www.kullhadd.com Il-Ħadd 9 ta’ Frar, 2020
Ħarġa Nru 1,387 Prezz €1
SIBT JIPPJANAW ID-DAQQA LI JMISS Il-ħamest ijiem li ġejjin qed ikunu meqjusa bħala jiem kruċjali għal dawk li jridu jneħħu lil Adrian Delia minn Kap tal-Partit Nazzjonalista. Tul il-jum tal-bieraħ komplew laqgħat ta’ strateġija bejn nies li jopponu l-Kap u li fihom kienu diskussi x’passi jmiss fosthom il-laqgħat tal-Amministrattiv u l-Eżekuttiv. Għal dawn il-laqgħat kien hemm persuni minn organi differenti tal-Partit Nazzjonalista u saħansitra fergħat u kumitati. Protagonisti nies qrib David Casa li ilhom żmien mhux biss jikkordinaw, iżda anke joffru r-riżorsi għal ċertu xogħol. Saru wkoll laqgħat għand Louis Galea li kien fdat minn Delia biex jirriforma l-PN, iżda minflok riforma talab lillKap jitlaq ukoll. Fost oħrajn Karol Aquilina, Alex Perici Calascione u Mark Anthony Sammut għamlu iktar minn sagħtejn u nofs f’waħda minn dawn il-laqgħat għand Louis Galea. Ċerti deċiżjonijiet imbagħad kienu kkomunikati fi gruppi ta’ WhatsApp li l-gazzetta KullĦadd hi konxja tagħhom. L-aħħar jiem kienu iebsa ħafna mhux biss b’riżenji li tħabbru iżda b’manuvri oħra li sa issa għadhom mhumiex pubbliċi. Saħansitra kien hemm argumenti fuq għeluq snin Eddie Fenech Adami b’Robert Arrigo, il-Viċi Kap, tefa’ botti pubbliċi dwar dan. F’paġna 6 u 7 nħarsu lejn is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista.
ID-DEMM IĠIB IKTAR DEMM - EDWIN VASSALLO
€200 MILJUN FI PROĠETTI GĦALL-PORT IL-KBIR ARA PAĠNA 4
REKORD TA’ PERSUNI JGAWDU MILL-GET QUALIFIED ARA PAĠNA 3
02
09.02.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 16°C L-Inqas Temperatura: 7°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja tiksi ċ-Ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mix-Xlokk li jsir min-Nofsinhar Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 17°C
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570 It-Tnejn
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tlieta
L-Erbgħa
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
17°C
UV 4
13°C
Il-Ħamis
16°C
UV 2
18°C
UV 4
13°C
18°C
Il-Ġimgħa
8°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
16°C
UV 4
Floriana Dispensary,29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri. Ħ’Attard – 21436348 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Il-Mosta – 21411197 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa – 21651031 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat Għawdex – 21556170 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb Għawdex – 27888128
UV 4
11°C
Is-Sibt
10°C
16°C
UV 4
10°C
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IT-TNEJN 10 TA’ FRAR
Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920 Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Rihan, San Ġwann – 21372195 Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Il-Mosta – 21433833 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 Mqabba Central Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, L-Imqabba – 21641133 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat Għawdex – 21551841 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem Għawdex – 27203615
03
09.02.2020
kullhadd.com
REKORD TA’ PERSUNI JIBBENEFIKAW MINN SKEMA BIEX IKOMPLU L-ISTUDJI Fl-2019 kien hemm rekord ta’ 3,361 persuna li bbenefikaw minn fondi biex ikomplu jistudjaw u jħarrġu lilhom infushom permezz tal-iskema Get Qualified amministrata mill-Malta Enterprise u l-Kunsill għall-Ħiliet Nazzjonali. Bejniethom dawn it-3,361 persuna ngħataw iktar minn €7,600,000 biex iġibu xi forma ta’ kwalifika ogħla minn dak li għandhom sal-lum. Permezz ta’ din l-iskema dawn l-eluf ta’ persuni komplew itejbu l-ħiliet tagħhom billi komplew jistudjaw f ’livelli varji, minn Diploma sa master’s u dottorati. Permezz tal-iskema Get Qualified, persuna li tkun trid tkompli l-istudji tagħha tirċievi lura 70% ta’ kemm jiswa kwalunkwe kors akkreditat taħt din l-iskema. Minn din l-iskema jibbenefikaw persuni ta’ kull età sabiex tolqot kemm żgħażagħ li waqfu mill-istudji tagħhom u jridu jtejbu l-ħiliet tagħhom, sa persuni ikbar fl-età li xtaqu jistudjaw għall-ewwel darba f ’ħajjithom jew ikomplu jsaħħu l-kwalifiċi tagħhom. Dan ir-rekord ta’ persuni li bbenefikaw minn din l-iskema jkompli jidher b’saħħtu iktar anke fid-dawl li bejn l-2006 u l-2012 ibbenefikaw minn din l-iskema biss 3,710 persuni. Jiġifieri f ’sitt snin kienu bbenefikaw ftit iktar minn kemm ibbenefikaw persuni f ’sena waħda biss fl-2019. Bejn l-2013 u l-2019 min-naħa l-oħra, kienu 9,382 persuna li komplew jitħarrġu bi studji varji. Dan ifisser li n-nies jitħarrġu u jistudjaw f ’livelli ogħla bejn l-2013 sal-2019 kważi ttriplaw fuq is-sitt snin ta’ qabel minn kemm ilha teżisti l-iskema. Ekonomisti li tkellmu malgazzetta Kullħadd qalu li dan jawgura tajjeb għas-sostenib-
biltà tal-ekonomija li allura qed tkompli tipprepara lill-ħaddiema tagħha għal ħaddiema iktar kwalifikati. Dan ifisser titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u pagi aħjar. L-iskema Get Qualified hija biss waħda mill-iskemi eżistenti biex iktar persuni jkomplu jistudjaw. Din is-sena tidħol fis-seħħ wegħda oħra ta’ Gvern Laburista tal-2017 biex pajjiżna jkollu gradwati ta’ livell ogħla permezz tal-iskema Higher Qualifications li permezz tagħha, studenti li jagħmlu Master’s jew PhD jibbenefikaw minn sena sa sentejn tnaqqis fit-taxxa. L-ekonomisti qalu li dan kollu juri li mhux biss l-ekonomija tagħna kibret bl-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, iżda qed tuża l-ġid biex tinvesti f ’ħaddiema iktar kwalifikati biex jieħdu l-impjiegi ta’ kwalità li qed jinħolqu fil-pajjiż.
L-iskema Get Qualified hija biss waħda mill-iskemi eżistenti biex iktar persuni jkomplu jistudjaw
04
09.02.2020
kullhadd.com
B’€200M INVESTIMENT GĦALL-PORT IL-KBIR Il-proġett ta’ kważi €50 miljun li tħabbar din il-ġimgħa biex jitnaqqas b’aktar minn 90% it-tniġġis tal-arja kkaġunat mill-vapuri talpassiġġieri li jżuruna, huwa biss kwart tal-investiment li Infrastructure Malta qed tippjana li twettaq fil-Port il-Kbir fis-snin li ġejjin. Minbarra l-Grand Harbour Clean Air Project, l-aġenzija bħalissa għaddejja wkoll b’ħidma biex tiffinalizza l-pjanijiet ta’ proġetti oħrajn li flimkien ilaħħqu investiment ta’ madwar €150 miljun oħra biex tkompli ttejjeb l-attività kummerċjali fil-port. Il-Grand Harbour Clean Air Project jinkludi l-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa biex twassal is-servizz tal-elettriku lill-vapuri tal-passiġġieri, u eventwalment anke bastimenti li jġorru vetturi u
inġenji oħra, biex ikunu jistgħu jitfu l-magni tagħhom li jaħdmu bilgass jew bil-heavy fuel oil. Minflok iqabbdu mas-sistema għall-provvista tal-elettriku li se jkun hemm fuq ix-xatt sabiex iħaddmu l-bqija tal-makkinarju għas-servizzi kollha li jkun hemm bżonn jipprovdu waqt li jkunu weqfin fil-port. Sallum għad hemm biss żewġ portijiet fl-Ewropa li jipprovdu dan isservizz. Huwa stmat li kull vapur talpassiġġieri li jqatta’ tmien sigħat sorġut fil-port jikkaġuna 1.2 tunnellati ta’ dijossidu tan-nitroġenu, daqs 300,000 karozza f ’daqqa meta jinstaqu miċ-Ċirkewwa sa Marsaxlokk. Idaħħan ukoll 30 kilo t’emissjonijiet tal-materja f ’partiċelli, dawk it-trabijiet fini fl-arja li nieħdu man-nifs, l-istess ammont li joħroġ minn 180,000 vettura meta jivvjaġġaw tul l-istess rotta minn fuq s’isfel ta’ Malta. L-ewwel minn żewġ fażijiet ta’ dan il-proġett tinkludi investiment ta’ €37 miljun biex sal-2023 ikunu attrezzati bis-sistema magħrufa bħala cold ironing il-ħames mollijiet prinċipali li jintużaw mill-vapuri tal-passiġġieri. Din il-fażi tinkludi l-bini ta’ żewġ frequency converter stations u t-tqegħid ta’ 22 kilometru ta’ cables taħt l-art u fil-baħar biex iwasslu l-provvista tal-elettriku mill-eqreb ċentru ta’ distribuzzjoni tal-Enemalta fil-Marsa, lejn tliet mollijiet li hemm fix-Xatt ta’ Pinto, fil-Furjana, il-moll ta’ Xatt l-Għassara tal-Għeneb (Deep Water Quay), fil-Marsa u l-moll ta’ Boiler Wharf, fl-Isla. Dawn huma l-mollijiet prinċipali li jintużaw mill-vapuri tal-passiġġieri li jżuru Malta. Permezz tat-tagħmir li se jkun hemm max-xatt biex iwasslilhom l-elettriku, il-bastimenti jkunu jistgħu jitfu l-magni malli jsorġu fil-port. It-tieni fażi tal-proġett imbagħad se testendi s-servizz tal-elettriku lejn Xatt il-Laboratorju u Ras Ħanżir (Fuel Wharf), f ’Raħal Ġdid. Dawn iż-żewġ mollijiet jistgħu jintużaw ukoll mill-bastimenti li jidħlu fil-Port ilKbir biex iwasslu vetturi, trakkijiet u inġenji oħrajn minn u lejn Malta. Permezz tal-ewwel fażi talproġett, l-emissjonijiet mill-vapuri tal-passiġġieri li jiġu Malta se jonqsu drastikament u b’hekk titjieb il-kwalità tal-arja f ’diversi lokalitajiet li jinsabu fir-reġjuni tat-tramuntana u tan-nofsinhar tal-port. Ladarba jkunu qed jitfu l-magni, il-vapuri tal-passiġġieri li jżuruna jibdew jarmu 93% inqas ta’ dijossidu tan-nitroġenu, 92.6% inqas ta’ materja f ’partiċelli u 99.6% inqas dijossidu tal-kubrit. Dawn
huma fost l-aktar emissjonijiet li jikkaġunaw mard respiratorju u problemi oħra ta’ saħħa. L-ewwel fażi tal-Grand Harbour Clean Air Project se tnaqqas ukoll b’39.6% l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju, li jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima. Studji prelimari jindikaw li b’dan il-proġett, fuq medda ta’ 20 sena Malta tiffranka sa €375 miljun f ’dawk li huma spejjeż relatati ma’ miżuri li jkollhom jittieħdu minħabba t-tniġġis fl-arja, partikolarment fejn jidħol l-impatt li dan ikollu fuq is-saħħa, l-ambjent naturali, l-infrastruttura u l-agrikoltura. Fost proġetti oħrajn li qed tippjana biex twettaq għal aktar titjib estensiv fil-Port il-Kbir, it-taqsima responsabbli mill-infrastruttura marittima ta’ Infrastructure Malta bħalissa għaddejja bit-tħejjijiet għat-tieni fażi tal-proġett fix-Xatt l-Għassara tal-Għeneb sabiex jinħolqu aktar faċilitajiet għal vapuri kbar. Se jsir ukoll tħammil f ’diversi żoni tal-port biex jitfannad fejn hemm faċilitajiet għallirmiġġ u anke jitneħħa materjal ikkontaminat minn qiegħ il-baħar. Proġett ieħor li qed ikun ippjanat huwa biex isiru interventi taħt l-ilma fid-daħla tal-port biex ikissru l-qawwa tal-mewġ u b’hekk il-port ikun aktar kenni. Fl-istess ħin għaddejja wkoll ħidma biex jitfasslu proġetti oħrajn separati ħalli jitkabbru l-mollijiet tax-Xatt ta’ Pinto u jingħaqdu ma’ moll fix-Xatt ta’ Lascaris, kif ukoll il-bini ta’ moll ieħor fiż-żona ta’ Ras Ħanżir li miegħu jkunu jistgħu jorbtu l-bastimenti li jġorru vetturi u inġenji oħra. Bħalma se jsir għall-Grand Harbour Clean Air Project, l-aġenzija se tkun qed tippreżenta proposti lill-Kummissjoni Ewropea biex jinkisbu fondi mill-Unjoni Ewropea għall-finanzjament ta’ dawn il-proġetti marittimi, jew tal-inqas għal uħud minnhom, li flimkien jirrikjedu li jsir investiment ta’ €200 miljun.
Il-Grand Harbour Clean Air Project jinkludi l-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa biex twassal is-servizz tal-elettriku lill-vapuri tal-passiġġieri
05
09.02.2020
kullhadd.com
IL-ĦADDIEMA TAL-PRESIDENT JGĦINU BIL-LEAVE Matul is-sena li għaddiet, il-ħaddiema fl-Uffiċċju tal-President (OPR) taw 1,789 siegħa milleave tagħhom lill-Fond Ċentrali li jakkumula s-sigħat tal-impjegati fl-Amministrazzjoni Pubblika biex jintuża għal raġunijiet umanitarji, fosthom f ’każi ta’ mard serju jew fit-tul. Dan huwa xhieda tal-ġenerożità tal-ħaddiema fl-OPR, li minbarra l-impenn li juru lill-Malta Community Chest Fund Foun-
dation matul is-sena kollha b’ħidma wara l-ħin tax-xogħol u kontribut finanzjarju, qed jagħtu mill-ħin tal-leave tagħhom ammont ta’ sigħat biex ikun utli għall-persuni li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli u jkunu jeħtieġu iktar jiem leave milli għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Is-Segretarja tal-Presidenza, Rosette Spiteri Cachia, uriet apprezzament għall-ammont
kbir ta’ sigħat li ġew akkumulati mill-ħaddiema tal-OPR u qalet li flok intilfu se jintużaw minn min huwa fil-bżonn minħabba mard. Spjegat kif bosta kienu dawk li taw ġuranta jew ammont ta’ ġranet mil-leave li kien fadlilhom mis-sena l-oħra u dan se jmur f ’dan il-Fond Ċentrali. Il-President George Vella radd ħajr lill-ħaddiema għal dan ilġest altruwist u ħeġġeġ biex iktar ħaddiema jieħdu eżempju u
jagħtu l-leave lil min huwa l-iktar fil-bżonn, li l-biċċa l-kbira jintuża minħabba mard. Qal li min ikun fil-bżonn ma jkunx jeħtieġ biss fondi, iżda wkoll appoġġ b’diver-
si modi, fosthom iktar ħin biex dak li jkun ikopri ż-żmien li ma jkunx jista’ jirrapporta għax-xogħol minħabba s-sitwazzjoni diffiċli li jkun għaddej minnha.
PROĊESS RIGORUŻ B’RABTA MAL-MINA TA’ GĦAWDEX Il-Gvern wieġeb għall-protest ġudizzjarju minn organizzazzjonijiet dwar il-proċess li għaddej b’rabta mal-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex. Fi stqarrija l-Ministeru għall-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali qal li l-għan ta’ dan ilproġett huwa li tinħoloq konnessjoni permanenti bejn iż-żewġ gżejjer ewlenin biex ikunu jistgħu jingħelbu l-isfidi li ta’ kuljum jaffaċċjaw il-ħaddiema Għawdxin li jkollhom jaqsmu l-fliegu. Il-Gvern enfasizza l-importanza ta’ dan ilproġett għaliex huwa konxju tal-kunsens nazz-
INVESTIMENT FI SPAZJU MIFTUĦ F’SAN ĠWANN F’San Ġwann ġie inawgurat l-ispazju rikreattiv 11 ta’ Frar grazzi għal investiment ta’ madwar €35,000 minn SportMalta. Dan b’għajnuna wkoll mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann u l-Gvern. Is-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech semma d-diversi xogħlijiet differenti li saru fosthom it-tisbiħ tal-bankijiet u l-bandli, outdoor GYM, u tħawwil ta’ pjanti, siġar u fjuri. Huwa spjega: “Qabel hawnhekk ma tantx kienu jiffre-
kwentawh, iktar kien hawn vandaliżmu u affarijiet hekk. Kif qed tara hawnhekk illum hawn il-ħajja hawn il-familji qed jiġu jużawh u nisperaw li aktar ’il quddiem, bl-attivitajiet li se noħolqu iktar ikun hawn attivitajiet f ’din iż-żona u jieħdu pjaċir fl-open spaces speċjalment tkun ġurnata bħal din.” Għall-inawgurazzjoni kien hemm ukoll preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima li tkellem dwar kif inves-
timenti u xogħlijiet bħal dawn jgħinu lil-lokalità, speċjalment ittfal kemm b’aspett soċjali hekk kif b’aspett sportiv. L-Onor. Grima qal li: “Bħalissa mhux biss ġewwa San Ġwann imma ġewwa numru ta’ rħula oħra madwar Malta qed naraw dan ittip ta’ proġetti li għalkemm jistgħu jidhru żgħar għandhom sinifikat importanti ħafna għax fiċ-ċentru tagħhom hemm l-iżvilupp sħiħ tat-tfal tagħna.
jonali u l-ħtieġa li ssir din il-konnessjoni. Il-Gvern sostna li l-proċess għall-bini ta’ din il-mina huwa rigoruż. Fil-fatt ftit tal-jiem ilu nħarġet sejħa għall-Pre-Qualification Questionnaire għal kull tip ta’ dokumenti u formoli li jinsabu online u li huma relatati ma’ dan ilproġett. Din is-sejħa dehret anke barra minn xtutna fil-ġurnali tal-Unjoni Ewropea. Il-Gvern innota li x-xogħol ta’ ppjanar u tħejjijiet għat-tħaffir u l-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex qed javvanza b’attenzjoni sħiħa biex jitwettqu soluzzjonijiet sostenibbli u jinkiseb l-aħjar valur għal dan l-investiment kapitali.
06
09.02.2020
kullhadd.com
DELIA JAGĦMILHA ĊARA LI MHUX SE JĊEDI • TAL-KUMITAT TAL-MELLIEĦA JGĦIDULU LI MA KELLUX JITLA’ ’L HEMM Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, għamilha ċara li mhux se jkun qed jirriżenja kif intalab minn diversi Deputati minn tiegħu fl-aħħar jiem. Dan anke jekk l-attakk fil-konfront tiegħu ma qata’ xejn bil-persuni li qed imexxu l-kampanja kontrih għamlu l-jum tal-bieraħ jippjanaw kif se jagħtuh id-daqqa li jmiss. Dan ma jfissirx li l-jum tasSibt kien nieqes mid-daqqiet, bil-kumitat sezzjonali tal-Mellieħa jikteb lil Adrian Delia u
jgħidlu li dalgħodu ma ridux imur jindirizza l-partitarji hemm. Fil-fatt dan il-komunikat lil Delia, li kien leaked fil-midja kollha, wasal għand Adrian Delia wara li dan talaħħar tella’ fuq Facebook l-aħbar li għada se jkun qed jindirizza lill-partitarji fil-każin tal-Mellieħa. Id-diska ta’ dawk li ma jriduhx jitla’ jitkellem il-Mellieħa hi li Adrian Delia ma jistax jaġixxi daqslikieku business as usual. F’dak il-kumitat hemm saħan-
sitra min kien parti mill-petizzjoni kontra tiegħu qabel fis-sajf li għadda rebaħ il-vot ta’ fiduċja fil-Kunsill Ġenerali. Sakemm morna għall-istampa l-laqgħa tal-Mellieħa kienet għada skedata. Għalkemm dan fost ħafna tensjoni li jista’ jinqala’ l-inwkiet bejn dawk li lil Adrian Delia qed jappoġġjawh akkost ta’ kollox u dawk li jemmnu li issa wasal il-mument li jwarrab. Fid-dawl li fuq Xarabank u anke fuq ir-radju tal-Par- kemm felaħ battuti fil-konfront tit Nazzjonalista Delia għadda ta’ dawk li jridu jneħħuħ kien hemm min argumenta li nofs ta’ kelma dwar hekk fid-diskors tiegħu twassal biex tinqala’ xi ġlieda. Kif seħħ fid-Dar Ċentrali fl-aħħar jiem meta kien hemm saħansitra nies li ġew fl-idejn. Però sakemm morna għall-istampa Delia mhux biss ma ħassarx il-laqgħa iżda fuq
Uffiċjali tal-PN ħerġin mid-dar ta’ Louis Galea
il-paġna tal-Partit Nazzjonalista ġiet reklamta mill-ġdid tard wara nofsinhar f ’dak li hu sinjal ċar li jekk din hi gwerra hija gwerra fil-miftuħ għaż-żewġ naħat fejn lanqas it-tmexxija ta’ bħalissa mhi lesta ċċedi pulzier.
DELIA M’AĊĊETTA EBDA RIŻENJA Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia lbieraħ qal li sa issa għadu m’aċċetta ebda riżenja. Hu kien qed jirreferi għar-riżenji tal-Viċi Kap Robert Arrigo, is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli, u l-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono. “Dawn issottomettew ir-riżenja tagħhom li kienet dettaljata. Taw u nistieden lil kulħadd jaqraw ir-raġunijiet għalfejn it-tnejn li huma mhux identiċi, iżda għandhom l-istess linja, ħadu dan il-pass u offrew ir-riżenja tagħhom. Imbagħad sta għalija li fil-ġimgħat li ġejjin nagħmel li għandi nagħmel. Nara naċċetax dik ir-riżenja,” qal Delia fuq il-midja nazzjonalista lbieraħ. Xi ħaġa li kien diġà qal ukoll waqt il-programm Xarabank. Kemm Arrigo u kemm Puli ma kitbux ittri mill-ħelwin. Anzi kienu iebsa ħafna fil-konfront tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil. F’ittra li bagħat lill-Kap Adrian Delia, Puli kiteb fit-tul dwar dak li sejjaħlu tifrik fil-Partit Nazzjonalista.
“Ma pretendejtx għajnuna iżda lanqas pretendejt min ma’ kull pass li tagħmel ’il quddiem jagħtik gambetta u wara daqqa ta’ sieq fl-għaksa biex wara jkun jista’ jakkużak li m’intix tiġri biżżejjed,” saħaq Clyde Puli. Clyde Puli wera l-għadab tiegħu għal-leakages selettivi u kontinwi fil-Grupp Parlamentari u qal li dawn tellfu ħafna mis-serenità tad-diskussjonijiet. Saħaq li tul is-snin li dam fil-kariga kien hemm tgħawwiġ tal-fatti u qlajjiet malinni li ma ħolqu xejn ħlief it-tifrik ta’ partit kbir. Tkellem dwar dak li sejjaħ sense of entitlement ta’ xi wħud u l-filosofija tagħhom li jekk ma jilagħbux, iħassru. Qal li l-problemi fil-Partit Nazzjonalista huma diversi u fisser bħala ħasra li r-rapport tat-telfa tal-2013 baqa’ fuq l-ixkaffa u fl2017 ma sarx rapport tat-telfa. Bħalu kien iebes Robert Arrigo li saħansitra kiteb kif hu kellu jħallas għad-djun li ħalliet l-era ta’ Joe Saliba u hu wkoll innota t-tfixkil li l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil għamlet sa mill-ewwel mument li laħaq Adrian Delia.
07
09.02.2020
kullhadd.com
FUQ XARABANK JISFIDA LIL TA KONTRIH • IVAN BARTOLO JGĦID LI TOGĦĠBU L-IDEA LI JKUN HEMM KAP TAL-PN DIFFERENTI MINN KAP TAL-OPPOŻIZZJONI
Fuq ix-xandir nazzjonali, il-Kap Adrian Delia rriaferma l-pożizzjoni tiegħu li hu se jibqa’ Kap u qal li l-Partit Nazzjonalista m’għandux jibqa’ maħkum mill-ftit. F’botta ċara lejn il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, li kull ċans li jiġiha taqtagħlu saqajh, Delia qal li fil-Partit Nazzjonalista hemm min għandu d-dritt divin: “Illi l-Partit Nazzjonalista ma jibqax maħkum mill-ftit, ma jibqax qisu hemm dawk illi għandhom dritt divin li jkun tagħhom biss jew ta’ ħadd iktar.” F’aktar messaġġi ta’ firda u li juru kemm hi
fonda l-qasma fil-Partit Nazzjonalista, Delia qal lil ta’ Busuttil li jekk huma jemmnu tant fid-demokrazija, misshom ukoll jissottomettu ruħhom għal test. Huwa stqarr: “Jiena inkun preokkupat ħafna u niddikjara li preokkupat, jekk hemm imqar Membru Parlamentari wieħed biss illi jaħseb illi l-Kap tal-Oppożizzjoni magħżul mill-Grupp Parlamentari għandu jkun differenti mill-Kap tal-Partit magħżul mit-tesserati tagħna. Illi jekk dawn huma tant demokratiċi, illi bħali ssottomettejt ruħi għal tliet testijiet fl-aħħar sentejn, allura flok jgħidu li għandi nitlaq jien forsi għandhom jaraw huma jissottomettux ruħhom ukoll.” Iżda, din hi idea li togħġob sew lil ta’ kontra Adrian Delia. Ivan Bartolo li fis-sajf li għadda mexxa petizzjoni kontra tiegħu qal li jaqbel magħha meta kien fuq Newsbook. “Jekk temmen li l-bastiment jimxi b’kaptan wieħed se tidħol fi sqaq. Illum dawn ġew żewġ bastimenti. Il-bastiment tal-partit u għandek il-bastiment li hu l-Grupp Parlamentari,” qal Bartolo meta tkellem favur l-idea taż-żewġ kapijiet. “Nieħu pjaċir jekk ikun il-Partit Nazzjonalista l-ewwel li joħroġ
b’dan il-moviment radikali... aħna għamilna żewġ viċi kapijiet biex inżommu ċerti nies kuntenti. Jekk se nibqgħu nitkellmu għax u għax u kulħadd irid jaħbi m’aħna se naslu mkien,” qal Bartolo. Intant, fl-intervista tiegħu Adrian Delia kompla jitfa’ battuti kontra l-fazzjoni ta’ kontrih u qal li l-Partit Nazzjonalista ilu sejjer ħażin ferm qabel laħaq hu. Delia sostna: “T’għoxrin sena, elezzjonijiet u surveys
F’aktar messaġġi ta’ firda u li juru kemm hi fonda l-qasma fil-Partit Nazzjonalista, Delia qal lil ta’ Busuttil li jekk huma jemmnu tant fiddemokrazija, misshom ukoll jissottomettu ruħhom għal test
EDWIN VASSALLO JGĦID LI D-DEMM IĠIB IKTAR DEMM
“Id-demm iġib iktar demm u l-gwerra tħalli ħafna vittimi”. Kliem id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo s-Sibt filgħodu f ’kollegament telefoniku fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista li matulu fetħilha kontra d-deputati li qegħdin isejħu għar-riżenja tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Vassallo, Deputat ewlieni fil-fazzjoni ta’ Delia, ħadha qatta’ bla ħabel kontra d-deputati tal-fazzjoni tal-Eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u qal li għandu r-rabja. Vassallo tkellem dwar id-double standards fost id-deputati tal-fazzjoni Busuttil. Akkużahom li waqt li jitkellmu ħafna
dwar id-demokrazija, ma jridux jirrispettaw id-demokrazija interna tal-Partit Nazzjonalista li wasslet għall-ħatra ta’ Delia bħala Kap tal-Partit. Dan għax iridu jerġgħu jieħdu l-poter taħt idejhom. “Trid tirrispetta d-demokrazija. Id-demokrazija anke interna. Aħna nitkellmu tant ejjew insaħħu tant id-demokrazija filpajjiż. M’aħniex kapaċi nirrispettaw id-demokrazija interna? M’aħniex kapaċi nirrispettaw it-tisħiħ tal-valur tar-rispett? M’aħniex kapaci nirrispettaw li l-politika tfisser responsabbiltà u mhux ġlieda għall-poter,” qal Vassallo. Vassallo qal li s-sejħa għar-riżen-
ja ta’ Delia minn Kap tal-Partit tmur lil hinn mill-istħarriġ tal-opinjoni pubblika. Dan għax fi kliemu surveys bħal dawn qatt ma wasslu għal sejħa ta’ riżenja fil-konfront tal-predeċessuri ta’ Delia kif qed jagħmlu llum għal skopijiet ulterjuri. “Aħna qatt meta kellna survey li kienu l-elezzjonijiet ma għedna lil Eddie Fenech Adami jinżel? Għedna lil Lawrence Gonzi jinżel? Għedna lil Simon Busuttil jinżel?” staqsa Vassallo. Tul l-intervent tiegħu fuq ir-radju Nazzjonalista, Edwin Vassallo kompla jappoġġja lil Delia, hekk kif il-ġlieda bejn iż-żewġ fazzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista kompliet tiħrax.
t’għoxrin sena, biex inkun preċiż t’erbgħa u għoxrin sena.” Delia anki attakka partikolarment l-istil tat-tmexxija ta’ Simon Busuttil, meta qal: “Fl-aħħar sitt snin forsi kien hemm ħafna żmien li aġixxejna qisna għadna fil-Gvern u ma messniex. Irid ikollna l-umiltà li l-ewwel nirrealizzaw li aħna qegħdin fl-Oppożizzjoni.” F’battuta oħra ċara lill-fazzjoni ta’ Busuttil, fl-intervista għadda messaġġ li hu mhux lest iwarrab u qal li jekk qed jegħreq il-vapur, il-kaptan għandu obbligu li ma jabbandunax il-vapur. B’oħra diretta lil Therese Comodini Cachia u Jason Azzopardi, li kienu fost tal-ewwel li ħarġu jitolbu għar-riżenja tal-Kap f ’din il-gwerra miftuħa, Delia qal li hemm min qed jitfa’ pressjoni biex il-Kap jagħżlu l-Grupp Parlamentari u mhux it-tesserati Nazzjonalisti. Delia tenna: “Issa jekk hemm min għandu interess, hu min hu, illi jagħti informazzjoni, illi jiffabbrika informazzjoni, illi jitfa’ figuri biex jagħmel pressjoni biex id-deċiżjoni tkun deċiżjoni tal-Grupp Parlamentari u mhux tesserati tal-Partit Nazzjonalista allura dak argument ieħor.”
08
09.02.2020
kullhadd.com
SALVAGWARDJA OĦRA GĦAS-SIGURTÀ TAL-PAZJENT Fil-jiem li għaddew is-servizzi governattivi provduti mis-sistema tal-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek (POYC) żdiedu b’salvagwardja oħra favur is-sigurtà tal-pazjent. Permezz ta’ dan is-servizz is-sistema ta’ riċetti għall-mediċini tal-POYC miktubin b’mod elettroniku se ġġib għall-attenzjoni tat-tobba u l-ispiżjara kull possibbiltà ta’ konflitt li riċetti li jkunu se jingħataw jista’ jkollhom ma’ mediċini li l-pazjent ikun diġà qed jieħu. Id-Deputat Prim Ministru u Min-
istru għas-Saħħa Chris Fearne qal lil din il-gazzetta li din is-sistema ġdida se tkun qed tnaqqas b’mod sinifikattiv ħafna r-riskji li jista’ jkun hemm għall-pazjent mingħajr ma t-tobba u l-ispiżjara jkunu konxji tagħhom. “Permezz ta’ din is-sistema kemm it-tabib kif ukoll l-ispiżjar se tkun qed tinġibdilhom l-attenzjoni b’mod immedjat li mediċina li jkunu qegħdin jirrakkomandaw lill-pazjent jista’ jkun hemm reazzjoni għaliha mill-ġisem tal-individwu konċernat kawża ta’ mediċina oħra li jkun qed jieħu u li kemm it-tabib, kemm l-ispiżjar kif ukoll il-pazjent innifsu ma jkunux konxji minnha. Dan minħabba l-possibbiltà li jew il-pazjent ma jkunx informa lit-tabib u lill-ispiżjar x’mediċini oħrajn ikun qed jieħu, kif ukoll minħabba l-possibbiltà li l-pazjent ikun bidel it-tabib jew l-ispiżjar u allura dawn ma jkunux konxji ta’ x’mediċini jkun qed jieħu l-pazjent,” żied jgħid id-Deputat Prim Ministru. Minn meta inqas minn tliet snin ilu ddaħħlet is-sistema fejn it-tobba tal-familja setgħu jibdew jiktbu r-riċetti għall-mediċini b’mod diġitali sal-lum iddaħħlu madwar 600,000 riċetta mogħtijin minn mijiet ta’ tobba. It-tobba, kemm privati kif ukoll pubbliċi, qegħdin ikunu inkoraġġuti jużaw l-istess sistema fejn tirrigwarda mediċini li jingħataw mill-POYC. “Din is-sistema għandha numru ta’ vantaġġi, hekk kif fost oħrajn hija sistema li tnaqqas l-iżbalji kif ukoll tara li jkun hemm kontinwità fil-kura li tingħata lill-pazjent, anke minn tobba differenti. L-għan tagħna hu li din is-sistema tibqa’ tinfirex aktar fost it-tobba biex b’hekk aktar pazjenti jkunu jistgħu jibbenefikaw billi l-kura medika tagħhom tkun aktar aċċessibbli għat-tobba,” qal id-Deputat Prim Ministru.
It-tobba, kemm privati kif ukoll pubbliċi, qegħdin ikunu inkoraġġuti jużaw l-istess sistema fejn tirrigwarda mediċini li jingħataw mill-POYC
09
09.02.2020
kullhadd.com
100 SENA TA’ STORJA U ĦIDMA GĦAL PAJJIŻNA Din is-sena taħbat il-100 anniversarju tal-Partit Laburista. Partit li qatt ma beża’ jbiddel. Partit li bidel wiċċ pajjiżna u minn wieħed servili għall-barrani, tah lill-poplu tiegħu biex jitmexxa minnu stess. Partit li ried lil uliedu
Is-sena 2020 timmarka l-100 anniversarju minn meta 12–il Malti b’ħolma ta’ pajjiż aktar ġust welldu l-Partit Laburista b’viżjoni li kull Malti jħossu kburi li hu Malti. Partit li tant ħabb u ħadem favur pajjiżu. Illum, 100 sena wara, kif tħares lejn dan kollu? Meta tħares lura, dejjem trid tara l-affarijiet fil-kuntest tagħhom. Il-Partit Laburista twaqqaf f ’kuntest ta’ pajjiż totalment differenti – kolonja Ingliża, b’dinja li ħarġet minn gwerra u kienet dieħla f ’oħra. Aħna li llum qegħdin hawn u nħarsu lura, għandna l-benefiċċju li nistgħu naraw id-deċiżjonijiet li ttieħdu, u l-effett li ħallew fit-tul, uħud minnhom għexieren ta’ snin wara, u wħud li għandhom effett tista’ tgħid dejjiemi. Il-Partit Laburista, il-qafas tal-prinċipji tiegħu dejjem daru mal-ġustizzja soċjali u l-mobbiltà soċjali; il-kunċett li int min int, twelidt f ’liema familja twelidt, il-pajjiż għandu joffrilek l-għodda biex tnaqqax il-perkors ta’ ħajtek kif tixtieq. L-aqwa għodod huma l-edukazzjoni u x-xogħol, u meta wieħed iħares lura, jirrealizza l-effett pożittiv kbir li dan il-Partit kellu fuq it-tfassil tal-pajjiż li ngħixu fih illum. X’tikkummenta dwar l-aktar kisbiet li tħoss li għamlu differenza fil-pajjiż minn Partit li saħħaħ id-demokrażija, kabbar id-drittijiet ċivili, ta l-mara d-dritt li tivvota bħall-irġiel, bena
ħidmietu fuq l-inġustizzji soċjali u ta d-dritt liż-żgħażagħ biex jivvutaw fost l-oħrajn? Kollha għandhom ħaġa waħda komuni – l-emanċipazzjoni tal-individwu. Kif għedt qabel, kollox irid jittieħed f ’kuntest. Għalina llum, kważi tad-daħk li niddiskutu mara jkollhiex vot bħal raġel – imma kienet realtà li ta’ qabilna għexuha, u kważi kienet aċċettata. Kien grazzi għall-Moviment Laburista li dawn il-kwistjonijiet li semmejt inti setgħu jiġu megħluba. Ħa mmur għal affarijiet aktar riċenti – l-unjoni ċivili, u ż-żwieġ indaqs għal kulħadd; sa 7 snin ilu dawn kienu tabù. Kien hawn min jaħseb li qatt ma narawhom f ’pajjiżna. Illum pajjiżi oħra jħarsu lejna bħala eżempju, u ħutna Maltin jgħixu f ’soċjetà totalment differenti milli kellna sa ftit snin ilu. Din hija sena importanti ħafna għall-Partit Laburista. X’inhuma l-prijoritajiet u l-attivitajiet maħsuba? Hemm programm ambizzjuż ħafna li ser ikun qed jitħabbar fiż-żmien li ġej; programm li iva ser jagħti ħarsa lejn l-imgħoddi, lejn dawn il-100 sena li għaddew, iżda fuq kollox il-qofol irid ikun il-ġejjieni tal-Partit Laburista – il-100 sena li ġejjin. Dejjem irridu nkunu ffukati primarjament fuq ilpreżent u l-futur, filwaqt li kif kelli l-okkażjoni ngħid fil-Kungress, aħna qegħdin hawn
jikbru u jirnexxu, ħielsa u jiftaħru li huma nazzjon. Il-KullĦadd tkellmet mal-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef dwar l-istorja, il-prijoritajiet u l-futur tal-Partit fiż-żmien li ġej.
Aħna li llum qegħdin hawn u nħarsu lura, għandna l-benefiċċju li nistgħu naraw id-deċiżjonijiet li ttieħdu, u l-effett li ħallew fit-tul, uħud minnhom għexieren ta’ snin wara, u wħud li għandhom effett tista’ tgħid dejjiemi
illum għax għandna passat; u huwa dak li jagħtina identità, bit-tajjeb u l-inqas tajjeb tiegħu. Nhar il-Ħadd, 16 ta’ Frar il-Partit Laburista se jtella’ Konferenza Ġenerali. X’għandu jkun mistenni? Ser tkun okkażjoni għal numru ta’ affarijiet fost l-oħrajn l-ewwel diskors tal-Mexxej il-ġdid u Prim Ministru Robert Abela f ’Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.
Ser tkun l-okkażjoni wkoll li biha nibdew ilvjaġġ ta’ diskussjoni li l-Partit ser ikun qed jagħmel f ’dawn ix-xhur fl-okkażjoni tal-100 sena anniversarju; diskussjoni fuq livell politiku, strutturali, statutorja u organizzattiva. It-tiġdid jibqa’ kruċjali biex il-Partit jibqa’ b’saħħtu. Filwaqt li għandna nfakkru l-istorja u s-suċċessi li ġab miegħu l-Partit Laburista, x’inhi t-triq ’il quddiem biex dan il-Partit jibqa’ attiv u propożittiv bil-għan li jkompli jipproponi l-aħjar politika għall-Maltin u l-Għawdxin? It-triq hija magħmula minn diversi komponenti – ewlenin fosthom li nibqgħu niġġeddu, u li t-triq ’il quddiem tibqa’ waħda ta’ Partit miftuħ b’Moviment mibni madwaru. Il-Partit Laburista jrid jibqa’ d-dar naturali ta’ dawk kollha li għandhom kontribut pożittiv x’jagħtu, dawk kollha ta’ rieda tajba. Hemm ħafna xi jsir sabiex inkomplu nkunu l-għażla tal-Maltin u l-Għawdxin, imma dejjem irridu nżommu f ’moħħna li l-fiduċja n-nies jisilfuha – sta għalina lkoll li naħdmu sabiex dik il-fiduċja tkun mistħoqqa, nsarfuha f ’xogħol u ġid għall-pajjiż, u meta jasal iż-żmien jerġa’ jkun il-poplu li jekk inkunu għamilna xogħolna tajjeb, jerġa’ jisilfilna l-fiduċja. Dan il-prinċipju rridu nżommuh f ’moħħna kuljum. Fiduċjuż ħafna li b’saqajna mal-art, pajjiżna, u l-Partit Laburista għandhom futur sabiħ quddiemhom.
10
09.02.2020
kullhadd.com
BILANĊ U OPPORTUNITAJIET
Mill-Fondi Ewropej għall-Ambjent. Minn Segretarju Parlamentari għal Ministru. Fil-bidu ta’ sfida ġdida tkellimna mal-Ministru Aaron Farrugia. Staqsejnieh dwar id-dekasteru li llum hu fdat biex jieħu ħsieb, kif ukoll riflessjonijiet ġenerali dwar dak li għaddej fil-pajjiż. Fuq kollox, staqsejna kif fil-Ministeru għall-Ambjent se jinżamm il-bilanċ mal-ippjanar u ma jkunux limitati l-opportunitajiet ekonomiċi li għandna llum.
Fl-aħħar xhur rajna diversi bidliet fil-politika lokali. Fl-aħħar jiem rajna kif fl-Oppożizzjoni hemm moviment biex ineħħu lill-Kap tal-Oppożizzjoni minn Kap tal-Partit Nazzjonalista. Kif tħares lejn il-mod kif il-partiti politiċi f ’Malta qed jiffukaw fuq il-bżonnijiet tal-pajjiż u talpoplu inġenerali? Filwaqt li bħala Deputat tal-Partit Laburista jien kburi li l-partit tagħna dejjem jikber, insibha diffiċli nifhem kif id-Deputati tal-PN l-iskop ewlieni tagħhom kontinwament jidher li hu l-interess personali tagħhom u mhux dak tal-pajjiż. Kburi u impressjonat kif, wara żmien ta’ tibdil u taqlib politiku, il-Partit Laburista ingħaqad b’mod immedjat wara l-mexxej il-ġdid Robert Abela. Huwa iktar ċar minn qatt qabel li b’kuntrast għal ħaddieħor, aħna mhux talli nipprovdu viżjoni, iżda nieħdu d-deċiżjonijiet, nesegwixxu l-policies tagħna sabiex inġibu r-riżultati u nibnu pajjiż aqwa għall-familji Maltin kollha. Wara li nħatar kabinett ġdid, ix-xogħol kompla b’mod immedjat u mingħajr dewmien u problemi, u dan juri l-vera saħħa u stabbiltà ta’ dan il-Gvern li qed jagħmel tajjeb għal pajjiżna. Mill-Fondi Ewropej
għall-Ambjent. X’kienet l-ewwel reazzjoni tiegħek? L-ambjent dejjem kien għal qalbi. Sħabi, inkluż dawk tal-kabinett, jafuh dan. Nemmen li din kienet waħda mir-raġunijiet li l-Prim Ministru afdani b’din ir-responsabbiltà. Apparti minn hekk, mhux sigriet li fid-dekasteru tal-fondi Ewropej, wieħed ikun qed jaħdem fi struttura ta’ skrutinju enormi. Il-mument li l-Prim Ministru infurmani dwar il-portafoll il-ġdid li jinkludi kemm l-ambjent kif ukoll l-ippjanar, l-ewwel ħsieb kien l-element ta’ serjetà u skrutinju li hemm bżonn f ’dan il-qasam. B’hekk il-mentalità tiegħi se tibqa’ l-istess. Imxejt minn suġġett sensittiv f ’għajnejn l-istituzzjonijiet Ewropej,
għal suġġett sensittiv ħafna, din id-darba wieħed li tmissu b’idejk - li fih proġetti, sfidi, u riżultati li se jkollhom impatt dirett fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna u l-kwalità ta’ ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Dan l-iskrutinju għażilt li nieħdu pass oltré. Fl-ewwel ġranet tiegħi bħala Ministru, ħabbart li se nkun qed nippubblika reġistru tal-laqgħat tiegħi. Filwaqt li l-bieb tiegħi se jkun dejjem miftuħ għal kulħadd, importanti li tinżamm l-ogħla livell ta’ trasparenza fejn jidħlu laqgħat ta’ interess pubbliku, kif jixraq lill-poplu. L-ambjent u l-ippjanar issa ġew taħt l-istess Ministeru. X’inhu l-ħsieb tiegħek dwar dan?
Dan id-dekasteru huwa interessanti għalija ghax huwa riflessjoni ta’ dak li hu jien, u ta’ dak li nemmen fih. Jien ekonomista u għalhekk irrid nara li pajjiżna jibqa’ jkollu waħda mill-iktar ekonomiji b’saħħithom fl-Ewropa — imma kull min jafni jaf ukoll li jien ħerqan ħafna fuq l-ambjent
L-aħbar li l-ambjent u l-ippjanar ġew taħt l-istess Ministeru ntlaqgħet tajjeb ħafna min-nies. Naqbel perfettament ma’ din id-deċiżjoni. Apparti li naħseb li hi deċiżjoni għaqlija għall-interess ta’ pajjiżna wriet ukoll il-kuraġġ tal-Prim Ministru, li biha bagħat il-messaġġ li l-ambjent hu prijorità għall-Gvern, daqskemm hu t-tkabbir ekonomiku. Bħala Gvern aħna impenjati li l-kunsiderazzjonijiet ambjentali minn issa ’l quddiem ikunu fuq quddiem nett tal-aġenda. Dan id-dekasteru huwa interessanti għalija għax huwa riflessjoni ta’ dak li hu jien, u ta’ dak li nemmen fih. Bħala ekonomista rrid nara li pajjiżna jibqa’ jkollu waħda mill-iktar ekonomiji b’saħħithom fl-Ewropa — imma kull min jafni jaf ukoll li jien ħerqan ħafna fuq l-ambjent. Kien hemm min iddeskrivieni bħala ambjentalist ukoll. L-iżvilupp f ’kull pajjiż dejjem jibqa’ jevolvi, u l-iskop tagħna hu li l-iżvilupp li jkollna jkun wieħed sostenibbli. Dan xi jfisser? Irridu naraw żvilupp aħdar f ’pajjiżna. Irridu naraw li l-binjiet ikunu energy efficient, fuq kollox irridu nagħtu direzzjoni biex l-industrija tal-kostruzzjoni tavvanza għal soluzzjonijiet iktar moderni li forsi m’aħniex imdorrijin bihom, iżda li rridu neċċellaw fihom. L-aħħar stħarriġ tal-baromet-
ru Ewropew wera li l-ambjent huwa wieħed mill-aktar kwistjonijiet importanti għall-Maltin. Dan huwa sinjal ċar li l-Maltin iħossu l-importanza tal-ambjent għall-kwalità ta’ ħajja tagħhom kif ukoll għall-ekonomija. U hemm bżonn li nibdew naħsbu fl-ambjent mil-lat ekonomiku: l-ekonomija u l-ambjent mhumiex għadu ta’ xulxin iżda jaħdmu flimkien.
11
09.02.2020
kullhadd.com
Kif se tilħaq bilanċ bejn l-ambjent u dak tal-iżvilupp, u l-interessi li hemm fin-nofs? Jien minni bniedem ibbilanċjat. F’din il-kariga xogħli hu li nara li jkollna policies li jagħmlu sens għall-karatteristiċi ta’ pajjiżna: għaċ-ċokon tagħna, u għal fatt li aħna gżira mdawrin bil-baħar. Il-policies li nfasslu jridu jagħmlu sens għal gżira li hija wkoll pajjiż ta’ 500,000 ruħ, bis-servizzi kollha li jrid jkollna. Jien mhux qiegħed hawn biex naqdi lil ħadd ħlief lill-Gvern u lill-Maltin u l-Għawdxin kollha. Qiegħed hawn biex nibni fuq it-tajjeb li diġà sar, u nbiddel dak li għandu jinbidel biex nassigura li l-ambjent ikun prijorità f ’dak kollu li nagħmlu. Fil-passat saret il-kritika li r-regolatur ambjentali huwa bla vuċi. X’tikummenta? L-Awtorità ambjentali ta’ pajjiżna għadha fl-infanzja tagħha. Fil-bidu tagħha diġà għamlet avvanzi sostanzjali. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-istaff kollhu tal-Awtorità li f ’dawn il-ġranet kemm ili Ministru litteralment ħadmu lejl u nhar biex iġibuni up-to-speed mal-issues kollha li hemm. Diġà bdejna naħdmu biex l-Awtorità tkompli tissaħħaħ. Mhux biss bil-kliem, iżda b’azzjoni konkreta. Filwaqt li saru diversi inizjattivi ambjentali ta’ min ifaħħarhom, għad fadal ħafna xogħol meta niġu għall-infurzar. Ir-regolamenti mhumiex qegħdin hemm biss biex jidhru tajjeb fuq il-karta. Huma qegħdin hemm biex jiġu implimentati b’mod effettiv, mingħajr biża’ jew favur. U dan huwa l-impenn u l-prijorità ta’ dan il-Gvern: irridu ntejbu l-governanza ambjentali.
Ir-regolamenti mhumiex qegħdin hemm biss biex jidhru tajjeb fuq il-karta. Huma qegħdin hemm biex jiġu implimentati b’mod effettiv, mingħajr biża’ jew favur. U dan huwa l-impenn u l-prijorità ta’ dan il-Gvern: irridu ntejbu l-governanza ambjentali Din il-ġimgħa ħabbarna proġett tal-ERA li se jgħin fittisħiħ tal-proċessi regolatorji tal-Awtorità, anke sabiex tilħaq il-livell mistenni minn regolatur ambjentali modern. Din hi d-direzzjoni tal-Gvern: fiż-żmien li ġej se nkomplu nħabbru aktar riformi biex l-ERA tkun fil-post fejn jixirqilha, anke għaliex nagħrfu li l-kwalità tal-ħajja mhix biss kwistjoni ekonomika. Hija wkoll waħda ambjentali. Huwa għalhekk li l-prijorità tagħna hija l-ħarsien tal-ambjent tagħna. Se nsaħħu l-infurzar ambjentali b’mod ġenerali, partikolarment billi niżguraw li l-ERA jkollha l-funzjonijiet operattivi biex tevita l-impatti negattivi fuq l-ambjent, kif ukoll biex tintegra kunsiderazzjonijiet ambjentali f ’deċiżjonijiet tal-ippjanar u l-iżvilupp. Se jkun hemm proċessi ċari u trasparenti għall-awtorizzazzjoni ta’ permessi, faċilitajiet, u attivitajiet li għandhom impatt fuq l-ambjent. Fl-aħħar mill-aħħar, l-għan huwa li nsaħħu l-iżvilupp tar-regolatur ambjentali li jkun jista’ jiżgura li s-sostenibbiltà ambjentali tiġi rispettata. Nassigurak li l-portafoll tal-ambjent se jibqa’ jieħu ħsieb il-portafoll ambjentali u b’mod usa’ minn dak li forsi mdorri-
jin bih. Fil-ġranet u fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qegħdin inħabbru dan kollu. Mimli entużjażmu biex fiż-żmien li ġej inħabbru kif il-Ministeru għall-Ambjent ħa jkun qiegħed jaħdem fuq proġetti ambjentali madwar Mala u Għawdex li se jkunu qegħdin iħallu impatt fuq il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. Fl-aħħar mill-aħħar din hi waħda mill-erba’ wegħdi prinċipali li ghamel il-Prim Ministru fil-kampanja tiegħu għall-Mexxej tal-Partit.
L-elezzjoni li għaddiet ħriġt fuq l-ewwel distrett. Issa mhux biss se żżomm dan id-distrett iżda se jkollok il-kandidatura fuq is-seba’ distrett ukoll. Xi nbidel? Ili ndur il-familji tal-ewwel distrett għal diversi snin u issa bdejt ukoll fis-seba’ distrett, fejn noqgħod u fejn qed niltaqgħa u nsir naf numru ta’ familji ġodda. Aħna l-Maltin għandna karattru uniku, fejn inħobbu l-kuntatt mill-qrib bejnietna u anke mal-politiċi tagħna. Kienet interessanti għalija li ninnota d-differenzi li jkun hemm fl-isfidi u l-prijoritajiet f ’lokalitajiet differenti. Pereżempju, jkollok min jitkellem dwar l-isfidi relatati mal-immigrazzjoni fil-Marsa. Oħrajn dwar il-kaċċa u l-insib fir-Rabat. Però ninnota wkoll li fl-aħħar mill-aħħar il-Maltin kollha li niltaqa’ magħhom għandom għal qalbhom lil pajjiżna u kollha jixtiequ fuq kollox għajxien diċenti, ekonomija b’saħħitha, ambjent san u futur sigur għall-uliedhom. Ir-responsabbiltà tiegħi lejn
dawn il-familji hi dak li żżommni fil-politika. Bħala Ministru għall-Ambjent tħoss li għandek tħeġġeġ lin-nies jużaw it-trasport pubbliku? Iktar minn hekk, inħoss li għandi mmexxi b’eżempju. Meta l-impenji tiegħi jippermettu, anke jiena personalment nagħżel li nuża t-trasport pubbliku. Speċjalment f ’ħarġiet mal-familja u bit-tfal. Nemmen li kull persuna li għal darba fil-ġimgħa biss tipprova tuża t-trasport pubbliku se tikkontribwixxi b’mod dirett għat-titjib fl-arja u kwalità ta’ ħajja aħjar. Xi tfittex meta ssiefer? Minħabba l-kobor ta’ pajjiżi barranin meta kkumparat ma’ dak ta’ Malta, l-ispazji pubbliċi u l-parks f ’pajjiżi oħra huma ferm u ferm akbar minn tagħna. Infittex spiss li nkun fin-natura, forsi wkoll għaliex nirrilassa iktar f ’dan l-ambjent.
12
09.02.2020
kullhadd.com
IS-SENA TAL-ĠUŻEPPINI Kitba ta’ CLIFFORD GALEA VELLA MASLENNIKOV
MHIX SEMPLIĊI FESTA OĦRA! Forsi mit-titlu ħafna jaħsbu, “u iva festi xbajna nisimgħu dwarhom, dejjem l-istess!” Iżda le! F’dan il-każ, din is-sena timmarka xi ħaġa differenti fl-istorja tal-knisja anke b’rabta ma’ reliġjonijiet oħra fejn San Ġużepp jitqies ’il fuq minn kull qaddis ieħor. Tkellimt ma’ Andrew Borg; studjuż u kittieb dwar dik li tissejjaħ “Josefoloġija”.
Pittura ta’ MANUEL FARRUGIA
ma kienx isib il-kenn ta’ familja li kienet meħtieġa fl-ewwel 30 sena ta’ ħajja umana. Minbarra t-tagħlim tal-Papiet, il-Josefoloġija tiffoka wkoll fuq il-kitbiet tas-Santi Padri fis-snin bikrija tal-Knisja, u tad-Dutturi li segwewhom. Qaddisin oħra kbar tkellmu u kitbu fuq San Ġużepp, San Tumas t’Aquino, Santu Wistin, San Franġisk ta’ Sales, Santa Tereża ta’ Avila u San Bernardin ta’ Siena, biex insemmu ftit. Insomma jekk tibda fuq il-Josefoloġija ma tiqafx.
Xi tfisser Josefoloġija?
Xi tfisser li San Gużepp huwa l-patrun universali tal-Knisja?
Josefoloġija hija fergħa tat-Teoloġija, li żviluppat wara u fi ħdan il-Marjoloġija biex ngħidu hekk. Jiġifieri fil-bidu l-istudju kien iktar iffukkat fuq kif San Ġużepp jidħol fl-istorja tas-salvazzjoni permezz ta’ martu Marija Santissima. Iżda maż-żmien l-istudju dwar San Ġużepp tant kiber u tant approfondixxa ruħu li beda jitqies bħala suġġett għalih waħdu bil-kontenut speċifiku tiegħu. Jien ma nistax nitqies bħala Josefologu, għaliex studji formali dwar is-suġġett għadni qatt ma għamilt. Jiena devot ta’ San Ġużepp u bħala tali naqra ħafna kotba, artikli u siti speċjalizzati dwar is-suġġett u l-għarfien tiegħi nġibu minn hemm. Jiġifieri meta nitkellem jew nikteb dwar San Ġużepp, dan nagħmlu bħala devot tal-qaddis imsemmi li b’ħeġġa nixtieq naqsam it-tagħlim li qed nakkwista bil-mod il-mod ma’ devoti oħra bħali. Hekk qed nagħmel ta’ kuljum fuq ONE radio fil-programm “Naqra Naqra” ta’ Brian Bonnici f ’dawn l-ewwel tliet ġimgħat ta’ Frar, u l-istess qed nagħmel kull nhar ta’ Erbgħa fil-programm ta’ Matilda Balzan “Sa Nofsinhar”, fuq TVM. Fi ħdan il-Josefoloġija nsibu l-ewwel u qabel kollox it-tagħlim tal-Papiet kbar tal-Knisja, ibda b’Papa Piju IX li nistgħu ngħidu li ta l-ewwel spinta lil Josefoloġija bi tliet dokumenti ewlenin. Fl-ewwel dokument imxandar fl-10 ta’ Settembru 1847 bl-isem Inclytus Patriarca Joseph, huwa tana l-prinċipji ewlenin li fuqhom bdiet tissejjes il-Josefoloġija. B’dak l-istess dokument huwa kien estenda l-festa tal-Patronċinju ta’ San Ġużepp mal-Knisja kollha anke jekk dan it-titlu kien għadu ma kienx rikonoxxut uffiċjalment. Dan seħħ, fil-fatt, b’doku-
Mela kif għedna iktar kmieni Papa Piju IX, nhar it-8 ta’ Diċembru 1870 iddikjara lil San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali. Importanti l-kelma “iddikjara”! Ma jfissirx li San Ġużepp sar patrun tal-Knisja dakinhar, iżda li l-Knisja bdiet tirrikonoxxih bħala tali minn dakinhar, jiġifieri 150 sena ilu. Iżda fil-fatt San Ġużepp kien Patrun, Protettur, Gwardjan ta’ din il-Knisja sa mill-bidu tagħha. Aħna nemmnu li l-Knisja hija Kristu flimkien magħna: Kristu r-ras u aħna l-ġisem. Sidna Ġesù Kristu kien ikkonċeput divinament fil-ġuf ta’ Marija Santissima. U min ħa ħsiebha lil Marija? Min ħa ħsieb lit-tarbija li kienet qed titrabba fil-ġuf tagħha? Min ħa ħsieb tal-Knisja li kienet qed tilbes il-fraġilità umana? Mhux San Ġużepp, is-sempliċi mastrudaxxa ta’ Nazzaret. San Ġużepp ħa deċiżjoni importanti u kbira f ’mument kruċjalissimu tal-istorja tas-salvazzjoni. Huwa jintebaħ li Marija kienet tqila, u kien jaf li hu ma kellux x’jaqsam. Huwa kien jaħlef bilqdusija u bil-fedeltà ta’ Marija: kien aktar lest li jemmen li xebba tista’ tiled iben mingħajr ma titlef il-verġinità tagħha milli li Marija tidneb, titraddih! Madanakollu, Ġużeppi jitħawwad. U jitħawwad għax kien jaf il-Liġi Lhudija ta’ dak iż-żmien x’kienet tgħid u x’kienet tagħmel. Għaldaqstant, qabel ma jkellmu l-anġlu tal-Mulej, Ġużeppi ddeċieda li jsalva lil Marija u lil binha “u jibgħathom bil-moħbi”. Il-ġustizzja ta’ Ġużeppi kienet akbar mil-Liġi nnifisha, u fi żmien meta l-mara ma kellhiex l-istima u d-dinjità li għandha llum Ġużeppi tana l-akbar eżempju ta’ dan eluf ta’ snin ilu. Bid-deċiżjoni tiegħu Ġużeppi jsalva lil Marija, jsalva lil Ġesù, jsalva lill-Knisja.
ment ieħor imxandar nhar it-8 ta’ Diċembru 1870 bl-isem Quemadmodum Deus, u huwa eżattament l-anniversarju li qed nfakkru matul din is-sena. Sena wara mbagħad, f ’dokument ieħor bit-titlu Inclytum Patriarcham mxandar fis-7 ta’ Lulju 1871 dan l-istess Papa fisser għaliex San Ġużepp jixraqlu l-ogħla kult fuq kull qaddis ieħor ħlief il-Madonna u tkellem ukoll dwar ir-rwol importanti li kellu San Ġużepp fil-Pjan tas-Salvazzjoni għall-Bniedem. Papa ieħor li ta kontribut kbir fil-Josefoloġija kien Leone XIII, li aħna nafuh l-aktar għat-talba sabiħa “O twajjeb Ġużeppi filhemm li fih ninsabu…” li kien ħeġġeġ lill-Insara devoti biex jibdew jgħiduha wara r-rużarju matul ix-xahar ta’ Ottubru kollu. Dan il-Papa tana l-unika enċiklika li qatt inkitbet fuq San Ġużepp. Din ixxandret fil-15 ta’ Awwissu 1889 bl-isem Quamquam Pluries
Bla dubju ta’ xejn m’hemmx qaddis ieħor fis-sema li jistħoqqlu jitqies bħala Patrun tal-Knisja Universali
u fiha huwa elenka d-duttrina tal-Knisja sa dak iż-żmien dwar San Ġużepp. Ifisser għaliex dan il-qaddis hu mogħni bl-ogħla dinjità u jagħti r-raġuni singulari għaliex il-Knisja għażlitu bħala Patrun tal-Knisja Universali. Dan id-dokument baqa’ jiġi kkwotat sal-lum. Fil-fatt f ’għeluq il-100 sena tiegħu l-kbir Papa qaddis San Ġwanni Pawlu II xandar Eżortazzjoni Appostolika bl-isem Redemptoris Custos, li fiha huwa aġġorna l-Josefoloġija skont il-Maġisteru tal-Knisja tul is-sekli. Dan id-dokument importantissimu li jibni l-bażi tiegħu
fuq żewġ enċikliki kbar tal-istess Papa, Redemptor Hominis (4 ta’ Marzu 1979) u Redemptor Mater (25 ta’ Marzu 1987) jitkellem fid-dettall dwar “il-figura u l-missjoni ta’ San Ġużepp fil-ħajja ta’ Kristu u tal-Knisja.” Mela San Ġużepp ma jibqax aktar imwarrab fil-ġenb, imħolli fid-dell, qisu xi pastur dekorattiv, iżda jsir protagonist fl-akbar storja li qatt inkitbet. Huwa jinsab fiċ-ċentru talPjan tas-Salvazzjoni tal-Bniedem għalina: mingħajr il-Verġni Marija li saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu kienet tkun f ’periklu kbir, u binha, li huwa wkoll Bin Alla,
13
09.02.2020
kullhadd.com
Alla ppermetta li San Ġużepp jibqa’ jkollu din l-awtorità anke fis-sema, għaldaqstant it-talb tiegħu hu mismugħ dejjem
Bla dubju ta’ xejn m’hemmx qaddis ieħor fis-sema li jistħoqqlu jitqies bħala Patrun tal-Knisja Universali. San Ġużepp fl-umiltà tiegħu u fis-silenzju li jikkaratterizza lil ħajtu, jisma’ l-vuċi t’Alla, jifhem xi jrid minnu l-Missier Etern, u “jqum u jagħmel” eżatt kif fassal il-pjan Alla, għalih u wkoll ta’ Alla u allura tkun kemm għalina lkoll. tkun imminata mill-ħażen uman, Dawn huma biss terminoloġiji is-sewwa jibqa’ jirbaħ, u l-mixja tal-Knisja ma tieqaf qatt. San jew fihom sinifikat anke Ġużepp qiegħed hemm biex jigspiritwali? garantixxi dan, mela le dan it-tiNifhem il-mistoqsija tiegħek tlu ta’ Patrun mhuwiex terminu għax termini u titli fir-reliġjon bla sens jew dekorattiv biss, iżda tagħna għandna ħafna, u forsi huwa rwol spiritwali importantisaħna l-bnedmin għandna tenden- simu. za niffukaw fuq ix-xinxilli minflok fuq l-essenza. Madanakollu, Kemm hu b’saħħtu l-kult hawn għandna xi ħaġa li hi aktar Ġużeppin f ’pajjiżna? minn titlu. Hawn għandna rwol, li kien iddisinjat u mfassal mill-Mis- Għall-grazzja ta’ Alla l-kult f ’Malta għadu sier Etern. Nispjegaw. Mela Alla Ġużeppin l-Missier ried li Ibnu l-Waħdi- b’saħħtu. Dan stajna narawh fideni jsir bniedem għalina sabiex 19 ta’ Jannar li għadda meta nedejeħlisna mid-dnub. Biex iseħħ jna s-sena ġubilari ta’ San Ġużepp dan kienet meħtieġa mara qaddi- b’festa kbira li saret fil-Belt Valsa – l-Eva l-ġdida – li fiha jinkar- letta. Fiha ħadu sehem ’il fuq na ruħu l-Verb, il-Kelma. Alla minn 200 fratell mill-Arċikonried ukoll li ibnu jitwieled fi ħdan fraternitajiet tar-Rabat u tal-Belt familja, u allura kien meħtieġ li huma l-eqdem, u oħrajn minn ukoll missier, li għalkemm ma dawk tal-Msida, il-Kalkara, il-Qakienx se jkollu kontribut bijo- la u San Ġużepp Ħaddiem (fejn loġiku, madanakollu kien se jkun hemm parroċċi ddedikati lil San missier fil-veru sens tal-kelma. Ġużepp – oħra li m’għandhiex Alla, litteralment għadda l-Pa- fratellanza hija dik tal-Manikaternità tiegħu lil Ġużeppi biex ta) u oħrajn minn Ħal Għaxaq, jattwa umanament minfloku. Ħal Kirkop u Ħaż-Żebbuġ fejn L-Iben ta’ Alla ma kienx ippjanat isiru festi kbar lil San Ġużepp li jibqa’ fid-dinja bħala bniedem għalkemm mhumiex titular; u għal dejjem. Għaldaqstant, kellha magħhom oħrajn minn Bormla, titwaqqaf il-Knisja biex tkompli il-Birgu, Ħal Qormi (San Ġorġ), l-missjoni tiegħu warajh. Issa kif il-Mellieħa u s-Siġġiewi. DakinĠużeppi ħa ħsieb lil Marija u lil har ingħaqdu l-baned Ġużeppini Ġużeppi, billi mantnihom, ħa f ’massed band u ferrħuna bilħsiebhom, ipproteġihom, u ħel- marċi u bl-innijiet Ġużeppini. ishom minn kull periklu, hekk Festa oħra bħal din se ssir fid-19 kellu jibqa’ jieħu ħsieb lill-Knis- ta’ Settembru ġewwa r-Rabat u ja ta’ Kristu, Knisja li d-destin l-Imdina, fejn barra dawn se jiktagħha uman kellu jkun ukoll kontrbixxu wkoll il-Kmamar tanperturbat minn problemi, inkwi- Nar Ġużeppini. Iżda l-kult mhux festi biss. et, theddid u ħsara li ssir mhux biss minn barra iżda anke minn Nieħu gost ninnota bid-drawwa ġewwa. Ma għandniex noqogħdu tas-seba’ Erbgħat li jsiru nhar nitkażaw bil-membri tal-Knisja ta’ Erbgħa fil-ġimgħat li jwasslu li jagħmlulha għajb bl-azzjonijiet għall-festa fil-parroċċi Ġużeppitagħhom: il-Knisja hija magħmu- ni msemmija. Ħal Għaxaq dan la mill-bnedmin u allura se l-aħħar qed jorganizzaw ukoll tibqa’ tkun mtebbgħa bil-ħażen id-disa’ Erbgħat, li jsiru kull tal-bnedmin, iżda l-Knisja hija l-ewwel Erbgħa tax-xahar fid-di-
sa’ xhur li jwasslu għall-festa. Qed isir kors ta’ katekeżi dwar San Ġużepp fil-Qala Għawdex immexxi u ppritkat minn Patri Marcello Ghirlando, u kors ieħor simili qed isir l-Imsida. Hemm programmi sbieħ u impenjattivi tul ix-xahar ta’ Marzu fir-Rabat, f ’Mejju, f ’Birkirkara u f ’Lulju fl-Imsida, fil-Kalkara, f ’Ħal Kirkop u Ħaż-Żebbuġ. Insomma hemm ħeġġa kbira, li s-sabiħ tagħha hu, li ġejja minn isfel għal fuq, jiġifieri mhijiex inizjata u imbuttata mill-Knisja, iżda hija xi ħaġa ġejja mil-lajċi, mill-fratelli, mill-aħwa ta’ San Ġużepp. Kif nibtet din l-imħabba lejn San Ġużepp f ’Malta? Mal-bidu tal-Kristjaneżmu f ’pajjiżna jew maż-żmien? Le ma nistgħux ngħidu li din l-imħabba lejn San Ġużepp nibtet fil-bidu nett meta daħal il-Kristjaneżmu f ’Malta. Fil-fatt lanqas fid-dinja ma sar hekk. Anzi San Ġużepp tħalla fid-dlam, fil-ġenb, fid-dell tal-Istorja għal ħafna u ħafna sekli. Kien il-kanċillier tal-Università ta’ Pariġi Jean Charlier de Gerson li beda jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Knisja biex isaħħu u jifirxu l-kult Ġużeppin. Però l-kult Ġużeppin jingħad li ddaħħal fil-Knisja tal-Punent mill-Knisja tal-Lvant fejn kien ilu jiffjorixxi, mill-Ordni Karmelitan. Fil-fatt San Ġużepp għadu jitqies b’dinjità għolja ħafna fi ħdan il-Karmelu. Il-qaddis kbira, duttura tal-Knisja, Santa Tereża ta’ Avila, imbagħad kompliet tatu imbuttatura kbira fid-devozzjoni lejh. Hija kienet tħeġġeġ lill-fidili biex iduru lejh għal kull bżonn tagħhom, għax hija tistqarr li qatt ma talbitu xi ħaġa u ma tahilhiex. Il-qawwa interċessiva ta’ San Ġużepp ġejja mill-fatt li huwa għex ħafna qrib ta’ Ġesù u ta’ Marija li fid-dar ta’ Nazzaret
lilu kienu jobdu. Alla ppermetta li San Ġużepp jibqa’ jkollu din l-awtorità anke fis-sema, għaldaqstant it-talb tiegħu hu mismugħ dejjem – sintendi meta dan hu ta’ ġid spiritwali għalina. F’Malta nistgħu ngħidu li l-eqdem devozzjoni nsibuha fir-Rabat fejn insibu wkoll l-eqdem statwa ta’ San Ġużepp u l-uniku santwarju tiegħu, fil-Knisja tal-Patrijiet Minuri magħrufa bħala Ta’ Ġieżu. Warajha żgur li tiġi dik tal-Karmnu tal-Belt fejn ukoll hemm statwa li tgħodd ’il fuq minn 325 sena. Wara tal-Madonna, il-Fratellanzi ta’ San Ġużepp huma l-iktar diffużi f ’pajjiżna u għadhom attivi kif rajna aktar kmieni. Kif iħarsu lejh knejjes oħra bħal dik ortodossa?
għandu valur. Interessanti li dan il-ktieb ippubblikajtu bi 12–il kopertina differenti b’daqstant San Ġużeppijiet (statwi) mill-knejjes lokali. L-istess għamilt bi ktejjeb ieħor dwar Is-Seba’ Duluri ta’ San Ġużepp u b’Il-Mantar ta’ San Ġużepp, żewġ devozzjonjiet ferm antiki, u li ma tantx konna nafu bihom hawn Malta. Ktejjeb ieħor ta’ dan it-tip kien San Ġużepp fil-Lejl tal-Milied li ppubblikajtu darbtejn għal Natalis Notabilis fir-Rabat u din is-sena għall-parroċċa ta’ Ħad- Dingli, fejn anke saret rappreżentazzjoni ħajja fuq il-presbiterju qabel il-quddiesa ta’ nofsillejl. Proġett ferm għal qalbi li bdejt dan l-aħħar snin huwa s-sensiela Id-Devot Ta’ San Ġużepp li s’issa ħriġt tliet kotba minnha: l-ewwel wieħed Damma Ta’ Talbiet jiġbor fih talb lil San Ġużepp mid-dinja kollha; it-tnejn l-oħra Ġabra ta’ Siltiet u Ġabra Oħra ta’ Siltiet jinkludu siltiet mitkuba minn studjużi kbar, dutturi u qaddisin u papiet kif semmejna aktar kmieni. Li jmiss se jkun ġabra ta’ prietki, tridijiet u paniġierki dwar San Ġużepp u ta’ warajh se jiġbor fih l-ikonografija Ġużeppina f ’Malta. Sadanittant, għaddej b’ħidma kbira fuq ktieb ambizzjuż iżda ferm għal qalbi għax ħa jkun kemm ta’ livell akkademiku kif ukoll ta’ kwalità tip ta’ coffee table book ta’ qies kbir u llustrat. Qed naħdem ma’ nies ta’ kalibru bħal Mons. Lawrens Sciberras, Patri Martin Micallef O. Cap, il-Kanonku Jonathan Farrugia, il-Kanonku Carm Refalo, Mons. Prof. Hector Scerri, kan Jesmond Manicaro, Patri Anton Farrugia, u magħhom kittieba oħra lajċi iżda daqstant ta’ kalibru. Il-Ktieb il-Kbir ta’ San Ġużepp se jkun l-isbaħ tifkira ta’ dan l-anniversarju kbir li qed niċċelebraw din is-sena.
F’dan il-qasam għadni ma għam- Kif nibtet din il-passjoni? iltx studju. Irrid nidħol f ’dan l-aspett sew! Interessanti din, għax jien fil-fatt minn San Ġiljan, fejn devozzjoni Xi tgħidli dwar il-kotba lejn San Ġużepp ma nistgħux tiegħek dwar dan? ngħidu li hemm. Però għandna statwa ta’ Karmnu Mallia, Kif għidt iktar kmieni jiena nqis il-Lhudi, u din dejjem tibqa’ finruħi bħala devot ta’ San Ġużepp niċċa. Meta kont żgħir, dil-ħaġa u mhux xi Josefologu. Madana- kienet tittikani u kont nistaqsi kollu, għandi passjoni kbira fis- lil missieri, għaliex San Ġiljan u suġġett u ħeġġa immens biex dak l-Madonna joħorġu purċissjoni li nitgħallem jien naqsmu ma’ u San Ġużepp le. Hu kien joħaddieħor. Bdejt bil-kotba għat- qgħod jirrakkontali fuqu, dwar tfal. L-ewwel ippubblikajt storja kemm kien twajjeb u kwiet u bbażata fuq il-leġġenda li kien tana umli, u bis-saħħa t’hekk inġbidt Patri Ġuże Delia dwar “Is-Sellum lejh. Illum tlajt noqgħod ir-Rata’ San Ġużepp”. Wara s-suċċess bat ftit passi bogħod mill-eqdem ta’ dan, ippubblikajt l-istorja ħelwa u l-uniku santwarju Ġużeppin li ta’ “Il-Ħmara ta’ San Ġużepp”. għandna Malta. Il-kurżità ta’ tfuĠie f ’idejja ktejjeb bit-Taljan ta’ liti żviluppat f ’devozzjoni, ħeġġa patri Antonio Bello li ttraduċe- liema bħala u mħabba kbira lejn jtu għall-Malti u semmejtu Ittra dan il-qaddis. L-akbar xewqa lil San Ġużepp. Ktejjeb ħelu ħafna tiegħi hi li mmur l-Università ta’ dwar karba tal-awtur li jħares lejn Montreal il-Kanada fejn hemm San Ġużepp u l-imħabba li kellu Università speċjalizzata fuq San għax-xogħol tal-id, għax-xogħol Ġużepp u nagħmel studju protat-tiswija, b’kuntrast mal-ħidma fond fuq San Ġużepp, imbagħad tal-maġni u mal-attitudni tal-lum inkun nista’ nqis lili nnifsi bħala ta’ “uża u armi” fejn xejn m’għad Josefologu.
14
09.02.2020
kullhadd.com
NOTI MALTIN FL Għal ċerti żgħażagħ, xi kultant l-akkademja lokali ma tkunx biżżejjed, u allura jkollhom iħallu art twelidhom u jsibu ruħhom f ’xi pajjiż barrani jistudjaw u jkattru l-istudji tagħhom fi skejjel barra minn Malta. Il-personalità li tkellimt magħha llum qed tgħaddi minn dan kollu filpreżent. Ta’ età żgħira tiftakar lilha nnifisha tieħu gost tisma’ lil ommha ddoqq il-pjanu u titħajjar issir taf kif jaħdem dan l-istrument. Meta kellha 13– il sena, saret parti mill-Malta Youth Orchestra u kienet bdiet issiefer barra minn Malta għal korsijiet u festivals tal-mużika. Dawn huma żgur mhux forsi r-raġuniiet għaliex spiċċat fejn tinsab illum il-ġurnata. Qed nirreferi għall-pjanista u vjolinista - Bernice Sammut Attard. Hija minn San Ġiljan, għandha 19–il sena u bħalissa qed tistudja l-mużika fil-Konservatorju Rjali tal-Iskozja ġewwa Glasgow. Waqt li kienet tgħix Malta, kienet tattendi Chiswick House School u St. Martin’s College. Għas-6th form kienet intgħażlet sabiex tattendi l-iskola prestiġjuża Chethams School of Music ġewwa Manchester li għalkemm hija skola speċjalizzata fil-mużika, wieħed ukoll jistudja s-suġġetti akkademiċi. Il-passatempi tagħha jinkludu l-ivvjaġġar, il-qari, il-kitba, iċċikliżmu u l-lingwi. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala bniedma ġeneralment kalma li dejjem tara x’ser tivvinta u tipprova taħdem kemm tista’ għal dak li tixtieq. Bernice hija kemm pjanista, kif ukoll vjolinista. Staqsejtha liema tippreferi l-aktar, u stqarret miegħi li ż-żewġ strumenti huma verament differenti, però fl-istess ħin jikkumplimentaw lil xulxin u għalhekk temmen li t-tnejn li huma qed jgħinuha sabiex issir il-mużiċista li tixtieq tkun. “Bil-vjolin nieħu sodifazzjon kbir meta ndoqq f ’orkestra. Kelli ħafna opportunajiet kbar minħabba l-fatt li kont parti minn diversi orkestri fosthom Chethams Symphony Orchestra, Malta Youth Orchestra u Duet Philharmonic li permezz ta’ dawn l-orkestri, daqqejt f ’postijiet bħar-Royal Festival Hall, Bridgewaterhall u Stoller Hall fir-Renju Unit, kif ukoll fit-Teatru Manoel, fi Pjazza Teatru Rjal u f ’Dar il-Mediterran f ’Malta. Kelli ukoll diversi opportunitajiet fejn daqqejt mal-Malta Philarmonic Orchestra. Il-ħoss li joħroġ minn orkestra dejjem affaxxinani u jispirani fil-pjanu – fejn inħoss li jkolli orkestra taħt
idejja u għalhekk m’hemmx limitu għall-immaġinazzjoni.” Bernice kienet ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Musicians 2018 u kienet irrappreżentat lil Malta ġewwa Edinburgh fl-istess sena, fejn tat recital ta’ 18–il minuta u li kien imxandar live u segwit minn ħames miljun ruħ, u li kienet imfaħħra minn diversi Maltin u anke barranin. Fi kliemha stess, kien unur kbir li kellha l-opportunità li tirrappreżenta lil pajjiżha barra minn xtutna. “Din kienet żgur mhux forsi waħda mill-ikbar opportunitajiet ta’ ħajti. Esperjenza unika li żgur ser nibqa’ ngħożż tul ħajti kollha,” stqarret miegħi. Bħalissa, Bernice tinsab fit-tieni sena tal-istudji tagħha fil-Bachelor of Music ġewwa r-Royal Conservatoire tal-Iskozja, ġewwa Glasgow, fejn qed tistudja taħt il-Prof. Fali Pavri. Qabel kienet tistudja l-pjanu u l-vjolin ma’ Duncan Glenday u Ruth Hahn rispettivament ġewwa Chetham’s School of Music (Manchester 2016-2018). Kienet l-ewwel Maltija li bdiet tattendi skola tal-mużika tant prestiġjuża. Bdiet l-istudji tagħha tal-pjanu ta’ età żgħira taħt il-ħarsien u l-istudji ta’ Karen Briscoe, filwaqt li l-vjolin ma’ Marcelline Agius. Ħallejt f ’idejha sabiex tirrakkonta kif spiċċat ruħha tistudja l-mużika barra minn Malta, u kemm issibha faċli jew bi tqila ’l bogħod mid-dar u l-familja tagħha f ’Malta. “Minn dejjem kont nemmen li l-post biex wieħed jistudja l-mużika huwa barra minn Malta għaliex wieħed jista’ verament jesperjenza ħafna opportunitajiet li forsi ma jkunx jista’ jesperjenza f ’Malta minħabba d-daqs tagħna. Ovvjament li mhix faċli li wieħed jitlaq minn pajjiżu t’età żgħira ta’ 16–il sena, però fl-istess ħin nemmen li mmaturajt u sirt bniedma tassew indipendenti. Jekk hemm xi ħaġa li nsib bi tqila hi l-fatt li ma tantx nista’ nitkellem bil-Malti hawnhekk. Il-lingwa Maltija hija xi ħaġa verament għażiża f ’ħajti. Għal din ir-raġuni sirt nikteb ħafna bil-Malti u nipprova ninkludi xogħlijiet ta’ kompożituri Maltin waqt l-istudji tiegħi.” Mużiċista dejjem għandu jkun fl-aħjar stat possibbli B’wiċċha minn quddiem, Bernice tista’ tgħid li hija waħda mill-aqwa mużiċisti lokali li għandna f ’pajjiżna. Fl-opinjoni tagħha mużiċista
dejjem għandu jkun fl-aħjar stat studju kuljum huma neċessità. Fil ment jieħu gost jagħmel xi ħaġa, il jixtieq li l-ġurnata kellha aktar sigħ Bħala mużiċista, daqqet f ’diver l-Ingilterra, il-Polonja, il-Ġermanj menja u l-Kazakhstan. Fis-sena 2 tizzjoni Chetham’s Bosendorfer u bit-tieni premju waqt il-Malta Int kien ma’ premju prestiġjuż ieħor b t-tielet post u l-aqwa pjanista Ma no Competition. Is-sena l-oħra, ħ to flimkien ma’ erba’ orkestri - N Symphony Orchestra, Ryazan Sym phony of the Astrakhan Opera an mas-surmastijiet Alexei Galea Ca Oselkov u William Garfield Walk zati mill-European Foundation f mid-“Days of Maltese Music” pr u Russja. Ipparteċipat ukoll fil-ma rinomati li jinkludu Vladimir Ov Steen-Nokleberg, Christopher Elt Michael Lewin, Anna Górecka, Jeremy Carter, Nicholas Ashton, J niusas, Sinae Lee, BingBing Li, G Hadland fost oħrajn. Bernice kell bħal Nicola Benedetti, Natalia Lo u Leland Chen fost oħrajn. Madanakollu, Bernice temmen għaliex wieħed dejjem jitgħallem. u masterclasses minn mużiċisti rin hom. Personalment naħseb li l-f minn xtutna huma xi wħud mill-a Ser tkun qed tipparteċipa f ’recita
Il-ħoss li joħroġ minn orkestra dejjem affaxxinani u jispirani fil-pjanu – fejn inħos
15
09.02.2020
kullhadd.com
Kull kunċert huwa importanti u jirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol. Bħalissa qed inħejji l-preparamenti tiegħi għal dan il-kunċert, billi nipprattika għal madwar ħames sigħat kuljum. Fl-istess ħin qed ikolli lezzjonijiet mal-professuri mill-konservatorju
L-ISKOZJA
possibbli. Għalhekk sigħat twal ta’ l-verità, temmen li jekk wieħed veral-ħin qatt ma jarah għaddej, anzi jkun ħat. rsi pajjiżi madwar id-dinja fosthom ja, il-Belgju, l-Olanda, ir-Russja, l-Ar2017, kienet finalista waqt il-kompeu fl-istess sena kienet ġiet preżentata ternational Music Competition flimbħala vjolinista u premju ieħor bħala altija waqt il-Malta International Piaħadet sehem fil-Grieg Piano ConcerNorth Caucasus Orchestra, Eurasian mphony Orchestra u Astrakhan Symnd Ballet Theatre – b’kollaborazzjoni avallazzi, Mikhail Kirchhoff, Sergey ker. Dawn il-kunċerti kienu organizfor Support of Culture bħala parti rogramm fl-Armenja, il-Kazakhstan aster classes u lezzjonijiet ma’ pjanisti vchinnikov, Mikhail Petukhov, Einar ton, Craig Sheppard, Robin McCabe, Ingo Dannhorn, Stephen Coombs, John Perry, Aaron Shorr, Petras GeGraeme McNaught u Chris tian Ihle lha wkoll masterclasses ma’ vjolinisti omeiko, Sigyn Fossnes, Andrea Gajic
n li kull esperjenza hija importanti “Kelli diversi esperjenzi, lezzjonijiet nomanti. Dawn huma biss ftit minnfestivals li pparteċipajt fihom barra aħjar esperjenzi ta’ ħajti.” al bil-pjanu dalwaqt f ’Malta
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Fil-jiem li ġejjin, proprju nhar il-Ħadd, 1 ta’ Marzu 2020 fis-7.30pm, ġewwa Dar il-Mediterran, Bernice ser tkun qed tipparteċipa f ’recital bil-pjanu. Fil-fatt, hija ser tkun qed tagħti kunċert ta’ 70 minuta. F’dan il-Piano Recital li ġej, ser tkun qed iddoqq xogħlijiet ta’ Beethoven, Granados, Chopin, Schumann u Wagner-Liszt. “Kull kunċert huwa importanti u jirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol. Bħalissa qed inħejji l-preparamenti tiegħi għal dan il-kunċert, billi nipprattika għal madwar ħames sigħat kuljum. Fl-istess ħin qed ikolli lezzjonijiet mal-professuri mill-konservatorju,” żvelat miegħi Bernice. Għal dawk kollha interessati li jmorru jsegwu u jisimgħu lil Bernice waqt dan ir-recital bil-pjanu, l-entratura hija 10 ewro biss. Għall-biljetti u aktar informazzjoni ċemplu fuq 2559 5750 jew żur is-sit www.mcc. com.mt. Hija wkoll bniedma li temmen li m’hemmx aħjar milli wieħed jisma’ kunċert live. Mhux bilfors kunċert ta’ mużika klassika, però kull tip ta’ mużika. Fi kliemha stess, l-atmosfera hija kompletament differenti minn meta wieħed jisma’ recording online jew fuq cd. Kollox jista’ jiġri f ’kunċert live u din hija xi ħaġa eċitanti. F’kunċert wieħed ikun jista’ wkoll jesperjenza l-emozzjonijiet tal-mużika b’mod dirett u din hija eżatt is-sbuħija ta’ kunċert live. Fl-aħħar ta’ din l-intervista Bernice xtaqet tgħaddi messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-mużika hija xi ħaġa li verament inħobb u l-kunċerti huma mumenti speċjali f ’ħajti u fil-ħajja ta’ kull mużiċista, però apparti l-prattika kollha li kull tip ta’ performance tirrikjedi, parti importanti minn din hija l-udjenza, għax l-atmosfera f ’sala mimlija nies hija waħda maġika u tgħin lill-mużiċista sabiex jagħti l-aħjar interpretazzjoni possibbli tax-xogħlijiet. Ninsab tassew ħerqana għal dan ilkunċert li ser nagħti ġewwa Dar il-Mediterran. L-ewwel nett għax ser ikun ġewwa pajjiżi li tant inħobb u t-tieni nett għaliex naf li ser ikun hemm ħafna wċuħ familjari u nittama li wkoll xi qarrejja li jinteressaw ruħhom f ’dan il-kunċert jattendu, anke jekk ikun xi ħaġa mhux tassoltu għalihom. Sabiħ li wieħed jesperjenza affarijiet ġodda għaliex qatt ma tkun taf jekk xi ħaġa mhix għalik sakemm tkun esperjenzajtha,” temmet tgħid Bernice.
ss li jkolli orkestra taħt idejja u għalhekk m’hemmx limitu għall-immaġinazzjoni
16
09.02.2020
kullhadd.com
PROPRJETÀ ANTIKA RIĠENERATA U MSARRFA F’APPARTAMENTI
Roderick Galdes Ministru
Għandna pjan ħolistiku għall-housing soċjali. Nirrikonoxxu li hemm bżonn li jiżdied l-istokk u qed nilqgħu din l-isfida b’ruħna u b’ġisimna. Ix-xogħol li qed isir huwa xhieda ta’ dan. Tant hu hekk li bħalissa qed isir l-akbar investiment fil-bini ta’ housing soċjali għal dawn l-aħħar 40 sena, hekk kif għaddejja l-ħidma biex jinbnew 1,700 unit ġdid. Ix-xogħol mhuwiex jieqaf sal-bini ta’ units ġodda, iżda qed noħolqu mekkaniżmi oħrajn biex inkomplu nżidu l-istokk tal-Awtorità tad-Djar, fost l-oħrajn billi nikru proprjetajiet mill-privat biex imbagħad ngħadduhom lill-familji li jeħtieġu l-housing soċjali, taħt l-iskema Nik-
ru biex Nassistu. Fl-istess waqt qed naħdmu fuq proġett ieħor li wkoll qiegħed iżid l-istokk tal-housing soċjali, proġett li permezz tiegħu qegħdin nirriġeneraw proprjetajiet tal-Gvern li tħallew għal snin twal fi stat dilapidat. Dawn il-proprjetajiet li qabel kienu bla użu qed isirilhom ix-xogħol meħtieġ sabiex fihom nibdew nakkomodaw persuni li jkunu ġew bżonn l-għajnuna talistat għall-akkomodazzjoni. Aktar kmieni din il-ġimgħa stess, flimkien mal-Prim Ministru, konna fil-Belt Valletta fejn ħabbarna li sett ta’ 11–il appartament li ħarġu minn dan il-proġett ta’ riġenerazzjoni huma lesti u se jkunu qed jiġu allokati fil-ġimgħat li ġejjin. Il-proprjetà kkonċernata kienet ilha magħluqa għal ammont sostanzjali ta’ snin, u issa b’nefqa totali ta’ ftit aktar min €750,000 ġiet riġenerata fi 11–il unit. Dawn il-units se jkunu qed jingħaddew lil 11–il anzjan u anzjana li bħalissa qed jistennew l-akkomodazzjoni soċjali. Infatti saret ħidma biex il-units kollha ikunu kompletament aċċessibbili għal persuni bi sfidi ta’ mobbiltà. Issa minflok ma għandna proprjetà dilapidata, bla użu, u estetikament mhix pjaċevoli, fil-Belt
Kapitali tagħna, għandna djar li se jkunu qed jipprovdu kenn lil dawn l-anzjani. Dan il-proġett jifforma parti mill-ħidma li qed issir għar-riġenerazzjoni ta’ Marsamxett, taħt il-proġett tal-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC), li qed issir b’fondi Ewropej. Apparti l-proprjetà li tlesta x-xogħol fuqha fil-ġimgħa li għaddiet, dan il-proġett jinvolvi numru ta’ interventi oħrajn permezz tal-irranġar ta’ diversi proprjetajiet oħrajn tal-Awtorità tadDjar fl-istess żona. Bi proġetti bħal dan qed nolqtu żewg għasafar b’ġebla waħda. Mhux talli qed insebbħu l-estetika tal-irħula u l-ibliet tagħna billi nirreġeneraw proprjetajiet antiki li kienu bla użu, iżda fil-proċess qed nipprovdu ambjent ta’ dar lil dawk li l-aktar jeħtieġu l-għajnuna tal-Istat. Il-prijorità tiegħi bħala Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali tibqa’ dejjem il-ġustizzja soċjali. Kull deċiżjoni li nieħu dejjem tkun ibbażata fuq il-valuri tal-ġustizzja soċjali li nħaddan. Il-prijoritajiet tiegħi huma li nipprovdu alternattivi ta’ housing affordabbli, niffaċilitaw li aktar nies isiru sidien ta’ darhom fil-
waqt li s-suq tal-kera jibqa’ joffri l-istabbiltà u s-serħan il-moħħ lill-familji u s-sidien. Iżda, bla dubju, l-akkomodazzjoni soċjali tibqa’ prijorità assoluta ta’ dan ilGvern. Mill-2017, meta ġejt fdat bis-settur tal-housing, kelli viżjoni għal dan is-settur u assigurajt li flimkien mat-tim tiegħi tas-Segretarjat inwettaqha. Xhieda ta’ dan huma l-inizjattivi, l-iskemi u l-proġetti li għamilna. Wessajna jdejna biex ma nindirizzawx biss l-akkomodazzjoni soċjali, iżda biex nindirizzaw issuq tal-housing minn kull aspett. Introduċejna skemi ta’ home ownership, fassalna u ħabbarna proġett ta’ housing affordabbli, iddiskutejna u kkonsultajna biex illum għandna liġi tal-kera, tejjibna l-benefiċċju tal-kera biex illum għandna aktar minn 1,400 benefiċjarju u dan filwaqt li introduċejna l-kunċett ta’ housing speċjalizzat għal faxex speċifiċi. Paralell ma’ dan kollu, komplejna bil-ħidma fuq il-units il-ġodda ta’ housing soċjali u fuq proġetti oħrajn li jżidu l-istokk bħal dan li tkellimt fuqu hawnhekk, għax għal dan il-Gvern il-housing soċjali verament huwa prijorità ewlenija.
Kull deċiżjoni li nieħu dejjem tkun ibbażata fuq il-valuri tal-ġustizzja soċjali li nħaddan
IL-KOMPETIZZJONI U T-TALENTI
Deo Debattista Segretarju Parlamentari
Din il-ġimgħa, l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) varat studju indipendenti dwar l-effett ekonomiku tar-regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni. L-għan ta’ dan l-istudju huwa li jkejjel l-impatt tal-interventi tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni f ’setturi differenti tal-ekonomija. B’hekk, l-MCCAA tkun qed iżżid it-trasparenza u tkejjel l-effikaċja tal-attivitajiet tagħha, filwaqt li tagħraf aħjar liema prijoritajiet
għandha tiffoka fuqhom. L-MCCAA hija pijunier filpajjiż sabiex issaħħaħ is-suq u żżid il-kompetizzjoni. Din l-Awtorità ssawwar il-fiduċja bejn l-operaturi ekonomiċi u l-konsumatur. Il-kompetizzjoni tgħin biex jorħsu l-prezzijiet għall-konsumatur, ikun hemm iktar għażla ta’ prodotti u servizzi u tiżdied l-effiċjenza u l-kwalità. Ir-riżultati juru li bejn l-2014 u l-2018, l-impatt ekonomiku tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni fuq l-ekonomija kien ta’ iktar minn €50 miljun. Dan ifisser li għal kull €1 li l-Gvern investa fl-Uffiċċju, kien hemm ritorn ta’ €30 għall-benefiċċju ta’ pajjiżna. Nifraħ lill-MCCAA li, permezz tal-ħidma sfiqa tagħha, irnexxielha ssarraf l-investiment li għamilna fi 30 darba aħjar. Sodisfatt li din l-Awtorità qed taħdem biex tkun aktar sostenibbli u tpoġġi l-innovazzjoni u l-persuna fiċ-ċentru tal-operat permezz ta’ investiment fil-kwalità, fit-tekonoloġi-
ja u l-kompetenza tal-impjegati. Il-pass li jmiss huwa li nibnu ġenerazzjoni futura b’saħħitha. Ġenerazzjoni ta’ konsumaturi li jħarsu lejn l-impatt t’għemilhom fuq il-preżent u l-futur, u jpoġġu s-sostenibbiltà fiċ-ċentru tal-għażliet tagħhom u tal-iżvilupp. Din hija t-tema għall-Jum Dinji tad-Drittijiet tal-Konsumatur li se jkun qed jiġi ċċelebrat ftit tal-ġimgħat oħra. Qed naħdmu mal-imsieħba sabiex nagħrfu kif nistghu nippromwovu s-sostenibbiltà bil-policies li nippjanaw u li nwettqu u kif nistgħu nħeġġu lill-konsumatur ikun iktar sostenibbli fl-għażliet ta’ kuljum. Se naraw kif nistgħu nkunu iktar sostenibbli fil-prodotti li jiġu żviluppati fil-kuntest tal-viżjoni li għandna. Huwa ta’ sodisfazzjoni li ninnota li l-MCCAA varat kompetizzjoni nazzjonali għat-tfal bejn is-6 u l-15–il sena sabiex tilħaq il-ġenerazzjoni t’għada. Il-mexxejja żgħar li jintgħażlu
se jindirizzaw konferenza nazzjonali għall-Jum Dinji tad-Drittijiet tal-Konsumatur. Din se tlaqqa’ lill-operaturi ekonomiċi, akkademiċi, dawk li jfasslu l-politika, kif ukoll ’l-organizzazzjonijiet involuti fis-settur. Nemmen li għandna ħafna x’nitgħallmu mit-tfal. Bħala missier, nifhem kemm hu importanti li tagħraf it-talenti minn età żgħira u konvint li din l-opportunità se tkun qiegħda ssarraf f ’riżultati pożittivi. Nistieden lit-tfal u ż-żgħażagħ ikunu minn ta’ quddiem biex jagħmlu differenza. Li jħarsu lejn it-talenti tagħhom bħala għodda biex jagħmlu bidla pożittiva. Nawgura li l-konferenza sservi ta’ punt tat-tluq biex Malta tkun minn ta’ quddiem f ’dan il-qasam. Qed naħdmu flimkien biex inkomplu nimxu ’l quddiem u nħeġġiġkom tkunu ta’ sostenn għal min irid jipparteċipa f ’din l-opportunità li qed toffri l-MCCAA biex it-talenti mhux naħbuhom – imma nibnuhom.
Se naraw kif nistgħu nkunu iktar sostenibbli fil-prodotti li jiġu żviluppati fil-kuntest tal-viżjoni li għandna
17
09.02.2020
kullhadd.com
M’HEMMX X’TAGĦŻEL BEJNIETHOM Editorjal
Minflok ta sinjal ċar li l-Partit Nazzjonalista kellu jibda politika mibnija fuq il-proposti u lil hinn mill-mibegħda, inħakem minn dawk li l-mibegħda hi l-ordni tal-ġurnata tagħhom
Adrian Delia jinsab f ’sitwazzjoni li l-ebda mexxej politiku fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna ma sab ruħu fiha. Mhux għax qatt ma kien hemm kap li kellu konfoffi kontra tiegħu, iżda l-attakk kontra Adrian Delia tant hu qawwi, tant hu ġej minn kulimkien u tant qed isir mingħajr skrupli li jista’ jissejjaħ uniku. Però Adrian Delia nnifsu għandu x’jaħti daqskemm iridu jerfgħu r-responsabbiltà tiegħu l-establishment fil-Partit Nazzjonalista li sa mill-ewwel ġurnata ħalfu li ma jħalluhx jaħdem anke jekk għażluh it-tesserati. Għal raġuni jew oħra iż-żewġ fazzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista m’hemmx x’tagħżel bejniethom. Adrian Delia wiegħed mod ġdid ta’ politika. Wara telfa enormi li Simon Busuttil sofra fl-elezzjoni ġenerali tal-2017 fil-Partit Nazzjonalista dehret ix-xewqa ta’ bidla, ta’ bidu ġdid u fost it-tesserati nħasset
bil-kbir il-ħtieġa li l-affarijiet isiru b’mod differenti. Għal dan il-għan għażlu l-kandidat li wiegħed mod ġdid ta’ politika. Dak li saħansitra kien qed jiġi attakkat minn min fil-Partit Nazzjonalista rabba l-għeruq tant li kien ħaseb (u għadu jaħseb) li l-Partit Nazzjonalista huwa tiegħu u mhux tan-nies. Iżda, in-nies li jappoġġjaw lil dan il-Partit ħasbuha differenti u kontra kull mistenni fdaw lil Delia biex imexxihom. Però Adrian Delia l-mod ġdid ma wasslux. Minflok ta sinjal ċar li l-Partit Nazzjonalista kellu jibda politika mibnija fuq il-proposti u lil hinn mill-mibegħda, inħakem minn dawk li l-mibegħda hi l-ordni tal-ġurnata tagħhom. Fl-iktar mumenti kritiċi minflok wera sens ta’ tmexxija u direzzjoni differenti, ħalla jirkbuh lil dawk li qatt ma’ aċċettawh fil-Partit Nazzjonalista u wara li rikbuh bdew fażi oħra. Dik li jkissruh. Ta’ dan kollu Delia
għandu piż x’jerfa’, għax kap qiegħed hemm biex iwettaq dak li wiegħed u Delia wiegħed mod ġdid li ma wasal qatt. Iva, nifhmu li mhux kollox tort tiegħu. Mhux faċli taħdem ma’ tim li jkun ħalef li jkissrek. Mhux faċli taqbad art meta tkun imdawwar b’nies li meta tkun ħadt daqqa ’l isfel jingħaqdu biex jagħtuk oħra minflok jingħaqdu biex jgħinuk titla’ ’l fuq fl-interess tal-organizzazzjoni li lkoll jaħdmu fiha. F’dan il-każ l-Oppożizzjoni li tant hi kruċjali għal pajjiżna. L-istil li qed naraw jitħaddem fil-Partit Nazzjonalista huwa l-istess li tħaddem fil-pajjiż. Dak ta’ grupp ta’ nies li ma jaċċettaw qatt li jitilfu l-poter, u meta l-poter ma jkunx f ’idejhom u n-nies jagħtuhom sinjal wara ieħor li ma jriduhomx ikunu lesti jippruvaw ikissru l-pajiż jew l-istituzzjoni li suppost iħarsu basta jaħkmu lura l-poter. Dak il-poter li abbużaw minnu kemm damu fil-
gvern. Għalhekk m’hemmx x’tagħżel fil-Partit Nazzjonalista. Fuq naħa fazzjoni li m’għandhiex sinjal ta’ tmexxija ċara u li tiġġieled kontinwament għall-eżistenza tagħha, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra fazzjoni maħkuma minn kilba għall-poter li lesta biex tagħmel kollox għalih. Fazzjoni li l-poter tridu biex taħkem il-pajjiż kif għamlet qabel l-2013 meta Malta daħlet f ’riċessjoni u meta l-Maltin u l-Għawdxin ħallsu għal piżijiet kbar filwaqt li gawdew ftit li xejn mid-deċiżjonijiet tal-Gvern. Huwa ċar li m’hemmx alternattiva għall-Partit Laburista u li ħadd miż-żewġ fazzjonijiet tal-PN ma jista’ jkun fdat fiżżmien li ġej biex jeħodlu postu. U dan mertu wkoll tal-Partit Laburista li qed jagħraf jiġġedded bi tmexxija ġdida li diġà qed tispira fiduċja kbira għax qed turi fuq kollox li taf fejn trid tieħu lil dan il-pajjiż.
18
09.02.2020
kullhadd.com
PJAN IMFASSAL GĦALL-ĠEJJIENI
Michael Farrugia Ministru
Fi kważi seba’ snin, pajjiżna ra bidliet sostanzjali fis-settur ekonomiku, soċjali u ta drittijiet ċivili. Bidliet liema bħalhom li pajjiżna qatt ma esperjenza f ’daqstant qasir żmien. Dawn il-bidliet ma ġrawx b’kumbinazzjoni imma bi pjan, b’viżjoni, u b’deċiżjonijiet meħuda bil-għaqal. Kellna l-kuraġġ li
naġixxu u mhux li nirrispondu għas-sitwazzjoni meta tinqala’ xi kriżi. Rajna li s-suċċess li ġibna lil u lejn pajjiżna, seta’ joħloq ċerta pressjoni fuq l-infrastruttura ta’ pajjiżna. Minflok ma għamilna xejn, ħdimna biex noħolqu opportunità mill-problemi li setgħu jinħolqu, billi dħalna għax-xogħol li kellu jsir. Biss aktar minn kollox, l-għaqda ta’ bejnietna għenet ħalli flimkien nimplimentaw il-bidliet meħtieġa f ’kull settur. Mhux ta’ b’xejn ninsistu fuq il-kontinwazzjoni. Kontinwazzjoni li nkomplu nibnu fejn irnexxejna. Nagħrfu fejn stajna mxejna aħjar. U li lesti li nibdlu fejn l-affarijiet ma mxewx kif xtaqna. Dan kollu qed nagħmluh għax il-politika hija ħaġa ħajja. Irridu nkunu pragmatiċi. Filwaqt li qatt ma niċħdu t-twemmin tagħna, inkunu lesti li naslu biex nimplimentaw
il-bidliet neċessarji għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin. Fis-settur tal-enerġija kellna u għandna viżjoni ċara. Bdejna billi raħħasna l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma b’medja ta’ 25%, l-ewwel għall-familji u wara għall-industrija. Għamilna l-interconnector. Imma xorta aċċertajna ruħna li pajjiżna jkollu biżżejjed ġenerazzjoni tal-elettriku u li f ’każ ta’ bżonn, fejn l-interconnector ikollu problemi, ikollna biżżejjed ġenerazzjoni tal-elettriku. Imma mhux biss. Għax jimpurtana mill-ambjent u mis-saħħa tannies bdilna mill-użu tal-Heavy Fuel Oil għall-użu ta’ fuel aktar nadif. Mar tajjeb il-poplu Malti b’arja aktar nadifa u kontijiet orħos, mar ħażin min hu allegat li daħħal miljuni ta’ euro f ’kummissjonijiet mill-użu tal-Heavy Fuel Oil. L-esperjenza riċenti, fejn ġara
inċident fuq l-interconnector meta ġratlu ħsara minn ankra ta’ vapur li wassal biex ġie interrott is-servizz li jwassal ix-xiri tal-elettriku minn Sqallija, li kieku smajna mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista u ma kabbarniex il-power station, kieku pajjiżna, ta’ kuljum, kien ikun qisu siġra tal-Milied, b’ħafna postijiet ta’ kuljum bla dawl. Gvern Laburista jimpurtah mill-poplu kollu tal-gżejjer tagħna u għalhekk salva lill-pajjiż minn sitwazzjoni kerha jekk mhux ukoll diżastruża. Biss għandna obbligi oħra. Mhux għax huma obbligi, imma għax hekk meħtieġ. Irridu ninvestu aktar f ’teknoloġija alternattiva u aktar nadifa. Nifhmu li pajjiżna huwa żgħir u allura l-introduzzjoni tal-enerġija alternattiva toħloq numru ta’ sfidi kbar. Imma mhux se naqtgħu qalba. Bħalissa qed nevalwaw sistemi
ġodda vijabbli u sostenibbli ħalli jsir l-investiment meħtieġ u noħorġu l-iskemi meħtieġa ħalli jkompli jikber il-perċentwal tal-ġenerazzjoni tal-elettriku blużu tat-teknoloġija alternattiva. Filwaqt li bejn l-2004 u l-2013, f ’disa’ snin, il-perċentwal tal-ġenerazzjoni minn teknoloġija alternattiva, żdiedet b’inqas minn 3%, f ’anqas minn seba’ snin din żidnieha bi kważi 7%. Dan minkejja li d-domanda għall-elettriku f ’dawn l-aħħar seba’ snin żdiedet b’25%. Dan huwa xhieda tal-impenn u d-dedikazzjoni ta’ Gvern li jimxi bi pjan għax għandu viżjoni ċara. Għalhekk, se nkunu qed inkomplu naħdmu biex nassiguraw li l-ġenerazzjoni tal-elettriku tkompli tiżdied biex nissuktaw bit-tkabbir ekonomiku u l-ħtiġijiet tal-poplu kollu billi nilqgħu għall-isfidi li għandna quddiemna għas-snin li ġejjin.
RESPONSABBILTAJIET ĠODDA
Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Il-Malti jgħid: “Riħ ta’ siegħa jnaddaf qiegħa.” Sa ġimagħtejn ilu qatt ma bsart jew aħjar żgur ma pretendejtx li l-ħajja politika tiegħi se tieħu żvolta oħra. Kienet sorpriża sabiħa li l-Prim Ministru avviċinani 12– il ġurnata ilu sabiex jgħidli li se jinnominani għall-kariga ta’ Segretarju Eżekuttiv tal-Partit. Nirringrazzja minn qalbi lil Prim Ministru ta’ din in-nomina li jien ilqajt b’umiltà u b’impenn sħiħ u nirringrazzja wkoll lid-Deputat Prim Ministru li ssekonda n-nomina u lil sħabi fl-Eżekuttiv Nazzjonali li b’vot sigriet ivvutaw unanimament favur. Nieħu l-opportunità li nirringrazzja lil Dr. Lydia Abela tax-xogħol impekkabbli li għamlet fl-10 snin li kienet f ’din il-kariga. Xejn mhu faċli li timla ż-żarbun ta’ Dr. Lydia
Abela. Lil Dr. Lydia m’għandix kliem biex nirringrazzjaha għall-fiduċja kbira li għandha fija. Hija tassew mara integra li taħdem fis-skiet, b’umiltà u bi mħabba lejn il-partit, ħabiba u mara tal-familja li ma ssibx bħalha kif ġieb u laħaq. Li jkollok dan l-appoġġ kollu warajk huwa ta’ sodisfazzjon kbir. Tagħraf li l-ħidma tiegħek hija fil-fatt rikonoxxuta u apprezzata. Però, appoġġ unanimu jfisser ukoll responsabbiltà akbar sabiex tmidd għonqok għax-xogħol b’impenn akbar. Fl-istqarrija maħruġa mill-Partit Laburista ntqal li l-iskop wara n-nomina tiegħi kien turija ta’ impenn sabiex il-partit imur lura lejn il-grassroots tiegħu u kif ukoll juri l-impenn tal-PL favur parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-ħajja politika u pubblika. Il-Moviment Laburista huwa miftuħ għal kull min qed iħossu komdu li jaffilja mal-prinċipji soċjal-demokratiċi. Li taffilja ma’ dawn il-prinċipji jfisser li temminhom u mhux tużahhom konvenjentament jew b’mod opportunista. Nemmen tassew li ħafna u ħafna nies emmnu u għarfu dawn il-prinċipji, prinċipji li kif jgħid il-mibki Gużè Ellul Mercer, huma l-prinċipji li l-aktar li jqarrbu lejn is-sewwa, u ressqu għall-ewwel darba lejn dan
il-moviment b’konvinzjoni. Lil dawn nilqgħuhom b’idejna miftuħin fil-moviment sabiex naħdmu flimkien għal soċjetà Maltija aħjar li se toffri futur sabiħ għal uliedna u futur sabiħ u komdu għall-anzjani u l-familji futuri tagħna. Madanakollu l-għeruq tal-partit dejjem jibqgħu l-aktar importanti. Dawk li xemx jew xita ssibhom warajk, jagħtuk issostenn, anzi fi żmien il-maltemp minn jeddhom jintefgħu quddiemek tarka biex jaqilgħu d-daqqiet. Dawn huma s-suldati tal-azzar, li jien se niddedika l-ħidma tiegħi fil-kariga l-ġdida tiegħi għalihom. L-għerq tal-partit qatt mhu se neħduh for granted, anzi nsostnuh, nagħtuh widen, nisimgħu s-suġġerimenti u mbagħad wara naġixxu fuqhom b’mod responsabbli u bi pjan. Il-PL huwa katalist tal-bidla. F’dawn l-aħħar snin ingħatat impetus ikbar sabiex il-bidla issir fosthom ħidma ikbar sabiex il-parteċipazzoni tan-nisa filħajja pubblika tikber. Dan kien kollu grazzi għall-Eks Mexxej Dr. Joseph Muscat, li minn hawn nirringrazzjah minn qalbi tas-sostenn tiegħu. Hu kien l-ixprun sabiex nintensifika l-ħidma tiegħi fi ħdan il-PL. Madanakollu, għad fadal ħafna xi jsir kemm fi ħdan il-partit u kemm fuq livell nazzjonali.
Kienu gvernijiet Laburisti li ħatru l-ewwel ministru mara, President tar-Repubblika għal darba darbtejn, Speaker tal-Parlament u Kummissjarju Ewropew. Gvern Laburista attwali huwa kommess u qed iressaq fil-Parlament pjan ambizzjuż u kuraġġuż sabiex ilmara jibda jkollha rappreżentanza parlamentari akbar, pjan li m’għandix dubju li se jitħaddem u se jħalli l-frott bħalma ħalla fil-PL stess u għada pitgħada dan il-mekkaniżmu m’għandix dubju li ma jkunx hemm bżonnu aktar għaliex l-iskop tiegħu ikun intlaħaq. Il-programm LEAD immexxi b’abbiltà kbira mill-MEP Dr. Miriam Dalli se jissokta jkun l-għajn ta’ ilma ġieri ta’ talent politiku li se jagħti lill-PL garanzija u serħan il-moħħ li se jkun il-partit ta’ suċċess b’lista ta’ nisa kompetenti u mħarrġa sa snienhom li kapaċi jirrappreżentaw lill-PL fuq il-karta tal-vot u fil-Parlament, fil-Kunsilli Lokali u f ’pożizzjonijiet u karigi oħra nazzjonali u wkoll fi ħdan il-partit stess. Il-ħidma qatt ma waqfet, il-ħidma tkompli b’aktar responsabbiltajiet u b’aktar ħeġġa. Dan inwiegħdu b’umiltà, b’sens ta’ turija ta’ lealtà li qatt ma naqsitni favur ilPL minn mindu kont tifla żgħira. Inwiegħed li se nimpenja
ruħi sabiex dan il-partit filGvern jibqa’ jagħmel suċċess u jkompli joħloq il-ġid u nkun b’għajnejja miftuħa sabiex nara li dan il-ġid jasal l-aktar għand il-batut u l-vulnerabbli għaliex għal din il-faxxa tas-soċjetà huwa biss l-PL li tassew jimpurtah minnhom. Se nara li l-għeruq jibqgħu s-saħħa tal-partit, irridhom u se naħdem biex ikunu aktar viċin u jkunu huma l-protagonisti ta’ dan is-suċċess li qed jikseb dan il-partit. Nilqa’ lil kull min ifittixni u fejn ma jiġux huma se nkun jien li se mmur għandhom billi nkun f ’kuntatt kontinwu mal-attivisti u l-kumitati lokali u distrettwali u l-kunsilliera tagħna fil-lokalitajiet. Se naħdem sabiex ilkoll inħossuna kburin li aħna Laburisti, kif diġà aħna. Jiena se nkun għad-dispożizzjoni tagħkom tul il-mixja tiegħi f ’din il-kariga ġdida. Fuq kollox se naħdem biex il-PL jibqa’ l-għażla naturali tal-poplu Malti u Għawdxi u l-umiltà u l-ħidma favur is-sewwa jkunu l-elementi li jiddistingwuna minn partiti oħra. L-imħabba inkundizzjonata li għandi lejn il-Partit Laburista u bl-appoġġ u bil-fiduċja tagħkom ilkoll, nimtela bil-kuraġġ sabiex insarraf l-impenn tiegħi f ’suċċess akbar għal dan il-partit glorjuż li tant inħobb.
19
09.02.2020
kullhadd.com
NIPPROTEĠU L-BAJJIET
Clint Camilleri Ministru
Kif bosta jafu, iktar minn nofs l-ekonomija ta’ Għawdex tiddependi mit-turiżmu u għalhekk jeħtieġ li nieħdu ħsieb dak kollu li jifforma parti mill-prodott turistiku tal-gżira tagħna. Ftit tal-jiem ilu indirizzajt konferenza tal-aħbarijiet r-Ramla l-Ħamra, fejn nedejt il-proġett Interreg Italia-Malta, li se jgħin biex din il-bajja tiġi immaniġġjata bl-aħjar mod possibbli u dan ir-ramel partikolari li nsibu fiha ma jintilifx. €235,000 f ’fondi tal-Unjoni Ewropea huma allokati lill-Ministeru għal Għawdex minn dan il-proġett ta’ €2.1 miljun li jiffoka fuq bajjiet ramlin f ’Għawdex, f ’Malta u fi Sqallija magħrufa bħala Pocket Beaches, jiġifieri bajjiet ramlin li huma protetti bejn żewġ promontorji ta’ blat. Il-Ministeru għal Għawdex jiżgura li r-Ramla l-Ħamra tkun fl-aħjar stat possibbli għall-benefiċċju ta’ min iżurha. Imma għandna bżonn nassiguraw li l-azzjonijiet tagħna huma sostenibbli u li bihom inkunu qed nassiguraw li fil-futur, ir-ramel f ’din il-bajja ma jonqosx, ir-ramel li jeżisti llum, jibqa’ fil-post u ma jintilifx. Jien nittama wkoll li dan il-proġett jibda jgħinna niksbu ħjiel dwar kif nistghu nivvalorizzaw aħjar il-wirt storiku li nsibu wkoll fir-Ramla. Bla dubju li l-element tat-tibdil fil-klima u d-danni li dan jista’ jġib miegħu jagħmel dan ħafna iktar importanti u urġenti. Kien għalhekk li xjentisti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fasslu dan il-proġett u fittxew finanzjament għalih u partners
b’expertise li kellhom bżonn biex dan il-pjan jitwettaq. Dan il-proġett fil-fatt ġie aċċettat għall-finanzjament mill-Programm Interreg Italia-Malta u jinkludi bħala partners lill-Universitajiet ta’ Malta, Palermo u ta’ Messina, u l-Istitut Nazzjonali Taljan tal-Ġeofiżika u Vulkanoloġija. Flimkien, dawn qed jifirxu network ta’ apparat f ’numru ta’ bajjiet importanti biex isir programm ta’ monitoraġġ tal-elementi naturali bħall-mewġ u ċ-ċaqliq fis-sedimenti. Fir-Ramla, b’mod partikolari, se jkunu qed jitqiegħdu strumenti fir-ramel biex jitkejlu l-kobor u s-saħħa tal-mewġ, u l-frekwenza tal-maltemp, u b’hekk nippruvaw insibu mod kif nikkalkulaw kif ittemp jaffettwa lill-bajja. Ir-Ramla l-Ħamra, hija bajja mimlija storja, patrimonju kulturali u naturali uniku, veduti mill-isbaħ, u fuq kollox ir-ramel aħmar karatteristiku tagħha li jagħmilha tant famuża. Dan il-proġett se jkun qed jgħinna naraw kif l-aħjar għandna nintervjenu f ’bajjiet delikati bħal din, li huma wkoll elementi importanti ħafna għall-ekonomija tagħna.
Bla dubju li l-element tat-tibdil fil-klima u d-danni li dan jista’ jġib miegħu jagħmel dan ħafna iktar importanti u urġenti
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 30 ta’ Jannar Ħaqq ix-xjafek, reġa’ ġabha żewġ Manuel Delia. Rebaħ kawża oħra l-Qorti, rebħa li biha se jkun jista’ jkompli bil-protesti u jistieden linnies ipoġġu ritratti ta’ Daphne Caruana Galizia, fjuri u xemgħat fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir quddiem l-istess Qorti. Nissuspetta li qiegħed jirnexxilhom ipinġu f ’dawl ikrah lill-Kap tagħna u nibża’ li ma jdumux ma jerġgħu jippruvaw iqaċċtuh minn kap lil Adrian Delia. Insomma ma naħsibx li jirnexxilhom għax Manuel Delia ftit igawdi kredibilità wara l-fjask li kien għamel tal-Arriva! U ma nafx kemm jista’ jiddefendi d-demokrazija ladarba ma kien qal xejn meta l-Ministru tiegħu Austin Gatt kien qal li ladarba kellhom maġġoranza ta’ ħamsa fil-Parlament setgħu jagħmlu li jridu. Il-Ġimgħa, 31 ta’ Jannar Jidher ċar li Owen Bonnici mhux se jirriżenja, kif qallu biex jagħmel Manuel Delia, il-moħħ wara l-fjask totali tal-Arriva, u l-id il-leminija tal-Eks Ministru Austin Gatt li kien nesa li kellu kont flIżvizzera. Dakinhar Manuel Delia ma pprotestax, għax emmen lil Austin Gatt li kien nesa. Insomma kulħadd jista’ jinsa, għalhekk jien ma nistax ninsa dwar il-kontijiet, għax kont wieħed għandi. Il-kont li fih tidħolli l-pensjoni. Kemm żdiditli l-pensjoni, man! U skont Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna għada l-Gvern se jibgħatli ċekk ieħor. Viva l-Lej……! Hi x’kont se ngħid. Allaħares kien hawn missieri! Is-Sibt, 1 ta’ Frar Smajtha, man! Reġa’ kixef rapport ieħor il-Kap tagħna Adrian Delia. Din id-darba dwar il-kuntratt tal-isptarijiet. Mela l-ewwel tal-Egrant u issa dan tal-isptarijiet. Jibqa’ sejjer hekk u Robert Abela ma jdumx igawdiha Kastilja
għax fl-aħħar ikollu jċedi u jirriżenja. Mhux li kien jaħasra, forsi ma tafx kif fl-aħħar jirnexxilna ningħaqdu, għax sirna qisna kelb u qattus. Saħansitra din il-ġimgħa, kien hemm qabda Nazzjonalisti, jekk nistgħu nsejħulhom hekk, li tgħidx kemm ibbuwjawh u għajruh lill-Kap tagħna. Ma jistgħux jifhmu jaħasra li b’dak li qegħdin jagħmlu qegħdin ipaxxu biss lil tal-Labour, u xejn iżjed! Il-Ħadd, 2 ta’ Frar
countant Godfrey Leone Ganado qal lid-Deputati tagħna biex ineħħu lil Adrian Delia minn kap ta’ dan il-partit darba glorjuż tagħna. Ma jafx dan li l-Kap nagħżluh ahna l-kunsilliera u mhux id-deputati!? It-Tlieta, 4 ta’ Frar Tiggrava qiegħda s-sitwazzjoni, man! Chris Said, David Thake, li aktarx jieħu s-siġġu ta’ Simon Busuttil meta dan jitlaq lejn Brussell, tal-Malta Independent u ma nafx min aktar, kollha qegħdin jgħidu li l-Kap Adrian Delia għandu jitlaq. Imma llum anke l-gazzetta tagħna żżefnet finnofs tal-inkwiet li għandna. Fl-editorjal qaltilna li għandna nies fil-partit darba glorjuż tagħna, li qegħdin jostakolawna għal ragunijiet egoistiċi. Qaltilna wkoll li għandna nies li qegħdin jikkritikaw lil Adrian Delia b’doża qawwija ta’ velenu. M’għandniex xi ngħidu, naħseb li għall-klikka ta’ Simon Busuttil qalu. Ma nafx u ma nafx kif se noħorġu minnha dil-biċċa. Insomma jiġri x’jiġri, jien Nazzjonalist kont u Nazzjonalist nibqa’. U la jien Nazzjonalist egoist u lanqas jien Nazzjonalisti velenuż.
Lanqas ilħaqt qomt li ma erħejtilhiex lejn Santa Luċija biex nisma’ lill-Kap Adrian Delia. Mort b’kuraġġ ta’ sur għax bħalissa għaddej flaqwa tiegħu. Lanqas nifs mhu qiegħed jagħtihom lil tal-Labour. Il-kuraġġ kien ħabat se jibda jonqosli wara li qaluli li Adrian Delia jgawdi l-fiduċja ta’ 13.5% tal-elettorat, ikkumparat mat-62.5% ta’ Robert Abela. Imma malajr reġa’ ġieni kuraġġ ta’ sur meta smajt lil Adrian Delia jgħidilna li huwa mhux se jaqta’ qalbu, imma se jkompli jiġġieled. Anzi se jiġġieled aktar. Lili dejjem warajk se ssibni, kapo! U mhux waħdi. Miegħi jkolli lil Edwin Vassallo, lil Toni Bezzina, lil Kristy Debono, lil Karm Mifsud Bonnici, u forsi anke xi tnejn jew tlieta oħra L-Erbgħa, 5 ta’ Frar mid-deputati tagħna. Spiċċajna l-każin inkantaw “għax għanda lil Delia, magħIt-Tnejn, 3 ta’ Frar na, aħna magħqudin”. Ċar Manuel Delia. Vicky Cremo- u tond qalilna l-Kap Adrian na. Issa tfaċċat ukoll Alessan- Delia li huwa għandu l-fiduċja dra De Crespo. Kollha ma’ tal-Grupp Parlamentari kollu Repubblika. Jagħtu l-kon- u li huwa se jibqa’ jmexxina ferenzi tal-aħbarijiet u jitol- sal-elezzjoni li jmiss. Anzi bu r-riżenja ta’ dak il-min- jien konvint li anke wara istru, jew tal-ieħor. Mhux l-elezzjoni li jmiss ikompli għax il-Prim Ministru Rob- jmexxina għax jekk nibqgħu ert Abela qiegħed jinkwieta magħqudin kif konna llum wisq b’dawn is-sejħiet. Anzi ikollna ċans tajjeb li nirbħuha jkolli ngħid li nibża’ li aktar l-elezzjoni u naraw lil Adrian qegħdin jagħtuh gost, għax Delia dieħel Kastilja. Kemm dawn ta’ Repubblika qegħ- nixtieq li jasal dak il-jum, din ikomplu jikxfu beraħ il- man! Min jaf x’festa nagħmlu ġlied li għandna bejnietna. U dakinhar. Jien żgur fuq quds-sitwazzoni xejn ma tidher diem nett inkun inkanta dak li qiegħda titjib. Saħansitra l-innu tant sabiħ tagħna u nxllum, b’mod pubbliku, l-ac- ejjer il-bandiera tal-maduma.
20
09.02.2020
kullhadd.com
ORESTE KIRKOP
L-EWWEL AMBAXXATUR MALTI GĦALL-KANT Illum ħsibt li nittratta tenur ieħor Malti li fis-snin 50 kien l-ambaxxatur tal-kant għal pajjiżna. Dan mhu ħadd għajr it-Tenur Oreste Chircop, jew kif hu magħruf aħjar Kirkop. Oreste twieled fis-26 ta’ Lulju tal-1923. Kien is-sitt wild fost għaxra li kellhom Jean Chircop u Fortunata Panzavecchia. Hu kien joqgħod il-Ħamrun. Minn CHARLES B. SPITERI Oreste Kirkop induna bit-talent li kellu għall-kant u kien l-ewwel għalliem tiegħu, it-Tenur Malti Nicolò Baldacchino. Aktar tard għallmitu wkoll Giuseppina Ravaglia, u l-vuċi ta’ Oreste ħarġet qawwija hekk kif intemmet il-gwerra. Fl-24 ta’ Frar tal1945 għamel id-debutt tiegħu meta kanta l-parti ta’ Turiddu flopra Cavalleria Rusticana. Wara s-suċċess li beda jikseb kompla jkanta u nsibuh f ’partijiet operistiċi f ’Madama Butterfly, Rigoletto, Bohéme, Traviata, Lucia di Lammermoor, Faust, Tosca u l-opra Maltija Figlio del Sole. It-23 ta’ Diċembru tal-1948 baqgħet data importanti ferm fil-karriera ta’ Oreste Kirkop. Dakinhar, hu kien spettatur fl-udjenza, bilqiegħda fost il-ħafna nies li kien hemm fit-Teatru Manoel għall-opra Rigoletto, xħin intalab dak il-ħin stess biex jissostitwixxi u jitla’ jkanta flok it-tenur Taljan li kellu jabbanduna l-produzzjoni fit-tieni att għax kien indispost. Minn kif tela’ fuq il-palk sa tmiem it-tieni att, il-preżenza ta’ Oreste saħħret lill-udjenza, għax mill-ewwel imtela b’fiduċja u seraq il-qlub hekk kif interpreta l-arja La donna è mobile, li tant temmha tajjeb bl-ogħla nota, li n-nies bdew jgħajtu biex ikantaha mill-ġdid waqt li bdew isabbtu saqajhom flart, tant li temporanjament kellha titwaqqaf l-opra. Ir-Rigoletto ta’ Verdi ntemmet b’eċitament kbir, hekk kif il-folla telqet mit-Teatru Manoel ferħana b’dik il-wirja mill-aqwa xejn mistennija. Bejn Novembru tal-1949 u Mejju tal-1950, Oreste kellu l-opportunità jidher f ’kunċerti ma’ tnejn mill-aqwa kantanti ta’ La Scala, il-Baritonu famuż Tito Gobbi u s-Sopran magħrufa daqsu, Maria Caniglia. Sadanittant, il-Baritonu Malti Joseph Satariano, li kien kiseb suċċess enormi bil-kant tiegħu
barra minn Malta, fil-kumpanija ta’ stilel bħal Schipa, Melba u Chaliapin, żar pajjiżna matul is-sajf tal-1950. Meta sema’ lit-tenur żagħżugħ ikanta, stieden lil Oreste Kirkop imur miegħu Londra biex jagħti prova tal-kant tiegħu mal-kumpanija operistika Carl Rosa. Sadanittant, Oreste kien diġà ta madwar 150 wirja f ’Malta u deher f ’10 opri differenti. Wara li kiseb suċċess fil-prova li ta, Oreste għamel id-debutt tiegħu ma’ Carl Rosa fid-19 ta’ Settembru tal-1950. Dan tħabbar mill-ġurnal The Yorkshire li rrapporta li Oreste ngħata l-parti tad-Duka fl-opra Rigoletto, filGrand Theatre f ’Leeds. B’titlu b’ittri grassi, l-Evening Post irrappurtat: “Hu eku ta’ Caruso: Oreste Kirkop, tenur żagħżugħ Malti, kiseb suċċess enormi fid-debutt tiegħu.” Żiedet: “Kirkop, li quddiemu għandu futur kbir, hu tenur żagħżugħ b’dehra li tiddistingwih u b’fiżiku mill-aqwa.” Matul it-tliet staġuni tiegħu mal-kumpanija operistika Carl Rosa, Oreste kompla jissaħħaħ fir-ripertorju operistiku tiegħu u fid-dehra li tisraq lill-udjenza minn fuq il-palk. Għalih, dawn kienu snin formattivi li fihom kiseb aktar esperjenza fil-kumpanija ta’ kantanti stabbiliti u surmastijiet kbar bħal John Pritchar, Edward Downes u Charles Mackerras. L-1953 irriżultat li kellha tkun sena importanti ferm għal Oreste – sena ta’ twettiq. Hu telaq minn mal-kumpanija Carl Rosa u ngħaqad ma’ Sadlers Wells bħala tenur ewlieni. Hemm kiseb suċċess ikbar milli mistenni bl-opri Cavalleria Rusticana, Bohéme u Tosca. Ġurnalist kritiku ta’ The Daily Express kiteb: “It-Tenur Malti Oreste Kirkop iffaċċja l-ewwel udjenza f ’Londra. Mill-ewwel wera li kien kapaċi u ħaqqu mertu. Tenuri tajbin huma
skarsi kullimkien u jiswew mitqilhom deheb fil-Brittanja. It-tonalità tas-Sur Kirkop hi soda u mimlija. Għadamha hi mlaħħma.” F’Mejju tal-1953, l-Opera Magazine ippreżentat kitba ta’ Harold Rosenthal li qal:” Hu wieħed mill-aqwa li Cavaradossi sema’ sa qabel il-bidu tal-gwerra u onestament nista’ ngħid li sa minn meta deher Gigli fl-1938-39, qatt ma smajt persuna oħra tkanta l-mużika b’mod sabiħ bħalu.” Għal darb’oħra, Oreste seraq it-titli kollha meta inawgura l-istaġun tal-Ħarifa ta’ Sadlers Wells bil-kant ta’ Luisa Miller, opra ta’ Giuseppe Verdi, li kienet ilha ma tkun ippreżentata 75 sena. Il-kummenti tal-gazzetti kienu: “il-vuċi ta’ Kirkop hi rikka u dehbija, iżda hu ma qagħadx kuntent biss bir-rigal li tatu n-natura. Hu kkultiva stil li jagħmlu l-aqwa kantant liriku ta’ Verdi f ’dan il-pajjiż.” Bejn il-partijiet li kien ikollu, Oreste sar mistieden frekwenti ta’ bosta stazzjonijiet tar-radju u t-televixin, fosthom produzzjoni tal-BBC fuq l-opra I Pagliacci, li fiha kanta l-parti ta’ Canio. Kien
B’vuċi lussuża bħal tiegħu li tilħaq il-quċċata tan-noti u tittrijonfa fl-istess ħin, imbagħad iddur għall-kumpassjoni u l-ġentilezza u f’salt wieħed iddoqq qisha trumbetta b’noti għoljin... ixiebah blanzun qed jiftaħ... Oreste Kirkop, l-istilla tal-kant ta’ Hollywood, isammar lill-udjenza fl-istess żmien ukoll li l-kumpaniji tal-films Ingliżi, fosthom London Films, Associated British Pictures Corporation, kif ukoll il-Paramount Pictures ta’ Hollywood, tefgħu għajnejhom fuq it-tenur Malti. Naturalment l-għażla ta’ Oreste waqgħet fuq Paramount Pictures. Fl-edizzjoni tal-magazin talOpra ta’ Awwissu 1953 issemmew il-kantanti ewlenin li ħarġu bl-unuri kollha. Dawn kienu jinkludu lil Maria Callas bħala Norma; Kathleen Ferrier bħala Orpheus; Giulietta Simionata u Adalgisa Ebe Stignani, bħala Amneris; Nicola Rossi Lemeni bħala Boris Godunov u Oreste Kirkop fil-parti ta’ Cavaradossi. Għalhekk xejn ma kien tal-iskan-
tament li t-tmexxija ta’ Covent Garden bdiet tieħu interess qawwi biex tingaġġa lil Oreste Kirkop u finalment waslet biex tistiednu f ’numru ta’ dehriet għall-mistednin. Id-debutt ta’ Oreste Kirkop f ’Covent Garden kien dak tattenur ewlieni fl-opra Rigoletto, li kienet ippreżentata fit-18 ta’ Jannar, 1954. Bil-wirja li ta, Oreste sar l-ewwel tenur Malti li qatt kanta f ’parti ewlenija fir-Royal Opera House ta’ Covent Garden. L-għada, The London Press faħħret lil Oreste u tatu prominenza għat-talenti vokali, teatrali u drammatiċi mill-aqwa li kellu. Il-ġurnal The Star irrapporta b’ittri kbar: “Kirkop kien eċċezzjonali. Ma’ kull arja, l-opra kellha tieqaf
21
09.02.2020
kullhadd.com
għaċ-ċapċip tan-nies, xi ħaġa li rari ssir f ’Covent Garden.” F’The Daily Express inkiteb: “Oreste Kirkop, tenur żagħżugħ Malti ta’ 28 sena, kien wieħed mill-erba’ stilel li spikka l-lejl li għadda f ’Covent Garden flopra Rigoletto.”Id-Daily Mail irrappurtat: “Oreste Kirkop, tenur żagħżugħ Malti laqa’ l-applawsi mill-qalb għall-parti li interpreta f ’Rigoletto lbieraħ filgħaxija. Jidher li hu għandu awra ta’ suċċess madwaru. Il-mod tar-reċtar tiegħu kien kunfidenti u l-fiżiku u leħnu għandhom il-grazzja mixtieqa mill-udjenza. Kanta l-parti famuża tad-Duka ta’ Mantua b’teknika mill-aqwa. Meta l-Financial Times kitbet fuq il-produzzjoni tal-opra Tosca hekk kif Oreste telaq lejn l-Amerka, fakkret lill-qarrejja tagħha li “bit-tluq ta’ Oreste Kirkop għal Hollywood, tlifna Cavaradossi mill-aqwa.” Hollywood kien fuq ix-xwiek jistenna lil din l-istilla ġdida u ma tilifx l-okkażjoni li jinawgura s-sejba ġdida li kien għamel. L-isem ta’ Oreste Kirkop, l-istilla tal-kant mill-gżira ta’ Malta, deher fuq kull gazzetta, waqt li l-aqwa personalitajiet, fosthom Bob Hope u Bing Crosby introduċew lil dan il-kantant liriku ġdid lil miljuni ta’ telespettaturi fuq it-televixin Amerikan. Għal Paramount Pictures, Oreste interpreta l-persunaġġ prinċipali f ’The Vagabond King, b’mużika minn Rudolph Friml. Miegħu ħadmu Kathryn Grayson, Sir Cedric Hardwich u Rita Moreno. Kien film ammirat ħafna fi żmienu u ntwera mal-Amerika u mal-Ewropa. Anki fl-1968 il-BBC xandru bħala musical mill-aqwa tal-iscreen tal-fidda. Insibu wkoll li Oreste Kirkop kien fost il-kantanti ewlenin li kantaw opra sħiħa f ’Las Vegas bejn l-1956-1958. Hemm, hu sab udjenzi ġodda, li laqgħuh b’ammirazzjoni eċċessiva u ftaħir, tant li ngħata kuntratt esklussiv malNBC Opera Company, li magħha żar 57 belt Amerikana, fejn dejjem deher fil-parti ta’ tenur ewlieni. Fost il-ħidma tiegħu kellu l-ewwel produzzjoni televiżiva tar-Rigoletto, li xxandret live minn New York. Kien mitlub ukoll u b’qawwa biex jattendi bħala personalità televiżiva prinċipali fuq l-istazzjonijiet televiżivi Amerikani. Wara tliet snin f ’Hollywood, Oreste telaq minn jeddu minn ma’ Paramount Pictures. Kien f ’The Daily Mail tad-9 ta’ April tal-1958 li nkiteb: “Il-lejl l-ieħor f ’Covent Garden, wieħed seta’ jimmaġina li Puccini kiteb il-parti ta’ Rodolfo f ’La Boheme espressament għal Oreste Kirkop.” Kritiku għaqqad ir-raġunijiet kollha għall-kisba ta’ fama eċċezzjonali ta’ Oreste b’dan il-mod: “B’vuċi lussuża bħal tiegħu li tilħaq il-quċċata tan-noti u tittrijonfa fl-istess ħin, imbagħad iddur għall-kumpassjoni u l-ġen-
tilezza u f ’salt wieħed iddoqq qisha trumbetta b’noti għoljin... ixiebah blanzun qed jiftaħ... Oreste Kirkop, l-istilla tal-kant ta’ Hollywood, isammar lill-udjenza. Ir-ripertorju tiegħu ivarja minn kanzunetti Naplitani għal arji operistiċi, u jkanta xi jkanta, jgħaġġeb lil kulħadd u jirriferu għalih bħala Bravissimo!” Malta kienet kburija b’Oreste Kirkop. L-arti mużikali tiegħu irrenjat b’mod suprem u kull fejn mar, ġarr l-isem ta’ Malta miegħu, biex juri li mhux biss kien artist kbir, iżda l-ambaxxatur Malti għall-kant. Oreste waqaf ikanta fl-1960, meta kellu 37 sena. Mexa max-xe-
wqa li dejjem kellu, li jerġa’ jirtira f ’Malta. Fil-15 ta’ Awwissu ta’ tliet snin wara żżewweġ lil Therese, xebba Maltija u kellhom żewġt ibniet, Anita u Susan. Hu miet fl-10 ta’ Mejju tal-1998. Intietef: • Minn dak li sibt fil-magazin Malta in Hollywood b’rapport għallħarġa ta’ Lulju ta’ Music and Musicians fejn fil-qoxra hemm ritratt tal-Baritonu Joseph Satariano, dan jirrakkonta li hu kien sakkar lit-tenur żagħżugħ fil-kamra tas-sodda tal-lukanda, għax ried jirritorna Malta. Dan ġara fl-1950 meta Satariano, li kien għal vaganza f ’Malta u sema’ lil Oreste jkanta, ipper-
swadieh imur miegħu l-Ingilterra. Iżda l-okkażjoni ma kinitx hekk faċli, għalkemm il-baritonu kien fiduċjuż li l-kumpanija Carl Rosa setgħet tagħmel użu mit-talent tat-tenur żagħżugħ. Fl-Ingilterra, Oreste ma sabhiex faċli mill-ewwel għax kellu jerġa’ jitgħallem il-partijiet tiegħu bl-Ingliż. Għalhekk beda jaqta’ qalbu. Kien sema’ wkoll fuq il-kwalità tat-temp Ingliż u ma xtaqx li jqatta’ snin sħaħ hemmhekk. Oreste tant kien skuraġġut u mixtieq li jerġa’ lura pajjiżu, li darba minnhom, li kieku Satariano ma qaflux fil-kamra tas-sodda tal-lukanda, kien jitlaq dritt għall-ewwel vapur li jsib biex jiġi Malta. Meta mbagħad Oreste reġa’ mar l-Ingilterra għall-premiere tal-film The Vagabond King, Oreste mar Leeds fejn kienet qed taħdem
il-kumpanija Carl Rosa. L-ewwel persuna li fittex kienet lil Satariano u flimkien marru fil-Grand Theatre f ’Leeds fejn Oreste għamel l-ewwel debutt tiegħu fl-1952. Tabilħaqq, kien Joseph Satariano l-bniedem li introduċa lil Oreste mal-opra fil-Gran Brittanja. Kieku ma kinitx il-fiduċja li wera fil-vuċi tiegħu u d-determinazzjoni li jieħdu l-Ingilterra, probabbilment ma kien ikun hemm l-ebda stilla bl-isem ta’ Oreste. • Skont ma jirriżulta mill-gazzetti Evening Telegraph u d-Daily Herald tat-30 ta’ April tal-1959, il-BBC kienet se tħallas l-ogħla ħlas –dak ta’ £2,500 għal dehra waħda ta’ Ginger Rogers, li kellha 47 sena, għall-musical televiżiv bl-isem ta’ Carisma, flimkien mat-tenur Oreste Kirkop li kellu jixxandar fit18 ta’ Mejju. Iżda fis-7 ta’ Mejju, The Daily Mail irrappurtat li Oreste ma kienx se jkanta ma’ Rogers għax il-BBC bidlitlu l-iscript fl-aħħar ħinijiet. Xi nies ħbieb sew ta’ Oreste għadhom isostnu li l-leħen Oreste kien għoli wisq ħdejn ta’ Rogers u għalhekk il-BBC riduh ikanta aktar fil-baxx. Fuq dan kollu, Oreste telaq ’il barra u tilef ilħlas ta’ £1,000. • Mill-ġurnali u l-gazzetti nsibu wkoll li sal-1956, lit-tenur Malti konna naqrawh bħala Oreste Kirkop, iżda peress li mal-Ingliżi qisu li ‘Kirkop’ setgħet instemgħet ftit Russa, mis-sena ta’ wara kienu jirreferu għalih jew bħala Oreste biss, inkella bħala Kirk Oreste.
22
09.02.2020
kullhadd.com
MIN KIEN MARCHIOLY? Kitba ta’ MARY CHETCUTI
Min kien Marchioly? Kien ir-raġel ikkundannat għal għomru l-ħabs imlibbes maskra tal-ħadid fuq wiċċu biex tostorlu l-identità tiegħu. L-ewwel dettalji dwar il-każ tiegħu tfaċċaw f ’ittra mibgħuta fl-1669 mill-Markiż de Louvois, Ministru tal-Gwerra għar-Re Louis XIV ta’ Franza, lil Benigne Dauvergne de Saint-Mars Gvernatur tal-Ħabs ta’ Pignerol. F’din l-ittra Louvois informa lill-Gvernatur li għall-aħħar ta’ Awwissu tal-istess sena kien se jintbagħat fil-ħabs tiegħu priġunier bl-isem ta’ “Eustache Dauger”. Fl-ittra tiegħu il-Markiż impona għadd ta’ kundizzjonijiet li kellhom jittieħdu kelma b’kelma u jitwettqu bl-akbar reqqa; jekk ma jsirx hekk ras il-Gvernatur ittir minn fuq għonqu – litteralment. Louvois ordna biex titħejja ċella li tissakkar b’bieb fuq l-ieħor għal tlieta jew erba’ darbiet ħalli żgur ma jinstemax x’jgħid jew x’jintqal lill-priġunier. Il-Gvernatur biss seta’ jidħol fiċ-ċella u dan darba fil-ġurnata biss sabiex jitwassal l-ikel u ħtiġijiet oħrajn lill-priġunier. Il-priġunier, Eustache Dauger (jekk verament kien jismu hekk), ġie mwissi biex ma jitkellem ma’ ħadd ħlief fuq il-bżonnijiet immedjati tiegħu, f ’każ kuntrarju jiġi maqtul. Il-Markiż Louvois ikkonkluda l-ittra tiegħu billi aċċerta lill-Gvernatur Saint-Mars li l-priġunier ma kienx se jkun persuna diffiċli jew esiġenti għall-fatt li kulma kien “qaddej”. Il-ħabs ta’ Pignerol ħdejn ir-raħal ta’ Pinerolo fi Piemonte, l-Italja, li f ’dak iż-żmien kien territorju Franċiż, kien il-post fejn jinqaflu persuni li b’xi mod kienu imbarazzanti għar-renju ta’ Louis XIV. Fl-istess żmien, kien qed jiskonta sentenza ta’ għomru l-ħabs Nicolas Fouquet, Markiż ta’ Belle-Ile li kien serva bħala kontrollatur finanzjarju taħt Re Louis XIV sakemm ġie akkużat b’misapproprjazzjoni ta’ flejjes kbar. Meta l-qaddej li kellu miegħu fil-ħabs marad, il-priġunier Eustache Dauger ġie awtorizzat minn Louvois biex jaqdi hu lil Fouquet bil-patt u l-kundizzjoni li jħares ir-regoli imposti fuqu inkluża li jibqa’ l-ħin kollu bil-maskra fuq wiċċu. Fl-1681, il-Gvernatur Saint-Mars irċieva l-ordni sabiex jieħu t-tmexxija tal-fortizz-ħabs L’Exilles fil-Val di Susa, Piemonte. L-ordni kienet tgħid ukoll li miegħu ried jieħu lill-priġunier Eustache Dauger. F’Mejju tal-1687, Saint-Mars ġie trasferit għall-ħabs ta’ Sainte-Marguerite, waħda mill-gżejjer żgħar lil hinn mill-kosta ta’ Cannes; sintendi, dejjem iġorr miegħu lill-priġunier misterjuż. Fit-18 ta’ Settembru 1698, Saint-Mars inħatar Gvernatur tal-ħabs La Bastille f ’Pariġi. Matul il-vjaġġ lejn il-kapitali Franċiża, SaintMars għamel waqfa qasira fil-proprjetà li kellu f ’Palteau. F’ittra tiegħu, il-proneputi tal-Gvernatur, M. De Formanoir kien qal hekk: “Meta waslu f ’Palteau kellhom skorta mdaqqsa ta’ gwardjani biż-żwiemel. Saint-Mars u r-raġel bil-maskra kielu waħedhom f ’kamra – il-priġunier dejjem kellu dahru lejn it-twieqi filwaqt li l-Gvernatur żamm żewġ pistoli fuq in-naħa tiegħu tal-mejda.”
Meta ġew biex ikomplu l-vjaġġ, il-proneputi nnota li: “Meta reġa’ ħareġ fil-bitħa interna biex jitla’ fil-karozzella, il-priġunier misterjuż kellu maskra tal-ħadid iswed tgħattilu wiċċu kollu minbarra ħalqu. Kien fih raġel b’xagħru twil u abjad ħiereġ minn taħt il-maskra.” Ir-raġel tal-maskra baqa’ jinżamm maqful ġo ċella fil-parti tal-Bastilja magħrufa bħala t-Torri Bertaudiere. Huwa miet b’kawża naturali fid-19 ta’ Novembru 1703 u ngħata difna taħt l-isem ta’ “Marchioly”. Fuq struzzjonijiet ta’ Saint-Mars, iċ-ċella li kien jokkupa ġiet imqaxxra u mbajda millġdid filwaqt li l-ftit għamara li kellu nħarqet biex żgur ma jibqax l-iċken riskju li l-priġunier seta’ ħalla xi taħżiża li titfa’ dawl dwar il-misteru tiegħu. Tibqa’ l-mistoqsija tal-identità tar-raġel bil-maskra tal-ħadid. Spekulazzjonijiet hemm bil-gzuz. Voltaire, li għex fis-seklu 17, kien l-ewwel awtur li qajjem kurżità dwar dan il-misteru. Skontu l-priġunier kien ħu r-Re Louis XIV imwieled minn relazzjoni extra konjugali bejn ir-Reġina Anna tal-Awstrija (omm ir-re) u l-Kardinal Mazzarini, konsulent tagħha. Alexandre Dumas, kittieb ieħor ta’ fama internazzjonali, poġġa lirraġel bil-maskra tal-ħadid f ’ wieħed mill-aktar rumanzi popolari tiegħu
bħala t-tewmi tar-Re Louis XIV. Storiċi u awturi oħrajn ipotizzaw li ma kien ħadd ħlief il-Konti de Vermandois, l-iben illeġittimu tar-re – imma Louis XIV kellu ħafna wlied illeġittimi għalfejn lil dan riedu maqful? Ħaddieħor qal li kien eroj tal-gwerra li flaħħar imbarazza lir-re b’għemil godard; li kien id-Duka ta’ Monmouth, il-pretendent Ingliż għat-tron ta’ Franza. Hemm min jaħlef li kien it-tifel ta’ Oliver Cromwell, irraġel li waqqa’ l-monarkija Ingliża. Storiċi jissoponu li meta d-Duka ta’ Beaufort għeb fil-Mediterran ittieħed lura Franza bħala l-priġunier tal-maskra tal-ħadid. Madanakollu, dawn il-personaġġi li semmejt u oħrajn li ġew interpretati bħala l-wiċċ wara l-maskra kollha jistgħu jiġu rintraċċati fl-istorja u l-provi juru li ma kellhom x’jaqsmu xejn ma’ dan il-mit li llum sar leġġenda. Wara dan kollu li għedt, jibqa’ fatt wieħed biss – dak li ma jeżistix bniedem misterjuż fl-istorja daqs Marchioly, ir-raġel bil-maskra tal-ħadid.
Tibqa’ l-mistoqsija tal-identità tar-raġel bil-maskra tal-ħadid. Spekulazzjonijiet hemm bil-gzuz. Voltaire, li għex fis-seklu 17, kien l-ewwel awtur li qajjem kurżità dwar dan il-misteru
23
09.02.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
INNUENDO “Sparali jekk jogħġbok.” Hekk talbet Ruth mara Lhudija mkissra mill-gwerra li rnexxielha toħroġ b’ħajjitha mill-kampijiet ta’ konċentrament Nazisti – lit-tabib żagħżugħ li kien quddiemha. Ftit xhur wara tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, kienet ċerta milli kienet qed titlob. “Sparali jekk jogħġbok,” qaltlu meta t-tabib qalilha li ma setax idaħħalha l-Palestina għax il-kwota kienet imtliet, u minflok ried jibgħatha f ’kamp ieħor Ċipru. “Nippreferi mmut milli nerġa’ nsib ruħi ġo kamp.” X’għamel it-tabib? Sparalha? It-tweġiba ssibuha fl-ewwel storja f ’Innuendo – il-ktieb ġdid ippubblikat mill-Merlin Publishers, ġabra ta’ stejjer qosra miktuba mid-drammaturgu Anthony Portelli u l-awtriċi Antoinette Borg. Portelli u Borg huma t-tnejn awturi rebbieħa ta’ bosta premjijiet letterarji, u hawnhekk ingħaqdu fil-kitba ta’ dan il-proġett biex jesploraw għall-ewwel darba l-kitba għalladulti. U r-riżultat hu ġabra ta’ 12–il storja li jaqbduk u ma jitilqukx, li jieħdu lill-qarrej
minn Malta u Għawdex sa Venezja, il-Palestina, Spanja, il-Portugall, Sqallija, Vjenna u s-Sri Lanka. Huwa ktieb ideali biex iżżommu miegħek u taqra storja kull meta ssib ftit ħin; kull storja hi rakkont għaliha, b’karattri li jiġbduk mill-ewwel, twists u sorpriżi li se jaħsduk, u plotts avvinċenti. L-istejjer huma daqqa misterjużi, daqqa oskuri, oħrajn umoristiċi jew senswali, imma li hemm komuni bejn l-istejjer kollha hu l-pass mexxej li jżommok trid taqra iżjed, tara x’se jiġri u kif se tispiċċa. Portelli rebaħ darbtejn il-Premju Francis Ebejer, u Antoinette Borg rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u anki l-premju bħala l-Aqwa Awtriċi Emerġenti fl-2018. Għat-tnejn li huma, dan il-proġett kien sfida eċitanti. Il-proċess ta’ kitba nibet minn Portelli, li mbagħad għadda l-abbozzi lil Borg għal iżjed kitba. “Kont qed inħoss il-bżonn ta’ sfida ġdida fil-kitba tiegħi,” qal Portelli. Ried jikteb xi ħaġa li ma tkunx għar-radju, televixin jew il-palk.
“Ridt nikteb stejjer li jdaħħqu, li jbikku, jew li jbeżżgħu …” kompla. Il-format ta’ novelli, jew stejjer qosra, kien wieħed ideali għal proġett kollaborattiv bħalma hu dan, li jesplora żminijiet differenti fl-istorja u perjodi differenti fil-ħajja tal-bniedem. Fi kliem Portelli, “Antoinette tat ħajja ġdida lill-istejjer meta ngħaqdet mat-tim.” Borg bl-istess mod hi eċitata ħafna dwar dan il-proġett. “Ma kinitx it-tip ta’ kitba li jien normalment nikteb u għalhekk kienet esperjenza ġdida u oriġinali għalija li nesplora dan it-territorju – u naturalment kien unur għalija li naħdem ma’ Anthony.” Innuendo tnieda fl-Offbeat Music Bar il-Belt Valletta, waqt serata ta’ mużika, qari u konverżazzjoni. Il-mistednin setgħu jieħdu togħma ċkejkna tal-istejjer huma u jixorbu tazza nbid – fost l-istejjer, semgħu minn dik ta’ Ruth, it-tfajla Lhudija li riedet lit-tabib jisparalha. Silta minn din l-istess storja tinsab b’xejn fuq is-sit merlinpublishers.com
BEJN BAĦAR U BAĦAR Elizabeth Grech kitbet l-ewwel poeżija tagħha fuq biċċa karta fuq is-swar ta’ Hastings, il-Belt Valletta. Kellha tmintax–il sena, u kienet qed toħlom fl-isfond tal-ġmiel tal-baħar u l-ħajja kollha possibbiltajiet mifruxa quddiemha. Dik il-poeżija spiċċat intremiet ftit jiem wara, fl-isvog ta’ diżappunt ta’ mħabba, imma l-imħabba għall-poeżija baqa’ għaliha minn dakinhar mod kif tesprimi l-emozzjonijiet ta’ qiegħ qalbha. “Iżda l-kitba dejjem baqgħet fija xi ħaġa sporadika – sa ma xi tliet snin ilu rmajt il-kuraġġ li nfittex il-vuċi awtentika tiegħi,” qalet Grech. U hekk hu li fl-aħħar il-kitba kienet saret mezz għaliha kif toħlom, kif tikkontempla u tisma’ l-mużika tal-kliem. U r-riżultat ta’ dan kollu hu bejn baħar u baħar, ġabra ta’ poeżiji kontemporanji, miktuba b’eleganza u awtentiċità profondi. F’dawn il-poeżiji Grech taqsam mal-qarrejja l-vulnerabbiltà tagħha fuq suġġetti bħalma huma l-femmininità, l-imħabba, it-telfien, il-ħbiberija, l-identità u s-sbuħija. Ħafna
mill-poeżiji huma qosra ħafna, affermazzjonijiet kandidi intenzjonati biex jinqraw b’pass ferm differenti minn ngħidu aħna l-proża. L-istil ta’ kitba ta’ Elizabeth Grech iġiegħlek tieqaf u taħseb, u timmeravilja ruħek bl-emozzjoni espressa, sa ma l-kliem iwassluk f ’post ta’ paċi. Dan probabbli ġej ukoll mill-fatt li l-poeżiji tagħha huma mwielda mill-emozzjonijiet, u li tant jisplodu minn fuq il-karta dritt għal ġo qalb il-qarrej. Kemm–il darba Grech tqum tikteb billejl. “Spiss inqum, naqbad biċċa karta u nniżżel xi kliem.” L-għada, tagħġen dan il-kliem f ’poeżija – kull poeżija storja għaliha. L-ilma huwa l-element favorit tagħha. Fil-fatt, fir-reċensjoni tagħha ta’ bejn baħar u baħar, l-awtriċi ċelebri Clare Azzopardi tgħid: “Xi drabi, dawn il-poeżiji huma kalmi, siekta u saħansitra nebbiexa. Drabi oħra mqallba u mnikkta. Bħall-baħar. Fihom nixtieq nogħdos u nibqa’. ” Grech tagħmilha ċara fil-kitba tagħha li l-baħar
minn dejjem kien importanti ħafna f ’ħajjitha. Is-sjuf ta’ tfulitha qattgħethom fil-baħar blu ta’ Wied iż-Żurrieq li dejjem qieset bħala post fejn “negħreq l-uġigħ u nrejjaq il-ġisem u r-ruħ”. Meta telqet minn Malta lejn Pariġi – fejn għallaħħar 17–il sena ilha taħdem bħala traduttriċi kummerċjali u letterarja – saret iżjed konxja ta’ kemm il-baħar jaf ikun “simbolu ta’ ftuħ, orizzont ta’ possibbiltajiet bla tmiem, u ħolqa ma’ dinjiet oħra”. Bejn baħar u baħar huwa ppubblikat minn Merlin Publishers, parti minn inizjattiva tagħhom li jħeġġu l-esplorazzjoni tad-dinja tal-poeżija. “Spiss nimmaġinaw il-poeżija bħala xi ħaġa mħarbxa fuq xi parċmina minn xi filosfu mitluf f ’nofs deżert jikkontempla l-umanità,” qal Chris Gruppetta mill-Merlin. “Bl-istil aċċessibbli tagħha, Elizabeth tbiegħed din l-awra ta’ xi ħaġa astratta u mbiegħda, u turina kif il-poeżija taf tkun xi ħaġa tagħna u viċin tagħna.”
Mistoqsija: X’talbet Ruth lit-tabib żagħżugħ li kien hemm quddiemha? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba INNUENDO U BEJN BAĦAR U BAĦAR. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 16 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb MARIJA - L-GĦEJBIEN TA’ CLOTILDE huwa: S. AZZOPARDI - QORMI
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
03
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Sal-lum kemm daħlu riċetti permezz tas-sistema ta’ riċetti għall-mediċini tal-POYC miktubin b’mod elettroniku?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
24
09.02.2020
kullhadd.com
MISSJUNARJU QALBIENI FUQ IL-PASSI TA’ ĦUH Kitba ta’ EMAN BONNICI Nhar l-10 ta’ Ottubru 1926, il-knisja ta’ Santa Maria Maggiore fi Treviso kienet mixgħula u mimlija daqs bajda. Kien jum ta’ festa partikolari għan-nies talbelt. Dakinhar, saċerdot novell iċċelebra quddiesa li permezz tagħha sellem uffiċjalment lil qrabatu u lin-nies tal-lok qabel ma rħielha għall-missjoni fdata lilu u numru ta’ missjunarji oħra f ’art imbiegħda: il-Birmanja. Xħin temm id-diskors tiegħu u niżel minn fuq il-pulptu, il-missjunarju sab jistennieh b’ħerqa lil wieħed mit-tmien ħutu, Eliodoro, dik il-ħabta student estern fis-Seminarju Djoċesan ta’ Thiene. Bejniethom it-tnejn sa mit-tfulija kienet teżisti rabta partikolari. Għajnejh kienu mimlija dmugħ. “Għal xiex qed tibki?” staqsietu mara li inzertat ħdejh. “Għax irid jiġi miegħi,” weġibha għalih P. Antonio. Jieħdu miegħu ma setax, imma ċ-ċkejken Eliodoro, li dik il-ħabta kien għadu kellu biss 14–il sena, ma kien ser iħalli xejn jaqtagħlu qalbu. Kien tifel deċiż u riżolut. Minkejja l-età żgħira, l-ideat tiegħu kienu diġà ċari f ’moħħu. Kien jaf sewwa xi jrid. F’kelma oħra kif jaf tajjeb li t-tnejn li huma kienu msejħa biex isegwu l-istess vokazzjoni. U meta jseħħlu jħaddan huwa wkoll dan l-istil ta’ ħajja seta’ jkun għal darb’oħra biswit ħuh triq saċerdotali u missjunarja imqar jekk f ’art tant imbiegħda. tiegħu. Fiċ-ċella tiegħu fis-seminarju tal-PIME f ’Monza, kellu mqiegħda f ’post prominenti fuq L-aħwa Antonio u l-iskrivanija, ittra mibgħuta lilu Eliodoro Farronato minn ħuh Antonio minn Mong Bejn l-aħwa Antonio u Eliodoro Yong li fiha kien hemm imniżżel Farronato kien hemm 14–il fost l-oħrajn: “Għażiż ħija, jien sena. Antonio twieled ġewwa hawnhekk ngħix bla dar, inqum Fellette di Romano d’Ezzelino bla żveljarin, nitlob mingħajr fil-Provinċja ta’ Vicenza, fl-Ital- knisja, nikkaċċja bla liċenzja, ja, fl-1898 waqt li Eliodoro seg- inżomm ruħi kuntent mingħawieh fit-18 ta’ Mejju 1912. Il-kbir jr ebda ħbieb, nistudja l-lingwi ħa sehem fil-Gwerra l-Kbira. mingħajr għalliema, ma tgħadMeħud priġunier f ’Münster, dix ġurnata li ma jkollix fastidju il-Ġermanja, ordna saċerdot fi jew ieħor, qed nixjieħ mingħajr ħdan il-Pontificio Istituto Mis- ma ninduna, imma ser immut sioni Estere fl-1924. Iddestinat mingħajr ebda rimors. Meta ġej għall-missjoni ta’ Kengtung tagħmilli kumpanija?” Minkejja li l-ġenituri kienu fil-Birmanja, illum il-Myanmar, bena knejjes, orfanatrofji, ażi- kuntrarji għad-deċiżjoni ta’ Elli u istituti waqt li seħħlu wkoll iodoro li bħal ħuh kellu jerħilha jikkonverti mill-Buddiżmu tant ’il bogħod u jesponi ruħi għall-Kattoliċiżimu tribujiet fil-perikli kollha li seta’ jiltaqa’ magħhom, Eliodoro kien sħaħ. Sentejn wara, Eliodoro kien qed jgħodd is-snin, ix-xhur u diġà beda l-ewwel passi fit- l-ġranet biex itemm l-istudji
tiegħu fis-seminarju u jingħaqad ma’ ħuh. Iżda fil-31 ta’ Ottubru 1931, din il-ħolma kbira tiegħu dehret ser tintemm fix-xejn. Milqut mill-malarja, P. Antonio, “il-fratellone”, l-akbar u l-għeżeż ħabib ta’ Eliodoro, ħa l-aħħar nifsijiet tiegħu fl-età bikrija ta’ 30 sena fil-Birmanja. Eliodoro beka bħal tarbija. Madankollu ma qatax qalbu. Bħalma stqarr huwa stess ma’ niesu u l-kompajżani tiegħu: “Kelli dejjem it-tama li mmur ngħinu. Issa jekk Alla jrid, immur nissostitwixxih.” U hekk, ordnat presbiteru f ’Milan fit-22 ta’ Settembru 1934 ma’ tmiem l-istudji tiegħu fi Thiene u Monza, Eliodoro kien mibgħut f ’dik l-istess art li fiha ħadem u miet l-għażiż ħuh. Fl-24 ta’ Awwissu 1935, lejlet it-tluq tiegħu fl-Orjent, kiteb hekk lil niesu: “Fil-ħin tat-tluq tiegħi, is-sema u l-baħar jidhru magħqudin qishom biċċa waħ-
da, biex bħal donnhom juru n-niket ta’ min ser iħalli u ta’ min ser jibqa’. Jekk ser inħallikom, dan għamiltu għal Alla. Għaldaqstant, wara n-niket, qiegħed inħoss ferħ kbir. U nittama li dan il-ferħ tħossuh għalija intom ukoll. Aktar minni żgur li m’hawn ħadd iżjed kuntent! Kien tassew f ’waqtu dak kollu li għamilt u li sejjer inħalli kollox biex inħossni b’hekk imwaħħad totalment ma’ Alla, sabiex inħobbu u nagħmlu maħbub!” Fil-Birmanja Mal-wasla tiegħu fil-Birmanja, għadda l-ewwel xhur jistudja l-lingwa Xan, sakemm f ’April tas-sena ta’ wara rħielha lejn Mong Yong fejn beda l-ewwel ħidmiet pastorali tiegħu. Iżda l-fiżiku twil, robust u b’saħħtu tiegħu, bi spallejn miftuħa u muskoli tal-azzar, b’karattru sod bħal dak tal-bdiewa tal-vil-
laġġ li nisslu, ma damx ma wassal lis-superjuri tiegħu sabiex jibagħtuh fid-distrett ta’ Mong Tsat, fost l-aktar territorji mbiegħda u diffiċli f ’dik l-art, li biex wasal fih kellu jterraq għal ġimgħa sħiħa fuq dahar żiemel minn Kengtung. Minn toroq impervji, issa għaddej minn ġo foresta u issa minn fuq il-muntanji, bil-mogħdijiet miksija ħaxix għoli li ħafna drabi kellu jaqta’ sabiex ikun jista’ jkompli triqtu, sa fl-aħħar wasal f ’dak il-post mitluf. Hemm ma damx ma beda jagħmilha ta’ bennej, kok, ġardinar u ħajjat. Bħal ħuh, bena knejjes, orfanatrofji, ażili u skejjel. Saħansitra l-missjunarji l-oħra baqgħu mistagħġba bir-reżistenza sħiħa tiegħu lejn ambjent daqstant diffiċli u iżjed minn hekk għall-fatt li kiseb lejh f ’qasir żmien l-istima tannies tal-post, Xan u Lahu, sforz tal-umanità sħiħa u l-imħabba sinċiera li kien iġorr fin-natural tiegħu. Is-sena 1940 wasslet lill-missjunarji f ’Kengtung sabiex huma wkoll jibdew iħossu d-diffikultajiet li ġab miegħu l-perjodu belliku hekk li finalment spiċċaw ilkoll internati f ’kampijiet ta’ priġunija diversi mill-Ingliżi. Magħhom sab ruħu wkoll sintendi P. Eliodoro. Minn Kengtung, imxew għal Kalò u minn hemm għall-Indja, l-ewwel f ’Katapahar u mbagħad taħt il-muntanji tal-Ħimalaja. Mill-ġdid imxew għal Deoli f ’Rajasthan u flaħħar nett għall-kamp ta’ Dhera Dun. Mogħti n-numru 18522, P. Eliodoro ma ħeliex żmien tul il-priġunija tiegħu. Fis-sena li dam f ’Kengtung waqqaf skejjel b’temi diversi għall-missjunarji sħabu internati, waqt li l-bqija tax-xhur għaddiehom fil-kwalità ta’ mekkanik u fotografu waqt li tgħallem ukoll kemm seta’ tagħrif mill-qasam mediku. Meħlus fl-1944, inżamm milli jissokta ħidmietu fil-Birmanja sforz tal-okkupazzjoni Ġappuniża, għaldaqstant mar Bezwada, l-Indja, fuq talba tal-ordinarju tal-post, Mons. Domenico Grassi PIME., fejn waqqaf dispenserija. Ma’ tmiem il-perjodu belliku, reġa’ lura l-Birmanja, fejn sab tilqgħu realtà kiebja. Il-missjoni tiegħu f ’Mong Tsat kienet għebet tista’ tgħid minn fuq wiċċ l-art u kellu jerġa’ jibda għaldaqstant kollox fil-veru sens al-kelma mill-ġdid.
25
09.02.2020
kullhadd.com
Lingwista assidwu Intant, P. Eliodoro wera ħiliet mill-aktar partikolari fl-ilsna tal-post, hekk li ssejjaħ “l-aqwa lingwista tal-missjoni”. F’dan il-perjodu, intefa’ fuq it-traduzzjoni tal-katekiżmu, storja sagra, kant liturġiku u manwali tat-talb bil-lingwi Xan, Lahu u Ahkà. Kienet indubbjament biċċa xogħol iebsa, li hu sejħilha madanakollu “ta’ għeja ħelwa”. Fl-1955 irħielha lejn Mong Yong biex jissokta mill-ġdid l-impenji pastorali fl-imbiegħed. Kien ix-xahar ta’ Diċembru meta wasal fil-post u ħsiebu kien proprju dak li jqatta’ l-Milied mal-komunità Nisranija tal-post. Is-suldati Birmani, alloġġjati fir-residenza tiegħu, wegħduh li jwassluh huma stess bit-trakk tagħhom iżda mbagħad insewh u telquh għal riħu. Wasal sa fejn seta’ bil-mezzi pubbliċi u l-bqija tal-vjaġġ issuktah b’saqajh. Wara vjaġġ ta’ tlett ijiem b’dan l-aħħar mod, rakkomandat li ma jissuktax aktar dan minħabba l-bosta perikli eżistenti issokta triqtu akkumpanjat minn tliet irġiel kulħadd b’żiemel għalih.
Fl-għodwa tad-9 ta’ Diċembru setgħu jilmħu Mong Yong millbogħod. Sa dak il-waqt, kienu laħqu qasmu widien u muntanji infestati briganti, iżda kollox kien mar sewwa. Issa, f ’dik il-ħemda tal-għaġeb, Elio deherlu li qed jilmaħ fil-bogħod il-kmajra li fiha darba ħadem u daqs 30 metru bogħod minnha, qabar ħuh Antonio, f ’daqsxejn ta’ kavità tal-wied. Kemm tifkiriet. Kemm żmien għadda, minn dik it-tfulija li akkost ta’ kollox riditu jerħi kollox u jmur ħdejh, u issa li kien qiegħed hemm, kien tant viċin u tant ’il bogħod… Ma kienx għad fadal 10 kilometri biex dan il-vjaġġ twil finalment jintemm meta qabżu fuqhom għal għarrieda 17–il gwerrillier. F’tebqa t’għajn, mingħajr ma kellu l-iċken ċans jirreaġixxi, sab ruħu marbut u meħud fil-qalba tal-foresta. Għall-ewwel jumejn li segwew, in-nies ta’ Mong Yong u xi suldati Birmani ppruvaw ifittxuh. Iżda filgħaxija tal-14 tax-xahar, dak li sabu kien il-katavru tiegħu mgħotti bil-ġebel fis-sodda ta’ nixxiegħa ċkejkna. Tliet tiri ta’ arma tan-nar f ’sidru u oħra
Is-sena 1940 wasslet lill-missjunarji f’Kengtung sabiex huma wkoll jibdew iħossu d-diffikultajiet li ġab miegħu l-perjodu belliku hekk li finalment spiċċaw ilkoll internati f’kampijiet ta’ priġunija diversi mill-Ingliżi f ’għonqu qerdu saħħet u tfew ħajjet il-missjunarju fl-età ta’ 43 sena. Ħadd qatt ma sar jaf min qatlu sewwasew jew għal xiex. Sal-lum bosta jsostnu li kienu suldati Ċiniżi mitfugħa għall-brigantaġġ iżda formalment qatt ħadd ma ġie akkużat. P. Eliodoro, li sa minn tfulitu, kien biċċa waħda ma’ ħuh Antonio, hekk li sabiex ikun qribu, mexa fuq l-istess passi tiegħu u mqar jekk ma laħqux ħaj, issokta għaddej b’ħidmietu f ’art tant imbiegħda minn dik li nisslitu, issa niżel għall-mistrieħ biswitu, fejn qabarhom sar monument viventi ta’ żewġ aħwa missjunarji qalbiena li għall-Birmani kienu taw ħajjithom, wieħed vittma tal-
mard u l-ieħor ta’ id assassina. Aktar minn kollox, il-lok li satar l-iġsma tagħhom sar minnu nnifsu xhieda ta’ fidi awtentika u ta’ impenn missjunarju qalb il-villaġġi mitlufa tal-Birmanja. Fis-sena 2011, l-oqbra tal-aħwa tqanqlu u minnhom ittieħdu frammenti żgħar minn għadamhom li ntbagħtu lura l-Italja sabiex jindifnu fil-qabar tal-familja biswit il-fdal tal-ġenituri tagħhom fiċ-ċimiterju ta’ Casoni. L-iskola elementari tal-frazzjoni Ezzelina llum iġġib isimhom waqt li nsibu wkoll triq imsemmija għalihom li twassal għal-lokalità msemmija ta’ Casoni. Quddiem dawn iż-żewġ ħajji-
et relattivament qosra fi spazju ta’ età, li matulhom wieħed aktarx ma jkollux ċans iwettaq il-missjoni proprja tiegħu, ilfrott imħolli minnhom it-tnejn bl-ebda mod ma jurina sens ta’ inkompletezza. Tagħhom huwa sinjal ċar għalhekk li l-importanti fil-ħajja mhuwiex iż-żmien imma l-milja tiegħu bit-twettiq ta’ ġid lill-oħrajn b’sentiment ta’ qalb sħiħa. U dan mhux biss min-numru ta’ konverżjonijiet, knejjes u djar mibnija minnhom u mis-servizzi li għarfu jagħtu lill-poplu Birman, imma l-għarfien tagħhom tal-ħajja u talmewt. Mibgħuta t-tnejn li huma f ’dik il-parti tad-dinja msejħa “lil hinn mix-xmara Salween” li t-territorju vast tagħha jmiss mal-konfini taċ-Ċina, il-Laos u t-Tajlandja, li tasal f ’dan il-lok, ċjoè “taqsam is-Salween” għadu sal-lum pass li jeħtieġ kuraġġ ta’ sur, lil hinn mil-limitajiet umani. Dawn iż-żewġt aħwa, tali limitajiet issuperawhom, u mhux biss ħabbew din l-art perikoluża u diffiċli u lil niesha, imma saħansitra twaħħdu magħha bis-sagrifiċċju kbir tal-istess ħajjithom.
26
09.02.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
09.02.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 315
P. DEBATTISTA - ŻABBAR
Bi 3 Numri 113 369 529 550 556 572 593 599 632 817 852 951 B’4 Numri
0242 0587 1329 1490 2711 2867 3328 3360 4599 5203 5365 5437 5656 5667 6074
6615 7538 8740 8942 9414 9522 9681 B’5 Numri 16409 19564 21697 22808 36242 55699
56085 63679 65958 69032 72787 75788 93389 95345 B’6 Numri 117287 133237 174687 389556 556157
598862 673102 846094 863421 884071 913272 924497 B’7 Numri 0425686 0920116 1598124 1811215 6452713 7516657
Bi 8 Numri 01178281 08221105 10087343 22802312 23932200 45210199 61274364 70241632
Mimdudin: 1. Kompli l-qawl: Il-....... ta’ filgħaxija lesti l-banju u l-lissija (sapuna) (5) 4. Fidil (4) 7,9. Niktbu fuqha (5) 9. Ara 7 10. Programm? (6) 12. Pajjiż (6) 16,21W. Taqla’ biha (6) 18,19. Isem (5)
19. 20. 21. 23. 24.
Ara 18 Isem (5) Naħa? (3) Il-Ħallieq (4) Ħsejjes ta’ billejl (5)
11. 2,11. 3. 5.
Weqfin: Qalleb (6) Mhix ġdida (5) Also known as (1,1,1) Isem (3)
6,17. 8. 11. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Stagħġeb (6) Jafu x’inhu jiġri (9) Ara 2 Omm (2) Taż-żejt? (3) Niżżel it-temperatura (6) Garr (6) Ara 6 Ara 16 Kejl (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Qamar, 4.Ward, 7,23.Editur, 9,22. Warrbu, 10.Taqbel, 12.Sardin, 16.Lia, 18,21. Gatti, 20.Kuban, 21.Tar, 24.Inbid
Weqfin: 1,11.Qawsalla, 2,3.Marret, 5.ABB, 6,19.Delina, 8.Dabdabuni, 12,13. Sargu, 14.Ninsab, 15.Bagdad, 17.Iva
28
09.02.2020
kullhadd.com
DIĊEMBRU TAJJEB GĦAL MALTA Skont l-opinjonisti miż-żewġ fazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista, l-ekonomija Maltija ħadet daqqa qawwija ’l isfel f ’Diċembru. Skont dawn, l-effett tal-protesti kif ukoll l-impatt fuq ir-reputazzjoni ta’ Malta wassal biex il-konsum u l-investiment jistaġnaw bil-kbir. Saħansitra esponenti tal-fazzjoni ta’ Delia bdew jgħidu li pajjiżna għaddej minn riċessjoni “Made in Malta”. Filwaqt li sa ftit jiem ilu kienet għadha ma ħarġitx statistika uffiċjali fuq l-andament ekonomiku fix-xahar ta’ Diċembru, issa ġew ippubblikati numru ta’ indikaturi fuq setturi varji. Sitta minn dawn l-indikaturi ġew analizzati għal din il-gazzetta u mqabbla mal-andament kemm fl-istess xahar sena qabel kif ukoll fl-istess xahar fl-2012. Il-polz tal-andament ekonomiku jinħass l-aktar mill-bidla fin-numru ta’ nies ifittxu xogħol. Skont il-Jobsplus f ’Diċembru li għadda l-ammont ta’ dawk fuq ir-reġistru kompla jonqos għal 1,642, tant li kumparat ma’ sena qabel dan kien 7% anqas. Fl-istess xahar sena qabel ir-rata ta’ tnaqqis kienet ta’ 19%, jew aħjar minn dik f ’Diċembru li għadda. Min-naħa l-oħra f ’Diċembru tal-2012 meta pajjiżna kien għaddej minn inċertezza politika l-ammont ta’ dawk ifittxu xogħol kien tela’ bi 3% għal figura għolja ta’ kważi 7,000 ruħ. Dan huwa erba’ darbiet l-ammont ta’ nies qiegħda illum. Ir-rata tal-qgħad f ’Diċembru li għadda kienet l-anqas qatt
Skont l-Oppożizzjoni f’Diċembru li għadda l-ħwienet kellhom xahar ferm kiefer għax in-nies ma marrux jixtru. Statistika maħruġa mill-Eurostat turi li din kienet biss qlajja’
DIĊEMBRU 2012
DIĊEMBRU 2018
DIĊEMBRU 2019
BIDLA FIN-NUMRU TA’ NIES JIRREĠISTRAW
+3%
-19%
-7%
RATA TAL-QGĦAD
5.7%
3.6%
3.4%
BIDLA FIL-PRODUZZJONI INDUSTRIJALI
+9%
-1%
+7%
BIDLA FIL-BEJGĦ MILL-ĦWIENET
+2%
-2%
+6%
BIDLA FID-DEPOŻITI TAL-FAMILJI MAL-BANEK
+€389 miljun
+€998 miljun
+€813 miljun
BIDLA FL-AMMONT TA’ TURISTI
+8,100
+12,148
+21,947
osservata matul dan ix-xahar. Fil-fatt, f ’Diċembru tal-2018 ilqgħad kien ilaħħaq 3.6% skont il-Eurostat, filwaqt li fl-2012 ir-rata kienet aktar minn darba u nofs aktar dik osservata fl-2019. Dan jindika li s-suq tax-xogħol f ’Diċembru 2019 baqa’ dinamiku, b’aktar nies ma jkollhomx bżonn ifittxu impjieg. F’Diċembru tal-2018 il-pro-
duzzjoni industrijali kienet qiegħda tonqos, minħabba sitwazzjoni internazzjonali xejn feliċi. B’kuntrast, stqarrija tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) tindika li f ’Diċembru li għadda l-produzzjoni industrijali kienet għoliet b’7%. Dan jikkumpara tajjeb mar-rata ta’ tkabbir li kien hemm fl-2012.
Skont l-Oppożizzjoni f ’Diċembru li għadda l-ħwienet kellhom xahar ferm kiefer għax in-nies ma marrux jixtru. Statistika maħruġa mill-Eurostat turi li din kienet biss qlajja’. Skont il-kejl tal-aġenzija Ewropea, f ’pajjiżna kellna żieda ta’ 6% fil-bejgħ, it-tielet l-akbar żieda osservata madwar l-UE. Is-sena li għaddiet f ’Diċembru l-be-
jgħ kien naqas bi 2%, filwaqt li f ’Diċembru 2012 kien hemm żieda ta’ 2%. Kumparat mal2012 il-bejgħ f ’Diċembru 2019 kien 25% ogħla. Il-familji Maltin u Għawdxin f ’Diċembru li għadda kellhom €13.1 biljun depożitati malbanek. Din tfisser żieda ta’ €813 miljun kumparat ma’ sena qabel. Ir-rata ta’ tkabbir f ’Diċembru li għadda kienet kemxejn anqas minn dik osservata f ’Diċembru 2018, imma meta kumparat ma’ Diċembru 2012, iż-żieda kienet aktar mid-doppju. Anke fil-qasam turistiku Diċembru 2019 ra riżultati ferm aħjar minn snin oħrajn. Filfatt, kien hemm żieda ta’ kważi 22,000 turisti li żaru pajjiżna. Dan meta fl-istess xahar tal2018 kien hemm żieda ta’ ftit aktar minn 12,000 turist, filwaqt li fl-2012 kien hemm żieda ta’ ftit aktar minn 8,000 turist. Iż-żieda li rajna fl-2019 kienet kważi tliet darbiet dik osservata fl-2012. Dan kollu jfisser li meta tħares lejn dawn is-sitt indikaturi importanti, f ’erbgħa minnhom l-andament f ’Diċembru 2019 kien aħjar minn dak osservat fl-istess xahar tal-2018. Ta’ min ifakkar li l-2018 kienet sena li fiha l-ekonomija Maltija kienet qed tikber tliet darbiet il-medja Ewropea. Fl-istess ħin l-andament f ’Diċembru 2019 f ’ħamsa mis-sitt indikaturi huwa aħjar minn dak fl-2012. Din l-analiżi turi li altru minn riċessjoni “Made in Malta”, il-probabilità hi li l-attività ekonomika f ’pajjiżna kienet qed tikber b’rata ferm ogħla minn dik fl-2012 u x’aktarx kienet tisboq bil-kbir l-attività ekonomika madwar l-UE fi tmiem l-2019.