www.kullhadd.com Il-Ħadd, 9 ta’ Lulju, 2017
Ħarġa Nru 1,255 Prezz €1
ĊEDOLI F’RISKJU • IL-PN B’EBDA PJAN TA’ KIF SE JĦALLAS LURA • MAĊ-ĊEDOLI, MILJUNI XI JĦALLAS FI DJUN MAL-BANEK Fl-ewwel sena minn wara li l-Partit Nazzjonalista beda jħaddem l-iskema taċ-ċedoli ma kien hemm ebda pjan dwar kif dawn għandhom jitħallsu lura tul is-snin u analisti finanzjarji jsostnu li bit-telf tal-Partit Nazzjonalista s-sena li għaddiet ilaħħaq is-€6.6 miljun u dak tal-midja tal-PN jaqbeż l-€10 miljun, iċ-ċedoli jistgħu jkunu f ’riskju. Jekk il-Partit Nazzjonalista jrid iħallas €3.5 miljun fi żmien disa’ snin oħra allura wieħed kien jistenna li jibda jaħseb għalihom ftit ftit, iżda l-partit m’għandu l-ebda pjan li jagħmel dan u qed jibqa’ jserraħ fuq il-proprjetà li għandu biex jagħmel tajjeb. Dan minkejja li Chris Said, kontestant għat-tmexxija tal-PN, diġà qal li jekk jirbaħ hu mhux se jbigħ iktar każini.
SAB L-APPOĠĠ Edwin Vassallo għandu l-appoġġ ta’ bosta deputati li fl-aħħar jiem insistew li ma għandhom jittieħdu ebda passi fil-konfront tiegħu. Sostnew li din il-kwistjoni Busuttil gerfixha għall-konvenjenza u Vassallo ma għandux iħallas il-prezz waħdu.
Ara paġna 7
Ara paġna 4
PJAN GĦAL AKTAR NISA FIL-POLITIKA • SE JITĦABBRU DETTALJI FIL-KONFERENZA ĠENERALI STRAORDINARJA TAL-PARTIT LABURISTA • L-AKTAR PJAN FEMMINISTA MINN PARTIT F’MALTA Il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista li se tibda tiltaqa’ nhar il-Ħamis se tfisser ukoll it-tħabbira ta’ pjan li hu maħsub biex iżid b’mod qawwi l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Partit Laburista u l-politika. Se jkun il-Prim Ministru, Joseph Muscat, li jħabbar id-dettalji ta’ dan il-pjan li kien deskritt bħala l-iktar inizjattiva femminista li qatt kienet imnedija minn partit politiku f ’Malta. Il-Prim Ministru ħalla l-implimentazzjoni tal-pjan f ’idejn il-Membru talParlament Ewropew, Miriam Dalli u meta lbieraħ tkellem fuq ONE RADIO ta indikazzjoni ċara tal-importanza ta’ din il-konferenza. Fil-fatt, Joseph Muscat saħaq li nhar il-Ħamis li ġej biħsiebu juża d-diskors tiegħu biex jgħaddi messaġġ partikolari ħafna għall-Partit Laburista, dwar ilviżjoni ’l quddiem. Ara paġna 3
L-ISTESS MISTOQSIJA, TLIET TWEĠIBIET
Ara paġni 13-16
02
09.07.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 33°C L-Inqas Temperatura: 23°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali:Arja ta’ pressjoni għolja qed tippersisti fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran. Temp: Xemxi. Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba. Il-Baħar: Ħafif. L-Imbatt: Ftit li xejn. It-Temperatura tal-Baħar: 25°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tnejn
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
32°C
UV 9
24°C
Il-Ħamis
32°C
UV 9
25°C
32°C
Il-Ġimgħa
UV 9
25°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
33°C
UV 9
24°C
32°C
UV 9
24°C
32°C
UV 9
22°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’ Anna, il-Floriana – 21244114 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, il-Ħamrun – 21224898 Fatima Pharmacy, 88 Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, l-Imsida – 21244366 Numri Importanti San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 112 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, in-Naxxar – 21417406 Il-Pulizija ta’ Malta Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, il-Mellieħa – 21523536 2122 4001-9 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, ix-Xagħjra – 27032296 2393 0000 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, iż-Żejtun – 21898728 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Republika, iż-Żurrieq – 21680761 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat Malta – 21455479
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat Għawdex – 21551841 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, ix-Xagħar Għawdex – 21561486 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
09.07.2017
kullhadd.com
KONFERENZA ĠENERALI IMPORTANTI • IL-PRIM MINISTRU JIŻVELA T-TĦADDIM TA’ PARTI OĦRA MILL-VIŻJONI TIEGĦU • FUQ L-AĠENDA L-ĦATRA TA’ DEPUTAT MEXXEJ GĦALL-AFFARIJIET TAL-PARLAMENT Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, mistenni jħabbar pjan dettaljat biex il-Partit Laburista jżid drastikament il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-elezzjoni ġenerali, dik tal-Parlament Ewropew u anke dik tal-Kunsilli Lokali. Id-dettalji ta’ dan il-pjan mistennija jitħabbru fil-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista, li se tiltaqa’ nhar il-Ħamis li ġej. Il-gazzetta KullĦadd tista’ tikkonferma kif il-Prim Ministru ta l-fiduċja tal-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan f ’idejn il-Membru Parlamentari Ewropew, Miriam Dalli. Fil-fatt hi se tmexxi tim ta’ persuni fi ħdan il-Partit Laburista u l-Moviment, li se jwettqu proġett li se jkun immirat biex jattira u jħarreġ nisa biex jidħlu għal responsabbiltajiet politiċi f ’kull livell. F’kumment ma’ din il-gazzetta Miriam Dalli iddeskriviet dan il-pjan bħala l-aktar inizzjattiva femminista li qatt nieda partit politiku f ’Malta. Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru mistenni jispjega kif dan il-pjan se jimxi id f ’id mall-implimetazzjoni ta’ kwoti tal-ġeneru li l-Partit Laburista għandu mandat biex iwettaq. Fil-fatt, il-programm elettorali għall-elezzjoni ġenerali tal-Partit Laburista kien jgħid li Gvern Laburista jibda “diskussjoni dwar miżuri pożittivi li jistgħu jittieħdu biex iktar nisa jkunu rappreżentati fil-Parlament. Din tkun tirrikjedi riformi anke fil-liġijiet elettorali b’diskussjoni bejn il-partiti politiċi. Id-diskussjoni li tkun xprunata mill-Ispeaker tal-Kamra, għandha tevalwa wkoll il-ħiniji-
et tal-Parlament u kif dawn jist- ru ta’ kandidati nisa. Is-soċgħu jkunu aktar family friendly. jologa u attivista Andrea Dibben iddikjarat li n-numru kien “inaċċettabbli” u interpretatu Parteċipazzjoni baxxa bħala sinjal li l-partiti ma tawx Fl-aħħar elezzjoni ġenerali l-ugwaljanza fil-parteċipazzjoni l-Partit Laburista kellu biss 16% tas-70 kandidat tiegħu li kienu nisa. Għall-Partit Nazzjonalista kien hemm biss 24% tal-kandidati li kienu nisa, b’24 kandidat minn 102 kandidati. Miż-żewġ partiti kienu eletti biss tmien nisa mill-ewwel stadju qabel saru l-elezzjonijiet każwali. Eventwalment kienu eletti żewġ nisa oħra fl-elezzjonijiet każwali biex Malta baqgħet iżżomm fost l-inqas rati ta’ nisa li jkunu rappreżentanti fl-ogħla istituzzjoni talpajjiż. Helena Dalli u Marthese Portelli kienu l-uniċi żewġ kandidati nisa li telgħu minn żewġ distretti. F’kummenti li għaddew qabel l-elezzjoni ġenerali studjużi u akkademiċi kienu ddeskrivew bħala mhux aċċettabbli n-num-
Il-Konferenza Ġenerali se taħtar ukoll Deputat Mexxej għall-Affarijiet talParlament. Fil-fatt, il-Ħamis filgħaxija d-delegati jibdew jivvutaw biex jagħżlu bejn il-Ministri Helena Dalli, Chris Fearne u Edward Scicluna. Il-votazzjoni tkompli tul il-jum tal-ġimgħa u jekk ħadd ma jikseb il-50%+1 tal-voti jsir it-tieni rawnd tul il-jum tas-Sibt. Meta fuq ONE RADIO kkummenta dwar din l-għażla l-Prim Ministru qal li t-tliet kandidati huma b’saħħithom ħafna, u jagħżlu lil min jagħżlu d-delegati, jiġri x’jiġri, irridu nibqgħu naħdmu u t-tnejn li ma jiġux eletti se jibqgħu parti mill-kabinett. Minnaħa l-oħra l-persuna magħżula se jkollha aktar xogħol. Id-delegati tal-Partit Laburista se jkunu msejħa jagħtu vot ta’ fiduċja fil-Mexxej Laburista Joseph Muscat u d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, Chris Cardona.
biżejjed prominenza. Fl-aħħar ġimgħat anke l-President tar-Repubblika għamlet dikjarazzjonijiet dwar il-kwoti u qalet li “ma nistgħux ma nagħmlu xejn.”
“Qegħdin f ’fażi fejn ma nistgħux ma nagħmlux xi ħaġa. Issa jekk hux kwoti jew xi ħaġa oħra xi tip ta’ azzjoni pożittiva trid issir. Aħna ilna 70 sena biddritt għal vot. F’70 sena rnexxielna biss 13 fil-mija jkunu nisa. 13 fil-mija,” qalet il-President tar-Repubblika. Fi kliem il-President dan hu ferm inqas mill-ugwaljanza li suppost teżisti. Bir-ritmu talaħħar snin, qalet il-President, dan il-pass se jieħu iktar minn 260 sena. Hawn appellat li l-pajjiż m’għandux jibża’ mid-deċiżjonijiet. “Ma jimpurtax li jkollna l-kontroversja. Dik iġġib id-diskussjoni. Dik iġġib il-ħsieb u l-opportunità biex meta aħna niddeċiedu dwar ir-rappreżentanza iktar ekwa tal-parlamentari fejn jittieħdu l-aqwa deċiżjonijiet ta’ dan il-pajjiż hemm inkunu nistgħu nagħżlu l-aħjar,” żiedet il-President.
04
09.07.2017
kullhadd.com
JAPPOĠĠJAW LIL EDWIN VASSALLO • JGĦIDU LI T-TMEXXIJA M’GĦANDHIEX TIEĦU PASSI KONTRIH • ISIRU NUMRU TA’ LAQGĦAT BIEX JIKKONTROLLAW IS-SITWAZZJONI
Edwin Vassallo għandu l-appoġġ intern ta’ numru ta’ deputati Nazzjonalisti li anke jekk fil-Parlament ma vvotawx bħalu qed jinsistu li l-Partit Nazzjonalista m’għandux jieħu passi kontra tiegħu minħabba l-vot kontra l-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ. Id-dibattitu u l-vot kontra l-ugwaljanza fiż-żwieġ ta’ Edwin Vassallo kompla jżid mal-konfużjoni li kienet diġà teżisti fil-Partit Nazzjonalista u fl-aħħar jiem saru numru ta’ laqgħat bil-għan li s-sitwazzjoni tikkalma xi ftit. Laqgħat li f ’uħud minnhom kien involut Simon Busuttil innifsu. Wara l-laqgħa tal-grupp parlamentari ta’ nhar il-Ġimgħa, imkejjen fil-Partit Nazzjonalista qalu li l-membri tal-grupp parlamentari u l-membri tal-Kumitat Eżekuttiv huma maqsuma fi tliet gruppi differenti. Dawk li qegħdin iżommu mal-linja ta’ Simon Busuttil, dawk li huma kontra l-liġi kif proposta u dawk li huma għalkollox kontra bħal Edwin Vassallo u oħrajn li fil-Parlament tkellmu b’mod ċar. Minkejja li fil-Parlament tressqu numru ta’ emendi fi stadju ta’ kumitat bil-għan li dawk li huma kontra l-liġi jikkalmaw xi ftit, dan ma ħalliex ir-riżultati mixtieqa. Fil-fatt
mhux biss deputati Nazzjonalisti tkellmu qatta’ bla ħabel kontra l-liġi proposta iżda filgrupp parlamentari komplew jagħmluha ċara li din hi ħadma ta’ Simon Busuttil li ma kellhomx għalfejn jerfawha huma meta ma kinux ikkonsultati dwarha. U r-rabja għal Simon
Huma dawn id-deputati li qed jappoġġjaw lil Vassallo u li qegħdin jgħidu li anke jekk ma jaqblux li mar kontra l-whip tal-grupp parlamentari passi dixxiplinarji kontra tiegħu jibagħtu messaġġ ħażin. Anke għax il-pożizzjoni ta’ Vassallo qed tikseb l-appoġġ mill-faxxa
sigħat li se jintbagħat messaġġ ħażin li kulħadd jista’ jagħmel li jrid. Anke għaliex hemm min qed jgħid li Vassallo issa qabeż xi ftit il-linja. Fil-fatt, ilbieraħ Vassallo qal li Simon Busuttil, il-kap tal-partit tiegħu, huwa fake, jew aħjar falz. F’kummenti mat-Times of
BATTUTA ĊARA F’IN-NAZZJON UKOLL Il-battuti favur vot ħieles ma waqfux maddiskors ta’ Claudio Grech fil-Parlament jew l-appelli ta’ l-eks deputati Antoine Borg u Tonio Fenech. Kiteb f ’In-Nazzjon tal-bieraħ l-eks editur ta’ In-Nazzjon u Il-Mument Victor Camilleri li qal li meta Lawrence Gonzi vvota skont kif iddettatlu l-kuxjenza, għal każ tad-divorzju, kien iddobba kritika inġusta. Uża l-vot ta’ Angela Merkel kontra ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess biex jerġa’ jqajjem l-argument u kiteb: “Naf li Lawrence m’għandu bżonn l-ebda rakkomandazzjoni minnaħa tiegħi, iżda sempliċiment ngħidlu li meta hu jimxi skont il-kuxjenza jkun in good company… għall-inqas tal-aqwa waħda fl-Ewropa.” Donnu Simon Busuttil qed idabbarha minn kullimkien. Busuttil żdiedet u mhux naqset wara l-vot ta’ Edwin Vassallo fil-Parlament għax hemm min qed jakkużah li f ’mument fejn il-Partit Nazzjonalista suppost qed jirrifletti dwar kif se jiġbor il-biċċiet wara l-elezzjoni spiċċa mifrud iktar minn qatt qabel.
konservattiva tal-Partit Nazzjonalista. Biex Simon Busuttil ma jidhirx li se jkun qed iċedi permezz ta’ terzi twassal il-messaġġ lil Edwin Vassallo li jekk jivvota favur nhar l-Erbgħa allura l-kapitlu jingħalaq darba għal dejjem. Iżda, oħrajn madwar il-kap insistew fl-aħħar
Malta dwar il-vot tiegħu kontra l-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ Edwin Vassallo ma qagħadx idur mal-lewża u reġa’ tenna li jrid vot ħieles. Appell li fil-Parlament għamlu wkoll Claudio Grech, għalkemm b’mod inqas dirett. “Primarjament jien nixtieq
ningħata l-possibbiltà tal-free vote. Fin-nuqqas tal-free vote nieħu d-deċiżjonijiet tiegħi,” qal Vassallo. Li Edwin Vassallo deputat Nazzjonalista jattakka l-Prim Ministru hija mistennija, iżda din id-darba ma waqafx hemm. Fl-attakk żied lill-kap tal-partit tiegħu stess, Simon Busuttil. Vassallo qal “Fil-preżent kull ma qed nara huwa liberaliżmu falz ta’ Muscat u Busuttil jipprovaw jgħidu li huma liberali filwaqt li ma jippermettu lil ħadd jaħseb differenti. Din hi oppressjoni tad-drittijiet fundamentali.” Edwin Vassallo kompla jtenni li jrid vot ħieles u reġa’ semma l-eżempju tal-Parlament Ġermaniż fejn Angela Merkel, mill-istess familja tal-Partit Nazzjonalista, tat vot ħieles. Hu qal, “Fil-Parlament Ġermaniż Merkel, għal-ligi li lanqas hija kkumplikata daqs tagħna, tathom il-free vote, għaliex aħna le?” “Kemm se ndumu nżommu deputati tagħna mjassrin f ’din it-tip ta’ demokrazija. Libertà li ħadd mhu jirrispetta?” staqsa Vassallo. Edwin Vassallo għamilha ċara wkoll li l-ġlidiet tiegħu se jagħmilhom mill-Partit Nazzjonalista.
IL-POLITIĊI M’GĦANDHOMX IŻOMMU L-BIDLA B’referenza għad-diskussjoni dwar il-liġi tal-ugwaljanza, ilPrim Ministru u Mexxej talPartit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jintervjeni fuq ONE Radio, stqarr li jekk hemm politiċi li jaħsbu li jistgħu jżommu l-bidla, għadhom ma fehmux kemm is-soċjetà tagħna qed tinbidel. “Din il-ġimgħa fil-Parlament ixxukjajt ruħi b’ċertu argumenti,” saħaq il-Prim Ministru filwaqt li tenna li min qed jitkellem kontra l-liġi qed jitkellmu hekk għax qegħdin fuq wavelength differenti. “Aħna qegħdin fuq il-livell tattolleranza u l-aċċettazzjoni
u għalhekk l-emendi li qegħdin jitressqu min-naħa
tal-Oppożizzjoni, jew uħud mill-membri, u li permezz
tagħhom qed jgħidulna ħallu l-affarijiet kif inhuma imma
żidu kategorija oħra, u allura hekk qed iżid is-segregazzjoni, ma nistgħux naqblu magħhom. Jien aktar nirrispetta nies li jgħidu li jien ma naqbilx mal-liġi, imma almenu taf fejn qiegħed magħhom, milli jkun hemm xi ħadd li jitkellem kontra u jivvota favur. Din hija kwistjoni importanti, ta’ importanza storika, se nkunu fuq il-midja internazzjonali,” spjega Dr Muscat. Muscat qal li hu kburi li twettaq dan il-pass. “Se nkomplu nuru li qed inwettqu għall-minoranzi u għalhekk l-appell tiegħi lill-klassi politika; idaħħlux raskom fir-ramel,” stqarr il-Mexxej Laburista.
05
09.07.2017
kullhadd.com
58 ABORT MALTI FL-INGILTERRA Is-sena li għaddiet saru 58 abort fl-Ingilterra minn persuni ta’ nazzjonalità Maltija. Dan jirriżulta minn rapport annwali li jkun ippubblikat ta’ kull sena mid-Dipartiment tasSaħħa fl-Ingilterra fejn joħroġ tagħrif dwar in-notifiki li jkunu għaddew lill-uffiċjali t-tobba li jkunu wettqu l-abort fuq persuni fl-Ingilterra u Wales. Notifika li hija mitluba skont illiġi tal-pajjiż. Jirriżulta li kien hemm 190,406 abort li saru fl-Ingilterra u Wales is-sena l-oħra. Tnaqqis żgħir mill-191,014 każ ta’ abort fl-2015. L-iktar etajiet popolari fejn isir l-abort huma dawk ta’ fuq l-20 sena għalkemm kien hemm każi fejn kien irrapportat li sar abort minn persuni fl-età ta’ 12il sena u saħansitra jitilgħu għal persuni fuq l-40 sena. Jirriżulta wkoll li l-maġġoranza tal-aborti li saru, 81%, huma fuq nisa li ma kinux miżżewġa. Din hija rata li baqgħet kostanti tul l-aħħar 10 snin. Intant, ma kinux biss Maltin, li telgħu jagħmlu abort l-Ingilterra. Fil-fatt minn din l-istatistika jirriżulta li kienu 4,810 l-persuni minn barra l-pajjiż li marru l-Ingilterra għal din il-proċedura u n-numru ta’ Maltin jagħmel il-1.2% minn dan it-total ta’ aborti
legali. Għaliex aborti illegali ma jinqabdux fi statistika bħal din. It-total ta’ persuni li marru l-Ingilterra u Wales jagħmlu abort is-sena li għaddiet kien l-inqas wieħed sa mill-1969 wara li fl-2015 kien laħaq l-ammont ta’ 5,190. Il-maġġoranza tal-persuni li
marru l-Ingilterra biex jagħmlu abort li m’għamlux f ’pajjiżhom kellhom tqala ta’ bejn tlieta u disa’ ġimgħat (3,204 każ). Filwaqt li numru konsiderevoli ieħor għamlu dan bejn l-10 u t-12-il ġimgħa (699 każ). Kien hemm imbagħad numru ta’ każi (586) bejn 13 u 19-il
ġimgħa u l-inqas ammont ta’ każi (321) kien għal dawk bejn 20 ġimgħa u iktar. F’Malta l-abort huwa wieħed minn dawk is-suġġetti li b’mod ġenerali jġibu kunsens wiesa’ ħafna. Fl-aħħar kampanja elettorali, il-Prim Ministru Joseph Muscat, qal
li ma jarax li jista’ jkun hemm diskussjoni dwar l-abort f ’Malta. Dikjarazzjoni ċara li għamilha iktar minn darba bid-dikjarazzjonijiet tiegħu u tal-gvern ikunu dejjem favur il-ħajja. Xi ħaġa li hemm kunsens dwarha anke mal-Oppożizzjoni.
L-ARĊISOQF IMĦASSEB DWAR IT-TAGĦLIM TAR-RELIĠJON Permezz ta’ ċirkolari li qed tinqara fil-knejjes kollha madwar il-pajjiż fi tmiem il-ġimgħa l-Arċisqof Charles Scicluna qal li l-ġenituri Kattoliċi li flgħażliet li jagħmlu fl-edukazzjoni ta’ wliedhom, għandhom id-dover li fl-iskola jagħżlu t-tagħlim tar-reliġjon. L-Arċis-
qof Scicluna jargumenta li l-ġenituri fir-responsabbiltà li għandhom, li minn meta l-ulied ikunu għadhom żgħar, jgħinuhom biex jikbru fil-fidi bl-eżempju u bil-kelma, u billi jaraw li jirċievu l-formazzjoni meħtieġa. L-Arċisqof, filwaqt li enfasizza l-importanza tal-for-
mazzjoni reliġjuża fil-ħajja tal-familja, qal li l-komunità parrokkjali u l-iskola ma jeħdux post il-ġenituri imma huma kumplimentari għalihom. L-Arċisqof qal li fl-isfond ta’ dan kollu, qed tkompli l-ħidma biex it-tagħlim tar-reliġjon jiġi aġġornat, iwieġeb għall-ħtiġiji-
et tal-lum, u jkun ta’ għajnuna għall-istudenti. Mistoqsija Parlamentari imwieġba fl-aħħar ġimgħat uriet li fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-istat hemm iktar minn 2,300 student li ma jattendix għal-lezzjonijiet tar-reliġjon, b’uħud jagħżlu li jieħdu lezzjonijiet
tal-etika u oħrajn jagħżlu li ma jieħdu ebda minn dawn. L-istudenti li ma jattendux lezzjonijiet tar-reliġjon ilaħħqu wkoll il-mijiet fl-iskejjel privati u indipendenti. M’hemmx dubju li l-messaġġ tal-Arċisqof huwa reazzjoni għal dan it-tagħrif.
06
09.07.2017
kullhadd.com
MILL-ĠURAMENT GĦALL-IVA FUQ L-ARTAL Il-Ministru Ian Borg ingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ ilbieraħ f ’ċerimonja fil-Katidral tal-Imdina, li kienet segwita minn riċeviment f ’Howard Gardens, ir-Rabat. Ian Borg, ta’ 31 sena, iżżewweġ lil Rachelle Dingli, ta’ 27 sena. F’kumment waqt li lbieraħ kien għaddej bi tħejjijiet għal dan il-jum speċjali Ian Borg fakkarna kif il-pjanijiet għal dan it-tieġ inqabdu f ’kampanja elettorali mill-iktar impenjattiva. Id-data tat-tieġ kienet maħsuba biex Borg jiżżewweġ ftit jiem wara l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea li għaliha kien responsabbli bħala Segretarju Parlamentari. Iżda l-elezzjoni ġenerali mhux mistennija, ħaditlu ħafna mill-ħin tiegħu u qabel qal l-iva fuq l-artal spiċċa reġa’ ħa l-ġurament bħala membru fil-kabinett tal-Ministri. Ian Borg qalilna li ltaqa’ ma’ Rachelle l-ewwel darba għall-kafé f ’Jannar tal-2014, proprju ftit jiem qabel it-28 ta’ Frar meta t-tnejn li huma ċċelebraw għeluq sninhom flimkien. Awguri Ian u Rachelle.
Kien inawgurat il-monument li fakkar il-mixja twila tal-poplu Malti biex wara sekli twal ta’ ħakma barranija rnexxielu jieħu r-riedni tad-destin tiegħu f ’idejh u saħansitra fl-aħħar xhur kien jinsab fit-tmun tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, isem il-mafkar huwa “Fjamma li ma tmut qatt” – isem li jixhed il-ħeġġa u l-ħidma kontinwa tal-Maltin biex jiddeċiedu l-ġejjieni tagħhom huma stess filwaqt li jkomplu jtejbu l-livell tal-għajxien tagħhom. Il-monument inħadem fil-bronż fuq disinn tal-artist Valerio Schembri. Dan il-monument jiżen madwar ħames tunnellati u l-proċess biex inħadem kien wieħed twil u saret ħidma fuqu saħansitra fl-Italja.
07
09.07.2017
kullhadd.com
MA BDEWX JAĦSBU GĦAĊ-ĊEDOLI • ANALISTI FINANZJARJI JISPJEGAW LI DAN IPPOĠĠI F’RISKJU S-SUPPOST SELF LI ĦA L-PN • SE JIĠRI LI ĦASBU ĦAFNA U S-SELF JINBIDEL F’GĦOTJIET? L-analiżi tal-qagħda finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista li din il-gazzetta bdiet il-Ħadd li għadda turi wkoll li jeżistu riskji serji għas-self biċ-ċedoli jekk il-Partit Nazzjonalista ma jibdilx ir-rotta li qabad fl-aħħar ftit snin. Mill-kontijiet ippreżentanti quddiem il-Kummissjoni Elettorali jirriżulta li sa issa l-Partit Nazzjonalista ma beda jħaddem ebda pjan biex f ’inqas minn 10 snin ikun jista’ jħallas lura ċ-ċedoli kif imwiegħed fil-kuntratti ma’ min sellef il-flus b’mod anonimu lill-partit. Fil-fatt, filwaqt li l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ppruvat tindika li sar xi titjib fil-qagħda finanzjarja f ’dawn l-aħħar snin il-kontijiet li l-Partit Nazzjonalista ppreżenta lill-Kummisjoni Elettorali (tard, wara l-elezzjoni ġenerali) juru eżatt bil-maqlub. Se tmiem is-sena li għaddiet il-Partit Nazzjonalista akkumula telf finanzjarju ta’ €6.6 miljuni. Dan l-aktar minħabba telf qawwi li qed isir fis-sussidjarji tal-Partit Nazzjonalista, speċjalment il-kumpanija Medialink. Il-qagħda tal-Medialink tidher li sejra mill-ħażin għall-agħar. Fil-fatt, it-total ta’ telf akkumulat tal-Medialink sal-2016 kien ilaħħaq l-€10.2 miljuni. Hija din is-sitwazzjoni li skont analisti finanzjarji li analizzaw il-kontijiet għal din il-gazzetta tista’ tpoġġi f ’periklu serju lil dawk li poġġew flushom fiċ-ċedoli. Għax filwaqt li l-amministrazzjoni Nazzjonalista qalet lil dawn il-persuni li fi żmien 10 snin se jieħdu flushom lura,
fl-ewwel sena mindu nfetħet l-iskema, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li dan jista’ jseħħ. Il-Partit Nazzjonalista mhux talli ma bediex ifaddal biex eventwalment ikun jista’ jħallas lura ċ-ċedoli, imma talli s-sena li għaddiet għamel telf finanzjarju ta’ €1.6 miljun fl-2016. Dan wara li kellu jitgħabba bil-piż ta’ sena finanzjarja ħażina oħra għall-kumpaniji sussidjarji. B’kuntrast, skont prinċipji finanzjarji konservattivi, suppost il-Partit Nazzjonalista poġġa fil-ġenb madwar €350,000 ħal-
Din is-sena l-PN irid iħallas dejn ta’ €415,210 u fi żmien sentejn għandu jagħti €418,596, segwit fit-tliet snin ta’ wara b’pagamenti ta’ djun li jlaħħqu l-€1.3 miljun. Sal-2025 jrid iħallas dejn ta’ €1.2 milun ieħor u fl-2025 jiskadi dejn ieħor ta’ €2 miljuni. Dan minbarra ċ-ċedoli
li jkun jista’ jħallas iċ-ċedoli lura fl-2026. Dan minħabba li ssellef €3.5 miljuni fuq 10 snin. Fir-realtà minflok faddal, il-Partit Nazzjonalista kompla jonfoq ferm aktar milli jaqla’. Minbarra ċ-ċedoli, fis-snin li ġejjin il-Partit Nazzjonalista jrid iħallas lura diversi djun ma’ banek kummerċjali. Din is-sena l-PN irid iħallas dejn ta’ €415,210 u fi żmien sentejn għandu jagħti €418,596, segwit fit-tliet snin ta’ wara b’pagamenti ta’ djun li jlaħħqu l-€1.3 miljun. Sal-2025 irid iħallas 2025 jiskadi dejn ieħor ta’ dejn ta’ €1.2 milun ieħor u fl- miljuni.
F’sitwazzjoni fejn id-dħul tal-Partit Nazzjonalista dejjem qed jonqos u l-ispiża qed tispara ’l fuq, is-sitwazzjoni tal-Partit Nazzjonalista tinħass li qed issir kritika. L-emoraġija ta’ fondi fil-Medialink ma hija tgħin xejn lis-sostenibilità tal-finanzi tal-partit. Jidher li minflok isibu soluzzjoni għall-problema ta’ pagamenti lura tad-dejn mal-banek, l-amministrazzjoni preżenti ppruvat taħrab b’mod temporanju billi tissellef permezz taċ-ċedoli. Fil-fatt irrapportajna iktar minn darba kif dan kien eżerċiżżju fejn dejn tmexxa minn naħa għal oħra. Imma issa qed joħroġ ċar ukoll li mingħajr azzjoni konkreta biex tinqata’ l-ħela kbira fuq konsulenzi u pagi fl-amministrazzjoni tal-partit, ftit li xejn hemm tama biex il-finanzi tal-Partit Nazzjonalista jiġu fis-sod. Imkejjen fid-Dar Ċentrali sostnew kif wara l-elezzjoni ġenerali saħansitra bdew jitqajmu dubji dwar kemm jista’ jitħallas l-imgħax dovut fuq iċ-ċedoli kif ukoll l-kapital tagħhom. Jidher li min se jidħol għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista se jiffaċċja sitwazzjoni ferm agħar minn dik li kien hemm fl-2013 għax dakinhar id-dejn tal-partit u t-telf tal-Medialink kienu ferm anqas milli huma llum. Dan kollu f ’mument fejn is-sena li għaddiet naqas ukoll id-dħul mit-tesserati tal-partit u l-ogħla uffiċjali tal-partit ħadu żieda ta’ 11% fis-salarji tagħhom kif irrapportat f ’din €2 il-gazzetta ta’ nhar il-Ħadd li għadda.
08
09.07.2017
kullhadd.com
CLAUDIO GRECH JIKKAMPANJA MINGĦAJR MA JĦABBAR • SE JIDDEĊIEDI FL-AĦĦAR MUMENT • CHRIS SAID JGĦID LI DAQSHEKK BEJGĦ TA’ KAŻINI • JEAN PIERRE DEBONO MA’ DELIA Għalkemm għadu ma ħabbarx utat Claudio Grech, għaddej jonalista bi mkejjen qrib tiegħu il-kandidatura tiegħu għall-Kap bil-kampanja tiegħu fost dep- sostnew ma’ din il-gazzetta li tal-Partit Nazzjonalista, id-dep- utati u attivisti tal-Partit Nazz- Grech se jkun qed janalizza sal-aħħar mument jekk fl-aħħar mill-aħħar għandux ikun kandidat għat-tmexxija. Claudio Grech xejn mhu favorit tal-establishment fid-Dar Ċentrali u huwa dan li qed iżommu jikkunsidra sal-aħħar jekk għandux jitfa’ ismu. Saħansitra wara li anke fuq livell ta’ distrett fl-elezzjoni ġenerali ħass li sofra mill-fatt li l-establishment fl-istamperija ma jarax għajn m’għajn miegħu. Iżda, sakemm qed janalizza kollox, Claudio Grech ma qagħadx idu fuq żaqqu u hu u n-nies qrib tiegħu għamlu numru kbir ta’ laqgħat ma’ nies fil-Partit Nazzjonalista u lil hinn minnu, saħansitra fid-dinja tan-negozju. Hemm mill-esablishment li qed jipprova jeħles minn Grech billi juża kuntatti biex jipprova jikkonvinċih ikun viċi kap ta’
Adrian Delia li kien l-ewwel wieħed li ħabbar li se jitfa’ ismu fit-tellieqa anke jekk mhux deputat u ilu snin ma jkun involut fil-Partit Nazzjonalista. Però sal-lum Claudio Grech ma kkommettiex ruħu għaliex l-iktar kariga li jibqa’ juri interess fiha hija dik ta’ kap u dawk li jafuh fi żmien li kien jaħdem ma’ Austin Gatt, li miegħu għadu biċċa waħda, qed jgħidulu li dan hu l-mument tiegħu inkella qatt. In-nomini jagħlqu għaxart ijiem oħra u sa issa kkonferma l-kandidatura Chris Said ukoll li fl-aħħar jiem iddikjara li se jkun qed jieħu pożizzjoni differenti minn dik li ħa l-kap preżenti Simon Busuttil fuq il-każini tal-partit. Chris Said qal li jekk hu jsir kap, jitwaqqaf il-bejgħ tal-każini tal-Partit Nazzjonalista. Xi
ħaġa li flaħħar snin ġabet bosta kritika minn attivisti tal-partit li raw is-sagrifiċji tagħhom jisfumaw fix-xejn biex il-partit jipprova jikrupra xi ftit mid-dejn li għandu u xorta waħda m’għamilx dan kif qed nuru f ’rapporti oħra f ’din il-gazzetta. Adrian Delia għandu l-appoġġ ta’ Jean Pierre Debono, deputat fuq is-seba’ distrett elettorali u huwa wkoll deputat segretarju ġenerali. Debono qed jgħin kemm jiflaħ lil Delia bil-kuntatti li għamel mal-friegħi differenti tal-partit tul is-snin. U filwaqt li qed igawdi mill-appoġġ ta’ Debono, Delia mhux favorit tal-familja Fenech Adami anke jekk ħafna mill-establishment irid lilu. Imkejjen fid-Dar Ċentrali sostnew li din hi pika li ġejja mir-raħal ta’ Birkirkara.
09
09.07.2017
kullhadd.com
BIDLA SIEKTA FL-ISTIPENDJI • ŻIDIET MIFRUXA FL-GĦOTJIET LILL-ISTUDENTI • IKTAR STUDENTI JIBBENEFIKAW GĦALL-EWWEL DARBA Kitba ta’ RACHEL POWELL Fl-aħħar erba’ snin in-numru ta’ studenti li gawdew minn stipendju u għotjiet relatati baqa’ jiżdied kull sena. B’kollox kien hemm żieda ta’ madwar 2000 student li gawdew minn stipendju meta wieħed iqabbel is-sena skolastika li għaddiet mal-aħħar waħda ta’ amministrazzjoni preċedenti. Minn 16,995 telgħu għal madwar 19,000 u dan ma kienx riżultat biss tal-fatt li kien hemm iktar studenti jistudjaw iżda wkoll minħabba l-fatt li studenti li qabel ma kinux jieħdu stipendju llum jeħduh. Dan minbarra ż-żieda għall-għoli tal-ħajja. Il-Ministru Evarist Bartolo f ’risposta għall-mistoqsija Parlamentari fis-seduta tal-Erbgħa li għadda kkonferma li b’kollox l-istudenti bbenefikaw minn €25,815,788.00 f ’fondi millbaġit għal dan il-għan. Fil-Parlament, Bartolo spjega kif matul dawn l-aħħar snin ġew introdotti diversi inċentivi sabiex jitwessgħu l-parametri tal-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti. “L-iskop ewlieni ta’ din l-istrateġija kien li jitħaffu l-proċessi u l-istrutturi billi jiġu applikati l-istess proċeduri komuni għal kull student li japplika għall-imsemmija għotjiet. L-Uffiċċju tal-Għotjiet ta’ Manteniment għamel investiment qawwi f ’dan il-qasam u issa jinsab f ’pożizzjoni tajba ħafna biex ilaħħaq mad-domanda dejjem tikber ta’ applikazzjonijiet u naturalment mal-aspettattiva tal-istudent f ’dan ir-rigward,” qal il-Ministru Bartolo. Fis-sena akkademika 2013/2014 beda jingħata għall-ewwel darba stipendju lil studenti li jirrepetu sena fil-kors tagħhom u l-istipendju beda jiġi rivedut kull sena b’rata proporzjonali tal-COLA; iż-żieda tal-għoli tal-ħajja. Fl-istess sena akkademika tneħħiet is-sistema tal-ismart card u l-għotjiet lill-istudenti bdew jingħataw direttament fil-kont tal-bank tagħhom. Minn din is-sena akkademika studenti li jistudjaw għal Doctor in Veterinary Medicine bdew jirċievu rata ta’ stipendju ogħla u klassifikata bħala High Priority Course. Ir-rata ta’ stipendju kienet dik ta’ €300 kull erba’ ġimgħat. Fl-2013 kien hemm 6 studenti ġodda li bdew dan ilkors u 27 student ieħor li kienu qed jipprogressaw fih. Fis-sena 2015/16 diversi korsijiet ġodda żdiedu mal-lista ta’ dawk eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti, inkluż il-Postgraduate Diploma fin-Nutrition u Dietetics li beda
Għall-ewwel darba studenti fl-apprentistat fl-MCAST bdew jirċievu stipendju speċjali fix-xhur tas-sajf, li jfisser tliet pagamenti konsekuttivi ta’ €233
jitqies ukoll eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti. Il-proġett edukattiv Gem 16+ (Ġuze Ellul Mercer 16+) laqa’ 69 student li kollha tqiesu eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti u ħafna minnhom applikaw ukoll għall-għotja supplimentari. Id-dipartiment irċieva wkoll 108 applikazzjoni mill-Agenzija Żgħażagħ (Youth Inc.) b’aktar minn 48 minnhom japplikaw għall-għotja supplimentari. F’din is-sena akkademika hemm 90 student fil-programm Gem 16+ filwaqt li l-Aġenzija Żgħażagħ laqgħet 143 student. Kien hemm diversi inċentivi oħra mnedija fosthom il-ħlas tal-għotja ta’ darba lill-istudenti tat-tieni sena li jkunu qed jagħmlu kors bl-apprentistat flMCAST. Din l-għotja tfisser li issa l-istudenti tal-apprentistat fl-MCAST u li qegħdin fit-tieni sena tal-kors tagħhom ser jibdew jirċievu l-għotja inizjali fil-bidu tas-sena akkademika. Fil-fatt 362 student irċieva l-għotja f ’Marzu u dan ammonta għall-investiment ta’ €42,479.58. Inċentivi oħra kienu jinkludu l-klassifikazzjoni ta’ korsijiet li ġew meqjusa bħala eliġibbli għal stipendju ogħla fosthom B.Sc Pharmaceutical Technology li ġie kklassifikat bħala kors preskritt għal fini ta’ stipendju biex hekk dawn l-istudenti bdew jieħdu għotjiet ta’ manteniment
lill-istudenti ħafna ogħla. L-istudenti maturi bdew jitqiesu wkoll awtomatikament eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti minn Jannar 2016 u għaldaqstant ma baqax jintalab rendikont tad-dħul ta’ dawk residenti fl-istess household biex tiġi determinata l-eliġibbilità ta’ studenti li jiġu aċċettati għall-kors taħt il-klawsola tal-maturità. Fl-2015 id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u x-Xogħol investa biex id-Dipartiment għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-istudenti jkollha sistema onlajn biex l-istudenti japplikaw kollha f ’applikazzjoni waħda li minnha jiġu ġġenerati l-ħlasijiet wara li tiddaħħal l-attendenza fejn applikabbli. Għall-ewwel darba studenti fl-apprentistat flMCAST bdew jirċievu stipendju speċjali fix-xhur tas-sajf, jiġifieri tliet pagamenti konsekuttivi ta’ €233. Minn din is-sena akkademika, studenti li jagħlqu 16-il sena u jkomplu jistudjaw u jitħarrġu fil-Programm ta’ Tagħlim Alternattiv f ’Raħal Ġdid fil-Livell 3 tal-Qafas tal-Kwalifiki Maltin fil-Hospitality and Customer Care u fil-Welding and Fabrication bdew jitqiesu eliġibbli biex jingħataw stipendju wkoll. 26 student ibbenefikaw minn din il-miżura. Fi Frar 2017, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol approva r-rakkomandazzjoni
tal-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti biex il-korsijiet fl-Aeronawtika u Aerospace Engineering jitqiesu bħala High Priority Course u fil-fatt dawn l-istudenti bdew jirċievu l-ammont ta’ €307.68 kull erba’ ġimgħat minn Jannar 2017. Għaldaqstant dawn l-istudenti bdew jirċievu wkoll rata ta’ għotja ogħla. Studenti li jagħmlu sena waħda addizzjonali fil-kors tagħhom bdew jingħataw stipendju wkoll għas-sena addizzjonali u jitqiesu bħala studenti li qed jirrepetu sena fil-kors tagħhom. Dawk l-istudenti li għal xi raġuni ma jtemmux kors b’suċċess u jid-
Bdiet tingħata wkoll għotja addizzjonali lill-ġenituri waħedhom li jkomplu jistudjaw
deċiedu li jmorru għal kors ta’ studju li jwassal għal kwalifiki tal-istess livell jew aktar baxx, bdew għall-ewwel darba jieħdu l-istipendju. Minn din is-sena wkoll il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol approva wkoll ħlas għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti li segwew korsijiet postsekondarji taħt il-United World Colleges u istituzzjonijiet oħra postsekondarji. Ġew riveduti wkoll it-thresholds tal-qligħ b’rabta mal-eliġibbilità għall-għotja supplimentari. Studenti b’diżabilità u studenti li joqogħdu fi djar tal-Knisja u konservatorji, fost l-oħrajn, bdew jitqiesu awtomatikament eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment, inkluż l-għotja supplimentari. Bdiet tingħata wkoll għotja addizzjonali lill-ġenituri waħedhom li jkomplu jistudjaw fuq livell postsekondarju, terzjarju u / jew vokazzjonali. F’kumment, il-President tal-Għaqda Studenteska Pulse, is-Sur Ayrton Mifsud stqarr li “Huwa dejjem tajjeb li tiżdied in-nefqa fl-edukazzjoni speċjalment f ’dak li għandu x’jaqsam mal-istipendji.” B’hekk l-Għaqda tħoss li din in-nefqa tixhed il-fiduċja li dan il-Gvern għandu fl-istudenti Maltin u Għawdxin. “Nawgura sabiex l-istipendji jibqgħu jiżdiedu, ħalli studenti jkollhom l-inċentiv li jkunu storja ta’ suċċess fil-ħajja akkademika tagħhom.”
10
09.07.2017
kullhadd.com
IS-SISTEMA KONTRA L-ULIED? Minn Charles B. Spiteri
Ġenituri Maltin jgħidu li t-tfal tal-lum mhumiex jitilgħu kif telgħu huma f’dik li hi dixxiplina. Hemm min jgħid li dan hu l-moderniżmu meħtieġ, waqt li hemm oħrajn li jsostnu li d-dmirijiet tal-ġenituri qed ikollhom iċedu bil-mod il-mod kif seħħ diġà f’pajjiżi barranin. Kif qed taħdem is-‘sistema’ vis a vis l-ulied? 20 sena ilu tnieda wkoll is-servizz ta’ appoġġ 179 u hu magħruf li tul dawn is-snin, għamlu użu minnu xejn inqas minn kwart ta’ miljun persuna. Il-gazzetta KullĦadd tistħarreġ.
L-Ispettur Sandro Camilleri, President tal-Police Officers Union, GWU
Omar Seguna, Edukatur u Ġenitur
Minħabba li xi wlied issawtu mill-ġenituri jew mis-sieħeb ta’ ommhom jew ta’ missierhom, tnieda s-servizz 179 għarrappurtar tat-tfal għal xi abbuż. Jista’ jkun li dan is-servizz qed jostakola lil ġenituri serji milli jtellgħu lil uliehom b’ċerta dixxiplina u barra minn hekk, b’dan is-servizz, jippermettilhom imorru kontra l-ġenituri tagħhom stess? Bħala Union naqblu mal-linja u l-proċedura tal179, iżda kien hemm rapporti u każi fejn bħal f ’kollox, ippruvaw jgħawġu dik il-ħaġa wkoll. Illum ħafna tfal qed jiġu mgħallma d-drittijiet tagħhom anki mill-iskejjel. Iżda aħna nsostnu li apparti dan, l-istess tfal għandhom ikunu mgħallma x’inhuma d-dmirijiet tagħhom. U dawn id-dmirijiet iridu jkunu id f ’id mad-drittiijiet. Nafu li sa 18-il sena, minuri jaqa’ taħt il-kappa tal-ġenituri tiegħu: jiġifieri jagħmel x’jagħmel, il-ġenituri huma responsabbli għal dak kollu li jagħmel il-minuri. Nafu wkoll li fil-passat kien hemm ġenituri li jmorru oltre, u jabbużaw, fis-sens ta’ swat, kultant anki vjolenti, u nifhem li s-soċjetà nbidlet u ma nistgħux nibqgħu marbutin ma’ dak iż-żmien. Iżda issa ma rridux inġibu lill-ulied jagħmlu litteralment li jridu. Għandna każi fejn ġenituri jirrappurtaw lil uliedhom ta’ 14-il sena, għax ikunu qabdu vizzji jew kumpaniji ħżiena u meta l-ġenituri jkellmuhom, l-istess uliedhom joffenduhom u jkellmuhom ħażin. Għalhekk xi ġenituri jfittxu l-għajnuna tal-pulizija. Aħna rridu ninkwadraw dan kollu mal-bidliet legali li saru riċentement, għax kellna bdil drastiku fejn tidħol ir-responsabbiltà kriminali b’rabta mal-minuri. Għal snin twal, il-liġi Maltija kienet
li minn 0 sa 9 snin, minuri qatt ma seta’ jinstab ħati kriminalment (doli incapax). Bejn 9 u 14-il sena, seta’ jinstab ħati mill-qrati jekk dak li jkun għamel, ikun għamlu b’ħażen, b’malizzja u mhux bi żball. Bejn 14 u 18-il sena, wieħed kien ikun meqjus bħall-kbar, iżda jekk jinstab ħati jkun hemm piena inqas bi grad jew bi tnejn fil-piena. Issa dan inbidel kollu u sar li minn xejn sa 14-il sena, minuri qatt ma jista’ jinżamm responsabbli kriminalment. Daħħalna xi proviso żgħir fejn hemm xi multi kontra l-ġenitur, iżda qed niġu f ’sitwazzjonijiet, fejn il-ġenituri jistqarru li ma għandhomx kontroll fuq uliedhom taħt l-età. Jien mexxejt il-Qorti tal-minorenni għal kważi disa’ snin sħaħ, nipprosegwixxi kull minuri li jkun wettaq reat. Tfal ta’ 12 u 13-il sena, bl-għajnuna li kienu jingħataw tal-probation officers, psikologi u psikjatri, kienu jinbidlu kompletament. Jiġifieri s-sistema rnexxiet. Kien hemm tfal oħra fl-istess età, li kienu ġa saru traffikanti tad-droga. Naturalment, dawn kienu jintbagħtu l-ħabs, fit-taqsima għalihom YOURS. Madankollu ngħid, minn esperjenza personali, li ħafna mill-minuri jidħlu fi kriminalità u reati kriminali, sforz il-problemi familjari u soċjali, bħal separazzjonijiet u taħwid. Il-minuri jħossu ħafna għal dan, jiffrustraw u jaqbdu triqat koroh. Hemm ukoll ġenituri, li jkunu pinna fuq ulied-
hom u dawn jaqbdulhom il-vizzji. Għalhekk kull każ kien jiġi eżaminat individwalment, għax kellna każi fejn minuri jidħlu f ’reati bla kienu jafu. Iżda issa ħsilna jdejna minn dan kollu u għamilna li sa 14-il sena ma jiġri xejn. Allura mil-lat ta’ pulizija -- u qed ngħid dan bħala l-President tal-Union u mhux bħala l-Korp tal-Pulizija - issa qed ikollna minuri, li ta’ 13-il sena jidħol fl-Għassa, ikellem ħażin, b’arroganza u joffendi lill-pulizija, u huma ma jistgħu jagħmlulu xejn. Għalhekk, fl-opinjoni tagħna bħal POU, nistqarr li qed naqgħu fl-assurd. Naqblu mat-telefonati tal-179, għalkemm kellna telefonati frivoli u nħossu wkoll li t-tfal ta’ 13 u 14-il sena llum donnhom kibru f ’daqqa, u nisħaq li nemmen li s-sistema edukattiva m’għandhiex tgħallem biss id-drittijiet tat-tfal iżda wkoll id-dmirijiet, għax biex lill-ġenitur tħeġġu jeduka lil uliedu, ma tistax tneħħilu l-armi kollha li jeżistu, inkella mbagħad naqgħu fl-assurd. Nemmen li għandu jkun hemm monitoraġġ, iżda jeħtieġ li jkun hemm il-miżuri wkoll, u bħalissa, sa 14-il sena m’hemmx miżuri. Qegħdin liberi għalkollox u l-pulizija ma tista’ tagħmel xejn mil-lat kriminali. Mil-lat ċivili, huma l-ġenituri li suppost huma obbligati jagħmlu tajjeb għal uliedhom.
11
09.07.2017
kullhadd.com
Bħal kull servizz ieħor jista’ jkun hemm abbuż minnu, però naħseb li hemm għarfien mill-iskejjel u mill-appoġġ kif dan is-servizz jista’ jintuża sew. Irridu nifhmu wkoll li jekk tifel ċempel, jista’ jkun li jrid jitkellem iżda dan ma jfissirx li awtomatikament ser jiġi mifhum mill-persuni li huma mħarrġin tal-call centre, li neċessarjament huwa abbuż. Mill-banda l-oħra nifhmu li ebda abbuż ma jista’ jiġi injorat u ma tistax tkun daqstant diffiċli li t-tfal jirrappurtaw meta dan isir. Nafu kemm hu diffiċli biex it-tfal jirrappurtaw lil dawk l-aktar qrib tagħhom. U huwa kruċjali li ma jkunx diffiċli għa-
lihom, tali mod li jħossu li hija ħtija tagħhom. Fl-istess ħin iżda naħseb li għandna żewġ problemi prinċipali fid-dinja tal-lum li jnaffru lil dak li jkun li jżomm id-dixxiplina. Għandek qabelxejn ġenituri u jien ngħid anki xi għalliema li jibżgħu minn dak li qed tgħid inti, u jaħsbu li jekk ngħidu aħna, iċċanfar lit-tfal, ser tiġi akkużat li qed twettaq xi tip ta’ vjolenza kontra t-tfal. Mhux il-każ. It-tieni problema illi nara hija l-mentalità li donnu r-rwoli saru relattivi jew qed jispiċċaw. Allura ngħidu li l-ġenituri huma ħbieb tat-tfal u l-għalliema huma ħbieb tat-tfal. Il-ġenituri għandhom ikunu
qabelxejn ġenituri, għax it-tfal għandhom bżonn li jkollhom ġenituri. L-għalliema għandhom ikunu hemm bħala għalliema. Uliedna għandhom ħbieb u għandu jkollhom ħbieb li jkellmuhom kif jafu huma u bil-lingwaġġ tagħhom. Iżda fl-istess ħin għandu jkollhom bżonn din il-gwida. U iva, vera li fl-età tal-adolexxenza, ser jirribellaw, ser jirrisponduna. Iżda ma mmorrux naħsbu li b’daqshekk ma jridux l-appoġġ tagħna u lilna, li nimxu l-pass tal-adolexxenza magħhom, mhux billi nżommulhom idejhom, iżda billi nħalluhom jimxu u nkunu hemm għalihom meta jkollhom bżonn.
Dari kellna l-ħabs tat-tfal (San Filippu Neri) ta’ taħt it-18-il sena. Illum il-ġurnata ħadd, lanqas il-Pulizija ma tista’ tieħu passi legali kontra l-minuri u dawn jibqgħu għaddejjin qisu qatt ma għamlu xejn u qisu dak li għamlu hu tajjeb, anki fl-iskejjel. X’taħseb fuq dan? Nemmen li konna aħjar bil-liġi ta’ qabel, fejn kellna Maġistrat sedenti, bi speċjalisti, tobba, social workers u probation officers li bdew jindirizzaw lil dawn il-minuri ta’ bejn id-9 u l-14-il sena. Ġieli kellna każi ta’ tfal li ta’ 13-il sena kienu rappurtati bi stupri. Ħadna l-passi u kien hemm kambjamenti, fejn numru kbir minnhom bidlu ħajjithom għalkollox.
Il-liġi ta’ bħalissa hi diffiċli ferm li tinbidel, għax kellha qbil unanimu u apparti kollox, trid tgħaddi mill-Parlament. Iżda bħala l-bniedem li mmexxi l-POU nsostni li għandu jkun hemm sede oħra apparti l-YOURS, li tkun ta’ detenzjoni, waqt li l-minorenni jingħataw il-kura u l-għajnuna meħtieġa. Għax dawn huma l-futur tas-soċjetà t’għada. Ma nistgħux nippermettu li fil-futur ikollna ċittadini
mhux denji minħabba żbalji li setgħu saru. Illum qed naraw li b’dawn il-miżuri, barra minn Malta għandhom problemi kbar bil-minorenni. Mela allura jekk f ’Malta ma kellniex dawn ilproblemi, għaliex għandna nimitawhom? Hu minnu li aġenziji bħal Sedqa u Appoġġ qed jagħmlu ġid kbir, iżda fejn jidħlu l-pulizija, dawn ma jistgħu jagħmlu xejn.
Inkun onest miegħek li dan l-aħħar smajt b’xi inċidenti li ħassbuni proprju fuq dan li qed tgħid int. Madankollu m’għandix l-impressjoni li wieħed jista’ jikser il-liġi u qisu mhu qed jiġri xejn. Mill-esperjenza tiegħi
anki meta ħdimt bħala għalliem, l-‘uniformi’ waħidha tal-pulizja diġà hija twissija serja u tiswa ħafna. L-aqwa arma tibqa’ dejjem l-edukazzjoni. L-assenteiżmu jista’ jsarraf biex ikollna
żgħażagħ jiġru barra u forsi qrib tal-kriminalità. Għalhekk huwa importanti li t-tfal kollha jkunu l-iskola, iżda mhux biss. Fl-iskola jridu jsibu tagħlim u programmi li jgħoddu għalihom u huma relevanti għalihom.
F’dan il-kwadru kollu, kemm fir-realtà taqbel li t-tfal Maltin tal-lum jistgħu jkunu ċittadini denji t’għada... ‘il bogħod minn kull studju Ingliż jew Amerikan? F’isem il-POU nemmnu li minn dak li jiġri f ’pajjiżi barranin għandna nitgħallmu, iżda rridu nibqgħu saqajna malart għal dak li jiġri f ’pajjiżna, għax dak li hu tajjeb u adattat għal ċerti pajjiżi, jista’ ma jkunx adattat għal pajjiżna, forsi anki għall-fatt li aħna pajjiż Mediterranju. Mil-lat leġiżlattiv ħadd m’għandu jindaħal lill-Istat. Aħna membri tal-Unjoni Ewropea, iżda f ’ċerti liġijiet għadna ċerta libertà wkoll. Nemmen li l-Istat Malti għadda din illiġi unanimament; li mhux daqshekk faċli li tgħaddi unanimament bejn l-Oppożizzjoni u l-Gvern, u naf li ddaħħlet fuq bażi ta’ liġijiet Ewropej, iżda dak li mhux tajjeb għalina, jew nafu li jista’ joħolqilna problemi fis-soċjetà, għaliex m’għandniex niddevjaw minnu? Illum nemmen li ħafna minuri qed jingħataw ħafna u ħafna arja. Għax waqt li kif diġà għedt, qed ngħallmu d-drittijiet, id-dmirijiet qed nitfgħuhom il-baħar. Jien ikolli ħafna ġenituri jilmentaw li lil uliedhom ma jistgħux isibu tarfhom. Ġieli kelli wkoll rapporti fejn tfal ta’ 13 isawtu lill-ġenituri. Hemm bżonn li niġbdu ħabel wieħed, għax bħala pulizija qed niġu affaċċjati minn ġenituri li jgħidulna “allura ma tistgħu tagħmlu xejn?” Infakkru li l-liġi hi dik li hi u għalhekk ma nistgħux immorru kontra liġi tal-Istat. Irid ikun hemm bilanċ bejn xi jrid l-Istat u x-xogħol tal-pulizija. Il-miżien ma jridx ikun ixaqleb lejn naħa jew oħra. Irid ikun hemm rabta bejn id-drittijiet tal-minuri, mad-drittijiet tal-ġenituri u mad-drittijiet tas-soċjetà inġenerali, għax jekk minuri għada pitgħada jaqbad triq ħażina u s-soċjetà ma jirnexxilhiex iġġibu f ’tiegħu, dan se jkun piż kbir fuq is-soċjetà. Dawk tampari li jwettqu reati kriminali llum, irċevew edukazzjoni differenti f ’kuntest differenti mil-lum. Dawn tgħallmu li l-adulti jistgħu jerfgħu jdejhom biex jikkoreġuk, u tibża’ mill-awtoritajiet. Jekk dan huwa l-każ, mela allura dik it-tip ta’ edukazzjoni falliet ma’ dawn in-nies. Dan inxebbhu mal-argument tal-piena kapitali, għax m’għandniex indikazzjoni li fejn hemm il-piena kapitali, il-kriminalità hija inqas minn pajjiżi oħra. Jekk ikun hemm l-istrutturi f ’posthom li jiggarantixxu rispett reċiproku bejnietna u wliedna, nemmen li naslu.
Taqbel li llum it-tfal huma meqjusa aktar tal-Istat milli tal-ġenituri proprji tagħhom, għax jipprova jidher li jħenn għalihom aktar, jagħtihom iċ-children’s allowance u jippermettilhom jagħmlu li jridu sa 18-il sena? Jien nifhem li ċ-children’s allowance qiegħed hemm biex ma jkunx hemm faqar fost it-tfal. Qiegħed hemm biex jassigura l-bżonnijiet bażiċi. Jingħata lill-ġenituri u huwa f ’idejn il-ġenituri li jaraw li dawn
il-bżonnijiet tat-tfal, grazzi għaċ-children’s allowance qed jaslu għand it-tfal. Ma naqbilx mal-mistoqsija li jistgħu jagħmlu li jridu sa 18-il sena. Ma jistgħux jgħixu għal rashom. Ma jistgħux isuqu.
Ma jistgħux lanqas jixorbu. Min qed jagħmel hekk qed jagħmel ħażin. Ma rridx iżda li jkolli pajjiż fejn nagħtu eżempju b’xi tifel li jkun kiser il-liġi. Min imma jikser il-liġi għandu jingħata tbeżbiża.
12
09.07.2017
kullhadd.com
QUDDIEM SFIDA TA’ 20,000 PIED
Kitba ta’ “Għandna l-aqwa persentaġġ RACHEL POWELL ta’ suċċess fid-dinja, fejn ftit kien hemm parteċipanti li ma Il-11-il edizzjoni tal-Kilimanja- rnexxielhomx jaslu sal-quċċaro Challenge, se tkun qed tara ta.” Hemm preparazzjoni fiżi19-il żagħżugħ li jitilgħu fuq ka kif ukoll mentali. Għal dawn il-muntanja tal-Kilimanjaro l-aħħar erba’ xhur il-parteċifit-Tanzanija, bl-għan nobbli panti kienu qed jitħarrġu bħala li jiġbru madwar €75,000 biex grupp kull nhar ta’ Ħadd. Sinjgħinu komunità bi proġett ta’ tendi, dan mhux biżżejjed u skola ta’ kindergarten f ’Wush jagħmlu l-eżerċizzju individwaWush, fl-Etjopja. Il-villaġġ li tagħhom tul il-ġimgħa wkoll żgħir Afrikan jospità madwar fejn tliet darbiet fil-ġimgħa 800 familja li jgħixu f ’faqar jiltaqgħu u jmorru trekking estrem, f ’livelli għoljin ta’ mal- madwar Malta u Għawdex. nutrizzjoni u mard. Il-grupp “L-għanijiet tal-isfida huma jixtieq ukoll li jiġbor biżżejjed tnejn: ngħinu lil dawn in-nies fondi sabiex jibni bandli viċin jisfidaw muntanja ta’ 20,000 pied u b’hekk bniedem orl-iskola tal-lokal. L-idea ta’ din l-isfida nibtet dinarju jirnexxilu jagħmel xi meta grupp ta’ volontarji kell- ħaġa mhux daqstant ordinarja hom bżonn pjattaforma sa- u fl-istess waqt, nużaw l-isfida biex jiġbru ammont sostanz- bħala pjattaforma għall-ġbir ta’ jali ta’ fondi għall-proġett kbir fondi.” Il-muntanja b’għoli ta’ mill-‘Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu’ mmexxi 5,895m toffri diversi sfidi minn Dun Ġorġ Grima. Matul lill-parteċipanti. Kważi ħadd dawn l-aħħar 10 snin, inġabru mill-parteċipanti qatt ma tela’ iktar minn €700,000 permezz fuq muntanja. “Il-perkors jinta’ din l-avventura li ssarfu f ’di- volvi ħafna mixi fit-tul, tlajja’ sa’ proġetti fil-Kenja u l-Etjop- u nżul u dejjem nippruvaw ja. Tkellimna mal-parteċipanta indaħħlu dak l-element ta’ sofLoridana Darmanin u Keith ferenza biex insaħħu l-karattru Marshall, l-ewwel group leader ta’ dak li jkun. Xemx, xita, riħ – naċċettaw kollox u nittrenli tela’ fl-2003. Keith Marshall qalilna kif jaw fi kwalunkwe temp”. flimkien ma’ Austin Cachia u Il-Kilimanjaro hija waħda Dave Schembri qed jipprepa- mill-iktar muntanji perikolużi raw il-parteċipanti sabiex ikoll- minħabba l-altitudni għolja li hom suċċess fuq il-muntanja. hemm. Il-grupp se jaffaċċja
kuntrasti kbar fit-temperaturi - minn sħana qawwija filqiegħ tal-muntanji għal kesħa estrema fil-quċċata. Infatti t-temperatura tvarja minn 20 grad celcius għal 25 taħt iż-żero billejl. “L-ikbar sfidi jirrelataw ma’ nuqqas ta’ ossiġnu fuq il-muntanja kif ukoll il-kesħa kbira li wieħed jesperjenza inti u tiela’. Imma kif jgħid l-Ingliż, no pain no gain!” “Il-Kilimanjaro Challenge huwa mod kif bniedem ordinarju jista’ jipparteċipa f ’xi ħaġa mhux daqstant ordinarja. Biha, tiltaqa’ ma’ nies diversi, jibdew bħala stranġieri u tul is-sena, taf tinbet ħbiberija soda. L-esperjenza hija waħda unika, inkredibbli.” F’Diċembru li għadda Loridana Darmanin rat ir-ritratt fuq Facebook tal-grupp tal-Kilimanjaro 10 li kienu ser jitilqu. Għamlet ‘like’ fuq il-paġna tagħhom u bdiet issegwi l-avventura. Saret taf li l-għan wara din l-avventura hu li jinġabru flus biex isiru proġetti fl-Etjopja biex bil-ftit il-ftit il-livell tal-ħajja ta’ dawn in-nies jitjieb. “Jiena l-ikbar waħda fost il-parteċipanti u għandi 45. Però ħassejt li issa huwa ż-żmien opportun biex nagħmel din l-avventura. Minn dejjem kelli f ’moħħi li ridt mmur ngħin jew naħdem mattfal f ’pajjiżi bħal Perù, Brażil
Il-Pubbliku jista’ jgħin billi jċempel u jagħti d-donazzjonijiet fuq: 51502084 – EUR 5, 51602028 – EUR 10, 51802095 – EUR 25 Jew permezz ta’ SMS fuq : 50617389 – EUR 2.33, 50618062 – EUR 4.66 jew l-Etjopja. U kont smajt bil-Kilimanjaro Challenge, imma fil-verità ma kontx naf eżatt fiex tikkonsisti ħlief li titla’ fuq muntanja, ħolma oħra li dejjem xtaqt li sseħħ. F’Jannar saret l-ewwel laqgħa u attendejt, onestament mort hekk, ma kellix xi tama qawwija li ħa nkompli. U l-Ħadd ta’ wara ltqajna għall-ewwel trekking… wara dakinhar ma ħaristx lura, għalkemm jiġu mumenti meta nħossni naqta’ qalbi. Biss, li naf li ħa ngħin lil ħafna tfal, iġġegħelni nkompli. Għal Loridana din hija l-ewwel darba li se titla’ fuq muntanja bil-mixi. Għalkemm tħobb ħafna timxi fit-tul, qatt ma għamlet avventura bħal din. Hija tgħid li l-parteċipanti saru qishom familja waħda. Huwa importanti ħafna li jidraw il-karattri ta’ xulxin għaliex wara kollox irridu jagħmlu tul ta’ żmien iqumu u jorqdu
fkimkien. Jekk hemm membri li filgħodu jkunu jridu joqogħdu għall-kwiet, jafu min huma u ġa jirrispettaw dan l-aspett. Mill-banda l-oħra, hemm min iqum b’enerġija kbira. “Kemm-il darba nkun ħa niprova naħrabilhom għax ma nkunx niflaħ inkompli! Imma bis-saħħa tat-tim u l-kuraġġ li jagħmlulek, tkompli. Irrid ngħid li l-kumplament tat-tim jieħu ħsiebi ħafna!” Ovvjament l-eċċitament ma jonqosx. Il-grupp se jkun qed jitlaq minn xtutna fl-aħħar tas-sena fis-27 ta’ Diċembru, jumejn wara l-Milied għal titjira li twassalhom it-Tanżanija. Huma jibdew telgħin fid-29 ta’ Diċembru, sitt ijiem telgħin u jumejn biex jinżlu lurs. Infatti mistenni li jinżlu lura fis-6 ta’ Jannar. Wara se jmorru l-Etjopja biex jinawguraw il-proġett li jkunu ġabru l-flus għalih.
13
KIF JAĦSBUHA? 09.07.2017
kullhadd.com
Mistoqsija u tweġiba mal-kontestanti għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista
HELENA DALLI
Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza
01
CHRIS FEARNE Ministru għas-Saħħa
EDWARD SCICLUNA Ministru għall-Finanzi
X’INHI T-TEMA TIEGĦEK GĦAL DIN IL-KAMPANJA U GĦALIEX?
Mara Magħkom. Mhux għax mara imma għax kont ili fil-politika. Il-Prim Ministru jitkellem fuq partit u biex inkun qiegħda f ’din il-kariga, illi nidħol għaliha mara mal-Partit Laburista u mal-Gvern Laburista u Gvern femminista. Il-Prim Ministru jrid illi nkomplu din il-kariga u għalhekk jien qiegħda nagħmel dak li mal-Oppożizzjoni Laburista tul dawn it-38 sena li nimbuttaw dan il-kunċett. Il-Prim Ministru ħeġġiġni talab minni l-Prim Ministru. Ħidma għal Malta Aħjar. Fl-elezzjoni ġenerali għażilt Għamilna d-differenza, differenza li nħasset u ħalliet is-slogan: Saħħa Aħjar, dan għax konvint kont, għad- id-differenza fil-ħajja tan-nies. L-istess nemmen li Malta Aħjar tista’ tkun biss bi ni u nibqa’ li l-aħjar għażla biex ikollna saħħa aħjar għall-poplu tagħna huwa Partit Laburista fil-Gvern. Gvern Laburista. Nemmen li jekk ningħata l-fiduċja
tad-delegati u nkun d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, flimkien mal-Prim Ministru nkomplu b’enerġija, entużjażmu u determinazzjoni nagħmlu lil Malta Aħjar.
jrid li meta jdur fuq id-deputat tiegħu jagħtih l-aħjar parir fuq dik id-deċiżjoni. Trid tkun tifhem fis-setturi kollha tal-ekonomija u trid tkun ġarrabt l-esperjenza biex tagħraf ma tiħux xi żelqa li tissarraf f ’inkwiet għal quddiem. Dwar il-kompetenza u l-esperjenza hu faċli li jiċċekkja fejn kont u x’ħallejt warajja.
Fuq kollox irid ikollok track record ta’ lealtà assoluta. Fil-każ tiegħi l-lealtà wrejtha fuq medda ta’ ħames baġits li ħdimt fil-qrib mal-Prim Ministru u fuq id-deċiżjonijiet iebsa li kellna nieħdu fil-konfront ta’ kriżijiet li setgħu heddew lil pajjiżna.
Kompetenza, Esperjenza u Lealtà. Jiena nħoss li d-delegati ser jiffukaw fuq dawk il-kwalitàjiet li għandu bżonn il-Mexxej tal-Partit bħala Prim Ministru tal-pajjiż. Inħoss li dawn il-kwalitajiet huma imprezzabbli għall-Prim Ministru kull jum u kull mument li jieħu deċiżjonijiet iebsa u għaqlija. Il-Prim Ministru
02
X’INHI L-IKBAR KISBA FIL-KARRIERA PROFESSJONALI TIEGĦEK?
Bħala lecturer l-Università nħoss li għandi respons- em tkun l-aqwa kisba li jista’ jkolli. Hija responsabilità wara l-kors li jħossuhom persuni aħjar b’dak li tgħallabilità kbira fuq l-istudenti. Kull student u studenta serja għax naf li l-influwenza tal-lecturers hija kbira mu, dik l-aqwa kisba tiegħi għax ninduna li ġibt bidla li toħroġ persuna aħjar wara li nkun għallimtha dejj- fuq il-moħħ taż-żgħażagħ, però meta jiġu jgħiduli pożittiva fil-ħajja tagħhom. Meta kont naħdem Great Ormond Street Hospitàl Londra, kont parti minn tim li sibna marda ġdida li kienet taffettwa tfal tas-cystic fibrosis. Dan wassal għal bdil ta’ kif isir it-trattamet ta’ dawn it-tfal. Inqis kull stadju fil-karriera tiegħi bħala kisba. Kel- tad-Dipartiment tal-Ekonomija, għal Kummissarju direttur tal-Bank Ċentrali, Chairman tal-MFSA u li ħafna, f ’ħafna istituzzjonijiet ewlenin minn Kap Elettorali, moderatur waqt diskussjonijiet politiċi, MEP u Ministru tal-Finanzi.
14
09.07.2017
kullhadd.com
HELENA DALLI
03
CHRIS FEARNE
EDWARD SCICLUNA
LIEMA HI L-IKBAR KISBA FIL-KARRIERA POLITIKA TIEGĦEK?
Kuntenta ħafna li rnexxieli inġib l-employers u l-unions flimkien biex wara 27 għollejna l-paga minima u ħloqna makkinarju biex din tkun riveduta minn żmien għal żmien. Ovvjament ix-xogħol li għamilt biex ftaħna
s-soċjetà tagħna ħalli kull persuna, twieldet kif twieldet, tkun tista’ tilħaq il-potenzjal kollu tagħha, huwa xogħol li mhux biss permezz tiegħu llum rikonoxxuti bħala l-aqwa fl-Ewropa, imma li għamilna soċjetà aktar ħielsa
u ħanina fejn fiha kulħadd jista’ jgħix ħajja tajba. Veru li ngħatajt award mill-Ewropa għax-xogħol tiegħi, imma għalija li huwa importanti hu li nagħmel id-differenza fil-ħajja ta’ persuna, ta’ familja, biex tista’ tgħix aħjar.
Il-fiduċja tal-poplu. Jien ikkontestajt l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba fl-2013. Dakinhar ġejt elett mir-raba’ distrett. Fil-leġiżlatura li għaddiet kont Segretarju Parlamentari għas-Saħħa u wara b’fiduċja mill-Prim Ministru, Ministru għas-Saħħa. Is-settur tas-saħħa mhux wieħed faċli, huwa settur li jaħbat miegħu kulħadd.
Huwa settur li jaffettwana kollha u f ’ħafna drabi jkollna bżonn s-settur tas-saħħa f ’mumenti vulnerabbli f ’ħajjitna. Erba’ snin ilu kien settur mifni bi problemi kbar; mediċini out of stock, pazjenti fil-kurituri, listi twal ta’ stennija għall-operazzjonijiet u interventi mediċi. Illum b’determinazzjoni għax emminna, għandna
settur tas-saħħa, bis-servizzi kollha li joffri ferm aħjar minn dak li kien qabel. Il-poplu dan irrikonoxxieh. Fl-elezzjoni li għaddiet ġejt elett fuq żewġ distretti elettorali t-tielet u r-raba’ distrett b’total ta’ ’l fuq minn 10,000 vot fl-ewwel għadd. Huwa dan ir-rikonoxximent tal-poplu l-akbar kisba politika.
Dik bħala Ministru għall-Finanzi għamilt numru ta’ kisbiet fosthom s-surplus finanzjarju.
04
GĦALIEX DĦALT FIL-POLITIKA?
Dħalt fil-politka biex inservi. Jiena ġejja minn familja ta’ twemmin Laburista sod. Minn ta’ età żgħira kont konxja minn inġustizzji soċjali li jeżistu fil-ħajja u allura meta l-Perit Duminku Mintoff ħeġġiġni biex nidħol fil-Partit Laburista biex inkun nista’ naħdem kontra
dawn l-inġustizzji, hekk għamilt. Dħalt fil-politika biex intejjeb il-ħajja tan-nies. Il-politika hija vokazzjoni u meta sejħitli jien weġibt għal din is-sejħa. Jiena bniedma tan-nies, inħobb inkun man-nies, nisma’ u naħdem biex nagħti soluzzjonijiet.
Dħalt fil-politika wkoll biex naħdem ħalli nara ’l pajjiżi jimxi ’l quddiem. Nagħmel xogħol fl-isfera Ewropea u internazzjonali biex nagħti isem tajjeb lil pajjiżi u nara kif l-aħjar Malta u Għawdex jistgħu jibbenefikaw mix-xogħol tagħna barra ’l pajjiż.
Nista’ ngħid li minn dejjem ħassejt il-politika f ’demmi. Ta’ 16-il sena kont is-Segretarju Internazzjonali tal-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti u wara fil-kumitat ta’ Ħal Għaxaq. Għamilt anke żmien fl-eżekuttiv tal-partit. Kont involut ħafna fl-għaqdiet tal-istudenti kemm fis-
sixth form u kemm l-Università, fil-fatt kont fl-għaqda tal-istudenti li wara saret il-PULSE. Kont ukoll Segretarju Ġenerali tal-Għaqdiet taż-Żgħażagħ Maltin. Fl-2008, imbagħad, wara telfa elettorali oħra, ħassejt il-bżonn li nkun aktar protagonist minn qatt qabel biex il-partit tagħna jerġa’ jikseb il-glorja li tixraqlu.
Kien l-istess żmien li kkontesta għall-kariga ta’ Kap tal-Partit, Joseph Muscat u lili kien talabni biex nappoġġjah. Fil-fatt kont anke tkellimt waqt numru t’attivitajiet li kien għamel dak iż-żmien mad-delegati. Minn dak iż-żmien kont deċiż li nikkontesta l-elezzjoni ta’ wara, kif fil-fatt għamilt.
Biex nara li l-partit li nħobb u li naf li hu l-unika partit li jaħseb fiż-żgħir, jissaħħaħ, isir kredibbli u jiġbor il-maġġoranza warajh u b’hekk jitla’ fil-Gvern. It-tagħlim li ħadt barra għallimni li huwa iktar diffiċli li partit li jaħseb fiż-żgħir jiġi mogħti l-poter
biex jiggverna. U għalhekk irid ikollu nies kapaċi li jħabbtu ma’ dawk tal-establishment li huma dejjem kontrih. Ix-xogħol għall-Partit Laburista għamiltu permezz ta’ xogħol wara l-kwinti fil-kwartieri tal-Par-
tit (il-Maċina u s-CNL) ma’ mexxejja varji tal-Partit Laburista mill-Perit Mintoff ’l hawn, inklużi Dr Karmenu Mifsud Bonnici u Dr Alfred Sant. Minn Dr Joesph Muscat ’l hawn għamilt dan fil-miftuħ.
Illum għandi 38 sena esperjenza fil-partit ma jaqtgħux fejn ħdimt fil-livelli kollha u allura nista nifhem lill-partitarji u lid-delegati għax jien dejjem kont hemm fit-tbatija – u għaddejna minn ħafna tbatija – u fil-ferħ. Għandi wkoll l-esperjenza ta’ 21 sena fil-Parlament, kemm fil-gvern u kemm fl-oppożizzjoni. Esperjen-
za li hija importanti għalija llum għax nista’ nagħraf mill-ewwel it-tattiċi li jkunu se juzaw l-Oppożizzjoni. Naħdem viċin ħafna tal-Prim Ministru u fuq ċerti oqsma noffri l-ħsibijiet tiegħi fuq kif nistgħu mmexxuhom ’il quddiem u nkunu l-aqwa fl-Ewropa. Urejna leadership f ’setturi li sa ftit snin ilu lanqas konna
noħolmu. Barra minn hekk, meta mmur barra nirrappreżenta lil pajjiżi ngawdi r-rispett tal-counterparts tiegħi. Noffri widna u spalla għan-nies. Il-politika hija dwar in-nies u waħda milll-aqwa affarijiet li tista’ toffri persuna fil-politika hija li tkun viċin in-nies.
Enerġija u riżultati. Nemmen li għandi l-enerġija neċessarja biex fil-politika nwettaq. Dan għamiltu fil-qasam tas-saħħa u nixtieq li ningħata l-opportunità li dan nagħmlu wkoll bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament. L-għan ta’ partit politiku huwa li jkun fil-Gvern. Joseph Muscat irnexxielu jbiddel il-Partit Laburista
minn partit tal-Oppożizzjoni għal Partit fil-Gvern. Nemmen li flimkien miegħu għandi l-ħeġġa u d-determinazzjoni biex nibqa’ nżomm lil dan il-partit jappella għall-maġġoranza tal-poplu u għalhekk jibqa’ fil-gvern. Fil-qasam tas-saħħa, illum mhux biss solvejna dak li għal ħafna kien impossibbli li ssolvi, iżda wkoll ir-
riġenerajna s-sistema tas-saħħa. Għandna aktar interventi li qed nagħmluhom bl-inqas mod invażiv possibbli. Għandna teatri tal-operazzjonijiet u apparat mediku li jibqa’ jintuża l-lejl kollu bil-Ħdud b’kollox. Nemmen li għandna servizz tas-saħħa aħjar u nemmen li hija din l-enerġija u d-determinazzjoni li hija neċessarja biex jibqa’ jkollna Malta Aħjar.
05
X’TOFFRI INT LILL-POLITIKA?
Kompetenza, esperjenza u kredibilità.
06
X’TAGĦTIK LURA L-POLITIKA?
Il-politika hija vokazzjoni. Meta tidhol għal vokazz- inti. Però irrid ngħid li meta nħares lejn dik il-persuna ejt jien, jew minħabba xi intervent tiegħi, inhoss ferħ joni ma jkollokx f ’moħħok x’se ttik imma x’se tagħiti li l-lum qed tgħix ħajja ahjar minhabba xi liġi li mexx- ġo fija. Il-politika tagħtik lura sodisfazzjoni u emozzjoni. Huwa ta’ sodisfazzjon meta jwaqqfuk in-nies u jirringrazzjawk għax inqdew b’servizz jew ieħor. Tiltaqa’ ma nies li sa ftit snin ilu l-operazzjoni tagħhom ma kinitx issir Malta u issa iva. Oħrajn li qabel ta’ kull ġimgħa kien ikollhom jgħaddu minn martirju
minħabba d-diżabilta tagħhom biex imorru għal testijiet mediċi u llum jingħataw servizz fid-dar. Ġenituri li qabel ma kienux jistgħu jmorru t-tnejn li huma flimkien ma’ uliedhom għall-kura barra l-pajjiż. Koppji li kellhom ix-xorti jsiru ġenituri permezz tal-IVF offrut f ’Mater Dei. Hija din is-sodisfazzjon li tatik lura
l-politika. Emozzjonijiet kbar ukoll: fost l-aħħar emozzjoni, bla dubju kienet fil-counting hall fl-4 ta’ Ġunju. Emozzjoni għall-partit li rebaħ u wara emozzjoni personali meta tara l-garżelli tiegħek mimlija bil-fiduċja tal-poplu.
Sodisfazzjon kbir li l-iktar membri dgħajfa tas-soċ- agevolati. Dan ħassejtu u rajtu fid-deher waqt il-mass ta’ nies li gew fuqhi biex juru r-rikonoxximent lejn jetà’ Maltija qed tingħatalhom attenzzjoni biex jiġu meetings ta’ din l-aħħar elezzjoni għal dawk l-mijiet dak li wettaqt sa issa.
15
09.07.2017
kullhadd.com
07
LIEMA HI L-IKBAR KISBA LI GĦAMEL IL-PARTIT LABURISTA FIL-GVERN FL-AĦĦAR ĦAMES SNIN?
Naħseb li l-akbar kisba hija d-differenza pożittiva li għamilna fil-ħajja ta’ ħafna nies. Ħafna nies qed jgħixu aħjar. Urejna li aħna gvern li jisma’ u li jaġixxi fuq dak li jisma’. Urejna li aħna gvern li jaħdem. Matul il-leġiżlatura li għaddiet saru passi kbar f ’diversi oqsma. Dawwarna Malta minn pajjiż li kien kuntent li jkun medjokri għal pajjiż li jrid ikun l-aħjar. Il-qasam tas-saħħa, eżempju huwa settur li ra trasformazzjoni sħiħa. Minn settur mifni bi problemi kbar għal settur li qed jattira l-investiment barrani. Settur li mhux biss
solva l-problemi li kellu, iżda wkoll li ħoloq numru ta’ inizjattivi u servizzi ġodda. Bla dubju l-wegħda elettorali li jitnaqqsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, power station ġdida, investiment barrani, iċ-child care b’xejn għall-ommijiet kollha li jaħdmu jew jistudjaw, tnaqqis fl-income tax u d-drit-
tijiet ċivili. Dawn kollha huma kisbiet kbar li għamel il-Partit Laburista fl-aħħar snin. It-tifħir li Malta ngħatat fl-għeluq tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew hija xhieda ta’ kemm pajjiżna, il-Gvern tagħna kien kapaċi jagħmel isem tajjeb għal pajjiżna.
Li l-moviment li bena u li jirrifletti s-soċjetà Maltija reġa’ kkonfermah biex jiggverna.
08
LIEMA HI L-IKBAR SFIDA LI GĦANDU L-GVERN GĦALL-ĦAMES SNIN LI ĠEJJIN?
Waħda mill-akbar sfidi hija li nżommu r-ritmu li u bil-kapaċità tasal, biex tibqa’ fuq naħseb ftit iżjed huma l-pensjonijiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, qbadna u li nibqgħu fost l-aqwa fl-Ewropa f ’ħafna diffiċli għalhekk nara din l-akbar sfida. Dan b’mod l-ambjent, it-toroq ... ħwejjeg li rridu nkomplu setturi. Biex titla ’l fuq huwa difficli, però bir-rieda ġenerali, imbagħad għandek kwistjonijiet bħalma nindirizzaw. Il-Partit Laburista mar għal din l-elezzjoni b’wiċċu minn quddiem. Huwa partit fil-Gvern li kien wettaq il-proposti fil-manifest elettorali li ppreżenta l-poplu. B’hekk Gvern Laburista, huwa gvern kredibbli, gvern li issa se jwettaq il-proposti fil-manifest għall-elezzjoni tax-xahar li għadda. Fil-fatt diġà bdejna nwettqu. Fil-qasam tiegħi bde-
jna b’kura ġdida għall-kanċer tal-bużżieqa tal-awrina u operazzjoni key hole li qabel ma kinitx issir f ’Malta għal dawk li jbatu b’kanċer fil-pajp tal-ikel. Filwaqt li l-ġimgħa d-dieħla, se nibdew il-proċess sabiex nagħtu l-istikek b’xejn lil dawk li qegħdin fuq l-insulina biex jiċċekkjaw iz-zokkor. Wasal iż-żmien li wara erba’ snin ta’ ħolqien ta’ ġid
– naħsdu dak li żrajna. Grazzi għall-erba’ snin suċċess li kellna, issa se nkunu qegħdin inżidu l-pensjonijiet, inkomplu noħolqu x-xogħol b’pagi u b’kundizzjonijiet tajbin, neqirdu l-prekarjat u l-faqar, insaħħu s-servizzi soċjali għal min vera għandu bżonnhom filwaqt li nżommu s-servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni ta’ wliedna mingħajr ħlas.
Li s-servizz pubbliku jirriforma ruħu biex jaqdi lill-poplu b’mod effiċjenti, modern u accountable. B’hekk biss nistgħu niddeliverjaw programm ambizzjuż.
09
X’TIFHEM B’SOĊJALIŻMU DEMOKRATIKU?
Joseph Muscat spiss jitkellem fuq prosperity with a pur pose. Toħloq il-ġid biex ikollok xi tqassam. Essenzjalment dak huwa s-soċjaliżmu demokratiku. L-istat jintervjeni bl-aktar mod uman biex jgħin lin-nies, però l-flus iridu jiġu minn xi mkien u allura trid toħloq il-ġid l-ewwel.
Is-soċjalizmu demokratiku huwa ideoloġija politika, soċjali u ekonomika li tippromwovi interventi ekonomiċi u soċjali li jwasslu għall-ġustizzja soċjali. Ovvjament dan irid isir f ’qafas ta’ ekonomija fejn il-privat ikun qed joħloq il-ġid. Dan isir fejn hemm gvern ta’ demokrazija rap-
preżentattiva u fejn jittieħdu miżuri fejn il-ġid jitqassam b’mod ġust. Għalhekk il-gvern jaħdem biex ikun hemm klima tajba għall-ħolqien talġid u jara li dan iwassal għal aktar demokrazija u policies ekonomiċi u soċjali li permezz tagħhom ħadd ma jibqa’ lura.
Is-soċjaliżmu demokratiku jappoġġja bis-sħiħ l-iżvilupp ekonomiku u għandu l-għan li joħloq klima ekonomika tajba biex fil-pajjiż jitkattar il-ġid. Ġid li jintuża wkoll għal soċjetà ġusta.
Is-soċjalist demokratiku jemmen u jaħdem biex ikollna soċjetà fejn l-inugwaljanza, l-oppressjoni u l-faqar ma jeżistux. Dan f ’pajjiżna nistgħu niksbuh billi nkomplu naħd-
mu biex ikollna servizzi soċjali tajbin għal dawk li vera għandna bżonnhom, bil-għan li ħadd ma jaqta’ lura. Fuq quddiem li jkollok servizzi tas-saħħa b’xejn u edukazzjoni b’xejn.
Li taħseb fiż-żgħir. Li tara li l-ġid dejjem jitqassam b’sens demokratiku dejjem ser isib kontrih forzi tal-establish- terħilha qatt. Dejjem għat-telgħa. Għalhekk hu sew li llum ta’ ġustizzja. Però biex tagħmel dan trid ikollok il-poter ment li ma jaqblilhomx li jinġiebu fid-dieher dak li jkunu qed jinbidel f ’moviment progressiv li jiġbed nies tan-nofs u l-awtorità li jagħtik meta tkun fil-gvern. Is-soċjaliżmu qed jiksbu minn taħt. Għalhekk il-ġlieda politika ma tistax miegħu biex tissarraf f ’maġġoranza u forza demokratika.
10
X’INHI L-IKBAR SFIDA QUDDIEM IS-SOĊJETÀ MALTIJA?
Waħda mill-isfidi li għandna hija li meta dħalna flUE konna naqgħu taħt objective one, jiġifieri konna f ’pożizzjoni li nirċevu fondi biex nużawhom ħalli titnaqqas id-disparità bejn membri ġodda u oħrajn li ilhom, dawk li ngħidulhom cohesion funds u fondi oħrajn biex poġġejna lil pajjiżna paripassu ma’ pajjiżi oħra membri.
Hekk kif bdejna mexjin ’il quddiem sirna pajjiż tranżitorju. Issa qegħdin f ’sitwazzjoni fejn irridu naraw kif se nibqgħu nibbenefikaw minn fondi biex inkomplu bl-iżvilupp fid-diversi oqsma ta’ pajjiżna. Soċjetà li qed tinfetaħ, dejjem għandha sfidi quddiemha. Ħaġa oħra li nara jiena hija l-bidla fl-attitudnijiet u
fil-kultura. Mhux bizzejjed tagħmel il-liġjijiet biex tagħti d-drittijiet u kull persuna jkollha d-drittijiet u l-obbligi biex tgħix f ’soċjetà ugwali mingħajr diskriminazzjoni. Hemm bżonn ta’ edukazzjoni biex aħna nevolvu wkoll mal-liġijiet u nwaqqgħu l-ħitan tal-preġudizzji hekk kif għamilna permezz tal-liġijiet.
Irridu nkomplu noħolqu soċjetà ġusta. Imxejna ħaf- Soċjetà inklussiva, soċjetà li ma tagħmilx distinzjoni tkun mera tal-Ħolma Maltija. na iżda rridu nkomplu nimxu fuq dak li diġà bdejna. lejn razza, kulur, orjentazzjoni sesswali. Soċjetà li Li filwaqt li ser tintalab, ma’ pajjiżi membri oħra tal-UE, tintegra ruħha iżjed fl-Unjoni Ewropea ma tiġix assimilata u żżomm l-identità u s-sovranità tagħha.
11
X’TISTENNA MILL-OPPOŻIZZJONI NAZZJONALISTA FIŻ-ŻMIEN LI ĠEJ?
Jiena nistenna li ma jkunux l-oppożizzjoni distruttiva tanti biex iżżomm lill-gvern fuq ponot subgħajh. Però snin ma kinitx, anzi kienet personali speċjalment lejn li kienu tul dawn l-erba’ snin. Il-kritika tajba u impor- din il-kritika trid tkun kostruttiva. Tul dawn l-erba’ il-Prim Ministru u l-familja tiegħu. L-ewwel nett nistenna oppożizzjoni li tgħallmet mill-iżbalji li għamlet. Nistenna oppożizzjoni li tkun qed timxi mal-istess passi tas-soċjetà. Soċjetà li għal darb’oħra qalet li ma tridx mibegħda.
Nistenna Oppożizzjoni b’saħħitha li tiskrutinja b’mod ġust ix-xogħol tal-Gvern. Nistenna Oppożizzjoni li tiġbed l-istess ħabel tal-Gvern għall-ġid ta’ Malta u li verament Malta tkun l-ewwel u qabel kollox.
Nistenna Oppożizzjoni li speċjalment f ’ċerti oqsma bħal saħħa, edukazzjoni, ħolqien tax-xogħol u ekonomija tkun ta’ għajnuna għall-Gvern u mhux ta’ xkiel.
Ma nistax ngħid fiż-żgur imma ma naħsibx li ser tgħaddi mill-istess esperjenzi li għaddihom Dr Busuttil bħala kap tal-partit.
16
09.07.2017
12
kullhadd.com
KIF TIRREAĠIXXI INT FIL-PARLAMENT JEKK NERĠGĦU NARAW L-ATTITUDNI DISTRUTTIVA TAL-PN FL-AĦĦAR SNIN?
Jekk l-Oppożizzjoni mhux se tbiddel l-attitudni du għall-ebda pressjoni min-naħa tal-Oppożizzjoni skont ir-regoli tal-Kamra, u żgur mhux se nittolleraw tagħha – issa li l-poplu Malti reġa’ sfiduċjahom – jekk jagħżlu li jkomplu fit-triq li qabdu fil-leġiżla- xi aġir li jipprova jtellef il-progress leġiżlattiv li aħna aħna se nkomplu nimxu b’mod sod u mhux se nċe- tura l-oħra. Irridu mmexxu l-Parlament b’mod serju, marbutin mal-poplu li mmexxu ’l quddiem. Kien il-poplu dak li ta r-risposta lill-Partit Naz- il-poplu li ddarras għall-attakki kontra Malta ma jridx hekk u nittama li l-Oppożizzjoni dan zjonalista għall-attitudni distruttiva tiegħu. Kien anke barra minn xtutna. Huwa l-poplu, bħali li għarfitu. Għandna nagħmlu sforz ikbar biex nitkellmu ma’ elementi razzjonali fil-PN għall-ġid tal-pajjiż.
13
TAQBEL MA’ PARLAMENT FULL TIME?
Din hija kwistjoni li wegħdna diskussjoni fuqha, u hekk se nkunu qed nagħmlu. Hemm żewġ naħat tal-argument. B’Parlament full-time d-deputati se jkunu jistgħu jiddedikaw aktar ħin għax-xogħol parlamentari. Se jkunu aktar
jistgħu jilħqu bilanċ bejn ir-responsabiltajiet tagħhom parlamentari u dawk tal-familja. Se jkollhom aktar ħin biex iżommu kuntatt mal-kostitwenti. Min-naħa l-oħra jekk ma tkunx full-time, kif aħna issa, hemm il-vantaġġ
li permezz tax-xogħol full-time tiegħek se tkun aktar qed tiltaqa’ man-nies mid-diversi sferi tal-ħajja u allura se tkun aktar miftuħ għal realtajiet li jistgħu jgħinuk fix-xogħol ta’ membru parlamentari.
Naqbel illi l-Membri Parlamentari għandhom ikoll- ment aktar riżorsi u aktar diskussjoni informata fuq ma fl-istanding orders sabiex il-Parlament isir aktar hom l-għażla li jaħdmu full-time. Dan ifissser ovvja- dak li jkun għaddej fil-pajjiż. Hemm bżonn ta’ rifor- ħaj. Ħafna. Malta spiċċat kważi l-uniku Parlament stmata ma hi part-time. Jien għixt fil-Parlament Ewropew part-time. L-ebda professjoni li trid tiġi Ewropew full-time u naf xi tfisser id-differenza.
14
TAQBEL MAL-KWOTI TAN-NISA FIL-PARLAMENT?
Jiena m’iniex eżempju tajjeb għall-kwoti, għaliex ħdimt f ’dinja iddominata mill-irġiel u nista’ ngħid li mxejt ’il quddiem, veru b’aktar sagrifiċċji, imma kelli rieda qawwija, u mxejt. Jiena l-unika deputata Laburista mara li nitla’ minn żewġ distretti. Imma jien m’iniex
ir-regola. Nafu li kull pajjiż li għandu rappreżentanza tajba ta’ nisa f ’pożizzjonijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet, wasal f ’dan il-punt għax xi darba fl-istorja tiegħu daħħal il-kwoti. M’hawnx pajjiż fid-dinja li għandu dan il-bilanċ bejn nisa u rġiel li ma daħħalx il-kwoti.
Jien ngħidilhom necessary evil: xi ħaġa li hi ‘ħażina’ imma meħtieġa. Il-kwoti huma miżuri għal perjodu ta’ żmien sakemm jintlaħaq dan il-bilanċ. Għalhekk importanti li ngħidu li dawn ikunu miżuri temporanji. U kif jintlaħaq dan il-bilanċ, jitneħħew minnufih.
Iva. Iva. Għandhom jibdew bi kwoti moderati u jogħlew maż-żmien. Fl-aħħar nidraw li l-mara għandha ħafna x’tikkontribwixxi għat-tmexxija parlamentari. Il-punto di vista tagħhom hi kumplimentari għal dik tal-irġiel u tgħin biex deċiżjoni tkun sħiħa.
15
F’ĦAJTEK MIN HU L-IDOLU TIEGĦEK U GĦALIEX? limni x’inhu l-veru soċjaliżmu demokratiku u l-ġustizzja soċjali, li kif li tgħin liż-żgħir u lill-batut għandhom ikunu prijorità; li tiftaħ l-imħuħ u li taqta’ l-ktajjen tal-konservatiżmu b’politika ta’ ħelsien għandhom ikunu l-prinċipji li jmexxuk. Kien idolu tiegħi wkoll għax minkejja d-differenza kbira fl-età, kellu ideat progressivi li lanqas kont nisma’ mingħand nies iżgħar.
L-aktar persuni li influwenzawni u nħares lejhom bħala l-idolu tiegħi huma ommi, imbagħad aktar tard f ’ħajti l-Perit Mintoff. Joseph Muscat ukoll illum jieħu dak il-post, imma ġie aktar tard f ’ħajti. Ommi mara sempliċi, serja, dixxiplinata, b’ħafna enerġija, tistinka. Rabbietna b’ċertu valuri li bnewli l-karattru li għandi llum. Hija kienet dejjem tgħidilna li jekk se nagħmlu
xi ħaġa, nagħmluha sew jew ma nagħmlu xejn. Rabbietna f ’ħafna dixxiplina. Rabbietna wkoll li nagħmlu dak li hu sew, mhux dak li hu konvenjenti. Li nemmnu f ’dak li qed nagħmlu. Mintoff imbagħad tagħni l-formazzjoni politika. Minkejja li l-politika studjajta, jien dejjem ngħid li l-aqwa università tiegħi għall-politika kien hu. Għal-
Wara l-ġenituri tiegħi, tnejn min-nies: Dom Mintoff u Joseph Muscat. Nammira ħafna lil Joseph Muscat. Huwa raġel b’viżjoni kbira u determinat. Appoġġjajt l-kandidatura tiegħu għall-Kap tal-Partit fl-2008.
Dakinhar emmint fit-tiġdid li ridt jagħmel Joseph, li qabel ma kinux jemmnu li se jersqu lejn il-Partit biex il-partit tagħna jerġa’ jkun fil-Gvern. Tiġdid li Laburista. Joseph Muscat għandu ħolma għal Malta ħolma li sar. Illum għandna partit akbar, aktar magħqud, partit li qiegħed jappella għall-maġġoranza kbira ta’ nies qiegħed iwettaq.
Nies bħal Nelson Mandela li kellhom determinazzjoni qawwija u aggressivi fil-prinċipji tagħhom speċjalment fejn tidħol l-inġustizzja, imma li bażikament kienu moderati, iħobbu l-paċi u gawdew kredibilità qawwija mill-poplu.
16
IDDESKRIVI LID-DELEGATI TAL-PARTIT LABURISTA.
Id-delegati huma s-sinsla tal-partit. Id-delegati huma voluntiera li jemmnu fil-principji socjal demokratiċi u jaħdmu b’mod inkondizzjonat għall-partit li jħobbu. Għandhom ħafna ħeġġa biex jikkontribwixxu aktar u jixtiequ li jkunu aktar infurmati dwar ix-xogħol tal-gvern vis-a-vis il-programm elettorali li wara kollox kien approvat minn
kull delegat u delegata. Il-manifest huwa tad-delegati qabel mal-poplu jivvota għalih u jsir programm tal-gvern. Għalhekk jiena nara ħolqa bejn ir-rwol tad-delegati u r-rwol tagħna bħala n-nies li nimplimentaw dan il-programm. Naħseb li d-delegati għandhom ikunu aġġornati bix-xogħol li jkun qed isir fuq il-programm. Naħseb ukoll anke meta
jressqu nies lejna li jmorru għandhom għax lilhom jafu, id-delegati għandhom ikunu rikonoxxuti ta’ delegati għax ix-xogħol li jagħmlu huma, mingħajr ħlas, jagħmluh għax iridu li l-Gvern Laburista ikun suċċess. Iweġġgħu meta jisimgħu lil xi ħadd igerger kontra l-Gvern, imma jweġġgħu iżjed jekk aħna ma nisimgħuhomx.
Id-delegati huma nies li l-partit huwa għal qalbhom trali. Irridu nisimgħu aktar lid-delegati, li wara kollox mid-delegati – għandu jkun aktar involut fil-policies li ħafna. Huma nies li bkew u ferħu mal-partit. Nem- huma l-aktar kuntatt qrib in-nies u man-nies li għand- jwettaq il-gvern. Irrid nara kuntatt ikbar u aktar konmen li d-delegati għandu jkollhom rwol aktar ċen- na. Nemmen illi l-partit – li huwa kollox magħmul tinwità bejn l-eżekuttiv tal-gvern u d-delegati. Persuni li għandhom imħabba kbira lejn il-partit, li jħarsuh mid-deni, li jiddefenduh, u li l-ħin kollu jaħsbu b’mod intelliġenti kif jista’ jissaħħaħ. Huwa ferm importanti li nisimgħuhom u dan għall-ġid tal-gvern.
17
09.07.2017
kullhadd.com
TILEF IL-PIŻ U SAB IL-MARATONI
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Li nieklu tajjeb huwa ferm essenzjali fil-ħajja tagħna. Ħafna ikel żejjed ma jagħmilx ġid għal saħħitna. Dan fil-fatt jistgħu jixhduh ħafna persuni li għaddew minn din l-esperjenza, fejn wara dieta stretta, u aktar attenzjoni reġgħu bdew jiksbu saħħithom lura u anke l-figura li dejjem ħolmu li jkollhom. Għall-intervista tal-lum, tkellimt ma’ żagħżugħ li sforz ilpiż żejjed li kellu mhux biss bata b’ġismu u b’saħħtu, imma kien safa’ vittma ta’ bullying ukoll. Qed nirreferi għal Nicolai Baldacchino. Joqgħod is-Siġġiewi u jaħdem bħala pulizija, iħobb isegwi l-futbol fejn jissapportja l-Inter u jħobb jaqra l-bijografiji. Nicolai kien jiżen aktar minn 140 kilo. Sa sentejn ilu ma kienx jimmaġina li ser jirnexxilu jnaqqas il-piż u saħansitra jikkompeti f ’maratoni tal-ġiri. Fil-preżent Nicolai jiżen 100 kilo, però jħares lejn it-triq li ġie minnha, għat-tul tiegħu li huwa twil madwar 6ft 2, iħoss li dan huwa l-piż tiegħu u barra minn hekk iħossu komdu fil-persuna tiegħu. “Iddeċidejt li nibda nonqos meta spiċċajt l-iskola sekondarja fejn għedt li rrid bidla drastika fl-apparenza tiegħi. Ma kontx inħossni komdu bil-piż żejjed fejn kont niżen madwar 143 kilo, biex b’hekk dan forsi jkun il-bidu ta’ kapitlu ġdid f ’ħajti fejn inkun iktar f ’saħħti,” beda jgħidli Nicolai. Ried bidla drastika fl-apparenza tiegħu Miegħu ddiskutejt il-proċess sakemm beda jara riżultati meħtieġa fil-figura tiegħu. “Ilproċess sakemm bdejt nara
r-riżultati meħtieġa kien wieħed tajjeb, fejn mill-ewwel wara tliet ġimgħat, bdejt nitlef l-ewwel kilos u dak kien il-punt li kelli boost fil-motivazzjoni tiegħi biex għamilt iktar kuraġġ u ma naqtax qalbi.” Tkellem miegħi wkoll dwar is-sagrifiċċji li kellu jagħmel matul dan il-proċess. Fil-fatt, kellu jagħmel diversi sagrifiċċji fosthom li jaqta’ l-iktar ikel u xorb li kien iħobb u jissagrifika ċertu ħruġ li miinħabba fih kien jaf li ser jaqa’ għal dak l-ikel li mhux ser jiswielu tajjeb għal saħħtu u għad-dieta tiegħu. Tista’ tgħid li Nicolai minn dejjem kellu ċertu piż żejjed. Dan għaliex ma kienx joqgħod attent x’jiekol u anke jekk kien jilgħab il-futbol u dejjem ta
Meta kont noħroġ niġri, b’dak il-piż żejjed, kont nisma’ diversi tisfir, ħornijiet ipaqpqu u daħk. Madanakollu, ma qtajtx qalbi u bqajt għaddej fi triqti
l-100% tiegħu fl-isports ġewwa l-iskola, kien xorta jħossu tqil wisq u ma kienx iħossu healthy. Sforz il-piż żejjed li kellu, Nicolai kien jiġi bullied fl-iskola, u dan wasslu biex ma jibqax jemmen fih innifsu. Mistoqsi dwar x’tip ta’ bullying kien jirċievi, Nicolai weġibni; “L-iktar tip ta’ bullying li kont ngħaddi minnu ta’ kuljum kien dak verbali fejn kont niġi mgħajjar diversi titli u aġġettivi li kienu jweġġgħuni. Kont niġi mwarrab minn dawk ta’ madwari fl-iskola, kif ukoll kont niġi eskluż minn diversi klikek ta’ ħbieb. L-effett ta’ dan kollu kien wieħed ħażin u kont qtajt qalbi li xi darba nista’ verament nonqos mill-piż u nibda nħossni aħjar,” stqarr miegħi Nicolai. Fil-fatt kien spiċċa ma jemminx aktar fih nnifsu, u wara li kien dejjem jipprova jibda xi tip ta’ dieta, din ma kinitx iddum iktar minn erbat ijiem fejn mill-ewwel kien jaqa’ u jerġa’ jmur lura għall-ikel li mhux tajjeb għal saħħtu. “Finalment irnexxieli inqum mija fil-mija fuq saqajja meta spiċċajt is-sekondarja u kont naf li sejjer sixth form. Bżajt li ser nerġa’ ngħaddi mill-istess bullying. Dak iż-żmien kont bdejt niekol tajjeb u bdejt niġri nofs siegħa kuljum. Meta kont noħroġ niġri, b’dak il-piż żejjed, kont nisma’ diversi tisfir, ħornijiet ipaqpqu u daħk. Madanakollu, ma qtajtx qalbi u bqajt għaddej fi triqti,” sostna Nicolai. Kompla jgħidli li jikkumpara ħajtu ma’ kif kien fil-passat jibqa’ kemxejn b’ħalqu miftuħ għaliex ma kienx jimmaġinah jgħix kif qiegħed illum. “Qiegħed niekol ħafna iktar healthy avolja xorta għadni nie-
kol ċertu ikel li nħobb, nagħmel l-eżerċizzju kuljum, niġri maratoni u tlielaq. Fejn kien jgħaddili minn moħħi li nagħmel hekk fil-passat? Bdejt inħossni aħjar fil-ħwejjeġ li nista’ nilbes fejn inżilt minn size XXXL għal L u permezz ta’ dan kollu, isself esteem tiegħi tela’ xi ftit u kont kburi bija nnifsi li għelibt dik il-kritika kollha li għaddejt minnha fil-passat,” tbissem Nicolai. Fażi mtappna u ħażina lejn futur inċert Illum il-ġurnata, Nicolai jinsab sodisfatt li għeleb l-isfida tal-bullying għaliex kburi bilfatt li għeleb u rnexxielu jgħaddi minn fażi f ’ħajtu li għalih kienet fażi mtappna u fażi ħażina li xejn ma kienet tgħinu biex iħares lejn il-futur minn lenti pożittiva. Ta’ min jgħid li l-eżerċizzju li kien u għadu jagħmel huwa l-ġiri. Kien proprju ħabib tiegħu li ħajru jiġri ġirja ta’ 10km fisSiġġiewi fejn għall-bidu kien qallu li mhux kapaċi jagħmilha, iżda meta kien mar, kien irnexxielu jiġriha u pjuttost ġrieha f ’ħin tajjeb ħafna! “Minn hemm bdejt niġri iktar, kif ukoll żidt id-distanzi fejn anke bdejt nipparteċipa f ’maratoni tal-ġiri u kont konsistenti ħafna fittaħriġ tiegħi ta’ kuljum. Parti mill-konsistenza tiegħi kienet il-motivazzjoni tal-ħbieb tiegħi li għenuni sabiex ma naqtax qalbi. Avolja t-triq vera kienet twila u iebsa, meta bdejt nara r-riżultati, żidt il-kuraġġ u ma komplejtx naqta’ qalbi,” qalli sodisfatt Nicolai. Ħajjartu jgħaddi messaġġ għal dawk il-persuni li forsi għad-
hom ma sabux il-kuraġġ sabiex itejbu saħħithom jew forsi jibdew xi dieta għaliex qed jaqtgħu qalbhom jew qed jarawha diffiċli. Nicolai għaddielhom dan il-messaġġ, “Jien inħeġġiġhom sabiex jagħmlu sforz u jemmnu iktar fihom infushom u jemmnu li kapaċi jilħqu l-għanijiet tagħhom. Li tibda dieta u li iktar u iktar tkun konsistenti u żżomm magħha mhix xi ħaġa faċli, iżda trid tiġġieled miegħek innifsek u temmen li dak li qiegħed tagħmel ser jiswielek aħjar għal saħħtek. Meta tibda tara r-riżultati, agħmel kuraġġ u għid ‘jiena llum iktar f ’saħħti milli kont ilbieraħ.” Ridt inkun naf x’kien jiekol qabel u kemm f ’termini t’ammonti. Fil-fatt infurmani li apparti li qabel kien jiekol għax il-ħin kollu kien ikun jaħseb li bil-ġuħ, li jiekol bl-aptit kien wieħed millkaġuni tal-obeżità tiegħu. “Fost il-junk food bħal pizez, pastizzi, pies, hamburgers, chips, qali u ħlewwiet li kont niekol ta’ kuljum, xorb żejjed bħal soft drinks u birra wkoll kienu detriment għall-ħxuna tiegħi”. B’kurżità staqsejtu jekk jimmisjax il-figura li kellu qabel, u dwar kif qed iħarsu lejh in-nies hemm barra. “Il-figura li kelli xejn ma nimmisjaha! Ħafna li kienu ilhom ma jarawni ġieli lanqas għarfuni u pjuttost jibqgħu mistagħġba bil-progress li għamilt. Tul dan il-vjaġġ ta’ dieta u forsi xi ftit żmien iebes, nirringrazzja lill-ġenituri li dejjem sibthom bħala l-aqwa spalla għalija, lillħbieb tiegħi tal-motivazzjoni u xejn inqas lil Alla li ta’ kuljum jipprovdili s-saħħa meħtieġa sabiex inkompli niġġieled għallħolm u l-għanijiet tiegħi,” temm jgħid Nicolai.
18
09.07.2017
kullhadd.com
ĦAJJA ATTIVA FL-ISPORT TIXPRUNAHA GĦAS-SUĊĊESS FIL-MIDJA U FIL-PALK
CLAIRE AGIUS ORDWAY
Eżempju ċar ta’ ħajja attiva fl-isport fosthom permezz tal-kickboxing, l-atletika u l-waterpolo, li xprunawha għal suċċess kbir kemm fuq il-midja permezz ta’ diversi programmi televiżivi kif ukoll għal suċċess fuq il-palk. Fil-fatt hija meqjusa bħala attriċi ewlenija f ’pajjiżna.
Barra minn hekk issir veru Kif bdiet l-imħabba tiegħek b’saħħtek u jien li kont inbati lejn l-isport? b’dahri bħal qisu ċertu training Biex nistqarr miegħek meta għamilli ħafna ġid. Imbagħad meta waqaf jipkont żgħira ma tantx kont nipprattika ħafna sport. Madank- prattikah it-tifel ma stajtx ollu niftakar lil missieri jsegwi nibqa’ mmur għax kien qed programmi sportivi fuq it-tele- ikolli ħafna x’nagħmel. vixin bħat-Tazza tad-Dinja u Wara ftit bdejt nieħu l-ġiri aktar bis-serjetà u minn hemm l-Logħob Olimpiku. Meta kbirt daqsxejn oħra bde- ma ħaristx aktar lura. jt nara lil missieri jmur jiġri u għedt ħa ningħaqad miegħu L-atletika kif għenitek anke biex inżommlu kumpani- fil-kickboxing? ja. Wara xi żmien kelli t-tfal u Il-ġiri jgħinek ħafna f ’diversi kien hawn li bdejt inħeġġeġ fatturi fejn għandu x’jaqsam lil uliedi jipprattikaw l-isport. kickboxing. L-ewwel nett inB’mod partikolari t-tielet tifel nifs tiegħek ikun aħjar, fiżikament tħossok veru b’saħħtek u kont nieħdu l-kickboxing. U kien hawnhekk illi ddeċide- apparti minn hekk jagħtik ħafjt illi nibda nipprattika dan l-is- na stamina u saħħa biex tkun port miegħu u tista’ tgħid illi dejjem aħjar. sirt inħobbu. Mal-kickboxing spiċċajt ukoll Smajt ukoll illi kont tippratnipprattika b’ċertu serjetà l-at- tika l-waterpolo... letika sabiex inkun fiżikament Iva hekk hu. Il-waterpolo kont aħjar. bdejt għax meta kont nieħu littifel għat-taħriġ f ’dan l-isport, Nibdew nitkellmu proprju ċerti persuni li kienu jkunu fuq il-kickboxing. Bosta l-pixxina xtaqu jgħaqqdu tim jqisu dan l-isport bħala tan-nisa. wieħed maskili. Kif B’ċajta qaluli biex nidħol u ħassejtek meta bdejt wara li domt intella’ u nniżżel tipprattikah? aċċettajt li nagħmel parti minn Il-kickboxing huwa sport illi dan it-tim tal-waterpolo. Nistqarr illi kont nieħu gost kiber ħafna f ’pajjiżna f ’dawn l-aħħar snin. Jien li bdejt nip- immur ngħum filwaqt illi nipprattikah nista’ ngħid illi għan- prattika dan l-isport. Nistqarr du taħriġ veru sabiħ u li jżom- ukoll illi mhux li tant kont xi tajba fih. Madankollu dan ilmok iffukata.
grupp kien wieħed magħqud u kien hemm atmosfera sabiħa tant illi rbaħna wkoll il-kampjonat. Għalija din kienet xi ħaġa ġdida għax qatt ma kont f ’tim peress li dejjem tħarriġt b’mod individwali.
Wara li għamilt tliet darbiet il-maratona sħiħa, ħadt sehem darbtejn fin-nofs maratona. F’dan l-aħħar avveniment bdejt b’ħin ta’ 1:45 filwaqt illi l-maratona sħiħa bdejtha b’ħin ta’ 3:58. Fl-aħħar mill-aħħar tul din l-esperjenza komplejt nilħaq Kemm rajtha differenti l-fatt rekords personali hekk kif illi lgħabt ma’ tim aktar milli naqqast il-ħin fiż-żewġ marab’mod individwali? Meta int tilgħab bħala tim hemm diversi fatturi li huma ferm differenti minn meta tikkompeti b’mod individwali. Importanti li tkun magħqud speċjalment meta jiġu mumenti diffiċli u li tinkoraġġixxi lil ħaddieħor speċjalment meta jkun għamel xi żball waqt il-logħba. Jien min-naħa tiegħi, kif diġà għedtlek ħadt il-waterpolo b’ċertu serjetà u għamilt li stajt biex immur tajjeb. L-istess bħal kickboxing anke l-waterpolo huwa kkunsidrat bħala sport maskili. Vera naqbel miegħek. Li hu żgur ukoll illi jrid ikollok saħħa enormi għalih u meta tkun ipprattikajtu aktar tapprezza l-isforzi li tkun għamilt. Nerġa’ ngħidlek jien ma kontx xi plejer stilla fit-tim imma meta ġejt mgħajta għall-okkażjoni ppruvajt naqdi dmiri mill-aħjar li nista’. Kellimni ftit dwar l-esperjenza tiegħek fin-nofs maratona li ħadt sehem fiha.
Jekk għandek ħolma li tixtieq tibqa’ għaddejja biha, kompliha u aħdem fuqha. Importanti li tirċievi l-kritika ħalli dejjem titjieb. Iċċedi qatt, ibqa’ ppersisti sabiex dak li tkun emmint fih isir realtà
tona sabiex inkun sodisfatta b’dak li ksibt. Xi preparamenti jeħtieġu li jsiru f ’dawn iż-żewġ tipi ta’ maratoni? Bla dubju li l-maratona sħiħa hija iebsa għax trid tipprepara għaliha b’mod fiżiku iżda wkoll psikoloġiku. Trid tibda t-taħriġ minn tal-inqas sitt xhur qabel u tipprova dejjem ittejjeb il-ħin tiegħek filwaqt illi tevalwa sew il-wirja tiegħek waqt it-taħriġ. Ġieli ħriġt niġri f ’xi l-erbgħa ta’ filgħodu fix-xitwa, f ’dak ilbard però l-fatt illi qed nagħti sfida lili nnifsi tgħinni biex nasal fejn nixtieq. M’hemmx xi tgħid ġieli ħriġt ftit bid-dwejjaq u għedt x’qed nagħmel f ’dak il-ħin imma flaħħar mill-aħħar meta int tkun ilħaqt l-objettivi diffiċli tiegħek tkun ferm sodisfatta. Nista’ ngħid illi n-nofs maratona hija sabiħa minnha nnifisha iżda ma tistax tikkomparaha mas-sħiħa fejn irid ikollok determinazzjoni kbira biex tasal. Nafuk anke tipprattika d-drama. Kemm għenek il-fatt li mort tirreċta jew ħadt sehem fi produzzjoni teatrali? Id-drama għenitni ħafna għax jien kont persuna mistħija
19
09.07.2017
kullhadd.com
Kieku l-ġenituri jindunaw aktar kemm jgħin l-isport żgur li naraw aktar tfal jipparteċipaw f’xi dixxiplina. Anke meta persuna forsi tħossha xi ftit imdejqa u forsi għaddejja minn xi dipressjoni, l-isport huwa ta’ benefiċċju kbir
kollha li jagħmlu. Is-sabiħ ta’ dan il-programm kien li rajt dejjem l-impenn minn dawn iż-żgħażagħ sportivi li jridu jkunu aħjar milli huma u dawn il-memorji ħa nibqa’ ngħożżhom mhux ftit. Liema kien l-iktar programm illi tibqa’ tiftakar? Forsi kien hemm xi atleta li impressjonak? Mill-programmi kollha li kelli naħseb li l-iktar wieħed illi affaxxinani kien meta kont intervistajt lil Vladislava, persuna b’diżabilità li tipprattika l-għawm. Impressjonani l-fatt illi din il-persuna li qiegħda f ’siġġu tar-roti, tgħix waħedha, issajjar u taħdem filwaqt illi tieħu sehem fl-attivitajiet tal-għawm. Minkejja dan kollu hi baqgħet determinata illi tgħix ħajjitha b’mod sħiħ minkejja d-diżabilità tagħha.
Kif ħassejtek meta l-programm kellu jieqaf anke minħabba l-kampanja elettorali li kienet fl-aqwa ferm. Mhux hekk biss imma tagħha? kelli kumpless ta’ inferjorità kbir tant illi lanqas fi play l-is- Ifhem ħassejtni ftit diżappunkola ma kont nieħu sehem tata għax wara l-ewwel tliet għax kont nistħi ħafna. programmi li ħriġt kelli risMeta bdejt immur ma’ xi pons pożittiv enormi. kumpaniji teatrali nista’ ngħid It-telespettaturi bdew illi sar pass ’il quddiem f ’ħajti jibagħtuli messaġġi sbieħ għax dan għeni biex inżid iktar kemm kienu impressjonati kunfidenza filwaqt illi jkolli sti- b’dawn l-isportivi u sa ċertu ma aħjar tiegħi nnifsi. punt kien hemm min qalli li dak li kienu raw tahom iktar Niġu issa għall-programm kuraġġ għal ħajjithom. tant popolari Determinati. Wara kollox dak kien l-għan Int li ppreżentajt dan ilprinċipali tal-programm li programm xi stajt tinnota minkejja kull diffikultà li tiġina f ’ħajja tipika ta’ sportiv? fil-ħajja għandna nkunu determinati li naslu. Minn dan il-programm tgħal- Dan il-programm kellu jieqaf limt ħafna affarijiet dwar l-is- ħesrem meta ssejħet l-elezport. L-ewwel ħaġa skoprejt zjoni u għalhekk ma setgħux kemm hu importanti li sportiv joħorġu programmi oħra li jaqdef kemm jiflaħ sabiex iżid kont ippjanata li nagħmel. aktar il-livell tiegħu u jħabMadankollu bi pjaċir ngħid batha ma’ atleti oħra profess- illi fl-iskeda ta’ Ottubru, Dejonali. Taf kemm taf qatt mhu terminati ser ikun qiegħed biżżejjed dejjem hemm bżonn hemm biex ikompli jagħtina iktar. stejjer ta’ sportivi li minkejja Ħafna jistaqsu kif aħna kull tbatija li jiltaqgħu magħha l-Maltin qed insibuha diffiċ- fil-ħajja lesti li jkomplu għadli biex nikkompetu ma’ pajjiżi dejjin b’determinazzjoni. oħra. Jien ngħid illi jekk aħna m’aħniex ser nagħmlu esper- X’appoġġ sibt mill-istazzjon jenzi barra minn pajjiżna ser ONE li fuqu kien qed insibuha diffiċli biex nilħqu jixxandar dan il-programm? l-livelli li nixtiequ. Minkejja kollox, nemmen illi Sibt ħafna appoġġ mid-dif ’Malta jeżistu sportivi tajbin riġenza ta’ dan l-istazzjon però dawn mhux qed isibu minħabba li raw id-dedikazzl-għajnuna neċessarja sabiex joni li kont qed nimxi biha sajimxu aktar ’l quddiem. biex joħroġ programm eċċelF’dan il-programm stajt nilt- lenti. aqa’ ma’ atleti li tilfu l-flus saWara li ħarġu tliet programbiex ikunu jistgħu jipprattikaw mi, indunaw illi dan il-prol-isport illi jixtiequ. Mhux talli gramm kien ser ikun segwit hekk talli minkejja li ħadd ma u għalhekk ipproponewli li jiffinanzjahom, xorta jibqgħu jkompli f ’Ottubru meta tibda għaddejjin sabiex jagħmlu skeda oħra. l-ħolma tagħhom realtà. Inti omm illi għandek tliet itPersonalment bqajt skantata fal. Kif jirnexxilek tlaħħaq bid-determinazzjoni li għand- mal-impenji varji illi jkollok hom u bis-sagrifiċċji li jagħmlu matul il-ġimgħa? sabiex jilħqu l-għan tagħhom. Jien nemmen ħafna li bħala Kważi kważi ngħid illi għand- persuna għandek torganizza hom dik ix-xi ħaġa iktar minn l-ħin tiegħek sewwa. Jien inpersuni oħra b’dawn l-affarijiet qum kmieni, nagħmel il-faċen-
di u dak li jkun hemm bżonn. Irnexxieli ndaħħal kuljum dik l-attività sportiva li żżomni b’saħħti fejn nagħmel siegħa ġiri jew immur il-gym. Dan kollu jgħini sabiex inbiddel l-ambjent u nkun psikoloġikament aħjar. Jien inħobb kollox organizzat. Bħalissa qed naqla’ d-dar sabiex fis-sajf ikun lest kollox. Importanti li wieħed ma jitlifx il-ħin anzi għandu jużah sewwa sabiex ilaħħaq ma’ kull m’hemm bżonn. Għandi x-xorti li r-raġel jgħini f ’kull ma jkun hemm bżonn u li t-tfal kibru u għalhekk bilmod il-mod saru jfendu xi ftit għal rashom.
qisu jrid jiddeverti mhux ibati. Jien nemmen illi jekk trid tieħu l-isport bis-serjetà ma jistax ikun toħroġ u tixrob qabel avveniment sportiv importanti. Kieku l-ġenituri jindunaw aktar kemm jgħin l-isport żgur li naraw aktar tfal jipparteċipaw f ’xi dixxiplina. Anke meta persuna forsi tħossha xi ftit imdejqa u forsi għaddejja minn xi dipressjoni, l-isport huwa ta’ benefiċċju kbir. Jien personali meta kont għaddejja minn xi problemi, meta fittixt l-isport tista’ tgħid li sibt l-aqwa mediċina possibbli.
Ovvjament uliedi mhux kollha għandhom l-istess passjoni lejn l-isport però nħeġġiġhom ħafna li jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju. Waħda minn uliedi tilgħab il-basketball, il-kbir jilgħab il-waterpolo u ż-żgħir jilgħab il-futbol. Fl-aħħar mill-aħħar nispera li l-eżempju jkaxkar ħalli jkomplu jagħtu ħin għall-attività fiżika anke fil-futur. Jien ngħid illi kieku kulħadd imur mixja mqar għal tletin minuta kuljum, il-ħajja tkun aktar faċli għal kulħadd. Nixtieqek tgħaddi messaġġ tal-aħħar lil dawk in-nies illi forsi jsibuha diffiċli joħorġu t-talenti tagħhom fil-beraħ.
Int bħala omm kemm Kif taraha l-mentalità tagħna l-Maltin fejn għandu tinkoraġġixxi lit-tfal tiegħek Jekk għandek ħolma li tixtieq biex jipprattikaw l-isport? x’jaqsam l-isport? tibqa’ għaddejja biha, kompliNaħseb nuqqas illi għand- Jien ninkuraġġihom ħafna ha u aħdem fuqha. Importanti na aħna l-Maltin fejn għandu biex jilagħbu xi tip ta’ sport li tirċievi l-kritika ħalli dejjem x’jaqsam l-isport huwa li ma u nħeġġiġhom biex jorganiz- titjieb. niħduhx biżżejjed bis-serjetà. zaw ruħhom sew ħalli jlaħħqu Iċċedi qatt, ibqa’ ppersisti saFtit huma dawk in-nies illi mal-istudju u l-attivitajiet biex dak li tkun emmint fih isir realtà. jagħmlu s-sagrifiċċji u kulħadd l-oħra li jkollhom.
20
09.07.2017
1
MADWAR kullhadd.com
L-AMERKA
FIL-QOSOR
1
TENSJONI MAL-KOREA TA’ FUQ
L-awtoritajiet fl-Istati Uniti qalu li jekk ikun hemm bżonn, lesti jużaw il-forzi militari tagħhom kontra l-Korea ta’ Fuq. L-Ambaxxatriċi Amerikana fin-Nazzjonijiet Magħquda, Nikki Haley, qalet li se tkun qed tiġi kkunsidrata reżoluzzjoni oħra kontra l-belt kapitali tal-Korea ta’ Fuq, filwaqt li heddet li jistgħu jidħlu fis-seħħ restrizzjonijiet ta’ kummerċ mal-istess pajjiż.
2
IL-BELĠJU
3
L-ITALJA
TFITTXIJA QABEL MA SSIR TRAĠEDJA OĦRA
L-awtoritajiet Belġjani għaddejjin bi tfittxija għal raġel li jista’ jkun qed jippjana attakk terroristiku. Dan wara li l-pulizija arrestaw żewġ persuni suspettati militanti, u sostnew li mhux qed jeskludu li qed jiġi ppjanat attakk ieħor. Wara diversi tfittxijiet intensivi fi Brussell fl-aħħar sigħat, il-pulizija arrestat żewġt aħwa li f ’darhom instabu numru t’armi u uniformijiet t’uffiċjali tal-Pulizija. Dettalji dwar ir-raġel li qed ikun imfittex mill-awtoritajiet Belġjani ma ngħatawx, għalkemm kien sostnut li l-livell ta’ theddida għall-kapitali Belġjana għadu għoli.
IMUT FANTOZZI! Imut l-attur komiku Taljan Paolo Villaggio, magħruf l-aktar għall-karattru li huwa magħruf sew magħna l-Maltin, dak ta’ Fantozzi. Villaggio miet f ’Ruma fl-età ta’ 84 sena, wara li qatta’ diversi jiem fil-Klinika Gemelli għallkura. Kien magħruf l-aktar għall-karattri tal-kummiedja paradossali u grotteska, bħall-Professur Kranz, Giandomenico Fracchia u l-famuż accountant Ugo Fantozzi, karattru li ħoloq hu stess. Karattru li l-istejjer tiegħu sabu ruħhom fuq it-televixin Taljan u fuq il-kotba.
R ID-DINJA
21
09.07.2017
kullhadd.com
6
IL-KOREA TA’ FUQ
4
2 3
6
IMĦEĠĠA BIEX IWAQQFU T-TESTIJIET
5
Ir-Russja u ċ-Ċina ħeġġew lill-Korea ta’ Fuq biex tiffriża l-programmi nukleari u ta’ missili li għandha wara li ddikjarat li ttestjat b’suċċess missili b’distanzi twal. Din hija l-ewwel darba li l-Korea ta’ Fuq iddikjarat li ttestjat b’suċċess missili ballistiċi li potenzjalment għandhom firxa biex jilħqu l-kontinent Amerikan. Kemm ir-Russja kif ukoll iċ-Ċina appellaw ukoll għal sospensjoni simultanja ta’ eżerċizzji militari fuq skala kbira bejn l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel. Intant, aktar kmieni l-Korea ta’ Fuq sparat missila fiddirezzjoni tal-Ġappun. Din kienet il-11-il missila sparata din is-sena mill-Korea ta’ Fuq u ġiet sparata minn qrib il-kapitali Pyongyang sakemm fi ftit aktar minn 30 minuta wara, waqgħet fl-ibħra Ġappuniżi. Il-Korea t’Isfel irrappurtat li l-missila ġiet sparata u ġriet madwar 933 kilometru jew 578 mil. Pyongyang żiedet il-frekwenza ta’ testijiet nukleari u missili fl-aħħar xhur, b’żieda wkoll fit-tensjoni diplomatika ma’ pajjiżi oħra.
5 4
IL-QATAR
IL-POLONJA
ĊANS TA’ AKTAR SANZJONIJIET
TRUMP BI ŻJARA FIL-POLONJA
Qabel mar il-laqgħa tal-G20 fil-Ġermanja, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump indirizza folla kbira li kienet qed tistennieh fil-belt kapitali Pollakka. Fid-diskors tiegħu uża l-Polonja bħala eżempju ta’ pajjiż li qed jiddefendi ċ-ċivilizzazzjoni, u tkellem dwar kemm il-Punent għandu rieda li jsalva u jkompli miexi ’l quddiem. Huwa wissa dwar it-theddida tat-terroriżmu u l-estremiżmu. Trump kellu laqgħa mal-President Pollakk, laqgħa li fiha spikka mument partikolari meta l-mara tal-President Pollakk qabżet lill-President tal-Istati Uniti biex tieħu b’idejn martu.
L-Arabja Sawdija u tliet stati Għarab estendew bi 48 siegħa l-iskadenza għal Qatar biex jaċċetta lista ta’ ordnijiet mogħtija minnhom, jew inkella jaffaċċja iktar sanzjonijiet. L-istat tal-Golf, li jiċħad il-finanzjament tal-estremiżmu, ta risposta formali, iżda d-dettalji ma ġewx żvelati. Dan filwaqt li diġà ddeskriva l-ordnijiet bħala offiża fuq il-liġi internazzjonali. Ir-rekwiżiti, li ġew mill-Arabja Sawdija, l-Eġittu, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Bahrain jinkludu l-għeluq tal-bażi militari Torka fil-Qatar, l-għeluq tan-network tal-aħbarijiet Al Jazeera, u t-tnaqqis fir-relazzjonijiet diplomatiċi malIran. Il-Ministru tal-Qatar tal-Affarijiet Barranin inzerta kien fil-Kuwait fil-jum tat-Tnejn biex jagħti r-risposta formali fil-forma ta’ ittra mingħand l-emir tal-Qatar lill-emir talKuwait, li huwa l-medjatur ewlieni fil-kriżi tal-Golf. Intant l-avukati tal-Qatar tkellmu kontra l-ordnijiet u appellaw għall-kundanna internazzjonali.
22
09.07.2017
kullhadd.com
L-UGWALJANZA U L-UNIFORMITÀ: FEJN QED NEĦLU? NAOMI
CACHIA
Koordinatur
POLITIKU FŻL
Sa mill-bidu tal-kampanja elettorali, il-Prim Ministru kien jisħaq li, jekk il-Partit Laburista jerġa’ jingħata l-fiduċja tal-poplu biex imexxi dan il-pajjiż, l-ewwel biċċa xogħol għall-Parlament il-ġdid kienet se tkun li tgħaddi l-liġi dwar żwieġ indaqs. Ma smajt l-ebda tgergir jew nuqqas ta’ qbil mill-kamp Nazzjonalista dak iż-żmien. Anzi! Il-kampanja elettorali li għaddiet, minkejja li ma kinitx waħda ħelwa, jekk ikolli nislet element pożittiv minnha, dan ikun illi l-Partit Nazzjonalista iċċaqlaq mill-pożizzjoni arkajka tiegħu fir-rigward tal-libertajiet ċivili. B’hekk kont inħoss li għall-inqas, jiġri x’jiġri, il-kommunità LGBTIQ+ kienet se toħroġ rebbieħa. Sintendi, din kienet pożittiva biss mill-perspettiva tiegħi. Ma kellix dubju li kienu bosta l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista li qarrsu wiċċhom meta raw ilU-turn li għamel Simon Busuttil. Din ma kinitx biss U-turn mill-pożizzjoni (jew nuqqas ta’ pożizzjoni) li kien ħa meta Gvern Laburista għadda l-liġi tal-Unjoni Ċivili, iżda kienet tfisser tluq totali mill-għeruq konservattivi tal-Partit Nazzjonalista. Minn daqshekk, nasal nifhimhom. X’jifdal minnek jekk twarrab dawk il-prinċipji li sawruk għal tant snin? L-ironija li nara f ’dan kollu hu li matul il-kampanja, bosta drabi smajt lil min juża l-qabża enormi u l-ħidma li wettaq Gvern Laburista, b’mod speċjali tal-Ministru Helena Dalli, bħala kritika! Trid tkun verament dahrek mal-ħajt u nieqes mill-ideat biex tgħid li d-drittijiet ċivili qed jiġu ‘ppolitiċizzati’. Jekk irrid nkun totalment onesta, ikolli ngħid li nippreferi li jiġu ppolitiċizzati milli jintefgħu taħt it-tapit u qatt ma jingħataw widen. F’erba’ snin għamilna qabża għall-aħjar li probabbli ftit minna setgħu jantiċipaw fir-rigward ta’ libertajiet ċivili. Din mhix opinjoni suġġettiva, huwa stat ta’ fatt li ma jgħidux il-Gvern Malti, iżda jixduh klassifikazzjonijiet bħar-Rainbow Map tal-ILGA Europe, fejn pajjiżna jinsab fl-ewwel post u qed jgħaddi sew lill-pajjiżi Nordiċi meqjusin ħafna iżjed progressivi minna. Din mhix konvenjenza poli-
tika. Hija sempliċiment turija tal-fatt li l-Gvern Laburista - u kruċjalment, mill-bidu nett - għaraf jiftaħ idejh għal kulħadd, għaraf li l-prinċipji t’ugwaljanza li tant ngħożżu, ma jfissru xejn jekk ma nutilizzawhomx biex naraw lil ħutna kollha, Maltin u Għawdxin, jingħataw anke l-iktar drittijiet bażiċi. Tafu x’inhi konvenjenza? Konvenjenza insejħilha dik il-U-turn li ssir lejliet l-elezzjoni, meta evidentament ma kienx hemm ftehim, lanqas filgrupp parlamentari Nazzjonalista. Biex, araw fejn wasalna issa. Naqra l-istejjer prinċipali fil-gazzetti filgħodu, u naħsibhom xi forma ta’ satira politka. Qed nirreferi għad-diskors fqir li għamel il-Whip tal-PN David Agius fil-Parlament, li onestament, lanqas nirreplikah ma nixtieq. Clyde Puli wkoll jidher konfuż; ħareġ jgħid li l-liġi qed tagħti dritt lil xi ħadd, filwaqt li tieħu xi ħaġa mingħand xi ħadd ieħor. Ara kif jista’ jkun, meta l-isem stess tal-liġi jindika li r-raison d’etre wara l-liġi huwa l-ugwaljanza! Argumenti li ma naqbilx magħhom, ibbażati fuq raġunar san, naċċettahom u nirrispettahom. Dan it-tip ta’ raġunament, però, m’għandux post fiż-żminijiet li qed ngħixu fihom. Il-qasma li qed naraw llum filPN - b’Edwin Vassallo jgħid li se jivvota kontra, u b’oħrajn li jaħsbuha bħalu iżda li ser jivvutaw skont il-linja l-ġdida tal-Partit - li qed timmanifesta ruħha permezz tad-dibattitu fuq din il-liġi, hija frott il-kompromess li sar qabel l-elezzjoni, fejn il-prinċipji ngħataw il-flessibiltà skont l-esiġenżi politiċi. Però, żommu f ’moħħkom dejjem li l-lupu forsi jbiddel sufu, imma qatt għemilu. Min-naħa l-oħra, Gvern Laburista, fl-ewwel ġimgħat ta’ din il-leġiżlatura, diġà qed jikteb l-istorja. Iġġudikaw intom.
Trid tkun verament dahrek mal-ħajt u nieqes mill-ideat biex tgħid li d-drittijiet ċivili qed jiġu ‘ppolitiċizzati’
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
Il-Ħamis, 29 ta’ Ġunju Kemm igerbeb iż-żmien, man! 35 sena ilu, Eddie l-kbir kien qalilna biex immorru l-baħar u konna morna sal-Għadira. Għadni niftakar qisu lbieraħ. Ma kienx hemm fejn toqgħod labra. L-akbar bajja ta’ pajjiżna miksija bil-bnadar tal-maduma. Niftakarni jaqbiżli d-dmugħ, man! Għadni nara lil Eddie l-kbir ġej bid-dgħajsa u kif il-folla enormi miġbura nfexxet f ’ċapċip, għajjat enormi, u tixjir tal-bnadar tal-maduma. Dakinhar konna morna l-baħar għal ġurnata biss, imma issa qiegħed nibża’ li morna l-baħar darba għal dejjem, ladarba l-partit glorjuż tagħna mhux se jibqa’ mmexxi minn Simon (s’issa) tagħna! Il-Ġmgħa, 30 ta’ Ġunju Għall-erwieħ! Fl-aħħar ma ħriġtx bil-geddum mill-ħanut ta’ Ġorġ ta’ ħdejna. Kont inkwetat bil-kbir meta smajt li fost dawk li jridu jieħdu post Simon (s’issa) tagħna hemm Ivan Bartolo. Bdejt nibża’ għax dak bħal Marlene, filli magħna, filli magħhom, jitlaqna u jerġa’ jiġi lura. Insomma pinnur konna ngħidulu fi żmieni. Meta wrejt ilbiża’ tiegħi ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, bagħatni nixxejjer għax qalli li Ivan Bartolo li jrid jieħu post Simon (s’issa) tagħna, mhux dak il-pinnur, imma dak li waħluhulu dawk li jdawru lil Simon (s’issa) tagħna bil-by- election. Ħriġt ferħan, għax għedt tal-inqas mhux dak il-pinnur. Is-Sibt, 1 ta’ Lulju Nispera li ma jibqgħux sejrin biha din li l-Presidenza Maltija kienet suċċess enormi. L-ewwel nett jien ma nafx għalfejn dan il-ftaħir kollu, qisu bħal Joseph Muscat m’hawnx fl-Ewropa. Tgħid mhux se nħalltu ma’ Angela Merkel tal-Ġermanja jew ma’ Theresa May tal-Ingilterra. Imma donnhom dak Tusk u Juncker jaqalhom għalih.Jien m’għandix dubju li dak il-ftaħir kollu lejn Joseph Muscat huwa kollu ispirat minnhom. Ili ngħid li ma kienx mument li dik tal-Bidnija u Simon (s’issa) tagħna ħaduha bil-kbir kontra Juncker, għax ara x’ġara issa. Kull ċans li jkollu jara kif jagħmel biex ibambalulna! Il-Ħadd, 2 ta’ Lulju Ikolli ngħid li dawk li ilhom minn qabel l-elezzjoni jaraw x’jivvintaw biex jeħilsu minn Simon (s’issa) tagħna, għadhom għaddejjin bil-manuvri tagħhom minkejja li Simon għadu jwebbes rasu u se jitlaqna. Donnhom ħalfu li jibqgħu jinkwetawh salaħħar mument qabel iċedi postu. L-ink-
wiet ta’ Simon ħassejtu dalgħodu meta qal li d-deputati tagħna huma obbligati li jivvutaw favur il-liġi taż-żwieġ, jew ma nafx x’liġi hi. Għax jien ngħid li m’hemmx għalfejn joqgħod jgħidilhom Simon x’inhu l-obbligu tagħhom, ladarba din il-liġi wegħednieha anke aħna. Jew għandna xi qabda deputati li lanqas biss jafu x’kien fih il-manifest tagħna!? It-Tnejn, 3 ta’ Lulju X’jaħsbu li huma dawk tal-Labour jaqbdu u jivvintaw l-istejjer bl-addoċċ! Issa ħarġu bil-ħrafa li l-partit tagħna huwa fallut, minkejja li Simon (s’issa) tagħna ilu jgħid li taħt it-tmexxija tiegħu l-partit ħa r-ruħ. U ħa r-ruħ għax ħareġ b’ideat fantastiċi biex jiġbor aktar flus. Ħareġ bl-idea taċ-ċedoli, ħareġ bl-idea ta’ taparsi invoices lil min jaf kemm kumpaniji. Insomma l-għerf tiegħu f ’dan il-qasam spikka fuq li spikka. U tant mhu veru xejn li l-partit tagħna huwa fallut, li lid-diriġenti tagħna tajniehom żieda ta’ aktar minn 10%. Kieku konna falluti ma naħsibx li kienu jaċċettawha din iż-żieda, mhux hekk, man! It-Tlieta, 4 ta’ Lulju Ili ngħid li dak Juncker jaqagħlu għal Joseph Muscat! Tgħidx kemm ħadha bi kbira għax kienu ftit biss dawk l-Ewroparlamentari li ndenjaw ruħhom imorru jisimgħu lil Joseph Muscat joqgħod jiftaħar dwar kemm kienet suċċess il-Presidenza Ewropea. Tant ħadha bi kbira li lill-Ewroparlamentari għajjarhom redikoli. Ma nafx għala ħadha daqshekk bi kbira għax jien konvint li ħafna mill-Ewroparlamentari, bħali, issa ddejqu jisimgħu l-ftaħir dwar is-suċċess li qegħdin jgħidu li kellha l-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea. Biex tgħaxxaqha, anke d-deputat ġdid tagħna David Stellini u t-Times faħħru lil Joseph Muscat! Min iżjed baqa’ jfaħħru? L-Erbgħa, 5 ta’ Lulju Ma kinitx liġi taż-żwieġ, għax milli jidher din l-imniefaħ ta’ liġi se tkompli tkissirna. Diġà bdejna b’Edwin Vassallo jmur kontra l-ordni ta’ Simon (s’issa) tagħna u vvota kontra. U ma nafx x’se jagħmlu oħrajn aktar tard, għax minn kliemhom ukoll se jivvutaw kontra. Clyde Puli żgur se jivvota kontra la għalih il-liġi hi ta’ xi pajjiż komunist. U l-istess nibża’ li se jagħmel Jason Azzopardi ladarba qal li lest jaċċetta din il-liġi biss jekk il-Gvern japprova l-emendi li se tressaq l-Oppożizzjoni. Nistennew u naraw, imma m’għandi l-ebda dubju li din il-liġi se tkompli tinkwieta lil Simon!
23
09.07.2017
kullhadd.com
GVERN TA’ PRINĊIPJI CATHERINE
FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Nammetti li nżomm ftit ’il bogħod milli nesprimi l-opinjoni tiegħi bil-kitba dwar prinċipji bażiċi. Mhux għax m’għandix opinjoni jew ma jinteressanix imma nħobb dawn il-fehmiet nifhimhom, ngħarbilhom, nistudjahom u nsaqsi professjonisti biex imbagħad nifformola opinjoni bbażata fuq il-verità morali u xjentifika, lil hinn minn isteriżmu reliġjuż, fundamentaliżmu u anki liberaliżmu żejjed li jistgħu jtappnu l-ħsieb aħħari tiegħi. Inkun onesta li meta kien wasal sabiex jiġi introdott l-IVF f ’Malta, tlabt il-konsulenza ta’ ħbieb tiegħi professjonisti mediċi tal-affari tagħhom. Għamilt dan sforz ta’ kemm ridt għarfien fuq issuġġett, għarfien ’il bogħod mill-indħil reliġuż u bbażat fuq ix-xjenza li hi don mogħti lil bniedem minn Alla. Persważa li l-ebda mara ma tixtieq tgħaddi minn proċess li jista’ jagħti uġigħ psikoloġi-
ku u skumdità fiżika u anki finanzjarja. Imma għax l-istint matern li żejjinna bih Alla huwa tant b’saħħtu, għax il-mara trid issir ġenitur flimkien mal-partner tagħha, għax kullħadd ugwali quddiem Alla, għax it-trabi huma rigal minn Alla, għax ix-xjenza ħoloqha l-bniedem grazzi għat-talenti sbieħ li tah Alla u għax Alla qalilna li t-talenti rridu nħaddmuhom u mhux inħalluhom jorqdu, u għax bix-xjenza l-bniedem irnexxielu f ’ħafna każi jaġġorna n-natura u sab soluzzjonijiet għal diversi kundizzjonijiet, inkluż għajnuna sabiex aktar persuni jsiru ġenituri. Mela min jien jien biex ngħid LE għal dan kollu? It-tweġiba hija IVA. Iva għax bħala mara u omm Nisranija huwa fl-obbligu morali tiegħi li nkun solidari u nappoġġja nisa oħra bħali li jien m’għandi xejn superjuri minnhom biex isiru wkoll ommijiet u jġibu fid-dinja lil uliedhom li huma xbieha t’Alla u jrabbuhom b’għożża u bi mħabba kbira. L-istess ħsibijiet ta’ tolleranza u mħabba lejn il-proxxmu tiegħi naqsamhom fuq drittijiet oħrajn. Min jien, jien li għax kuntenta fiż-żwieġ tiegħi nieħu deċiżjoni li ħaddieħor ma jingħatax iċ-ċans li jinħall ċivilment minn rabta
infeliċi, li jsib imħabba ġdida u jista’ jerġa’ jiżżewweġ u jkun magħruf bil-liġi ċivili? La jien sibt l-imħabba ta’ ħajti u ddeċidejna li niżżewġu u nqattgħu ħajjitna flimkien u nibnu familja, min jien jien li nċaħħad dan kollu lil persuni LGBTIQ li jsibu wkoll l-imħabba ta’ ħajjithom u jiddeċiedu li jqattgħu ħajjithom flimkien f ’rabta ta’ żwieġ u b’hekk igawdu u jħarsu d-drittijiet u dmirijiet tagħhom bħala koppja bħal kull koppja oħra miżżewġa? Għax iżżwieġ mhux sempliċi ċurkett f ’subgħajk, imma għax tassew il-maħbubin għandhom ir-rieda li jħobbu lil xulxin u jaqsmu ħajjithom flimkien, konxji ta’ l-obbligi kollha. U allura xi dritt għandi jien biex inċaħħad dan kollu lill-proxxmu tiegħi, ħolqien ta’ Alla bħali imma b’orjentazzjoni sesswali differenti? Xi dritt għandi jien li koppji LGBTIQ inċaħħadhom li jrabbu l-ulied bħalma nrabbi jien? M’għandi l-ebda don akbar mogħti lili minn fuq li jagħmilni nkun kapaċi nħobb wild aktar minn ġenitur LGBTIQ. U dan il-ħafna għagħa fuq termini ta’ kliem ta’ ‘omm’ u ‘missier’ huma kollha bżieżaq tas-sapun minfuħa frott il-fundamentaliżmu u nuqqas ta’ għarfien. Jien bħala omm fuq kollox inħossni ġen-
itur. Forsi kien hemm żmien li kien hemm definizzjoni ta’ omm u ta’ missier u l-irwoli differenti li jġorru. Imma rridu nirrikonoxxu li l-umanità għallmitna li t-trobbija tal-ulied hija responsabbiltà indaqs tal-omm u tal-missier, jiġifieri taż-żewġ ġenituri indaqs. U għaldaqstant ma nara xejn xi jdgħajjef l-istatura jew l-irwol tal-omm jew tal-missier jekk f ’ċertifikat tat-twelid ikun hemm imniżżel ġenituri flok omm u missier. Fl-aħħar mill-aħħar dak li għandhom bżonn l-ulied: ġenituri. L-ugwaljanza mhix terminoloġija fittizja li qiegħda hemm biex nistudjawha bl-amment fl-istudji soċjali. Qiegħda hemm biex inħarsuha u nipprattikawha verament, anki iva b’kuxjenza Kristjana. Il-ħsibijiet arkajki jerġgħu jibagħtuna lejn il-ħsibijiet tal-Medju Evu. Nixtieq inkun naf jibqgħux jaħsbuha l-istess li kieku jkunu esperjenzati b’ħuthom jew uliedhom. Fl-imħabba m’hemmx sess. M’hemmx ‘omm’ u ‘missier’. Kullħadd għandu dritt li jħobb u jiġi maħbub u jgħix fis-serħan il-moħħ u mħares mil-liġi mal-imħabba ta’ ħajtu jew ħajjitha, isir ġenitur u dak il-wild jittrabba b’għożża mill-genituri tiegħu jew tagħha irrelevanti jekk huma koppja straight jew LGBTIQ,
irrelevanti jekk ġiex fid-dinja bi proċess hekk imsejjaħ naturali jew inkella bl-IVF. Aħna lkoll ulied l-istess Missier. Bħala Nisranija aktar u aktar inħossni konvinta li għandi ngħin b’kull mezz u mingħajr biża’ lil min qed jitlob is-solidarjetà u l-appoġġ tiegħi. Naf li jien fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Il-kuxjenza tiegħi qiegħda fil-paċi għax qed nappoġġja proċess li jsawwar u jippromwovi l-ħajja. Il-kuxjenza tiegħi qiegħda fil-paċi għax qed inħobb lill-proxxmu tiegħi bħali nnifsi. L-għeluq tad-diskors talPrim Ministru Dr. Joseph Muscat ta’ nhar l-Erbgħa fil-Parlament fl-għeluq tat-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieg, kien ċar u b’saħħtu. Kien diskors fejn uliedna se jkunu grati lejh hekk kif ħejjielhom futur mill-isbaħ u ta’ serħan il-moħħ. ‘‘F’ugwaljanza ma jistax ikollok kompromessi. Din hija kwistjoni ta’ prinċipji mhux ta’ tattika. Ma jistax ikollok kompromessi għaliex hu punt ta’ prinċipju. Kien hemm min qalina li kellna elezzjoni dwar prinċipji. Dan huwa gvern ta’ prinċipji u aħna se nivvutaw b’qalbna għax inħossuha, b’moħħna għax nifhmuha u bil-kuxjenza tagħna favur żwieġ indaqs għal kulħadd.’’
PERMESSI MILL-KUNSILLI MARIO
FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL
Ħmistax ilu ktibt fuq lista ta’ prijoritajiet li għandi fi ħsiebi għas-sentejn li ġejjin fil-qasam tal-Gvern Lokali. Fost dawn kien hemm is-swieq fil-beraħ u l-permessi relatati ma’ mwejjed u siġġijiet barra l-istabbilimenti tal-ikel jew xorb. Illum nixtieq niffoka fuq dawn għaliex issa li beda l-istaġun tal-festi, ċertament illi wieħed jantiċipa li se jkun hemm diverġenzi fl-interpretazzjoni tal-liġi f ’dan ir-rigward. L-argument iqum dwar min għandu joħroġ il-permessi għall-barijiet fil-festi jekk hux il-Kunsill Lokali rispettiv jew il-Pulizja. Hemm leġiżlazzjoni sussidjarja u notifika legali li jirregolaw dan kollu. Dawn huma LS441.04 u 348/2011
rispettivament. Dawn jitkellmu dwar regolamenti dwar attivitajiet li jinħtieġu permessi mill-Kunsilli Lokali. Jitkellmu b’mod ċar li kull applikazzjoni skont dawn ir-regolamenti għandha ssir lill-Kunsill Lokali fejn tkun ser issir l-attività fuq il-formula relattiva li hemm fl-iskeda. Jgħidu wkoll illi kull awtorizzazzjoni maħruġa mill-Kunsill Lokali tkun soġġetta għal dawk il-pattijiet u kundizzjonijiet li japplikaw għall-attività partikolari skont dawn ir-regolamenti. Il-Legiżlazzjoni Sussidjarja 441.04 titkellem l-aktar fuq swieq fil-beraħ u armar ta’ kjosks fuq ir-roti filwaqt li LN 248/2011 titkellem speċifikament fuq il-bejgħ ta’ xorb alkoħoliku. Regolamenti tal-2011 li jemendaw ir-regolamenti dwar attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsill Lokali u bis-saħħa tas-setgħat li tagħti l-liġi bl-artiklu 72 tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali u bl-artiklu 17 tal-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ, kienu saru emendi sabiex dawn ir-regolamenti jinqraw u jigu miftiehma mar-regolamenti dwar attivitajiet li
jinħtieġu permess mill-Kunsill Lokali. Tagħmel referenza wkoll għas-subregolament 5 tar-regolament 9 u titkellem dwar bejgħ u xorb alkoħliku u kif għandu jigi servut u lil min jista’ jinbiegħ. In-notifika legali qed tagħmel referenza wkoll għal KAP 363 u LS 441.04 u allura titkellem biċ-ċar min hu jew hi dik l-awtorità li għandha toħroġ il-permessi għal okkażjonijiet bħal bħalma huma festi tarraħal jew belt sabiex matulhom wieħed ikun jista’ jarma bar quddiem l-istabbiliment tiegħu. Din l-awtorità hija l-Kunsill Lokali u mhux il-pulizja. Xogħol il-pulizja hu illi tara li dak li ngħata l-permess jimxi mal-liġi u r-regolamenti stabbiliti. Dak hu fejn jidħlu festi. Hemm imbagħad l-argument l-ieħor tal-imwejjed u s-siġġijiet li jinħarġu quddiem stabbilimenti tal-ikel u xorb għal żmien twil, normalment tul il-perjodu tas-sajf. Min japplika għal tali permess ikun irid jagħmel dan mal-PA u jkun hemm bżonn ukoll ta’ ‘no objection’ minn TM u l-Kunsill
Lokali. Ikun hemm u hemm każijiet fejn minkejja li l-Kunsill Lokali jkun oġġezzjona, b’xi mod jew ieħor, il-permess jingħata xorta. Dan qed iwassal biex ma jkunx hemm bilanċ bejn il-komunità tan-negozju u l-ħtiġijiet tar-residenti. Huwa tajjeb li wieħed jiġi megħjun sabiex ikabbar u jkattar in-negozju tiegħu imma dan m’għandux isir b’detriment għar-residenti. Bl-istess mod, ir-residenti m’għadhomx għal kull ħaġa ta’ xejn, joġġezzjonaw fuq kollox. Però hemm nuqqas ta’ bilanċ u dan huwa ċar. Iridu jiġu stabbiliti kriterji ċari meta, kif u b’kemm għandu jkun hemm estensjoni ta’ ħanut. Pereżempju jien ma nifhimx kif ħanut li għandu kċina li tikkejterja għal 20 ruħ, qatt jista’ jitlob permess għal estensjoni b’mod li l-kapaċità tal-ħanut tikber għal 60 ruħ. B’liema mod se jservi lil dawn il-klijenti jekk il-kapacità tiegħu hija għal 20? Kriterju ieħor għandu jkun jekk għandux staff biżżejjed biex jaqdi lil dawn il-klijeti. L-estenzjoni għandha tkun persentaġġ tal-istabbiliment minn
ġewwa. Kif jista’ ħanut żgħir ta’ 30 metru kwadru jingħata estensjoni għall-istess kobor? Anki hawn, anki meta l-istabbiliment ikun kbir biżżejjed biex jingħata l-estenssjoni, wieħed irid jara’ x’impatt se jkun hemm fuq l-ambjent immedjat. Ma rridx niġġeneralizza u mhux qed ngħid li kulħadd huwa ħażin. Imma mhux biżżejjed li jitħalla passaġġ jew li tinżamm l-indafa. Irid ikun hemm infurzar strett biex kulħadd jimxi mal-permessi li jkollu u mhux jispiċċa jkabbar kemm jidhirlu hu jew skont il-parruċċani li jkollu. Jekk mhux se jkun hemm infurzar, dan il-pajjiż se jimxi ħafna ’l quddiem f ’diversi oqsma imma jibqa’ lura f ’affarijiet żgħar li iżda għandhom impatt qawwi fuq il-livell t’għajxien tar-residenti tagħna. Fid-dawl ta’ dan, se nara li filjiem li ġejjin jibdew diskussjonijiet f ’dan is-sens sabiex tinstab soluzzjoni li toħloq bilanċ ġust bejn dawk kollha involuti. Id-darba li ġejja nagħtu ħarsa lejn is-swieq fil-beraħ u l-operat tagħhom fil-lokalitajiet tagħna.
24
09.07.2017
kullhadd.com
L-ELEGANZA U L-KULTURA MALTIJA: 100 SENA TA’ MODA MARLENE
MIZZI MEP
Forsi ftit huma dawk li kull meta jisimgħu t-terminu ‘kultura Maltija’ jgħaddilhom minn moħħhom li l-kultura tagħna tinkludi wkoll il-moda. Nistqarr mill-ewwel li anke f ’dan il-qasam pajjiżna għandu ħafna x’joffri. U ta’ valur sorprendenti. Esebizzjoni li ħadt ħsieb li tittella’ fil-bini tal-Parlament fil-jiem li għaddew kienet prova mill-aktar ċara ta’ dan. Kif jaf kulħadd saru diversi attivitajiet biex jimmarkaw il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għas-sitt xhur li għaddew. Bħala Membri tal-Parlament Ewropew Maltin intlabna norganizzaw avveniment kulturali. Għażilt tema li hija ferm għal qalbi, il-moda. Rajt f ’dan l-avveniment ok-
każjoni li permezz tagħha stajt noffri togħma tal-kultura, l-industrija, l-istorja u l-eleganza ta’ pajjiżna. Għamilt din l-għażla fl-isfond tal-fatt li jiena nifforma parti mill-kumitat CULT, il-Kumitat għall-Kultura, Edukazzjoni u Sport tal-Parlament Ewropew. L-esebizzjoni li tellajna – The Vocabulary of Maltese Style: An exhibition of the 20th Century fashion in Malta - kienet tirrifletti kollezzjoni ta’ ħwejjeġ u lbiesi eleganti li tmur lura 100 sena, mis-sena 1917 sal-lum. Xhieda mill-aqwa tal-eleganza Maltija u tat-talent tad-disinjaturi Maltin. Kull min kellu x-xorti jżur din l-esebizzjoni seta’ jammira l-livell għoli ta’ materjal li kien hemm għall-wiri. Seta’ jammira wkoll il-varjetà rikka ta’ stili minn żminijiet differenti u l-iżvilupp tal-moda Maltija. Il-materjal li kien hemm għall-wiri, anke jekk fuq skala żgħira, jitfa’ dawl fuq id-dinja tal-couture mill-imgħoddi sal-lum. Sadattant nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Ġunju, f ’St James Cava-
lier ittellgħet il-konferenza bit-tema “(M)Alta Moda”. Konferenza li ffokat ukoll fuq l-ostakli li tiffaċċja l-industrija tal-moda Ewropea mill-perspettiva ta’ disinjaturi żgħar u indipendenti. L-għan ewlieni tal-konferenza kien li tħares lejn soluzzjonijiet differenti kif il-moda u l-industriji tal-kreattività fl-Unjoni Ewropea jistgħu jimxu ’l quddiem. Se nagħmel dak kollu possibbli biex nara li l-Unjoni Ewropea toffri l-għajnuna kollha possibbli lid-disinjaturi żgħar u ġodda, fosthom Maltin u Għawdxin, permezz ta’ miżuri innovattivi. Dan it-talent għandu jkollu l-ispazju, l-opportunitajiet li jgħinuh jiżviluppa u jkun suċċess. X’aktarx li ma nafux, jew ma nistgħux inkunu nafu b’mod xieraq kemm jista’ hawn fostna talent moħbi. Talent li m’għandux l-opportunità li jkun espress. Jew almenu m’għandux spazju biżżejjed. Nemmen bis-sħiħ li għadna m’aħniex infurmati biżżejjed dwar l-evoluzzjoni tal-moda u l-istili differenti fil-gżejjer Maltin. Nittama li l-attivitajiet
li tellajna fil-jiem li għaddew fuq din il-linja jistgħu jservu biex jintefa’ aktar dawl fuq dan il-qasam, fuq din il-faxxa kulturali. Inwiegħed l-għajnuna tiegħi kollha possibbli lil min ikun lest jinteressa ruħu f ’riċerki għal dan il-għan. Wisq nibża’ li jista’ jkun li dan it-talent ma nagħtuhx l-importanza li tixraqlu. Għalkemm ċertament li mhux intenzjonalment. Il-wirt kulturali ta’ pajjiżna huwa wieħed ta’ livell għoli ħafna u dan bir-raġun. Meta tqis it-taħlita li minnha huwa ffurmat ġensna, il-kulturi differenti li ġabu magħhom u anke, b’xi mod, imponew fuqna l-ħakkiema tul meded twal ta’ snin, allura huwa bilfors li jkollna wirt kulturali għoli. U aktar ma huwa hekk akbar hija l-ħasra li ma nagħtuhx l-importanza li tixraqlu. Għax ma jistax ikun li jkollok taħlita kulturali daqstant vasta f ’qasam, bħal ngħidu aħna l-arkitettura, u mhux f ’qasam ieħor. Inkluż il-ħwejjeġ li kienu jilbsu. Saħħaħt dan l-argument meta xtart sewwa d-diskorsi interessanti li saru fil-kon-
Parti mill-materjal fl-esebizzjoni The Vocabulary of Maltese Style fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
L-MPE Marlene Mizzi fil-ftuħ uffiċjali tal-esebizzjoni fil-Kamra tar-Rappreżentanti
ferenza minn Luke Azzopardi, disinjatur tal-moda u kuratur tal-esibizzjoni; Caroline Tonna, kuratur tal-kostumi f ’isem Casa Rocca Piccola; Kenneth Cassar u Claire Bonavia minn Heritage Malta; u mid-direttur u disinjatur ta’ Charles & Ron, Ron van Maarschalkerweerd Borg. Inkun qed nonqos jekk ma ngħidx li dan il-proġett ma kienx ikun possibbli li jsir kieku ma kienx hemm l-appoġġ ta’ Albert Marshall, Chairman tal-Kunsill Malti tal-Arti; il-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi tal-Parlament Ewropew; id-disinjatur Andrew Borg Wirth; Marquis de Piro, li silef ilbies storiku għal din l-okkażjoni; Kenneth Gambin minn Heritage Malta; Carina Camilleri, il-konsulenta għall-isfilata flimkien ma’ bosta kittieba, disinjaturi u kontributuri oħrajn. Ikun ta’ sodisfazzjon kbir għalija jekk dak kollu li organizzajna flimkien ftit tal-jiem ilu jservi ta’ xprun għal aktar studji u riċerki f ’dan il-qasam storiku u kulturali tagħna.
25
09.07.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB PIETRU PITRAVU Karatteristika rikorrenti tal-letteratura għat-tfal fis-snin sebgħin kienu l-karattri umoristiċi. Fost l-ewwel personaġġi nsibu lil Pietru Pitravu, li fil-fatt huwa l-ewwel kreazzjoni tal-awtur popolari Carmel G. Cauchi. L-ewwel ktieb ta’ dan il-karattru simpatiku ħareġ fl-1976, Il-Bawxati ta’ Pietru Pitravu, ġabra ta’ għaxar stejjer dwar il-praspar ta’ dan it-tifel. Wara s-suċċess kbir li kiseb, Cauchi ħareġ żewġ kotba oħra, ukoll b’għaxar episodji oħra f ’kull wieħed: Iżjed Bawxati ta’ Pietru Pitravu (1977) u Bawxati Oħra ta’ Pietru Pitravu (1981) li wkoll kienu ntlaqgħu tajjeb mill-qarrejja. Tant baqa’ maħbub dan il-karattru li l-kotba għadhom popolari mat-tfal illum, aktar minn 40 sena wara. Bawxati Oħra ta’ Pietru Pitravu, it-tielet ktieb mis-sensiela, ilu snin twal mhux fis-suq u issa, wara ħafna snin il-Merlin Publishers ħadu ħsieb li jippubblikawh f ’verżjoni ġdida, b’illustrazzjonijiet ġodda ta’
Frank Schembri u b’ortografija aġġornata. Dan Pietru huwa tifel imqareb ta’ għaxar snin li għex f ’Malta fis-snin ħamsin. Il-laqam ta’ Pitravu kisbu l-iskola għax qatt ma ried jaf bl-istudju, u dejjem jara kif se jwaqqa’ kollox għaċ-ċajt. Iżda moħħu kien jużah sew meta jiġi biex jagħmel xi praspura. Kien jieħu l-ewwel biex iħarbat il-paċi fl-iskola u fir-raħal fejn kien jgħix u miskin minn kien iħabbatha miegħu, bħas-surmast u l-għalliem tiegħu. Ommu u missieru ma kinux jifilħu aktar għall-praspar li kien jagħmel. Iżda mhux dejjem kienet tiġih tajba għax mhux l-ewwel darba li l-praspar tiegħu daru fuqu u, kif ngħidu, spiċċa moqli b’żejtu! Fiż-żmien li fih huma ambjentati dawn l-istejjer, Malta kienet ferm differenti milli nafuha llum. It-tfal li jaqrawhom fl-2017 jistgħu jsiru jafu r-realtà ta’ dak iż-żmien minn dawn ir-rakkonti. Pereżempju, fl-iskejjel primarji ma kienx
ikun hemm bniet u subien flimkien, għax dawn kienu jattendu skejjel separati. Flok imwejjed u siġġijiet, it-tfal kellhom banikijiet tal-injam u kienu jpoġġu tnejn tnejn fihom. Kienu jiktbu bil-pinen u l-klamari, u l-kompjuter ħadd ma kien għad ħolom bih. Wara li jkunu qattgħu n-nofstanhar ta’ filgħodu l-iskola, kienu jmorru d-dar biex jieklu u jistrieħu ftit, u mbagħad jerġgħu lura l-iskola wara kważi sagħtejn break, fejn ikomplu l-lezzjonijiet mis-sagħtejn sal-erbgħa. Carmel G. Cauchi huwa wieħed mill-aktar awturi Maltin maħbubin kemm mill-kbar kif ukoll mit-tfal tal-lum, kemm għall-karattri li ħoloq, kif ukoll għall-kitba mexxejja u stilistikament impekkabbli. Hu jaf joħloq atmosfera reali fl-istejjer tiegħu li ġġiegħlek tħobb aktar lill-karattri simpatiċi li jsawwar. Minbarra l-karattru ta’ Pietru Is-sensiela ta’ Pietru Pitravu, mill-ħwienet tal-kotba kollha Pitravu, Cauchi ħoloq ukoll il-karattri ta’ Betta Trombetta u kif ukoll kotba oħra ta’ Carmel jew direttament mis-sit: http:// G. Cauchi, jinsabu għall-bejgħ www.merlinpublishers.com Mastru Gerfex.
MAMÀ, ALLURA DIN IMĦABBA? Mamà, allura din imħabba? huwa l-ewwel ktieb Malti li qed jittratta familja b’żewġ ġenituri talistess sess: żewġ ommijiet u binhom. Hija storja dwar l-imħabba fil-forom u dimensjonijiet kollha tagħha – mill-imħabba lejn l-annimali, għallimħabba u l-passjoni għax-xogħol u l-arti – u naturalment għandha fil-qofol tagħha l-kunċett
tad-diversità u tal-aċċettazzjoni tal-imħabba fi kwalunkwe forma din timmanifesta ruħha. Il-ktieb huwa konfinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, huwa miktub u illustrat minn Mark Scicluna – illustratur tassensiliet De Molizz u Jake Cassar u rebbieħ talPremju Nazzjonali tal-Ktieb għall-illustrazzjoni
– u minn Moira Zahra – parti mit-tim ta’ Tikka Qari. Mamà, allura din imħabba? hu ideali għal tfal bejn 3 u 8 snin, għax jista’ kemm jinqara littfal meta dawn ikunu għadhom żgħar ħafna, u eventwalment anki jinqara mit-tfal stess meta jikbru ftit u jibdew jaqraw sentenzi waħedhom.
Mistoqsija: Fuq xiex jittratta l-ktieb Mamà, allura din imħabba? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba PIETRU PITRAVU u MAMÀ, ALLURA DIN IMĦABBA? Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 16 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb LIŻBETTA huwa: J.CAMILLIER - Il-Ħamrun
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
02
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
XXX It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
26
09.07.2017
kullhadd.com
OFFERTI GĦALL-ISTUDENTI MILL-BANK OF VALLETTA Il-Bank of Valletta għadu kif ħabbar il-pakkett tal-BOV Club għall-2017. Maħsub bħala l-pass interim għall-istudenti li jkunu se javvanzaw mil-livell sekondarju għal-livell terzjarju tal-edukazzjoni, il-pakkett talBOV Club jiġbor fih is-soluzzjonijiet bankarji bażiċi li wieħed ikun jeħtieġ, flimkien ma’ firxa ta’ offerti ta’ merħba li l-istudenti huma intitolati għalihom meta jingħaqdu mal-BOV Club jew iġeddu s-sħubija tagħhom. “L-istudenti jinsabu fi stadju importanti ħafna, mhux biss fl-istudji tagħhom, imma wkoll fil-ħajja personali tagħhom,” spjega Karl Spiteri, Kap talBOV responsabbli għall-BOV Club. “Jinsabu f ’punt, meta jkunu qed jieħdu responsabbiltà personali għall-ġejjieni tagħhom, inkluż dak finanzjarju. Huwa għalhekk li aħna ddisinjajna l-BOV Club bħala offerta introduttorja għall-istudenti żgħażagħ li jkunu qed jużaw is-servizzi bankarji għall-ewwel darba.” Fost il-benefiċċji ewlenin inklużi fil-pakkett, hemm ilBOV Student eAccount li joffri aċċessibbiltà faċli flimkien ma’ rata tal-imgħax ogħla u self għall-istudenti mhux iggarantit mingħajr l-ebda miżati tal-ipproċessar. Din l-offerta tinkludi wkoll il-kopertura talħajja mingħajr ħlas li l-Bank qed joffri ma’ kull applikazzjoni għal finanzjament personali ġdid. Is-soluzzjonijiet bankarji self-service jinkludu l-BOV Visa Classic jew il-BOV MasterCard b’limitu ta’ kreditu ta’ EUR 500, mingħajr ħlas tat-tariffi għall-ewwel sena. Il-
firxa tas-servizzi tal-BOV 24x7 hija inkluża wkoll mingħajr ħlas ta’ tariffi għall-ewwel sena. Firxa wiesgħa ta’ rigali ta’ merħba qed jiġu offruti lil dawk l-istudenti li jagħżlu li jingħaqdu mal-BOV Club. Dawn jinkludu skontijiet kbar fuq Urbanista Melbourne Speaker, Urbanista Seattle Corded Headphones, Remingon Airplate Straightener, Remington We Tech Body Trimmer, Remington Straight Brush u Nutribullet 600 Series Alternattivament l-istudenti jistgħu jagħżlu vawċer ta’ EUR 50 li jista’ jissarraf minn ħwienet magħżula li jinkludu EuroSport, Animal, Bata, Agenda Bookshop, TerraNova u Guess. Sabiex ikunu eliġibbli, l-istudenti jeħtieġ li jkunu qed jistudjaw fuq bażi full-time, u jkunu qed javvanzaw minn istituzzjoni sekondarja għal waħda postsekondarja, jew minn istituzzjoni postsekondarja għall-Università ta’ Malta. It-tim tal-BOV Club għandu rwol ewlieni fih. Il-membri jiffukaw fuq l-appoġġ lill-istudenti u jgħinuhom fl-għażliet tagħhom. Il-membri tat-tim tal-BOV Club se jiltaqgħu mal-istudenti fit-12 ta’ Lulju fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi. L-istudenti li jkunu interessati jingħaqdu mal-BOV Club jistgħu jitolbu aktar informazzjoni jew iniżżlu l-applikazzjoni minn fuq il-websajt: www. bov.com. Wieħed jista’ wkoll japplika onlajn, u b’hekk isir eliġibbli li jirbaħ sett ta’ BOV Mastercard Prepaid Cards għall-valur ta’ EUR 375.
AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ
ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. Ittiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. Għandna għamara antika bħal kamra tas-sodda, salott, kamra tal-pranzu, fajjenza u aċċessorji tad-dar. Ċempel fuq 99151939
Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall-
Offerta għall-kiri tal-bar Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħad-Dingli jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għall-kiri tal-bar tal-istess lokal bejn il-Ħadd 2 ta’ Lulju u l-Erbgħa 12 ta’ Lulju 2017. L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru millkażin tal-Partit Laburista mil-lum il-Ħadd 2 ta’ Lulju sa nhar l-Erbgħa 12 ta’ Lulju 2017 bejn il-5:00pm u s-7:00pm. Għal aktar informazzjoni kkuntattjaw lis-Segretarja tal-Kumitat fuq 99190095. L-offerti, flimkien ma’ kopja riċenti tal-kondotta tal-pulizija (tal-applikant), għandhom jimtlew kif indikat, u jintefgħu ssiġillati fil-kaxxa tal-kwotazzjonijiet flistess każin sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 12 ta’ Lulju 2017 fis-7:00pm. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġjuża.
KARRIERA FL-INDUSTRIJA TAT-TURIŻMU U L-OSPITALITÀ: GĦAŻEL L-ISTITUT GĦALL-ISTUDJI TURISTIĊI
. L-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) joffri firxa wiesgħa ta’ korsijiet biex jakkomodaw lill-individwu, immirati biex jintlaħqu l-ħtiġijiet fl-industrija talivvjaġġar, l-ospitalità u t-turiżmu. L-istudenti jistgħu issa jkomplu wkoll l-istudji tagħhom bi tliet programmi fil-baċellerat li għadhom kemm tnedew. L-Istitut għall-Istudji Turistiċi joffri programmi ta’ studju fuq Ċertifikat, Diploma, Diploma Nazzjonali Ogħla
u Programmi fil-baċellerat għal karrieri fl-Ospitalità u tat-Turiżmu, Operazzjonijiet f ’lukandi, Operazzjonijiet ta’ Akkomodazzjoni, Operazzjonijiet tal-Ivvjaġġar, Vjaġġar u Turiżmu u programmi għal karriera fuq cruise liners. Programmi ta’ studju huma offruti wkoll filPreparazzjoni u l-Produzzjoni tal-Ikel u s-Servizz tal-Ikel u x-Xorb. L-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) ħabbar li r-reġistrazzjonijiet għas-sena skolastika 2017-2018 se jkunu
miftuħa mit-Tnejn 17 ta’ Lulju 2017 sal-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu 2017 għal applikanti ġodda. L-istudenti kurrenti tal-ITS, li biħsiebhom ikomplu bl-istudji tagħhom, jistgħu japplikaw bejn it-Tnejn 7 ta’ Awwissu u l-Ġimgħa 11 ta’ Awwissu. Dawk li jixtiequ iktar informazzjoni fuq ilprogrammi offruti, l-ITS ser ittella’ sezzjonijiet apposta gewwa l-kampus fil-Bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan. Id-dati tas-sessjonijiet se jkunu kif ġej:
25 TA’ LULJU 2017; 9.30am: Foundation in Hospitality and Tourism 26 TA’ LULJU 2017; 9.30am: Travel and Tourism Programme (Certificate, Diploma and Higher National Diploma) 11.30am: Rooms Division Programme (Certificate, Diploma and Higher National Diploma) 27 TA’ LULJU 2017; 9.30am: Events and Leisure Programme (Certificate, Diploma and Higher National Diploma) 11.30am: Food Preparation and Production Programme (Certificate, Diploma and Higher National Diploma) 28 TA’ LULJU 2017; 9.30am: Higher National Diploma in Tour Guiding 31 TA’ LULJU 2017; 9.30am: Higher National Diploma in Food Preparation and Culinary Arts for Cruise Liners; Higher National Diploma in Guest Service Operations for Cruise Liners; Higher National Diploma in Hotel Management Operations for Cruise Liners 1 TA’ AWWISSU 2017; 9.30am: Bachelor in Culinary Arts (hons); Bachelor in Gastronomy (hons); Bachelor in International Hospitality Management (hons) XOGĦOL U MANUTENZJONI Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. AVVIŻI OĦRAJN Ozosecurity teħtieġ innies biex jaħdmu fi ħdan il-kumpanija tagħhom. Il-kandidati magħżula għandhom ikunu fluwenti blIngliż, kapaċi jaħdmu fuq bażi ta’ shift. Biex japplika wieħed għandu jibgħat c.v. dettaljata lil careers@ozogoup.com jew bilposta lil Nru 6, Triq L-iskultur, Ħal Qormi.
jorganizza attività għat-tfal kollha tal-Imqabba u l-ħbieb tagħhom nhar it-Tlieta 4 ta’ Lulju 2017. Din l-attività ser issir ġewwa farmhouse fillimiti taż-Żurrieq u matulha ser ikun hemm bosta attivitajiet divertenti għat-tfal fosthom logħob biswit il-pool li hemm fl-istess sit. It-tfal ser ikollhom l-opportunità li jgħumu u ser jiġi servut ukoll ikel u xorb. Ilgrupp ser ikun taħt supervizjoni stretta tal-membri talKummissjoni Nisa. It-trasport jitlaq mill-Pjazza ewlenija tal-Imqabba fis-1:00pm. Bookings isiru fuq 79460156 u aktar informazzjoni fuq is-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com
Fl-okkażjoni tal-bidu taċċelebrazzjonijiet li jimmarkaw il-25 sena mit-twaqqif talewwel Sezzjoni Żgħażagħ ġewwa l-Imqabba, is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna talAVVIŻI KULTURALI Ġilju ser torganizza ġurnata t’attivitajiet nhar il-Ħadd 16 ta’ Il-Junior Club fi ħdan is- Lulju 2017, il-jum li proprju Soċjetà Mużikali Madonna fih twaqqfet din is-Sezzjoni. tal-Ġilju tal-Imqabba ser Fl-10:00am ser issir Quddiesa
ta’ ringrazzjament fil-Knisja Parrokjali tal-Imqabba bissehem tal-Kumitat preżenti u membri tal-Kumitati preċedenti. Fil-11:00am ser jiġi mniedi l-Logo uffiċjali tas-Sezzjoni Żgħażagħ ġewwa s-sede tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju filPjazza ewlenija tal-Imqabba. F’nofsinhar isegwi Gathering ġewwa l-istess sede tas-Soċjetà. Divertiment mużikali provdut u kulħadd huwa mħeġġeġ jattendi f ’atmosfera brijuża ta’ Festa. Id-dħul huwa mingħajr ħlas. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq www.talgilju.com Fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta’ Kristu Re li ser tiġi ċċelebrata ġewwa Raħal Ġdid, il-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ġiet mistiedna tagħti s-servizz mużikali tagħha nhar it-Tlieta 25 ta’ Lulju 2017. Is-servizz jibda fit-8.00pm permezz ta’ marċ brijuż madwar it-toroq ta’ Raħal Ġdid li l-qofol tiegħu jintlaħaq ġewwa l-Pjazza fl10:30pm. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju. com.
27
09.07.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
C.AGIUS - Attard
TISLIBA 182
Mimdudin:
Bi 3 Numri 198 210 414 427 480 624 677 913 960 982 B’4 Numri 0068 0173 0426 0486 0564 0863
1530 1662 2070 2123 2211 2445 2621 3181 3332 3892 4018 4821 4910 4916 4972 4987 5476 5798 5967 6604 6675
6776 6981 7028 7630 7699 8457 9462 B’5 Numri 01737 08011 14282 15148 18236 22266 24649 28335 29217 42308 46272
48302 51198 54815 60016 64293 68698 69628 70144 80008 94080 94689 95627 99150 B’6 Numri 049943 142664 403814 566484
B’7 Numri
Bi 8 Numri
3670915 4461914 5366928 7962628
00723677 22353521 32200605
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1,12w,22. Kompli l-qawl: Bil-kappell li kelli .........(10) (5) 4. Jista’ jkun tal-karti (4) 7. Ara 5 9. Ħares (3) 10. Jibla’ kollox (6) 12. Mitfugħ taħt it-trab (6) 16,23. Affarijiet tal-aħħar ħin (7) 18. Ara 8 19. Kontra le (3) 20. Mimli snien (5) 21. Tħalli l-ġebla fuq dan tkun sabiħa ħafna (3) 23. Ara 16 24. Iwassalhielek tal-posta (5)
Weqfin:
1. 2. 3. 5,7. 6,15. 8,18. 11,13. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Għamel mistoqsija (6) Kunjom (3) Jien hu bl-Ingliż (1,2) Metall b’saħħtu (5) Karrotta (9) Jirfinaw iż-żejt (11) Il-mara tal-gidi (5) Ara 1 Ara 11 Dejjaq? (6) Ara 6 Stazzjon tat-tv (3) Frank Attard Oliva (1,1,1) Ara 1
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1.Għani, 4.Ħali, 7,9.Xbajt, 10.Xenata, 12.Fliegu, 18.BS, 19.Żar, 20.Qatla, 21.NPI, 24.Tmiss
1.Għaqal, 2,23.Astjena, 3,5. Ixxala, 6,16.Ifalli, 8.Benestant, 11,13.Qliba, 12,17.Filep, 14.Użanzi, 15.Krafes, 21.Nej
28
09.07.2017
kullhadd.com
INKUNU AĠENTI TAL-BIDLA EDITORJAL
Il-pożittiv fil-Partit Laburista llum huwa wkoll riżultat tal-fatt li l-Partit Laburista fehem li l-għażliet li kellu quddiemu fl-aħħar snin ma kinux biss għażliet ta’ individwi imma kienu għażliet ta’ ħsieb.
Ninsabu fl-eqqel tas-sajf iżda għall-Partit Laburista għad m’hemmx jiem ta’ mistrieħ. Bil-Gvern għaddej qatigħ bil-ħidma tiegħu biex jissokta jibdel il-pajjiż, anke l-Partit Laburista jinsab f ’nofs proċess ta’ bidla. Proċess li se jarah ikompli jissaħħaħ b’għażliet li se jagħmel fil-jiem li ġejjin. Wara li kienet ikkonfermata l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista fl-aħħar ġimgħat, il-Ħamis nistennew b’ħerqa l-vot ta’ fiduċja fil-Mexxej Laburista, Joseph Muscat. Imbagħad hemm ukoll il-ħatra ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament. Kif qed naraw, anke permezz tal-intervisti f ’din il-gazzetta, id-delegati tal-Partit Laburista għandhom għażla bejn tliet persuni ta’ kompetenza kbira li rnexxew mhux biss fil-karriera professjonali tagħhom iżda wkoll fil-karigi ministerjali li fdalhom il-Prim Ministru. Id-delegati Laburisti qed ikunu mitluba jagħżlu bejn tlieta min-nies li fl-aħħar ħames snin b’ħidmiethom tejbu kemm felħu l-ħajja tal-Maltin.
Dan juri differenza kbira mill-istat li jinsab fih il-Partit Nazzjonalista fejn hemm min saħansitra jemmen li fost il-grupp parlamentari m’hemm ħadd denju ta’ kariga fit-tmexxija u għalhekk il-Partit Nazzjonalista jrid iħares ’il barra. X’se jagħmel il-Partit Nazzjonalista għad irridu naraw. Li nafu żgur hu li l-istat b’saħħtu li jinsab fih il-Partit Laburista mhuwiex kumbinazzjoni. Huwa frott il-ħidma favur l-għaqda fejn l-ideal li ntejbu l-Malta għall-aħjar rebaħ fuq l-ambizzjonijiet personali u l-Prim Ministru għaraf jutilizza t-talenti ta’ kulħadd f ’Partit Laburista b’saħħtu u magħqud warajh. Għaqda li tirriżulta wkoll minn ispirazzjoni ta’ tmexxija li taf fejn trid tasal u kif se tagħmel dan. Il-pożittiv fil-Partit Laburista llum huwa wkoll riżultat tal-fatt li l-Partit Laburista fehem li l-għażliet li kellu quddiemu fl-aħħar snin ma kinux biss għażliet ta’ individwi imma kienu għażliet ta’ ħsieb. Ħsieb ta’ soċjetà li trid u qiegħda tinbidel fejn kulħadd ikollu l-istess opportunità biex jasal. Id-del-
egati tal-Partit Laburista fehmu dan kollu meta flaħħar snin ħadnu l-bidla u promovewha b’ħidmiethom u hekk għandhom ikomplu jagħmlu għal li ġej. Is-sehem tagħhom u l-attivisti tal-Partit Laburista ma jiqafx mal-għażla li jridu jagħmlu nhar il-Ħamis, u jekk ikun hemm bżonn il-Ġimgħa. Imma l-attivisti tal-Partit Laburista jridu jibqgħu jemmnu u jippromwovu l-bidliet il-kbar li rridu nagħmlu għas-soċjetà Maltija fiż-żmien li ġej. Illiġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ hija biss eżempju wieħed. Bħala hemm oħrajn. Diġà saret dikjarazzjoni ċara li ġejja bidla fil-liġi tal-IVF biex iktar nies jingħataw iċċans isiru ġenituri u bħalma rajna reżistenza fl-aħħar jiem għal din il-bidla favur l-ugwaljanza l-istess nistennew li naraw minn xi wħud li fiż-żmien li ġej lesti jop ponu l-progress b’kull qawwa billi saħansitra jibnu fuq il-miżinformazzjoni u quddiem in-nuqqas ta’ veritajiet. Quddiem dan kollu rridu nkunu aħna l-attivisti tal-Partit Laburista, li qatt ma ħalla jxekkluh il-ktajjen tal-biża’, li nsi-
bu l-kuraġġ biex nitkellmu u nxerrdu mal-erbat irjiħat tal-pajjiż; minn Marsaxlokk sal-Mellieħa u l-Gżira tatTliet Għoljiet l-għajta favur il-progress u l-bidla. Ilpolitiċi ta’ dan il-pajjiż ma jistgħux jieqfu jistennew u jħallu s-soċjetà tkun qabilhom bil-bidliet li tħoss li għandha tagħmel għax imbagħad tkun l-istess soċjetà li tħallas l-iktar prezz qares u dan ma rriduhx. Mela l-appell, li ċerti li se jintlaqa’, hu biex l-attivisti tal-Partit Laburista jibqgħu jkunu l-aġenti tal-bidla. M’għandhomx jistrieħu milli jagħmlu dan anke jekk fil-mument l-avversarji politiċi, tal-Partit Nazzjonalista, jinsabu mifxulin f ’xulxin jipprovaw jaqbdu tarf tal-kobba mħabbla li jinsabu fiha konsegwenza tal-gidba li għexu għal ħafna snin. Quddiem din ir-realtà tikber il-ħtieġa ta’ forza politika b’saħħitha li mhix magħmula minn partit iżda minn moviment. U l-moviment għadu u jrid jibqa’ madwar il-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat. Il-konferenza ġenerali ta’ din il-ġimgħa hi okkażjoni oħra biex dan jikber.