KullHadd_09.04.2017

Page 1

www.kullhadd.com

SURPLUS

Il-Ħadd, 9 ta’ April, 2017

Ħarġa Nru 1,239 Prezz €1

KISBA DOPPJA

L-GĦAQDA LI FIRDET FIL-PN • BUSUTTIL IĠIB FIX-XEJN IL-KUMMISSJONI KANDIDATI • JIŻDIED ID-DIŻGWID FIL-PN WARA LI SPIĊĊA L-PD Paġna 8

EBDA NDĦIL POLITIKU SURPLUS FIL-KAXXA TA’ MALTA ŻIEDA FIN-NEFQA BIEX INT TGĦIX AĦJAR Anke jekk wara ħafna snin pajjiżna rnexxielu jirreġistra surplus, in-nefqa f ’dawk l-oqsma li huma meqjusa bħala kruċjali għall-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadin splodiet meta wieħed iqabbilha mal-2012. Analiżi tal-gazzetta KullĦadd turi kif kien hemm żieda fin-nefqa ta’ €658 miljun meta wieħed iqis l-oqsma tal-

edukazzjoni, tas-saħħa u tal-ħarsien soċjali. Primarjament minħabba inizjattivi ġodda kif ukoll l-ingaġġ ta’ iktar professjonisti fis-settur. Dawn il-miljuni jagħmlu l-parti l-kbira mill-ispiża rikorrenti li l-Kap talOppożizzjoni tant qiegħed jikkritika u jgħid li jrid jaqta’.

Kienet ippubblikata l-inkjesta dwar każ fejn kien qed ikun allegat li nbidlet stqarrija quddiem il-pulizija wara involviment politiku f’Għawdex. Il-konklużjoni kienet ċara. Ma kien hemm ebda stqarrija li nbidlet u ma kien hemm ebda involviment politiku fil-każ. Fuq kollox iż-żgħażagħ involuti kienu arrestati u tressqu l-Qorti. Paġna 3

Paġna 10

INDIPENDENZA MHUX KONTESTATA • SIMON BUSUTTIL WAĦDU KONTRA L-KUMMISSJONI ELETTORALI Il-GRECO, l-organizzazzjoni fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa li għamlet snin tiġri wara pajjiżna biex ikollu liġi tal-finanzjament talpartiti, għamlet dikjarazzjoni ċara ħafna li fir-reviżjonijiet tagħha qatt ma kkontestat l-indipendenza tal-Kummissjoni Elettorali. Biex huwa biss il-Kap tal-Oppożizzjoni li mhux komdu bis-sehem talKummissjoni Elettorali fil-ħarsien tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Attitudni li ħadha wara li kienet se tibda tinvestiga l-iskema Pagi PN, li ħoloq hu stess.

Paġna 11


02

09.04.2017

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa minn fuq il-Libja li qed testendi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran ser tersaq lejn il-Lvant. Temp: Ftit jew wisq imsaħħab li jista’ jkun b’xi xita ħafifa f’xi waqtiet. Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Grieg il-Lvant Il-Viżibbiltà: Tajba Il-Baħar: Qawwi L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tnejn

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

18°C

UV 5

13°C

Il-Ħamis

18°C

UV 8

13°C

18°C

Il-Ġimgħa

UV 7

12°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

19°C

UV 7

14°C

19°C

UV 8

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’ Anna, il-Floriana – 21244114 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, il-Marsa – 21221118 Stampat St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Progress Press Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, il-Gżira – 21330268 Numri Importanti St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ San Ġiljan – 21369426 112​ Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Il-Pulizija ta’ Malta Ħal Lija – 21414051 2122 4001-9​ St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, il-Mosta – 21433833 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ El Medina Chemist, Triq il-Maskli, il-Qawra – 21576308 2393 0000 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Il-Gwardjani Lokali Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, ​2132 0202 il-Birgu – 27600126 May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, L-Isptar ta’ Malta Ħaż-Żabbar – 21826529 Gudja Pharmacy, 9, Triq San Ċiru, 2545 0000 il-Gudja – 21696422 42, Vjal il-Blue Grotto, L-Isptar ta’ Għawdex iż-Żurrieq – 21689971 ​2156 1600 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzoppardi, is-Siġġiewi – 21461681 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ Make Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, l-Imtarfa – 21452833 5004 3888 Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Victoria Għawdex – 21556970 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, ​1182 ix-Xewkija Għawdex – 21563052

14°C

20°C

UV 7

13°C

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR L-14 TA’ APRIL Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta – 21252396 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun – 21221512 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, il-Gżira – 21330817 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, is-Swieqi – 21371062 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, in-Naxxar – 21412454 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, il-Mellieħa – 21523554 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, l-Isla – 21801698 Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Hortan, Marsaskala – 21633788 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun – 21806009 Mqabba Central Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, l-Imqabba – 21641133 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Victoria Għawdex – 21551841 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem Għawdex – 27203615


03

09.04.2017

kullhadd.com

EBDA NDĦIL POLITIKU FIL-KAŻ TA’ DROGA F’GĦAWDEX b’riżultat tal-intervent ta’ xi uffiċjali pubbliċi. Il-Ministri Emmanuel Mallia u l-Ministru Anton Refalo kienu l-Ministri li ġew mistoqsija dwar dan filmezzi tax-xandir. Iżda millistħarriġ irriżulta li qatt ma saret laqgħa f ’Ottubru 2013 bejn dawn iż-żewġ Ministri u iktar minn hekk qatt ma ntalbet skorta jew kien hemm skorta mal-Ministru Mallia f ’ebda okkażjoni li fuqha tela’ Għawdex fil-festi uffiċjali. L-inkjesta tgħid: “In partikolari fejn fir-rapportaġġ fil-Maltatoday ġie allegat Ma saritx il-laqgħa allegata illi ż-żagħżugħa Zael Vella marret titlob lill-pulizija biex tvarja stqarrija min-naħa source for drugs’ (Maltatoday, din l-allegazzjoni fl-assjem tagħha fis-sens illi ż-żagħżugħ 12.03.2017), il-Bord ma sab tal-provi li tressqu.” mill-Munxar ma kienx ‘her l-ebda konfort li jiġġustifika L-inkjesta tkompli: “Skont issens komun jekk mhux għallebda raġuni oħra ladarba kif Dawn huma l-fatti li rriżultaw mir-rapport tal-Bord tal-Inkjesta: ġie konfermat Zael Vella wara s-sentenza li ngħatat f ’Ġunju 2013, qatt ma avviċinat lill-pulizija biex “tvarja” l-istqarrijiet li kienet għamlet, xi ħtieġa seta’ jkun hemm illi tintervjeni forza “esterna” biex twassalha li tibdel dak li qatt ma seta’ ġie mibdul?” Dan ifisser li mill-inkjesta jirriżulta li l-istqarrija tal-

Mill-inkjesta indipenenti dwar il-każ ta’ allegat indħil biex żgħażagħ bidlu l-verżjoni tagħhom f ’każ ta’ droga f ’Għawdex, irriżulta li ttieħdu l-proċeduri kollha neċessarji kontra l-persuni involuti. Irriżulta wkoll li ma nbidlet l-ebda stqarrija fl-ebda ħin u dawn ġew esebiti waqt l-inkjesta. Kif ukoll li ma kienx hemm laqgħa bejn żewġ ministri li bdiet tissemma. Il-Gvern ippubblika b’mod sħiħ ir-rapport tal-Bord ta’ Inkjesta li twaqqaf biex jeżamina ċ-ċirkustanzi kollha li wasslu biex żgħażagħ li ssemmew fil-Maltatoday allegatament bidlu l-istqarrija li kienu għamlu mal-pulizija. L-allegazzjoni kienet li għamlu dan wara l-arrest tagħhom

pulizija miż-żagħżugħa ma nbidlitx, kif allegat firrapport tal-Maltatoday. Iktar minn hekk iż-żgħażagħ kollha għaddew mill-proċess kollu billi ġew arrestati, tnejn minnhom għaddew minn proċess fejn anke saħansitra għandhom sentenza filkonfront tagħhom u żagħżugħ ieħor saħansitra għadu għaddej proċeduri kriminali. Fid-dawl ta’ dawn il-fatti, l-inkjesta tgħid: “Il-Bord iħoss id-dover li jissottolinea li hawnhekk mhuwiex ilkaż biss u unikament illi ma nġieb l-ebda ħjiel ta’ prova kwalsiasi li seħħ l-intervent ta’ xi politiku biex jiġi protett jew aġevolat xi ħadd li kien qed jiġi investigat millpulizija. Aktar minn hekk, ġie pprovat quddiem il-Bord illi l-proċess fil-konfront tat-tliet żgħażagħ tmexxa mill-pulizija b’mod korrett u gwidat mill-proċeduri legalment applikabbli. Dan senjatament fejn wieħed mit-tliet żgħażagħ li għalihom saret referenza f ’dan ir-rapport attwalment jinsab ipproċessat fil-Qorti b’akkużi ta’ traffikar tad-droga.” Siltiet mill-inkjesta

• F’Ġunju tal-2013 żewġ żgħażagħ (tfajla u ġuvni) ġew arrestati waqt Caliente Party fi Mġarr ix-Xini billi nstab li kienu fil-pussess ta’ kwantità sinifikanti ta’ droga. • Il-pulizija interrogat liż-żgħażagħ fl-istess jum, is-16 ta’ Ġunju 2013, u t-tfajla rrilaxxat żewġ stqarrijiet lill-Pulizija, filwaqt li l-ġuvni rrilaxxa l-istqarrija tiegħu. • Wara ammissjoni taż-żagħżugħa ta’ pussess ta’ droga, it-tfajla ngħatat sentenza mill-Qorti tal-Maġistrati. Il-ġuvni ġie akkużat diversament quddiem il-Qorti, u l-każ tiegħu huwa pendenti.

• F’Settembru 2013 ġie arrestat żagħżugħ f ’każ separat f ’Marsalforn. Huwa kellu weraq tad-droga cannabis. Saret tfittxija fil-vettura tiegħu kif ukoll fir-residenza tiegħu. Huwa rrilaxxa stqarrija lill-pulizija, u f ’Diċembru 2013 inħarġet taħrika biex jihder quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex). Fl-14 ta’ Ottubru 2014 ingħatat sentenza fil-konfront ta’ Christopher Vella. • Irriżulta li l-pulizija aġixxiet, fil-każ tat-tliet żgħażagħ li ġew individwati, skont proċeduri stabbiliti.


04

09.04.2017

kullhadd.com

GĦOXRIN APPLIKAZZJONI MAL-PA GĦAL CHILD CARE • INVESTIMENT TA’ MILJUNI U ĊENTRI TAL-OGĦLA LIVELL

Quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar hemm 20 applikazzjoni b’rabta ma’ ċentri għall-ħarsien tat-tfal, kważi kollha għal ċentri ġodda. Jispikkaw l-applikazzjonijiet biex dawk magħrufa bħala ‘terraced houses’ jitwaqqgħu u jinbidlu f ’ċentri tal-ħarsien tat-tfal. L-applikazzjonijiet għal dawn it-tip ta’ ċentri qegħdin jiżdiedu fid-dawl li qed tiżdied id-domanda għaċ-ċentri ta’ ħarsien tat-tfal minħabba l-iskema ta’ child care b’xejn li nieda l-Gvern ftit tas-snin ilu. Fil-fatt huma iktar minn 6,400 tifel u tifla li llum jużaw dawn iċ-ċentri meta qabel bdiet l-iskema, tal-Gvern kienu ftit mijiet li kienu jagħmlu użu minn dawn iċ-ċentri. Hija l-lokalità tal-Mosta l-iktar li għandha applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal ċentri ġodda. Fil-fatt hemm tlieta minn dawn l-applikazzjonijiet. Żewġ applikazzjonijiet insibuhom f ’San Ġwann, fis-Swieqi u f ’Ħal Safi. L-applikazzjonijiet l-oħra huma mifruxa f ’lokalitajiet oħra madwar il-pajjiż, bl-applikazzjoni pendenti fl-Għarb tkun l-unika waħda f ’Għawdex. Fl-aħħar snin diġà kien hemm il-ftuħ ta’ numru ta’ ċentri ġodda tant li minn 69 telgħu għal 100. Fl-aħħar jiem ukoll l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet regoli ġodda bil-għan li tkun indirizzata d-domanda. Fil-fatt, ippublikat dokument ta’ gwida aġġornat tal-ip-

Ritratt: DOI - REUBEN PISCOPO

Kitba ta’ ALEANDER BALZAN

pjanar għall-użu tal-art sabiex iwieġeb għad-domanda. F’dan id-dokument il-kunsiderazzjonijiet prinċipali tal-ippjanar għall-użu tal-art jaqgħu fi tliet oqsma tematiċi: is-sit, l-adegwatezza u d-daqs tal-binja, u l-impatt potenzjali fuq il-ġirien. Biex tkun enfasizzata l-importanza tal-faċilitajiet taċchild care, li kulma jmur qed isiru iżjed importanti għasservizzi tal-komunità li jagħtu sapport lill-familji, il-policy tippromwovi li dawn il-faċilitajiet se jkunu mqiegħda

fiż-żoni residenzjali jew employment hubs bħaċ-ċentri tal-ibliet, żoni industrijali, parks tal-mikrointrapriżi, żoni turistiċi u żoni ta’ divertiment. B’dan il-mod tkun aktar faċli għall-ġenituri li jaħdmu biex ikollhom aċċess viċin il-post tax-xogħol tagħhom. Binjiet eżistenti fil-kampanja jistgħu jkunu kkunsidrati wkoll xierqa għad-dispożizzjoni ta’ faċilitajiet ta’ child care ladarba l-binja ma tkunx wisq ’il bogħod mill-qasam urban u tkun diġà qed tagħmel użu minn network

ta’ toroq. Minħabba l-preżenza ta’ tniġġis kimiku u storbju mhux mixtieq, kif ukoll riskju iktar għoli ta’ inċidenti tat-traffiku, il-linji gwida mhux ser jikkunsidraw favorevolment faċilitajiet ta’ child care f ’toroq arterjali jew f ’toroq traffikużi ħafna. Minn perspettiva ta’ użu talart, il-policy tikkunsidra djar,

maisonettes u djar detached f ’postijiet adattati bħala xierqa għall-użu ta’ faċilitajiet ta’ child care, dejjem jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din il-policy. Barra minn hekk, proprjetajiet detached jista’ jkollhom vantaġġ ikbar minħabba li probabbli jkunu jistgħu jipprovdu post fuq barra għal-logħob, kif ukoll għall-parkeġġ.


05

09.04.2017

kullhadd.com

BREXIT: MIN JOĦROĠ U MIN JIDĦOL Issa li r-Renju Unit skatta uffiċjalment il-proċess ta’ Brexit, inħoloq element ta’ xettiċiżmu f’diversi industriji li se jwassal biex fil-futur qrib, ħafna kumpaniji jisparpaljaw madwar l-Istati Membri l-oħra, fosthom kumpaniji tal-gaming. Minkejja li l-industrija tal-gaming diġà hija waħda mill-iktar promettenti f’pajjiżna, l-Awtorità Maltija għal-Logħob qed tosserva mill-qrib dan iċ-ċaqliq u qed timbotta lil Malta biex tkun Sikwit titkellmu dwar il-‘futur promettenti’ tal-industrija tal-gaming. L-iżviluppi riċenti ta’ Brexit x’implikazzjonijiet se jkollhom fuq dan il-futur li qed tipprevedu? Naħseb li fil-futur qrib, l-implikazzjonijiet ta’ Brexit se jkunu pożittivi. Il-fatt li għandek ħafna inċertezza bil-proċess tattluq mill-Unjoni Ewropea, qed joħloq ħafna instabilità fis-settur, għax ovvjament ma nafux x’inhu l-pakett aħħari li r-Renju Unit se jinnegozja mal-Unjoni Ewropea. Għandek il-ġurisdizzjoniji ta’ Ġibiltà, li hija f ’kompetizzjoni diretta ma’ Malta fil-gaming, li tiddependi ħafna mill-Ingilterra u għalhekk kienet affettwata bil-kbir. Bħalissa qed naraw interess qawwi minn kumpaniji li għalkemm ilhom għal ħafna snin ibbażati f ’Ġibiltà, issa qed iħarsu lejn Malta bħala ġurisdizzjoni alternattiva fejn jiċċaqalqu. Dan l-interess qegħdin narawh pjuttost jakkumula b’rata mgħaġġla ħafna u dawn huma kumpaniji kbar ħafna, b’ismi-

minn ta’ quddiem u tattira dawn il-kumpaniji lejn pajjiżna. Paula Cauchi intervistat liċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità, Joseph Cuschieri, li stqarr magħna li din il-mira jidher li qed tintlaħaq u li l-industrija tal-gaming Maltija mistennija tkompli tespandi b’riżultat dirett ta’ Brexit. Bi Brexit għandha lir-Renju Unit li qed joħroġ, u kumpaniji li jitħajru jidħlu f’pajjiżi oħra talUnjoni Ewropea. Malta mhix eċċezzjoni.

jiet promettenti fis-settur li tipprovdi dejjem iżjed miżuri s’issa mgħandhom l-ebda li jżommu l-ġurisdizzjoni Maltija kompetittiva. Ilpreżenza f ’Malta. Naħseb li jekk dawn futur tal-industrija huwa il-kumpaniji kbar jiġu Malta promettenti irrispettivament mhux biss se jkomplu jsaħħu mir-riżultat ta’ Brexit. l-attività ekonomika ta’ Malta iżda se jsaħħu wkoll il-ġuris- Jiġifieri l-industrija taldizzjoni mill-att ta’ reputazz- logħob Maltija, f ’dan iljoni- għax ħafna minnhom punt hija l-iktar waħda kompetittiva huma brands ta’ fl-Ewropa? reputazzjoni kbira interIva. Iżda nazzjonaldan ma ment. IS-SETTUR jiġix b’ B’hekk JIMPJEGA kumbiikompn a z z lu jżidu MADWAR joni- jiġi f l-atminħabtrazzjoni 9,000 PERSUNA ba l-polita’ Malta FULL-TIME tika talbħala ġug v e r n , risdizzjoni. Il-futur fitminħabba tul jiddependi l-viżjoni u l-atiktar fuq il-pakkett titudni li qed tieħu innegozjat mal-Unjoni l-Awtorità fuq livell inEwropea fejn ternazzjonali biex insostnu tidħol it- r-reputazzjoni ta’ Malta fuq tassazzjoni u skala internazzjonali. x’liber tajiet F’Malta issib sistema E w r o p e j ekonomika fejn għandek se jitħalla hub kbir ta’ kumpaniji u j ż o m m ħafna expertise u għarfien. i r - R e n j u Pereżempju, aħna l-ikU n i t . tar regolatur b’esperjenza Iżda ikun fl-Ewropa f ’dan is-setturx ’ i k u n għandna 14-il sena esperdan in- jenza, ħafna iktar mir-regon e g o z j a t , laturi barranin. l - M G A Apparti minn hekk l-avuhija flessibbli kati lokali li jagħtu l-paribiżżejjed biex ri lill-kumpaniji huma ta’ livell għoli, li jħabbtuha mal-ikbar esperti fuq livell internazzjonali. Hemm ukoll fatturi oħra bħattip ta’ ħajja li ngħixu f ’Malta, s-sigurtà u t-temp sabiħ, li huma fatturi indiretti li jżommu f ’moħħhom il-kumpaniji barranin. Dawn l-elementi kollha jagħmlu lil Malta pakkett attraenti ħafna. Nerġa’ ntenni li jekk nibqgħu għaddejjin b’ dan ir-rittmu, dan is- settur għandu futur promettenti ħafna.

X’kollaborazzjoni tagħmel Għal dan il-għan fil-ġimgħat l-MGA ma’ entitajiet li ġejjin se tkun varata l-Eubarranin? ropean Gaming Institute of Malta, li flimkien mal-imsieħAħna nżommu kuntatt kon- ba lokali se tkun akkademja li tinwu mal-operaturi u rego- toffri taħriġ speċjaliżżat fuq laturi barranin. Barra minn il-gaming biex inżidu l-ħiliet hekk, saru riformi interni u l-għarfien f ’dan is-settur u biex l-Awtorità tkun iktar ef- b’hekk fil-futur naraw iktar fettiva u effiċjenti. Maltin jaħdmu f ’dan is-settur. B’ġurisdizzjoni, tkun qed toffri integrità u fiduċja, Imma l-industrija għalhekk servizz trasparen- tal-gaming, kif qed ti u t’integrità huwa impor- jibbenefika minnha Ċikku tanti biex tirregola settur l-poplu, dawk li ma bħall-gaming. Għalhekk saru jaħdmux direttament ma’ ħafna bidliet biex l-Awtorità dan is-settur? tirregola s-settur bl-ogħla livell ta’ professjonalità pos- Is-settur jaffettwa b’mod sibbli. Dan qed jiġi nnotat u dirett lil min jaħdem fih, li apprezzat mill-industrija bħalissa jlaħħqu madu l-istakeholders war 9,000 ruħ, lokali u intergħax il-pagi nazzjonali. f l-industrija Dawn tal-g aming kienu huma ogħMADWAR 280 sforzi la minn impordawk ta’ KUMPANIJA tanti biex setturi TAL-GAMING inkomplu o ħ r a nsaħħu jn. Iżda F’MALTA r- r e p u t a apparti zzjoni u l-impjiel-kredibilità gi diretti, kemm tal-Awis-settur jiktorità u kif ukoll kontribwixxi tas-settur inġenerali. madwar €150 miljun f ’taxxa fl-ekonomija MaltiTa’ sikwit tisħqu li hemm ja fis-sena. Iktar minn hekk, bżonn iktar Maltin wieħed irid iżomm f ’moħħu jitħarrġu f ’dan il-qasam. li żewġ terzi mill-impjegaIn-numru limitat ta’ Maltin ti tal-gaming huma barrli għandhom il-kapaċitajiet anin. Dawn jgħixu Malta, rikjesti mill-industrija qed jikru l-appartamenti, tal-gaming qed jaħdem ta’ jixtru s-servizzi u jikkonsdeterrent għal ċerti maw prodotti Maltin, imorru kumpaniji li jkunu qed fir-restaurants u fil-bars, u ifittxu ġurisdizzjoni minn allura l-ispill over effect tiegħu fejn joperaw? huwa kbir u jaffettwalek setturi differenti. Hemm bżonn li jkun hemm iktar Maltin li jidħlu fis-settur għax hemm ħafna opportunitajiet, però, hija diffiċli li nħarrġu biżżejjed nies f ’dan il-qasam biex jieħdu l-postijiet tal-barranin kollha. Is-settur bilfors għandu bżonn il-barranin biex ikompli jikber b’mod sostenibbli. Iżda nixtiequ li l-viżibilità tax-xogħlijiet fil-gam- Il-futur ing tiżdied, biex it-tfal jibdew saħansitra minn Form tal-industija 3, meta jibdew jiddeċiedu x’karriera se jieħdu, jisimgħu huwa dwar l-opportunitajiet fl-in- promettenti dustrija. Forsi b’hekk nibdew naraw bidla mill-għażla irrispettivament tal-professjonijiet tradizzjon- mir-riżultat ta’ ali għal professjonijiet iktar iffukati fuq it-teknoloġija, Brexit l-informatika u l-marketing fost oħrajn.


06

09.04.2017

kullhadd.com

“GĦAL NOFS SIEGĦA KONT NAĦLI JUM” • PAZJENT LI KELLU L-KANĊER JITKELLEM DWAR PASS LI FFAĊILITALU ĦAJTU “Battikata li ta’ kull ħmistax trid titla’ l-isptar tal-kanċer jew qabel Boffa biex jitnaddaf ilport-a-cath. Skariġġ. Mhux dejjem stajt nitla’ bil-karozza tiegħi, għandek ġurnata barra kull ħmistax, għall-intervent li jdum nofs siegħa kollox. Issa qed ninqeda fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Bormla, ħames minuti bogħod għalija.” Dan kien il-kumment ta’ pazjent li għadda mill-marda talkanċer iżda li għad għandu l-port-a-cath, apparat viċin sidru li minnu kien jieħu t-terapija tal-kanċer. Saviour Vella jgħix Ħaż-Żabbar u li jmur Bormla għalih għamlet differenza kbira. Il-Ministru għas-Saħħa, Chris

Fearne spjega mal-gazzetta KullĦadd kif dan it-tindif tal-porth-a-cath, fil-pazjenti li m’għadhomx jieħdu l-kura, qigħed isir fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Birkirkara u Bormla, biċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat se jibda joffri wkoll dan is-servizz filġimgħat li ġejjin. Is-servizz fiċ-Ċentri tas-Saħħa qiegħed jiġi mogħti l-Ħdud permezz ta’ appuntament li jingħata bejn it-tmienja ta’ filgħodu u nofsinhar. Minn meta beda s-servizz f ’April tas-sena l-oħra fiċ-Ċentru ta’ B’Kara, in-numru ta’ manutenzjoni ta’ port-a-caths li saru ġewwa dan iċ-Ċentru huwa ta’ 309. Filwaqt li f ’Bormla minn Jannar ta’ din is-sena, in-numru ta’ manutenzjoni ta’ port-a-caths li saru minn Jannar sa Marzu huwa ta’ 43. “Fl-aħħar xhur grazzi għall-kollaborazzjoni bejn entitajiet differenti tas-saħħa wassal biex pazjenti bil-porth-a-cat jinqdew aħjar fil-komunità. Fil-komunità qegħdin jingħataw servizz dawk il-pazjenti li m’għadhomx jieħdu trattament tal-kanċer, filwaqt li dawk li jkunu fuq trattament għadhom jingħataw dan isservizz mill-Isptar tal-Onkoloġija minħabba li jista’ jkun hemm tibdil fit-trattament,” spjega l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne. Fis-sala tal-kura ta’ matul il-jum u l-klinika tat-teħid tad-demm għall-manutenzjoni tal-port-acath fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo jkun hemm madwar 65 każ fil-ġimgħa. Iżda biex nifhmu aħjar it-tbatija li kienu qegħdin jgħaddu minnha dawn il-pazjenti għandna nifhmu aħjar x’inhu l-port-acath u għal xiex jintuża. X’inhu l-port-a-cath? Il-port-a-cath huwa apparat impjantat għall-aċċess taddemm mill-vini li jiġi imdaħħal taħt il-ġilda fil-kaxxa tas-sider waqt operazzjoni, b’loppju ġenerali. Huwa rrakkomandat ħafna li pazjenti tal-onkoloġija jkollhom port-a-cath għax huma jirċievu kors ta’ trattament fuq medda ta’ xhur u b’hekk ikollhom bżonn aċċess venuż għal tul ta’ żmien. Billi l-pazjenti tal-onkoloġija jista’ jkollhom aċċess batut għall-vini, il-porta-cath joffri mezz ta’ aċċess fil-vini fit-tul mingħajr il-bżonn li l-pazjent jiġi mtaqqab spiss. Ilport-a-cath jippermetti li l-pazjent jirċievi mediċina parenterali bħall-kimoterapija, fluwidi u nutrizzjon, trasfużjonijiet ta’ prodotti tad-demm kif ukoll joffri

Fil-komunità qegħdin jingħataw servizz dawk il-pazjenti li m’għadhomx jieħdu trattament tal-kanċer

mezz faċli ta’ kif jittieħdu kampjuni tad-demm mingħajr il-bżonn li jittaqqab il-pazjent. Kif jintuża? Il-port-a-cath hu magħmul minn tubu flessibbli mdaħħal fil-ġisem (catheter) u riserva żgħira, b’septum magħmul mis-silikon li jista’ jiġi mtaqqab b’labra, ħafna drabi, qabel malport-a-cath ikollu bżonn jiġi sostitwit. Għalhekk dan jista’ jibqa’ impjantat għal numru ta’ snin. Qabel u wara li jkunu rċevew it-trattament indikat, l-aċċess talport-a-cath isir skond linji gwida stabbiliti. Kif issir il-manutenzjoni tal-port-a-cath waqt u wara t-trattament? Biex jiġi assigurat li ma jinstadx, il-port-a-cath jiġi perjodikament imlaħlaħ b’likwidu b’persentaġġ ta’ ħeparina. Din il-proċedura hi magħrufa bħala heparin lock. It-tlaħliħ tal-port-a-cath isir wara kull trattament jew proċedura. Meta ma jkunx qiegħed jiġi intużat, it-tlaħliħ ta’ manutenzjoni (flushing and maintenance) isir kull 15-il ġurnata għal kull pazjent bil-port-a-cath. Wara li l-kors tat-trattament ikun komplut, il-port-a-cath ikun irid jibqa’ jiġi mlaħlaħ; dan jista’ ma jitneħħiex għal xhur jew snin sa kemm ikun hemm bżonn.


07

09.04.2017

kullhadd.com

TAL-FISH FARMS NOFS TRIQ • MIN IĊĊAQLAQ U MIN GĦADU LE • JAPPLIKAW IL-MULTI JEKK MA JŻOMMUX MAL-FTEHIM Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Is-sidien tal-irziezet tal-ħut jinsabu tista’ tgħid nofs triq filproċess biex ikunu konformi mad-dikjarazzjoni li għamlu f ’Settembru li għadda dwar rilokazzjoni għal dik li tissejjaħ is-South East Aquaculture jew żona oħra approvata. Rilokazzjoni li trid issir sa Mejju ta’ din is-sena. Is-sajf li għadda kien wieħed li nissel rabja kbira fost il-pubbliku Malti fid-dawl li fdalijiet tal-għalf mill-irziezet tal-ħut niġġsu l-ibħra Maltin. L-awtoritajiet aġixxew billi ħadu azzjoni diretta u ħarxu l-liġijiet. Saħansitra l-Awtorità tal-Ippjanar irrevokat għaxar permessi lil dawk li ma kinux qed iżommu mal-kundizzjonijiet. Iżda, fost l-iktar meqjusa importanti kien hemm il-ftehim tad-19 ta’ Settembru 2016 fejn l-operaturi tal-irziezet tal-ħut iffirmaw dikjarazz- bru. Kien permezz ta’ dan iljonijiet dwar it-tneħħija tal- ftehim li sar l-impenn ukoll gaġeg illegali mis-siti rispettivi tar-rilokazzjoni. Mitluba tgħid fiex waslet tagħhom sal-aħħar ta’ Diċem-

din ir-rilokazzjoni, l-Awtorità qalet li “skont informazzjoni miġbura mill-Awtorità, Malta Mariculture Ltd u AJD Tuna

Ltd huma konformi mad-dikjarazzjoni. Fish and Fish Ltd battlu l-gaġeg illegali però dawn għadhom iridu jiġu rilo-

kati. MFF Ltd għadhom iridu jbattlu u jirrilokaw gaġġa waħda tat-tonn,” qalet l-Awtorità fi tweġiba li turi kif l-operaturi jinsabu tista’ tgħid nofs triq jew ftit aħjar. L-Awtorità għamlitha ċara li l-operaturi huma obbligati li jimxu mad-dikjarazzjonijiet li ffirmaw. “Iż-żewġ operaturi li għadhom mhux kompletament konformi mad-dikjarazzjoni huma soġġetti għal multi għal kull ġurnata, u multi amministrattivi skont avviżi maħruġa mill-Awtorità fl-14 ta’ Settembru 2016, liema avviżi huma wkoll soġġetti għall-appelli mill-operaturi rispettivi,” qalet l-Awtorità ftit qabel jibda staġun sajfi fejn il-pubbliku qed jittama li ma terġax tirrepeti s-sitwazzjoni tas-sena l-oħra. L-industrija tal-irziezet talħut għandha sehem importanti għall-ekonomija Maltija, iżda l-Gvern xorta waħda ħass li għandu jdaħħal tariffi ġodda u liġijiet iktar iebsin bil-għan li jinħoloq il-bilanċ bejn il-ħtieġa tal-ekonomija u tal-ambjent.


08

09.04.2017

kullhadd.com

IL-LISTA TINGĦAQAD U L-FIRDA TIKBER Il-konferma li l-kandidati ta’ dak li kien il-Partit Demokratiku se jkunu fuq l-istess lista tal-Partit Nazzjonalista b’mod li ż-żewġ partiti saru ħaġa waħda, nisslet diżgwid fil-grupp parlamentari Nazzjonalista u l-kandidati approvati tal-istess partit. Kandidati li qed jgħidu li għat-tieni darba l-Kap rema l-baħar ix-xogħol li setgħet għamlet il-Kummissjoni għall-għażla tal-kandidati. Kien hemm numru ta’ deputati u kandidati li fl-aħħar sigħat lissnu n-nuqqas ta’ qbil tagħhom ma’ din il-mossa internament. Għalkemm l-iktar li urtahom kien il-fatt li din id-deċiżjoni ttieħdet f ’paniku minn Simon Busuttil mingħajr lanqas biss ikkonsulta l-grupp parlamentari. Mossa li fi kliem membri tal-grupp parlamentari li lissnu n-nuqqas ta’ qbil tagħhom tista’ tkun interpretata bħala ammissjoni tal-Kap li

waħdu ma jistax jirbaħ l-elezzjoni ġenerali anke jekk ilu jgħid mod ieħor diversi xhur. Semmew ukoll kif Simon Busuttil jista’ jkun jerġa’ jidher bħala opportunist kif seħħ fil-każ ta’ Salvu Mallia. Kif

kien ikkonfermat ma’ din ilgazzetta stess b’Mallia nqabżu l-istrutturi kollha li jintużaw għall-approvazzjoni tal-kandidati. Sa issa d-diskors qed isir internament, iżda mkejjen sostnew li d-dwejjaq huwa

fl-istess livell ta’ meta ħafna tkellmu pubblikament kontra l-kandidatura ta’ Mallia. Kandidati urtati nnotaw kif wara li huma għaddew mill-Kummissjoni Kandidati u strutturi oħra tal-Partit Nazzjonalista, il-kandidati tal-oranġjo se jispiċċaw fil-lista l-blu mingħajr ma joqogħdu għall-ebda skrutinju. Skrutinju li tgħidx kemm ftaħar bih Simon Busuttil meta ħatar din il-Kummissjoni. Dakinhar li

fil-15 ta’ Ġunju 2013 ħatar il-Kummissjoni li fit-tmexxija tagħha għamel lil Joe Borg, eks Kummissarju Ewropew, Busuttil kien qal li l-importanza tal-Kummissjoni kienet dik li tagħżel il-kwalitajiet tal-kandidati. Iżda, Simon Busuttil mhux għalhekk biss qed ikun ikkritikat. Spiċċa taħt pressjoni minħabba l-fatt li l-Partit Nazzjonalista lanqas kien hu li ħabbar dan il-ftehim b’Marlene Farrugia toħroġ qablu tgħid x’inhu l-arranġament. U biex kompla jidher iktar dgħajjef Farrugia kitbet li fejn Simon Busuttil ma jafx, se jgħallmuh. Il-ftehim intlaqa’ wkoll bl-istqarrija tal-Partit Laburista li feraħ lill-Partit Nazzjonalista li għandu żewġ kapijiet. Fl-aħħar sigħat sar magħruf li arranġament simili, il-Partit Nazzjonalista ried jagħmlu wkoll mal-Alternattiva Demokratika. Iżda, l-uffiċjali tal-Alternattiva Demokratika żvelaw li m’aċċettawx għax l-arranġament li jrid il-Partit Nazzjonalista jispiċċa jibla’ lill-Alternattiva Demokratika.

IDENTIFIKATA Ż-ŻONA GĦALL-PIXXINA F’WIED IL-GĦAJN

Wara li saret analiżi dettaljata ta’ fejn tista’ ssir il-pixxina f ’Marsaskala, nhar is-Sibt tħabbret iż-żona li se tara ħolma ssir realtà. Iż-żona tinsab eżattament mal-promenade f ’parti magħrufa bħala Siberia. Hemm bosta raġunijiet għalfejn intgħażlet din iż-żona fosthom għaliex hija kennija u hemm ilqugħ f ’każ ta’ baħar qawwi, kif ukoll għaliex din il-parti tal-promenade hija l-aktar għolja. Dan ifisser li l-kumpless jista’ jsir kompletament moħbi taħt l-art. Kumpless li minbarra l-pixxina b’kobor ta’ 33 metru b’25 metru se jinkludi wkoll changing rooms u anke ristorant. Hemm il-

ħsieb li jkun hemm sistema li permezz tagħha l-pixxina tagħmel użu wkoll minn ilma tax-xita. Dan kollu qiegħed imniżżel fl-applikazzjoni li tressqet għand l-Awtorità tal-Ippjanar u li għad trid tkun approvata. Sadanittant Transport Malta għaddejja bil-preparamenti tagħha għal dan il-proġett u dan sabiex l-irmiġġi tad-dgħajjes li se jkunu affettwati mill-proġett se jkun organizzati u rrilokati f ’postijiet oħra fil-bajja. Issa li hemm iż-żona identifikata, għall-klabb tal-isports akwatiku f ’Marsaskala jfisser li l-klabb mhux ser jibqa’ limitat fl-aspirazzjonijiet tiegħu u jara li jilħaq il-livell mixtieq.


09

09.04.2017

kullhadd.com

IL-METODU MHUX L-AMMONT LI JISPIKKA Kitba ta’ wieħed sikur iżda mingħajr ALEANDER BALZAN dubju hemm realtajiet li pajjiżna mhux eskluż minnhom. Il-qtil li kellna fl-aħħar snin Ir-rapport juri kif kien hemm spikka l-iktar mhux għax kien 17,298 rapport. Żieda minif ’rati ikbar minn ta’ snin oħra, ma ta’ 160 każ kriminali rrapiżda għax il-metodu li ntuża portat fuq is-sena ta’ qabel li kien wieħed li jispikka. Din f ’persentaġġ huwa ta’ 0.9%. il-konklużjoni ta’ rapport dwar Dan huwa tnaqqis meta mqabil-kriminalità f ’pajjiżna s-sena li bel mal-medja ta’ 3% li kienu għaddiet li janalizza fid-dettall qed jiżdiedu kull sena. “Għal darb’oħra ż-żieda kienet asix-xejriet kriminali f ’pajjiżna. minn fenomenu “Filwaqt li l-omiċidji li ġraw sorbita ħadu preċedenza fil-midja, wieħed fil-kategorija tas-serq. dan ma kienx ibbażat fuq il- Fenomenu li kiber b’ħames volum, iżda fuq il-metodu għax darbiet mill-2009 u b’21% in-numri kienu inqas mill-med- mill-2015,” jgħid ir-rapport ja f ’dawn l-aħħar għaxar snin. dwar reat li dwaru kien hemm Il-metodu tal-isplużjonijiet 2,447 rapport. It-tieni reat l-iktar irapportat wassal għal tħassib u sejħa ikbar biex ikun hemm mitigazz- kien dak tal-vjolenza domestika li reġgħet żdiedet b’7%. Xi joni,” jgħid ir-rapport. Meta għamel il-preżentazz- ħaġa li tista’ tkun attribwita jonijiet tiegħu, il-kriminologu anke għall-fatt li din hi xi ħaġa li kitbu, il-Professur Saviour li dwarha qed titqajjem iktar Formosa, qal li pajjiżna jibqa’ kuxjenza.

Mitlub jikkumenta dwar dan ir-rapport il-Ministru għall-Intern qal: “Is-sigurtà nazzjonali hija prijorità tant li l-investiment fil-Forzi Armati f ’tagħmir tal-aħħar teknoloġija tela’ għal €75 miljun f ’dawn l-erba’ snin. Avvanz militari rekord li ra l-wasla ta’ tliet helicopters b’night vision għas-sorveljanza tal-fruntieri Maltin mill-ajru. Fl-iskwadra Marittima, inbniet faċilità moderna għal titjib f ’operazzjonijiet ta’ salvataġġ filwaqt li s-sigurtà tal-art issaħħet b’19-il vettura militari. Is-sigurtà interna ngħatat spinta b’investimenti fil-Korp tal-Pulizija. Sar ix-xiri ta’ 40 karozza ġdida għal iżjed rondi għal ħarsien tal-komunità u sistemi ta’ intelliġenza li jsaħħu l-id tal-investigaturi. It-tisħiħ fir-riżorsa umana ukoll għen, fejn fl-aħħar erba’ snin saru reklutaġġi fl-erba’ Korpi Dixxiplinati f ’daqqa ta’ madwar 1,000 persuna. B’hekk in-numru ta’ pulizija stazzjonati fid-distretti jlaħħaq l-1,000 persuna u l-Protezzjoni Ċivili għandha 170 membru għall-assistenza iżjed effiċjenti f ’sejħiet ta’ emerġenza. Grazzi għall-opportunitajiet fit-taħriġ kontinwu kemm Malta bit-twaqqif tal-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati u barra ’l pajjiż f ’materja speċjalizzata, il-membri qed jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa biex joffru servizz ta’ sigurtà aħjar liċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż u lil dawk li jżuruna.”

FIĊ-ĊELLA Il-persuni l-ħabs irreġistraw tnaqqis konsistenti mill-2012 meta dakinhar inqabeż l-ammont ta’ 600 resident. Però minkejja dan, ir-rapport xorta waħda jinnota li l-ħabs huwa mimli b’numru għoli ta’ residenti. F’Diċembru tal-2016 kien hemm 553 resident fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Minnhom 516 kienu rġiel u 37 kienu nisa. Dan hu inqas mir-rekord ta’ April 2014 meta kien hemm 645 resident li minnhom 607 kienu rġiel u 38 kienu nisa.

META? Il-perjodu bejn April u Awwissu baqa’ l-iktar wieħed li matulu jkunu rrapportati każi kriminali, bi tnaqqis ikun innotat bejn Diċembru u Jannar. Is-Sibt, segwit mill-Ħadd baqa’ l-iktar jum li jiġbed inċidenti għal tliet snin wara xulxin. L-iktar li jiġru offiżi hu bejn l-għaxra u s-sagħtejn ta’ waranofsinhar u s-sitta ta’ filgħaxija.

NUMRI MIR-RAPPORT LI JIĠBDU L-GĦAJN Is-serq jagħmel 51% tal-offiżi kollha rrapportati lill-pulizija, minn dawn il-pickpocketing jagħmel 14%, żieda ta’ 2% fuq issena ta’ qabel li kienet diġà rekord.

Il-frodi esperjenza żieda ta’ 6% fuq is-sena ta’ qabel. Żieda konsistenti li qed tkun irreġistrata ta’ kull sena.

Każi ta’ bodily harm niżlu għal 901 fl2016, li tfisser tnaqqis ta’ 3% fuq issena ta’ qabel. Però din xorta tibqa’ rata ta’ 2.5 każi kull ġurnata.

Ir-reati kriminali marbuta mal-kompjuter niżlu bi 23% mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Il-vjolenza domestika kompliet tiżdied biex laħqet l-1,272 każ fl-2016. Bejn l-2008 u l-2016 kien hemm żieda ta’ 450 rapport fin-numru ta’ rapporti. Żieda ta’ 183%.

Theddid u vjolenza pubblika naqsu bi 11% is-sena li għaddiet, anke jekk mill-2008 dejjem żdiedu sena wara sena.

L-offiżi sesswali naqsu b’10% fuq issena ta’ qabel.

Is-serq mir-residenzi żdiedu bi 12% meta mqabbel mal-2015 fejn kienu rrapportati 552 każ.

Il-vjolenza domestika pubbliċi żdiedet b’5%.

fuq

uffiċjali


10

09.04.2017

kullhadd.com

MIJIET TA’ MILJUNI GĦALL-ĦAJJA TAN-NIES • ŻIDIET FL-ISPIŻA RIKORRENTI MAĦSUBA BĦALA WENS • IL-MISTOQSIJA HI: X’SE JAQTA' L-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI? Kitba ta' ALEANDER BALZAN Mijiet ta’ miljuni ta’ ewro f ’dik li hi spiża rikorrenti, meta wieħed iqabbel l-2012 u l-2016, kienu investiti fi proġetti soċjali u nefqiet f ’setturi kruċjali għall-kwalità tal-ħajja tan-nies. Fuq quddiem nett is-saħħa u l-edukazzjoni. Żdiedet ukoll b’mod sostanzjali l-ispiża fi programmi soċjali, għalkemm dan f ’oqsma maħsuba u magħżula b’reqqa. Fil-fatt, fl-istess waqt naqsu n-nies dipendenti fuq benefiċċji bħal tal-qgħad għax iktar persuni daħlu fid-dinja tax-xogħol. Stħarriġ li għamlet il-gazzetta KullĦadd juri li l-benefiċċji soċjali fl-2012 kienu jlaħħqu €783 miljun u llum huma €1,057 miljun. Din iż-żieda fl-ispiża fuq protezzjoni soċjali ta' €274 miljun, bħala parti min-nefqa rikorrenti, qed tkun ikkritikata bl-aħrax mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Fost l-oħrajn fl-aħħar sentejn din iż-żieda ġejja minn miżuri bħall-in-work benefit u t-tapering ta' beneficcji socjali (+ €11miljun fis-sena) u żieda fir-rata ta' pensjonijiet minimi u tar-romol (+€20 miljun fis-sena). Hemm miżuri oħra li żiedu n-nefqa rikorrenti. Fosthom dik taċ-child care li fuqha jintefqu iktar minn €12-il miljun fis-sena u minnha jgawdu iktar minn 6,000 familja. Hemm ukoll iż-żieda fl-ispiża rikorrenti fil-kura u assistenza lill-anzjani. Fost l-oħrajn il-miżura li permezz tagħha tkun issussidjat l-ispiża ta' live-in carer. Hawn il-Gvern qed jonfoq mal-miljun ewro fis-sena. Fuq kollox l-ikbar żidiet flispiża rikorrenti saru fuq żewġ oqsma importanti ferm; issaħħa u l-edukazzjoni. Fl-2012, l-aħħar sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista l-ispiża talGvern fuq is-saħħa kienet ta’ €330 miljun. Is-sena li għaddiet din telgħet b’€171 miljun għal €501 miljun. Dan billi żdiedu s-servizzi, is-swali f ’Mater Dei, l-inizjattiva fil-komunità u ssolviet il-problema tal-mediċini out of stock. Żdiedu wkoll ħaddiema bħal infermiera u professjonisti mediċi f ’ammonti mingħajr preċedent. Anke fejn tidħol l-edukazzjoni, fejn fost oħrajn daħal il-programm tat-tablets għattfal tar-raba' sena u kienu impjegati iktar għalliema u LSAs żdiedet l-ispiża rikorrenti. Fl-

2012 kienu jintefqu €205 miljun u s-sena li għaddiet l-ispiża telgħet għal €445. Żieda ta’ €240 miljun f ’settur fejn żdiedu wkoll l-istipendji. Għaldaqstant il-mistoqsija meta Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista joħorġu jattakkaw l-ispiża rikorrenti hi liema minn dawn iż-żidiet meqjusa importanti se jkunu qed ineħħu jekk kemm-il darba jkunu eletti fil-Gvern. Sa issa nafu biss li l-pjan hu li jkeċċu ħaddiema mis-servizz pubbliku b’din id-dikjarazzjoni saret fid-dokument ta’ qabel il-baġit tal-Partit Nazzjonalista. F’Ottubru li għadda Simon Busuttil iddikjara dan għal iktar minn darba u dak miktub qalu bil-fomm. “Qegħdin ngħidu li nerġgħu lura għat-trend li kienet ilha tiswina tajjeb għal 25 sena sħaħ li n-numru ta’ nies fis-settur pubbliku jonqos,” qal Busuttil. Meta qal dan ma kienx qed jirreferi għall-ħaddiema li tant jikkritika għax jaħdmu f ’position of trust u huma ftit mijiet. “Dan apparti l-mijiet ta’ ħaddi-

Spiża Rikorrenti

2016 (Imqabbel mal-2012)

Child Care

+€12 Miljun

In-work/ Tapering

+€11Miljun

Pensjonijiet

+€20 Miljun

Live In Carer

+€1 Miljun

Saħħa

+ €171 Miljun

Edukazzjoni

+ € 240 Miljun

Ħarsien Soċjali

+ €274 Miljun L-in-work benefit, it-tapering u l-pensjonijiet jaqgħu wkoll fi spiża tal-ħarsien soċjali

ema f ’position of trust,” kien qal Busuttil f ’Ottubru tas-sena li għaddiet f ’dikjarazzjoni ċara li l-ħaddiema se jneħħihom minn setturi oħra tas-servizz pubbliku. Intant, minkejja li pajjiżna żied b’mod qawwi l-ispiża rikorrenti f ’oqsma kruċjali biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies, xor-

ta waħda kien eliminat id-defiċit u pajjiżna rreġistra surplus għall-ewwel darba f ’35 sena. U dan fl-istess ħin li żamm għolja wkoll l-ispiża kapitali li s-sena li għaddiet kienet fl-istess ilma tal-2012, wara li fl-2014 u fl2015 telgħet f ’livelli rekord li f ’deċennji qatt ma esperjenzajna bħalhom.


11

09.04.2017

kullhadd.com

BUSUTTIL IŻOLAT FL-ATTAKK • L-INDIPENDENZA TAL-KUMMISSJONI ELETTORALI B’KONFERMA TAL-GRECO Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Il-GRECO, il-grupp ta’ pajjiżi kontra l-korruzzjoni fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa, ikkonferma li għalih m’hemm ebda kwistjoni bl-indipendenza tal-Kummissjoni Elettorali. Din il-Kummissjoni hi l-entità li għandha r-responsabbiltà tara li l-liġi tal-finanzjament tal-partiti tkun implimentata u osservata. Iżda, anke jekk il-liġi mfassla mill-Gvern kisbet l-approvazzjoni tal-Parlament, issa li l-Partit Nazzjonalista nqabad fl-iskandlu Pagi PN ma jridx jaċċetta li jkun investigat u ħareġ jattakka l-imparzjalità u l-mod kif taħdem il-Kummissjoni Elettorali. Mistoqsi mill-gazzetta KullĦadd kelliem għall-GRECO, l-organizzazzjoni fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa li kienet ilha tiġri wara Malta snin biex iddaħħal liġi tal-finanzjament tal-partiti, qal li l-GRECO qatt ma esprimiet preferenza dwar min kellu jagħmel il-moniteraġġ tal-liġi. “Però, dejjem kellna l-ħsieb li kull entità ta’ superviżjoni jkollha livell xieraq ta’ indipendenza u tingħata r-riżorsi meħtieġa biex twettaq ħidmietha,” qalet il-GRECO li żiedet tinnota l-indipendenza tal-Kummissjoni. “Fir-rapporti li segwew, il-GRECO qatt ma kkontes-

tat l-indipendenza tal-Kummissjoni Elettorali,” qal ilkelliem tal-GRECO. Dan ifisser li organizzazzjonijiet internazzjonali qed jieħdu attitudni differenti ħafna mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista li ħareġ jgħid li ma jafdax il-Kummissjoni Elettorali u saħansitra l-membri tiegħu fuqha kitbu lill-President tar-Repubblika. Il-Kummissjoni Elettorali hija maħtura mill-President tar-Repubblika wara parir tal-Prim Ministru li jkun ikkonsulta mal-Kap tal-Oppożizzjoni. Il-GRECO żiedet tgħid malKullĦadd li bil-liġi tal-finanzjament tal-partiti, Malta għamlet qabża ’l quddiem. “Inħoloq qafas regolatorju għal trasprenza li ma kinetx teżisti,” qalu l-GRECO fi tweġibijiet tagħhom. Anke jekk il-GRECO għażlet li ma tidħolx f ’każi speċifiċi, dawn huma dettalji li huma tajjeb li

wieħed iżomm f ’moħħu meta janalizza dak li għamel il-Partit Nazzjonalista. Il-GRECO jinnotaw kif illiġi tpoġġi obbligu fuq il-partiti politiċi biex donazzjonijiet ta’ iktar minn 50 ewro jsiru fir-rendikont finanzjarju u l-Kummissjoni Elettorali tista’ titlob biex tkun taf is-sors tad-donazzjoni. Biża’ kbir minn Simon Busuttil L-iskandlu Pagi PN, fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni ħoloq skema li permezz tagħha negozjanti jħallsu uffiċjali għolja tal-Partit Nazzjonalista issa ilu li ħareġ fil-beraħ iktar minn xahar. Il-Ħadd 5 ta’ Marzu uffiċjali tal-grupp db kienu kkonfermaw li kienu qed jgħaddu eluf ta’ ewro biex titħallas is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Rosette Thake u l-Kap Eżekuttiv, Brian St John. Dakinhar Simon

Però, dejjem kellna l-ħsieb li kull entità ta’ superviżjoni jkollha livell xieraq ta’ indipendenza u tingħata r-riżorsi meħtieġa biex twettaq ħidmietha Busuttil kien irritalja billi qal li se jħallas lura l-flus “maħmuġin.” Iżda, eventwalment żamm kollox anke għax l-ammonti huma fenomenali. Din il-gazzetta kienet żvelat li jaqbżu n-nofs

miljun ewro u sorsi oħra kkonfermaw li saħansitra jlaħħqu s-sitt mitt elf ewro. Biex taparsi jkollu xi ħaġa x’juri l-Partit Nazzjonalista kien qed iħaddem skema ta’ invoices foloz li sal-lum irrifjuta li jippubblika. Invoices li kienu qed joħorġu fuq kumpaniji li m’għandhom bżonn ebda reklami għax ma joffrux servizz lill-pubbliku ġenerali. Wieħed kien jistenna li dawn l-invoices, sal-lum miżmuma sigrieta, ikunu investigati mill-investigazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali, li kif kien imħabbar fi stqarrija kienet se taħtar bord ta’ nies kompetenti biex jgħinuha u saħansitra jmexxu l-investigazzjoni. Fil-fatt, kien fis-16 ta’ Marzu li l-Kummissjoni Elettorali ħabbret li ħatret Bord Investigattiv biex jinvestiga “l-każijiet kollha li għandha quddiemha dwar allegati ksur tal-liġi tal-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi.” Il-Kummissjoni qalet li l-kompożizzjoni tal-Bord kienet tkun imħabbra meta l-persuni jiġu appuntanti. Arranġament li Simon Busuttil għall-bidu beda jgħid li ma kellux problema bih tant li kull meta mistoqsi dwar il-każ prova jipposponi t-tweġiba billi jgħid li hemm l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali. Iżda, mal-mument li l-Kummissjoni Elettorali kienet se taħtar il-bord bil-għan li tibda l-investigazzjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni fetaħ attakk fuq il-Kummissjoni Elettorali bil-għan li l-investigazzjoni ma tkunx tista’ tibda.


12

09.04.2017

kullhadd.com

MAĦTUR CHAIRMAN TAL-AWTORIT̀À TAX-XANDIR George Mifsud inħatar chairperson tal-Awtorità taxXandir skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta. Dan għandu jiġi maħtur mill-President fuq il-parir talPrim Ministru wara li kkonsulta lill-Kap tal-Oppożizzjoni.

George Mifsud għandu esperjenza kbira fil-qasam talkomunikazzjoni billi waqqaf kumpanija tal-Marketing MPS – Marketing and Communications fl-1975. Mill-2011 huwa sar chairman

mhux eżekuttiv fl-istess kumpanija. Mill-2007 sal-2013 huwa kien Ambaxxatur Plenipotenzjarju tar-Repubblika tal-Bulgarija. Filwaqt li bejn l-1999 u l-2004 serva wkoll bħala direttur fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel. Il-Prim Ministru rringrazzja lil Tanya Borg Cardona li serviet bħala Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir minn Jannar 2016. Il-Partit Nazzjonalista oġġezzjona għall-ħatra ta’ Mifsud fejn qal li l-Prim Ministru jrid li l-awtoritajiet iservu lilu u mhux in-nies. Qal ukoll li Mifsud għandu kunflitt ta’ interess minħabba l-irwol tiegħu fl-MPS. Il-Gvern wieġeb billi qal Mifsud m’għandux kariga eżekuttiva filkumpanija privata tiegħu. “It-tieni nett, il-Kap talOppożizzjoni nnomina membru li jservi fil-Bord tal-Awtorità taxXandir, Chris Scicluna, li wkoll jaħdem f ’dan il-qasam b’mod dirett u f ’karigi eżekuttivi,” qal il-Gvern. Il-Gvern żied li l-persuna li nnominat il-Kap talOppożizzjoni minflok is-Sur Mifsud kienet is-Sur Anthony Tabone li serva bħala Chairman tal-Bord mill-2011 u reġa’ nżamm fil-kariga anke taħt din l-amministrazzjoni. “Is-Sur Tabone, li wettaq dmirijietu f ’din il-kariga bl-iktar mod rispettabbli, ukoll kellu rwol ewlieni f ’kumpanija li wkoll kellha relazzjonijiet kummerċjali bħala klijent ewlieni tal-PBS,” qal il-Gvern.



14

09.04.2017

kullhadd.com

IS-SURMAST TAL-ISTILE GEORGE MICALLEF Isem sinonimu fil-qasam tal-isport lokali speċjalment fil-ġurnaliżmu sportiv, iżda wkoll għax għal dawn l-aħħar ħames snin ilu jokkupa l-kariga ta’ Kap tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport li tinsab f’Pembroke u li tant taħdem biex tippromwovi l-edukazzjoni u l-isport bħala għodda kumplimentari għal xulxin. Skola li hi l-aspirazzjoni ta’ ħafna u li tkun fuq fomm diversi persuni speċjalment ġenituri li jaspiraw li wliedhom ikunu membri tagħha.

Nafuk fil-qasam sportiv b’mod partikolari fil-ġurnaliżmu. Però xtaqt niffoka fuq l-iwrol tiegħek illum. Kif wasalt biex illum int il-Kap tal-Iskola tal-Isport?

Għamilt 15-il sena ngħallem l-edukazzjoni fiżika filLiċeo Vassalli sakemm fl-2006 sirt assistent kap ta’ skola l-kulleġġ ta’ San Benedittu. Għamilt sena oħra assistent kap fl-iskola fejn jien kont ngħallem qabel u erġajt qanqalt memorji sbieħ. Wara ngħatajt il-kariga ġdida biex nieħu ħsieb l-Iskola tal-Isport. Sal-lum għadni mmexxi din l-iskola. Bdejna Ħal Kirkop u wara, fl-2014, iċċaqlaqna u ġejna Pembroke. L-Iskola Nazzjonali tal-Isport bdiet fl-2012. Bdejna bi grupp żgħir ħafna ta’ studenti, li llum waslu biex jispiċċaw għax qegħdin fil-ħames sena. Għalija se tkun għafsa ta’ qalb li jitilqu għaliex wara mhux se jkunu taħt il-ħarsien tagħna peress li jmorru fi skejjel postsekondarji. Bdejna bi 38 student u studenta, taħlita ta’ bniet u subien flimkien.

Min jibqa’ barra bilfors se jħoss diżappunt u nifhimhom il-ġenituri li jkollhom lit-tifel jew lit-tifla tagħhom barra mis-selezzjoni finali. Però rridu nifhmu wkoll li għandek 150 student li qegħdin japplikaw u minnhom iridu jintgħażlu 40 biss

Taqbel ma’ dan il-kunċett? Naqbel miegħu ħafna. Dejjem qbilt mal-kunċett tal-koedukazzjoni, però dejjem sostnejt li l-iskejjel ikunu żgħar u mhux kbar. Sakemm ikollok kontroll assolut tal-istudenti, il-kunċett tal-koedukazzjoni għandu aktar vantaġġi. Però kif skola tkun akbar minn 300 student, il-kontroll fuq l-istudenti jibda jintilef. Fejn tidħol l-iskola tagħna, il-biżgħat ingħelbu u t-tfal tgħallmu jibżgħu ħafna għal xulxin u jaħdmu f ’ambjent ta’ rispett kbir bejniethom, bniet u subien. Pereżempju għandna bniet li jaħdmu ma’ subien anki fil-futbol, u din hija ta’ vantaġġ għalihom. Għandna grupp bniet ta’ sitt studenti li huma fit-tim nazzjonali ta’ Malta u li dawn jittrenjaw mas-subien fejn jistqarru li huwa ta’ benefiċċju kbir għalihom. Ħafna ġenituri tismagħhom jgħidu li t-tfal aħjar ma jiffukawx fuq l-isport għax m’hemmx karriera minnu. Intom jirnexxilkom tamalgamaw l-iskola mal-isport. Kif tinħadem il-biċċa? Tagħtu importanza lil waħda fuq l-oħra? Le, nagħtuhom importanza t-tnejn li huma. Meta titkellem fuq karriera doppja, huwa importanti ħafna l-kunċett tal-bilanċ u l-flessibilità. Il-bilanċ mhuwiex li taqsam l-enerġija tiegħek fuq 50% sport u 50% edukazzjoni, imma l-bilanċ hu li jkun hemm żmien fis-sena fejn l-aspett akkademiku jingħata aktar importanza. Però se jkollok żmien fis-sena fejn ikollok kompetizzjonijiet għaddejjin fejn il-parti akkadamemika tingħata inqas importanza mill-parti sportiva. Fil-preżent għandna lill-atleta Sarah Xuereb li hi ċ-champion nazzjonali attwali fit-Ten-Pin bowling. Rebħet lil Sue Abela li din tal-aħħar kienet l-isportiva tas-sena għal diversi drabi. Sarah saret champion nazzjonali fl-età ta’ 14-il sena. Preżentament qed tieħu sehem fil-Logħob tal-Mediterran tat-Ten-pin bowling. Għadha kif ġejja mill-kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar fejn rebħet il-midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni tal-ladies singles. Ikkonfermat il-kobor tagħha mhux lokalment biss imma anki b’mod internazzjonali. Ikkompetiet fil-European Championship ma’ atleti adulti li huma l-aħjar fl-isport tagħha. Irnexxielha tikklassifika fil-11-il post minn 36 atleta. Dan għalija hu riżultat tajjeb ħafna meta tqis l-età li għandha u li kienet l-ewwel darba. Sarah għandha numru ta’ kompetizzjonijiet li ħabtulha verament viċin xulxin. Fi ftit żmien ieħor sejra l-Finlandja wkoll. Inzertat qiegħda fil-ħames sena, bl-eżamijiet taċĊES qegħdin

wara l-bieb, imma ċ-ċirkustanzi f ’dan iż-żmien talbu li l-isport jieħu aktar importanza fuq il-lat akkademiku. Ma jfissirx li abbandunat l-aspett akkademiku għax waqt li qiegħda hemmhekk ħadet ukoll il-kotba biex fil-ħin liberu li jkollha tkun tista’ tistudja wkoll. Il-kunċett tal-bilanċ mela ma jfissirx li tkun 50%-50% imma jiddependi l-fażi li tkun għaddej minnha. Ġieli jaf ikun 80%-20% favur l-isport, u ġieli jaf ikun 80%-20% favur il-lat edukattiv. U l-għalliema kemm huma flessibbli? L-għawwiema li qegħdin fit-tim nazzjonali jagħmlu sagrifiċċju u fil-5:30 ta’ filgħodu jmorru jgħumu, b’konsegwenza li jispiċċaw jitilfu l-ewwel lezzjoni. Però din aħna ma nikkundannawhiex u grazzi għat-tim formidabbli ta’ għalliema li għandna, mhux l-ewwel darba li jagħmlu lezzjonijiet ma’ dawn l-istudenti biex iġibu dak li jkunu tilfu. Però hemm il-ħsieb li tagħmlu wkoll pixxina fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport ukoll biex tevitaw dan. Però xorta jkollna problema għax huma, peress li jittrenjaw mat-tim nazzjonali, jittrenjaw fil-pixxina Tal-Qroqq, u huma jispiċċaw it-taħriġ tagħhom fit-8.15am. Dan ifisser li xorta jkunu tilfuha l-ewwel lezzjoni. Saru ħafna sagrifiċċji kbar mill-Gvern u mill-Ministeru tal-Edukazzjoni għax aħna, bħal kull skola oħra, naqgħu taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni. Rajna ħafna impenn mill-Ministru tal-Edukazzjoni, l-Onorevoli Evarist Bartolo, u ħafna nies fid-direttorat tal-edukazzjoni li jifhmu l-kunċett ta’ dual carrier u li hi skola speċjalizzata bil-bżonnijiet partikolari tagħha. Din l-idea rnexxiet, tant li hi simili bħal tagħna imma hija ffukata fuq performing arts. Kemm tatuha importanza l-edukazzjoni inklussiva? Ann Marie Bugeja hija l-każ klassiku tal-inklussività fl-Iskola tal-Isport. Hija ġinnasta u tittrenja regolarment mal-ġinnasti l-oħra. Hija rebbieħa ta’ premju fi Sport Malta Awards ftit tal-ġimgħat ilu. L-inklużjoni ma tfissirx biss l-istudenti tal-Ispecial Olympics imma għandna studenti li jkollhom ċertu bżonnijiet jew attenzjoni partikolari bħalma jinsabu fi skejjel oħra. Jeżistu l-LSA’s li jagħtu attenzjoni speċifika. L-istudenti jitgħallmu s-suġġetti bħalma jitgħallmu fi skejjel oħra. Il-ġurnata skolastika hi l-istess bħal ta’ skejjel oħra? Il-ġurnata hi naqra itwal. Fil-fatt hi għoxrin minuta aktar. Nibdew fis-7:30 ta’ filgħodu bl-assembly u fit-7:45am nibdew bl-ewwel lezzjoni. Nibqgħu sejrin sas-2:20pm. Ikollna tmien lezzjonijiet kuljum. Ikollna dak li nsejħulu cushion time fejn dik l-20 minuta tingħata lil xi lezzjoni partikolari jew tingħata lill-istudent biex ikun jista’ jasal minn faċilità għal oħra li tkun kemxejn imbiegħda. B’kol-


15

09.04.2017

kullhadd.com

EL TAL-LUM U T’GĦADA lox għandna 16-il dixxiplina sportiva. Dan ifisser ħafna u ħafna xogħol fejn wieħed irid jaħdem ma’ diversi kowċis li jiġu hawn biex iħarrġu lill-istudenti fid-dixxiplini sportivi tagħhom. Hemm xogħol mal-assoċjazzjonijiet differenti u kordinazzjoni fejn jidħlu faċilitatiet sportivi. Donnu għandek biċċa xogħol ikbar minn skejjel oħra? Ix-xogħol fi skola tal-isport huwa akbar minn skola normali. Trid tindokra biex iżżomm livelli għoljin fil-lat akkademiku, imma hemm ħafna u ħafna xogħol li jsir fil-parti sportiva. Hemm ħidma ma’ 40 kowċ differenti u mad-diversi għalliema fil-lat akkademiku. Għandna wkoll support staff li hu importanti ħafna. Għandna l-unika psikologa tal-isport f ’Malta Adele Muscat, fiżjoterapista Cedric Sciberras, tliet nutritionists, podiatrist, guidance team, counsellors. Noffru ħafna sapport. L-għalliema magħżula biex jgħallmu hawn irid ikollhom sfond sportiv? Le, sibna numru sabiħ ta’ għalliema meta ċċaqlaqna millKulleġġ San Benedittu Ħal Kirkop, għal Pembroke. Filpreżent imma m’hemm l-ebda kundizzjoni li jrid ikollok sfond sportiv biex tidħol magħna. Però nemmen li tgħin biex int tħossok aktar parti minn din il-mentalità sportiva. Madanakollu, kellna għalliema li ma kellhomx sfond sportiv u jifhmu ħafna l-ħtiġijiet tal-istudenti. M’ilux kellna sessjoni ta’ taħriġ għall-għalliema fejn ġibna lil Dr. Dawn Aquilina li speċjalizzat fuq il-karriera doppja. B’hekk stajna nifhmu aħjar l-isfidi u l-benefiċċji li tinvolvi t-triq tal-karriera doppja. Nisħqu fuqha wkoll ma’ ħafna ġenituri, kemm dawk li jkunu magħna u kif ukoll ma’ dawk prospettivi. Xi ħaġa oħra wkoll li kienet pjuttost sorpriża kienet li qed ikollna applikazzjonijiet ta’ tfal li ġejjin minn skejjel indipendenti u minn skejjel tal-Knisja. Aħna xorta nibqgħu naqgħu mal-iskejjel tal-Istat u dan ifisser li l-ġenituri hemm barra qed jifhmu l-kunċett li l-isport mhux se jxekkel l-iżvilupp akkademiku. Sa 15-il sena ilu, l-għajta li l-isport ifixkel lill-istudent kienet qawwija ħafna. Illum bil-maqlub. L-isport jgħin ħafna fl-iżvilupp ħolistiku tal-istudent u ftit ftit qed tinbidel il-mentalità u anki l-ġenituri din qegħdin jifhmuha aktar. Kif isir il-proċess ta’ selezzjoni f ’din l-iskola? Nisma’ ġenituri li jgergru bil-bosta għax it-tfal tagħhom ma jkunux intgħażlu biex ikunu studenti f ’din l-iskola... Min jibqa’ barra bilfors se jħoss diżappunt u nifhimhom il-ġenituri li jkollhom lit-tifel jew lit-tifla tagħhom barra mis-selezzjoni finali. Però rridu nifhmu wkoll li għandek 150 student li qegħdin japplikaw u minnhom iridu jintgħażlu 40 biss. Xi ħadd bilfors se jibqa’ barra, anzi aktar minn nofs se jibqgħu barra. Dejjem se jkollok min se jibqa’ diżappuntat, u l-fatt li jkunu diżappuntati lili jurini kemm verament l-iskola hija tajba għax hawn għatx kbir biex jingħaqdu magħna. Però ma nistax nifhem kif l-ewwel jagħtuna ħafna kumplimenti u kif it-tifel jew it-tifla ma jintgħażlux, jibdew l-attakki u jibda jintefa’ l-ħmieġ.

Huwa importantissimu li ma nagħmlux l-iżball li niffokaw biss fuq l-isport għax anki jekk tirnexxi fil-karriera sportiva tiegħek, ma tistax tgħix mill-isport wara li int tirtira

Tajjeb li ngħidu li l-iskola, ftit li xejn għandha sehem filproċess selettiv. Kif jafu tajjeb il-ġenituri, li ċert li jintqalilhom dan id-diskors fil-laqgħat tal-bidu, hemm 60% tal-piż tal-għażla li jkun fuq l-assessjar sportiv illi jagħmlu l-assoċjazzjonijiet. L-iskola ma tagħmel xejn minn dan. L-iskola tilqa’ biss l-applikazzjonijiet, tiġborhom, tgħaddi d-dettalji lill-assoċjazzjonijiet tal-isport, u mbagħad din l-assoċjazzjoni torganizza l-assessjar sportiv mill-kowċis rispettivi tagħhom. L-iskola taħtar persuna indipendenti biex tagħmel moniteraġġ għal din l-għażla ħalli tassigura li hemm kollox trasparenti u ġust. Fl-aħħar, kif ikun tlesta l-assessjar sportiv, l-iskola tirċievi r-riżultati. Mela kemm jingħata piż l-aspett akkademiku?

30% tal-piż tal-għażla huwa bbażat fuq il-parti akkademika. Dawn jittieħdu skont ir-riżultati li l-istudenti ġabu fl-eżamijiet tal-Benchmark. Kulħadd jagħmel l-istess eżamijiet (għall-Malti, għall-Ingliż u għall-Matematika). Aħna mbagħad nirċievu r-riżultati tagħhom u nkunu nistgħu ngħodduhom mas-60% l-oħra li kif għedna jkunu jistgħu jakkwistawhom mill-assessjar sportiv. L-10% l-oħra jingħataw fl-interview. Però, in-numru, minn 150 ikun diġà niżel għal madwar 50, u li minnhom iridu jintgħażlu bejn 36 u 40 student. Min ikun fil-bord tal-interview? Naturalment hemm bord selettiv maħtur mill-Ministeru tal-Edukazzjoni għal dan il-proċess tal-interviews. Jien inħobb ngħid li huma t-tfal stess li ser jgħinu lilhom infushom biex jintgħażlu. Jekk għandek student/atleta li għandu talent qawwi fid-dixxiplina tiegħu, diġà għandu potenzjal qawwi li jintgħażel. Jekk imbagħad għandek ukoll livell akkademiku sodisfaċenti, mela dak ifisser li għandek ċans tajjeb li tingħażel. Mhuwiex il-każ li fl-iskola tal-isport trid tkun bilfors żiemel fl-iskola biex tintgħażel, imma li jkollok abbiltà medja huwa biżżejjed. Però xorta huwa importanti li jkollok tal-anqas livell sodisfaċenti. Iżda għaliex? Mela l-isport bl-akkademja tirnexxi fih? Ir-raġuni għal dan hi li jekk nieħdu pereżempju xi suġġett bħall-Istorja, l-istudenti tagħna, pereżempju, ikollhom lezzjoni waħda fil-ġimgħa flok tnejn, imma s-sillabu jkopruh bl-istess mod bħall-istudenti fi skejjel oħra. Allura jridu jkunu kapaċi jmexxu waħedhom u student li m’għandux livell sodisfaċenti, se jsibha diffiċli aktar ilaħħaq ma’ dan il-pass. Barra minn hekk, il-ħin tagħhom huwa ħafna aktar limitat minn ta’ studenti oħrajn għax wara l-iskola jridu jkomplu jitħarrġu sew fid-dixxiplina sportiva tagħhom. Allura dan jitlob ħafna aktar sagrifiċċju min-naħa tat-tfal. Ħa nagħti eżempju mill-futbol li huwa l-aktar sport li nirċievu applikazzjonijiet fih. Għandna studenti tar-raba’ jew tal-ħames sena li dawn diġà jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali ta’ taħt is-17-il sena. Dawn, barra li jittrenjaw l-iskola, jittrenjaw żgur it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa malMFA. Il-Ħamis u l-Ġimgħa jkollhom sessjonijiet malklabbs rispettivi tagħhom. Dan ifisser li kuljum ikollhom xi forma ta’ taħriġ wara l-iskola. Ma rridux ninsew ukoll li fil-weekend ikollhom il-logħob u ġieli studenti jkunu magħżula f ’aktar minn kategorija waħda. Pereżempju Shaun Dimech diġà ddebutta ma’ Valletta fl-ogħla kategorija. B’hekk din tfisser li l-ħin għal dawn l-istudenti jkun limitat ħafna u huwa hawn fejn fadlilna x’naqdfu għax irridu naraw aktar li l-istudenti ma jsofrux minn burn out u jegħjew kemm psikoloġikament u kif ukoll fiżikament. Il-mentalità rigward l-isport f ’Malta nbidlet matul iż-żmien? U l-kunċett ta’ karriera doppja kemm huwa validu u vijabbli hawn Malta? Huwa importantissimu li ma nagħmlux l-iżball li niffokaw biss fuq l-isport għax anki jekk tirnexxi fil-karriera sportiva tiegħek, ma tistax tgħix mill-isport wara li int tirtira. U ma rridux ninsew li f ’ċerti dixxiplini, ngħidu aħna l-għawm u l-ġinnastika, l-atleti jirtiraw qabel sport ieħor. Għalhekk il-kunċett ta’ karriera doppja huwa tajjeb, għax jgħinek tinvesti f ’żewġ affarijiet; fid-dixxiplina sportiva li int tajjeb fiha, u fl-aspett edukattiv. Dan iwassal biex meta l-atleta jirtira mill-isport, hu jkun jista’ jdur fuq l-aspett l-ieħor faċilment.


16

09.04.2017

1

MADWAR kullhadd.com

IL-KANADA

FIL-QOSOR

1

3 2

DEĊIŻJONI DWAR IL-KODIĊI TAL-ILBIES

Il-provinċja magħrufa bħala British Columbia fil-Kanada eliminat kodiċi tal-ilbies fuq il-post tax-xogħol li torbot linnisa jilbsu żarbun bit-takkuna għax-xogħol. Dan għaliex, skont il-gvern tal-provinċja, il-kodiċi kienet waħda diskriminatorja, kif ukoll li hu faċli li l-mara taqa’ u ssofri ġrieħi f ’sieqha jew f ’daharha. Il-gvern qal kullħadd għandu dritt jaħdem komdu fuq ilpost tax-xogħol u jilbes żraben li ma joffru ebda theddida għas-saħħa.

2

L-ISTATI UNITI

3

IR-RENJU UNIT

HANDS OFF SYRIA

Il-President Amerikan Donald Trump ordna attakk bilmissili fuq bażi militari Sirjana li qed jingħad li minnha ħareġ l-attakk kimiku fuq il-provinċja Idlib fis-Sirja. Dan l-attakk allegatament sar mill-Gvern ta’ Bashar al-Assad u ħalla minn tal-inqas 100 persuna mejta, fosthom tfal u trabi. Kien ikkonfermat li fl-attakk Amerikan inqatlu sitt persuni, filwaqt li bosta oħra ndarbu, wara li 59 missila Tomahawk ġew sparati ftit qabel il-ħamsa ta’ filgħodu, ħin Sirjan, minn post fil-Lvant tal-Mediterran. Kelliem mill-uffiċċju tal-President Sirjan Bashar al-Assad qal li kien aġir irresponsabbli millAmerka u li juri n-nuqqas ta’ viżjoni politika u militari. Ir-Russja, li kienet mgħarrfa bl-attakk ftit qabel seħħ, iddeskriviet l-attakk Amerikan bħala att t’aggressjoni kontra stat sovran. Fl-istess ħin l-attakk ġarrab il-kundanna ta’ ċittadini Amerikani, li sigħat wara l-aħbar ħarġu jipprotestaw fit-toroq Amerikani, fejn fost oħrajn instemgħet l-għajta: ‘Hands off Syria’.

APPROVATA RIŻOLUZZJONI DWAR BREXIT Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni dwar Brexit, li tibgħat il-messaġġ tal-Parlamentari Ewropej dwar it-triq li għandhom jieħdu n-negozjati. Il-Parlament mhux se jkollu sehem fin-negozjati iżda l-ftehim aħħari għandu jkun diskuss u jekk il-Parlament Ewropew ma jogħġbux it-tip ta’ ftehim jista’ jitlob bidliet jew itawwal. B’516-il vot favur u 133 kontra, il-Parlament Ewropew ta messaġġ ta’ għaqda favur stil iebes mar-Renju Unit. Fost oħrajn il-Parlament Ewropew għamilha ċara li ċerti drittijiet li jgawdu ċ-ċittadini tar-Renju Unit għandhom jibqgħu validi biss sa tliet snin wara li joħorġu mill-Unjoni Ewropea.


R ID-DINJA

17

09.04.2017

kullhadd.com

4

6

L-INDJA

5

6

TRABBIET MIX-XADINI

Fl-Indja, il-pulizija qed tipprova tidentifika tifla li għandha madwar tnax-il sena, li lura f ’Jannar instabet tgħix max-xadini f ’foresta fit-Tramuntana tal-Indja. L-awtoritajiet qalu li meta sabuha, it-tifla kienet bla ħwejjeġ u ma kinitx kapaċi titkellem. Dan biex ma nsemmux karatteristiċi eċċentriċi li kellha: tiekol minn mal-art, timxi fuq idejha u saqajha. Tobba li bħalissa għandhom f ’idejhom il-kustodja tat-tifla qalu li minn Jannar sa issa t-tifla daret timxi fuq saqajha biss u tiekol b’mod normali. U għalkemm għadha mhix kapaċi titkellem, kapaċi tifhem dak li jingħad lilha.

5 4

IR-RUSSJA

L-IŻVEZJA

TERRUR FL-IŻVEZJA

Minn tal-inqas erba’ persuni huma konfermati mejta u numru ta’ persuni oħra ndarbu wara li trakk instaq għal fuq folla fil-belt kapitali Żvediża, Stokkolma. Kollox qed jindika li dan kien attentat terroristiku li għalih żewġ persuni qed jinżammu mill-pulizija. L-inċident seħħ fl-istabbiliment tax-xiri, Ahlens, bil-pulizija spjegat li l-aċċess għal din iż-żona ngħalaq minnufih. Persuni li kienu fuq il-post irrakkontaw kif fi Queen Street, waħda mit-toroq ewlenin, it-trakk instaq għal fuq in-nies. Barra minn hekk, partijiet oħra tal-belt ingħalqu għall-pubbliku għaliex saru xi sparaturi f ’każ separat. Persuni fuq il-post spjegaw li raw minn tal-inqas żewġ persuni mtajra u għalhekk telqu minn fuq il-post fi stat ta’ paniku.

ARREST TAL-KOMPLIĊI Tmien persuni miċ-ċentru tal-Asja ġew arrestati fir-Russja b’rabta mal-attakk li seħħ f ’San Pietruburgu bejn żewġ stazzjonijiet tal-metro. Liema attakk ħalla 13-il persuna mejta u diversi oħra feruti. Akbharzon Jalilov, l-aggressur, inqatel fl-attakk, iżda l-pulizija sabu li kellu konnessjonijiet mat-tmienja arrestati jiem wara. Intant l-investigazzjonijiet tal-pulizija komplew, bi splussiv jinstab f ’appartament f ’San Pietruburgu fejn ġew arrestati ftit mit-tmien persuni Asjatiċi. L-aħħar rapporti mill-awtoritajiet Russi jikkonfermaw li l-inħawi issa ġew iddikjarati sikuri.



19

09.04.2017

kullhadd.com

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI

03.04 Filwaqt li fl-2013 Gvern Laburista sab 197 mediċina out of stock, sa din id-data ma kienx hemm mediċina waħda out of stock.

04.04 Ġiet irreġistrata żieda ta’ 7% fl-użu tat-trasport pubbliku.

05.04 Ġie deċiż li l-Isptar Boffa jibda jservi għal pazjenti li għandhom bżonn kura fit-tul.

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist

Il-Ħamis, 30 ta’ Marzu Kif jista’ jkun?! Lanqas jekk jiġi minn jiġi ma nemminhom li kellhom surplus fil-baġit. Bilfors li qegħdin ibagħbsu bin-numri. Ma kienx irnexxielu Eddie l-kbir, se jirnexxilu Joseph Muscat! Ma kienx irnexxielu Lawrence Gonzi li sena wara sena kien jgħidilna li se jkollna bilanċ, se jirnexxilu Joseph Muscat li għadu jibda. Bilfors li jbagħbsu qegħdin. U jien niskanta kif tal-istatistika ma jindunawx, għax dawk mhux suppost li huma ċwieċ. M’għandix dubju li Simon tagħna se jinduna bit-tbagħbis għax Simon tagħna aktar għaref minn dawk tal-istatistika. Il-Ġimgħa, 31 ta’ Marzu

06.04 Ġie deċiż li jsir proġett ta’ tisbiħ fiż-żona industrijali tal-Imrieħel.

07.04 L-Ewrobarometru ddikjara li 85% tal-Maltin huma sodisfatti bil-mod ta’ kif qed tevolvi l-ekonomija Maltija.

08.04 Rapport maħruġ millIstitut Ewropew għallUgwaljanza talĠeneru poġġa lil Malta fl-ewwel post fil-qasam tas-saħħa minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

09.04 Malta rreġistrat tkabbir ekonomiku ta’ 6.3%, id-doppju tat-tkabbir tal-pajjiżi Ewropej.

X’ħaseb se jidħaq bina Joseph Muscat u jbellagħhielna li kapaċi jagħmel dak li saħansitra ma kienx kapaċi jagħmel Eddie l-kbir!? Mhux meta għandna lil Simon magħna. Jien mill-ewwel għedt li l-ftaħir dwar is-surplus ma kien xejn għajr tbagħbis bin-numri li dawk talistatistika ma ndunawx bih. Ara Simon tagħna, għax ħafna għaref aktar minn dawk tal-istatistika, ma damx wisq biex induna bit-tbagħbis u ġab fix-xejn ilftaħir ta’ Joseph Muscat. Issa nispera ma jerġgħux imeruh dawk tal-Unjoni Ewropea lil Simon tagħna, għax dak Juncker xejn ma jġibna lilna. Is-Sibt, 1 ta’ April Kemm hawn min iħobb jindaħal fejn ma jesgħux! Ngħid jien dan il-Professur Kevin Aquilina x’jidħollu u joħroġlu jekk Simon tagħna hux jikser il-liġi jew le bil-ftehim li għamel biex isalva lill-partit minn falliment finanzjarju u biex ikollhom minn fejn jitħallsu Thake u St. John. Mela dawn ma jridux jieklu wkoll. Familja għandhom man! U iva forsi ma tafx kif ikun hawn ħafna li jaħsbuha ċajta tal-ewwel ta’ April, għalkemm mhix xi ċajta sabiħa li takkuża lil Simon tagħna li kiser illiġi. Fuq kollox Simon tagħna żgur mhux t’hekk, jgħid x’jgħid il-Professur Aquilina. Il-Ħadd, 2 ta’ April Kemm hu bravu Simon tagħna! L-hena tiegħi niġri warajh kull nhar ta’ Ħadd biex nisma’ l-għerf ħiereġ minn fommu. Tgħidx kemm ċapċaptlu llum meta qalilna li l-Partit Laburista ilu sa minn qabel l-elezzjoni l-oħra

jipprova jikkopja u jippoża bħall-Partit Nazzjonalista, inkluż billi jużaw l-istess kuluri. Fl-aħħar elezzjoni irnexxielhom jidħqu b’ħafna nies bil-pożi tagħhom, iżda jistgħu jibqgħu ċerti li d-darba li ġejja mhux se jirnexxilhom. Tant jafu li mhux se jirnexxilhom, li issa qegħdin jippruvaw ibagħbsu fil-voti. Imma Simon tagħna mhux se jħallihom. It-Tnejn, 3 ta’ April Xbajt nisma’ lil min ifaħħar lill-gvern ta’ Joseph Muscat. Qisu ma kienx biżżejjed li ma nafx kemm ġew nies mill-Unjoni Ewropea biex ifaħħruh. Issa qegħdin ifaħħruh anke l-għaqdiet lokali. Paul Abela tal-GRTU faħħar il-viżjoni ekonomika tal-gvern għax qal li dan il-gvern huwa pro-business, bħallikieku Simon tagħna mhux probusiness. U l-ieħor, Tony Zahra tallukandiera wkoll infexx ifaħħar lillgvern, qisu Joseph Muscat qed iġibulu sħun, għalkemm ma nafx xi jrid ifisser b’Muscatonomics, imma Simon tagħna żgur jaf xi jrid jgħid. It-Tlieta, 4 ta’ April Ara min reġa’ tfaċċa! L-eks kaxxier Peter Darmanin li taħtu l-għażiż partit tagħna spiċċa b’qabda dejn. U mnalla reġa’ tfaċċa għax bis-saħħa tiegħu sirt naf li Simon tagħna qiegħed jiġbor biex id-daħla tad-Dar Ċentrali nagħmluha bil-mużajk. U mhux mużajk taċ-ċajt jidher li se jkun, għax jiswa 500 ewro l-biċċa. Hekk nifhimha jien ladarba biċ-ċekk ta’ 1,000 ewro li tana Peter Darmanin se jinxtraw żewġ biċċiet biss ta’ mużajk. Nispera li ma ninqabdux f ’xi bawxata bħal taċ-ċedoli jew bħal tal-invoices foloz! L-Erbgħa, 5 ta’ April Iġri Simon tagħna jkun prim ministru forsi ma nismax aktar dagħa minħabba t-traffiku, minħabba l-ħofor fittoroq, jew minħabba tal-linja. Dawn il-problemi kollha għandu soluzzjoni għalihom Simon tagħna. Digà ħejja pjan bi proġetti għal Malta kollha. Ovvjament il-proġetti se jkunu qegħdin isiru wieħed wara l-ieħor u mhux kollha f ’daqqa. Mela bħall-Gvern ta’ Joseph Muscat! Beda l-proġett ta’ Regional Road, beda l-proġett ta’ Bieb il-Belt, beda l-proġett tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, u ma nafx kemm aktar proġetti! Fittex sejjaħha sur Prim Ministru.



21

09.04.2017

kullhadd.com

GĦALL-QAWRA, BUĠIBBA U SAN PAWL DEJJEM KELLU JKUN GVERN LABURISTA MARIO

FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL

Il-lokalità ta’ San Pawl hija lokalità kbira li fiha tinkorpora l-Qawra, Buġibba, ix-Xemxija u Burmarrad. Lokalità li rat diversi tibdil tul dawn l-aħħar 15-il sena fejn minkejja li sena wara l-oħra kompliet tikber f ’dik li hija popolazzjoni, l-infrastruttura tagħha qajla qatt ingħatat spinta ’l quddiem, għajr taħt Gvern Laburista lura fis-sena 1996. Dan qed ngħidu bil-provi u se nkun qed nagħti konferma ta’ dan fil-linji li ġejjin. IlGvern ta’ Alfred Sant, fehem mil-bidu tiegħu li jekk tassew irridu nbigħu prodott turistiku superjuri għall-kompetituri tagħna, ridna bilfors nagħtu spinta żoni turistiċi bħal ma hu l-lokal ta’ San Pawl il-Baħar. Fl-ewwel xhur tiegħu, il-Gvern Laburista kien beda pjanijiet u wara t-twettiq tagħhom biex Buġibba u l-Qawra jingħataw spinta ’l quddiem. Inbdew għad ta’ xogħlijiet fuq il-promenade kollu minn ħdejn il-pitch tas-Sirens sa dawret il-Qawra. Sar xogħol infrastrutturali ġdid fuq it-toroq tal-madwar, tisbiħ fil-pjazza u bini mill-ġdid ta’

partijiet kbar mit-triq prinċipali tal-promenade. Fl-1998, ġara dak li ġara fejn, kien hemm bidla fil-gvern u l-aħħar kisja tarmac fil-wiċċ tal-promenade kien għadu ma laħaqx ingħata. Ifisser li l-Gvern ġdid Nazzjonalista kellu r-responsabbiltà li jkompli u jtemm dan il-proġett, għall-benefiċċju tar-residenti, tas-sidien u tal-ħaddiema f ’negozji, tat-turisti u tal-Maltin kollha li jżuru din iż-żona. Minkejja dan, Gvern Nazzjonalista, mis-sena 1998 sa 2013 (15-il sena sħaħ) qatt ma kellu l-ħila jew volontà li jkompli dak li beda Gvern Laburista. Dan minkejja li taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, Ċensu Galea, li aċċidentalment jiġi missier is-Sindku attwali u l-istess Sindku ta’ bejn is-sena 2008 u l-2012, kien Ministru responsabbli minn xogħlijiet simili u allura mill-Ministeru tal-Infrastruttra u Xogħlijiet. Fil-fatt, jekk nieħdu l-perjodu ta’ bejn is-snin 2002 u 2012, il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar kellha l-fortuna, jew sfortuna li kemm bħala Kunsill kif ukoll bħala Gvern, kienet immexxija minn maġġoranza Nazzjonalista. Ifisser li jekk xi ħadd għandu jieħu t-tort għal mod kif spiċċat it-triq tal-promenade, ċertament li hu Kunsill Nazzjonalista li naqas milli jagħmel pressjoni mal-Gvern tiegħu stess biex jirrimedja, jew inkella ta’ Gvern Nazzjonalista li ma tax kas Kunsill Lokali mmexxi min-nies

tiegħu stess. Fil-fatt, bejn dan l-istess perjodu, saru tliet elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li kollha ġew mirbuħa mill-Partit Nazzjonalista. Ir-riżultat hu dak li hu fejn din it-triq baqgħet ma saret qatt, la mill-Kunsill u lanqas mill-Gvern. L-oxxenità hi li meta fl-2012, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni lokali ta’ dan il-lokal, u allura kien fadal sena ta’ Gvern Nazzjonalista, Ċensu Galea, li dam għaxar snin sħaħ sieket dwar din it-triq meta t-tifla tiegħu kienet Sindku, beda jgħid li hi responsabbiltà tal-Kunsill Laburista li jagħmel din it-triq. Meta mbagħad fis-sena 2015 il-Partit Nazzjonalista reġa’ rebaħ l-elezzjoni ta’ San Pawl ilBaħar (Il-PL kien ġab 3639 voti filwaqt li l-PN kien ġab 3701, differenza ta’ 62 vot biss), Ċensu Galea bidel id-diska u beda jgħid li dan hu xogħol li jrid isir milGvern Ċentrali għax il-Kunsill m’għandux flus biex jagħmilha. Naturalment, kif jaf kulħadd, issa fil-Gvern hemm il-Partit Laburista. Imma dan hu l-qerq li bih titmexxa l-propoganda Nazzjonalista u dan hu l-mod miskin li wieħed għadu jaħseb li jista’ jitmejjel bin-nies. In-nies però jaraw id-differenza bejn iż-żewġ partiti fil-Gvern. Wieħed jilgħab għal-lasta u jdur ma’ kull riħ filwaqt li l-ieħor ixammar u jara mnejn se jġib il-fondi biex jagħmel dak li hemm bżonn għall-komunita-

jiet. Dan stajt narah meta ftit tax-xhur ilu, fuq talba tagħhom, iltqajt ma’ xi sidien ta’ negozji f ’din iż-żona u magħhom imxejt f ’għad ta’ toroq li tħallew żdingati minn dan il-Kunsill. Imxejt u soqt magħhom ukoll triq il-promenade fejn stajt nara d-diżastru li fih tħalliet millGvern Nazzjonalista din it-triq. Triq li minnha jgħaddu eluf ta’ turisti kuljum. Kien għalhekk bi pjaċir li ftit taljiem ilu iltqajt mal-istess nies u stajt nara fuq wiċċhom ħarsa ta’ sodisfazzjon li l-karba tagħhom waslet u ġiet mismugħa millGvern preżenti. Dan hekk kif għadu kemm ġie mħabbar li l-Gvern ċentrali, permezz ta’ Transport Malta u l-Ministeru għat-Turiżmu, se jkunu qed jinvestu iktar minn €3.5 miljun sabiex issir it-triq tal-promenade u toroq oħra ġewwa Buġibba. Proġett li se jsir f ’fażijiet differenti sabiex jonqos kemm jista’ jkun l-inkonvenjent għall-pubbliku. Dan ix-xogħol se jibda wara l-festi tal-Għid u għandu jwassal sabiex tingħata dehra ġdida anki liż-żona sħiħa b’installazzjoni ta’ għamara ta’ barra ġdida kif ukoll proġetti oħra li għad iridu jitħabbru fix-xhur li gejjin. Dan kollu juri kemm kellu raġun Kunsill immexxi minn maġġoranza Laburista bejn l-2012 u l-2015 meta kien jgħid li dan huwa xogħol li jrid isir mill-Gvern Ċentrali. Dak iżżmien, Gvern Nazzjonalista. B’mod partiġjan injora din it-talba u ħalla lil Kunsill waħdu sa-

biex jiffaċċja lir-residenti. Gvern Laburista ħadem differenti fejn lill-Kunsill Nazzjonalista tah iktar minn €400,000 fis-sena żieda f ’dik li hija allokazzjoni diretta u issa anki se jkun qed jagħmel investiment ta’ iktar minn €3.5 miljun fl-istess lokal. Ifisser li fi żmien meta għandek Kunsill Nazzjonalista, Gvern Laburista, se jkun qed jinvesti f ’din il-lokalità, iktar minn €4 miljun f ’sena waħda biss. Xi ħaġa li qatt ma saret taħt Gvern Nazzjonalista f ’lokalitajiet immexxija minn maġġoranza Laburista. U allura din hija l-verità u d-differenza bejn Gvern u ieħor. Wieħed iparla u jimxi b’mod partiġjan filwaqt li l-ieħor iwettaq u jaġixxi b’ġustizzja u b’sens komun għal ġid u l-benefiċċju tal-komunitajiet rispettivi tagħna, irrispettivament minn min ikun qed imexxi dik il-lokalità. L-ironija hi li s-Sindku attwali ħarġet tikritika lil Gvern li se jagħmel ix-xogħol bla ma informa lilha u li kellha ssir taf mill-ġurnali. Kieku tassew is-Sindku u l-kunsilliera sħabha riedu jagħmlu xi ħaġa għal dawn it-toroq, dan kellhom jagħmluh bejn is-sena 2002 u 2012, meta fil-Gvern suppost kellhom lil min jagħtihom widen. Illum il-kunsilliera Laburisti, minkejja li f ’minoranza, xorta waħda baqgħu jinsistu mal-Gvern li jirrappreżentaw sabiex jagħti kontribut fil-lokal tagħhom. Id-differenza hi li dan il-Gvern sema’ lill-kunsilliera tiegħu u l-Partit Nazzjonalista Le!!

IFRAĦ GĦAX QALGĦULEK GĦAJNEJK, JA IBLAH! MARLENE

MIZZI MEP

Bħal-lum ġimgħa, ġurnalist Ingliż ta’ The Mail on Sunday, Ian Birrell ipprova jirredikola lillPrim Ministru tagħna, il-poplu Malti, u lil pajjiżna. Iddeskriva lil pajjiżna bħala ħuta żgħira minfuħa li qiegħda żżomm bħala ostaġġ lir-Renju Unit, il-ħuta l-kbira. Ian Birrell kien qiegħed jikkummenta fuq il-fatt li t-talba uffiċjali tar-Renju Unit biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea twasslet fi żmien meta l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea hija f ’idejn Malta. Kiteb li d-destin tar-Renju Unit qiegħed f ’idejn il-Prim Ministru Soċjalista Malti. Kiteb li Joseph Muscat huwa wieħed mis-27 mexxej Ewropew li

jridu jiffirmaw il-ftehim tattluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Kiteb li Malta tista’ tul in-negozjati żżomm bħala ostaġġ lill-eks kolonjatur tagħha. Ian Birrell iddeskriva lillPrim Ministru Malti bħala wieħed li mhux magħruf fuq il-palk politiku dinji; li qabel daħal fil-politika kien ġurnalist tar-radju u li Malta, pajjiż insinifikanti, qiegħda tiddiskuti taħt liema kundizzjonijiet għandu jkun it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Kiteb li ħut żgħir bħal Joseph Muscat u Malta jistgħu jkunu ta’ theddida għar-Renju Unit. Dan wara li jiddeskrivi lil pajjiżna bħala wieħed b’popolazzjoni daqs kemm għandha l-belt Ingliża ta’ Bristol u b’ekonomija li hija 20 darba iżgħar minn dik ta’ waħda mill-akbar ditti Brittaniċi. And so what, Mr. Birrell? Fi ftit kliem, dan il-ġurnalist Ingliż ipprova jiknes l-art bina. Għadu jemmen bl-imperjaliżmu Ingliż li minn fuqu x-xemx ma tinżel qatt. Għadu

jara lil kulħadd, għajr lill-Ingliżi, dubbien. It-tajjeb hu li mhux kull ġurnalist Ingliż iħares lejna bl-istess mod ta’ moħħ magħluq mimli opinjonijiet żbilanċjati ta’ Birrell. Ma jfissirx imma li ma ddispjaċinix meta qrajt dak li kiteb Birrell. Iddispjaċini u ddispjaċini bil-kbir għax jien fil-vini tiegħi demm Malti għandi jiġri u noħroġ id-dwiefer għal min jipprova jżeblah lil pajjizi – hu min hu. Żgħira kemm hi żgħira Malta, dejjem tajna kontribut siewi, u mhux ftit, kemm fuq livell ta’ kontinent Ewropew, kemm fuq livell ta’ Mediterran kif ukoll fuq livell dinji. U meta ngħid dan ngħidu b’konvinzjoni u kburija u mhux b’pompożità barra minn lokha. Imma nistqarr li ddispjaċini ferm u ferm aktar meta rajt kummenti ta’ Maltin bħali jikkumplimentaw dak li kiteb il-ġurnalist Ingliż. Ngħidha bl-aktar mod responsabbli li jmisshom jistħu minnhom infushom dawk li aġixxew b’dan il-mod. Imisshom jistħu li minħabba l-għamad politiku

li għandhom waslu biex jitpaxxew bil-kliem dispreġjattiv fil-konfront ta’ Malta u talPrim Ministru tagħha u li jridu u ma jridux hu wkoll il-Prim Minsitru tagħhom. Jiddispjaċik tara lil min ma jimpurtahx li pajjiżu jiġi mżeblaħ u mgħajjar għax żgħir, għax inzerta qiegħed jokkupa l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE. Jiddispjaċik tara għamad politiku daqstant xieref. Għax għamad politiku xieref irid ikun biex tieħu gost bil-kitba bħal ta’ Birrell sempliċiment għax ma taqbilx mad-direzzjoni politika ta’ Joseph Muscat. U dan mingħajr ma nidħol fil-mertu ta’ kemm irrendiet ġid għal pajjiżna din id-direzzjoni politika, inkluż lil dawk li għoxew u kkumplimentaw lill-ġurnalist Ingliż. Min - u qed nirreferi għal Maltin bħalna - ħa gost jara lillPrim Ministru Malti u lil Malta jiġu mżebilħin bil-mod li ttanta jżebliħhom il-ġurnalist Ingliż, apparti li jmissu jistħi, fadallu ħafna x’jitgħallem. Min għamel hekk kien qed jaġixxi bħall-

iblaħ tal-proverbju: taqlagħlu għajnejh u jifraħ. L-impressjoni li tieħu mill-kitba ta’ Ian Birrell hija li kien ilPrim Ministru Malti li ddeċieda li r-Renju Unit ma jibqgħax jifforma parti mill-Unjoni Ewropea. Bħal donnu Joseph Muscat ħolom, tħabat, stinka biex ir-Renju Unit jitkeċċa mill-Unjoni Ewropea! Bħal donnu mhux il-maġġoranza tal-poplu li jagħmel minnu dan Birrell iddeċediet fuq il-Brexit. Qisu l-Brexit tort tal-Prim Ministru Malti u tal-Maltin! Min-naħa l-oħra ma rridx ma ngħidx li ma kinux ftit dawk il-Maltin li ħarġu bħal iljuni feroċi għall-ġurnalist Ingliż. Ma rridx ma ngħidx kemm ħassejtni kburija bihom li qamu għall-okkażjoni biex ta’ Maltin ta’ vera ddefendew lil pajjiżhom. Filwaqt li lil dawn tal-aħħar nifirħilhom għad-difiża ta’ pajjiżna, lill-oħrajn, Maltin bħalna, nagħmlilhom mistoqsija sempliċi: meta se tikbru ftit u tirrealizaw li l-ewwel intom maltin, mhux partiġġjani?


22

09.04.2017

kullhadd.com

IL-ĦLAS TAD-DEĊMI, L-GĦEXUR…U L-BENEFIĊĊJI Minn Charles B. Spiteri

Dr. Charles Pace Lecturer fil-Politika Soċjali

Dr. Albert Bell Soċjologu u Senior Lecturer fl-Istudji taż-Żgħażagħ u l-Komunità

Kull Gvern jagħmel kemm jista’ biex jiġbor il-flus meħtieġa ħalli jkollu biex joffri bosta benefiċċji, bħall-kura fl-isptar u l-mediċini bla ħlas, għajnuniet lil dawk bla xogħol, linnies li jimirdu jew għandhom xi diżabbiltà u ħafna u ħafna aktar. Dawn il-flus jinġabru l-aktar mit-taxxi diretti u indi-

Jesmond Schembri Lecturer fil-Politika Soċjali

Dr. Michael Briguglio Soċjologu

retti. Hawn ħaddiema żgħar (impjegati) li jħallsu sal-inqas ċenteżmu qabel ma jaqbdu s-salarju, waqt li hawn indjustrijalisti li jaraw kif jagħmlu biex jevadu t-taxxa. Iżda dawn ukoll issib li jkollhom inċentivi biex jibbenefikaw mill-għajnuniet tal-Gvern. Il-gazzetta KullĦadd tistħarreġ:

B’dan kollu magħdud, u fiż-żminijiet tal-lum, kif tara li jinsab għaddej it-tqassim tal-ġid? Temmen li ħafna minn dawn is-servizzi qed jispiċċaw joħduhom dawk li l-inqas jikkontribwixxu għalihom? Malta ċ-child care b’xejn u l-benefiċċji bħat-tapering u l-in-work benefit qed jagħtu lill-foqra sehem ikbar mill-prosperità tal-pajjiż. Sadanittant, bil-businessfriendliness u b’impjegati magħżulin imħallsin għoli, parti oħra qed tingħata lil min ġa għandu. Dan huwa sewwa jekk hu meħtieġ biex iġib iktar benefiċċji lil min għandu inqas.

Internazzjonalment, in-neoliberaliżmu, li jemmen ħafna fil-kompetizzjoni libera, li titlob li l-kompetituri jingħataw ċans indaqs u bla preferenzi, ġa qed iżid iddifferenza bejn il-foqra u s-sinjuri. Mela Malta biex nipproteġu l-ugwaljanza jeħtieġ nimxu fuq mudell aħjar minn tagħhom. Irridu noqogħdu attenti mill-periklu tal-corporate

welfare. Fl-Amerka, il-Gvern jixxaħħaħ biex jgħin lill-foqra, imma jonfoq ħafna flus tat-taxpayer billi jissussidja kumpaniji kbar, bl-iskuża li dawn għandhom bżonn l-għajnuna u bl-illużjoni jew pretensjoni falza li, jekk tgħin lis-sinjur, il-fqir se jgawdi awtomatikament. Jiġifieri għandhom welfare state li iktar jonfoq f ’għajnuna lis-sinjur milli lill-fqir.


23

09.04.2017

kullhadd.com

Jidher biċ-ċar li l-pajjiżna għaddej minn perjodu b’saħħtu ekonomikament, b’aktar nies jidħlu fiddinja tax-xogħol, il-qgħad f ’sitwazzjoni aktar minn kontrollabli u bil-ħolqien ta’ aktar postijiet ta’ xogħol. Fuq dan m’hemmx dubju u diskussjoni, u huma żviluppi pożittivi żgur. Fejn tidħol id-direzzjoni ekonomika ġenerali ta’ pajjiżna iżda, wieħed jista’ u għandu jitkellem fuq il-ħtieġa ta’ aktar innovazzjoni u tiġdid f ’diversi oqsma biex pajjiżna jkun aktar kapaċi jilqa’ l-isfidi tal-ġejjieni. Ma nistgħu qatt inkunu passivi u nistrieħu fuq issuċċessi tal-preżent. Aktar minn hekk iżda, jidher biċċar li l-ġid ekonomiku li qed jinħoloq mhux qed ikollu it-trickle down effect mixtieq u altru milli r-riskju talfaqar u l-faqar qed jitnaqqar u jixxejjen. Il-prekarjat għadu realtà qawwija u l-ammont ta’ nies fix-xifer u l-periferija tas-soċjetà dejjem jikber għal diversi raġunijiet. Hi kontradizzjoni fiha nnifisha li l-ġid li qed jinħoloq mhux neċessarjament qed iwassal biex dawk l-aktar fil-ħtieġa jinqalgħu mill-periferija u jemanċipaw ruħhom soċjo-ekonomikament u jilħqu l-milja tagħhom. Wieħed jista’ jinterpreta dan kollu bħala l-ambivalenza ta’ politika ekonomika neoliberali bla rażan li ftit li xejn qed tgħin biex jiġu indirizzati ċerti realtajiet soċjali. Mhux qed nitkellem fuq drittijiet soċjali hawnhekk. M’hemmx dubju li f ’dawn l-aħħar snin, pajjiżna għamel għadd ta’ avvanzi f ’dan ir-rigward. Qed nirreferi aktar għall-politika soċjali ffukata speċifikament fuq il-proviżjoni ta’ servizzi

personalizzati statutorji (l-istat qatt ma jista’ jabdika r-rwol tiegħu f ’dal-kamp) biex dawk li t-trajettorja tagħhom hi miltquta minn xi sfortuna jew diffikultà (qed nirreferi allura għal persuni bi problema tal-vizzji pereżempju, l-użura, persuni bi problema ta’ saħħa mentali, b’bijografija kriminoġenika li qed jerġgħu jfittxu jintergraw lura fis-soċjetà, oħrajn speċjalment nisa li qed isofru abbuż u vjolenza minn dawk l-aktar viċin tagħhom, eċċ) isibu l-appoġġ meħtieġ biex issitwazzjoni tagħhom titjieb u b’mod ġenerali biex l-isfreġju soċjali li għandna f ’pajjiżna (li semmejt fuq huma biss xi ftit eżempji) jitrażżan. Hemm bżonn li dawn is-servizzi personalizzati jerġgħu jitpoġġew fuq quddiem nett tal-aġenda nazzjonali. Il-politika soċjali m’għandhiex tkun biss marbuta ma’ benefiċċji soċjali (il-politika tal-handouts) u soluzzjonijiet istituzzjonalizzati għall-problemi soċjali. Tal-ewwel mhux dejjem jilħqu dawk l-aktar fil-bżonn (għalkemm fl-opinjoni tiegħi rridu nkunu aktar kawti dwar kif niddeċiedu li naqbdu u naqtgħu benefiċċju) u l-bażi ta’ politika soċjali proattiva għandha tkun waħda li toffri appoġġ u għajnuna personalizzati fuq bażi ta’ komunità. Maż-żmien, pajjiżna għamel ħafna avvanzi f ’dan ir-rigward, iżda l-istess bħall-politika ekonomika, il-politika soċjali trid tkun innovattiva, cutting edge u dejjem ankrata fuq studji empiriċi li jagħtu stampa ċara u bla kantunieri tar-realitijiet soċjali tal-lum qabelxejn iżda hemm bżonn il-konvinzjoni morali li s-sisien ta’ kull socjetà hi komunità solidali u b’saħħitha.

Meta nitkellmu dwar servizzi, naħseb li rridu nagħmlu differenza bejn servizzi differenti. Isservizzi pubbliċi (eż. il-ġbir tal-iskart, l-infrastruttura tat-toroq, eċċ) huma maħsuba biex jinqasmu bejn iċ-ċittadini kollha, irrispettivament mid-dħul tagħhom. Servizzi oħra, dawk magħrufa bħala

soċjali (assistenza soċjali, benefiċċju għall-qgħad, eċċ), huma maħsuba biex jingħataw lil dawk l-aktar fil-bżonn, li ħafna drabi huma l-iktar vulnerabbli fis-soċjetà. Biex is-servizzi, kemm pubbliċi kif ukoll dawk soċjali, jiżdiedu u jitjiebu, hemm bżonn li kulħadd jikkontribwixxi b’mod ġust.

Naħseb li hemm ħafna x’jista’ jsir biex tinqata’ l-evażjoni fit-taxxa, speċjalment f ’pajjiż bħal Malta fejn hemm ekonomija sewda ta’ ċertu kobor. Jeħtieġ infurzar fuq servizzi u prodotti li jiġu mibjugħa, kif ukoll tax audits trasparenti għal servizzi u prodotti

fejn hu diffiċli li jsir infurzar. Iżda fuq kollox jeħtieġ ukoll li jkun hemm governanza serja, trasparenti u ekwa fuq evażjoni tat-taxxa li tkun ġejja minn individwi u kumpaniji kbar permezz ta’ skartar ta’ taxxa f ’tax havens.

X’taħseb li jista’ jsir biex l-evażjoni tinqata’ darba għal dejjem u min jinstab li mhux jikkontribwixxi kif suppost ma jibqax jingħata l-għajnuniet offruti? • Mexxejja bħall-ġurnalisti, bħall-Knisja u bħall-partiti, jikkundannaw l-evażjoni mill-fqir u mis-sinjur u jgħallmu bil-kliem u l-fatti favur l-onestà u r-responsabbiltà. • L-awtoritajiet juru bil-kliem u l-fatti li meta nagħtihom flusi fit-taxxa jonfquhomli bl-onestà u bla ma jħarsu lejn wiċċ ħadd. • Il-business-friendliness inħaddmuha b’attenzjoni u għassa qawwija, għax min iżżidlu mal-poter li ġa għandu, faċli jabbuża l-lum u iktar għada b’mod li l-ġid tad-dinja qed imur iżjed u iżjed għand min għandu inqas bżonnu.

• Jingħata l-messaġġ ċar li l-businessfriendliness hi xi ħaġa fejn in-nies li għandhom poter ta’ flus u industrija huma megħjunin biss skont kemm huma ta’ servizz għall-ġid komuni u għallbniedem komuni, u li huma trattati bi trasparenza u kompetizzjoni ekwa (fejn kull min jikkompeti hu trattat indaqs). B’hekk tispiċċa l-iskuża li “jien ma niskruplax li nqarraq għax min hu qawwi jħalluh iqarraq.” • Kodiċi ta’ etika li jipprojbixxi lill-politiċi kollha milli jidħlu f ’każi ta’ taxxa ta’ individwi. • Il-kodiċi ta’ etika jkollu s-snien, u dan

mhux biss mal-impjegat iżda wkoll ma’ min jagħmel pressjoni fuqu. • Jinżamm rekord ta’ kull lobbying. Kull min jaqbeż għal individwu jew grupp irid jidentifika ruħu bil-miktub, fejn jiddikjara l-interessi tiegħu, u jagħti r-raġunijiet ġenwini li għalihom l-individwu għandu jkun moqdi kif jixtieq. • Il-kontroll fuq l-evażjoni tat-taxxa jkun taħt awtorità li, bħall-Awditur Ġenerali jew ilBank Ċentrali, ikun indipendenti mill-politiċi, biex il-votant ma jistax jippressa lill-politiku favur l-evażjoni.

Il-problema ewlenija hija li xi wħud li l-aktar li għandhom mekkaniżmi li jgħinuhom jevadu t-taxxa. u jkun hawn sorveljanza akbar mid-dipartimenti jifilħu jikkontribwixxu (billi jħallsu t-taxxa dovuta) Dan ifisser li hemm bżonn tikber il-moralità fiskali konċernati.



25

09.04.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

GRASSHOPPER Klikka rġiel jiltaqgħu ta’ spiss il-Grasshopper. Dan il-bar huwa għalihom “tempju, knisja, parlament, burdell, ġenna u infern”. Hemmhekk itaqtqu dwar ix-xogħol, ilfamilja, u l-ħajja sesswali tagħhom. U, fuq kollox, hemmhekk qed jiġi deċiż iddestin tagħhom — dejjem b’xi tazza jew tlieta f ’idhom. Din hi d-dinja ta’ Daniel Hart. Membru tal-Fraternità tax-Xurbana. “Il-Grasshopper, joqogħdu fih forsi ħamsin ruħ jekk tistivahom wieħed wieħed ippressati ma’ xulxin, u taqlgħalhom l-interni biex tiffranka ftit spazju. Imma għalina dak il-post kien usa’ d-dinja kollha. Kull deċiżjoni ta’ ħajjitna, hemmhekk ħadnieha,” jirrakkonta Hart, il-protagonist tar-rumanz. John, pereżempju, lejl minnhom iddivorzja lil martu wara t-tielet double vodka. Frank iddeċieda jirriskja miljun u d-dar tal-familja tiegħu biex jixtri stamperija falluta, wara lejl ta’ Jake and Coke. Bojan ħabbar li kien se jiżżewweġ lill-akbar imħabba ta’ ħajtu — tfajla li kien ilu jafha forsi tliet ġimgħat kollox.

Hart bla tlaqliq jammetti li jmur il-Grasshopper primarjament biex jgħabbi. “U biex niltaqa’ ma’ sħabi. Imma l-aktar għan-nisa.” Dejjem ried ikun kittieb, imma l-ħajja wasslitu jaħdem fir-relazzjonijiet pubbliċi, xogħol li kien isib tedjanti immens. Sakemm, b’ċikka, ħajtu tinqaleb ta’ taħt fuq meta jiltaqa’ ma’ Sybil, kittieba popolari ta’ rumanzi kummerċjali li qed tfittex l-ispirazzjoni għal rumanz ġdid. Għat-tnejn li huma jibda proċess kaotiku u kumpless li jimmarkalhom ħajjithom b’mod permanenti — lilhom u lil dawk kollha ta’ madwarhom. Grasshopper, rumanz bl-Ingliż, huwa rakkont tal-veritajiet u l-gideb li nirrakkuntaw lilna nfusna dwar il-ħajja u l-imħabba. Huwa rumanz dwar iżżmien għaddej u l-età, dwar l-imħabba u r-rimors, storja ta’ deċiżjonijiet u l-konsegwenzi tagħhom, ta’ rabtiet emozzjonali u sesswali, ta’ traġedji qawwija li jdallmu kulm’hemm. L-awtur Aleks Farrugia, 37 sena, għandu widna għaddjalogu u ħila fl-ippinzellar

tal-karattri. Jikteb bi stil kontemporanju, dirett u reali, b’dik it-togħma ta’ ambigwità u disperazzjoni li jagħmlu minn Grasshopper rumanz li mhux faċli titilqu minn idejk. Dan hu l-ewwel rumanz ta’ Farrugia, miktub fuq perjodu ta’ sitt xhur, primarjament waqt li kien qed jgħix Pariġi. Farrugia huwa lecturer filFakultà tas-Social Well Being fl-Università ta’ Malta, u kien għal diversi snin editur ta’ gazzetta bil-Malti. Għażel li jikteb bl-Ingliż għax għalih hija “l-lingwa li l-aktar tirrifletti z-zeitgeist ta’ żmienna”. Il-pubblikatur Chris Gruppetta, għall-Merlin Publishers, qal dwar l-għażla li jippubblikaw xogħol bl-Ingliż, “Il-Merlin tibqa’ primarjament dar ta’ pubblikazzjoni ta’ xogħlijiet bil-Malti, iżda nħossu li għandha tingħata vuċi wkoll għal-letteratura Maltija bl-Ingliż, speċjalment meta jaslilna manuskritt talkalibru ta’ Grasshopper. U l-pubbliku wera li qed ifittex ukoll din it-tip ta’ letteratura.” Grasshopper jinsab għallbejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn www.merlinpublishers.com

Mistoqsija: X’ jismu r-raġel li ddivorjza lil martu ?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: GRASSHOPPER. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 16 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb NAQRA NAQRA huwa: C. ZAMMIT MERCIECA - Naxxar

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

04

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Mistoqsija: Kemm-il impjegat full-time jimpjega s-settur tal-gaming? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


26

09.04.2017

kullhadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ

arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Għandna varjetà kbira ta’ Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal-

ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip

ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235.

Markiż il-Mosta bis-sehem ta’ diversi artisti u kollezzjonisti. Il-Wirja tibda mill-1 ta’ April u tibqa miftuħa sas-16 ta’ April 2017. Ħinijiet tal-Ftuħ: Kuljum mis-6.00pm sat-8.30pm. Ħamis ix-Xirka 13 ta’ April: mis-6.00pm sal-10.00pm. IlĠimgħa l-Kbira 14 ta’ April: mill-10.00am sa nofsinhar. Ħdud filgħodu mill-10.00am sa nofsinhar. Għal-aktar tagħrif sibuna fuq Facebook: Razzett talMarkiż u l-website tagħna: talentmosti.com.

XOGĦOL U MANUTENZJONI

L-edizzioni ta’ din is-sena tanNadur Song Festival ser issir nhar is-Sibt 29 t’ April 2017, fis-7.30pm, ġewwa t-Teatru M.B.C., in-Nadur. Dan ilfestival qed jiġi organizzat mill-Għaqda Teatrali Mnarja fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Mnarja u bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tanNadur. L-applikazzjonijiet sabiex tipparteċipa jistgħu jiġu rikjesti permezz talemail u jagħlqu nhar l-Erbgħa 12 t’April 2017. Għal aktar informazzjoni kkuntattjana fuq l-email ghaqdateatralimnar ja@gmail. com jew fittixna fuq Facebook.

Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason bin-numru 2143 2352 jew 9947 7167. PROPJETÀ GĦALL-BEJGĦ Tliet għelieqi għall-bejgħ flakkwati tas-Sanab, il-Munxar, Għawdex. Għalqa nru.1 - 7 sigħan Għalqa nru.2 - 2 sigħan Għalqa nru.3 - nofs tomna Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 21557059. AVVIŻI OĦRAJN Nixtru fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji u kull ħaġa oħra tad- Dar. Ċemplu fuq 9922 3541. AVVIŻI KULTURALI Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza s-Seba’ Visti nhar Ħamis ix-Xirka 13 t’ April 2017, ġewwa r-Rabat u l-Imdina. It-trasport ser jitlaq mill-pjazza ewlenija tal-Imqabba immedjatament wara l-Funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka fit-8:00pm. Waqt din l-attività ser ikollna l-opportunità li nżuru wirjiet u attivitajiet oħrajn b’rabta malĠimgha l-Kbira. Bookings isiru fuq 79539542 u aktar informazzjoni tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com. L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tistiednek għad-19-il-edizzjoni tal-Wirja tal-Passjoni fir-Razzett tal-

Il-Kummissjoni Banda fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju talImqabba ser torganizza l-Kunċert Annwali tal-Għid bis-sehem tal-Bandisti u Alljievi fi ħdan l-iskola talmużika tas-Soċjetà. Din l-attività ser issir nhar Ħadd il-Għid 16 t’April 2017 fis7:00pm fis-Sala tal-Każin tas-Soċjetà. Il-banda ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast tagħha Mro. Andrew Calleja u s-Surmast tal-Alljievi Mro. Edwin Pace. Ser jindaqqu diversi siltiet tal-widna u kif ukoll ser ikun hemm qari letterarju marbut ma’ din ilġrajja. Dħul huwa mingħajr ħlas. Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan l-istess Soċjetà għadha kemm ħarġet edizzjoni speċjali tal-ktieb “Il-Fjur”. Il-50 edizzjoni tinkludi diversi artikli ta’ interess ġenerali, informazzjoni dwar l-operat tas-Soċjetà u l-fergħat fi ħdanha, u kif ukoll diversi artikli oħrajn li jnisslu nostalġija mill-bidu tat-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju, kif ukoll dwar il-programm t’attivitajiet li hemm imħejji mis-Soċjetà li jwasslu salFesta tal-Madonna tal-Ġilju ċċelebrata fl-Imqabba bejn il-11 u s-17 ta’ Ġunju 2017. Dawk kollha li jixtiequ jakkwistaw kopja tiegħu mingħajr ħlas għandhom jibgħatu sms bid-dettalji fuq 79853044.


27

09.04.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

R. CUTAJAR - Mosta

TISLIBA 169

Mimdudin:

Bi 3 Numri 009 024 170 322 342 801 848 875 915 924 B’4 Numri 0416 0506 1260 1686 1768 2309

2391 2535 2805 3259 3453 3826 4004 4158 4222 4262 4421 4490 4583 4691 4931 4972 5211 5262 5364 5401 6150

6207 6412 6632 6791 6975 7030 7701 7799 8101 8238 8467 8584 8753 8930 8978 9428 9617 B’5 Numri 06403

07238 12049 13713 18292 29588 38413 48528 49805 50822 53198 61672 61865 64020 66049 66769 74559 74827 78147 80508 86809 88553

92474 98381 B’6 Numri

279576 380379 429862 601972

192519 251629 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

1. 4. 7, 21M. 9,16. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21. 23. 24.

Mhux sabiħa (5) Titħallas fix-xahar ġeneralment (4) Raġuni? (5) Qrib il-qalb? (6) Impoġġi? (6) Biża’ (6) Ara 9 Żewġ vokali (1,1) Ara 17 Meqjum (5) Ara 7 It-tifel (4) Ċappas (5)

Weqfin:

1. 2,12W. 3. 5,6. 6. 8. 11,13. 12. 13. 14. 15. 17,19. 21. 22.

Kompli l-qawl: Biex taqbad il-ħut trid tqum .......... (6) Direzzjoni? (5) As soon as possible (1,1,1) Irrepetejt (6) Ara 5 Ikun hemm il-feruti fih (9) Imweġġa’ (5) Ara 2 Ara 11 Naqqas l-iebes (6) Dewwa (6) Qisu rħam? (6) Għamel wirja (3) ...... Marija (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:

Weqfin:

1.Multa, 4.Biex, 7,21M.Llima, 1.Maħdum, 2,12W.Latin, 3,17. 9.Ħut, 10.Limitu, 12.Inċens, Allarm, 5,6.Ibixxu, 8.Liċenzjat, 16,21W.Manila, 18,19.Anton, 11,23.Bnadar, 13.ĊAI, 14.Stilla, 15.Entità, 22.Ara 20.Rizzi, 24.Tgara


28

09.04.2017

kullhadd.com

IS-SIGURTÀ, IL-POLITIKA U SEHEMNA EDITORJAL

Li hu żgur hu li l-pajjiż qed jagħmel l-investiment meħtieġ kemm għas-sigurtà kif ukoll għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja

Ma teżisti ebda soċjetà li hi ħielsa mill-kriminalità. Kif dejjem jingħad il-kriminalità hija realtà daqs il-mard jew saħansitra l-mewt. Iżda, f’pajjiżna hawn min irid juża dak li kien jeżisti dejjem għal raġunijiet partiġjani. Esponenti tal-Partit Nazzjonalista jibqgħu jużaw inċidenti li kienu jsiru minn dejjem biex jagħmlu argumenti politiċi partiġjani. Argumenti li lanqas temminhom kieku mhux għax tismagħhom. Reġa’ kellna din il-ġimgħa lil David Agius, whip tal-grupp parlamentari nazzjonalista, li fuq ir-radju talPartit Nazzjonalista prova juża każ li seħħ il-Ħadd biex jipprova jnissel il-biża’ u jgħid li pajjiżna mhux wieħed sikur. Ma konniex sorpriżi għaliex qablu għamel dawn id-dikjarazzjonijiet il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami. Mhux l-ewwel darba li meta jkun seħħ xi każ Fenech Adami ħareġ ibeżża’. Għax il-politika tal-biża’ llum hija ċentrali fil-filosofija tal-Partit Nazzjonalista. Però d-destin ried li fl-istess ġimgħa ħareġ rapport dwar ilkriminalità f’pajjiżna. Rapport tal-kriminologu l-Professur Saviour Formosa li wera li r-rata ta’ kriminalità baqgħet flistess ilma tas-sena li għaddiet. Dan minkejja li l-popolazzjoni żdiedet f’ammont bla preċedent

minħabba l-wasliet kbar ta’ turisti. Iż-żidiet kienu f’reati, li għalkemm serji, bħallpickpocketing, żgur ma jirriflettux il-periklu u l-biża’ li jipprovaw isemmu esponenti tal-Partit Nazzjonalista. Anzi, il-Professur Formosa kien ċar: “Malta huwa pajjiż sikur.” Fi kliemu iktar sikur minn ħafna pajjiżi oħra flUnjoni Ewropea. Dan ma jfissirx li ma nistgħux nagħmlu iktar, ilkoll kemm aħna. Iċ-ċittadini daqskemm, l-awtoritajiet. Dawn talaħħar żgur li qed jagħtu s-sehem tagħhom. Kif jinnota l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, f’paġna 9, l-investimenti mhumiex żgħar. Saru fil-Korpi Dixxiplinati, kemm fir-riżors uman kif ukoll fit-tagħmir. Ittieħdu inizjattivi li kienu ilhom biex jittieħdu snin kbar. Bħal ngħidu aħna l-ftuħ talgħassa f’lokalità bħas-Swieqi li saret f’din il-leġiżlatura wara li kienet imwiegħda għal snin twal. Fis-Swieqi wkoll twaħħlu kameras tas-sigurtà ffinanzjati minn fondazzjoni għaż-żamma taż-żoni turistiċi. Inizjattiva minn tal-ewwel li ta’ min tinfirex f’postijiet oħra madwar il-pajjiż. Li hu żgur hu li l-pajjiż qed jagħmel l-investiment meħtieġ kemm għas-sigurtà kif ukoll

għal l-amm in istrazzjon i tal-ġustizzja. Fejn din il-ġimgħa rajna wkoll miżura oħra importanti. Dan meta tħabbar li l-Imħallef Emeritu Joseph David Camilleri li se jmexxi l-bord talUffiċċju għall-Irkupru tal-Assi. Dan il-bord għandu l-għan li jsaħħaħ iktar minn qatt qabel il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. It-twaqqif talUffiċċju kien il-pass li jmiss biex il-proprjetà li tkun ġejja minn attività kriminali tkun tista’ tiġi identifikata, tinqabad, u tiġi amministrata b’mod li ma titħalliex tiddeterjora jew tiġi sparpaljata u tintuża b’mod li huwa ta’ ġid għall-komunità. Sehem iċ-ċittadin Iżda, mhumiex biss l-awtoritajiet li għandhom sehem x’jagħtu fil-ġlieda kontra l-kriminalità. Anke ċ-ċittadini jistgħu jagħmlu l-parti tagħhom. Forsi għandhom ikunu iktar konxji dwar dan u biex dan isir l-awtoritajiet jistgħu ikunu iktar proattivi b’dawk li huma kampanji edukattivi u ta’ kuxjenza dwar prevenzjoni. Kif jgħid fir-rapport tiegħu l-Professur Formosa, ilkriminalità u l-osservanza tagħha m’għandhomx ikunu biss l-arena esklussiva ta’ dawk

bl-uniformi. Hawn ukoll issoċjetà ċivili u għaqdiet mhux governattivi jista’ jkollhom rwol importanti x’jilagħbu. Iktar minn hekk, bogħod millistampa kbira, hemm bżonn li ħafna jifhmu li ċertu attitudni tista’ twassal għal numru ta’ reati li huma komuni bħasserq. Il-mod kif ħafna jiktbu u jesponu lilhom infushom fuq il-midja soċjali hu eżempju klassiku ta’ kif ftit attenzjoni tista’ tevita reat kriminali. Iżda, mhux biss. Hemm bżonn ukoll li l-komunitajiet jifhmu iktar kemm jista’ jkollhom rwol importanti. Il-Kunsilli Lokali wkoll jistgħu jkunu iktar proattivi biex joħolqu kuntatt bejn persuni differenti filkomunità speċjalment f’żoni ġodda, fejn il-kuntatt talimgħoddi fejn kulħadd kien jaf ’il xulxin inqata’ għalkollox. Jistgħu jorganizzaw aħjar ċerti żoni li forsi jkunu iktar esposti għal riskji ikbar u jippromwovu aħjar il-kunċett ta’ neighborhood watch li f’pajjiżna ma qabadx sew. Għax għalkemm huwa aċċettat li pajjiżna huwa wieħed sikur, aħna wkoll nirrikonoxxu li jista’ jsir iktar. Biex nirnexxu l-attitudni trid tkun waħda li tifhem fejn hemm l-isfidi u għalhekk tindirizzahom. Il-biża’ u l-partiġjaniżmu ma jwasslu mkien.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.