħadd; pereżempju għandna moskea għallMusulmani bħalma għandna kappella għall-Kattoliċi,” stqarr De Battista. Iżid li 40% tal-barranin huma Musulmani u saħaq li jsiru
AĦBARIJIET
kullhadd.com
TAL-IMQARBIN
L-intervista sħiħa tixxandar fuq one.com.mt eċezzjonijiet bħal fl-ikel, tisjir u ċerti ħinijiet fost oħrajn. B’sodisfazzjon jgħid li l-Maltin huma nies tolleranti, għalkemm ma jfissirx li kollox ward u żahar: “Jinħolqu inċidenti bejn Maltin u barranin, imma mhix kwistjoni ta’ razez – hija kwistjoni ta’ individwi.” M’hijiex biss ir-razza li toffri sfida ta’ inklużjoni fil-ħabs, hemm ukoll l-orjentazzjoni sesswali. Illum daħlu regoli ċari dwar kif, fost oħrajn, iridu jinżammu persuni transesswali. “Illum il-politika tal-ħabs hija differenti ħafna minn kif kienet fil-passat; illum għandna politika ċara li nakkomodaw il-ħtiġijiet tagħhom. Jiena nieħu interess personali, nitkellem magħhom kull meta hemm bżonn u għandna servizzi speċjalizzati. Naturalment, problemi se jibqa’ dejjem. Però, aħna nippruvaw innaqqsu d-diffikultajiet,” qal b’sens ta’ simpatija lejn iddiffikultajiet żejda li jiltaqgħu magħhhom ċerti persuni f ’Kordin. Bżonn ta’ iktar riżors uman Biex tamministra post bħal dan hija xi ħaġa ovvja li jrid ikollok ir-riżors uman. Iżda, għalkemm il-ħtieġa hija ovvja, dak disponibbli huwa bogħod ħafna minn dak li jixtieq min qiegħed fittmexxija. “Għalkemm f ’dawn l-aħħar tliet snin saru reklutaġġi, xorta baqa’ nuqqas fl-iktar gradi baxxi. Fil-fatt, waqt li qed nitkellmu għaddej reklutaġġ ieħor u l-ħsieb hu li s-sena d-dieħla nagħmlu reklutaġġ ieħor. Jiena nemmen li hawn mal-mitt ħaddiem neqsin, imma jekk hux se ndaħħlu
daqshekk għad irridu naraw. Aħna naħdmu f ’kuntest ta’ pajjiż, però rridu nżommu f ’moħħna li s-servizzi qegħdin jiżdiedu kuljum. Ma’ kull servizz li nżidu suppost ikun hemm żieda fl-istaff, għax is-servizz irid jingħata mill-istaff,” jgħid ċar u tond f ’dak li nistgħu nqisuh bħala appell kemm lill-Ministru tiegħu u anke lil dak talFinanzi. Ma’ dawn hemm ilħidma ta’ għexieren ta’ NGOs u professjonisti li wkoll qegħdin jiżdiedu. L-istigma ġieli xxekkel dan il-proċess f ’dawn il-livelli u l-professjonisti jagħżlu
ħdimt għaliha. Mhux biss tal-isem Pajjiżna għad għandu rata għolja ta’ persuni li jkunu riċedivi; persuni li jerġgħu jidħlu wara l-ħadid taċ-ċella minkejja li suppost ikunu riformati. Fil-kariga tiegħu jgħid li l-missjoni hi li dawn jonqsu. “Irrid nara l-faċilità bħala waħda korrettiva – bħalissa mhijiex. Ilha tissejjaħ ‘korrettiva’ snin twal, imma għadha mhix taqdi din ilfunzjoni kif nixtieqha jien. Ħa nkun ċar, għamilna passi sostanzjali, però m’iniex
07|08|2016 05
LAQGĦAT URĠENTI FID-DAR ĊENTRALI Fl-aħħar jiem saru numru ta’ laqgħat urġenti fid-Dar Ċentrali b’reazzjoni għallaħbarijiet ħżiena li ħa l-Partit Nazzjonalista. Dan wara li l-aħħar laqgħa ta’ tmexxija, li ssir nhar ta’ Tnejn, kienet iddominata mill-fatt li qed tiżdied il-pressjoni fuq ilKap Nazzjonalista, Simon Busuttil. Il-kritika interna filkonfront tiegħu żdiedet wara li l-istħarriġ talEwrobarometru ppubblikat fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet wera li, minkejja l-kampanja negattiva fil-bidu tas-sena mill-Oppożizzjoni, il-Gvern żied l-appoġġ. Filfatt, minn Novembru tassena li għaddiet għal Mejju ta’ din is-sena, l-appoġġ żdied b’4%. Analisti politiċi jsostnu li dan huwa riżultat dirett talmod kif qed titjieb il-kwalità tal-ħajja u l-mod abbli kif il-Prim Ministru għaraf jindirizza sitwazzjonijiet li setgħu dehru problematiċi għall-Gvern. Iżda, fost l-iktar li ħasseb lillistrateġisti fid-Dar Ċentrali kien hemm il-fatt li ċerti dikjarazzjonijiet qed isiru fil-miftuħ, tant li l-karikatura tal-Ħadd li għadda fit-Times of Malta, li kulħadd jaf irrabta tagħha mal-Viċi Kap Mario De Marco, kellha messaġġ iebes ħafna lejn Simon Busuttil. Il-karikatura
tat-Times of Malta kienet turi lil Simon Busuttil fuq siġġu tal-mewt bil-magna li tgħinu jżomm ħaj. Ħdejh magg bilkliem ‘Kap of Soup’. Din il-karikatura segwiet ukoll kummenti tassoċjologu Michael Briguglio, li fl-aħħar sentejn intuża kontinwament mill-midja tal-Partit Nazzjonalista biex jikkritika lill-Gvern. Fil-kumment tiegħu fuq Facebook, qal li jemmen li l-Partit Laburista se jerġa’ jirbaħ l-elezzjoni ġenerali u indika li l-Oppożizzjoni mhix ikollha l-effett mixtieq fuq in-nies. Kummenti simili saru mill-Perit u eksMinistru Michael Falzon. Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista żvelaw malgazzetta KullĦadd li dan kollu wassal għal laqgħat urġenti f ’jiem li kellhom iservu ta’ ftit mistrieħ għal ħafna mill-uffiċjali u, għal darb’oħra, ma naqasx li jkunu ppuntati s-swaba’, bis-Segretarju Ġenerali Rosette Thake u d-Direttur Informazzjoni Matthew Bonnet jerġgħu jkunu fost dawk li jlaqqtuha. Iżda oħrajn isostnu li huwa l-Kap li jrid jerfa’ l-piż tassitwazzjoni, anke meta wieħed jara kif il-Partit Nazzjonalista qed isibha diffiċli biex jattira kandidati ġodda, b’mod partikolari f ’Għawdex.
Ilha tissejjaħ ‘korrettiva’ snin twal imma għadha mhix taqdi din il-funzjoni kif nixtieqha jien
karriera f ’oqsma oħra iktar milli mal-ħabsin. “Insibu daqsxejn diffikultà biex nirreklutaw. Is-sabiħ hu li mbagħad minn jiġi hawn ma jitlaqx. Ma tantx għandna turnover tal istaff. Isibu li r-realtà hija differenti minn dak li ħasbu huma,” qal idDirettur. De Battista kompla kif anke fis-settur tar-riżorsi umani għaddejja bidla, bħal dik talkorsijiet għal dawk li jaspiraw li jiksbu promozzjoni. “Mhux nagħtik promozzjoni mingħajr ma jkollok taħriġ u ssib ruħek f ’responsabbiltà li m’intix imħejji għaliha – dik mhix ħaġa tajba,” tenna Paul De Battista, li qal li t-taħriġ irid ikun kontinwu u qabel tieħu promozzjoni trid tkun
kuntent bis-sitwazzjoni kif sibtha jien,” jgħid dan il-bniedem li fil-ftit ħin li għamilt inkellmu ammirajtu għas-sens realistiku tiegħu. “Jonqos li nkunu qed naqdu l-funzjoni verament. Min xħin jidħol irridu nkunu qed nagħmlu l-pjan fl-oqsma ta’ riabilitazzjoni mill-vizzji li jista’ jkollu, ilħtiġijiet edukattivi u soċjali. “Il-faċilità trid tkun isservizz li noffru meta ħabsi joħroġ biex, jekk huwa jkun ikkopera, joħroġ minn hawn bniedem differenti u bniedem li jista’ jintegra fis-soċjetà,” temm jgħid idDirettur ta’ dan il-villaġġ ċkejken b’ħafna problemi li minnu jista’ joħorġ ħafna ġid.
“
Iżda, fost l-iktar li ħasseb lill-istrateġisti fid-Dar Ċentrali kien hemm il-fatt li ċerti dikjarazzjonijiet qed isiru fil-miftuħ.
”
06 07|08|2016
kullhadd.com
LOKALI
QED ISIB IL-BSATEN FIR-ROTI MIN-NIES FIL-VATIKAN STESS! • MA RIDUHX IWAQQAF KUMMISSJONI DWAR ID-DJAKNI NISA • IL-KNISJA MHUX DEJJEM IMXIET MAL-VANĠELU
GLEN FALZON glen@kullhadd.com Fl-aħħar jiem, il-Papa Franġisku kompla birriformi l-kbar li qed jagħmel fil-Knisja Kattolika fejn waqqaf kummissjoni speċjali biex tistudja jekk in-nisa għandhomx jingħataw permess biex jinħatru djakni. Din ilkummissjoni hija magħmula minn seba’ rġiel u sitt nisa u biħsiebha tistudja bir-reqqa r-rwol storiku li kellha l-mara fis-snin bikrin tal-Knisja. Fid-dawl ta’ dawn irriformi interessanti li qed jiġu implimentati fil-Knisja Kattolika, din il-gazzetta tkellmet mat-teologu Fr Rene Camilleri li sostna li l-Papa Franġisku “kellu ħafna oppożizzjoni biex din ilkummissjoni ma jwaqqafhiex. Imma baqa’ miexi għax, waqt li hu mdawwar b’nies li jridu kollox jibqa’ kif dejjem kien, hu deċiż u konvint li l-Knisja teħtieġ konverżjoni serja biex l-affarijiet ma jibqgħux isiru kif dejjem saru”. L-irġiel biss jistgħu jsiru djakni Fil-ġerarkrija tal-Knisja, ilpożizzjoni ta’ djaknu hija l-aħħar grad qabel ma persuna tkun tista’ tiġi ordnata qassis. Ir-rwoli tad-djakni jinkludu li jippresiedi xi tieġ jew funeral, iżda ma jistax iqaddes quddiesa. Fil-fatt, sal-ġurnata tal-lum, huma biss l-irġiel li jista’ jkollhom dan ir-rwol. Fr Rene żied jgħid li
żgur kienu ħafna d-drabi u ċ-ċirkustanzi fejn Papa Franġisku qal li l-Knisja ma tistax tħalli lill-mara fejn kienet u proprju għalhekk li mill-kliem għadda għall-fatti u waqqaf din il-kummissjoni speċjali biex tistudja d-djakni nisa. L-ewwel darba li l-Papa Franġisku kien ta x’jifhem li se titwaqqaf din il-kummissjoni kien f ’Mejju li għadda fejn, ma’ għadd ta’ membri għolja fi ħdan ordnijiet reliġjużi tannisa, kien sostna li huwa lest jikkunsidra li jinħatru d-djakni nisa. Persuni li jappoġġaw din ir-riforma qed isostnu li l-figura tal-mara hija fqira wisq fil-Knisja Kattolika u li, permezz ta’ din ir-riforma, in-nisa jista’ jkollhom aktar sehem fid-deċiżjoniet li tieħu l-Knisja. Il-Knisja weġġgħet ħafna nies bl-aġir tagħha Xi ħaġa oħra importanti li għamel Papa Franġisku hi li talab il-Knisja Kattolika biex titlob skuża lill-persuni gay minħabba l-fatt li, fejn jidħlu kwistjonijiet simili, din qatt ma kienet radikali u serrħet fuq dak li qal ħaddieħor, inkluż ix-xjenzi. “Illum, il-pożizzjoni tax-xjenzi nbidlet u l-Knisja qed tifhem li l-kompetenza u l-missjoni tagħha mhijiex li ssegwi x-xjenza, imma li twassal il-Kelma ta’ Alla b’qawwa u dinamiżmu li kapaċi tpoġġi lill-bniedem, lil hinn mir-razza, reliġjon, jew orjentazzjoni sesswali, ’il fuq mir-regoli u l-prinċipji,” qal it-
reġa’ aċċenna għal xi wħud fil-Vatikan li ma jridux iħallu lill-Knisja timxi ’l quddiem. “Ħareġ għalkollox minn skemi fissi u riġidi, għandu ħafna umanità, u qed jirnexxilu jkisser id-distanzi bejnu u bejn in-nies; distanzi li, sfortunatament, ta’ madwaru ħsiebhom biex iżommu u jaffermaw. Imma hu, li għex u trawwem man-nies, anke bħala Papa, irid ikun man-nies il-ħin kollu,” kompla jgħid Fr Rene. Ħafna interessi xi tħares u privileġġi x’tiddefendi teologu Malti. Fil-fatt, Fr Rene żied jgħid li Papa Franġisku talab skuża għax il-Knisja b’dan l-aġir weġġgħet ħafna nies meta ġġudikathom u ma kinitx kapaċi tirrispettahom għaddinjità tagħhom ta’ bnedmin. “Hekk mexa Ġesù fil-Vanġelu, imma mhux hekk imxiet ilKnisja tul is-seklu, u kienet żbaljata,” afferma t-teologu. Qed jirnexxilu jkisser iddistanzi Dawn l-iżbalji u oħrajn wasslu biex ħafna nies tbiegħdu millKnisja. Mitlub jikkummenta dwar x’metodi qed juża dan ilPapa biex jerġa’ jiġbed lejh lil dawn in-nies, b’umiltà, Fr Rene qal li l-metodu ewlieni talPapa hu li la jippoża u lanqas jippontifika meta jitkellem fuq x’hemm fil-qalb tal-bniedem, u ma jippretendix li hu, bħala Papa, jew il-Knisja jafu kollox. Għal darb’oħra, Fr Rene
Mistoqsi dwar jekk il-Papa hux qed jipprova ‘jirranġa’ dawn l-iżbalji li saru, Fr Rene wieġeb li l-Papa qed jagħmel dan żgur mhux billi joqgħod jipponta sebgħu jew jikkundanna, imma billi jħares ’il quddiem u jgħin lil kull min hu ta’ rieda tajba biex iħares lejn il-ġejjieni b’ottimiżmu. “Ċerti żbalji li saru fil-passat seħħew għax ilKnisja ma kinitx libera, kellha ħafna interessi xi tħares u privileġġi x’tiddefendi,” qal itteologu. Filwaqt li l-enfasi ta’ dan il-Papa mhijiex li jiddefendi d-duttrina imma li jara li kull bniedem ikun rispettat għaddinjità tiegħu, huwa proprju għalhekk li dan il-bniedem huwa nifs ġdid għall-Knisja għax l-ottika li minnha jħares lejn l-affarijiet hija l-ottika tannies u mhux tal-istituzzjoni. “Qed jifhem u jġegħelna nifhmu li l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu jinħmew f ’Ruma u jitqassmu fid-djoċesijiet mad-
dinja bl-istess mod,” afferma Fr Rene. Papa soċjalist? Il-perċezzjoni tan-nies hemm barra hi li, bl-għemil tiegħu, dan il-Papa huwa soċjalist u li jagħti ħafna importanza lil dawk in-nies l-aktar batuti fostna. Filwaqt li fuq dan is-sentiment ħalla f ’idejn il-qarrejja biex jagħmlu l-ġudizzju huma, Fr Rene afferma li dan il-bniedem għex fil-faqar u s-sempliċità fejn il-formazzjoni tiegħu ħadha mingħandhom u għallmuh bi profondità kbira xi jfisser il-Vanġelu għall-bniedem. “Li hu żgur hu li l-mod kif jaħseb huwa ’l bogħod ħafna mill-mentalità kapitalista u konsumerista li aħna filPunent drajna biha,” stqarr itteologu. Fl-aħħar nett, mitlub jgħid x’kienu l-aktar mumenti li s’issa ddefinixxew l-aktar lil Papa Franġisku minn dawk ta’ qablu, Fr Rene dam jaħsibha ftit għax iħoss li kull Papa għandu l-istil tiegħu. Madankollu, jgħid li dan il-Papa hu uniku għallġesti u l-għażliet li għamel, fejn semma l-għażla, pereżempju, tal-pajjiżi li żar, ibda millewwel vjaġġ tiegħu barra Ruma li kien f ’Lampedusa. “Fiż-żewġ sinodi tal-isqfijiet li sejjaħ u d-dokument li ħareġ wara, kontra dak li qalu ħafna, isejjaħ lill-Knisja għal għażliet u bidliet radikali fejn jirrigwarda kwistjonijiet li jolqtu l-ħajja tan-nies,” temm jgħid Fr Rene.
LOKALI
kullhadd.com
07|08|2016 07
IL-MIDDLE CLASS KIBRET BL-ELUF • TAGĦRIF MINN TAT-TAXXA JURI KIF ŻDIED ID-DĦUL TA’ BOSTA PERSUNI Kienu żewġ domandi parlamentari mwieġba fi spazju ta’ ftit ġimgħat li indikaw kif żdied sostanzjalment id-dħul tal-familji Maltin biex bilprovi ssaħħet il-middle class. Dan kollu fl-aħħar tliet snin f ’xhieda ċara ta’ kemm qed iħalli frott it-tkabbir ekonomiku u miżuri talGvern biex tissaħħaħ ilmiddle class. F’Mejju li għadda d-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi kien staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, domanda parlamentari dwar id-dħul talfamilji f ’pajjizna. Il-Ministru kkwota l-aktar statistika riċenti li tkopri d-dħul iddikjarat fissena ta’ stima 2015. F’Lulju saret domanda simili mid-Deputat Laburista, Etienne Grech. Dan talab id-dħul iddikjarat fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni precedenti. L-informazzjoni li ngħatat fil-Parlament tindika li l-ammont ta’ persuni fuq dħul baxx ta’ anqas minn €10,000 fis-sena naqas
b’4,550 fl-ewwel nofs ta’ din il-leġiżlatura. B’kuntrast kien hemm żieda ta’ 2,488 flammont ta’ dawk li jaqilgħu bejn €10,000 sa €20,000. Żieda aktar impressjonanti kienet flammont ta’ persuni li jaqilghu bejn €20,000 sa €30,000 – dik li skont is-sondaġġi talEurostat hija l-faxxa tan-nofs b’żewġ individwi jaqilgħu l-paga medja. Hawn fl-ewwel nofs ta’ din il-leġiżlatura kien hemm żieda ta’ 5,159 persuna, jew żieda ta’ 14%. Fost dawk li jaqilghu bejn €30,000 sa €40,000 kien hemm żieda ta’ 2,631, mentri fost dawk li jaqilgħu aktar minn €40,000 kien hemm tkabbir ta’ 2,580 persuna. Fi kliem osservaturi tas-settur ekonomiku, dan kollu jindika kemm it-tkabbir ekonomiku qawwi li qed iseħħ f ’pajjizna qiegħed jagħmel differenza fid-dħul tal-familji. Kien deskritt bħala sinjifikanti ferm il-fatt li 4,550 persuna ħarġet minn sitwazzjoni fejn kienet taqla’ anqas minn €10,000, u issa
dawn il-persuni daħlu f ’faxxi ta’ dħul ferm ogħla. Dan jikkonferma kemm il-miżuri li ħadet din l-amministrazzjoni qed joħolqu middle class ġdida anke jekk għad hemm familji xi jkunu indirizzati biex huma wkoll igawdu mill-ġid li qed jinħoloq. Fl-aħħar ġimgħat intqal li l-Gvern se jkun qed jieħu miżuri oħra biex ilqagħda ta’ aktar eluf, l-aktar fil-bżonn, tkompli tiġi għallaħjar. U li l-qagħda finanzjarja talfamilji tjiebet ikkonfermatu fl-aħħar jiem il-Malta Banking Association. Qalet li d-depożiti tal-klijenti malbanek domestiċi ewlenin żdied b’mod konsiderevoli u, fi kliem James Bonello, Segretarju Ġenerali tal-Malta Bankers Association, dan hu sinjal ta’ fiduċja u kunfidenza fost il-pubbliku. B’żieda ta’ 6%, id-depożiti laħqu is-sittax-il biljun u nofs is-sena li għaddiet, meta s-sena ta’ qabel kienu ħmistax punt erbgħa biljuni.
SERVIZZ TA’ AIR AMBULANCE BEJN MALTA U GĦAWDEX
Għall-ħabta tal-10.00am fil-ħeliport taxXewkija Għawdex niżel ħelikopter li se jkun qed joffri s-servizz ta’ air ambulance. Il-ħelikopter se jkun stazzjonat 24 siegħa kuljum fil-Gżira Għawdxija, sabiex f ’każi ta’ emerġenza l-ħelikopter se jġorr pazjenti li jkollhom bżonn jinġiebu Malta għallkura. L-air ambulance nxtara minn Vitals Global Healthcare, l-investituri li se jirriġeneraw l-isptarijiet t’Għawdex, San Luqa u Karin Grech, b’investiment ta’ €220 miljun. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-air ambulance se jkun parti mis-servizzi tassaħħa Maltin u se jkun b’xejn għall-pazjenti.
L-air ambulance se jieħu post l-ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta li għal snin twal kien iwassal lill-pazjenti Malta. Sadanittant, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għall-investiment li qed isir fil-qasam tas-saħħa u fil-gżira Għawdxija. Huwa żied jgħid li, filwaqt li l-Għawdxin se jkollhom servizz tas-saħħa, se jinħolqu differenzi u opportunitajiet tax-xogħol u ta’ negozju. Il-ħelikopter air ambulance se jibda joffri s-servizz tiegħu fi żmien xahrejn. F’dawn il-ġimgħat il-ħelikopter se jiġi mgħammar b’apparat mediku u se jsir taħriġ għallħaddiema li se jaħdmu fuq il-ħelikopter.
DĦUL
BIDLA FL-AMMONT TA’ PERSUNI
€1 sa €10,000
-4,500
€10,001 sa €20,000
2,488
€20,001 sa €30,000
5,159
€30,001 sa €40,000
2,631
Aktar minn €40,000
2,580
08 07|08|2016
kullhadd.com
AĦBARIJIET
L-GĦASSIES TAT-TWE
Il-bniedem responsabbli milli jara li l-proposti, kif ippreżentata f ’manifest elettorali qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, tkun imwettqa jemmen li l-ħsieb wara dan il-manifest qiegħed jitwettaq bid-diversi bidliet li ġab il-Gvern. Qal dan id-Deputat Prim Ministru LOUIS GRECH f ’intervista ma’ ALEANDER BALZAN Id-Deputat Prim Ministru, Louis Grech iddikjara: “Għandna pajjiż b’saħħtu ekonomikanent u soċjalment. Ninsabu fuq quddiem nett fid-drittijiet ċivili u daħħalna miżuri għal min hu l-iktar batut. Indirizzajna l-faqar u l-prekarjat u għenna lil dawk li jridu jidħlu fid-dinja taxxogħol. Dak huwa l-frott ta’ pjan li qed ikun attwat. Dak huwa Malta Tagħna Lkoll.” F’intervista mal-gazzetta KullĦadd ftit tal-jiem wara li, minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika rriżulta li l-Gvern Malti huwa l-iktar gvern fdat fl-Ewropa, Grech spjega kif il-Gvern huwa ffukat biex iwettaq dak li wiegħed qabel l-elezzjoni ġenerali. “Ixxogħol li qed jagħmel il-Gvern avvanza, u nista’ wkoll ngħidlek li qegħdin f ’fażi fejn twettaq madwar 75% tax-xogħol rikjest fl-implimentazzjoni tal-manifest elettorali. Filmaġġoranza għandek ħafna xogħol lest u għandek partijiet oħrajn fejn qegħdin fi stadju avvanzat. Nemmnu li l-wegħdiet prinċipali diġà wettaqniehom jew kważi ffinalizzajniehom,” iddikjara d-Deputat Prim Ministru, li tkellem b’sodisfazzjon dwar
kif dan huwa Gvern li qed iżomm il-wegħdiet tiegħu. “Il-proċess li żżomm skrutinju huwa importanti u llum wieħed sar jieħu din ilkonsiderazzjoni for granted. Aħna qegħdin hemm biex ikun hemm skrutinju, biex dejjem intejbu il-prestazzjoni tagħna
Għamilnieha ċara, u issa qed toħroġ iktar ċara, li ridna nsaħħu l-bażi ekonomika u finanzjarja fejn naqqasna d-defiċit u d-dejn nazzjonali. Imbagħad kien hemm ixxogħol, l-ammont ta’ impjiegi li aħna żidna, kif ukoll ta’ min isemmi li aktar nisa ħarġu
ukoll il-pensjonanti li, għallewwel darba f ’tant snin, ħadu żieda. Għamilna miżuri oħra li jolqtu ż-żgħir bħall-inwork benefit,” kompla jispjega Grech. Minkejja dawn il-miżuri kollha, id-Deputat Prim Ministru tenna li hemm iktar xi jsir biex ikun indirizzat iż-
Mhux kull baġit tal-elezzjoni? Jekk tqis il-miżuri li għamilna, kollha kienu baġits tal-elezzjoni
u nqabblu dak li wettaqna ma’ dak li wegħedna qabel l-elezzjoni,” qal id-Deputat Prim Ministru. Ħafna mill-wegħdi jitwettqu permezz tal-baġit u dan ilGvern daħħal sistema ta’ baġits differenti ferm minn dawk imdorrijin bihom filleġiżlaturi li għaddew. “Il-baġit tagħna mhuwiex wieħed ta’ book keeping. Huwa baġit li huwa parti minn pjan. Kull baġit jaħseb għallġenerazzjonijiet tal-ġejjieni għax irridu ġejjieni sostenibbli.
jaħdmu. Però, imbagħad wieħed għandu jiddeċiedi abbażi tal-prinċipji soċjaldemokratiċi li aħna nħaddnu, billi nagħrfu kif nallokaw ilġid u nindirizzaw il-bżonnijiet tal-pajjiż,” iddikjara d-Deputat Prim Ministru. Fakkar li l-Gvern diġà ħa numru ta’ miżuri biex jilħaq ġustizzja soċjali. “Konna responsabbli li naġevolaw is-setturi kollha. Aġevolajna lil min kien żvantaġġjat b’mod fiżiku jew mentali. Pereżempju, kellek
żgħir u dan se jsir fil-baġit li jmiss. “‘Baġit tal-elezzjoni,’ se jgħidulek,” kienet ir-reazzjoni naturali tiegħi bid-Deputat Prim Ministru ma jdumx jomgħod it-tweġiba. “Min jagħmel dik il-kritika jkun superfiċjali. Mhux kull baġit tal-elezzjoni? Jekk tqis ilmiżuri li għamilna, kollha kienu baġits tal-elezzjoni,” qal id-Deputat Prim Ministru. Isostni li llum dan id-diskors jista’ jitpoġġa f ’kuntest tarriżultati miksuba. Ftit tal-jiem
ilu l-istatistika tal-Eurostat uriet li Malta għandha l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea. Riżultat li nkiseb għall-ewwel darba fl-istorja. Konvinti, iżda daqshekk kmieni
mhux
Nistaqsih jekk meta daħlu l-ewwel darba f ’Kastilja ħasbux li setgħu jwasslu lil Malta sa dan il-punt. “Kien hemm id-determinazzjoni. Kien hemm l-impenn u ma bżajniex nieħdu d-deċiżjonijiet. Għalhekk l-affarijiet jitwettqu u tibda tara l-frott tagħhom. Ma ħsibniex li se naslu f ’tant żmien qasir, però konna nafu li dik hija t-triq li se naqbdu. Wieħed ma jridx jara din waħedha; irid jara l-perspettiva ekonomika. L-inflazzjoni baxxa, id-defiċit riesaq lejn break even, id-dejn naqqasnieh, investiment qawwi, konsum qawwi, it-tkabbir ekonomiku qawwi. Forsi ma stennejniex li fi żmien tliet snin inwettqu dan kollu, però kellna determinazzjoni u pjan, u r-riżultat li konna konvinti li se niksbu seta’ jasal qabel,” kompla jispjega. Però, niġbed l-attenzjoni li dan kollu jaf ma jfisser xejn
AĦBARIJIET
kullhadd.com
07|08|2016 09
TTIQ TAL-MANIFEST għal min għadu mweġġa’ personali. Anke jekk ikun bniedem li gawda mir-roħs tad-dawl u l-ilma jew miżuri oħra, id-dinja tiegħu jaf tkun iddur mal-isfida tiegħu. Xi jwieġeb għal dan? Għax dawn ma jħossux li Malta Tagħhom Ilkoll. “Din hija sfida. Però, jiena ċar f ’moħħi, speċjalment meta, ngħidu aħna, inkun qed niddiskuti mal-Prim Ministru jew il-Ministru talFinanzi fi tħejjija għall-baġit. Mela l-ewwel li trid tara huwa li s-soċjetà se tiggwadanja, imbagħad int għandek affarijiet li huma ġusti, individwi li jħossuhom ġustament urtati, u allura wieħed irid jagħti kas. Għalik jaf ma tfisser xejn, imma għalih jew għaliha d-dinja hija magħmula minn dik l-inġustizzja u għalhekk wieħed irid jindirizzaha. Imma fuq kollox trid tkun b’saħħtek biex tgħid le fejn ma jkunx hemm talbiet ġusti,” jgħid id-Deputat Prim Ministru, li jfisser kif dan huwa Gvern li jrid idaħħal bidla fil-kultura. Bidla li fi kliemu diġà qed jara, anke jekk dejjem jista’ jkun hemm iżjed. “Iċċitaddin jirrikonoxxi li l-ewwel responsabbiltà hija lejn ilpajjiż, li min hu l-iktar filbżonn l-iktar li jgawdi, li trid issostni l-pajjiż kemm għalissa u kemm għall-futur tiegħek. Imbagħad għandek fejn ikun hemm inġustizzji u wieħed ma jistax ma jindirizzahomx. Naħseb indirizzajna ammont kbir u fejn baqa’ x’nindirizzaw se nagħtu kashom.” Bl-iktar presidenza diffiċli fuq il-platt Meqjus bħala bniedem ta’ esperjenza u li l-isfidi ma jiddejjaq minnhom xejn, juri konvinzjoni kbira meta mistoqsi dwar il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li se jkollha Malta minn Jannar tas-sena d-dieħla. Dak li tant tkellimna dwaru issa qiegħed wara l-bieb. “Fiex qegħdin?” hija l-mistoqsija ovvja. “L-uffiċċju għandi unit fuq il-Presidenza. Bħalissa għaddejjin fil-qofol talPresidenza. Għandek ilparti li hija l-prijoritajiet, li anke trid tiftiehem ma’ trio. Hawn iddeċidejna li l-aġenda tkun iffukata. Dik l-ewwel ħaġa li għedna li nixtiequ fil-presidenza tagħna: li ma jkollniex aġenda kbira ħafna li tispiċċa ma ssolvi xejn. Irridu aġenda fejn wieħed ikun jista’ jwettaq numru ta’ affarijiet f ’oqsma bħalma hija l-immigrazzjoni,” iddikjara d-Deputat Prim Ministru. Għalkemm huwa wkoll konxju li dawn il-prijoritajiet malajr jitħarbtu bil-Brexit. “Brexit se tinfluwenza żgur.
Probabbilment l-Artiklu 50 se jkun ‘triggered’ fl-aħħar tas-sena u allura taħbat preċiżament mal-Presidenza ta’ Malta. Mhux aħna biss konxji li
u t-terroriżmu. L-affarijiet diffiċli u kkumplikati kollha qegħdin fuq il-platt.” Biex dan ikun indirizzat b’suċċess kien hemm tħejjija
maġġoranza tal-Maltin. Hawn id-Deputat Prim Ministru ma jdurx mal-lewża. “Ejja nkunu ċari. Kien hemm ċerti affarijiet li stajna evitajna.
Il-manifest elettorali li twettaq 75% minnu diġà tista’ xxekkel l-aġenda. Qed nitkellmu mal-Kunsill talUnjoni Ewropea fuq din. Konvint li l-Brexit se tieħu parti mill-aġenda u għalhekk qed nisuġġerixxu li naqsmu kollox fi tlieta: l-ewwel trid enerġija fuq hekk biss, imbagħad ma tistax tinsa l-aġenda tiegħek normali, u għandek ukoll il-ġejjieni talEwropa; xi ħaġa li bil-Brexit u mingħajrha xorta trid tkun indirizzata. L-Ewropa trid tara liema linja se tiġbed għall-
loġistika kbira. “Għandek ukoll ix-xogħol loġistiku li jkun għaddej biex torganizza. Se jkollok mijiet ta’ laqgħat. Hija xi ħaġa kbira. Aħna lesti. Fis-sens loġistiku għamilna ħafna xogħol u kontinwament ninsabu f ’kuntatt mal-istituzzjonijiet Ewropej. Għandna mijiet ta’ nies responsabbli. Għandi wkoll lil Ian Borg li huwa strumentali. Bejn il-loġistika u bejn il-prijoritajiet li ddeċidejna fuqhom u l-kuntatt kontinwu,
Kien hemm affarijiet li stajna għamilniehom aħjar. Dan wieħed irid jaċċettah u aħna naċċettawh. Dak jagħtina s-saħħa. Meta int taċċetta li stajt għamilt żbalji, dik mhux tnaqqaslek mis-saħħa, però żżidlek. Tgħid: dawn l-affarijiet ma messhomx saru jew setgħu saru aħjar,” jgħid Grech. Żied li, meta n-nies tibbilanċja, tagħmel distinzjoni bejn il-każi iżolati u l-wirja globali tal-Gvern. “Vera kien hemm affwarijiet li stajna
Meta int taċċetta li stajt għamilt żbalji, dik mhux tnaqqaslek mis-saħħa però żżidlek. ġejjieni,” fiehem id-Deputat Prim Ministru. Fuq kollox, fuq il-platt hemm taħlita li tagħmel is-sitwazzjoni waħda iebsa. Id-Deputat Prim Ministru jaqbel perfettament. “Din hi waħda mill-iktar presidenzi diffiċli. Minbarra l-Brexit għandek ukoll ilkwistjoni tat-Turkija, se nkunu f ’nofs ir-review finanzjarju, għandek l-elezzjonijiet fi Franza u l-Ġermanja, l-immigrazzjoni, is-sigurtà
mexjin fit-triq it-tajba biex ikollna Presidenza ta’ suċċess,” qal b’konvinzjoni. L-isfida tal-governanza U meta l-Gvern qed jikseb dan is-suċċess kollu, inkellmu fuq il-kritika tal-Oppożizzjoni. Ħafna drabi tkun negattiva, distruttiva u esaġerata, però xi minn daqqiet xi ftit raġun seta’ kellhom ukoll anke jekk il-Gvern baqa’ fdat mill-
għamilniehom aħjar, però tant kienu iżolati li tibbilanċja favurina,” kompla jistqarr filwaqt li għamilha ċara li l-Gvern ma jemminx li għandu l-fiduċja għal dejjem. “Il-fiduċja trid taħdem għaliha u n-nies jafu li mhux se noħduha for granted. Nafu li għamilna ħafna miżuri li għamlu differenza u taw valur miżjud. Allura n-nies huma kuntenti darba għal dejjem? Le. Trid tibqa’
tiġġieled kontinwament biex tiggwadanja l-fiduċja u r-rispett tan-nies,” jemmen id-Deputat Prim Ministru. Bħala prova ta’ dan isemmi n-numru kbir ta’ riformi approvati riċentament millParlament. Dawn huma bidliet li se jżidu l-iskrutinju u huma meqjusa bħala bżonjużi. Nistaqsi dak li smajt ħafna jgħidu: “X’riedhom dan ilGvern meta m’għamilhom ħadd? Mhux diġà dan il-Gvern qed jiffaċċja skrutinju bla preċedent?” Għal dan wieġeb hekk: “Ħdimt ħafna fuqhom għax irridu soċjetà li, minbarra li tkun ekonomikament b’saħħitha u soċjalment ġusta, ikun hemm ukoll governanza. Nafu li hemm min jara li se tnaqqsilna l-poter u li se żżid l-iskrutinju fuq il-membri parlamentari tal-Partit Laburista. Nafu li ebda gvern ma kellu skrutinju bħalma għandu dan. Imma din aħna m’aħniex kontriha” Fakkar kif kulħadd kien ilu jitkellem u li f ’kull leġiżlatura ntqal xi ħaġa. “Aħna għednieha u wettaqnieha. Rajna li din se ġġib iktar maturità u, għalkemm se tpoġġi ċerti piżijiet, dawn huma piżijiet ġusti. Il-proċess demokratiku jitlob li dawn il-miżuri jsiru,” tenna f ’wieħed mill-iktar mumenti f ’din l-intervista fejn ħassejt determinazzjoni fi kliemu għal kemm il-Gvern irid jirnexxi hawn ukoll. “Wieħed ma jridx jinsa l-miżuri li ħadna qabel. M’aħniex perfetti. Imma wieħed ma jistax jinsa li għamilna l-Liġi tal-Finanzjament talPartiti. Kulħadd kien ilu jitkellem dwarha. Neħħejna l-preskrizzjoni fuq ilpolitiċi, għamilna l-Liġi tal-Whistleblower. Hemm l-awtonomija tal-Parlament li tagħti ħafna iktar personalità distinta lill-Parlament. Dan ftit jew wisq qed inaqqas il-poter tal-Gvern. Dik ukoll għal żmien twil kienu jgħidu li se jagħmluha, però qatt ma saret. Għamlu drafts kontra drafts. Imma aħna għamilniehom. Flistorja min għamel l-affarijiet jgħodd,” temm jgħid idDeputat Prim Ministru dwar liġijiet li spjegajna fid-dettall fl-aħħar ġimgħat. Fisser kif dan kollu għandu sens ta’ antiċipazzjoni li qed ipoġġi l-Gvern ’il quddiem. “L-antiċipazzjoni. Li ma jkollokx biża’ li twettaq. Li tkun taf li hemm bżonn bidla. Normalment dak it-tip ta’ bidla ġġib ċertu biża’, li se tagħti iktar lok li ġġibek dgħajjef bħala bniedem. Nemmnu wkoll li, bid-difetti kollha tagħna, it-triq li qed nieħdu qed nibnu pedament tajjeb. Pajjiż li għandu iktar maturità u iktar responsabbiltà,” temm jiddikjara.
10 07|08|2016
kullhadd.com
AĦBARIJIET
MITT SENA MIT-TWELID TA’ MALTA QABEL MINTOFF Malta ta’ mitt sena ilu. Kienet l-istess Malta ta’ mitt sena qabel. Malta fortizza. Malta dipendenti għalkollox fuq il-preżenza talbażi militari u navali tal-Imperu Ingliż. Kien żmien fejn il-pagi talklassi tal-ħaddiema kienu baxxi, il-qgħad kien qawwi u ħafna kellhom diffikultajiet kbar biex jgħaddu minn ġurnata għal oħra. Kien ukoll iż-żmien fejn l-emigrazzjoni tal-massa kienet diġà ġiet identifikata bħala s-soluzzjoni għall-inkwiet ekonomiku li pajjiżna kien qed iħabbat wiċċu miegħu. F’Malta ta’ mitt sena ilu l-ikbar u l-iktar industrija importanti kienet il-biedja. Kien iż-żmien fejn kull sena mijiet kienu għadhom jimirdu bid-deni rqiq wara li kienu jixorbu ħalib mhux pasturizzat, bi wħud minnhom saħansitra jispiċċaw imutu. Mitt sena ilu kien iż-żmien fejn ħareġ fil-beraħ iktar minn qatt qabel is-siwi ta’ Malta għallImperu Ingliż bħala fortizza u bażi militari u navali. Bilqawwiet il-kbar tal-Ewropa ta’ dak iż-żmien maqbuda fi gwerra qalila kontra xulxin, Malta għal darb’oħra sabet lilha nnifisha bħala protagonista. Għax hekk kien mitt sena ilu d-destin ta’ Malta: prosperità fi żmien l-inkwiet u l-għawġ; tħassib u inċertezzi fi żmien ilpaċi. Mitt sena ilu, f ’nofs l-għawġ u l-inkwiet tal-Ewwel Gwerra Dinjija, Malta ħadet il-fama bħala l-infermiera tal-Mediterran. U bir-raġun. Mal-140,000 suldat inġiebu Malta biex jingħataw kura medika; riżultat tal-kampanji militari qliel li kienu għaddejjin fil-Mediterran. F’Malta kien hawn kważi 30 sptar bi kważi 26,000 sodda. Mitt sena ilu kien ukoll iż-żmien li kompla jikkonferma, mhux għax kien hemm wisq bżonn, li l-Maltin ma kellhom ebda setgħa fuq id-destin tagħhom. F’Malta fortizza kienu l-Ingliżi u ħadd iktar li kienu jafu x’kien l-aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin; iktar u iktar fi żmien ta’ gwerra. Meta l-Ingliżi raw theddida f ’mexxejja bħal Nerik Mizzi u Manwel Dimech li mitt sena ilu kienu qed jitkellmu dwar dak li huma kienu jemmnu li kellu jkun l-aħjar destin għal Malta u Għawdex, ħadu azzjoni biex irażżnuhom. Mhux biss ma kellhom ebda setgħa fuq id-destin tagħhom, iżda mitt sena ilu l-Maltin kienu saħansitra kostretti li ta’ kull sena jħallsu kontribuzzjoni finanzjarja lill-Ingliżi bħala għajnuna għasservizzi militari. Kienet din il-Malta li fiha, fis-6 ta’ Awwissu 1916, f ’Irish Street f ’Bormla, fil-familja ta’ Wenzu u ta’ Concetta Mintoff, kien hemm wild ġdid…tarbija li ssemmiet Duminku.
Omm u missier il-Perit Mintoff
AĦBARIJIET
kullhadd.com
07|08|2016 11
ĠGANT FL-ISTORJA MALTIJA
MALTA TA’ WARA MINTOFF Malta, mitt sena wara t-twelid ta’ Duminku Mintoff, hija totalment differenti. Biex inkiseb dan kollu Malta rat il-kontribut ta’ ħafna minn uliedha iżda m’hemmx dubju li l-Perit Mintoff kien figura importanti ħafna f ’dan kollu. Mintoff bidel l-istorja ta’ Malta, għax Mintoff kellu viżjoni għal dan il-pajjiż. Viżjoni li beda jiktibha u jitkellem dwarha sa minn età żgħira. Malta ta’ wara Mintoff hija Malta Indipendenti, Repubblika u Ħielsa. Malta fejn il-poplu Malti għandu rajh f ’idejh. Malta ta’ wara Mintoff hija Malta sekulari. Ma kinitx triq faċli. Mintoff u n-nies tiegħu ħabbtu wiċċhom maddnub il-mejjet iżda, bis-saħħa tassuldati tal-azzar u r-rieda li jibdel ilmentalità, il-poplu fehem id-differenza bejn stat u Knisja. Malta ta’ wara Mintoff hija Malta taddrittijiet ċivili. Kien Mintoff li ħareġ lill-persuni b’diżabbiltà mill-kantina; kien Mintoff il-Prim Ministru li fehem li riedu jinbidlu l-liġijiet fil-konfront tal-persuni omosesswali; kien fi żmienu li daħlet l-idea ta’ żwieġ ċivili. Malta ta’ wara Mintoff hija Malta talġustizzja soċjali. Malta tal-pensjonijiet, Malta taċ-childrens allowance, Malta taledukazzjoni u s-saħħa b’xejn, u Malta fejn il-maġġoranza tan-nies huma sidien ta’ djarhom. Malta ta’ fejn innies jaħdmu u l-għajxien tagħhom mhuwiex ibbażat iktar fuq il-gwerer ta’ ħaddieħor. Il-ħaddiem għolla rasu mill-faqar u beda jgħix b’dinjità. Malta li għandha identità – identità li narawha f ’azjendi bħall-Air Malta u mitt proġett ieħor li ħolom bih hu u wettqu. Fuq kollox, hija Malta b’relevanza internazzjonali. Mintoff dar id-dinja jitkellem dwar il-paċi fl-Ewropa u l-Mediterran. L-ewwel Prim Ministru mill-Ewropa li żar iċ-Ċina u l-Prim Ministru li ġab ftehimiet ma’ pajjiżi differenti bħal-Libja u l-Italja, b’talaħħar għadna naħsdu l-frott tiegħu sallum. Malta ta’ mitt sena wara t-twelid ta’ Mintoff hija Malta b’saħħitha. Ħadmu għaliha diversi, iżda m’hemmx dubju li l-ikbar bidla kienet xprunata minn dan il-ġgant tal-politika Maltija.
12 07|08|2016
kullhadd.com
GVERN LABURISTA… GVERN LI JAĦDEM
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 1 ta’ Awwissu
Ġiet reġistrata żieda ta’ 4% fit-tkabbir ekonomiku
Emanuel Cuschieri
2 ta’ Awwissu 1. Stħarriġ Ewropew wera li 80% tal-poplu Malti u Għawdxi jemmen li l-ekonomija tagħna sejra tajjeb. 2. L-istess stħarriġ Ewropew wera wkoll li 57% tal-poplu Malti u Għawdxi jħoss li l-affarijiet f ’pajjiżna sejrin fid-direzzjoni t-tajba. 3. Għall-ewwel darba fl-istorja, Malta għadha kemm irrekordjat l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea kollha. 4. Fiż-żmien li ġej il-bini tat-track tal-karozzi se ssir realtà. 5. Il-gazzetta Ingliża The Express indikat lil Malta bħala waħda mid-destinazzjonijiet turistiċi l-aktar siguri. 6. Matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena ġew irreġistrati 21 ġimgħa fejn ma kien hemm l-ebda mediċina out of stock.
Ġew ingaġġati mal-Gvern kważi mitt tabib ġdid biex ikompi jitjieb is-sevizz għall-pazjenti f ’diversi sptarijiet talGvern
3 ta’Awwissu
Tħabbar li fl-ewwel sentejn ta’ Gvern Laburista nħolqu 12,000 impjieg ġdid
7. Id-djar tal-anzjani se jibdew jiġu investigati u hemm kontemplati multi kbar għal min ma jimxix mar-regolamenti. 8. Il-Pjazza tat-Tritoni mhix se tibqa’ ċ-ċentru minn fejn jopera t-trasport pubbliku se ssir pjazza pedonali miftuħa għan-nies. 9. Fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, iddewmien naqas minn medja ta’ ġurnata għal sagħtejn. 10. F’Settembru li ġej l-istudenti tal-Farmaċewtika se jingħataw stipendju speċjali.
4 ta’Awwissu
Id-dejn tal-Gvern naqas b’€139 miljun
11. Fit-turizmu, f ’Ġunju li għadda, ġiet reġistrata żieda ta’ 5.8% fil-wasla tat-turisti u żieda ta’ 4% fl-infiq tagħhom. 12. Twaqqfu żewġ sezzjonijiet ġodda fid-Dipartiment talProtezzjoni Ċivili: sezzjoni li se tieħu ħsieb il-fire safety u sezzjoni li se tieħu ħsieb is-sigurtà waqt attivitajiet tal-massa. 13. Inxtraw tliet vetturi ġodda tat-tifi tan-nar għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. 14. F’Ġunju li għadda n-numru ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol naqas b’1,800.
5 ta’Awwissu
Ġiet reġistrata żieda ta’ 7.7% finnumru ta’ turisti li ġew Malta
15. Għaddej b’ritmu mgħaġġel il-bini tad-dar tal-anzjani f ’Għajnsielem, Għawdex. 16. Beda x-xogħol biex jinfetaħ mill-ġdid l-Isptar San Luqa u biex jinfetaħ sptar ġdid f ’Għawdex. 17. In-numru ta’ Għawdxin jirreġistraw għax-xogħol naqas b’31%. 18. In-numru ta’ nies li qed jużaw it-trasport pubbliku żdied b’20%.
6 ta’Awwissu
Ġiet reġistrata żieda ta’ 12% flesportazzjoni lejn pajjiżi barra millUnjoni Ewropea
19. Fl-2015 twieldu 59 tarbija mill-IVF. 20. Se jiġu mibdula r-regolamenti li kien għamel Gvern tal-PN fl-2012 biex dawk il-pazjenti li tilfu xi benefiċċji li kienu jgawdu bil-Kartuna r-Roża u s-Safra jerġa’ jkollhom aċċess għal dawn il-benefiċċji. 21. Fl-aħħar sentejn raħsu 114-il mediċina. 22. Minn Jannar sa Marzu li għadda żaru Għawdex 140,000 turist – 60% iżjed mill-aħħar xitwa taħt il-PN fil-Gvern. 23. Fl-ewwel tliet snin ta’ Gvern Laburista nħolqu 20,000 impjieg ġdid.
RUBRIKA
7 ta’Awwissu
Tħabbar li l-Programm taċĊittadinanza b’Investiment mistenni jrendi lill-pajjiż €1.4 biljun
EDITORJAL
kullhadd.com
07|08|2016 13
www.kullhadd.com agħmel kuntatt magħna KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717 editorial@kullhadd.com |+ 356 2090 1411
EDITUR Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2230
ĠURNALISTI Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2090 1413
Glen Falzon glen@kullhadd.com
SALES U DISTRIBUZZJONI
DISINN TAL-GAZZETTA
Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2090 1520
Leanne Grech
IBŻGĦU GĦALL-ISTITUZZJONIJIET Ktibna u rappurtajna fid-dettall dwar ilmanuvri tal-Kelliem għall-Ġustizzja talPartit Nazzjonalista, Jason Azzopardi, biex jagħmel pressjoni fuq il-Qorti. Dan billi jilmenta li kawża ta’ libell fil-konfront tas-Sindku tarRabat, Għawdex, ma tinstemax quddiem il-maġistrat li ġiet assenjata b’mekkaniżmu li dejjem jintuża fil-qrati. Dwar dan qasmu l-ħsieb tagħhom esperti legali ta’ esperjenza u avukati prattikanti. U ftit kien biħsiebna nżidu. Però, mill-aħħar ħarġa ta’ din il-gazzetta, kompla jidher biċċar kemm hu perikoluż l-aġir ta’ Jason Azzopardi, li għandu l-barka tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. F’każ separat, Jason Azzopardi bħala avukat, u l-Partit Nazzjonalista bħala protagonist, f ’kawża pprova jibdel l-imħallef li qed jisma’ kawża marbuta malavviż legali li jirregola l-billboards u hawn il-Qorti għamlet riflessjoni iebsa. Għalkemm kawta f ’diskorsa u fir-referenzi tagħha, kif mistenni f ’sentenza ta’ ġudikant, il-Qorti għamlitha
ċara li kienet qed tintlagħab logħba perikoluża. Fi ftit kliem il-Qorti kkonfermat dak li ilna ngħidu. Il-Qorti qalet li tagħraf u ma twarrabx l-element talimparzjalità suġġettiva u dik oġġettiva tal-ġudikant li kull parti f ’kawża jistħoqqilha b’jedd tippretendi li jkun jimmanifesta ruħu. U filwaqt li saret riflessjoni fuq it-talba tar-rikuża, li jinbidel ġudikant, qalet: “Madanakollu, dan il-jedd m’għandux jinbidel f ’għodda li bih f ’kawża toħloq biża’ li ma jkunx fondat jew okkażjoni biex wieħed jidħol f ’sajda għallġudikant li tibdel il-proċess ġudizzjarju f ’konkors għallgħażla ta’ ġudikant favorit fuq ieħor u li jwassal għal dak li bnadi oħra huwa magħruf bħala ‘forum shopping’. Dan jaf jissarraf f ’abbuż tal-proċess ġudizzjarju taħt il-kappa tal-biża’,” tgħid issentenza. Kliem bħal ‘toħloq biża’’, ‘sajda għal ġudikant’ u ‘forum shopping’ huwa iebes wisq biex wieħed iħallih għaddej qisu ma ġara xejn. Dan kollu faċilment ikun interpretat bħala attakk fuq iddemokrazija. U t-tħassib jikber
meta l-attakk fuq waħda millistituzzjonijiet tant importanti f ’dinja demokratika ġej minn partit li qed jaspira li jkun filgvern. Infakkru li dan mhux każ iżolat. Għax kellu kawża minn ċittadin privat Jason Azzopardi organizza protesta quddiem ilQorti qabel instema l-każ. Dan huwa l-istess partit li jattakka kontinwament lill-Kummissarju tal-Pulizija, anke jekk huwa l-istess bniedem li meta kien fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista kien onorat mill-Korp. Huwa wkoll l-istess partit li għamel attakk wara ieħor fuq l-Avukat Ġenerali u li injora l-Awditur Ġenerali meta ħareġ rapporti xejn ħelwin fuq deputati tiegħu, inkluż l-istess Azzopardi u d-Deputat Għawdxi Chris Said. Bl-istess mod aġixxa filkonfront tal-Financial Independence Audit Unit (FIAU) fl-aħħar jiem meta pprova jdaħħalha f ’kontroversja politika minħabba riżenja ta’ uffiċjal li telaq wara li kellu kuntratt ma’ ditta privata. Din ukoll istituzzjoni indipendenti li l-Gvern m’għandu
ebda jedd jindaħal fiha, iżda donnu l-Partit Nazzjonalista jaħsibha xorta oħra. Għamel sew il-Gvern meta qal li ma jindaħalx fl-istituzzjonijiet, u li lanqas ma jindaħal fi kwalunkwe investigazzjoni li tkun għaddejja. Però, iktar minn hekk, f ’dan ilkaż iċ-Chairman tal-FIAU huwa l-Avukat Ġenerali u għalhekk għal darb’oħra kien ċar l-attakk fil-konfront ta’ dan l-uffiċċju li jitmexxa minn bniedem li nħatar fi żmien il-Partit Nazzjonalista. Iżda Simon Busuttil ma joqgħodx lura milli jipprova jirbaħ xi punt, anke biex idawwar l-attenzjoni minn fuqu issa li reġa’ għaddej minn żmien xejn tajjeb internament. Però, l-istituzzjonijiet mhumiex logħba politika. Simon Busuttil irid jimmatura politikament u jifhem dan il-prinċipju bażiku. L-istituzzjonijiet irridu nibżgħu għalihom għax huma jridu jħarsu liċ-ċittadin u jissalvagwardja l-interess tas-soċjetà, ikun min ikun fil-Gvern. Kull darba li Busuttil jipprova jkissirhom ikun qed jimmina lil kull wieħed u waħda minna.
MINTOFF MIL-LENTI TA’ ŻAGĦŻUGĦA
Elaine Degiorgio Kordinatur Riżorsi Umani FŻL
Żgur li meta nsemmu lil Mintoff ma nistgħux ma nsemmux Jum il-Ħelsien
Mintoff is-Salvatur ta’ Malta: hekk kien jgħidli nannuwi kull darba li kont naqbadlu l-argument fuq il-Perit Dom Mintoff. Niftakar li kellu ritratt tal-Perit – kien kbir u miżmum sew u kull meta kont inħares lejn dan ir-raġel bil-pipa f ’ħalqu kont ngħid bejni u bejn ruħi: imma dan il-bniedem x’għamel daqstant importanti għal pajjiżna li, jgħaddu kemm jgħaddu snin, baqa’ fuq fomm kulħadd? Meta kont żgħira qajla kont nifhem xi tfisser tkun soċjalist, iżda iktar ma bdejt nikber, iżjed kelli ċ-ċans nidħol fil-fond biex nifhem l-ideologija tal-Partit Laburista. Żgur li meta nsemmu lil Mintoff ma nistgħux ma nsemmux Jum il-Ħelsien, waħda mill-isbaħ ġranet ta’ ħajtu. Kull min kien max-xatt tal-Port ilKbir seta’ jħoss sens ta’ kburija meta l-bandiera bajda u ħamra ħadet post dik Ingliża fuq ilmonument fil-Birgu. Illum lanqas biss nimmaġinaw lil
Malta taħt xi ħakma barranija. Komplejna nikbru u nistagħnew. Jum il-Ħelsien kien biss il-bidu ta’ triq twila ta’ immodernizzar tal-liġijiet u suq finanzjarju b’saħħtu. Jingħad ukoll li Mintoff qajjem lil Malta mill-faqar. Skont kif kienu jirrakkuntawli, wara t-Tieni Gwerra Dinjija f ’Malta kien hawn faqar kbir. Tgħaddi mit-toroq u tara djar imwaqqgħin bix-xita ta’ bombi li niżlu matul il-Gwerra. Kont tara tallaba ma’ kull kantuniera u tfal jiġru ħafjin jitolbu għal xi loqma ħobż bħala l-ikla talġurnata. Apparti s-sistema b’saħħitha tal-housing, fejn għallewwel darba familji mill-klassi tal-ħaddiema setgħu jixtru proprjetà bi prezz issussidjat u li jaffordjaw, Mintoff ipprovda wkoll għal sistema ta’ pensjoni biex, hekk kif ħaddiem jispiċċa mix-xogħol, seta jibqa’ jgħix ħajja ta’ dinjità. Is-soċjaliżmu fit-tmexxija ta’ Mintoff tintgħaraf minn miżuri radikali
oħra li kien ħa meta introduċa l-pensjoni tar-romol u children’s allowance li taw lil pajjiżna wiċċ ġdid b’middleclass ġdida b’ħafna ħaddiema jinqalgħu mill-faxxa l-baxxa tal-faqar għall-ħajja iżjed diċenti. Illum jien immur l-Università mingħajr ma nħallas lanqas ċenteżmu, grazzi għal ħsieb fit-tul ta’ Mintoff fis-settur edukattiv. Mintoff beda jagħraf l-importanza taledukazzjoni biex jitkattar iżjed xogħol ta’ kwalità. Kull darba li nsiefer bil-linja nazzjonali tal-ajru ta’ pajjiżna niftakar li kien bil-perseveranza ta’ Mintoff li llum għandna linja nazzjonal li, minkejja kull ostaklu, baqgħet tikkumbatti l-kompetizzjoni ħarxa ta’ linji oħra internazzjonali. Illum lanqas biss għadna noħolmu li nsejħulhom ‘għasafar taċ-ċomb’! Minn aspett legali, bħala mara, irrid nirringrazzja lil Mintoff għax kien hu li ta l-vot lin-nisa biex b’hekk kull ċittadin ingħata
vuċi ugwali. Tajjeb li niftakru li kien Gvern Laburista li għażel l-ewwel President mara u reġa’ kien Gvern Laburista li għażel mara biex tokkupa l-ogħla kariga tal-pajjiż. Għad-drittjiet ta’ ugwaljanza, Mintoff kien minn ta’ quddiem tant li kien hu li neħħa l-liġi li kienet tqis bħala att kriminali li tkun omosesswali. Illum il-ġurnata kellu jerġa’ jkun Gvern Laburista li kompla jibni fuq dan it-tarf li ħalla Mintoff biex twittiet it-triq għal iżjed ugwaljanza. Fis-sitta ta’ Awwissu ħabat ilmitt sena mit-twelid ta’ dan irraġel. Min qatt kien jimmaġina li t-tfajjel minn Bormla li, sa minn meta kien fl-għoxrinijiet, beda jinteressa ruħu fil-politika u kellu jkun hu, flimkien ma mexxejja oħra, li jikteb l-istorja ta’ pajjiżna u jnaqqax ismu ħdejn l-ikbar miżuri li ttieħdu matul iż-żminijiet. Nispiċċa bil-frażi l-iktar famuża tiegħu: Malta l-ewwel u qabel kollox! Grazzi Perit.
kullhadd. com
14 07|08|2016
L-AQWA FL-EWROPA
Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Kultant sabiħ li tiftakar filpassat, hux tassew? Il-passat ifakkarna kemm stajna konna f ’ċirkustanzi li llum saru realtà imma wkoll f ’affarijiet li stajna għedna jew bassarna u llum ġara bil-kontra u ħriġna ta’ mażetta. Meta nħares lura lejn x’kienu jgħidu l-PN qabel l-elezzjoni ġenerali fuq il-proposti talPL, proprjament nasal filkonklużjoni li dak li bassru fuq dak li wiegħed li se jagħmel Gvern Laburista ġdid ġaladarba jingħata fiduċja mill-poplu, kien jew għax ġenwinament kienu jaħsbu li l-PL qed iwiegħed affarijiet li ma jistgħux isiru, jew għax kejlu b’xibirhom u assumew li, la ma jistgħux jagħmluha huma, mela l-PL fil-Gvern ma jistax jagħmilha lanqas; jew inkella tant kemm emmnu li tassew PL fil-Gvern se jwettaq dak li wiegħed, li marru għal propoganda qarrieqa ta’ gideb u biża’ biex jippruvaw jiddiskreditaw ilproposti tal-PL. Malta rreġistrat l-inqas rata ta’ qgħad
Meta l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jrid jagħmel lil Malta l-aqwa fl-Ewropa, kien hemm min ipprova jgħaddih biżżmien
Tajjeb li fl-isfond talpubblikazzjoni riċenti millEurostat tar-rati ta’ qgħad fost il-pajjiżi fl-Ewropa, fejn Malta rreġistrat l-inqas rata ta’ qgħad ta’ 4% fost il-pajjiżi kollha tal-UE, niftakkru ftit x’kienu jgħidulna u jwerwruna fuq x’se jiġri mis-settur tax-xogħol jekk jitla’ Gvern Laburista. Dawn l-allievi ta’ Nostradamus kienu ċappsulna billboards b’wiċċ aħmar ta’ Joseph Muscat b’kartellun f ’idu jgħid ‘Qgħad’ u wiċċ blu ta’ Lawrence Gonzi b’kartellun jgħid ‘Xogħol’. Tiftakruh il-billboard tal-‘Labour
Won’t Work’? Tiftakruhom il-konferenzi stampa li kienu jagħmlu fil-kampanja elettorali u dawn il-bozoz tal-għerf wara l-mejda kienu jbassru li l-Labour fil-gvern iġib ilqgħad u jeħodna 30 sena lura u li saħansittra ddikjaraw li l-Labour huwa garanzija għallqgħad? Niftakar sew kemm kienu jeqirdu u jitqanżħu biex jippruvaw jikkonvinċu l-elettorat u jgħidulna li l-ekonomija Maltija mhix kapaċi tikber aktar milli kienet qed tikber fi żmienhom u allura ma tistax traħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, ma tistax twiegħed riformi u żidiet filpensjonijiet u bil-wisq aktar ma tistax tagħti l-flus lura tat-taxxi mħallsa żejda fuq ilkarozzi mixtrija bejn l-2004 u l-2008, fost inċentivi oħrajn. Niftakru wkoll fil-famuża frażi li l-Labour se jdaħħalna ‘gass down’ ġol-ħajt u ma nistgħux ninsew l-imberkin bozoz ħomor. Imnalla l-poplu ma emminnhomx u ta l-fiduċja lill-PL għax, dak kollu li ddiskreditaw il-PN u dak kollu li qalu li ma jistax isir, seħħ, u seħħ bil-kbir. Mhux talli l-ekonomija kibret, talli rajna tkabbir li pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jistgħu joħolmuh biss – tkabbir ta’ 6.3%. Tul din il-leġiżlatura rajna tnaqqis fiddefiċit, rajna x-xogħol jitkattar, l-investiment ġdid jiżdied, u l-kwalità tal-ħajja titjieb, lil Għawdex jieħu rankatura ’l quddiem, rajna żidiet fil-pagi, żidiet fil-benefiċċji soċjali u filpensjonijiet, traħħis fil-fjuwils u fil-gass, traħħis fil-kontijiet taddawl u l-ilma, żieda fenomenali ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali
OPINJONI
li ħarġu fid-dinja tax-xogħol, servizzi b’xejn bħall-ħarsien tat-tfal b’xejn u l-garanzija għaż-żgħażagħ, aktar investiment fl-edukazzjoni, investiment għall-enerġija nadifa, infrastruttura ġdida, l-industriji jirpiljaw b’mod partikolari s-settur tat-turiżmu fejn assistejna għal figuri rekord sena wara sena fil-wasliet tatturisti u fl-infiq turistiku.
Nazzjonalista, kien jammonta għal 7,350 persuna. F’Ġunju li għadda dan l-ammont naqas għal 3,441 persuna, li jfisser 53.2% inqas minn dak reġistrat fl-aħħar tal-leġiżlatura ta’ Gvern preċedenti. X’ma jħossux ferħan il-Prim Ministru! U miegħu ferħana aħna lkoll – ilPoplu Malti u Għawdxi kollu.
Frott il-ħidma serja
Mhux ta’ b’xejn li fl-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru sibna li 55% tal-poplu Malti u Għawdxi jafdaw lil dan ilGvern u 80% tal-poplu huma kuntenti bis-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż. Dawn irriżultati jikkuntrastaw bil-kbir ma’ dawk fl-Unjoni Ewropea fejn kienu biss 27% taċċittadini li qalu li jafdaw lillGvern, bi 68% iddikjaraw li le. Dan ir-riżultat il-Gvern kisbu minkejja l-maltemp kollu u l-kritika u l-ħidma distruttiva u negattiva tal-Oppożizzjoni tul dawn l-aħħar xhur. Niftakru li fl-istess stħarriġ li sar fl-2012, kien biss 34% tal-poplu li stqarr li kellu fiduċja fil-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien. Imma, għax ix-xitan m’għandux ħalib u xorta jagħmel il-ġbejniet, oħroġ ilgħaġeb wara dawn iċ-ċertifikati sbieħ u sodisfaċenti li ngħata pajjiżna f ’dawn l-aħħar ġranet, xorta toħroġ l-Oppożizzjoni tgħid li, pereżempju, fil-qasam tax-xogħol dan il-Gvern m’għandux biex jiftaħar. Wara li tant qalu li ma tistax traħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u ma tistax tgħolli l-pensjonijiet, ħarġu jgħidulna li l-Gvern ma raħħashomx biżżejjed u jmissu żied il-pensjonijiet b’rata akbar. Ehhhh! Mur ifhimhom.
Dan ma ġarax b’kumbinazzjoni u żgur mhux grazzi għallGvern preċedenti. Il-PN kien jiddikjara li dan qatt ma jista’ jseħħ għax kieku huma kienu jagħmluh. Dawn ir-riżultati u l-ġid huma frott tal-ħidma serja u ambizzjuża ta’ dan ilGvern fejn dak li fassal qed iwettqu b’reqqa u bi pjan. Dan kollu qed isir mingħajr miżura waħda li hi waħda ta’ awsterità, anzi ftaħna l-bibien għallinvestiment, tnaqqsu t-taxxi u ntefgħu aktar flus fil-bwiet talpoplu. U fadal xi jsir. Meta l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jrid jagħmel lil Malta l-aqwa fl-Ewropa, kien hemm min ipprova jgħaddih biż-żmien. Imma min ipprova jdaħħak dak iż-żmien issa jrid iżomm ħalqu magħluq. Filfatt, ħriġna l-aqwa fl-Ewropa fix-xogħol u fir-rata tal-qgħad. Il-PN fil-gvern kien jiftaħar li ħoloq 20,000 impjieg f ’ħames snin. Il-PL fil-gvern ħoloq l-istess ammont ta’ impjiegi fi tliet snin biss. Il-PN fil-gvern ħalla lill-pajjiż b’rata ta’ qgħad ta’ 6.3%, fejn kien ikun hawn żieda ta’ erba’ persuni ġodda jfittxu x-xogħol kull jumejn. F’Marzu tal-2013 l-ammont ta’ persuni qiegħda, wirt Gvern
Poplu li jafda fil-Gvern
RINGRAZZJAMENT
Sur Editur, Minn qalbi nrodd ħajr lill-Mission Fund għall-għotja ġeneruża ta’ €4000 biex bihom ngħinu familji foqra fil-periferiji ta’ Tirana u fi nħawi oħra tad-djoċesi. Dawn, fil-parti l-kbira, huma familji li ġew minn irħula fuq il-muntanji, u li jduru lejna biex ngħinuhom, inkluż b’għajnuna medika (biex jixtru mediċini jew jagħmlu operazzjonijiet) u edukattiva (speċjalment f ’dan iż-żmien tas-sena, biex jixtru l-kotba u jħallsu l-miżata). Nieħu din l-okkażjoni biex nappella lill-qarrejja biex jgħinu l-Mission Fund fil-ħidma siewja tagħha, billi jibgħatu bolol użati jew donazzjonijiet. Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru bl-internet jew direttament bi trasferiment bankarju f ’wieħed minn dawn il-kontijiet bankarji: 061 197 448 050 (HSBC); 163 007 980 19 (BOV); 200 008 207 62 (APS); jew 000 879 631 01 (BANIF). Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku www.missionfund.org.mt GORG FRENDO OP, ISQOF TA’ TIRANA, L-ALBANIJA
TA’ BARRA
kullhadd.com
07|08|2016 15
AKTAR PROBLEMI GĦAL TRUMP LIAM GAUCI liam@kullhadd.com Kontroversja li nqalgħet il-ġimgħa li għaddiet tista’ tagħmel ħsara serja lill-kampanja presidenzjali ta’ Donald Trump li jidher li qiegħed isib ruħu mdawwar b’aktar u aktar avversarji hu u riesaq lejn l-elezzjoni ta’ Novembru li ġej. Fil-fatt, din il-kontroversja qiegħda ssir tant kbira li saħansitra ħolqot firdiet fi ħdan il-Partit Repubblikan li jistgħu jibqgħu jinħassu lil hinn mill-elezzjoni nnifisha. Personaġġ kontroversjali Li Donald Trump huwa figura kontroversjali mhijiex xi ħaġa ġdida. Meta beda l-kampanja tiegħu diversi xhur ilu huwa mill-ewwel kien ikkritikat għall-mod kif jitkellem hekk kif kemm-il darba għamel kummenti li mhux biss iweġġgħu lin-nies personalment, imma juru wkoll diżrispett lejn kulturi. Kummenti ta’ din ix-xorta ħolqu dibattitu dwar id-differenza bejn li tkun politikament skorrett u li tkun intolleranti. Fid-dinja tal-lum hemm bosta li jgħidu li l-applikazzjoni tal-korrettezza politika, jiġifieri li titkellem b’mod kawt ħafna biex ma toffendi lil ħadd, saret tant estrema li qiegħda tkun ta’ theddida għad-dritt tal-espressjoni. Għaldaqstant, kien hemm min qal li Trump għamel tajjeb li mar kontra l-kurrent u beda jgħid dak li jħoss. Madankollu, aktar ma għad-
diet il-kampanja dawn l-attakki fuq il-persuni u l-kulturi dejjem żdiedu. B’hekk f ’xi okkażjonijiet smajnieh jirrefera għall-immigranti irregolari Messikani bħala kriminali talagħar xorta u jwiegħed li se jibni ħajt biex iżommhom barra mill-Istati Uniti b’mod li jagħti idea li pajjiżu qiegħed f ’xi tip ta’ gwerra kontra dawn in-nies. F’okkażjonijiet oħrajn huwa sostna li kien lest jieħu passi diretti kontra persuni li jħaddnu l-fidi Iżlamika, fost l-oħrajn billi jżommhom milli jidħlu fl-Istati Uniti, anke jekk l-individwi inkwistjoni ma jkunux wettqu reati. Appell imqanqal Attakk riċenti li Trump għamel kien fuq il-koppja Khizr u Ghazala Khan, li telgħu fuq il-palk waqt il-Konvenzjoni Demokratika tal-ġimgħa li għaddiet biex jaqsmu l-istorja tat-tifel tagħhom, il-Kaptan Humayun Khan, li miet fl-Iraq fl-2004 waqt il-qadi ta’ dmirijietu fl-armata Amerikana. Fid-diskors tiegħu, Khizr fost l-oħrajn sostna li Trump kellu bżonn jaqra sew il-Kostituzzjoni Amerikana qabel ma jagħmel kummenti bħal dawk li għamel kontra persuni ta’ fidi jew etniċitajiet differenti. Huwa ħeġġeġ lill-kandidat presidenzjali Repubblikan biex iżur Arlington Cemetery, fejn huma midfunin is-suldati Amerikani li tilfu ħajjithom fil-konflitti li seħħew mill-Gwerra Ċivili tal-Istati Uniti ’l hawn, biex jara kemm id-diversità qatt ma żammet lin-
nies milli jagħmlu sagrifiċċji estremi għal pajjiżhom. Id-diskors imqanqal ta’ Khizr kellu effett b’saħħtu fuq id-dibattitu hekk kif ħareġ aspett uman li kien kemxejn assenti mid-dibattitu politiku fl-aħħar xhur. Fil-fatt, dan il-messaġġ kien tant b’saħħtu li din il-koppja Musulmana rċeviet tifħir kbir anke minn figuri ewlenin tal-kamp Repubblikan li esprimew l-ammirazzjoni tagħhom għad-dedikazzjoni li l-familja Khan uriet lejn l-Istati Uniti. Għal darb’oħra, però, l-eċċezzjoni kien Trump li f ’intervista li ta ftit wara dan id-diskors għamel kummenti li fl-aħħar jidhru li xebbgħu anke lir-Repubblikani li kienu ilhom jaqbżu għalih. Dan hekk kif il-kandidat presidenzjali Repubblikan sostna li d-diskors li għamel Khizr ma kienx spontanju, imma ppreparat mill-Partit Demokratiku. Barra minn hekk, huwa implika li l-mara tiegħu Ghazala ma tkellmitx mill-podju għax Khizr ma ħallihiex minħabba raġunijiet kulturali. Dan qalu minkejja l-fatt li hija kienet spjegat li ma riditx titkellem dakinhar għax temozzjona ruħha ħafna meta jissemma t-tifel tagħha. ‘The straw that broke the camel’s back’ Dawn il-kummenti dispreġġattivi fil-konfront tal-familja ta’ dan il-martri Amerikan kienu dak li l-Ingliżi jgħidulha ‘The straw that broke the camel’s back’. Fil-fatt, bosta figuri prominenti tal-Partit Repubblikan
li kienu xettiċi fil-konfront ta’ Trump fl-aħħar iddeċidew li jesprimu l-kritika tagħhom b’mod aktar dirett minn qabel. Fost dawn kien hemm l-Ispeaker tal-Kungress Paul Ryan li f ’Ġunju li għadda kien ta l-appoġġ tiegħu lil Trump minkejja li esprima xi riservi fil-konfront tal-prinċipji li jħaddan. Madankollu, Ryan kien wieħed minn dawk li ma damx wisq biex jikkritika l-kummenti ta’ Trump hekk kif sostna li l-familjari ta’ suldati Amerikani li taw ħajjithom għal pajjiżhom għandhom jiġu ttrattati b’rispett u onorati għas-sagrifiċċju tagħhom. Barra minn hekk, huwa sostna li l-appoġġ li ta għall-kandidatura ta’ Trump mhix mingħajr kundizzjonijiet. Filfatt, l-aktar waħda importanti fost dawn hija li huwa jżomm mal-valuri tal-Partit Repubblikan. Huwa sostna wkoll li kien allarmanti għalih il-fatt li lanqas il-Konvenzjoni Repubblikana ta’ ġimagħtejn ilu ma rnexxielha tgħaqqad lill-partit wara Trump. Madankollu, Ryan għamel dawn l-affermazzjonijiet mingħajr ma qatt esprima l-intenzjoni tiegħu li jirtira l-appoġġ tiegħu għal Trump f ’dan l-istadju. Differenti kienet is-sitwazzjoni fil-każ ta’ figuri prominenti oħra fi ħdan il-Partit Repubblikan li sostnew li se jastienu mill-vot ta’ Novembru jew anke saħansitra se jivvutaw għad-Demokratiċi. Forsi aktar allarmanti minn hekk għar-Repubblikan huwa l-fatt li ma’ dawn tal-aħħar ingħaqdu wkoll individwi li
fil-passat kienu jagħtu miljuni kbar f ’fondi lil dan il-partit. Fost dawn kien hemm Meg Whitman, eżekuttiv fi ħdan il-kumpanija Hewlett Packard, li saħansitra ddeskriviet lil Trump bħala theddida għad-demokrazija. Għaldaqstant, hija mhux biss ħabbret li se tagħti donazzjoni sostanzjali lill-kampanja ta’ Hillary Clinton, imma se taħdem biex donaturi Repubblikani jagħmlu l-istess. Ir-riħ jerġa’ jdur Dikjarazzjonijiet bħal dawn jidhru li ħolqu sens ta’ paniku fi ħdan it-tmexxija Repubblikana. B’mod partikolari minnaħa taċ-Chairman tal-Konvenzjoni Repubblikana Reince Priebus li fl-aħħar ġimgħat għamel sforzi kbar biex jikseb l-appoġġ għal Trump minnaħa ta’ membri xettiċi ta’ dan il-partit bħal Ryan. Madankollu, il-konfronti li l-kandidat Repubblikan qiegħed ikollu ma’ dawn ix-xettiċi qegħdin jagħmlu l-ħajja ta’ Priebus aktar u aktar diffiċli. Barra minn hekk, stħarriġ pubbliku li sar fl-aħħar jiem wera li l-momentu reġa’ dar kontra Trump wara l-kummenti li għamel fil-konfront tal-familja Khan. Is-saħħa ta’ din il-bidla fil-ħsieb tal-votanti tvarja minn sħarriġ għal ieħor, però ġeneralment turi vantaġġ għal Clinton ta’ bejn 5% u 9%. Għaldaqstant, il-mistoqsija naturali hija: dan ix-xenarju se jkun biżżejjed biex il-Partit Repubblikan jirtira l-kandidatura ta’ Trump, jew issa tard wisq? Iż-żmien jagħtina parir.
16 07|08|2016
1
kullhadd.com
TA’ BARRA
MINN MADWA
ID-DESTIN TA’ ROUSSEFF FIX-XIFER
2 Din il-ġimgħa kumitat tal-impeachment tas-Senat ivvota biex ilPresident Brażiljana Dilma Rousseff, li bħalissa tinsab sospiża, titressaq quddiem il-Qorti Kriminali talli kisret ir-regoli talbaġit. Din se tkun id-daqqa mortali għal Rousseff hekk kif issa qed titwitta t-triq biex titneħħa minn President ta’ dan il-pajjiż. Dan il-kumitat, li kien magħmul minn 21 persuna, ivvota b’maġġoranza kbira favur li Rousseff titressaq il-Qorti, wara li allegatament bagħbset fil-kontijiet tal-Gvern biex tippermetti aktar infiq mill-pubbliku, fi żmien fejn l-elezzjoni tal-2014 kienet wara l-bieb. Dan kollu mistenni jwassal għat-tmiem tat-tmexxija xellugija fil-Brażil wara 13-il sena fil-poter. Nhar it-Tlieta li ġej is-Senat se jerġa’ jivvota biex ikunu kkofermati l-akkużi kontra Roussef u b’hekk jinbeda l-proċess quddiem il-Qorti li għandu jintemm bil-verdett finali fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.
2
1
THEDDED BILMAGĦMUL GĦAS-SESS
3 Franca Asemota ta’ 38 sena, traffikanta kbira tan-nisa, ingħatat sentenza ta’ 22 sena ħabs wara li nstabet ħatja ta’ theddid bilmagħmul fuq madwar 40 mara. Din il-persuna kienet tgħid lil dawn in-nies li kienet se tagħmel magħmul fuqhom biex tikkontrollahom u b’konsegwenza ta’ hekk kienu jiġu sfurzati li jaħdmu fil-kummerċ tas-sess. Fost akkużi oħrajn, instabet ħatja fuq sfruttament sesswali, traffikar ta’ persuni minn barra r-Renju Unit għal sfrutttament sesswali, u għax kienet tgħin fi traffikar illegali. Bl-għan li tqarraq, Asemota kellha fil-mira tagħha tfajliet foqra, li ġejjin minn ambjenti rurali u li ma kinux jafu x’toffri d-dinja, fejn kienet twegħedhom ħajja aħjar fl-Ewropa.
SIGURTÀ ‘UNIKA’ GĦALL-PAPA Din il-ġimgħa, il-Papa Franġisku għamel żjara fil-post tal-ordni Franġiskana, dak ta’ Assisi, fejn kien imdawwar b’sigurtà strettisima li qatt ma rajna bħalha qabel fuq żjarat tal-Papa, u dan fid-dawl tal-attakki terroristiċi li qed iseħħu madwar l-Ewropa. Dan iż-żjara fiċ-ċentru tal-Italja seħħet jum biss wara li l-pulizija Taljana ħabbret li żiedet is-sigurtà madwar il-Vatikan, kif ukoll madwar siti oħrajn reliġjużi f ’Ruma. Mhux magħruf jekk dawn il-passi ttiħdux wara l-qtil li kien hemm il-ġimgħa l-oħra ta’ qassis Kattoliku fi Franza minn segwaċi tal-Istat Iżlamiku. Minkejja kollox, kelliem għall-Vatikan qal li din l-istituzzjoni mhijiex konxja ta’ xi theddid speċifiku lejn il-mexxej tal-Knisja Kattolika.
TA’ BARRA
kullhadd.com
AR ID-DINJA 6
TURISTI B’WAĦDA
07|08|2016 17
JGĦODDUHA
2 3 4
6
Militanti tat-Taliban attakkaw konvoj tat-turisti fil-Punent talAfganistan, liema attakk ħalla sitt persuni midruba kif ukoll lis-sewwieq tiegħu, li wkoll inzerta mill-Afganistan. Skont uffiċjali Afgani, dan l-attakk seħħ waqt li grupp ta’ madwar 12-il turist kien qed jiġi skortat mill-armata tal-istess pajjiż lejn il-belt ta’ Herat. Fost in-nazzjonalitajiet differenti tal-vittmi kien hemm tmien turisti mir-Renju Unit, tlieta oħra mill-Istati Uniti, u persuna oħra Ġermaniża. Allegatament, dawn kollha sofrew feriti ħfief u kienu qed jiġu ttrattati fi sptar fil-viċin. Din ma kinitx l-ewwel darba li triq arterjali f ’dan il-pajjiż kienet f ’mira ta’ din ix-xorta fejn, apparti attakki simili, spiss ikun irrappurtat li sar xi ħtif tal-persuni.
5
5
4
IL-ĦMAR MA JWAĦĦALX F’DENBU
JGĦIDU LI QATLUH MINN FUQ FACEBOOK
L-armata Eġizzjana qed issostni li qatlet lil Abu Duaa al-Ansari, persuna li qed tkun identifikata bħala l-mexxej tal-ISIS filfergħa ta’ Sinai fl-Eġittu, wara sensiela ta’ attakki mill-ajru ħdejn il-villaġġ ta’ Arish. Hija ħabbret dan fuq il-paġna soċjali tagħha Facebook, fejn intqal ukoll li dawn l-attakki mill-ajru qatlu wkoll xejn inqas minn 45 ġellied ieħor tal-ISIS, kif ukoll qerdu numru kbir ta’ armamenti militari li bdew jintużaw f ’dan il-grupp f ’din il-parti tal-Eġittu. Din hija daqqa ta’ ħarta oħra għall-ISIS hekk kif kulma jmur qed ikompli jitlef aktar persuni u territorju mhux biss fis-Sirja u fl-Iraq b’attaki mill-ajru mill-Amerikani u r-Russi, imma issa wkoll fl-Eġittu.
Investigazzjoni mmexxija minn koalizzjoni mill-Arabja Sawdija ġġustifikat is-sensiela ta’ attakki ħarxa li l-istess pajjiż tal-Arabja Sawdija wettaq fuq numru ta’ swieq, kliniki u saħansitra f ’tieġ fil-pajjiż tal-Jemen. Ir-raġuni li ngħatat għal dawn l-attakki kienet li dawn seħħew għax kien hemm persuni tal-militar tal-Jemen għassa ma’ dawn il-postijiet imsemmija. Din l-investiazzjoni ttrattat tmien attakki millajru li allegatament ħallew mijiet mejta fl-ewwel nofs tas-sena l-oħra. Ironikament, minn dawn ir-riżultati ħareġ li attakk wieħed minn tmienja kien meqjus bħala ‘żball’ minħabba li allegatament l-intelligence unit tal-Arabja Sawdija m’għamilx xogħlu sew. Wara li din l-investigazzjoni saret pubblika, il-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija u li bħalissa qiegħda fi gwerra mal-moviment dominanti fil-Jemen bl-isem ta’ Houthi, sostniet li tinsab kommessa li tevita li jkun hemm qtil ta’ nies ċivili.
18 07|08|2016
kullhadd.com
MILL-ISTORJA
L-GĦASSIESA TAL-PAPA
Wieħed irid ikollu bejn 19 u 30 sena; ta’ fidi Kattolika; twil tal-inqas ħames piedi u tmien pulzieri; diġà għamel servizz militari; mhux miżżewweġ, għalkemm ladarba jagħlaq 25 sena jista’ jieħu s-sagrament tażżwieġ u jibni familja; imma fuq kollox irid ikun ċittadin Żvizzeru sabiex jingaġġa fil-Pontificia Cohors Helvetica jew, kif nafuha aħjar, il-Gwardja Żvizzera – l-iżgħar armata tal-iżgħar stat li tħares il-persuna tal-Papa u l-Vatikan. Fl-1503, il-Konklavi reġa’ tlaqqa’ wara 26 jum biss millħatra ta’ Papa Piju III; kien marid u malajr miet. Il-Kardinal Giuliano Della Rovere qassam ġid u wiegħed proprjetà lillmembri tal-Konklavi biex sa flaħħar ġie elett bħala Papa Ġulju II. Iktar minn kull ħaġa oħra, l-għażla papali kienet tkun waħda politika. Ried iwettaq proġetti kbar Ġulju II kien papa progressiv bi proġetti kbar li ried iwettaq tul il-pontifikat tiegħu. Ħatar lill-perit ta’ fama kbira Donato Bramante biex fassal u ta bidu għall-Bażilika ta’ San Pietru li hemm illum. Ġulju II kien iħobb l-arti u, fost l-artisti kbar ta’ żmienu, għażel lil Michelangelo biex ipittirlu l-Kappella Sistina u liż-żagħżugħ Raffaello li pitter erba’ swali fil-Vatikan li baqgħu jissejħu Le Stanze di Raffaello. Iżda l-akbar ambizzjoni ta’ Papa Ġulju II kienet li jġib lura l-artijiet tal-Istat tal-Papa li ġew okkupati mid-Doċe ta’ Venezja. It-territorji ta’ Romagna flimkien ma’ Perugia u Bologna rnexxielu jirbaħhom lura wara għadd ta’ battalji mdemmija li
MILL-ISTORJA
Kitba ta’
MARY
CHETCUTI ħafna minnhom mexxiehom hu daqslikieku ġeneral; mhux ta’ xejn ġie mlaqqam ‘Papa Gwerrier’ u saħansitra ‘Papa tatTwerwir’! Fl-1505, Papa Ġulju II talab lill-Konfederazzjoni tal-Istati Żvizzeri biex jipprovdulu armata ta’ merċenarji biex jgħassuh lejl u nhar; kellu għedewwa wara kull kantuniera imma lill-Iżvizzeri, alleati ta’ Franza bħalu, seta’ jafdahom għax kien jafhom sew minn meta kien Isqof ta’ Lausanne. L-Iżvizzera minn dejjem kellha l-aqwa suldati li, mingħajr l-użu ta’ kavallerija u ftit li xejn artillerija, kienu kapaċi jġibu fixxejn kwalunkwe armata oħra għax kellhom tattiki tal-ġlied li ħadd ma kien jgħaddihom fihom filwaqt li kienu affidabbli u leali; kienu jinkrew bħala merċenarji u b’ħilet hekk solvew il-problema ta’ qgħad kbir li kellhom u saħħew l-ekonomija Żvizzera. F’Settembru, kontinġent ta’ 150 merċenarju taħt il-kmand ta’ Kaspar von Silenen, telaq għal għonq it-triq, qasam l-Alpi u fit22 ta’ Jannar 1506 daħlu Ruma u tbierku minn Papa Ġulju II kif waslu fi Pjazza San Pietru – dan il-jum baqa’ jinżamm bħala d-data fundatriċi tal-Gwardja Żvizzera. Papa Ġulju II kompla jżejjinhom bit-titlu ta’ difensuri tal-libertà tal-Knisja; liema titlu onoraw u ddefendew bit-tixrid ta’ demmhom meta, fl-għodwa tas-6 ta’ Mejju 1527, it-truppi ta’ Karlu V, Imperatur tal-Ewropa, minn jeddhom attakkaw Ruma u daħlu għall-Papa Klement VII. L-għassiesa tal-Papa, immexxija mill-Kmandant Kaspar Roist, iġġieldu sal-mewt lis-suldati Franċiżi.
Minn 189 Gwardjan Żvizzeru salvaw 42 biss li, flimkien malKaptan Hercules Goldi, ħarrbu lil Klement VII minn passaġġ sigriet (passetto) li mill-Vatikan jagħti għal Kastell Sant’Anġlu. Baqgħu moħbijin fil-kastell għal tmint ijiem sħaħ sakemm ikkwitat il-qiegħa feroċi talinvażuri. L-attakk fuq Ruma sewa l-ħajjiet ta’ eluf ta’ ċittadini Rumani u suldati oħrajn. Id-data tas-6 ta’ Mejju baqgħet tinżamm bħala l-jum li fih isiru l-ħatriet ta’gwardjani ġodda.
Meta rat hekk, il-kotra Taljana għolliet leħinha u saru protesti kbar biex il-Gvern jieħu Ruma f ’idejh. Ir-Re Taljan Vittorio Emanuele II bagħat ittra lil Piju IX biex dan tal-aħħar iċedi Ruma lit-Taljani; il-Papa rrifjuta u fl-20 ta’ Settembru 1870 reġa’ nxtered id-demm biex suldati Taljani ħatfu l-belt minn taħt idejn l-awtorità tal-Vatikan. Minn dakinhar ’il quddiem il-Gwardja Żvizzera baqgħet waħedha biex tipproteġi l-proprjetà limitata talPapa.
Twieldet l-Italja tal-lum
Stat sovran u indipendenti
Fl-1861 seħħet l-għaqda tal-istati Taljani kollha u twieldet l-Italja tal-lum. Ruma ġiet iddikjarata l-kapitali tar-Renju Taljan; madankollu, il-gvern ġdid ma setax jieħu postu f ’din il-belt għax baqgħet mgħassa mittruppi ta’ Napuljun III ta’ Franza, alleat u difensur ta’ Papa Piju IX. Meta fl-1870 faqqgħet il-gwerra Franko-Prussa, Napuljun III kien kostrett jirtira t-truppi tiegħu minn Ruma u, għaldaqstant, spiċċat il-protezzjoni Franċiża.
Din il-kwistjoni Rumana ssolviet fl-1929 meta ġie ffirmat konkordat bejn il-Vatikan u l-Istat Taljan, dak iż-żmien immexxi mill-faxxista Benito Mussolini, fejn il-Papa Piju XII ċeda kwalunkwe poter li seta’ kien baqagħlu fuq Ruma filwaqt li l-Gvern Taljan għaraf il-Vatikan bħala stat sovran u indipendenti mill-kumplament tal-Italja. Meta l-Italja rritornat għad-demokrazija u fl-1948 saret repubblika, kompliet tirrikonoxxi
dan il-ftehim. Fiż-żminijiet moderni, minn mindu l-papiet bdew joħorġu mill-Vatikan biex jivvjaġġaw u jwasslu l-kelma t’Alla flibgħad postijiet, l-għassiesa Żvizzeri sabu ma’ wiċċhom għadu ġdid li huwa t-terroriżmu internazzjonali. Papa Pawlu VI ħelisha ħafif darbtejn minn attentat fuq ħajtu, grazzi għallgwardjani tiegħu: darbu f ’Hong Kong u darb’oħra fil-Filippini. L-effiċjenza tat-tim Żvizzeru kienet kruċjali meta Papa Ġwanni Pawlu II intlaqat minn tiri sparati lejh mit-terrorist u kriminal magħruf Mehmet Ali Agca nhar it-13 ta’ Mejju 1981, huwa u jsellem lill-folol kbar li soltu jinġabru fi Pjazza San Pietru. It-taħriġ intensiv talgwardjani u l-koperazzjoni malpulizija Taljana għenu biex ġiet salvata l-ħajja tal-Papa. Jgħidu li l-paga ta’ Gwardjan Żvizzeru hija baxxa għarresponsabbiltà li jġorr; madankollu, minn fost il-ħafna li jippruvaw, huma tassew ftit iżżgħażagħ li jirnexxilhom jidħlu għal din il-vokazzjoni prestiġjuża.
TISTA’ TISSEJJAĦ AUTOCYCLE?
Fil-problema ta’ traffiku u nuqqas ta’ parkeġġ li nsibu f ’numru ta’ bliet u rħula Ewropej, bla dubju l-aħjar għażla għal dan kollu hija karozza żgħira. Din il-vettura, imlaqqma autocylce, tista’ tkun issoluzzjoni għal karozza żgħira, ekonomika, iżda żgur mhux bi prezz kompetittiv. Paul Elio, ilbniedem li vvinta din il-karozza li s’issa għadha mingħajr isem uffiċjali, jgħid direttament li din mhix karozza għal kwalunkwe xerrej. Elio beda il-kumpanija tiegħu fl-2009. Hija vettura three-wheeler b’bieba waħda li tesa’ żewġ passiġġieri wara xulxin, bħalma jkunu u rikbin fuq mutur. Il-ħsieb tad-disintajur u fundatur tal-kumpanija tiegħu stess huwa li jikkompeti ma’ ditti stabbiliti.
Din l-autocylce, qed tingħata l-isem mhux uffiċjali ta’ 900cc Elio. Hija tista’ tinstaq mingħajr liċenzja ta’ mutur f ’41 pajjiż differenti. Tiżen biss 540kg. Il-magna gasoline SOHC, bi tliet ċilindrati u blokka tal-aluminju hija mibnija minn Elio stess. Din għandha saħħa ta’ 55 horsepower b’5-speed aisin bi trażmissjoni manwali jew awtomatika. Elio huwa fiduċjuż iżżejjed fil-prodott li ħoloq fejn tidħol sigurtà. Barra minn hekk, din tiġi mgħammra bi traction control, stability control, ABS u tliet airbags. Huwa maħsub li din se tiswa $6,800 u tinkludi stereo, cruise control u arja kkundizzjonata. Huma mifhum li diġà hemm 56,000 ordni minn qabel.
ROBORACING
“GĦADU KMIENI WISQ BIEX INFASSLU PJAN B”
Wara l-vot li ttieħed aktar minn xahar ilu fl-Ingilterra, fejn il-maġġoranza vvutat biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, isCEO ta’ BMW fi Frankfurt qal li għadu kmieni wisq biex jinbidel il-ħsieb talproduzzjoni għar-Renju Unit. S’issa, fi ftit aktar minn xahar, ma ġie nnutat l-ebda tibdil filbejgħ. Mistoqsi jekk BMW għandhiex pjanijiet li tbiddel l-impronta tal-manifattura wara l-vot Brexit, is-CEO ta’ BMW Harald Krueger
SE TKUN IRKANTATA F’MONTEREY Waħda mill-aqwa karozzi ta’ qabel il-gwerra fuq disinn ta’ Gabriel u Monsieur Voisin se tkun irkantata f ’Monterey. L-Avions Voisin C28 Aérosport hija meqjusa bħala waħda fost l-aħjar ta’ dak iżżmien – il-Countach ta’ dak iż-żmien. Partikolari ħafna f ’din il-karozza huwa l-body tal-aluminju, it-tliet wipers u ċ-chopped roofline. Mibnija fuq magna b’saħħa ta’ 102 horsepower, 3.3 liter sleeve-valve bi trażmissjoni ta’ erba’ gearijiet b’overdrive, kollox mibni fuq chassis kon-
Ir-riskju li jseħħ aċċident tas-sewqan fi trakka tal-karozzi huwa ferm ikbar b’konsegwenzi agħar minn inċident fi triq komuni. Dan għax il-karozzi jkunu qed jinstaqu b’veloċità ferm ikbar. Fit-teknoloġija li kulma jmur qed tiżviluppa u qed naraw numru ta’ esperimenti fejn jidħlu karozzi li jinstaqu mingħajr xufier. Din it-teknoloġija bdiet tiġi studjata wkoll biex tkun żviluppata fuq karozzi tat-tlielaq. Infatti, f ’Ottubru li ġej, il-Formula E, serje
ta’ tlielaq ta’ karozzi elettriċi, se torganizza roborace – kompetizzjoni bejn karozzi bla xufier. Tinstema’ stramba mhux ħażin imma, f ’dan il-każ, il-kompetituri se jkunu xjentisti tal-kompjuter. Se jkun hemm għaxar timijiet li kollha jkollhom żewġ karozzi identiċi. Din in-novità qed tiġi mqabbla ma’ tlielaq ta’ slot cars (magħrufa bħala scaletric) imma mingħajr slot u controllers u f ’qies reali. Ilmotto li qed jintuża għal dawn it-tlielaq huwa ‘May the best code win”.
qal: “Għadu kmieni wisq biex infasslu Pjan B; irridu nistennew il-negozjati li jridu jinħolqu fiż-żmien li ġej.” Ta’ min wieħed ifakkar li BMW Group għandu d-ditti Brittaniċi, Mini u Rolls-Royce. Minkejja li r-Renju Unit ivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, għad m’hemmx ħsieb li jħallu l-blokk kummerċjali. Ladarba jitlaq kompletament, ikun hemm bżonn li jerġgħu jinnegozzjaw jekk jistax iżomm l-aċċess mingħajr tariffi għas-swieq tal-UE.
venzjonali u bi stick axles f ’kull tarf. Din hija waħda minn żewġ mudelli li baqgħu jeżistu mill-għaxra li nħadmu. Probabbilment, din intużat fil-vetrina ta’ Pariġi sakemm inbiegħet u baqgħet tinstaq regolarment sat-Tieni Gwerra Dinjija fejn il-body oriġinali tagħha ġie assedjat mill-bombi tal-istess gwerra. Il-body preżenti, b’erba’ bibien possibbilment minn Hispiano-Suza, kien iffittjat fuqha minn Carroserie Charles Duval.
20 07|08|2016
kullhadd.com
KAROZZI
TOYOTA MIRAI BL-UNURI MILL-EWWEL!
Minkejja li s-suq għall-karozzi bil-hydrogen fuel cell għadu fil-bidu tiegħu, il-mudell Toyota Mirai mill-ewwel beda bl-unuri wara li rnexxielu jirbaħ premju għall-karozzi hybrid u elettriċi fir-rivista AutoVolt ta’ din is-sena. Dan il-mudell beda jinbiegħ is-sena l-oħra meta kien hemm it-tnedija tiegħu mad-dinja kollha. Huwa frott ta’ għoxrin sena riċerka u żvilupp mit-Toyota fuq il-hydrogen-fuelled powertrain. Bissaħħa ta’ hekk dan il-mudell huwa armat bl-ewwel production fuel cell saloon fid-dinja. Minkejja li din it-teknoloġija ġdida ma tniġġisx, fl-istess ħin toffri prestazzjoni tal-ġenn u hija ddisinjata għal tal-apposta biex tkun prattika u s-sewwieqa jħossuhom komdi jsuquha. Il-fundatur u l-editur tar-rivista AutoVolt, Jonathan Musk, sostna li l-Mirai hija l-ewwel karozza tat-Toyota bil-hydrogen fuel cell u li hija disponibbli fis-suq. “Fil-fatt, minħabba s-suċċess li qed tagħmel, bħal donnu qisha karozza li t-Toyota ilha timmanifattura bħalha għal ħafna żmien.” Żied jgħid li l-ġurati rrikonoxxew bil-kbir l-ambizzjoni tat-Toyota li bħala ditta rnexxielha toħloq il-Mirai, karozza li qiegħda fis-suq, u talli ħolqu mudell ta’ karozza talogħla livell. Fuq il-kwalitajiet tal-Mirai, Musk sostna li dawn għandhom “jikkonfermaw li huma persważivi” u dan billi tinħoloq l-infrastruttura meħtieġa tal-hydrogen biex b’hekk din tkun tista’ sservi ta’ appoġġ għall-manifattura b’mod ġenerali biex il-karozza tkompli tinxtara aktar mill-konsumatur u tilħaq aktar nies. Għal aktar informazzjoni fuq it-Toyota u l-prodotti l-oħrajn tagħha, żur ix-showroom tat-Toyota fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, jew żur il-paġna soċjali Facebook bl-isem Toyota Malta, jew ċempel 2269 4000.
KAROZZI
kullhadd.com
07|08|2016 21
L-2020 U L-2025 KRUĊJALI GĦALL-AUDI
Skont rapport li deher fuq gazzetta partikolari Ġermaniża, id-ditta famuża tal-karozzi Audi qed timmira li jkollha tliet mudelli ta’ karozzi elettriċi sal-2020 u li sal-2025 madwar 25% tal-bejgħ talistess kumpanija jkun ġej minn dan it-tip ta’ karozzi. Il-Kap tal-Audi Rupert Stadler qal lil gazzetta ta’ kuljum Heilbronner Stimme li dawn il-miri se jkunu jinkludu wkoll karozzi żgħar fl-A-segment. Il-portal internazzjonali tar-Reuters irrapporta wkoll li l-istrateġija tal-Audi fejn jidħlu l-karozzi elettriċi hija parti minn strateġija aktar wiesgħa ta’ strutturar mill-qiegħ u dan fid-dawl tal-iskandlu tad-diżil li laqat lill-VW Group aktar kmieni s-sena
l-oħra. Bħala bidla fid-direzzjoni, il-VW Group se jkun qed jiffoka aktar ir-riżorsi tiegħu fuq karozzi elettriċi, servizzi diġitali u sewqan aktar awtonomu. L-Audi qed tippjana wkoll li twaqqaf kumpanija sussidjarja bl-isem ta’ SDS Company biex din tkun tista’ tiżviluppa karozza awtonoma. “Dan se jkun mudell b’karozza robot tant li jista’ jkun li lanqas ikun hemm bżonn ir-rota tal-isteering u lanqas il-pedali, għalhekk se tkun ideali għattraffiku fiż-żoni urbani,” sostna Stadler. Qal ukoll li l-Audi għadha qed tfittex li jkollha sħubija ma’ msieħba oħrajn li jkunu jistgħu jgħinuha fejn jidħlu t-teknoloġiji avvanzati. Stadler żied jgħid li b’dan
il-proġett ta’ ħolqien ta’ vetturi elettriċi, sewqan awtonomu u servizzi diġitali, Audi se tkun qed tfittex ukoll li tnaqqas il-kumplessità f ’partijiet oħrajn talmudelli. “Tkellimna dwar x’jista’ jiġri jekk inneħħu l-verżjoni two-door tal-A3. Jien naħseb li ma tantx nitilfu klijenti u għalhekk ikun aħjar li ninvestu l-flus f ’mudelli ġodda u f ’derivattivi oħrajn,” qal Stadler. Intant, il-VW Group ħareġ bi strateġija għat-tul matul ixxahar li għadda, inkluż iċ-ċaqliqa lejn elettrifikazzjoni akbar. Din il-kumpanija qalet li l-pjani tagħha huma li jkollha 30 e-vehicle ġdida sal-2025, fost id-ditti kollha tal-VW Group.
KALEJDOSKOPJU
22 07|08|2016
kullhadd.com
Fatti miġbura minn
CHARLES B.
SPITERI
ĠRAW BĦAL-LUM
1802: Napuljun jerġa’ jdaħħal l-iskjavitù f ’San Domingue, Haiti. 1814: Il-Papa Piju VII jerġa’ jistabbilixxi mill-ġdid is soċjetà tal-Ġiżwiti. 1820: Miżrugħa l-ewwel patata fil-Hawaii. 1914: Ir-Russja tinvadi l-Prussja tal-Lvant. 1933: Il-Gvern Iraqi joqtol aktar minn 3,000 persuna mill-Assirja fil-villaġġ ta’ Simele. Il-ġurnata tibqa’ magħrufa bħala l-Jum tal-Martri Assirjani. 1937: Il-pesta tan-nemel itir f ’Londra, li sa waqqfu tornew tat-tenis. Imziezel ta’ dawn l-insetti jinvadu l-kċejjen u jiffurmaw mal-bibien ta’ barra. L-awtoritajiet isostnu li dan hu l-agħar attakk ta’ pestilenza fi kwart ta’ seklu. 1938: L-Olokawst: jibda l-bini tal-kamp tal- konċentrament f ’Mauthausen. 1940: Churchill jibqa’ jagħraf lill-Gvern Franċiż ta’ De Gaulle minkejja l-eżilju. 1944: L-IBM toħroġ l-ewwel kalkulatur bi programm kontrollat, l-Automatic Sequence Controlled Calculator (magħruf aħjar bħala l-Harvard Mark I). 1945: Il-kwartieri Imperjali Ġappuniżi jistqarru li kienu ntefgħu xi bombi ġodda li kkawżaw ħsara konsiderevoli. L-Istati Uniti tikkonferma li kienet bomba waħda u qerdet 60% tal-belt ta’ Hiroshima kif ukoll kważi kull oġġett ħaj, umani u annimali. Dawn inħarqu mis-sħana u l-pressjoni tremenda tal-isplużjoni. 1947: Ir-raft ta’ Thor Heyerdahl, magħmula mill-injam balsa, bl-isem ta’ Kon-Tiki u b’sitta min-nies fuqha,titfarrak ma’ sikka fil-Gżejjer Tuamotu, wara vjaġġ ta’ 101 jum, li fihom għamlet 4,300 metru fl-Oċean Paċifiku, fi sforz biex ikun ippruvat li n-nies preistoriċi jafu vvjaġġaw mill-Amerika t’Isfel. 1954: Charles Mahoney isir l-ewwel iswed Amerikan li jservi bħala delegat tan-Nazzjonijiet Magħquda fuq bażi full-time. 1955: It-Tokyo Telecommunications Engineering, il prekursur ta’ Sony, jibda jbigħ l-ewwel transistor radio fil-Ġappun. 1957: Għal 20 sena, il-koppja Laurel u Hardy ffurmaw tim formidabbli għall-kummiedji li taw f ’aktar minn 200 filmat. Illum tħabbret il-mewt ta’ Oliver Hardy, fl-età ta’ 65 sena. Hu miet fid-dar tal-kunjata tiegħu, fin-naħa ta’ fuq ta’ Hollywood. Kien ilu pparalizzat mit-12 ta’ Settembru li għadda. L-attakk ta’ qalb li tah ma ppermettilux jitkellem aktar. Kien meqjus bħala ljunfant fuq saqajn irqaq. 1959: Explorer 6 jittrażmetti fuq it-televiżjoni l-ewwel ritratt tad-Dinja mill-ispazju. 1960: Il-Kosta tal-Ivorju tieħu l-indipendenza minn Franza. 1963: Jacqueline Kennedy ssir l-ewwel First Lady li twelled lil binha Patrick. 1964: It-Turkija tibda l-attakki mill-ajru fuq il-Griegi Ċiprijotti. 1970: Isir l-ewwel tornew taċ-ċess bil-kompjuter. 1970: L-Imħallef Harold Haley jittieħed bħala ostaġġ fis- sala tal-qorti tiegħu stess f ’California u jinqatel bit- tama li jinħeles George Jackson mill-kustodja tal- pulizija. 1974: Philippe Petit jimxi fuq il-ħabel bejn it-Twin owers, f ’għoli ta’417-il metru. 1981: Il-Washington Star twaqqaf il-ħidma tagħha wara 128 sena ta’ pubblikazzjoni. 1985: Takao Doi, Mamoru Mohri u Chiaki Mukai, jingħażlu bħala l-ewwel astronawti Ġappuniżi. 1994: L-ewwel link bit-telefown bejn Iżrael u l-Ġordan. 1999: Il-Brigata Internazzjonali Iżlamika fiċ-Ċeċnea, tinvadi lill-ġara tagħha d-Dagestan. 2013: F’ibbumbardjar f ’suq f ’Karachi, il-Pakistan, jinqatlu ħdax-il persuna.
KURŻITAJIET
REPLIKA TAL-ARKA TA’ NOE GĦALL-WIRI FL-ISTATI UNITI Numru mdaqqas ta’ Nsara li jemmnu sew fil-Bibbja dan l-aħħar qatgħu ż-żigarella biex inawguraw binja ta’ 155 metru – l-Arka ta’ Noe, li ġiet tiswa aktar minn €90 miljun. L-arka, li tinsab fin-naħa rurali ta’ Kentucky, madwar 20 mil min-naħa t’isfel ta’ Cincinnati, kienet ikkritikata mill-evoluzzjonisti għax sostnew li hi detrimentali għall-edukazzjoni xjentifika. Iżda l-Awstraljan Ken Ham, president ta’ Answers in Genesis, il-ministeru li bena l-arka, qal li hu jemmen li l-arka se tkun sors Nisrani mill-aqwa f ’din l-era ta’ storja.
Il-ħsieb għall-bini talarka jmur lura għall-2010 u l-għeruq tagħha huma bbażati fuq it-twiddiba li Alla ta lil Mosè li d-dinja kienet se tintlaqat minn għargħar qawwi. Barra minn hekk, kellha sservi bħala xhieda li l-istejjer fil-Bibbja huma veritiera. Waqt l-inawgurazzjoni li saret fil-5 ta’ Lulju, Ham qal li hu stmat li, fl-ewwel sena, il-viżitaturi huma mistennija jammontaw għal aktar minn żewġ miljuni. Il-grupp qal li l-arka nbniet fuq il-qisien li jinsabu filBibbja. Fiha hemm mużew
bl-esibiti; il-familja ta’ Noe kif ukoll numru kbir ta’ gaġeġ b’replika tal-annimali, fosthom dinosawri. Għall-bini tal-arka kien hemm oppożizzjoni qawwija mill-atei, li deher għalihom Bill Nye, li hu avukat tax-xjenza u personalità televiżiva, li permezz ta’ dan il-medium iddiskuta ma’ Ham fuq l-evoluzzjoni u ġibed udjenza qawwija ferm. Iżda, aktar tard, Nye nnifsu ammetta li ma kienx irrealizza li l-udjenza li ġibed aktar tqanqlet biex tersaq lejn ilBibbja u biex tasal iżżur din l-arka.
149 SENA TA’ ŻEWĠ FLOWER GIRLS Ġeneralment l-għarajjes iqabbdu bħala flower girls lil tfajliet mill-familja li l-età tagħhom tkun taħt l-età ta’ għaxar snin u ħadd ma tiġih f ’moħħu li l-istess xogħol jagħtih lin-nanniet nisa tagħhom. Iżda Maggie u Josh Wakefield, li żżewġu fil-11 ta’ Ġunju li għadda, hekk għamlu: qiegħdu lin-nanniet tagħhom bħala flower girls. Bejniethom, in-
nanniet għandhom 149 sena. Fiż-żwieġ li sar f ’Gap, f ’Pensylvania, Joyce, ta’ 75 sena u nanna ta’ Maggie u Drue, ta’ 74 u nanna ta’ Josh, imxew tul il-korsija lebsin ilbies griż pariġġ u jżommu qoffina bil-ward. Missier Maggie miet fl-2013 wara ġlieda mitlufa mal-kankru u, għalhekk, nannuha Ronald, ir-raġel ta’ Joyce, tellagħha minfloku.
Maggie stqarret li, li kieku missierha kien għadu ħaj, żgur kien jieħu gost jara lil ommu tieħu parti hekk importanti fittieġ ta’ bintu. U biex iżżommu fil-memorja tagħha, Maggie libset locket bix-xbieha tiegħu mal-bukkett tal-fjuri tagħha. Meta xi ġurnalisti tkellmu man-nanniet, dawn qalu li baqgħu mistagħġba kif l-għarajjes għażlu lilhom, u aċċettaw it-talba bil-ferħa.
MADWARNA
kullhadd.com
07|08|2016 23
SAN LAWRENZ, WIEĦED MILL-EWWEL QADDISIN KBAR TAL-KNISJA Din is-sena qegħdin niċċelebraw il-Ġublew tal-Ħniena mniedi mill-Papa Franġisku. Fil-bolla talindizzjoni tal-Ġublew hu jgħidilna: “Hi xewqa kbira tiegħi li l-poplu Nisrani matul il-Ġublew jirrifletti fuq l-opri tal-ħniena korporali u spiritwali. Dan ikun mod kif nerġgħu nqajmu l-kuxjenza tagħna spiss rieqda quddiem it-traġedja talfaqar u biex nidħlu dejjem iżjed filqalba tal-Vanġelu, fejn il-foqra huma l-ipprivileġġjati tal-ħniena divina. Il-predikazzjoni ta’ Ġesù tqegħdilna quddiem għajnejna dawn l-opri talħniena biex nistgħu nifhmu jekk aħniex ngħixu jew le bħala dixxipli tiegħu. Niskopru mill-ġdid l-opri tal-ħniena korporali: nitimgħu lil min hu bil-ġuħ, nisqu lil min hu bilgħatx, inlibbsu lil min hu għarwien, nilqgħu lil min hu bla dar, inżuru lill-marid, inżuru lill-ħabsi, nidfnu lill-mejtin. U ma ninsewx l-opri talħniena spiritwali: nagħtu parir tajjeb lill-ħosbien, ngħallmu lil min ma jafx, inwiddbu lill-midneb, infarrġu lillimnikket, naħfru l-ħtijiet, nistabru b’min idejjaqna, nitolbu ’l Alla għallħajjin u għall-mejtin.” Żgur li wieħed mil-qaddisin antiki tal-Knisja, li nistgħu ngħidu li l-kult tiegħu hu mifrux mal-Knisja kollha, huwa bla dubju ta’ xejn San Lawrenz, meqjus bħala bniedem li dejjem ħabb il-foqra u għen il-batuti.
Min kien San Lawrenz? It-tradizzjoni tgħidlina li San Lawrenz twieled fi Huesca li hija belt fir-reġjun ta’ Aragona fi Spanja, fis-sena ċ. 225. Il-ġenituri tiegħu kien jismihom Orenzju u Pazienza, skont dak li nafu. Huwa mar jiltaqa’ mal-futur Papa Sistu II, li kien ta’ oriġini Griega. Dan kien wieħed mill-għalliema l-aktar famużi u stmati ħafna f ’Żaragoża tal-lum. Ġara li San Lawrenz mar mal-Papa Sistu Ruma u, meta l-Papa Sistu fis-sena 257 sar Papa, huwa ordnah djaknu u ħatru fost l-ewwel seba’ djakni li
kellha l-Knisja. Lil San Lawrenz bosta drabi jsejħulu ‘Arċidjaknu ta’ Ruma’ minħabba l-pożizzjoni ta’ fiduċja kbira li kellu li jieħu ħsieb l-għana tal-Knisja u li jgħin lill-foqra billi jagħtihom l-karità. San Ciprijanu, Isqof ta’ Kartaġni, imur jinnota li l-awtoritajiet Rumani kienu għamlu normi skont liema kategorija ta’ Nsara kellhom jiġu ddenunzjati biex jittiħdilhom u jikkonfiskawlhom il-ġid li kellhom. Fil-bidu ta’ Awwissu tas-sena 258, l-imperatur Valerjanu ħareġ editt fejn l-isqfijiet, is-saċerdoti u d-djakni
kellhom jittieħdu għall-mewt. Il-Papa Sistu II kien maqbud fis-6 ta’ Awwissu 258 waqt li kien qed jiċċelebra l-liturġija mqaddsa fiċ-ċimiterju ta San Kalistu. Wara l-mewt tal-Papa Sistu II, ilprefett ta’ Ruma talab lil San Lawrenz biex jeħodlu t-teżori kollha tal-Knisja u, min San Ambroġ, nafu li kien tah tlett ijiem ċans biex jiġbor flimkien it-teżori kollha. Wara tlett ijiem, San Lawrenz mar għand il-prefett ta’ Ruma u, minflok ħa t-teżori tal-Knisja, huwa ħadlu nies li kellhom bżonnijiet speċjali bħall-foqra, il-batuti u l-għomja, għax San Lawrenz kien jemmen li dawn huma l-veru teżori tal-Knisja. Wara dan l-att il-prefett ordna biex jagħtu martirju kiefer lil San Lawrenz, li seħħ fl-10 ta’ Awwissu tal-258. Bosta huma l-qaddisin li tkellmu dwar San Lawrenz, fosthom l-għaref Santu Wistin. Illum il-ġurnata għaddejjin ukoll miż-żmien bħal ta’ San Lawrenz fejn bosta Nsara qed ixerrdu demmhom. Ftit ilu fi Franza nqatel is-saċerdot Jacques Hamel waqt li kien qed jiċċelebra l-quddiesa. Naraw li l-istorja dejjem tirrepeti ruħha. Nitolbu lil San Lawrenz, li tant hu meqjum fil-parroċċa tal-Birgu kif ukoll filparroċċa ta’ San Lawrenz f ’Għawdex, biex jidħol għall-Knisja u jagħtina l-grazzja li bħalu jkollna mħabba lejn in-nies batuti u mwarrba mis-soċjetà kif ukoll li ma nibżgħux inkunu xhieda ta’ Kristu ukoll jekk ikollna nbatu.
NUMRU TA’ ELEMENTI ĠODDA LEJLET IL-FESTA TAL-IMQABBA, MAT-TORRI TAD-DAWL L-GĦAXAR ANNIVERSARJU MIR-REBĦ ASSOLUT TAL-EWWEL FESTIVAL INTERNAZZJONALI TAL-LOGĦOB TAN-NAR TAL-AJRU MILL-GĦAQDA TAN-NAR SANTA MARIJA TAL-IMQABBA
Il-wirja tal-logħob tan-nar lejlet il-festa tal-Imqabba din is-sena se tkompli tiżviluppa fuq diversi fronti u tibni fuq l-innovazzjonijiet li kienu introdotti fiha fl-aħħar snin biex tfakkar l-għaxar anniversarju mindu l-Għaqda tanNar Santa Marija rebħet l-unuri bħala l-aħjar spettaklu sinkronizzat malmużika, l-aħjar koreografija, l-aktar oriġinali, kif ukoll l-overall winner flewwel Festival Internazzjonali ta’ Malta fl-2006. It-torri tad-dawl Sitt snin ilu, lejlet Santa Marija, l-ispettaklu pirotekniku sinkronizzat mal-mużika kellu żvilupp importanti meta, mal-logħob tan-nar, ġie integrat torri tad-dawl li minn fuqu nħaraq nar b’mod kreattiv li kkumplimenta
l-logħob tan-nar l-ieħor li kien qed ikun sparat mill-art, u l-mużika li magħha kien sinkronizzat. Fl-2013, l-Għaqda tan-Nar Santa Marija tal-Imqabba stabbilixxiet rekord nazzjonali, verifikat minn The Malta Records tal-akbar wirja ta’ logħob tan-nar fuq skala vertikali. Din is-sena membri tal-Għaqda tan- Nar qegħdin jaħdmu sabiex jaqbżu dan ir-rekord, li waqqfu huma stess, proprju fil-ħarqa ta’ lejlet il-festa. Dan għax din l-istruttura tal-ħadid se tkun għolja 54 metru u għalhekk se tkun l-ogħla struttura li qatt inħaraq in-nar minn magħha. Elementi innovattivi u għalkollox ġodda Barra minn dan, il-wirja ewlenija tallogħob tan-nar lejlet Santa Marija fl-
Imqabba se tinkludi numru kbir ta’ elementi li l-Għaqda tan-Nar kienet il-pijuniera fihom, fosthom il-funtana tan-nar u elementi oħra ġodda u innovattivi li se jikkumplimentaw ilħarqa ta’ lejlet il-festa fl-Imqabba. Sejrin jintużaw aktar minn 10,000 ignitor, li hu mezz teknoloġiku sabiex jiġi maħruq in-nar, biex iqabbdu x-xogħol kollu li hemm ippreparat għal nhar l-14 ta’ Awwissu. Il-wirja se tinkludi wkoll ħafna elementi uniċi ta’ logħob tan-nar, bħal kliem li jifforma permezz tal-logħob tan-nar, disinji u forom diversi fl-ajru, u blalen li l-kulur tagħhom jinbidel bil-mod minflok f ’daqqa; kollha sinkronizzati mal-mużika b’żewġ sistemi kompjuterizzati, PyroDigit u FireOne. Se jkun hemm ukoll, kif jixraq, il-murtali tradizzjonali tal-beraq
pront u tal-kulur u kaxxi infernali fi gran finale qabel wirja ta’ logħob tan-nar tal-art li tibda mill-pjazza tal-parroċċa tal-Imqabba. Ħidma u dedikazzjoni li wasslu għal rebħ nazzjonali u dinji L-Għaqda tan-Nar Santa Marija tal-Imqabba mit-twaqqif tagħha introduċiet ħafna innovazzjonijiet fillogħob tan-nar li fl-aħħar snin wasslu biex rebħet il-Premju tal-Artiġġjanat Malti fl-2014, il-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art fl-2010, rebħet l-ewwel Kampjonat Malti u Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Ajru fil-Port il-Kbir fl-2006, u rebħet ukoll il-Kampjonat Dinji talLogħob tan-Nar, magħruf bħala Caput Lucis, f ’Ruma fl-2007.
24 07|08|2016
kullhadd.com
MADWARNA
JINTLAĦAQ IL-QOFOL TA’ TLIET ĊENTINARJI Kitba ta’ ALFRED GRIXTI
Illum il-Ħadd, 7 ta’ Awwissu 2016 jintlaħaq il-qofol ta’ tliet ċentinarji li qed jiġu ċċelebrati fil-parroċċa Matriċi Prinċipali u Insinji Bażilika Minuri talMadonna tal-Portu Salvu u San Duminku fil-Belt Valletta. Fid-9.15am ikun hemm ilquddiesa pontifikali solenni kkonċelebrata mill-Arċisqof Metropolitan ta’ Malta, l-E.T. Mons Charles Jude Scicluna, megħjun mill-Arċisqof Emeritu l-E.T. Mons Patri Pawl Cremona OP, u l-Amministratur Appostoliku tal-Arċidjoċesi ta’ Tirana-Durres fl-Albanija, l-E.T. Mons Patri Ġorġ Frendo OP. Il-kongregazzjoni f ’dan il-pontifikal sollenni se tkun immexxija mill-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca u żewġha s-Sur Edgar Preca, u l-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti l-Onor. Anġlu Farrugia LLD., MP. Fis-7.30pm toħroġ ilpurċissjoni bl-istatwa artistika u devota ta’ San Duminku bis-sehem tal-Kapitlu talKolleġġjata ta’ Marija Bambina tax-Xagħra Għawdex u delegazzjoni tal-komuintà Karmelitana tal-Belt flimkien mal-komunità Dumnikana talBelt Valletta. Id-Dumnikani parti integrali mill-istorja tal-Belt Valletta Il-Patrijiet Dumnikani ġew ilBelt mill-Birgu wara l-Assedju l-Kbir tal-1565. Fil-fatt, l-ewwel ġebla tal-knisja oriġinali tqiegħdet fid-19 ta’ April 1571, imma r-rabta tad-Dumnikani mal-Belt bdiet qabel hekk kif il-Papa Dumnikan ta’ dak iżżmien, San PIJU V, ta 30,000 fjorin tal-fidda lill-Gran Mastru Jean de Valette biex jibda l-proġett tal-bini tal-belt il-ġdida li kellha wkoll iġġib ismu. Minbarra hekk, il-Papa Dumnikan bagħat lill-inġinier militari pontifiċju, Francesco Lapparelli, biex ifassal u jidderieġi l-bini tal-Belt. Kien f ’dan l-isfond, meta Malta kienet bla isqof (sede vacante) li l-Papa San Piju V laqa’ t-talba li saritlu mill-patrijiet ħutu Dumnikani Maltin biex il-knisja tagħhom fil-Belt tiġi ddikjarata bħala parroċċa. Dan sar fit-2 ta’ Lulju 1571 meta, permess tal-Motu Proprio Ex Debito Pastoralis Officii, il-Papa San Piju V ddikjara li l-knisja ta’ Sidtna Marija talPortu Salvu kienet qed tkun dikjarata mhux biss parroċċa imma “il-parroċċa matriċi prinċipali tal-belt il-ġdida kollha
isqfijiet: l-Isqof Angelo Portelli, il-Vigarju Ġenerali li kkalma s-sitwazzjoni wara l-irvellijiet as-Sette Giugno 1919 biex ma jinxteridx aktar demm; u l-Arċisqof Emeritu Mons Patri Pawl Cremona. Insibu wkoll akkademiċi prominenti bħal Patri Rużar Agius li waqqaf Studium Generale, lill-Professur Patri Serfin Zarb li kien Biblista u Dekan talFakultà tat-Teoloġija, u lil Patri Charles Tabone li attwalment jgħallem is-soċjoloġija flUniversità ta’ Malta. Magħhom insemmu lil Patri Pawl Gatt li kien provinċjal, u lil Patri Vince Micallef li ħadem fil-missjoni fil-Brażil u anke kien provinċjal hemm ukoll.
kemm hi”. Tul dawn l-450 sena, ilPatrijiet Dumnikani baqgħu qrib il-poplu tal-Belt. Qdew ilmissjoni mibdija 800 sena ilu, dik ta’ ‘Laudare, Benedicere u Predicare’. Amministraw issagramenti sew fil-bnazzi u sew fil-maltemp. Insibu li fl-1661, waqt li l-kappillan kien ġej lura mill-Vjatku, kellu jistkenn taħt il-bieb tal-ġenb tal-palazz hekk kif għamlet xita qawwija għal għarrieda. Meta sar jaf b’dan, ilGran Mastru Rafael Cottoner bagħat il-paġġi tiegħu jwasslu lill-kappillan lura l-knisja fissuġġetta personali tiegħu. Wara, il-Gran Mastru rregala dan issuġġett b’mod permanenti lill-patrijiet u, fil-fatt, għadha tinżamm sal-lum fl-Oratorju tas-Sagrament. Id-Dumnikani kienu qrib ilpoplu tal-Belt waqt il-ħakma Franċiża. Bħall-bqija tal-poplu batew mill-ħruxija u t-terrur tal-ħakkiema barranin. Fil-fatt, fis-6 ta’ Settembru 1798, Fra Dumink Falzon ġie ffuċilat fuq suspett li kien parti millkumplott tal-patrijotti Maltin li riedu jqumu kontra l-Franċiżi. Bħala riżultat ta’ dan, il-bqija tal-patrijiet l-ewwel kienu miżmuma arrestati fil-Forti Sant’Iermu bejn is-16 ta’ Jannar u t-30 ta’ Settembru 1799, u wara miżmuma arrestati filkunvent tagħhom stess sa tmiem il-ħakma Franċiża. Kien waqt din il-ħakma Franċiża wkoll li d-Dumnikani kellhom iwaqqfu t-tagħlim talfilosofija, t-teoloġija u l-ilsna orjentali fi Studium Generale li kien twaqqaf fil-kunvent tagħhom fl-1729. It-twaqqif ta’ din l-università kien jinkwadra mal-politika ġenerali talKavallieri ta’ dak iż-żmien li riedu li jagħmlu minn Malta ċentru ta’ tagħlim u b’hekk kienu jinġiebu l-aqwa għalliema minn Franza u l-Italja biex jgħallmu fi Studium Generale
tad-Dumnikani tal-Belt li kiseb ukoll id-dritt li jagħti l-lawriji, inkluż id-Dottorat fit-Teoloġija. Għajr għaż-żmien tal-pesta tal1813, Studium Generale baqa’ jiffunzjona sal-865 meta ġie trasferit fil-kunvent tar-Rabat.
f ’dan l-istil u maż-żmien itterminu ħa wkoll tifsira ta’ titlu u sa fl-aħħar, fis-27 ta’ Ġunju 1783, it-titlu Bażilika Minuri ngħata lill-knisja Agostinjana ta’ San Nikola ta’ Tolentino filBelt tal-istess isem fl-Italja.
Bini ta’ knisja ġdida u Wara din l-ewwel knisja bażilika li ngħatat dan it-titlu kien hemm sitt knejjes oħra li ġew Intant, fil-25 ta’ Novembru iddikjarati bażiliċi minuri mill1804 l-Isqof ta’ Malta Fra Papa Piju VII. Dawn il-knejjes Ferdinando Mattei bierek u kienu: qiegħed l-ewwel ġebla tal-knisja 1. Il-katidral ta’ San l-ġdida peress li dik oriġinali, Kelment I f ’Velletri, l-Italja (2 mibnija bejn l-1571 u l-1597 fuq ta’ Marzu1804); disinn tal-Perit Girolmu Cassar, 2. Il-konkatidral ta’ San kien sofriet ħafna ħsara matul Flaviano, f ’Recanati, l-Italja (17 iż-żmien u kellha tingħalaq. ta’ Awwissu 1804); Il-bini tal-knisja l-ġdida kellu 3. Il-katidral ta’ Notre jieqaf għal 10 xhur, bejn Marzu Dame ta’ Pariġi, Franza (27 ta’ 1813 u Mejju 1814, minħabba Frar 1805); l-imxija tal-pesta li laqtet lil 4. I l - p a r r o ċ ċ a Malta, partikolarment lill-Belt konventwali tal-Lunzjata Valletta. Minkejja dan, bħalma f ’Firenze, l-Italja (24 ta’ Jannar kienu għamlu mindu bdew il- 1806); missjoni tagħhom fil-Belt, il- 5. Il-katidral tal-Assunta, Patrijiet Dumnikani baqgħu f ’Foggia, l-Italja (23 ta’ jassistu lin-nies tal-Belt b’mod Settmebru 1806); u spiritwali u materjali minkejja 6. Is-santwarju ta’ Santa li dan kien ta’ periklu kbir Maria de la Pena, fi Graus, għal ħajjithom. Fil-fatt, il-Viċi Spanja (1810). Kappillan Patri Nikol Trapani miet vittma tal-pesta. Il-knisja matriċi prinċipali ta’ Kienet din l-imġiba erojka li Santa Marija tal-Porto Salvo u wasslet biex fil-25 ta’ Marzu San Duminku hija, għalhekk, 1816 il-Papa Benedittin Piju it-8 waħda fid-dinja u barra VII ta t-titlu ta’ Bażilika Minuri Ruma li ngħatat dan it-titlu. Fislill-knisja tad-Dumnikani 17 ta’ Jannar 1817, l-istess Papa tal-Belt permezz tal-Brevi Piju VII, permess tal-‘Bolla Explorata Proximorum Eos qui in vineam Domini’ Dilectio. It-terminu ‘bażilika’ ta lill-patrijiet tal-komunità kien ilu jintuża minn żmien Dumnikana tal-Belt Valletta l-Imperatur Kostantinu li fis- l-privileġġ rari u singulari sena 319 W. K. bena knisja li jilbsu l-abitu korali għallkbira fuq l-għolja tal-Vatikan funzjonijiet reliġjużi, liema fil-post fejn jinsab il-qabar abitu kien jikkonsisti f ’rukkett ta’ San Pietru. Din il-knisja (spellizza) u muzzetta sewda kienet fl-istil arkitettoniku ta’ mberfla bl-abjad. ‘basilikos’, jew ‘sala irjali’, li hija Ta’ min isemmi wkoll li matul binja twila rettangolari b’abside dawn l-450 sena ta’ presenza fit-tarf tagħha bis-saqaf fuq tad-Dumnikani fil-Belt kien il-kolonni u mdawla bi twieqi hemm xejn anqas minn 82 ’l fuq minnhom. Il-knejjes ta’ raġel li ssieħbu f ’dan l-Ordni. Ruma li ġew wara kollha nbnew Ewlenin fosthom insibu żewġ
Restawr u riġenerazzjoni Din is-sena, allura, taħbat il-200 sena minn mindu l-knisja ta’ San Dumniku tal-Belt ngħatat it-titlu ta’ Bażilika. Għal din l-okkażjoni sar umbrellun ġdid biex jieħu post dak ta’ qablu li kien iddeterjora ħafna. Bħal ta’ qablu dan l-umbrellun, fuq disinn tas-Sur Silvio Pace, ukoll sar l-Italja permezz tal-aġent Malti s-Sur Ivan Scerri, biddifferenza li nġieb żmuntat u tgħaqqad fil-post mis-Sinjuri Sharon u Alfred Bonnici. Dan l-umbrellun ġdid ġie inawgurat waqt ċerimonja pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons Charles J. Scicluna nhar ItTlieta 31 ta’ Mejju 2016 – jum il-festa liturġika tal-Porto Salvo. Fi tmiem din iċ-ċerimonja, Mons Scicluna kixef ukoll irħama kommemorattiva biex titfakkar din il-ġrajja. Fl-istess okkażjoni nkixfu wkoll l-erba’ lunetti tal-koppla maġġuri, liema affreski ta’ Giuseppe Calì jirrappreżentaw l-erba’ dutturi Dumnikani San Tumas t’Akwino, San Albert il-Kbir, Sant’Antonin Pierozzi u San Rajmond ta’ Penafort. Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Awwissu, kien inawgurat ukoll il-proġett ta’ restawr tal-faċċata talknisja. Dan ir-restawr sar midditta Re-Coop wara li nħarġet sejħa għall-offerti permezz ta’ għajnuna finanzjarja millGvern. Ta’ min isemmi wkoll li sar restawr tal-koppla ewlenija tal-knisja mid-Dipartiment tar-Restawr fuq deċiżjoni talMinistru Josè Herrera meta kien responsabbli għall-kultura u li tkompliet twettqet missuċċessur tiegħu l-Ministru Owen Bonnici. B’hekk, il-knisja Dumnikana tal-Belt hija wkoll fiċ-ċentru tal-proġett a’ riġenerazzjoni talBelt Valletta hekk kif din qed titħejja biex tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018.
OPINJONI
kullhadd.com
Fr Mario Attard OFM Cap
Aspett ieħor li Papa Franġisku saħaq fuqu huwa l-importanza li l-ġenituri jqattgħu ħin ma’ wliedhom
QALB FAMILJARI Qalb Papa Franġisku hija, mingħajr dubju, familjari. Qalb li tħabbat mal- u għallfamilja. Dan l-aħħar iltqajt ma’ diskors li l-Papa għamel nhar it-Tnejn 21 ta’ Diċembru tassena li għaddiet lill-ħaddiema li jaħdmu mas-Santa Sede u mal-Belt-Stat tal-Vatikan. Dan id-diskors fih erba’ battuti li tassew iġegħluk taħseb. Fih ftit pariri li tassew jinżlu għasel mal-familji tagħna l-Maltin. Il-Papa ħeġġeġ lill-ħaddiema biex jieħdu ħsieb aktar lillfamilji tagħhom. Qalilhom: “Inħeġġiġkom biex tieħdu ħsieb iż-żwieġ tagħkom u l-uliedkom.” Saħqilhom: “Ħudu ħsiebhom u twarrbuhomx. Ilagħbu ma’ wliedkom.” Franġisku mbagħad għadda biex qabbel iż-żwieġ ma’ pjanta. “Iż-żwieġ huwa bħall-pjanta. Mhuwiex bħall-komodina li wieħed ipoġġi fil-kamra. U jkun biżżejjed li wieħed, xi minn daqqiet, ifarfarha. Ilpjanta hija ħajja; wieħed jieħu ħsiebha kuljum; wieħed jara kif inhi sejra, isaqqiha u l-bqija. Iż-żwieġ huwa realtà ħajja. Ilħajja tal-koppja m’għandha qatt tittieħed ta’ kaf kaf flebda fażi tal-ħajja tal-familja.” Imbagħad, il-Papa ssokta juża l-metafora tal-pjanta biex biha fisser l-għaqda fiżżwieġ tal-ġenituri. “Niftakru li l-aktar rigal prezzjuż għattfal mhuwiex l-affarijiet imma l-imħabba tal-ġenituri. U b’hekk m’iniex qed infisser biss l-imħabba tal-ġenituri għallulied imma, fil-fatt, l-imħabba tal-ġenituri bejniethom, jiġifieri r-relazzjoni miżżewġa tagħhom. Din tagħmel lilkom u wkoll lil uliedkom, tant tajjeb! Tittraskurawx il-familja! Għalhekk, qabel kollox, ħudu ħsieb il-‘pjanta’ taż-żwieġ, li huma intom il-miżżewġin.” Aspett ieħor li Papa Franġisku saħaq fuqu huwa l-importanza li l-ġenituri jqattgħu ħin ma’ wliedhom. Issokta jgħid ilPapa: “U, fl-istess ħin, ħudu ħsieb tar-relazzjoni tagħkom ma’ wliedkom. Anke hawnhekk iffukaw aktar fuq ir-relazzjoni umana aktar milli l-affarijiet. Tkellmu ma’ wliedkom. Isimgħuhom. Staqsuhom dwar kif jaħsubha. Dan id-djalogu bejn il-ġenituri u l-ulied jagħmel tant tajjeb! Jgħin littfal jikbru fil-maturità.” Waqt dan il-kliem tant ħelu, fejqani u mimli għerf, ilPapa ħeġġeġ lill-miżżewġin biex jieħdu ħsieb lin-nanniet. “Niffukaw fuq il-ħniena, fuq ir-relazzjonijiet ta’ kuljum, bejn ir-raġel u l-mara, bejn il-ġenituri u l-ulied, bejn l-aħwa subien u bniet. U aħna nieħdu ħsieb in-nanniet.” Papa Franġisku ssokta jfisser dwar l-importanza li lin-nanniet tagħna nieħdu ħsiebhom. “In-nanniet huma tant importanti fil-familja. Innanniet għandhom memorja; għandhom l-għerf. Tħallux lin-
nanniet f ’ġenb wieħed! Huma importanti ħafna.” Biex isaħħaħ il-punt tiegħu, Franġisku qasam ma’ dawk preżenti esperjenza personali ta’ x’għallmitu omm żagħżugħa. “Mara żagħżugħa kienet qed tgħidli li hi għandha tifel ta’ seba’ snin u li nannitha, li daħlet fid-disgħinijiet, tgħix magħha. Imma mhijiex daqshekk tajba f ’saħħitha. Tawha parir li tpoġġiha f ’dar tal-mistrieħ. U din il-mara żagħżugħa għaqlija, li ma studjatx fl-università, wieġbet lil dak li taha l-parir biex tpoġġi lin-nannitha f ’dar tal-mistrieħ: ‘Le! Nixtieq li ibni jgħix ma’ nanntu!’ Għarfet ittajjeb li n-nanniet jagħmlu linneputijiet.” Fl-aħħar nett, il-Papa
indirizza l-problema tat-tilwim fi ħdan il-familja. “Ħudu ħsieb il-paċi fil-familja: ilkoll nafu li hemm it-tilwim fil-familja. Fejn m’hemmx tilwim fi żwieġ jidher li mhux normali. Dak li hu importanti hu li ma ttemmux il-jum qabel tagħmlu paċi. Jeżiżtu aħwa li ma jkollhomx xi jgħidu? Imma huma dejjem jagħmlu paċi. U intom, ġenituri, meta wliedkom ikollhom xi jgħidu, qabel ma jmorru fi friexhom, għidulhom: ‘Agħmlu paċi. Ħudu b’idejn xulxin. Agħtu bewsa lil xulxin.’ Jinħtieġ li wieħed jitgħallem dan l-għerf li jagħmel paċi. Għamiltu gwerra lil xulxin matul ilġurnata? Għadha sħuna l-gwerra tagħkom? Tħalluhiex
07|08|2016 25
issir kiesħa għax ‘il-gwerra kiesħa’ tal-jum ta’ wara tkun aktar perikoluża mill-‘gwerra sħuna’. Fhimtu? Agħmlu paċi filgħaxija, dejjem!” Dan id-diskors tad-deheb, fis-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena li qegħdin ngħixu bħalissa, jgħallimna li, kif qal il-Papa Franġisku, “il-Mulej iħobb lil min jipprattika l-ħniena fiċċirkustanzi ordinarji”. U mela ejjew bħala koppja naħfru lil xulxin kuljum! Inqattgħu aktar ħin ma’ wliedna! Inżommu linnanniet tagħna jgħixu magħna! Għax x’hemm tassew isbaħ milli nesperjenzaw il-ferħ talħniena, ibda’ mill-familji tagħna stess? Kif għallmitna b’tant għerf, ħlewwa u qawwa l-qalb familjari tal-Papa Franġisku!
26 07|08|2016
kullhadd.com
PERSONALITÀ
KIDS OLYMPICS F’MALTA RAMONA
PORTELLI TINTERVISTA LIL ROBERTO DEBRINCAT
Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com
Ilkoll konxji li ’l uliedna rridu nagħtuhom l-aħjar. Ma jistgħux joqgħodu jilgħabu fuq it-tablet jew jaraw itteleviżjoni biss, imma jeħtieġ li jibqgħu attivi billi jaqraw kotba adattati għalihom, jew tal-anqas iżommu ruħhom attivi b’xi sports. Sfortunatament, it-teknoloġija ħalliet impatt negattiv fuq l-isport, mhux biss f ’pajjiżna, iżda anke f ’pajjiżi oħra. Fi tfulitna konna naraw għexieren ta’ tfal jiġru wara ballun fit-toroq lokali iżda, illum il-ġurnata, rari tara tfal jagħmlu dan. Li hu żgur li t-teknoloġija ħalliet impatt fuq il-mod kif it-tfal iqattgħu l-ħin liberu tagħhom. Dan l-aħħar avviċinani bniedem li huwa l-moħħ wara attività ġdida f ’Malta: Kids Olympics. Qed nirreferi għal Roberto Debrincat. Għandu sitta u tletin sena u joqgħod Ħaż-Żabbar. L-akbar passatemp tiegħu huwa l-futbol fejn, sa April li għadda, kien il-kowċ ta’ B’Buġa St Peters’ fit-Tieni Diviżjoni tal-MFA. Filpassat ikkowċja lil Swieqi United, fejn magħhom rebaħ promozzjoni għatTieni Diviżjoni; Għaxaq FC u Żurrieq FC. Passatempi oħra tiegħu huma l-mużika, speċjalment dik Taljana; issafar u l-qari. Fil-preżent qed isegwi kors ta’ MSc fir-Relazzjonijiet Pubbliċi f ’Manchester Metropolitan University u xahrejn oħra jagħti bidu għal proġett tatteżi. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem li jfittex l-isfida u l-avventura. “Il-monotonija ddejjaqni u, għaldaqstant, dejjem infittex sfidi li jimmotivawni biex nimxi ’l quddiem. Niddeskrivi lili nnifsi bħala bniedem ċajtier, dejjem b’xi ċajta lesta. Jiena wkoll bniedem ambizzjuż,” beda jgħidli. Logħob mal-Olimpjadi parteċipazzjoni għat-tfal
relatat u b’xejn
Roberto jemmen li f ’Malta għandna persentaġġ qawwi ta’ tfal li jipprattikaw xi dixxiplina sportiva iżda, sfortunatament, meta nikkompetu mal-barranin xorta waħda mhux jirnexxilna nagħmlu l-progress li qed jagħmlu pajjiżi oħra. “Bħala ġenitur inħeġġeġ lil binti biex tipprattika xi sport, iżda fl-istess waqt inħoss li f ’pajjiżna l-isport mhuwiex
meqjus bħala karriera u, għaldaqstant, il-ġenituri jispiċċaw jagħtuh il-ġenb lejn l-istudju akkademiku. Fl-aħħar snin ix-xena sportiva lokali kellha żvilupp sostanzjali, speċjalment fejn għandhom x’jaqsmu faċilitajiet sportivi, iżda issa nemmen li wasal iż-żmien li fix-xena sportiva għandna ndaħħlu aktar l-element professjonali,” kompla jgħid. Kif għedt fil-bidu, l-idea ta’ dan l-avveniment kienet tiegħu. Oriġinarjament, kellu l-ħsieb li jorganizza avveniment simili fil-
perjodu li kien qed jiġi organizzat EURO 2016, iżda minħabba limitazzjonijiet ta’ ħin dan il-ħsieb baqa’ ma mmaterjalizzax ruħu. “Għaldaqstant, mexxejt ’il quddiem il-ħsieb li norganizza din l-attività matul il-perjodu li fih ikunu organizzati l-Olimpjadi. Filfatt, dan l-avveniment se jiġi organizzat għall-ewwel darba f ’Bay Street.” L-għan ewlieni wara din l-attività huwa dak li jinħoloq ambjent li fih it-tfal jieħdu pjaċir, fl-istess waqt li joffri spunti edukattivi kemm għattfal kif ukoll għall-ġenituri tagħhom. “Bay Street huwa magħruf mal-pubbliku lokali li joħloq numru ta’ avvenimenti matul is-sena, li joffru animazzjoni u innovazzjoni u, fil-każ talKids Olympics, aħna użajna l-kunċett tal-Olimpjadi biex nippromovu l-importanza tal-isport fost it-tfal, kif ukoll li nagħtu informazzjoni utli lill-ġenituri dwar l-iżvilupp ta’ wliedhom,” sostna Roberto. Ta’ min jgħid li Kids Olympics se jsiru bejn il-5 u l-20 ta’ Awwissu. Fiha se jipparteċipaw nurseries talfutbol u entitajiet oħra talisports. Mistoqsi x’tip ta’ sports se jinkludi fih il-Kids Olympics, Roberto sostna miegħi li huma ppruvaw joħolqu logħob li huwa relatat mal-Olimpjadi, biex b’hekk il-parteċipanti aktar jidħlu fl-ispirtu. “Fost il-logħob li għandna
ppreparat baystreet. għal din l-attività com.mt jew hemm discus, mini basket, iċempel 7949 7797. Ta’ Olympic rings, obstacle course min iżid li din l-attività hija relay, kif ukoll logħob bl- b’xejn. ilma.” Minn aktar informazzjoni li ksibt dwar il-Kids Olympics Insaħħu l-iżvilupp ta’ sirt naf li l-attività se tkun wliedna u l-importanza imqassma fuq tlett ijiem tal-isport kull ġimgħa (ġeneralment l-Erbgħa, il-Ġimgħa u s-Sibt Meta staqsejtu min jista’ (5, 6, 10, 17, 19 u 20 ta’ jipparteċipa u kif wieħed Awwissu). Kull parteċipant jista’ japplika, Roberto jingħata midalja bħala infurmani li t-tfal li tifkira tal-parteċipazzjoni għandhom bejn il-ħames tiegħu. Barra minn hekk, snin u l-għaxar snin huma ikun hemm programmi eliġibbli li jipparteċipaw. edukattivi u taħditiet minn S’issa kellhom rispons tajjeb, rappreżentanti tal-MOC. però jixtieq li aktar tfal u Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora ġenituri jingħaqdu magħhom aktar. “L-għan tagħna huwa għal dan l-avveniment. Kull li kull parteċipant jibqa’ min jixtieq jipparteċipa jista’ jiftakar il-parteċipazzjoni jibgħat email lil events@ tiegħu jew tagħha, għaldaqstant qed niddiskutu ma’ xi kumpaniji li wrew l-interess li jisponsorjaw dan l-avveniment biex kull parteċipant jingħata midalja ta’ tifkira. Fl-istess waqt għandna diskussjoni malKumitat Olimpiku Malti li offrew sessjoni ta’ attivitajiet li taqa’ taħt il-programm talUnjoni Ewropea, Preplay, li huwa programm kontra d-doping. Se jkollna wkoll taħdita mal-ġenituri li se tkun immexxija minn għalliem tal-edukazzjoni fiżika,” infurmani Roberto. Bay Street huwa rinomat għal attivitajiet li jorganizza u, ovvjament, huwa l-għan tagħhom li attività bħal din tibqa’ tiġi organizzata. Fattur importanti huwa l-konkorrenza li jkollhom, li Roberto stqarr li hija pożittiva. Il-messaġġ finali tiegħu kien li jħeġġeġ lill-ġenituri biex, flimkien ma’ wliedhom, jingħaqdu magħhom f ’Bay Street għal dan l-avveniment interessanti u, filwaqt li t-tfal jieħdu pjaċir bil-logħob li għandhom ippreparat għalihom, huma jiddiskutu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar l-iżvilupp ta’ wliedhom u l-importanza tal-isport.
SKEDA
kullhadd.com
103 06.30 ONE News 08.00 Skorfina (R) 09.00 Paperscan 10.05 Multisport (R) 10.40 Sejjaħtli (R) 11.30 Festa San Gejtanu tal-Ħamrun 12.30 ONE News 12.40 Festa San Gejtanu tal-Ħamrun 15.15 Arani Issa (R) 17.30 ONE News 17.35 Hazzzard Daily 17.40 Festa San Gejtanu tal-Ħamrun 19.30 ONE News 20.10 Festa San Gejtanu tal-Ħamrun 23.20 Hazzzard Daily 23.30 ONE News
151 06.00 Rio de Janeiro 2016: Giochi Della 31 Olimpiade 12.00 Rubrica Olimpiadi Rio 2016 13.00 TG 2 Giorno 13.30 Rio de Janeiro 2016: Giochi della 31 Olimpiade 18.00 TG 2 L.I.S. 18.03 Meteo 2 18.05 Rio de Janeiro 2016: Giochi della 31 Olimpiade 20.30 TG 2 21.00 Rio de Janeiro 2016: Giochi della 31 Olimpiade
07|08|2016 27
101 07.00 Aħbarijiet 08.30 Mill-Arkivji 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 X’Joffri l-Kunvent 10.30 Fil-Ġnien ma’ Melo 11.00 Ħadd Għalik 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 14.00 Materjal Promozzjonali 15.00 Simpatiċi 16.00 Aħbarijiet 16.05 Simpatiċi 17.05 Ninvestigaw x’Qed Nieklu 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 Ħallieh Iħabbat 19.30 Mill-Imħażen tal-Festa 20.00 Aħbarijiet 20.45 Film: Jersey Girl 21.50 Aħbarijiet: Punti Ewlenin 21.55 Film: Jersey Girl 23.15 News 23.30 Smack Down WWE
152 08.00 Geo Magazine 08.15 Film: Malta Story 09.50 Joe Petrosino 11.00 Il Treno Piemontese 12.00 TG 3 12.25 Le Ragazze del 46 12.50 Geo Magazine 13.05 Il Grande Freddo 14.00 TG 3 14.40 L’Erba dei Vicini 16.25 Possessione: Eternità 17.50 TGR Giostra della Quintana 18.55 TG 3 20.00 Blob 20.10 I Dieci Comandamenti Terra di Nessuno 21.05 Circo Estate 23.15 TG 3 23.25 TG Regione 23.30 Nemico Pubblico Live
104 08.00 Aħbarijiet 08.45 Kelma għall-Ħajja 09.00 Il-Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 L-Ordni 10.45 Dot EU 11.00 Għanafest 12.15 Paq Paq on Test 12.30 Euro News 13.30 Britain’s Got Talent 15.00 Madwarna 15.30 Madagascar 16.30 Sports: Għawdex 17.00 Public Discussion 18.00 Gastrokultura 18.30 New Rooms 19.00 Għawdex Illum 19.30 Kingdom of Plants 20.30 Aħbarijiet għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ 20.40 Ħallieh Iħabbat 21.10 Il-Vjaġġatur 21.40 Aħbarijiet Sportivi
153 07.25 TG 4 Night News 07.45 Media Shopping 08.15 Gli Indistruttibili 09.20 Wild Planet: North America 10.00 Santa Messa 10.50 Wild Planet: North America 11.30 TG 4 12.02 Franco, Ciccio e il Pirata Barbanera 14.02 Meglio Vedova: 1 Parte 14.40 TG Com 14.42 Meteo.it 14.46 Meglio Vedova: 2 Parte 15.52 Vamos a Matar Companeros 18.50 Anteprima TG 4 18.55 TG 4: Telegiornale 19.33 Meteo.it 19.35 Colombo: Vino d’Annata 21.30 Apocalypse: Il Grande Racconto Della Storia: Prima Puntata
600 162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.00 Extreme Makeover 08.35 Media Shopping 08.50 Una Vita Iii: 172 – I Parte 11.20 Il Segreto Xvi: 1034 12.30 Royal Pains I: Ricominciare 14.15 Hemlock Grove: Il Mio Vicino 16.00 Tuozoo 16.40 Lina’s Hair And Style 17.15 Rosamunde Pilcher: Neve d’Aprile 19.15 Royal Pains I 21.10 Mi Vuoi Sposare? 23.15 Royal Pains Vi: L’ Inizio Della Fine
372 06.00 Roadtrip With G. Garvin 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Sibas Table. Fast Feasts 11.00 Barefoot Contessa 12.00 Diners, Drive-Ins and Dives 14.00 Chopped 15.00 Guys Grocery Games 16.00 Amazing Wedding Cakes 17.00 Sibas Table 17.30 Sibas Table. Fast Feasts 18.00 Andy Bates Brazilian Street Feasts 19.00 Cutthroat Kitchen 20.00 Kitchen Casino 21.00 Man v Food 22.00 Mystery Diners 23.00 Man v Food
452 08.00 Winx Club 08.50 The Fairly OddParents 09.35 Sanjay and Craig 10.05 Alvinnn!!! and the Chipmunks 10.30 Kung Fu Panda 11.20 Rufus 12.05 Sam and Cat 12.30 Victorious 13.00 Big Time Rush 16.40 Nicky, Ricky, Dicky and Dawn 17.05 iCarly 17.30 SpongeBob SquarePants 18.10 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.35 The Penguins of Madagascar 18.55 Henry Danger 19.20 The Thundermans 19.45 Bella and the Bulldogs 20.15 100 Things to Do Before High School 20.40 SpongeBob SquarePants 21.15 Avatar: The Legend of Aang 22.05 Big Time Rush
300 06.00 Show Me Show Me 06.20 Mr Blooms Nursery 06.40 Gigglebiz 06.55 Show Me Show Me 07.15 Mr Blooms Nursery 07.35 Gigglebiz 07.50 Doctors 09.45 EastEnders 11.45 Last of the Summer Wine 13.45 Bargain Hunt 16.00 Doctor Who 17.30 Our Zoo 20.10 Father Brown 21.00 Orphan Black 21.45 Silent Witness 23.00 Orphan Black 23.30 Case Sensitive 23.45 Silent Witness
400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Misfit Garage 07.15 Fast N Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Extreme Car Hoarders 09.55 Junkyard Empire 10.50 Misfit Garage 11.40 Storage Hunters UK 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Driving Wild 16.15 Engine Addict With Jimmy de Ville 17.10 How Its Made. Dream Cars 18.05 Wheeler Dealers 19.00 Alaskan Bush People 20.00 Free Ride 21.00 Dark Woods Justice 22.00 Blood Lions. Bred For The Bullet 23.00 River Monsters 23.50 Free Ride
405 06.00 Swamp Brothers 06.25 DogTV 07.15 Treehouse Masters 08.10 Zoltan the Wolfman 09.05 The Wild Life of Tim Faulkner 10.00 DogTV 10.55 Ten Deadliest Snakes with Nigel Marven 11.50 Bahama Blue 17.20 Treehouse Masters 18.15 Zoltan the Wolfman 19.10 The Wild Life of Tim Faulkner 20.05 Bondi Vet 21.00 Treehouse Masters 21.55 Ten Deadliest Snakes with Nigel Marven 22.50 Gator Boys 23.35 Bahama Blue 23.45 Gator Boys
05.00 Major League Soccer 06.30 FIS Summer Grand Prix Ski Jumping 07.30 FIM World Championship Motocross Racing 08.00 FIA European Championship Rally 08.30 Going for Gold 08.35 Major League Soccer 11.30 FIS Summer Grand Prix Ski Jumping 12.25 Eurosport2 News 12.30 Going for Gold 12.35 FIM World Championship Motocross Racing 18.00 FIA World Touring Car Championship 18.40 Eurosport2 News 18.45 Going for Gold 19.00 Live: FIA World Touring Car Championship 21.00 Going for Gold
102 07.00 Net News 09.00 Mill-Familja Rjali 09.15 Missjoni 10.15 Telebejgħ 11.15 Quddiesa mis-Santwarju Ta’ Pinu 12.00 Telebejgħ 14.00 NET News 14.05 Telebejgħ 14.30 It-Tfal Jiġu bil-Vapuri (2 episodji) 16.00 Iswed fuq l-Abjad (R) 17.00 Mister Fisherman (R) 18.00 NET News 18.05 Flusek (R) 18.35 Road Trip 19.30 NET News 20.30 Kuġini 21.30 NET News 21.35 Id-Djarju l-Iswed (2 episodji) 23.00 NET News
154 06.00 Prima pagina TG 5 07.55 Traffico 07.58 Meteo.it 07.59 TG 5: Mattina 09.11 Patch Adams 12.00 Melaverde 13.00 TG 5 13.39 Meteo.it 13.40 L’Arca di Noè 14.01 Perdiamoci di Vista 16.45 Un Ciclone in Famiglia 1 18.45 Il Segreto 19.57 TG 5: Prima Pagina 20.40 Paperissima Sprint 21.11 Ci Vuole un Gran Fisico 23.30 Biagio Antonacci
307 06.00 House Hunters 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Fixer Upper 13.45 Platinum Weddings 14.35 Tiny House, Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Restoration SOS Virginia 17.05 Platinum Weddings 18.00 Island Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Island Life 21.00 Flea Market Flip 21.55 Tiny House, Big Living 22.45 Caribbean Life
150 06.00 Rai News24 07.00 TG 1 07.05 L’Italia della Repubblica 08.00 TG 1 08.20 Passaggio a Nord-Ovest 09.00 TG 1 09.55 Easy Driver 10.25 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde Estate 13.30 Telegiornale 14.00 Supereroi: Fiorello 14.55 La Canzone Napoletana in Concerto 17.35 ilm: Divorzio d’Amore 18.45 Reazione a Catena 20.00 Telegiornale 20.35 Techetechetè 2016: Stasera Con Noi 21.25 Provaci Ancora Prof 5 23.22 TG 1: 60 Secondi
155 06.55 The Office: Segreto d’Ufficio 07.16 Al Lupo Al Lupo: Al Lupo 07.35 Tazmania 08.10 Scooby Doo 08.35 I Flinstones 09.05 Mila E Shiro 10.25 Una Mamma Per Amica 12.25 Studio Aperto 12.58 Meteo.it 13.00 Sport Mediaset 13.45 A & F Ale & Franz Show 15.45 Zelig 18.15 Camera Cafè 18.30 Studio Aperto 18.58 Meteo.it 19.00 Fattore Umano 19.35 Scuola di Polizia 3: Tutto da Rifare 21.20 Ghostbusters 23.40 Gremlins 2: La Nuova Stirpe
406 06.00 Big Fish, Texas 07.00 Yukon Gold 08.00 Breakthrough 09.00 Cosmos: A Spacetime Odyssey 10.00 Titanic: The Final Word With James Cameron 12.00 Nazi Megastructures 13.00 Terror in the Skies 14.00 Area 51: The CIAs Secret Files 15.00 UFO UK: New Evidence 16.00 The Story of God With Morgan Freeman 17.00 Genius by Stephen Hawking 18.00 Street Genius 19.00 Primal Survivor 20.00 The Story of God With Morgan Freeman 21.00 Cosmos. A Spacetime Odyssey 22.00 Genius by Stephen Hawking 23.00 The Story of God With Morgan Freeman 23.00 Street Genius
28 07|08|2016
kullhadd.com MIĊ-
ĊINEMA
RAPPORT TA’
ĊINEMA
CARMEL BONNICI
FINDING DORY
PJAĊEVOLI
ĦUTA ĦELWA B’MEMORJA QASIRA
Vuċijiet Ewlenin: Ellen DeGeneres, Albert Brooks, Ed O’Neill, Kaitlin Olson, Hayden Rolence, Ty Burrell, Diane Keaton, Eugene Levy, Idris Elba Direttur: Andrew Stanton Distributur: Disney/Buena Vista Int. Maħruġ minn KRS Releasing Tiftakruha dik il-ħuta żgħira ta’ kulur blu fil-vjola, Dory (vuċi ta’ Ellen DeGeneres), li għandha memorja qasira u żgur daħlet fil-qlub taż-żgħar fil-film Finding Nemo (2003)? Finding Dory jiffoka aktar fuq din il-ħlejqa ħelwa tal-baħar, kif intilfet u anke nsiet li kellha wkoll ġenituri li jieħdu ħsiebha. B’hekk, hi kienet qed tgħix ferħana fl-ilmijiet ċari kristall tal-Great Barrier Reef (l-Awstralja) ma’ Marlin u Nemo (Brooks u Rolence) xi sena wara l-avventuri tal-film ta’ qabel. B’kumbinazzjoni, hi tiftakar li hi wkoll għandha familja u li aktarx għadhom ifittxuha. Dory tipperswadi lil
Ħin: 103 min.
Ċert. U
Marlin u lit-tifel Nemo biex jakkumpanjawha taqsam l-oċean lejn il-Marine Life Institute ta’ California fejn aktarx jinsabu l-ġenituri tagħha. Meta jaslu hemm fit-tfittxija intensa tagħhom, hi titlob l-għajnuna ta’ Hank (O’Neill), qarnita b’seba’ swaba’, bla sabar u li sikwit jaħrab minn fejn ikun miżmum; Bailey (Burrell), (baliena); u Destiny (Olson), kelb il-baħar abjad b’vista baxxa. Ikunu dawn, speċjalment Hank, li lejn l-aħħar tal-film iqajmu paniku kbir fuq pont traffikuż meta jattakkaw trakk mimli akkwarji b’ħut varju. Infatti, Hank bilmossi u l-praspar tiegħu kważi jiddomina fuq kulħadd u
l-aktar li jiġbed attenzjoni lejh. Finding Dory hu xogħol ieħor impressjonanti talkumpanija Disney/Pixar li se jogħġob sewwa liż-żgħar, u fih anke l-kbar se jsibu ħafna x’jammiraw. It-tema prinċipali
hi li l-familja għandha tkun dejjem magħquda u li wieħed għandu jsib ir-rieda u l-kuraġġ iwettaq dak li dejjem kellu f ’moħħu. Qabel dan il-film qed jintwera ieħor animat, ta’ madwar sitt minuti jismu Piper.
ĊINEMA
kullhadd.com
07|08|2016 29
SUICIDE SQUAD
SPLUSSIV
SKWADRA TA’ KRIMINALI GWAPPI KONTRA SUPERVILJAKK
(Davis), uffiċjal Amerikana ta’ kukkudrill; u El Diablo komik li jieħu l-ħajja fuq il-
Atturi Ewlenin: Will Smith, Jared Leto, Margot tal-intelliġenza. Amanda (Hernandez), li jtajjar liżar il-kbir. hi tal-fehma li grupp nirien kbar minn idejh; u Suicide Squad hu mimli azzjoni Robbie, Joel Kinnamon, Viola Davis, Jai Cortney, Jay ta’ individwi malinni u oħrajn assistiti u indukrati furjuża, movimenti qawwija u Hernandez Direttur: David Ayer Distributur: Warner Bros Maħruġ minn KRS Releasing Ibbażat minn fuq il-kotba D. C. Comics, Suicide Squad (bħall-film tal-gwerra The Dirty Dozen (1967) ilaqqagħna ma’ grupp ta’ kriminali, infatti superviljakki, li kollha jinsabu maqfulin ilħabs għal għomorhom jew
Ħin: 123 min. Ċert. 15
għal żmien twil. Dawn se jkunu mqabbdin mill-Gvern Amerikan biex jidħlu għal missjoni verament perikoluża u diffiċli ħalli jikkumbattu entità invinċibbli. Din l-idea sublimi ġiet f ’moħħ Amanda Walker
bla karattru, li fil-ħajja m’għandhom xejn x’jitilfu, jistgħu jirnexxu f ’faċenda kważi impossibbli bħal din. Hi tagħżel lil Deadshot (Smith), li qatt ma jfalli filmira, biex imexxihom. Din l-iskwadra tikkonsisti minn ħabsin b’abbiltajiet diversi u b’ismijiet bħal Harley Quinn (Robbie), superviljakka spissjata li tbeżża’ iżda wkoll taf tiċċajta; Killer Croc (Adewale AkkinuoyeAgbaje), kannibalu b’ġilda
minn aġenti tal-gvern, bħal Amanda u Capt. Rick Flag (Kinnamon). L-andament mhux se jkun wieħed faċli meta jibda jinqala’ diżgwid bejniethom u anke jinbidlu xi alleanzi. Parti misterjuża u sostanzjali hija ta’ The Joker (Leto), li żgur se jkun il-protagonist fis-sequel. Batman ukoll jagħmel dehra qasira. Iddirettur David Ayer kien għaqli biżżejjed biex ittratta dan il-proġett bħala ktieb
aktar effettivi għal min jarah bit-3D, daqsxejn umoriżmu u romantiċiżmu, kif ukoll waqtiet teneri. L-effetti viżwali speċjali jiddominaw l-aktar fl-aħħar parti, bilmużika ta’ Steven Price tikkumplimenta l-andament. Waqt li l-fanatiċi tal-komiks se jiġġennu warajh, Suicide Squad għandu jagħti gost lil kull minn iżomm f ’moħħu li qed jara quddiemu verżjoni ċinematografika ta’ ktieb grafiku.
L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn is-27.07.2016 u l-31.07.2016
1. 2. 3. 4. 5.
Jason Bourne The Secret Life Of Pets Ghostbusters The Legend Of Tarzan The BFG
KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA
Mistoqsija għal din il-ġimgħa: X’kulur hi l-ħuta Dory?
Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħa tal-ġimgħa l-oħra: M. AZZOPARDI – Ħal Lija
30 07|08|2016
kullhadd.com
AVVIŻI
AVVIŻI KLASSIFIKATI PROPRJETÀ
6818 sa 12.00pm.
TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok.
Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni Installazzjoni u tiswija ta’ ċempel fuq dawn in-numri: 2137 aerials tat-televiżjoni. Offerti 6946/9947 0178. vantaġġjużi fuq sistemi tassatellita u fuq l-android TV boxes. Għal aktar informazzjoni AFFARIJIET ċempel 2148 6211. GĦALL-BEJGĦ Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, Għamara għall-bejgħ f ’kun- ramel u siment, graffiato, żebgħa, dizzjoni tajba. Kċina tal-oak xogħol fuq l-antik, xogħol fuq ilbil-mejda u sitt siġġijiet. Kam- pond, madum, membrane, dawl u ra tas-sodda. Wall unit u vetrina ilma. Ċempel fuq 7928 5444. tal-kawba kollha ħġieġ. Ċempel 2731 2977. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal Aħna nixtru kollox, bħal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq għamara, fajjenza, arloġġi, figuri- 7993 0419. ni, muniti, midalji, u kull ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 0128, Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali 2123 7597 jew 9986 9519. tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi kull tip. Ċempel lil Jason fuq bħal Tissot, Citizen, Casio, in-numru 2143 2352 jew 9947 Michael Kors, Fossil, Esprit, 7167. Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, żveljarini Jason Gatt għal kull xogħol ta’ u selezzjoni ta’ cuckoo clocks tibjid u tikħil, kisi normali, fuq mill-Black Forest. Noffru il-fil, fuq xogħol antik u bilservizzi rigward tiswija ta’ kull pont, kisi bil-ġibs u graffiato. tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). batteriji, ċineg, naqtgħu kull Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal 5811. dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal test waqt li tistennew għalih. Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ waterproof membrane, damp ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ proofing u rubberised paint. 25 clock. It-tiswija hija bil-garanzija. sena esperjenza. Stimi b’xejn u Għal aktar informazzjoni żur prezz moderat. Ċempel 2148 is-sit: www.expresswatchrepairs. 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew com jew irrikorru 110, Triq il- 7981 2784 jew żur is-sit www. Kungress Ewkaristiku, il-Mosta. wpmalta.com Ċempel 2141 7235. Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew XOGĦOL TA’ liquid membrane. Mela pproteġi MANUTENZJONI l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal Għal kull tip ta’ problema ta’ stima b’xejn bin-numru 7905
SERVIZZI Lezzjonijiet tal-Privat: Maths minn Form 1 sa Form 5. Accounts minn beginners sa’ livell Ordinarju, Intermediate u Avvanzat. Ċempel 9922 3915 jew 2143 7886. Investigazzjoni privata: żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-Qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. Email: info@ privateinvestigationmalta.com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħallMatematika, Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet tal-ECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur is-sit elettroniku www. tudorinstitute.com Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422. Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew Latin-Amerikan. Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138
moffa jew bjut jagħmlu l-ilma aħna għandna s-soluzzjoni. Nispecjalizzaw f ’waterproofing membrane u liquid membrane fuq bjut, appoġġi, btieħi, basements, eċċ. Nużaw materjal ta’ kwalità kollu ċċertifikat b’10 snin garanzija. Għal stima b’xejn ċempel 7908 6715.
8883 jew idħol fuq is-sit www. Nigret Night Club and darrendoitall.com Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? riservazzjonijiet għal coffee Għandek problema ta’ moffa? mornings, lunches u dinner dances u Kenda Ltd issolvilek il- kull okkażjoni oħra. Miftuħin filproblema. Nispeċjalizzaw weekends, lejla Maltija b’differenza fuq xogħol ta’ waterproofing u kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar membrane b’10 snin garanzija. ta’ Sibt mużika għal kulħadd Xogħol professjonali bl-aqwa ma’ Franz Grech. Inservu materjal ISO Pool. Għal wkoll take-away fil-weekends. stima bla obbligu ċemplu Naċċettaw riservazzjonijiet 7972 9967 jew żur is-sit www. għal kull okkażjoni. Għal kendawaterproofing.com aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. AVVIŻI OĦRA Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew Paul & Waters – The Perfumery. www.nigretnc.com Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet TALBA LILL-ISPIRTU f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul S-SANTU: Int li ssolvi & Waters – The Perfumery. l-problemi kollha, dawwal itIl-ħwienet tagħna tal-Fgura, toroq kollha tiegħi biex nikseb il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don Ġdid ikunu miftuħin kuljum divin biex naħfer u ninsa d-deni mid-9.00am san-12.30pm u kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mill-4.00pm sas-7.00pm. Paul mument ta’ ħajti tkun maġenbi. & Waters Free Delivery Service. F’din it-talba qasira nixtieq Ċempel 2766 3361. nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li MUSIC LINK: Issibilna kull tip qatt ma ninfired minnek, anke ta’ strumenti mużikali, fosthom quddiem l-illużjonijiet materjali. drums kemm akustiċi u elettriċi, Nixtieq li nkun miegħek filcymbals, percussion, pjanijiet glorja ta’ dejjem. Grazzi għalldiġitali, baby grand pianos, sound ħniena tiegħek lejja u lejn dawk mixers u sound cards. Apparat li jiġu minni. ta’ DJ sound systems, kitarri Din it-talba għandha tingħad klassiċi u akustiċi, bass guitars, tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett strumenti tar-ram, wood winds, ijiem it-talba tkun maqlugħa, vjolini, spare parts u aċċessorji anke jekk għall-bidu tidher oħra. Issib ukoll kotba tal- diffiċli. It-talba għandha tkun mużika tat-tagħlim. Mur Music ippubblikata mill-ewwel wara Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, li tinqala’ l-grazzja, bla ma B’Kara. Ċempel 2148 2796. tissemma’ x’kienet. AGR AUTO JAPANESE PARTS għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com
KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU
ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ
Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa
€5 €10 €15 €30 €56 €93
ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.
AVVIŻI
kullhadd.com
AVVIŻI ĠENERALI Speranza: żfin, mużika, teatru Speranza hija kollezzjoni ta’ tliet xogħlijiet distinti li jesploraw kwistjonijiet soċjali tas-seklu 21: attakki terroristiċi, il-migrazzjoni u l-ġeneru li ser tittella’ nhar itTlieta 9 ta’ Awwissu. Spera (minn The Box) hija silta interdixxiplinarja dwar ilġeneru li tgħaqqad flimkien żfin, mużika u teatru. Limbo (minn Studio 18) huwa xogħol maħluq b’mod kollaborattiv, b’bażi teatrali, li jesplora l-kunċett talmigrazzjoni. An Empty Space (minn Danza C) huwa xogħol koreografiku li jesplora l-kunċetti tal-gwerra u attakki terroristiċi minn perspettivi differenti. Biljetti għall-prezz ta’ €10 għall-kbar, u tfal taħt it12-il sena €5. Għal aktar informazzjoni ibgħat email lil eveningsoncampus@um.edu.mt jew ċempel 7984 3480. Ilbiljetti jistgħu jinkisbu minn www.ticketline.com.mt Il-post huwa aċċessibbli għal min juża siġġu tar-roti u jinkludi parkeġġ b’xejn fil-Parkeġġ Numru 6 talUniversità ta’ Malta, il-Kampus tal-Imsida. Sibuna fuq Facebook. Il-programm sħiħ jinsab fuq http://www.um.edu. mt/newspoint/events/uomevents/2016/08/ eveningsoncampus2016 Serata mużiko-lettararja Il-grupp Muża Karkariża għal darb’oħra sejrin jorganizzaw lejla mużiko-letterarja li se ssir fid-9 ta’ Awwissu fis-sala taċ-ċentru parokkjali Sant’Elena Birkirkara fis-7.30pm. F’din il-lejla, bl-isem ta’ ‘Festa’, se jinqraw xogħlijiet ta’ Charles Mifsud, Wayne Farrugia, Tarcisio Zarb, Therese Pace, Philip Borg, Ġorġ Peresso, Charles Spiteri, Ninu Borg, Angelo Mamo, Anton Grasso, Louis Briffa u Carmen George. jindaqqu u jitkantaw ukoll diversi xogħlijiet mużikali minn Joseph Lia, Elena Muscat u James Caruana Turner. Dan kollu kien possibbli permezz tal-inizjattiva ta’ Terry Muscat, il-kordinatriċi ewlenija ta’ dan l-avveniment, li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħed jikseb popolarità u livell ta’ kwalità; kif ukoll il-ħsieb ta’ Philip Borg, li tiegħu kienet l-idea li jsir dan l-avveniment. Għal dan l-avveniment letterarju u kulturali huwa mistieden kulħadd. Ħajr ewlieni jmur lill-Prepostu Dun Vinċenz Cachia u lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li dejjem jgħin biex dawn l-avvenimenti jkunu sors ta’ kultura għall-poplu Karkariż, kif ukoll nies oħra li jogħġobhom jiġu jisimgħu u jsegwu l-kittieba u l-mużiċisti li jieħdu sehem. Id-direzzjoni tixtieq tiżżi ħajr lil kull min jieħu sehem u jattendi għal dan l-avveniment. Birkirkara, bħal kull komunità oħra, għandha l-ħtieġa li ssostni lilha nnifisha permezz tal-ispirtu letterarju u mużikali. Kunċert: vjolin u vjolinċell Nhar il-Ħamis 11 ta’ Awwissu 2016 fit-7.45pm, ilKunsill Lokali taż-Żebbuġ, flimkien mal-JP2 Foundation (Fondazzjoni Ġwanni Pawlu t-Tieni) se jippreżenta kunċert min Stefan Calleja, vjolin, u Desiree Quintano, vjolinċell, minn Malta, fil-knisja parrokkjali taż-Żebbuġ, Għawdex, fl-okkażjoni tal-10 anniversarju miż-żjara tal-istatwa talbronż ta’ San Ġwanni Pawlu II fil-lokalità taż-Żebbuġ li llum hi parti mill-monument nazzjonali ta’ dan il-Papa qaddis, li jinsab fil-bidu tat-triq li tiħdok lejn is-santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi. Servizz mill-Banda Sant’Elena f ’Ħal Għaxaq Għal sena oħra, il-Banda Sant’Elena ta’ Birkirkara ġiet mistiedna biex tagħti servizz mużikali fl-okkażjoni tal-festa titulari ta’ Santa Marija f ’Ħal Għaxaq, nhar il-Ħadd 14 ta’ Awwissu, lejlet il-festa. Is-servizz jibda fis-7.00pm b’daqq ta’ marċi brijużi minn tarf ir-raħal biswit Bir id-Deheb u jkompli sal-pjazza. Hemm il-banda tesegwixxi programm mużikali fuq palk quddiem il-każin tal-Banda Santa Marija. Is-servizz jintemm fid-9.30pm fejn imbagħad jibda l-ispettaklu tan-nar tal-ajru. Private minn wara l-Bażilika ta’ Birkirkara titlaq fis-6.00pm.
07|08|2016 31
Segwina fuq il-paġna tal-Facebook
facebook.com/kullhadd
32 07|08|2016
kullhadd.com
TEMP GĦAL-LUM
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
31°C
31°C
31°C
24°C
24°C
22°C
08
08
08
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
Is-Sibt
32°C
31°C
30°C
24°C
24°C
22°C
08
08
08
ALMANAKK
RITRATT MILL-ANTIK
L-OGĦLA TEMPERATURA: 31°C L-INQAS TEMPERATURA: 21°C INDIĊI UV: 09 SITWAZZJONI ĠENERALI: Firxa ta’ pressjoni għolja testendi mill-bajja ta’ Biscay sal-Lvant tal-Libja TEMP: Ftit imsaħħab b’waqtiet twal xemxin
UV
Ritratt: Bay Retro
RIĦ: Ftit qawwi għal qawwi millMajjistral li jsir ħafif għal moderat VIŻIBBILTÀ: Tajba BAĦAR: Qawwi IMBATT: Majjistral
Baxx
mill-Punent
għall-
TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 25°C
UV
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, il-Belt Valletta – 2122 5785 St Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun – 2123 4570 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 2148 7020 Holy Cross Pharmacy, 37, Triq il-Kbira, Birkirkara – 2144 8454 Pharmaland Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, Ta’ Xbiex – 2134 6547 St Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 2136 9426 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 2133 2243 St Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 2141 3442 Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, in-Naxxar – 2141 2454 Euro Chemist, Triq il-Kurazza, il-Qawra – 2158 1876 St Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 2166 5848 San Filippu Pharmacy, 155, Triq il-Vitorja, l-Isla – 2180 0681 St Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn – 2163 7615 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 2165 2226 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, il-Qrendi – 2168 3781 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 2146 1693 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, l-Imtarfa – 2145 1261
Dehra ta’ Wied iż-Żurrieq aktar minn tmenin sena ilu
DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA
10.08.2003 Yuri Malenchenko isir l-ewwel raġel li żżewweġ fl-ispazju
Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, ir-Rabat, Għawdex – 2155 1841 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Ta’ Kerċem – 2155 3018 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. FilĦdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
NUMRI REBBIEĦA SUPER 5 GRAND LOTTERY
18 01 39 03 28 03 07 06 04 07 02 09
12.08.1990 Jinstabu l-ewwel fdalijiet sħaħ tal-ikbar Tyrannosaurus Rex f ’South Dakota
KOMPETIZZJONI KTIEB
kullhadd.com
07|08|2016 33
KOMPETIZZJONI KTIEB RUMANZ
BAJTAR TAX-XEWK Dan ir-rumanz mhux maqsum f ’kapitli bħas-soltu imma f ’għadd ta’ ittri; għalhekk l-istorja trid toħroġ mill-ittri. L-ittri jitilqu minn Merħbabik għal Pariġi u xi ħaġa minn Pariġi għal Merħbabik. Merħbabik hi gżira fil-Mediterran bejn il-Libja u l-Ewropa. Xi nies Merħbabikin kienu Pariġi u fi Place des Vosges semgħu l-ħoss ta’ Saksafon. Fittxew u sabu fejn kien u marru. Hemm iltaqgħu ma’ xwejjaħ agħma, Omar, u ma’ neputih Franċiż, Horace. Ħdejn is-saksafon sabu wkoll tliet bajtriet imqadda. Horace kien se jibda jaqra lil nannuh dawk l-ittri li darba kien jirċievi mingħand xi ħbieb Merħbabikin, imma qatt ma qrahom minħabba x-xogħol li kellu. F’dawn it-tliet bajtriet tax-xewk (xewk fuq barra u benna fuq ġewwa) Omar kien jara l-ġlieda bejn it-Tajjeb u l-Ħażin li jgħixu flimkien. Lola u Ramon kienu żewġ studenti jiffrekwentaw l-università Merħbabikina. Wieħed millprofessuri tagħhom kien Profs Peppinu Anastasi. Profs Peppinu kellu namrata, Nina, li kienet studenta tiegħu wkoll imma ma kinitx taħmel lil Ramon u lil Lola. Darba Nina pperswadiet lill-maħbub tagħha jwaħħal ’il Ramon fl-aħħar eżami ta’ qabel il-lawrja u l-Profs waqa’ għaliha. Nina laħqet spettur u ħarrket lil Lola fuq ipparkjar tal-karozza bla ma kien hemm raġuni għat-taħrika. Mibegħda. It-tnejn ġew irrappurtati u tkeċċew minn posthom u għebu. L-Onor. Katald tal-Partit talQawsalla kien iħobb lil Dott. Matilde tal-Partit fl-Oppożizzjoni, il-Partit tal-Ħodor. Kien hemm mibegħda ħarxa bejn dawn iż-żewġ partiti. Sa darba xi nies tal-Partit tal-Qawsalla daħlu l-università bil-ktajjen għall-professuri u l-istudenti. Kemm l-Isqof kif ukoll Dott. Matilde u ħuha Dun Salv ftiehmu biex jaraw x’jistgħu jagħmlu biex ineħħu dil-firda politika li kien
hemm f ’Merħbabik. soltu li tħobb tagħmel is-soċjetà. Lola kienet tmur tgħin lil xwejħa Ġara li meta mietet Lippina, dak li weħidha, Lippina, li kellha kontra difinha kien binha stess, Ċikku, li qalbha tagħti ’l binha, Ċikku, sar jaf li kienet ommu meta mietet. imlaqqam ‘il-mastrudaxxa’ u Lola mietet b’infezzjoni qawwija. ‘il-bennej tal-katidrali’, għall- Bintha Louiselle biż-żmien adozzjoni. iżżewġet lil John, maniġer. FitHekk kif iggradwaw, Lola u tieġ tagħhom waslu bla ma kien Ramon iżżewġu, kontra s-soltu mistenni Profs Peppinu u ħabibtu liġijiet tal-Knisja/Kurja, u għamlu Nina u magħhom ġabu rigal ta’ flus żwieġ sempliċi biex ma jaħlux dawk u tliet bajtriet tax-xewk tal-kina. il-flus li jinħlew fiż-żwiġijiet tas- Lola minn dejjem kellha f ’moħħha Mistoqsija: X’jisimha n-namrata ta’ Profs Peppinu?
li jkollha dar għax-xjuħ. Ramon issa kien sar professur tal-università. Profs Peppinu u Nina sabu ruħhom f ’Mazara del Vallo, Sqallija. Iddar tax-xjuħ infetħet b’ċerimonja. F’diċ-ċerimonja Profs Ramon u Dott. Matilde żżewġu. Żewwiġhom Dun Salv, ħu Matilde. Bħala flower-girl poġġew lit-tifla ta’ Profs Peppinu, Isabel. Profs Ramon, issa Prim Ministru u mexxej tal-Partit Soċjali, kien ftiehem mal-Isqof biex jeħilsu mill-anġlu tal-vara talMadonna li fil-festa ewliena kienet tissimbolizza ’l-Assunta, imma meta kienu jpoġġulha l-anġlu kienet tissimbolizza ’l-Madonna talĠiżimin. Il-partiti kienu akkaniti ferm. Għalhekk Ramon qabbad lil Ċikku jmur bil-moħbi jitfa’ l-anġlu talvara fil-kannierja tal-knisja. B’hekk, il-partit tal-Madonna tal-Ġiżimin għeb għalkollox u baqgħet biss l-Assunta. Meta Nina ġiet iżżur dar ix-xjuħ u ġabet magħha xi flus għad-dar, xi ħadd anonimu sparalha u qatilha. Dan qatt ma nqabad. Ilpartiti resqu wkoll lejn xulxin u ma baqgħetx dik il-mibegħda ħarxa bejniethom. Issa kemm il-partiti politiċi kif ukoll il-partiti tal-festi ma baqgħux kelb u qattus bħal qabel. Profs Ramon xjaħ. Darba kien fid-dar tax-xjuħ tiegħu jgħaddi siegħa żmien ma’ xjuħ oħra. F’ħin minnhom, hu u jaqra ittra miktuba minn Lola li Dr Matilde, it-tieni mara tiegħu, kienet sabet f ’kexxun u ġabithielu, ħassu ħażin u miet. Dott Matilde ma setgħet tagħmel xejn ħlief li qalbha mnikkta u mbikkija stidnitu jibda jterraq “nel gran notte che non ha mattino”(jitlaq fil-lejl twil li m’għandux għodwa), kliem li jinstab fl-opra Turandot ta’ Puccini. F’din d-dar tax-xjuħ ukoll kien hawn tliet bajtriet tax-xewk ibbuzzati ’l barra fl-irħam int u dieħel u li jingħaqdu mal-bajtar ta’ dik id-dar tas-saksafon ta’ Pariġi. Dal-bajtar jissimbolizza l-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin. Dar ix-xjuħ tibbilanċjahom it-tnejn.
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Bajtar tax-Xewk. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 14 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb LUPPETTIN u INĦOBBOK huwa: T. ATTARD – Ħaż-Żebbuġ
34 07|08|2016
kullhadd.com
LOGĦOB
TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 021 026 189 296 334 435 437 548 572 655 725 818 832 835 870 B’4 Numri 0473 0759 0907 1238 2082 2767 3024 3081 3231 3507 3645 4276 4283
4769 5259 5265 6453 6590 6633 7332 7415 7628 7756 7837 8188 8210 8253 8275 8551 8613 8694 8840 9293 9485 9878 9937
45363 48525 55353 59396 61747 65453 68317 71873 78596 80945 82657 83068 83748 83888 87300 90457 93096 94315
B’6 Numri 295158 472597 493382 519050 531605 545553 634203 959250
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
B’5 Numri 08968 09340 11784 20752 32567 38880 43673
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:
Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: C. DEBONO – San Ġiljan
WWW.KULLHADD.COM B’DISINN ĠDID U AKTAR INFORMAZZJONI
LOGĦOB
07|08|2016 35
kullhadd.com
IRBAĦ €25 FI FLUS
135
Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.
TISLIBA
Mimdudin:
1,12W. Kompli l-qawl: Alla qabel ilaqqa’ ....... (7) 4. Numri kollha, jew dan jew fart (4) 7,23. Żbalja (6) 9. Ara 3 10. Uża l-gomma (6) 12. Fiħ l-aċtu (6) 16. Jiġi minnu (3) 18. Nota mużikali (2) 19. Ara 11 20. Għorok b’xi ħaġa! (5) 21. Kwalità (3) 23. Ara 7 24. Mitilha r-raġel (5)
Weqfin:
1. 2. 3,9. 5. 6,15. 8. 11,19. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Jiġi l-ewwel (6) Ernest Camilleri Navarro (1,1,1) Xogħolhom fuq il-vapuri (6) Illum qed tintuża flok ex (3) Minn Munich din (9) Tarha fil-festi (9) Issajjar fiha (5) Ara 1 mimduda Għadda ħafna żmien minn meta għamilt hekk! (3) Nobbli maqlub! (6) Ara 6 Tħallix mistur (3) Balal tal-ħamrija (3) Użin? (3)
SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin:
Weqfin:
1. Ħalaq, 4. Fart,10. Maktur,12. Kappar, 16. Tub, 19,21 mimduda. Eskimo, 20. Krejt
1. Ħarbat, 2,3. Laqqam, 5,7. Altar, 6,9. Terraq, 8,23. Rappreżentant, 11,24. Kantant, 12,18.Kbar, 13. Par, 14. Retina, 15. Skadut, 17. UĦM, 21. Int, 22. Own
QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f ’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Famużi l-aktar għall-karattri tagħhom fit-teleserje Sex & The City. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-lum il-Ħadd 28 ta’ Awwissu flimkien mal-logos tal-ħarġiet tas-7, 14, 21 ta’ Awwissu.
RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA
Eva Langoria
Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: A. VASSALLO – San Ġwann L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.
Teri Hatcher
36 07|08|2016
kullhadd.com
SPORTS
L-AKBAR PARTEĊIPAZZJONI FL-OLIMPJADI WARA 16-IL SENA • L-EWWEL DARBA LI QED NIEĦDU SEHEM FIL-WEIGHTLIFTING • WILLIAM CHETCUTI JIDĦOL FIX-XENA NHAR L-ERBGĦA kitba ta’ AYRTON MIFSUD Il-Ġimgħa filgħaxija ngħata bidu uffiċjali għall-Olimpjadi f ’Rio De Janeiro. L-akbar avveniment sportiv fid-dinja, li sal-21 ta’ Awwissu ħa jkun qed jara 200 pajjiż jikkompetu għal kważi 300 midalja, f ’aktar minn 33 post differenti filBrażil. Dawn l-Olimpjadi huma ta’ sinifikat għallisports lokali hekk kif Malta se tkun rappreżentata minn seba’ atleti, l-akbar numru li se jkunu qed itajru l-bandiera Maltija fl-aħħar 16-il sena. Ilgazzetta KullĦadd tat ħarsa ħafifa dwar l-aħħar impenji talkontinġent Malti u meta dawn se jidħlu fix-xena. L-atleti Niki Muscat u Andrew Chetcuti se jkunu qed jirrappreżetawna fl-għawm, Charlotte Wingfield fl-atletika, William Chetcuti u Eleonor Bezzina fl-isparar, u Kyle Micallef fl-isport tal-weight lifting. L-Olimpjadi f ’Rio se jkunu l-ewwel esperjenza Olimpika għal Luke u Eleonor Bezzina, Wingfield u Micallef. Għaldaqstant, din mhux l-ewwel esperjenza għaż-żewġ
għawwiema hekk kif dawn kienu rrapreżentaw lil Malta erba’ snin ilu f ’Londra, waqt li għal William Chetcuti din hija r-raba’ edizzjoni ta’ logħob Olimpiku li se jieħu sehem fiha. Fit-triq għall-Olimpjadi kien l-għawwiem Andrew Chetcuti, l-unika atleta Malti li kkwalifika direttament għal Rio, l-istess wieħed li żamm il-bandiera Maltija waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ waqt il-march past tradizzjonali tal-atleti. Illum il-Ħadd għall-ħabta tas-2.00pm, tiddebuta għallpajjiżna Eleonor Bezzina meta tieħu sehem fit-10m Air Pistol, kompetizzjoni li filpassat ratha tirbaħ il-midalja tad-deheb fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar, kif ukoll żammitha żewg punti ’l bogħod minn kwalifikazzjoni diretta f ’Rio. L-istess atleta terġa’ tkun flazzjoni fit-tieni kompetizzjoni li qed tieħu sehem fiha din id-darba dik tal-25m, nhar it-Tlieta li ġej fis-2.00pm. L-ewwel fażi tkun Precision u ftit wara jkun hemm ilkompetizzjoni hekk imsejħa Rapid. Fl-istess ġurnata fis-6.00pm jidħol fix-xena
Andrew Chetcuti tal-għawm fil-heats tal-100m Freestyle. L-Erbgħa, fis-2.00pm, ikun l-aktar mument mistenni għalina l-Maltin f ’dawn l-Olimpjadi, meta filkompetizzjoni tad-Double trap jidħol fl-azzjoni William Chetcuti. Riċentament, huwa rebaħ it-Tazza ta’ Dinja fl-Azerbajġan u se jkun qed jispara fuq 150 plattina, maqsuma fuq ħames taqsimiet ta’ tletin plattina kull waħda. L-ewwel sitt tiraturi jidħlu għas-semifinali li ssir aktar tard fit-8.00pm ħin ta’ Malta. It-tliet atleti Maltin l-oħra se jkunu qed jikkompetu nhar
il-Ġimgħa fit-12 ta’ Awwissu. Kyle Micallef jagħmel l-ewwel refgħa storika tiegħu għal Malta fl-isport tal-weightlifting fil-kategorija tal-85kg. Warajh issegwi Charlotte Wingfield fil-kompetizzjoni tal-100m fl-atletika. Wingfield kellha staġun mill-aqwa għax, barra li rebħet żewġ medalji taddeheb fl-aħħar logħob talpajjiżi ż-żghar, ġiet ippremjata wkoll medalja tal-bronż filkampjonati tal-Mediterran ta’ taħt it-23 sena. Wingfield se tkun qed tibda l-avventura Olimpika tagħha mir-rawnd preliminari. Issewgiha fis6.00pm Niki Muscat meta
tipparteċipa fil-100m Freestyle tal-għawm. Malta ttemm l-impeniji Olimpjadi nhar is-Sibt 13 ta’ Awwissu meta Luke Bezzina jikkompeti fil-100m talatletika. Din hija l-ewwel edizzjoni Olimpika li qed issir f ’pajjiż tal-Amerika t’Isfel u ma kinitx nieqsa mill-kontroversji u numru ta’ problemi diversi fosthom l-instabbiltà politika, l-iżvilupp tal-virus Zika, u t-tniġġis qawwi f ’ċertu żoni tal-Brażil. Apparti minn hekk, fuq nota sportiva, l-aħħar żviluppi fl-iskandlu tal-atleti Russi m’għenu xejn, b’dawn tal-aħħar jevitaw sospensjoni ġenerali mill-Olimpjadi bi ftit. Iżda fuq nota pożittiva l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali approva pjanijiet biex f ’Rio jikkompetu atleti indipendenti. B’hekk atleti li ħarbu l-jasar f ’pajjiżhom biex sabu refuġju fi stati ospitanti jingħataw iċ-ċans li jikkompetu taħt ilbandiera Olimpika. Għallewwel darba, f ’Rio 2016 se naraw ukoll it-tim Olimpiku tar-refuġjati, b’għaxar membri fi ħdanu.
SPORTS
kullhadd.com
07|08|2016 37
ISEM MALTA JITNAQQAX FIT-TAZZA TAD-DINJA TAN-NISA
Ir-referee Esther Azzopardi se tkun qed tikkontrolla logħbiet mill-fażi finali tat-Tazza tadDinja femminili ta’ taħt is-17il sena li se ssir f ’Ottubru filĠordan. Dan huwa inkarigu prestiġjuż kemm għar-referee nnifisha kif ukoll għas-settur tar-refereeing f ’pajjiżna fejn dan l-inkarigu fit-Tazza tad-Dinja huwa l-ewwel wieħed ta’ din ix-xorta għal pajjiżna f ’dawn l-aħħar 20 sena. Dan tħabbar nhar il-Ġimgħa waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret f ’nofs is-seminar Together Stronger li huwa s-seminar annwali għall-match officials u match inspectors li beda nhar il-Ħamis u ntemm ilbieraħ. Bidliet mistennija Waqt il-konferenza talaħbarijiet tkellmu d-Direttur il-ġdid tad-Dipartiment tarReferees Kevin Azzopardi u s-Segretarju Ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo li spjegaw ilbidliet li se jkunu qed isiru jew diġà bdew jitwettqu fid-dipartiment tar-referees. Minbarra l-konferma ta’ Azzopardi bħala Kap tadDipartiment, il-post vakanti ta’ assistent direttur se jimtela minn Philip Agius u Andre Arciola. Minbarra hekk se jkun hemm struttura ġdida li l-membri tal-bord tad-dixxiplina se jkunu differenti mill-bord tarreferees, mill-istaġun li ġej se jibda jintuża l-vanishing spray, l-aministrazzjoni tar-referees minn tmien persuni issa se titla’ għal 25, kien introdott unit għal Għawdex flimkien ma’ portal ġdid għar-referees kif ukoll kits ġodda għar-referees ukoll. Kien preżenti għall-ftuħ tas-seminar is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius li tkellem dwar l-importanza li jittieħdu d-deċiżjonijiet. Malta, kompla Agius, għadha kemm ħadet deċiżjoni li tagħti sostenn lill-WADA fis-suġġerimenti li tat lill-Kumitat Olimpiku Internazjonali (IOC) għax pajjiżna jemmen fil-ġlieda kontra d-doping. Preżenti wkoll għall-ftuħ uffiċjali kien hemm il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport David Agius u mistiedna distinti oħra fosthom uffiċjali tal-UEFA.
38 07|08|2016
kullhadd.com
SPORTS
‘L-AQWA KAMPJONAT FID-DINJA’ WARA L-BIEB! Għal ħafna segwaċi tal-futbol, il-Kampjonat Ingliż huwa meqjus bħala l-aqwa kampjonat fid-dinja minħabba l-ispettaklu li joffri kif ukoll minħabba l-kompetizzjoni missielta li jkun hemm bejn it-timijiet. Dan l-istaġun tista’ tgħid li se jkun wieħed mill-isbaħ hekk kif se jkun hemm konfronti li jinvolvu wħud mill-aqwa kowċis fid-dinja fosthom Josè Mourinho, Pep Guardiola, Claudio Ranieri, Antonio Conte, Arsene Wenger, Maurichio Pocchettino, Jurgen Klopp, u ħafna oħrajn li qed jagħmlu suċċess. Madankollu, hekk kif issa dan il-kampjonat tant segwit jinsab ġimgħa biss ’il bogħod mill-bidu tiegħu, għada se jkun hemm il-logħba annwali talCommunity Shield li tiftaħ issiparju għal staġun ieħor mimli theżżiż tas-snin, tgerrim taddifrejn, u anke xi kelma ħażina ’l hemm u ’l hawn. Il-logħba ta’ għada se tlaqqa’ t-tim li rebaħ ilkampjonat l-istaġun li għadda, jiġifieri dak ta’ Leicester City, kontra t-tim li rebaħ l-FA Cup,
dak ta’ Manchester United, issa mmexxija minn Mourinho, u li fil-ħin li ġej mistennija jħabbru r-ritorn imminenti tal-plejer Franċiż mingħand Juventus Paul Pogba f ’somma rekord ta’ £100 miljun. L-aħħar darba li Mourinho ffaċċja lil Claudio Ranieri –
il-persuna li ironikament ħa t-tmun mingħandha tat-tim ta’ Chelsea lura fl-2004 – l-għada kien tkeċċa minn kowċ talistess Chelsea. Fil-fatt, millaspett storiku bħal donnu din illogħba qisha kienet magħmula għalihom, b’mod speċjali għal Mourinho, li se tkun l-ewwel
logħba kompettitiva bħala kowċ ta’ Manchester United. Fl-era tal-Premier League, ir-rebbieħa tal-league rebħu din ix-shield għal 15-il darba minn 23 okkażjoni. Għalhekk, l-istatistika tiffavorixxi bilkbir lit-Taljan Ranieri u li jekk jirnexxilu jkompli f ’din it-triq,
ikun beda l-istaġun bi trofew ‘ġdid’ għat-tim tiegħu. Leicester se jkun qed jilagħbu din il-logħba wara logħba ta’ ħbiberija kontra Barċellona li tilfu bl-iskor ta’ 4-2 fl-Iżvezja. Madankollu, kien hemm plejer ġdid li spikka għal Leicester u dan mhu ħadd ħlief l-attakkant il-ġdid tagħhom Ahmed Musa, li fit-tieni taqsima rnexxielu jiskurjaw żewġ gowls millisbaħ. Min-naħa l-oħra, it-tim ta’ Mourinho ma jistax jingħad li kellhom preseason tajjeb f ’sens ta’ organizzazzjoni. Dan hekk kif il-preseason tagħhom, li sar fiċ-Ċina, kien interrot fittieni logħba tagħhom kontra Manchester City, wara li l-grawnd f ’Beijing ma kienx fi stat tajjeb minħabba l-maltemp kiefer li laqat liċ-Ċina. Intant, l-aħħar logħba ta’ ħbiberija tagħhom waslet f ’logħba għallkarità f ’isem il-Wayne Rooney Foundation u li għaliha lagħbu kontra l-ekstim ta’ dan ilplejer, dak ta’ Everton, li fost plejers oħrajn spikkaw Zlatan Ibrahimovic u anke Ander Herrera.
RAPPORT U ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI
DISFATTA GĦAL ROSBERG Nhar il-Ħadd li għadda fil-Gran Premju talĠermanja Nico Rosberg esperjenza disfatta simili għal dik li kellu fl-Ungerija hekk kif reġà spiċċa wara Lewis Hamilton minkejja li beda t-tellieqa quddiemu. B’hekk ilĠermaniż tal-Mercedes issa qiegħed 19-il punt wara l-Brittaniku filklassifika tas-sewwieqa. Jarmi l-vantaġġ Rosberg kellu tluq ħażin ferm li f ’temp ta’ ftit metri rrelegah fir-raba’ post wara Hamilton u ż-żewġ Red Bulls. Fittieni dawra huwa pprova jaħtaf it-tielet post minn idejn Ricciardo imma l-Awstraljan irnexxielu jiddefendi ruħu tajjeb fuq medda ta’ tliet kurvi. Il-Williams dehru li se jbatu fuq dan it-traċċat u l-affarijiet komplew jikkumplikaw ruħhom għal Felipe Massa meta kuntatt ma’ Jolyon Palmer għamillu ħsara fis-suspensjonijiet li eventwalment ġegħlitu jabbanduna t-tellieqa
KLASSIFIKA: ĠERMANJA POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10
SEWWIEQ Lewis Hamilton Daniel Ricciardo Max Verstappen Nico Rosberg Sebastian Vettel Kimi Raikkonen Nico Hulkenberg Jenson Button Valtteri Bottas Sergio Perez
f ’dawra 36. L-ewwel rawnd ta’ pit stops ma affettwatx pożizzjonijiet ta’ quddiem. Madankollu, id-deċiżjoni tal-Ferrari li jdaħħlu lil Sebastian Vettel fil-pits qabel Kimi Raikkonen ippermettiet lill-Ġermaniż jaqbeż lillkollega tiegħu biex ħadlu l-ħames post. L-affarijiet ikkumplikaw ruħhom aktar għall-Finlandiż hekk kif il-waqfa tiegħu damet ħafna u wasslitu biex joħroġ fis-seba’ post wara Romain Grosjean. Fortunatement għalih ilvettura tiegħu offrietlu l-pass neċessarju biex
TIM Mercedes Red Bull Red Bull Mercedes Ferrari Ferrari Force India McLaren Williams Force India
KLASSIFIKA: SEWWIEQA
ĦIN POŻ. 1:30’44.200 1 +6.996 2 +13.413 3 +15.845 4 +32.570 5 +37.023 6 +33.026 7 +1 Lap 8 +1 Lap 9 +1 Lap 10
jaqbeż lill-Franċiż żmien qasir.
fi
Deċiżjoni kontroversjali F’din il-fażi tat-tellieqa Rosberg beda jagħmel li jista’ biex juża l-qabda tas-Supersofts biex jagħlaq id-distakk li kellu minn ma’ Ricciardo, li kien qiegħed idur bisSofts. Barra minn hekk, ilpass tal-Awstraljan kien xi ftit konservattiv hekk kif ir-Red Bull talbuh jieħu ħsieb ir-roti. Madankollu, il-Ġermaniż tal-Mercedes ma rnexxilux jaqbeż lillavversarju dirett tiegħu sat-tieni rawnd ta’ pit
SEWWIEQ Lewis Hamilton Nico Rosberg Daniel Ricciardo Kimi Raikkonen Sebastian Vettel Max Verstappen Valtteri Bottas Sergio Perez Felipe Massa Nico Hulkenberg
stops. Kemm Verstappen, kif ukoll Rosberg kellhom waqfa tajba. Għall-ewwel deher li l-Olandiż kien se jirnexxilu jżomm postu quddiem il-Ġermaniż. Però, Rosberg għamel daħla aggressiva li għenitu jpoġġi lis-Silver Arrow tiegħu quddiem ir-Red Bull. Fil-fehma ta’ Verstappen dan l-intervent kien goff iżżejjed; konklużjoni stramba li qablu magħha l-istewards taċ-ċirkwit li taw penalità ta’ ħames sekondi lil Rosberg. F’dawra erbgħin Ricciardo qabeż lil
TIM Mercedes Mercedes Red Bull Ferrari Ferrari Red Bull Williams Force India Williams Force India
PUNTI 217 198 133 122 120 115 58 48 38 33
Verstappen mingħajr wisq problemi hekk kif kellu pass ferm aktar veloċi minn tal-kollega tiegħu. Fit-tielet u l-aħħar rawnd ta’ waqfiet Rosberg skonta l-penalità tiegħu li, kif mistenni, poġġietu ferm lura mir-Red Bulls, però b’vantaġġ komdu fuq iż-żewġ Ferraristi. Il-pożizzjonijiet baqgħu stabbli fl-aħħar fażi tattellieqa; riżultat li mhux biss kabbar id-distakk ta’ Hamilton fil-quċċata talklassifika tas-sewwwieqa, imma qabbeż lir-Red Bulls quddiem ilFerrari fil-klassifika talkostrutturi.
FORMULA 1
kullhadd.com
07|08|2016 39
LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT Fl-aħħar jiem kellna varjetà kbira ta’ aħbarijiet mid-dinja tal-Formula 1 b’mod partikolari fejn jidħol il-futur ta’ aspetti differenti ta’ dan l-isport. Fost l-oħrajn, kompla d-dibattitu dwar x’se jiġri mill-Gran Premju tal-Ġermanja li fl-aħħar snin esperjenza deklin fl-attendenza li poġġiet it-tellieqa fil-perikoli. Barra minn hekk, kellna informazzjoni ġdida dwar l-introduzzjoni tas-sistema Halo kif ukoll ir-roti l-ġodda li se jiddebuttaw fl-2017. It-tmiem tal-Gran Premju talĠermanja? Bl-ewwel aħbar tagħna se nkomplu fejn ħallejna l-ġimgħa li għaddiet, jiġifieri l-Gran Premju tal-Ġermanja. Nhar il-Ħadd li għadda għajnejn id-dilettanti ma kinux biss fuq it-traċċat imma anke lejn l-istands. Fil-jiem tal-provi u l-kwalifiki kien hemm attendenza fjakka ħafna. Dan il-fatt kien sors ta’ inkwiet għall-organizzaturi li kienu ilhom jilmentaw li n-nuqqas ta’ konkorrenza tad-dilettanti għall-biljetti poġġiethom f ’sitwazzjoni prekarja li tista’ saħansitra ġġegħelhom jirtiraw liċ-ċirkwit mill-kalendarju tal-Formula 1 fil-ġejjieni. Pass estrem ta’ din ix-xorta rajnieh isir is-sena li għaddiet mill-amministraturi tan-Nurburgring li ħallew ilkalendarju mingħajr gran premju fil-Ġermanja għallewwel darba f ’diversi snin. L-amministraturi ta’ Hockenheim kienu qed jittamaw għal żieda fl-attendenza kkumparata mas-snin li għaddew biex ma jkollhomx jieħdu l-istess deċiżjoni li ħadu tan-Nurburgring. Skont l-istatistiki li ġew ippubblikati kmieni din il-ġimgħa, dan l-avvanz wasal. Però, jidher ma kienx kbir daqskemm mixtieq hekk kif l-attendenza telgħet minn 52,000 għal madwar 57,000 biss. Sabiex wieħed jagħti ftit kuntest, Hockenheim jiflaħ madwar 120,000 spettatur. Fil-ġimgħat li għaddew, l-amministraturi taċ-ċirkwit kienu sostnew li jridu jbigħu tal-inqas 70,000 biljett għattellieqa biex din tkun vijabbli. Għaldaqstant, l-attendenza talĦadd trid tkun meqjusa bħala waħda diżappuntanti u li ħalliet liċ-ċirkwit fix-xifer tal-irdum. Dan in-nuqqas ta’ interess minnaħa tad-dilettanti Ġermaniżi jidher li huwa marbut malassenza ta’ Michael Schumacher. Minkejja li l-Ġermanja kellha lil Sebastian Vettel bħala kampjun tas-sewwieqa bejn l-2010 sal2013 u lill-Mercedes fil-quċċata
tal-klassifika tat-timijiet għal diversi snin, ħadd minnhom ma rnexxielu jiġbed l-interess li ġab miegħu Schumacher. Barra minn hekk, Bernie Ecclestone u l-FOM żiedu bil-kbir il-miżati biex ċirkwit jagħmel parti mill-kalendarju tal-Formula 1. Dawn iż-żewġ fatturi kellhom effett negattiv ferm fuq dawn iċ-ċirkwiti Ġermaniżi li llum il-ġurnata ma jidhrux li għadhom vijabbli. B’hekk, is-sitwazzjoni bħalissa hija li, jekk ma jkunx hemm intervent li jagħti spinta lillFormula 1 fil-Ġermanja, hemm ċans tajjeb li n-Nurburgring ma jirritornax bl-2017. Hockenheim hija mistennija li tkun fuq ilkalendarju tal-2018 hekk kif hija marbuta b’kuntratt malFOM. Madankollu, mingħajr ilpossibbiltà ta’ dħul finanzjarju tajjeb hemm ċans li dan l-kuntratt ma jiġġeddidx. Alternattivi għall-Halo Kif irrappurtajna l-ġimgħa li għaddiet, ħaġa li żgur mhux se naraw fl-2017 hija l-introduzzjoni tas-sistema Halo. Din ir-raġġiera protettiva kienet se titqiegħed madwar il-kabina tas-sewwieqa biex tilqa’ għal impatti bħal dawk li swew il-ħajja ta’ Jules Bianchi. Madankollu, fit-28 ta’ Lulju Strategy Group għażel li jipposponi l-implimentazzjoni ta’ din is-sistema. Din il-ġimgħa sirna nafu biċċa aħbar oħra dwar id-dibattitu li seħħ wara l-kwinti hekk kif Charlie Whiting, il-persuna responsabbli mis-sigurtà fuq iċ-ċirkwiti, żvela alternattiva oħra li kienet ikkunsidrata. Is-sistema inkwistjoni, li ġiet deskritta bħala ‘active cockpit safety system’, tiskatta awtomatikament f ’każ ta’ inċident b’mod simili kif jagħmlu l-airbags f ’karozzi kummerċjali. Madankollu, Whiting sostna li huwa ma jħossx li din issoluzzjoni hija prattika hekk kif jista’ jkun hemm sitwazzjoni fejn xi ħaġa ttir direttament fuq is-sewwieq. Għaldaqstant, dan l-impatt ma jkunx irreġistrat fil-
ħin mill-vettura. Huwa semma wkoll il-possibbiltà li jkun hemm sistema li tkun attivata mis-sewwieq stess. Però, anke hawnhekk huwa kien xettiku li sewwieq se jkollu biżżejjed ħin biex jirreġistra l-periklu u jagħfas buttuna. Dawn l-oġġezzjonijiet ifissru li s-sistema Halo għadha l-favorita fost il-kandidati attwali. Il-pjan attwali huwa li din tkun introdotta fl-2018. Madankollu, hemm ċertu ammont ta’ xettiċiżmu dwar il-prattiċità tagħha li jistgħu jwasslu għal aktar dewmien. Fażi ġdida Min-naħa l-oħra, ħaġa li se naraw fl-2017 hija l-introduzzjoni ta’ roti usa’ li għandhom l-għan li jżidu l-qabda u l-veloċità talvetturi. Din il-ġimgħa rajna fażi ġdida tal-preparazzjoni ta’ dawn ir-roti tidħol fis-seħħ hekk kif il-Ferrari u r-Red Bull ippruvaw verżjonijiet differenti ta’ dawn ir-roti bi prova. It-timijiet wettqu dawn ittestijiet it-traċċati ta’ Fiorano u Mugello bejn it-Tnejn u l-Ħamis b’vetturi antiki li ġew immodifikati biex ikollhom karatteristiki simili għal dawk li se naraw fl-2017. Il-Pirelli għamluha ċara li l-iżvilupp ta’ dawn ir-roti għadha ’l bogħod biex tiġi ffinalizzata. Fil-fatt, f ’Settembru huwa mistenni li naraw sessjonijiet ta’ prova oħra kemm mill-Ferrari, kif ukoll mill-Mercedes. Minkejja li dawn it-testijiet qegħdin isiru bl-involviment dirett ta’ tliet timijiet biss, ilPirelli wiegħdu li se jagħtu l-informazzjoni kollha miġbura lit-timijiet kollha biex ħadd ma jkollu vantaġġi f ’termini ta’ żvilupp. Button jew Perez? Fl-aħħar jiem bdew jidhru xi ftit tas-sinjali ta’ frustrazzjoni min-naħa tad-diriġenza talWilliams fil-konfront ta’ Jenson Button. Dan hekk kif id-Deputy Team Principal tagħhom Claire Williams saħqet li hemm limitu ta’ kemm huma
jistgħu jistennew lis-sewwieq Brittaniku jiddeċiedi dwar ilfutur tiegħu. L-ekskampjun tad-dinja ilu jissemma bħala sostitut possibbli għal Felipe Massa hekk kif ilBrażiljan riesaq lejn tmiem ilkuntratt tiegħu. Madankollu, il-McLaren kemm-il darba qalu m’għandhomx l-intenzjoni li jiddeċiedu jżommux lil Button, li wkoll qiegħed fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu, qabel Settembru. Madankollu, minn kliem Williams wieħed jeħodha li t-tim ibbażat fi Grove m’għandux l-intenzjoni li jidħol fl-aħħar fażi ta’ dan l-istaġun mingħajr idea ċara ta’ min se jsuq ma’ Valtteri Bottas fl-2017. Possibbiltà li ssemmiet fl-aħħar jiem kienet li il-Williams imorru għal Sergio Perez li qiegħed ikollu staġun ieħor pożittiv mal-Force India. It-team principal ta’ dan ittim Vijay Mallya diġà għamilha ċara li l-Messikan huwa marbut magħhom b’kuntratt li jkopri anki l-2017. Però, dan ma jeskludix il-possibbiltà li jista’ jkun hemm xi ftehim finanzjarju bejn iż-żewġ timijiet biex iħoll lil Perez mill-obbligi attwali tiegħu. Se narawh fil-Belġju? Sewwieq ieħor li qiegħed jipprova jiċċara l-futur tiegħu huwa Rio Haryanto. Huwa jagħmel parti mill-kategorija magħrufa bħala ‘pay drivers’, jiġifieri sewwieq li jħallas biex jikseb post ma’ tim. Skont rapporti li dehru fil-midja sportiva, dan is-sewwieq Indoneżjan kellu l-appoġġ finanzjarju biex iwasslu biss sal-Gran Premju tal-Ungerija. Wara ħafna negozjati, irrappreżentanti tiegħu rnexxielhom jestendu din ilparteċipazzjoni sat-tellieqa talĠermanja. Madankollu, hemm dubji kbar dwar kemm din ilpermanenza se testendi ruħha sal-Gran Premju tal-Belġju. Għaldaqstant, ir-rappreżentanti ta’ Haryanto qegħdin ifittxu b’ħerqa kbira sponsors li jistgħu jagħtuh il-fondi li għandu bżonn. Jekk dawn in-negozjati ma jirnexxux hemm ċans li jeħodlu postu s-sewwieq ta’ riserva tar-Renault Esteban Ocon illi għandu esperjenza jsuq vetturi b’magni Mercedes bħall-Manor. Isem ieħor li qiegħed jissemma huwa dak ta’ Stoffel Vandoorne, is-sewwieq ta’ riserva tal-McLaren. Madankollu, hemm dubji kbar kemm dan is-sewwieq Belġjan se jaċċetta li jsuq għal tim żgħir daqs il-Manor meta diġà wera li għandu l-potenzjal li jikkompeti għal post mat-timijiet ewlenin.
40 07|08|2016
kullhadd.com
LOKALI
SITTAX-IL MILJUN EWRO MINN REĠISTRAZZJONI TA’ BASTIMENTI
• JIŻDIEDU L-BASTIMENTI U JOTTIJIET LUSSUŻI BIL-BANDIERA MALTIJA ALEANDER BALZAN
aleander.balzan@one.com.mt
Ir-reġistru merkantili ta’ pajjiżna kompla jżid ilbastimenti rreġistrati miegħu u, sal-aħħar ta’ Mejju, ilbastimenti rreġistrati laħqu s-7,458. B’hekk, il-bandiera Maltija baqgħet l-iktar waħda b’saħħitha fl-Ewropa u s-sitt l-ikbar fid-dinja. Bħala tunnellaġġ jammonta għal aktar minn 69 miljun. Minn din l-attività Transport Malta biss iġġenerat ’il fuq minn €16-il miljun matul is-sena li għaddiet biss. Il-bandiera Maltija qed tissaħħaħ ukoll f ’dik li hija reġistrazzjoni ta’ jottijiet lussużi akbar minn 24 metru. Sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm kważi 500 jott ta’ aktar minn 24 metru rreġistrati taħt ilbandiera Maltija. Il-qasam marittimu huwa parti integrali tal-ekonomija Maltija u fl-aħħar snin ilMinisteru għat-Trasport u l-Infrastruttura adotta diversi miżuri sabiex tkompli tissaħħaħ l-industrija marittima f ’Malta, b’mod partikolari r-reġistrazzjoni tal-bastimenti
merkantili taħt il-bandiera Maltija – ir-Reġistru Malti. Din l-attività, filwaqt li tiġġenera ammont sostanzjali ta’ investiment anċillari f ’oqsma oħra, tiġġenera introjtu sostanzjali f ’munita barranija. Tiġġenera wkoll
diversi impjiegi għal eluf ta’ persuni, kemm dawk professjonali kif ukoll f ’oqsma oħrajn. It-tkabbir kien possibbli minħabba l-kunfidenza ta’ stabbiltà li Malta rnexxielha tagħti lill-operaturi f ’dan il-
qasam biex jinvestu f ’Malta u l-koperazzjoni b’saħħitha li hemm bejn ir-regolatur u l-industrija. Bil-għan li Malta tkun imħejjija għal dan it-tkabbir, Transport Malta qiegħda wkoll tirregola l-korsijiet marittimi organizzati
mill-Istitut Marittimu talMCAST u tikkontribwixxi finanzjarjament għallorganizzazzjoni ta’ eżamijiet internazzjonali li jwasslu għallkwalifiki ta’ baħħara. Kelliema għall-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura qalet lill-gazzetta KullĦadd li l-Ministeru għandu miżuri serji biex ikompli jsaħħaħ dan issettur fis-snin li ġejjin u mhux biss se jistriħ fuq dak li seħħ sa issa. “Bħalissa qiegħda ssir ħidma biex jiġu ppenetrati oqsma ġodda f ’dan is-settur, kif ukoll ikomplu jikkonsolidaw dak li nkiseb f ’dawn l-aħħar snin b’inizjattivi ġodda. Waħda minn dawn l-inizjattivi hija l-introduzzjoni ta’ miżuri li jressqu aktar investimenti minn setturi differenti filqasam marittimu, bħal kumpaniji maniġerjali ta’ vapuri li jistabbilixxu uffiċċju f ’Malta, kumpaniji fliffinanzjar tal-bastimenti u oħrajn. B’dan il-mod se jkunu attirati aktar kumpaniji u nies li jaħdmu f ’dan is-settur li huwa ta’ importanza ekonomika partikolari għal Malta,” qalet kelliema għall-Ministeru.