www.kullhadd.com Il-Ħadd, 8 ta’ Jannar, 2017
Ħarġa Nru 1,226 Prezz €1
Il-Ministru Owen Bonnici żvela li l-eks Ministru Jason Azzopardi kien wiegħed “kompromess” lil Żaren Vassallo dwar l-art tal-Löwenbräu f’Ħal Qormi. Kompromess li minnu l-Gvern spiċċa tilef iktar minn €7,000,000. F’reazzjoni deskritta “isterika” Jason Azzopardi ċaħad u qal li se jagħmel libell, iżda Bonnici insista li dak li żvela huwa ġuramentat u qallu “be my guest.” B’hekk qed tkompi titħabbel il-kobba wara dan id-deal li l-Awditur Ġenerali kellu kliem ta’ kundanna għalih u b’rabta miegħu qal li Azzopardi għandu responsabbiltà x’jerfa’.
DAK
L-ABBUŻ TEMMILHA L-APTIT TAL-ĦAJJA
Tfajla ta’ ftit iktar minn 20 sena li fi tfulitha kienet vittma ta’ abbuż sesswali rrakkontat mal-gazzetta KullĦadd kif ħadet żmien twil biex irkuprat minn din it-trawma. Għalkemm mhux kollox ward u żahar tgħid li llum hija determina li f ’ħajjitha tagħmel id-differenza. “Wara li pruvajt inneħħi ħajti darbtejn, ma nafx x’ġara qisni qomt minn raqda twila u rrealizzajt li ma jistax ikun nibqa’ sejra hekk. Diġà kien hemm min prova jkissirni u ddeċidejt li nieħu t-terapija meħtieġa,” qalet f ’intervista li fiha fetħet qalbha dwar dak li għaddiet minnu. Ara paġni 8 u 9
Ara paġna 5
X’ISEM HU?
Mitt bniedem mitt fehma u jekk hemm xi ħaġa li fiha din il-frażi tgħodd mingħajr ebda dubju hija dik dwar l-ismijiet tat-trabi. Fl2016 kien hemm min semma lil uliedu Domino Ice, jew inkella Jaffar Ali. Reġgħu ma naqsux dawk l-ismijiet twal u kemxejn ikkumplikati li ma tantx iħobbu l-għalliema bħal Danzaya, Shazaleah u Shezloan. F’artiklu li jniżżel l-iktar ismijiet li spikkaw Claire Azzopardi provat tiskopri ftit x’hemm wara l-għażla ta’ bosta ismijiet li ntgħażlu fl-2016. Nissuġġerulek taqrah, forsi tieħu xi ħjiel. Ta’ xiex? Ta’ x’għandek issemmi, jew aħjar ma ssemmix! Ara paġna 3
02
08.01.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 11°C L-Inqas Temperatura: 4°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa ta’ arja ta’ pressjoni baxxa testendi minn fuq il-Lvant tal-Mediterran sa fuq it-Tramuntana tal-Italja It-Temp: Pjuttost imsaħħab b’xi ħalbiet iżolati tax-xita Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral itTramuntana li jsir moderat għal ftit qawwi Il-Viżibbiltà: Tajba Il-Baħar: Qawwi L-Imbatt: Baxx mill-Grigal It-Temperatura tal-Baħar: 17°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tnejn
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa, MRS3000
11°C
UV 3
7°C
Il-Ħamis
12°C
UV 2
9°C
14°C
Il-Ġimgħa
UV 2
10°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
15°C
UV3
5°C
14°C
UV 3
11°C
15°C
UV 2
7°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Stampat Progress Press
Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’ Anna, il-Floriana - 21244114 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, il-Ħamrun - 21225539 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi - 21487020 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara - 21493549 Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, l-Imsida - 21313115 Numri Importanti Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, is-Swieqi - 21375373 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema - 21313535 112 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard - 21413442 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Mosta - 21411197 Il-Pulizija ta’ Malta Euro Chemist, Triq il-Kurazza, il-Qawra - 21581876 2122 4001-9 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien - 21672703 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla - 21821671 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Cilia’s Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura - 21801962 2393 0000 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa - 21658622 Il-Gwardjani Lokali St. Andrew’s Pharmacy, 51, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa - 21820795 2132 0202 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’ Antnin, Ħaż-Żebbuġ - 21464128 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, l-Imtarfa - 21451261
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, ir-Rabat - 21566170 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, in-Nadur - 21563589 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
08.01.2017
kullhadd.com
BIS-SERJETÀ GĦAŻILT DAK L-ISEM? • ĦARSA LEJN ISMIJIET LI SPIKKAW IS-SENA LI GĦADDIET • M’HEMMX DUBJU: EŻEMPJU ĊAR TA’ MITT BNIEDEM MITT FEHMA Kitba ta’ CLAIRE AZZOPARDI Kull ġurnata tara t-twelid ta’ tarbija, tarbija li koppja tkun ilha tistenna għal disa’ xhur, disa’ xhur li fihom isiru ħafna deċiżjonijiet u ħafna drabi jintgħażel l-isem tat-tarbija, isem li jibqa’ għal ħajjitha kollha. Ma jonqosx dak ilbattibekk bejn il-koppja, jekk hux se jmorru għall-isem li jogħġob lill-omm jew lillmissier, bħal ngħidu aħna jekk l-isem ikunx ispirat minn xi plejer tal-futbol popolari jew inkella minn xi kantanta. Fil-lista ta’ ismijiet ta’ trabi li twieldu fl-2016, sibna ismijiet li jispikkaw iktar minn oħrajn, jew aħjar ngħidu, ismijiet mhux daqshekk tradizzjonali. Fost oħrajn sibna l-isem DOMINO-ICE, isem li l-ewwel ħaġa li jgħidlek Google dwaru huwa li hawn ġelat proprju msemmi hekk, minn jaf, forsi din it-tarbija kienet frott ta’ lejl romantiku fil-jiem sħan tas-sajf u li l-omm saret taf li qed tistenna tarbija hekk kif ħadet dan il-ġelat u kellha xi ftit turbulenza fl-istonku, assoċjata mal-ewwel jiem ta’ tqala. Isem ieħor li mhux tas-soltu kien KITTY VIOLETTA, dan l-isem huwa ta’ pupa b’xagħarha vjola li fost oħrajn tinbiegħ b’kappell ta’ Hello Kitty. Jidher li l-isem huwa ispirat minn din il-pupa li bla dubju se tkun qed tirċievi, xi darba jew oħra, bħala rigal din iċ-ċkejkna. Isem ieħor, din id-darba maskili, li huwa sinonimu ma’ dawk li jħobbu l-films ta’ Disney huwa JAFFAR ALI. Jaffar huwa isem użat fil-film Aladdin, għall-karattru li flistorja ried li dan il-karattru tant maħbub fost it-tfal ma jsirx prinċep u għalhekk kien jagħmel minn kollox biex joqtlu. Normalment, minn dawn il-films jintgħażlu l-ismijiet tal-prinċep u talprinċipessa, iżda jidher li din il-koppja xtaqet li t-tifel ikollu isem li jissuġġerixxi li huwa sod u ta’ min joqgħod attent minnu. Dan ma kienx l-unika isem sinonimu maddinja tal-films. Tifla li twieldet din is-sena ngħatat l-isem ta’ AURORA, li kien l-isem ta’ Sleeping Beauty, tfajla l-ġmiel tagħha. ‘Aria’, ‘Vera’, hawnhekk mhux qed nirreferu għal xi prodott li tnaddaf bih, iżda dawn huma żewġ ismijiet li ngħataw lil żewġ trabi din is-sena. L-isem ARIA seta’ ngħata għal ħafna raġunijiet, fost oħrajn bħala simbolu ta’ xi ħaġa pura u
naturali, jew inkella l-koppja din il-lista forsi wieħed jibda kienet issegwi s-serje tant jifhem ukoll xi ftit l-influwenzi popolari “Pretty Little Liars” tal-fatt li fostna hawn jgħixu u semmew it-tifla tagħhom persuni minn diversi ġnus. għall-karattru ewlieni. VERA F’din il-lista, nsibu wkoll l-isem se jkollha ftit problemi meta SEBA. Tgħid it-tarbija twieldet jkollha diskussjoni f ’Malta, fis-seba’ jum tax-xahar? Iżda għaliex meta n-nies ikunu hemm preżunzjonijiet oħra qed jużaw din il-kelma biex li jistgħu jkunu l-ħsieb wara jesprimu ruħhom, se taħseb dan l-isem. In-numru sebgħa li qed isejħulha. Is-sitwazzjoni jissemma ħafna fil-kultura t a g ħ n a , tikkumplika ruħha, jekk fosthom filiċ-ċkejkna qwiel li nużaw k u n j o m h a Ħafna ismijiet fl-ilsien Malti,. ‘Theuma’. Jista’ jkun li ikkumplikati U jekk ngħidu mit-twelid T O M A għall-bniet din it-tarbija – x’jiġik jew kienet f ’ m o ħ ħ o k ? baqgħu popolari, imqarba daqs Q u d d i e m i fosthom dawn: seba’ mija jew nara platt inkella trid bnin tal-ikel u Danzaya,Fawzia, seba’ għajnejn t-‘toma’ tajba Kelezya, biex tħares li jħallilek lejha. Min jaf wara, iżda Gwenaelle, forsi kienet mhux kulħadd Mackayzie, ukoll is-seba’ jaħsibha tarbija għallbħali. L-isem Shazaleah u koppja jew ‘Toma’ kien inkella s-seba’ ukoll isem Shezloan sena li ilhom magħżul minn jafu lil xulxin. koppja din is-sena. Din id-darba l-anqas L-influwenza tal-kantanti Google ma sab il-ħsieb li seta’ kien hemm wara dan l-isem. Ma jonqsux l-isem tal-kantanti Kellna l-istess problema bl- li għalihom jissemmew isem OLUWATOBIJULO. it-tfal. Din is-sena kienu Żgur li l-koppja ma ħasbitx l-ismijiet ADELE, ARIANA fil-verżjonijiet differenti u ENYA li ngħataw lil trabi li se joħorġu bihom, tat-twelid u li kienu ispirati partikularment, in-nanniet minn kantanti popolari meta jippruvaw jgħajtulu. ferm fid-dinja mużikali. Għalkemm meta jħares lejn Iżda ma kinux l-ismijiet ta’
kantanti internazzjonali biss li għamluha f ’din il-lista, jidher li l-Malta Eurovision li tant hu għall-qalb il-Maltin ukoll influwenza lill-ġenituri. Fost oħrajn insibu l-isem IRA, għall-kantanta Ira Losco li din is-sena wkoll kellha l-ewwel wild tagħha, u l-isem AMBER għall-kantanta Amber Bondin li wkoll irrappreżentat lil pajjiżna. Mat-tema talEurovision, jista’ jagħti l-każ ukoll li l-isem PHOENIX ġej mill-isem tal-kanzunetta li tant ħolqot polemika – ‘Rise like a Phoenix’ li nassoċjawha mal-kantant li libes libsa u ħalla l-leħja. Fuq l-istess nota mużikali nsibu wkoll ‘Blue’ ‘Ivy’ – Dan huwa l-isem li ngħata lit-tifla ta’ Beyonce, iżda f ’pajjiżna l-isem BLUE u l-isem IVY ingħata lil żewġ trabi differenti. Isem ieħor li jfakkarna fil‘Blue’ huwa fost oħrajn l-isem BEPPE. Għal Fenech Adami tgħid? Min jaf. Jidher li mhux l-iben biss ħalla impatt, iżda anke missieru għaliex tarbija oħra ngħatat l-isem ta’ EDDIE. B’xorti tajba għal dan it-tifel ma’ ismu għandu wkoll it-tieni wieħed, li huwa Louis. Il-familja rjali Ir-Reġina tal-Ingilterra u l-familja rjali mhux se jieħdu għalihom. Sibna wkoll l-isem CHARLOTTE u l-isem HARRY. Iżda dawn ma kinux l-unika Ingliżi li għamluha
f ’din il-lista għaliex għandna ukoll tifla msemmija ABBEY bħall-kanzunetta tant popolari tal-grupp Beatles. L-għalliema fil-klassi, jibqgħu bl-istess problema, meta għal sena oħra ħafna ismijiet ikkumplikati għall-bniet baqgħu popolari, fosthom dawn: DANZAYA, FAWZIA, KELEZYA, GWENAELLE, MACKAYZI, SHAZALEAH U SHEZLOAN. Iżda l-ħsieb wara dawn inħalluh f ’idejkom. Insibu wkoll l-influwenza Taljana fuq din il-gżira, li qed tkompli tiddomina fl-ismijiet. Fosthom insibu CANDELA u LUNA ROSSA li quddiem għajnejna jpinġulna x-xena ta’ imħabba ta’ flixkun inbid taħt id-dawl tal-qamar u dik ix-xemgħa mixgħula li tagħti xeħta romantika. Tgħid meta jikbru jkunu romantiċi? ‘Yaya’ u ‘Zara’ kienu żewġ ismijiet oħra li jispikkaw. Jista’ jagħti l-każ li l-omm ta’ ZARA tħobb ħafna l-moda u l-ħwejjeġ, tant li riedet isemmi t-tarbija tagħha proprju għal din id-ditta filwaqt li l-isem YAYA huwa ispirat mill-plejer ta’ Manchester City Yaya Touré. Dan ma kienx l-unika isem mix-xena sportiva. Insibu ukoll DIEGO, għal Diego Maradona u CHELSEA għattim Ingliż. Iżda l-isem HOPE biss jagħtina t-tama, li dawn ittrabi jkollhom futur mill-isbaħ minkejja l-ħafna ismijiet mhux tas-soltu.
04
08.01.2017
kullhadd.com
IL-KESĦA TPOĠĠI PRESSJONI FUQ MATER DEI • ŻIEDA TA’ MADWAR 20% FIL-PAZJENTI
Il-kesħa li għamlet fl-aħħar jiem tal-2016 u l-ewwel jiem ta’ din is-sena jidher li qed tħalli l-effetti tagħha fuq l-Isptar Mater Dei fejn żdiedu b’mod konsiderevoli n-nies li daħlu għall-kura. Kien il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne l-ewwel li ta indikazzjoni ta’ din issitwazzjoni, meta fuq twitter irringrazzja lill-professjonisti f ’Mater Dei li qed ilaħħqu b’mod tajjeb mal-pressjoni li żdiedet minħabba l-kesħa. Ikkuntatjat mill-gazzetta
KullĦadd, il-Kap Eżekuttiv ta’ Mater Dei, Ivan Falzon qal li l-ewwel indikazzjonijiet huma li fl-ewwel jiem ta’ sena ġdida kien hemm żieda ta’ madwar 20% fil-pazjenti li daħlu l-isptar. Falzon qal li l-emerġenza żaruha 12% iktar mis-sena li għaddiet. “Jista’ jkun għax ix-xitwa tal-2016 ma kinetx daqshekk kiefra u se nagħmlu analiżi mas-snin ta’ qabel ukoll, l-2015 u l-2014. Li hawn żgur din is-sena, fejn is-soltu jkun hemm peak ta’ ħamest ijiem
issa ilna għal dawn l-aħħar ġimagħtejn naraw admissions mhux normali,” qal Falzon. L-infezzjonijiet u l-kumplikazzjonijiet marbuta magħhom huma dawk li jwasslu biex ħafna jitolbu l-kura mill-isptar ewlieni f ’pajjiżna. Kif mistenni ittfal u l-anzjani huma l-iktar milquta. Hekk kif it-temperaturi niżlu f ’livelli baxxi ħafna kienu diversi t-twissijiet. Fost oħrajn il-Ministru għas-saħħa qal li l-anzjani jew dawk b’mard
fit-tul għandhom jieħdu ħsieb iktar minn oħrajn. Dan billi jieklu u jixorbu affarijiet sħan u jżommu t-temperaturi ta’ ġewwa għal mhux inqas minn tmintax-il grad. F’każ li l-mobbiltà mhix problema sar ukoll appell biex wieħed jibqa’ attiv. Ilqraba ta’ persuni li jistgħu jkunu milquta kienu wkoll imħeġġa biex jaraw x’jistgħu jagħmlu biex jgħinu lil dawk li jiġu minnhom. Intant, il-Ministeru għas-Saħħa fakkar ukoll kif il-vaċċin tal-
influwenza għadu disponibbli miċ-ċentri tas-saħħa kollha madwar il-pajjiż. Għalkemm qed tinħass kesħa deskritta minn ħafna bħala mhux normali fi kliem uffiċjali tal-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajrport Internazzjonali ta’ Malta din hija kesħa li ġieli kellna bħalha anke jekk mhux sikwit. Minkejja dan, ilmedja ta’ madwar 5 gradi hija ’l bogħod mit-temperatura ta’ 1.4 gradi li pajjiżna esperjenza fl-1981.
Raġel li kien miexi mal-kelb tiegħu f ’Ħaż-Żabbar spiċċa ferut gravi wara li ntlaqat minn karozza li baqgħet sejra. Il-kelb miet fuq il-post u stħarriġ tal-pulizija wassal biex ixxufier li allegatament kien qed isuq kien arrestat. Jidher li kien kruċjali t-tagħrif li ta xi ħadd għax il-pulizija rringrazzjat lill-pubbliku tal-għajnuna tiegħu. Filwaqt li r-raġel ittieħed l-isptar, fil-każ tal-kelb għalxejn intbagħtet ambulanza tal-annimali għax miet fuq il-post. B’rabta malkaż inħatret inkjesta maġisterjali.
05
08.01.2017
kullhadd.com
DEAL DISKUSS BEJN AZZOPARDI U VASSALLO
L-eks Ministru Jason Azzopardi kien iltaqa’ man-negozjant u sostenitur tal-Partit Nazzjonalista, Żaren Vassallo, u wiegħdu kompromess dwar l-art tal-Löwenbräu f ’Ħal Qormi. Dan huwa dettall ġdid li jkompli jitfa’ dawl dwar kif inħadem id-deal tal-art f ’Ħal Qormi, stmata madwar tmien miljun ewro mill-Awditur Ġenerali. Kien il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, li żvela dan it-tagħrif u saħansitra qal li dan huwa sostnut minn informazzjoni ġuramentata. Informazzjoni li lanqas l-Awditur Ġenerali ma kien konxju tagħha meta ħejja r-rapport dwar dan il-każ. Rapport li ta kundanna l-proċess u lil Jason Azzopardi. Il-Ministru Bonnici fisser kif wara mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Charles Buhagiar, fl-2011, dwar ftehim fuq l-art ta’ Ħal Qormi fl-2009, ilKummissarju tal-Artijiet bagħat ittra lillkumpanija ta’ Żaren Vassallo, Cater Group Limited, biex dak maqbul sentejn qabel jitħassar. Iżda, Vassallo kellem lil Jason Azzopardi li min-naħa tiegħu wiegħdu kompromess. Fit-30 ta’ Jannar tal-2012, sena biss qabel l-elezzjoni ġenerali, Jason Azzopardi, ħatar kumitat maħtur minn tliet periti, wieħed minnhom magħzul minn Żaren Vassallo. Huma stmaw il-valur talart bil-prezz tas-sena tal-1990, proprju ftit iktar minn €700,000. Dan meta skont irrapport tal-Awditur Ġenerali l-art kienet tiswa €8,000,000. Bl-approvazzjoni ta’ Jason Azzopardi, fil5 ta’ Gunju 2012, il-Gvern aċċetta l-istima medjokri, biex Vassallo spiċċa għandu jieħu mingħand il-Gvern. Quddiem dawn il-fatti ġodda, il-Ministru Owen Bonnici appella biex Jason Azzopardi jisma' minn dak li qal l-Awdituri Ġenerali u jerfa' r-responsabbiltà politika.
Jekk ma jagħmilx hekk irid iwieġeb il-Kap tal-Oppożizzjoni. “Simon Busuttil għandu test quddiemu. Ilu jgħid ħafna li jekk isir il-ħażin jieħu azzjoni wara ftit sekondi biex ikeċċi lil min għamel ħażin. Għalhekk qed nistenna lil Simon Busuttil ikeċċi lil Jason Azzopardi,” qal il-Ministru Bonnici. Jason Azzopardi rreaġixxa għall-konferenza tal-aħbarijiet billi ċaħad id-dettalji li ħarġu. “Nhar it-Tnejn li ġej, se nkun qed niftaħ proċeduri legali ta’ libell kontra l-Ministru Owen Bonnici dwar il-gidba li vvinta dwari u kummenti li vvinta li jien għedt fil-konfront ta’ Żaren Vassallo. Din hija gidba mill-bidu sal-aħħar u għaliha, Owen Bonnici se jkollu jwieġeb fil-Qorti,” qal Jason Azzopardi li f ’reazzjoni isterika qal li Owen Bonnici “jkun minn tal-ewwel jitbissem quddiem ilkameras” iżda qed jigdeb fuqu. ‘’Be my guest’ wieġbu dlonk il-Ministru Bonnici, bil-Partit Laburista saħansitra jippubblika stqarrija oħra u jgħid li f ’dan ilkaż għad hemm iktar fatti ġodda x’jinkixfu. “Ir-reazzjoni isterika ta’ Jason Azzopardi għat-tħabbira ta’ aktar informazzjoni, din id-darba ġuramentata, b’rabta mal-każ talart f ’Ħal Qormi turi l-istat ta’ paniku li għandhom Simon Busuttil u wieħed middeputati ewlenin tiegħu dwar każ skandaluż li dwaru l-Awditur Generali bi kliem milliktar iebes qal li x-Shadow Minister talĠustizzja, Demokrazija u Drittijiet taċĊittadini Jason Azzopardi għandu jerfa’ responsabbiltà politika,” qal il-Partit Laburista. Il-Partit Laburista żied li minflok jipprova jagħmel is-sarimi permezz tad-deputati tiegħu, ikun aħjar għal Simon Busuttil, li fuq ħaddieħor irid jagħmilha ta’ judge and jury, li jgħaddi dan it-test ta’ korrettezza politika li għandu quddiemu u juri l-bieb ta’ barra lil Jason Azzopardi.
XAHAR WARA TAHOM €250,000 Xahar wara li l-Gvern Nazzjonalista kien aċċetta stima medjokri ta’ ftit iktar minn €700,000 għall-art tal-Löwenbräu f’Ħal Qormi, is-sostenitur tal-Partit Nazzjonalista Żaren Vassallo kien ta kwart ta’ miljun ewro lill-Partit Nazzjonalista. Filfatt, id-deal tal-Löwenbräu ngħalaq f’Ġunju u l-għotja saret f’Lulju tal-2012, fi żmien li Simon Busuttil kien diġà ċentrali fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista bħala delegat speċjali tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi u awtur ta’ manifesti elettorali. Għotja ta’ kwart ta’ miljun ewro li kienet ikkonfermata milleks Segretarju Ġenerali Paul Borg Olivier u s-Segretarju Ġenerali ta’ issa Rosette Thake u għalkemm kien intqal li hija self qatt ma ntqal jekk tħallsux lura.
06
08.01.2017
kullhadd.com
JISTUDJAW IL-ĠENITURI TAL-ULIED LI GĦANDHOM L-O-LEVEL Kitba ta’ TRISCHIA FALZON
L-interess kbir li jeżisti għallingwa Maltija qed iwassal biex l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu torganizza korsijiet immirati lejn persuni differenti. Bħalissa għaddej kors li qed jingħata lill-ġenituri ta’ studenti li f ’Mejju se joqogħdu għall-O-Level tal-Malti. Dwaru, il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ David Muscat, uffiċjal edukattiv tal-Malti. Spjega kif l-interess żdied matul is-snin, biex il-kors qed isir għat-tielet sena konsekuttiva: “Bdejna bi klassi waħda fl-2014, kellna domanda anki minn Għawdex talbuna l-Għawdxin allura s-sena ta’ wara għamilna klassi Malta u karti tal-eżami tal-O-Level xahar li fih jinħasad ixdis-sena skolastika Għawdex.” u klassi Għawdex. Dejjem 2016/2017 għandna żewġ Il-kors iħares lejn id- tal-Malti: jiġifieri tal-lingwa xogħol li l-istudenti tant japplikaw qisu 50 familja, klassijiet Malta u klassi diversi aspetti taż-żewġ u tal-letteratura. ikunu ħadmu għalih matul Fih jingħataw għajnuniet is-sena skolastika. kif l-istudenti flimkien “Bejn sessjoni u oħra min mal-ġenituri tagħhom ikollu diffikultajiet dejjem jistgħu jħejju ruħhom bl- ikun jista’ jikkuntattja aħjar mod għal dan l-eżami. jew lill-uffiċjali edukattivi Fejn tidħol il-karta tal- tal-Malti – hemm is-sit malta.skola. lingwa, ikunu spjegati elettroniku l-aspetti ortografiċi u edu.mt, jew inkella lisgrammatikali, u anki kif Sur Salvu Seisun stess għandu jsir komponiment. u ngħinuhom f ’dak li Fil-letteratura mbagħad, jkunu jeħtieġu; apparti li jiġu spjegati l-figuri tat- fis-sit stess hemm noti taħdit, u anki l-mod ta’ kif u preżentazzjonijiet talPowerPoint wieħed għandu u għajnuniet jinterpreta oħrajn li kemm poeżija jew l-istudenti novella. Bdejna bi u kemm ilIl-kors ġenituri jistgħu jagħtih is-Sur klassi waħda jużaw il-ħin Salvu Seisun fl-2014, kellna kollu,” qal – għalliem talMifsud. e s p e r j e n z a domanda Apparti minn tal-Malti, li anki minn dan il-kors, għal xi żmien għada t-Tnejn kien saħansitra Għawdex se jibda kors l-Kap tadġdid immirat Dipartiment lejn għalliema tal-lingwa tal-Primarja u tasMaltija fil-Junior College. Is-sessjonijiet isiru Sekondarja li ma jgħallmux darba fix-xahar. F’Malta il-Malti, biex dawn ukoll jittellgħu fiċ-ċentru isiru midħla tal-aspetti nazzjonali tal-kurrikulu ewlenin fl-ortografija. fil-Ħamrun, ħdejn l-iskola Kors ieħor li wkoll se jibda sekonadarja Maria Assunta, fil-jiem li ġejjin, u li wkoll u f ’Għawdex fl-iskola jittratta l-aspetti bażiċi talsekondarja tas-subien lingwa Maltija, se jsir għallġenituri ta’ tfal barranin li fir-Rabat. Il-ġenituri li forsi ma jistudjaw f ’pajjiżna. kinux jafu bih, xorta jistgħu Biex wieħed jirriserva post jattendu, u biex jirriservaw għal xi wieħed minn dawn post jistgħu jċemplu fuq il-korsijiet, jista’ jċempel lis-Sur Joe Farrugia fuq in-numru 25982997. Il-kors beda f ’Novembru, 25982997. biex s’issa saru tliet Għal aktar informazzjoni, sessjonijiet u jonqos wieħed jista’ jżur is-sit erbgħa – li eventwalment elettroniku www.malti. se jwasslu għal Mejju – ix- skola.edu.mt.
07
08.01.2017
kullhadd.com
IL-KUMMISSJONI EWROPEA F’MALTA NHAR L-ERBGĦA • L-EWWEL “JUM KBIR” TAL-PRESIDENZA Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Wara li fl-ewwel ta’ Jannar għadda għand Malta t-tmun talPresidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fil-jiem li ġejjin jibdew f ’pajjiżna impenji importanti li se jġibu lejn Malta l-ogħla uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt nhar l-Erbgħa se jkun hawm Malta l-Kulleġġ talKummissarji tal-Unjoni Ewroepa biex il-membri kollha talKummissjoni ta’ Jean-Claude Juncker se jkunu Malta għal jum ta’ ħidma fejn fuq l-aġenda se jkunu diversi t-temi għad-diskussjoni. Fil-fatt wara laqgħat ta’ kortesija fejn se jsiru wkoll diskorsi importanti inkluż fil-preżenza tal-President tar-Repubblika, il-Kummissarji Ewropej imorru l-Palazz tal-President fejn hemm se jkunu għaddejjin taħdidiet skont dekasteri differenti. Tagħrif li għandha din il-gazzetta jgħid li se jkun hemm erba’ laqgħat differenti marbuta ma’ temi differenti li għalihom jattendu l-Kummissarji li ħidmiethom hija marbuta mas-suġġett u l-Ministri tal-Kabinett ta’ pajjiżna responsabbli mill-istess dekasteri. Naturalment isiru wkoll taħdidiet bejn il-Prim Ministru u l-President tal-Kummissjoni Ewropea. Filgħaxija mbagħad se ssir iċ-ċerimonja tal-ftuħ uffiċjali f ’Dar il-Mediterran li għaliha wkoll mistennija jattendu diversi dinjitarji. Se tkun ċerimonja tal-ftuħ li tibgħat messaġġ ta’ xi trid Malta minn din il-Presidenza anke permezz tat-talent artistiku. Talent artistiku li tul is-sitt xhur li ġejjin se jingħata importanza kbira. Għalkemm l-ewwel ġimgħa tal-Presidenza setgħet dehret kwieta fuq barra, fil-Palazz tal-Gran Mastri u f ’Dar Malta fi Brussell kienu għaddejin qatigħ it-tħejjijiet issa li Malta hija responsabbli minn 1,800 laqgħa. Fosthom madwar 220 li se jsiru f ’pajjiżna, mhux biss fil-Palazz tal-Gran Mastri iżda madwar il-pajjiż kollu.
Filgħaxija mbagħad ser issir iċ-ċerimonja tal-ftuħ uffiċjali f’Dar il-Mediterran li għaliha wkoll mistennija jattendu diversi dinjitarji
• IL-PRIJORITAJIET TA’ MALTA L-PRIJORITAJIET TAN-NIES Id-diskussjonijiet huma mnebbħa mill-prijoritajiet li għandu pajjiżna. Is-sitt prijoritajiet tal-Presidenza Maltija huma l-prijoritajiet tan-nies. Dawn il-prijoritajiet u t-temi ewlenin marbuta magħhom huma: L-immigrazzjoni
ing madwar l-Ewropa. Jissemma wkoll il-geoblocking fejn persuna ssib xkiel li tixtri prodotti minn pajjiż għall-ieħor tal-Unjoni Ewropea kemm jekk onlajn u kemm jekk mhux. Il-Presidenza Maltija trid li jkun hemm emfasi fuq l-isfidi li jiffaċċjaw in-negożji żgħar u medji anke b’iktar sorsi ta’ finanzjament b’dik li qed tissejjaħ Capital Markets Union. L-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku jibqgħu prijorità. Għalhekk l-estensjoni fiż-żmien u s-saħħa finanzjarja tal-Fond Ewropew tal-Investiment Strateġiku se jkunu prijorità waqt il-Presidenza Maltija, li trid tiffoka wkoll fuq l-użu tal-enerġija iktar effiċjenti u tassigura provvista ta’ enerġija sikura għaċ-ċittadini Ewropej kollha fi żmien ta’ kriżi. Il-Presidenza għandha l-għan li taħdem ukoll lejn ftehim biex kull belt u villaġġ tal-Unjoni Ewropea jkollhom Wi-Fi b’xejn.
Il-Presidenza Maltija trid timbotta l-implimentazzjoni ta’ miżuri diġà maqbula filwaqt li tassigura li t-tema tibqa’ fuq nett tal-aġenda. Fost il-miżuri konkreti li qed ikunu proposti hemm it-tisħiħ tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (Common European Asylum System) bil-għan li l-piż tal-isfida tal-immigrazzjoni jinqasam bejn kulħadd b’mod iktar ġust. F’dan il-kuntest qed ikun propost li jkunu riveduti r-regoli ta’ Dublin. F’dan is-settur il-Presidenza Maltija għandha wkoll l-għan li l-European Asylum Support Office, l-EASO, jinbidel f ’aġenzija. Fil-prijoritajiet Maltin jissemma wkoll kif ir-rilokazzjoni ta’ 160,000 persuna filbżonn ta’ ħarsien irid ikun implimentat b’mod aħjar. Fuq kollox Malta trid stil iktar komplut u li jkopri kollox għall-isfida Sigurtà tal-migrazzjoni. Fl-aħħar xhur l-Unjoni Ewropea ffaċċjat sfidi ta’ attakki terroristiċi estremi. Is-suq komuni “Bħala Unjoni Ewropea rridu nibqgħu Dan huwa meqjus bħala wieħed mill- viġilanti biex nassiguraw is-sigurtà aqwa assi li għandha l-Unjoni Ewropea. taċ-ċittadini tagħna,” iwieġbu l-prijorita“L-aqwa,” huwa deskritt fil-prijoritajiet jiet tal-Presidenza. Fost l-għanijiet konkreti għalhekk hemm tal-Presidenza Maltija. Fost il-miżuri konkreti f ’dan is-settur il-ġlieda kontra t-terroriżmu bi bdil ta’ hemm it-tmiem tat-tariffi tar-roam- informazzjoni u mmaniġġjar aħjar tat-
tagħrif filwaqt li jkun miġġieled aħjar l-iffinanzjar tat-terroristi. Dan saħansitra b’direttivi ġodda dwar ħasil ta’ flus. Fost oħrajn irid li jinkiseb iktar progress fuq l-immaniġġjar aħjar tal-kontroll tal-fruntieri, fosthom billi jkun stabbilit reġistru ta’ dħul u ħruġ ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi, fosthom bil-ħolqien ta’ EU Travel Information and Aurthorisation System (ETIAS) biex jiddetermina l-eleġibiltà ta’ dawk minn pajjiżi terżi eżentati mill-VISA biex isiefru fiż-żona Schengen.
Pajjiżi ġirien
Is-sigurtà u l-prosperità tal-Unjoni Ewropea hi marbuta ma’ dik tal-ġirien. Għalhekk se tingħata attenzjoni partikolari lill-ġirien. Il-ħtieġa ta’ stabbiltà fil-Libja u l-kontribut tal-Unjoni Ewropea għal tranżizzjoni paċifika hi prijorità. Il-Presidenza Maltija hija impenjata li tappoġġja l-isforz tal-Unjoni Ewropea u dak internazzjonali biex ikun hemm paċi fil-Lvant Nofsani. Jeżisti interess ukoll biex it-tranżizzjoni fit-Tuneżija tibqa’ għaddejja tajjInklużjoni soċjali eb u l-Unjoni Ewropea żżid l-isforzi tagħha u internazzjonali biex tindirizIl-politika soċjali hija tema oħra li l-Gvern za l-kunflitt Sirjan. Ir-Russja u l-pajjiżi Malti għandu għal qalbu. Bil-Gvern Malti Għarab u d-djalogu magħhom jinsabu jrid li l-esperjenza tiegħu f ’dan il-qasam fuq l-aġenda wkoll. tinċentiva stati membri oħrajn. Fost l-għanijiet konkreti hemm iż-żieda Settur marittimu tan-nisa fil-post tax-xogħol. Il-Presidenza Maltija trid tikseb progress fuq temi Iktar ma jgħaddi ż-żmien se jkun marbuta ma’ ugwaljanza tal-ġeneru fost- hemm iktar dipendenza fuq l-ibħra u hom bil-proposta ta’ direttiva li ttejjeb l-oċeani. Għalhekk is-settur marittimu l-ugwaljanza għal diretturi ta’ kumpaniji huwa s-sitt prijorità. Il-governanza inmniżżla duq il-borża (stock exchange). ternazzjonali tal-oċeani se tkun formalFuq l-aġenda wkoll hemm il-vjolenza ment parti mill-aġenda Maltija. Is-sena domestika bil-promozzjoni ta’ prat- d-dieħla mistennija tkun imnedija iniztiċi eżemplari u strateġiji, leġiżlazzjoni, jattiva bit-titlu Western Mediterrenean studju u statistika. Malta se ttella’ wkoll Sea Basin Initiative li tibni fuq strutkonferenza ministerjali fuq drittijiet turi eżistenti fil-kuntest tal-ekonomija l-blu. LGBTIQ.
08
08.01.2017
kullhadd.com
TA’ TMIEN SNIN SERQULHA L-INNOĊENZA • NITKELLMU MA’ VITTMA TA’ ABBUŻ SESSWALI • MUĠUGĦA, IŻDA DETERMINATA LI TAGĦMEL DIFFERENZA
Din il-ġimgħa ħafna segwew u kkummentaw dwar il-ġrajja vera ta’ Kayleigh Haywood. Storja ta’ stupru li l-pulizija ta’ Leicestershire, bl-għajnuna tal-ġenituri ta’ Haywood, għamlu fi produzzjoni qasira bil-għan li jqajmu kuxjenza. Ilġenituri ta’ Kayleigh, li kellha 15-il sena, qablu li dak li ġara
Kollox beda meta kien għad kellha biss tmien snin. Maria, l-isem fittizju tat-tfalja li fetħet qalbha mal-gazzetta Kullħadd, għaddiet minn esperjenza t’abbuż li ħalliet impatt qawwi fuq ħajjitha. B’ċertu diqa Maria spjegat kif dik l-innoċenza tat-tfulija ntilfet bħal leħħa ta’ berqa. “Meta kelli tmien snin kont inżilt fl-appartament ta’ din il-persuna biex nara l-ġeru l-ġdid li ġabu u xtaqt immur nilgħab miegħu. Spiċċajna bilqiegħda ħdejn xulxin u beda jmissni b’mod mhux xieraq fil-parti privata tiegħi. F’dak il-mument indunajt li kienet xi ħaġa ħażina imma ta’ dik l-età, ta’ tmien snin, mhix faċli tirrealizza dak li kien qed jiġri. Imma b’xi
mod qisek tkun taf li hi xi ħaġa ħażina. Kien qalli biex ma ngħid lil ħadd. Jiġifieri ma kienx xi inċident.” “Daħħal idejh fuq il-parti tiegħi minn fuq il-ħwejjeġ. Kieku kien inċident ma kienx ħa jgħidli dak li qalli. Kont noħroġ magħhom meta kont żgħira u dejjem konna mmorru l-baħar flimkien. Kien jaqbadni dejjem mill-parti tiegħi bl-iskuża li se jwaddabni fil-baħar. Din damet sejra għal sentejn sħaħ, minn meta kelli tmien snin sa għaxar snin. Wara dawk is-sentejn imbagħad kien baqa’ jipprova jkellimni u jien kont inkellmu għax ħadd ma kien jaf. Kont inħoss li ma kienx hemm raġuni għalfejn m’għandix inkellmu imma dejjem kel-
lil binthom ikun irreċtat sabiex iservi ta’ twissija lil tfal u ġenituri. Dawn huma stejjer diffiċli, iżda reali li nsibuhom ukoll fis-soċjetà Maltija. DINAH SEGUNA ltaqgħet ma’ MARIA, tfajla żagħżugħa li ta’ età iżgħar kienet il-vittma ta’ abbuż mill-innoċenza tagħha.
li dak il-ħsieb li kien hemm raġġ u naqsam ma’ xi ħadd dak li għaddejt minnu.” rabja għalih.” “Kont tkellimt ma’ guidMaria stqarret li ta’ tifla li kienet, kienet taf li dak li ance teacher l-iskola. Kont għaddejja kien qed jiġri minn żmien kienet xi ħaġa ħażin. Bidmhux f ’lokha, dwejjaq ta’ il-problema hi Ħaduha ħażin dak iż-żmien, li ma kinitx taf ħafna. L-ewwel dak li għaddekif tispjegaha reazzjoni bdew jt minnu meta lilha nnifsha. jibku. Jien kont żgħira “Tkun taf donnu reġa’ li hi ħażi- l-unika wild tfaċċa quddina imma ma li għandhom em għajnejja. jkollokx ċer- allura bla ma Kien qed ikoltu tagħrif, ma li flashbacks, tkunx taf kif riedu ħaduha bi għaddejt minn ħa tispjegaha. kbira post traumatic Meta għalaqt stress disorder. erbatax-il sena qisni rabbejt il-kuraġġ li nit- Spiċċajt niddejjaq meta jiġi kellem dwarha. Domt erba’ jgħannaqni missieri stess. Issa snin biex fl-aħħar ikolli l-ku- missieri kien sar jaf u vera
kellu rabja lejn din il-persuna. Bl-għajnuna tal-guidance teacher imbagħad kelli l-kuraġġ li ngħid b’kollox lill-ġenituri tiegħi. Ħaduha ħażin ħafna. L-ewwel reazzjoni bdew jibku. Jien l-unika wild li għandhom allura bla ma riedu ħaduha bi kbira, naħseb anke jekk ma tkunx l-unika wild xorta waħda kull ġenitur jeħodha hekk. Wara li bkew bdiet toħroġ ir-rabja speċjalment ta’ missieri. Niftakar missieri kien qalli li kieku jista’ joqtlu; imma ovvjament ma tistax tagħmel ċerti affarijiet.” “Lanqas tabib ma kont inħalli jinvistani” L-effett ta’ dak li għaddi-
09
08.01.2017
179
kullhadd.com
INVESTIMENTI B’RISKJI DIFFERENTI MILL-BOV
In-numru fejn persuna vittma ta’ abbuż illum il-ġurnata għandha ċċempel għall-għajnuna. Deborah Vassallo, amministratriċi tannumru 179 fi ħdan il-Foundation for Social Worker Services qalet fuq ONE NEWS Breakfast ta’ ftit tal-ġimgħat ilu li sebat itfal kuljum ikunu salvati minn abbuż ta’ kuljum. F’dinja li nbidlet u li toffri iktar sfidi minn meta Maria kienet iktar ċkejkna, Vassallo tkellmet ukoll dwar il-bżonn li wieħed ma jitkellimx dwar pornografija fejn jidħlu t-tfal, iżda abbuż. Qalet li fuq iċ-child web alert jidħlu rapporti fejn tfal Maltin ikunu qed jipproduċu ritratti huma stess – ħaġa li wkoll hija illegali.
et minnu beda kulma jmur mbagħad qisni għamilt kujidher u jimpatta n-nies ta’ raġġ,” stqarret Maria. madwarha. Maria spjegat kif lanqas biss kienet tħalli Sabet il-bibien magħluqa tabib jinvistaha. Bdiet tħoss li t-tobba m’għandhomx es- Biex is-sitwazzjoni tkun perjenza biżżejjed meta af- kemxejn iktar diffiċli, it-tfajla faċċjati b’dawn it-tipi ta’ każi. għadha sal-lum tara lil dak li “Mhumiex sensittivi. Tħoss- ħassrilha tfulitha. “Illum il-ġurnata lilu għadhom qegħdin hemm biex huma jagħmlu xogħolhom ni narah għax għadu jgħix bħala professjonisti fil-qasam viċin tagħna. Kull darba tas-saħħa imma fejn għandu li narah inħossni li għadx’jaqsam l-aspett psikoloġiku dewni biż-żmien. Inħoss li hemm nuqqas. Kienu jgħiduli l-liġi m’għamlitx ġustizzja miegħi. Meta li la kelli relakelli sbataxzzjoni sesswail sena kont li m’għandux mort l-għassa ikolli problema Ftit wara tal-pulizija. biex jinvistaw- imbagħad qalli Niftakar ni. Imma hija konna sibna xi ħaġa komple- li dan se jieħu kuntistabbli u tament differ- ħafna żmien, għednielu l-isenti” stqarret mhux bilfors li torja kollha. Maria. se jemmnuni, Kien qalli li Maria qalet rrid nagħmel li ma kinitx hemm ħafna rapport imma xi ħaġa faċli. spejjeż ried iċempel “Naħseb hija t’avukati, beda lill-persuxi ħaġa li ssir jaqtagħli qalbi. na inkarigaminn persuna ta li tagħmel b’saħħitha u li Spiċċajt lanqas ir-rapport. tkun ġarrbet ħadt passi Ftit wara imħafna. Kelbagħad qalli li l-appoġġ ta’ li dan se jieħu sħabi tas-sekondarja. Kienu jafu u kont ħafna żmien, mhux bilfors ftaħt qalbi magħhom l-ewwel li se jemmnuni, hemm ħafqabel ma tkellimt mal-guid- na spejjeż t’avukati, beda ance teacher. Hija xi ħaġa li jaqtagħli qalbi. Spiċċajt lanbiex tindirizzaha trid titkel- qas ħadt passi,” tenniet Malem ma’ xi ħadd professjonali. ria. Fissret kif b’hekk wasal Ma bżajtx li forsi ħa naqla’ xi kundanna, li kien tort tiegħi mument ieħor li għaliha kien għal dak li ġara, anzi minn diffiċli ħafna: “Tkun diġà dejjem kont naf li ma kienx għaddejt minn dik it-trawma kollha, tkun wasalt biex tieħu tort tiegħi,” qalet Maria. Maria tesprimi sentiment li dak il-pass kuraġġuż u tisħafna li jkunu għaddew minn piċċa ssib il-bibien magħluqa din l-esperjenza jiltaqgħu minn persuni li suppost jgħimagħha. Dak is-sens ta’ ħtija. nuk. F’dak il-punt ħassejtni “Li inkwetajt ftit li for- dgħajfa.” si bdejt naħseb li stajt kont “Ma kellix l-appoġġ dak iżqed nesaġera l-ħaġa. Bde- żmien, fis-sens min-nies li forjt ngħid hemm min għadda si kellhom esperjenza simili. minn tant affarijiet gravi iktar Ma stajtx ningħaqad fi grupp minni u jien kont qed nir- ta’ nies oħra bħali li forsi reaġixxi b’dak il-mod? Imma flimkien stajna negħlbu l-os-
takli. Għaddejt minn ħafna affarijiet, kelli mard fil-familja, allura kelli niġġieled sew. Dak iż-żmien għaddejt minn dipressjoni, pruvajt inneħħi ħajti b’idi darbtejn tant li spiċċajt l-isptar. Ta’ sittax-il sena kont nieħu tliet tipi ta’ mediċini kontra d-dipressjoni b’ordni tat-tabib,” tirrakkonta b’imrar li għadu jinħass, għalkemm illum hija wkoll tfajla determinata iktar minn qatt qabel. Iddeċidiet li tersaq ’il quddiem “Sibt l-għajnuna tal-Ispettur Sandro Camilleri. Inzertajtu jitkellem fuq każ simili u kkuntattjajtu. Minn hemm sibtu t’għajnuna kbira. Fehemni l-aspetti legali f ’dan il-qasam u tani idea ċara ta’ x’inhuma d-drittijiet tiegħi.” Fil-fatt mal-gazzetta Kullħadd l-Ispettur Sandro Camilleri stqarr li huma ħafna dawk li qed jersqu ’l quddiem b’każi simili għal dak li għaddiet minnu Maria, t-tfajla li tkellmet mal-gazzetta Kullħadd. Camilleri qal li fil-festi tal-Milied u tal-ewwel tas-sena kien hemm numru ta’ persuni li resqu ’l quddiem bil-każ tagħhom. “Każijiet li ma rridux inħalluhom jibqgħu għaddejjin. Dan uġigħ tas-soċjetà” sostna Sandro Camilleri. Illum Maria għandha iktar minn għoxrin sena. Qed tistudja biex eventwalment tidħol l-Università ta’ Malta. “Wara li pruvajt inneħħi ħajti darbtejn, ma nafx x’ġara qisni qomt minn raqda twila u rrealizzajt li ma jistax ikun nibqa’ sejra hekk. Diġà kien hemm min prova jkissirni u ddeċidejt li nieħu t-terapija meħtieġa.” Maria tixtieq issegwi l-istudji tagħha fil-psikoloġija. Temmen li b’hekk tista’ tkun t’għajnuna għal ħaddieħor.
Il-BOV Asset Management nediet tliet fondi kuntrattwali. Il-kumpanija qed tagħmel dan għall-ewwel darba u fi stqarrija qalet li l-għan hu li tipproponi mezz ta’ investiment bi spejjeż aktar baxxi, biex b’hekk toffri valur aħjar lill-investituri. Il-firxa ta’ BOV Investment Funds tinkludi tliet fondi ta’ portafoll – il-BOV Conservative Portfolio Fund, il-BOV Balanced Portfolio Fund u l-BOV Growth Portfolio Fund – li lkoll huma regolati mid-Direttiva tal-UCITS. Filwaqt li introduċa l-BOV Investment Funds, Romeo Cutajar, Uffiċjal Kap tas-Servizzi ta’ Investiment filBank of Valletta qal: “Fil-BOV, aħna dejjem infittxu li nqiegħdu fis-suq prodotti u servizzi innovattivi li jkunu mmirati lejn il-klijenti tagħna. Ninsabu ħerqana ħafna dwar il-BOV Investment Funds li qed inniedu, għaliex jirrappreżentaw alternattiva ta’ investiment ġdida għall-konsumatur, u li huma adattati għaċ-ċirkustanzi finanzjarji matul il-ħajja tal-klijent individwali, u jistgħu jiġu mmodifikati biex jissodisfaw iċ-ċirkostanzi ta’ dak l-individwu hekk kif jinbidlu matul is-snin.” Cutajar qal li “dan huwa kunċett ġdid f ’ħafna aspetti. L-ewwel u qabel kollox, qed inniedu tliet fondi ta’ portafoll fl-istess ħin sabiex nindirizzaw livelli differenti ta’ riskju immirati lejn profili ta’ riskju distinti.” Żied li l-BOV Investment Funds huma l-ewwel fondi ta’ investiment ta’ dan it-tip f ’Malta, fejn ghal kull portfolio fund qed jigi stabbilit livell ta’ volatilità massima. Minkejja li t-tliet fondi jaħdmu b’mod simili, l-element ta’ riskju, u bl-istess mod il-gwadann, jiżdied hekk kif wieħed jimxi mill-Conservative Portfolio Fund għall-Balanced Portfolio Fund u finalment għall-Growth Portfolio Fund. Mark Agius, Kap Eżekuttiv tal-BOV Asset Management, spjega li l-BOV Investment Funds joffru benefiċċji importanti għall-investituri fil-livell tal-konsumatur. “Wieħed jista’ jinvesti fi kwalunkwe portfolio fund imħaddem bħala UCITS b’investiment minimu ta’ EUR 5,000. Barra minn hekk, fittixna li nżommu l-istruttura tal-ispejjeż f ’livell minimu, u fil-fatt ma hemm l-ebda ħlas biex tinvesti jew biex toħroġ mill-portfolio funds. B’dan il-mod, irridu niżguraw li nimmassimizzaw il-qligħ għall-investituri.” Agius ikkummenta wkoll dwar il-mod kif il-BOV Investment Funds ivarjaw mill-fondi ta’ investiment tradizzjonali. “Il-fondi ta’ portafoll għandhom mandat wiesa’ li għandu l-għan li jipprovdi qligħ aħjar skont il-livell ta’ riskju. Dawn il-fondi huma ddisinjati b’tali mod li l-investitur jibbenefika mid-diversifikazzjoni permezz ta’ investiment uniku, li essenzjalment ifisser li kull portafoll se jinkludi klassijiet ta’ assi differenti li jesibixxu l-benefiċċji ta’ korrelazzjoni baxxa.”
10
08.01.2017
kullhadd.com
€10 IL-KWISTJONI TA’ STORJA LI PROVA JIRKEB FUQHA L-PN
Anzjana li Net Television uża biex jipprova jagħti l-impressjoni li l-Awtorità tad-Djar ma tatx l-assistenza tagħha f ’mument ta’ bżonn kienet megħjuna diversi drabi mill-istess Awtorità u l-aħħar diżgwid inqala’ fuq tariffa amministrattiva ta’ €10. KullĦadd talab spjegazzjoni tal-Ministeru għall-Politika Soċjali dwar għaliex anzjana qalulha “biex tibqa’ mingħajr dawl”. Dan wara rapport ta’ Net Television f ’dan is-sens.
Iżda, l-verżjoni tal-Ministeru għall-Politika Soċjali sostnuta minn dokumenti uffiċjali u saħansitra xhieda turi realtà differenti ħafna. Il-post spazjuż li fih tgħix Mary Knight kien allokat lilha madwar tliet snin ilu u għalih tħallas kera ta’ madwar €400 fis-sena. Fl-aħħar ġimgħat hi marret l-Awtorità tad-Djar tilmenta li ma kelliex dawl f ’parti tal-appartament u għalhekk kellha bżonn perit. Jirriżulta li biex jintbagħat
perit tal-Awtorità persuna trid tapplika taħt waħda mill-iskemi li għandha l-istess Awtorità. “Ta’ min jgħid li s-Sinjura Mary Knight (l-anzjana) qatt ma lmentat dwar l-elettriku flimgħoddi u ta’ min ikun ċar li t-tiswijiet mill-bieb il-ġewwa huma responsabbiltà ta’ min qed jikri u mhux tal-Awtorità tad-Djar,” beda biex ikun spjegat fi tweġiba uffiċjali. Minkejja dan jirriżulta li l-Awtorità tad-Djar xorta offriet l-għajnuna lill-anzjana
permezz ta’ skema magħrufa bħala ADP. Iżda, jirriżulta li meta ntalbet tapplika u bħala parti mill-applikazzjoni titħallas tariffa ta’ €10 hija rrifjutat li tagħmel dan u eventwalment marret fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista. Xi ħaġa li heddet li kienet se tagħmel minnufih. B’dawn tal-aħħar ixandru l-aħbar mingħajr ma vverifikaw il-fatti b’mod uffiċjali. Il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali offra wkoll iktar tagħrif dwar dan il-każ li jpoġġi
f ’kuntest dak li xxandar fuq ilmidja tal-Partit Nazzjonalista. Iktar minn hekk jirriżulta li meta fi żmien din l-amministrazzjoni l-mara kellha bżonn għajnuna oħra, l-Awtorità tad-Djar wieġbet b’xogħlijiet importanti. Fosthom permezz ta’ bdil ta’ kamra tal-banju f ’April 2013. Saħansitra, f ’Jannar tas-sena li għaddiet sarulha aċċessorji oħra, filwaqt li kien hemm skedati tiswijiet oħra li l-anzjana mbagħad irrifjutat li jsiru.
KANDIDATA TAL-PN IĠĠIB INUTLI KUNSILL AMMINISTRATTIV Kitba ta’ DINAH SEGUNA Għal dawn l-aħħar sentejn, il-Kumitat Amministrattiv responsabbli mill-Wardija u Burmarrad fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ma kienx qiegħed jiltaqa’. Fil-fatt lanqas biss kien qed jingħata xi forma ta’ rendikont dwar ilħidma li trid issir u li għad trid issir. Għalhekk, aktar kmieni din il-ġimgħa il-kunsillieri Laburisti fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar qajmu t-tħassib tagħhom dwar din is-sitwazzjoni. Il-Kumitat huwa mmexxi minn Simone Aquilina, kandidata f ’isem il-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss u membru fil-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista f ’San Pawl il-Baħar. Minkejja dan sorsi qrib id-Dar Ċentrali qalu mal-gazzetta Kullħadd li kien hemm żmien fejn Aquilina kienet qed taħsibha tirtirax il-
Graziella Galea kandidatura tagħha u dan wara li ħassitha imwarrba mill-kamp Nazzjonalista. Kien nhar il-Ħamis li fuq nett tal-aġenda, waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar kellu jkun diskuss ilKumitat Amministrattiv. Fil-laqgħa, il-kunsillier Laburista Alfred Grima ressaq mozzjoni li kienet titlob lill-
Ministru responsabbli millKunsilli Lokali biex ixolji l-Kumitat Amministrattiv. “Hija xi ħaġa inaċċettabbli li ċ-Ċermen tal-Kumitat Amministrattiv lanqas biss kienet tibgħat informazzjoni dwar il-ħidma li qed issir,” sostna Alfred Grima mal-gazzetta Kullħadd. Mozzjoni li kienet issekondata mill-kunsillier Laburista
Simone Aquilina Raymond Tabone. Kull ma kien jonqos hu li jittieħed vot dwar il-mozzjoni. Kien hawnhekk li s-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Graziella Galea, li hija wkoll kandidata f ’isem il-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, daħlet f ’paniku tant li spiċċat issosspendiet illaqgħa għall-ħames minuti.
Dan hekk kif indunat li fillaqgħa dakinhar attendew iktar kunsilliera Laburisti minn dawk Nazzjonalisti. Fil-fatt dakinhar għal-laqgħa attendew ħames kunsilliera laburisti; Raymond Tabone, Alfred Grima, Stephen Cremona, Mandy Buhagiar u Paul Bugeja u erba’ kunsillieri Nazzjonalisti; Graziella Galea, Josef Vella, Daniel Grima u Antoinette Bezzina . Tul il-ħin minn kemm illaqgħa damet sospiża Graziella Galea dehret qiegħda tagħmel telefonata. Ftit wara daħlet lura u lil dawk preżenti qaltilhom li ma riditx tmur għall-vot dwar ilmozzjoni. Saħansitra qalet li se titlob il-parir tad-Direttur filwaqt li f ’att iddisprat qalet li l-mozzjoni hija telf ta’ ħin. Malli raw hekk l-kunsillieri Laburisti ħarġu ’l barra millaqgħa bi protesta. Fl-istess ħin raw lill-kunsillier Nazzjonalista David Thake, li dakinhar kien skużat mil-laqgħa, jitla’ t-taraġ.
11
08.01.2017
kullhadd.com
PASS ĠGANTESK GĦALL-INVESTITURI ŻGĦAR Kitba ta’ EDWARD MONTEBELLO
Bniedem avżat nofsu armat u bir-raġun. Xi kultant tisma’ b’nies li kellhom somma żgħira li kisbuha bl-għaraq ta’ ġbinhom li mbagħad marru jinvestuha biex is-sold tagħhom jikber ftit iżda wara jindunaw li ngidmu gidma aktar mill-bram li jgħum f ’wiċċ l-ilma baħar. Fl-isfond ta’ dan ix-xenarju, din il-ġimgħa l-Gvern nieda żewġ charters għall-konsumaturi dwar servizzi finanzjarji u bankarji. Kienet il-Ministru Helena Dalli li f ’miżura oħra favur il-konsumatur ħabbret li dawn iż-żewġ charters se jgħinu lill-konsumaturi meta dawn imorru jinvestu flushom jew ikollhom bżonn xi servizz bankarju. Dawn iċ-charters mistennija jservu bħala linja gwida għal dawk l-investituri żgħar li għandhom ftit li xejn għarfien u esperjenza fis-settur finanzjarju. Wieħed miċ-charter għandu jservi biex l-intermedjarji finanzjarji li joffru servizzi ta’ investiment jidentifikaw l-aspettattivi leġittimi tal-investituri ż-żgħar. Fost l-oħrajn dan japplika għal investituri prospettivi fi strumenti finanzjarji bħal pereżempju, ishma, bonds, u units fi skemi ta’ investiment kollettiv. Tajjeb li wieħed jiċċara li dan ma japplikax fir-rigward ta’ xiri jew investiment fi prodotti tal-assikurazzjoni jew prodotti bankarji. Min-naħa l-oħra, it-tieni charter jiffoka fuq id-drittijiet tal-klijenti tal-banek. Dan iċ-charter qed jipprovdi lill-pubbliku inġenerali b’informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom meta jiġu bżonn servizz bankarju. Dan iċ-charter fih ħdax-il punt, b’uħud minnhom jitkellmu fuq tagħrif, oħrajn dwar id-dritt ta’ rendikont annwali mingħajr ħlas
Żied jgħid pass taċ-charters isegwi pass u l-pressjoni li “l-impor- ieħor ġgantesk f ’dan il-qafuq il-klijent. tanza ta’ dan sam. Hawnhekk pront jirreferi Jintqal ukoll li i ċ - C h a r t e r għat-twaqqif tal-Arbitru għasl-ewwel ilment Paul Bonello huwa li jgħarraf Servizzi Finanzjarji. għandu jsir malu jeduka lill-pubb- Aktar minn sitt xhur ilu twaqqaf bank u jekk mhux liku xi drittijiet għan- l-uffiċċju tal-Arbitru bil-għan sodisfatt il-klijent jista’ jmur għand l-arbitru finanzjarju. du u hekk ma joqgħodx lura li jilqa’ l-ilmenti ta’ konsumaMa’ dan il-ġurnal, il-kon- milli jesiġihom.” Paul Bonello turi ta’ servizzi bankarji, t’assulent finanzjarju Paul kompla jispjega li lokalment sar sigurazzjoni u tas-settur tal-inBonello tal-Finco Treasury misselling bla rażan vestimenti. investimenti Management spjega li huwa jik- ta’ Dawn l-ilkonsidra lill-maġġoranza l-kbira kumplessi lil retail menti kienu tal-popolazzjoni bħala dak li investors. Hu spjega jintlaqgħu l-leġislazzjoni fil-qasam tikkun- li misselling ifisser jew Bejn l-2008 u mill-MFSA, sidra retail investors. Din tfisser bejgħ ta’ prodotti li li ma kellha investituri żgħar li ma jagħmlux ma kinux addattati l-2012 intilfu l-ebda saħħa dan ix-xogħol bħala professjoni u idonji għaċ-ċirku- man-nofs amministratu li ma humiex esperti f ’dan stanzi tal-investituri tiva, jew li il-qasam. Għalkemm dak li jkoll- jew nuqqas ta’ spjega biljun ewro kienu jwasshom imġemma’ dawn ir-retail serja tar-riskji invo- għaliex lu għal kawżi investors jistgħu jkunu ammonti luti jew inkella befil-qorti li relattivament żgħar, għalihom jgħ ta’ investimenti il-konsumaturi jieħdu s-snin dan jista’ jkun it-tifdil ta’ ħajjith- frodolenti mingħajr biex jinqatom u jkunu jfiss- ma jkun sar skrutinju ingidmu għu. Bonello ru ħafna għalihom speċjalment kif suppost fuqhom. jgħid li issa wara li jirtiraw mix-xogħol. Hawn jistma li fisl-konsumaDawn l-investituri żgħar huma snin ta’ wara l-kriżi turi jieħdu konsumaturi ta’ servizzi finanz- finanzjarja setgħu ntilfu mijiet ġustizzja mingħajr dewmien. jarji. Huwa għal din il-kategorija ta’ miljuni ta’ ewro f ’investiWieħed miċ-charters li jiftaħ ta’ nies li ċ-Charter għad-Drit- menti ta’ retail investors Maltin. għajnejn l-investituri żgħar ħaltijiet tal-Investitur ġie ddisinjat. Paul Bonello jisħaq li dan il- li jagħmlu d-deċiżjoni t-tajba
jgħid li meta l-istess investitur jiġi pprovdut xi servizz, l-intermedjarju finanzjarju għandu jagħmel rakkomandazzjoni personalizzata lill-investitur. Dan ifisser li l-intermedjarju huwa mistenni li jindika prodotti finanzjarji li huma tajbin għall-investitur partikolari fiċ-ċirkostanzi tiegħu. Smajna diversi stejjer fejn l-intermedjarju jitlob lill-investitur jiffirma mingħajr ma jagħtih kopja. Ħafna drabi l-investitur ikun wieħed vulnerabbli, nieqes mill-edukazzjoni bankarja jew finanzjarja. Fid-dawl ta’ dan, iċ-charter jgħid li l-investitur għandu jiġi mgħarraf mill-intermedjarju, bil-miktub, b’mod ċar u fi kliem sempliċi, liema tip ta’ servizz qed jingħata. Din id-dikjarazzjoni għandha ġġib il-firma tal-intermedjarju u għalkemm l-investitur jista’ jiġi rikjest li jiffirma wkoll, għandha tkun ifformulata b’tali mod li jkun l-intermedjarju li qed jiddikjara liema servizz qed jagħti. Waqt it-tnedija taż-żewġ charters, il-Ministru Helena Dalli, fakkret kif dawn kienu wiegħda elettorali tal-gvern. Saħqet li l-linji gwida se jservu ta’ struttura biex il-kwalità u s-servizz li jingħata f ’dawn l-oqsma, li għaċ-ċittadini jaf ikunu xi ftit kumplessi, ikunu ċari. Dawn iċ-charters tfasslu mill-MCCAA b’kollaborazzjoni ma’ diversi entitajiet mis-settur finanzjarju, fosthom il-Malta Banking Association, il-Malta Financial Services Authority (MFSA), il-Kulleġġ tal-Istockbrokers, il-Malta Association of Small Shareholders u l-Malta Funds Industry Association. Iċ-charters, li huma disponibbli wkoll bl-Ingliż, jistgħu jitniżżlu online mis-sit www.mccaa. org.mt. Kopji tagħhom se jkunu jistgħu jinkisbu anke mill-kunsilli lokali, banek ewlenin, u miċ-ċentri tal-gvern ‘servizz. gov’.
12
08.01.2017
kullhadd.com
TIFKIRIET TAL-FREEDOM PRESS
Binja griża fil-Marsa, li għal ħafna ma kienet xejn għajr struttura fit-tarf tax-Shipubilding, setgħet ma tfisser xejn. Iżda, għal mijiet ta’ nies li fis-snin sittin kienu attivi fil-Partit Laburista, dik il-binja li jafuha bħala l-Freedom Press, tfisser ħafna. L-iżvilupp u l-ħtiġijiet tal-lum, partikolarment il-ħtieġa ta’ infrastruttura għal toroq ġodda, wasslu biex fl-aħħar sigħat il-Freedom Press tibda titwaqqa’ biex tagħti spazju għal triq. Forsi l-knaten, it-travi tal-ħadid u strutturi oħra jitilqu. Iżda, l-memorji u t-tifkiriet le. Qasmuhom magħna Felix Agius u Reno Calleja, li t-tnejn bdew fil-ġurnaliżmu u għexu ħajjithom bejn il-kitba u l-politika.
KOLLOX BEDA FIS-SAJF TAL-1969 Kitba ta’ et viċin l-uffiċċju li kellu l-Perit sijiet. Donnu kien kuntent bidduħħan tiela’ quddiem għajnejh. FELIX AGIUS Mintoff. Il-magni li kellna biex nagħm- Ġieli konna lesti u konna ngħidDħalt fil-Freedom Press diversi lu u nistampaw il-gazzetta, ma ulu “Nest sakemm tlesti aħna drabi qabel bdejt naħdem bħala kinux fost l-aħjar li kien hawn se mmorru nieħdu te”. U konġurnalista mal-ġurnal Iż-Żmien, dak iż-żmien. Anzi kienu mag- na mmorru għand ħanut tat-te fil-pjazza ta’ li kien il-ġurnal tal-Partit La- ni li Mintoff Raħal Ġdid burista. Għax il-Freedom Press kien iddobfejn kien ipkienet ukoll il-kwartieri tal-Partit ba minn xi oġġi Nestu Ta’ Freddie Portelli Laburista fejn kien hemm anke mkien. Laiviera. sala ewlenija li fiha kienu jsiru kull lejl, konKonna nieħna ndumu sa kien għadu l-Konferenzi Ġenerali. du te u toast u Kont għadni żagħżugħ u kont tard sakemm żagħżugħ u mhux lil Spiru (hekk attiv fis-sezzjoni taż-żgħażagħ li inlestu. Mhux mingħalija jekk niftakar sew dak iż-żmien l-ewwel dar- l-ewwel darba li kien jismu sid kienet magħrufa bħala l-Labour ba li konna Nestu kien il-ħanut) konLeague of Youth. Il-Konferen- nirċievu l-gazna ngħidulu za Ġenerali Annwali kienet is- zetti l-oħra, jidħol fil-kamra li mbagħad sir fis-sala tal-Freedom Press u f o s t h o m kien se jħallas għadni niftakar li s-sala kienet L-Orizzont, u tal-aħbarijiet Nestu. L-għatkun imballata bin-nies, l-aktar aħna konna u kien jippunta da Nestu żgħażagħ, li kien ujistennew nkunu għadkien idurbil-ħerqa d-diskors tal-Mexxej na ferm lura subajgħ lejn tal-Partit, il-Perit Dom Minotff. milli nlestu. na wieħed Freddie Portelli Imma kulPajjiżna kien għaddej minn wieħed u jitperjodu storiku bil-konflitt poli- tant ma kinux u b’mod ċajtier lobna, jekk tiku-reliġjuż. Mintoff kien dejj- biss il-magni kien jgħidilna: niftakar sew, em iħares lejn il-ġejjieni u ħafna li kienu jżomxelin tat-te u lura. “Ara min irid kienu jemmnu li l-aħjar diskorsi muna t-toast. kien tiegħu kien iħallihom propr- Ġieli Fil-kamra ju għall-Konferenza Ġenerali iżommna lura jeħodli posti tal-aħbarijitaż-żgħażagħ. Min jaf kemm-il anke Nestu et kont sibt darba smajnieh jispjega għaliex Laiviera li kien jaħdmu fost qatt ma ried iċedi pulzier minn l-editur. Nestu kien jikteb l-edi- oħrajn lil Tony Costantino u dawk li kienu magħrufa bħala torjal u kien iħallih għall-aħħar. Victor Catania, li minbarra li Ma kienx jittajpja, imma kien jik- kienu jgħinu fil-qari tal-provi u s-sitt punti! Kien fis-sajf tas-sena 1969 meta teb bit-tokka, ibill fil-klamar, fuq xi affarijiet oħra, kienu jieħdu mbagħad il-Freedom Press saret karta twila. Għadni narah qisu ħsieb ukoll il-paġni tal-isport. parti mill-ħajja ta’ kuljum. Kont lbieraħ fl-uffiċċju tiegħu, bis-sig- Kien hemm ukoll Frans Debobdejt naħdem bħala ġurnalist arett f ’ħalqu b’ġamra daqsxiex, no u Freddie Portelli li kont fejn kellna l-kamra tal-aħbariji- għax ftit li xejn kien jieħu nif- ilni nafu, għax Żabbari bħali u
kien ukoll attiv fil-Partit. Dak iż-żmien Freddie kien iddeċieda li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali tal-1971 mal-Partit Laburista. Bħalma hu llum, Ħaż-Żabbar kien jifforma parti mit-tieni distrett elettorali li fih kien jikkontesta wkoll Nestu Laiviera. Freddie Portelli kien għadu żagħżugħ u mhux l-ewwel darba li Nestu kien jidħol fil-kamra tal-aħbarijiet u kien jippunta subajgħ lejn Freddie Portelli u b’mod ċajtier kien jgħidilna: “Ara min irid jeħodli posti!” Mur għidlu lil Nestu li Freddie Portelli eventwalment spiċċa biex ikun elett (għalkemm mhux f ’dik l-elezzjoni) u anke kien ministru! Mingħand Nestu tgħallimt ħafna. Bħalma kont tgħallimt ħafna wkoll mingħand id-deputat tiegħu Leli Zammit, Reno Calleja, li allura kien Kap tal-Aħbarijiet, u mingħand Lino Cassar li kien jaħdem fuq Ix-Xewka. Niftakar li Reno Calleja ta’ kull filgħodu kien iċempel lill-Fusellu ix-Xiħ, li kien telephone operator mal-General Workers’ Union. Il-Fusellu kien iħobbhom wisq lill-Partit u lill-Union, u kien iħobb ukoll il-gazzetti talGWU. Xejn ma kien jieħu gost meta filgħodu Reno Calleja kien iċempillu u kien jgħidlu “ibbijtjajnikom”, għax kien ikollna xi storja li ma kienx ikollhom fil-ġurnali tagħhom. Reno Calleja kellu ħabta kif if-
ittex l-istejjer. Kien jgħidli li anke minn ittra fil-gazzetta kultant toħroġ storja tajba. Lil Reno niftakru wkoll għall-mod kif kien jirrakkonta ċ-ċajt. Ġieli kien jiġi mill-Parlament u jgħidilna biex ma nkellmuhx għax mgħaġġel. Meta kien ilesti r-rapport, konna ngħidulu biex jirrakontalna xi ċajta, u minn waħda kienu jiġu tnejn, tlieta, u kien jibqa’ għaddej, addio l-għaġla li kien ikun tkellem dwarha qabel. Fil-verità konna qisna familja, mhux biss il-ġurnalisti, imma anke l-ħaddiema l-oħra. Ma niftakarx l-ismijiet kollha, għalhekk se nillimita ruħi għal dawk li għadni niltaqa’ magħhom sallum, fosthom Johnny Caligari li min jaf kemm wassalni d-dar bil-lambretta b’rasi mgeżwra ġo xalla; lil Lonzu D’Amato li għadni kultant niltaqa’ miegħu fiċ-Ċentru Laburista ta’ Ħaż-Żabbar, u lil Pawlu Zammit. Imma l-familja tal-Freedom Press ma kinitx biss il-ħaddiema. Kien hemm uffiċjali tal-Partit, fosthom Joe Zerafa, Lorry Darmenia, Salvu Sant u oħrajn, li tista’ tgħid kienu jiġu kuljum. Niftakar lejlet l-ewwel ta’ Mejju ħafna kienu jiġu r-restaurant tal-Freedom Press (iva kien hemm ukoll restaurant u min jaf kemm-il platt spaghetti kilt minn hemm) u konna niċċelebraw dik li kienet meqjusa l-aktar ġurnata importanti fil-kalendarju tal-atti-
13
08.01.2017
kullhadd.com
vitajiet tal-Partit Laburista. Mintoff ukoll kultant kien jieqaf jgħid xi ħaġa magħna, huwa u dieħel fl-uffiċju tiegħu, aktar iva milli le, akkumpanjat mill-ispiżjar Joe Camilleri. Darba, meta bdiet toqrob sew l-elezzjoni tal-1971, jiena u Lorry Darmenia konna fil-kamra tal-aħbarijiet nisimgħu dibattitu politiku li fih kien qiegħed jieħu sehem, għall-Partit Laburista,
il-mibki Lorry Sant. Meta d-dibattitu kien wasal biex jispiċċa kien daħal Mintoff u hekk kif spiċċa d-dibattitu kien staqsa lil Darmenia kif kien mar Lorry Sant. Darmenia kien wieġbu “mhux ħażin”. Ma kinitx kelma għax tgħidx kemm beda jgħajjat Mintoff. “Mhux ħażin, imissu ġera bihom mela mar mhux ħażin.” F’daqqa waħda Mintoff dar fuqi u qalli “int x’taħseb”.
Ma domtx naħsibha u pront għedtlu tajjeb. Tgħid ma kontx se ngħidlu mhux ħażin wara dak l-għajjat kollu! Imma l-istorja ma waqfitx hemm għax dak ilħin Mintoff dar fuq Darmenia u tgħidx kemm qallu li ma kienx jifhem. Jekk naqbad nirrakkonta ma nieqaf qatt. Imma rrid nispiċċa din il-kitba billi nsellem lil dawk kollha li kienu ħadu sehem fil-bi-
ni tal-Freedom Press li ta’ spiss kienu jiftaħru bis-sehem li kienu taw, bla ebda interess, fil-bini tagħha. Ħasra li llum se jkollha tagħmel wisgħa għall-progress u l-iżvilupp għax it-twaqqiegħ tagħha jfisser it-tmiem ta’ monument ta’ nies li kienu verament jemmnu fit-twemmin Laburista u allura kienu jfittxu li jagħtu lill-partit u mhux li jieħdu mill-partit.
BAGĦAT GĦALIH MINTOFF Kitba ta’ qalilna: Mela l-Knejjes jistgħu karozza. Kont nilħaq il-karozza ALEANDER BALZAN jimtlew mill-fidili l-Ħadd u tal-linja tad-9.30pm li kienet twaqqaf fejn iċ-ċimeterju tataħna le?” It-teknoloġija ta’ dak iż- Torok min fejn kont nirkibha Reno Calleja kien attiv fiżżgħażagħ Laburisti, filwaqt li żmien kienet differenti u dak li biex nasal iż-Żurrieq. Xemx kien jaħdem bħala ġurnalist ma’ kien hemm fil-Freedom Press jew xita hemm kont inkun nistenna kinitx L-Orizzont, meta bagħat għalih ma l-karozza. Mintoff biex jibda jaħdem fost l-aqwa, Qatt ma bħala editur tal-aħbarijiet mal- lanqas għal stennejt xi dak iż-żmien. Ngħid is-sewwa ġurnal Iż-Żmien. ħlas żejjed. “Ngħid is-sewwa tlaqt il-ġurnali “ M i n t o f f Kont immur tal-G.W.U. b’dispjaċir imma la kien idobba tlaqt il-ġurnali lura d dar u Mintoff talabni nagħmel dan s t a m p e r i j a nsib it-tfal għal Partit Laburista, għamilt antika minn tal-G.W.U. reqdin. Imma pajjiż b’dispjaċir imma dan il-pass,” jgħid Calleja dwar xi kont nagħmel dak li kien il-bidu ta’ ħafna Skandinavu dan b’żelu konna la Mintoff talabni żjarat u ljieli fil-Freedom Press. u qaddis,” Post li kien jafu għax bħala n o ħ o r ġ u nagħmel dan j i r r a k ko n t a attivist fiż-żgħażagħ Laburisti I ż - Ż m i e n C a l l e j a kien ta daqqa t’id fil-bini tiegħu biha. Kienet għall-Partit b’imħabba ukoll. “Kont ngħin fix-xogħol sistema fejn Laburista, liema bħalha. volontarju. Għalkemm aktar kull artiklu Hawn ma kont mixħut għall-kitba, xi jrid jinbena għamilt dan n a q s i t x iċpala kont naqbad ukoll,” żied fuq referenza Calleja li fakkar kif Anton ċomb mhux il-pass kif Mintoff, Buttigieg, li eventwalment kien b ħ a l - l u m li millsar President tar-Repubblika, tittajpjah fuq Freedom il-kompjuter kien isajrilhom ta’ spiss. Fost l-entużjażmu li kien u joħroġ lest,” tenna Calleja Press kien joħroġ tard bil-lejl jeżisti ma kienx hemm li bħal Felix Agius jiftakar fl- kien jispira lil kulħadd. Jgħid ġranet. Il-ħidma kienet tibqa’ editur Nestu Laviera li kien li mill-Freedom Press saret għaddejja f ’kull jum tal- ikun megħjun minn Lino il-ġlieda taż-żmien id-Dnub il-Mejjet filwaqt li Mintoff ġimgħa. Reno Calleja jissokta Cassar. jirrakkonta: “Darba minnhom “Kellna entużjazmu kbir għall- ħadem kemm felaħ biex Malta min fuq l-artali fil-Knisja Partit. Kien hemm ġranet fejn tieħu rajha f ’idejha bis-serjetà. Iżda fil-Freedom Press kienu kkundannaw lil dawk li wara x-xogħol kont noqgħod bħali konna naħdmu l-Ħadd il-Freedom Press fit-tard biex mhux ħidma biss kien hemm. għax skont dawn kien dnub nttajpja xi ittri li Mintoff kien F’ambjent fejn kienu jgħixu li naħdmu fil-ġurnata tal- jibgħat lill-mexxejja barranin qishom familja xi ċajta ma Ħadd. Darba niftakar f ’diksors biex iġib l-appoġġ għall-ħelsien kinetx tonqos. Tlabna lil Reno li għamel Mintoff liż-żgħażagħ veru ta’ Malta. Ma kellix Calleja, jirrakkonta waħda li
jibqa’ jiftakar. Għażlilna waħda goffa. “It-toilets li kellna għalkemm kienu ndaf ma tantx kienu privati. Kien hemm biss ħajt li jifred toilet minn ieħor. Ilflushings kienu min dawk li tiġbed il-katina. Lino Cassar kien twil . Kważi kien fih seba’ piedi. Darba Nestru Laiviera daħal jinqeda fit-toilet u Lino mit-toilet l-ieħor għax kien twil u seta’ jlaħħaq, ġibidlu l-flushing waqt li kien qed jinqeda. Trid tara lil Nestru ħiereġ mittoilet, ilissen il-kliem b’aċċent Bormliż, bil-qalziet taħt żaqqu mxarrab għasra. “Heqq anna, għax ma kienx jidgħi, ħsiltli s------i.” Tista’ taħseb kemm dħaqna,” irrakkonta Calleja li nnota kif se jibqa’ jgħożż ilħerqa u l-ħeġġa li kienet teżisti fil-Freedom Press. “Ngħożż it-tgħalim li ħadt mingħand Mintoff. Ngħożż l-eżempju ta’ nies idealisti bħal Theodore Sammut, Johnny Azzopardi, Danny Cremona, Lorry Sant, Lino Spiteri, Freddie Micallef, Joe Debono Grech u oħrajn. Ngħożż il-qilla li kellna biex niddefendu lillPartit mill-attakki tal-Knisja, tal-Partit Nazzjonalista u dawk il-klassijiet li għadhom ma tbiddlux. Ngħożż li konna u għadna idealisti,” temm jgħid Calleja li bħal Agius emfasizza kemm kulħadd kien jara x’se jagħti u mhux jieħu mill-Partit.
14
08.01.2017
kullhadd.com
FIT-TMUN TAT-TIM NAZZJONAL • IL-KOWĊ NAZZJONALI TAT-TIM TAL-FUTBOL TAN-NISA DWAR L-ISFIDI U L-ASPIRAZZJONIJIET GĦALL-ĠEJJIENI
Hekk kif ħa jagħlaq sentejn fil-kariga bħala kowċ tat-tim nazzjonali Malti femminili, Mark Gatt jista’ jħares lura lejn il-vjaġġ li sa issa għamel u jħossu sodisfatt b’dak li wettaq. Iżda ovvjament dejjem b’għajn miftuħa fuq dak li jista’ jsir sabiex il-moviment tal-futbol femminili jibqa’ jikber u jevolvi. Wara li kien l-assistent ta’ Pierre Brincat, f ’Jannar tal2015, Gatt ħa f ’idejh it-tim nazzjonali li kien għadu ġej minn perjodu pjuttost impenjat, hekk kif ipparteċipa fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2015, fejn fost l-oħrajn affronta t-tim tal-Iżvizzera li għadda għal dik il-kompetizzjoni u t-tim tal-Iżlanda li rrepeta dak li għamel it-tim nazzjonali maskili u kkwalifika għall-fażi
finali tal-UEFA Women’s Euro 2017 li ħa jsiru fis-sajf li ġej. Il-kowċ il-ġdid beda mal-ewwel fuq nota pożittiva, meta f ’partita valida mill-Aphrodite Cup, ġewwa Ċipru, għeleb lill-Ażerbajġan bl-iskor ta’ 2-1. Tul il-kumplament ta’ dik is-sena, it-tim Malti lagħab anke fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s Euro 2017, fejn sfortunatament ġie eliminat minħabba d-differenza ta’ gowls fil-konfront tal-Gżejjer Faeroe u l-Georgia. Madankollu, f ’dak ittournament, Malta kisbet żewġ rebħiet, dik ta’ 5-3 kontra l-Andorra u dik ta’ 2-1 kontra l-Georgia, rebħa li waslet fl-aħħar azzjoni tal-partita grazzi għal xutt stupend ta’ Dorianne Theuma.
Fis-sena ta’ wara, it-tim Malti niżel fil-grawnd għal tmien darbiet u rnexxielu jikseb erba’ rebħiet, fosthom rebħa konvinċenti ta’ 3-0 fuq it-tim tal-Latvja, l-istess tim li Malta laħqet fir-rankings tal-FIFA, hekk kif it-tim ta’ Mark Gatt tela’ ħames postijiet biex issa qiegħed jokkupa s-96 post. Il-vjaġġ ta’ Gatt mhux ħa jieqaf hawn, għaliex is-sena 2017 ħa toffri sfidi ġodda għat-tfajliet tiegħu, fosthom il-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2019 li ħa jsiru iżjed tard matul il-kalendarju ta’ din is-sena. Tkellimna miegħu mhux biss dwar il-futbol milgħub iżda wkoll dwar dak li jdawru, speċjalment ċerta stigma marbuta mal-futbol tan-nisa.
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
X’tikkummenta dwar it-tabù li forsi hemm fuq il-futbol tan-nisa?
li l-irġiel huma kemxejn iżjed b’saħħithom, kulħadd jafu.
ta’ 21 sena, mentri issa hija ta’ 22 sena, jiġifieri d-differenza kienet limitata.
Bdejt nilgħab ta età żgħira mat-tim tal-iskola ta’ Stella Maris. Kont nilgħab ukoll mal-youths tat-tim nazzjonali. Lgħabt fl-Ewwel Diviżjoni mal-Mosta kif ukoll mas-Sirens u Luxol St Andrews.
N i r r e f e r i k Ilni fil-futbol tan-nisa għal żewġ issa u nemmen li dan itlogħbiet kontra tabù kien ikbar fil-pasl-Ażerbajgan ta’ sat milli hu issa. Mhux Ngħidlek il-verità, taħt id-19-il sena ħa ngħid li m’għadux lanqas inħares - x’tikkummenta jeżisti, iżda issa qegħfuq dawk il-partiti din f ’punt fejn fis-soċ- lejhom bħala tfajliet, u kif tipprepara jetà qed tikber il-kux- iżda bħala plejers. għall-partiti ta’ jenza li l-futbol qed jiġi ħbiberija? milgħub mit-tfajliet Ovvjament, hemm wkoll. La din hija logħ- ċerta etika u forsi Kienu żewġ partiti ba sabiħa u tfajla tixhuma xi ftit iżjed ta’ ħbiberija fejn iptieq tilgħabha, għaliex provajt xi affarijiet le? Naraw sports oħra- sensittivi, iżda flli f ’logħbiet uffiċjn fejn it-tfajliet jilagħ- aħħar tal-ġurnata, jali ma nkunx nista’ bu bħall-basketball nipprova. Rigward pereżempju u dan wara huma plejers il-fatt li l-avversarju kollox, ħa tilgħab tfajkien ta’ selezzjoni la kontra tfajla, jiġifiiżgħar minna, aħna eri fuq il-każ ta’ saħħa m’hemmx kontroversji. Wara kollox, vera li fuq il-karta nżilna bit-tim talkull sport fih element ta’ saħħa u l-fatt kbar, iżda l-età medja dakinhar kienet
Fl-ewwel sena tiegħek, Malta ġiet eliminata bi żbrixx fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej. Il-kummenti tiegħek.
Kif dħalt tan-nisa?
fis-settur
tal-kowċing
Lil Pierre Brincat kont ilni nafu għaliex konna fit-tim tal-futsal flimkien. Bdejt nikkowċja lit-timijiet ta’ taħt il-11 u 12il sena ta’ Naxxar Lions, flimkien ma’ Ray Sant, li llum huwa l-kowċ tat-tim tal Mosta tan-nisa. Kien Brincat stess li ħajjarni biex nieħu esperjenza fit-tim tan-nisa, għaliex kien hemm tim bla kowċ, li kien ir-Raiders u minn hemm beda jogħġobni x-xogħol, għaliex it-tfajliet dehru determinati biex jaħdmu u jitgħallmu.
Nista’ ngħid li dan il-fatt immotivani biex ngħaddu mill-Grupp fil-futur qrib. Kien hemm fatturi li forsi kkastigawna milli m’għaddejniex għaliex konna viċin li ngħaddu. Madankollu, konna ilna xahrejn biss naħdmu flimkien u onestament ma konniex ippreparati biex ngħaddu għat-tieni fazi. Issa s-sitwazzjoni nbidlet u nemmen li għandna tim iktar b’saħħtu u ser nagħmlu min kollox biex ngħaddu għat-tieni rawnd. Taqbel mal-format tal-Kampjonat tan-Nisa?
il-ġdid
Jien naqbel, għaliex aħna għadna moviment żgħir u għadna fil-fażi fejn ne-
15
08.01.2017
kullhadd.com
Ritratti: J.BORG U D.AQUILINA
LI MALTI LI TELA’ FIR-RANKINGS
sperimentaw biex naraw x’jaħdem u x’ma jaħdimx, bħalma wara kollox isir fil-futbol tal-irġiel fix-xena lokali wkoll. Rigward id-distakk ta’ gowls, dan dejjem ħa ssib xi timijiet li huma kemxejn inferjuri, speċjalment dawk li jkunu għadhom kif jibdew għaliex ikunu jridu jingranaw. Kif tara li qiegħed jiżviluppa l-livell tal-futbol tan-nisa f ’Malta? Nemmen li maż-żmien, il-livell qiegħed jikber ħafna. Dan għaliex ħafna mill-plejers iż-żgħar li qegħdin jilagħabu, bdew ta’ età żgħira u dak jgħin ħafna. Meta tikkumparana ma’ pajjiżi bħall-Estonja, Iżrael u Ċipru, naħseb li qegħdin fil-livell tagħhom u kapaci nikbru. Ħa mmorru għall-Kampjonat Premier tal-irġiel - taqbel mal-fatt li mill-istaġun li ġej, se jkun hemm 14-il tim? Le, għaliex jien bniedem li nemmen fil-kwalità mhux fil-kwantità. Naħseb li għad m’għandniex 14-il tim ippreparat għall-ogħla livell tal-futbol Malti. Barra minn hekk, il-plejers biex itejbu l-livell tagħhom, iridu dejjem jilagħbu logħob ta’ kwalità għolja. Taqbel mal-introduzzjoni ta’ 11-il plejer barrani fil-grawnd, li tista’ ssir possibli sa mill-istaġun li ġej? Nemmen li għandu jilgħab kull min
hu kapaċi. Li nibża’ biss huwa li l-plejers żgħażagħ tagħna mhumiex jingħataw iċ-ċans biex jiżviluppaw it-talenti tagħhom minħabba li hawn min jixtieq rizultati mil-lum għal għada u jkun iktar faċli jilgħab plejer barrani milli jistenna plejer jiżviluppa. Jekk plejer ma jingħatax iċ-ċans, għalxejn, għaliex plejer biex jikber irid jilgħab u jesperjenza l-ambjent tal-logħob, mhux taħriġ biss.
anke grazzi għall-għajnuna li sibna. Dak li jkun forsi dejjem ikun jixtieq iżjed, iżda sa issa qatt ma sibna intoppi. B’liema Brincat?
mod
jgħinek
Pierre
Nista’ ngħid li huwa l-mentor tiegħi. Tgħallimt ħafna miegħu bħala kowċ u iktar kif immur mal-plejers, għaliex Ilni fil-futbol tan-nisa dik hija determinanti. Hemm ċerti plejers issa u nemmen li dan li huma determiKif tħossok bħala nanti għat-tim naz- it-tabù kien ikbar kowċ raġel tmexxi zjonali femminili. fil-passat milli hu tim femminili? Kif ħa jaffettwaw littim dawn, ġaladarba issa. Mhux ħa ngħid li Ngħidlek il-verità, huma jirtiraw? m’għadux jeżisti, iżda lanqas inħares leissa qegħdin f’punt jhom bħala tfajliet, Aħna qatt ma bbażajiżda bħala plejers na fuq plejers individ- fejn fis-soċjetà qed tal-futbol. Ovvjawali biss, iżda dejjem tikber il-kuxjenza ment, hemm ċerta fil-kollettiv. Bħala tim etika u forsi huma Malti, ma nistgħux li l-futbol qed jiġi xi ftit iżjed sensitnaħdmu fuq l-individ- milgħub mit-tfajliet. tivi, iżda fl-aħħar walità biss. Madanktal-ġurnata, huma ollu, għandna ħafna La din hija logħba plejers. plejers żgħar li telgħin sabiħa u tfajla tixtieq u li kapaċi jkomplu Taħseb li hawn l-ħidma fuq dawk ta’ tilgħabha, għaliex le? plejers Maltin li qabilhom. fil-futur kapaċi jgħixu minn fuq Issibu għajnuna il-futbol biss? mill-MFA? Iva, insibu ħafna għajnuna, għaliex l-iżvilupp li sar dan l-aħħar snin kien
Bħalissa għandna lil Rachel Cuschieri li qed tilgħab b’mod professjonali
f ’Ċipru, u nemmen li hemm plejers oħrajn li kapaċi jagħmluha għal barra minn Malta. Aħna l-għan tagħna huwa dak li noħorġu l-massimu tal-plejers li għandna sabiex dejjem niżviluppaw. Taħseb li teżisti korruzzjoni relatata mal-beting fil-futbol tan-nisa? Jien ma neskludi xejn, għaliex il-problema tal-beting hija serja u inkwetanti, speċjalment meta tara li qegħdin jintlagħbu flus fuq il-futbol femminili u anke dak tal-youths. Kif qed tiegħek?
tħares
lejn
il-futur
Bażikament, issa għandna żewġ logħbiet fi Frar kontra l-Litwanja ġewwa darna qabel nilagħbu fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja. Il-messaġġ tiegħek lit-tfajliet u l-ġenituri tagħhom, sabiex jibdew jilagħbu din il-logħba... Naħseb li kull ġenitur jixtieq jara littfal tiegħu ferħana. Jien għandi t-tfal u dejjem inkun nixtieq hekk. Naħseb li jekk ikun hemm xi tifla li tixtieq tilgħab din il-logħba u ma tkunx tista’, nemmen li l-ġenitur ikun qed jonqos minn dmiru. Jekk tfajla trid tilgħab il-futbol, għandna ninkoraġġuha u nqisuha bħala xi ħaġa pożittiva għaliex tkun qed tagħmel xi ħaġa li tħobb, apparti l-benefiċċji bla qies li ġġib magħha l-logħba sabiħa tal-futbol.
17
08.01.2017
kullhadd.com
IR-RENNI JEŻIŻTU JEW LE? CLAYTON CUTAJAR
B.Ed (Hons.), M.Ed. fix-Xjenzi
Żgur li ħafna minna semgħu mhux għal darba jew tnejn bil-kelma renna (reindeer) fi żmien ilMilied. U probabbilment ħafna minna jafu eżatt kif inhi din il-ħlejqa u jaf anke għandhom xi ġugarell jew dekorazzjoni bħalha d-dar. Imma din il-ħlejqa veru teżisti jew hi fittizja u vvintata sempliċiment sabiex tagħmel żmien il-Milied aktar maġiku? Ir-renni jew aħjar kif inhuma magħrufa bl-Ingliz il-Caribou, huma fil-fatt speċi mammiferi blisem xjentifiku ta’ Rangifer Tarandus. Fid-dinja hawn madwar 2.5 miljuni minn dawn l-individwi mferrxin f ’madwar 20 popolazzjoni differenti madwar l-Artiku jew dak li aħna nafuh bħala n-North Pole. Normalment fi żmien il-Milied ir-renni narawhom itiru flimkien ma’ Santa Klaws sabiex iqassmu r-rigali lejlet il-Milied. Hawn fejn wieħed jista’ jkollu xi diżappunt għax ilCaribou s’issa għadhom ma żviluppawx il-kapaċità li jtiru. Però tajjeb li wieħed ikun jaf li dawn il-ħlejqiet jimxu mal-5,000 km fis-sena. F’dan ir-rigward ir-rekord
jinsab għand il-balena tattip Humpback li saħansitra tgħum mat-8,000 km għallpost fejn tbejjet fiż-żminijiet tax-xitwa. Jekk inħarsu ftit lejn ilkaratteristiċi fiżiċi ta’ dawn il-ħlejqiet, nindunaw li r-renni għandhom tip ta’ suf uniku u folt li hu effiċjenti ħafna sabiex iżommhom sħan. Il-postijiet li jgħixu r-renni fihom, fosthom finnaħa ta’ Fuq tal-Ewropa, flAmerika ta’ Fuq u kif ukoll fis-Siberia, jagħmel ħafna bard u l-klima hi waħda kiesħa. Maż-żmien, ir-renni evolvew u adattaw għal din it-tip ta’ klima. Apparti millfunzjoni li s-suf tar-renni għandu sabiex iżomm ittemperatura ta’ ġisimhom stabbli, dan jgħin ħafna wkoll fl-għawm minħabba li jaqbad saff ta’ arja oħxon taħtu u b’hekk iżomm lirrenni fil-wiċċ. Ir-renni huma annimali li kapaċi jgħumu u saħansitra anke jaqsmu x-xmajjar u s-silġ tal-Oċean Artiku. Ir-renni kapaċi wkoll jiġru u jlaħħqu veloċità ta’ 80 km fis-siegħa. Il-mod kif ir-renni jintwerew fid-dekorazzjonijiet talMilied jagħtina x’nifhmu li huma rġiel. Infatti l-ismijiet
uffiċjali tagħhom huma Dasher, Dancer, Prancer, Vixen, Comet, Cupid, Dunder u Blixem flimkien mar-Renna Rudolph li ħa postu mar-renni l-oħra fisseklu għoxrin. Però dan kif jikkuntrasta max-xjenza u l-fatti dwar il-Caribou? Tajjeb inkunu nafu li l-Caribou rġiel iwaqqgħu l-qrun tagħhom fil-bidu ta’ Diċembru meta jintemm żmien it-tagħmir. Fl-istess ħin il-Caribou nisa jżommu l-qrun tul ix-xitwa kollha. Mela jew ir-renni ta’ Santa Klaws huma speċjali jew inkella dan jagħtina x’nifhmu li fil-verità dawn ir-renni huma nisa. Apparti minn hekk, il-Caribou nisa jżommu madwar 50% taxxaħam tagħhom tul ix-xitwa kollha filwaqt li l-Caribou rġiel iġorru magħhom biss mal-5% tax-xaħam ġaladarba jkunu tilfu l-kumplament fiz-żmien tat-tagħmir. Kien ikun aktar prattiku għal Santa Klaws li kieku dan għażel tim ta’ renni nisa għax jistgħu jilqgħu għallkesħa ferm aktar mir-renni rġiel. In-numru talCaribou fiddinja dejjem
qed jonqos. Ix-xjenza turina li l-akbar popolazzjoni talCaribou tinsab fit-Taimyr Peninsula fis-Russja. Fissena 2000 kien hemm dokumentati mal-miljun Carbou però sfortunatament dawn waqgħu kważi binnofs sal-aħħar tal-2016. Xi riċerkaturi mill-Università ta’ Northern Iowa spjegaw li din il-popolazzjoni kienet ilha tiġi studjata kemm permezz tas-satelliti kif ukoll permezz ta’ kullari apposta. Ġie nnutat li dawn il-ħlejqiet iqattgħu s-sjuf tagħhom fin-naħa ta’ fuq filwaqt li jinżlu aktar ’l isfel fix-xitwa sabiex isibu temperaturi anqas kiefra. Minħabba l-problema globali tal-effett serra u l-bidla filklima, it-temperaturi żdiedu b’madwar 1.5 gradi Celsius. Dan huwa biżżejjed sabiex ċerti xmajjar fl-akkwati li jgħixu fihom ilCaribou jinħallu qabel mis-silġ
b’konsegwenza li l-Caribou jridu jgħumu sabiex jaqsmuhom minflok jimxu fuq is-silġ. Sabiex jevitaw dan, il-Caribou kellhom itawlu ftit it-triq tagħhom sakemm jaslu fid-destinazzjoni b’temperatura mixtieqa. Ċerta infrastruttura mibnija mill-bnedmin saret ukoll tfixkel ftit lill-Caribou milli jagħmlu dan il-vjaġġ fil-ħin. Jekk lil dawn il-ħlejqiet ngħidulhomx renni jew Caribou, jekk Santa Klaws kellux renni nisa jew irġiel jew jekk ir-renni humiex l-aktar annimal adattat sabiex jgħin lil Santa Klaws iqassam ir-rigali lejlet il-Milied mhux ser tagħmel daqsekk differenza fit-tradizzjonijiet tagħna tal-Milied. Però permezz ta’ dawn l-affarijiet u t-tradizzjonijiet jinħoloq għarfien fost it-tfal u l-kbar dwar dawn il-ħlejqiet. Aktar ma wieħed ikollu għarfien, aktar ikun kapaċi jieħu deċiżjonijiet għaqlija f ’ħajtu u kollettivament fid-dinja ssir aktar pressjoni pożittiva u titqajjem aktar kuxjenza sabiex dawn l-annimali jitħarsu aħjar sabiex ġenerazzjonijiet futuri jibqgħu jgawduhom.
18
08.01.2017
1 L-AMERKA
MADWAR kullhadd.com
FIL-QOSOR
2 1
JAFU L-IMĦUĦ WARA L-ALLEGAT HACKING L-Istati Uniti rnexxielhom jidentifikaw l-aġenti Russi li wettqu l-allegat hacking waqt l-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti li kienet mirbuħa minn Donald Trump lura f ’Novembru. L-aġenti li isimhom mhux qed ikun mgħarraf mal-midja, serqu emails mill-Partit Demokratiku Amerikan u tawhom lis-sit wikileaks bil-għan li intraprenditur Trump jirbaħ l-elezzjoni. Madanakollu r-Russja qed tiċħad li kellha x’taqsam mal-fundatur tas-sit, Julian Assange. Il-midja Amerikana għadha qed tisħaq li uffiċjali talintelliġenza għad iridu jinfurmaw lil Trump, li se jinħatar president dan ix-xahar, dwar dan kollu.
2 L-INGILTERRA
3 IL-ĠERMANJA
IS-SERJE SHERLOCK IKTAR POPOLARI MIR-REĠINA Għal persentaġġ mhux ħażin tal-popolazzjoni Ingliża, jum l-ewwel tas-sena fisser il-bidu ta’ staġun ġdid għas-serje Ingliża, Sherlock. Iktar minn 8 miljun telespettatur twaħħlu quddiem it-televiżjonijiet biex wara żmien twil ta’ stennija jerġgħu jingħaqdu mad-duo Sherlock u Watson. Dan fisser li din kienet l-iktar wirja popolari ta’ żmien il-festi, saħansitra iktar mill-messaġġ annwali tar-Reġina Eliżabetta. Il-midja Ingliża kkonfermat li 33% tal-pajjiż qatta’ l-ewwel tas-sena ma’ dawn it-tnejn isolvu l-misteri. L-episodju The Six Thatchers intwera l-Ħadd waranofsinhar fuq l-istazzjon BBC u qed jingħad li dan se jkun l-aħħar staġun tas-serje minħabba impenji oħra tal-attur ewlieni, Benedict Cumberbatch jew Doctor Strange, kif jafuh ħafna. Il-moħħ wara s-serje, Mark Gattis, qal li l-crew kollu jixtieq li jkun hemm iżjed rakkonti tal-ispettur makabru, iżda l-iskedi tal-atturi ewlenin mhux se jippermettu. Fi kliem ieħor kull min hu dilettant tas-serje, se jkollu jerġa’ jiddependi fuq ilkotba ta’ Arthur Conan Doyle.
ARRESTAT B’RABTA MAL-ATTAKK F’BERLIN Tuneżin li allegatament huwa sieħeb Anis Amri, li wettaq l-attakk fuq is-suq tal-Milied f ’Berlin, kien arrestat fil-Ġermanja u għadu qed jiġi interrogat b’rabta mal-istess attakk. Is-suspettat għandu 26 sena u huwa t-tieni Tuneżin li qed ikun ordnat jgħin lill-awtoritajiet Ġermaniżi flinvestigazzjoni. L-attakk li wettaq Amri huwa replika tal-attakk li seħħ f ’Nizza fi Franza waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum Bastilja, u ħalla 12-il persuna mejta. L-awtoritajiet Ġermaniżi qalu li l-Istat Iżlamiku bla dubju ispira l-mod kif Anis Amri, li nqatel jiem wara l-attakk f ’Milan, itterrorizza Berlin.
R ID-DINJA
19
08.01.2017
kullhadd.com
6 IS-SIRJA
3 5
6
4
GĦEXIEREN MAQTULA F’AZAZ
Minn tal-inqas 43 persuna nqatlu wara karozza bomba firraħal Sirjan ta’ Azaz li huwa kkontrollat mir-ribelli. Dan il-post jinsab eżatt mal-fruntiera Torka. L-isplużjoni seħħet barra l-Qorti seba’ kilometri biss bogħod mit-Turkija. Riċentament Azaz kienet ukoll fil-mira tal-Istat Iżlamiku. Din l-isplużjoni hija l-agħar waħda minn meta r-Russja u t-Turkija laħqu ftehim li kellu jkun hemm waqfien mill-ġlied li sa issa jidher li nżamm. Però l-IS mhumiex parti minn dan il-ftehim. Sakemm morna għall-pubblikazzjoni ebda grupp ma kien għadu ħa responsabbiltà ta’ dan l-attakk li żgur ħalla vittmi tiegħu numru ta’ ribelli. L-IS mhux l-ewwel darba li provat tieħu lura Azaz, post meqjus bħala importanti għat-Turkija. Fil-post hemm ukoll eluf ta’ persuni li ħarbu minn bnadi oħra tas-Sirja.
5 IT-TURKIJA
4
IL-LIBJA
SPLUŻJONI BARRA QORTI TORKA IMMIGRANTI SALVATI MILL-MEDITERRAN Iktar minn 100 immigrant li kienu 36 mil nawtiku ’l barra mill-kosta tal-Libja kienu salvati minn SOS Mediterranee u Doctors Without Borders, organizzazzjonijiet internazzjonali li joffru għajnuna f ’każ ta’ emerġenza fuq il-baħar. Uffiċjali mill-organizzazzjonijiet qalu li l-immigranti, inklużi nisa u tfal, kienu qed jaqsmu l-baħar mqalleb bit-tama għal ħajja aħjar, iżda d-dingi li kienu fuqu ma kienx jiflaħ daqshekk nies. B’xorti tajba dawn intervjenew fil-ħin u l-operazzjoni tas-salvataġġ kienet suċċess. Fost l-immigranti kien hemm persuni mill-Mali, mill-Uganda, mis-Senegal u mill-Guinea.
Din il-ġimgħa rat kronaka oħra sseħħ fit-Turkija hekk kif erba’ persuni mietu wara splużjoni barra mil-Qorti fil-belt ta’ Iżmir. Żewġ persuni wettqu dan l-attakk permezz ta’ karozza bomba, u sensiela ta’ sparaturi barra l-bini. Minkejja li l-mewġa ta’ attakki li sofra l-pajjiż f ’dawn l-aħħar xhur twettqu millIstat Iżlamiku, l-awtoritajiet Torok kienu pronti jippuntaw subgħajhom lejn ir-ribelli Kurdi. Intant il-President Erdogan jibqa’ jinsisti li dawn l-attakki ma għandhom ebda ħsieb ħlief biex joħolqu tensjoni fil-pajjiż. Sa issa kienu arrestati numru ta’ persuni mll-grupp etniku talUjgur, iżda s-suspettati ewlenin għadhom ma stabux.
20
08.01.2017
kullhadd.com
TINVESTI FIT-TAGĦLIM TAL-ILSIEN MALTI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Apparti l-kitba, Lorna għandha passatempi oħra bħall-parteċipazzjoni fir-reenactments Medjevali Il-personalità li intervistajt illum inzertajt kont nafha b’mod personali, u mhux l-ewwel darba li ltqajna u qsamna diversi ideat komuni bejnietna, peress li t-tnejn li aħna għandna l-istess passjoni għall-kitba. Qed nirreferi għal Lorna Vassallo li hija l-awtrici ta’ Maltese through English, li huwa ktieb dwar l-ilsien Malti. Lorna twieldet l-Imġarr iżda toqgħod l-Imsida. Studjat ilLiġi sal-livell ta’ Masters l-Università ta’ Malta. Barra minn hekk studjat għadd ta’ lingwi barranin f ’livell għoli ħafna fosthom it-Taljan, il-Franċiż u l-Ġermaniż u magħhom ir-Russu, l-Għarbi u l-Ispanjol f ’livell inqas. L-imħabba tagħha lejn il-lingwi wasslet sabiex għam-
let snin twal tgħallem lingwi differenti fl-iskejjel tal-istat kif ukoll gwida tal-Franċiżi. Għallmet ukoll il-Malti lill-barranin li jgħixu f ’pajjiżna. Kienet tikteb fuq gazzetti lokali. Qalbet għall- Malti produzzjonijiet teatrali mill-Franċiż, tellgħet produzzjonijiet teatrali fuq livell nazzjonali, ħadmet fil-qasam tat-televiżjoni u tar-radju, u tieħu sehem f ’rikostruzzjonijiet storiċi Malta u l-Ewropa. Il-passjoni tagħha għall-ivvjaġġar wasslitha f ’positjiet remoti fil-ħames kontinenti tad-dinja. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala bniedma li ma tieqaf qatt tivvinta l-isfidi u l-proġetti għaliha nnifisha. Ma tegħjiex malajr! Imma mingħajr riskji
tara l-ħajja monotona, u kemm jista’ jkun l-isfidi u l-proġetti jridu jkunu kbar. Timmaġina lilha nnifisha ta’ tmenin sena titkellem dwar il-ktieb li jmiss! Deċiżjoni riskjuża: Daħlet għal riskju finanzjarju Kien proprju fl-2012, meta Lorna ħadet deċiżjoni riskjuża. Kitbet ktieb dwar l-ilsien Malti bl-Ingliż u daħlet għar-riskju finanzjarju kollu hi. Fl-aħħar tal-2013 ħarġet it-tieni u t-tielet ktieb tal-istess sensiela. Fl-2015 bdiet taħdem fuq l-edizzjoni riveduta tal-ewwel ktieb billi kien jidher ċar li fi żmien erba’ snin kien se jinbiegħ. Ir-riskju kien ta l-frott. Ir-reviżjoni riveduta wasslet sabiex fl-2016
ħarġu mhux biss ktieb wieħed jippubblika bil-Malti, dwar iliżda tlieta – Book 1 – Revised Malti jew dwar Malta. Il-verità Edition (570 paġna), Book 4 – hi li għandna diversi kittieba The Book of Verbs & Pronouns stabbiliti u hawn interess kbir (352 paġna), kemm fil-lingBooklet 1 – Fillwa Maltija kif in Exercises (96 ukoll f ’Malta paġna). Flimkien bħala storl-istudenti magħhom tlestija, kultura, u et ukoll is-CD fil-livell ekonomija (3 sigħat u kwart fost oħrajn”, ta’ materjal ir- terzjarju, sostniet Lorrekordjat minn għandhom na. atturi u enġinier professjonali li ikollhom krediti D ive r s i kollha ħadmu kif għandhom sagrifiċċji u volontarjament). sfidi Illum is-sett sħiħ jitkellmu dwar ta’ kotba jikkon- is-suġġett Tkellimt sisti minn ħames magħha dwar kotba u CD. l-isfidi ta’ din tagħhom S’issa ppubil-pubblikablikat dawn il- bil-Malti zzjoni u żveħames kotba ta’ lat miegħi li Maltese through l-isfidi kienu English u ktieb varji. “Sabiex ieħor qabilhom bl-isem Ktejjeb għaqqadt is-sitt kapitli l-ġodtal-Ħrejjef li kien ħrafa dwar l-is- da tal-edizzjoni riveduta kelli torja politika kontemporanja bżonn sajf sħiħ ta’ sagrifiċċju. qabel ma sar mexxej tal-Partit L-ammont ta’ materjal fil-bidu Laburista Dr. Joseph Muscat. jidher wisq. Imma meta bħala Ridt inkun naf hux vijabbli li awtur tibda tifhmu aħjar jihawn Malta tippubblika ktieb, rnexxilek tniżżlu għal inqas jew għax veru tkun il-passjoni paġni u f ’dan il-każ tnaqqsu tal-awtur. “Skont kif taraha. għal tabella u tippreżenta xi Kieku kelli nikkalkula l-ħin li ħaġa li ħaddieħor jista’ jifhimha qattajt fuq il-kitba u l-pubblika- forsi b’inqas sforz. Imma l-ikzzjoni tal-kotba – kieku żgur bar sfidi kienu tekniċi. Kemm li qatt ma nagħmel xejn. Iżda fil-kotba kif ukoll fis-CD. L-irjien nikkunsidra l-kitba bħala rekordjar tas-CD sar matul mogħdija ta’ żmien. Nirraġuna is-sajf 2015. Fil-każ tal-effetti wkoll illi nonfoq il-flus jew ma tal-ħoss tas-CD dawn damu nonfoqhomx xorta waħda jkol- madwar sena. Kull 5 minuti li nqum għax-xogħol filgħodu. ta’ ħoss u effetti ħadu madwar Flok ma ħallejt il-flus il-bank siegħa ta’ ħidma teknika (aptfajthom fuq il-kotba. Kont parti l-irrekordjar tal-vuċijiet). iffortunata li l-kotba nbiegħu Rigward kotba wkoll kienu dif– allura ħafna mill-ispejjeż fiċli immens teknikament. Kull li nfaqt fi flus qed jiġu lura. ktieb mill-inqas kelli naqrah xi Għalkemm is-sagrifiċċji huma għaxar darbiet jien u darbtejn enormi speċjalment iktar ma oħra l-qarrej tal-provi (Karl Coleiro) satoqrob lejn biex nassigil-pubblikauraw ruħna zzjoni, xorta li ma jkunx waħda nem- Sfortunatament hemm żbalmen li jekk ji ta’ ebda tip. ikolli noħroġ għalkemm Teknikament pubblikazzjoni l-interess il-kotba huma oħra nagħmel aktar diffiċli hekk. Wara kol- tal-barranin mis-soltu billi lox imbagħad fl-ilsien Malti fihom tabelli u takkwista ċerta l-iżbalji apparti esperjenza. Il- huwa kbir, ta’ ortografija lum anke qed il-Malti mhux jistgħu jkunu nitgħallem ta’ stil, ta’ nimpaġna ftit qed jingħata tipa, eċċ. Kien jien stess. Minhemm xi żbalji naħa l-oħra, l-istess li litteralment il-ktieb tiegħi importanza beda joħlogħalkemm qhom il-prohuwa dwar mill-Maltin gramm tal-imil-lingwa Maltija huwa fil-fatt paġnar stess. ktieb bl-Ingliż. Dan jgħin biex Pereżempju fil-każ tar-raba’ jinbiegħ għaliex jifetaħli suq in- ktieb, il-programm beda jħawternazzjonali. Mhux faċli tbigħ wad l-ordni tal-paġni u ġieli kotba Maltin, però nemmen tlift sigħat sħaħ ta’ xogħol, kolli ħadd m’għandu jaqta’ qalbu lu jkolli nagħmlu mill-ġdid,”
21
08.01.2017
kullhadd.com
żvelat miegħi Lorna. Illum l-akbar sodisfazzjon għal Lorna huwa l-fatt li tista’ tħares lejn sett ta’ ħames kotba u CD u tarahom jinbiegħu. Naturalment fi kliemha stess, l-għan principali tagħha huwa li xxerred aktar għarfien tal-ilsien Malti kif inhu mitkellem u miktub illum, mhux biss mal-barranin, iżda wkoll mal-Maltin. “Sfortunatament għalkemm l-interess tal-barranin fl-ilsien Malti huwa kbir, il-Malti mhux qed jingħata l-istess importanza millMaltin. Il-Maltin stess qed iserrħu wisq moħħhom illi għax jafu jitkellmu bil-Malti, allura jafu jiktbuh ukoll. Min-naħa l-oħra, hemm diversi Maltin li qed jagħżlu li jiktbu bil-lingwa Ingliża għax huma wisq konxji tal-iżbalji li jagħmlu meta jiktbu bil-Malti”. Naturalment kull min jippubblika xi ktieb, dejjem ser jiltaqa’ ma’ xi sfidi. Lorna mhux b’inqas. Fil-fatt minbarra li kellha tiffinanzja l-proġett kollu hi, fissritli li l-kittieb li jiffinanzja l-kotba tiegħu jiltaqa’ ma’ diversi żvantaġġi li m’għandhomx pubblikaturi oħra. Hallejt f ’idejha sabiex telabora aktar. “Wieħed minnhom huwa li jekk pubblikatur jieħu sehem fil-Fiera tal-Ktieb huwa mitlub iħallas l-istess ammont ta’ ħanut tal-kotba biex jesebixxi l-kotba tiegħu. Il-ħlas mitlub ikun tal-eluf. Allura huwa impossibbli li jipparteċipa fiha. Waqt il-Fiera tal-Ktieb għandu jkun hemm spazju riservat għall-pubblikaturi individwali li jew jingħata b’xejn, jew bi prezz raġonevoli. Ta’ min jgħid li fil-bidu jien ukoll, għalkemm ippruvajt insib min jippuhbblikali l-ktieb, ma sibtx. Kieku l-kotba ma ħarġux. Jista’ jkun hemm kittieba li qed joqogħdu lura milli jiktbu għal raġunijiet finanzjarji. Dan m’għandux ikun”. Qlibt l-intervista dwar l-ilsien Malti, u staqsejtha jekk għandhiex xi dispjaċir. “Iva. Speċjalment fejn jidħlu l-awtoritajiet. Nemmen li s-SEC tal-Malti ma jkunx għal-letteratura u lingwa f ’daqqa, iżda jinqasam lingwa u ortografija għaliha, u letteratura għaliha. Dan għaliex kulħadd qed jistudja letteratura u jgħaddi mill-eżami bla ma jaf l-ortografija sewwa. Wara kollox dan jista’ jkun anke favur l-istudent. Għaliex student tajjeb filMalti, il-ħiliet tiegħu m’għandhomx jissarrfu f ’żewġ krediti fil-livell ordinarju flok wieħed? Sfortunatament il-grammatika Maltija hija tabù – kulħadd jibża’ minnha. Jekk wieħed iħares biss biss lejn it-teżijiet li saru mit-twaqqif tal-Fakultà tal-Malti l-Università fil-ħamsinijiet jinduna li l-maġġoranza tat-teżijiet huma fuq letteratura u etimoloġija (l-oriġini tal-kelma) imma t-teżijiet fuq aspetti grammatikali tal-lingwa ma jammontawx għal aktar minn 5%”, sostniet Lorna. Kompliet tgħidli li temmen li l-istudenti fil-livell terzjar-
ju, huma x’inhuma jistudjaw (tobba, accountants), għandu jkollhom krediti kif għandhom jitkellmu dwar is-suġġett tagħhom bil-Malti, kif ukoll krediti fl-ortografija Maltija in ġenerali. In-nuqqas ta’ dawn it-tip ta’ suġġetti fl-Università qed iwassal sabiex min jiggradwa f ’ċerti suġġetti jispiċċa m’għandux għażla ħlief li jit-
kellem nofsu bil-Malti u nofsu bl-Ingliż – mhux biss fil-ħajja, agħar u agħar fil-pubbliku u fuq il-mezzi tax-xandir. “Nemmen ukoll li billi aħna bilingwi, it-traduzzjoni għandha tingħata aktar importanza, billi ħafna Maltin, minflok ma jaħsbu fil-kelma Maltija qegħdin jgħiduha bl-Ingliż – fenomenu ieħor
li għal darb’oħra qed iħeġġeġ biex nitkellmu nofs bil-Malti nofs bl-Ingliż. Jekk il-Maltin jkunu mħarrġa fit-traduzzjoni anke f ’livell sekondarju, allura, jkunu mdorrija jsibu l-kelma bil-Malti u ma jitgħażżnux f ’dan is-sens”, kompliet tgħidli. Lejn l-aħħar tal-intervista, tkellimt ma’ Lorna dwar xi
progetti futuri. Fil-fatt żvelat miegħi li għalkemm qed toqgħod lura ħafna milli tibda xi ktieb ieħor tas-sensiela Maltese through English diġà mill-inqas hemm żewġ kotba li jistgħu jingħaqdu mas-sensiela bi ftit sforz. “Nixtieq noqgħod lura milli nippubblika għalissa minħabba restrizzjonijiet finanzjarji, kif ukoll minħabba l-istress enormi li ġġib magħha kull pubblikazzjoni. Però jista’ jkun li fix-xhur jew snin li ġejjin joħroġ id-dizzjunarju speċifiku tas-sensiela Maltese through English li jinkorpora l-kliem kollu użat fil-kotba fejn wieħed ikun jista’ jfittxu skont l-alfabett, u ktieb ieħor ta’ kliem imqassma skont is-suġġett bi traduzzjoni f ’mill-inqas ħames lingwi (il-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż u l-Ġermaniż). L-ewwel ktieb huwa kwistjoni ta’ riorganizzazzjoni ta’ dak li hemm diġà miktub u t-tieni ktieb ikun speċjalment immirat mhux biss lejn min huwa interessat, iżda wkoll lejn gwidi turistiċi, interpreti, tradutturi. Ovvjament it-tieni ktieb huwa iktar impenjattiv mill-ewwel għalkemm fil-verità diġà hemm tliet kwarti minnu miktub”. Sadanittant, Lorna temmet din l-intervista miegħi billi stqarret miegħi li sal-pubblikazzjoni li jmiss ser tgħix il-passatempi kollha l-oħra tagħha, li mhumiex ftit, bi sħiħ. Kif sostniet hi stess, kollox għandu jsir f ’ħinu u f ’waqtu!
22
08.01.2017
kullhadd.com
KLIJENTI BI DRITTIJIET U DINJITÀ JUSTYNE
CARUANA Segretarju Parlamentari
Jekk qatt kien hemm bżonn li Gvern Laburista jikkonferma r-ruħ soċjali tiegħu, dan ħareġ ċar filbosta miżuri tal-baġit għal din is-sena. Infatti mill-ewwel jum ta’ Jannar eluf ta’ anzjani u persuni b’diżabilità bdew igawdu minn għajnuniet, kemm huma nfushom direttament kif ukoll il-familji u dawk li jieħdu ħsiebhom. Dan kollu huwa parti minn pjan li tfassal fuq il-manifest elettorali Laburista u beda jieħu sura aktar preċiża bil-Politika Nazzjonali, kemm għall-anzjanità attiva kif ukoll għall-persuni b’diżabilità. Dan kien segwit minn Strateġija Nazzjonali - stabbilejna fejn irridu nilħqu u mbagħad fassalna kif se naslu. Is-sabiħ f ’dan il-proċess
kien li kollox sar wara konsultazzjoni miftuħa ma’ dawk kollha involuti il-familji, l-għaqdiet volontarji, l-attivisti, l-esperti u l-akkademiċi, u fuq kollox - l-istess persuni li se jibbenefikaw minn kull miżura li tittieħed. Dan kompla juri kemm tassew dan huwa Gvern li jisma’, jifhem u jwettaq. Is-Segretarjat Parlamentari li tiegħu jiena responsabbli mexa b’għaqal biex josserva l-ħsieb universali dikjarat mill-Ġnus Magħquda “Nothing about us without us” - xejn ma jsir dwarna, mingħajrna. Biex insaħħu dan il-prinċipju għaddejna liġijiet speċifiċi sabiex persuni b’diżabilità, bi dritt ikunu rappreżentati f ’bordijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. L-istess dritt daħħalnieh għall-anzjani li kienu kontinwament magħna waqt it-tfassil u l-ippjanar tal-istrateġija nazzjonali, kif ukoll biex stabbilejna l-istandards nazzjonali għad-djar kollha - tal-gvern u tal-privat għall-anzjani. L-istess għamilna fit-tfassil ta’ kull liġi mill-ħafna li approvajna
għal aktar strutturar u appoġġ fiż-żewġ oqsma. Fatt importanti kien li bqajna għaddejjin, anzi rriformajna, saħħaħna u żidna s-servizzi għallkura fid-djar tal-anzjani, naqqasna sew il-listi ta’ stennija, anki permezz ta’ tkabbir u ristrutturar f ’residenzi eżistenti u wkoll permezz ta’ tisħib mal-privat biex inżidu l-akkomodazzjoni għallanzjani - kemm f ’Malta kif ukoll f ’Għawdex. B’mod partikolari f ’Għawdex bdejna noħorġu l-anzjani mis-sitwazzjoni kronika għal ħafna snin fl-isptar ġenerali u nakkomodawhom f ’residenzi apposta għalihom. Introduċejna wkoll servizzi ta’ night shelter u respite services. Fl-istess nifs introduċejna ħafna inizjattivi biex inwessgħu l-opportunità għal anzjanità aktar attiva b’ħafna taħriġ u tagħlim, anki fil-qasam tatteknoloġija tal-informatika. Ħloqna u nibqgħu noħolqu kull spazju u appoġġ biex l-anzjani tagħna jkomplu bissehem tagħhom fil-familja u fil-komunità. Infatti
żidna bil-kbir skemi biex ninkoraġġuhom jibqgħu jgħixu fl-ambjenti tagħhom, sakemm hu possibbli b’mod indipendenti u fejn le, nipprovdulhom għajnuna u servizzi - lilhom u lil dawk li jieħdu ħsiebhom. Insistejna fuq il-kwalità fis-servizzi kollha u nvestejna sew fit-taħriġ talimpjegati, b’akkreditazzjoni mill-Università ta’ Malta biex niżguraw servizz professjonali. Biex sar dan kollu kull sena żidna n-nefqa bil-kbir għax nemmnu li dak huwa nfiq għaqli u ġust. Għalina, l-anzjani mhumiex pazjenti imma klijenti u ċittadini bi drittijiet għal dinjità sħiħa, għalkemm bqajna nsostnu l-kura medika kif u kull fejn ikun meħtieġ. Il-gvern jidħol biss fejn ikunu jeħtieġu aktar appoġġ u bl-ebda mod ma rridu nieħdu post il-qraba immedjati fil-familja li huma l-egħżeż persuni bil-ħeġġa u bid-dmir li jduru b’għożża b’dawk li kibru fl-età. Fil-qasam tad-diżabilità sħaqna kontinwament fuq id-drittijiet li jistħoqqilhom dawn il-persuni, f ’soċjetà mibnija fuq ugwaljanza
u ekwità. Sħaqna fuq ittagħlim u t-taħriġ biex għall-ewwel darba kellna l-akbar żieda ta’ persuni b’diżabilità li sabu impjieg għal għajxien indipendenti. Fil-viżjoni tagħna ta’ soċjetà ġusta, ftaħna l-ewwel erbat idjar minn għaxra biex dawn il-persuni jgħixu b’mod inklussiv fil-qalba talkomunità. Bħalma fil-qasam tal-anzjani bnejna politika u strateġija nazzjonali għalleluf milqutin mid-dimensja, fil-qasam tad-diżabilità iffukajna fuq forom differenti b’liġijiet apposta tal-lingwa nazzjonali tassinjali għal dawk neqsin mis-smigħ kif ukoll għal aktar għarfien u inklużjoni fil-firxa tal-awtiżmu. Is-Segretarjat Parlamentari li mmexxi, kif ukoll il-Kummissarju u l-Kummissjoni għad-Drittijiet talPersuni b’Diżabilità, ilKummissarju u l-Kunsill tal-Anzjani u entitajiet oħra fir-responsabbiltà tiegħi, determinati li nkomplu nibnu fis-sod soċjetà ġusta, fejn il-prosperità ekonomika tkompli tilħaq lil kulħadd.
RIŻOLUZZJONI SOĊJALI GĦALL-2017 SILVIO
SCHEMBRI Membru Parlamentari
Bdejna sena ġdida mimlija sfidi għal pajjiżna, hekk kif il-Gvern Laburista qed iħares lejn l-2017 b’riżoluzzjoni ċara daqs il-kristall! Dik li jkompli l-ħidma sfiqa tiegħu favur l-aktar batut fostna permezz ta’ miżuri soċjali ta’ għajnuna. Sena li fiha pajjiżna mhux biss se jkun qiegħed fit-tmun talPresidenza tal-Kunsill Ewropew għas-sitt xhur li ġejjin, iżda wkoll sena fejn irid jiġi implimentat ilBaġit bi sfond soċjali li ġie mressaq fil-Parlament fis17 ta’ Ottubru li għadda. Baġit li jaħseb fiż-żgħir u fil-batut, fejn qed joffri bosta opportunitajiet ta’ ħajja aħjar lil dawk l-aktar milqutin. L-2017 se tkun is-sena fejn il-poplu Malti u Għawdxi
se jkun qed iħares bi ħġaru lejn inizjattivi sodi bħal mhuwa l-leave għal min jirċievi l-kura għall-kanċer, il-konsultazzjoni għallintroduzzjoni tad-dritt biex persuni jużaw il-leave tal-mard meta t-tfal ikunu morda u aktar servizzi għal min għandu l-kundizzjoni tad-dijabete, fejn il-Gvern se jkun qed jintroduċi mediċini u insulini ġodda. Wieħed ma jistax jinsa wkoll li l-Gvern għaddej b’ħidma biex fuq medda ta’ snin il-mediċini kontra l-kanċer ikunu bla ħlas. Mill-ewwel ta’ Jannar daħlet immedjatament fis-seħħ l-inizjattiva f ’forma ta’ liġi biex tipjip fil-preżenza tat-tfal jiġi meqjus bħala illegalità, fejn se jkunu qegħdin jinħarġu diversi multi lis-sewwieqa ta’ vetturi li fihom isir tipjip fil-preżenza ta’ tfal taħt is16. Inizjattiva fost ħafna li tant kien hemm bżonn f ’pajjiżna. Wara li fl-ewwel tliet snin u nofs ta’ din il-leġiżlatura l-Gvern Laburista reġa’ qajjem l-ekonomija fuq saqajha, fejn din mistennija tkompli tikber bir-rata ta’
4.1% (titjib rikonoxxut mill-Fond Monetarju Internazzjonali), filwaqt li d-defiċit fil-finanzi pubbliċi huwa maħsub li se jkun wieħed ta’ 0.6% tal-Prodott Domestiku Gross, l-istess Gvern raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, żied l-impjiegi u naqqas il-qgħad, fejn ir-rata tinsab fl-inqas livelli ta’ dawn l-aħħar snin b’madwar 4.7%. Dan kollu, fi sfond ta’ aktar arja nadifa bil-bini tal-power station li taħdem bil-gass u mhux bilheavy fuel oil f ’Dellimara. L-istess Gvern iddeċieda li jdaħħal diversi miżuri soċjali b’mod partikolari filqasam tal-pensjonijiet, fejn għall-ewwel darba f ’25 sena rajna żidiet, fosthom €4 oħra żieda fil-ġimgħa għal dawk bil-pensjoni minima u dawk bil-pensjoni tal-wens se jiżdidulhom ukoll €35 fil-ġimgħa. Baġit li se jibqa’ mfakkar għall-inizjattiva li titneħħa t-taxxa minn fuq il-pensjonijiet li jaslu sa massimu ta’ €13,000 u li neħħa d-differenzi firrati fissi jew minimi filpensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa. Miżura li tolqot mhux inqas minn 22,000
pensjonant, fejn xejn inqas minn 9,000 mhux se jibqgħu jħallsu taxxa. L-istħarriġ talKummissjoni Ewropea fost azjendi u konsumaturi Maltin u Għawdxin juri li wara l-Baġit 2017 il-livell ta’ ottimiżmu laħaq l-ogħla livell li ġie osservat f ’pajjiżna fl-aħħar tmien snin, l-ogħla livell ta’ ottimiżmu osservat fost il-pajjiżi kollha tażona ewro. Ħafna operaturi fil-qasam tas-servizzi u ta-kostruzzjoni sostnew li għandhom aspettattivi aħjar għax-xhur li ġejjin, fejn qed ibassru li se jkomplu jżidu l-ħaddiema. Anke fil-qasam tar-retail, il-maġġoranza tal-operaturi qed jistennew li fit-tliet xhur li ġejjin se jżidu l-impjegati wara titjib fil-produzzjoni u tisħiħ fl-ordnijiet fl-aħħar xhur. L-operaturi fil-qasam talmanifattura wkoll qed jantiċipaw żieda qawwija fl-investimenti tagħhom, liema żieda se tkun l-ikbar waħda osservata fl-Unjoni Ewropea, kważi għaxar darbiet aktar mill-medja Ewropea. Filwaqt li madwar l-Unjoni Ewropea jeżisti pessimiżmu
fost il-konsumaturi, f ’Malta l-familji komplew ikunu l-ftit fl-Ewropa li qed jgħidu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom se tkompli titjieb fix-xhur li ġejjin. Irriżultati tal-istħarriġ talKummissjoni Ewropea jikkonfermaw kemm ilbaġit li ħabbar il-Gvern intlaqa’ tajjeb mill-familji u n-negozi f ’pajjiżna b’miżuri li qed iwasslu f ’aktar ġid li jasal għand kulħadd, speċjalment għand dawk li l-aktar jistħoqqilhom appoġġ. Ir-riżoluzzjoni ta’ dan il-Gvern għall-2017 hija waħda ċara! Riżoluzzjoni favur għajnuna soċjali għal dawk li tassew għandhom bżonn. Sena li matulha se nkunu qegħdin naraw lil dan il-Gvern jimplimenta din irriżoluzzjoni tant importanti għas-soċjetà tagħna! Nemmen li politiku għandu jibqa’ viċin innies dejjem. Minkejja l-impenji tal-Presidenza, bħalma għamilt f ’dawn l-aħħar erba’ snin, jien se nibqa’ nagħti prijorità li nara n-nies personalment fl-uffiċċju tiegħi kif ukoll ġewwa d-djar tagħhom.
23
08.01.2017
kullhadd.com
IS-SABIĦ TAL-ĦAJJA
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI
02.01 Ġie deċiż li ma jsirux xogħlijiet ta’ skavar jew twaqqigħ fil-ħin talmistrieħ waranofsinhar bejn is-2pm u l-4pm matul is-sena kollha.
03.01
Ġie deċiż li ma jkunx permess xogħol ta’ skavar u twaqqigħ f ’żoni turistiċi fil-perjodu ta’ bejn il15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru.
CATHERINE
FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Ftit tal-ġranet ilu segwejt bilqalb servizz fuq l-aħbarijiet tat-TVM dwar it-twelid tattrabi tewmin tal-ħbieb tiegħi Claudette Abela Baldacchino u żewġha Kevin. Nieħu din l-okkażżjoni sabiex nawguralhom minn qalbi u lil kull min sar ġenitur jew qed jistenna li jsir. Li ssir ġenitur hija milja sabiħa fil-ħajja talbniedem, milja naturali. Ittwelid ta’ tarbija iġġib ferħ kbir. Anki t-tqala minnha nnifisha hija okkażjoni ta’ ferħ u ċelebrazzjoni. U jien ngħid bir-raġun. Għaddhawn ħafna li t-tqala jeħduha bħala proċess ovvju, tittieħed for granted. It-tqala filfatt hija proċess fl-opinjoni tiegħi ta’ barra minn hawn, kważi kważi mirakoluż għaliex huwa proċess ikkomplikat għall-aħħar u twil. U għalhekk kull tqala, naturali u assistita, għandha tiġi rispettata u nkoraġġuta. Huwa fin-natura tal-bniedem li jħoss li jrid isir ġenitur, partikolarment fl-istint talmara. U għalhekk meta kien hawn id-diskussjoni dwar jekk għandux jiddaħħal l-IVF f ’Malta ma stajtx nifhem l-argument ta’ min kien kontra dan il-proċess u saħansitra kien hawn min kien wasal fl-assurdità li jabbinaw l-IVF mal-abort. F’dawn il-ġranet ftakart filkampanja li saret kontra l-IVF u bħal eluf oħra tal-poplu Malti u Għawdxi irrifjutajt li niffirma petizzjoni kontra l-introduzzjoni tal-liġi ta’
l-IVF. Fil-prinċipju staqsejt lili nnifsi min jien biex niddeċiedi kontra u nċaħħad mara bħali li tixtieq issir omm u li bl-għajnuna medika jiżdiedilha dan iċ-ċans kif inhu xieraq? Ix-xjenza ħoloqha l-bniedem, grazzi għall-moħħ u l-intelliġenza li tah Alla. Alla jinkoraġġina biex it-talenti tagħna ma nħalluhomx reqdin imma nużawhom biex nagħmlu l-ġid. Ix-xjenza hija talent u don minn Alla u m’hemmx isbaħ milli tintuża għallġid tal-umanita u t-tkattir tal-ħajja. Ix-xjenza tintuża b’mod naturali sabiex issalva l-ħajjiet, tfejjaq il-mard u toħloq kundizzjoni ta’ ħajja aħjar. Mela x’inhu daqshekk immorali u mhux naturali li x-xjenza tintuża sabiex tgħin fit-tkattir tal-ħajja? Kull min jafni jaf kemm jien persuna pro-life u l-pożizzjoni tiegħi favur il-ħajja hija ċara ħafna. Nemmen li l-ħajja tibda millkonċepiment u fil-prinċipju jiena kontra l-abort akkost ta’ kollox u f ’kull forma tiegħu. Għalhekk nemmen li jekk persuna hi favur il-ħajja għandha tkun mela favur l-IVF għax jippromwovi l-ħajja, jgħin sabiex tinħoloq il-ħajja. Is-servizz dwar ilfamilja ta’ Claudette u Kevin ppreżentalna storja sabiħa li l-qalb bilfors taqbeż bilferħ. Imma wkoll iġiegħlek tagħraf it-tbatija tal-ħajja li taf ma tkunx dejjem ward u żahar. Iġegħilna nirriflettu li kulħadd għandu dritt isir ġenitur u kull għajnuna u mezz għandu jiġi provdut biex dan id-dritt jiġi ffaċilitat. Iġegħilna nifhmu li mhux għax jien ma kellix problema ta’ fertilità allura niġi naqa’ u nqum minn ħaddieħor. Iġegħilna nirrispettaw u nsostnu bl-appoġġ tagħna lill-koppji li qed jieħdu
t-trattament tal-IVF u nirrealizzaw li dan il-proċess mhux xi ħaġa faċli imma fih id-diffikultajiet u t-tlajja’. Dan kollu jikkonferma kemm l-introduzzjoni ta’ din il-liġi kienet deċiżjoni għaqlija u ta’ ferħ għax taf li qiegħed fuq in-naħa t-tajba tal-istorja u parteċipi sabiex bl-intellet tal-bniedem u x-xjenza li joħloq, li huwa don minn Alla, titkattar issbuħija tal-ħolqien. Nemmen li għandu jsir aktar tibdil fil-liġi tal-IVF sabiex ir-rata ta’ suċċess tikber u aktar koppji jkunu jistgħu jsiru ġenituri. Ngħid ukoll li għandu jsir aktar sforz, lobbying u tibdil fil-liġijiet biex jiffaċilità kif koppji jkunu jistgħu jaddottaw jew jiffosterjaw. Ikun hemm ċirkostanzi li koppji ma jistgħux ikollhom tfal flebda xenarju xjentifiku jew naturali. Dawn il-koppji għandhom jingħataw kull għajnuna sabiex isiru ġenituri b’mezzi oħra. U dan jgħodd għall-koppji eterosesswali u koppji talistess sess. Tħares lejn l-istorja taċ-ċkejken Ben li rajna ftit tal-granet ilu wkoll tikkonferma kemm il-liġi ta’ l-unjoni ċivili tagħmel sens u ġid umanitarju. Tifel li kien hemm koppji eterosesswali li rrifjutaw li jaddottawh, sab l-imħabba ta’ familja ffurmata minn koppja talistess sess li huma magħquda flimkien permezz tal-unjoni ċivili. Meta tara stejjer sbieħ t’imħabba u favur ilħajja bħal dawn tħossok verament kburi li kont parti minn dak il-moviment li ħa d-deċizjoni li jkun fuq innaħa s-sewwa tal-istorja u vvota b’konvinzjoni sabiex drittijiet ċivili bħal dawn, jiddaħħlu f ’pajjiżna u Malta tkun katalista flintroduzzjoni tagħhom.
04.01
Fl-Isptar Mater Dei sar investiment ta’ €100,000 għall-apparat ta’ Vascular Ultrasound ġdid.
05.01
Sitt konsorzji Maltin u internazzjonali wrew interess li jibdlu r-Rinella fil-Kalkara f ’ċentru tal-films fil-Mediterran b’faċilitajiet ta’ livell għoli ħafna.
06.01
L-impjiegi full-time żdiedu bi 3.9%.
07.01
Wara xogħol estensiv ta’ rinnovar u tisbiħ, reġgħu nfetħu mill-ġdid żewġ wards tan-nisa firresidenza San Vincenz De Paule.
08.01
Ġie inawgurat idDipartiment talEmerġenza tat-tfal fl-Isptar Mater Dei.
24
08.01.2017
kullhadd.com
SENA TA’ SFIDI U OPPORTUNITAJIET MARLENE
MIZZI MEP
Għadna kemm bdejna sena ġdida; nittama li intom u l-familji tagħkom temmejtu s-sena 2016 u bdejtu s-sena 2017, bil-mod kif xtaqtu. Għal pajjiżna, u allura għalina lkoll, is-sena 2017 se tkun tfisser impenn qawwi, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu kemm ilna li sseħibna bħala membri sħaħ tal-Unjoni Ewropea. Għal dawn is-sitt xhur li ġejjin u li għadna kemm bdejna, Malta se jkollha f ’idejha t-tmexxija tal-Presidenza talKunsill tal-Unjoni Ewropea. Dan mhux impenn faċli. Jitlob minna lkoll determinazzjoni. Jitlob għaqda. Jitlob ukoll prudenza, mhux b’sens ta’ inferjorità minkejja li nibqgħu konxji mil-limitazzjonijiet tagħna - Limitazzjonijiet li joħorġu mid-daqs ta’ pajjiżna, l-iżgħar pajjiż Ewropew - iżda b’sens ta’ għaqal. Huwa f ’dan l-isfond li
jinkwadra kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat flindirizz tiegħu lin-nazzjon fl-okkażjoni ta’ bidu ta’ sena ġdida: “Iżda filwaqt li nżommu saqajna mal-art u nifhmu li għandna l-limitazzjonijiet tagħna, irridu nqumu għallokkażjoni u nagħmlu minn din il-Presidenza Ewropea suċċess. Suċċess għall-Ewropa li għandha sfidi kbar quddiemha. Iżda wkoll suċċess għal pajjiżna li se juri li d-daqs ta’ pajjiż mhuwiex ta’ xkiel, anzi jista’ jkun ta’ vantaġġ.” Huwa kliem li jsaħħaħlek il-kuraġġ lejn dan l-impenn qawwi għal pajjiżna. Kulħadd huwa konxju mill-problemi li tinsab imdawra bihom l-Unjoni Ewropea; problemi interni, fosthom id-deċiżjoni tal-poplu tar-Renju Unit li jitlaq mill-Unjoni; u oħrajn esterni bħalma hija l-problema tal-migrazzjoni kkawżata primarjament minn influss qawwi ta’ nies minn kontinenti differenti minn dak tagħna. Kull wieħed u waħda minna nafu kif il-baħar li jdawwarna, il-Baħar Mediterran, bela’ eluf ta’ nies, minn kbar fl-età sa tfal, trabi u saħansitra ommijiet bi trabi fil-ġuf. Hija problema kbira li pajjiżna, minkejja
ċ-ċokon tiegħu, ħadem bla serħan biex jagħmel dak kollu possibbli biex dan il-fenomenu kattiv ikun kontrollat kemm jista’ jkun. Fenomenu kattiv għax meta tqis li għandek ċirku ta’ nies li għall-gwadann finanzjarju jkunu lesti jwiegħdu l-ġenna fl-art lil tant eluf ta’ nies li jkunu għażlu li jitilqu minn pajjiżhom bit-tama li jkollhom futur aħjar mill-preżent ta’ pajjiżhom. Ħadd ma jissogra ħajtu u ħajjet familtu b’kapriċċ, b’sogri tant kbar. Minkejja li l-problema talmigrazzjoni kienet diskussa f ’numru ta’ laqgħat, minn daqqiet pjanati minn qabel
u minn daqqiet kawżati minn traġedji kbar waqt ittraġitt, baqgħu ma nkisbux ir-riżultati meħtieġa. U din hija ħasra. Ħasra u diqa meta tara li saħansitra mhux dejjem twettaq fil-konkret dak li dwaru jkun hemm qbil mhux biss fuq prinċipju imma wkoll fuq implimentar ta’ dak miftiehem u maqbul. Din hija problema li Malta se ssib f ’ħoġorha tul dawn l-ewwel sitt xhur ta’ sena ġdida. Magħha mistenni jkun hemm it-talba formali tar-Renju Unit biex jinbeda l-proċess tat-tluq tiegħu mill-Unjoni Ewropea. Proċess li ma jistax ma jnissilx
diqa. Proċess li minnu nnifsu jfisser daqqa ta’ ħarta lillprinċipju ta’ għaqda. Dak li qed jiġri fuq il-periferiji tal-kontinent Ewopew u li konsegwenza tiegħu l-Ewropa kellha, u qed ikollha tiffaċċja problemi kbar ikkawżati minn migrazzjoni sfurzata jingħaqad mat-theddida kontinwa tatterroriżmu. Kellna aktar minn eżempju wieħed ta’ episodji mdemmija u imwiet ta’ nies innoċenti. Huma kollha sfidi kbar li b’xi mod jew ieħor se jsibu posthom fuq il-mejda talPresidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Sfidi li jitolbu mit-tmexxija ta’ pajjiżna, minna lkoll, impenn, rieda u determinazzjoni li nagħmlu dak kollu possibbli biex dawn l-isfidi jekk ma jingħelbux kompletament ikunu kkontrollati. Konvinta li dan l-impenn, din ir-rieda, din id-determinazzjoni qiegħda fina lkoll biex fi tmiem is-sitt xhur tal-Presidenza inkunu nistgħu nħarsu lura u ngħidu li dmirna qdejnih kif mistenni u b’suċċess. Irridu nħarsu lura u, kburin nikkonfermaw dak li diġà nafu: Malta hi pajjiż żgħir, imma nazzjon kbir.
MID-DJARJU TA’
NAZJU N-NAZZJONALIST IS-SIBT, 31 TA’ DIĊEMBRU:
hemm mhux min magħna, għax kieku ma kinux joqgħodu jistaqsu lin-nies jekk is-sena li għaddiet kinitx tajba, jew le, għax ir-riżultat setgħu jobsruh. Żgur li ma kienet sorpriża għal ħadd li dawk li qalu li l-2016 kienet tajba, qabżu lil dawk li qalu li kienet ħażina, bi 17%.
L-aħħar jum tas-sena. Kulħadd jagħmel irriżoluzzjonijiet li m’hemmx għalfejn ngħidu, ħafna minnhom idumu mill-Milied sa San Stiefnu. Irriżoluzzjoni tiegħi hija li matul is-sena l-ġdida IL-HAMIS, 29 TA’ DIĊEMBRU: insegwi lil Simon kull fejn imur għax m’għandi l-ebda dubju li riżoluzzjoni ewlenija ta’ Simon hija Kwieta l-affari, hux! Resqin lejn l-aħħar tas-sena li matul din is-sena jwiegħed kollox lil kulħadd. IT-TLIETA, 3 TA’ JANNAR u kulħadd moħħu fil-parties u fir-riżoluzzjonijiet. Wara kollox, l-elezzjoni toqrob qiegħda, mhux Prosit għalih dak Jason Azzopardi. Ħlief inkwiet Mhux jien tafux! Għax jien aktar moħħi fil-partit hekk?! lil Simon mhux jagħtih. Ma aċċettax li jerfa’ milli fil-ħmerijiet. Ngħid id-dritt, ma nafx kemm r-responsabbiltà kif qallu jagħmel l-awditur, u issa kienet sena tajba, għax jgħadduna bil-kbir kienu, daħal f ’basla oħra meta ndaħal fil-kwistjoni tażu jgħadduna bil-kbir għadhom. Ovvjament din IL-ĦADD, 1 TA’ JANNAR żewġ Libjani li ħatfu l-ajruplan. Huwa minnu li għad-djarju biss. Mhux se noqgħod ngħidha malerbat irjieħ. Ma tarax, inpaxxihom! Min-naħa Dal-lejl ma għalaqtx għajn m’għajn. Ma stajt wara li għaffiġha, ipprova jaħrab minnha, imma, kif tiegħi, jien għandi tama kbira li fl-aħħar mill-aħħar, norqod b’xejn. Il-ħin kollu moħħi f ’Simon. U jgħid il-Malti, min jidhol bejn il-basla u qoxritha, Simon joħrog b’xi ħaġa kbira li ddawwar ir-rota. konvint li anke Simon ma raqad xejn. Id-destin jaf jibqa’ b’riħitha! Nispera biss li ma nispiċċax ngħid li min jgħix bit- ikun kiefer. Ħadem tant biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, ġab daqs dawk voti fl-elezzjonijiet taltama jmut bil-piena. Parlament Ewropew, imma llum, tafu min hemm L-ERBGĦA, 4 TA’ JANNAR imexxi l-presidenza tal-Unjoni Ewropea? Ħadd iżjed ħlief Joseph Muscat! U biex tgħaxxaqha Tgħidx kemm niddejjaq nara lil xi ħadd minn IL-ĠIMGĦA, 30 TA’ DIĊEMBRU: ma jidhirx li dak li kien qalilna David Casa huwa tagħna jippoppa sidru, imbagħad jaqa’ għaċKemm nixtieq li l-ambjentalista Astrid Vella minnu u jidher li Muscat se jkollu suċċess ieħor. ċajt, kif għamlet Marthese Portelli llum. Ma nafx għalfejn sejħet lill-ġurnalisti biex imbagħad lanqas tagħmel bħal Salvu Mallia u tiddeċiedi li toħroġ Nistennew u naraw! biss kienet kapaċi twiegeb mistoqsija jekk bil-partit magħna għax, dejjem skont hi, m’għadhomx tagħna fil-gvern, il-kontijiet tal-fuel hux se jerġgħu jistednuha għall-programm ta’ Lilian Gauci jibdew ikunu riveduti fl-aħħar ta’ kull xahar. U biex Maistre ‘Familja Waħda’. Jien m’għandi l-ebda IT-TNEJN, 2 TA’ JANNAR tgħaxxaqha, lanqas kienet kapaċi tagħti garanzija li dubju li Simon ma jgħidilhiex le u jaċċettaha b’idu miftuha beraħ u bil-qalb. La aċċettajna lil Salvu Ikolli ngħid li dawk tat-Times mhux kollha bil-partit tagħna fil-gvern, ma jkunx hemm żieda Mallia li lil Simon ma jqisux bħala kap tiegħu, u magħna. Ovvjament mhux qed ngħid għal Ivan fil-prezzijiet tal-elettriku. Ma nafx għalfejn sabitha saħansitra lil Simon qallu bla boċċi, ma narax għala Camilleri, għax dak Nazzjonalist aktar minn daqshekk diffiċli għax Simon ilu jgħid li dan ilm’għandniex naċċettaw lil Astrid Vella. The more the missieri li lili semmieni Nazzju għax ma setax gvern imissu ilu li reġa’ raħħas il-kontijiet tad-dawl isemmini Nazzjonalist. Imma mat-Times żgur li u tal-ilma. Qisu Simon ma jafx x’inhu jgħid! merrier, jgħidu l-Ingliżi.
25
08.01.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
IL-FEMIĊIDJU
Għalkemm il-kelma ‘omiċidju’ ġejja mil-Latin homicidium (homo tfisser raġel u cide tfisser qtil), madankollu l-kelma dejjem kienet użata għall-qtil talbnedmin, irrispettivament millġeneru tal-persuna. Maż-żmien beda dieħel kliem ieħor biex jiddiskrivi omiċidji partikolari, bħal ‘użorċidju’, li jfisser il-qtil tal-mara minn żewġha. Daħlet ukoll il-kelma ‘matriċidju’, li jfisser il-qtil tal-omm minn xi
ħadd minn uliedha. Imbagħad fl-1801, fl-Ingilterra, issemmiet għall-ewwel darba l-kelma femicide; kelma li m’hemmx tifsira għaliha fid-dizzjunarji Maltin, imma nafu li tfisser il-qtil ta’ mara. Fl-1848 din il-kelma (kif ukoll il-kelma feminicide) daħlet ukoll fil-pubblikazzjoni legali Wharton’s Law Lexicon. Imbagħad maż-żmien kien hemm min ta tifsira differenti lil din il-kelma.
SILTA MILL-KTIEB Rachel Bowdler instabet mejta f ’tarf mogħdija fl-inħawi ta’ Ras il-Ġebel, fil-limiti talImġarr, Malta, nhar il-Ħadd 13 ta’ Mejju 2001, għall-ħabta tal9.45a.m. It-tfajla, li kellha 18-il sena, kienet iċċertifikata mejta minn tabib taċ-Ċentru tasSaħħa tal-Mosta u kellha diversi marki ta’ titqib fid-dirgħajn. Dawn kienu indikazzjonijiet tal-abbuż tad-droga. Millawtopsja ħarġet li l-kawża talmewt kienet li nġabar l-ilma filpulmun u, għalkemm seta’ kien ikkaġunat minn diversi fatturi, iċ-ċirkustanzi kienu juri li kellu x’jaqsam mat-teħid tad-droga. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija kien jidher li t-tfajla nġarret għall-post fejn instabet mejta u nstabu indikazzjonijiet li kienet tieħu d-droga. Il-vittma kienet liebsa qalziet bil-maqlub u, fuq in-naħa tax-xellug tagħha, instabu żewġ basktijiet. F’wieħed minnhom kien hemm par żarbun u f ’ieħor kien hemm xi affarijiet personali, karta talidentità u kamera tar-ritratti. Sadattant il-pulizija kellha tagħrif li, qabel ittieħdet l-Imġarr, it-tfajla kienet f ’appartament fil-Qawra li kien kienet toqgħod Connie (Concetta) Decelis. Ilpulizija kellha wkoll tagħrif li, għall-ħabta tas-6.30p.m. Bowdler dehret dieħla f ’dak l-appartament flimkien ma’ Jason Decelis, iben Connie. Ixxhud li tat din l-informazzjoni qalet li, aktar tard matul il-lejl, kienet semgħet lil Jason jitkellem
ma’ ommu u f ’ħin minnhom beda jgħid: ‘X’se nagħmlu?’ Issemma wkoll li wara xi ħin, ix-xhud rat lil Bowdler tinġarr mill-appartament u titpoġġa f ’karozza. Minn aktar stħarriġ tal-pulizija sar magħruf li Jason kien iltaqa’ ma’ Rachel nhar is-Sibt, 12 ta’ Mejju 2001. Skont stqarrija li għamel lill-pulizija, huwa qal li kien ħadha fl-appartament u wara xi siegħa u nofs, it-tfajla ntilfet minn sensiha. Jason kompla qal li wara ċempel lil missieru u qalli x’kien ġara. Intqal li, xħin wasal, missier Jason beda jxarrab wiċċ u għonq it-tfajla biex jipprova jġibha f ’sensiha. Fis-16 ta’ Mejju 2001 Charles Decelis ta’ 52 sena, martu COncetta ta’ 52 sena u binhom Jason Louis ta’ 18-il sena kienu mixlijin vil-qtil ta’ Bowdler. Fil15 ta’ Ġunju tal-istess sena, wara li nstemgħet il-kumpilazzjoni tax-xhieda, instab li kien hemm biżżejjed provi biex l-akkużati jitpoġġew taħt att ta’ akkuża. Il-ġuri tal-akkużati beda fil-5 ta’ Ġunju 2006 quddiem l-imħallef Joseph Galea Debono. Ilprosekuzzjoni tmexxiet millAvukat Anthony Barbara. L-Avukati Chris Cardona u Chris Soler dehru għal Charles, l-Avukat Malcolm Mifsud deher għal Connie, filwaqt li l-Avukat Martin Fenech deher għal Jason. Fir-rekwiżitorja, l-Avukat Barbara qal li l-akkużati kienu ħelsu mill-katavru għax beżgħu mill-ħabs u għalhekk
iddeċidew li jħallu lil Bowdler tmut f ’għalqa. Il-prosekutur qal li l-akkużat Jason Decelis kien ammetta li kellu x’jaqsam sesswalment mal-vittma meta kien f ’appartament fil-Qawra u li, aktar tard, Bowdler intilfet minn sensiha. Ingħad ukoll li minħabba l-paniku, Jason ċempel lil missieru għax ma kienx jaf x’se jaqbad jagħmel. Imma ż-żewġ akkużati ħallew iż-żmien jgħaddi mingħajr ma ħadu azzjoni; qisu ma ġara xejn. Il-prosekutur semma li, wara aktar ħin, minflok ħadu lil Bowdler l-isptar, l-akkużati ħaduha fi trejqa fl-Imġarr u ħallewha hemm fl-għelieqi fejn mietet. Dott. Barbara kompla jgħid li dan kien ifisser li l-akkużati kienu għenu fil-mewt tal-vittma. ‘Min jaf x’martirju għaddiet minnu t-tfajla f ’dawk it-tnax-il siegħa’ kompla qal il-prosekutur. Fix-xhieda tiegħu, l-Assistent Kummissarju Michael Cassar qal li, fit-13 ta’ Mejju 2001, kien ġie infurmat li kienet instabet tfajla mejta viċin għalqa f ’Ras il-Ġebel, qrib triq li minn Għajn Tuffieħa twassal għall-Imġarr. Ix-xhud qal li, f ’basket li nstab maġenb il-vittma, kien hemm kamera tar-ritratti u meta ġew żviluppati, fi tnejn minnhom kien jidher ċertu Peter Paul Galea. Ix-xhud semma li meta l-pulizija sabet lil Galea, dan stqarr li kien jaf lill-vittma u li kien jikkomunika magħha permezz tal-messaġġ bittelefown ċellulari.
Mistoqsija: X’kien jisimha l-vittma?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Il-Femiċidju Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 15 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Teresa huwa: N.MUSCAT - Valletta
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
01
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000
Mistoqsija: X’jismu l-kowċ tat-tim nazzjonali tal-futbol tan-nisa? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Ir-rebbieħ: M.PORTELLI - Birkirkara Indirizz:
26
08.01.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Isem: Indirizz:
M.MIFSUD - Il-Mosta
TISLIBA 156 Mimdudin:
Bi 3 Numri 017 046 067 114 165 271 272 299 310 333 370 391 421 477 479 621 625 701 794
795 882 913 B’4 Numri 0759 2752 2792 2880 3496 3912 3948 5606 5999 6040 6229 6464 7186 7368 7715
7824 7834 8443 8731 9126 9436 9836 B’5 Numri 02976 08278 11160 15107 20810 20941 22150 26201 34241 43947 49391
53245 55398 65409 67221 67771 69772 70752 82947 87364 89240 90287 97500 97947 99381 99861 B’6 Numri 095675 108276 282289
431298 533801 648937 710410 739125
B’9 Numri 482681347 524079923
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. 4. 7,23. 9. 10. 12. 16. 18,22. 19. 20. 21. 23. 24.
Kompli l-qawl: ........ li tgħajjex fiha dellilha u sewwiha (5) Jilqa’ l-ilma dan (4) Dan ix-xahar (6) Jaħraq (3) Jintlibsu fis-saqajn (6) Isem (6) Ħares (3) Tkun fid-dahar (5) Inħall (3) Jista’ jkun ta’ għajnuna kbira (5) Bernard Incorvaja Izzo (1,1,1) Ara 7 Kantant (5)
Weqfin: 1. Frotta (6) 2,12W. Qies (5) 3. Fra (3) 5,15. Iżommu t-trabi prematuri fih (9) 6,21W. Belt (6) 8. Kappillan? (9) 11. Negattiv (2) 12. Ara 2 13. Għalliema? (1,1,1) 14. Isem (6) 15. Ara 5 17. Stazzjon televiżiv (3) 21. Ara 6 22. Ara 18
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Malta, 4.Blat, 7,21 wieqfa. Bniet, 9,23.Lustrat, 10.Baħrin, 12.Brazzi, 16.DBA, 18.JJ, 20.Qroqq
1.Milied, 2,6.Liston, 3,15.Abbanduna, 5.Lor, 8.Nazzjonal, 11,21 mimduda. Trieq, 12,22. Baqra, 13.Ajr, 14.Imqass, 17,19.Bremen
27
08.01.2017
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI
SERVIZZI
Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fiddjar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178. AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull
2352 jew 9947 7167.
forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. Ittiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235.
Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419. AVVIŻI OĦRA AGR AUTO JAPANESE PARTS għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com
XOGĦOL U MANUTENZJONI Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel fuq 7928 5444.
Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima AVVIŻI KULTURALI jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Strada Stretta Concept, taħt Jason fuq in-numru 2143 il-Fondazzjoni Valletta 2018,
tippreżenta, Poeta fi Strada Stretta: Rużar Briffa fit-18 ta’ Jannar mit-8.00pm ’il quddiem taħt id-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci. L-avveniment se jsir f ’kollaborazzjoni malAkkademja tal-Malti, l-Għaqda tal-Malti – l-Università u d-Dipartiment Malti u l-Università ta’ Malta. Is-serata ddedikata lillpoeta Rużar Briffa ser ikollha numru ta’ parteċipanti li se jkunu qed jaqraw poeżiji millġbir ta’ Briffa, fosthom ilpoeżija, Vjolin Marid fejn issir referenza diretta għal Strada Stretta (Triq il-Baħrin). Il-parteċipanti li se jkunu qed jaqraw: Giuseppe Schembri Bonaci, Rabat Pisani, Jesmond Sharples, Adrian Grima, Rita Saliba, Victor Fenech, Joe Borg, Emel Hasanoglu. L-avveniment se jsir fi Strada Stretta qrib / ġewwa Splendid. Id-dħul huwa b’xejn.
Ser tittella’ Tberik tradizzjonali tal-annimali li se ssir nhar ilĦadd 15 ta’ Jannar 2017 quddiem il-Kappella filValletta Waterfront. L-attività ser tieħu forma ta’ defile li tibda b’annimali kbar, segwit minn dawk iżgħar. L-Attivitajiet ser jibdew min 12.30pm ’il quddiem.
Ser jittella’ Whiskey Festival 2017 ġo The Limestone Heritage fit-28 ta’ Jannar mis-7.00pm ’il quddiem. Ser ikun hemm għażla wiesgħa minn 150 of both blended and single malt whiskeys ma’ varjetà ta’ ikel, minbarra divertiment ieħor għall-familja kollha matul l-avveniment. Il-grupp Insib, Kultura u Tradizzjoni Maltija ser itella’ wirjiet tal-insib, klieb u fancy poltery. Nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar bejn l-10am u 5pm taħt it-tinda l-Buskett. Ser ikun hemm ikel tradizzjonali Malti.
The Department of Justice within the Ministry for Justice, Culture and Local Government is receiving expressions of interest for the following to serve as court experts: 1.
Medical Specialities
3.
Technical
Anaesthetics and Intensive Care Medicine; b) Dermatology and Venereology; c) General/Internal Medicine; d) Gynaecology; e) Histology; f) Maxillo-facial Surgery; g) Medico-legal forensics; h) Occupational Medicine; i) Ophtalmology; j) Orthodontics; k) Orthopaedics; l) Paediatrics; m) Pathology; n) Plastic Surgery; o) Psychiatry; p) Surgery; q) Toxicology, and, r) Veterinary Services.
a) b) c)
Carpentry; Electrical/Plumbing; Goldsmiths/Silversmiths/ Gemologists; Mechanical; Panel-beating, Spray-painting.
a)
2. a) b) c) d) e) f) g) h) i) j) k) l)
Scientific Specialities Archeologists; Architects, Civil Engineers and Geologists; Arson experts; Art appreciation and restoration experts; Calligraphy; Data engineers; Electronics; Engineers: Electrical/ Chemical/Civil/Mechanical; Explosives; Industrial Chemists; Marine Biologists, and, Telecommunications Engineers.
d) e) f)
4.
Computers and Information Technology
a) b) c)
Computer forensic; Counterfeit examination, Questioned document examination.
6. a) (i) (ii) (iii) b)
Education, Sociology and Mental Health Psychology and/or Psychotherapy Child; Drug and alcohol abuse, Educational. Sociology.
7.
Forensic
a) b) c) d) e) f) g) h) i) j)
Ballistics/Weapons; Crime Scene Management; DNA; Fibre tappings; Fingerprint experts; Haematology; Medical Forensic; Paint examination; Pyrotechniques; Serology (blood and other corporal fluids); Video and Photography Technology.
5.
Financial
k)
a) b) c)
Accounting; Auditing; Computer Analysis/ Programmers/Data Security, Digital Forensic Experts.
8.
Traffic
a)
Traffic Collisions.
d)
Expressions of interest must be received by the 31st January, 2017 and must include the following: (a)
Motivational Letter in own handwriting and including a clear indication of their area of expertise
(b)
Europass Curriculum Vitae
(c)
A recent police conduct certificate
28
08.01.2017
kullhadd.com
IL-PIŻ TA’ JASON AZZOPARDI EDITORJAL
Il-Kap talOppożizzjoni ma ħa ebda azzjoni. Forsi għax jidher li f’kull każ id-deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu taħt it-tmexxija ta’ Azzopardi gawdew minnhom Nazzjonalisti tal-qalba?
Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-art talLowenbrau, f ’Ħal Qormi, kien diġà iebes biżejjed. Tkellem kif proċess li normalment jieħu ġimgħat ħa ftit jiem. Ikkonkluda kif kien hemm ftehim bejn żewġ kumpaniji privati li l-Gvern deher irid jakkomoda u kif dan id-deal kien eżempju ta’ governanza ħażina. Fuq kollox tkellem dwar kif il-Ministru responsabbli dak iż-żmien għandu responsabbiltà xi jġorr. U dak il-Ministru mhuwa ħadd ħlief Jason Azzopardi. Mar-rapport tal-Awditur Ġenerali, ippubblikat lejlet il-Milied, issa ħarġu dettalji ġodda li jikkonfermaw ittbażwira li hemm fid-deal tal-Lowenbrau. Deal li gawda minnha s-sostenitur tal-Partit Nazzjonalista, Żaren Vassallo, fl-istess żmien li ta (jgħidu li b’self) kwart ta’ miljun ewro lillistess partit li kien fil-Gvern. Ta’ min jinnota li kull meta saru mistoqsijiet lisSegretarju Ġenerali, Rosette Thake, dejjem qagħdet lura milli tagħti dettalji jekk dan is-self tħallasx, kif, kemm u
meta. Id-dettalji ppubblikati fl-aħħar sigħat huma kundanna oħra għal Jason Azzopardi li sa issa ddefenda ruħu billi ħarab. Sa issa ħarab għax kien ilMilied u l-istaġun politiku batta xi ftit. Ħarab ukoll għax il-ġurnali hekk imsejħa “indipendenti” dehru li kienu inqas interessati f ’dan ir-rapport minn oħrajn talistess uffiċċju li l-kundanni tagħhom ma kinux iebsa daqs dan il-każ. Ħarab ukoll għax filParlament daħal għalih ilViċi Kap Beppe Fenech Adami u għax meta mar fuqu l-ġurnalist baqa’ fommu mitbuq. Jason Azzopardi jista’ jaħrab kemm irid. Mhux l-ewwel darba. Iżda, irrabta tiegħu mas-siġġu talParlament qed isservi wkoll biex toħroġ id-differenza bejn iż-żewġ partiti u bejn iż-żewġ mexxejja ewlenin f ’pajjiżna. Għax wieħed irid jiftakar kif il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, regolarment jitfa’ lil Jason Azzopardi fuq quddiem biex jitkellem dwar
politika nadifa u kontabbiltà. Għażla ħażina meta wieħed iqis kemm il-każ għandu f ’ħoġru Jason Azzopardi li minflok intalab jirriżenja ġie gglorifikat minn dawk fit-tmun fid-Dar Ċentrali. Tal-Lowenbrau jista’ jkun wieħed mill-agħar każi li sirna nafu bihom sa issa (għax baqa’ x’nistħarrġu) minn dawk li ġraw taħt ittmexxija tiegħu. Iżda, ma kinux l-uniċi. Rapport ieħor tal-Awditur Ġenerali kien semma kif Jason Azzopardi indaħal, meta ma kellux għalfejn, biex ingħata garaxx f ’Santa Luċija, iddistrett tiegħu. Kulħadd jiftakar ukoll kif Ernest Tonna, uffiċjal tas-sigurtà u galoppin talPartit Nazzjonalista, ingħata garaxx fil-Belt bil-premessa li kien qed isofri minn diżabbiltà. Dan fi żmien li kien ikun jgħasses il-bieb tad-Dar Ċentali. Biex ma nsemmux każi oħra fejn l-ewwel indikazzjonijiet huma ċari biżżejjed, bħal dak tal-Fekruna, każ ieħor li dwaru għadna qed nistennew rapport talAwditur Ġenerali.
B’dan kollu quddiemu, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma ħa ebda azzjoni. Forsi għax jidher li f ’kull każ id-deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu taħt it-tmexxija ta’ Azzopardi gawdew minnhom Nazzjonalisti talqalba? Jista’ jkun. Jekk xejn din hija xhieda oħra kemm Simon Busuttil huwa parti mill-elit u l-establishment. Differenti mill-Prim Ministru li b’rapporti talAwditur Ġenerali f ’idejh ħa l-passi meħtieġa u saħansitra mar il-Qorti biex jirkupra dak li bi dritt hu tal-gvern għax il-proċess tal-proprjetà fi Triq Zekka ma sarx kif suppost. B’hekk, għal darb’oħra hemm għażla ċara bejn mexxej li jaġixxi u mexxej li jitkellem ħafna iżda jisparixxi fil-mument li jkollu bżonn jagħti r-risposti. Jista’ jkun li Jason Azzopardi qed jerfa’ l-piż ta’ klikka u mhux tiegħu biss. Iżda, l-ikbar piż qiegħed fuq spallejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u se jibqa’ jitqal ma’ kull jum li jgħaddi u jħalli lil Jason Azzopardi ma’ djulu.