Ara l-paġni tan-nofs
Ħarġa Nru 1,504
Prezz €1
Ritratti: GARETH DEGIORGIO
Il-Ħadd, 8 ta’ Mejju, 2022
SPECIAL OLYMPICS 2022 MALTA
PROGRAMM B’SAĦĦTU TA’ GVERN AMBIZZJUŻ Il-ftuħ tal-14-il Parlament mill-Indipendenza ’l hawn kien primarjament immarkat mid-diskors li qara l-President tar-Repubblika George Vella lbieraħ filgħodu stess fejn ġie ppreżentat programm ta’ Gvern li għandu pjan ċar ta’ riformi, tisħiħ u tiġdid f’bosta oqsma. F’messaġġ realistiku, iżda mimli ottimiżmu dwar il-ġejjieni, ġew spjegati l-miri fis-setturi differenti bil-messaġġ ċar ikun dak li “pajjiżna u l-poplu tiegħu għandhom futur sabiħ jekk nagħrfu naħdmu għalih”. Qabel id-diskors tal-President ħadu l-ġurament id-79 Membru Parlamentari għal din il-leġiżlatura, waqt li nħatru wkoll l-Ispeaker Anġlu Farrugia u d-Deputat Speaker David Agius. Hawn il-Prim Ministru Robert Abela fisser kif il-mod li bih mexa l-Gvern, jiġifieri li jappoġġja bis-sħiħ lid-Deputat Speaker innominat mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, juri kif dejjem hu lest li joħroġ l-id tal-ħbiberija. Bil-maqlub ġab ruħu l-Kap Nazzjonalista, li fl-ewwel ċans diġà ħareġ ifittex il-konfront billi m’appoġġjax in-nomina tal-Ispeaker. Rapporti f’paġni 3, 4 u 5
02
08.05.2022
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 20°C L-Inqas Temperatura: 15°C L-Indiċi UV: 8 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa tinsab fuq il-Baħar Tirren u ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Pjuttost imsaħħab b’xi ħalbiet tax-xita Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Punent Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Moderat li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mil-Lvant It-Temperatura tal-Baħar: 17°C
KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
21°C UV 10
14°C
Il-Ħamis
KUNTATT ĠENERALI
21°C UV 6
15°C
Il-Ġimgħa
22°C UV 11
15°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1 182
23°C UV 9
16°C
23°C UV 11
16°C
23°C UV 4
16°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21238018 Tal-Ħlas Pharmacy, 60, Triq Tumas Fenech k/m Triq l-Imdina, Ħal Qormi – 21487739 Herba Pharmacy, 166, Triq Salvu Psaila, Birkirkara – 21443406 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex, L-Imsida – 21331732 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 Brown’s Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar – 21417652 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat – 21564447 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
08.05.2022
03
L-14-IL PARLAMENT NAZZJONALI Ilbieraħ filgħodu ngħata bidu għall14-il leġiżlatura tal-Parlament Malti, wara l-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu li għadda. F’din il-leġiżlatura, il-Parlament qed jara l-iżjed ammont ta’ siġġijiet, hekk kif hemm 79 deputat. Dan hekk kif mal-65 deputat, żdiedu żewġ siġġijiet skont il-mekkaniżmu li jirregola l-maġġoranza u 12 oħrajn skont il-mekkaniżmu għall-ugwaljanza bejn is-sessi li kien qed jitħaddem għall-ewwel darba. Minn dawn, hemm 44 siġġu f’isem il-Partit Labu rista u 35 għall-Partit Nazzjonalista. Iċ-ċerimonja bdiet b’quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann u wara l-Prim Ministru Robert Abela u l-Ispeaker Anġlu Farrugia mexxew id-delegazzjoni tad-deputati tul Triq ir-Reppubblika għall-binja tal-Parlament akkumpanjati lkoll mill-irġiel u n-nisa tagħhom. Għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu ngħata bidu għall-ewwel seduta Parlamentari wara l-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu li għadda. Hawnhekk l-Iskrivan tal-Kamra tar-Rappreżentanti l-ewwel qara l-proklama, li permezz tagħha tlaqqa’ l-Parlament, u wara r-riżultati tal-elezzjoni ġenerali u l-elezzjonijiet każwali. Fil-bidu tas-seduta saret il-ħatra tal-Ispeaker u tad-Deputat Speaker. Il-Gvern innomina lil Anġlu Farrugia għar-rwol ta’ Speaker, waqt li l-Partit Nazzjonalista nnomina lil David Agius għal Deputat Speaker. Fil-każ ta’ Farrugia kien biss il-Gvern li vvota favur, bl-Oppożizzjoni tivvota kontra fl-ewwel deċiżjoni Parlamentari. Fil-każ ta’ Agius, iż-żewġ naħat ivvotaw favur. Imbagħad kien imiss li jieħdu l-ġu rament tagħhom id-deputati. Wara l-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u d-Deputat Prim u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, segwew il-bqija tad-79 deputat. Hawn tressqet ukoll il-mozzjoni mill-Prim Ministru biex issir il-co-option ħalli Randolph De Battista jinħatar mem bru Parlamentari. Iċ-ċerimonja ntemmet bid-diskors tal-President tar-Repubblika George Vella (ara paġni 4 u 5), qabel il-Parlament aġġorna għat-Tnejn li ġej.
Waqt il-ħatra tal-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Ispeaker u d-Deputat Speaker
Ritratt: GARETH DEGIORGIO
Jieħdu l-ġurament id-79 deputat eletti … l-Oppożizzjoni tivvota kontra l-ħatra ta’ Anġlu Farrugia bħala Speaker
Il-Prim Ministru u martu Dr Lydia Abela fi triqithom għall-Parlament mal-Ispeaker u l-bqija tad-deputati eletti
Ritratti: CLODAGH O’NEILL u CLIFTON FENECH / DOI
04
08.05.2022
PROGRAMM QAWWI T’ASPIRAZZJONIJIET LI JILĦQU LIL KULĦADD Fil-ftuħ tal-Parlament il-President Vella jenfasizza dwar il-prijoritajiet ewlenin tal-Gvern fl-iżvilupp tal-pajjiż bi prosperità akbar u titjib fl-għajxien tal-poplu F’messaġġ fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-14-il Parlament ilbieraħ filgħodu, il-President tar-Repubblika George Vella elenka l-prijoritajiet ewlenin ta’ ħidma tal-amministrazzjoni Laburista f’din il-leġiżlatura l-ġdida. Wara r-riżultat elettorali storiku tas26 ta’ Marzu li għadda, il-Kap tal-Istat tkellem dwar il-viżjoni tal-Gvern, kif espressa wkoll fil-manifest elettorali Laburista li ngħatat l-akbar mandat mill-poplu Malti u Għawdxi. F’diskors b’saħħtu hu ttratta l-iżjed temi importanti bħar-reżiljenza ekonomika, il-miri ambizzjużi favur l-ambjent, it-tisħiħ tal-edukazzjoni u għajxien aħjar għal kulħadd. Fil-bidu tad-diskors, il-President tenna li “jidher b’mod ċar li l-poplu Malti u Għawdxi għadu u jrid jibqa’ ottimist. Jemmen fil-futur sabiħ ta’ dan il-pajjiż u mhu se jħalli xejn li jaqtagħlu qalbu. Qed niftħu leġiżlatura parlamentari ġdida wara ħames snin li raw lil dan il-pajjiż jikseb aktar suċċessi f’bosta oqsma. Dawk ekonomiċi, soċjali u tad-drittijiet ċivili fost oħrajn.” Hu tenna li, minkejja dan, ma rridux ninsew, lanqas, li dan il-pajjiż kellu wkoll jgħaddi minn mumenti ta’ sfida. Il-pandemija kienet fuq quddiem nett ta’ dawn l-isfidi, iżda mhux biss. “Storikament pajjiżna dejjem kellu l-ħila li jdawwar l-isfidi f’opportunitajiet u dan irid ikun il-mod li bih nibqgħu naħdmu għas-snin li ġejjin. Dan il-Parlament qed jerġa’ jibda jiltaqa’ f’mument fejn ninsabu mexjin lejn normalità sħiħa, fejn il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin qed tmur lura għal kif nafuha,” qal l-Eċċellenza, waqt li fakkar kif fl-aħħar jiem tneħħew kważi għalkollox ir-restrizzjonijiet li kellna marbuta mal-pandemija. Hu kompla li fl-istess ħin li issa dħalna għal din il-fażi ġdida, mhuma jonqsu xejn il-pressjonijiet li qed iġġib magħha l-gwerra fl-Ukrajna. “Qabelxejn irridu nirriaffermaw li dan huwa attakk li bħala bnedmin ma nistgħux ma nikkundannawx. Din l-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna, f’din l-ewwel laqgħa tagħha wara l-elezzjoni ġenerali trid tibgħat sinjal qawwi li dak li qed isir mhuwiex aċċettabbli, huwa kundannabbli u għandu jitwaqqaf mill-iktar fis. Għax l-unika triq aċċettabbli hi dik tad-djalogu. Pajjiżna huwa wieħed newtrali, iżda ma jfissirx li għandek tagħlaq għajnejk quddiem l-inġustizzji u għemil li hu wieħed ta’ min jistmerru.” Hu semma kif pajjiżna ta u se jibqa’ jagħti għajnuna umanitarja biex jgħin lill-komunità Ukrena, ċittadini li spiċċaw jaraw l-agħar quddiem għajnejhom u jbatu l-agħar konsegwen-
zi tal-gwerra. “Aħna li tant qegħdin ’il bogħod, ukoll inħossu l-effetti ta’ din il-gwerra. Immaġinaw xi jħossu dawk li qegħdin f’nofsha,” saħaq Dr Vella u semma kif il-pressjonijiet lokali huma primarjament dawk marbutin ma’ effetti ekonomiċi. Waqt li ta ħarsa lejn is-sitwazzjoni ekonomika lokali, li qed tirkupra b’mod b’saħħtu mill-effetti tal-pandemija, anke għax is-sena li għaddiet inħoloq ġid aktar mill-2019 bil-maqlub tal-bqija tal-Unjoni Ewropea, il-kriżi globali kkonfermat li għandna ekonomija mill-aktar reżiljenti u li għandha l-potenzjal li tkompli ġġib riżultati pożittivi li jinħassu miċ-ċittadini f’kull kategorija tad-dħul. “Pajjiżi Mediterranji oħrajn, ġirien tagħna, fadlilhom tal-inqas sena oħra biex jilħqu l-istat li diġà wasalna fih aħna s-sena li għaddiet. Iżda s-suċċess ma jiġix mix-xejn. Dak li għaddej madwar id-dinja jagħmilha aktar importanti li fl-ebda ħin ma nitilqu għajnejna minn fuq l-immaniġġjar effettiv tal-ekonomija tagħna. Il-gwerra qed iġġib sfida filprezzijiet ta’ affarijiet essenzjali bħallenerġija, l-ikel u l-ġarr tal-merkanzija. “Il-Gvern mhux biss konxju ta’ dawn l-isfidi, iżda jinsab għaddej il-ħin kollu b’diskussjonijiet u b’azzjonijiet kontinwi bil-għan li jilqa’ għall-impatt fuq il-poplu Malti u Għawdxi. Kif għamel tul il-pandemija, il-Gvern se jassigura li jkun ta’ spalla għan-nies u għan-negozji. Hu fl-iktar mumenti diffiċli li l-iktar irridu nkunu man-nies. Żgur li m’għandniex naqtgħu qalbna,” kompla l-President. Hu elenka kif fis-snin li għaddew pajjiżna ra bidliet mhux żgħar, b’rata ta’ tkabbir ekonomiku li wasslet biex pajjiżna seta’ jinvesti fi proġetti ta’ fejda u titjib fil-livell ta’ għajxien tan-nies. “Tkabbir ekonomiku li wassal għal tnaqqis wara ieħor fin-numru ta’ nies mingħajr impjieg – għall-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna. Is-suċċess ta’ din il-formola ekonomika jibqa’ jiddependi dejjem minn kemm it-tmexxija tal-pajjiż se tassigura li dan il-ġid jinħass u jasal għand dawk l-aktar li għandhom bżonn fis-soċjetà.” Hu saħaq li għalhekk li prijorità ewlenija se tibqa’ dik li t-taxxa fuq iddħul tkompli tonqos, fejn se jittejbu ċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni, filwaqt li jitnaqqas l-ammont ta’ dħul li titħallas taxxa fuqu. Waqt li ddeskriviehom bħala bidliet li jagħmlu l-aktar differenza għal dawk li jaqilgħu l-inqas, qal li rridu nagħrfu r-rwol tal-intrapriża bħala mutur talħolqien tal-ġid. “L-isfida li għandna quddiemna hi s-sostenibbiltà, fejn in-negozji jkollhom sehem attiv fi proġetti
li jtejbu l-livell ta’ għajxien ġenerali tal-poplu. It-tnaqqis tat-taxxa lin-negozju għandu jwassal għal qalba lejn operat aktar sostenibbli, għall-ħolqien ta’ xogħol aktar produttiv u għal investiment akbar fir-riċerka u l-innovazzjoni. Hekk ukoll l-iskemi ppjanati għan-negozji biex jagħmlu l-aqwa użu mill-profitti li jiġġeneraw.” Irrefera wkoll għall-għadd ta’ inizjat tivi li se jittieħdu biex tiġi ġġenerata aktar attività ekonomika, bl-inċentivi 10% ogħla għan-negozji f’Għawdex. “It-titjib kbir li sar fl-oqsma tal-go vernanza fl-aħħar sentejn, anke grazzi għar-riformi li kienu approvati biżżewġ-terzi ta’ din il-Kamra, issa jrid isir parti mill-kultura tagħna. Fejn, filwaqt li nifhmu li ebda pajjiż, settur jew individwu mhu perfett, naħdmu kemm nifilħu biex Malta tkun fuq quddiem nett tad-demokraziji moderni, b’sistemi b’saħħithom ta’ saltna tad-dritt. It-tħaddim ta’ ġustizzja effettiva għandha tkun prinċipju mill-iktar bażiku fid-dinja tallum. Il-ġustizzja hi għamja, imma trid tkun sensibbli u sensittiva għar-realtajiet soċjali li qed jiżviluppaw.” Dr Vella semma kif element importanti fl-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna se jkun l-użu tal-fondi Ewropej, grazzi wkoll għall-pakkett sostanzjali li l-Gvern immexxi minn Dr Robert Abela nnegozja. Hu qal li dan jinkludi kemm il-qalba diġitali kif ukoll id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija ta’ pajjiżna. “Għawdex, fejn se niggarantixxu li nallokaw minn tal-inqas 10% tal-fondi Ewropej kollha, se jkun il-post fejn intellqu fost l-aktar proġetti ambjentali ambizzjużi. Tant li nimmiraw li din il-ġżira tkun l-ewwel parti tal-pajjiż li ssir climate neutral. Fl-istess ħin kommessi li t-tkabbir ekonomiku f’Għawdex jibqa’ jkun aqwa minn dak ta’ Malta. Filwaqt li dawn it-trasformazzjonijiet ambjentali u diġitali huma sfidi sostanzjali, għandhom il-potenzjal li jkunu l-aqwa opportunitajiet ekonomiċi li qatt kellna f’din il-ġenerazzjoni,” kompla fil-messaġġ tiegħu l-President. Fakkar kif il-pandemija diġà wrietna l-importanza tal-ekonomija diġitali, li kompliet għaddejja qisu mhu xejn waqt li setturi oħrajn staġnaw. “Hu kruċjali li ninvestu bil-kbir biex pajjiżna jsir leader f’dawn is-setturi ġodda. Dan jirrikjedi qabża ’l quddiem fil-ħiliet u innovazzjoni fis-sistema edukattiva tagħna.” Hu semma wkoll oqsma tradizzjona li, li mhux se jkunu ttraskurati. “Fitturiżmu rridu nimplimentaw l-istrate ġija li teħodna sas-sena 2030 u li tarana nkomplu nagħmlu suċċess minn dan il-pilastru ekonomiku li kien fost l-iktar li batew fl-aħħar sentejn. Irridu niskop-
ru mill-ġdid is-suċċess li kellna fl-aħħar snin. Il-ħidma tal-pajjiż f’dan is-settur se tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-kwalità, is-sostenibbiltà, l-esperjenza turistika, l-effiċjenza fil-konnettività, l-immaniġġjar fl-iżvilupp tal-akkomodazzjoni, l-isfidi marbutin mar-riżorsa umana, il-branding, id-diġitalizzazzjoni u, b’mod sinifikanti, l-inklużjoni ta’ Għawdex bħala destinazzjoni distinta.” B’rabta mal-kwalità tal-ħajja hu qal kif din hi s-saħħa tagħna, fiżika u mentali, l-ambjent li ngħixu fih, il-kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol, il-ħin ta’ kwalità li jibqgħalna mal-familja, iddjar tagħna, il-komunitajiet fejn ngħixu, is-sigurtà u, fuq kollox, kemm qed ngħixu ħajja trankwilla u fil-paċi. “Wasal iż-żmien, għalhekk, li minbarra li nitkellmu fuq statistika, ikollna wkoll indikaturi dwar il-kwalità tal-ħajja u li dan il-kejl ikun konsiderazzjoni ewlenija oħra f’kull proġett jew inizjattiva tal-amministrazzjoni pubblika u l-Gvern. Irridu nibdew minna nfusna, irrwol li naqdu fis-soċjetà tagħna. L-obbligu tagħna kollha hu li nissalvagwardjaw b’kull mezz possibbli l-interessi tal-ġenerazzjonijiet ta’ warajna – mhux biss ta’ dawk li għadhom iridu jitwieldu, iżda ta’ dawk iċ-ċkejknin fostna li għadhom jibdew id-dinja u jixirqilhom l-aqwa kura u attenzjoni li trid toffri s-soċjetà tagħna.” Il-President tar-Repubblika kompla jgħid li l-ambjent hu oġġettiv prinċipali fil-ħidma tal-amministrazzjoni l-ġdida. “Wasal iż-żmien li l-enfasi li amministrazzjonijiet preċedenti taw lill-infras-
05
08.05.2022
Ritratt: JASON BORG / DOI
kundizzjonijiet tax-xogħol li jippermettulhom jingħaqdu ma’ wliedhom f’mumenti sinifikanti jew sitwazzjonijiet delikati f’ħajjithom.” Fil-messaġġ tiegħu, Dr Vella qal li din l-amministrazzjoni temmen bissħiħ fis-sehem attiv taż-żewġ ġenituri fit-trobbija tal-ulied u allura se tara li jiżdied il-leave tal-paternità minn jumejn għal għaxart ijiem, anke f’każ ta’ adozzjoni u irrispettivament mill-istat ċivili ta’ dik il-familja. “Se nintroduċu wkoll il-carers leave biex, f’każ ta’ mard, persuna tieħu ħamest ijiem leave ħalli tieħu ħsieb ittfal jew qarib li jgħix taħt l-istess saqaf. Se nkomplu niddiskutu mal-imsieħba soċjali biex niggarantixxu l-aħjar kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż l-introduzzjoni tal-parental leave u d-dritt għar-right to disconnect. “Fuq kollox imma, irridu nħarsu lit-tfal u l-adolexxenti mill-perikli taż-żminijiet moderni, fosthom is-cyberbullying u nassiguraw li jkunu jafu kif għandhom jagħmlu użu għaqli tal-midja soċjali u l-mezzi teknoloġiċi varji li għandhom għad-disponibbiltà tagħhom,” kompla Dr Vella. Hu qal li pajjiżna hu magħruf għallgħaqal, ir-reżiljenza u l-bżulija tal-ħaddiema tiegħu – l-aqwa riżorsa li għandu. “Irridu nsostnu l-kultura tat-tfaddil li dejjem kellna f’pajjiżna bħala mezz ieħor kif insaħħu lill-familji tagħna. Hekk kif il-Gvern issa għandu l-pjan li jkompli jsaħħaħ ir-riserva ta’ fondi pubbliċi għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza b’metodi differenti, hekk ukoll GEORGE VELLA: irridu ninkoraġġixxu lill-familji tagħna jfadGħandna l-potenzjal dlu aktar. Familji li jqali nkomplu ngħollu ssmu d-dħul tagħhom l-livell ta’ dak li b’għaqal, familji li jaħsbu għall-futur biex jassigukapaċi nilħqu biss nistennew raw futur tajjeb kemm jista’ lil ħaddieħor jieħu jkun għalihom – speċjalment d-deċiżjonijiet għameta jiġu biex jieqfu jaħdmu u lina, iżda din il-prijorità jirtiraw – u għal uliedhom.” ġdida nirriflettuha fid-deċiżjoniHu qal li s-snin li ġejjin se jkunu jiet li nieħdu ta’ kuljum bħala ċittadini, kruċjali biex pajjiżna jilħaq il-milja tasminn dawk żgħar sa dawk kbar.” servizzi speċjalizzati u b’xejn fil-qasam Il-Kap tal-Istat qal li qatt daqs illum tas-saħħa mentali, proġetti li jmorru ma fhimna l-ħtieġa li mhux biss insal- lil hinn minn dak li qatt kellna s’issa u vaw l-art innifisha, iżda wkoll ix-xogħol jilħaq lil dawk kollha li jkollhom bżonnu. li jsir fuqha minn idejn il-bidwi Malti, li “Daqskemm tajna attenzjoni u ener hu sors ta’ sigurtà tal-provvista tal-ikel ġija biex niġġieldu l-pandemija fl-aħħar u għalhekk irridu nippromwovu aktar sentejn, daqshekk ieħor irridu nagħtu il-konsum tal-prodott lokali. biex niġġieldu din ir-realtà tas-soċjetà Meta tkellem dwar l-edukazzjoni, llum. Fl-aħħar snin ilħaqna investiment il-President qal li din l-amministrazz- rekord fl-oqsma soċjali. Il-pajjiż invesjoni għandha miri ambizzjużi għat-tfal – ta ammont rekord, filwaqt li naqqas ħidma li għandha tagħti garanzija li kull id-dipendenza soċjali. Il-Gvern irid jibqa’ tifel u tifla jkollhom aċċess għall-edu- jsostni l-programm soċjali tiegħu u fejn kazzjoni kif żviluppat fiż-żminijiet li qed meħtieġ jaġġornah,” saħaq il-President, ngħixu fihom illum. Fejn it-teknoloġija anke jekk iċ-ċifri dwar iċ-ċaħda matersaret l-għodda prinċipali biex uliedna jali u soċjali juru li dawn baqgħu stabjitgħallmu suġġetti bażiċi bħal-lingwi, bli f’livelli baxxi, minkejja l-pandemija il-matematika u x-xjenza. Hu rrefera wara li tul is-snin kien hemm tnaqqis għall-garanzija biex it-tfal kollha, hu sostanzjali fl-ammont ta’ nies f’sitwazzx’inhu d-dħul tal-familji tagħhom, ikoll- jonijiet simili. hom aċċess għall-attivitajiet ekstrakurSemma kif il-Gvern jibqa’ impenjat rikulari, bħall-arti, l-isport u l-kultura. li jwieżen lil kulħadd u lill-iktar sezHu qal li l-kwalità tal-ħajja ta’ wliedna zjonijiet vulnerabbli. “Irridu nibqgħu tiddependi mis-saħħa tal-familji tagħ- nsaħħu l-pensjonijiet. Magħhom ukoll na. “Hemm bżonn nagħmlu dak kollu is-servizzi għall-anzjani tagħna. Fejn li hu fil-kontroll tagħna biex naċċertaw irridu nħaddmu politika li tinċentiva irwieħna li wliedna qed igawdu lill-ġen- lill-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità. ituri tagħhom kemm hemm bżonn, u li Akkomodazzjoni soċjali u affordabbli l-ebda paraventu legali ma jintuża biex hi wkoll element qawwi tal-programm xi wlied jiġu mċaħħdin minn xi ġenitur soċjali ta’ dan il-pajjiż. Għalhekk irridu jew ieħor. Hekk ukoll naraw li l-ġenitu- nlestu l-akbar proġett ta’ bini ta’ akkori, ħafna minnhom jaħdmu, ikollhom modazzjoni soċjali li jammonta għal
truttura tal-pajjiż, issa tingħata bl-istess prijorità lill-proġetti ambjentali li jeħtieġ dan il-pajjiż. Mhux biżżejjed li nħarsu l-ambjent naturali li għandu pajjiżna – dan hu obbligu li għandhom dawk kollha f’entitajiet pubbliċi li bid-deċiżjonijiet tagħhom jistgħu jaffettwaw l-istat tal-ambjent naturali Malti. Din trid tkun l-iktar amministrazzjoni li tinvesti għal dan il-għan … u jrid iwassalna biex nagħrfu nwettqu l-miri li għandha din l-amministrazzjoni biex nilħqu l-mira ta’ newtralità klimatika sal-2050.” Dr Vella semma t-trasport u kif irridu nibqgħu bl-ikbar inċentivi għall-flotot elettriċi u nimplimentaw proġetti ta’ trasport alternattiv. “Fil-kwalità tal-arja, investejna bil-kbir biex neħħejna l-effetti ħżiena tal-produzzjoni tal-enerġija. Issa rridu nibqgħu nsostnu l-enfasi biex innaqqsu l-effetti negattivi tat-trasport. Din mhix sempliċiment mira jew statistika, iżda mezz kif nissalvagwardjaw issaħħa tagħna, il-kwalità tal-arja tagħna u l-ambjent ta’ madwarna.” Hu qal li rridu nneħħu darba għal dejjem l-idea li l-investiment ambjentali m’għandux ritorn ekonomiku, “għax ir-realtà hi li jekk l-ambjent tagħna mhux se nieħdu ħsiebu, l-ekonomija tagħna ma tistax tkompli trendi. IlGvern se jkun hemm biex isostni dawn il-bidliet. Imma se jkollna bżonn bidla fil-kultura tagħna wkoll. Irridu nifhmu li jekk verament għandna għal qalbna lil uliedna, issa wasal iż-żmien li nieħdu azzjoni deċiżiva favur l-ambjent. Mhux
1,700 unit ġdid. Dan, filwaqt li nsostnu skemi li diġà jeżistu, nestenduhom u naħsbu f’inizjattivi ġodda.” Inqisu l-investiment li rridu nagħmlu fis-settur kulturali bħala wieħed kruċjali mhux biss għal dawk li jaħdmu fis-settur, li l-kreattività tagħhom hi kruċjali għal pajjiżna, iżda wkoll għall-identità u l-ħajja soċjali u kulturali tagħna. Fost l-oħrajn semma li tissaħħaħ il-kwalità tal-ekosistema kulturali ta’ pajjiżna, inkluż bit-tlestija tal-Malta International Contemporary Art Space fil-Furjana li se jkun pjattaforma ewlenija, speċjalment għall-arti viżwali. “Ukoll, ladarba hemm qbil ġenerali li t-Teatru Rjal għandu jissaqqaf u jkollu funzjoni li taqdi aħjar il-bżonnijiet tal-artisti u l-kreattivi kontemporanji, se naraw li jsiru l-preparamenti neċessarji biex dan il-post jingħata skop bħala ċentru kulturali prominenti fil-Belt Valletta matul is-sena kollha.” Irrefera wkoll għall-isport u kif dan jitqies bħala parti essenzjali minn ħajja b’saħħitha. “Wasal iż-żmien li nimmi raw ogħla hawn ukoll. Hemm okkażjo nijiet importanti biex nuru x’kapaċi jagħmel l-atleta Malti,” waqt li semma s-Special Olympics fi tmiem il-ġimgħa li ġej fil-Marsa, il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’pajjiżna wkoll is-sena d-dieħla u l-Olimpjadi ta’ Pariġi fl-2024. Għalkemm niftaħru li ninsabu l-ew wel fid-drittijiet ċivili, Dr Vella qal li ma jfissirx li l-ħidma tagħna favur l-ugwaljanza tista’ tieqaf f’xi mument. Hu qal li fost il-prijoritajiet ewlenin hemm dawk li jridu jarawna nagħtu ċans ikbar lil aktar familji biex isiru ġenituri. “Għalhekk se jitressqu numru ta’ emendi għal-liġijiet li jirregolaw l-IVF f’pajjiżna bil-prinċipju jibqa’ dejjem dak li noffru tama akbar lil aktar ġenituri prospettivi. L-emendi jkunu kkumplimentati bl-investiment meħtieġ biex il-proċess ikun jista’ jsir. Għax l-ugwaljanza fuq kull livell hi waħda mill-valuri li trid tibqa’ tiddistingwina bħala pajjiż. “Hu ta’ sodisfazzjon li qed nibdew din il-leġiżlatura b’Parlament aktar ugwali fejn għandna rappreżentanza femminili aktar b’saħħitha. Dan il-prinċipju rridu neħduh anke f’oqsma oħrajn, inkluż fil-postijiet tax-xogħol, fil-boardrooms fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. Se nagħmlu dan ukoll b’għadd ta’ inċentivi,” kompla l-Eċċellenza. Indika li l-Malta li rridu nibdew nibnu fil-ħames snin li ġejjin hi waħda isbaħ, aktar ġusta, aktar dinamika u sostenibbli. “Se jkollok min jgħid li ma nifilħux inwettqu dawn il-bidliet kollha wara pandemija. Jew li waqt gwerra ma nistgħux inwettqu d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija. Imma dan żgur mhux il-mument li nipposponu riformi u bidliet. Anzi għandna nifhmu l-lezzjoni tal-pandemija. Kienu pajjiżi bħal Malta, li kienu għamlu riformi kbar qabel seħħet il-pandemija, li sabu ruħhom f’pożizzjoni li jirreaġixxu u jagħmlu tajjeb għall-effetti tal-pandemija. Għalhekk kull sfida trid twassalna biex inwettqu bidliet dejjem aktar kuraġġużi. Huwa biss jekk inkomplu niġġeddu li nibqgħu nkunu pajjiż ta’ suċċess.” Hu temm id-diskors fejn enfasizza li flimkien mhux biss għandna l-potenzjal li niksbu l-aspirazzjonijiet kollha li għandna, imma li nkomplu ngħollu l-livell ta’ dak li kapaċi nilħqu. “Pajjiżna u l-poplu tiegħu għandu futur sabiħ jekk nagħrfu naħdmu għalih. Jiddependi minna lkoll flimkien.”
06
08.05.2022
SENTIMENT EKONOMIKU FERM AĦJAR MATUL APRIL L-istħarriġ ta’ kull xahar millKummissjoni Ewropea, li jsir fost il-familji u n-negozji f’paj jiżna, wera li f’April l-indiċi ta’ sentiment ekonomiku laħaq il-livell ta’ 104. Dan hu 4% aħjar mill-medja storika u 12% aqwa mil-livell f’April tal-2019. Kważi f’kull settur is-sentiment huwa aħjar mill-medja storika. Il-familji Maltin u Għawdxin kienu aktar pożittivi mill-medja storika u s-sentiment kien aħjar minn sena qabel. Maġġo ranza ta’ 9% aktar jemmnu li l-ekonomija ta’ pajjiżna se tikber minn dawk li jemmnu li se tiċkien. Dan meta fl-UE maġġoranza ta’ 42% familji jistennew li l-ekonomija f’pajjiż hom se tkompli teħżien. F’pajjiżna maġġoranza ta’ 9% tal-familji qalu li jħossu li jaffordjaw li jidħlu għal spejjeż kbar fl-istess ħin li maġġoranza ta’ 14% jemmnu li se jirnexxil hom ifaddlu aktar, minkejja dan il-konsum akbar. Bil-maq lub, fl-Ewropa, maġġoranza tal-familji jgħidu li ma jistgħux jidħlu għal konsum kbir, waqt li jemmnu li l-qgħad se jirranka, kompletament differenti minn dak li jħossu l-familji lokali li qed jistennew tnaqqis. Fil-manifattura, maġġoranza ta’ 37% tan-negozji intervis tati qalu li l-produzzjoni tagħ hom se tiżdied fix-xhur li ġejjin. Dawn il-kumpaniji sostnew li għandhom aktar minn ħames xhur ta’ produzzjoni garantita f’ordnijiet li diġà rċevew u, biex ilaħħqu mal-ordnijiet, maġġo ranża ta’ 33% qed jantiċipaw ukoll li se jkollhom iżidu l-ħaddiema fix-xhur li ġejjin.
Fil-qasam tas-servizzi, issentiment hu pożittiv ħafna, bil-kontra ta’ dak li kien fl-istess xahar sena qabel, avolja għadu taħt il-medja storika. Fil-fatt, jirriżulta li 23% tal-operaturi tas-servizzi qed jistennew tkabbir fl-attività fix-xhur li ġejjin u li se jkollhom bżonn iżidu l-impjegati. Anke fis-settur tal-bejgħ, is-sentiment hu assolutament il-kontra ta’ dak tal-istess xahar
di jsostnu li għandhom stennija għal ordnijiet akbar. Dan f’kuntest li dawn l-operaturi bħala medja qalu li għandhom xogħol b’lura għal kważi sitt xhur, jew darbtejn il-medja storika.
mill-Uffiċċju Nazzjonali talIstatistika (NSO) u rrapportata anke mill-Eurostat. Il-medja storika tal-qgħad qabel l-2013 kienet ta’ 6.8%, jew aktar mid-doppju tar-rata li għandna bħalissa. L-ogħla li qatt tela’ l-qgħad lokali taħt Ġimgħa ta’ indikaturi amministrazzjoni Nazzjonalisekonomiċi pożittivi ta kien 8.5%, jew kważi tliet darbiet ir-rata preżenti. Fejn jirriDin il-ġimgħa komplew gwarda qgħad fost iż-żgħażagħ jispikkaw għadd ta’ indikaturi dan hu żewg terzi l-medja stori-
40% TAN-NEGOZJI JISTENNEW TITJIB FL-ATTIVITÀ TAGĦHOM Skont stħarriġ tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li sar matul l-ewwel kwart tas-sena fost in-negozji, 40% tal-azjendi qed jistennew titjib fl-attività tagħhom fiż-żmien li ġej. Kienu biss 2% li bassru li se jmorru agħar. Ir-riżultat hu aħjar minn dak irreġistrat flaħħar kwart tal-2021. L-istħarriġ jindika li l-gwerra fl-Ukrajna qed ikollha impatt fuq il-provvisti ta’ materji prima, tant li 80% tan-negozji rrimarkaw li kellhom żieda fl-ispejjeż tagħhom. Madanakollu, il-proporzjon ta’ dawk li għażlu li jgħollu l-prezzijiet tagħhom kien inqas minn nofs dawk li qalu li kellhom sena qabel, meta kien jirrenja pessimiżmu kbir. Maġġoranza ta’ 6% qed jistennew titjib fl-operat fix-xhur li ġejjin u qalu li se jżidu aktar ħaddiema. Fil-qasam tal-kostruzzjoni, is-sentiment hu ferm pożittiv, b’maġġoranza ta’ 17% tal-azjen-
żieda fl-ispejjeż. Aspett ieħor ferm inkoraġġanti hu li kważi tliet kwarti tan-negozji li ġew inter vistati sostnew li se jkomplu bl-investimenti tagħhom. Dan ukoll hu proporzjon akbar mill-kwart preċedenti. Fl-istess ħin aktar minn terz tan-negozji ddikjaraw li se jkomplu jżidu l-ħaddiema magħhom. Għaldaqstant, skont il-Bank Ċentrali, issaħħa tal-attività ekonomika għadha evidenti u l-prospetti jibqgħu pożittivi ħafna, avolja l-kundizzjonijiet tan-negozji ġew impattati mill-iżviluppi riċenti li seħħew barra minn xtutna.
ekonomiċi pożittivi li jikkonfermaw li l-ekonomija ta’ pajjiżna qed tkompli tissaħħaħ. L-ewwel minn dawn kien li f’Marzu li għadda pajjiżna għall-ewwel darba fl-istorja kellu rata ta’ qgħad ta’ 3% biss. Dan skont statistika miġbura
ka, u nofs il-massimu li kien tela’ taħt amministrazzjoni Nazzjonalista. Pajjiżna bħalissa għandu t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad flUnjoni Ewropea kollha u t-tieni l-inqas fiż-Żona Ewro. Relatata indirettament
Bil-maqlub tal-UE, maġġoranza tal-familji Maltin jemmnu li l-ekonomija lokali se tikber
max-xogħol ukoll, din il-ġim għa tħabbar kif matul Marzu pajjiżna rreġistra żieda qawwija fil-bejgħ mill-ħwienet. Statistika tal-Eurostat turi li xahrejn ilu l-bejgħ mill-ħwienet kien 16.4% aqwa milli kien sena qabel. Din kienet it-tielet l-akbar rata ta’ tkabbir madwar l-Ewropa. Il-medja Ewropea kienet ta’ 1.7% biss, li jfisser li l-andament f’pajjiżna kien kważi 10 darbiet aħjar. Anke meta wieħed iqabbel il-bejgħ ma’ kif kien qabel il-pandemija, l-andament ta’ pajjiżna kien darbtejn aqwa minn dak fil-bqija tal-UE. Dan jikkonferma kif l-irkupru eko nomiku f’pajjiżna qiegħed ikun ferm aktar mgħaġġel minn dak f’pajjiżi oħrajn. Sadanittant, tħabbar ukoll kif fl-2021 kien hemm żieda impressjonanti fl-ammont ta’ azjendi rreġistrati f’pajjiżna. Fil-fatt, minkejja l-pandemija, l-ammont ta’ azjendi f’pajjiżna laħaq il-livell rekord ta’ 133,516 is-sena li għaddiet. Dan kien ifisser li kien hemm żieda ta’ 1,521 azjenda, jew medja ta’ erba’ azjendi kull ġurnata. Matul l-2021, fi żmien ta’ sfida bla preċedent, xorta kellna kważi 11,900 negozju ġdid li rreġistra f’pajjiżna. Dan kien id-doppju ta’ dak li kien iseħħ fl-aħħar sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista, evidenza ċara ta’ kemm l-ekonomija ta’ pajjiżna kibret. Il-mutur tat-tkabbir baqa’ dak tan-negozji żgħar u medji (SMEs), li jammontaw għal kważi t-tkabbir kollu fl-għadd ta’ azjendi. L-aktar settur kbir f’termini ta’ numru ta’ azjendi baqa’ dak tal-ħwienet, segwit minn dak tas-servizzi finanzjarji u professjonali.
07
08.05.2022
Ritratt: ANTHONY AXIAQ
INVESTIMENT SOĊJALI BLA PREĊEDENT Rekord ta’ kważi terz ta’ biljun ewro f’benefiċċji bejn Jannar u Marzu li għaddew L-investiment tal-Gvern fuq benefiċċji soċjali tela’ għal kważi terz ta’ biljun ewro fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, żieda ta’ kważi kwart meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel u kważi terz aktar minn dak allokat għal dan il-għan fl-ewwel kwart tal-2020, meta pajjiżna ntlaqat għall-ewwel darba mill-virus tal-COVID-19. Minkejja l-pandemija, issa kien hemm tnaqqis ta’ 354 persuna fuq l-assistenza soċjali meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2020. Dan it-tnaqqis jistona bil-kbir ma’ dak li kien seħħ fil-kriżi ekonomika ta’ wara l-2008, meta kien hemm żieda ta’ kważi 900 persuna fuq l-assistenza soċjali. Dan filwaqt li fl-2013 kien hemm id-doppju tal-ammont preżenti jiddependu minn din l-għajnuna. Jirriżulta wkoll li bejn Jannar u Marzu li għaddew kompliet tonqos id-dipendenza fuq l-allowance supplimentari, bl-ammont li jirrikorru għaliha jonqos bi kważi 1,400 meta mqabbel mal-2020. Ta’ min jinnota li minkejja t-tnaqqis fid-dipendenza fuq dan il-benefiċċju, l-ispiża tal-Gvern xorta kważi rdoppjat minn €2.3 miljun fl-2020 għal €4.3 miljun fl-2022. Dan għax il-Gvern tejjeb ħafna r-rati tal-istess benefiċċju.
Dawk fuq assistenza soċjali naqsu bi 354 fil-pandemija … fl-2008 kienu żdiedu b’900 Grazzi għal miżuri ta’ baġits konsekuttivi żdied ukoll l-ammont direzzjonat lejn il-carers, li issa tela’ għal kważi €3 miljun. L-istess ġara fir-rigward taċChildren’s Allowance, fejn l-allokazzjoni telgħet għal kważi €11-il miljun, grazzi għad-dħul ta’ suppliment. Ta’ min ifakkar li fil-kriżi ekonomika ta’ wara l-2008 l-Gvern Nazzjonalista ta’ dakinhar kien naqqas din l-assistenza lill-familji b’aktar minn €2 miljun. Differenti minn żminijiet oħrajn, l-anzjani wkoll ma tħallewx ifendu waħedhom f’dan il-mument ta’ sfida ekonomika. Fil-fatt, l-ammont mogħti lir-romol tela’ għall-ewwel darba għal aktar minn €37 miljun. Dan ifisser żieda ta’ €3 miljun jew 9% meta mqabbel ma’ qabel il-pandemija. Fejn jidħol l-ammont mogħti lill-pensjonanti dan ukoll laħaq figura rekord, dik ta’ kważi €210 miljun bejn dawk kontributorji u dawk tal-età. Dan ifisser tkabbir ta’ €69 miljun jew 46% kkumparat ma’ sentejn ilu. Jekk wieħed iħares biss lejn l-inqas pensjonijiet, jiġifieri dawk minimi, isib li l-allokazzjoni żdiedet b’€4 miljun jew bi kważi 50%. Dan juri kif ilGvern ta l-għajnuna lil dawk l-aktar filbżonn.
IL-MONEYVAL TFAĦĦAR IL-PROGRESS KBIR MALTI Fir-rapport annwali tagħha għall-2021, li ġie ppubblikat din il-ġimgħa, il-Mo neyval innotat kif Malta rnexxielha tagħmel progress sinifikanti u laħqet l-aspettattiva ġenerali ta’ dak li hu mistenni mill-pajjiżi fi żmien sentejn. Dan il-kumitat ta’ esperti kontra l-ħasil tal-flus fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa nnota x-xogħol li sar fuq it-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet tal-Financia Action Task Force (FATF), li min-naħa tagħha kienet qalet li pajjiżna ħa l-passi neċessarji kollha biex jindirizza strateġikament dak elenkat minnha. Fil-fatt, issa pajjiżna m’għandu l-ebda kriterju li mhux konformi. Dan l-aħħar rapport tal-Moneyval, li b’mod indipendenti jagħti ħarsa lejn ir-riformi li jkunu għaddejjin fil-pajjiżi Ewropej, jingħaqad ma’ dawk ġejjin minn istituzzjonijiet oħrajn, fosthom il-Kummissjoni Ewropea u għadd ta’ aġenziji ta’ kreditu. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, faħħret lil Malta għar-riformi li wettqet favur is-saltna tad-dritt. F’April tas-sena li għaddiet, il-Moneyval kienet ħarġet opinjoni favorevoli għal pajjiżna, li kien ħa din l-isfida b’serjetà kbira u l-impenn tal-Gvern kien wieħed straordinarju fid-diversi livelli tiegħu. Sa dakinhar pajjiżna kellu disa’ oqsma li fihom ma kienx qed jilħaq il-livelli rikjesti, iżda r-rapport sena ilu kkonferma li Malta kienet qed tissodisfa l-kriterji kollha meħtieġa u għaddiet minn dawn l-oqsma kollha kemm huma. Minkejja dan, f’Ġunju tal-istess sena, l-FATF ħabbret pjan t’azzjoni għal Malta biex tiġi twettaq miżuri ulterjuri. Il-proċess, li poġġa lil pajjiżna fuq l-hekk imsejħa “lista l-ġriża”, kien jesiġi
ħidma akbar u fl-iqsar żmien possibbli. fehmu u kkoperaw bis-sħiħ. Dakinhar l-Oppożizzjoni Nazzjonalis Din id-deċiżjoni tal-FATF waslet f’inta taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech qas minn sitt xhur mindu f’Settembru mhux biss instigat li pajjiżna kellu l-Gvern Malti ppreżenta l-proċess detjiġi skrutinizzat rigorożament, imma taljat dwar kif kien biħsiebu jindirizza wkoll bdiet tbassar inkwiet ekonomiku l-pjan t’azzjoni. serju għal, inkluż l-eżodu ta’ kumpaniji Fir-reazzjoni tiegħu, il-PN ma semspeċjalizzati minn fostna u mijiet, jekk ma xejn dwar xi possibbiltà ta’ telf ta’ mhux eluf, ta’ sensji. investimenti lokali, għalkemm xorta Dan qatt ma seħħ, anzi l-kumpaniji kompla fil-vena negattiva tiegħu u qal fl-oqsma finanzjarji baqgħu jiżdiedu. li “l-ħsara li pajjiżna daħal fil-grey list Il-ġid nazzjonali Malti s-sena li għad- se nibqgħu nġorruha magħna, għax diet ukoll kien nofs biljun ewro akbar illum nitqiesu bħala ġurisdizzjoni dubmilli kien fl-2019, qabel bdiet il-pan- juża”. demija. Bil-maqlub, aġenziji internazzjonali Minbarra hekk, f’Marzu ta’ kreditu, bħal Fitch u S&P, li għadda saħansitra tħabjikklassifikaw lil Malta bl-aħbar li l-pjan t’azzjoni majar mod inkluż għal raġuni qbul bejn l-FATF u l-Gvern jiet ta’ saltna tad-dritt effetMalti issa huwa sostanzjaltiva, fost l-oħrajn. ment komplut u fadal biss L-esperti ta’ Fitch, waqt li r-rappreżentanti tagħha Fiduċja kbira li nnotaw li d-deċiżjoni taljiġu fiżikament f’pajjiżna minn barra FATF ma kellhiex impatt ħalli jivverifikaw li l-proċess materjali fuq l-ekonomija fit-tmexxija Maltija, qalu li l-Gvern Malti hu fil-fatt wieħed effettiv. Il-Gvern kien ħa nota u qed jintensifika l-ħidma biex tal-Gvern laqa’ d-deċizjoni tal-FATF, il-pajjiż ikompli jirreġistra Malti … waqt li l-Prim Ministru Robprogress f’dan il-qasam. ert Abela tenna li se jkomil-PN jibqa’ Huma semmew li s-sistema pli jafda fl-esperti tekniċi li finanzjarja lokali baqgħet jaħdmu b’mod indipenden- biss fil-vena ferm reżiljenti u ma kellhiex ti u bil-kwiet f’dan is-settur, negattiva u impatti mill-pandemija. flimkien mal-professjonisti Min-naħa l-oħra, fl-aħħar jipprova u l-partijiet interessati ewxhur S&P irrimarkat l-imlenin. Hu wiegħed ukoll li penn politiku tal-Gvern Malti jinstiga jagħtihom l-appoġġ kollu li li jaħdem mal-FATF u l-Mond-dubji jeħtieġu. eyval u rnexxielu jagħmel Dr Abela rringrazzja progress sinifikanti fil-ġlieda lill-ħaddiema kollha involuti fis-servizz kontra l-kriminalità finanzjarja. pubbliku u lid-diversi istituzzjonijiet Aġenzija oħra ta’ kreditu li wriet fital-pajjiż, l-accountants u l-awditu- duċja sħiħa fil-Gvern Malti li kapaċi ri, l-avukati u l-organizzazzjonijiet li jdawwar sfida f’opportunità kienet idjirrappreżentawhom li kienu involu- DBRS. Din qalet li t-titjib favur il-goverti f’dawn il-proċessi. Radd ħajr ukoll nanza t-tajba, kif mitlub mill-FATF, se lin-negozji u lill-individwi kollha li jżid il-ħidma lokali f’dan il-qasam.
08
08.05.2022
“It-twettiq ta’ tant proposti mhuwiex possibbli mingħajr il-ħaddiema tas-Servizz Pubbli ku,” tenna l-Prim Ministru Ro bert Abela meta indirizza konferenza fl-għeluq tal-ġimgħa tas-Servizz Pubbliku bit-tema “Ninvestu fil-Kwalità”. Dr Abela qal kif issa li l-poplu għażel Gvern Laburista ġdid għal-leġiżlatura li jmiss, huwa l-obbligu tal-Gvern li jimpli menta dak li wiegħed fil-kampanja elettorali. Din hi l-impor tanza tas-Servizz Pubbliku u l-ef fi ċjenza li għandu jkollu, biex dan jitwettaq. Il-Prim Ministru qal li fl-2013 dan il-Gvern wiret Servizz Pubbliku ferm differenti minn dak li għandna llum u kien b’hekk li sar investiment bla preċedent biex dan jinqaleb ta’ taħt fuq. Tant li llum hu sodisfatt jgħid li pajjiżna serva ta’ mudell għal pajjiżi oħrajn ta’ kif jista’ jiġġedded u jittejjeb is-Servizz Pubbliku. Għamel aċċenn ukoll għallmod kif it-tmexxija ta’ Mario Cutajar, Segretarju Permanenti Ewlieni fl-aħħar disa’ snin, u l-ħaddiema fis-Servizz Pubb liku dejjem raw biex ibiddlu u jġeddu għall-aħjar. Mill-2013 lil hawn, is-Servizz Pubbliku implimenta b’kollox 1,250 miżura biex tonqos il-burokrazija, bis-sena li għaddiet biss jitwettqu 186 miżura ta’ simplifikazzjoni – ċifra li tixhed rata ta’ twettiq ta’ 83%. Dan joħroġ mit-tielet edizzjoni tal-pubblikazzjoni Ħidma tasServizz Pubbliku, b’rendikont tal-miżuri mwettqa u l-ħidmiet prinċipali f’ministeri differenti matul dawn l-aħħar 12-il xahar. Il-Ġimgħa tas-Servizz Pubb liku reġgħet uriet biċ-ċar kif is-Servizz Pubbliku sar wieħed dehen ta’ pajjiż modern u li qed iħares lejn futur b’ottimiżmu. It-tema magħżula wkoll tirrif letti l-investiment fil-kwalità, li jfisser investiment fin-nies, fis-servizz li jingħata u fitteknoloġija li titħaddan. Tliet elementi ewlenin biex tfasslet l-istrateġija “Lejn Servizz ta’ Eċ ċellenza” għall-ħames snin li ġejjin, li skattat din il-ġimgħa. F’wieħed mill-indirizzi tiegħu, Mario Cutajar qal li din l-istrateġija fiha 45 miżura li jkomplu jibnu fuq dak li twettaq fl-aħħar disa’ snin biex is-Servizz Pubbliku jasal għal wieħed ta’ eċċellenza. L-istrateġija telenka miżuri li se jirrivoluzzjonaw il-mod kif is-Servizz Pubbliku jiġġestixxi u jżomm id-data. Fl-istess waqt, f’kull pass li jsir trid tingħata prijorità lill-etika u lill-kontabbiltà b’tali mod li l-klijent se jingħata l-opportunità li jkollu aċċess għad-data li għandu dwaru s-Servizz Pubbliku, ikun jaf kif u meta ntużat, u minn min. Il-klijent se jinżamm in-
Ritratt: OMAR CAMILLERI / DOI
MALTA LLUM MUDELL FIS-SERVIZZ
furmat ukoll dwar fiex waslu Darmanin, li spikkat fil-ħidma taħriġ, tant li bejn Ottubru li l-applikazzjonijiet jew it-talbiet bħala Assistenta Kap ta’ skola. għadda u April ta’ din is-setiegħu f’ħin reali, fost oħrajn. Ir-Rikonoxximent Speċjali din na, kien hemm eluf ta’ uffiċjali Is-sena li għaddiet servizz. is-sena ngħata lill-Kuntistabb- pubbliċi li bejniethom attengov kellu 3.5 miljun interazzjoni li tal-Pulizija PC2423 Charlene dew 1,558 kors offruti mill-Ismal-pubbliku, b’272,000 walk- Delia. titut għas-Servizzi Pubbliċi. in fil-hubs reġjonali, 833,500 Cutajar qal li l-bidliet radika- Minn dan ix-xahar sa Lulju li telefonata, 44,600 email, 54,200 li li seħħew fis-Servizz Pubbli- ġej hemm skedati 262 kors, download tal-Maltapps u 2.5 ku f’dawn l-aħħar snin tnisslu bil-parteċipazzjoni ta’ 5,035 miljun żjara fis-sit elettroniku mill-fatt li qabelxejn ġiet defini- persuna. Din hi xhieda tal-inuffiċjali. ta t-tifsira ta’ servizz ta’ kwalità, vestiment kbir li qed jagħmel Waqt din il-ġimgħa wkoll u l-kwalità bdiet titkejjel skont is-Servizz Pubbliku fin-nies li is-Sur Cutajar ħabbar li disa’ erba’ pilastri: il-vuċi, id-disinn, jaħdmu fi ħdanu. dipartimenti u entitajiet diġà il-pakkett u l-kontabilità. Dan Fis-Servizz Pubbliku n-nies ngħataw il-Quality Award, waqt wassal biex is-Servizz Pubbli- huma fiċ-ċentru ta’ dak kolli ngħataw aktar rikonoxxi- ku dawwar il-mod kif jaħdem lu li jsir kemm min-nies li jimenti f’ċerimonja li saret taħt u kif jikkomunika mal-klijenti rċievu s-servizz u min-nies il-patroċinju tal-President ta’ tiegħu, b’tali mod li beda jiffoka li jipprovduh. Kien għalhekk Malta George Vella. totalment u bla eċċezzjoni fuq li s-Servizz Pubbliku ħareġ Fost oħrajn, il-Ministeru il-klijent f’dak kollu li jagħmel. bil-programm ta’ ħidma “Peogħall-Agrikoltura, is-Sajd u Il-kisbiet li seħħew f’dawn ple 360” għall-impjegati pubd-Drittijiet tal-Annbliċi, li jħares lejn imali rċieva l-unur il-persuna fit-totali talli wettaq l-akbar tà tagħha u li pernumru ta’ miżuri ta’ mezz tiegħu ngħata simplifikazzjoni fll-ħajja lill-kunċett 2021, filwaqt li l-Minli l-qofol ta’ kollox Is-Servizz Pubbliku għandu żewġ isteru għall-Wirt jibqgħu n-nies. Nazzjonali, l-Arti u Bħala parti lealtajiet – dik lejn kull min jieħu l-Gvern Lokali ġie mill-Ġimgħa għass-servizz li jipprovdi u dik lejn rikonoxxut bħala Servizz Pubbliku, il-Gvern tal-ġurnata li tela’ dak li wettaq il-miżusaret żjara wkoll ri ta’ simplifikazzdemokratikament bil-vot tan-nies fiċ-Ċentru Servizz joni li ħallew l-akFamilja - servizz.gov, u għandu programm xi jwettaq bar impatt. L-unur li issa qed jopera għall-aħjar ippjanar minn bini ċentrau twettiq mar għand il-Ministe- l-aħħar disa’ snin issa se jkom- li fil-Belt Valletta u li jservi ta’ ru għall-Finanzi u x-Xogħol. plu jiġu kkonsolidati bit-twet- one-stop-shop għal min ikollu Erba’ uffiċjali pubbliċi ngħa- tiq tal-istrateġija “Lejn Servizz bżonn għajnuna soċjali. B’hekk taw l-Għotja ta’ Rikonoxximent ta’ Eċċellenza”, bl-ewwel miżu- in-nies jinqdew b’rispett lejn għal Servizz ta’ Kwalità – Dr ra elenkata tittratta proprju il-privatezza tagħhom u bla Carmel Abela, li jmexxi d-Di- l-assigurazzjoni tal-kwalità u dewmien. Dan iċ-ċentru, li partiment tal-Anestesija fl- l-għoti ta’ servizz eċċellenti hu l-ewwel wieħed tax-xorIsptar Mater Dei; Svetlana Man- b’sistemi, għodod u strutturi ta tiegħu, qed iservi wkoll ta’ gion minn Residency Malta robusti fis-seħħ li jiggarantixxu proġett pilota biex il-proċess Agency; Marilou Lourdes Gatt, il-konsistenza. sussegwentement jiġi adottat li taħdem bħala social worker Is-Servizz Pubbliku jibqa’ ukoll mit-23 hub reġjonali ta’ mal-Aġenzija Appoġġ; u Janice dejjem aġġornat permezz ta’ servizz.gov fil-komunità.
Fl-aħħar snin is-Servizz Pubbliku mhux biss tkellem dwar l-importanza tal-kontabbiltà, imma wettaqha fil-prattika, kemm b’sistemi u proċessi interni kif ukoll b’mod pubbliku. Fil-fatt, kull sena s-Servizz Pubbliku jagħti rendikont tat-twettiq tal-miżuri tal-Baġit (b’rata ta’ impli mentazzjoni ta’ 79%), dwar i r - r a k k o m a n d a z z j o n i j i e t tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Veri fika (90%), u r-rakkoman dazzjonijiet tal-Ombudsman (98%) fejn ukoll jintwera kif isServizz Pubbliku jaġixxi b’mod korrett. Din il-ġimgħa wkoll tat togħma ta’ dak li se jkun mistenni bit-twettiq tal-istrateġija, jiġifieri l-implimentazzjoni ta’ 45 miżura fuq medda ta’ ħames snin. Permezz tagħhom, isServizz Pubbliku se jgħaddi mill-fażi tat-tiġdid għall-fażi tat-tisħiħ, bi proġetti bla preċedent li għandhom ikomplu jbiddlu radikalment il-mod kif jaħdem is-Servizz Pubbliku. Ġew varati ħames proġetti ġodda li se jkomplu jbiddlu u jtejbu l-mod kif jaħdem isServizz Pubbliku u jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies. Dawn huma d-Digital Transformation Hub, ir-Reġistru Ċentrali, Remote Workspace ta’ servizz.gov f’Kordin, Ċentru ta’ Taħriġ tal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi f’Kordin, u l-estensjoni tas-servizzi tal-Employee Support Programme fil-Belt. Tal-ewwel se jkun ċentru li fih, bl-għajnuna tat-teknoloġija, kull servizz ikun meqjus u mfassal mhux biss b’attenz-
09
08.05.2022
joni għad-disinn tiegħu, imma wkoll għall-mod kif jiġi pprov dut. Il-proġett tar-Reġistru Ċentrali se jbiddel drastikament il-mod li għandu x’jaqsam ma’ reġistrazzjoni ta’ dokumenti, b’tali mod li jkun hemm ħafna aktar effiċjenza. Illum hemm mas-70 reġistru, b’aktar minn erba’ miljun dokument u kull sena jiġu rreġistrati 200,000 dokument ġdid. B’dan il-proġett, dan kollu jsir sistema elettronika u kollox jiġi kkonċentrat f’binja waħda u abbinat mal-proġett tat-tnaqqis fl-użu tal-karta fix-xogħol. Il-proġetti ta’ servizz.gov u l-IPS f’Kordin huma entitajiet tewmin li twaqqfu biex jixpru naw it-tiġdid fis-Servizz Pubbliku ftit aktar minn ħames snin ilu. Issa fergħat tagħhom se jkunu qed jaqsmu bejniethom il-binja f’Kordin. Dwar il-proġett tal-Employee Support Programme (ESP), il-binja li bħalissa tospita kemm lid-Dipartiment tal-Informazzjoni kif ukoll lill-P&SD fil-Belt Valletta qed titkabbar biex magħhom jiżdied l-ESP. Dan il-proġett jimxi id f’id mal-programm “People 360”, fejn in-nies jitqiesu mhux bħala riżorsa, iżda bħala element ewlieni fil-kumplessità kollha tiegħu. Il-ħidma tal-programm People 360 hija ffukata biex toħroġ l-aħjar min-nies u timbotta ’l quddiem it-talenti li bilfors jeżistu f’organizzazzjo ni daqstant kbira bħalma hu s-Servizz Pubbliku. Matul din il-ġimgħa ħareġ ix-xogħol sfiq li sar mis-Servizz Pubbliku f’diversi oqsma u li huwa elenkat b’dettall fil-programm ta’ ħidma tas-Servizz Pubbliku għall-aħħar 12-il xahar. Pereżempju, is-sena l-oħra kien hemm 664 tifel u tifla li għaddew mill-proċess magħruf bħala statementing. Wara l-assessjar, it-tfal jingħataw għajnuna li tindirizza l-bżonnijiet kollha tagħhom. Għal dan l-għan, matul is-sena skolastika preċedenti, kien hemm preżenza ta’ 3,600 learning support educator fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji tal-Istat, apparti 1,382 u 444 learning support educator li ħadmu fl-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti rispettivament. Minbarra hekk, 166 student u studenta kienu qed jirċievu l-edukazzjoni tagħhom fiċ-Ċentri għar-Riżorsi, fejn ingħataw servizzi indirizzati speċifikament għall-bżonnijiet tagħhom, filwaqt li komplew ikunu inklużi b’mod ħolistiku fl-iskejjel rispettivi. Sfidi li ġabet magħha l-pandemija fil-qasam edukattiv in-
bidlu f’opportunitajiet kemm fil-metodoloġija tat-tagħlim innifsu kif ukoll fl-assessjar u fl-eżamijiet. L-istudenti u l-għalliema addattaw tajjeb għaċ-ċirkostanzi l-ġodda u t-tagħlim, l-assessjar u l-eża mijiet baqgħu għaddejjin. Sta tistika miġbura mill-Università ta’ Malta turi li fis-sena skolastika 2020/21 aktar minn 90% tal-eżamijiet saru virtwalment. Fejn tidħol is-saħħa mentali hemm diversi servizzi offruti mill-Employee Support Programme (ESP) għall-uffiċjali pubbliċi, kif ukoll servizzi li nħolqu fil-komunità biex jipprovdu gwida professjonali permezz ta’ tobba, psikologi, ħaddiema soċjali, occupational therapists u professjonisti oħrajn. Għall-ewwel darba fil-Ġim għa għas-Servizz Pubbliku sar ukoll djalogu bit-tema “Sehem l-Università ta’ Malta b’risq il-professjonalità tal-uffiċjali pubbliċi” ma’ studenti Univer sitarji. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni sema’ dak li kellhom xi jgħidu uffiċjali pubbliċi li huma wkoll studenti Universitarji fil-korsijiet li jsiru b’mod konġunt mal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi, filwaqt li studenti li huma wkoll uffiċjali pubbliċi qasmu l-esperjenzi tagħhom dwar kif il-korsijiet li qed isegwu qed jgħinuhom fit-twettiq ta’ dmirijiethom fuq il-post tax-xogħol. F’konferenza li għalqet l-av veniment annwali, is-Segre tarju Permanenti Ewlieni qal li għalkemm hu minnu li, skont l-Ewrobarometru, ċifra għolja ta’ 70% tal-poplu huma kuntenti bis-Servizz Pubbliku, il-mira għandha tkun li nilħqu t-80% jew aħjar. Is-Servizz Pubbliku għandu żewġ lealtajiet – dik lejn kull min jieħu s-servizz li jipprovdi, li tissarraf f’servizzi bla taħbil il-moħħ, u dik lejn il-Gvern tal-ġurnata li tela’ demokratikament bil-vot tan-nies u għandu programm xi jwettaq. Dak il-programm irid jinbidel mis-Servizz Pubbliku fi pjani u implimentazzjoni. Dawn iż-żewġ lealtajiet jingħaqdu f’servizz wieħed għall-pajjiż, għal Malta aħjar u għal ġejjieni mill-aqwa, qal is-Sur Cutajar. Sadanittant, ilbieraħ, studenti li ħadu sehem fil-kompetizzjoni “X’Tixtieq Issir La Tikber?” ingħataw l-opportunità ta’ job placement ta’ ftit sigħat fil-karriera li jaspiraw li jidħlu fiha meta jikbru, waqt li din il-ġimgħa tnieda wkoll first-day cover u timbru kommemorattiv b’bolol speċjali li jagħtu ġieħ lix-xogħol tal-uffiċjali pubbliċi u l-ħidma tas-Servizz Pubbliku.
Ritratt: CLODAGH O’NEILL / DOI
PUBBLIKU
Mario Cutajar u l-President tar-Repubblika f’waħda mill-attivitajiet din il-ġimgħa
ĠIMGĦA EĊĊELLENTI TAGĦLAQ KARRIERA TWILA FIS-SERVIZZ PUBBLIKU Il-Prim Ministru: “Mario Cutajar huwa bniedem leali, istruwit u kolt li jaf kif jimplimenta dak li jrid jasal għalih” Ġimgħa eċċellenti li matulha spikkat ilħidma sfiqa tas-Servizz Pubbliku, stan ding ovation mill-uffiċjali pubbliċi u stqar rija b’saħħitha tal-Prim Ministru Robert Abela dwar ħidmietu, kienu l-elementi li emozzjonaw lis-Segretarju Permanenti Ewlieni fi tmiem l-attivitajiet li mmarkaw din il-ġimgħa ddedikata lix-xogħol tasServizz Pubbliku. B’dan fl-isfond Mario Cutajar ħabbar li se jirtira bl-età mill-kariga ta’ Kap tasServizz Pubbliku fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Dan kien il-pass li jmiss wara li f’Settembru li għadda huwa kien għarraf lill-Prim Ministru li wasal għall-età tal-pensjoni u li xtaq li jirtira. Sar qbil li Cutajar iħalli dik il-leġiżlatura tispiċċa u jgħin biex il-Gvern il-ġdid jidħol f’postu. Mario Cutajar se jkun qed itemm karriera ta’ 46 sena fis-Servizz Pubbliku, li matulha ħadem f’diversi dipartimenti tal-gvern u entitajiet parastatali. Għal xi żmien kien jirrappreżenta wkoll lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku fil-General Workers’ Union. Huwa sar Kap tas-Servizz Pubbliku fl-2013 u matul iż-żmien li okkupa din l-ogħla kariga fiċ-Ċivil, saru bidliet kbar fis-Servizz Pubbliku. Dan it-tiġdid ġie elenkat fit-textbook Public Service Reforms in a Small Island State: The Case of Malta. L-aħħar biċċa xogħol kbira li ħadem fuqha s-Sur Cutajar bħala Kap tas-Servizz Pubbliku kienet it-tfassil u t-tħejjija tal-istrateġija l-ġdida u ħolistika “Lejn Servizz ta’ Eċċellenza”, mifruxa fuq ħames snin, li t-twettiq tagħha ngħata bidu għalih mat-
ul il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2022. Waqt li ħabbar l-irtirar tiegħu Cutajar radd ħajr liż-żewġ Prim Ministri li ħatruh għall-fiduċja li wrew fih. Huwa qal li kien ta’ privileġġ għalih li jagħti sehmu biex isServizz Pubbliku nbidel minn wieħed li kien issue elettorali għal wieħed li l-kotra assoluta tal-poplu għandha fiduċja fih u hija kuntenta bih. “Se nħalli din il-pożizzjoni sodisfatt li rnexxielna flimkien nibdlu s-Servizz Pubbliku. Se nħalli din il-pożizzjoni kuntent bis-suċċessi li flimkien irnexxielna niksbu. Se nħalli din il-pożizzjoni konvint li s-Servizz Pubbliku huwa aħjar milli sibtu. Se nħalli din il-pożizzjoni fiduċjuż li għamilna biżżejjed biex ta’ warajna se jagħmlu aktar milli għamilna aħna. Flimkien wasalna!” qal Cutajar. Il-Prim Ministru radd ħajr mill-qalb lisSur Cutajar għall-ħidma tiegħu u qal li fih dejjem sab bniedem li parir jagħtih bla kantunieri, bniedem leali, istruwit u kolt li tieħu gost tħabbat l-ideat miegħu u tieħu gost taħdem miegħu, għax huwa ffukat fuq fejn jixtieq jasal u kif se jimplimenta dak li jrid jasal għalih. Skont rapporti fil-midja, Tony Sultana mistenni li jkun is-Segretarju Permanenti Prinċipali l-ġdid. Sultana ilu Ċermen Eżekuttiv tal-Malta Information Technology Agency (MITA) għall-aħħar disa’ snin u għandu karriera twila fis-Servizz Pubbliku. Dawn ir-rapporti jgħidu li isem Sultana mistenni li jitressaq għall-vot f’laqgħa tal-Kabinett il-ġimgħa d-dieħla qabel ma tkun formalizzata l-ħatra tiegħu.
10
Ritratt: OMAR CAMILLERI / DOI
08.05.2022
ALTERNATTIVA GĦALL-FRANKA LI TISTA’ SSALVANA!
Il-wiċċ tal-kantun riċiklat li bħalu ntuża fil-bini ta’ kamra fil-Villaġġ tal-Artiġjanat f’Ta’ Qali (lemin)
L-INVENZJONI TA’ ĠEBLA ĠDIDA GĦALL-BINI BI SĦAB BEJN L-UNIVERSITÀ TA’ MALTA U L-PRIVAT KAPAĊI TIRRIVOLUZZJONA L-INDUSTRIJA TAL-KOSTRUZZJONI F’PAJJIŻNA U ANKE LIL HINN 10 snin ta’ riċerka bejn l-Università ta’ Malta u l-kumpanija Halmann Vella żviluppaw ġebla ġdida, li tixbah il-franka naturali, imma b’kapaċitajiet li tilqa’ aħjar għall-elementi tan-natura, fost oħrajn. Il-benefiċċji minn dan il-proġett, iffinanzjat b’€195,000 minn fond tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), ivarjaw ħafna u jistgħu jirrivoluzzjonaw is-settur. Magħmul minn fdalijiet tal-kostruzzjoni stess, l-użu ta’ materjal simili, li għad irid jidħol fi produzzjoni tal-massa, kapaċi wkoll isolvi problema kbira għall-industrija lokali, jiġifieri dik tar-rimi taliskart, u saħansitra kontra t-tibdil fil-klima. Fl-istess waqt hu ttamat li, b’din l-invenzjoni, jinżammu iżjed il-karatteristiċi sbieħ tal-ġebla Maltija, li
għal numru ta’ snin ilha tiġi mibdula mill-bennejja mal-briks tal-konkos, minħabba li huma orħos u eħfef biex jiġu mmaniġġjati. Minn tagħrif, li għandha l-KullĦadd, jirriżulta li bħalissa għaddejjin ukoll studji dwar kif il-piż tal-kantun il-ġdid, li ngħata l-isem ta’ Re-Stone, jista’ jitnaqqas għal madwar 15kg kull wieħed. Minbarra hekk, qed jiġu kkunsidrati forom u disinji varji li jistgħu jintużaw fil-kostruzzjoni. Re-Stone ġiet żviluppata biex tirrikostitwixxi l-iskart tal-ġebla talfranka u tista’ tintuża biex toħloq prodotti tal-bini riċiklat bi proprjetajiet fiżiċi u anke mekkaniċi. Il-proġett tal-Fakultà għall-Ambjent Mibni fl-Università, immexxija mill-Professur Spiridione Buhagiar u l-Perit Franco Montesin, b’kollab-
orazzjoni ma’ Halmann Vella, ġie esebit fl-aħħar jiem fiċ-ċentru interattiv tax-xjenza, Esplora, fil-Kalkara. Fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti, fost oħrajn, ir-rappreżentanti ta’ ReStone qasmu r-riżultati tal-proġett u spjegaw kif il-punt tat-tluq tiegħu kien l-ammont dejjem jikber ta’ skart tal-kostruzzjoni f’pajjiżna. F’eżempju ċar ta’ ekonomija ċirkulari, ir-riċerkaturi spjegaw li l-iskart jgħaddi minn proċess proprjetarju biex jiġi kkonvertit għall-prodott b’valur miżjud ta’ kwalità għolja, bħal knatan jew kisi, fost oħrajn. Il-metodu jeħtieġ il-ġbir ta’ skart tal-ġebla tal-ġir, blokok tal-bini jew skart skavat. L-iskart jiġi pproċessat billi jitgħaffeġ u jinbidel fi trab iggradat, li sussegwentement jiġi
kkonvertit f’għaġina (paste) biex b’hekk ikun jista’ jiġi ffurmat millġdid. Din it-taħlita diġà possibbilment toffri soluzzjoni għall-isfidi li tiffaċċja l-industrija tal-kostruzzjoni, peress li l-ġebla tal-franka globiġerina qed issir riżorsa dejjem aktar limitata lokalment u l-industrija tal-bini tirrappreżenta l-akbar ġenerazzjoni ta’ dan l-iskart. Il-Professur Spiridione Buhagiar, kordinatur tal-proġett, spjega kif “l-iskart tal-kostruzzjoni tal-lum, ċertament se jkun riżorsa għall-bini t’għada. Biex nirnexxu lkoll għandna bżonn rieda u impenn b’saħħtu ħalli nirriċiklaw l-iskart tagħna.” Fi tmiem il-ħajja ta’ binja, il-ġebla tista’ tiġi riproċessata bil-għan li tifforma l-bażi ta’ ċiklu ieħor ta’ prodott ġdid u aħjar. Dan il-proċess hu l-mutur wara l-proġett Re-Stone, li
11
08.05.2022
IL-KLASSIFIKAZZJONI TA’ PAJJIŻI BARRANIN SE TISPIĊĊA MINN GĦADA Il-miżuri restrittivi relatati mal-ivvjaġ ġar lejn pajjiżna se jkomplu jonqsu hekk kif minn għada se jitneħħew ir-referenzi għal-“lista ħamra” u għal-“lista ħamra skura”. Għaldaqstant, billi mhux se jkun hemm iżjed distinzjoni bejn pajjiż u ieħor, se jitneħħa wkoll ilbżonn t’awtorizzazzjoni mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika għal vjaġġar minn pajjiżi li s’issa kienu jitqiesu perikolużi minħabba l-imxija tal-COVID-19 u allura kienu fuq il-lista l-ħamra skura. B’hekk, l-ivvjaġġar lejn Malta minn għada se jiddependi biss fuq l-immunità tal-individwu u għalhekk se jibqa’ l-bżonn obbligatorju li qabel persuna ttir lejn pajjiżna tkun fil-pussess ta’ wieħed minn dawn: ċertifikat talvaċċin rikonoxxut mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika; ċertifikat ta’ rkupru rikonoxxut mill-awtoritajiet Maltin; PCR test negattiv li ma jkunx ittieħed iżjed minn 72 siegħa qabel il-wasla f’pajjiżna; jew 24 siegħa fil-każ
se jkun qed jiġi kkummerċjalizzat u Re-Stone madwarna, hekk kif diġà mmaterjalizzat biex, fl-aħħar mill- għandna l-ewwel kamra mibnija aħħar, jiġi disponibbli lokalment u ħdejn il-Villaġġ tal-Artiġjanat f’Ta’ saħansitra barra minn xtutna. Qali b’materjal sostenibbli li ġie Skont il-Kummissjoni Ewropea, pproċessat b’din l-innovazzjoni. l-iskart tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ Issa nħares ’il quddiem biex inkomhu fost l-aktar voluminużi li jeżis- plu nkabbru dan is-settur u nimplitu fl-Unjoni Ewropea kollha kemm mentaw ir-riċerka u l-innovazzjoni hi, bejn 25% u 30% tal-iskart kollu f’diversi oqsma. B’hekk inkunu nistġġenerat. Bħala l-iżgħar stat fl-UE, għu naraw il-frott tat-teknoloġija Malta terġa’ hi iżjed limitata fejn tis- fit-tkabbir ekonomiku u t-trasforta’ tiddisponi minn tali skart, għalk- mazzjoni fis-soċjetajiet tagħna,” qal emm diversi drabi jqum il-ħsieb li is-Segretarju Parlamentari. dan jista’ jintuża għal skop ta’ reklaIl-Perit Vella spjega wkoll li l-idea mazzjoni tal-art mill-baħar. għall-bini tal-kamra fil-Crafts Vil Il-Perit Hugh Vella spjega ma’ lage f’Ottubru tas-sena l-oħra ġiet din il-gazzetta li jkun mill-entità governattiva ta’ vantaġġ kbir kieku INDIS, li avviċinat lill-fa l-Gvern kellu jagħmel użu kultà universitarja dwar mill-materjal Re-Stone, il-possibbiltà ta’ użu ta’ mhux l-inqas f’xi wieħed prodotti tal-kostruzzjoni mill-proġetti tiegħu ta’ magħmulin minn skart flIl-kantun akkomodazzjoni soċ- riċiklat jista’ industrija. jali. Dan iservi bħala “Fid-diskussjoni konna jiġi addattat pproponejna li tinbena esperiment ħaj li bih ikun magħruf aħjar kif il-ħajja biex minnu test room, bħala protal-abitanti tista’ tiġi af- ma jgħaddix va tal-kunċett, u b’hekk fettwata u mtejba. ilma u jżomm inkunu nistgħu nosserIs-Segretarju Parlam- temperaturi vaw aħjar il-prodott. Ħlief entari Azzopardi Tanti it-tip ta’ ġebla, fil-kostruaħjar fuq enfasizza li proġetti bħal zzjoni tal-kamra ma kien ġewwa dawn huma fundamenhemm xejn differenti tali għall-iżvilupp ta’ pajjiżmill-mod tradizzjonali kif na, għax b’hekk nassiguraw li bħala jinbena l-bini f’pajjiżna,” kompla nazzjon nagħmlu użu sostenibbli Vella, waqt li spjega li l-wiċċ tal-kanmir-riżorsi naturali tagħna permezz tun hu aktar b’saħħtu minn wieħed tar-riċerka u l-innovazzjoni, anke normali tal-franka u jista’ jiġi addatfl-industrija tal-kostruzzjoni. tat aħjar biex minnu ma jgħaddix “Hu ta’ sodisfazzjon għalija li nara l-ilma u jżomm temperaturi aħjar l-implimentazzjoni ta’ riċerka bħal fuq ġewwa.
ta’ rapid test. Fil-każ li persuna ma tippreżenta l-ebda waħda minn dawn id-dokumenti mal-wasla f’Malta se tkun mandatorja kwarantina ta’ għaxart ijiem, li tonqos għal sebat ijiem jekk isir test li jirriżulta fin-negattiv. Tfal ta’ taħt is-sitt snin huma eżentati milli juru xi wieħed mid-dokumenti msemmija. It-tneħħija ta’ dawn il-miżuri restrittivi qed issir wara li aktar kmieni din il-ġimgħa tneħħa wkoll il-bżonn li persuna tippreżenta Passenger Locator Form (PLF) meta tivvjaġġa lejn Malta. Id-Deputat Prim Ministru u Mi nistru għas-Saħħa Chris Fearne qal li din il-mixja lejn in-normalità qiegħda ssir b’responsabbiltà u bil-programm tat-tieni doża tal-booster li qed tiġi offruta lill-iżjed persuni vulnerabbli. Hu appella lill-persuni ta’ ’l fuq minn 65 sena, li bdew jirċievu l-ittri ta’ appuntamenti għall-vaċċin, biex jaċċettaw din l-istedina u jipproteġu ruħhom.
IR-REĠISTRU NAZZJONALI TAL-AVJAZZJONI JIKBER GĦAL REKORD MILL-2012 Attwalment hemm 665 ajruplan huma jespandu l-operat tagħhom. rreġistrati f’pajjiżna. Dan ifisser li flHu qal li dan it-tip ta’ investiment aħħar għaxar snin, ir-reġistru nazzjo barrani dirett hu importanti għal Malta nali tal-avjazzjoni esperjenza tkabbir peress li jistimula t-tkabbir ekonomiku rekord ta’ 500%. u jipprovdi opportunitajiet ta’ xogħol. Dan tħabbar din il-ġimgħa mill-Mi “Li tibni reputazzjoni tajba fis-setnistru għat-Trasport, l-Infrastruttura tur hu importanti ħafna, hekk kif inhu u l-Proġetti Kapitali Aaron Farruimportanti li ma nkunux kompgia fil-preżenza taċ-Ċermen jaċenti. Inwiegħed li ħa nnEżekuttiv ta’ Transport aqqsu l-burokrazija żejda Malta (TM) Joseph Bugekemm jista’ jkun. Jeħtieġ ja u d-Direttur Ġenli nibqgħu ffukati u eferali għad-Direttorat fiċjenti, inwasslu progħall-Avjazzjoni Ċivili, dott f’waqtu u b’mod Investiment il-Kaptan Charles Pace. cost-effective. Bħala dirett barrani li “Minkejja l-impatt Gvern irridu nisimgħu, negattiv tal-pandemija, jistimula t-tkabbir inkunu fuq quddiem in-numru ta’ ajruplani fis-settur u nkomplu ekonomiku fuq ir-reġistru lokali u nsostnu l-kompetenl-għadd ta’ kumpaniji li jġiza. Ma nistgħux nibqgħu bu n-negozju tagħhom biex mwaħħlin fil-passat u rridu joperaw minn pajjiżna fil-fatt komp nieħdu deċiżjonijiet kuraġġużi biex lew jikbru,” tenna Dr Farrugia. ir-regolaturi jkunu jistgħu jagħmHu stqarr li l-fatturi li wasslu għal lu xogħolhom u jilħqu l-aspettattivi dan is-suċċess kienu s-saħħa u r-repu tal-industrija,” stqarr il-Ministru. tazzjoni ta’ pajjiżna f’dan is-settur, Hu semma wkoll kif bosta jesprimu l-impenn tal-Gvern, kif ukoll il-ħidma l-fehma li Malta hija l-ġurisdizzjoni eċċellenti tad-Direttorat tal-Avjazzjoni ppreferuta fl-Ewropa, aktar minn ġuĊivili (CAD) fi ħdan Transport Malta. risdizzjonijiet li huma ħafna akbar. Il-Ministru spjega li r-riċetta għas“Dan it-tkabbir, iżda, jeħtieġ li jkun suċċess f’dan il-qasam hi r-reputazz- sostenibbli, kemm fiskalment kif ukoll joni, is-sostenibbiltà, l-effiċjenza u l-in- mill-aspett ambjentali, hekk kif inkomnovazzjoni. Spjega li ż-żieda fin-numru plu nimbuttaw lil pajjiżna lejn tranżizzta’ ajruplani rreġistrati hi fiha nnifisha joni ekoloġika mingħajr ma nxekklu sinjal ċar ta’ fiduċja minn numru sos- l-konnettività tagħna. Fl-istess ħin tanzjali ta’ kumpaniji li jaraw lil Mal- inkomplu nsaħħu l-prodott turistiku ta bħala l-post fejn jikkonsolidaw u tagħna,” kompla l-Ministru Farrugia.
12
08.05.2022
IL-ĠENERAZZJONI T’GĦADA
KEITH TANTI Segretarju Parlamentari
Futur sostenibbli jiddependi milli jkollna popolazzjonijiet reżiljenti li niksbuhom billi ninvestu fiż-żgħażagħ. L-investiment f’din il-ġenerazzjoni għandu jkun ta’ prijorità. Bħala Gvern qed inħarsu sabiex f’din il-leġiżlatura niżguraw li ż-żgħażagħ tagħna jiksbu l-ħiliet li jeħtieġu fix-xogħol preżenti u dak tal-futur. Dan l-investiment jinkludi l-protezzjoni għad-drittijiet taż-żgħażagħ u s-sigurtà li jkollhom aċċess għall-edukazzjoni u kura tas-saħħa ta’ kwalità, inkluż dawk sesswali u riproduttivi. Apparti minn hekk, iridu nassiguraw li ż-żgħażagħ tagħna jibqa’
jkollhom aċċess għall-opportunitajiet ta’ impjiegi diċenti. Malta, b’kollaborazzjoni mal-Jobsplus u sitt stati membri oħra, qiegħda tipparteċipa f’YOUNITED, programm tal-Unjoni Ewropea. Waqt stedina li kelli mis-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Gudja, Marija Sara Vella Gafà ġie spjegat l-għan ta’ din l-inizjattiva li huwa li tħeġġeġ aktar żgħażagħ jersqu lejn il-ħidma soċjali u b’hekk ikunu jistgħu jinħolqu impjiegi iktar inklussivi u jkun affaċċjat il-qgħad fost iżżgħażagħ fil-pajjiżi tal-istati membri. Apparti minn hekk, żgħażagħ Maltin jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fil-programm Erasmus+. Dan joffrilhom opportunitajiet barra minn xtutna u jgħinhom jiksbu ħiliet u kompetenza li jiġu bżonn meta għada pitgħada jidħlu fid-dinja tax-xogħol u wkoll meta jintegraw fis-soċjetà. F’dawn il-ħames snin li ġejjin il-Gvern qiegħed jassigura wkoll il-Garanzija taż-Żgħażagħ. Permezz ta’ din il-garanzija, Gvern Laburista jrid jagħmel ċert li anke żgħażagħ li ma jkunux qed jaħdmu jew jistudjaw
ikollhom aċċess għal xi tip ta’ taħriġ. Dan huwa xhieda ta’ kemm bħala Gvern irridu li jkollna soċjetà inklussiva f’pajjiżna li fiha kulħadd jingħata ċ-ċans li jimxi ’l quddiem. Il-parteċipazzjoni tażżgħażagħ fit-teħid tad-deċiżjonijiet hija ta’ prijorità u tista’ tissaħħaħ billi jiġu inklużi fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ strateġiji u programmi. Filfatt, meta l-Partit Laburista għamel sejħa sabiex il-poplu Malti jipparteċipa dwar il-futur li xtaqu għal pajjiżna u tfasslu l-100 idea, iżżgħażagħ mhux biss kienu inklużi f’dan id-djalogu, imma pparteċipaw bi ħġarhom u l-kontribut tagħhom issarraf f’1,000 proposta li issa jiġu implimentati f’din il-leġiżlatura. 1,000 proposta li jinkludu lil kull parti tas-soċjetà tagħna, fosthom iż-żgħażagħ li huma fundamentali għal pajjiżna. Iżżgħażagħ huma b’saħħithom, edukati, produttivi u kapaċi jagħtu impenn sħiħ sabiex flimkien inkomplu negħlbu l-faqar. Żgħażagħ li kapaċi jkunu reżiljenti quddiem l-isfidi individwali u soċjali ħalli pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddi-
em minkejja l-isfidi li għaddejjin minnhom. Permezz ta’ parteċipazzjoni attiva, iż-żgħażagħ jingħataw l-opportunità li jkollhom irwol fundamentali fl-iżvilupp tagħhom stess kif ukoll fis-soċjetà tagħna. Dan jgħinhom jitgħallmu ħiliet fundamentali għal ħajjithom u jiżviluppaw għarfien dwar id-drittijiet tal-bniedem. Sabiex il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tkun effettiva, dawn iridu jkomplu jingħataw l-għodda xierqa, bħall-edukazzjoni u l-informazzjoni. B’hekk jikber l-għarfien tagħhom u huma wkoll ikunu jistgħu jaħdmu għall-pajjiż li dejjem iħares lejn il-ġustizzja soċjali. Bħala pajjiż irridu nkomplu naħdmu qatigħ sabiex il-punt tat-tluq miż-żmien tal-adolexxenza għall-età adulta jkun bi dritt iktar sikur u b’saħħtu għal kull individwu. Jeħtieġ li l-familji, flimkien mas-soċjetà, jiżguraw li ż-żgħażagħ jingħataw l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jgħixu ħajja produttiva u sodisfaċenti fil-futur. Il-Gvern waqqaf l-Aġenzija Żgħażagħ sabiex tassisti f’dan l-għan. Din l-aġenzija lokali taħdem sabiex iż-
żgħażagħ tagħna jkollhom ħin u spazju fejn ikunu jistgħu jintegraw ma’ żgħażagħ oħra, jitgħallmu b’modi li jkollhom bżonn u jiżviluppaw it-talenti tagħhom b’diversi programmi li din l-aġenzija toffri. Fost dawn l-inizjattivi hemm Artivisti, REBOOT, MEP Malta, Swish u diversi oħrajn. Apparti l-għarfien li l-Aġenzija Żgħażagħ toffri liż-żgħażagħ, dawn jingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar affarijiet li jolqtuhom b’mod dirett. Iż-żgħażagħ huma riżorsa umana ewlenija għall-iżvilupp u aġenti ewlenin għall-bidla soċjali, għat-tkabbir ekonomiku u għall-innovazzjoni teknoloġika. L-investiment f’din il-parti tal-popolazzjoni jwassal biex mhux biss jitjiebu l-mezzi li jingħataw iż-żgħażagħ sabiex itejbu ħajjithom stess, iżda wkoll il-ħajja tal-ġenerazzjonijiet futuri tagħna. Bħala Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni se nara li nindirizzaw b’mod effettiv il-problemi tażżgħażagħ u nżidu l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà.
ŻGĦAŻAGĦ PROTAGONISTI
KIMBERLY BORG Membru ŻL
Iż-żgħażagħ fil-Partit Laburista minn dejjem kienu protagonisti u mhux spettaturi. Għaliex dan huwa partit li verament jemmen fiżżgħażagħ bil-fatti u li għalih mhumiex biss il-futur iżda l-preżent. Dan hekk kif il-Partit Laburista dejjem emmen li ż-żgħażagħ għandhom irwol ċentrali fl-iżvilupp ta’ pajjiżna u qiegħed kontinwament jagħti wkoll l-opportunità lil-
na ż-żgħażagħ sabiex nersqu ’l quddiem u nagħtu l-opinjonijiet tagħna. Fil-fatt, iż-żgħażagħ Laburisti minn dejjem kienu fuq quddiem fil-ġlieda għad-drittijiet tagħhom. Dan narawh biċċar fiż-żmien l-Interdett u anki fl-irvellijiet tat-28 t’April 1958. Meta ż-żgħażagħ kienu fil-qalba ta’ kull ġlieda għad-drittijiet ċivili, għall-ġustizzja u anki għall-progress. Matul iż-żmien iż-żgħażagħ Laburisti baqgħu jkunu protagonisti u katalisti fl-akbar sfidi ta’ pajjiżna. Dan hekk kif pajjiżna ra diversi drittijiet jiġu introdotti. Fosthom id-dritt tad-divorzju li kienu pproponew iż-żgħażagħ Laburisti fl-1997, id-drittijiet tal-LGBTIQ+ u anki l-liġi ta’ VOT 16. Din il-liġi turi fiduċja fina ż-żgħażagħ li kapaċi nkunu protagonisti fl-għażla importanti ta’ min imexxi lil pajjiżna. Barra minn hekk, din il-liġi toffri opportunità lilna ż-żgħażagħ sabiex inkunu
nistgħu nuru l-fehma tagħna fuq diversi suġġetti li jista’ jkollhom impatt qawwi fuq ġenerazzjonijiet futuri. Barra minn hekk, riċentement iż-żgħażagħ qajmu s-suġġett dwar l-użu personali b’mod responsabbli tal-kannabis u li dan issa sar liġi. Din il-liġi se tkun qed toffri triq iktar sigura u regolarizzata għal dawk l-individwi li jagħmlu użu responsabbli mill-kannabis. Matul il-kampanja elettorali ta’ din is-sena, il-Partit Laburista offra l-ispazju sabiex iż-żgħażagħ Laburisti jkollhom il-kampanja tagħhom. Il-kampanja bl-isem ta’ “Together We Are” kienet kampanja miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ. Din kienet kampanja professjonali u ta’ suċċess li ħadmet id f’id mal-kampanja ġenerali tal-Partit Laburista “Malta Flimkien”. Permezz tal-kampanja “Together We Are” flimkien bħala żgħażagħ stajna nesprimu l-ideat u l-proposti tagħna kif ukoll irnexxielna
nikkonvinċu aktar żgħażagħ sabiex jagħtu l-fiduċja tagħhom lill-Partit Laburista. Għaliex huwa dan il-partit li jagħraf l-ambizzjonijiet tagħna ż-żgħażagħ u li kienu parti mill-manifest ippreżentat fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Fosthom l-investiment ta’ €700 miljun sabiex ikollna iktar spazji ħodor, iż-żieda ta’ 15% fuq l-istipendji mingħajr ebda kundizzjoni kif ukoll li studenti part-time sa jkunu jistgħu jaħdmu sa 30 siegħa fil-ġimgħa filwaqt li xorta se jibqgħu jirċievu l-istipendju. Introduċa l-miżura ta’ €10,000 f’10 snin fuq il-loan tal-ewwel proprjetà tagħna sabiex jgħinna nsiru sidien ta’ djarna. B’hekk, bħala żgħażagħ erġajna konna protagonisti fil-ħidma tal-Partit Laburista. Għaliex meta ngħidu li l-Partit Laburista huwa l-għażla naturali tagħna ma nkunux qed ngħidu hekk bl-addoċċ imma bil-fatti. Għandna partit u Prim Ministru li verament jemmnu
fina. Prim Ministru li kontinwament jgħid li ż-żgħażagħ mhumiex il-mexxejja t’għada, imma huma l-mexxejja tal-lum. Aħna l-preżent għaliex il-futur nibnuh millum u l-futur għaliex permezz tal-enerġija u l-entużjażmu nħossu li għada jappartjeni għalina. Prim Ministru li dejjem jinkoraġġina sabiex nersqu ’l quddiem u nagħtu s-sehem tagħna fil-politika. Dan narawh biċ-ċar meta Robert Abela ħatar il-Kabinett tiegħu, fejn għandu l-aktar Kabinett żagħżugħ fl-istorja. Filwaqt li għandna partit li baqa’ tant b’saħħtu u relevanti għaliex baqa’ kontinwament jiġġedded u li dejjem ipoġġi fiċ-ċentru tiegħu liż-żgħażagħ. B’hekk, b’Robert Abela bħala Prim Ministru, aħna ż-żgħażagħ għandna futur sabiħ quddiemna. Futur fejn nistgħu nilħqu l-aspirazzjonijiet tagħna. U fuq kollox garanzija għall-futur tagħna kif ukoll għal pajjiżna.
13
08.05.2022
IL-PARLAMENT U X-XANDIR
GLENN BEDINGFIELD Membru Parlamentari
Minn għada nerġgħu nibdew niltaqgħu fil-Kamra tar-Rappreżentanti biex inkomplu nimplimentaw il-programm tal-Gvern. Għandna elf proposta li issa rridu ndaħħluhom fis-seħħ b’ħidma li trid tibda minnufih. Flaħħar sentejn tal-leġiżlatura li għaddiet għaddejna numru rekord ta’ liġijiet, 266. Mhux in-numru kollox, iżda s-sustanza ta’ dawn il-liġijiet u kif il-promulgazzjoni tagħhom wasslet biex in-nies b’mod
ġenerali, jew setturi ta’ nies, kienu affettwati aħjar wara li dawn il-liġijiet daħlu fisseħħ. Qabel fetaħ il-Parlament erġajna rajna lill-Oppożizzjoni tagħmel sensiela ta’ proposti. Fost l-oħrajn trid li jkun hemm ħin allokat biex isiru mistoqsijiet parlamentari lill-Prim Ministru fuq l-istil li jsir fil-House of Commons. Din kienet wegħda elettorali li saret min-naħa tal-PN f ’manifest li kien irrifjutat bil-kbir mill-poplu Malti. Minkejja dan, l-Oppożizzjoni trid li din il-miżura tkun implimentata. Milli jidher, fl-14-il leġiżlatura se nkomplu fejn ħallejna fit-13-il waħda! Mhux se nidħol fil-mertu dwar jekk għandhiex issir jew le, iżda li tgħid li għandha ssir għax kienet proposta fil-manifest elettorali tal-PN turi li se jibqa’ mogħni bl-istess arroganza li kellu qabel l-elezzjoni. Hemm affarijiet oħrajn, fl-opinjoni tiegħi, aktar im-
portanti biex insaħħu l-istituzzjoni tal-Parlament. Nirrifjuta min jgħid li l-politiċi huma part-time. Il-politiku ma jaħdimx biss meta jkun il-Parlament. Il-politiku huwa full-time mit-Tnejn sal-Ħadd. Għalhekk ma nifhimx lil min jgħid li jrid jiddiskuti jekk politiku għandux ikun full-time jew le! Biex nibdew, bħala Membri Parlamentari lanqas għandna uffiċċju minn fejn naħdmu. Il-Parlament huwa żgħir wisq u lanqas jesa’ lill-eżekuttiv! Apparti l-kwistjoni tas-salarju parttime, hemm nuqqasijiet ta’ riżorsi oħra bħal pereżempju, ma hemmx servizz legali fejn Membru Parlamentari jista’ jieħu parir dwar il-liġijiet li jkunu diskussi. Ma hemmx servizz tal-istampa li jista’ jintuża mill-Membri. Għandna stazzjon biex ixandar is-seduti tal-plenarja u tal-kumitat u nieqfu hemm. Ebda interazzjoni man-nies. Ebda program li jagħmel interessanti għan-nies dak li
jkun għaddej fil-Kamra. Qtajt qalbi li x-xandara Maltin jagħtu kas ix-xogħol tal-Parlament. Sar sforz, u kien pass tajjeb imma kien pass żgħir wisq minn media house. Ix-xandara mhumiex interessati fil-Parlament għax illum, il-programmi huma kollha mibjugħa - min biex isajjar, min biex jgħidilna kif għandna nżejnu d-dar u elf ħaġa oħra. Dan għalhekk iġibni għat-tieni punt ta’ dan l-artiklu, ix-xandir. Jiddispjaċini ngħid li l-kwalità tax-xandir f’Malta marret lura ħafna. Tara l-istazzjonijiet Maltin illum huma miżgħuda minn porduzzjonijiet ta’ livell baxx. Kull min jista’ jixtri u l-jbigħ l-airtime, jew iġib sponsor tajjeb, ‘kapaċi’ jagħmel programm. Huma ftit il-produzzjonijiet tajbin u ta’ livell li jidhru fuq l-istazzjonijiet tagħna. Nistqarr illi ftit għadni nissaporti nara stazzjonijiet Maltin. Mhux l-anqas l-aħbarijiet. Il-preżentazzjoni tal-aħbar mhux qed
nara li żviluppat kif suppost. Naraw wisq fid-djuq. Rappurtaġġ ta’ dak li qal wieħed u x’qal l-ieħor, forsi xi inċident u xi ħaġa li tkun ġrat. L-awla vojta tal-Qorti u l-kurituri tal-Qorti t’isfel xbajt narahom fuq kull stazzjon f ’dawn l-aħħar 25 sena. Dak ifisser li l-preżentazzjoni għadha l-istess! M’hemmx li tinbidel. Fil-qasam tax-xandir, iridu jkun ix-xandara nfushom li jgħollu l-livell. L-istazzjonijiet ma jistgħux jibqqħu jaċċettaw dak li jiġi. Il-kompetizzjoni minn barra hija kbira u bejn serje tajba u programm tat-tlaqqit, naħseb li kulħadd jaf x’jgħażel. Biex itejbu l-kwalità, jekk iridu jtejbuha, l-istazzjonijiet Maltin iridu jbiddlu l-kontenut, jgħollu l-livell u jekk hemm bżonn ibiddlu l-mod ta’ kif joperaw. Lura lejn il-Parlament, nawgura lid-Deputati kollha issa li minn għada nibdew niltaqgħu lura fuq il-bankijiet ta’ dik il-Kamra fejn leħen innies irid jinstema’ permezz tagħna.
ENERĠIJA BIEX INWETTQU AKTAR ĠID SOĊJALI
MICHAEL FARRUGIA Membru Parlamentari
Ilbieraħ fetaħ l-akbar Parlament fl-istorja ta’ pajjiżna, fejn għall-ewwel darba se jkun hemm 79 Membru Parlamentari, b’44 għall-Gvern Laburista Laburista u 35 membru Parlamentari Nazzjonalista. Ninsabu ottimisti sabiex inkomplu fejn ħallejna u nkomplu nwettqu aktar riformi soċjali li jolqtu linnies. Nixtiequ li nsibu kollab-
orazzjoni min-naħa l-oħra tal-Kamra, bil-għan li ngħaddu liġijiet importanti li se jkomplu jagħmlu d-differenza. Jinteressana minn kulħadd, saħansitra anke minn dawk il-minoritajiet, li għal snin twal ftit sabu għajnuna. Kuntent li nifforma parti minn Gvern, illi jifhem ir-realtajiet soċjali u li ma jiddejjaqx jisma’ opinjoni ta’ nies differenti. Il-poplu Malti fdana b’manifest elettorali li fih mal-1,000 proposta li rridu jinbidlu lkoll f ’kisbiet. Għandna l-kredibilità sabiex inwettqu dan il-programm elettorali kif għamilna tul l-aħħar leġislatura. In-nies dejjem jistennew minna iktar xogħol u impenn. Nifhmu r-responsabbiltà li għandna fuqna, dan anke fid-dawl ta’ sfidi internazzjonali li qed jaffettwaw l-ekonomiji kollha tad-dinja. L-inflazzjoni se tkun sfida kruċjali, illi se nkomplu nindirizzaw per-
mezz ta’ politika għaqlija u li twieżen il-piżijiet li qed jiffaċċjaw il-familji tagħna. Tul l-aħħar xhur Gvern Laburista ssussidja l-prezzijiet tal-fuel u l-enerġija, u dan bilgħan li ma jkunux il-familji li jbatu dawn il-piżijiet. Anke fil-qasam soċjali komplejna nsaħħu l-benefiċċji filwaqt li rnexxielna nnaqqsu aktar nies mid-dipendenza soċjali. In-nefqa globali fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2022 laħqet €322 miljun – li meta tqabbilha man-nefqa fl-istess perjodu fl-2014 turi li n-nefqa żdiedet b’madwar €115.5 miljun (56%). Qed nitkellmu dwar nefqa li hija iktar mid-doppju ta’ dak li kellna fis-sena 2014 (li tkun inħadmet fuq is-sena ta’ qabel). L-investiment li sar fuq benefiċċji kiber ukoll b’madwar €123 miljun għal €271.6 miljun. Filwaqt li n-nefqa fuq benefiċċji mhux kontributorji telgħet għal ftit aktar
minn €50 miljun. L-akbar nefqa fl-ewwel kwart tas-sena kienet dik fuq il-pensjonijiet kontributorji u fuq il-pensjoni mhux kontributorja ta’ l-età. B’kollox telgħet għal aktar minn €249 miljun, li mqabbla man-nefqa fl-istess perjodu fl-2014 turi żieda ta’ €111 miljun (80%). Wieħed mill-fatturi għal din iż-żieda kienet li f ’dawn l-aħħar snin kiber l-għadd ta’ pensjonanti. Sal-aħħar ta’ Marzu l-għadd tagħhom kien ta’ 95,474 – żieda ta’ 17,203. Għalkemm niżel sew l-għadd ta’ persuni li jirċievu l-pensoni tal-invalidità u l-pensjoni tal-età; kiber b’mod qawwi l-għadd ta’ persuni rtirati u romol. Iżda, b’mod sinifikanti, l-akbar fattur għaż-żieda fin-nefqa fuq il-pensjonijiet kien it-titjib qawwi fir-rati tal-pensjoni li sar mill2016 ’il quddiem. L-ewwel li gawdew miż-żidiet kienu l-pensjonanti miżżewġa
fuq pensjoni waħda u dawk il-pensjonanti fuq pensjoni minima u tal-età. Imbagħad, mill-2018 ’il quddiem dan it-titjib infirex fuq il-pensjonanti kollha b’żidiet annwali flimkien ma’ dawk għall-għoli tal-ħajja. Quddiem dan l-investiment se nkomplu nkunu ta’ spalla għall-poplu Malti u Għawdxi. Dan ifisser aktar responsabbiltà fuq id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, sabiex inwasslu l-benefiċċji fil-ħin u lil min huwa intitolat. Ma nibżgħux mill-isfidi, ser nibqgħu ottimisti u nżidu aktar miżuri soċjali li jilqgħu għar-realtajiet li qed niffaċċjaw illum il-ġurnata. Inwiegħdu li se nkomplu nkunu hemm għan-nies anke f’dawk l-iktar mumenti delikati u ta’ sfida. Għalhekk Gvern tan-nies, għan-nies u l-esperjenza għallmitna li s-sigriet tas-suċċess huwa l-kuntatt dirett u kontinwu man-nies!
14
08.05.2022
IL-FESTIVAL INTERNAZ TAN-NAR GĦAL DARB’OĦR Il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar għal din is-sena ntemm fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet b’wirja grandjuża fil-Port il-Kbir li attirat u paxxiet lil eluf kbar ta’ Maltin u turisti miġburin partikolarment fil-Belt u l-Kottonera. Din kienet il-21 edizzjoni tal-festival organizzat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u li issa sar parti intrinsika mill-kalendarju ta’ attivitajiet li jiġu organizzati tul is-sena f’pajjiżna u rreklamati barra minn xtutna. L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar kienet ilha għaddejja mill-20 t’April b’wirja oħra fil-Port il-Kbir, u wirjiet sussegwenti fit-22 t’April fil-Mellieħa, fit-23 t’April fil-Bajja ta’ Marsalforn, fis-26 t’April fiż-żona taż-Żonqor f’Wied il-Għajn u fl-Imqabba fid-29 ta’ April. Il-grand finale tard nhar it-30 t’April fil-Port
SPECIAL OLYMPICS 2022 MALTA
MINN NHAR IS-SIBT IL-PUNT TAT-TLUQ GĦAL FESTA TA’ INKLUŻJONI RAPPORT F’PAĠNI 16 U 17
Suppliment speċjali – KullĦadd
16
08.05.2022
MALTA
AWSTRIJA
BELĠJU
ĊIPRU
Atletika – 60 Għawm – 80 Boċċi – 102 Bowling – 55 Table Tennis – 35 Futbol – 16
Atletika – 4 Għawm – 8 Boċċi – 4 Bowling – 4 Table Tennis – 4 Futbol – 8
Atletika – 4 Għawm – 4 Boċċi – 4 Bowling – 4 Table Tennis – 4 Futbol – 0
Atletika – 0 Għawm – 4 Boċċi – 4 Bowling – 4 Table Tennis – 4 Futbol – 0
Atleti – 348
Atleti – 32
STATI UNITI (Florida) Atleti – 6
Atletika – 2 Għawm – 4 Boċċi – 0 Bowling – 0
Table Tennis – 0 Futbol – 0
Atleti – 20
Atleti – 16
IL-PUNT TAT-TLUQ F’FES MILL-ISBAĦ TA’ INKLUŻJ
Atletika – 6 Għawm – 4 Boċċi – 0 Bowling – 4 Table Tennis – 4 Futbol – 0
Minn tmiem il-ġimgħa li ġej, se jingħata bidu għal dak li Dr Lydia Abela tiddeskrivi bħala l-punt tat-tluq għal esperjenzi inklussivi ġodda u żerriegħa biex il-ħolm tal-assoċjazzjonijiet u tal-atleti jsir realtà. Bħala President ta’ Special Olympics Mal ta, rwol li bdiet tokkupa minn Marzu tal2021, Dr Abela qalet li tinsab konvinta li l-Olimpjadi Speċjali 2022, li qed jiġu ospitati f’pajjiżna bejn nhar is-Sibt 14 u l-Erbgħa 18 ta’ Mejju, se jkunu ta’ suċċess kbir, speċjalment bis-saħħa tal-assoċjazzjonijiet involuti. “Fl-istess ħin għandhom ikunu festa mill-isbaħ ta’ sport u inklużjoni,” iddeskriviet din l-opportunità unika Dr Abela. Fuq sitt dixxiplini sportivi – atletika, għawm, boċċi, bowling, table tennis u futbol – l-Olimpjadi Speċjali f’Malta se jaraw is-sehem ta’ kważi 900 atleta minn 23 pajjiż differenti. Minbarra l-atleti fid-dixxiplini msemmija, Malta, li għandha l-akbar kontinġent ta’ 348 kompetitur, se jkollha wkoll 100 atleta li jieħdu sehem f’dimostrazzjoni għall-atleti żgħar u 75 atleta oħra li jieħdu sehem fil-Motor Activity Training Programme. Dan tal-aħħar jagħti l-opportunità lill-atleti b’diżabbiltajiet severi li, għalkemm ma jistgħux jikkompetu, xorta jista’ jkollhom sehem mill-esibizzjonijiet. Il-President ta’ Special Olympics Malta qalet li l-isport se jerġa’ jirnexxilu jġib lil kulħadd flimkien u jgħin biex nagħmlu reklam sabiħ għal pajjiżna. “Dawn il-logħob f’Malta se jkomplu jnisslu s-sens ta’ għaqda, li rridu ngħixu ta’ kuljum f’pajjiżna u f’okkażjonijiet bħal dawn nippromwovuha b’iktar saħħa. L-isports hu wkoll sors ta’ empowerment u
SPANJA
SLOVAKKJA
RUMANIJA
Atleti – 16
Atleti – 20
SAN MARINO
Atletika – 4 Għawm – 4 Boċċi – 4 Bowling – 4 Table Tennis – 0 Futbol – 0
Atletika – 4 Għawm – 4 Boċċi – 4 Bowling – 4 Table Tennis – 4 Futbol – 0
Atletika – 0 Għawm – 4 Boċċi – 4 Bowling – 4 Table Tennis – 0 Futbol – 8
Atletika – 4 Għawm – 4 Boċċi – 4 Bowling – 4 Table Tennis – 0 Futbol – 0
STATI UNITI (Texas) Atleti – 8
Atletika – 0 Għawm – 4 Boċċi – 2 Bowling – 2
Table Tennis – 0 Futbol – 0
UAE
Atleti – 12 Atletika – 0 Għawm – 4 Boċċi – 4 Bowling – 4 Table Tennis – 0 Futbol – 0
TURKIJA
Atleti – 18
inklużjoni, valuri li wkoll irridu ħajjin fis-soċjetà tagħna,” qalet Dr Abela. Mart il-Prim Ministru stqarret ukoll li “kulħadd għandu jingħata ċ-ċans li jipprattika l-isport. Is-sabiħ tal-isport mhux li tirbaħ il-kompetizzjoni, iżda li tipparteċipa, li tħossok li tagħmel parti minn xi ħaġa ikbar minnek. Li meta taqa’ se ssib lil ta’ madwarek jgħinuk biex terġa’ tqum fuq saqajk. Li meta ma jirnexxilekx tilħaq il-finishing line ssib lil xi ħadd jinkoraġġik biex terġa’ tipprova.” Iċ-Ċermen tal-Kumitat Organizzattiv Oliver Scicluna qal li, mill-esperjenza tiegħu mal-atleti ta’ Special Olympics, jista’ jixhed li l-isport iwassal biex persuni b’diżabbiltà
Atleti – 20
jemmnu aktar fil-kapa tajiet tagħhom u b’h ikunu jistgħu jimxu ’l q em fil-ħajja u mil-laqg na ta’ atleti minn pajjiż jitgawda dan il-mume brazzjoni fil-faċilitajiet s Julia Farrugia Portel klużjoni, Organizzazz Drittijiet tal-Konsumatu soċjazzjonijiet sportivi poġġ tagħhom fl-orga logħob internazzjonal jali f’Malta. “Dawn il-lo vu biss biex inġibu un
Atleti – 16
17
08.05.2022
ESTONJA
FINLANDJA
FRANZA
Atleti – 16
ĠERMANJA Atleti – 14
Atletika – 0 Għawm – 5 Boċċi – 0 Bowling – 4 Table Tennis – 0 Futbol – 0
Atletika – 4 Għawm – 4 Boċċi – 0 Bowling – 4 Table Tennis – 4 Futbol – 0
Atletika – 4 Għawm – 4 Boċċi – 4 Bowling – 4 Table Tennis – 0 Futbol – 0
Atletika – 2 Għawm – 4 Boċċi – 4 Bowling – 0 Table Tennis – 4 Futbol – 0
Atleti – 9
STA JONI
aċihekk quddigħa fostżi differenti se ent ta’ għaqda u ċelesportivi ta’ pajjiżna. lli, il-Ministru għall-Inzjonijiet Volontarji u tur, irringrazzjat lill-asi li qed jagħtu l-apanizzazzjoni tal-ewwel li tal-Olimpjadi Speċogħob ma jridux isernuri sportivi, iżda jridu
Atleti – 16
jservu wkoll biex intom, bħala mexxejja tal-organizzazzjonijiet sportivi f’Malta, tiftħu l-bibien tagħkom ħalli tilqgħu aktar persuni b’diżabbiltà fi ħdankom,” qalet il-Ministru waqt laqgħa riċenti mal-organizzazzjonijiet lokali. Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, qal li hi l-mira talGvern li, permezz tal-edukazzjoni u l-isport, jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies. “Dawn huma l-pedament tal-iżvilupp sħiħ tal-istudenti tagħna. Il-ħidma tagħna se tkompli għaddejja biex twassal li nibnu qafas sħiħ biex inkunu ta’ eżempju għal kulħadd u nħallu legat qawwi f’dawn iż-żewġ setturi għall-ġenerazzjonijiet futuri.” Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar, responsabbli mill-organizzazzjoni tal-logħob kollu, qal li l-isport hu importanti ħafna għal soċjetà inklussiva u l-entità li jmexxi qed turi dan b’mod konkret. “SportMalta għadha kif ġiet rikonoxxuta bil-premju tal-inklussività waqt il-Premju Ħaddiem tas-Sena u l-ewwel attività tas-sena 2022 hi ffukata fuq l-inklussività u kif b’dawn illogħob se tħalli legat tanġibbli f’faċilitajiet sportivi aħjar u f’kultura sportiva li tinkludi lil kulħadd.” Fl-aħħar jiem tnediet il-kanzunetta uffiċjali tal-logħob, Going for Gold, b’kitba u kompożizzjoni ta’ Ira Losco u Howard Keith, waqt li Losco stess tkantaha. Il-kanzunetta titkellem dwar id-determinazzjoni ta’ kull atleta biex mhux biss jasal fil-ħajja personali tiegħu, iżda anke fix-xena sportiva. Aktar minn hekk twassal messaġġ favur l-abbiltajiet ta’ kulħadd. Il-vidjow mużikali, li jinkludi s-sehem talatleti Maltin parteċipanti din is-sena, jista’ jitniżżel mill-paġna uffiċjali fuq Facebook ta’ Special Olympics Malta. Għal din l-okkażjoni wkoll, fl-aħħar ġimgħat tnieda ktieb bl-isem Ilkoll Speċjali, aspirazzjoni ċkejkna ta’ Special Olympics Malta qed tissarraf fil-kobor tal-valuri li
nħaddnu bħala Maltin u Għawdxin. Il-ktieb jiġbor il-valuri tal-imħabba, ir-rispett, l-inklużjoni u ċ-ċans li kulħadd jirnexxi fil-ħajja, waqt li jżewwiġhom mal-miri ewlenin ta’ Special Olympics 2022 f’pajjiżna. Waqt li l-editur tiegħu hu John Bundy, li ġie fdat b’dan il-proġett, l-awtur Trevor Zahra ttraduċa s-siltiet mill-Ingliż għall-Malti u serva bħala punt ta’ referenza fil-lingwistika Maltija matul il-proċess kollu. Ta’ min ifakkar li tliet snin ilu, 29 atleta ta’ Special Olympics Malta kienu ġew onorati mill-President George Vella bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika wara li fl-Olimpjadi ta’ dik is-sena, li ġew organizzati f’Abu Dhabi, rebħu 12-il midalja tad-deheb, 13 tal-fidda u 14 tal-bronż f’disa’ dixxiplini differenti. Mill-bidu tas-sena skolastika li għaddiet erba’ għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika kienu nħatru miċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Fiżika u Sport fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni biex jiffukaw speċifikament fuq programmi li tagħmel parti minnhom Special Olympics Malta. L-għalliema, tlieta stazzjonati f’Malta u wieħed f’Għawdex, attendew għal taħriġ volontarju organizzat minn Special Olympics Malta matul ix-xhur tas-sajf tas-sena l-oħra u wara żaru l-iskejjel Primarji kollha biex jitfassal database ċentrali ta’ studenti li huma eliġibbli ħalli jibbenefikaw minn dawn it-tip ta’ programmi, sinjal ċar ta’ kemm, bħala pajjiż u Gvern, qed tingħata attenzjoni partikolari lill-inklussività. Għal dan il-għan ukoll, il-Gvern Malti kkommetta l-fondi u r-riżorsi meħtieġa biex pajjiżna jkun jista’ jilqa’ l-logħob speċjali. Matul is-snin, l-atleti Maltin ta’ Special Olympics ipparteċipaw f’20 avveniment internazzjonali sportiv u ġabu lura lejn pajjiżna aktar minn 300 midalja b’ħidma u sagrifiċċji kbar. Ta’ min jinnota li, minħabba l-pandemija, saru t-tħejjijiet kollha neċessarji għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Special Olympics biex is-saħħa tal-atleti, l-uffiċjali u l-pubbliku tkun mħarsa l-ħin kollu.
ĠIBILTÀ
Atleti – 20 Atletika – 4 Għawm – 4 Boċċi – 0 Bowling – 4 Table Tennis – 0 Futbol – 8
GREĊJA
Atleti – 12 Atletika – 0 Għawm – 4 Boċċi – 4 Bowling – 0 Table Tennis – 4 Futbol – 0
UNGERIJA Atleti – 28
Atletika – 4 Għawm – 4 Boċċi – 4 Bowling – 4 Table Tennis – 4 Futbol – 8
ISLE OF MAN Atleti – 20
Atletika – 4 Għawm – 4 Boċċi – 0 Bowling – 4 Table Tennis – 0 Futbol – 8
PORTUGALL
LIECHTENSTEIN
ITALJA
IŻRAEL
Atletika – 4 Għawm – 4 Boċċi – 4 Bowling – 4 Table Tennis – 0 Futbol – 0
Atletika – 0 Għawm – 4 Boċċi – 0 Bowling – 4 Table Tennis – 0 Futbol – 8
Atletika – 8 Għawm – 4 Boċċi – 4 Bowling – 4 Table Tennis – 4 Futbol – 0
Atletika – 4 Għawm – 4 Boċċi – 4 Bowling – 0 Table Tennis – 4 Futbol – 8
Atleti – 16
Atleti – 16
Atleti – 24
Atleti – 24
08.05.2022
ZZJONALI TAL-LOGĦOB RA BL-AKBAR SPETTAKLU il-Kbir offra l-krema tal-festival b’sigħat sħaħ ta’ divertiment u kuluri li xegħlu s-smewwiet fl-arti piroteknika. B’kollox din is-sena ħadu sehem 24 kamra tan-nar u 52 għaqda, filwaqt li fil-kompetizzjoni pparteċipaw sitt għaqdiet lokali u tlieta internazzjonali li ġew mill-Italja, ir-Renju Unit u l-Estonja. Fl-aħħar jum ukoll tħabbru r-riżultati tal-kompetizzjoni, li ntrebħet mill-għaqda Phoenix tar-Renju Unit, li ġew ikklassifikati fl-ewwel post, segwiti minn Magic Fire tal-Italja u l-Kamra tan-Nar ta’ Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa li ġew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Dawn ġew ippreżentati bi trofew tal-okkażjoni mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, li kien akkumpanjat miċ-Ċermen tal-MTA Gavin Gulia.
19
20
08.05.2022
PARTIT LI JIĠĠEDDED
CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Hekk kif issa diġà għadda xahar mill-elezzjoni ġenerali, ikun hemm bosta li jgħiduli li issa għadda kollox, issa tistrieħu. Fil-verità l-ħidma ssokktat fl-immedjat. Dan huwa partit li qatt ma jieqaf jiġġedded. Tant hu hekk li l-istatut tal-partit stess jara li dan it-tiġdid isir hekk kif jitlob li wara elezzjoni ġenerali jridu jitlaqqgħu l-Assembleji u wara jiskatta l-proċess sabiex tiġi kkonfermata t-tmexxija tal-partit u l-amministrazzjoni tal-partit u jitlaqqa’ l-ogħla organu tal-partit, il-Konferenza Ġenerali. L-Assembleji huma laqgħat mad-delegati u mal-kumitati lokali u distrettwali tal-partit fejn isiru diskussjonijiet miftuħa mal-Prim Ministru Robert Abela u mal-amministrazzjoni. Dawn id-diskussjonijiet li jħallu ħafna frott skattaw eżatt ftit ġranet wara r-riżultat elettorali. Ilġimgħa l-oħra assistejna għat-tlaqqigħ tal-Konferenza Ġenerali wara li nfetħu n-nomini għat-tmexxija tal-partit u għall-uffiċjali tal-amministrazzjoni. Fil-Konferenza Ġenerali ġiet ikkonfermata kemm it-tmexxija kif ukoll l-amministrazzjoni tal-partit. Kien xieraq il-vot tant b’saħħtu ta’ konferma li kisbu l-Mexxej Dr Robert Abela u d-Deputati Mexxejja Dr Chris Fearne u l-Perit Daniel Micallef. Dan it-tiġdid ma jiqafx hawn. Fl-istess Konferenza Ġenerali ġie approvat tibdil fl-istatut li jippermetti tibdil fl-istruttura tal-karigi fil-kumitat lokali. Dan huwa legat fil-Partit Laburista fejn qatt ma jibqa’ lura li jbiddel u jaġġorna wara li jagħraf it-tibdil fiż-żminijiet. Fil-ġimgħat li ġejjin se jitlaqqgħu mill-ġdid wara sentejn ta’ pandemija il-Laqgħat Ġenerali Annwali ta’ kull kumitat lokali u distrettwali u tal-fergħat tal-PL sabiex jingħata redikont annwali tal-ħidma tal-kumitat u jiġu ffurmati l-kumitati l-ġodda u l-lista tad-delegati tal-PL. Inħeġġeġ bil-qawwa lill-membri tesserati tal-parit sabiex jipparteċipaw u jattendu għall-LĠA fil-każin rispettiv tagħhom imma aktar minnhekk ifittxu li jgħinu b’mod dirett u
jagħtu l-ħidma tagħhom fi ħdan l-kumitat lokali billi jersqu ’l quddiem u jinnominaw ruħhom għal karigi jew għal delegat fil-kumitat lokali rispettiv tagħhom. M’hemm xejn ta’ sodisfazzjon ikbar mill-ħidma volontarja għall-partit li nappartjenu għalih, li nħaddmu l-ideali tagħna fuq livell lokali. Il-kumitat lokali huwa l-punt ta’ referenza u l-linja diretta tal-Partit Laburista mal-għeruq tiegħu. Li tkun delegat tal-Partit Laburista huwa unur imma jġorr dmirijiet ta’ ħidma għall-ġid komuni tal-partit, lealtà, fiduċja fit-tmexxija tal-partit u fuq kollox tweġiba immedjata meta l-partit isejħilna. Nixtieq nara aktar attiviżmu politiku, f ’termini ta’ diskussjonijiet politiċi organizzati fil-każini tagħna. Dan isaħħaħ l-ideali u l-prinċipji fi ħdan l-attivisti u l-membri tal-partit kif ukoll issens ta’ inklużjoni u parteċipazzjoni mill-membri. Għalhekk hija tant importanti l-parteċipazzjoni tal-membri tesserati f ’dawn il-Laqgħat Ġenerali Annwali, biex b’hekk inkomplu nissaħħu u niġġeddu sabiex il-Partit Laburista jibqa’ relevanti u l-għażla naturali tal-elettorat Malti u Għawdxi.
Fil-ġimgħat li ġejjin se jsiru mill-ġdid wara sentejn ta’ pandemija l-laqgħat ġenerali annwali ta’ kull kumitat lokali u distrettwali kif ukoll tal-fergħat tal-PL sabiex jingħata redikont annwali tal-ħidma tal-kumitat u jiġu ffurmati l-kumitati l-ġodda u l-lista tad-delegati tal-PL
Sur Editur, Ara vera miskin ta, dak li se jtellaq waħdu għall-kap tal-partit tagħhom! Imfixkel ir-raġel. U issa li telaqlu l-pellegrin, dak tal-Hatin’Malta li spiċċa impjegat bl-eluf biex irebbħu l-elezzjoni, iktar tfixkel qisu. Avolja ħaqq l-ożbreċ ma nafx xi strateġija mexxa ’l quddiem dan il-pellegrin, għax iktar tefgħu lura lil Bernard. Qata’ sandar e! L-aqwa li tefa’ t-tort kollu tat-tkaxkira li tah Robert tagħna fuq kulħadd barra fuqu nnifsu. Ifakkarni f ’dik il-kanzunetta li min jgħodd ftit snin bħali jiftakarha żgur, Mhux jien Mama! Skont Bernard tagħhom, il-ħtija hija fuq kulħadd barra fuqu. U ta dirsa lill-mezzi tax-xandir tal-partit tagħhom li kellhom tort fit-telfa tal-elezzjoni. Imbagħad qanna fil-Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa, il-partit tagħhom sellem lill-ġurnalisti kollha. Żgur li l-ġurnalisti tal-PeNe ferħu b’din it-tislima. Mistagħġbin kemm ċapċpu u qabżu bil-ferħ li l-partit li waħħal fihom għat-telfa tal-elezzjoni, sellmilhom. Mela, Sur Editur, il-Kap tagħhom mar jiltaqa’ mal-Kamra tal-Kummerċ. U qalilhom li l-partit li se jerġa’ jmexxi wara li jiġi l-ewwel f ’tellieqa għall-kap li fiha se jieħu sehem hu biss, għandu obbligu li jkun partit aħjar u oppożizzjoni aħjar. U qalilhom li bħalissa għaddej proċess ta’ titjib fil-partit tagħhom, li jrid jibqa’ għaddej. Issa hawnhekk jien żgur daqskemm jien żgur li Jason, li waqa’ għal patattu, ma raqadx fuq il-qabar tas-Sinjur, li qed jirreferi għal dan Jason l-ewwel wieħed. Il-partit tagħhom għaddej minn proċess ta’ titjib għax ħeles minn Jason. Imma mfixkel ir-raġel ta, Sur Editur. Ħa nispjegalek għalfejn. Mela kieku jien jiġi xi ħadd u jaqla’ xi kalunja fuqi, ma nkunx irrid nara wiċċu, aħseb u ara kemm inkun irridu ma’ saqajja. Imma skont dan l-imfixkel Bernard, fil-futur Jason għandu postu fil-PeNe. Hekk qal Bernard wara li dan Jason irriżenja mill-partit tagħhom fi sfond ta’ ġlied kbir. Issa ma nafx kif jinkwadra dan l-isfond ta’ ġlied kbir fil-proċess ta’ titjib fil-partit tagħhom. Imma Jason għandu postu, qalilna, fil-PeNe. X’taħwid, qaddisa ħanina dinja. Imma nsomma, jagħmlu huma tal-partit bla sinsla. Issa mhux qed ngħid hekk biex ngħajjar ta, Sur Editur! Bernard stess qalha din. Għax qal li huwa l-uniku wieħed li wera interess għall-kariga ta’ kap tal-partit tagħhom għax l-ebda kandidat ieħor ma ħass li jista’ jagħmel xi ħaġa aħjar jew differenti minnu. Ħanina kemm hu minfuħ bih innifsu! Mhux jien, mhux jien mama, imma jien biss tajjeb mama! “Se npoġġu l-interess nazzjonali l-ewwel. Jekk ikun hemm bżonn niddefendu l-interess ta’ Malta fuq livell ta’ Unjoni Ewropea,” qalilna Jerome l-Caruana Cilia. Jekk hemm bżonn, jgħidu lill-mama Metsola, għax dik esperta kif tuża l-Unjoni Ewropea biex tiddefendi lil Malta. No more comments fuq din. Imma naħseb fhimtni, Sur Editur. Imbagħad dil-ġimgħa kellna l-ewwel deċiżjoni tal-grupp parla mentari tal-partit tagħhom, li ħareġ kontra n-nomina tal-Ispeaker, Anġlu Farrugia. Anki din tinkwadra sew naħseb fil-proċess ta’ titjib fil-partit tagħhom. U ħalluna! Bla sinsla, nerġa’ ngħid. Għal dak li se jtellaq waħdu qed nirreferi. Għax fuq din ċeda għall-pressjoni ta’ Beppe l-Fenech Adami u ta’ Karol l-Aquilina. Qed jgħidu li jridu Speaker li jkun tassew indipendenti u imparzjali. Xi ħadd bħall-Bejrut tal-Kurja. U ħalluna! X’kull waħda! Smajt li l-Gvern qed jiddiskuti ma’ dan Beppe, Sur Editur. Se jitolbu pjaċir qaluli. Li jekk ikun hemm bżonn għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f ’Malta, jużaw is-swimming pool li għandu Ħal Għargħur. Insomma, jien u Melda tiegħi ningħaqdu u nifirħu wkoll lil George Hyzler għall-kariga l-ġdida tiegħu fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Għax aħna nieħdu gost li jkun hemm Malti f ’dawn l-istituzzjonijiet barranin. Kos, ma ġiex imminat dan Hyzler, bħalma l-partit tagħhom kien ipprova jimmina lil Leo Brincat, hux? Għad-dieħla.
21
08.05.2022
“BL-IMĦABBA NASLU” B’RISQ IL-HOSPICE MALTA Hospice Malta nediet il-maratona ġbir ta’ fondi “Bl-Imħabba Naslu”, li se tixxandar il-Ħadd 26 ta’ Ġunju bejn nofsinhar u nofsillejl fuq l-istazzjonijiet tat-televixin lokali kollha. Il-fondi miġburin se jgħinu lil Hospice tkompli tipprovdi servizz ta’ kura paljattiva ħolistika mingħajr ħlas lil eluf ta’ pazjenti u l-familji tagħhom, kif ukoll tlesti l-aħħar fażi tax-xogħol fuq isSt Michael Hospice – l-ewwel ċentru għall-kura paljattiva f’Malta. Id-dettalji ngħataw nhar it-Tlieta li għadda f’konferenza tal-aħbarjiet, li kienet indirizzata minn mart il-President tar-Repubblika u patruna ta’ Hospice Malta, is-Sinjura Miriam Vella, fil-Palazz Presidenzjali ta’ San Anton. Waqt il-messaġġ tagħha, is-Sinjura Vella raddet ħajr għall-ħidma kbira li ssir minn Hospice Malta ta’ kuljum u appellat lill-poplu Malti u Għawdxi biex iżomm f’moħħu lil dawk il-mijiet ta’ familji li jistgħu jibbenefikaw millproġett tas-St Michael Hospice. Għaldaqstant ħeġġet lill-pubbliku biex nhar is-26 ta’ Ġunju li ġej ikun ġeneruż ma’ Hospice Malta, NGO li l-għan ewlieni tagħha hu li tipprovdi kura paljattiva mingħajr ħlas lill-pazjenti li jsofru minn diversi mard serju bħall-kanċer, u mard serju ieħor. Is-servizzi bħalissa qed jiġu pprovduti lil aktar minn 1,300 familja. Iċ-Chairperson ta’ Hospice Malta, Bernadette Bonnici
Waqt it-tnedija tal-maratona ġbir ta’ fondi fil-preżenza tas-Sinjura Miriam Vella, patruna ta’ Hospice Malta Kind, qalet li “għal 33 sena, Hospice Malta tat sostenn lill-pazjenti li jbatu minn mard serju li jnaqqas mill-kwalità tal-ħajja tal pazjent, permezz ta’ kura paljattiva ħolistika. L-għan taċ-ċentru għall-kura paljattiva ġdid, is-St Michael Hospice, hu li nespandu s-servizzi tagħna fil-komunità iktar, kif ukoll nintroduċu servizzi ġodda. Dan jista’ jintlaħaq biss, bl-għajnuna tal-benefatturi ġenerużi tagħna. L-appell jibqa’ għassostenn tal-poplu, hekk kif qed inqarrbu li nikkonkludu dan il-proġett.”
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Hospice Malta Kenneth Delia qal li “kien hemm numru ta’ sfidi biex wasalna sa dan il-punt, madanakollu, is-St Michael Hospice issa qed joqrob lejn il-konklużjoni tiegħu u neħtieġu l-aħħar sforz ħalli nassiguraw li l-bibien ta’ dan iċ-ċentru jinfetħu fil-futur qrib. Dan iċ-ċentru tal-aqwa livell se jaffettwa l-kwalità tal-ħajja ta’ bosta, hekk kif se jippermettilna li nkomplu nipprovdu servizz komprensiv li jiffoka fuq l-aspett fiżiku u mediku, kif ukoll l-aspett psiko-soċjali u spiritwali
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
tal-pazjenti u tal-familji li jkunu għaddejjin minn dan il-vjaġġ diffiċli.” Il-Kap tar-Relazzjonijiet Pubbliċi ta’ Hospice Malta, Andrew Zammit, spjega li waqt ix-xandira ta’ 12-il siegħa se jintwerew numru ta’ intervisti ma’ pazjenti ta’ Hospice kif ukoll membri tal-familji tagħhom u rringrazzjahom għas-sehem tagħhom, minkejja t-tbatija li għaddejjin minnha, u b’hekk jagħtu sostenn lil familji oħrajn li għaddejjin minn ċirkostanzi simili. Bosta personalitaji-
et u artisti lokali se jagħtu s-sostenn tagħhom lil Hospice waqt ix-xandira li se tixxandar minn Studio 7 f ’Birkirkara. Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru kif ġej: Telefown: €25 - 5180 2024 jew €50 - 5190 2031 SMS: €11.65 - 5061 9234 Online: https://hospicemalta.org /product/telethon-2022-donation/ BOV Mobile: 7993 3894 Pledges: 2122 0011 Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur is-sit www.hospicemalta.org.
22
08.05.2022
ID-DEMOGRAFIJA MALTIJA TAS-SEKLU 17 U 18 Jekk wieħed irid jidħol fil-passat tiegħu, irid bilfors idur għad-dokumenti li għal sekli sħaħ ippreservat il-Knisja għall-umanità fil-mużewijiet u fl-arkivji tagħha. B’mod partikulari, dan jgħodd għal kwalunkwe tiftix demografiku, speċjalment għas-sekli 17 u 18, li għalihom, ir-rekords tal-parroċċi, jiffurmaw l-ewwel, jekk mhux l-uniċi sorsi. Dan it-tagħrif ksibtu minn studju li wettaq il-Professur Stanley Fiorini fuq l-Istatus Animarum (ara Melita Historica tal-1983), li jagħti stampa vasta tan-nies li kienu jgħixu Malta, il-familja, kinux miżżewġin jew le, kellhomx tfal, il-magħmudija, ilm’ewt u kemm kienu marbutin mal-Knisja. Minn CHARLES B. SPITERI Ir-relazzjoni simbjotika bejn il-Knisja u ċ-Ċiviltà tal-Punent hija evidenti wkoll fl-isfera ġuridika. Fir-reġistrazzjoni ta’ ġrajjiet vitali, il-Knisja wirtet il-proċeduri amministrattivi tal-Imperu Ruman. Pereżempju, referenza għar-reġistrazzjoni taż-żwiġijiet tista’ tinstab sa mis-sena 534 fil-Corpus Juris Civilis u iktar preċiż fin-Novellae ta’ Ġustinjanu. Referenzi għal rekords parrokkjali fil-Medjuevu huma skarsi u limitati b’mod invarjabbli għall-knejjes lokali. Is-Sinodu ta’ Augsburg li sar fl-1548 jippreskrivi erba’ reġistri li għandhom jinżammu mill-kappillan: “Primum in quo baptizatorum; secundum confitentium et communicantium; tertium, in quo eorum, qui matrimonium in facie ecclesiae contraxerunt; et in quo mortuorum ... nomina et cognomina ... descibantur.” Fil-Konċilju ta’ Vjenna, li sar fl-1557, ingħataw struzzjonijiet espliċiti, biex il-kappillani jieħdu nota tal-merħla tagħhom li tonqos mill-Preċett tal-Għid u jirrapportaw l-istess lill-Vigarju Ġenerali. Struzzjonijiet simili jinsabu fil-Concilium Narbonense tal-1551 u partikularment fil-Concilium Mediolanense I tal-1565 fejn kellhom jitniżżlu f ’reġistru apposta ż-żwiġijiet li jsiru fil-parroċċa. Il-preskrizzjoni universali formali ġiet estiża għal ħames reġistri parrokkjali fl-1614 minn Papa Pawlu V. Fir-Rituale Romanum il-kappillan kien mistenni jżomm il-Liber Baptizatorum; il-
Liber Confirmatorum; ilLiber Matrimoniorum; ilLiber Defunctorum u l-Liber de Statu Animarum. Sal-lum, din in-norma baqgħet ma nbidlitx u sa ftit ilu kienet imnaqqxa fil-Codex Juris Canonici. Fir-reviżjoni tal1983 tal-Codex, Liber Status Animarum ma jidhrux fost il-Libri Paroeciales.
mill-1552 u ta’ Birmiftuħ mill1556. Insibu li wieħed mill-iskopijiet tal-Vista Appostolika ta’ Mons. Pietro Duzina, fl1575 kienet li jiżgura li l-editti ta’ Trento bdew jitħaddmu f ’dawn il-gżejjer. Hu ħa nota ta’ dawk il-parroċċi li żammew dawn ir-rekords u dawk li ma mxewx mar-regoli. Apparti minn dan, hu ta struMixja fit-triq Franċiża zzjonijiet lill-kappillani biex iżommu reġistri separati L-importanza ta’ dawn ir-re- għall-magħmudijiet, żwiġijet kords għas-sekli 17 u 18, ukoll u mwiet u r-raba’ wieħed fuq għall-isferi lajċi u ċivili tal- l-ewkaristija. ħajja hi evidenti, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li Żamma ta’ tagħrif sa r-Rivoluzzjoni Franċiża mill-kappillan r-rekords parrokkjali kienu prattikament l-uniċi rekords L-iskop ta’ dan l-aħħar miżmuma tat-twelid, imwi- reġistru; il-Liber de Staet u żwiġijiet. Kien biss lejn tu Animarum, kien u għain-nofs tas-seklu 19 li bosta du ż-żamma ta’ rekord stati, mxew fuq dak li bdiet mill-kappillan, litteralment Franza u bdew joħolqu r-re- fuq l-“istat tal-erwieħ” kords ċivili tagħhom biex tal-parruċċani tiegħu. B’mod il-Knisja tilfet il-prerogattiva partikulari kienet tintalab tagħha f ’dan il-qasam. informazzjoni dwar l-istat Fil-biċċa l-kbira tagħha, ċivili ta’ kull wieħed u waħda is-sitwazzjoni f ’Malta f ’din mill-merħla tiegħu u jekk ilil-materja rriflettiet dak li preċett tal-qrar u t-tqarbin kien qed jiġri fil-Kontinent. annwali matul l-Għid il-Kbir Ferm qabel id-dikjarazz- ikunux rispettati. B’mod akjonijiet uffiċjali ta’ Trento u tar speċifiku, ir-Rituale Rotar-Rituale Romanum, il-kap- manum jippreskrivi l-format pillani fil-gżira kienu qed li ġej għal kull kitba: iżommu r-rekords tagħhom FORMA DESCRIBENDI STAstess. Fil-fatt, il-gżira tista’ TUS ANIMARUM tiftaħar b’xi parroċċa bikriFamilia quaeque distincte ja li kellha r-rekords tagħha. in Libro notetur, intervallo Pereżempju fl-Imdina, relicto ab una· quaque ad ir-reġistri tal-magħmudija, alteram subsequentem, in li jibdew mill-1539 għadhom quo singillatim scribantur jeżistu, għalkemm wieħed nomen, cognomen, aetas jista’ jiddeduċi li l-ewwel singulorum, qui ex familia 38 folji neqsin mir-reġist- sunt, vel tamquam advenae ru, kienu jkopru rekords li in ea vivunt. Qui vero ad sac jmorru lura sa mill-1528. Xi ram Communionem admissi eżempji oħrajn huma r-re- sunt, hoc signum in margine kords ippreservati b’mod e contra habeant: C. eċċellenti fin-Naxxar, li jkoQui Sacramento Confirpru mill-1546; dawk tal-Birgu mationis sunt muniti, hoc
signum habeant: Chr. Si qui ad alium locum habitandum accesserint, id adnotetur. Il-Liġi Kanonika timponi pieni ħorox mill-Ordinarju għall-kappillani li jittraskuraw iż-żamma tar-reġistri parrokkjali. Barra minn hekk, peress li l-kappillan qed jeżerċita l-funzjoni ta’ nutar pubbliku, wieħed jifhem li l-liġi titlob li kopja awtentika tal-kotba tintbagħat kull sena lill-Kurja. Eċċezzjoni iżda, issir fil-każ ta’ Status Animarum. Dan seta’ jkun minħabba li l-kontenut ikun ta’ natura kunfidenzjali, jew probabbilment l-informazzjoni kienet tiswa aktar lill-kappillan milli lil ħaddieħor. Madankollu, is-sitwazzjoni f ’Malta hi differenti ħafna f ’dan ir-rigward. Filfatt, jidher li l-prassi f ’din il-kwistjoni kienet eżattament l-oppost ta’ dak mitlub mil-Liġi Kanonika. Prattikament l-ebda kopja ta’ xi Libri Baptizatorum, Confirmatorum, Defunctorum u Matrimoniorum mill-perjodu taħt reviżjoni ma jinstabu fl-Arkivji tal-Kurja, filwaqt li sezzjoni sħiħa ta’ xi 30 volum, kull wieħed b’xi 40 talba ta’ informazzjoni mid-diversi parroċċi hi ddedikata għall-Istatus Animarum. F’bosta mid-dokumenti hu espressament iddikjarat li l-listi kienu ordnati mill-Isqof u ċċekkjati minnu waqt iż-żjara tiegħu. Rekord partikulari mill-Birgu (1694) juri li ż-żamma tal-Istatus Animarum baqgħu ħajjin sa snin ilu, fejn kienet tinbidel karta (bollettino) meta jitwettaq
ilpreċett tal-Għid. Il-parroċċa ta’ Porto Salvo L-ewwel rekord imur għall-1667, mill-parroċċa ta’ Porto Salvo, il-Belt Valletta. L-iskrizzjonijiet għat-tliet deċennji ta’ wara huma sporadiċi ħlief għall-Belt Valletta (Porto Salvo), li għaliha, jinsabu r-rekords kważi ta’ kull sena. Ir-rekords għall-1687, jinsabu tista’ tgħid fil-parroċċi kollha. Is-sena 1702 hi unika. Fiha dettalji ta’ kull parroċċa f ’Malta u Għawdex. Minn hemm ’il quddiem, ir-rekords huma mimlijin ħafna, sal-1745 meta t-tagħrif jibda jsir pjuttost irregolari. Madankollu, fejn l-arkivji tal-Furjana jsiru defiċjenti, dawk tal-arkivji tal-Katidral tal-Imdina jissupplimentaw. Jidher li lejn nofs is-seklu 18 il-kopji tal-Istatus Animarum bdew aktar jinżammu fil-Kurja fl-Imdina milli fil-Kurja Magna fil-Belt Valletta. Fl-Imdina wieħed isib rekords pjuttost adegwati għall-aħħar tas-seklu 18 u speċjalment għad-deċennju 1783-1794. Hu interessanti li wieħed jinnota li l-uniċi rekords komuni, kemm għall-arkivji tal-Furjana kif ukoll tal-Imdina huma l-listi tal-Isla tal-1697 u ta’ Ħal Għaxaq tal-1776. Din ir-rikkezza ta’ informazzjoni hi partikularment ta’ valur ferm akbar minn kull ċensiment ċivili ieħor li jeżisti minn dak il-perjodu. Insibu li matul iż-żmien
08.05.2022
23
kollu li l-Ordni Ospitalier għamel f ’Malta ma sar l-ebda ċensiment sura ta’ dawn il-gżejjer. L-ewwel ċensiment Wara r-rapport tal-Kummissjoni tal-1524 - li issa jidher li ntilef - wieħed isib iċ-ċensiment tal-1590. Imbagħad jiġu ċ-ċensimenti tal-1614, tal1617 u dak tal-1632 ikkwotat minn Ġann Franġisk Abela, li jgħid li l-“ruolo (tu’) tatto .. . per ordine del Duca d’Alburquerque, allora Vice-Re di Sicilia.” Jeżistu ċensimenti oħrajn bħal dawk tal-1658, l-1670 u l-1680. Madankollu, dawn huma estratti ċari minn Status Animarum. Seklu jew hekk wara, is-sorsi tal-Konti Giovanni Antonio Ciantar għaċ-ċifri tal-popolazzjoni, fl-aġġornament tiegħu tax-xogħol ta’ Ġ.F. Abela reġgħu kienu listi ta’ Status Animarum. Jidher għalhekk li l-uniċi ċifri uffiċjali li kellu jgħaddi minnhom Ciantar kienu dawk li kienu jinsabu fl-Istatus Animarum. Il-prattika li l-awtoritajiet ċivili jiddependu fuq il-Knisja biex iżżomm kont tal-popolazzjoni, baqgħet tippersisti sew fis-seklu 19, kemm matul l-okkupazzjoni qasira tal-Franċiżi kif ukoll taħt il-ħakma Brittanika. Matul is-Sessjoni tat-30 ta’ Lulju 1798, il-Kummissarju tal-Gvern, imwaqqaf minn Napuljun iddeċieda li l-atti tat-twelid, iż-żwiġijiet u l-imwiet kellhom jiġu rreġistrati mill-kappillani u kontrofirmati f ’żewġ kopji mill-imħallfin ta’ kull muniċipalità. L-ewwel ċensiment uffiċjali ma sarx qabel l-1842 u r-rekords tat-twelid, tal-mewt u taż-żwieġ biss bdew jinżammu fir-Reġistru Pubbliku mill-1863. Fiċ-ċensiment tal-1881, meta l-kompilatur ried jagħti resume taċ-ċensimenti preċedenti, iċ-ċifri ppreżentati għall-1807 kellhom jittieħdu mir-reġistri tal-kappillani. Ismijiet sa mill-1708 F’dan ir-rigward, xi listi ta’ ismijiet li jmorru lura mill1708 inklużi fl-Istatus Animarum tal-Furjana, huma partikularment sinifikanti u interessanti. Hemm issir referenza għal-listi fil-Volum VI N76-N94 u għal xi oħrajn (dawk mhux datati) ikkatalogati sporadikament. Dawn id-dokumenti jelenkaw l-irġiel bejn l-etajiet ta’ 17 u 65 sena fid-diversi parroċċi ta’ Malta u Għawdex. Il-listi kollha datati tfasslu bejn is-26 ta’ Marzu u l-31 ta’
Marzu tal-1708. Wieħed jista’ jissoponi li dawn il-listi, mingħajr ebda referenza għall-osservanzi tal-Għid jew kwalunkwe konnotazzjonijiet reliġjużi oħrajn, kellhom aktar x’jaqsmu ma’ dmirijiet militari. Jidher ċar, li l-awtoritaIs-sena 1702 hi unika. Fiha dettalji ta’ kull parroċċa f’Malta u jiet ċivili kienu qed jużaw ħidmet il-Knisja, u b’mod Għawdex. Minn hemm ’il quddiem, ir-rekords huma mimlijin partikulari l-influwenza ħafna, sal-1745 meta t-tagħrif jibda jsir pjuttost irregolari. eżerċitata minn Fra Davide Cocco-Palmieri fuq il-kappilMadankollu, fejn l-arkivji tal-Furjana jsiru defiċjenti, dawk lani biex jiġbru informazzjoni ta’ natura militari fuq tal-arkivji tal-Katidral tal-Imdina jissupplimentaw in-nies. Dan juri fiċ-ċar kif il-Knisja kellha l-monopolju taż-żamma tal-istatistika vitali tal-popolazzjoni għal tant żmien u l-ħtieġa li l-Istat F’Għawdex, apparti l-knisjiġborhom hu wkoll ma nħas- f ’linja kronoloġika tal-par- il-Belt Valletta (San Paolo) sitx u ma tħarsitx bħala li roċċi nsibu l-ewwel lil Nota- fl-1585 u l-Parroċċa tar-Rit ja matriċi fil-Kastell u San bile u Vittoriosa u mbagħad Grieg, il-Belt Valletta fl-1587. Ġorġ tar-Rabat, wieħed isib kienet xi ħaġa meħtieġa. l-oħrajn imsemmija fir-Rol- Ta’ dan il-perjodu jappartjeni ix-Xewkija li saret parroċċa lo tas-Senatore de Mello wkoll Ħ’Attard (1575). fl-1678; l-Għarb fl-1679 u Kontribut importanti għal tal-1436, jiġifieri n-Naxxar; Sal-aħħar tas-seklu, jidh- s-Sannat, Caccia (Xagħra), dak iż-żmien Birkirkara; Birmiftuħ; Ħal ru ħames parroċċi oħrajn, in-Nadur u ż-Żebbuġ fl-1688. Kien x’kien ir-rwol tal-Knis- Qormi, iż-Żejtun, iż-Żurri- jiġifieri Ħal Kirkop u Ħal Għalhekk, sal-bidu tas-seklu ja fil-kumpilazzjoni tal-Lista eq, is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Tarxien fl-1592; Gudja fl-1594 u matul is-seklu 18, wieħed tal-Milizja tal-1708 hu do- Ħad-Dingli u l-Mellieħa. Fl- u l-Imqabba u Ħal Safi fl- isib 29 parroċċa f ’Malta u tmienja f ’Għawdex. kument li jibqa’ magħdud 1536, dawn l-aħħar tnejn ma 1598. Fl-ewwel nofs tas-seklu 17, Informazzjoni importanbħala kontribut importanti kinux baqgħu jeżistu u Birgħall-istampa demografika miftuħ kienet ġiet identifika- twaqqfu sitt parroċċi ġodda: ti li tista’ tittieħed mingħata’ dawn il-gżejjer dak iż- ta mal-Gudja wara l-iżmem- il-Mosta fl-1608; il-Gargur jr wisq diffikultà mill-Istabrament tagħha f ’diversi fl-1610; Ħaż-Żabbar fl-1615; tus Animarum hu n-numru żmien. il-Qrendi fl-1618; Ħal Għax- tal-popolazzjoni ta’ kull belt Qabel ma wieħed jibda parroċċi filjali. Fl-20 sena ta’ wara l-As- aq fl-1626 u Ħal Luqa fl-1633. u raħal għal xi sena partiħidmietu u sabiex jara l-afstabbiliet kulari u bosta drabi jinstab farijiet fil-kuntest, jeħtieġ sedju l-Kbir, wieħed jara Is-sitwazzjoni jidentifika dawk il-knejjes t-twaqqif tal-parroċċi fil- ruħha wara 150 sena, bil- ukoll in-numru ta’ djar apli kienu parroċċi fl-aħħar Belt Valletta u t-Tlett Ibliet: ħolqien ta’ Ħal Balzan fl-1655 parti min-numru tan-nies deċennji tas-seklu 17 u mat- Valletta (Porto Salvo) fl-1571; u rikostituzzjoni mill-ġdid ta’ li rċevew it-tqarbin matul il-festi tal-Għid. ul is-seklu 18. Hu magħruf li l-Isla fl-1581; Bormla fl-1584; Ħad-Dingli fl-1678.
24
08.05.2022
ID-DEĊIŻJONIJIET SE JITTIEĦDU, U R-RIFORMI SE JSIRU NITKELLMU MAL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA JONATHAN ATTARD Kitba ta’ CLIFFORD GALEA President tar-Reġjun Tramuntana “Id-deċiżjonijiet se jittieħdu, u r-riformi se jsiru.” Hekk saħaq miegħi l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard. Issa li diġà għadda xahar, nersqu viċin il-Ministeri u l-Ministri u nifhmu aktar x’sar diġà u x’hemm imħejji fil-pjan biex jibdew jitwettqu l-1,000 proposta tal-Manifest elettorali li ħejja l-Partit Laburista b’risq il-poplu Malti u Għawdxi kollu. Irwol ġdid. Wara li kont co-opted fil-Parlament lura fl-2021, inti b’suċċess ġejt elett fl-elezzjoni ta’ Marzu 2022 u ngħatajt kariga importanti. Fiex jikkonsisti l-Ministeru tiegħek u l-ħidma relatata li taqa’ taħt it-tmexxija tiegħek? L-ewwel nett nixtieq nibda billi ngħid li r-reazzjoni tiegħi għall-fiduċja li wera fija l-Prim Ministru Robert Abela kienet waħda ta’ sodisfazzjon u gratitudni. Jien nagħti kelmti li din il-fiduċja se nroddha lura b’aktar xogħol. Tul din il-leġiżlatura rridu nibqgħu viċin in-nies, nisimgħu u nieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex dan il-pajjiż ikompli jissaħħaħ kemm mil-lat tal-governanza u s-saltna tad-dritt, kif ukoll foll tal-Ministeru jinkludi formazzjoni u l-Protezzjoni Bureau, il-Legal Aid Malta, f’kull qasam ieħor biex ver- wkoll, Kummissarju għall-In- tad-Data, l-Asset Recovery il-Malta Mediation Centre u ament pajjiżna jkollu futur sabiħ. Mill-aspett ta’ xogħol Ministerjali, il-Ministeru għall-Ġustizzja jiġbor taħtu diversi dipartimenti u entitajiet kruċjali għall-pajjiż, inkluż l-Avukat Ġenerali li jirrappreżenta l-Istat f’kawżi kriminali, l-Avukat tal-Istat Il-Partit Laburista huwa konxju tal-isfidi li hemm fil-Qorti. li jidher għall-Istat f’kawżi ċivili u kostituzzjonali, kif B’hekk aċċertajna li l-pjan ta’ ħidma tagħna jindirizza din ukoll jagħti pariri lill-Gvern u l-Aġenzija għas-Servizzi ir-realtà permezz ta’ proposti li jinkludu ż-żieda ta’ numru ta’ tal-Qrati li fost il-funzjoniġudikanti, riformi fil-kamp tal-inkjesti maġisterjali, is-sistema jiet tagħha għandha obbligu li ssaħħaħ u tassigura li tal-kumpilazzjoni u r-rinviji fost l-oħrajn s-servizzi tal-qrati mogħtija jkunu tal-ogħla kwalità. Apparti minn hekk, wieħed ta’ min isemmi li l-porta-
l-Malta Arbitration Centre. Flimkien ma’ dawn, ta’ kuljum bħala Ministru jkolli diversi laqgħat mal-istakeholders fil-qasam tal-Ġustizzja, biex permezz ta’ djalogu miftuħ, nisma’, nixtarr u nieħu azzjoni. “L-ordni tal-ġurnata trid tkun ġustizzja fi żmien raġonevoli.” Xi jfisser meta għedt dan? Il-Partit Laburista huwa konxju tal-isfidi li hemm fil-Qorti. B’hekk aċċertajna li l-pjan ta’ ħidma tagħna jindirizza din ir-realtà permezz ta’ proposti li jinkludu ż-żieda ta’ numru ta’ ġudikanti, riformi fil-kamp tal-inkjesti maġisterjali, is-sistema tal-kumpilazzjoni u r-rinviji fost l-oħrajn.
25
08.05.2022
nata li ħadt il-ġurament, fejn skattajt proċess li inkluda diversi laqgħat u konsultazzjonijiet biex fil-jiem li ġejjin inressaq quddiem il-pubbliku u eventwalment preżentati l-Parlament diversi abbozzi ta’ liġi fuq temi vasti. Żgur mhux forsi, l-ewwel punt fuq l-aġenda hu li nerġa’ nressaq il-liġi tal-femiċidju, kif ukoll il-liġi ta’ kriminalità ċibernetika u fastidju ċibernetiku, li kienet sabet appoġġ miżżewġ naħat tal-Kamra, iżda bl-emendi neċessarji biex nassiguraw li ma tintużax bi skopijiet ulterjuri. Kemm hu importanti li l-politiċi jżommu kuntatt mal-poplu? Temmen li mill-widen li tagħti liċ-ċittadini joħorġu punti importanti li kapaċi jgħinu fl-iżvilupp tal-pajjiż?
Determinat li nara li jitwettqu dawn ir-riformi u bħala Gvern nintervjenu fejn hemm bżonn biex nassiguraw li qed jiġu indirizzati l-problemi amministrattivi, dejjem b’rispett sħiħ lejn l-indipendenza tal-ġudikatura, li hija d-duttrina fundamentali li fuqha hija bbażata s-sistema legali tagħna. Għaldaqstant, il-pjan tagħna għall-ġustizzja ser ikompli bil-proċess ta’ mmodernizzar u bidliet legali li jagħmlu l-proċessi iqsar u anqas ripetittivi. Wieħed ta’ min jirrimarka li l-aġġornament tal-liġijiet huma daqstant importanti daqs l-aġġornar amministrattiv, biex b’hekk mhux biss jirriflettu t-tibdil li jkun qiegħed isir fis-soċjetà, imma wkoll biex inkomplu nsaħħu l-għodda neċessarja biex ikun assigurat li l-ġustizzja ssir, tidher li qed issir u ssir fil-ħin. Nassigura lil kulħadd li d-deċiżjonijiet se jittieħdu, u r-riformi se jsiru. X’inhi l-viżjoni tal-Gvern favur is-saltna tad-dritt u ġustizzja effettiva f ’pajjiżna? Id-diskussjoni dwar is-saltna tad-dritt u l-governanza tajba ma jistgħu jkunu qatt kapitlu magħluq. Fil-fatt, il-programm talGvern jitkellem bl-aktar mod
Għall-ewwel darba f’ħafna snin, issaħħew istituzzjonijiet regolatorji u ta’ kontra l-korruzzjoni, fosthom il-Kummissjoni Permanenti ta’ Kontra l-Korruzzjoni, il-Pulizija, l-FIAU u l-awtoritajiet tas-servizzi finanzjarji
ċar dwar kif irridu nassiguraw li f’din il-leġiżlatura nibqgħu għaddejjin b’aktar riformi meħtieġa favur it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet kollha filpajjiż sabiex flimkien insaħħu d-demokrazija f’pajjiżna. Għall-ewwel darba f’ħafna snin, issaħħew istituzzjonijiet regolatorji u ta’ kontra l-korruzzjoni, fosthom il-Kummissjoni Permanenti ta’ Kontra l-Korruzzjoni, il-Pulizija, l-FIAU u l-awtoritajiet tas-servizzi finanzjarji. Dawn l-entitajiet se jibqgħu jsibu s-sostenn tal-Gvern biex jaqdu l-obbligi tagħhom bl-aħjar mod possibbli, inkluż b’aġġornamenti fejn meħtieġ tal-liġijiet li jużaw fil-qadi ta’ dmirijiethom. Hemm ukoll il-proposti u jien ngħid ħidma li diġà bdiet għaddejja fuq it-tisħiħ tar-raba’ pilastru tad-demokrazija
tagħna, ix-xandir. Se nkunu qed nassiguraw protezzjoni akbar lill-ġurnalisti fil-qadi ta’ dmirijiethom. It-tisħiħ tal-qafas demokratiku ta’ pajjiżna jibqa’ wkoll ċentrali. Nitkellmu bl-aktar mod ċar dwar il-ħtieġa li nanalizzaw l-irwol tal-Membri Parlamentari fost l-oħrajn u li dawn ikollhom ir-riżorsi neċessarji. Dan il-Gvern huwa aktar minn kommess li jkompli jieħu aktar deċiżjonijiet kuraġġuzi li jwasslu għal aktar tisħiħ tas-saltna tad-dritt, il-governanza u l-qafas demokratiku ta’ pajjiżna.
ċittadin Malti, nixtieq li nara li bħala pajjiż bi tradizzjoni u storja legali b’saħħitha, bi kredenzjali demokratiċi sodi, inkunu aħna li niddettaw id-destin tagħna. Inkunu aħna li niddeċiedu x’riformi, x’tibdiliet, x’inizjattivi jridu jittieħdu u mhux nirreaġixxu għal rapporti tal-istituzzjonijiet. Filwaqt li l-Manifest jinkludi ’l fuq minn 30 proposta relatati mal-Ġustizzja, dan mhux ser iżommna milli nattwaw diversi inizjattivi u emendi leġiżlattivi biex intejbu l-ħajja ta’ kull Malti u Għawdxi.
Il-poplu hu dak li jsellifna l-fiduċja għal ħames snin, u din irridu nsarrfuha lura f’xogħol u kuntatt kontinwu. Il-Partit Laburista minn dejjem kien partit progressiv għax dejjem sema’ lin-nies, iddiskuta u implimenta l-bidliet neċessarji, u hekk ser nibqgħu nagħmlu. Minn meta bdejt il-vjaġġ politiku tiegħi dejjem aċċertajt li n-nies ikunu fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħi permezz ta’ kuntatt kontinwu tul is-sena kollha u mhux biss meta toqrob l-elezzjoni. Kif tara li se jkun il-futur tal-Partit Laburista fil-Gvern minn issa ’l quddiem? Kif taħseb li l-poplu se jibbenefika iżjed? Malta flimkien, il-futur sabiħ ma kienx sempliċiment għajta ta’ kampanja elettorali, iżda dak li għalina bħala gvern ser ikun l-ordni tal-ġurnata. Irridu nassiguraw li nħallu pajjiż għal uliedna modern, sigur u b’qasam leġiżlattiv li jassigura li ħadd ma jbati l-inġustizzji. L-1,000 proposta li ġew imwiegħda fil-manifest ser isiru 1,000 kisba għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Fl-aħħar nett, kif qed tqassam il-ġimgħa ta’ ħidma tiegħek? Familja, xogħol, mistrieħ?
Il-ħidma politika teħodlok ħafna mill-ħin, però dejjX’tip ta’ riformi u Issa li fetaħ il-Parlament kif em għamilt premura li nsib leġiżlazzjonijiet innovattivi tkompli l-ħidma? X’hemm ħin biex ingawdi lill-familtixtieq li jittieħdu taħt fuq quddiem nett ja. Dejjem emmint li din hija it-tmexxija tiegħek? tal-aġenda? kwistjoni ta’ kif wieħed iqassam il-ħin u kemm jista’ jkun Bħala Ministru, kif ukoll bħala Il-ħidma tiegħi bdiet mill-ġur- iżomm miegħu.
26
08.05.2022
JUDITH DINGLI
TAĦSEB FUQ L-ARTI LEJL U NHAR Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Dan l-aħħar sirt naf b’artista lokali li kienet qed ittella’ esebizzjoni solo ġewwa l-Mosta. Interessajt ruħi sabiex inkun naf aktar dwarha u fuq kollox dwar l-arti li toħloq. Qed nirreferi għal Judith Dingli. Għandha 54 sena, Mostija u toqgħod l-Iklin. Kienet taħdem bħala segretarja personali l-Enemalta u bħalissa taħdem bħala domestic engineer. Bħala passatempi għandha mhux ħażin, fosthom l-għawm, il-qari, l-arazzi, il-ġiri u ż-żumba, u naturalment tpinġi u toħloq kwadri ġodda. Tħobb tgħix ħajja sempliċi mal-familja tagħha, u tħobb dak kollu li hu ġust. L-annimali huma ħajjitha u fejn tista’ tgħin u tferraħ lil ta’ madwarha. Kull biċċa arti hija bħal meta jkollha tarbija ġdida Tgħid li l-arti tagħtiha sodisfazzjon kbir u tirrilassha ħafna. Meta tkun qed tpitter tinsa lil kullħadd. Litteralment tkun f’dinja għaliha. Tgħid ukoll li kull biċċa arti hija bħal meta jkollha tarbija ġdida. Kull waħda jkollha messaġġ li tifhmu hi biss. Minn mindu kienet żgħira l-arti dejjem kienet ġo fiha. L-imħabba lejn l-arti nibtet minn missierha li kien induratur. Ridt inkun naf fejn tgħallmet tpinġi, u liema teknika tuża. “Jien dejjem kont b’lapes u b’karta f’idi. Kont nara wkoll lil missieri u nitgħallem mingħandu, imbagħad komplejt nitgħallem mill-iskola. Fis-sekondarja ħadt l-arti bħala għażla preferuta. L-arti kien wieħed mis-suġġetti li ġibt bħala O level. Nuża kull tip ta’ teknika - lapes, pinna, water colours, żejt, acrylic, charcoal, impasto u nħobb anki nħallat il-materjali biex noħroġ l-effett li nkun irrid aktar b’saħħtu.” Minn ċkunitha, Judith ħadet sehem f’diversi kompetizzjonijiet. L-akbar sodisfazzjon tagħha kien meta ħadet sehem f’kompetizzjoni fil-Finlandja, flimkien ma’ 57 parteċipant minn pajjiżi differenti u rebħet il-medalja tad-deheb u diploma fl-arti. Ħallejt f’idejha sabiex telabora dwar dan,
dwar l-esperjenza tagħha u s-sodisfazzjon personali li kisbet. “Meta kien ikun hemm xi kompetizzjoni dwar l-arti kienet tinteressani. Ħadt diversi ċertifikati bħala premju. Iżda darba minnhom ħadt sehem barra minn Malta u rbaħt midajla tad-deheb u diploma. Kien żmien sabiħ tal-adolexxenza. Ħassejt ferħ kbir u sodisfazzjon enormi u għamilli aktar kuraġġ biex inkompli fil-linja tiegħi,” stqarret miegħi. Maż-żmien, Judith kompliet l-istudji tagħha billi attendiet diversi korsijiet l-Mcast u l-Malta Society of Art il-Belt Valletta fejn għadha tattendi sal-lum. Studjat ukoll ma’ diversi artisti lokali. Tħobb tesprimi ruħha b’diversi materjali fosthom water colours, lapes, charcoal, pinna, impasto, żejt u acrylic. Ridt inkun naf x’tip ta’ arti u xeni tħobb tpinġi u għaliex. Fil-fatt, spjegatli li bażikament tħobb tpinġi kollox skont il-muża ta’ dak il-ħin. “Ix-xeni ta’ Malta u ta’ Għawdex huma għal qalbi ħafna speċjalment fejn jidħol il-
baħar imqalleb, il-blat, is-siġar u sema kollu kuluri. Id-“dramatic skies” huma l-passjoni tiegħi għax jien artista tal-kuluri. Fil-kuluri nara ferħ, paċi u serenità,” stqarret miegħi. Ta’ min jgħid, li bħala artista versatili, l-akbar passjoni tagħha hija l-pittura semiastratta. Ħallejt f’idejha sabiex għall-benefiċċju tal-qarrejja stess tispjega x’inhi eżatt arti semiastratta. “Iva, semiastratta hija l-forte tiegħi.
Meta tpitter semiastratt qed tara xi ħaġa, xi tip ta’ forma imma tkun astratta bħal meta tagħmel wiċċ kollu kuluri. Ilwiċċ tal-bniedem kulur wieħed ikun, imma jien bl-arti tiegħi nagħmlu semiastratt għax nagħmel wiċċ b’ħafna kuluri,” spjegatli tajjeb Judith. Kompliet tgħidli li meta tpitter, dan tagħmlu għax tħobb tagħmlu. “Ħafna mill-kwadri jibqgħu għandi d-dar. Imma għandi wkoll kwadri fid-djar
tan-nies, sew Malta kif ukoll barra minn Malta,” aġġornatni. L-itwal proċess hu l-ħsieb wara kull pittura Ftit tal-ġimgħat ilu, Judith tellgħet esebizzjoni bl-isem ta’ Ġuditta, fejn irrappreżentat lilha nnifisha bħala artista, kif ukoll il-ħajja bit-tlugħ u l-inżul tagħha. L-arti li esebixxiet fiha kienet kollha b’messaġġ qawwi u profond.
Meta tpitter semiastratt qed tara xi ħaġa, xi tip ta’ forma imma tkun astratta bħal meta tagħmel wiċċ kollu kuluri. Il-wiċċ tal-bniedem kulur wieħed ikun, imma jien bl-arti tiegħi nagħmlu semiastratt għax nagħmel wiċċ b’ħafna kuluri
08.11.2020 08.05.2022
27
SKEDA ONE 06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:30 09:05 09:30 10:00
12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 15:58 16:00 16:25 17:30
ONE News Liquorish Kalamita ONE News Popcorn Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy
18:30 19:20 19:30 20:10 20:35 22:20 22:50 23:30
Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Liquorish Popcorn Music Legends ONE News
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Ħabrikt 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso
12:30 12:35 12:45 13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:25 16:55
ONE News Liquorish Step Up Kalamita ONE News What’s Cooking Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari
17:30 18:30 19:18 19:30 20:10 20:35 21:10 22:15 22:50 23:30
Dak Li Jgħodd Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Reboot Flip the Venue Il-Willy The Local Traveller ONE News
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00
12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 15:57 16:05 16:28 17:15 18:00
ONE News Liquorish Kalamita ONE News Żona Sport Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking
18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:10 22:30 23:30
Pjazza 11-05 ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime The Local Traveller Cash Ride Flip the Venue ONE News
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso
12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 16:05 16:26 17:00 17:30 18:30
ONE News Liquorish Kalamita ONE News Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Popcorn Żona Sport Mhux Kemm Taf Pjazza
19:20 19:30 20:10 20:40 21:45 22:45 23:30
ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Ibgħathieli bil-posta Eko Djar Reboot ONE News
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00
12:30 12:35 15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 16:50 17:30 18:15
ONE News Liquorish ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview What’s Cooking Music Legends Indhouse Pjazza
19:13
19:30 20:10 20:30 22:30 23:00 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Brillanti Popcorn Żona Sport ONE News
06:30 ONE News 06:45 Music egends 07:20 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak Li Jgħodd
11:35 12:00 12:30 12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:00
What’s Cooking Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Mhux Kemm Taf ONE News Liquorish Omnibus Ħabrikt
16:25 17:25 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30
Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
06:30 06:45 07:15 07:40 08:00 08:40 10:00 10:30 11:30
12:30 12:35 13:10 15:30 15:35 16:00 16:35 17:05 18:15
ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa What’s Cooking Music Legends Imqades l-Istorja EkoDjar
19:25
One Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Willy L-Argument One News
TLIETA 10-05
ONE News Liquorish Popcorn ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso
ĦAMIS 12-05
Mhux hekk biss, iżda matul is-snin ħadet sehem f’diversi esebizzjonijiet kollettivi kemm f’Malta, kif ukoll f’Għawdex. Fis-sena 2018 tellgħet l-ewwel esebizzjoni solo. Proprju ftit ilu ħasset li kien reġa’ wasal iż-żmien li terġa’ ttella’ esebizzjoni waħedha. Mistoqsija kif kienet taf li reġa’ wasal il-ħin opportun għal esebizzjoni solo oħra, Judith weġbitni: “Kont ilni naħseb biex nerġa’ ntella’ esebizzjoni oħra waħdi u ġietni opportunità u ħadtha. Jien kontra ħafna kull tip ta’ vjolenza. Ġieli jien stess għaddejt minn xi żmien ftit skur u hemm fejn pinġejt ħafna kwadri b’messaġġ qawwi u profond. Ridt noħroġ il-femminità fl-aqwa tagħha,” stqarret miegħi. Magħha ddiskutejt l-importanza li tagħmel esebizzjoni fuq bażi personali jew hekk imsejħa solo. “Naħseb l-akbar benefiċċju li tkun waħdek hi l-nies ġejjin jaraw ix-xogħol tiegħek biss. Imma fiha aktar xogħol. Però, kollox fih it-tajjeb u l-ħażin fil-ħajja. Benefiċċju
ieħor huwa li l-messaġġ joħroġ aktar b’saħħtu għax l-arti li tkun qed tippreżenta ma tiġix distratta minn ideat oħra.” Għall-futur, Judith dejjem kellha x-xewqa li jkollha gallarija tal-arti tagħha biex tagħti ċans lil artisti oħra. Ovvjament li tagħmel xogħol ġdid għal aktar esebizzjonijiet huwa fil-pjanijiet tagħha wkoll. Judith stqarret miegħi li hi kontinwament taħseb fuq l-arti, lejl u nhar. “Ġieli anki billejl, moħħi jibqa’ jaħseb fuq dik il-pittura li nkun qed nagħmel u filgħodu mmur nirranġaha jew inżid fuqha. Pittura qatt ma tkun lesta għall-artist, imma mbagħad tiġi f’punt li tgħid lesta. Imma l-itwal proċess hu l-ħsieb ta’ wara kull pittura bħal fuq xiex ser taħdimha u liema mezz ser tagħżel.” Fl-aħħar nett, Judith ħalliet messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ huwa wieħed sempliċi. Qatt tinsa minn fejn bdejt u dak li taf għaddih lil ħaddieħor. Qatt mhu tard biex twettaq il-ħolma tiegħek,” temmet tgħid.
TNEJN 09-05
ONE News Liquorish Niftakru ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso
SIBT 14-05
ONE News Liquorish Żona Sport ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso
ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Quddiesa tal-Jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Mhux Kemm Taf Flip the Venue
19:18
19:30 20:10 20:35 21:15 23:30
ERBGĦA
ĠIMGĦA 13-05
ĦADD 15-05
28
08.05.2022
reċensjoni tal-ktieb
SHERLOCK, LUPIN U JIEN:
IL-MISTERU TAL-WARDA ĦAMRA TRADUZZJONI GĦALL-MALTI TA’ DWAYNE ELLUL
Sherlock Holmes kulħadd jaf min hu. L-iżjed detective famuż fid-dinja! Mill-pinna ta’ Arthur Conan Doyle, l-investigazzjonijiet tiegħu huma mitiċi u ispiraw ukoll diversi films u sensiliet televiżivi ta’ suċċess kbir. Arsène Lupin, l-istess. Forsi l-iktar “ħalliel ġentlom” magħruf fil-letteratura dinjija, li dwar is-serqiet epiċi tiegħu nkitbu rumanzi, cartoons għat-tfal u anki sensiela popolarissima fuq Netflix. Allura tim ta’ awturi u pubblikaturi kellu l-idea brillanti li jistaqsi: min jaf kieku Sherlock Holmes u Arsène Lupin, meta kienu għadhom tfal, kellhom ikunu ltaqgħu u saru ħbieb? Min jaf, ta’ tfal li kienu, kinux xorta jsibu ruħhom f’nofs salt misteri u jibdew jittantaw isolvuhom bil-ħiliet tagħhom? U hekk għamlu. U magħhom ingħaqdet Irene Adler … “Imma jien dal-isem nafu xi mkien …” probabbli qed taħseb. Dażgur li tafu! Miss Adler hija waħda mill-iżjed karattri femminili famużi fl-istejjer oriġinali ta’ Sherlock Holmes, karattru li l-fans kollha jafuha żgur. Tidher biss fi storja waħda ta’ Conan Doyle, imma tagħmel impressjoni fuq il-famuż Sherlock li jammira l-intelliġenza u makakkerija tagħha. U għalhekk fis-sensiela Sherlock, Lupin u Jien, l-istejjer ta’ dawn it-tlett itfal li jiltaqgħu u flimkien isolvu l-misteri, huma rrakkontati
minn Irene tifla ta’ 12-il sena. Wara s-suċċess tal-ewwel żewġ kotba f’din is-sensiela, il-Merlin Publishers ippubblikaw it-tielet ktieb bl-isem Sherlock, Lupin u Jien: Il-Misteru tal-Warda Ħamra. F’dan ir-rumanz, Irene, Sherlock u Lupin jerġgħu jiltaqgħu Londra u huma u jqallbu f’gazzetta jinnutaw problema taċ-ċess, li tidhrilhom kemxejn stramba. Il-kodiċi li nkitbet bih mhuwiex magħruf fid-dinja taċċess … L-għada, il-belt Ingliża tqum maħsuda bl-aħbar tal-qtil ta’ negozjant sinjur. Fuq l-iskrivanija tiegħu tinstab warda ħamra: l-istess fjura li għoxrin sena qabel kien iħalli warajh grupp ta’ kriminali gwappi wara kull reat li kien iwettaq. Sherlock, Lupin u Jien: Il-Misteru tal-Warda Ħamra, ippubblikat oriġinarjament l-Italja minn Mondadori, ġie addattat għall-Malti minn Dwayne Ellul u ppubblikat mill-Merlin Publishers. Huwa maħsub primarjament għal tfal minn 10 snin ’il fuq, għalkemm din is-sensiela qed tintgħoġob u tinqara ħafna millkbar ukoll, u żgur se jżommhom sa ma jaslu fl-aħħar paġna u s-soluzzjoni tal-misteru. Sherlock, Lupin u Jien: Il-Misteru tal-Warda Ħamra kif ukoll il-kotba l-oħra f’din is-sensiela, jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com b’pustaġġ lokali b’xejn.
Mistoqsija: Xi nstab fuq l-iskrivanija tan-negozjant li nqatel? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb SHERLOCK, LUPIN U JIEN: IL-MISTERU TAL-WARDA ĦAMRA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 15 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb AMSTERDAM U RAKKONTI OĦRA huwa:
R.FARRUGIA - RAĦAL ĠDID
05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Mistoqsija 100: Kemm kienet twila l-karriera ta’ Mario Cutajar fis-Servizz Pubbliku?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
29
08.05.2022
‘THE AMAZON REVIEW KILLER’ Iħalli kummenti fuq xi oġġetti li xtara u uża waqt il-ħtif u l-qtil L-EWWEL PARTI
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Todd Christopher Kohlhepp huwa qattiel tal-massa Amerikan li qatel seba’ persuni bejn l-2003 u l-2016. Kohlhepp instab ħati għal dawn is-seba’ omiċidji, ta’ ħtif u stupru u b’kollox weħel is-sentenza ta’ għomor il-ħabs għal seba’ darbiet. Minkejja li nstab ħati li qatel seba’ persuni, Kohlhepp jgħid li qatel iktar nies
Todd meta kien żgħir flimkien ma’ ommu
It-tfulija ta’ Kohlhepp
d
Ko
hlh
epp
l- a f f a r i j i e t ”. Ir-relazzjoni ta’ bejniethom bdiet tmajna hekk kif missieru kien moħħu fin-nisa li kellu u To kien iħallih ifendi għal rasu. Dan wassal biex Kohlhepp ried jerġa’ jingħaqad ma’ ommu iżda din tal-aħħar kienet dejjem issiblu l-iskużi biex jibqa’ ma’ missieru.
d
Todd Kohlhepp twieled fis-7 ta’ Marzu tal-1971 fi Florida u trabba f ’South Carolina u f ’Georgia. Il-ġenituri tiegħu ddivorzjaw meta kellu biss sentejn u ommu żżewġet raġel ieħor sena wara mid-divorzju. Ir-relazzjoni ta’ Kohlhepp ma’ missieru tar-rispett ma kinitx waħda tajba u hu wera kemmil darba x-xewqa li jgħix mal-missier bijoloġiku tiegħu, li kien ilu ma jarah għal snin sħaħ. Kohlhepp kien tifel imqareb, aggressiv ma’ tfal oħrajn u kien anke jaħqar l-annimali. Apparti minn hekk, Kohlhepp kien moħħu f ’affarijiet li għandhom x’jaqsmu massess. Kohlhepp spiċċa biex intbagħat fi sptar psikjatriku għal tliet xhur u nofs minħabba li ma kienx kapaċi jagħmilha ma’ tfal oħrajn mingħajr ma jsawwathom jew ikissrilhom l-affarijiet tagħhom. Fl-1983, ommu sseparat minn ma’ missieru tar-rispett u bagħtitu jgħix ma’ missieru f ’Arizona. Missieru kien jikkollezzjona l-armi tan-nar bħala passatemp u Kohlhepp spiċċa biex sar bħalu. Hu għallmu wkoll kif jagħmel il-bombi u kif “jisplodi
L-ewwel ħtif u stupru Fil-25 ta’ Novembru tal-1986, Kohlhepp ħataf tfajla ta’ 14-il sena f ’Tempe f ’Arizona. Hu heddidha b’pistola u ħadha d-dar fejn rabatha u stupraha. Wara, hu ħadha lura d-dar tagħha u heddidha li jekk titkellem fuq x’ġara, kien se joqtlilha lil ħutha ż-żgħar. Minkejja t-theddida, it-tfajla qalet b’kollox lil familtha u Kohlhepp ġie akkużat bi ħtif, stupru u twettiq ta’ att kriminali fuq minorenni. Hu ammetta biss għall-ħtif u nstab ħati fuq hekk. Kohlhepp weħel 15-il sena ħabs u tpoġġa fuq ir-reġistru ta’ persuni ħatja ta’ offiżi sesswali għall-protezzjoni tal-minuri.
Għall-bidu li kien il-ħabs, Kohlhepp kien jaqla’ l-inkwiet u kien vjolenti ħafna, iżda kif qabeż l-20 sena nbidel mil-lejl għan-nhar. Hu rabba l-għaqal u gradwa anke mis-Central Arizona College b’Baċellerat fix-Xjenza tal-Kompjuters. Wara li skonta 14-il sena, Kohlhepp ħareġ mill-ħabs. Suċċess fix-xogħol Bejn Jannar tal-2002 u Novembru tal2003, Kohlhepp sab xogħol bħala disinjatur grafiku. Hu kompla jistudja u kiseb Baċellerat tax-Xjenza fl-Amministrazzjoni tan-Negozju. Peress li kien fuq ir-reġistru ta’ persuni ħatja ta’ offiżi sesswali, Kohlhepp kiseb il-liċenzja tas-sensara b’qerq u fetaħ kumpanija tas-senserija f ’Ġunju tal2006, fejn ħaddem miegħu 12-il sensar. Kohlhepp kien wieħed fost l-iktar sensara ta’ suċċess u kien ibigħ ħafna proprjetajiet fir-reġjun ta’ Carolina. Kohlhepp kien deskritt bħala dħuli u professjonali f ’xogħlu minn għadd ta’ klijenti iżda kien hemm nisa li qalu li kellu ħabta jgħaddi botti sessisti apparti li l-ħin kollu jitkellem fuq l-armi tan-nar. Kien hemm każ
L-ewwel erba’ vittmi - mix-xellug, Chris Sherbert, Scott Ponder, Brian Lucas u Beverly Guy
Kohlhepp kien deskritt bħala dħuli u professjonali f’xogħlu minn għadd ta’ klijenti iżda kien hemm nisa li qalu li kellu ħabta jgħaddi botti sessisti apparti li l-ħin kollu jitkellem fuq l-armi tan-nar
f ’restorant fejn il-kok kien joħroġ jieħu l-ordni ta’ Kohlhepp għax kien jittanta lill-impjegati nisa u jiskomodahom bil-kummenti tiegħu. Filfatt, waħda mill-vittmi ta’ Kohlhepp inzertat mara li kienet taħdem f ’dan ir-restorant. Id-delitti Kohlhepp ma kienx wieħed mis-suspettati tal-ewwel erba’ omiċidji li wettaq f ’Novembru tal-2003. Fis-6 ta’ Novembru tal-2003, klijent daħal fil-ħanut Superbike Motorsports f ’Chesnee u sab erba’ individwi bla ħajja. Il-vittmi kienu sid il-ħanut, Scott Ponder ta’ 30 sena, ommu Beverly Guy ta’ 52 sena, Brian Lucas ta’ 29 sena u l-mekkanik Chris Sherbert ta’ 26 sena. Huma nqatlu b’tiri ta’ arma tan-nar u l-pulizija ma kinux jafu li Kohlhepp kien il-ħati.
TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
30
08.05.2022
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
31
08.05.2022
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 432
A.SEYCHELL - MOSTA
Bi 3 NUMRI 021 026 189 296 334 435 437 548 572 655 725 818 832 835 870
B’4 NUMRI 0473 0759 0907 1238 2082 2767 3024 3081 3231 3507 3645 4276 4283 4769 5259
5265 6453 6590 6633 7332 7415 7628 7756 7837 8188 8210 8253 8275 8551 8613 8694
8840 9293 9485 9878 9937 B’5 NUMRI 08968 09340 11784 20752 32567 38880 43673 45363 48525
55353 59396 61747 65453 68317 71873 78596 80945 82657 83068 83748 83888 87300 90457 93096 94315
B’6 NUMRI 295158 472597 493382 519050 531605 545553 634203 959250
MIMDUDIN: 9. 1. Kompli l-qawl: Għajnejn ........... ma 10. jridux dawl (5) 12. 4. Mhux ħelu (4) 16,22. 7,11. Xi ħaġa li 18,21W. torbtok! (4) WEQFIN: 1. Annimal (6) 8. 2 Lemħet (3) 11. 3,15. Żammewha 12. l-pulizija? (9) 5.17. Ta’ intern ħażin! (6) 13. 6. Ralph Muscat
Stazzjon tat-tv 19. Malti (3) Ikel (6) 20. Mar l-iskola (6) 21. Professjonisti (6) 23. Versi ta’ għerf 24. fl-Iskrittura (5) Lagana (1,1,1) 14. Qishom bnadar (9) Ara 7 15. Qaddis imqassar 17. bl-Ingliż (2) 21. L-Istati Uniti 22. (1,1,1)
Kif jgħajtu lil Tessie Tkellmet (5) Kunjom (3) Pajjiż (4) Post turistiku (5) Jaħdmu fuq il-palk (6) Ara 3 Ara 5 Ara 18 Ara 16
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Qalba, 4.Qalb, 7,9.Randa, 10.Abbuża, 12.Satana, 26.Dik, 18,19. Ankra, 20.Ardit, 21.BTI, 23.Dota, 24.Axxut
WEQFIN: 1.Qanfud, 2.Lia, 3.Ara, 5,11.Akuta, 6,21 wieqfa. Bdabad, 8.Abbanduna, 12,22.Skiet, 13.Tar, 14.Aktarx, 15.Naħrat, 17.Int
32
08.05.2022
MA’ ĦADD, KONTRA KULĦADD Editorjal
Fil-proċess biex jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu u anke jfarfar minn kull responsabbiltà tal-akbar telfa li ġarrab bħala Kap, Bernard Grech uża kull karta ħażina mill-elezzjoni ġenerali lil hawn
Meta tkun f’ħofra, l-unika ħaġa li m’għandekx tagħmel hi li tib qa’ tħaffer. Ta’ politiku li qatt ma kien (wisq inqas mexxej), Bernard Grech illum żgur jir realizza aktar kif l-egoċentriż mu kollu li jikkaratterizzah ma swieh xejn biex jikseb is-simpatiji jew aħjar il-fiduċja wies għa li kien jeħtieġ fl-aħħar sentejn. Għal dawk kollha li waqgħe tilhom żokorthom fil-politika lokali, mill-ewwel kienu xorbu l-karattru ta’ wieħed li, bil-karrotta quddiem imnieħru, fissajf tal-2020 kien prużuntuż biżżejjed u ppretenda li seta’ jiġbor warajh il-forzi kollha biex jiddomina l-pajjiż. Dan minkejja li kien jaf li qed jirfes f’għalqa mminata ta’ Partit diġà mifni fil-problemi inflitti minn niesu stess, waqt li l-unika esperjenza li seta’ jserraħ fuqha biex tiggwidah kienet dik pjuttost żgħira fi żmien tar-referendum dwar l-introduzzjoni tad-divorzju. Biex tgħaxxaq, dakinhar ukoll ġie kklassifikat mal-antikwati fis-soċjetà. Il-fatt li f’Ottubru ta’ sentejn ilu hu ħa post Adrian Delia ma jagħtih l-ebda mertu lanqas.
Għax li ma kienx magħżul u mbagħad imbottat mill-ikbar u l-iżjed fazzjoni dominanti fil-Partit Nazzjonalista, ma kien se jasal imkien. Għaldaqstant li llum ikompli jonfoħ sidru ’l quddiem u jaġixxi daqslikieku qatt ma kien hemm riżultati elettorali f’Marzu li għadda jew aħjar qatt ma ngħata lezzjonijiet mill-elettorat, allura jikkonferma eżatt dak kollu li ngħad hawn fuq dwar il-Kap tal-Oppożizzjoni. Jixhed ukoll għal xiex il-PN jinsab fl-agħar sitwazzjoni li qatt kien fl-istorja tiegħu u anke raġuni ewlenija għaddifferenza li teżisti mal-Partit Laburista u l-Mexxej tiegħu Dr Robert Abela, ikkonfermati mill-poplu bl-akbar appoġġ fl-istorja moderna. Issa li hu wkoll irid jiġi kkonfermat fil-pożizzjoni, il-Kap Nazzjonalista qed jittama li l-kunsillieri tal-Partit jikkopjaw lid-delegati Laburisti li ġimgħa ilu prattikament kollha kkonfermaw lil Abela. Minkejja dan, fil-proċess li jiddefendi l-pożizzjoni u jfarfar minn kull responsabbiltà tal-akbar telfa li ġarrab bħala Kap, Grech uża kull karta ħażina
mill-elezzjoni ġenerali lil hawn. Saħħa ma kellu l-ebda ass li jista’ jsaħħaħlu idejh fil-konfront tas-sitwazzjoni politika li jinsab fiha, spiċċa jissiġilla l-problemi li qed jgħaddsu lill-Partit tiegħu fl-abbissi … minn dawk finanzjarji sa dawk ta’ attitudni u nuqqas ta’ kompromessi bejn dawk li mhux jaraw għajn m’għajn. Biex jipprova jwerwer (!) il-kompetizzjoni għall-kariga ta’ Kap, beda biex jenfasizza fuq id-dejn multimiljunarju li jġorr il-PN u li hu stess kompla jisplodi. L-ironija hi li awtomatikament espona lilu nnifsu u lil diversi uffiċjali, preżenti u passati, għal possibbilment investigazzjoni kriminali dwar allegat frodi bl-iskema taċ-ĊedoliPN, fost l-oħrajn. Dan anke jekk, kif żvelajna l-ġimgħa li għaddiet, konvenjentement ħeba mat-€8 miljun minn din l-iskema u l-imgħax fuqha, li kellhom jibdew jitħallsu mix-xahar li għadda. Ma’ dan kompla jibni fuq l-istess arroganza billi waħħal f’kulħadd u f’kollox, waqt li aċċenna għall-problemi ta’ oħrajn, anke fejn ma jeżistux, biex mingħalih jaħbi tiegħu.
Sadanittant, fl-istess ħin li donnu sodisfatt li ħoloq konfront ma’ kulħadd, ma’ kull fazzjoni li issa qed jirrikonoxxi li teżisti fil-Partit, mhux jirrealizza li ġie iżjed iżolat. Meta aċċetta li jkun ir-rappreżentant tal-establishment biex jittajjar Delia sentejn ilu u ordnat jobdi eżatt dak li jiddettawlu kull ħin, żgur kellu iżjed unur milli fadallu issa. Biex jikkuntenta jew jilħaq kompromess ma’ kulħadd, ladarba jrid mingħandhom biex jikkonfermawh fil-kariga (imqar sal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali sentejn oħra), illum qed joħloq aktar feriti interni. Diġà rajnieh ukoll jegħreq fl-istess negattività passata, inkluż ilbieraħ stess fejn fil-ftuħ tal-Parlament, mexa mal-gwida tal-establishment fl-oġġezzjoni għall-ħatra mill-ġdid ta’ Anġlu Farrugia bħala Speaker. Għaldaqstant żgur ma tridx tkun profeta biex tbassar li ż-żminijiet li ġejjin se jibqgħu politikament eċitanti għal dak li se jiġri fil-PN … għall-fini tad-demokrazija lokali, sfortu natament se jfissru biss dannu akbar!