KullHadd_08.10.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 8 ta’ Ottubru, 2017

Ħarġa Nru 1,265 Prezz €1

FENECH L-”ESPERT” TA’ DELIA

IL-MIDJA SOĊJALI ŻŻID “IL-PLASTIK” Esperti fis-settur tal-plastic surgery jikkonfermaw li fi żmien fejn qed tikber il-pressjoni soċjali anke permezz tal-midja soċjali, f’pajjiżna wkoll huma iktar in-nies li qed imorru jagħmlu plastic surgery effett ta’ dan. Għalkemm, fl-istess ħin dawk mediċi jibqgħu l-iktar raġunijiet għaliex f’pajjiżna wieħed imur għal operazzjoni ta’ dan it-tip. Ara paġna 9

“FALZA” U “DISKRIMINATORJA”

F’paniku lejlet il-baġit, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien kostrett idur fuq l-eks Ministru Tonio Fenech biex iħejji lilu nnifsu b’rabta mal-preżentazzjoni tal-baġit mill-Gvern u r-replika tiegħu. Tonio Fenech spiċċa l-konsulent ewlieni ta’ Adrian Delia u dieħel u ħiereġ id-Dar Ċentrali fl-istess ġimgħa li kien ikkundannat u saħansitra sospiż millMFSA minħabba l-iskandlu Falcon Funds. Tonio Fenech huwa marbut mażżmien li pajjiżna kiseb l-agħar riżultati finanzjarji fosthom proċeduri ta’ defiċit eċċessiv. Ara paġna 3

Il-mozzjoni tal-Partit Nazzjonalista li tattakka l-avviż legali li jagħti 100 siegħa leave lill-ġenituri prospettivi li jieħdu trattament tal-IVF kienet deskritta bħala waħda mibnija fuq premessa “falza u diskriminatorja fl-intenzjoni tagħha.” L-MGRM laqa’ l-avviż legali u qal li l-mozzjoni li tressqet mill-Partit Nazzjonalista wara li Delia sar kap ma kinetx meħtieġa. Ara paġna 11

SUSSIDJU QABEL

IL-ĠENERAZZJONI LI JMISS U filwaqt li Adrian Delia mar lura għal Fenech, għada l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna se jkun qed iressaq baġit li mistenni jaħseb fil-ġenerazzjoni li jmiss. F’kummenti mal-gazzetta KullĦadd il-Professur Scicluna qal li “llum il-Gvern iħoss li għandna niffukaw fuq il-bżonnijiet tal-futur, billi ninvestu flinfrastruttura, naraw li jiżdied l-istokk tal-housing, biex ikun hawn iżjed housing affordabbli u housing soċjali adegwat għad-domanda, u naraw ukoll problemi oħra bħall-konġestjoni tat-traffiku.” Ara paġni 6 u 7

Il-Gvern se jkun qed iħallas iktar malajr is-sussidju ta’ dawk li jikkwalifikaw għalih. Minflok f ’erba’ xhur se jħallas f ’erba’ ġimgħat u dan wara li fil-baġit tassena li għaddiet kien żdied. B’hekk ikompli jappoġġja lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna anke b’inqas burokrazija. Ara paġna 4


02

08.10.2017

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 24°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja ser tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran. It-Temp: Xemxi. Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mit-Tramuntana li jsir mill-Majjistral. Il-Viżibilità: Tajba. Il-Baħar: Moderat għal qawwi li jsir moderat. L-Imbatt: Baxx imħawwad li jsir ftit li xejn. It-Temperatura tal-Baħar: 24°C

email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

24°C UV 12

18°C

Il-Ħamis

25°C UV 12

19°C

Il-Ġimgħa

25°C UV 12

18°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

24°C UV 11

17°C

24°C UV 12

17°C

24°C UV 12

18°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex – 21341649 Numri Importanti San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 112​ M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Tat-Tarġa Pharmacy, Plot no.2, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21433141 Il-Pulizija ta’ Malta St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 2122 4001-9​ Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Hortan, Marsaskala – 21633788 2393 0000 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21898728 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 Il-Gwardjani Lokali ​2132 0202 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat Malta – 21454187

Stampat Progress Press

L-Isptar ta’ Malta 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat Għawdex – 21563233 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra Għawdex – 21561486 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

08.10.2017

kullhadd.com

TONIO FENECH L-ESPERT TA’ DELIA DWAR IL-FINANZI Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, għażel lill-eks Ministru, Tonio Fenech, biex ikun il-konsulent ewlieni tiegħu dwar il-qasam ekonomiku u fittħejjija għar-reazzjonijiet tiegħu u tal-Partit Nazzjonalista għallbaġit li jmiss. Fl-aħħar jiem Tonio Fenech deher dieħel u ħiereġ idDar Ċentrali bosta drabi u l-imkejjen tagħna fil-Partit Nazzjonalista kkonfermaw li s-sehem tal-eks Ministru Fenech hu marbut mill-bidu sal-aħħar ma’ dak li Delia jrid jgħid u jagħmel b’reazzjoni għall-baġit li se jitressaq għada mill-Ministru għall-Finanzi. Jirriżulta li minkejja l-impressjoni li l-Kap il-ġdid ipprova jagħti fil-kampanja elettorali ftit huma n-nies esperti f ’setturi differenti mdawrin miegħu u ftit qabel il-baġit kellu jdur fuq il-bniedem li hu assoċjat mal-era ta’ GonziPN u ż-żmien fejn il-finanzi talpajjiż kienu f ’sitwazzjoni ferm differenti mil-lum. Fil-fatt l-eks Ministru Tonio Fenech kien il-persuna responsabbli politikament f ’mumenti fejn pajjiżna kien imċanfar għal iktar minn darba minn istituzzjonijiet internazzjonali. Fost oħrajn meta aġenziji talklassifikazzjoni tal-kreditu bidlu l-ħarsa fuq pajjiżna għal waħda iktar negattiva u saħansitra l-Kummissjoni Ewropea poġġietna fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv. Meta ttieħdu passi kontra Fenech Iżda, li spikka wkoll hu li Adrian Delia ħa din iddeċiżjoni f ’perjodu fejn Tonio Fenech spiċċa kkundannat mill-Awtorità għas-Servizzi

Finanzjarji Maltija, l-MFSA, minħabba l-iskandlu tal-Falcon Funds. Skandlu li saħansitra heżżez l-Iżvezja minħabba li eluf ta’ pensjonanti f ’dan il-pajjiż spiċċaw vittmi ta’ fond li Tonio Fenech kien direttur tiegħu. Il-pensjonanti spiċċaw tilfu flushom u dwar il-fond saħansitra nfetħet investigazzjoni kriminali millpulizija Żvediża. Fin-nofs hemm iktar minn €247 miljun. Il-fond kien spiċċa tpoġġa taħt il-kontroll tal-KPMG, kumpanija tal-awdituri, biex iktar kmieni din il-ġimgħa l-MFSA wissiet lil Tonio Fenech u żewġ diretturi oħra, Ian Zammit u Joseph Xuereb. L-MFSA qalet li mill-mod kif ħadmu d-diretturi tal-fond, ilbord tad-diretturi naqas mirresponsabbiltajiet tiegħu lejn l-iskema u l-investituri tiegħu.

F’pass mill-iktar serju l-MFSA qed tipprojbixxi liddiretturi milli jaċċettaw ħatriet ġodda li għandhom bżonn l-approvazzjoni tal-MFSA u dan għal perjodu ta’ sentejn. Dan il-perjodu daħal fisseħħ mill-mument li l-MFSA ikkomunikat l-aħbar tagħhom, bl-awtorità regolatorja titlob ukoll li Fenech u d-diretturi l-oħra jinfurmaw lill-kumpaniji kollha fejn iservu ta’ diretturi b’din l-azzjoni. Iridu jinfurmaw ukoll lill-azzjonisti tal-kumpaniji. L-MFSA żiedet tgħid li kienet tistenna li d-diretturi jużaw ilħiliet u l-kompetenzi tagħhom biex ikun hemm azzjoni bliktar mod responsabbli u due diligence fl-interess taliskema. Minflok, qalet l-MFSA, l-iskema kisret ir-regoli u tat fid-dettall ir-raġunijiet għal dan.

Però anke jekk kien jaf li Fenech kien involut f ’dan l-iskandlu wkoll, Adrian Delia ma kellu ebda problemi li jibda jserraħ fuqu bħala konsulent ewlieni fejn jidħlu l-finanzi talPartit Nazzjonalista. Kattoliku Latin mimli skandli Fix-xhur tas-sajf Tonio Fenech kiteb ħafna dwar ilPartit Nazzjonalista. Deher ċar li kien xi ftit urtat u waħda mit-temi ewlenin tiegħu dejjem kienet il-valuri Nsara li skont hu għandhom ikunu l-valuri li jiddettaw it-tmexxija politika tal-pajjiż. Għalhekk l-għajta ta’ Delia favur l-idea li l-Partit Nazzjonalista għandu jirrappreżenta lill-Kattoliċi Latini niżlitlu għasel. Fenech, li jibqa’ magħruf għall-ġlieda

Fenech, li jibqa’ magħruf għallġlieda kbira kontra d-dritt tad-divorzju, kien involut ukoll f’sensiela ta’ deċiżjonijiet skandalużi meta kien Ministru, iżda donnhom dawn ma jdejqux lil Adrian Delia li wiegħed mod ġdid ta’ politika

kbira kontra d-dritt taddivorzju, kien involut ukoll f ’sensiela ta’ deċiżjonijiet skandalużi meta kien Ministru, iżda donnhom dawn ma jdejqux lil Adrian Delia li wiegħed mod ġdid ta’ politika.


04

08.10.2017

kullhadd.com

IMPENN ĊAR FAVUR MIŻURI GĦAL RAPPREŻENTANZA IKBAR TAN-NISA

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, tkellem dwar l-impenn tiegħu biex il-Gvern iwettaq il-mandat elettorali li jintroduċi miżuri pożittivi biex iktar nisa jkunu eletti fil-Parlament. Meta kien qed jindirizza l-parteċipanti talLEAD fl-ewwel sessjoni tal-programm, ilPrim Ministru qal: “Se tkunu fost l-ewwel nisa li tgawdu minn miżuri pożittivi permezz tal-kwoti. Se tlaqqtu kritika imma l-perfor-

mance tagħkom u tagħna issa se tkun ferm iktar kruċjali.” Il-Prim Ministru tkellem dwar kif irridu nirrikonoxxu li hemm sezzjoni fis-soċjetà li ma taqbilx ma’ dawn il-bidliet. “Irridu nikkonvinċu għaliex din hi l-aħjar triq ’il quddiem. Il-programm jismu LEAD u intom se tkunu pijunieri fl-immedjat,” qal lill-parteċipanti tal-programm Joseph Muscat li għalihom kellu diskors ta’ kuraġġ.

Joseph Muscat kien ċar ukoll dwar l-għan aħħari. “Irridu naslu f ’sitwazzjoni fejn id-deċiżjonijiet ikunu maqsuma bejn is-soċjetà kollha,” tenna Joseph Muscat li tkellem dwar kif il-miżuri pożittivi għandhom ikunu temporanji sakemm is-soċjetà tibda taqsam dawn ir-responsabbiltajiet b’mod awtomatiku. Joseph Muscat fisser kif l-idea prinċipali ta’ LEAD kienet li tiftaħ il-bibien biex persuni li sa issa żammew pass lura jkollhom opportunità.

SUSSIDJU TAL-KERA IKTAR MALAJR

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali ħabbar li se jibda jitħaffef ilproċess tal-għoti tas-sussidju tal-kera lil dawk eliġibbli. Dan it-tibdil se jqassar iż-żmien ta’ stennija minn madwar erba’ xhur għal erba’ ġimgħat minn meta wieħed japplika. Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li hu konxju dwar l-isfidi u l-problemi li jiltaqgħu magħhom l-applikanti li jkollhom dħul baxx, u b’hekk, din il-miżura tfisser li l-għajnuna tal-Gvern tkun immedjata u ma żżidx mal-piżijiet tal-applikant. Din

il-miżura se taffettwa direttament lill-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà. Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes irringrazzja lit-tmexxija u lill-impjegati tal-Awtorità tad-Djar għall-kooperazzjoni tagħhom biex din il-bidla setgħet isseħħ mill-bidu ta’ dan ix-xahar. Matul l-2017 l-Awtorità tadDjar irċeviet 1,016 applikazzjoni għall-iskema l-ġdida tas-sussidju tal-kera. L-iskema tapplika għall-kera mħallsa fis-settur privat minn persuni bi dħul baxx għal postijiet mikrija bħala residenza ordinarja.


05

08.10.2017

kullhadd.com

TISPIKKA L-MADUMA MAL-PAVRU F’MUMENT NAZZJONALI • BOSTA DEPUTATI MA MARRUX GĦALL-ĠURAMENT F’appuntament kostituzzjonali bikri bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, dak tal-ġurament tal-ħatra bħala Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia reġa’ għażel il-maduma biex iwassal il-messaġġ li għalih l-ikbar prijorità bħalissa huwa l-Partit Nazzjonalista. Osservaturi politiċi sostnew li f ’mument fejn il-Partit Nazzjonalista hu maqsum f ’biċċiet, Delia jrid jipprova jerġa’ jqajjem l-entużjażmu fost l-akkaniti tal-istamperija. Il-mossa tal-maduma hi biss waħda minnhom. Il-maduma bl-arma tal-Partit Nazzjonalista fuq il-pavru tal-ġlekk, Adrian Delia libisha fil-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista f ’Jum l-Indipendenza, meta l-ewwel għajta tiegħu kienet għan-Nazzjonalisti. Anke jekk internament kien hemm min kritikah, oħrajn qalu li jifhmu għax fl-aħħar mill-aħħar l-attività ta’ fuq il-Fosos hija attività tal-Partit Nazzjonalista. Iżda, ħadd ma stenna li meta jmur għand il-President tar-Re-

pubblika (siegħa tard) biex jieħu l-ġurament tal-ħatra kien se jilbes l-istess emblema. Dan meta hemm kien qed jieħu

kariga nazzjonali u iktar u iktar meta llum l-Oppożizzjoni fil-Parlament tinkludi deputati li għalkemm telgħu fuq il-lista

uma. Din kienet okkażjoni oħra fejn bosta deputati m’attendewx għall-ġurament, wara li għall-ġurament bħala deputat m’attendiex kważi nofs il-grupp parlamentari. F’nofs il-ġimgħa, fil-Parlament m’attendewx madwar 13 u għall-ħatra bħala Kap tal-Oppożizzjoni m’attendewx nofs id-deputati wkoll. Jirriżulta li fost dawn ma kienx hemm Simon Busuttil, li qed itemm il-kariga u lanqas tal-Partit Nazzjonalista jgħi- deputati li sa issa ma’ Adrian du li huma jirrappreżentaw Delia għad ma rnexxilhomx lill-Partit Demokratiku. jibnu l-pontijiet bħal Jason AzPerò ma spikkatx biss il-mad- zopardi u Karol Aquilina.


06

08.10.2017

kullhadd.com

IL-BAGALJA LI MINNHA GAWDEW L-ELUF Għada l-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, iressaq baġit ieħor f ’isem il-Gvern immexxi minn Joseph Muscat u filwaqt li dan mistenni jkun baġit ieħor li se jibni fuq ta’ qablu bħala parti mir-roadmap ekonomija tal-Gvern, l-indikjazzjonijiet huma li se jkun ukoll baġit li jaħseb fil-ġenerazzjoni li jmiss. Dan bħala parti mill-istrateġija tal-partit fil-gvern li issa li pajjiżna jinsab fis-sod u fil-livell A+ ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu qed jenfasizza li jrid jaħseb għall-ġejjieni. Fil-fatt dan hu l-ewwel baġit f ’deċenji fejn il-pajjiż jinsab fit-triq biex jirreġistra t-tieni surplus konsekuttiv u l-ewwel wieħed għal Malta wara elezzjoni ġenerali fejn ilpajjiż mhux fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv tal-Kummissjoni Ewropea. F’kummenti mal-gazzetta KullĦadd lejlet li jaqra l-baġit il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal: “Il-Gvern dejjem irrisponda għall-bżonnijiet tal-mument. Fl-ewwel parti tal-leġiżlatura l-oħra il-bżonn kien li nqajmu l-ekonomija fuq saqajha, fit-tieni parti ridna naraw li jiżdiedu s-servizzi talgvern biex ma jkunx hawn dewmien u fittielet parti ridna naraw li l-ġid jitqassam għand kulħadd u biex ikompli jonqos ilfaqar.” Il-Ministru żied li llum il-Gvern iħoss li għandna niffukaw fuq il-bżonnijiet tal-futur, billi ninvestu fl-infrastruttura, naraw li jiżdied l-istokk tal-housing, biex ikun hawn iżjed housing affordabbli u housing

soċjali adegwat għad-domanda, u naraw ukoll problemi oħra bħall-konġestjoni tat-traffiku.” Iżda, lejlet baġit ieħor il-KullĦadd tħares lejn uħud mill-iktar miżuri popolari tal-aħħar snin. Miżuri li minnhom gawdew bosta persuni bi stimi li għandna f ’idejna juru li dawn waslu għand madwar 300,000 persuna. U dan meta wieħed jeskludi r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-Gvern kien għamel wara li kien elett, l-ewwel għall-industrija, imbagħad għan-negozji.

Tkompli f’paġna 11 >>

IL-PN TA’ DELIA JIRRIĊIKLA L-MANIFEST TA’ SIMON BUSUTTIL Il-proposti ewlenin li saru fid-dokument ta’ qabel ilbaġit tal-Partit Nazzjonalista huma riċiklati mill-manifest elettorali “Jien Nagħżel Malta” li fl-aħħar kampanja elettorali ħareġ bħala manifest elettorali li ma kienx imħejji tajjeb u li l-proposti tiegħu ma kinux stmati għal kemm jiswew. Saħansitra d-dokument ta’ qabel il-baġit jirreferi għall-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista għal Għawdex u jgħid li l-Gvern għandu jieħu l-proposti għal Għawdex li kien għamel Simon Busuttil. Fosthom kien hemm ilfamuża proposta tal-€10,000 biex wieħed imur joqgħod Għawdex li ħadd ma kien kapaċi jispjega. Dan id-dokument iġib il-firma tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia.

Biex għal darb’oħra Delia qed jagħmel tiegħu il-politika ta’ Simon Busuttil. Però, kif espost mill-Prim Ministru l-Ħadd li għadda, dan ir-rapport fih ukoll tagħrif ħażin u inkosistenzi. Fl-introduzzjoni tiegħu Mario De Marco jgħid li l-faqar qed jiżdied, għalkemm jammetti li l-istatistika turi li naqset il-problema tal-faqar. B’hekk De Marco qed jinsisti li jinjora l-istatistika. Fi kliemu eżatt jingħad hekk: “Over the past two years, we have highlighted the problem of increasing poverty which government initially refused to acknowledge. This problem is growing in magnitude even if statistics might point to the contrary.” Għal darb’oħra r-rapport ta’ qabel il-baġit tal-Partit Nazzjonalista jeħel ma’ qabel l-elezzjoni li għaddiet. Jgħidu

li l-Gvern żied it-taxxi, anke jekk dan hu l-Gvern li naqqas l-income tax kull sena tiegħu. Filwaqt li jkomplu jattakkaw l-impjiegi fis-settur pubbliku, anke jekk is-settur pubbliku naqqas l-impjiegati tiegħu meta wieħed jikkunsidra s-suq tax-xogħol. Iżda, iktar minn hekk l-Oppożizzjoni ma tgħidx min huma l-impegati ż-żejda. Forsi dawk il-mijiet impjegati fl-oqsma tas-saħħa u l-edukazzjoni? Għaliex hija hemm l-ikbar żieda tal-ħaddiema fis-settur pubbliku. Meta janalizzaw issuq tax-xogħol jgħidu li dan kiber sempliċiment minħabba l-barranin. Meta mhu minnu xejn. Grazzi għall-inizjattivi tal-Gvern, pajjiżna llum għandu rata ta’ parteċipazzjoni ta’ nisa fis-suq tax-xogħol li hija re-

kord. L-istess fis-settur tażżgħażagħ fejn ukoll inqabżet il-medja Ewropea. L-enfasi fuq il-barranin tinjora wkoll eluf ta’ persuni qiegħda jew fuq il-benefiċċji soċjali. Filfatt anke l-imsieħba soċjali jitkellmu differenti mill-Partit Nazzjonalista li jgħidu li qed iġibu iktar barranin għax ma jsibux biżżejjed Maltin. Filwaqt li f ’dan id-dokument jikkritikaw il-ħidma tal-Gvern f ’kull livell, jammettu li s-sitwazzjoni fl-Ewropea mhux tajba. “The medium-term outlook for the euro area as a whole remains dim,” jgħidu f ’paġna 10 tar-rapport. Għalkemm hawn tqum il-mistoqsija dwar kif la fil-kumplament tar-rapport jingħad li ma sar xejn tajjeb, x’wassal biex l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jtejbu l-pożizzjoni ta’

Malta u qalbu r-rating minn wieħed negattiv għal wieħed pożittiv. Ma jonqsux l-inkonsistenzi. F’paġni jgħidu li l-pagi żdiedu, għalkemm mhux biżżejjed, f ’oħrajn jgħidu li naqsu. F’paġna 14 kitbu li “ In 2014, while GDP grew at 8.8%, real wages on average - after discounting for inflation - increased by less than 1%. In that year, the economy grew at 8.8% yet thousands of employees saw their real wage actually shrink rather than grow.” Però f ’partijiet oħra jgħidu li dawn naqsu. Għalkemm anke hawn ma jirrikonoxxux li s-suċċess lokali kien ikbar minn ta’ pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea. Filfatt il-Kummissjoni Ewropea tgħid li f ’Malta ż-żieda Tkompli f ’paġna 11 >>


07

08.10.2017

kullhadd.com

Tnaqqis tat-taxxa tad-dħul minn 35% għal 25%. Gawdew 40,000 persuna.

Ceiling usa’ għat-taxxa tad-dħul. Gawdew 117,000 persuna.

In-Work Benefit. Gawdew 3,000 familja u 5,000 tifel u tifla.

Kemm ilu li kien elett il-Gvern ta’ Joseph Muscat it-taxxi naqsu kull sena. Fuq perjodu ta’ snin l-ogħla livelli tat-taxxi tad-dħul niżlu minn 35% għal 25%.

Twessgħu s-ceilings tat-taxxa tad-dħul b’mod li 117,000 persuna spiċċaw iħallsu inqas taxxa.

Minn din l-għotja, li saħansitra f ’każi minnhom tabeż l-€1,000 fis-sena gawdew eluf ta’ familji li għandhom dħul baxx.

Tapering tal-benefiċċji. Gawdew 2,400 persuna. Bit-tapering tal-benefiċċji gawdew eluf ta’ persuni li daħlu fid-dinja tax-xogħol u ma tilfux mill-ewwel il-benefiċċju soċjali li kienu jieħdu. Wara numru ta’ snin imbagħad il-benefiċċju nqata’ u l-istatistika turi li l-maġġoranza assoluta ta’ dawk il-persuni baqgħu f ’impjieg.

Skema fist time buyers. Gawdew 15,843 persuna. Din kienet skema importanti ferm fejn gawdew minnha eluf ta’ persuni li għadhom qed jibnu familja jew qed jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom biex jieħdu l-indipendenza tagħhom.

Il-Govt 62+ Bond. Gawdew 12,305 persuna. Minn dawn il-bonds li ħareġ il-Gvern bit-tama li l-anzjani jkunu jistgħu jdaħħlu interessi aħjar fuq flus li għandhom imfaddla. Fl-ewwel sejħa l-Gvern iddedika €70 miljun u mistenni joħroġ €30 miljun oħra fil-jiem li ġejjin.

Inġustizzji li ssolvew. Gawdew 6,000 persuna. Miżura li daħlet fis-seħħ fl-aħħar jiem gawdew minnha 6,000 persuna li ħadu ċekkijiet li jlaħħqu mijiet u f ’ċerti każi jaqbżu l-eluf ta’ ewro.

Tkompli minn paġna 10 fil-pagi qabżet dik tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 0.4%. Jekk iqabbel dan malaħħar amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, isib pożizzjoni ferm iktar b’saħħitha għal pajjiżna llum. Bejn l-2008 u l-2012 skont il-Kummissjoni Ewropea, il-paga reali bejn l-2008 u l-2012 żdiedet biss b’0.6%, l-istess bħalma kienet żdiedet f ’dak iż-żmien. F’partijiet oħra d-dokument mhuwiex aġġornat tant li baqa’ bil-figuri ta’ Ġunju u injoraw dawk li ħarġu f ’Settembru. Għal darb’oħra ma jgħidux il-verità dwar ilprezz tal-fuel. Id-dokument jgħid: “Both commercial and private consumers in Malta are paying higher prices for fuel than their European counterparts.” Iżda, il-Kummissjoni Ewropea tgħid li dan mhux veru. Ilprezz tad-diesel f ’Malta hu ta’ €1.18 kull litru u fl-Unjoni Ewropea €1.21. Il-prezz tal-petrol f ’Malta hu €1.31 u fl-Unjoni Ewropea €1.35.

Ir-reviżjoni tal-Means Test. Gawdew 1,000 persuna. Saret reviżjoni tal-mezzi li permezz tagħha nħoloq threshold wieħed għall-assistenzi mhux kontributorji kollha, inkluż tal-kartuna r-roża. B’dan it-tibdil ibbenefikaw mijiet ta’ persuni partikolarment anzjani u pensjonanti li issa qed jikkwalifikaw għall-Karta r-Roża li tagħtihom dritt għall-mediċini b’xejn.

Għotja lill-anzjani li jgħixu f’darhom. Gawdew 29,000 persuna. Anzjani li jgħixu f ’darhom jieħdu għotja ta’ madwar €300 kull wieħed. Fi żmien dan il-Gvern dan is-sussidju twessa’ b’mod li minnhom gawdew iktar persuni.

Tisħiħ tal-allowance supplimentari. Gawdew 27,000 benefiċjarj. Din hi riforma importanti li saret fl-Għajnuna Supplimentari li titħallas lill-ħaddiema miżżewġin bi dħul baxx, inkluż bil-Paga Minima, imma li m’għandhomx tfal taħt is-16-il sena u ma jiħdux Children’s Allowance. B’din ir-riforma żdied is-ceiling preżenti tal-Għajnuna Supplimentari għall-miżżewġin minn €11,089 għal €13,000. Iżda mhux se jkunu biss il-miżżewġin li se jgawdu minn dan it-tibdil. Persuni single li jgħixu għal rashom, jaħdmu, u għandhom dħul nett ta’ anqas minn €9,012, kif ukoll persuni single oħra, li jaħdmu u għandhom il-Paga Minima u m’għandhomx dħul nett li jaqbeż €9,012, ibbenefikaw minn żieda ta’ €126.36 fis-sena.

Żieda fil-pensjoni minima. Gawdew 12,000 persuna. Dan kien l-ewwel gvern li żied il-pensjonijiet wara ħafna snin. Miż-żieda fil-pensjoni minima wkoll gawdew eluf ta’ persuni li wara snin jieħdu żieda tal-għoli tal-ħajja llum ħadu wkoll żieda diretta fuq il-pensjoni. L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-pensjonijiet. Gawdew 22,000 persuna Minbarra li żdiedu l-pensjonijiet, il-Gvern eżenta mit-taxxa fuq il-pensjoni minima. Għotja lill-pensjonanti. Gawdew 12,500 persuna. Minn pensjonanti li ma kellhomx biżżejjed bolol imħallsa bdew jingħataw għotja bħala parti minn skema skont il-każ. Minn dawn l-għotjiet li laħqu l-mijiet ta’ ewro wkoll gawdew eluf ta’ persuni. Miżuri b’rabta mal-pensjoni tas-servizz. Gawdew 22,000 persuna Komplew ikunu indirizzati anomaliji b’rabta mal-pensjoni tas-servizz. Tisħiħ fis-sussidju tal-kera. Gawdew 4,000 benefiċjarju. Il-Gvern hu konxju tal-isfidi fis-settur tal-kera anke sforz is-suċċess fis-settur tal-proprjetà u t-tkabbir ekonomiku. Quddiem prezzijiet talkera li żdiedu il-Gvern żied is-sussidju b’mod sostanzjali.


08

08.10.2017

kullhadd.com

JGĦIDU LI ŻIEDU T-TESSERATI, IMMA NAQAS ID-DĦUL Il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li żied it-tesserati. Però l-analiżi tal-gazzetta KullĦadd turi li l-Partit Nazzjonalista naqqas iddħul mit-tesserament. Fi statistika li l-Partit Nazzjonalista ta lil The Malta Independent iktar kmieni din il-ġimgħa ntqal li żdiedu t-tesserati meta wieħed iqabbel l-2016 mal-2015. Iżda, iċ-ċifri dwar dħul li kellu l-Partit Nazzjonalista u li ngħataw lill-Kummissjoni Elettorali juru mod ieħor. Il-Partit Nazzjonalista qal li fl-2015 kellu 16,276 tesserat imħallas u fl-2015 u fl-2016 dawn telgħu għal 19,195. B’żieda ta’ 2,919–il tesserat wieħed kien jistenna li jkun hemm żieda sostanzjali mid-dħul tat-tesserati. Iżda mhux hekk irriżulta mill-kontijiet li l-Partit Nazzjonalista ressaq mal-Kummissjoni Elettorali iktar kmieni din is-sena. Filwaqt li għall-2016 il-Partit Nazzjonalista qal li daħħal €76,000 minn tesseri, din is-sena qal li daħħal €65,000. Tnaqqis ta’ €11,000. Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista qalulna li dan hu sinjal ieħor tat-tbażwir fil-Partit Nazzjonalista, jekk mhux qerq. Imkejjen tagħna bi tbissima qalu li dan ma setax iseħħ “sakemm ma kienx hemm discount ta’ iktar minn 25% li ħadd ma jaf bih.” It-tesserament tal-Partit Nazzjonalista kienet kwistjoni taħraq anke qabel l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. L-ewwel kwistjoni kienet minħabba numri li ma qablux, imbagħad minħabba tesserati li ma setgħux jifhmu kif kienu mċaħħda d-dritt għallvot u eventwalment minħabba persuni fil-mażunerija li suppost tneħħew mil-lista tat-tesserati u ma tneħħewx biex saħansitra vvutaw xorta waħda fil-Kunsill Ġenerali. F’dan it-taqbid kollu spiċċaw iwaħħlu f ’xulxin is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake u l-Assistent Segretarju Ġenerali Jean Pierre Debono li waħda mir-responsabbiltajiet tiegħu fl-impjieg kienet li jżomm b’mod aġġornat u tajjeb il-lista ta’ tesserament.


09

08.10.2017

kullhadd.com

IL-MIDJA SOĊJALI BI PRESSJONI GĦAL IKTAR PLASTIC SURGERIES Kitba ta’ CLAIRE AZZOPARDI Il-midja soċjali qed tkun ta’ pressjoni fuq numru sinifikanti ta’ persuni li jiddeċiedu li jagħmlu plastic surgery. Iżda l-plastic surgeries kożmetiċi mhumiex l-unika għażla. Hemm ukoll dik li tissejjaħ plastic surgery medika, jiġifieri li persuna tagħmel din it-tip ta’ operazzjoni minħabba raġunijiet mediċi, li minkejja li l-plastic surgery kożmetika żiedet fil-popolarità, il-maġġoranza tal-operazzjonijiet li jsiru qed ikunu mediċi. Dan qalu t-Theatre Manager taċ-ċentru PERSONA, John Cauchi, li spjega mal-gazzetta KullĦadd kif il-midja soċjali qed twassal biex aktar persuni jkunu konxji dwar l-apparenza tagħhom u għalhekk jiddeċiedu li jagħmlu operazzjoni kożmetika biex jibdlu jew jirranġaw dak li mhux jogħġobhom. Tal-istess fehma huwa rapport li sar minn Nuffield Council, rapport li identifika numru ta’ fatturi li qed iwasslu numru ta’ persuni biex aktar minn qatt qabel jiffokaw fuq id-dehra tagħhom. Ir-rapport jaqbel ma’ dak li qal Cauchi, li aktar kemm il-midja soċjali qed issir popolari, fejn wieħed għandu ċ-ċans jesprimi jekk ir-ritratt jogħġbux jew le u fejn il-kultura taċ-ċelebritajiet qed issir aktar popolari, aktar qed tiżdied l-ansjetà fost l-individwi dwar l-apparenza tagħhom. L-istudju jgħid li l-persuni li jużaw b’mod regolari l-midja soċjali qed jippruvaw jikkompetu ma’ ritratti ta’ persuni li jkunu editjati u ma’ stil ta’ ħajja li fuq ir-ritratti u l-filmati tidher perfetta. Il-Professur Jeanette Edwards mill-Università ta’ Manchester, li mexxiet l-istħarriġ tal-kunsill dwar kwistjonijiet etiċi li jwasslu persuna tagħmel plastic surgery kożmetika, qalet li l-ev-

idenza turi kif anke l-logħob li jilagħbu t-tfal fuq il-kompjuter qed iwasslu biex aktar persuni jagħmlu din it-tip ta’ operazzjoni. “Konna xxokkjati b’uħud mill-evidenza li rajna, fosthom applikazzjonijiet tal-mobile msejħa bħala make-over apps u cosmetic surgery apps li huma mmirati għal tfal li saħansitra għad għandhom disa’ snin.” Bir-rapport żied jgħid li anke r-reklami li qed jidhru ta’ kuljum fuq il-midja soċjali, bħal Facebook, Instagram u Snapchat qed ipenġu u jgħaddu messaġġi diskriminatorji dwar kif persuna għandha tidher, “speċjalment kif nisa u bniet

għandhom jidhru.” Iżda din hija biss naħa waħda tal-munita, hekk kif studju ieħor li sar minn BAAPS, Assoċjazzjoni Brittanika ta’ kirurgi li jagħmlu plastic surgeries kożmetiċi juri li fattur ieħor li jwassal biex aktar persuni jagħmlu dawn it-tip ta’ interventi huwa ekonomija b’saħħitha. Dan hekk kif aktar persuni jkollhom aktar flus fil-but. John Cauchi spjegalna li l-prezz ta’ dawn l-operazzjonijiet ivarja skont it-tip ta’ operazzjoni. “Il-prezz jista’ jvarja bejn €1,300 u €4,000, jiddependi x’tip ta’ operazzjoni ssir.” Bil-mistoqsija tqum waħedha, liema hi l-iżjed plastic surgery popolari f ’pajjiżna? Cauchi qalilna li l-aktar popolari huwa operazzjonijiet marbuta mas-sider, fost oħrajn breast augmentations jew

breast list magħrufa bħala Mastopexy. Iżda jekk wieħed jaħseb li kull persuna tista’ tagħmel plastic surgery, sejjer żball. Dan hekk kif, John Cauchi spjegalna li hemm numru ta’ raġunijiet li jistgħu jwasslu lill-kirurgu biex ma jagħmilx l-operazzjoni. “Ħafna drabi r-raġunijiet huma marbutin ma’ saħħa. Wieħed irid iżomm f ’moħħu li intervent kożmetiku huwa għażla, mhux bħal meta wieħed qed jagħmel operazzjoni għal raġunijiet mediċi. Aħna nżommu s-saħħa tal-klijent bħala prijorità. Dejjem tingħata l-importanza neċċessarja.” Hemm ukoll il-kwistjoni taletà. Adulti li għandhom 18-il sena jew iżjed jistgħu jiffirmaw il-formola tal-kunsens huma, iżda f ’okkażjonijiet deskritti bħala rari minn John Cauchi, interventi kożmetiċi li jsiru minn klijenti li għandhom inqas minn

18-il sena, ikollhom bżonn firma ta’ kunsens mill-ġenituri. Iżda għal dawk li l-operazzjoni jistgħu jagħmluha, il-lista ta’ stennija hija bejn xahrejn u tliet xhur. “L-interventi kożmetiċi qatt ma huma urġenti jiġifieri l-klijenti jridu jifhmu li se jkun hemm perjodu ta’ stennija. Il-maġġoranza tal-klijenti jifhmu, iżda mbagħad hemm dak il-persentaġġ li ma jifhmux. Iżżmien ta’ stennija jiddependi wkoll mit-tip ta’ operazzjoni.” Il-lista ta’ stennija se tkun qed tiżdied fil-futur? Minnaħa tiegħu, it-theatre Manager taċ-ċentru PERSONA, qal li fl-opinjoni tiegħu l-plastic surgeries kożmetiċi se jibqgħu kostanti bil-possibbiltà li jiżdiedu wkoll. Iżda kif jgħid il-Malti, il-futur ħadd ma rah u għalhekk għad irridu naraw jekk il-plastic surgery kożmetika hix se ssir ritwal tal-ġenerazzjoni li ġejja.


10

08.10.2017

kullhadd.com

IKTAR SKEJJEL BIS-SUĠĠET TAL-ETIKA • TKOMPLI TIKBER ID-DOMANDA

Kitba ta’ Is-suġġett tal-Etika idRACHEL POWELL daħħal fl-2014 bħala alternattiv għas-suġġett Is-suġġett tal-Etika nfirex tar-Reliġjon skont ir-rakkofi tmien skejjel oħra minn mandazzjoni tad-dokument din is-sena skolastika biex Qafas ta’ Kurrikulu Nazb’hekk miexi l-pjan li sa ftit zjonali li kien ippubblikat snin oħra jkun offrut f ’kull fl-2012. skola u sena fl-iskejjel pri- Dan is-suġġett jikkonċerna marji u sekondarji tal-Istat. l-edukazzjoni morali jiġifieri Dan anke għaliex is-suġġett li jwassal sabiex l-istudental-Etika se jkun offrut bħa- ti jgħarrfu l-kultura morali la suġġett tas-SEC O Level tas-soċjetà li fiha ngħixu, minn Mejju 2018. jgħallimhom jirriflettu fuq L-iskejjel ntgħażlu wara suġġetti morali, jifhmu, jitanaliżi ta’ fejn tinstab l-ak- tolleraw u jagħmlu għażliet bar neċessità, filwaqt li ġiet f ’sitwazzjonijiet li għad irikkunsidrata d-disponibil- ridu jaffaċċjaw ’il quddiem ità ta’ għalliema mħarrġa bħala adulti. fis-suġġett. Matul is-snin li fihom ġie introdott is-suġġett tal-Etika, it-talba għalih żdiedet u din tista’ titqies bħala indikazzjoni li qiegħed jintlaqa’ tajjeb ħafna mill-komunitajiet tal-iskejjel. Hekk kif s-suġġett beda jiġi introdott f ’iktar skejjel, in-numru ta’ studenti li qegħdin jagħżluh qiegħed kulma jmur jiżdied. Numru konsiderevoli ta’ ġenituri jixtiequ li uliedhom jistudjaw kemm ir-Reliġjon kif ukoll l-Etika, però l-iskeda tal-lezzjonijiet fl-iskejjel ma tagħtix spazju sabiex dan issir. Żdiedu wkoll t-tfal ġejjin minn familji barranin li ma jħaddnux ir-reliġjon Kattolika. Kull sena jiġu mħarrġa madwar 30 għalliem millFakultà tal-Edukazzjoni. Wara dan il-kors ta’ sena jkunu kwalifikati sabiex jgħallmu s-suġġett.

Fejn se jkun mgħallem iktar Kulleġġ Maria Reġina Primarja Naxxar u Għargħur Kulleġġ Santa Klara Primarja San Ġwann Kulleġġ Santa Tereża Primarja Sta Venera u Skola B’Kara Medja Kulleġġ San Tumas More Primarja Wied il-Għajn National Sports School Kulleġġ San Injazju, Skola Ħandaq Medja


11

08.10.2017

kullhadd.com

L-MGRM JGĦID LI L-MOZZJONI TA’ DELIA FALZA Il-Malta Gay Rights Movement qal li l-mozzjoni dwar il-leave għall-persuni li jieħdu t-trattament tal-IVF imressqa mill-Partit Nazzjonalista mhix meħtieġa. “Dan għax hija bbażata fuq premessa falza u hija diskriminatorja fl-intenzjoni tagħha,” qal il-moviment fl-istqarrija tiegħu. Minflok, il-Malta LGBTIQ Rights Movement qal li jilqa’ l-miżuri stabbiliti f ’A.L.156 li jagħtu 100 siegħa ta’ leave lil kwalunkwe koppja f ’relazzjoni stabbli li jaċċessaw trattament tal-IVF kemm f ’Malta kif ukoll barra mill-pajjiż. Jilqa’ wkoll il-fatt li d-definizzjoni ta’ ġenitur prospettiv tieħu konjizzjoni tad-diversi forom ta’ rikonoxximent legali li ġew introdotti matul is- l-ugwaljanza fiż-żwieġ, l-un- Anke Nisa Laburisti kienu snin li għaddew biex tinkludi joni ċivili u l-koabitazzjoni. kritiċi ta’ din il-mozzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Fi stqarrija l-President tal-Għaqda Nisa Laburisti, Claudette Abela Baldacchino,

REKORD TA’ INGLIŻI LI RIEDU JSIRU MALTIN

Bi Brexit wara l-bieb baqgħu jiżdiedu l-Ingliżi li applikaw ukoll għaċ-ċittadinanza Maltija u din is-sena jidher li se tkun rekord tant li sa Lulju kien hemm 419-il persuna ta’ nazzjonalità Ingliża li applikaw għaċ-ċittadinanza Maltija. Is-sena li għaddiet kien hemm 392 talba. Differenza sostanzjali meta wieħed iqabbilhom mal-198 talba tal-2015 u l-152 talba tal-2014. Is-sena ta’ qabel kien hemm 203 talbiet. Għalkemm meta wieħed japplika ma jintalabx raġuni speċifika għaliex qed ifittex ukoll ċittadinanza Maltija ladarba jikkwalifika għaliha, huwa ċar li ż-żieda sostanzjali kienet wara r-referendum Brexit.

13-IL BULGARU NŻAMMU ARRESTATI 13-il persuna ta’ nazzjonalità Bulgara qed jinżammu taħt arrest wara li fil-qorti wieġbu mhux ħatja, iżda ma talbux għall-ħelsien mill-arrest. Huma tressqu akkużati bi kriminalità organizzata li kienet qed twassal għall-każi ta’ pick-pocketing. Il-Ħamis wara nofsinhar ġew arrestati ħamest irġiel u tmien nisa li l-età tagħhom tvarja bejn il-21 u t-33 sena u ġie stabbilit li wħud minnhom huma koppji. L-arrest, irrapportat b’mod esklussiv fuq ONE NEWS iktar kmieni din il-ġimgħa sar f ’vann tal-kiri li kien ser iwassalhom minn lukanda f ’Tas-Sliema għall-Ajruport.

L-arrest seħħ wara jiem t’osservazzjoni mill-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, li mbagħad ġew megħjuna mill-Pulizija tad-distrett ta’ Tas-Sliema u r-Rapid Intervention Unit. Flimkien ma’ dawn il-persuni, kien hemm ukoll erbat itfal li l-età tagħhom tvarja bejn it-tlieta u s-sitt snin. L-avukati Charlon Gouder u Shazoo Ghaznavi qed jidhru għall-akkużati filwaqt li l-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-ispettur Jonathan Ransley. Il-każ qed jinstema’ mill-Maġistrat Clare Stafrace Zammit.

iddeskrivieta bħala mozzjoni “xokkanti” u appellat lill-Partit Nazzjonalista biex jirtiraha u jifhem li f ’Ġunju li għadda l-poplu vvota għall-bidla. Fil-fatt, l-MGRM qed

tħeġġeġ ukol lill-Gvern biex jieħu l-passi meħtieġa biex jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni biex iġibuh konformi mad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru. Fi kliem l-MGRM dawn ir-reviżjonijiet jinkludu d-dekriminalizzazzjoni tad-donazzjoni tal-gamete li tipprevjeni lil xi koppji kif ukoll individwi milli jaċċessaw il-kura talIVF u l-possibbiltà ta’ krijopreservazzjoni ovoċitika u tal-isperma (iffriżar tal-bajd u l-isperma) li hija importanti f ’firxa wiesgħa ta’ ċirkostanzi inkluż persuni trans u intersess li għaddejjin minn kirurġiji ta’ affermazzjoni tal-ġeneru, pazjenti tal-kanċer u dawk li għal xi raġuni għażlu li jkollhom l-ulied aktar tard fil-ħajja.



13

08.10.2017

kullhadd.com

IL-PAZJENTI F’DAR BJORN MHUX SE JINTALBU ĦLAS • APPELL GĦALL-VOLONTIERA

Kitba ta’ penn. “Din kienet ovvjament RAMONA PORTELLI ħolma li saret realtà għaliex il-manutenzjoni hija uġigħ ta’ Il-pazjenti tal-ALS li fil- ras kbira,” stqarr Bjorn. ġimgħat li ġejjin se jibdew Fost il-volontiera li qed tfittex jieħdu s-servizzi tagħhom ALS Malta hemm dawk biex minn Dar Bjorn se jagħmlu jaħdmu bħala nurses u carers dan mingħajr ma jintalbu ħlas ġewwa din id-dar. “Qed nistieu għalhekk Bjorn Formosa, den lil kulħadd biex ikun parfundatur ta’ ALS Malta, qed ti minn din il-ħolma u jagħti jappella wkoll għall-volon- l-għajnuna tiegħu permezz ta’ tiera. Dan biex jingħaqdu mas- volontarjat ġewwa Dar Bjorn,” servizzi li se jkun qed jipprovdi qalilna Bjorn li se jagħlaq 31 sena proprju fil-21 ta’ Ottubru l-Gvern. Se jkun fil-jiem li ġejjin, pro- li ġej. Fil-fatt din se tkun l-ikbar prju fl-20 ta’ Ottubru li ġej, li se tinfetaħ Dar Bjorn ġewwa festa għal Bjorn li għal għeluq Ħal Qormi mill-Prim Ministru sninu qed jistieden lill-poplu Malti kollu. Xi ħaġa li ma kienx ta’ Malta. Dan sitt xhur wara li nġab- joħlom li jagħmilha sa ftit snin ru l-fondi mill-poplu Malti fi ilu. Għax għalkemm illum sirna programm imtella’ apposta fuq l-istazzjon nazzjonali. Id-dar narawh jidher fuq diversi mezser tkun qed tilqa’ numru ta’ zi tax-xandir, Bjorn Formosa pazjenti bl-ALS, MS u mard jiddeskrivi lilu nnifsu bħala newroloġiku ieħor u se tkun bniedem riservat. ukoll attrezzata bl-aħħar te- Iżda, bilfors kellu jikkomuniknoloġija biex tkun aċċessib- ka mal-poplu frott id-determibli u kkontrollata permezz nazzjoni u kultant ir-ras iebsa li għandu biex jasal fejn irid. tal-moviment tal-għajnejn. “ALS Malta mhux ser titlob Fil-fatt jaħdem ħafna sigħat l-ebda pagament lill-pazjen- biex jilħaq l-għanijiet tiegħu u ti hekk kif dejjem għamlet ma jaqtax qalbu. Jispikka għallfil-provista ta’ kull tip ta’ għa- mod kif jagħmel l-aħjar użu jnuna u servizzi li l-pazjen- mir-riżorsi li jkollu. Għal Bjorn, dawn l-aħħar ti kellhom bżonn,” iddikjara Bjorn li huwa sodisfatt li qed sentejn fissru biss ħidma biex jgħin lil min bħalu għandu jara ħolma ssir realtà. Tajjeb li ngħidu wkoll li ż-żam- l-marda tal-ALS. “Kienu muma tad-dar ser tkun qed isseħħ menti drammatiċi fejn ma permezz tal-appoġġ tal-gvern ridtx nemmen dak li kien qed ċentrali wara li waqt il-pro- jiġri. Illum il-ġurnata nħossni gramm Xarabank kien interv- trankwill ħafna u nara din jena l-Prim Ministru, Joseph is-sitwazzjoni sfortunata bħaMuscat u għamel dan l-im- la opportunità li ġegħlitni nif-

hem x’inhu s-sens tal-ħajja u nipprova nagħmel minn kollox biex inkun ta’ għajnuna għal min għandu bżonn fis-soċjetà,” sostna Bjorn. ALS tfisser Amyotrophic Lateral Sclerosis. Din il-marda twassal għall-mewt tal-motor neurons li eventwalment twassal għal dgħufija fil-muskoli u paraliżi totali. Kif qalli Bjorn stess, tama hemm dejjem u fil-fatt ftit xhur ilu wara ħafna żmien instab trattament li jista’ jtawwal ftit il-ħajja ta’ dawk li jkunu qed isofru mill-kundizzjoni. “Nemmen li fi żmien 10 jew 20 sena oħra nkunu sibna xi tip ta’ rimedju effettiv għal

din il-marda. Biex nilħqu dan, irridu nkomplu naħdmu bla waqfien,” sostna Bjorn. Proprju l-għada li ser tinfetaħ l-ewwel darba Dar Bjorn f ’Ħal Qormi se ssir open day. Se tkun il-21 ta’ Ottubru meta Ħal Qormi mistenni jiġbed lejh bosta persuni minħabba Lejl f ’Casal Fornaro. Fil-ftuħ, ftit sigħat qabel, ser ikun hemm il-parteċipazzjoni ta’ wħud mill-aqwa artisti Maltin, fosthom Brooke, Tribali, Christabelle, William Mangion u Ozzy Lino. Iċ-ċerimonja tal-ftuħ li se ssir quddiem id-dar se tibda fit-8.30pm. Dawk li ma jistgħux jattendu

iżda lesti joffru donazzjonijiet jistgħu dejjem jagħmlu dan permezz ta’ sms fuq 5061 8170 għal €4.66. L-istess linji tat-telefown u SMS jibqgħu miftuħin dejjem tul is-sena sħiħa. Fl-aħħar nett Bjorn ħalla messaġġ għall-qarrejja kollha ta’ din il-gazzetta. “Kien perkors li għall-ewwel seta’ jidher diffiċli u impenjattiv, però bl-għajnuna u s-sapport tagħkom irnexxielna nagħmlu affarijiet kbar. Nirringrazzjakom bil-quddiem tas-sapport li ser tkomplu ttuna biex inkomplu nittrasformaw il-ħolm f ’realtà!” temm jgħid.


14

08.10.2017

kullhadd.com

IL-QASSIS KANTANT U B’ŻEWĠ Qassis uniku li jferraħ lin-nies bil-kanzunetti tiegħu li jitkellmu fuq il-ħajja u b’mod partikolari fuq is-saċerdozju u l-imħabba lejn Alla. Iqis ruħu bħala segwaċi ta’ Kristu, qassis u anke mużiċist. Dan mhuwa ħadd ħlief Fr Robert Galea, illi huwa qassis li jservi fid-Djoċeżi ta’ Sandhurst fil-Belt ta’ Victoria fl-Awstralja. Fr Robert iddeċieda li jħalli lil Malta u jiċċaqlaq għal dan il-kontinent tant kbir sabiex ikompli t-triq tiegħu tas-saċerdozju. Dan il-qassis huwa kantant stabbilit filwaqt illi jikteb il-mużika, u għandu diversi persuni illi jammiraw il-kwalitajiet u t-talenti sbieħ li għandu. Barra li ħareġ diversi CDs u anke diski Fr Rob, kif ħafna jsejħulu, kiteb diversi kanzunetti b’messaġġ qawwi ta’ tolleranza u mħabba. Ħa sehem f ’diversi kampanji u konferenzi internazzjonali fejn bid-diski tiegħu ferraħ mhux ftit lil nies li ġarrbu ħafna mrar f ’ħajjithom. Dan il-qassis deher f ’diversi gazzetti u rivisti prominenti fl-Awstralja, kif ukoll ipparteċipa fil-programm prestiġġjuż Awstraljan bl-isem ta’ The Project fuq Channel 10. Kellu l-unur li jkun kontestant fl-edizzjoni tas-sena 2015 tal-programm X Factor tant li mar tajjeb ħafna fil-prova meta kiseb erba’ voti pożittivi. Huwa rrekordja u ħadem ma’ diversi artisti u kantanti ċelebri bħal Guy Sebastian, Paulini, Gary Pinto, Natasha Pinto u Amelia Farrugia kif ukoll kien fuq il-palk ma’ Matt Maher, Hillsong United u Darlene Zschech. Wara li kien magħżul biex ikanta d-diska uffiċjali tal-World Youth Day 2016 bl-isem ta’ Blessed are the Merciful u l-verżjoni internazzjonali ta’ World Youth Day 2008, Receive The Power, Fr Rob daħal ma’ grupp ta’ mużiċisti illi daqqew u kantaw quddiem folla ta’ madwar 500,000 ruħ fil-belt kapitali Awstraljana Sydney. Dan il-qassis għandu mod ferm ħelu kif jirrakkonta l-vanġelu filwaqt illi jitkellem b’ċertu kariżma, juża l-kant sabiex iwassal dan il-messaġġ b’mod effettiv. Dan jagħmlu fl-iskejjel, waqt konferenzi u fi knejjes madwar l-Awstralja kollha u anke barra mill-kontinent. Bħalissa flimkien mat-tim evanġeliku tiegħu qed jispjegaw il-vanġelu lil madwar 200,000 żagħżugħ u jispikka l-għarfien illi l-mużika hija pont bejn il-bniedem u Alla. Skont hu, il-mużika hija mezz kif tfaħħar lil Alla b’mod fantastiku. Fis-sena 2008, Fr Robert flimkien mal-mibki Isqof Joe Grech nedew grupp ġdid bl-isem ta’ Stronger Youth Program fejn il-membri kollha jiltaqgħu f ’laqgħat, irtiri u anke workshops. Bil-mod il-mod dan il-grupp kiber u llum sar wieħed mill-ikbar movimenti Kattoliċi fl-Awstralja. Fuq kollox tispikka l-personalità ta’ dan il-qassis żagħżugħ illi permezz tal-mużika jagħti l-ogħla ġieħ lil Alla.

Kif tiddeskrivi t-tfulija tiegħek? Nista’ ngħid illi kelli trobbija ferm sabiħa mingħand ommi u missieri. Meta tfarfart ftit imbagħad bħal kull żagħżugħ kont xi ftit ribelluż ukoll. Fil-fatt irnexxieli nikteb ktieb ukoll fuq żgħożiti u dan ser joħroġ f ’Novembru li ġej. Kif bdiet il-vokazzjoni tiegħek ta’ qassis? Fil-verità qatt ma ridt insir qassis u kont nirraġuna hekk sa meta kelli dawk l-20 sena. Imbagħad waqt illi kont qed nagħmel it-tours tiegħi mużikali, iltqajt ma’ qassis Taljan li jismu Padre Giovanni Saccà. Meta sirt nafu sew u rajt il-kariżma li għandu bħal qisni ġejt imnebbaħ minn Alla li jien nista’ nsir bħalu. Fil-fatt f ’qalbi għedt li mank inkun bħal dan il-qassis daqskemm kien maħbub fil-lokalità fejn kien. B’hekk bdiet din il-vokazzjoni ferm sabiħa u nirringrazzja ’l Alla li laqqagħni ma’ Padre Giovanni għax xejn ma jiddispjaċini għal dak li jien illum. U kif tiddeskrivi l-ewwel passi tiegħek fil-mużika? Bdejt inkanta l-mużika meta kelli 17-il sena u s-sabiħ ta’ dan kollu kien illi minn ribelljoni ta’ bniedem żagħżugħ qlibt għall-konverżjoni lejn Ġesù u bdejt din ir-relazzjoni miegħu sa ma wasslitni biex insir qassis. F’dan iż-żmien bdejt indoqq il-mużika maċ-ċentru tażżgħażagħ u minn hemm qatt ma ħarist lura. Bdejt nikteb il-mużika tiegħi stess u kelli x-xorti nagħmel dik li bl-Ingliż insejħulha record deal wara li ktibt kanzunetta għal ħabib

kbir tiegħi Daniel illi miet ftit tal-ġranet qabel. Dan kollu ġara meta jien kont fl-ewwel sena tiegħi fis-Seminarju u hemmhekk fejn dan il-ftehim kien sar ma’ aġenzija tal-mużika bbażata fir-Renju Unit. Wara ffirmajt ukoll kuntratt ta’ sena mal-kumpanija prestiġġjuża SONY u wara ftit ma’ GIA fl-Istati Uniti. Dawn l-opportunitajiet għenuni sabiex inkompli niżviluppa t-talenti mużikali tiegħi. Kif tara l-ħajja tiegħek 10 snin oħra? Nimmaġina li ser inkompli nagħti s-sehem tiegħi sabiex nara l-Knisja tkompli tikber u nxerrdu iktar il-kelma talMulej fost iż-żgħażagħ. Bħalissa qed nagħmel dan permezz taċ-ċentru taż-żgħażagħ imma ninsab ċert illi jien nista’ nagħmel aktar sabiex inżid dejjem aktar il-merħla ta’ Ġesù. Fl-opinjoni tiegħek kif jista’ jkollok il-ferħ veru? Naħseb illi l-ferħ veru huwa meta aħna bħala bnedmin ma nkunux egoisti u nbaxxu rasna għar-rieda tal-Mulej. Jekk nagħmlu dan kollu nistgħu ngħixu l-vera kuntentizza. Illum il-ġurnata mdawrin b’ħafna egoiżmu madwarna u s-soċjetà saret aktar egoċentrika. Liema hi l-ikbar biża’ tiegħek? L-ikbar biża’ tiegħi tkun illi nsegwi x-xewqat tiegħi aktar minn dawk t’Alla. Meta bniedem ipoġġi dan kollu fl-ewwel post ikun ser jaqbad it-triq tad-dnub u huwa għalhekk illi trid tara xi jrid minnek il-Mulej. Jien irrid inkun il-qaddej tiegħu u rrid nobdiH għal dak li huwa jitlobni biex nagħmel.

X’inhi l-iktar ħaġa li tfittex mill-ħbieb kollha li għandek? Infittex ħafna l-konsistenza tal-ħbieb u li jkunu hemm għalik mhux fit-tajjeb biss iżda anke f ’mumenti diffiċli. Għalkemm jien nivvjaġġa ħafna mhux dejjem ikun faċli għalija illi jkolli ħafna ħbieb. Madankollu n-nies li naf dejjem ikunu hemm għalija anke meta jien inkun ’il bogħod f ’postijiet oħra. Anke meta hemm ċertu distanza, il-ħbieb ikunu hemm u jiftakru fik anke b’sempliċiment messaġġ biex jaraw kif int. Dan kollu jagħtini ħafna ferħ għax wara kollox dan hu l-valur tal-ħbiberija. Kif jirnexxilek tgħix ħajtek mingħajr mara? Xtaqtek ukoll tagħtini l-kummenti tiegħek fuq iċ-ċelibat. Jien nara ċ-ċelibat bħala don minn Alla u xi ħaġa li trid taħdem ħafna għaliha. Jien bħala persuna għandi ħafna ħbieb u dawn jgħinuk ħafna fil-mixja tal-ħajja tiegħek. Barra minn hekk jien nagħmel ħafna meditazzjoni u talb. Moħħi jaf illi jien irrid nibqa’ nżomm dan il-valur taċ-ċelibat u għalhekk nuża ħafna l-enerġija pożittiva tiegħi sabiex inżomm ruħi b’saħħti. Fl-opinjoni tiegħi ma nara l-ebda differenza bejn iż-żwieġ u s-saċerdozju għax it-tnejn li huma sagramenti. Meta int miżżewweġ ma jfissirx illi jrid ikollok is-sess meta u xħin trid u għalhekk hemm ċertu livell ta’ kontroll ukoll. U għalhekk iċ-ċelibat mhuwa xejn differenti minn dan. Kif tixtieq illi int tmut? Nixtieqni mmut billi nżomm mikrofonu b’idejja u nkun qed


15

08.10.2017

kullhadd.com

TATTOOS

Hija xi ħaġa stramba din li ser ngħid imma lanqas għandi idea kif tiżfen sew. Min jaf forsi xi darba nitgħallem dan kollu!

erred il-kelma t-tajba fost iż-żgħażagħ u nemmen illi jekk ma niħux ħsieb il-fiżiku tiegħi bħal qisni qed nidneb.

X’inhi l-iktar ħaġa li bniedem ma jistax jgħaddi mingħajrha?

Għaliex taħseb illi l-Knisja mhijiex tappella biżżejjed għas-soċjetà tal-lum?

Naħseb illi l-bniedem ma jistax jgħaddi mingħajr imħabba. Persuna hi maħluqa biex tħobb u li jħobbuha lura. Apparti minn hekk l-element tat-tama huwa importanti. Minkejja dak kollu li tista’ tgħaddi minnu, forsi mumenti diffiċli jew inkella partikolari, l-element ta’ speranza jibqa’ hemm għax kif jgħidu t-tama hija l-aħħar li tmut. Jien bħala persuna naħdem ma’ ħafna nies illi għandhom dipressjoni u dan il-fattur jista’ jaggrava li kieku ma jkunx hemm nies li jħobbuhom.

Fil-verità ngħidlek illi l-ebda istituzzjoni mhi tappella għażżgħażagħ tal-lum għax kif għedtlek aktar qabel, is-soċjetà qiegħda tgħix fid-dinja virtwali u individwalista tagħha. Qegħdin jieħdu pjaċir waħedhom fid-dinja individwali tagħhom. Minkejja dan kollu s-soċjetà tal-lum mhix qed tkun ferħana u tfittex kemm tfittex qatt mhi kuntenta. Sfortunatament fil-pajjiż fejn ngħix jien għandna l-akbar rata ta’ suwiċidju fid-dinja. Kemm hi ħaġa kerha li bniedem jikber u jiżviluppa waħdu mingħajr il-ħbieb, l-għajnuna u l-komunikazzjoni tal-komunità bla ma jista’ jiftaħ qalbu ma’ xi ħadd. Qisu llum il-ġurnata l-familja u l-komunità m’għadhomx iktar relevanti għaż-żgħażagħ. Aħna bħala Knisja rridu mmorru wara dawn in-nies, nippruvaw nilħquhom u ngħinuhom sabiex isibu l-ferħ tagħhom fil-komunità.

Fejn tixtieq illi tgħix? Jien qed ngħix fl-isbaħ post tad-dinja. Ninsab ferħan illi ngħix l-Awstralja u kuntent ħafna fil-parroċċa li nservi fiha. Ma nimmaġinanix ngħix xi mkien ieħor. Madankollu xi darba nixtieq niġi ngħix Malta li hu pajjiż ieħor ferm għal qalbi. X’inhu l-motto personali tiegħek? Preċiżament aktar milli motto personali għandi twemmin. Dan huwa li qatt m’għandek tħalli l-biża’ tegħleb dak li tixtieq tagħmel. Bl-għajnuna t’Alla din il-biża’ tispiċċa fix-xejn. Kemm huwa importanti Alla fil-ħajja tiegħek? Fil-ħajja tiegħi Alla huwa kollox! Fil-fatt hemm kanzunetta li tgħid illi jista’ jkollok dak kollu li tixtieq mid-dinja imma jekk ma jkollokx il-Mulej Ġesù ma jkollok xejn. Onestament ngħidlek neħħili kollox minn ħajti basta ma tneħħilix lil Ġesù. Tista’ tirrakkontali l-esperjenza tiegħek f ’X Factor?

inkanta u nxandar il-kelma t’Alla. Il-kant jagħtini ferħ kbir u ħafna enerġija għall-ħajja. Għalija huwa kollox u meta nara n-nies ferħana jisimgħu l-kanzunetti tiegħi nħoss sodisfazzjon enormi. Liema hi l-iktar ħaġa kbira li qatt għamilt jew li tħobb tagħmel? Naħseb li mmur il-gym. Meta nivvjaġġa dejjem infittex wieħed anke meta ġieli nkun f ’xi pajjiż fqir. Inħobb ħafna nagħmel l-eżerċizzju u għalhekk gym huwa importanti sabiex inżomm ruħi fiżikament tajjeb. Liema hi l-iktar ħaġa li ddispjaċik illi għamilt? Fil-verità ma tantx nista’ ngħid illi għandi dispjaċiri fil-ħajja. Dak li dejjem għamilt, għamiltu għax inħobbu biex inkun ferħan li wettaqt ir-rieda tal-Mulej u mingħajr ma weġġajt lil ħadd. X’inhi l-iktar ħaġa li tgħożż f ’qalbek? L-iktar ħaġa għażiża li għandi hija l-Bibbja personali tiegħi. Nemmen illi l-ħajja tiegħi qiegħda miktuba hemmhekk u kieku nitlifha, qalbi tkun imnikkta għax nikkonsidraha bħala xi ħaġa li tiggwidak matul ħajtek. X’talent tixtieq illi jkollok barra dawk li diġà għandek? Nixtieq li nkun kapaċi ndoqq il-pjanu u li niżfen mal-mużika.

Kieku kelli ngħidlek l-avventuri kollha li għaddejt minnhom f ’dan il-kuntest naħseb illi din l-intervista ma tispiċċa qatt. Kollox beda meta xtaquni nagħmel prova għal X Factor. Wara li rrifjutajt għal ħames darbiet, wara ħafna insistenza ddeċidejt illi nipprova. Wara li kkontestajt mal-Awstralja u tajt l-interpretazzjoni tiegħi, irnexxieli nieħu erba’ voti pożittivi. Stajt komplejt il-proċess f ’dan il-kuntest, iżda ddeċidejt illi nieqaf minkejja l-kummenti pożittivi li kelli. Għamilt dan għax ħassejt li dan kollu ma jgħoddx għalija. Jien kuntent li jien qassis u li nferraħ lil ħaddieħor permezz tal-mużika. Kien hemm raġunijiet spiritwali għaliex waqaft imma anke oħrajn prattiċi. Fil-fatt kieku aċċettajt illi nkompli din l-avventura ridt niffirma diversi kuntratti u mbagħad ikolli manager illi joħodli ħsieb il-ġurnata tiegħi. Ma kontx qed inħossni komdu nagħmel dan u għalhekk iddeċidejt illi nwaqqaf il-proċess. Fil-verità diġà għandi ħafna xogħol u ma ridtx ngħabbi aktar fuq dahri. Għandek xi diska milli ktibt illi hi għal qalbek? Iva hemm diska partikolari li jisimha Surrender to You. Din qiegħda ħafna għal qalbi u min jaf kemm-il darba kantajtha speċjalment waqt li nkun qed nitlob. Hija diska li timlili ħajti, litteralment. Naf illi int tħobb ukoll tikkomunika bil-midja soċjali. Kemm taħseb illi huwa importanti li xxerred il-kelma ta’ Kristu permezz tat-teknoloġija? It-teknoloġija saret mezz importanti kif tikkomunika illum il-ġurnata kważi kważi aktar milli tkun fiżikament preżenti mal-persuna. Iż-żgħażagħ illi naħdem magħhom jien huma fanatiċi tat-teknoloġija u jgħixu din ir-realtà virtwali. Nemmen illi rridu nibnu wkoll il-knejjes tagħna anke fuq il-midja soċjali sabiex il-messaġġ ta’ Alla jasal hawn ukoll. B’hekk dawn l-istess żgħażagħ kapaċi jiġu lura lejn il-knisja u jerġgħu jduru għas-sagramenti li tant huma importanti filħajja tal-bniedem. Int persuna attiva ħafna speċjalment għax tagħmel l-eżerċizzju fiżiku. Għaliex huwa importanti anke għall-qassis sabiex jagħmel dawn l-eżerċizzji? Kif tkellimt fuq l-importanza taċ-ċelibat hekk ukoll ngħid kemm hu mportanti illi qassis ikun fiżikament b’saħħtu. Alla stess qalilna biex nieħdu ħsieb ġisimna u li nsostnuh b’ikel tajjeb u sustanzjuż. Dan il-ġisem ser ikolli bżonnu sabiex nx-

Int għandek żewġ tattoos. Tispjegalna l-messaġġ warajhom? Iva fil-verità għandi żewġ tattoos, waħda fuq il-lemin u l-oħra fuq ix-xellug ta’ idejja. F’waħda minnhom għandi miktub il-kelma Forgiven li tfisser li għandek taħfer u tinsa għax hekk qalilna Ġesù. Wara kollox jien bniedem tad-demm u l-laħam bħal ħaddieħor. Fuq in-naħa l-oħra, pinġejt silta minn kapitlu 10 tal-ittra ta’ San Pawl lir-Rumani fejn tgħid illi aħna għandna nkunu missjunarji u li għandna nxerrdu l-kelma t’Alla. Kieku naraw qassis hawn Malta bit-tattoos ikun hemm ftit għajdut u ħars bl-ikrah. X’taħseb dwar dan kollu? Fl-opinjoni tiegħi naħseb illi għandna niftakru illi anke qassis huwa uman bħal ħaddieħor. U wara kollox hemm ħafna nies illi għandhom tattoos bħal nies fil-kummerċ, tobba, għalliema u infermiera. It-tattoos illum il-ġurnata saru parti mill-kultura soċjali. Anke hawnhekk ġewwa l-Awstralja, it-tattoo hija kkunsidrata bħala kultura u twemmin partikolari. Riċentement int ikkolaborajt ma’ Ira Losco fid-diska Dominoes. Kellimna dwar din l-esperjenza. Fil-fatt kienet opportunità unika għalija u ħadt pjaċir illi Ira nkludietni f ’din id-diska. Hija diska wkoll illi għandha messaġġ qawwi li aħna m’aħniex perfetti bħala bnedmin u li għandna bżonn l-imħabba. Aħna bħala umani għandna mumenti fejn inkunu mkissra f ’mitt elf biċċa, iżda meta l-biċċiet tiegħek u tiegħi jingħaqdu flimkien u jkun hemm l-imħabba, dawn kapaċi jingħaqdu u jagħmlu affarijiet kbar. U allura m’hemmx imħabba akbar minn dik ta’ Alla u ta’ Ġesù li ssallab għalina lkoll. Tista’ fl-aħħar nett tgħaddi messaġġ liż-żgħażagħ dwar l-importanza ta’ Kristu fil-ħajja tagħna? Kristu jfisser imħabba. Din l-imħabba li aħna l-bnedmin tant għandna bżonn. Għalkemm aħna qed nippruvaw infittxu diversi mħabbiet, però dawn huma temporanji. L-imħabba ta’ Kristu tibqa’ għal dejjem. L-imħabba mhux id-drittijiet tagħna jew dak li għandna bżonn, l-imħabba hija sagrifiċċju li rridu ngħixu għalih biex inferrħu lil ħaddieħor.

Fl-opinjoni tiegħi naħseb illi għandna niftakru li anke qassis huwa uman bħal ħaddieħor. U wara kollox hemm ħafna nies illi għandhom tattoos bħal nies fil-kummerċ, tobba, għalliema u infermiera. Ittattoos illum il-ġurnata saru parti mill-kultura soċjali. Anke hawnhekk ġewwa l-Awstralja, it-tattoo hija kkunsidrata bħala kultura u twemmin partikolari


16

08.10.2017

kullhadd.com

IL-KATALUNJA: MINN FEJN ĠEJ IL-KUNFLITT U FEJN SEJRIN Kitba ta’ għaċ-ċittadini Spanjoli f ’reġjuni RACHEL POWELL oħra ta’ Spanja. Dan l-istess argument tal-Lega Nord fl-Italja F’dawn l-aħħar ġranet smajna, ta’ Fuq, speċjalment fil-Lomrajna u qrajna ħafna fuq dak li bardija, u l-Veneto. Jafu wkoll kien, u għadu qiegħed iseħħ però li anke jekk għall-argument f ’dan ir-reġjun Spanjol. Tkellim- isiru indipendenti, ikun ifisser li na ma’ George Vella, Eks-Min- jinqatgħu mill-Unjoni Ewropea, istru għall-Affarijiet Barranin, u jkollhom jinnegozjaw sħubija mill-ġdid. Ħaġa mhix daqshekk dwar l-aħħar żviluppi. “L-istorja tat-taqlib li għaddej faċli.” bħalissa mhux se tispiċċa ma- Jidher ċar skont Vella li l-aħjar lajr u taf ikollha konsegwen- triq il-quddiem hija dik tad-djzi politiċi, u jista’ jkun anke alogu, u tal-moderazzjoni flekonomiċi, kemm fuq ir-reġjun aġir taż-żewġ naħat. Taħditiet tal-Katalunja nnifsu, fuq Spanja, dwar il-futur huma essenzjali kif ukoll fuq pajjiżi oħra tal-Un- u bżonjużi. Għalkemm mhix il-vuċi tal-maġġoranza, xorta joni Ewropea,” jgħidilna Vella. “Jidher li l-maġġoranza tan- fid-demokrazija wieħed għandu nies fil-Katalunja filwaqt li jagħti widen għall-vuċi tal-mihuma għajjurin għall-awtonomi- noranza. Vella jemmen ukoll li din ja tar-reġjun, mhumiex favur separazzjoni. Huwa veru li bħala hija problema li għandu jieħu ir-reġjun l-aktar b’saħħtu ekono- ħsiebha strettament l-Istat Spanmikament fi Spanja, dejjem iqum jol u ħadd aktar. “Wieħed jifhem għaliex l-argument li n-nies tal-Katalunja qegħdin jagħmlu sidirhom sur il-mexxejja tal-pajjiżi tal-Un-

joni Ewropea żammew ħafna lura milli jikkummentaw, aktar milli jgħidu li jikkundannaw il-vjolenza, iħeġġu għall-taħditiet, u li jgħidu li l-vot kien illegali. Huwa ċar daqs il-kristall li bħalissa l-Unjoni Ewropea għandha biżżejjed problemi xi ssolvi bejn Brexit, l-immigrazzjoni, it-terroriżmu, ir-relazzjonijiet mhux feliċi mal-Polonja u l-Ungerija, u elf ħaġa oħra.” Moviment separatista fih innifsu jaf ikollu raġunijiet u għanijiet, li jekk wieħed jarahom weħidhom, maqtugħin mill-kuntest tal-bqija tal-pajjiż li jinbtu fih, li jistgħu jidhru prima facie, ġusti u ta’ min jaqbel magħhom. Fid-dinja tal-lum, u b’mod speċjali fl-Unjoni Ewropea li nagħmlu parti minnha, jidher ċar li fl-għaqda hemm is-saħħa, u jekk xejn għandna naħdmu għal aktar għaqda bejn ilpajjiżi filwaqt li tibqa’ rispettata s-sovranità u l-indipendenza

politika ta’ kull pajjiż membru, u mhux il-kontra. Għandna inkwiet biżżejjed dwar x’se jkun il-futur tal-Iskozja, jekk u meta l-Ingilterra titlaq mill-Unjoni Ewropea. Jekk il-Katalunja tieħu l-indipendenza minn Spanja, x’effett se jkollha fuq il-Baski fit-Tramuntana ta’ Spanja? X’messaġġ jitwassal lill-Lega Nord fl-Italja, u lir-reġjun ta’ Flanders fil-Belġju. Fl-opinjoni ta’ Vella l-Gvern Spanjol għandu jiddiskuti mal-Katalunja biex jissewwew dwak il-problemi li skont is-separatisti qegħdin inaqqrulhom, jew inaqqsulhom mill-awtonomija li tipprovdilhom l-istess Kostituzzjoni Spanjola. “Kull aġir futur mis-separatisti fil-Katalunja jrid ikun fil-qafas tal-Kostituzzjoni Spanjola.

Id-demokrazija tiddetta li jekk mhumiex kuntenti b’dak li tippermettilhom il-Kostituzzjoni Spanjola, dmirhom għandu jkun li bil-mezzi demokratiċi kollha, jħabirku biex jakkwistaw biżżejjed appoġġ fuq bażi nazzjonali biex l-ewwel u qabel kollox ibiddlu l-istess kostituzzjoni. Hekk taħdem id-demokrazija.”

IL-MOVIMENT GĦALL-INDIPENDENZA Carles Puigdemont, il-promotur ta’ dan il-moviment għall-indipendenza tal-Katalunja, minnaħa tiegħu akkuża l-Gvern ta’ Mariano Rajoy b’użu sproporzjonat ta’ forza, u użu ta’ miżuri kontra l-irvellijiet, inkluż swat, sparar, konfiska ta’ dokumenti tal-votazzjoni, u għeluq ta’ postijiet tal-votazzjoni.

Minkejja dan kollu, u msaħħaħ minn protesti fit-toroq tal-bliet principali, fosthom Barċellona, Puigdemont wiegħed li l-ġimgħa d-dieħla jpoġġi r-riżultat tar-referendum għall-kunsiderazzjoni tal-Parlament tal-Katalunja, biex tittieħed deċiżjoni favur l-indipendenza. B’reazzjoni, il-Qorti Kosti-

tuzzjonali Spanjola ssospendiet is-seduta tal-Parlament Katalan ta’ nhar it-Tnejn, biex tevita li jittieħed vot. Carles Puigdemont ġie akkużat li kien qiegħed jipperikola l-unità ta’ Spanja, u jikkomprometti l-istabbiltà soċjali, politika u ekonomika kemm tar-reġjun awtonomu tal-Kata-

lunja kif ukoll tal-Istat Spanjol. Fil-fatt dawn l-avvenimenti irriflettew irwieħhom fis-swieq internazzjonali, u kien hemm dikjarazzjonijiet minn banek b’saħħithom fil-Katalunja u fi Spanja li qalu li kienu lesti jiċċaqilqu mir-reġjun jekk l-affarijiet imorru għall-agħar. Il-Mexxej tal-moviment separatist Katalan, Puigdemont, wissa lill-Gvern Ċentrali ta’ Rajoy li ma jfettillux jinvoka artiklu 155 tal-Kostituzzjoni Spanjola li bih jista’ jissospendi l-awtonomija tar-reġjun tal-Katalunja, u jieħu f ’idejh

it-tmexxija tal-istituzzjonijiet ta’ dan ir-reġjun. Min-naħa tiegħu, il-Gvern Ċentrali jiġġustifika l-aġir tiegħu billi jgħid li għandu r-responsabbiltà li juża l-poteri leġittimi tal-istat biex jassigura l-ordni skont il-Kostituzzjoni Spanjola, u għat-tħaddim normali tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż, iħares l-istabbiltà, u r-rule of law, filwaqt li jħares ukoll id-dritt tal-Katalunja għat-tmexxija awtonoma, u t-tgawdija tal-awtonomija li tagħtiha l-Kostituzzjoni Spanjola.

Carles Puigdemont


17

08.10.2017

kullhadd.com

IL-MIXJA GĦALL-INDIPENDENZA L-istorja tal-aspirazzjoni tal-Katalunja biex titqies bħala pajjiż indipendenti, separat minn Spanja ma bdietx ilbieraħ. Sa mis-seklu 13 il-prinċipalità tal-Katalunja kienet diġà waqqfet wieħed mill-ewwel ‘parlamenti’ tal-Ewropa ta’ dak iż-żmien bl-iskop li jikkontrolla d-dritt irjali li jgħaddi liġijiet li jrid. Wara diversi rewwixti matul is-sekli, fl-ewwel snin tas-seklu 20 il-Katalunja kellha diversi gradi ta’ awtonomija mogħtija lilha. Wara perjodu qasir bħala Repubblika tal-Katalunja, fl1931 ngħatat statut ta’ awtonomija, bħala l-Generalitat de Catalunya, bil-Parlament tagħhom, bi gvern reġjonali, kif ukoll qorti tal-appell. Matul id-dittatorjat ta’ Francisco Franco, dak kollu Katalan mar ħazin u kien soppress. Minkejja dan, kien f ’dan il-perjodu li l-ekonomija u l-industrijalizzazzjoni tar-reġjun ħadu r-ruħ. Fl-1975, wara l-mewt ta’ Franco, il-Katalunja vvutat favur Kostituzzjoni Spanjola Demokratika fl-1978, li biha r-reġjun akkwista mill-ġdid awtonomija politika u kulturali s-sena ta’ wara. Fl-2010 il-Qorti Kostituzzjonali Spanjola ddikjarat bħal mhux validi drittijiet li n-nies tal-Katalunja kienu assumew għalihom f ’referendum li

fl-2006 ta status ġdid ta’ awtonomija lill-Katalunja. Dan ħarrax il-moviment favur l-indipendenza ta’ dan ir-reġjun minn Spanja. F’referendum fl-2014 ħadu sehem biss xi 40%, li l-maġġoranza kbira tagħhom kienu favur stat independenti. Il-Parlament tal-Katalunja approva pjan li jinqatgħu minn Spanja sas-sena 2017, pjan li għalkemm sospiż mill-Qorti Kostituzzjonali Spanjola, xorta wassal għar-referendum li kellu jsir fl-1 ta’ Ottubru li għadda. X’ġara lkoll nafu. Ġranet qabel il-Pulizija tal-Gwardja Ċivili Spanjola fuq struzzjonijiet mill-Gvern Ċentrali Spanjol ta’ Mariano Rajoy għamlu minn kollox biex iħarbtu r-referendum, u dakinhar meta kellha ssir il-votazzjoni, is-sitwazzjoni marret mill-ħazin għall-agħar, bil-Pubiex jissalvag- bħala miżura kontra aġir li lizija tuża vjolenza kontra joni Ewropea, imma l-Gvern bżonjuż min kien qiegħed jorganizza Ċentrali Spanjol, iġġustifika wardja l-unità territorjali u mhuwiex permess mill-Kostil-votazzjoni u kontra dawk li l-aġir tiegħu bħala wieħed s-sovranità ta’ Spanja, u anke tuzzjoni Spanjola. kienu sejrin jivvutaw. Minkejja dan kollu, u minkejja l-fatt li l-Pulizija Spanjola użat forza, u anke sparat rubber bullets, b’rapporti jgħidu li madwar 800 ruħ korrew, xorta marru jivvutaw mal-40% ta’ dawk eliġibbli, li madwar 90% minnhom esprimew ruħhom favur l-indipendenza. Kienu xeni ta’ għajb f ’pajjiż demokratiku membru fl-Un-

KIRI TA’ BAR ĦAD-DINGLI

Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħad-Dingli jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għall-kiri tal-bar tal-istess lokal bejn ilĦadd 8 ta’ Ottubru u l-Ħadd 22 ta’ Ottubru 2017 sas-7:00pm. L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-kazin tal-Partit Laburista mil-lum il-Ħadd 8 ta’ Ottubru sa nhar il-Ħadd 22 ta’ Ottubru 2017 bejn il-5:00pm u s-7:00pm. Għal aktar informazzjoni kkuntattjaw lis-Segretarja tal-Kumitat fuq 99190095. L-offerti, flimkien ma’ kopja riċenti tal-kondotta tal-pulizija (tal-applikant), għandhom jimtlew kif indikat, u jintefgħu ssiġillati fil-kaxxa tal-kwotazzjonijiet fl-istess każin sa mhux aktar tard mill-Ħadd 22 ta’ Ottubru 2017 fis-7:00pm. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġjuża.


18

08.10.2017

kullhadd.com

IS-SIĠĠU TAR-ROTI MHUX XKIEL GĦAL BTALA • NITKELLMU MA’ CLIFFORD PORTELLI LI BTALA BARRA L-PAJJIŻ MA JAQBIŻIEX

Clifford Portelli

Kitba ta’ za tal-vjaġġ tagħhom fuq CHARLES B. SPITERI l-internet b’mod speċjali fuq il-midja soċjali. Dan Btala barra l-pajjiż illum nagħmluh sabiex persuni saret bżonn għal ħafna. b’diżabbiltà oħrajn li jkunu F’era fejn nitkellmu dwar għadhom se jivvjaġġaw l-inklużjoni, mhux dar- (forsi għall-ewwel darba u tnejn ikun hemm ba) ikunu jistgħu jsiefru persuni b’diżabbiltà li b’aktar faċilità u serħan forsi jiltaqgħu ma xi dif- tal-moħħ. F’dan il-qasam, fikultà. Fil-fatt Clifford l-informazzjoni u l-espePortelli, Assistant Man- rjenzi huma mitqlu deheb ager fil-Kummissjoni u fir-realtà huma aktar utli għad-Drittijiet tal-Persuni mill-klassifikazzjoni tal-isb’Diżabbiltà, jargumenta tilel (star rating) li jkollu li d-dinja hija mfassla għal ċertu post,” jispjega Portelpersuni mhux b’diżabbiltà li li kellu appell x’jagħmel. u mobbli. “Iżda fl-istess L-appell tiegħi lill-persuni ħin nixtieq infakkar li aħna tan-negozju hu li jżidu l-persuni b’diżabbiltà nins- l-aċċessibilità għax barra li abu inklużi wkoll fis-soċ- jgawdu l-persuni b’diżabjetà u bħal ħafna nikkon- biltà, ikunu iżjed komtribwixxu bis-sħiħ fiha petittivi fis-suq tagħhom u b’diversi modi,” jispjega ċertament li d-dħul finanzPortelli. jarju tagħhom fin-negozju Jinnota kif hemm ħafna jkun ikbar. Aktar u aktar persuni b’diżabbiltà li jiv- meta wieħed jikkunsidra vjaġġaw. “Inkluż dawk li li l-bniedem qed jgħix iżbħali jużaw siġġu tar-roti, jed minn qabel. Jien li ili u kif jiġu lura minn vjaġġ b’diżabbiltà għal 23 sena, jaqsmu ma’ ħaddieħor l-in- iltqajt ma’ bosta persuni formazzjoni u l-esperjen- bi bżonnijiet differenti u

lkoll jirrakkuntaw li għaddew minn esperjenzi differenti fis-safar tagħhom,” jgħid Portelli. U n-nies fl-industrija li jappella għalihom Portelli aħna tkellimna magħhom. Stephen Gauci, Head Corporate Communications tal-Air Malta jgħid li l-kumpanija toffri l-assistenza neċessarja kollha sabiex persuni b’diżabbiltà totali jivvjaġġaw mal-kumpanija. “Din l-assistenza tinkludi għajnuna lill-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa, passiġġieri bi ħtiġijiet mediċi, passiġġieri bi tqala u assistenza lillpassiġġieri li jivvjaġġaw bi klieb gwida fost l-oħrajn,” qal Gauci dwar il-linja tal-ajru bbażata fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Ajruport li wkoll qed iżid l-investiment biex jilqa’ għal dawn ir-realtajiet. Patricia Darmanin, Marketing Executive mal-MIA, spjegat kif m’ilux tħab-

bar li kjat servizz PRM għallvjaġġ tagħha, tkun tisfil-Mal- ta’ tinforma lill-ground ta In- handler bil-wasla tagħha. t e r n a t i o n a l “Għall-benefiċċju ta’ perAirport sar investiment suni li għandhom problemi sostanzjali biex seħħ tibdil bis-smigħ, dawn iż-żewġ sinifikanti li jaġevola aktar punti huma mgħammrin lill-passiġġieri. “Wieħed bis-sistema T-loop. Din mis-servizzi li jiġu offru- is-sistema ġiet integrata ti fl-ajruport tagħna huwa wkoll fil-lifts ta’ madwar s-servizz PRM (persons it-terminal. Sabiex il-lifts with reduced mobili- ikunu aktar aċċessibbli ty). Għalkemm dan ma għal persuni neqsin midjingħatax mill-istaff tal-aj- dawl, bħalissa qed tiġi inruport, iżda mill-ground stallata wkoll sistema li handler tal-linja tal-ajru li permezz tagħha messaġġ magħha tkun ser issiefer awtomatizzat jinfurmak il-persuna, l-Ajruport In- f ’liema livell ikun wasal ilternazzjonali ta’ Malta jif- lift,” kompliet Darmanin. faċilita l-għoti tas-servizz Żiedet li meta kienu qed kemm jista’ jkun, prinċi- jiġu ppjanati l-bibien u palment permezz ta’ infra- l-washrooms, ħadu ħsieb struttura xierqa,” spjegat li jimxu mal-linji gwida Darmanin. tal-Kummissjoni NazzQalet li fit-terminal tista’ jonali Persuni b’Diżabilssib żewġ punti – wieħed ità dwar l-aċċess ugwali barra s-Sala tat-Tluq u għal kulħadd. “Il-bibien ieħor hekk kif tkun dieħel fl-ajruport huma wesgħin għal-livell -1 mill-parkeġġ biżżejjed u jinfetħu perprinċipali – minn fejn mezz ta’ sensors - minpersuna, li tkun ibbuk- flok b’pum pereżempju


19

08.10.2017

kullhadd.com

- għal aċċessibbiltà mtejba għal persuni li jkunu qed jivvjaġġaw fuq is-siġġu tar-roti. Kunsiderazzjonijiet oħra li ttieħdu madwar it-terminal jinkludu water fountains f ’għoli li huwa faċilment aċċessibbli għal utenti tas-siġġu tar-roti u postijiet riservati għal persuni b’mobbiltà imnaqqsa kemm fil-binja stess u kemm fil-parkeġġi. Bħalissa, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għaddej bi proġett ta’ rikonfigurazzjoni tat-terminal. Fil-fażijiet inizjali tal-proġett, qgħadna attenti ħafna li l-materjali, dwal u sinjali użati, bl-ebda mod ma jxekklu l-vjaġġ ta’ persuni li għandhom bżonnijiet speċjali,” spjegat Darmanin. Oliver Scicluna, Chairperson tal-Kummissjoni għad-Drittijiet Persuni b’Diżabbiltà spjega kif mingħajr dubju, il-Kummissjoni ħadmet qatigħ tul dawn l-aħħar snin sabiex tagħmel rivoluzzjoni fil-qasam tal-persuni b’diżabbiltà. U filwaqt li jitkellem fit-tul dwar dak li jseħħ f ’pajjiżna qal li ma tantx hemm xi jgħid fuq pajjiżi oħra għax kull pajjiż hu regolat mil-liġijiet tiegħu stess. Għaldaqstant, il-Commission for the Rights of Persons with Disability CRPD m’għandhiex ġurisdizzjoni fuq dak li jiġri f ’pajjiż ieħor. Iżda, x’hemm bżonn? Nitkellmu ma’ Clifford dwar x’hemm bżonn għal persuna b’diżabbiltà li ssiefer. Jgħid li fil-ħajja ssib ħafna persuni li jgħinuk meta tiġi bżonn, iżda jekk int persuna b’diżabbiltà u qed tippjana li ssief-

Qabel nirkeb fuq l-ajruplan nuża t-toilets tal-ajruport għax naf li l-faċilitajiet sanitarji fuq l-ajruplan mhumiex aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà kollha

er “nissuġġerilek li tippjana sew il-vjaġġ tiegħek sabiex isserraħ moħħok li kollox se jmur kif ippjanat. Wieħed għandu wkoll jaħseb f ’affarijiet li jistgħu jinqalgħu waqt il-vjaġġ, bħal ngħidu aħna: Fejn nista’ nsewwi s-siġġu tar-roti jekk jinkisirli?” kompla jispjega. Informazzjoni li tinkiseb minn qabel tkun ferm utli jekk tiġi bżonnha! Il-prenotazzjoni online u l-użu tal-korrispondenza elettronika huma modi effettivi ħafna kif wieħed ikollu l-informazzjoni kollha miktuba. “Filwaqt li jien ngħożż l-indipendenza tiegħi, f ’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċessibbiltà fiżika, nesiġi li jkolli infomazzjoni dettaljata dwar ilpost li se mmur fih; inkluż il-lukanda u żoni oħrajn. Dan nagħmlu sabiex nippjana b’mod adegwat l-assistenza li jkolli bżonn,

kif ukoll biex il-vaganza ma tispiċċax f ’uġigħ ta’ ras għalija u għall-persuni li jsiefru miegħi,” kompla jgħid Portelli. Jispjega li meta jikteb lil-lukandi jistaqsi għal roll-in showers u dan jagħmlu mhux biss għax għandu bżonn dawn it-tip ta’ showers biex jinħasel, iżda għax mir-risposta li jieħu jkollu għarfien aħjar dwar is-servizzi offruti fil-lukanda, f ’dan il-każ l-aċċessibbiltà. “Inqis ukoll li l-ivvjaġġar bil-baħar hu wieħed mill-aktar metodi aċċessibbli biex nivvjaġġaw aħna l-persuni b’diżabbiltà. Hemm cruise liners li joffru vjaġġar aċċessibbli fejn saħansitra wħud minnhom huma attrezzati biex jaqdu l-bżonnijiet ta’ persuni li jeħtieġu kura għolja. Hemm liners li mal-wasla tagħhom fil-port jankraw ’il barra sew fejn imbagħad jintużaw dgħajjes biex iġorru l-passiġġieri fuq l-art. Bi pjaċir ngħid li wħud mill-vapuri (u cruise liners) joffru wkoll dgħajjes aċċessibbli għas-siġġijiet tar-roti, sabiex kulħadd igawdi minn servizz ugwali,” jgħid Clifford. Dwar dan tkellimna wkoll ma’ Yasmin-Marie Hamilton, Direttriċi ta’ Hamilton Travel Co. Ltd. “Ġeneralment meta jkollna każ ta’ persuna li għandha bżonn tuża siġġu tar-roti, ovvjament irridu niġu mgħarrfa u l-vapur hu attrezzat b’kull mod li hemm bżonn biex dawn il-każi speċjali jkunu jistgħu xorta waħda jsibuha faċli biex jaċċessaw il-vapur. Fuq il-vapuri kollha tal-MSC li aħna aġenti tagħhom, fuq kull livell tal-vapur għandhom il-postijiet pubbliċi ddisin-

jati biex ikunu aċċessibbli għal passiġġieri li jirrikjedu siġġu tar-roti. Hu possibbli wkoll li wieħed juża siġġijiet tar-roti tal-vapur stess biex kull persuna b’diżabbiltà tista’ titla’ u tinżel mill-vapur b’aktar faċilità,” qalet Hamilton. L-aċċessibbiltà mhix biss fuq il-vapur. “Ġeneralment meta l-persuni jkunu se jinżlu f ’xi port u se jkunu parti mill-eskursjonijet tat-tour magħna, il-coaches dejjem ikunu aċċessibbli għan-nies fuq is-siġġu tar-roti. Dan biex ikun iktar faċli għalihom. Anke jekk ikunu jridu jibbukkjaw xi taxi hu importanti li javżawna minn qabel u jekk dejjem ikun possibbli nikrulhom taxi attrezzata b’aċċessibbiltà għal siġġu tar-roti,” qalet Hamilton.

Ġeneralment meta l-persuni jkunu se jinżlu f’xi port u se jkunu parti mill-eskursjonijiet tat-tour magħna, il-coaches dejjem ikunu aċċessibbli għan-nies fuq is-siġġu tar-roti

Pariri għal min se jsiefer b’ajruplan Clifford Portelli jgħid li meta jkun se jivvjaġġa bl-ajruplan, dejjem jaħseb f ’dawk l-affarijiet li jista’ jiġi bżonn waqt it-titjira. “Għaldaqstant dawn l-affarijiet essenzjali nara li npoġġihom fil-bagalja tal-idejn. Qabel nirkeb fuq l-ajruplan nuża t-toilets tal-ajruport għax naf li l-faċilitajiet sanitarji fuq l-ajruplan mhumiex aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà kollha. Nieħu ħsieb li nirriserva seat li jkun fit-tarf u kemm jista’ jkun viċin il-ħruġ mill-ajruplan, għax dan ifisser inqas battikata għalija u għal dawk li jieħdu ħsiebi,” qal Portelli. Jispjega kif meta jasal għaċ-check-in f ’ajruporti differenti jkun hemm ħaddiema li jistgħu jagħtuk siġġu tar-roti temporanju biex tużah fl-ajruport. “Dan sabiex ikunu jistgħu jgħabbu s-siġġu tar-roti tiegħek fuq l-ajruplan. Hawn nixtieq ngħaddi suġġeriment lil dawk il-persuni li jużaw siġġu tar-roti biex dejjem jitolbu u jinsistu li jibqgħu fis-siġġu tar-roti tagħhom, minħabba li jekk tpoġġi fuq siġġu ieħor misluf jaf iġġarrab riperkussjonijiet xejn sbieħ,” qal Portelli. Finalment jgħid li persuni b’diżabbiltà jistgħu jsibu vjaġġ barra l-pajjiż bħala sfida. “Din il-gwida li ppreżentajt f ’dawn il-kelmtejn tiegħi hi maħsuba biex tipprovdi lill-vjaġġaturi b’diżabbiltà u lil dawk li jakkumpanjawhom bl-informazzjoni meħtieġa qabel u matul il-vjaġġ, biex jiżguraw vjaġġ pjaċevoli u mingħajr problemi. Il-vjaġġ it-tajjeb,” temm jgħid Portelli.


20

08.10.2017

kullhadd.com


21

BIEX MA NINSEWX 08.10.2017

kullhadd.com

MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-

Il-bandiera fuq il-Kwartieri Ġenerali tal-Armata Brittanika f ’Kastilja ittajret mezzasta u bħalha ttajru bnadar oħrajn fuq bini pubbliku, każini, djar privati u l-bastimenti kollha li nzertaw fil-Port il-Kbir hekk kif xterdet l-aħbar li fil-jum ta’ qabel, nhar it-Tlieta 10 ta’ Ottubru 1961, kienet ġrat diżgrazzja kbira li fiha mietu għadd ta’ suldati Maltin. Matul in-nofstanhar ta’ filgħodu tal-11 ta’ Ottubru, uffiċjali tal-armata bdew biż-żjarat għand il-familji milquta sabiex jagħtuhom l-aħbar kerha li l-għeżież tagħhom kienu fost il-vittmi tat-tiġrif ta’ ajruplan militari fil-Libja. Fl-istess waqt, is-Servizz tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Armata ħareġ stqarrija għall-istampa li kienet tgħid: “Il-Kwartieri Ġenerali tat-Truppi u l-Kwartieri Ġenerali tar-Royal Air Force ta’ Malta jisgħobbihom iħabbru li Hastings tal-R.A.F. li kien qed iġorr membri tal-Malta Fortress Squadron, Royal Engineers sab ruħu f ’inċident ġewwa El Adem għal xi s-6.30 pm, ħin ta’ Greenwich, ilbieraħ. L-aħħar rapporti jgħidu li tmienja jinsabu neqsin, 10 midruba serjament u disgħa midrubin ħafif. Il-qraba qegħdin jiġu mgħarrfa. Dawn is-suldati kienu qed jirritornaw Malta wara li temmew taħriġ fl-Afrika ta’ Fuq.” Sa waranofsinhar in-numru tal-mejtin tela’ għal 12, li 11 minnhom kienu Maltin, filwaqt li l-midrubin gravi kienu ħamsa u għadd ta’ suldati oħra ndarbu ħafif. Il-poplu Malti maħsud u mbikkem kif kien baqa’ jsegwi l-aġġornamenti tal-armata u kulħadd jitlob biex ma jkunx hemm

aktar imwiet. Nhar il-Ħamis, 12 ta’ Ottubru 1961, sar il-funeral tal-ewwel seba’ suldati Maltin u kaptan Ingliż f ’ċerimonja bl-unuri militari kollha ġewwa ċ-Ċimiterju ta’ Pembroke li hemm fil-limiti ta’ St Andrew’s. Kien hemm xeni ta’ qsim il-qalb b’ulied żgħar jibku lill-missier li tilfu, ommijiet jolfqu għat-telfa għal għarrieda ta’ binhom l-għażiż u n-nisa li saru romol iħosshom ħażin megħluba mid-dulur li ħakimhom. Tliet suldati Maltin li kienu midruba serjament ittieħdu fi sptar militari ġo Ċipru mnejn aktar tard ittajru lejn l-Ingilterra u tqiegħdu taħt kura intensiva fl-Isptar tar-Royal Air Force ġewwa Halton li hu sptar speċjalizzat fit-trattament ta’ ġrieħi gravi kkawżati minn ħruq. X’kien ġara f ’dik il-lejla misħuta u xi kkaġuna l-inċident? Din kienet il-mistoqsija fuq fomm kulħadd u appena bdew ġejjin lura s-suldati Maltin li kienu ħelsuha bi ġrieħi ħfief jew għax kien messhom jirritornaw fuq titjira aktar tard, bdew ħerġin dettalji orribbli tad-diżgrazzja. Is-suldati tal-Malta Fortress Squadron, Royal Engineers, li kienu kollha Maltin minbarra l-uffiċjali, marru l-Libja f ’nofs Settembru bil-baħar. Din l-iskwadra ta’ 210 militari kienet stazzjonata għal xahar fl-inħawi ta’ Tobruk-Derna-El Mechili fejn wettqu taħriġ militari. Barra minn hekk, taħt ilkmand tal-Maġġur J. Eastwood, RE, l-inġiniera Maltin kienu qed jaħdmu fuq ilproġett ta’ kostruzzjoni ‘Exercise Saturn’ fejn il-qawwiet militari Brittaniċi kienu

qed jibnu toroq u airstrips għan-NATO fid-deżert Libjan. Is-suldati Maltin kienu qed jaħdmu fuq dal-proġett flimkien ma’ stakkamenti ta’ suldati minn Ċipru. Wara xahar xogħol u taħriġ l-inġiniera Maltin bdew jinġiebu lura lejn Malta fuq titjiriet b’ajruplani kbar tal-għamla R.A.F. Hastings 498 li s-suldati Maltin kienu jirreferu għalihom bħala l-karrakka. Fil-jum tad-diżgrazzja telgħu abbord 40 suldat Malti u żewġ uffiċjali Ingliżi. Kif l-ajruplan ħa l-ġirja biex jinqata’ mill-art għal xi raġuni tmejjel u ġġarraf fuq il-ġwejnaħ tax-xellug bil-konsegwenza li t-tank tal-fuel fuq dik in-naħa ħa n-nar. Għalkemm beżgħana, is-suldati xorta waħda kienu jafu x’għandhom jagħmlu f ’ każi simili. Fetħu t-twieqi ta’ emerġenza u ħarġu fuq il-ġwejnaħ iżda taħthom sabu baħar ta’ nirien mifruxa madwarhom. Bla telf ta’ ħin għenu lil xulxin jaqbżu mill-għoli għal fuq irqajja’ żgħar fejn kien

L-oqbra tal-vittmi Maltin fiċ-ċimiterju militari f ’Pembroke għadu ma nxteridx il-fuel lea u Sapper Raphael Avallone minn Tas-Sliema, Sapper Saljaqbad. Ħaddiema Maltin ċivili li vatore Lia minn Ħal Qormi, kienu qed jaħdmu fuq l-istess Sapper Paul Cilia mill-Ħamproġett ġrew sabiex jagħtu run, Sapper Carmelo Tabone l-għajnuna lil sħabhom. L-ist- minn Birkirkara, WOII (Waress għamlu suldati Ingliżi u rant Officer) Edwin Harriċivili Għarab li ħarġu jiġru son minn Tas-Sliema, Sapper minn teatru taċ-ċinema fuq Joseph Psaila mill-Ħamrun, is-sit meta semgħu l-ħoss li Sapper Barber u Sapper Stigħamel l-ajruplan. Ix-xeni tal- vala min-Naxxar u Sapper waħx li raw quddiem għajne- Caruana miż-Żurrieq. Sapper Nazzareno Busuttil jhom ta’ nies jinħarqu ħajjin fost għajjat iddisprat ma’ nse- mill-Ħamrun, Sapper Duca minn Ħal Għaxaq u l-Kawhom qatt. Il-kaġun tad-diżgrazzja ak- pural Nazzareno Sammut tarx kien il-fatt li f ’mument mill-Qrendi mietu bejn il-15 delikat tat-tlugħ, il-pilota ġera u 31 ta’ Ottubru wara li kienu lura bis-sit (jew inqasam bih), ttieħdu l-Ingilterra għall-kutilef il-kontroll u ġarrfu fuq ra intensiva. Magħhom tilfu il-ġwejnaħ. Iżda l-għajdut ħajjithom il-Kaptan Ingliż kienu ħafna u fosthom kien Francis Joseph Boatwright li hemm min qal li kien ra lill-pi- kien joqgħod Gwardamangia u membru tal-ekwipaġġ loti jixorbu qabel it-titjira. Il-vittmi Maltin fid-diżgrazz- tal-ajruplan Hastings. Iddeċidejt li llum inwassal ja ta’ El Adem kienu s-Surġent Emmanuel Falzon l-istorja tat-tiġrif tal-ajruplan min-Naxxar, Lance-Corporal f ’El Adem mhux biex niftaħ Nazzareno Portelli mill-Ħam- mill-ġdid il-ġerħa li ġarrbu run, Lance-Corporal Emanu- l-familji milquta imma biex el Fsadni mir-Rabat (Malta), qatt ma ninsew lil dawn ħutna Sapper (Inġinier) Francis Ga- qalbiena Maltin.


22

08.10.2017

kullhadd.com

IĊ-ĊITTADELLA REBBIEĦA

Dan is-sajf iċ-ċentru tal-Viżitaturi ta’ Għawdex rebaħ il-premju tal-Best Visitor Attraction Project ta’ InstallAwards tar-Renju Unit, wara li ġiet innominat bħala Entertainment Venue of The Year. Dan sar waqt ċerimonja ta’ għotja ta’ premjijiet fil-West End ta’ Londra. Din l-attrazzjoni fil-gżira Maltija, għelbet pajjiżi oħra fid-dinja f ’dan it-tip ta’ proġetti. Dawn il-pajjiżi jinkludu r-Renju Unit, Dubai, il-Belġju, Franza u l-Ġermanja. Dawn il-premjijiet jingħataw bħala rikonoxximent għall-aħjar xogħol, u jippremjaw l-innovazzjoni u jiċċelebraw xogħol ta’ eċċelenza fid-dinja tal-industrija awdjoviżiva. Isir sforz biex jinstabu l-aħjar prodotti, kumpaniji, proġetti u nies. Iċ-Ċittadella dan l-aħħar sar restawr kbir fuqha, u kien hemm żewġ proġetti ta’ restawr u riabilitazzjoni ffinanzati mil-Unjoni Ewropeja. Il-kumpanija inter-

nazjonali magħrufa Sarner, illi tispeċjalizza f ’disinji kreattivi u installazzjoni ta’ oġġetti u apparat awdjoviżiv, tat lura l-ħajja ta’ elfejn sena storja ta’ Għawdex. Dan sar b’mod illi jimpressjona l-għajnejn u jdaħħlek f ’atmosfera u esperjenza intima tal-istorja ġewwa l-ħitan storiċi tal-gżira. Il-kumpanija Sarner ħadmet b’mod ħabrieki ma’ John Cremona l-Project Leader ta’ Proġett ta’ Riabilitazzjoni taċ-Ċittadella fil-Ministeru ta’ Għawdex, ħolqu din l-attrazzjoni, li rebħet premjijiet darbtejn. Id-Direttur Ġenerali tal-kumpanija Sarner, Ross Magri, ġabar il-premju minn għand il-preżentatur. L-istorja rikka u s-sbuħija naturali ta’ Għawdex, minsuġa mad-drawwiet u t-tradizzjonijiet, kienu fatturi kontributorji għal din il-kreazzjoni ta’ attrazzjoni turistika rebbieħa. Sarner użat l-arkitettura tal-ġibjun illi

ma kienx għadu jintuża. Martin Xuereb kien il-perit illi ppjana dan il-proġett. Ir-riżultat ta’ dan kien passiġata meraviljuża għall-viżitatur tul l-esebizzjoni, illi tiġbdu ’l ġewwa fil-fond ġewwa il-bini, filwaqt li turih l-għamla ta’ dan il-post uniku. Sarner użaw id-drama biex iżidu t-tensjoni billi jikreaw b’mod interattiv u b’teknologija disa’ żoni b’lingwi differenti. Il-mixja tal-viżitatur tispiċċa fi spettaklu drammatiku 360 taċ-Ċittadella, fi spazju teatrali impressjonanti maħluq mill-ġibjun stess. Il-wirja spettakolari tinseġ ma’ temi li l-viżitatur ikun diġà ra fiż-żona tal-esebizzjoni, u l-film mal-ħitan kollha joħloq ambjent fejn il-viżitatur iħossu mgħerreq fl-ilma u wkoll iħossu barra fil-ħdura tal-kampanja ta’ Għawdex u mbagħad imdawwar b’ ħajt għoli taċ-Ċittadella, u mhedded bil-kanuni tal-Kursari Torok mal-ġnub u warajhom.

B’sogħba nħabbru l-mewt ta’ SUSAN MULVANEY Ġurnalista u xandara, fl-età ta’ 71 sena. Ħalliet jikbu t-telfa tagħha lil żewġha Charles Sacco u lil uliedhom Marika (Associate Tutor – Università ta’ Sheffield), u lil żewġha l-kirurgu konsulent Marcel Gatt u lil binthom Klara; u lil Daniela (Kap tal-Iskola Primarja San Alwiġi) u lil żewġha Robert (Manager HSBC) u lil binthom Maya. Ħalliet jikbuha wkoll lil ħutha James u martu Lily, Isabella u żewġha Jimmy Vella, Carmen (armla ta’ ħuha Richard), Lourdes (armla ta’ ħuha George) u lil John Spiteri (armel ta’ oħtha Mary Rose) kif ukoll lil ħut ir-raġel Denise, Ninette, Leonard, Paul u Frank (li jinsab l-Awstralja), l-irġiel u n-nisa tagħhom, neputijiet u bosta qraba u ħbieb fosthom is-semmiegħa tal-programmi tagħha. Il-funeral se jsir nhar it-Tlieta, 10 ta’ Ottubru, 2017 mill-Isptar Mater Dei fit-2.45 pm għall-Knisja Arċipretali tal-Mosta fejn issirilha quddiesa presente cadavere fit-3:00 pm u wara d-difna fil-qabar tal-familja fiċ-ċimiterju tal-Mosta. Agħtiha O’Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

SUĊĊESS GĦAL ŻEJT IŻ-ŻEJTUN Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġiet iċċelebrata l-11-il edizzjoni ta’ Żejt iż-Żejtun. Folol kbar ta’ nies ħonqu it-tliet pjazez fiċ-ċentru taż-Żejtun u l-inħawi antiki ta’ Santa Marija firRaħal ta’ Fuq, tas-Salvatur fir-Raħal ta’ Isfel u ż-żona tal-parroċċa l-antika f ’San Girgor. Naturalment il-qofol kien it-tberik taż-żejtun (żebbuġ), l-għasir għaż-żejt u l-ftajjar midlukin biż-żejt magħsur frisk. Din l-attività li oriġinat u hija organizzata mill-Kunsill Lokali taż-Że-

jtun, kisbet daqstant popolarità għax hija ċelebrazzjoni ġenwina msejsa fuq il-wirt kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli taż-Żejtun. Tul dawn l-aħħar 11-il sena, Żejt iż-Żejtun kompliet tiffoka fuq l-identità, il-karattru u l-wirt storiku, agrikolu u soċjali tal-lokal. Is-Sindku Joe Attard jisħaq li din mhux sempliċiment festa iżda hija avveniment ta’ kull sena li qed jagħti ħajja mill-ġdid lill-agro industrija tal-kultura tas-siġra li minnha ż-Żejtun ħa l-isem tiegħu. Aktar minn hekk qed isir sforz

biex kontra l-andament tal-lum, iżżgħażagħ jibdew jinteressaw ruħhom fl-industrija agrikola. Naturalment, in-nies inġibdu u qed jattendu bi ħġarhom għal Żejt iż-Żejtun għaliex ta’ kull sena is-sehem tal-gruppi folkloristiċi u l-mod kif l-inħawi kollha tal-attività huma aċċessibbli għal kulħadd, jgħinu sabiex l-attendenza tal-pubbliku tiżdied. Fi kliem id-direttriċi ta’ Żejt iż-Żejtun, il-Kunsilliera Joan Agius “din hija festa b’differenza, festa ta’ qawmien mill-ġdid

tal-wirt li tul is-snin sawwar iż-Żejtun u ż-Żwieten. Il-Kunsill Lokali flimkien mal-Knisja, l-għaqdiet u l-voluntiera, irnexxielu joħloq avveniment li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed isir popolari kemm fost il-Maltin, kif ukoll it-turisti li jkunu Malta.” Il-Kunsill Lokali jirrikonoxxi wkoll l-għajnuna ferm siewja tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali, l-Awtorità tatTuriżmu u s-Segretarjat tal-Agrikoltura kif ukoll dawk kollha li ħadmu għal dan is-suċċess.

SERVIZZ ĠDID GĦAN-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR Il-Bank HSBC Malta nieda servizz ġdid maħsub għan-negozji ż-żgħar, fejn il-bank qed jipprovdi servizzi bankarji tal-komunità permezz tan-netwerk ta’ fergħat tiegħu f ’għadd ta’ lokalitajiet madwar Malta, flimkien b’soluzzjonijiet diġitali. Is-servizz, bl-isem ta’ HSBC Fusion, jgħaqqad s-servizzi bankarji tan-negozju u dawk personali f ’soluzzjoni waħda u sempliċi, biex b’hekk ikun aktar faċli għas-sidien tan-negozji jimmaniġġjaw il-ħtiġijiet finanzjarji kollha tagħhom. HSBC Fusion kien maħsub għal sidien ta’ negozji li għandhom dħul annwali sa €1 miljun u bżonn ta’ self sa €100,000. Malta hi l-ewwel pajjiż li qed tniedi HSBC Fusion, servizz ġdid ipprovdut mill-Grupp HSBC. Dan is-servizz jappoġġja l-istrateġija tal-bank f ’Malta, billi qed iżid il-firxa ta’ servizzi offruti lin-negozji fil-komunità Maltija.

Il-klijenti eliġibbli għall-HSBC Fusion se jkollhom aċċess għal soluzzjoni ġdida bankarja fuq l-internet u l-app tal-mobile li tippermetti li l-kontijiet tan-negozju u dawk personali jkunu mmaniġġjati permezz ta’ sett wieħed ta’ kredenzjali ta’ reġistrazzjoni. B’appoġġ għal dan, l-HSBC introduċa wkoll aktar minn 100 professjonist imħarrġin apposta fil-fergħat tal-bank madwar Malta u Għawdex. Is-servizz HSBC Fusion tnieda uffiċjalment waqt attività għall-klijenti li saret fil-fergħa ta’ HSBC f ’Ħaż-Żabbar, fil-preżenza tal-Prim Ministru ta’ Malta l-Onor. Joseph Muscat flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta Andrew Beane u l-Kap tar-Retail Business Banking tal-Grupp HSBC Manuel Baldasano. Dawk li attendew intlaqgħu mill-maniġer tal-fergħa ta’ Ħaż-Żabbar Joe Cardona u mill-kollegi tiegħu. Il-Kap tar-Retail Business Banking tal-Grupp HSBC

Manuel Baldasano żied jgħid: “Aktar minn nofs l-ekonomija tad-dinja titmexxa minn kumpaniji żgħar, iżda dawn ta’ spiss ikunu trattati bħala verżjonijiet iżgħar ta’ negozji kbar. HSBC Fusion jgħin lis-sidien ta’ negozji żgħar jaraw l-istampa sħiħa tal-finanzi tagħhom, kemm tan-negozju kif ukoll dik personali. Dan is-servizz iqiegħed l-informazzjoni u t-tagħrif għad-dispożizzjoni tagħhom biex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw il-finanzi tagħhom bl-aħjar kumdità. Bl-opportunità li għandna permezz tal-HSBC Fusion, aħna ħerqanin biex ngħinu lis-sidien ta’ negozji straordinarji u lill-komunitajiet li fihom joperaw.” Aktar tagħrif dwar HSBC Fusion jinkiseb minn kwalunkwe fergħa tal-HSBC jew billi wieħed jitkellem ma’ wieħed mill-ispeċjalisti mħarrġa ta’ HSBC, iċempel fuq in-numru 2380 2389, jew inkella jżur is-sit hsbc.com.mt/fusion


23

kullhadd.com

08.10.2017

IL-JUM INTERNAZZJONALI TAT-BNIET MARIE LOUISE COLEIRO PRECA Il-President ta’ Malta

Nhar il-11 ta’ Ottubru se niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Bniet. Ċelebrazzjoni fejn għandna nirrikonoxxu l-valur u l-kontribuzzjoni ta’ madwar 1.1 biljun tifla, li jiffurmaw parti mill-popolazzjoni tad-dinja. Din il-ġenerazzjoni ta’ bniet qed tikber fi żmien ta’ bidla soċjali, politika, ekonomika u ambjentali mingħajr preċedent. Żminijietna jeħtieġu tmexxija innovattiva b’saħħitha, li tassigura l-parteċipazzjoni ta’ nies ta’ kull età u ġeneru. Sabiex nilqgħu għall-isfidi li qed tiffaċċja d-dinja, nemmen li l-ewwel u qabel kollox, għandna nassiguraw li s-soċjetajiet tagħna jkunu mibnija fuq l-ekwità u l-ugwaljanza sħiħa bejn il-ġeneri. L-Aġenda 2030 tal-Ġnus Magħquda, u s-17-il mira għall-Iżvilupp Sostenibbli tagħha jisħqu fuq il-ħtieġa li nassiguraw opportunatijiet reali u ndaqs għan-nies kollha fid-dinja. B’mod partikolari, il-Mira Sostenibbli Numru 5 tesiġi fuq il-komunità internazzjonali biex, sal-2030, niksbu ugwaljanza sħiħa u effettiva

bejn il-ġeneri. Sadanittant, bħalissa m’hemm l-ebda pajjiż fid-dinja fejn l-irġiel u n-nisa huma verament trattati b’mod ugwali. Bil-pass attwali ta’ progress, skont l-indikaturi tal-Forum Ekonomiku Dinji, huwa stmat li mhux se jkollna parità sħiħa bejn ilġeneri qabel 170 sena oħra. Żgur li ma nistgħux nistennew daqshekk. Jiena ċerta li, sabiex tinħoloq bidla sostenibbli u fit-tul, irridu ninkludu b’mod attiv il-vuċijiet u l-esperjenzi tat-tfajliet tagħna. Il-bniet tagħna huma parti essenzjali fil-vjaġġ lejn bidla pożittiva. Jeħtieġ li l-bniet tagħna, niftħulhom opportunitajiet effettivi u ndaqs biex jirnexxu u jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Jeħtieġ nassiguraw li l-bniet ukoll ikollhom aċċess effettiv għal opportunitajiet fl-aspetti kollha, u tul ħajjithom. Huwa meta nirrispettaw id-dinjità sħiħa tan-nisa u l-bniet, u l-valur tal-kontribuzzjonijiet tagħhom, li nistgħu nagħmlu differenza vera fil-komunitajiet u fis-soċjetà tagħna. Għal din ir-raġuni, għandna nkomplu nippromwovu proċessi attivi ta’ parteċipazzjoni għat-tfal, u li jħeġġu biex ittfal ikunu l-attivisti tal-preżent. Jeħtieġ nrabbu lil uliedna biex jemmnu fihom nfushom, ħalli jkunu l-mexxejja ta’ għada u ħassieba innovattivi, li jagħtu kontribut siewi lis-soċjetà rispettiva tagħhom.

Hemm bżonn urġenti li nassiguraw l-opportunitajiet xierqa għat-tfal kollha, bniet u subien, u li jixprunawhom, biex ikunu n-nisa u l-irġiel, li jmexxu għada. Għal din ir-raġuni, jien kburija, li qed nippatrunizza l-kampanja #Girl2Leader, imnedija mill-Women Political Leaders Global Forum. Din il-kampanja #Girl2Leader hija maħsuba biex tegħleb l-immaġini ta’ sterjotipiżmu, u toħloq l-ambjent meħtieġ biex tinkoraġġixxi u tappoġġja lin-nisa żgħażagħ biex jikkunsidraw il-potenzjal tagħhom fit-tmexxija pubblika u fil-politika. Nixtieq nagħti ħajr, lil numru ta’ individwi u organizzazzjonijiet, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, li qed jgħinuna biex nwasslu l-messaġġ li fuqu msejjes dan il-Jum Internazzjonali tal-Bniet. Għall-kampanja #Girl2Leader, irċevejna l-appoġġ mingħand dawn il-Membri Maltin tal-Parlament Ewropew: Marlene Mizzi, Francis Zammit Dimech, Miriam Dalli u Alfred Sant, li kollha kemm huma impenjaw ruħhom biex jappoġġjaw delegazzjoni Maltija ta’ nisa żgħażagħ biex ikunu preżenti fi Brussell fil-11 ta’ Ottubru, għat-tnedija uffiċjali tal-kampanja #Girl2Leader. Din l-inizjattiva importanti qed tiġi kkoordinata mill-Fondazzjoni tal-President għallĠid tas-Soċjetà, li qed torganizza għadd ta’ inizjattivi oħra

biex niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Bniet. Sadanittant, rappreżentanti minn Google żaru Malta biex organizzaw il-programm tagħhom bl-isem #IAmRemarkable. Flimkien mal-Women Political Leaders Global Forum, nies imħarrġa apposta, kienu involuti f ’workshops ma’ studenti nisa Maltin, biex jistimulaw diskussjoni u joħolqu

Il-bniet tagħna huma parti essenzjali fil-vjaġġ lejn bidla pożittiva. Jeħtieġ li l-bniet tagħna, niftħulhom opportunitajiet effettivi u ndaqs biex jirnexxu u jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom

TKOMPLI TINĦASS ID-DIFFERENZA MICHAEL

FALZON

Ministru għall-Familja, id-Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali

Dħalna fix-xahar t’Ottubru, xahar li għal ħafna tfal u familji jfisser id-dħul lura wara l-bankijiet tal-iskola u l-bidu ta’ rutina skolastika għal eluf ta’ studenti u dawk kollha konċernati fis-sistema edukattiva. Xahar li jfisser ukoll żmien fejn il-Gvern se jippreżenta l-baġit għas-sena 2018. Baġit li ftit għadek tisma’ nies jitkellmu dwaru. Għaliex din il-bidla fil-ħsieb? Sa ftit snin ilu n-nies kienet tieħu qatgħa meta tisma’ bil-kelma bagit għax kienet tfisser aktar taxxi, aktar miżuri li jitfgħu piż fuq il-kontijiet tal-familja, elettriku ogħla, mingħajr ebda inizjattivi li jħajru lin-nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Bil-kuntrarju nhar it-Tnejn mistennija nassistu għal bagit

ieħor li se jkompli jagħti dik l-imbuttatura ’l quddiem lil tant individwi li għal snin twal aspiraw li jaqbżu dik it-tarġa li dejjem weħlu fuqha. Dan fiddawl t’aktar tkabbir ekonomiku li qed jasal għand in-nies, għax qed isibu aktar impjiegi ta’ kwalità, filwaqt li qed ikunu jistgħu jaffordjaw jagħmlu iktar kapriċċi minn qabel. Baġit li se jkun qed jagħti iktar nifs lil kull faxxa ta’ nies. Dan l-aktar minħabba li pajjiżna reġa’ esperjenza surplus filwaqt li l-aġenziji tal-kreditu komplew jagħtu ċ-ċertifikati pożittivi tagħhom lil Malta, ċertifikati pożittivi li tista’ tgħid li ndraw taħt il-Gvern immexxi millPrim Ministru Joseph Muscat. Assistejna issa għall-ewwel 100 jum ta’ dan il-Gvern Laburista, Gvern li reġa’ ngħata fiduċja b’saħħitha biex ikompli jagħti direzzjoni b’saħħitha lil pajjiżna. Xhieda ċara tal-impenn ta’ dan il-Gvern huma bosta indikaturi. Ewlenija fosthom, id-9,000 persuna inqas fil-faqar jew fl-esklużjoni. soċjali. Silk, stħarriġ internazzjonali li jinħadem fuq id-dħul tal-2015,

juri li t-tnaqqis tan-nies fir-ri- jista’ jkun. Dan qieghed isir skju tal-faqar kien f ’għadd ta’ għall-ġid tal-familji u tat-tfal kategoriji, fosthom familji bit- tagħna. Għal dan il-għan nedtfal. L-investiment b’saħħtu, il-progress soċjali u s-surplus li reġa’ nkiseb fl-aħħar jiem, żgur li lkoll kienu elementi kruċjali li qed ikomplu jgħinu aktar nies f ’kull faxxa tas-soċjetà jiksbu dak li ilhom jirsistu għalih. Issuċċess ekonomiku ifisser biss suċċess, jekk jitqassam ma’ kulħadd u hawnhekk titwettaq il-ġustizzja soċjali. Minkejja Silk, stħarriġ dan kollu, mhux se tikber rasna u xorta se nibqgħu kommessi internazzjonali biex inħassru ż-żieda fil-faqar li saret fi żmien amministrazz- li jinħadem fuq jonijiet Nazzjonalisti. id-dħul tal-2015, It-tfal kollha għandom iddritt li jitrabbew f ’ambjent ta’ juri li t-tnaqqis familja li tkun tista’ tagħtihom tan-nies dak kollu li jkun meħtieġ u għalhekk il-Gvern ħareġ ukoll fir-riskju bi pjan ħolistiku għal dan tal-faqar kien is-settur. Dan il-Gvern iħoss il-polz tal-poplu u aħna konxji f’għadd ta’ li l-proċess tal-adozzjoni mhux dejjem ikun faċli minħabba di- kategoriji, versi raġunijiet, fosthom dawk fosthom familji legali. Minkejja dawn id-diffikul- bit-tfal tajiet, aħna kommessi li niffaċilitaw dan il-proċess kemm

opportunitajiet għall-empowerment ta’ studenti nisa Maltin. Filwaqt li fil-11 ta’ Ottubru, fil-Jum Internazzjonali tal-Bniet, il-kampanja #Girl2Leader se titnieda fi Brussell, lokalment, se jsir avveniment biex jimmarka din il-ġurnata osservata mill-Ġnus Magħquda, fl-Università ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Studenti Universitarji. Fil-11 ta’ Ottubru, ser titnieda uffiċjalment, il-Pjattaforma ta’ Organizzazzjonijiet għan-Nisa, bl-isem emPOWer, li ilha x-xhur, tiġi ffaċilitata mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà. Din il-pjattaforma għandha l-għan li tinkoraġġixxi aktar nisa biex jipparteċipaw f ’pożizzjonijiet ta’ influwenza u tmexxija. Dakinhar se ssir diskussjoni, permezz ta’ panel, li se jqajjem il-mistoqsija dwar kif nistgħu nikkontribwixxu b’mod kollettiv lejn il-kisba tal-Mira tal-Iżvilupp Sostenibbli Nru. 5 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Biex jirnexxilna niksbu il-paċi pożittiva, il-ġid ħolistiku, u l-ġustizzja soċjali, jien konvinta li rridu ninkludu lil kulħadd. Pajjiżna, u d-dinja, jeħtieġu strateġiji qawwija, favur tmexxija inklussiva. Bla dubju, d-dinja teħtieġ il-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa u l-bniet kollha, flimkien mal-irġiel u s-subien. Huwa b’dan il-mod, li aħna nkunu nistgħu noħolqu tassew, futur li jassigura l-ġustizzja soċjali u l-prosperità għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

ejna konsultazzjoni pubblika fuq l-istandards tal-adozzjoni li se ssir fuq medda ta’ sitt ġimgħat u tispiċċa fit-3 ta’ Novembru li ġej. Id-Dokument se jkun jista’ jinkiseb kemm minn fuq il-website tal-Ministeru kif ukoll minn fuq il-website tad-Dipartiment għall-istandards fil-Ħarsien Soċjali. Konxji wkoll li l-ispejjeż finanzjarji relatati mal-adozzjoni huma iebsin, se ngħinu lill-koppji li jixtiequ jadottaw tarbija b’għajnuna diretta sa massimu ta’ €10,000 li jistgħu jinkludu rebate tal-ispejjeż li l-koppja tagħmel biex tivvjaġġa. Minbarra din l-ghajnuna finanzjarja għandna wkoll l-impenn politiku b’saħħtu u ġenwin sabiex is-settur tal-adozzjonijiet nagħtuh spinta ’l quddiem. Dan huwa Gvern li jifhem u kapaċi jieħu azzjoni dwar sitwazzjonijiet li mhux dejjem ikunu faċli, iżda jaf li warajhom hemm persuni umani li għandhom dritt ghall-umanità u ħajja feliċi. Id-differenza għall-aħjar qed tinħass u se nkomplu naħdmu għaliha, fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.


24

08.10.2017

kullhadd.com

NASSIGURAW PROGRESS MARIO

FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist

Għalhekk illum erħejtilha lejn Tas-Sliema u tgħidx kemm ħadt gost narah lil Adrian jiltQaluli li fl-istamperija tgħidx kemm kien aqa’ u jitkellem ma’ dak u mal-ieħor, jew ma’ hemm min għorok idejh għax skont huma dik u mal-oħra. Li nixtieq hu li jkollna aktar Adrian issa tagħna, kellu jċedi għall-press- okkażjonijiet fejn inkunu nistgħu nċapċpulu. joni tagħhom u ma ħax miegħu lil Clyde Puli u lil David Agius meta llum mar San Anton jiltaqa’ mal-President tar-Repubblika, It-Tnejn, 2 ta’ Ottubru kif għamel aktar kmieni dil-ġimgħa meta mar jiltaqa’ ma’ Joseph Muscat. Ma nafx Le, le! Mhux se ndumu nistennew biex ikollgħalfejn għorku jdejhom għax jien ngħid li na ż-żewġ viċi kapijiet. Ma’ Adrian jidher li għamel sewwa ma ħadhomx miegħu. Mhux m’hemmx tkaxkir tas-saqajn u kollox irid isir għax ċeda għall-pressjoni tagħhom, imma bla telf ta’ żmien. Illejla qalilna ċar u tond għax il-President tar-Repubblika għand- li mhux se jkollna għalfejn nistennew salha tinżamm ’il fuq mill-politika partiġjana. aħħar tas-sena biex jitwarrbu Beppe Fenech Tal-anqas hekk kien jgħallimna Eddie l-kbir! Adami u Mario De Marco. U aktar ma ngħaġġlu aktar aħjar għax jien m’għandix dubju li sakemm jintgħażlu t-tnejn il-ġodda, aktar inkwiet se jkollna. Nittama li f ’din Il-Ġimgħa, 29 ta’ Settembru l-elezzjoni ma jkunx hemm min ibagħbas, Lil Simon m’aħna se ninsewh qatt għax se forsi ma tafx kif l-inkwiet jieqaf darba għal nibqgħu ngawdu minn dak li għamel kemm dejjem u mhux nibqgħu sejrin bih anke wara kien ilu kap tal-partit glorjuż tagħna, anke li tkun saret l-għażla. jekk qatt ma kien prim ministru. Illum il-partit ippreżenta id-dokument ta’ qabel il-baġit, xi ħaġa li kien bdieha Simon tliet It-Tlieta, 3 ta’ Ottubru snin ilu, jekk niftakar sew. Barra minn hekk, Adrian fl-ittra tiegħu lil Angela Merkel biex Viva Adrian! Viva Adrian! Sewwa qalilna jifirħilha talli rebħet fil-Ġermanja fakkarha li waqt ‘Dissett’ li n-negattività li wħud qegħkien il-partit glorjuż tagħna li fil-bidu ta’ din din jippruvaw jagħtu l-impressjoni li l-partit is-sena kien organizza l-kungress tal-Par- glorjuż tagħna għaddej minnha, mhi vera tit Popolari Ewropew, meta l-partit glorjuż xejn. U issa aktar u aktar għax illum il-Kumitagħna kien immexxi minn Simon. tat Eżekuttiv tal-partit glorjuż tagħna ivvota b’mod unanimu biex Adrian isir deputat Parlamentari. U għada, man, se jieħu Is-Sibt, 30 ta’ Settembru l-ġurament bħala Membru Parlamentari, Kif ma niflaħx għalihom dawn l-aġenzi- imbagħad il-Ġimgħa jieħu l-ġurament bħaji ta’ kreditu! Waħda wara l-oħra jfaħħru la Kap tal-Oppożizzjoni. Minn hemm ’il lill-Gvern ta’ Joseph Muscat qisu qatt ma quddiem se jibda jurina kif ma jibżax minn kellna Prim Ministru aħjar minnu. Milli Joseph Muscat. U issa, bil-vot unanimu jidher dawn ma jafux li darba pajjiżna kien tal-Kumitat Eżekuttiv, aktar u aktar mhux se immexxi minn Eddie l-kbir li kien ħafna jibża’ minnu. aħjar minn Joseph Muscat u tgħidx kemm rebbaħna elezzjonijiet. U ngħid jien dawn ma jafux la b’Simon u lanqas issa b’Adri- L-Erbgħa, 4 ta’ Ottubru an. Kieku l-esperti ta’ dawn l-aġenziji jkellmu jew lil Simon jew issa lil Adrian, dawn Ma nafx kif dawk tal-Labour qegħdin isiru it-tnejn jgħidulhom x’inhi s-sitwazzjoni vera jafu b’kollox x’inhu jiġri fid-Dar Ċentrali. f ’pajjiżna, u mela joqogħdu biss fuq dak li Saru jafu li l-Kumitat Eżekuttiv ma tħaljgħidulhom Joseph Muscat u sħabu, x’kull liex jivvota b’mod sigriet biex il-kap Adrian illum seta’ jsir Membru Parlamentari. waħda! Bilfors li hemm min qiegħed jgħaddilhom l-informazzjoni. Anzi, naħseb li hemm aktar minn wieħed. Insomma ma rridx inħalli Il-Ħadd, 1 ta’ Ottubru d-dubji jtappnuli din il-ġurnata storika meta Issa bdejt insib x’nagħmel il-Ħadd filgħo- Adrian tagħna sar Membru Parlamentadu. Bħalma qabel kull nhar ta’ Ħadd kont ri. Mhux sewwa li mhux il-membri kollimmur nisma’ lil Simon, issa l-istess qiegħed ha kienu preżenti għall-ġurament tiegħu, nagħmel u kull nhar ta’ Ħadd se nibda mmur imma m’hemmx x’tagħmel. Forsi xi darfejn imur Adrian, l-ewwel u qabel kollox ba jasal il-jum meta nkunu nistgħu nkanbiex nikkonvinċi ruħi li mhuwiex non-start- taw ‘għax għandna lil Delia magħna, aħna er, kif kienu qalu Marlene u dik tal-Bidnija. magħqudin...’ Il-Ħamis, 28 ta’ Settembru

Nhar is-Sibt, 30 ta’ Ottubru l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, organizzat il-Laqgħa Plenarja annwali għall-Kunsilliera kollha ta’ Malta u Għawdex. Fil-laqgħa ġew preżentati u diskussi suġġetti li jinteressaw mill-qrib mhux biss lill-Kunsilli Lokali imma wkoll lir-residenti f ’kull lokalità. Bħala President tal-Assoċjazzjoni, ftaħt il-laqgħa li għaliha kien hemm preżenti l-membri tal-Eżekuttiv, fejn awgurajt għal aktar xhur ta’ ħidma peress li l-membri kollha kienu għadhom kif ġew għal darb’oħra ikkonfermati eletti. L-Inġ. Mario Schembri beda billi rrefera għall-problema ta’ l-iskart u kif nistgħu nnaddfu lil Malta. Għamel referenza wkoll għan-nuqqas ta’ għarfien fost iċ-ċittadini li dan qed iwassal għal aktar skart li jintrema fit-toroq. L-Inġ. Schembri li huwa rappreżentant tal-Green Pak spjega li wieħed mill-oġġettivi primarji tal-Green Pak huwa li jrabbi kuxjenza fost iċ-ċittadini. Sfortunatament minkejja li l-liġijiet li jirrigwardaw l-iskart huma bosta, l-infurzar għadu mhuwiex b’saħħtu. Punt ieħor li semma huwa l-finanzjarjament li huwa fir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali u bis-saħħa wkoll tal-iskemi fil-qasam privat. B’nefqa ta’ €30 miljun fis-sena, mhuwiex vijabbli li naraw dan ir-rimi irresponsabbli. Mill-istatistika ppreżentata deher li mill-2006 sa l-2016 l-ammont ta’ skart miġbur żdied kull sena biex b’hekk qabeż 16,000 tunnellata. L-Inġ. Mario Schembri semma li sar progress fl-immaniġġjar tal-iskart iżda huwa sostna li jeħtieġ li jsir ħafna aktar. Iridu jiġu introdotti sistemi ta’ ġbir addattat għal din id-diversità, fejn għandna influss akbar ta’ nies barranin li qegħdin jgħixu f ’pajjiżna. Saħaq ukoll li hemm bżonn ta’ aktar infurzar fuq rimi illegali. L-Onor. Silvio Parnis fetaħ id-diskussjoni fuq l-immaniġjar tal-iskart. Sostna li għandu jkun hemm pjan ħolistiku fejn kull stakeholder jaħdem id f ’id u kull entità tingħaqad biex jitfassal pjan wieħed. Għandha wkoll issir obligatorja l-użu tal-borża l-bajda (skart organiku) u ma tibqax proġett pilota. Għandu jkun hemm analiżi minn kull lokalità fejn jiġi indikat x’inhu l-aħjar għal dik il-lokalità partikolari. L-Onor. Dr. José Herrera sostna kif f ’din il-leġislatura

jrid jindirizza l-problema kbira tal-iskart. Saret ukoll referenza għall-inizjattiva Waste to Energy l-introduzzjoni tal-obbligi li kull ċittadin għandu jkollu lejn ilkunċett tal-ekonomija ċirkulari. Il-mira tal-pajjiż hija li 40% taliskart użat jintuża għall-Waste to Energy filwaqt li 60% jiġi rriċiklat. Għalhekk xorta nkunu konformi mal-miri tal-Unjoni Ewropea. Bħalissa qiegħed jiġi rriċiklat bejn 8% u 12% taliskart. L-Onor. Herrera jaqbel li l-kampanja ta’ għarfien tibqa’ għaddejja imma bil-pubbliċità biss m’aħna ser naslu mkien u għalhekk min-naħa tal-Ministeru ġie deċiż li ser jaħdmu fuq qafas leġiżlattiv li jkun b’saħħtu biżejjed biex jindirizza l-problemi. Qal ukoll li l-ERA għandha obbligu legali ta’ infurzar. L-Inġ. Clyde Falzon spjega li l-Wasteserv jaqa’ fir-responsabbbiltà tal-Gvern Ċentrali. Semma kif l-operatur qiegħed jagħti sehmu biex jibda x-xogħol fuq l-impjant il-ġdid li se jintuża għall-proġett Waste to Energy. Semma kif il-borża taliskart il-griża għandha tiġi trattata b’aktar effiċjenza. Is-Snr. De Brincat, Direttur mid-Direttorat għall-Ambjent u Tibdil fil-Klima, bdiet billi qalet li l-Kunsill għandu wkoll jaċċerta li r-residenti jkunu infurmati tajjeb. Il-Kunsilli Lokali għandhom ikollhom rwol attiv fl-edukazzjoni tar-residenti bil-għan li jkun hemm tnaqqis ta’ rimi irresponsabbli. Issemmiet ukoll il-kampanja Don’t Waste Waste. Għandu jkun hemm reviżjoni tal-penali ħorox għal min ma josservax dawn ir-regolamenti. Is-Sur Attard, Kap Eżekuttiv tal-Green MT, għamel referenza għall-ammont ta’ Bring-in Sites fil-lokalità. Dan l-ammont għandu jkun relatat man-numru ta’ residenti f ’dik il-lokalità. Is-Sur Attard qal li din hija problema li trid tiġi indirizzata għax ikun hemm problema ta’ spazju fejn se jitpoġġew dawn il-bins. Għandu jkun obbligu legali li ħġieġ ma jintefax filborża s-sewda imma jinġabar kif suppost. Huwa kkonkluda li mingħajr liġijiet u infurzar ser ikunu diffiċli li jintlaħqu l-miri. Kien hemm diversi Kunsilliera u Sindki li taw il-veduti tagħhom dwar dan kollu u anki dwar proposti konkreti li wieħed jista’ jimplimenta sabiex tiġi indirizzata din il-problema. L-għan ta’ dawn il-proposti huwa li jiddaħħlu fil-pjan t’azzjoni, fejn waqafna nitkellmu x’għandu jsir imma għandna dokument li fil-jiem li ġejjin jitla’ quddiem il-kabinett. Wieħed irid jibda jikkunsidra wkoll jekk il-kuntratti għal sejħiet ta’ servizz ikunux lokali jew ukoll reġjonali. Dan sabiex isir ukoll gwadan mill-ispiża li tiġi kkwotata. Lokalitajiet li fil-konfini tagħhom imissu ma’ xulxin ikun jistgħu jippubblikaw sejħa waħda.


25

kullhadd.com

08.10.2017

KONTABILITÀ FIL-PRATTIKA OWEN BONNICI Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali

Soċjetà demokratika hija mibnija fuq politika ta’ rieda tajba, soċjetà li tirsisti biex tħaddan kultura ta’ demokrazija li tinxtered mill-istituzzjonijiet tagħha u tħaddan il-valuri u l-aspirazzjonijiet komuni tal-poplu. Wieħed ma jistax ikollu demokrazija stabbilita jekk l-istituzzjonijiet tagħha ma jħaddnux il-prinċipji tat-trasparenza u l-kontabilità, li huma l-qofol ta’ mentalità demokratika. Gvern Laburista mill-ewwel beda jmexxi ’l quddiem sforzi biex irawwem din il-kultura politika, billi beda jindirizza n-nuqqasijiet demokratiċi li kellna fis-sistema tagħna. Fl-2016 beda jibni fuq l-Att tar-Riforma Kostituzzjonali (Settur tal-Ġustizzja), li b’mod notevoli rriformat is-sistema

tal-ħatriet ġudizzjarji f ’Malta. Issa l-ġimgħa li għaddiet il-Gvern nieda l-Att tal-2017 dwar l-Amministrazzjoni Pubblika. Dan l-Att għandu l-għan li jistabbilixxi Kumitat Parlamentari ġdid li jevalwa n-nominazzjonijiet ta’ Ambaxxaturi mhux tal-karriera u karigi pubbliċi oħra ta’ livell għoli, b’tali mod li dan il-proċess isir fil-prinċipju u de facto, wieħed aktar demokratiku. Sal-lum, ħatriet politiċi kienu, fil-biċċa l-kbira tagħhom, isiru dirett mill-Ministru responsabbli, mingħajr l-ebda skrutinju biex ikun żgurat li dawn il-ħatriet ikunu jirrispettaw l-esiġenzi tal-post li għalih tkun se ssir il-ħatra. Kif jgħaddi dan l-Att, ir-responsabbiltà tal-ħatra xorta se tkun tal-Ministru, iżda dan se jkun obbligat li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet mibgħuta mill-Kumitat Permanenti. B’dan il-mod, il-Gvern qed jirrinunzja parti mis-setgħa tiegħu fuq dawn il-ħatriet, u b’hekk qed jgħaddiha lill-Ogħla Istituzzjoni, il-Parlament. X’inhu l-valur ta’ dan l-iżvilupp, jiġifieri bid-dħul ta’ dan l-Att, biex tkun sostnuta

l-kultura demokratika tas-soċjetà tagħna? L-ewwel nett, il-Kumitat Parlamentari huwa magħmul minn tliet membri tal-Gvern u żewġ membri tal-Oppożizzjoni. Għall-ewwel darba fl-istorja, dan il-kumitat se jservi ta’ pjattaforma li permezz tagħha membri miż-żewġ naħat tal-kamra, u għalhekk ta’ opinjoni politika diversa, se jiddibattu l-merti tal-kandidati. Bil-mod kif dan il-kumitat huwa kompost, il-Gvern qed jirrikonoxxi r-rwol Parlamentari tal-Oppożizzjoni, u fl-istess ħin isaħħaħha minħabba li qed jagħmilha parteċipattiva filproċess ta’ għażla. B’hekk b’dan l-Att, il-Gvern għolla dawn il-ħatriet minn sempliċiment eżerċizzju patiġjan għal wieħed li verament jirrifletti l-prinċipji tad-demokrazija. Apparti minn dan kollu, imma b’żieda miegħu, l-Att jipproponi li l-proċess tal-għażla jsir pubbliku, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċifiċi li jistħoqqilhom il-kunfidenzjalità. Demokrazija li tirrispetta lilha nnifisha tirrikonoxxi li t-trasparenza hija karatteristika ta’ tmexxija tajba. It-tra-

sparenza hija wkoll essenzjali biex titrawwem fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi li se jkunu mmexxija minn dawn il-kandidati prospettivi. Iċ-ċittadin Malti jeħtieġ li jkollu moħħu mistrieħ billi jkun jaf li dawk maħtura, il-kapijiet tal-awtoritajiet regolatorji tal-gvern, verament ikun jistħoqqilhom il-pożizzjoni tagħhom u li jist-

Gvern Laburista mill-ewwel beda jmexxi ’l quddiem sforzi biex irawwem din il-kultura politika, billi beda jindirizza n-nuqqasijiet demokratiċi li kellna fis-sistema tagħna

għu jkunu imparzjali fit-twettiq xieraq tad-dmirijiet tagħhom. Din hija kontabilità mqiegħda fil-prattika. Dan huwa Gvern li jemmen bis-sħiħ fid-demokrazija, għaliex permezz ta’ dan l-Att, għolla l-livell tal-governanza tajba billi qed ikompli jippromwovi t-trasparenza u jagħti responsabilità lill-Oppożizzjoni, iżda aktar importanti, lejn iċ-ċittadin Malti li eleġġieh biex jamministra l-pajjiż. Dan il-Gvern verament iwettaq dak li jwiegħed. Gvern li mhux biss jitkellem dwar li jagħmel minn Malta soċjetà aħjar għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin, iżda qed iħejji l-istrutturi li jiżguraw li d-demokrazija tkun integrata fid-DNA tat-tessut soċjali. L-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika (2017) jħeġġeġ il-prinċipji ta’ governanza tajba, trasparenza u kontabilità, u huwa pass kbir ’il quddiem f ’sensiela ta’ inizjattivi implimentati minn Gvern li żgur qed jagħmel differenza. Din il-leġiżlazzjoni hija aħbar tajba għall-Parlament, aħbar tajba għad-demokrazija.

GĦADA JUM IL-BAĠIT MARLENE

MIZZI MEP

Għada, it-Tnejn, 9 ta’ Ottubru, 2017, il-Professur Edward Scicluna, Ministru għall-Finanzi, iressaq il-Baġit għas-sena 2018, l-ewwel baġit ta’ din il-leġiżlatura. L-ewwel baġit wara l-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju li għadda. Wara l-Elezzjoni ta’ Marzu 2013, u allura l-ewwel amministrazzjoni Laburista mmexxija mill-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru Scicluna kien ukoll jokkupa l-kariga ta’ Ministru tal-Finanzi. Dakinhar Gvern Laburista kien għamel tiegħu l-baġit ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista mħejji lejn tmiem is-sena 2012 imma li ma ġiex approvat mill-Parlament u li kawża t’hekk waqa’ l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi. Gvern Laburista kien għamel tiegħu l-baġit imħejji minn Gvern Nazzjonalista mhux għax kien jaqbel ma’ kull ħaġa li kien hemm fl-aħħar baġit Nazzjonalista, imma biex jassigura li ma jkunx hemm turbulen-

zi fil-perjodu ta’ transazzjoni minn amministrazzjoni talpajjiż għal oħra, aktar u aktar meta kien hemm bidla fl-amministrazzjoni tal-pajjiż. Gvern Laburista ma riedx joħloq skossi. Gvern Laburista ried li kemm jista’ jkun ikun hemm bidla witja fl-amministrazzjoni tal-pajjiż. U għax hekk jitlob l-għaqal hekk kien sar. Ċertament li għada l-Ministru Scicluna se jkun f ’pożizzjoni ferm aħjar milli kien fiha wara amministrazzjoni Nazzjonalista f ’Marzu 2013. Għada l-Ministru Scicluna se jkun qed jimmanuvra l-vapur minn sitwazzjoni ferm differenti u ferm aħjar milli kien fl-ewwel amministrazzjoni Laburista ta’ Marzu 2013. Fit-tħejjija għallbaġit ta’ għada l-Ministru Scicluna kien f ’pożizzjoni li kien jaf eżattament minn fejn se jitlaq. Ma naħsibx li ltaqa’ ma’ xi sorpriżi bħalma nimmaġina li ltaqa’ magħhom meta daħal fil-Ministeru tal-Finanzi f ’Marzu 2013. Fi tħejjija għall-baġit ta’ għada l-Ministru Scicluna kien qiegħed jaħdem f ’għalqa li kienet ilha tinħadem erba’ snin minn amministrazzjoni Laburista. Għalqa li grazzi għall-ħidma għalenija bdiet tirrendi l-frott. Tul l-erba’ snin tal-leġiżlatura li għaddiet Gvern Laburista kiseb riżultati

li pajjiżi oħrajn Ewropej lanqas biss ħolmuhom. Biżżejjed wieħed isemmi li filwaqt li fil-bidu tal-Leġiżlatura 20132017 il-pajjiż kien jinsab f ’sitwazzjoni ta’ defiċit, u mhux defiċit taċ-ċajt, illum ninsabu f ’sitwazzjoni fejn il-kelma DEFIĊIT inqalbet għal SURPLUS. Dan seħħ għall-ewwel darba wara 35 sena sħaħ. Meta Joseph Muscat kien jgħid li jrid jagħmel lil pajjiżna l-aqwa fl-Ewropa kien hemm min kien xettiku, u xettiku mhux ftit. Ma kinux ftit dawk li bdew jgħidu li Joseph Muscat kien qiegħed jara kbir. Ma kinux ftit dawk li ppruvaw jirredikolawh. Illum, wara biss ftit aktar minn erba’ snin, dan qegħdin narawh, qegħdin nesperjenzawh fir-realtà kollha tiegħu. Tul il-Leġiżlatura li għaddiet seħħet rivoluzzjoni siekta f ’pajjiżna. Rivoluzzjoni għall-aħjar. Minn sitwazzjoni fejn il-ħaddiema jiġru għal biċċa xogħol, għal sitwazzjoni fejn min jimpjega, u dan japplika għal kull settur, jiġri wara l-ħaddiema biex jagħtihom ix-xogħol. Illum jekk tħares lejn iċ-ċifra ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol u tqabbilha ma’ kemm kienet f ’Marzu 2013, issib baħar jaqsam. L-istess jekk tqabbel kemm kien hawn nies jaħdmu dakinhar u kemm

hawn illum. U tista’ tibqa’ sejjer hekk f ’kull settur. F’kull wieħed se ssib li sar progress enormi. Din hija s-sitwazzjoni li kien fiha l-Ministru Edward Scicluna waqt li kien qed iħejji għall-baġit tas-sena 2018. Sitwazzjoni li ma ngħatatlux fuq platt tal-fidda minn ħaddieħor. Ħaddieħor ħallielu, kif jgħidu l-Ingliżi, “a poisoned chalice”. Il-poplu huwa konxju minn dan kollu. Tant huwa konxju l-poplu li llum għandu aspettattivi kbar. Aspettattivi li ma

Ċertament li għada l-Ministru Scicluna se jkun f’pożizzjoni ferm aħjar milli kien fiha wara amministrazzjoni Nazzjonalista f’Marzu 2013

rriżultawx biss kawża tal-fatt li llum il-pajjiż għadda għal fażi ta’ surplus fil-finanzi tiegħu, imma wkoll għax illum il-poplu esperjenza direttament, ra b’għajnejh u miss b’idejh, li dak li l-Partit Laburista wiegħed qabel l-Elezzjoni Ġenerali ta’ Marzu 2013 fil-maġġoranza assolutissima tiegħu twettaq. Il-poplu tant huwa konxju minn dan li meta f ’Ġunju li għadda ssejjaħ biex jagħti l-ġudizzju tiegħu, il-Partit Laburista ngħata mandatt b’maġġoranza akbar minn dak li kien ingħata fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Marzu 2013. F’Ġunju li għadda l-poplu Malti u Għawdxi kellu f ’idejh diversi Programmi Elettorali preparati mill-partiti politiċi li kkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali ta’ dakinhar. Il-maġġoranza assoluta tal-poplu għażlet il-Programm Elettorali tal-Partit Laburista għax temmen bis-sħiħ, aktar u aktar wara li għandha l-provi f ’idejha, li l-Partit Laburista dak li jwiegħed iwettqu. Konvinta li meta għada, bħalkom se nkun qiegħda nsegwi lill-Ministru tal-Finanzi l-Professur Edward Scicluna jressaq l-ewwel baġit ta’ din il-Leġiżlatura, naraw il-bidu tat-twettiq ta’ dak imwiegħed għall-ħames snin li ġejjin u li bdejna flimkien b’riżultat tal-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju 2017.


26

08.10.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB DWETT GĦAL ŻEWĠ VJOLINI Dwett Għal Żewġ Vjolini jirrakkonta l-ġrajja ta’ Rosalie, tfajla ta’ 16-il sena u vjolinista li l-għalliem tagħha jinsisti li għandha ddoqq dwett ma’ Frank, Malti Awstraljan li kien jinsab Malta għal ftit jiem għall-okkażjoni ta’ kunċert kbir. Bdew il-provi bejn Rosalie u Frank. Malajr bejniethom nibtet l-imħabba, iżda Frank kien wasallu ż-żmien li jitlaq lejn l-Awstralja. Rosalie twiegħed lil Frank li malli jkollha 18-il sena tmur ħdejh, waqt li hu jwegħidha mħabbtu u li jiktbilha kull ġimgħa. Wara ftit tal-jiem l-ittri waqfu ħesrem. X’kien ġara?

SILTA MILL-KTIEB Stajt tgħid li dawk iż-żewġt idjar f ’nofs Triq Dingli, Tas-Sliema, ma kinux jagħmlu għajb liddjar l-oħra eleganti tat-triq kollha. Kien bniehom l-istess perit sewwa sew wara t-Tieni Gwerra Dinjija minflok xi djar imwaqqgħa. Kienu identiċi, qishom żewġ tewmin, ħlief li mal-koxxa tal-bieb ta’ waħda minnhom kien hemm plakka tar-ram kbira mhux ħażin biex tgħarraf li hemm ġew joqgħod il-Perit Gustav Borg Bondin, l-istess perit li kien bnieha. Mal-bieb l-ieħor ma kien hemm l-ebda plakka tar-ram imma rħama bajda bl-isem ta’ San Ġorġ fuq stampa mlewna ġmielha tal-qaddis jissielet mad-dragun. Kienet id-dar fejn toqgħod Rosalie ma’ ħuha akbar minnha, Sunny, u l-ġenituri. Ġużepp, il-missier, fiż-żmien kien furnar f ’nofs Ħal Qormi b’negozju tajjeb tal-ħobż imma qabel ma tefa’ l-ankri Tas-Sliema biegħ ilforn u n-negozju tal-ħobż

waqt li fetaħ naqra ta’ ħanut fi Triq it-Torri, Tas-Sliema stess, qrib sew tax-Xatt, kważi f ’Misraħ Sant’Anna. Għallewwel kien ibigħ minnu xi pasti u kejkijiet, imma wara rranġah, żied xi erba’ mwejjed, u l-ħanut sar bħal kafè żgħir bi klijentela dejjem tiżdied. Meta għaddew xi ftit tax-xhur ġara li l-mezzanin ta’ ħdejh żvojta u Ġużepp ħataf l-okkażjoni u xtrah biex niffdu mal-ħanut tal-kafè u allura l-post kiber sew. Wara din il-bidla, dak ilpost sar jismu Café Elite – isem miktub b’ittri kbar fuq tabella, isem li stajt taqrah minn mil bogħod. Ġużepp kien għal qalbu u ma jonqsu xejn. Wara li fetaħ dak il-ħanut, l-aktar meta beda jara n-nies tiżdied kuljum, qatt ma sogħobbih li telaq minn Ħal Qormi. Bil-mod tgħallem jifhem u jgħid xi żewġ kelmiet bl-Ingliż ukoll għax bosta mill-klijenti tiegħu, għalkemm Maltin, ftit li xejn

kienu jitkellmu bil-Malti. Kos, erba’ passi bogħod mir-raħal ta’ Ħal Qormi, u qisek tinsab f ’pajjiż għalkollox differenti, saħansitra l-lingwa mhix l-istess. Din qatt ma basarha qabel. Bidla oħra li għamel Ġużepp kienet li biegħ il-vann li kien iservih ħalli jqassam il-ħobż fi ħwienet madwar Malta kollha. Ħeles ukoll mill-bagħal li kien jiġbed karettun kbir li fuqu kien ipoġġi bħal kaxxa kbira, qisha gwardarobba, li fiha kien jistiva l-ħobż li kien ibigħ madwar ir-raħal ta’ Ħal Qormi. Minflokhom xtara karozza Morris Minor sewda li għaliha ħaseb biex jixtri wkoll naqra ta’ garaxx fil-qrib tad-dar, fi Triq Blanche, li tiġi kantuniera sew wara d-dar. Tgħidx kemm kien kburi bil-karozza! Ftit kien għad hawn karozzi jiġru fittoroq tagħna f ’dawk is-snin bikrin tas-sittinijiet tas-seklu li għadda. Għal martu Luċija l-istorja

ma kenitx daqshekk imlewna. Hi bdiet tilbes bħan-nisa ta’ Tas-Sliema. S’hemm kollox sew, kieku, imma damet fuq li damet biex tissetilja tgħix f ’dik il-belt ġdida. Iffissat fuq il-fatt li żewġha ma kienx perit u allura

ma jmisshiex marret toqgħod bieb ma’ bieb ma’ perit. Kienet tgħir u xtaqet tippika masSinjura Sophie Borg Bondin ta’ ħdejha li mhux talli ma kenitx issellmilha imma lanqas biss tħares lejha. Xejn!

Mistoqsija: X’sar jismu l-ħanut wara li saret il-bidla fih? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb DWETT GĦAL ŻEWĠ VJOLINI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 15 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb JISSOKTA L-KAŻ TA’ SAVER U DE LUDMILLA MOLIZZ huwa: M. MICALLEF - Żejtun

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

05

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Meta se jiġi ppreżentat il-baġit? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


27

08.10.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

A.PACE - Is-Siġġiewi

TISLIBA 195 Mimdudin:

Bi 3 Numri 124 145 184 334 677 734 795 844 923 975 B’4 Numri 0085 0093 0405 0654 0759 0848

1131 1166 2490 2704 2969 3114 3416 3440 4115 4221 4614 5208 5278 5325 5537 5615 5974 5986 6262 6311 6436

7064 7373 7454 7939 8092 8495 8557 8729 8787 9067 9707 9916 9956 B’5 Numri 06103 06601 06681 07351 20054

23262 25287 33175 34570 40258 41602 43880 46377 50045 56465 62680 74938 76043 81804 84033 89218 97203 B’6 Numri 340474

724712 793815 858733 B’7 Numri 3758090

7004139 Bi 8 Numri 02693461 18278726

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

1. Kompli l-qawl: Bla .........bħal dar bla bieb (5) 4. Tidħol minnu (4) 7,21M. Kien re fil-Libja (5) 9,18. Jistgħu jkunu tal-kollezzjoni (5) 10. Togħmitha qarsa (6) 12. Insaħħek (6) 16. Also known as (1,1,1) 18. Ara 9 19. Ara 12 wieqfa 20. Daħla? (5) 21. Ara 7 23. Mhux qosra (4) 24. Tiġri wara xi ħadd (5)

Weqfin: 1. 2,5. 3,6. 5. 6. 8. 11,22. 12,19. 13,17. 14. 15. 17. 21. 22.

Tista’ tkun tal-qalb (6) Arani sew (6) Għasfur (6) Ara 2 Ara 3 Patrijiet jew sorijiet dawn (9) Għandek l-abbiltà (5) Ngħabbi (5) Ta’ appartamenti (6) Tagħmilhom mal-ikel (6) Qatta’ biċċiet bl- imqass? (6) Ara 13 Tal-liturġija (3) Ara 11

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:

Weqfin:

1.Lewża, 4.Ċnus, 7,9.Kanen, 10.Kristu, 12.Maturi, 16.Sue, 18,19.Immur, 20.Trevi, 24.Iżulu

1.Lanqas, 2,5.Wennes, 3,17. Akkuża, 6,23.Stupidu, 8.Argumenti, 11.Pa, 12,21 mimduda. Meraq, 13.Tir, 14.Imissu, 15.Grillu, 21.RIP, 22.Qad


28

08.10.2017

kullhadd.com

FEJN HU S-SURPLUS? EDITORJAL

Igawdu wkoll mis-surplus il-persuni b’diżabbiltà li qed jgħixu fi djar ġodda fil-komunitajiet u jaħdmu u dawk li jiffrankaw eluf ta’ ewro bl-iskema tal-first time buyers

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qabad din il-kantaliena li jistaqsi fejn hu s-surplus. “Xi ħadd rah dan is-surplus?” qal Adrian Delia f ’dikjarazzjoni wara l-oħra. Anke jekk hu u ta’ qablu (Simon Busuttil) ma tantx huma ħbieb, qed joħroġ iktar biċ-ċar li għandhom ħafna minn xulxin. Il-mod kif iħarsu lejn l-ekonomija huwa wieħed minnhom. Adrian Delia flok jirrikonoxxi li ekonomikament dan ilpajjiż qed jagħmel il-meravilji u jħejji lilu nnifsu u l-partit tiegħu biex joffri alternattiva aħjar, diġà qed jipprova jtappan missuċċess miksub mill-fatt li pajjiżna għat-tieni sena konsekuttiva se jkun daħħal iktar milli ħareġ. Din kienet xewqa ta’ ħafna msieħba soċjali għal ħafna snin u kien il-Gvern ta’ Joseph Muscat li għamel din il-ħolma realtà. Forsi Delia, li għandu €80,000 kontijiet pendenti mad-dipartiment tat-taxxa, kisba bħal din, ma japprezzahiex. Imma dawk li janalizzaw l-istabbiltà tal-pajjiż, in-negozji u l-investituri jagħtu kasu. Saħansitra l-Kamra tal-Kummerċ twissi biex il-Gvern joqgħod attent kif jużah għax il-pajjiż jaf ikollu sfidi ġodda. Huwa minnu. Però

l-ħarsa għall-ġejjieni hija ottimista għaliex ir-riżultat mhuwiex wieħed kumbinazzjoni, iżda frott ċiklu ekonomiku. Ċiklu ekonomiku li llum wera biċ-ċar kemm il-Gvern ta’ Joseph Muscat kellu roadmap ċara u kien jaf fejn irid imur. Filwaqt li wieħed japprezza twissija bħal tal-Kamra tal-Kummerċ li l-Gvern għandu joqgħod bil-għaqal, il-pajjiż għandu wkoll prijoritajiet ċari u huwa hemm fejn qed imur is-surplus. Din ilġimgħa nnotajna b’mod partikolari żewġ oqsma fejn qed isir investiment qawwi: is-saħħa u l-edukazzjoni. Fis-settur tas-saħħa l-Gvern kompla jżomm mal-wegħda tiegħu li jżid is-servizzi għall-pazjenti morda bil-kanċer u għal darb’oħra żied iktar mediċini għal dawk li għaddejjin bil-kura. Investiment miljunarju. F’dan il-qasam qed ikollna iktar aħbarijiet pożittivi. Is-sabiħ ukoll hu li l-prijoritajiet huma mifruxa. Fost oħrajn anke l-kura fil-komunità viċin in-nies qed tkompli tkun tema importanti. Filfatt kien ippubblikat it-tender għax-xogħlijiet għall-proġett talPaola Hub. It-tender tad-Design and Build għaċ-Ċentru Reġjonali

tas-Saħħa ta’ dan il-hub se jiswa €26 miljun. Dawn iż-żewġ inizjattivi inżiduhom ma’ nefqa rikorrenti fis-settur li dejjem jissaħħaħ fosthom b’ingaġġ ta’ iktar infermieri u professjonisti fis-settur. Iva, impjegati ġodda tas-settur pubbliku imma li jiddaħlu jaħdmu għax hemm bżonn biex il-poplu jingħata servizz aħjar. Hemm qiegħed imur is-surplus. L-istess investiment qed narawh fl-edukazzjoni. Wara li fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru bdew l-iskejjel primarji u sekondarji, din il-ġimgħa bdew ukoll l-iskejjel f ’livell terzjarju. L-istudenti tal-MCAST u l-ITS, fost l-oħrajn, qed igawdu minn faċilitajiet ġodda. Fost oħrajn fl-MCAST tlestiet l-ewwel fażi tal-kampus il-ġdid u se jibda x-xogħol fuq it-tieni fażi. Tnedew ukoll inizjattivi biex jekk jista’ jkun ħadd ma jaqa’ lura u dan ukoll b’investiment miljunarju. Dan filwaqt li komplew jinbnew skejjel ġodda. Iżda, mhux hawn biss. Is-surplus qed imur għal dawk il-miżuri li wasslu għat-tnaqqis fil-faqar u għand il-pensjonanti li ħadu żieda fl-pensjoni wara ħafna snin. Mis-surplus gawdew ukoll

il-ħaddiema fuq il-paga minima li raw żieda wkoll u dawk l-eluf bi dħul baxx li jikkwalifikaw għall-in work benefit. Qed imur ukoll għand pulizija li se jibdew jitħallsu tal-overtime li ma ħadux fil-passat u għand ħaddiema li għal snin twal sofrew inġustizzji. Igawdu wkoll mis-surplus il-persuni b’diżabbiltà li qed jgħixu fi djar ġodda fil-komunitajiet u jaħdmu u dawk li jiffrankaw eluf ta’ ewro bl-iskema tal-first time buyers. Is-surplus qed imur għal proġetti infrastrutturali u għal faċilitajiet sportivi ġodda bħal dawk li qed isiru f ’Marsaskala fost oħrajn. Naturalment din hi biss tweġiba qasira għall-mistoqsija ripetittiva tal-kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Is-sabiħ hu li s-surplus kien reġistrat filwaqt li għamilna dan kollu. M’għandniex dubju li tweġiba iktar dettaljata jagħtiha l-Ministru tal-Finanzi meta għada se jkun qed jaqra l-ewwel baġit ta’ din il-leġiżlatura. L-ewwel baġit fejn bi kburija nimmarkaw li huwa l-ewwel wieħed fejn pajjiżna mhux qiegħed fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv wara elezzjoni ġenerali.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.