www.kullhadd.com Il-Ħadd, 9 ta’ Ottubru, 2016
Ħarġa Nru 1,213 Prezz €1
JASAL ILLUM Il-bastiment tal-arja nadifa mistenni jkun Malta matul il-jum tal-lum. It-tanker Armada LNG Mediterrana ilu ftit inqas minn xahar ġej minn Singapore wara investiment kbir li sar fih u testijiet li saru. Ara paġni 5 u 28
F’Wembley Stadium, it-Tim Nazzjonali Malti kellu jbaxxi rasu għall-qawwa tat-Tim Nazzjonali Ingliż li, minkejja kontroversja li kien qed jaffaċċja dan l-aħħar, iddomina logħba kontra pajjiżna li ntemmet bl-iskor rispettabbli ta’ 2 - 0. Ara paġni 13-16
IRIDU JONFQU L-FLUS TAL-IIP Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jitkellem kontinwament kontra l-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment, iżda issa jrid jonfoq il-flus li jidħlu minnha. Dan jirriżulta minn dokument ta’ qabel il-baġit ippubblikat il-Ħamis. Ara paġna 5
IĊ-ĊAQNU MRAŻŻAN Għadd kbir ta’ illegalitajiet fil-kumpless Montekristo tneħħew fl-aħħar xhur, filwaqt li oħrajn se jkunu qed jitneħħew fiż-żmien li ġej. Dan hekk kif l-Awtorità tal-Ippjanar niżlet b’saħħa liema bħalha fuq l-ammont kbir ta’ żvilupp kontra l-liġi f ’dan il-kumpless ta’ Charles Polidano, magħruf bħala ċ-Ċaqnu. Azzjonijiet li jneħħu l-perċezzjoni li xi ħadd bħaċ-Ċaqnu jista’ jagħmel li jrid. Dettalji li għandha l-gazzetta KullĦadd jikkonfermaw kif hemm postijiet filkumpless magħluqin u binjiet li qed jitwaqqgħu. Ara paġna 3
02
09.10.2016
kullhadd.com
INFORMAZZJONI editur
L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 18°C Temperatura tal-Baħar: 24°C Indiċi UV: 6 Temp: Xemxi li jsir pjuttost imsaħħab sa filgħaxija Sitwazzjoni ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja tiksi ċ-Ċentru tal-Mediterran Riħ: Ħafif u varjabbli li jsir mix-Xlokk Viżibbiltà: Tajba Baħar: Ħafif Imbatt: Ftit li xejn
ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
reklamar/distribuzzjoni ALAN SALIBA email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2573
disinn tal-paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
kuntatt ġenerali KULLĦADD email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 27°C
indirizz postali
UV 6
19°C
Il-Ħamis
KULLĦADD
28°C
UV 5
19°C
27°C
Il-Ġimgħa
UV 6
19°C
Is-Sibt
ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 26°C
sit elettroniku
UV 5
19°C
26°C
UV 6
19°C
26°C
UV 5
19°C
kullhadd.com
mezzi soċjali
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
www.facebook.com/kullhadd
stampata PROGRESS PRESS
numri importanti Is-servizzi kollha ta’ emerġenza
112
Il-Pulizija ta’ Malta
2122 4001-9
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili 2393 0000
Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, il-Belt Valletta – 21238355 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, il-Marsa – 21221701 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, l-Imsida – 21312449 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485 Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, in-Naxxar – 21417406 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Birgu – 27600126 St. Elias Pharmacy Triq San Elija, ix-Xgħajra – 21660300 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, iż-Żejtun – 21693723 Mqabba Central Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, l-Imqabba – 21641133 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat Malta – 21455479
Il-gwardjani lokali 2132 0202
Għawdex
L-isptar ta’ Malta
Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Victoria Għawdex – 21557819 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, is-Sannat Għawdex – 21564447
2545 0000
L-isptar ta’ Għawdex 2156 1600 Servizz veterinarju ta’ emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz ta’ direttorju telefoniku 1182
Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
09.10.2016
kullhadd.com
AZZJONIJIET F’ĦAL FARRUĠ
Il-kumpless fejn qed jittieħdu azzjonijiet kontinwi Fl-aħħar xhur mingħajr wisq daqq ta’ trombi l-Awtorità tal-Ippjanar irnexxielha għall-ewwel darba twassal biex iċ-Ċaqnu jdur dawra mal-illegalitajiet ta’ Montekristo u jibda jneħħihom waħda waħda. Il-gazzetta KullĦadd hija infurmata li dan ix-xogħol ilu għaddej xhur u qed isir taħt moniteraġġ intensiv, biex ikun aċċertat li t-tneħħija tal-illegalitajiet qed
isseħħ filwaqt li ma jiżdidux illegalitajiet ġodda. Fost l-aktar illegalitajiet ċari li qed jitneħħew u li huma fid-deher hemm żoni kbar bħal fejn kien hemm scrapyard illegali u ż-żoo minn fejn tneħħa it-torri replika tat-torri ta’ De Redin. Filwaqt li jonqos illegalitajiet li għad iridu jitneħħew u jitwaqqgħu, huwa taħt din l-amministrazzjoni li
għall-ewwel darba Polidano Group qed jittrażżan b’mod serju milli jibqa’ jibni llegalitajiet ġodda u saħansitra jneħħi llegalitajiet li tħallew jikbru f ’amministrazzjonijiet tal-passat. F’investigazzjoni fuq numru ta’ ġranet, il-gazzetta KullĦadd sabet li numru ta’ llegalitajiet li kienu qed isiru f ’wiċċ kulħadd issa bdew jitneħħew.
Itir it-torri replika tat-Torri ta’ De Redin Waħda mill-aktar binjiet ikoniċi fil-kumpless Montekristo hija torri, magħruf bħala replika tat-Torri ta’ De Redin. Dan ittorri nbena mingħajr permess u kien ilu ammont ta’ snin mibni. Minn informazzjoni li għandha din il-gazzetta, din il-binja kienet għal qalb Polidano. Madankollu, li-binja kienet illegali. L-Awtorita’ tal- Parti oħra mill-propjetà ta’ Polidano li issa qed tintuża Ippjanar kellha diversi modi skont il-permess. Ir-ritratti juru qabel u wara kif tieħu azzjoni. Madankollu , il-binja tant kienet kbira li f ’Malta ma jidhirx li hawn min għandu makkinarju kbir biżżejjed biex iwaqqa’ torri skont l-istandards xierqa. Kien hemm diversi modi kif wieħed jiehu azzjoni, inkluż li jintużaw inġenji li jwaqqgħu t-torri b’daqqiet ta’ bajla. Madankollu, dan kien ikun perikoluż meta wieħed iqis ukoll il-mod kif kienet mibnija l-istess binja. Kien għalhekk li l-azzjoni tal-Awtorita’ wasslet biex Polidano jibda’ jwaqqa’ t-torri. Sal-lum twaqqa’ iktar min-nofsu u s-sezzjoni tal-infurzar qed tagħmel spezzjonijiet assidwi.
Scrapyard f ’Ħal Farruġ Din kienet biċċa art kbira li għal għexieren ta’ snin kienet użata bħala scrapyard minn Polidano. Fiha kien jintefa’ kull tip ta’ skart, minn inġenji kbar tal- istess kuntrattur bħal gafef, trakkijiet u krejnijiet, għal diversi materjal li jikkonsisti f ’tyres, injam u pjanċi kbar. Dawn il materjali akkumulaw matul is-snin u għalkemm fil-passat inħarġu avviżi ta’ infurzar kif ukoll ġiet issiġillata
gaġeġ u l-istrutturi madwar ilPark tal-Annimali ma kinux ta’ standard għoli. Illum l-entratura għaż-żoo kif ukoll diversi entraturi sekondarji jinstabu ssiġillati u anke b’għassa stretta fejn ġew installati kameras ta’ sorveljanza mqabbdin ma’ uffiċini tal-Awtorita’, li jassiguraw li ma jsir ebda dħul ta’ nies fiż-żoo. Jitneħħew stalel bla permess Dawn l-istalel kienu qed jiġu mibnija bi standards għoljin ħafna u intenzjonati sabiex jintużaw bħala żona fejn jinħalbu annimali li jipproduċu l-ħalib u wara jiġi pproċessat fi prodotti. Kienu nbnew mingħajr ebda permess, u wara li kien inħareġ avviż ta’ nfurzar, dan l-aħħar, dawn l-istrutturi tneħħew miċ-Ċaqnu. Fl-istess ħin, fuq biċċa art li oriġinarjament kienet għal skopijiet agrikoli, kienet tneħħiet il-ħamrija kollha, sar xogħol ta’ kostruzzjoni u tneħħew ħitan tas-sejjieħ. Dan l-aħħar din iż-żona treġġgħet lura għall-istat oriġinali fejn inbnew il-ħitan tas-sejjieħ u reġgħet tqiegħdet ħafna ħamrija. Infurzar xieraq
It-torri li qiegħed jitneħħa l-entratura tal-istess Scrapyard is-sitwazzjoni fuq il-post baqgħet dik li kienet. Iżda, kif ġara f ’postijiet oħra, taħt moniteraġġ kontinwu jirriżulta li l-istess Polidano neħħa tunnellati kbar ta’ materjal
minn din iż-żona, naddaf is-sit, magħruf l-iktar għal żewġ intefgħet il-ħamrija u anke qed inċidenti li seħħew fl-aħħar jitħawlu siġar. sentejn fejn żewġt itfal ġew attakkati minn annimali Iż-żoo magħluq u mgħasses eżotiċi. Madankollu, filwaqt li l-annimali setgħu daħlu Iż-żoo ta’ Montekristo huwa f ’Malta b’mod regolari, il-
L-infurzar bla preċedent li sar fuq is-sit ta’ Montekristo wassal biex għall-ewwel darba ikun hemm infurzar xieraq fuq żviluppatur li sa ftit snin ilu kien magħruf li jibqa’ għaddej b’gaffa minn fuq kulħadd. Ilmod kif dan qed isir, mingħajr storbju imma b’riżultati konkreti, qed iwassal biex juri kif l-infurzar jista’ jkun effettiv u xieraq fuq min hu b’saħħtu.
04
09.10.2016
kullhadd.com
IKKONFERMATA ĦSARA FIL-ĠGANTIJA L-att vandalu li sar fil-Ġgantija f ’Settembru li għadda ħalla ħsara irriversibbli. Dan jirriżulta minn rapport li għandu Heritage Malta u li l-gazzetta KullĦadd rat kopja tiegħu b’mod esklussiv. Il-każ imur lura għall-ewwel ġimgħa ta’ Settembru meta allegatament koppja koppja nqabdu jnaqqxu isimhom fuq il-blat tat-tempji tal-Ġgantija. Filfatt, fuq ilġebel megalitiku kitbu l-kliem Steve u Abir. Instabet ukoll xi kitba bl-Għarbi. Fir-rapport intqal li għalkemm l-iskrizzjoni mhix fonda ħafna, bejn nofs millimetru u millimetru, il-ġebla saritilha ħsara. Dan b’mod partikolari fuq dik mejqusa bħala l-ġilda tal-wiċċ tal-ġebla (magħrufa bħala Platina) u li takkumula wara mijiet ta’ snin. Għalhekk, il-ħsarat fuq dawn it-tempji uniċi huma irriversibbli u ma jistgħux jittranġaw. L-agħar ħaġa hi li dawn il-partijiet
huma esposti għall-elementi naturali. “Dan jista’ jwassal għal biex tiddeterjora l-ġebla,” jgħid ir-rapport. B’rabta ma’ dan tressaq il-qorti Stephen Catania ta’ sebgħa u erbgħin sena u fix-xhieda tagħhom, l-uffiċjali ta’ Heritage Malta, irrakkuntaw x’kien ġara meta ntebħu li fit-tempju ta’ iktar minn ħamest elef sena kien hemm min iddeċieda li jnaqqax ismu. Uffiċjali ta’ Heritage Malta rrakkuntaw kif ir-raġel kien staqsa jekk kinux qed jgħidulhom li ma setgħux jiktbu isimhom u saħansitra kienu rreżistew milli jagħtu d-dettalji tant li l-pulizija ta’ Għawdex kellha tibgħat għalihom fil-jum ta’ wara. It-tempji tal-Ġgantija huma l-ewwel tempji megalitiċi li nstabu f ’Malta u tul issnin li għaddew kien hemm proġetti kbar ta’ restawr. Dan il-monument iżuruh eluf ta’ turisti kull sena.
PUNTI GĦAL KULĦADD U MULTI AKTAR ĦOROX Il-Gvern qed jipproponi bidliet fil-liġi b’rabta ma’ iktar dixxiplina fit-toroq. Fost waħda mill-iktar bidliet drastiċi hemm dik li biha sewwieq jeħel il-punti fuq illiċenzja tas-sewqan tiegħu meta jikkommetti ċerti infrazzjonijiet tal-liġijiet tat-traffiku tiġi estiża għas-sewwieqa kollha. Preżentament din is-sistema tapplika biss dwar sewwieqa li jkun għad għandhom liċenzja bi prova. Fit-tnedija ta’ din l-inizattiva l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li biż-żieda fin-numru ta’ sewwieqa u ta’ vetturi hemm il-ħtieġa li pajjiżna javvanza wkoll fl-għarfien talħtieġa ta’ ċerti miżuri biex insaħħu s-sigurtà fit-toroq. Il-proposti ewlenin tal-gvern huma:
Il-mara li nqabdet tnaqqax fil-ġebel għad trid titressaq il-qorti
1. Il-pieni għal sewqan bla liċenzja u għall-użu ta’ numri li ma jkunux in-numri tal-vettura partikolari jogħlew. 2. Il-gwardjani lokali jingħataw id-dritt li jagħmlu testijiet tannifs lil sewwieqa suspettati li jkunu qegħdin isuqu taħt l-influwenza tax-xorb u dan salistadju li tissejjaħ il-Pulizija; 3. Il-pieni għal sewqan taħt l-influwenza ta’ xorb jew droga
ŻIDIET FIL-MULTI PERSUNA LI TINQABAD ISSUQ TAĦT L-EFFETT TAX-XORB MINN MULTA TA’ €1,200 SA 3 XHUR ĦABS GĦAL MULTA TA’ €1,800 SA 6 XHUR ĦABS JEKK TINQABAD IT-TIENI DARBA MINN €2,329 JEW SITT XHUR ĦABS GĦAL MULTA TA’ €3,000 SA SENA ĦABS jogħlew u b’żieda mal-pieni l-Qorti tingħata s-setgħa li tqiegħed lill-ħati taħt ordni ta’ probation u li tordnalu li jattendi programm ta’ riabilitazzjoni a spejjeż tiegħu u/jew li timponi ordni ta’ servizz fil-komunità taħt l-Att dwar il-Probation; 4. Li tiddaħħal sistema ġdida ta’ limiti ta’ alkoħol permessibbli fis-sewqan li hija aktar viċin ilmedja ta’ standards Ewropej. Din tinvolvi li ssir distinzjoni bejn sewqan ta’ vetturi għallużu privat, sewqan ta’ vetturi kummerċjali, sewqan ta’ karozzi tal-linja, coaches u vetturi oħra li jġorru passiġġieri bi ħlas u sewqan minn sewwieqa li jkun għad għandhom liċenzja tas-sewqan bi prova. Dawn ilkategoriji se jkunu soġġetti għal limiti ta’ alkoħol differenti li f ’xi każijiet jista’ wkoll ikun żero. 5. Qed jiġi propost li jsiru wkoll emendi għar-regolamenti dwar il-Liċenzji tas-Sewqan biex issistema li biha sewwieq jeħel ilpunti fuq il-liċenzja tas-sewqan tiegħu meta jikkommetti ċerti infrazzjonijiet tal-liġijiet tat-
traffiku tiġi estiża għas-sewwieqa kollha. Bis-sistema proposta kull sewwieq li matul perjodu ta’ tnax -il xahar jeħel mill-anqas tnax il-punt ta’ penali fuq il-liċenzja tiegħu jkollu l-liċenzja tiegħu revokata u jkun jista’ jakkwista liċenzja oħra biss skont ċerti regoli li jagħmlu distinzjoni bejn sewwieqa li jkunu weħlu l-ewwel revoka u sewwieqa li jkunu penalizzati b’revoka għattieni, it-tielet jew ir-raba’ darba fuq meded ta’ snin stipulati fir-regolamenti. 6. L-ammont ta’ punti li sewwieq jeħel meta jikkommetti infrazzjoni se jiġi rivedut b’mod li ċerti infrazzjonijiet se jattiraw inqas punti u oħrajn aktar serji jattiraw iżjed. 7. Se jkun possibbli li sewwieq li jkollu liċenzja tas-sewqan sħiħa (jiġifieri mhux bi prova) ikollu l-punti penali mniżżla fuq illiċenzja mnaqqsa bin-nofs jekk jattendi kors dwar l-attenzjoni għas-sigurtà fit-triq li jkun approvat mill-Awtorità għatTrasport f ’Malta.
Ċentru Laburista Ħal Kirkop Offerta għall-kiri tal-bar Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħal Kirkop jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għall-kiri tal-bar tal-istess lokal bejn il-Tnejn 17 ta’ Ottubru u il-Gimgħa 21 ta’ Ottubru 2016. L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-każin tal-Partit Laburista mit-Tnejn 17 sa il-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru bejn il-5.00pm u s-7.00pm. L-offerti, flimkien ma’ kopja riċenti tal-kondotta tal-pulizija(talapplikant), kif ukoll kopja tat-tessera jew irċevuta ta’ sħubija 2016. Dawn għandhom jintefgħu ssiġillati fil-kaxxa tal-kwotazzjonijiet fl-istess każin sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru 2016 fis-7.00pm. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anka l-aktar waħda vantaġġjuża.
05
09.10.2016
kullhadd.com
IRIDU L-FLUS TA’ SKEMI LI MA RIDUX Id-dokument tal-Partit Nazzjonalista għall-qabel ilbaġit jipproponi l-użu talflus minn skemi u inizjattivi li fl-aħħar xhur l-istess Partit Nazzjonalista tkellem bil-goff kontra tagħhom. Tnejn li jispikkaw huma ċ-ċittadinanza b’investiment u l-kontribuzzjoni ambjentali mis-settur turistiku. Dwar iċ-ċittadinanza b’investiment il-Partit Nazzjonalista għamel kampanji ma jaqtgħu xejn. F’punt 52 tad-dokument, ilPartit Nazzjonalista jgħid li jrid jassigura li “l-fondi miġbura mit-taxxa fuq it-turiżmu u l-IIP jintefqu biex jindirizzaw prijoritajiet nazzjonali.” Jingħad li l-Gvern għandu jippubblika lista ta’ prijoritajiet li għandhom ikunu indirizzati u jagħżel proġetti wara konsultazzjoni wiesgħa li tinvolvi lill-imsieħba. B’hekk kollox jindika li l-Partit Nazzjonalista jrid iżomm ilprogrammi li tant kritika biex jiffinanzjahom. Dan anki jekk Simon Busuttil iddeskriva l-bejgħ ta’ ċittadinanza b’investiment bħala prostituzzjoni tal-pajjiż u ma tilifx okkażjoni waħda biex juża kontra Malta fl-
istituzzjonijiet Ewropej. Għal iktar minn darba mar jitkellem ukoll kontra l-iskema fil-midja Taljana. Saħansitra l-iskema kien sejħilha bħala “immorali.” Fid-dokument il-Partit Nazzjonalista jsemmi għadd ta’ proposti li diġa’ qegħdin isiru jew tħabbru mill-Gvern, bħaż-żieda fil-pensjonijiet. Għalkemm imbagħad hemm proposti li qed jinsisti dwarhom
hu partikolarment it-tkeċċija ta’ ħaddiema tal-gvern. Wara li fil-preżentazzjoni li għamel lill-imsieħba soċjali l-Kap tal-Oppożizzjoni saħaq li għandhom jitkeċċew il-ħaddiema tal-gvern, fiddokument ta’ qabel il-baġit, prova jbenġilha billi qal li għandu jsir audit. Għalkemm fl-istess jum kien ikkonfermat minn Busuttil f ’diskors tal-EY
li għalih il-ħaddiema tal-gvern huma problema. Fid-dokument ta’ qabel ilbaġit ukoll, Simon Busuttil qed ikompli jinsisti li kollox ikun privatizzat, dan anki jekk huwa kien l-ewwel wieħed li kkritika lil dan il-Gvern għax poġġa fuq sisien sodi lil Enemalta permezz ta’ investiment ta’ €320 miljun flimkien ma’ imsieħeb strateġiku għax skontu din
kienet privatizzazzjoni. “Issa jidher li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jibla’ l-kliem kollu li qal,” qal il-Partit Laburista b’reazzjoni għal dan. “Filwaqt li Joseph Muscat huwa garanzija ta’ aktar xogħol u inqas qgħad, Simon Busuttil huwa theddida għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin għax irid ireġġa’ l-arloġġ lura,” qal ukoll il-Partit Laburista.
IT-TANKER JANKRA WARA JIEM TA’ TESTIJIET
It-tanker Armada LNG Mediterrana mistenni jasal illum. Dan wara vjaġġ li dam ftit inqas minn xahar minn Singapore. Ħabbret dan ElectroGas Malta fi stqarrija fejn intqal li, jekk it-temp jippermetti, it-tanker jittieħed b’jetty f ’ żona lil hinn mill-kosta Maltija għal matul il-lejl u l-għada l-Awtoritajiet tal-Port ikunu jistgħu jipproċedu b’diversi provi fil-port. It-tanker umbad jerġa’ jittieħed ‘il barra mill-kosta Maltija. F’ dak l-istadju, kif it-tanker ikun għadu vojt, isiru
numru ta’ testijiet ta’ sigurtà u ta’ familjarizzazzjoni. Dawn it-testijiet u s-simulazzjonijiet, kkordinati bejn ElectroGas, BumiArmada u l-Awtoritajiet tal-Port, se jissoktaw għal diversi jiem sakemm it-tanker jintela’ bil-merkanzija. F’Singapore, it-tanker għadda minn testijiet ta’ sigurtà rigoruzi u tul il-vjaġġ tiegħu lejn Malta kien akkumpanjat il-ħin kollu minn gwardja armata. It-tanker Armada LNG Mediterrana, li jesa’ madwar mija, ħamsa u għoxrin elf metru kubu ta’ LNG, huwa
l-aħħar element tal-proġett tal-bini ta’ power station ġdida għaliex l-unika pass li fadal qabel jibda jopera huwa li joħroġ il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar. Proġett li se jiġġenera enerġija b’sors nadif u li jagħmel inqas ħsara lill-ambjent u s-saħħa tan-nies. Il-bastiment se jkun ankrat Marsaxlokk u kien meħtieġ għax għal snin twal tħalla fuq l-ixkaffa l-proġett ta’ pipeline tal-gass. Proġett li qed jitfassal mill-amministrazzjoni ta’ bħalissa u li meta jkun lest jieħu post il-bastiment.
06
09.10.2016
kullhadd.com
GĦAND L-ISPEAKER LEJLET IL-PARLAMENT
PARLAMENT LI QED JIDDIXXIPLINA AKTAR LILU NNIFSU L-IDENTITÀ TAL-ĠENERU, IL-KODIĊI KRIMINALI U L-AVJAZZJONI FOST L-EWWEL FUQ L-AĠENDA Minn għada se jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Parlament Malti wara waqfa ta’ ftit ġimgħat. Il-Parlament waqaf għall-vaganzi tas-sajf fis-27 ta’ Lulju li għadda u huwa aġġornat għal għada t-Tnejn 10 ta’ Ottubru 2016 fis-6.00.p.m b’aġenda mimlija fosthom il-mozzjoni dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-Att ta’ Standards fil-Ħajja Pubblika. L-għan prinċipali ta’ dan l-abbozz ta’ liġi hu biex jipprovdi għal ħatra ta’ Kummissarju u Kumitat Permanenti bis-setgħa li jinvestigaw ksur ta’ dmirijiet statutorji jew etiċi ta’ kategoriji ta’ persuni fil-ħajja pubblika. Żorna lill-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia fejn sibnieh għaddej bl-aħħar xogħlijiet u preparamenti. L-Ispeaker Farrugia stqarr li teżisti tendenza mill-pubbliku Malti fejn jaħseb li meta jieqaf il-Parlament għas-sajf, ma jsir xejn, però saħaq li dan mhux minnu għax is-sitwazzjoni fil-bini tal-Parlament tkun l-oppost. Sostna li x-xogħol pjuttost jiżdied matul is-sajf minkejja, li l-vaganzi tas-sajf ifissru li fil-plenarja fejn jiltaqa’ l-Parlament ma jsirux seduti. Ix-xogħol tal-Parlament ma jiqafx u l-Gvern u l-Membri Parlamentari jibqgħu għad-
dejjin bix-xogħol tagħhom. id-DepuL-Ispeaker spjega li hu bħala tat ParlamPresident tal-Kamra jagħmel entari Louis iktar attivitajiet peress li ma Grech se jressaq jkunx hemm parlament. Qal abbozz ta’ liġi imli dan is-sajf kienu organizzati portanti ħafna f ’pajjiżdiversi konferenzi u anke ttell- na, dik dwar l-Istandards filgħu bosta esebizzjonijiet. Qal Ħajja Pubblika. Qal li pajjiżna li saret inizjattiva bil-kollabo- se jkollu għall-ewwel darba razzjoni tas-Segretarju Parla- kummissarju dwar l-istanmentari Justine Caruana, fejn dards pubbliċi li se jkun qed ittellgħu korsijiet minnu stess jinvestiga kwalunkwe membru u mill-impjegati tal-Parlament, parlamentari jekk ikun hemm dwar kif jistgħu jifhmu xi ksur ta’ etika jew anke nies li jkunu qed ksur tad-drittijiet ibatu mill-kuntal-pajjiż. Semdizzjoni ma’ kif dan tad-dimenil-kummisF’inqas minn sena, sja. Żied sarju se s-sit irreġistra jgħid jkun qed li fost jindinumru rekord ta’ l-attivrizza itajiet diretaktar minn 800,000 li saru tament li segwew xi darba fis-sail-korjf kien ruzzjoni. jew oħra seduti h e m m Saħaq li mill-internet. ukoll l-indin hija liġi troduzzjoni importanta’ diversi kotti ħafna għax ba, bl-aħħar waħbħalissa ma teżisti da tkun il-ktieb dwar l-ebda liġi dwar il-ksur l-arkitettura kontemporanja tal-etika. Qal li minn kemm ilu f ’Malta. jeżisti l-Parlament Malti salMistoqsi dwar il-liġi impor- lum, madwar 93 sena, qatt ma tanti dwar l-Istandards fil-Ħajja kien hemm din it-tip ta’ liġi li Pubblika, l-Ispeaker spjega kif tagħti l-poter lis-Sedja biex
tinvestiga. Q a l ukoll li qabel, jekk xi ħadd ressaq xi dikjarazzjoni falza dwar l-assi, bħala Speaker qatt ma seta’ jinvestiga però, ġaladarba tidħol fis-seħħ din il-liġi, dan se jiġi investigat u b’hekk se tidħol it-trasparenza biex il-pubbliku Malti jkollu aktar fiduċja fil-Parlament u jkun xempju fost il-Parlamenti kollha Ewropej. Dwar x’mozzjonijiet mistennija għada fil-Kamra, l-Ispeaker Anġlu Farrugia semma' kif għada se jiġu ppreżentati tliet mozzjonijiet fosthom il-mozzjoni tad-Deputat Parlamentari Helena Dalli dwar l-identitààà tal-ġeneru li tfisser li se tkompli tintensifika l-identità dwar dawk li jibdlu s-sess biex jiġu rikonoxxuti. Żied jgħid li mozzjoni oħra importanti se titressaq mill-Ministru Owen Bonnici biex jemenda l-Kodiċi Kriminali. Tenna li kollox jindika ċar li għada se jkun hemm qbil unanimu bejn ilGvern u l-Oppożizzjoni biex ikun hemm liġi partikolari li jista’ jmexxi l-Ministru Bonnici dwar il-Kodiċi Kriminali.
07
09.10.2016
kullhadd.com
L-Ispeaker qal li mozzjoni oħra se titressaq mill-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis dwar ir-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru. Spjega li bħalma Malta tinsab fuq quddiem fir-reġistrazzjoni tal-vapuri, issa pajjiżna se jkun qed joffri lok mifrux ukoll lill-operaturi tal-avjazzjoni biex jiġu rreġistrati inġenji tal-ajru. Ġimgħa oħra l-baġit Mistoqsi dwar il-baġit ta’ din is-sena l-Ispeaker sostna li bla dubju waħda mill-aktar sessjoni importanti se tkun dik ta’ bħal għada ġimgħa, jiġifieri nhar it-Tnejn 17 ta’ Ottubru fejn, kif diġà tħabbar ftit ġimgħat ilu, se jiġi ppreżentat millGvern il-baġit għas-sena 2017. Spjega li jista' jsir dan wara li l-qari tal-baġit ikun intbagħat lill-Kummissjoni Ewropea għall-approvazzjoni. Jidher ċar li ma kien hemm l-ebda problemi mill-Kummissjoni dwar dan u allura se jiġi ppreżentat fid-data msemmija. Dwar xi tfisser il-Presidenza Maltija fl-ewwel sitt xhur tas-sena d-dieħla, l-Ispeaker qalilna li bla dubju tfisser ħafna aktar xogħol għall-Kamra peress li se jiġu organizzati diversi laqgħat u se jittellgħu bosta konferenzi fil-bini tal-Parlament. Fid-dawl ta’ dan qal li pajjiżna jinsab lest għal dan ix-xogħol tal-Presidenza peress li l-preparamenti ilhom li bdew ħafna u allura pajjiżna jinsab trankwill għal din l-isfida hekk kbira. Tkellimna wkoll mal-Ispeaker tal-Kamra dwar x’inhuma l-isfidi l-ġodda fil–Parlament Malti, b’Farrugia jwieġeb b’sodisfazzjoni li għall-ewwel darba f ’pajjiżna, matul ix-xhur li għaddew, l-Awtorità tax-Xandir ħarġet il-liċenzja tat-televiżjoni tal-Parlament f ’isem l-Ispeaker. Qal li fis-sajf tlesta wkoll l-istudio tat-televiżjoni u fl-istaġun sħiħ ixxandru wkoll diversi seduti rrekordjati. Anġlu Farrugia spjegalna li l-ħeġġa dwar l-istazzjon televiżiv tal-Parlament se jkompli jżid id-demokrazija lill-pubbliku Malti li se jkun jista' jara u jisma' kull seduta li tittella’ bħal ma diġà eluf ta’ Maltin jagħmlu meta jsegwu s-seduti fuq l-internet. Spjega li f ’inqas minn sena, is-sit irreġistra numru rekord ta’ aktar minn 800,000 li segwew xi darba jew oħra seduti mill-internet. L-Ispeaker fakkar li wasal ukoll biex jiġi pubblikat il-ħames volum tal-ktieb Is-Sedja Titkellem. Qal
li f ’dawn il-kotba wieħed jista' jsib ir-rulings kollha li ta l-Ispeaker innifsu b’numru rekord fejn ingħataw aktar minn 90 ruling. Qal li dan l-ammont ta’ rulings jaqbeż ir-rulings kollha li ngħataw mit-tliet speakers preċedenti u mhux ta’ b’xejn li huwa l-ewwel Speaker Malti li ġie rikonoxxut mill-Commonwealth, fejn qiegħed fl-Eżekuttiv tal-Ispeakers tal-Commonwealth. Qalilna li t-trasparenza fil-Parlament Malti hija l-ewwel importanza u għall-ewwel darba kemm ilu Speaker, beda joħroġ il-ġurnal Mill-Parlament kemm bil-lingwa Maltija u anke b'dik Ingliża, kull tliet xhur. Qal li waslet biex toħroġ it-13 -il edizzjoni fejn il-pubbliku jkun jista’ jżomm ruħu aġġornat dwar ix-xogħol tal-Kamra li jkun sar fil-Parlament fit-tliet xhur ta’ qabel.
App dwar id-domandi parlamentari Semma’ wkoll dwar kif ittieħdet l-inizjattiva li ilhom jaħdmu fuqha madwar erba’ xhur, biex inbniet app għall-mowbajl, biex id-domandi kollha li saru fil-kamra f ’dawn l-aħħar tliet snin u ftit xhur, li kien numru rekord, ikunu kollha fiha. Spjega li “b’hekk kellha ssir analiżi fuq kull domanda parlamentari, kull min saqsieha u kull min irrisponda u din ġiet b’mod simplifikat biex jifmuha iktar in-nies. Saħaq kif din mhux se tkun l-unika applikazzjoni, iżda fil-futur se jinbnew aktar minn dawn l-apps speċjalment fiżżmien li pajjiżna jkollu l-Presidenza. Episodju ieħor importanti li se jseħħ fil-bini tal-Parlament Malti, l-Ispeaker qalilna li se jkun li għall-ewwel darba f ’pajjiżna se jippruvaw itellgħu konferenza bejn il-Parlament ta’ Iżrael u dak tal-Palestina biex tiġi diskussa s-sitwazzjoni tal-Lvant Nofsani. Stqarr li b’din l-inizjattiva, pajjiżna se jkun qed iħares b’sodisfazzjon l-interess ta’ dawn il-pajjiżi biex tirrenja l-paċi li ftit eżistiet bejn dawn iż-żewġ pajjiżi. L-Ispeaker Anġlu Farrugia temm jgħid li għalkemm jonqos ħafna xogħol xi jsir, jinsab sodisfatt li fi żmien daqshekk qasir, il-Parlament Malti ħa spinta ’l quddiem speċjalment fejn tidħol id-demokrazija u l-pjan waħdieni huwa li nkomplu nimxu ’l quddiem biex il-Parlament Malti jkun ix-xempju ta’ dawk Ewropej.
PREZZIJIET TAL-FJUWIL ORĦOS MIŻ-ŻONA EWRO Il-prezz tal-petrol f ’pajjiżna huwa taħt il-medja flUnjoni Ewropea. Dan skont aġġornament tal-prezzijiet ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar jiem. Jirriżulta li filwaqt li l-prezz talpetrol f ’Malta huwa ta’ €1.27, il-medja Ewropea hi ta’ €1.296 b’numru ta’ pajjiżi għandhom prezzijiet aktar għoljin minn Malta. Fil-każ tad-diżil il-prezz f ’pajjiżna huwa mal-medja Ewropea. Fiż-żewġ każi d-diżil jinbiegħ għal €1.14. Jekk wieħed jieħu biss iżżona Ewro jinnota kemm il-
prezzijiet f ’Malta mbagħad huma aktar vantaġġjużi għax, il-prezz medju tal-petrol fiżżona Ewro hu ta’ €1.336 u dak tad-diżil €1.129. Tul din l-amministrazzjoni l-prezzijiet tal-fjuwil dejjem kienu madwar il-medja Ewropea u ħafna drabi orħos. Dan riżultat tal-istabbiltà filprezz. Fil-fatt nhar it-Tnejn li għadda l-prezzijiet roħsu għal ħdax–il darba tul din l-amministrazzjoni. Roħs li ġie fi żmien li fis-suq internazzjonali kien hemm żieda fil-prezzijiet. Xi ħaġa li kkummenta dwarha
l-Prim Ministru. “Taf meta nraħħsuhom? Meta l-prezz taż-żejt għola b’sitta fil-mija internazzjonalment. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jrid iżomm is-sistema ta’ Austin Gatt li meta jiżdied iżżejt minn barra jiżdied il-prezz tal-petrol u d-diżil f ’Malta, u meta minn barra jorħsu hawn Malta jiżdied xorta. Din kienet sistema li juża ħaddieħor. Sistema li kienet tħallina nitbandlu bħal qasba tixxejjer mar-riħ. Aħna minflok inħarsu fit-tul,” qal il-Prim Ministru l-Ħadd li għadda.
08
09.10.2016
kullhadd.com
600 OĦRA SE JGAWDU MILL-GARANZIJA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ Kitba ta’ żagħżugħ u żagħżugħa li ma DINAH SEGUNA baqgħux jiddependu fuq ilbenefiċċji soċjali u li bdew it-triq It-tieni programm tal-iskema biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. garanzija għaż-żgħażagħ diġà Caruana spjega li t-tieni beda u daħlu fl-iskema l-ewwel programm, li se jiswa żewg ħamsa u tletin żagħżugħ. miljun ewro , hu mfassal b’mod Ammont li sa l-elfejn u għoxrin li kull persuna se tingħata mistenni jilħaq is-sitt mitt attenzjoni individwali. żagħżugħ li huma bla impjieg Bl-esperjenza u r-riżultati li jew li għażlu li jtemmu minn ħarġu fl-ewwel programm, kmieni l-istudji sekondarji. kien innotat il-bżonn li tingħata Mal-KullĦadd, iċ-Ċermen ta’ attenzjoni personalizzata. Issa, Jobs+ Clyde Caruana qal li t-tieni iż-żgħażagħ se jkunu fi gruppi programm se jsir b’differenza iżgħar u maqsuma skont ilgħalkemm imsaħħaħ fuq is- karattri tagħhom” qal Clyde sisien li bena l-ewwel programm. Caruana. Programm li ra erba’ mitt Caruana spjega li ż-żgħażagħ
se jinqasmu fi tliet gruppi – internalising li se jara żgħażagħ li huma pjuttost kwieti u riservati, externalising dawk li huma fuq tagħhom u normalising li la jkunu kwieti u lanqas daqshekk fuq tagħhom. Se jkunu fi gruppi iżgħar, ta’ bejn tlieta u tmien żagħżugħ, u b’hekk kull ħtieġa taż-żgħażagħ se tkun indirizzata direttament. Iċ-Ċermen ta’ Jobs+ fisser li kienet ix-xewqa taż-żgħażagħ infushom, fl-ewwel programm, li jkun hemm iktar attenzjoni individwali. Fl-istess waqt kien innutat li l-problema ewlenija taż-
żgħażagħ ma kinitx id-diffikultà li jsibu x-xogħol. Iżda, din kienet konsegwenza ta’ problemi oħra; forsi soffrew bullying jew problemi familjari li kienu qed iżommuhom lura milli jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Fl-isfond li dawn iż-żgħażagħ iħabbtu wiċċhom ma’ problemi psikoloġiċi u soċjali, inħasset il-ħtieġa li dan il-fattur ikun indirizzat. “Din id-darba, il-garanzija għaż-żgħażagħ se toffri s-servizz ta’ professjonisti bħal psikologi li se jgħinu liż-żgħażagħ saħansitra minn qabel tibda l-ħidma magħhom
u jinstabilhom impjieg,” qal Caruana. Kien rispons tajjeb ħafna qal Clyde Caruana, li jirrifletti s-suċċess tal-iskema. Fil-fatt, minn stħarriġ li għamlet Jobs+ mal-istudenti, aktar minn 75% taż-żgħażagħ li ħadu sehem fl-ewwel programm talgaranzija għaż-żgħażagħ, qalu li din l-esperjenza kienet pożittiva ħafna. Caruana qal li dan huwa biżżejjed sabiex l-iskema tkompli tissaħħaħ u l-esperjenza pożittiva tiżdied. Pożittività minn fomm iżżgħażagħ li żgur tikkuntrasta man-negattività tal-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil, li sena qabel l-elezzjoni ġenerali, kien sejjaħ il-garanzija għażżgħażagħ bħala l-garanzija talwashing machines. “Like the ones you get with your washing machines,” kien kiteb Busuttil. Simon Busuttil kien qal dan fl-isfond li f ’pajjiżna kellna sitwazzjoni fejn żgħażagħ ta’ sittax-il sena, hekk kif itemmu l-iskola sekondarja kienu qed jispiċċaw idejhom fuq żaqqhom, mingħajr xogħol jew taħriġ. Kien malli l-Gvern attwali ħa t-tmexxija f ’idejh, li millewwel xammar il-kmiem u beda jimplimenta l-iskema. Skema li permezz tagħha żgħażagħ li ma jridux jafu bi studju, isibu alternattiva permezz ta’ taħriġ li mbagħad iwassal għal impjieg. Skema li ġibdet l-attenzjoni tant li f ’rapport li ħareġ f ’Lulju ta’ din is-sena, il-European Foundation for the Improvement of Living and Working Conditions iddeskrivietha bħala kisba kbira u li wasslet biex pajjiżna llum għandu l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ minn fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, it-tieni programm tal-garanzija għażżgħażagħ se jservi biex l-isfida ta’ żgħażagħ mingħajr xogħol tibqa’ tkun ikkontrollata. Il-mira ta’ Jobs+ hi li, bit-tieni programm, tressaq lejn id-dinja tax-xogħol mal-elf u ħames mitt żagħżugħ. Sfida kbira, u dan għax sfortunatament mhux iż-żgħażagħ kollha jtemmu l-programm. F’każ t’hekk, il-garanzija għaż-żgħażagħ mhijiex l-unika inizjattiva. Hemm ukoll inizjattivi edukattivi bħal GEM 16 u l-programm talALP li jagħti taħriġ mill-aspett edukattiv u li jiftħu t-triq biex dawn iż-żgħażagħ ikomplu l-istudji tagħhom fuq livell akkademiku. Mhijiex daqshekk faċli li tikkonvinċi żagħżugħ jew żagħżugħa li ma tridx taf bliskola biex tkompli tistudja. Madanakollu, il-garanzija għażżgħażagħ isservi ta’ tama għal żgħażagħ li kellhom inċertezza dwar il-futur tagħhom.
09
09.10.2016
kullhadd.com
L-EDUKAZZJONI FL-EWWEL SNIN BIN-NUMRI 13,164
C B
In-numru ta’ tfal taħt ħames snin li jinsabu fl-edukazzjoni mhux obbligatorja fis-snin bikrin
9,586 70 L-ammont ta’ tfal li jinsabu fl-edukazzjoni bikrija magħrufa aħjar bħala kindergarden
1/2
3,578
2,805
L-ammont ta’ tfal li jattendu ċ-child care
Il-perċentwal ta’ studenti bejn tlieta u ħames snin li jattendu skejjel tal-gvern
5
In-numru ta’ tfal fl-iskema ta’ child care b’xejn għax il-ġenituri tagħhom jaħdmu t-tnejn
19
Il-perċentwal ta’ studenti bejn tlieta u ħames snin li jattendu skejjel indipendenti
8.00
L-etajiet ta’ fejn hu l-iktar popolari ċ-child care b’xejn
In-numru ta’ sigħat li jdumu t-tfal iċ-child care b’xejn bħala medja
It-tmienja ta’ filgħodu huwa l-iktar l-ħin popolari li fih it-tfal jitwasslu ċ-child care
€3,600
2
80
L-ammont f’Ewro li jiffrankaw dawk li jibbenefikaw miċ-child care b’xejn għal mitt siegħa fix-xahar
L-ammont ta’ snin li ilha li daħlet iċ-child care b’xejn f’pajjiżna
In-numri ta’ child cares reġistrati f’pajjiżna
10
09.10.2016
kullhadd.com
MILL-VF GĦAD-DE LA RUE Ix-xahar li għadda pajjiżna ċċelebra l-festa tal-Indipendenza b’waħda mill-aktar aħbarijiet importanti tas-sena fejn jidħlu l-impjiegi u l-investiment. Dan sar permezz tat-tħabbira tal-ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-kumpanija Crane Currency, li se jwassal għal investiment ta’ mitt miljun dollaru u l-ħolqien ta’ 300 post tax-xogħol ġdid. Dan juri d-differenza bejn l-approwċ politiku ta’ dan il-Gvern u dawk preċedenti fejn jidħol issalvagwardjar tal-impjiegi tal-Maltin. Il-KullĦadd tkellmet ma’ Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union (GWU) Josef Bugeja li qasam il-fehmiet tiegħu f’dan ir-rigward. Każ tipiku tal-mod diżinteressat li bih gvernijiet Nazzjonalisti ttrattaw il-kwistjoni sensittiva tas-salvagwardja tal-impjiegi f ’pajjiżna kien dak tal-għeluq tal-VF u d-Denim, flimkien mal-fjask tan-negozjati mal-Gama. Tul il-kampanja referendarja għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-Partit Laburista kien wissa li l-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien kien qiegħed iqarraq bil-Maltin meta qal li s-settur tal-manifattura f ’pajjiżna kien lest għall-isfidi li jġib miegħu d-dħul fl-Unjoni. Il-Gvern ta’ dak iż-żmien kien qal li xejn minn dan ma kien minnu u wiegħed fuq li wiegħed li l-manifattura kellha futur sod f ’pajjiżna. Ironikament, il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Eddie Fenech Adami kien għamel din il-wiegħda waqt li kien qiegħed iżur il-VF Malta Ltd, fabbrika li għaxar xhur biss wara r-referendum keċċiet 240 ħaddiem. Jekk dan ma kienx biżżejjed, f ’Ġunju tal2007, wara laqgħa li kellhom mal-Ministru għall-Investiment, l-Industrija u t-Teknoloġija Informatika Austin
Gatt, id-diriġenti tal-VF ħabbru li kienu se jkeċċu l-570 ħaddiem tagħhom u jżarmaw għal kollox minn pajjiżna. Bejn dawn iż-żewġ avventimenti, b’mod uffiċjali, ilgvern kien sostna li kien se jipprova jsib xogħol alternattiv għal min jitlef ix-xogħol tiegħu fis-settur tal-manifattura. Fil-verità, però, huwa kien qata’ qalbu kompletament mis-settur u kien lest li jħallih jitkisser għal kollox. Dan ħareġ b’mod ċar minn kummenti li għamel l-istess Gatt fil-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali f ’Settembru tal-2005 fejn kien sostna li s-settur ma kellux futur u li pajjiżna jrid jimxi maż-żminijiet. Kemm inbidlet id-diska minn gvern Nazzjonalista għal ieħor, hux? Froġa li swiet mijiet ta’ impjiegi Għaldaqstant, il-ħaddiema involuti fis-settur tal-manifattura sabu ruħhom bil-mannara fuq rashom, bi gvern li ma kienx jaf x’se jagħmel bihom. Dan rajnieh b’mod ċar xahrejn wara l-kummenti ta’ Gatt
Josef Bugeja, GWU meta d-Deni m Services Ltd u Denim Sportswear Ltd ukoll għalqu l-bibien tagħhom u ħallew 850 ħaddiem bla xogħol. Hawnhekk, f ’daqqa waħda, il-gvern ftakar li huwa kellu responsabbiltà li joħloq l-impjiegi f ’pajjiżna u pprova jsib xi tip ta’ investiment ġdid biex jassorbi dak li kien qiegħed jintilef. B’hekk, f ’Diċembru tal-2005 il-Ministeru mmexxi minn Gatt ħabbar b’sodisfazzjon li kien qiegħed f ’negozjati ma’ Gama Textile Group. Din il-kumpanija kellha tixtri l-assi tad-Denim u toħloq 400 post tax-xogħol ġdid bil-preferenza tingħata lil dawk li tilfu xogħolhom ma’ dawn talaħħar. Il-gvern kien tant ċert li dan l-investiment kien se jirnexxi li ħabbar li l-ftehim kien se jiġi ffirmat sal-aħħar ta’ Diċembru stess. Madankollu, dawn in-negozjati ma waslu għal imkien hekk
kif sar magħruf li Gama lanqas kienu lesti li jiggarantixxu 25% tal-investiment li kien għad baqa’ wara l-għajnuna finanzjarja li offrew il-Malta Enterprise u l-BOV fuq il75% l-oħra. Wara dan il-falliment, il-Gvern Nazzjonalista ma għamel l-ebda attentat serju biex jattira kumpanija oħra tal-manifattura u l-eks impjegati tad-Denim tħallew ifendu għal rashom.
reti meta kien hemm bżonn. Eżempju ċar ta’ dan kien meta, lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, il-kumpanija De La Rue ħabbret li kienet se tnaqqas in-numru ta’ impjegati tagħha b’madwar 300 hekk kif kienet qiegħda tirristruttura l-operazzjoni tagħha f ’pajjiżna. Il-gvern kien diġà jaf minn xhur qabel li d-De La Rue kienet qiegħda taħseb biex iġġib fi tmiemu l-istampar Kemm jinbidlu ż-żminita’ flus f ’Malta u mill-ewwjiet! el ħadem biex jikkonvinċi lil din Dan jikil-kumpanikuntrasta ja żżomm Il-GWU temmen b’mod b o s t a qawwi mill-impli s-settur m a l jegati m o d permezz tal-manifattura k i f ta’ risġ a b t r u t t u rkien u jibqa’ wieħed ruħu azzjoni. Gvern D a w n mis-sisien ewlenin L a in-negozburista rnexxtax-xogħol f’pajjiżna ewjatiu d-De li mill-biLa du esprima Rue ddeċidiet li fiduċja kbira tinvesti €21 miljun fil-futur tal-manifattubiex jibdlu l-istamperija ra f ’pajjiżna u biddel dan l-ot- f ’ċentru ta’ eċċellenza ta’ protimiżmu f ’azzjonijiet konk- dotti relatati mas-sigurtà; żvi-
Fi snin oħra it-tmexxija tal-pajjiż kienet passiva quddiem l-isfidi fil-manifattura. Saħansitra l-eks Ministru Austin Gatt kien lest li jagħmel imħatra li jintilfu iktar impjiegi fis-settur. Kienet reazzjoni ta’ bniedem bla qalb quddiem ħaddiema bid-dmugħ għax tilfu l-ħobża ta’ kuljum.
11
09.10.2016
kullhadd.com
Muscat indirizza l-isfida De La Rue tant li l-kumpanija se tinvesti f’Malta. Però ġab ukoll investiment ġdid lupp li salva aktar minn 200 post tax-xogħol. Sadanittant, il-gvern kien għaddej b’ħidma intensiva mal-GWU biex jinstab impjieg alternattiv għat-300 ħaddiem li tilef xogħlu. Din il-ħidma tat il-frott il-ġimgħa li għaddiet meta Crane Currency, it-tielet l-akbar kumpanija tal-istampar tad-dinja, ħabbret investiment ta’ €100 miljun f ’pajjiżna u l-impjieg ta’ 300 ħaddiem. Ħidma parallela F’kummenti li ta lill-gazzetta KullĦadd, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja spjegalna xi rwol kellha l-union f ’dawn in-negozjati u l-kuntrast li qiegħed ikun hemm bejn l-attitudni tal-gvernijiet Nazzjonalisti u dak Laburista fil-konfront tas-settur tal-manifattura. “Meta l-GWU kienet infurmata mill-management ta’ De La Rue li kien se jagħmel investiment u ristrutturar li kien se jfisser 300 post tax-xogħol anqas, il-GWU b’mod immedjat bdiet taħdem fuq diversi binarji. L-ewwel biex issalva kemm jista’ jkun postijiet tax-xogħol, it-tieni biex tikseb kumpens għoli għall-ħaddiema li kienu se jitilfu xogħolhom u t-tielet bdiet tuża l-kuntatti tagħha għal impjiegi alternattivi,” spjega Bugeja. Huwa kompla jgħid li kien f ’dan il-mument li s-Segretarju tat-Taqsima tat-Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni tal-GWU, David
Darmanin, għamel kuntatt inizjali ma’ rappreżentant ta’ Crane Currency. “Il-ħsieb tagħna ma kienx li Crane jiġu jiftħu f ’Malta, iżda li naraw x’opportunitajiet setgħu joffru lil dawn il-ħaddiema tadDe La Rue,” tenna Bugeja. Sussegwentament għall-ewwel kuntatt il-GWU ġiet avviċinata mill-kumpanija Crane li wrew l-interess li jiltaqgħu kemm mas-Segretarju tat-Taqsima kif ukoll mas-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja. Matul dawn il-laqgħat il-GWU u Crane iddiskutew id-dinja tax-xogħol Maltija, ir-relazzjonijiet industrijali f ’Malta - dan fl-eventwalità li jiftħu fergħa f ’pajjiżna. Fil-fatt, dawn is-serje ta’ laqgħat għadhom għaddejjin. “Nikkonfermalek li fil-jiem li ġejjin il-GWU u rappreżentanti għolja ta’ Crane Currency se jiltaqgħu biex inkomplu bid-diskussjonijiet bejnietna,” żvela ma’ din il-gazzetta s-Segretarju Ġenerali tal-GWU. Huwa spjega li l-ħidma talGWU u l-Gvern, filwaqt li kienet waħda parallela, fl-ebda ħin ma waqqfet il-ħidma tal-parti l-oħra. Id-differenza bejn il-Gvern Laburista preċenti u dawk Nazzjonalisti tal-passat hija ċara għal Bugeja. Huwa tenna li fil-passat kien hemm okkażjonijiet fejn il-GWU kellha kuntatti ma’ industrijalisti kemm lokali u anki barranin li riedu jinvestu f ’Malta iżda għal raġuni jew oħra l-Gvern Nazzjonalista ma kienx wera interess. Mistoqsi huwiex sodisfatt
b’din id-differenza fl-attitudni li ltaqgħet magħha l-GWU huwa sostna li, “iva aħna sodisfatti għaliex il-Gvern mhux biss wera li hu disponibbli, iżda attivament għen biex biex jinstabu impjiegi alternattivi.”
valur miżjud għoli,” saħaq Bugeja. “Illum il-manifattura titlob aktar speċjalizzazzjoni u ħiliet għoljin. Wieħed jista’ jħares lejn l-iżvilupp tal-ST Microelectronics u l-istess De La Rue, Crane Currency, PlayIt-triq ‘il quddiem mobil, Baxter u ħafna fabbriki oħrajn, li għamlu investiment Kif semmejna aktar ‘il fuq, qawwi f ’makkinarju modgvernijiet Nazzjonalis- ern u avvanzat u l-ħaddiema ti suċċessivi kienu sostnew tagħhom għandhom bżonn li s-settur tal-manifattura ħiliet u kompetenzi speċjalizam’għandux futur f ’Malti. Barra dan, nemmnu ta. Għaldaqstant, li Malta għandha staqsejna lil l-potenzjal li Bugeja jemtattira inminx li dustriji iva aħna sodisfatti investital-manmenti ifattura għaliex il-Gvern mhux bħal aktar t a ’ biss wera li hu disponibbli, s p e ċ Crane jalizC u r - iżda attivament għen biex z a t i , rency speċjurux jalment biex jinstabu impjiegi li dan jekk isir m h u x i n vestialternattivi minnu u ment biex jekk iħossx li jissaħħaħ l-ekonomija ta’ s-settur tar-riċerMalta għadx għandha ka u żvilupp R&D,” l-potenzjal li tkompli tattira kompla jgħid is-Segretarju investimenti ta’ din ix-xorta Ġenerali tal-GWU. matul iż-żmien li ġej. Huwa esprima l-fehma li “Il-GWU temmen li s-set- biex dan is-settur jibqa’ komtur tal-manifattura kien u petittiv u jirrendi postijiet jibqa’ wieħed mis-sisien ew- tax-xogħol, jeħtieġ miżuri lenin tax-xogħol f ’pajjiżna. konkreti, bħal inċentivi fiskaIl-GWU tirrikonoxxi wkoll li, li jinkoraġġixxu lil dawn il-fatt li dan is-settur evolva il-kumpaniji biex jibqgħu fuq minn manifattura ta’ prodotti quddiem f ’termini ta’ riċertradizzjonali bħat-tessuti għal ka u innovazjoni. Il-GWU wieħed irfinat f ’niċeċ promi- għalhekk qed tipproponi biex nenti bħall-farmaċewtika, av- jiżdiedu skemi ta’ taħriġ għal jazzjoni u oħrajn li għandhom dawn il-ħaddiema bl-inċentiv
li jkun hemm żieda supplimentari għal dawk il-ħaddiema li lesti li jaċċettaw dan it-taħriġ. F’każi fejn l-individwi, kemm nisa kif ukoll irġiel, li jerġgħu lura għad-dinja tax-xogħol u għandhom pagi baxxi u qegħdin qrib il-linja tal-faqar, il-GWU tipproponi żieda permanenti fuq il-paga ssussidjata mill-Gvern biex dawn l-individwi jibqgħu attivi fid-dinja tax-xogħol – dawn li jissejħu ‘Inwork Benefits’. Bugeja tenna wkoll li jinħtieġ, barra investiment fir-riċerka u innovazzjoni u inċentivi fiskali, huwa li tinħoloq sinerġija akbar bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, l-industrija u anke l-unions biex flimkien jaħdmu fuq programm li jipprepara lir-riżors uman għal ħiliet ġodda fil-manifattura moderna. Dan jista’ jsir billi min-naħa edukattiva flimkien mal-industrija jitfasslu l-pjanijiet għat-taħriġ meħtieġ, filwaqt li min-naħa tal-unions u l-industrija ifasslu l-aħjar kundizzjonijiet tax-xogħol biex is-settur tal-manifattura modern joffri impjiegi tajbin u ta’ kwalità. Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU saħaq dwar l-importanza li min ġej jinvesti jsib għajnuna u kollaborazzjoni min-naħa tal-gvern biex jitħaffef l-proċess burokratiku. “Is-CEO ta’ Crane Currency qal li l-proċess dam sitt xhur. Dan għandu jkun in-norma mhux l-eċċezzjoni,” temm jgħid Bugeja.
kullhadd.com
13
09.10.2016
TELFA F’WEMBLEY
14
09.10.2016
kullhadd.com
LOGĦBA BIL-BALLUN F’SAQA F’atmosfera unika b’sapport bla waqfien mis-sapporters Maltin ittim nazzjonali Malti safa megħlub bl-iskor ta’ 2-0. Fil-grawnd ta’ Wembley attendew aktar minn 80,000 persuna, b’aktar minn 2,000 minnhom telgħu minn Malta. Magħhom ingħaqdu wkoll numru ta’ Maltin li jgħixu l-Ingilterra. Però sa mill-ewwel minuti deher li għallMaltin il-logħba kienet se tkun għat-telgħa. Flewwel taqsima l-Maltin rnexxielhom jaqbżu nofs il-grawnd 5 darbiet biss. Kien biss wara 19-il minuta li l-Ingliżi għamlu l-ewwel tibdila fejn minflok BERTRAND daħal ROSE wara li weġġa’ siequ. L-ewwel azzjoni insidjuża ġiet mit-tim Ingliż, meta fil-21 minuta, wara kross ta’ Jordan Andersson, iddaqqa ta’ ras ta’ ALLI ġiet salvata mill-gowlkiper Malti HOGG. Il-Maltin inħasdu meta fl-24 minuta il-captain Ingliż ROONEY
għamel daħla kerha fuq il-captain Malti Andrè Schembri. F’inqas minn 10 minuti l-Ingliżi skurjaw darbtejn. Kien fit-28 minuta li STURRIDGE skurja permezz ta’ daqqa ta’ ras fin-naħa t’ isfel tax-xibka. Kien imbagħad fis-37 minuta li skurja ALLI wara li mirrebound tax-xutt tiegħu stess għeleb lil HOGG. It-tieni taqsima kienet waħda aktar kalma u l-azzjonijiet perikolużi kienu ferm inqas millewwel taqsima. Ilgowlkiper HOGG għal darb’oħra kien protagonist fejn waqqaf l-Ingilterra milli tkompli żżid ilvantaġġ. It-tim Malti ta l-ewwel xutt tiegħu fit-80 minuta meta minn freekick, id-difensur Andrei Agius impenja lillgoalkeeper Ingliż Hart. Minn hawnhekk deher li Malta ħadu spinta u bdew ikunu aktar insidjużi, izda ma tantx kien fadal ħin biex ikunu aktar perikolużi.
FORMAZZJONI INGILTERRA:
MALTA:
01 – Joe HART 02 – Kyle WALKER 03 – Ryan BERTRAND > 04 – Jordan HENDERSON 05 – Gary CAHILL 06 – John STONES 07 – Theo WALCOTT > 08 – Dele ALLI 09 – Daniel STURRIDGE > 10 – Wayne Rooney (C) 11 – Jesse LINGARD
01 – Andrew HOGG 04 – Gareth SCIBERRAS 05 – Andrei AGIUS 06 – Steve BORG 08 – Paul FENECH 13 – Andrè SCHEMBRI (C) 17 – Ryan CAMILLERI 18 – Bjorn KRISTENSEN 19 – Alfred EFFIONG 20 – Zach MUSCAT 22 – Alex MUSCAT
KOWĊ: Gareth SOUTHGATE
KOWĊ: Pietro GHEDIN
SOSTITUZZJONIJIET < 14 - Danny ROSE < 20 - Marcus RASHFORD < 19 - Jamie VARDY
< 10 - Rowen MUSCAT < 09 - Michael MIFSUD
Refree: Stefan JOHANNESSON Assistenti Referees: Fredrik NILSSON, Mehmet CULUM Ir-raba’ uffiċjal: Mohammed AL-HAKIM
kullhadd.com
AJN L-INGLIŻI
15
09.10.2016
BRIJU MALTI F’LONDRA
16
09.10.2016
kullhadd.com
MALTA - 0
MALTA - 0
03.02.1971
14.10.1987
INGILTERRA - 1
INGILTERRA - 2 INGILTERRA - 2
08.10.2016 MALTA - 0
INGILTERRA - 5
12.05.1971 MALTA - 0
MALTA - 1
03.06.2000
INGILTERRA - 2
17
09.10.2016
kullhadd.com
L-UNIVERSITÀ TA’ MALTA BI SKOPERTI ĠODDA DWAR IL-PUPLESIJA Kitba ta’ PAULA CAUCHI Fl-Università ta’ Malta għaddejja riċerka, li qed tħalli riżultati pożittivi ferm, dwar it-tielet l-ikbar kawża ta’ mwiet fid-dinja: il-puplesija. F’kamra ċkejkna, iżda li żżomm fiha apparat li l-valur tiegħu ilaħħaq il-€1.2 miljun, fl-Università ta’ Malta iltqajna mal-Professur Mario Valentino, xjentist u riċerkatur fil-qasam tan-newroxjenza li qed jiddedika l-karriera tiegħu jistudja dwar din il-marda. Fi kliem il-Professur Valentino, il-puplesija hija “l-akbar manifestazzjoni tal-qerda taċ-ċelloli” billi ma’ kull minuta li tgħaddi jmutu miljuni ta’ ċelloli fil-moħħ. Huwa stmat li f ’attakk ta’ puplesija, kull sekonda jmutu 320,000 ċellola u tliet mili ta’ fibra tan-nervituri. Numri li jvarjaw peress li l-puplesija tinvolvi elementi ta’ mard differenti u tvarja wkoll bl-età tal-vittma. Minkejja li l-istudju dwarha huwa wieħed kumpless, fl-aħħar snin fl-Università ta’ Malta saru tliet skoperti promenenti. “Biex tistudja sistema kumplessa bħallmoħħ trid tkissirha u tittawwal fiha,” jispjega l-Prof. Valentino, u biex dan isir jintuża apparat avvanżat li jipproduċi lasers li jippenetraw b’mod fin il-moħħ. L-esperimenti, u r-riżultati miksuba s’issa saru fuq l-imħuħ ta’ ġrieden modifikati ġenetikament li jkunu għaddew minn puplesija. Ix-xjentisti jistudjaw l-imġiba tan-nervituri u japplikaw sustanżi differenti biex inaqqsu jew saħansitra jwaqqfu l-ħruxija tal-effett tal-puplesija. L-ewwel skoperta tal-Uni-
Professur Mario Valentino versità ta’ Malta saret fl-2012 dwar il-puplesija fit-tfal. Prof. Valentino fisser kif il-moħħ tat-tfal huwa vulnerabbli ferm iktar minn dak ta’ adult u għalhekk huwa possibbli li tarbija anki fil-ġuf issofri minn puplesija. Mir-riċerka tagħhom, sabu li meta tingħata terapija lil nervituri partikolari wara l-attakk tkun evitata l-possibilità li l-wild jikber bil-kundizzjoni ta’ celebral palsy li tikkawża diżabilità fin-nervituri b’ mod permanenti. Fi skoperta oħra, it-tim ta’ Valentino sabu li meta wara l-puplesija injettaw moħħ ġurdien b’tip ta’ zokkor li wieħed isib jixtri faċilment,
il-moħħ kien protett mill-effetti tal-puplesija. Issa ssoktaw l-istudji biex jinstab iktar dettall dwar kif jistgħu jkunu protetti l-fibri tan-nervituri li jgħaqqdu ż-żewġ naħat talmoħħ, biex b’hekk il-moħħ ikun salvat kompletament. L-aħħar skoperta tax-xjentisti Maltin, li għadha trid tkun ippubblikata, saħansitra tisfida l-mod kif x-xjentisti u t-tobba huma mgħallma li jipproteġu l-moħħ mill-effetti tal-puplesija. Dan billi, minflok ikunu protetti n-nervituri, ikunu mħarsa ċ-ċelloli, magħrufa bħala astrocytes, li proprju jeżistu fil-moħħ biex iżommu n-nervituri b’saħħithom u lill-moħħ san. Studju li qed jaħdmu fuqu bħalissa fl-Università huwa dwar x’jista’ jsir ma’ persuna waqt l-attakk tal-puplesija, sakemm tittieħed l-isptar. Skont Prof Valentino, wieħed għandu jkellem lill-vittma u jimmassaġġja l-wiċċ u x-xufftejn jew idoqq il-mużika biex jistimula l-moħħ esternament. Minn esperimenti li saru s’issa fuq l-annimali
rriżulta li dan jista’ jsalva par- tih puplesija, filwaqt li fost ti kbira mill-moħħ għaliex in-nisa din tinżel għal waħda bl-istimolu d-demm fil-moħħ minn kull ħamsa. isib mezz kif jifforma arterMinkejja l-avvanz fit-teji ġodda li jagħtu l-ossiġnu u knoloġija u fil-mediċina li z-zokkor liż-żona tal-moħħ li qed ittawlilna ħajjitna, l-amssofri l-ħsara. mont ta’ każijiet ta’ puplesija Normalment, puplesija ma dejjem qed jiżdiedu peress li twassalx għal mewt iżda hija bniedem ikun iktar suxxettibl-akbar kawża ta’ diżabilità bli għal attakk f ’ età avvanu depressjoni. Skont studzata. Għalkemm għad iridu ju tal-WHO 11% jsiru skoperti kbar tal-Maltin imuf ’dan il-qasam, tu kawża ta’ il-Professur Studju li qed puplesija. Va l e n t i n o Huwa st- jaħdmu fuqu bħalissa j i t ke l l e m mat li b’ċertezfl-Università huwa madwar za meta id-dinjgħid dwar x’ jista’ jsir ja, kull li qatt ma’ persuna waqt ż e w ġ mhu se sekondi, t instab l-attakk tal-puplesija, persuna k u r a . sakemm tittieħed jagħtiha Jgħid li attakk ta’ hemm ħafl-isptar puplesija u na xjentisti kull għaxar sebħalu li jemmnu kondi persuna tmut li tant kemm huma minħabba dan l-attakk. Jekk vulnerabbli ċ-ċelloli talint raġel, il-possibilità li tkun moħħ waqt puplesija li l-ebvittma ta’ puplesija hija ikbar. da mediċina ma tista’ tikkuL-istatistiċi juru li wieħed rahom għaliex il-ħsara hija minn kull ħamest irġiel tagħ- irriversibbli.
X’JAGĦMLEK SUXXETTIBBLI GĦALL-PUPLESIJA? L-iktar fatturi li jwasslu għall-puplesija huma pressjoni għolja, it-tipjip, l-obeżità, il-kolesterol għoli u mard relatat mal-qalb.
X’INHUMA S-SINTOMI TAL-PUPLESIJA? F’ puplesija ma tħossx uġigħ iżda tħoss qisha ‘sajjetta li taħsdek’, tħossok konfuż u anzjuż, ma tkunx tista’ tħoss idek jew sieqek u ma tkunx tista’ ċċaqlaqhom, jew jintelaqlek parti minn wiċċek u ma tkunx tista’ titkellem jew tibla’.
18
09.10.2016
1 Nevada, L-Istati Uniti
MADWAR kullhadd.com
FIL-QOSOR
1
2
3
JITLOB IL-VOT TA’ MIN WASAL FL-AĦĦAR
Il-Kandidat Repubblikan għall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana Donald Trump, ħeġġeġ lill-morda li t-tobba tagħhom qalulhom li ma fadlilhomx wisq ħajja, biex jissaportu ħalli jkunu jistgħu jivvutaw. F’Nevada, Trump qal: “Ma jinteressanix kemm inti marid. Ma jinteressanix li għadek ġej mingħand it-tabib u tak l-agħar tbassir, jigifieri li wasal it-tmiem. Ma jimpurtax. Issaporti sat-8 ta’ Novembru. Oħroġ u vvota.” Fir-rally, in-nominat Repubblikan magħruf għad-diskorsi kontroversjali tiegħu, l-ewwel qal li kien qed jiċċajta, umbagħad qal li ma kienx.
2 L-Istati Uniti
3 Il-Haiti
NOMINAT IS-SUĊĊESSUR TA’ BAN KI-MOON L-ex Prim Ministru Portugiż Antonio Guterres, li nhar ilĦamis kien nominat biex ikun is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, qal li għandu sfidi kbar quddiemu u jittama li jara għaqda u kunsens tul il-mandat tiegħu. Guterres ġie approvat b’saħħa mill-Kunsill tas-Sigurtà, u d-deċiżjoni issa tmur għand l-Assemblea Ġenerali l-ġimgħa d-dieħla. It-tieni mandat ta’ Ban Ki-moon jintemm fl-aħħar ta’ Diċembru, fejn mistennija jibdew il-ħames snin ta’ Guterres. Fl-Assemblea Ġenerali, Guterres diġà kiseb riżultati tajbin ferm fis-sessjonijiet ta’ mistoqsija-tweġiba għall-kandidati. Dan għad-diżappunt ta’ dawk li ttamaw li xtaqu mara jew xi ħadd mill-Lvant tal-Ewropa f ’dan l-irwol.
L-URAGAN MATTHEW JĦALLI 900 RUĦ MEJTA L-Uragan Matthew ħalla 900 ruħ mejta u eluf bla saqaf fil-Haiti. L-Uragan, li sa ftit ilu kien qed jolqot iż-żoni ta’ Florida u l-Georgia, hu meqjus bħala l-akbar maltempata li laqtet dan ir-reġjun f ’dawn l-aħħar għaxar snin. Il-President Amerikan Barack Obama ħeġġeġ lin-nies biex jevakwaw l-akkwati u jimxu lejn artijiet aktar fil-għoli. Il-Gvern Amerikan qed jibgħat vapuri bi provvisti ta’ mediċini u ikel tat-trabi fost l-oħrajn. Madankollu l-membri tas-salvataġġ qed isibuha ferm diffiċli biex iwasslu l-għajnuna umanitarja lill-poplu milqut minħabba li t-toroq huma kollha mgħarrqa. Din il-maltempata ta’ kategorija 3 qed tiġġenera rwiefen qawwija tant li laħqu 190 kilometru fis-siegħa. L-Uragan Matthew, flaħħar jiem, ħalla wkoll impatt konsiderevoli f ’Kuba u l-Bahamas.
R ID-DINJA
19
09.10.2016
kullhadd.com
6 Il-Mauritius
4
INSTABU L-FDALIJIET TAL-AJRUPLAN MH370 5
6
L-Awtoritajiet Awstraljani kkonfermaw li l-fdalijiet li nstabu fil-Mauritius huma tal-ajruplan MH370. Però dan, sostnew, ma jixħet l-ebda dawl fuq il-post fejn jinsab l-ajruplan li għeb. Il-Boeing 777 kien għosfor fi triqtu minn Kuala Lumpur lejnBeijing fit-8 ta’ Maru 2014. Fuqu kien hemm 239 persuna, bejn passiġġieri u ekwipaġġ. S’issa però l-investigaturi ma sabu l-ebda traċċa tal-ajruplan ‘il barra mill-Kosta Awstraljana u fin-Nofsinhar tal-Ocean Indjan, fejn jaħsbu li l-ajruplan waqa’. Il-fdalijiet li nstabu fil-Mauritius huma t-tielet sejba ta’ fdalijiet ikkonfermati li huma mill-MH370. L-investigaturi s’issa fittxew f ’zona ta’ 110,000 kilometru kwadru, imma mingħajr suċċess.
5 L-Afrika t’Isfel
4 Norveġja
TUTU JIXTIEQ L-EWTANASJA JINGĦATA L-PREMJU NOBEL GĦALL-PAĊI Il-President Kolombjan Juan Manuel Santos ingħata dan il-Premju għall-impenn tiegħu biex tintemm il-gwerra ċivili f ’pajjiżu, li ilha għaddejja iktar minn ħamsin sena. L-aħbar waslet inqas minn ġimgħa wara li l-elettorat Kolombjan ta daqqa ta’ ħarta lill-proċess ta’ paċi. Il-kumitat tal-Premju Nobel innota li l-Premju “jista’ jitqies anki bħala tribut lill-poplu Kolombjan, li minkejja t-tbatija u l-abbuż, ma qatax qalbu għal paċi ġusta, u għal dawk kollha li taw kontribut fil-proċess ta’ paċi.” Il-Gvern Kolombjan u r-ribelli tal-FARC qattgħu snin jinnegozjaw ftehim ta’ paċi, fi gwerra li fiha mietu mat-22,000 persuna, u miljuni kellhom jitilqu minn djarhom.
L-Arċisqof tal-Afrika t’isfel Desmond Tutu stqarr li jixtieq jgħaddi għall-ħajja ta’ dejjem u jingħata d-dritt tal-ewtanasja. Ir-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi, qal dan f ’kummenti lill-ġurnal ‘Washington Post’. Tutu kien diversi drabi f ’ċentru ta’ kontroversja, speċjalment fl-2014 meta kien qal li hu favur l-ewtanasja. Tutu, l-ewwel Arċisqof ta’ kulur iswed ta’ Cape Town, iddaħħal l-isptar ix-xahar li għadda u ġie operat minħabba xi infezzjonijiet. Tutu staqsa “Għaliex bniedem ma jistax jagħmel dak li jrid b’ħajtu? Għal dawk li qed ibatu, għandhom id-dritt li tiġi offruta din l-għażla biex tintemm kull tip ta’ tbatija”. Il-Knisja Anglikana, li Tutu huwa parti minnha, hija kontra d-dritt tal-ewtanasja u din mhijiex l-ewwel darba li l-Arċisqof Tutu ħareġ qatta bla ħabel kontra l-Knisja.
20
09.10.2016
kullhadd.com
IR-REFERENDUM UNGERIŻ U R-REFUĠJATI MARLENE
MIZZI MEP
Nhar il-Ħadd li għadda l-poplu Ungeriż issejjaħ biex jivvota f ’referendum biex jgħid jekk jaqbilx jew le malpjan tal-Unjoni Ewropea firrigward tar-refuġjati li hemm fil-Greċja u l-Italja b’riżultat tal-immigrazzjoni irregolari. L-Unjoni Ewropea kienet fasslet pjan biex kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea jieħu għandu numru ta’ refuġjati. Kienet tfasslet kwota relatata mad-daqs tal-pajjiż li kien se jilqa’ għandu lir-refuġjati. L-Ungerija ġiet allokata 1,294 refuġjat. Il-Prim Ministru Ungeriż, Viktor Orban, qatt ma qabel ma’ dan il-pjan. Ried isaħħaħ id-deċiżjoni tiegħu billi jkollu mandat ċar mill-poplu tiegħu. Mandat li jkun jorbot biss jekk mill-inqas joħorġu jivvotaw 50 fil-mija ta’ dawk eliġibbli għall-vot. Il-persentaġġ ta’ Ungeriżi eliġibbli għall-vot li nhar il-Ħadd li għadda tefgħu l-vot tagħhom kien biss ta’ madwar 44 fil-mija u għalhekk ir-riżultat tiegħu kostituzzjonalment ma jorbotx, anki jekk ilmaġġoranza flagranti ta’ dawk li vvotaw appoġġjaw lill-Prim Ministru Orban. Tant li Orban xorta waħda
l-ġimgħa d-dieħla se jmur Brussell biex fi kliemu “jassigura li l-Ungerija ma tkunx sfurzata taċċetta nies li ma tridx tgħix magħhom”. Fil-verità Orban xtaq li jkollu riżultat ferm u ferm aħjar, bittama li dak li jkun irnexxielu jagħmel hu, jistimula l-istess ħaġa f ’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-problema talimmigrazzjoni ilha tissemma’ għal bosta snin issa u forsi bir-raġun ikun hemm min ikun xettiku minn dak li ilu jisma’ imma li fil-konkret jara ftit li xejn. Aħna, il-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew (S&D), nemmnu li ċ-ċittadini ħaqqhom ferm aħjar u biex jibdew jemmnu fl-UE, iridu jaraw azzjonijiet konkreti u intelliġenti min-naħa tal-istess Unjoni, u mhux biss diskors. L-immigrazzjoni irregolari trid titwaqqaf mill-għeruq tagħha. Il-faqar, l-instabilità u l-kunflitti huma fost ir-raġunijiet ewlenin għax eluf ta’ persuni qegħdin jagħżlu li jitilqu minn pajjiżhom. Magħhom inżidu n-nuqqas ta’ libertà politika, l-inugwaljanza, innuqqas ta’ opportunitajiet, l-abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem u l-korruzzjoni, fost raġunijiet oħra. Ladarba nafu l-oriġini tal-problema, l-isforzi tagħna għandhom jiffukaw fuq dawn l-oqsma biex neliminaw is-sitwazzjonijiet li qegħdin iwasslu biex l-immigrant jitlaq minn pajjiżu. Bl-aktar mod konkret hemm bżonn li ż-żgħażagħ ikollhom aktar opportunitaji-
et ta’ impjiegi u xogħol aħjar f ’pajjiżhom. It-tfal jeħtieġu edukazzjoni ta’ kwalità. In-nisa jridu jingħataw aktar setgħa. Dawn il-bidliet għandhom iwasslu biex dawn il-persuni jibqgħu f ’pajjiżhom. Il-ħolqien ta’ ħitan u għassa mal-fruntieri qatt ma ħallew il-frott mixtieq. Min ma jidħolx mill-bieb, b’xi mod jew ieħor se jsib mod u jidħol mit-tieqa. Il-grupp S&D qiegħed iressaq dawn l-ideat konkreti fil-Parlament Ewropew fiddawl tal-kriżi tar-refuġjati li għaddejja fl-Ewropa u l-madwar. Qiegħed jagħmel sejħa għal politika ġdida u ambizzjuża rigward l-Afrika. It-Trust Fund tal-UE għall-Afrika li tnieda fil-Valletta Summit dwar il-Migrazzjoni f ’Novembru 2015 sar proprju biex iwassal għal stabilità fir-reġjuni minn fejn qegħdin jitilqu l-immigranti. L-S&D qegħdin nisħqu li l-flus ta’ dan it-Trust Fund jintużaw biex ikunu ffinanzjati l-edukazzjoni, is-settur tal-impjiegi, il-governanza tajba u proġetti ambjentali, u mhux jinħlew fuq kontrolli mal-fruntieri, li fl-aħħar mill-aħħar urew li ma jagħtux riżultati mixtieqa. Dawn il-fondi għandhom ikunu mmoniterjati aħjar mill-Parlament Ewropew għax s’issa m’hemmx trasparenza biżżejjed fuq l-użu tagħhom. Irridu nkunu kostruttivi u pożittivi biex naslu għal riżultati importanti. Kliem fieragħ mingħajr sustanza jwassal biss għal ħela ta’ ħin prezzjuż.
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI
03.10
Il-qgħad fost iż-żgħażagħ naqas b’ 4%
04.10
Fl-esportazzjoni għal pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, Malta kellha t-tieni l-akbar tkabbir, wara Ċipru
05.10
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ddikjara li l-ekonomija Maltija komlpiet tikber b’pass qawwi
06.10
F’Għawdex, fil-qasam tax-xogħol fis-settur privat ġiet reġistrata żieda ta’ 5.5% fin-numru ta’ nies jaħdmu
07.10
Kważi tlesta x-xogħol fuq il-pitch tal-waterpolo ta’ Birżebbuġa
08.10
Ġie deċiż li jerġgħu jorħsu l-prezzijiet talpetrol u d-diesel
09.10
Aktar minn 3,300 persuna ħadu lura t-taxxa żejda kollha li ħallsu għallvettura tagħhom fl-2004, flus misruqa minn Gvern tal-PN
21
09.10.2016
kullhadd.com
VOT 16 :L-ASPETT POLITIKU U DAK ANALITIKU MARIO
FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL
Sfortunatament dan il-pajjiż għandu marda kronika. Marda li sakemm jibqgħu ċerti elementi fil-karattru ta’ ċerti persuni involuti fil-politika, mhi se tfiq qatt. Ma nistax nifhem kif materja li tolqot lil kulħadd u li għandha tiġi diskussa b’mod analitiku u miftuħ, tista’ tispiċċa biex tiddawwar f ’ballun politiku. Ma nistax nifhem aktar kif meta l-affarijiet huma tant sempliċi għax hemm kronaka tal-fatti kif ġraw, ikun hemm min jipprova jdawwar il-fatti magħrufa, inkluż minnu stess. Ovvjament, kif jixhed it-titlu, qed nitkellem dwar il-VOT 16. Jekk wieħed iħares lejn il-materja b’mod politiku, hemm fatti li ma jistax jaħrab minnhom. Il-fatti huma ċari; • Joseph Muscat kien l-ewwel persuna li tkellem dwar id-dritt tal-vot għal persuni ta’ 16-il sena. • Joseph Muscat kien il-Prim Ministru li daħħal dan id-dritt f ’pajjiżna. Lura fis-sena 2008, meta Joseph Muscat kien għadu lanqas biss sar mexxej talPartit Laburista, fil-kampanja għal din il-kariga, kien tkellem ċar u semma’ li hu għandu viżjoni li żgħażagħ ta’ 16-il sena jibda jkollhom id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet talKunsilli Lokali. Meta sar Prim Ministru, permezz tasSegretarju Parlamentari Josè Herrera, li dak iż-żmien kien responsabbli mill-Kultura u Gvern Lokali, beda proċess ta’ konsultazzjoni, li ħa sitt xhur sħaħ, fejn wara ġiet imfassla ligi li proprju daħlet fis-seħħ biex tirregolarizza dan kollu. Din għaddiet millParlament u minn dakinhar ’il quddiem, f ’kull elezzjoni li tiġi tal-Kunsilli Lokali, kull min ikollu 16-il sena, jista’ u għandu dritt jivvota. Dan kien parti mill-manifest elettorali u allura seta’ jidħol fis-seħħ. Bravi tal-Partit Nazzjonalista, qalu li dan mhux veru seħħ għaliex l-elezzjonijiet tal-2017 ġew posposti allura min kien se jivvota fis-sena 2017 u kellu 16-il sena, issa se jkollu 18 fis-sena 2018. Bravi hux tassew!! Għax dawn insew li fis-sena 2019 se jkun hemm ukoll min jagħlaq is-16-il
sena. Bl-argument tagħhom, min jagħlaq 18-il sena bejn leġislatura u oħra, sakemm tissejjaħ elezzjoni ġenerali ikun qed jiċċaħħadlu d-dritt tal-vot! Issa Simon Busuttil qalilna li hu favur u kważi kważi m’hemmx bżonn diskussjoni dwar jekk dan id-dritt għandux jiġi estiż għall-elezzjoni ġenerali u kull elezzjoni li tinżamm f ’pajjiżna. Minkejja dan, Simon, mis-sena 2008 sa 2013, kiteb żewġ programmi elettorali għall-Partit Nazzjonalista u din il-proposta ma kitibha jew semmieha mkien. Daqshekk kien jew hu favur tagħha. Ċertifikat ieħor ta’ konvenjenza u mhux konvinzjoni u konsistenza. Niġi issa għal aspett ieħor, dak analitiku, dwar wieħed x’għandu jaħseb qabel jieħu pożizzjoni. Personalment dejjem qbilt li ċittadini ta’ 16il sena għandhom jingħataw ċans sabiex jivvutaw f ’elezzjoni ta’ Kunsilli Lokali. Bl-istess mod, dejjem kont xettiku dwar il-kontestazzjoni tagħhom fil-Kunsill. Apparti l-aspetti legali ta’ età u ħwejjeġ oħra li jmorru magħhom, dan ikun ifisser li jista’ jkollok sindku ta’ 16-il sena li jrid jiffirma ċekkijiet, jiltaqa’ ma’ kumpaniji privati, entitajiet, kapijiet ta’ dipartimenti u oħrajn. Apparti l-fatt talesperjenza meħtieġa f ’dan il-qasam, għandek l-aspett personali tal-individwu. Din hija età kruċjali ħafna fl-iżvilupp tal-karriera talpersuna, speċjalment fejn jidħlu deċiżjonijiet skolastiċi. Fl-istess waqt, persuna ta’ din l-età issa se jkollha wkoll ir-responsabbiltà li tmexxi seduta tal-Kunsill, tieħu responsabbiltajiet amministrattivi u finanzjarji, b’allokazzjoni li tista’ tlaħħaq il-miljun ewro u titkellem ma’ periti fuq proġetti infrastrutturali u mitt ħaġa oħra. Bl-ebda mod ma qed npoġġi dubju fuq ilkapaċità tal-persuna. Qed nara biss u nipprova nifhem kif wieħed jista’ jlaħħaq ma’ dan kollu b’mod li ma jbati xejn mill-iżvilupp sħiħ tiegħu u l-amministrazzjoni tal-Kunsill. Dan biex ma nsemmux il-fatt li l-liġi għadha ma tirrikonoxxix persuna ta’ 16-il sena b’responsabbiltà ta’ amministrazzjoni ta’ fondi pubbliċi. Mill-banda l-oħra, għandek min jirraġuna li la hu responsabbli biżżejjed li jista’ jivvota allura għandu jkollu dritt ukoll li jikkontesta għal dik l-istess elezzjoni li fiha qed jivvota. Argument leġittimu
ħafna. Allura fejn se naqtgħu l-linja? Jew għandha tkun awtomatika l-kontestazzjoni ladarba hemm id-dritt tal-vot? L-istess argumenti jistgħu jitqajmu f ’każ ta’ elezzjoni ġenerali. Nistqarr li anki hawn, m’għandi l-ebda oġġezzjoni li dan id-dritt jiġi estiż b’dan il-mod. Però xorta waħda nibqa’ riservat dwar l-argument tal-kontestazzjoni. Ejja nkunu ġusti, ħadd ma semma l-kontestazzjoni f ’dan l-istadju. Imma jekk se naslu għall-qbil jew bidu ta’ diskussjoni dwar kontestazzjoni filKunsilli Lokali, kif wieħed jista’ mbagħad jeskludi l-kontestazzjoni f ’elezzjoni ġenerali? Għax jibqa’ l-istess argument illi jekk mhux se tħallini nikkontesta, kif qed tgħidli li jien kapaċi nagħmel għażla ta’ gvern li rrid li jmexxini?! X’ inhu l-argument tiegħi f ’dan kollu? L-argument
hu li f ’xi ħaġa bħal din, ma nistgħux nibqgħu nitkellmu b’mentalità magħluqa. Irridu nitkellmu b’mod miftuħ u oġġettiv. Ma nistgħux nibqgħu ngħixu f ’pajjiż li qed jimxi ’l quddiem imma b’soċjetà li għadha mwaħħla mal-passat li dejjem firditna. Din hija xi ħaġa li għandha tkun ta’ interess ġenerali u tolqot lil kulħadd. Mhux lil dawk li se jintlaqtu biss direttament. Nemmen u nazzarda ngħid li għandna obbligu lkoll kemm ahna li nipparteċipaw f ’din id-diskussjoni b’mod kompressiv u mhux biss naraw s’għada, sal-vot. Irridu naraw x’inhuma l-implikazzjonijiet tal-lum u ta’ għada, jekk hemm. Irridu naraw x’inhu l-għan ewlieni f ’dan kollu. Għax jekk hu turija ta’ fiduċja allura, jew se nafdaw f ’kollox jew xejn. Irridu naraw il-ħajja u d-drawwiet tas-soċjetà tagħna jippermettux tibdil soċjali
fejn jista’ jkollok sindku jew deputat parlamentari ta’ 16il sena. U x’ inhi d-differenza fil-maturità bejn 16 u 18-il sena? Ta’ tmintax, wieħed jista’ jikkontesta elezzjoni ġenerali bl-istess mod u blistess età li jista’ jipparteċipa fiha bid-dritt tal-vot. Dawn huma l-punti, jew uħud mill-punti li rridu niddiskutu u mhux min se jiskorja punti politiċi minn dan kollu. Kif għidt iktar qabel, il-fatti huma magħrufa u kulħadd jaf min imbotta ’l quddiem din il-materja u min bidilha minn viżjoni personali għal djalogu nazzjonali. Issa jiddependi minn kull wieħed u waħda minna li naraw li dan il-proċess ta’ konsultazzjoni jkun wieħed miftuħ u matur. Proċess fejn kulħadd ikollu l-interess ta’ fejn irridu nwasslu lil din issoċjetà, lil dan il-pajjiż, li aħna lkoll nagħmlu parti integrali minnu.
22
09.10.2016
kullhadd.com
L-AMBJENT: JGĦODDU L-FATTI
Bit-tema ambjentali fuq nett tal-aġenda nazzjonali tkellimna mal-Ministru għall-Ambjent, Josè Herrera, dwar ftit mill-kritika li l-Gvern kien qed jiffaċċja flaħħar xhur. Il-Ministru Herrera jargumenta li ħafna mill-kritika mhix ġustifikata u jekk wieħed iħares lejn il-fatti dan il-Gvern qed jagħti riżultati. Dan huwa Gvern li mhux darba jew tnejn li kellu kritika ambjentali. Kif qed tħares lejn dan is-settur? Naħseb li l-kritika ambjentali li ssir fil-konfront tal-Gvern mhijiex waħda ġusta. Filwaqt li kulħadd għandu dritt li jesprimi l-opinjoni tiegħu l-fatti jibqgħu fatti. Waħda mill-akbar miżuri ambjentali li ħa dan il-Gvern hija l-firda tal-ambjent mill-ippjanar biex illum l-ambjent għandu saħħa fil-vesti t’awtorità regolatorja li qabel ma kellux. Xhieda ta’ din is-saħħa rajnieha riċentament meta l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) iddeċidiet li tappella mid-deċiżjoni talBord tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar fuq Town Square, f ’Tas Sliema. Li kieku ma kienx hemm din ilqasma, l-appell ma kienx ikun possibbli. Bl-istess mod il-Gvern ħa deċiżjonijiet b’saħħithom biex jiddefendi l-ambjent, bħal ngħidu aħna l-kwistjoni talfish farms u deċiżjonijiet oħra li ttieħdu tul dawn it-tliet snin u nofs li din l-amministrazzjoni ilha tmexxi, li lkoll juru kif dan il-Gvern qed iżomm malmandat elettorali tiegħu, dak li jagħti prijorità lill-ambjent. B’liema mod tistgħu toħolqu bilanċ bejn gvern li jiftaħar li huwa pro-business u l-ambjent? Il-Master plan għarriġenerazzjoni ta’ Paceville huwa eżempju klassiku ta’ kif qed jinżamm dan il-bilanċ bejn in-neċessitajiet u l-isfidi ambjentali ma’ dawk tannegozju. Dan il-Master plan
hu pjan ħolisitiku ta’ Paceville li jinvolvi bini u żvilupp, open spaces, infrastruttura, utilitajiet, ilma , enerġija, skart u telekomunikazzjoni. Għall-ewwel darba fl-istorja tal-ippjanar dan il-pjan ta’ riġenerazzjoni se jkun qiegħed jiffoka fuq żona sħiħa. Flaħħar snin Malta rat tkabbir ekonomiku bla preċedent u investiment dirett barrani li qed ibiddel kompletament wiċċ pajjiżna. Tkabbir ekonomiku iġib miegħu sfidi ġodda li jridu jiġu indirizzati billi wieħed iħares lejn l-istampa kollha bi strateġija u viżjoni fi sfond ta’ ppjanar urban sostenibbli għal futur. Paceville se jkollha identità ġdida, waħda ta’ kwalità għolja, bi skyline ikoniku ppjanata b’mod illi tista’ sservi ta’ prototip għal żoni oħra madwar il-pajjiż illi għandhom bżonn riġenerazzjoni magħmulha b’għaqal u b’serjetà. Hawn qed nitkellmu fuq pjan dettaljat li għandu jservi ta’ bażi soda u b’saħħitha għall-futur fejn jidħol żvilupp sostenibbli. Fi żmien meta pajjiżna qed jirreġistra tkabbir ekonomiku bla preċedent, huwa importanti iktar minn qatt qabel li l-bini ma jsirx bladdoċċ imma b’bilanċ u b’sens komun. Filwaqt li l-attitudni ta’ dan ilGvern hija waħda pro-business, fl-aħħar ġimgħat il-Gvern wera li mhux se jittolera l-illegalitajiet u l-abbużi. U dan huwa l-bilanċ li l-Gvern qed iżomm. Il-kwistjoni tal-MIDI hija eżempju ta’ dan wara li filjiem li għaddew il-Gvern ippreżenta protest ġudizzjarju fil-prim’awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpanija MIDI
José Herrera
plc dwar il-kwistjoni talaċċess għall-partijiet pubbliċi f ’Manoel Island. Il-Gvern kellu jkun katalista biex jikkorreġi irregolaritajiet li kienu qed jipperpetwaw. Però, wara l-kritika li kien hemm fuq il-high rise, int sodisfatt bil-Master plan ta’ Paceville? Ikolli ngħid li l-mod dettaljat li bih tħejja dan il-pjan għandu jservi ta’ bażi soda u b’saħħitha għall-futur fejn jidħol żvilupp sostenibbli. Fi żmien meta pajjiżna qed jirreġistra tkabbir ekonomiku bla preċedent, huwa importanti iktar minn qatt qabel li l-bini ma jsirx bladdoċċ imma b’bilanċ u b’sens komun. Dan huwa pjan li se jħalli legat għal pajjiżna biex jitgawda minn ġenerazzjonijiet futuri. Aktar spazji miftuħa, aċċess pubbliku għall-kosta kollha u ambjent urban aktar regolat huma wħud mill-ingredjenti prinċipali għal dan il-pjan ħolistiku li ġie varat għallkonsultazzjoni pubblika. Nistqarr li pjanar serju bħal dak li qed ikun propost jitlob studji serji bħal dak li sar għallewwel darba fuq investiment ta’ dan it-tip, u għalhekk li dan il-Master plan huwa mudell ta’ kif isiru l-proġetti u l-investimenti f ’Malta.
tliet entitajiet kompetenti kienu qed jiltaqgħu kull ġimgħa bejniethom kif ukoll mal-operaturi fejn għal kull farm kien iffirmat ftehim ta’ kif għandu jitbattal issit eżistenti wara li kienu revokati l-permessi u qed isir pjan ta’ kif għandu jsir l-operat ta’ kull farm mis-sena d-dieħla. Transport Malta qiegħda wkoll tassisti lil dawn it-tliet entitajiet biex jigu stabilitti s-siti l-ġodda minn fejn dawn l-operaturi jistgħu jkomplu bl-operat tagħhom mingħajr ma jidħlu f ’kunflitt ma’ operazzjonijiet oħra fl-ibħra ta’ Malta. Sa issa jidher li kull farm qed iżomm mal-ftehim li ffirma u fil-fatt diġa’ ġew imneħħija għadd ta’ gaġeġ.
minn Wied il-Għajn saxXgħajra ta’ Ħaż-Żabbar, u bħala qies huwa ekwivalenti għal kważi d-doppju ta’ Raħal Ġdid. Daqshekk huwa kbir il-Park Naturali tal-Inwadar u daqshekk hija ambizzjuża l-isfida tagħna li minn medda ta’ art abbandanata u mitluqa nitrasformawha f ’żona li tesebixxi n-natura u l-ġmiel naturali ta’ pajjiżna b’mod li tkun aċċessibbli għal kulħadd. Illum il-ġurnata l-Gvern għandu għall-attenzjoni tiegħu pjan li fuqu jrid imexxi biex jilħaq dawn l-ambizzjonijiet. It-tama tiegħi hija li nittrasformaw dik li llum hija żona li partijiet minnhom huma disturbati għal medda ta’ art totalment riprestinata kemm mill-aspett ambjentali naturali tagħha, kif ukoll mill-aspett storiku Il-fish farms ħallew ħafna tagħha. ħmieġ, speċjalment f ’qiegħ il-baħar. Dan se Il-Gvern qed iħares lejn jitnaddaf jew ħa jitħalla spazji pubbliċi oħra f ’Malta għal riħu? u anke afforestazzjoni? Wara li s-siti eżistenti ta’ minn fejn qed joperaw l-farms jitneħħew minħabba l-fatt li issa l-permessi kollha jiġu rrevokati, il-Gvern se jkun qed iqabbad lill-ERA biex tara x’hemm bżonn biex il-qiegħ tal-baħar jerġa’ jkun irritornat għall-istat oriġinali jekk kien hemm xi effett negattiv. Għandu jingħad li għalkemm huwa minnu li l-fish farms kienu qed jikkawżaw tniġġis ambjentali, jrid jingħad li dan it-tniġġis huwa wieħed ta’ natura organika u għalhekk jekk jingħata l-opportunità l-ambjent jipprestina ruħu b’mod naturali. Il-Park Inwadar. X’inhu l-pass li jmiss? Se neħlu fid-dokumenti biss?
Dwar il-kwistjoni tal-fish Xejn minn dan. L-Inwadar farms, kif se tassiguraw huwa legat li jrid iħalli dan li se jżommu mal-kelma il-Gvern fejn jidħol spazju tagħhom? naturali u li jrid jitgawda millpoplu Malti u Għawdxi kollu. F’dawn l-aħħar ġimgħat it- Dan huwa spazju li jieħdok
Naħseb li hawn qed isir sforz mingħajr preċedent. Il-problema l-kbira tibqa’ l-ispazju ta’ art disponibbli, imma aħna determinati li nsibu soluzzjoni. Din hija wegħda elettorali li se nkunu qed inżommu. X’se jsir f ’pajjiżna biex ikompli jonqos l-iskart, tintuża iktar enerġija rinovabbli u jintlaħqu l-miri ambjentali tal-2020? Jidhirli li bħalissa għaddej sforz mingħajr preċedent biex ninidirizzaw waħda mill-akbar sfidi li għandu l-pajjiż, dak tal-iskart. Dwar dan fiż-żmien li ġej mistenni inħabbar għadd ta’ inizjattivi ta’ portata nazzjonali relatati ma’ waste management. B’pajjiż bħal tagħna li jiddependi millindustrija tas-servizzi, il-mod ta’ kif niddisponu mill-iskart tagħna jibqa prijorità. Ilviżjoni tagħna hi biex l-iskart nittrasformawh f ’riżorsa.
23
09.10.2016
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
L-AVVENTURI TA’ TIPI
Mistoqsija: X’tip ta’ mammiferu hu Tipi?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: L-Avventuri ta’ Tipi flimkien mas-sett Leħħiet tal-Alfabett . Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 16 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00 - festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Wiċċ Imb Wiċċ mal-Verità. huwa: G.GRECH - Ħal Qormi
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
03
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet u ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000
Mistoqsija: Kemm kienu tkeċċew ħaddiema mill-VF fis-sena 2007? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
24
09.10.2016
kullhadd.com
TIKKOMUNIKA BIL-PJANU RAMONA PORTELLI TINTERVISTA LIL
LAETITIA AMODIO ramonaportelli@hotmail.com www.ramonaportelli.com
Ħafna żgħażagħ jieħdu l-passatempi tagħhom bis-serjetà. Oħrajn jafu jkunu mħajra iżda jispiċċaw ma jkomplux, u jabbandunaw kollox. Iżda oħrajn, probabbilment għax ma jkunux ġew sfurzati, jibqgħu jispeċjalizzaw fuq il-passatemp tagħhom, tant li dan jibqgħu jgħożżuh, u ġieli jsir ukoll ix-xogħol futur tagħhom. Dan l-aħħar sirt naf bi tfajla Maltija li ddoqq il-pjanu b’passjoni kbira, u minkejja l-età ċkejkna tagħha hija diġà gradwata. Qed nirreferi għal Laetitia Amodio. Għandha erbatax-il sena u toqgħod isSwatar. Hija studenta u l-passatempi tagħha huma l-mużika, il-kant u l-arti. Tħoss li hija persuna kalma, paċenzjuża, dedikata u determinata f ’kull ħaġa li tagħmel. Fil-fatt hija persuna ġenwina, u tħobb tgħin lil ħaddieħor. Bdejt billi staqsejtha għaliex għażlet proprju l-pjanu u mhux xi strument ieħor. Fil-
fatt sostniet miegħi li għażlet il-pjanu bħala strument għax l-ewwel nett ommha għalliema tal-pjanu, u allura minn dejjem semgħet il-ħoss tal-pjanu fid-dar, u għaliex trabbiet f ’ambjent mużikali. “Barra minn hekk, ommi kemm-il darba staqsietni jekk nixtieqx nitgħallem xi strument ieħor, iżda jiena dejjem preferejt il-pjanu għaliex minn dejjem kien ġo qalbi. Meta ndoqq il-pjanu għall-udjenża, inħoss li għandi nittrasmetti x-xewqat u l-intenzjonijiet tal-kompożitur f ’dik il-biċċa partikolari li qed indoqq għal widna ta’ min ikun qed jisma’. Hija bażikament komunikazzjoni bejn il-performer u l-listener permezz tal-mużika. Jiena nħobb nipprepara ruħi sew qabel xi performance biex wara nkun sodisfatta u kuntenta bil-performance li nkun tajt,” bdiet tgħidli Laetitia. Normalment tipprattika madwar erba’ sigħat pjanu
kuljum, però kien hemm xi żminijiet li anki prattikat bejn ħames u sitt sigħat qabel xi eżamijiet jew kunċerti. Pjanu li ma jindaqqx huwa bla sinifikat Però naf ukoll, li xi wħud saru jħarsu lejn il-pjanu bħala biċċa għamara, li jkun fiddar tagħhom biex iżejnu taħt it-taraġ jew il-kurutur. Ridt nieħu l-kummenti ta’ Laetitia dwar dan il-fatt. “Sfortunatament mhux kulħadd japprezza l-preżenza tal-pjanu fid-dar. Jiena nħoss li pjanu li ma jindaqqx huwa bla sinifikat. Il-pjanu għalija huwa prezzjuż ħafna għaliex minnu toħroġ mużika ħajja u mhux kif aħna mdorrijin nisimgħu - mużika diġitali u rrekordjata,” weġbitni pronta. Fi żmieni niftakar li l-pjanu kien aktar fix-xena, fissens kont naf studenti tal-età tiegħi li kienu jistudjaw il-pjanu, jilħqu ċerti skali u livelli i mbagħad iwarrbu l-pjanu u l-istudji tiegħu fil-ġenb. Filfatt Leatitia tħoss li jekk persuna ma jkollhiex il-mużika fiha, ma tistax tkompli tavvanza fuq ċerti livelli. Għalhekk, l-istudju jiġi tad-dwejjaq u ta’ bilfors għal xi wħud. Trid verament tagħmlu minn qalbek. Ta’ min jgħid li Laetitia hija gradwata diġà. Tinstema’
stramba, imma din hija realtà! nies li jafuni sew japprezzawh Fil-fatt gradwat meta kellha dan kollu li ksibt,” tbissmet erbatax-il sena. Fl-età ta’ tgħidli. għaxar snin kienet Kollox ma’ kollox, diġà resqet Laetitia llum għall-ewwel hija pjanisdiploma, u ta b’ċertu Sfortunatament sal-età ta’ suċċessi tlettax-il warajha. mhux kulħadd s e n a Bdiet idjapprezza l-preżenza lestiet doqq u ħames tistudja tal-pjanu fid-dar. diplomi l -p j a nu Jiena nħoss li pjanu m i n n mressqin mindu li ma jindaqqx huwa kellha bla sinifikat mill-iskejjel ħames snin. ta’ Londra, L-għalliema West University tagħha kienet of London u Assou għadha ommha ciated Board of the Royal stess Charmaine AmoSchools of Music. Għalhekk dio. Tlabtha kif tispjega din Laetitia gradwata b’ALCM, l-avventura ta’ tagħlim m’omLLCM, FLCM, DipABRSM , mha stess, jekk sfurzathiex, LRSM. jew jekk fuq kollox kinitx hi stess li uriet interess fil-pjanu. Hemm min ma jemminx “Qabel l-età ta’ ħames snin jiu jaħseb li qed tivvinta jew ena kont nibki lill-mamà biex tiftaħar tibda tgħallimni, imma kienet tgħidli li għadni żgħira wisq. Ridt inkun naf xi twieġeb F’għeluq snini, meta għalaqt lura, meta ħaddieħor jisko- ħames snin, wieħed mir-rigali pri li hija diġà gradwata t’età li qlajt kienet l-ewwel lezzjoni hekk żgħira. Fil-fatt sostniet u dakinhar kont qisni fis-seba’ miegħi li hemm min ma jem- sema. Mill-bidu nett, ommi minx u jaħsbu li qed tivvinta kienet dejjem tenfasizza li jew tiftaħar. “Allura għal dik waqt il-lezzjoni tal-pjanu hi ir-raġuni kultant nagħżel li ma se tkun l-għalliema tiegħi, u ngħid xejn għax ma rridx li mhux ommi, u għalhekk jiena ninstema’ prużuntuża f ’għa- rabbejt ċertu dixxiplina. Għaljnejn in-nies. Però dawk in- daqstant jiena u ommi kellna
25
09.10.2016
kullhadd.com
dejjem rabta speċjali matul il-mixja mużikali tiegħi. Qatt ma ħassejt li kelli xi pressjoni min-naħa t’ommi biex inkompli l-pjanu, anzi kienet tħallini libera li nagħżel dak li nixtieq u stajt nieqaf meta rrid”, saħqet Laetitia. B’wiċċha minn quddiem, Laetitia tista’ tgħid li spiss ħadet l-ewwel post matul seba’ kompetizzjonijiet internazzjonali tal-pjanu, bejn is-sena 2009 u s-sena 2015. Kellha wkoll suċċessi oħra tajba barra minn xtutna. Fil-fatt bdiet tiżvela miegħi li kellha seba’ snin meta pparteċipat għall-ewwel kompetizzjoni. Tant hu hekk li ommha ma kinitx qaltilha li se ddoqq ġo kompetizzjoni biex ma tħosshiex eċċitata. “Għalhekk kont sorpriża ħafna meta rbaħt il-Gran Prix fl-Italja. Minn dakinhar ‘il quddiem kelli ħafna aktar premji f ’pajjiżi differenti foshom fl-Italja, il-Ġermanja, l-Awstrija, Londra u r-Russja. Meta rbaħt l-ewwel premju f ’kompetizzjoni f ’Londra kelli l-opportunità li ndoqq fir-Royal Albert Hall. Fl-aħħar kompetizzjoni li ħadt sehem is-sena l-oħra, rbaħt premju li kien jikkonsisti f ’borża ta’ studju għal kors ta’ ġimagħtejn f ’Kent State University f ’Ohio l-Amerka. Kienet esperjenza li għenitni nikber kemm personalment kif ukoll mużikalment. Meta kont hemm ġejt mistiedna ndoqq ġo Severance Hall f ’Gala concert. Esperjenza li ma ninsa qatt”. Studju barra minn xtutna Madankollu, iddiskutejt ma’ Laetitia jekk taħsibx li l-pjanu se jagħtiha futur u jekk jistax ikollha karriera minnu. Filfatt stqarret miegħi, li għal dik ir-raguni minn dejjem xtaqet li tkompli l-istudju tagħha barra minn xtutna. “Fil-bidu ta’ Settembru li ġej se nkompli l-iskola l-Ingilterra f ’Music College biex inkompli nistudja l-mużika. Minn dejjem kelli dik il-ħolma u fl-aħħar se ssir realtà. Is-sena l-oħra attendejt għal audition u ġejt aċċettata mal-ewwel b’borża ta’ studju. Ġejt ukoll sponsorjata mill-Joseph Calleja Foundation għal dawn it-tliet snin li ġejjin, u għalhekk minn hawn nirringrazzja lil Foundation u l-College li permezz tagħhom qed naqta’ x-xewqa tiegħi u se nkompli nirsisti fil-linja mużikali. Wara dawn it-tliet snin, nixtieq inkompli l-istudju tiegħi f ’Universita ġewwa l-Ingilterra jew l-Amerka biex inkompli niggradwa fil-mużika. Sfortunatament ma nistax nibni l-karriera tiegħi fil-mużika hawn Malta għax inħoss li m’hawnx biżżejjed opportunitajiet. Inħoss li hawn Malta l-mużika klassika mhix apprezzata biżżejjed, mentri barra japprezzawha aktar. L-għan tiegħi huwa li eventwalment niggradwa bil-PHD fil-piano performing fejn sadanittant
indur ma’ ħafna pajjiżi biex naqsam il-mużika ma’ min japprezzaha. Nixtieq ukoll li nispeċċjalizza fil-kompożizzjoni, fejn inkun nista’ nikkomponi għal xi produzzjonijiet.” Finalment, Laetitia sostniet miegħi li kif diġà żvelat matul din l-intervista, il-mużika hija ħajjitha u għalhekk tixtieq li għada pitgħada tkun il-karriera prinċipali tagħha. “Għalkemm għandi dan il-ħolm kollu, din se tkun sfida kbira, kemm għalija kif ukoll għall-familja tiegħi. Se naħdem u nistudja ħafna mhux biss għalija, iżda wkoll biex nagħmel unur lil pajjiżi. Għalkemm ġejt megħjuna b’boroż ta’ studju xorta waħda l-familja tiegħi għandha spejjeż kbar sabiex jien nilħaq fejn nixtieq. Għalhekk jien inħossni grata lejhom,” temmet tgħid.
26
09.10.2016
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI SERVIZZI
Investigazzjoni privata: żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet
oħra fil-Qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. Email: info@ privateinvestigationmalta.com
Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists,
commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178. VAKANZA
proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www.wpmalta.com
Jinħtieġu ħaddiema fuq bażi AVVIŻI OĦRA part-time biex jagħmlu t-tindif f ’dar tal-irtiri. Tel 2276 0000 Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet AFFARIJIET f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul GĦALL-BEJGĦ & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, Aħna nixtru kollox, bħal il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal għamara, fajjenza, arloġġi, Ġdid ikunu miftuħin kuljum figurini, muniti, midalji, u kull mid-9.00am san-12.30pm ħaġa oħra tad-dar.Ċemplu fuq u mill-4.00pm sas-7.00pm. 2147 0128/2123 7597/9986 Paul & Waters Free Delivery 9519. Service. Ċempel 2766 3361. Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur issit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL U MANUTENZJONI Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġużi fuq sistemi tassatellita u fuq l-Android TV Boxes. Ċempel fuq 2148 6211. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. Għal kull tip ta’ problema ta’ moffa jew bjut jagħmlu l-ilma aħna għandna s-soluzzjoni. Nispeċjalizzaw f ’waterproofing membrane u liquid membrane fuq bjut, appoġġi, btieħi, basements, eċċ. Nużaw materjal ta’ kwalità kollu ċċertifikat b’10 snin garanzija. Għal stima b’xejn ċempel 7908 6715. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp
AGR AUTO JAPANESE PARTS għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal ittoroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma millġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.
27
09.10.2016
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Isem: Indirizz:
A.CALAFATO - Ħal Qormi
TISLIBA 143
Bi 3 Numri 027 056 165 172 182 194 199 333 414 429 516 593 635 715 717 744 782 796 808
924 938 950 952 967 B’4 Numri 0229 0566 0890 0993 1011 1711 1712 2229 2790 2947 3227 3533 3879
4730 4750 4760 5232 5570 6483 6568 6693 8367 8843 8860 8884 9434 9527 9606 9713 9949
13254 17323 21273 36302 39630 50223 58012 66073 66191 69367 72466 74853 80062 86800 89220 91309 94367
B’5 Numri
B’6 Numri
00213
031142
403778 491178 561053 579484 656776 657560 662982
665158 744226 855759 933895
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
Mimdudin:
Weqfin:
1. Tas-soya mhux mill-annimali jittieħed (5) 4. Takkwistah fil-militar (4) 7,21 wieqfa. Raħal (5) 9,14. Il-membri tal-PL (9) 10. Akkuża? (6) 12. Magħruf għall-ħasil tal- idejn! (6) 16,22. Qishom tursin (6) 18,17. Nixtieq (5) 19. Ara 11 20. Tilgħab il-ludo bihom (5) 21. Bendu Darmanin Falzon (1,1,1) 23. Prova Ingliża (4) 24. Ikattru (5)
1. Kompli l-qawl: Erfa’ salibek u ...... min-nies (6) 2,3. Piż antik (6) 3. Ara 2 5. Tindika kumpanija tal- elettriku (3) 6. Zija Taljana (3) 8. Mifxula (9) 11,19. Bħal kmamar fir-raba’ (5) 12. Missier (2) 13. Kunjom (3) 14. Ara 9 15. Jittrijonfaw (6) 17. Ara 18 21. Ara 7 22. Ara 16
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1.Qbadt, 4.Abti, 7,23.Imnara, 9,22.Żabbar, 10.Riżors, 12.Aktarx, 16,21 wieqfa. Żarbun, 18,19.Akuta, 20.Globe, 21.Bib, 24.Żebri
1.Qażquż, 2,17.Abbati, 3.Tir, 5,11.Blokk, 6,15.Instabbli, 8.Mirakoluż, 12,13.Artal, 14.Xuereb
28
09.10.2016
kullhadd.com
IL-BASTIMENT TAL-BIDLA LI GĦADHA QED TIBDA EDITORJAL
il-Gvern imbarka bis-serjetà fuq il-proġett li għandu jwassal biex f’pajjiżna jkollna pipeline tal-gass
Jasal fi ftit sigħat ilbastiment li se jwassal biex f ’Marsaxlokk impjant ġdid jibda jaħdem bilgass. Għall-ewwel darba, f ’pajjiżna se nkunu qed neħilsu mill-Heavy Fuel Oil u nibdew nipproduċu enerġija mill-gass. Kienet tassew aħbar sabiħa, meta fl-aħħar jiem smajna, li l-Enemalta ordnat l-aħħar konsenja ta’ HFO. Daqshekk se jkollna l-aktar żejt li jniġġes fil-power stations ta’ pajjiżna. Għax kif qal aktar kmieni din il-ġimgħa fil-programm Pjazza, l-eks Ministru Jesmond Mugliett, sa flaħħar f ’pajjiżna se jkun qed jirrenja s-sens komun fejn jidħol il-qasam tal-enerġija. Għax is-sens komun jirrenja meta nagħżlu enerġija iktar nadifa, li tagħmel inqas ħsara lis-saħħa ta’ nies u mhux meta tinbidel il-politika biex pajjiżna jibqa’ jagħżel l-iktar żejt li jniġġes kif seħħ fl-aħħar amministrazzjoni
Nazzjonalista; meta biex kienet akkomodata l-BWSC inbidlet il-liġi. Bidla li għamilha l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi u li approvaha bis-silenzju tiegħu Simon Busuttil, delegat speċjali tal-eks Prim Ministru Gonzi. Il-miġja tal-bastiment hija pass ieħor importanti f ’kullana ta’ proġetti li nieda jew wassal il-Gvern filqasam tal-enerġija. Proġetti li wasslu għar-roħs fit-tariffi tal-enerġija, bil-familji u n-negozji jiffrankaw mattmenin miljun ewro fissena. Proġetti li wasslu biex pajjiżna jibda joqrob lejn il-miri tiegħu filqasam tal-enerġija nadifa u rinovabbli. Għaliex mhux biss ingħalqet il-power station tal-Marsa, mhux biss tlesta l-interconnector li taħt amministrazzjoni preċedenti waqa’ lura, iżda ngħataw inċentivi bla preċedent biex iċ-ċittadini jinvestu f ’enerġija iktar
nadifa b’mod partikolari panelli fotovoltajċi. Hawn irridu ninnotaw li l-għeluq tal-power station tal-Marsa wassal biex l-emissjonijiet mill-impjanti tal-enerġija f ’pajjiżna naqsu bin-nofs. Filwaqt, li fis-sena 2014 kien hemm ekwivalenti ta’ 1,606 kiloton ta’ CO2 , is-sena li għaddiet dawn niżlu għal 854 kiloton ta’ CO2. U dan mhux għax ħadmet il-politika talPartit Nazzjonalista kif qal Simon Busuttil. Iżda, għax dan il-Gvern għamel dak li m’għamilx ta’ qablu. Lesta dak li ma lestiex il-Gvern ta’ Simon Busuttil, bħal ngħidu aħna l-interconnector. Iżda, dan mhux biżejjed. Hemm proġetti oħra ġejjin. Il-bastiment li se jittrakka f ’pajjiżna fi tmiem din ilġimgħa huwa biss wieħed temporanju għaliex, ilGvern imbarka bis-serjetà fuq il-proġett li għandu jwassal biex f ’pajjiżna jkollna pipeline tal-gass.
Bdew fl-aħħar jiem ittestijiet fuq dan il-pipeline li skont kif imwiegħed minn gvernijiet Nazzjonalisti ta’ Fenech Adami kellha tkun ir-rigla tal-millenju. Millenju li ilu li beda sittax-il sena u li fih diġà kien hemm erba’ amministrazzjonijiet. Però hija biss din li ħadmet fuqu bis-serjetà. Saru l-istudji u l-proġetti diġà ngħata sinjal pożittiv mill-Kummissjoni Ewropea, bl-ittestjar għandu jwassal biex tkun stabbilita r-rotta tal-pipeline bejn Malta u Gela fi Sqallija. Biex minn hemm, ikun imiss li ssir l-applikazzjoni għal permessi. Permessi li jkomplu jwittu t-triq għal waħda mill-ikbar bidliet li qatt ra pajjiżna. Bidla li l-bastiment tal-LNG, għalkemm mhux l-isbaħ wieħed, huwa simbolu tagħha. Simbolu li jsalpa ’l barra fi ftit tas-snin meta ftit ftit tingħaqad ir-road map talgvern bit-tlestija tal-pipeline tal-gass.