Ħarsa lejn IR-RAPPORT POŻITTIV TA’ STANDARD AND POOR’S
www.kullħadd.com Il-Ħadd, 10 ta’ Jannar, 2016
Ħarġa Nru 1,174 Prezz €1
Ara paġna 6
ELUF TA’ EWRO GĦAL ELUF TA’ FAMILJI Bil-miżuri li ttieħdu fl-aħħar baġit, din issena eluf ta’ familji mistennija jmorru minn fuq b’eluf ta’ ewro. Minn kalkoli li għamlet din il-gazzetta jirriżulta li familja tipika li se tixtri l-ewwel proprjetà, u fejn ir-raġel jaħdem b’paga inqas
mill-medja u l-mara tibqa’ d-dar biex tieħu ħsieb tarbija, tista’ tmur minn fuq b’madwar €5,400 meta mqabbla mas-sena preċedenti. Dan permezz ta’ miżuri bħall-in-work benefit, it-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul u l-eżenzjoni tattaxxa tal-boll għal dawk li qed jixtru l-ewwel
proprjetà tagħhom. Se jgawdu minn eluf ta’ ewro wkoll dawk il-koppji li jaħdmu t-tnejn, il-ġenituri single li joħorġu jaħdmu, u anki l-pensjonanti. Paġna 5
David u Audrey huma koppja żagħżugħa li għandhom tarbija. David jaħdem u fl-2015 kien jaqla’ €12,609 fis-sena. Audrey baqgħet id-dar biex tieħu ħsieb it-tarbija. Il-paga ta’ David hija inqas mill-medja, iżda bil-miżuri tal-baġit qed igawdi minn tnaqqis ta’ €120 fit-taxxa tad-dħul. Fil-baġit daħal ukoll l-inwork benefit għal dawk il-koppji fejn persuna minnhom biss tkun qed taħdem, b’total ta’ €150. Din il-koppja ddeċidiet li tixtri appartament biex ikollha ambjent aħjar għall-familja, u hekk ibbenefikat ukoll mill-eżenzjoni tat-taxxa tal-boll għal dawk li qed jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, b’total ta’ €5,000. Żdied biss il-ħlas tas-sigurtà soċjali b’€9.10. B’hekk David u Audrey, fi tmiem din is-sena, se jkunu marru minn fuq b’madwar €5,400 meta mqabbla mas-sena 2015.
David u Audrey SALARJU (COLA) + €91
TNAQQIS FIT-TAXXA +€120 IN-WORK BENEFIT +€150 TNAQQIS FIL-BOLL +€5,000 ROĦS FIL-FJUWIL +€38.40 (80L F’XAHAR) SIGURTÀ SOĊJALI - €9.10
TOTAL TA’ +€5,399.40
INVESTITUR “FALLUT”?
INDĦIL MHUX F’LOKU
Wara li fl-aħħar xhur il-midja tal-Partit Nazzjonalista ddeskriviet il-konsorzju privat li se jinvesti €200 miljun fl-isptarijiet ta’ pajjiżna bħala wieħed “fallut”, din il-ġimgħa l-istess midja kkwotat lid-Deputat Nazzjonalista Albert Fenech jgħid li dan l-investiment se jissarraf f ’tagħmir mill-aqwa u livell għoli ta’ expertise għas-settur tas-saħħa. Sar magħruf ukoll li l-Professur Albert Fenech se jkun impjegat minn dan il-konsorzju biex imexxi l-isptar tal-kardjoloġija. F’kummenti li ta lil din il-gazzetta, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne spjega kif dan l-investiment se jippermetti li l-Maltin u l-Għawdxin ikollhom servizz tas-saħħa tal-ogħla kwalità li jibqa’ b’xejn, għax se jkollna riżorsi u spazju biżżejjed sabiex noffru servizzi bi ħlas għall-barranin. Żied jgħid li fost l-iktar nazzjonalitajiet li qed ifittxu trattament mediku f ’pajjiżna hemm il-Kanadiżi u l-Amerikani.
Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Dr Marc Sant ikkonferma ma’ din il-gazzetta li mhix il-kompetenza tal-Kunsill Lokali tal-Għarb li jiftaħ kawża ta’ libell biex jiddefendi l-isem ta’ resident tal-lokal li ilu snin twal nieqes. Il-Kunsill Nazzjonalista tal-Għarb din il-ġimgħa qal li kien se jieħu azzjoni legali fil-konfront ta’ Kate Holmes, li f ’ittra li bagħtet lill-midja allegat li Frenċ tal-Għarb kien juża l-kannabis biex ifejjaq lil ħafna nies. Holmes kienet qed tappella biex is-sentenza ta’ binha, li jinsab ikkundannat għal għaxar snin ħabs fuq kultivazzjoni tal-kannabis, terġa’ tiġi kkunsidrata.
Paġna 2
Paġna 3
02 10|01|2016
kullħadd.com
LOKALI
IL-PN B’MESSAĠĠI KONFLIĠĠENTI FIL-QASAM TAS-SAĦĦA Dak li ġie msejjaħ mill-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista bħala “fallut”, illum il-ġurnata sar magħruf li qed jimpjega lid-Deputat Nazzjonalista Albert Fenech biex jieħu ħsieb il-qasam tal-kura tal-qalb fil-proġett il-ġdid li se jara l-isptarijiet San Luqa, Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex totalment rinovati u elevati għal sptarijiet tal-ogħla livelli. Fil-ħarġa ta’ In-Nazzjon tat-Tnejn 9 ta’ Novembru 2015 intqal kif l-investitur Kanadiż ta’ oriġini Indjana Sri Ram Tumurli, li ser jinvesti €200 miljun fil-qasam tas-saħħa f ’pajjiżna, huwa bniedem fallut. Iżda l-istess gazzetta, ftit inqas minn xahrejn wara, irrappurtat li d-Deputat Nazzjonalista Albert Fenech qed jaħdem ma’ dan l-investitur. L-istess gazzetta fl-istess imsemmija ħarġa, tikkwota lil istess Fenech ifaħħar dan l-investiment li ġej f ’pajjiżna u li se jkun ifisser qasam tas-saħħa aħjar. Illum, minkejja li Gvern Laburista qiegħed jirranġa dak li tħalla mitluq mill-aministrazzjoni preċedenti, xorta qed ikun hemm negattività inspjegabbli millOppożizzjoni. Dan il-Gvern diġà niżżel il-mediċini out of stock minn 130 għal inqas minn 5 fil-ġimgħa, naqqas il-listi ta’ stennija tal-operazzjonijiet billi
daħħal diversi metodi ġodda, fosthom operazzjonijiet fiċ-ċentri tas-saħħa fejn ikun possibbli. Elimina għal kollox il-listi ta’ stennija għalloperazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-qalb, u mexxa ’il quddiem ħafna f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ operazzjonijiet fl-għajnejn. Naqqas il-ħin ta’ stennija fl-emerġenza u issa, permezz ta’ investiment privat ta’ €200 miljun, mhux biss se jindirizza l-problema ta’ ffular fl-Isptar Mater Dei, iżda se jkun qed jagħti sptar li jixraq lill-Għawdxin. Dan kollu filwaqt li l-impjiegi tal-ħaddiema se jkunu salvagwardjati u se jkunu maħluqa opportunitajiet ġodda hekk kif il-qasam tas-saħħa u dak edukattiv, qed jinbidlu f ’muturi ta’ investiment u xogħol. Apparti x-xogħol fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, dan il-Gvern attira l-iskola medika Barts, skola rinomata ħafna f ’dan il-qasam, li ser ifisser mhux biss aktar studenti f ’Għawdex u allura aktar tkabbir ekonomiku minħabba li dawn ser jonfqu flushom f ’Għawdex, iżda anke kura speċjalizzata f ’Għawdex li qabel Għawdxi jew Għawdxija kien ikollhom jiġu Malta biex jeħduha.
“IL-KANADIŻI U L-AMERIKANI HUMA L-IKTAR LI QED IFITTXU TRATTAMENT MEDIKU F’PAJJIŻNA” Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne
L-investiment li kiseb il-Gvern fil-qasam tas-saħħa se jkun qed jagħti dimensjoni ġdida lejn dan is-settur li xi darba jew oħra jmiss miegħu kulħadd. Investiment li b’kollox se jaqbeż ’il fuq minn €200 miljun u li se jwassal biex tingħata ħajja mill-ġdid lill-Isptar San Luqa, Karen Grech u l-bini mill-ġdid tal-Isptar t’Għawdex. Permezz ta’ dan l-investiment Malta se tkun qed tattira suq ġdid ta’ turiżmu; dak mediku. Filwaqt li s-servizzi għall-Maltin u l-Għawdxin se jibqgħu kollha b’xejn, se jkollna riżorsi u spazju biżżejjed sabiex noffru servizzi bi ħlas għall-barranin. Hekk jibqa’ sostenibbli s-servizz tas-saħħa bla ħlas li jkun tal-ogħla kwalità. “Permezz ta’ dan il-ftehim pajjiżna se jkun qed jilqa’ numru ta’ pazjenti barranin li normalment biex
jieħdu trattament f ’pajjiżhom tiġihom spiża għolja, jew oħrajn li ġejjin min pajjiżi fejn hemm nuqqas ta’ servizzi. Dan hu suq ta’ turiżmu kbir barra minn Malta u li s’issa għadna ma ħadna xejn minnu bħala pajjiż.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne f ’kummenti li ta lil din il-gazzetta. Fearne sostna li fost l-aktar nies li se jkunu qed ifittxu trattament mediku f ’pajjiżna hemm ilKanadiżi u l-Amerikani. “Dawn huma żewġ swieq kbar li bħalissa qed ifittxu trattamenti barra pajjiżhom, f ’postijiet bħall-Indja, fejn hemm kultura totalment differenti minn dik li huma mdorrijin biha. L-investiment li se jkollna f ’pajjiżna se jkun wieħed li se jwassal biex ikollna numru ta’ sodod disponibbli għal dawn il-pazjenti li se jieħdu trattament bi ħlas u li minnu se jkun hemm sors ta’ dħul li permezz tiegħu
t-trattamenti għal pazjenti Maltin jibqgħu bla ħlas.” Is-Segretarju Parlamentari qal li pajjiżna qed ikun meqjus bħala wieħed li qed jagħmel avvanzi kbar filqasam mediku. “Dak li qed nagħmlu aħna huwa li noħolqu minn Malta ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam mediku. Nafu kemm hawn tobba Maltin li rnexxew mhux biss f ’pajjiżna iżda anke ’l bogħod minn xtutna. Ir-riżorsi umani tagħna f ’dan il-qasam se jkunu qed jimirħu ’l quddiem bl-opporunitajiet li qed jinħolqu fil-futur qrib hekk kif l-investiment se joħloq numru kbir ta’ impjiegi ġodda fis-settur.” Chris Fearne temm jgħid li l-Partit Laburista filGvern hu kommess li jibqa’ jaħdem bis-sħiħ biex il-qasam tas-saħħa jkompli jitjieb, ikun sostenibbli, filwaqt li s-servizz għall-Maltin u l-Għawdxin jibqa’ mingħajr ħlas.
RABJA GĦALL-KRITIKA TA’ BUSUTTIL DWAR L-INVESTIMENT FL-ISPTARIJIET Jeżisti tħassib evidenti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, saħanistra rabja għallKap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u ċ-ċirku ta’ madwaru li għażlu li jattakkaw l-investiment filqasam tas-saħħa. Dan għax kien evidenti li investiment bħal dan se jħalli sptarijiet u servizz aħjar għall-pazjenti. Issa li l-Professur Albert Fenech qal li se jkun qed imexxi parti minn dan l-isptar u faħħar dan l-investiment, internament Busuttil kellu iktar pressjoni. L-istess nies li wissew lil Busuttil biex ma jkunx negattiv fuq dan l-investiment qed jgħidu privatament li l-istrateġija ta’ Busuttil kienet “an accident waiting to happen” meta l-istess Busuttil kien jaf li kien hemm involut malinvestitur il-Professur Albert Fenech. Fil-ħarġa ta’ In-Nazzjon talErbgħa li għadda ntqal kif il-Professur Fenech stess faħħar dan il-proġett, wara
li kien mistoqsi mill-istess ġurnal. Fenech qal li dan ilproġett se jġib miegħu aktar expertise u l-aħjar tagħmir mediku li jeżisti fis-suq, biex b’hekk ser tingħata kura talogħla livell. Din id-dikjarazzjoni
ta’ Fenech fissret li mar totalment bil-kontra ta’ dak li qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u l-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Qasam tas-Saħħa Claudette Buttigieg. Fuq kollox, l-istorja fil-ġurnal
In-Nazzjon ikkonfermat li l-proġett, li huwa investimet ta’ miljuni kbar f ’qasam li tħalla mitluq minn Gvern Nazzjonalista, li tiegħu kien jagħmel parti Simon Busuttil, se jipprovdi aktar servizzi ta’ saħħa ta’ kwalità għolja, aktar
opportunitajiet ta’ xogħol, kif ukoll opportunitajiet ġodda għal turiżmu mediku. Is-sorsi tagħna staqsew kif il-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed jattakka proġett li fih l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jerġa’ jieħu r-ruħ wara li tħalla mitluq. Kif jista’ Busuttil jattakka l-fatt li se jerġa’ jibda jilqa’ l-pażjenti l-Isptar San Luqa u se jkun maħluq iktar xogħol? Fuq kollox staqsew jekk hux magħruf jekk Albert Fenech kellimx lill-Kap Nazzjonalista qabel ma ħa l-pass li jaħdem mal-investitur privat. L-unika ċertezza hija li n-negattività tal-Kap talOppożizzjoni li jattakka kull proġett tal-Gvern qed iġġib stmerrija mhux biss fost ilpoplu Malti u Għawdxi, li ilu li fehem id-differenza bejn Gvern u Oppożizzjoni, iżda qed iwassal ukoll għal tħassib fi ħdan il-partit tiegħu stess, kif ikkonfermaw magħna mkejjen qrib sew tad-Dar Ċentrali.
LOKALI
kullħadd.com
10|01|2016 03
“MHUX KOMPETENZA TAL-KUNSILL LI JIFTAĦ DIN IL-KAWŻA”
Dr Marc Sant, President tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali
RITIANNE AGIUS ritianne@kullhadd.com
Il-Kunsill jimplika li mhuwa se jieħu ebda passi wara li Holmes għamlet apoloġija
“
“
Il-Kunsill Lokali tal-Għarb, immexxi minn maġġoranza Nazzjonalista, din il-ġimgħa qal li se jieħu passi legali kontra Kate Holmes, omm iż-żagħżugħ Daniel Holmes, li qed jiskonta sentenza ta’ għaxar snin priġunerija b’rabta mal-kultivazzjoni talkannabis. Il-Kunsill għamel din l-istqarrija wara li omm Daniel Holmes, Kate Holmes, appellat biex binha, li diġà skonta ħames snin ħabs, jinħeles fuq bażi umanitarja. Fl-appell Kate Holmes spjegat kif il-perċezzjoni tal-kannabis qed tinbidel, anke għax tintuża għal skopijiet mediċinali. Kien hawn li Holmes qalet kif anke Frenċ tal-Għarb fejjaq ħafna nies permezz ta’ din il-pjanta. Il-Kunsill tal-Għarb irreaġixxa billi kkontesta dawn l-allegazzjonijiet u qal li kien se jieħu passi legali sabiex l-isem ta’ Francis Xavier Mercieca, magħruf aħjar bħala Frenċ tal-Għarb, ma jittappanx. Id-deċiżjoni talKunsill li jiddefendi persuna privata minn fondi pubbliċi hija waħda stramba għallaħħar u mhux magħruf jekk qattx saret f ’Malta. Kien għalhekk li din ilgazzetta staqsiet lill-President għall-Assoċjazzjoni talKunsilli Lokali Dr Marc Sant jekk azzjoni bħal din hix filfatt kompetenza tal-kunsilli lokali. Dr Sant wieġeb li, flopinjoni tiegħu, mhuwiex fil-kompitu tal-Kunsill li jiftaħ din il-kawża, iżda hija deċiżjoni tal-familja ta’ Frenċ tal-Għarb li tieħu xi azzjoni jekk tħoss li l-memorja u r-reputazzjoni tiegħu qed tiġi mtappna. Dr Sant żied jgħid li lanqas il-liġi li telenka r-responsabbiltajiet tal-kunsilli ma tagħmel ebda referenza għal xi sitwazzjoni li tista’ titqies bħala simili għal din.
legali kollha tiegħu. “Missieru sofra minn puplesija f ’Jannar li għadda, u għandu dubju kemm se jilħaq jara lill-ibnu meħlus mill-ħabs,” saħqet Kate. “Martu qed turi kuraġġ kbir f ’sitwazzjoni intollerabbli, u bint Daniel qattgħet kull Milied f ’dawn l-aħħar erba’ snin mingħajr missierha.
Daniel Holmes flimkien ma’ bintu
Kont ixxukkjata u ddispjaċuta bir-reazzjoni tal-Kunsill
Kate Holmes tappella biex din il-kontroversja ma tiddevjax l-attenzjoni millkaż sfortunat ta’ binha F’kummenti li tat lil din ilgazzetta lbieraħ filgħodu, Kate Holmes, li tgħix l-Ingilterra, qalet li Frenċ ma tantx huwa magħruf barra minn Malta, u l-informazzjoni dwaru waslet għandha minn ħbieb Maltin. Saħqet li hija kienet taħt l-impressjoni li kien fatt magħruf li Frenċ kien juża l-kannabis biex
KATE HOLMES ifejjaq lin-nies, u għalhekk talbet apoloġija ġaladarba dan mhuwiex il-każ. Sostniet li kienet ixxukkjata u ddispjaċuta bir-reazzjoni tal-Kunsill, u tittama li din il-kontroversja ma tiddevjax l-attenzjoni minn fuq il-każ ta’ binha Daniel Holmes, li diġà skonta ħames snin ħabs millgħaxra li kien ikkundannat għalihom. Fl-ittra li bagħtet lill-midja iktar kmieni din il-ġimgħa, Kate Holmes qalet li hija diffiċli għalihom li jibqgħu
jaraw lil binhom fil-ħabs meta ma għamel ħsara lil ħadd, u meta l-perċezzjoni fil-konfront tal-kannabis u l-utenti tad-droga qed tinbidel. Hija spjegat li binha diġà skonta sena ħabs għal reat li ma nstabx ħati għalih, u għalhekk qed jitolbu li din is-sena tingħadd bħala parti mill-għaxar snin li kien ikkundannat għalihom. Sostniet li din is-sentenza kienet ikkastigat lill-familja kollha, fejn hi u missier Daniel kellhom iħallsu l-ispejjeż
Intant, iktar tard ilbieraħ, il-Kunsill Lokali talGħarb ħareġ stqarrija fejn issimpatizza ma’ Kate Homes u implika li ma kienx se jieħu passi legali fil-konfront tagħha, peress li iktar kmieni din għamlet apoloġija filmidja. Madankollu, il-Kunsill reġa’ sostna li kellu dritt jieħu tali azzjoni f ’każijiet bħal dawn: “Il-Kunsill kien u għadu jħoss li huwa għandu jipproteġi dak li jappartieni lil-lokalità inġenerali, u għalhekk huwa ma setax jibqa’ sieket meta kkonfrontat b’allegazzjonijiet simili.” Huwa dibattibbli kemm Frenċ, li miet fl-1967, jista’ jitqies li “jappartieni lill-lokalità”. Lil hinn millfatt li l-ebda bniedem ma jista’ jkun proprjetà ta’ ħaddieħor, Frenċ ma jistax jingħad li kien figura pubblika, għalkemm kien magħruf sew fil-Gżejjer Maltin, għax ix-xogħol li kien jagħmel fil-qasam talfejqan fiżiku u spiritwali kien jagħmlu fil-kapaċità privata tiegħu. Azzjoni bħal dik talKunsill tal-Għarb setgħet possibbilment toħloq preċedent biex fondi pubbliċi jispiċċaw jintużaw biex jinfetħu każijiet fil-Qorti f ’isem persuni privati, anke jekk magħrufa jew assoċjati mal-lokalità.
04 10|01|2016
kullħadd.com
LOKALI
L-INIZJATTIVA TAL-LIVE-IN CARERS…
AKTAR MINN 300 PERSUNA WREW INTERESS GLEN FALZON glen@kullhadd.com
F’kummenti li tat lil din il-gazzetta, s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva Justyne Caruana sostniet li s’issa kien hemm interess qawwi f ’dan il-proġett pilota tant li, bejn interess għall-applikazzjonijiet u talbiet għall-informazzjoni, diġà kkonkorrew aktar minn 300 persuna. “Il-Gvern għandu pjan u qiegħed jimplimentah. IsSegretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva li mmexxi jien għaddej b’ħidma kontinwa biex ikompli jgħin lil aktar anzjani jgħixu fil-komunità, filwaqt li jintroduċi numru ta’ inizjattivi u servizzi ġodda għall-anzjani biex jgħinhom jibqgħu fil-komunità,” sostniet is-Segretarju Parlamentari Caruana. Dan il-proġett huwa wieħed li ġie mħabbar fil-baġit u li għalih ġiet ivvutata s-somma ta’ miljun ewro. “Din is-sena se nkunu qegħdin nużawha tajjeb biex nistudjaw dan ilproġett u naraw kif nistgħu nsaħħuh u ntejbuh għażżmien li ġej u nestenduh biex nolqtu iżjed nies li għandhom bżonnu,” sostniet is-Segretarju Parlamentari Caruana. Kundizzjonijiet tajba “Tajjeb li ngħidu li aħna rridu
Tnaqqis stennija
servizz ta’ kwalità u għalhekk, filwaqt li qed inħallu f ’idejn l-applikant biex jagħżel ilcarer hu, qed nenfasizzaw fuq il-kwalità tas-servizz permezz ta’ carers ikkwalifikati u flistess ħin qed nassiguraw li l-kundizzjonijiet talimpjiegi tal-carers ikunu skont kundizzjonijiet kompatibbli mad-drittijiet tal-ħaddiema,” fissret is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva. Hija żiedet tgħid li għaddej
ukoll xogħol fuq inizjattivi oħra għall-anzjani filkomunità. Estendejna diversi servizzi f ’Għawdex, fosthom is-servizz ta’ respite, is-servizz residenzjali għall-anzjani, is-servizz ta’ night shelter u s-servizz ta’ kiri ta’ apparat. “Minn hawn u ftit ieħor se nkunu qegħdin inniedu s-servizz ta’ ċentru ta’ matul il-jum fix-Xewkija bi programm adattat għall-anzjani li jattendu u rġajna ftaħna l-formoli għall-programm
beActive għall-anzjani Għawdxin, li għall-proġett pilota kellna konkorrenza ta’ aktar minn 200 persuna jattendu regolari,” affermat is-Segretarju Parlamentari Caruana. Qalet ukoll li bħalissa wkoll il-Gvern qed jevalwa servizzi oħra eżistenti u qed jesplora l-possibbiltà li, minflok il-Gvern jagħti s-servizz permezz tal-ħaddiema tiegħu, il-benefiċċjarji jagħżlu l-ħaddiema huma u l-Gvern jagħti ħlas jew kumpens. Dan ukoll sabiex nimxu aktar lejn servizzi aktar personalizzati. Servizz ġdid L-għan tal-Gvern permezz tal-ħidma tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva huwa li jgħin lil aktar anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità permezz ta’ servizzi mogħtija filkomunità. Permezz ta’ dan il-proġett il-Gvern qiegħed jintroduċi servizz ġdid għal dawk l-anzjani li jixtiequ jibqgħu fil-kumdità ta’ darhom filwaqt li jkollhom servizz ta’ live-in carer kwalifikat fil-kura tal-anzjani. Il-Gvern ħaseb f ’dan isservizz ġdid għax huwa wkoll servizz li jirrispetta x-xewqat tal-anzjani tagħna. Għal dan il-proġett pilota l-Gvern qiegħed jivvota ammont ta’ miljun ewro għal din is-sena biex dan il-proġett jiġi studjat u estiż kif jinħtieġ.
fil-lista
ta’
Għalkemm dawk li preżentament jistgħu jibbenefikaw minnu huma persuni li kienu fuq il-lista ta’ stennija sad-data tad-diskors tal-bagit, l-għan ta’ dan ilproġett pilota mhuwiex li jnaqqas il-lista ta’ stennija fid-djar tal-anzjani, anzi l-applikazzjoni għad-dar talanzjani tinżamm pendenti minħabba l-fatt li jista’ jagħti lok li l-kundizzjoni talapplikant tmur għall-agħar u jkun hemm bżonn li tiġi ammessa f ’xi dar tal-anzjani jew fil-faċilità ta’ San Vinċenz de Paul. Madankollu, mill-bidu tassena l-oħra ’l hawn, il-lista ta’ stennija għas-servizzi residenzjali tal-anzjani naqset minn 2,200 għal 1,399. Dan frott il-miżuri li qiegħed jieħu dan il-Gvern fil-proċess biex anzjani jiddaħħlu fid-djar tal-anzjani. Illum il-ġurnata, meta wieħed japplika biex juża servizzi residenzjali għall-anzjani, jiġi riferut għal assesement li jsir mill-professjonisti u minn tim multidixxiplinarju, Għalhekk, persuni fil-lista ta’ stennija jingħataw prijorità skont il-qagħda medika u soċjali tagħhom. Ħlas sa massimu ta’ nofs il-paga minima F’dan il-proġett pilota l-Gvern se jkun qiegħed iħallas sa massimu ta’ nofs il-paga minima ta’ live-in carer full time jew inkella prorata skont l-ammont ta’ sigħat fuq bażi part-time u l-kuntratt talimpjieg. Fil-formola, li hija aċċessibli minn fuq www. activeageing.gov.mt, wieħed irid jipprovdi wkoll kopja tal-kuntratt u tal-kwalifiki indikati fil-formola talapplikazzjoni. Il-Gvern se jkun qiegħed jaċċerta wkoll li l-kundizzjonijiet tal-impjieg ma jkunux ta’ prekarjat. Dan il-proġett huwa konformi wkoll malistrateġija għall-anzjanità attiva adottata minn dan il-Gvern, liema strateġija tiffoka wkoll fuq it-tisħiħ tas-servizzi fil-komunità. Il-Gvern għaddej b’xogħol biex isaħħaħ servizzi oħra. Fil-fatt, ħadem fuq żewġ tenders: wieħed għas-servizz tal-Meals on Wheels u ieħor għas-servizz tal-Homehelp, sabiex jindirizza l-problema ta’ lista twila ta’ stennija li kien hemm.
LOKALI
kullħadd.com
10|01|2016 05
FAMILJI F’SITWAZZJONIJIET VARJI SE JIGGWADANJAW ELUF TA’ EWRO Permezz tal-miżuri tal-aħħar baġit li daħlu fis-seħħ minn Jannar, eluf ta’ familji din is-sena se jiggwadanjaw iktar mill-2015. Jekk jibbenefikaw ukoll għall-ewwel darba minn miżuri oħra li ddaħħlu matul din l-amministrazzjoni, eluf ta’ familji se jkunu qegħdin jiggwadanjaw eluf ta’ Ewro. Mit-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul se jgawdu 117,000 persuna, b’medja ta’ roħs ta’ madwar €100. Mill-miżura taż-żieda fil-pensjonijiet se jgawdu 12,000 pensjonant. Bħala medja, il-pensjonanti li huma romol se jieħdu żieda ta’ madwar €450, filwaqt li l-miżżewġin se jieħdu żieda ta’ madwar €216. Miż-żieda fl-in-work benefit se jgawdu 3,700 familja, b’ammont li jitla’ sa €150. Bħala medja c-childcare b’xejn jiswa madwar €5,000 fis-sena għal kull wild. F’dan is-servizz nagħtu ħarsa lejn familji tipiċi li jinsabu f ’sitwazzjonijiet varji, u kemm dawn se jibqgħalhom iktar flus fil-but fi tmiem din is-sena meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.
George u Rita
PENSJONI MASSIMA + €91 PENSJONI MINIMA +€416 TNAQQIS TAXXA +€76.4
Joseph u Maria
FOND GĦAL PENSJONI +€600 TNAQQIS TAXXA +€59.50
PAGA TA’ LIVE-IN CARER + €4,368.26
VALUR TA’ CHILDCARE + €5,000
ROĦS FIL- FJUWIL +€9.60 (20L F’XAHAR)
ROĦS FIL- FJUWIL +€38.40 (80L F’XAHAR) SIGURTÀ SOĊJALI - €9
TOTAL TA’ +€4,961.26 George u Rita huma pensjonanti; George b’pensjoni għolja ta’ €12,369.2 u Rita b’pensjoni baxxa ta’ €6,864. Għall-ewwel darba minn meta rtiraw, din is-sena raw żieda reali fil-pensjoni apparti l-COLA. Minn din is-sena l-pensjoni ta’ Rita se titla’ b’€416, u dik ta’ George se titla’ b’€91. Bit-tibdil fir-rati tat-taxxa, George se jħallas ukoll €76.4 inqas. Iddeċidew li jibqgħu jgħixu f ’darhom u jimpjegaw livein carer, u b’hekk se jingħataw allowance ugwali għal nofs il-paga minima tal-carer. B’hekk George u Rita, fi tmiem din is-sena, se jkunu marru minn fuq b’madwar €4,960 meta mqabbla mas-sena 2015. Irid jingħad ukoll li, f ’każ li George jiġi nieqes, Rita tkun protetta ferm iktar għax se tibda tirċievi l-pensjoni sħiħa tarraġel tagħha, u mhux biss il-pensjoni tar-romol.
Chris u John
SALARJU (COLA) + €182
SALARJU (COLA) + €182 FOND GĦAL PENSJONI +€600 ROĦS FIL- FJUWIL +€38.40 (80L F’XAHAR) TAXXA TAD-DĦUL RATI SINGLE - €45.50
TOTAL TA’ +€774.90 Chris u John huma koppja li għandhom paga ogħla mill-medja; fl-2015 Chris kien jaqla’ €33,211 filwaqt li John kien jaqla’ €30,211. Dan l-aħħar baġit żidilhom il-qligħ tagħhom permezz tal-COLA b’ €182, u ibbenefikaw ukoll minn roħs fil-fjuwil. Iddeċidew li jinvestu f ’pensjoni privata, u b’hekk ibbenefikaw ukoll minn roħs fit-taxxa għal dawk li jinvestu f ’pensjoni privata. Għalhekk dawn ibbenefikaw minn €300 kull wieħed. Mir-roħs fil-fjuwil, li minnu jikkonsmaw total ta’ madwar 80 litru kull xahar, se jiffrankaw €38.40. Din is-sena se jħallsu biss iktar taxxa fuq rati single, b’total ta’ €45.50. B’hekk, Chris u John fi tmiem din is-sena se tkun marru minn fuq b’madwar €775 meta mqabbla mas-sena 2015.
TOTAL TA’ +€5,870.90 Joseph u Maria jaħdmu t-tnejn; fl-2015 Joseph kien jaqla’ €35,211 fis-sena, u Maria €18,211. Għandhom tifel li se jibda jmur iċ-childcare b’xejn b’valur ta’ madwar €5,000. Joseph għażel ukoll li jiftaħ pensjoni privata għal martu, u hekk se jiffrankaw €300 f ’taxxa tad-dħul kull wieħed. Barra minn dawn l-inċentivi, Joseph u Maria se jgawdu wkoll mill-COLA u mir-roħs fil-fjuwil, li minnu jikkonsmaw total ta’ 80 litru f ’xahar. Maria se tgawdi wkoll minn tnaqqis fir-rati tat-taxxa tad-dħul għal dawk bi qligħ baxx jew medju. Żdied biss il-ħlas tassigurtà soċjali b’€9. B’hekk Joseph u Maria fi tmiem din is-sena se jkunu marru minn fuq b’madwar €5,870 meta mqabbla mas-sena 2015.
Sharon
SALARJU + €8,736 IN-WORK BENEFIT +€1,200 VALUR TA’ CHILDCARE + €5,000 ROĦS FIL- FJUWIL +€24.40 (40L F’XAHAR) BENEFIĊĊJI TA’ ĠENITUR SINGLE - €1,377 SIGURTÀ SOĊJALI - €873.60
TOTAL TA’ +€12,709.80 Sharon hija omm single. Qabel kienet tgħix bil-benefiċċju tas-single parents, għax ma kienx jaqblilha toħroġ taħdem. Bil-paga minima din kienet iddaħħal €8,736, tħallas €873 bolla, €5,000 f ’childcare, u titlef il-benefiċċju ta’ €3,934. Taħt gvern preċedenti kien ikollha tħallas ukoll €88 f ’taxxa. Għalhekk, jekk toħroġ taħdem, din kienet se tmur minn fuq biss b’madwar €276. Bir-riformi attwali, Sharon issa jaqblilha toħroġ taħdem. Għall-ewwel tliet snin il-Gvern se jagħtiha ammont imnaqqas ta’ benefiċċju ta’ single parent, childcare b’xejn, l-in-work benefit li huwa ogħla mill-bolla li tħallas, u neħħielha t-taxxa tad-dħul. B’hekk, Sharon, fi tmiem din is-sena se tkun marret minn fuq b’madwar €12,709 meta mqabbla mas-sena 2015.
06 10|01|2016
kullħadd.com
LOKALI
ĊERTIFIKAT IEĦOR POŻITTIV TA’ S&P Nhar il-Ġimgħa li għadda l-aġenzija internazzjonali Standard & Poor’s ikkonfermat il-klassifikazzjoni BBB+/A-2 ta’ Malta filwaqt li sostniet li l-prospetti jibqgħu pożittivi, tant li hemm ċans tajjeb li r-rating jiġi mtejjeb fixxhur li ġejjin. Skont l-esperti ta’ din l-aġenzija, fis-snin li ġejjin ittkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna se jibqa’ jkun aqwa minn dawk ta’ pajjiżi oħra fiż-Żona Ewro. Dan minħabba l-investiment qawwi fil-qasam tal-enerġija kif ukoll minħabba żieda filkonsum privat dovut għal tkabbir fil-pagi. L-analisti ta’ Standard & Poor’s faħħru l-fatt li pajjiżna kellu żieda ferm qawwija fir-rata ta’ impjiegi, speċjalment fost innisa. Pass ’il quddiem Fir-rapport tagħhom, Standard & Poor’s bassru li l-ġid nazzjonali se jiżdied bi 3.2% fl-2016, rata ogħla minn dik osservata taħt amministrazzjoni preċedenti. Barra minn hekk, l-investiment mistenni jkun 20% tal-ġid nazzjonali, sostanzjalment ogħla mis-17.8% li kellna
fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista. L-esportazzjoni mistennija tiżdied bi 3.1% din is-sena, l-inflazzjoni se tibqa’ anqas minn nofs dik osservata matul l-aħħar leġiżlatura, filwaqt li r-rata tal-qgħad mistennija tkompli tonqos għal 5.5% sal2017. Pajjiżna mistenni jżid ilbilanċ pożittiv fil-pagamenti internazzjonali, filwaqt li
d-dejn nazzjonali mistenni jonqos għal 62% tal-ġid nazzjonali sa tmiem din illeġiżlatura. Dan minħabba li pajjiżna mistenni jkompli jnaqqas id-defiċit fiskali, filwaqt li hemm ukoll impatt pożittiv ta’ tkabbir ekonomiku qawwi. Il-PN imgiddeb Fi stqarrija maħruġa mill-
Gvern huwa sostna li l-analiżi tal-esperti ta’ Standard & Poor’s tmur għal kollox kontra l-analiżi tal-Oppożizzjoni. Filwaqt li l-Kap talOppożizzjoni jbassar bailout finanzjarju għal pajjiżna, Standard & Poor’s qed ibassru l-anqas piż ta’ dejn pubbliku f ’diversi snin. Il-Gvern sostna wkoll li filwaqt li l-Oppożizzjoni tisħaq li hawn għafsa fil-pagi,
Standard & Poor’s jgħidu li hawn żidiet li qed iwasslu għal tkabbir ekonomiku ogħla minn ta’ pajjiżi oħra. Għaldaqstant, minkejja li l-Kap tal-Oppożizzjoni jsostni li l-investiment fl-enerġija m’hawnx bżonnu, l-esperti internazzjonali jsostnu li “these investments will not only reduce Malta’s import bill, but will also improve the business environment in Malta”. Fl-istess stqarrija r-rapport kien deskritt bħala ċertifikat pożittiv ieħor għal pajjiżna millesperti ta’ Standard & Poor’s. Għaldaqstant qiegħed jitqies partikolarment inkoraġġanti li l-aġenzija internazzjonali għandha fiduċja li l-pjan talGvern, li jnaqqas id-dejn nazzjonali permezz tat-tkabbir ekonomiku, se jirnexxi. Tant li f ’anqas minn leġiżlatura sħiħa, il-Gvern se jkun naqqas lura ż-żieda kollha fil-piż taddejn nazzjonali li seħħet taħt l-amministrazzjoni preċedenti. “Huwa sforz ta’ dawn ir-riżultati li pajjiżna qed igawdi minn fiduċja kbira filkamp internazzjonali li qed issarraf f ’aktar investiment u aktar titjib fid-dħul talfamilji tagħna,” temmet tgħid l-istqarrija tal-Gvern.
IL-KNISJA MALTIJA TIDDISASSOĊJA RUĦHA Ilbieraħ il-Knisja Maltija waslet għall-konklużjoni li l-allegat dehriet, messaġġi u fenomeni mistiċi marbuta ma’ Anġelik Caruana u l-għolja ta’ Borġ in-Nadur f ’Birżebbuġa mhumiex ġejjin minn Alla u għalhekk m’għandhomx oriġini sopranaturali.
L-awtoritajiet ekkleżjastiċi waslu għal din il-konklużjoni wara stħarriġ dettaljat taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, liema stħarriġ ġie ordnat mill-Arċisqof Emeritu Monsinjur Pawlu Cremona. Matul dan l-istħarriġ ġew ikkonsultati diversi esperti f ’oqs-
ma differenti tax-xjenzi naturali u soċjali, tat-teoloġija spiritwali u Marjana. Ġew ikkunsidrati wkoll il-kriterji u n-normi tas-Santa Sede dwar id-dixxerniment ta’ allegati dehriet, u nstemgħu diversi xhieda, inkluż Anġelik Caruana nnifsu.
Ordnati biex ma jippromovux dawn l-allegati dehriet Id-deċizjoni tal-awtoritajiet ekkleżjastiċi tħabbret permezz ta’ digriet tal-Kurja ffirmat mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, wara li kkonsulta mal-Kulleġġ tal-Konsulturi tiegħu, u wara li ħa l-parir tal-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech. Id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lil Anġelik Caruana, kif ukoll lill-Kunsill Presbiterali li jinkludi rappreżentanti tas-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, waqt laqgħa li nżammet dalgħodu. L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħeġġeġ lill-ko-
munità Nisranija biex tippromovi devozzjoni vera, skont it-tagħlim uffiċjali tal-Knisja, u skont it-talb devozzjonali approvat mill-Knisja. Is-saċerdoti, ir-reliġjużi rġiel u nisa, il-katekisti u l-Insara kollha qed jiġu ordnati biex ma jippromovux, bl-ebda mod, l-imsemmija allegati dehriet, messaġġi u fenomeni mistiċi oħrajn marbuta ma’ dan il-każ. Il-membri tal-pubbliku li jixtiequ xi kjarifika dwar dan il-każ, u dwar id-deċizjoni tal-awtoritajiet ekkleżjastiċi, jistgħu jikkuntattjaw lil Dun Renè Camilleri, Vigarju Episkopali, waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju, fuq in-numru 2590 6238.
LOKALI
kullħadd.com
10|01|2016 07
L-INDUSTRIJI KULTURALI U KREATTIVI JIMPJEGAW ’IL FUQ MINN 10,000 PERSUNA GLEN FALZON glen@kullhadd.com
internazzjonalizzazzjoni biex ikompli jtejjeb il-kwalità talavvenimenti kulturali Maltin u b’hekk ikompli jsaħħaħ dan l-aspett ukoll.
Il-Gvern Laburista tela’ b’mandat ċar li l-qasam kulturali jagħtih l-importanza li jistħoqqlu, tant li ftit tażżmien ilu l-Gvern ħabbar investiment ta’ €52.2 miljun f ’dan il-qasam. Kien għalhekk li din il-gazzetta tkellmet maċChairman tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall fejn ingħatat ħarsa ħolistika lejn ir-rwol tal-Kunsill li dan imexxi kif ukoll il-kontribut li l-kultura għandha għall-pajjiż, fost oħrajn.
Riċentament, il-Gvern ħabbar li se jinvesti €52.2 miljun f ’dawn l-oqsma. X’inhi l-opinjoni tiegħek fuq dan? Tali investiment kien hawn bħalu qabel?
X’inhu r-rwol tal-Kunsill li inti ċ-chairman tiegħu? Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) huwa l-aġenzija nazzjonali għall-iżvilupp u l-investiment fis-setturi kulturali u kreattivi. Il-KMA jopera permezz ta’ tliet direttorati speċifiċi. Il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ strateġiji għas-settur jaqa’ taħt id-Direttorat talIstrateġija. Id-Direttorat huwa mibni fuq ħames punti fokali strateġiċi li jinkludu l-internazzjonalizzazzjoni u l-iżvilupp tan-negozju kif ukoll ir-riċerka, l-edukazzjoni u t-taħriġ u d-diversità u l-komunitajiet. Dan id-direttorat jiffoka wkoll fuq il-ġestjoni u l-iżvilupp ta’ portafoll ta’ finanzjament li attwalment jinkludi disa’ programmi ta’ finanzjament nazzjonali li jammontaw għal madwar €1.5 miljun. Hemm ukoll grupp ta’ brokerage li jgħin l-operaturi fis-setturi kulturali u kreattivi biex jimmassimizzaw ilpotenzjal tagħhom. L-għan hu l-ħolqien ta’ punt wieħed ta’ servizz għallkultura; ċentru ta’ servizzi għal dawk li jaħdmu fis-settur, karatterizzat prinċipalment minn mikrointrapriżi u operaturi individwali. Il-festivals jaqgħu taħt direttorat speċifiku għalihom. Dan għandu r-rwol li jiffoka fuq il-ġestjoni u l-iżvilupp tal-portafoll dwar il-festivals varji tal-Kunsill. B’tagħrif li jibda billi jiżgura li l-iżvilupp tal-festivals ikun imsejjes fuq is-sod u jasal sa kwistjonijiet bħall-iżvilupp tal-udjenza u l-parteċipazzjoni kulturali, dan id-direttorat għandu l-għan ukoll li joħloq sħubija ma’ festivals li diġà jeżistu bit-tir li, fl-aħħar mill-aħħar, iżid l-għadd ta’ festivals filkalendarju. It-tielet direttorat – Corporate Affairs – jipprovdi s-servizzi ta’ appoġġ kollha għal funzjonament effettiv u effiċjenti taż-żewġ direttorati distinti l-oħra u
Ritratt: JONATHAN BORG l-organizzazzjonijiet kulturali pubbliċi. X’kienu l-proġetti li dan ilKunsill iddeċieda fuqhom u beda jattwahom? L-2015 kienet l-ewwel sena fejn il-Kunsill Malti għall-Arti ħadem bis-sħiħ bħala entità bi tliet direttorati. Id-direttorat tal-istrateġija beda jopera filbidu tas-sena u mill-ewwel beda jaħdem biex jirristruttura u jniedi bosta programmi ta’ fondi pubbliċi, li issa bdew jaqgħu kollha taħt il-kappa talKunsill. Fil-fatt, qabel dawn kienu mxerrda taħt numru ta’ entitajiet separati. F’Mejju għaddiet millParlament il-liġi li waqqfet ilKunsill Malti għall-Arti bħala entità legali u mill-ewwel beda x-xogħol fuq it-tfassil tal-istrateġija tal-Kunsill għallħames snin li ġejjin, sensiela ta’ azzjonijiet ispirati millpolitika kulturali nazzjonali ta’ Malta, il-programm elettorali tal-Gvern, il-mandat legali u l-viżjoni u l-missjoni talKunsill. Tnieda wkoll proċess ta’ konsultazzjoni nazzjonali waqt forum kulturali li sar fil-Parlament f ’Settembru. Permezz ta’ dan, madwar 330 artist u creative practitioner qasmu l-viżjonijiet, l-ambizzjonijiet u l-ħolm tagħhom għal Malta kreattiva fis-sena 2020. L-istrateġija tal-Kunsill għassetturi kulturali u kreattivi sassena 2020 tnediet f ’Diċembru waqt konferenza nazzjonali fejn esperti internazzjonali u partijiet interessati ddiskutew il-prijoritajiet kif imfasslin flistrateġija. Fl-istess żmien kien għaddej ukoll ix-xogħol fuq il-festivals u, apparti mill-organizzazzjoni ta’ festivals nazzjonali bħallMalta Arts Festival u Notte Bianca, din is-sena saru wkoll żviluppi importanti matul ilpreparamenti għall-IFACCA,
is-summit dinji tal-arti li se jsir f ’Malta f ’Ottubru ta’ din is-sena. Din is-sena, ukoll, il-Kunsill assuma r-rwol tiegħu bħala mexxej talorganizzazzjonijiet kulturali pubbliċi, u b’hekk beda jfassal prijoritajiet u jara li s-settur kollu jaħdem biex jilħaq miri ċari u koerenti. X’inhuma l-pjani talKunsill għall-futur qrib u għat-tul? Il-Kunsill għadu kif nieda strateġija nazzjonali li fiha fassal il-prijoritajiet u l-pjanijiet tiegħu għall-ħames snin li ġejjin. Din l-istrateġija għandha l-għan li tqiegħed l-arti u l-kreattività fil-qalba tal-futur ta’ Malta. B’hekk se ninvestu fis-setturi kulturali u kreattivi biex niksbu livelli ogħla ta’ eċċellenza fl-iżvilupp tal-ekoloġija kreattiva ta’ Malta. Il-pjan ta’ azzjoni għas-setturi kulturali u kreattivi għassnin 2016 u 2020 jistabbilixxi ħames għanijiet li għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ 70 azzjoni u implimentati permezz ta’ disa’ għodod strateġiċi għal tliet gruppi identifikati. Fost l-azzjonijiet li se jittieħdu fil-ħames snin li ġejjin bħala parti minn din l-istrateġija hemm: mira ta’ €10 miljun f ’investiment fi programmi ta’ fondi u inizjattivi; il-ħolqien ta’ one-stop-shop fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti biex joffri appoġġ lill-artisti; sensiela ta’ sessjonijiet ta’ networking u programmi ta’ taħriġ bħala parti mis-serje ACMLab; il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja fl2017; programm li jħeġġeġ attività interġenerazzjonali; programm ġdid biex kull student fl-iskejjel sekondarji jesperjenza minimu ta’ produzzjoni artistika professjonali waħda; tnaqqis
fit-taxxa għal donazzjonijiet tal-arti; programm ġdid ta’ start-ups kreattivi u programm ta’ riċerka għal ħames snin biex jappoġġja politika bbażata fuq ir-riċerka. X’inhuma l-potenzjali ta’ din in-niċċa l-ġdida tant importanti għall-pajjiż kemm fejn jidħol it-turiżmu kif ukoll fejn jidħlu impjiegi u patrimonju tal-pajjiż? L-industriji kulturali u kreattivi jikkontribwixxu direttament madwar 5% tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-pajjiż u jimpjegaw ’il fuq minn 10,000 persuna. Huma fost l-aktar industriji dinamiċi tal-pajjiż u l-kontribut dirett tagħhom żdied f ’dawn l-aħħar snin. Skont The Economics of the Culture and Creative Industries in Malta – 2014 Update, f ’dawn l-aħħar għaxar snin l-industrija rreġistrat rata ta’ tkabbir annwali ta’ aktar minn 6% fis-sena. Dan huwa aktar mill-medja talekonomija. Il-professjonalizzazzjoni tas-settur hija waħda millħames miri tal-istrateġija talKunsill. B’hekk, fil-ħames snin li ġejjin, dan is-settur se jkompli jissaħħaħ permezz ta’ numru ta’ azzjonijiet li se jittieħdu f ’dan il-qasam. Dawn jinkludu kollaborazzjoni mal-Malta Enterprise biex jitnaqqsu l-lakuni fl-oqsma tal-aċċess għall-finanzi, ilħiliet u l-inċentivi u programm komprensiv tal-politika talclusters. Il-festivals nazzjonali wkoll jiġbdu numru ta’ turisti lejn gżiritna permezz tatturiżmu kulturali. Festivals bħall-Baroque Festival, ilMalta Arts Festival u l-Jazz Festival għandhom element internazzjonali qawwi. Bħala parti mill-istrateġija tiegħu, il-Kunsill qiegħed jaħdem bis-sħiħ fuq l-aspett tal-
Fl-2016 se jiġu investiti €52.2 miljun fis-setturi kulturali u kreattivi, li tfisser żieda ta’ 39% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Din hija l-ewwel darba li l-kultura se jkollha aktar minn 1% tal-baġit talGvern. Dan ifisser li l-Gvern se jinvesti €122 fil-kultura għal kull persuna fil-pajjiż, €35 aktar mill-2015 u €48 aktar mill-2014. Din hija indikazzjoni ċara li teżisti rieda politika b’saħħitha biex is-settur kulturali tal-pajjiż jiġi sostnut b’mod sostenibbli u jitqies bħala qasam ewlieni li fih il-Gvern jinvesti bilqawwi għax jemmen li dan l-investiment se jirrendi biex jiżdiedu l-impjiegi fis-settur, jitkattar il-kontribut ta’ dan s-settur lis-settur turistiku ħalli jiġi xprunat b’iżjed aggressività l-proġett talbejgħ ta’ Malta fuq is-suq turistiku internazzjonali bħala destinazzjoni ewlenija kulturali Ewropea – inizjattivi politiċi li qed jiġu implimentati b’modi kreattivi u innovattivi millKunsill u l-organizzazzjonijiet kulturali pubbliċi fi ħdan ilMinisteru tal-Kultura. Fl-aħħar nett, taħseb li llum il-ġurnata l-Maltin qed japprezzaw aktar l-arti u l-kultura? X’jista’ jsir biex dawn l-oqsma jkomplu jitjiebu? Skont l-Ewrobarometru tal2013, l-attendenza f ’siti jew avvenimenti kulturali f ’Malta kienet qrib il-medja tal-Unjoni Ewropea. Skont l-istess riċerka kien hemm żieda sostanzjali b’mod ġenerali f ’attendenzi u parteċipazzjoni f ’avvenimenti kulturali meta mqabbel mal-istess figuri tal2007. B’mod partikolari kien hemm żieda fin-numru ta’ nies li żaru mużew jew wirja tal-arti – minn 34% għal 37%, kif ukoll fost dawk li qraw kotba – minn 45% għal 55%. Iktar minn hekk, waħda mill-miri tal-istrateġija hija li toħloq aktar opportunitajiet biex in-nies jinvolvu ruħhom fil-ħajja kreattiva. B’hekk l-għan tal-istrateġija mhuwiex biss li tolqot is-settur iżda anke li, fl-aħħar mill-aħħar, tmiss il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin permezz ta’ arti li tirrappreżentahom aħjar.
08 10|01|2016
kullħadd.com
LOKALI
TNAQQIS FIL-LISTA TA’ STENNIJA GĦAS-SERVIZZI RESIDENZJALI TAL-ANZJANI
Is-sistemi li daħħal dan ilGvern biex anzjani jiġu ammessi fi djar tal-anzjani qegħdin ikomplu juru l-frott. Dan kien żvelat mis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva illi fi stqarrija spjega wkoll li mill-aħħar rapporti li waslu jirriżulta li l-lista ta’ stennija għas-servizzi residenzjali tal-anzjani reġgħet kompliet nieżla. Fil-fatt, il-lista ta’ stennija salaħħar ta’ Diċembru 2015 kienet ta’ 1390 applikant, ikkumparat mal-ammont tal-aħħar ta’ Diċembru 2014 meta n-numru kien ta’ 2,200 persuna. Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ħabbret li issa li l-Gvern wasal għal dawn ir-riżultati, ġie ffissat żmien massimu ta’ kemm wieħed għandu jistenna sabiex isirlu l-assessment minn tim multidixxiplinarju, biex jingħata prijorità għas-servizzi residenzjali għall-anzjani.
Fil-fatt, mil-lum ’il quddiem, applikanti ġodda ser isirilhom l-assessment f ’inqas minn xahrejn minn mindu japplikaw. Hija qalet ukoll li d-Dipartiment għall-Anzjani uKura filKomunità jibgħat konferma li rċieva l-applikazzjoni fi żmien jumejn, fejn ukoll jiġi indikat li l-assessment ser isir fi żmien xahrejn. Is-Segretarju Parlamentari nnutat b’sodisfazzjon l-interess li rċieva kemm is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabblità u Anzjanità Attiva, kif ukoll idDipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità dwar ilproġett pilota tal-Live In Carer għal dawk l-anzjani li sat-12 t’Ottubru kienu jinsabu fuq illista ta’ stennija għas-servizzi residenzjali. Hija ħabbret ukoll kif bħalissa għaddej eżerċizzju biex servizzi eżistenti jiġu mtejba biex jindirizzaw kemm id-domanda kif ukoll biex ikunu aħjar.
KAMPANJA EDUKATTIVA DWAR L-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART LEJN TMIEM L-EWWEL KWART TAL-2016 F’laqgħa li kellu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat din il-ġimgħa mal-membri tal-istakeholders group fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart, huwa ħabbar li l-kampanja edukattiva dwar l-immaniġġjar tal-iskart mistennija tiġi mnedija lejn tmiem l-ewwel kwart tas-sena. Il-Ministru Brincat ħabbar ukoll li bħalissa għaddej proċess li permezz tiegħu qed tissaħħaħ it-taqsima tal-infurzar fil-qasam tal-iskart fi ħdan
id-Direttorat tal-Ambjent, sabiex la titwaqqaf l-Awtorità l-ġdida tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), din tkun atrezzata ferm aħjar milli hi llum f ’qasam ferm vitali għal dak tal-iskart – l-infurzar. F’din il-laqgħa, li għaliha kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo, dawk preżenti ġew mistiedna u għamlu għadd ta’ suġġerimenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Baġit 2016 dwar il-qasam tal-iskart.
Il-PRIM MINISTRU PREŻENTAT BI KTIEB Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ippreżentat bil-ktieb GĦAMLU ISEM mill-awtur Joe Julian Farrugia fil-Berġa ta’ Kastilja. Dan il-ktieb fih 40 bijografija ta’ personaġġi Maltin u Għawdxin u ġie ppubblikat minn Klabb Kotba Maltin. Fih il-ħajja ta’ nies li lkoll għandhom storja warajhom u li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja. Dawn huma Josie Coppini, Tony Nicholl, Sammy Bartolo, Emvin Cremona, Anton Buttigieg, il-Maġġur Anthony Aquilina, Oscar Lucas, Vitorin Galea, Ġużè Aquilina, Effie Ciantar, Mikiel Pace Crist van Bern, Patri Marjanu Vella, Carmen Carbonaro, Charles Flask, Mikiel Abela il-Bambinu, Karmenu Vassallo, Evan Ciantar, Tommy Hedley, Turu Lentini, Charles Clews, Herbert Ganado, Biċe Bisazza, Wenzu Schembri it-Tobi, John B. Cassar, Andrew P. Vella, Anthony Tahir, Marco Montebello, Oreste Kirkop, Charles Cutajar il-Big Boy, Anthony Zarb il-Walker, Mary Ripard, Victor
Apap, Carmelo Kaneni Cauchi, Mario Ellul, Francis Ebejer, Bernard Scerri, Guzeppi Caruana, Mary Meylak, Carmelo Zammit u Vince Laus. Il-Prim Ministru nnota li minbarra diversi personalitajiet li jaf bihom kulħadd, il-ktieb fih ukoll il-ħajja ta’ oħrajn li forsi huma inqas popolari. Dan jagħmel ilktieb aktar interessanti li wieħed jaqrah għax l-istorja tan-nies hija dejjem parti mill-istorja talpajjiż. F’dawn il-bijografiji, minbarra d-dettalji ta’ kull personaġġ fil-qasam li għalih magħruf, hemm ukoll dettalji dwar il-ħajja personali biex toħroġ l-umanità ta’ kull persuna. Il-bijografiji li jikteb Joe Julian Farrugia kienu bdew jiġu ppubblikati f ’ġurnal lokali madwar tnax-il sena ilu u bħalissa qegħdin jixxandru fuq ir-radju. Fuq talba ġenerali ġew ippubblikati 40 minnhom f ’dan il-ktieb. Kif jgħid Profs. Oliver Friggieri fid-daħla tal-ktieb, GĦAMLU ISEM huwa utli ħafna għall-istudenti, speċjalment għall-proġetti fl-iskejjel.
LOKALI
kullħadd.com
10|01|2016 09
ŻJARA STORIKA IMTAPPNA MILL-KUMMENTI TAL-PN Ilbieraħ filgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat ħalla Malta għal żjarat fis-Serbja u l-Montenegro fejn kellu taħditiet uffiċjali mal-Prim Ministru Serb Aleksandar Vučić. Aktar tard illum huwa se jsegwi wkoll lit-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo fl-ewwel logħba tiegħu kontra Franza f ’dik li hija l-ewwel parteċipazzjoni storika ta’ pajjiżna fil-Finali tal-Kampjonati Ewropej. Fil-Montenegro, fost illaqgħat ppjanati f ’din iż-żjara hemm dik mal-President talpajjiż Filip Vujanović u taħditiet uffiċjali mal-Prim Ministru Milo Đukanović. Huwa mistenni jiġi ffirmat ftehim ta’ koperazzjoni ekonomika u teknika bejn iż-żewġ pajjiżi. Fil-Montenegro, il-Prim Ministru se jżur ukoll is-sit fejn se jsir il-proġett kummerċjali ġdid ta’ windfarm li qed tinvesti fih l-Enemalta flimkien massħab tagħha Shanghai Electric Power bil-għan li ssir operatur reġjonali fil-qasam tal-enerġija. Jakkumpanja lill-Prim Ministru f ’dawn iż-żjarat hemm il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi. Informazzjoni skorretta Minkejja l-importanza ta’ din iż-żjara, l-Oppożizzjoni reġgħet għażlet li tkun negattiva. Dan ħareġ ċar minn stqarrija maħruġa mill-Gvern illi ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li lejliet il-bidu tal-parteċi-
pazzjoni storika għat-tim Malti fil-Finali tal-Kampjonat Ewropej tal-Waterpolo, sors ta’ kburija u għaqda nazzjonali, l-Oppożizzjoni għażlet li tirrikorri għal aktar politika negattiva u partiġjana. “Minflok messaġġ li jgħaqqad, l-Oppożizzjoni iddeċidiet li toħroġ bi skorretezzi assoluti biex tipprova tifred anke fuq l-isport. Bl-istqarrija tagħhom, il-kelliema Nazz-
jonalisti ppruvaw imeru dak li huwa diġà pubblikament magħruf. Malli t-tim nazzjonali Malti kkwalifika għall-fażi finali f ’Belgrade, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, fuq direzzjoni tal-Prim Ministru, beda diskussjonijiet mal-uffiċjali tal-Aquatic Sports Association (ASA) immexxija mill-President Joe Caruana Curran biex it-tim Malti jkun ippreparat bl-aħjar mod pos-
sibbli,” innota l-Gvern. Il-Gvern spjega wkoll li huwa wasal biex jilqa’ t-talbiet kollha tal-ASA, inkluż dwar assistenza b’rabta mattelf ta’ xogħol tal-plejers nazzjonali, b’għajnuna li waslet mill-Fond tal-Kawżi Ġusti, mill-Awtorità Maltija għatTuriżmu u minn SportMalta. Dan il-fatt ġie wkoll rikonoxxut mill-President tal-ASA li rringrazzja pubblikament
lill-Gvern għall-appoġġ kontinwu li sabet l-assoċjazzjoni. Fl-istess reazzjoni, il-Gvern sostna illi l-Oppożizzjoni m’hijiex infurmata lanqas dwar is-sehem li se jagħti l-istazzjon nazzjonali f ’dan l-avveniment storiku u għażlet li titkellem kmieni b’mod miżinfurmat. Il-Gvern temm l-istqarrija billi awgura l-isbaħ xewqat lit-tim nazzjonali tal-waterpolo.
OPPORTUNITÀ UNIKA GĦALL-ISTAKEHOLDERS Fi stqarrija l-Gvern ilbieraħ irreaġixxa għad-deċiżjoni ta’ wħud mill-għaqdiet ambjentali li ma għażlu li ma jweġbux għall-istedina li jkunu rappreżentati fuq il-Bord talAzzjoni dwar il-Klima. Il-Gvern tenna li l-avviz legali li saret referenza għalih hu biss abbozz li dwaru kien hemm proċess ta’ konsultazzjoni u li dwaru kienu diġà ippjanati konsultazzjonijiet oħra fil-jiem
li ġejjin. Il-Gvern diġà irribatta l-argumenti li saru lbieraħ fi stqarrija li kien ħareġ fit22 ta’ Diċembru li għadda u sostna li dawn l-emendi għandhom l-għan li jsaħħu u mhux idgħajfu r-regolamenti u l-infurzar dwar ilkonservazzjoni tal-għasafar. “Filwaqt li l-Gvern jemmen li din hi opportunità unika biex l-għaqdiet ambjentali
jgħassu l-isforzi ta’ pajjiżna u joffru suġġerimenti prattiċi lill-Gvern fit-twettiq talpolitika tiegħu dwar il-klima, il-Gvern jibqa’ miftuħ bħal dejjem għall-diskussjonijiet mal-istakeholders kollha. L-istess għamel u se jkompli jagħmel dwar l-istedina għallparteċipazzjoni tagħhom fuq il-Bord tal-Azzjoni dwar il-Klima,” temmet tgħid l-istqarrija.
10 10|01|2016
kullħadd.com
GVERN LABURISTA GVERN LI JAĦDEM
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 4 ta’ Jannar Minbarra fl-Isptar Mater Dei, is-servizz tal-cardiac CT (test fuq l-arterji tal-qalb) beda jingħata wkoll fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
Emanuel Cuschieri
1. Matul l-2015 Gvern Laburista neħħa mill-prekarjat lill-ħaddiema tas-settur tas-saħħa kollha, issa se tkompli l-ġlieda kontra l-prekarjat f ’oqsma oħra.
5 ta’ Jannar
2. Sar tisbiħ f ’Kennedy Grove. 3. Ġie deċiż li tibda tiġi imposta multa ta’ aktar minnn €1000 lis-sidien ta’ stabbilimenti għal kull persuna taħt l-età li jdaħħlu fl-istabbilimenti tagħhom.
Il-Fond Monetarju Internazzjonali rraporta li l-ekonomija ta’ Malta sejra tajjeb ħafna
4. Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru, 85% tal-Maltin qalu li l-ekonomija Maltija sejra tajjeb. 5. Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru, 86% tal-Maltin qalu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom hija tajba. 6. Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru, 60% tal-Maltin qalu li l-affarijiet f ’Malta sejrin fid-direzzjoni t-tajba. 7. Sal-aħħar ta’ Novembru tas-sena li għaddiet, it-turisti f ’Malta nefqu €130 miljun aktar mis-sena ta’ qabel.
6 ta’ Jannar
Ġie deċiż li toħroġ pensjoni tad-diżabbiltà għal dawk il-persuni li jkollhom sieq jew id nieqsa
8. Fit-tielet kwart tal-2015, ġiet reġistrata żieda ta’ 2.8% fl-impjiegi ġodda f ’Malta. 9. Is-sit tal-Magħtab se jiġi kopert b’eluf ta’ siġar.
7 ta’ Jannar
10. Il-lista ta’ stennija għall-operazzjonijiet tal-katarretti taħt Gvern Laburista naqset b’60%. 11. Il-President tar-Repubblika Marie-Louise Coleiro Preca rrikonoxxiet il-ħidma li wettaq Gvern Laburista matul is-sena li għaddiet għal tkabbir ekonomiku u inizjattivi biex tiġi indirizzata l-problema tal-faqar fost it-tfal u l-pensjonanti. 12. F’Għawdex it-tkabbir ekonomiku s-sena li għaddiet żdied b’erba’ darbiet meta mqabbel mal-aħħar sena ta’ Gvern tal-PN; minn 1.8% fl-2012 għal 8.1% fl-2014. 13. Fl-ewwel sentejn ta’ Gvern Laburista l-impjiegi f ’Għawdex żdiedu b’774. 14. Meta pparagunat mas-sena li għaddiet, f ’Għawdex fil-perjodu tal-Miled ġiet reġistrata żieda ta’ aktar minn 81% fin-numru ta’ passiġġieri li telgħu Għawdex, u żieda ta’ 65% fl-ammont ta’ karozzi li qasmu bejn iż-żewġ gżejjer. 15. Reġgħu raħsu l-prezzijiet tal-petrol u d-diżil. Fl-aħħar sentejn u nofs ta’ Gvern Laburista l-petrol diġà raħas disa’ darbiet u d-diżil raħas tmien darbiet. 16. Għall-ewwel darba f ’pajjizna se tkun qed tingieb magna specjali tal-X-ray magħrufa bħala Biplanar Angio. 17. Makkinarju ieħor li se jinxtara huwa t-3D Electro Physiology Mapping; makkinarju li se jkun qed jistudja l-elettriku tal-qalb bl-għan prinċipali jkun li tiġi kontrollata l-irregolarità tal-polz. 18. Se jinxtara wkoll CT scanner ġdid li mistenni joffri testijiet talqalb mingħajr ma jidħlu pajpijiet fil-qalb tal-persuna 19. Aktar apparat mediku ġdid li se jinġieb Malta minn Gvern Laburista se jinġieb ukoll apparat tal-ultrasound li se jkun jista’ jagħmel ħafna eżaminazzjonijiet tal-intern tal-bniedem fi ftit minuti. 20. Se jinġieb Malta wkoll apparat li permezz tiegħu jinħasel l-apparat tal-endoscopy u li huwa delikat ħafna. 21. Matul is-sena li għaddiet f ’Malta saret operazzjoni ta’ bdil ta’ spalla. Il-pazjent kulma dam l-isptar kien 23 siegħa.
RUBRIKA
Fir-residenza San Vinċenz De Paule beda xogħol fuq tliet swali ġodda
8 ta’ Jannar
Il-ħin tat-tilqim fiċ-ċentri tas-saħħa ġie estiż anke għal waranofsinhar
9 ta’ Jannar
Il-Kummissjoni Ewropea rrapurtat li fix-xahar ta’ Novembru Malta kellha l-ogħla livell ta’ ottimiżmu fost il-pajjżi kollha taż-Żona Ewro
10 ta’ Jannar
Fl-ewwel sena ta’ Gvern Laburista saru 130,000 karta tal-identità ġdida
OPINJONI
kullħadd.com
Naomi Cachia Uffiċjal Politiku FŻL
Nittama li fl-isfera ta’ attiviżmu politiku taż-żgħażagħ, din ilsena li għadna kemm bdejna ġġib magħha iktar opportunitajiet ta’ tagħlim u iktar diskussjonijiet bilanċjati
L-INVOLVIMENT TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
10|01|2016 11
Fil-bidu ta’ kull sena huwa naturali li wieħed jevalwa minn fejn ġej, u fejn jixtieq li jasal. Mil-lat politiku, inħares lura b’sens ta’ sodisfazzjon fuq sena li tagħtna spinta tremenda f ’diversi oqsma, iżda b’mod speċjali f ’dak tal-libertajiet ċivili, kif ukoll riżultati pożittivi ferm fil-qasam tat-turiżmu u tal-ekonomija. Madankollu, ma nemminx li għandi noqgħod nagħti rendikont ta’ dak li lkoll diġà nafu – irrwol tiegħi bħala żagħżugħa u membru tal-eżekuttiv tal-Forum Żgħażagħ Laburisti mhuwiex li noqgħod nirrepeti biss dak li jgħid il-Partit tiegħi, jew li jgħid il-Gvern. Dan huwa punt li sħaqtu kemm-il darba, anke f ’din il-kolonna, u li nibqa’ nsostnih għax inħoss dik il-ħtieġa mill-esperjenzi personali tiegħi. Issa li ilni iktar minn sentejn nokkupa kariga fl-FŻL, inħoss iktar minn qatt qabel id-dmir li nuża l-esperjenza li ksibt u nikkonvertiha f ’xi ħaġa tanġibbli. Inħossni xxurtjata ferm li qed ngħix fi żmien fejn l-opportunitajiet għalina ż-żgħażagħ huma ħafna, għal min ifittixhom. L-iktar avveniment riċenti minn dawn kien il-Commonwealth Youth Forum f ’Novembru li għadda, fejn mal-ħamsin delegat ieħor Malti kellhom
ix-xorti jiddibattu u jaqsamu l-ħsibijiet tagħhom madwar id-dinja kollha. Kienet esperjenza li, kull min kien involut b’xi mod fiha, mhu se jinsa qatt; festa ta’ kulturi u diversità li ħallietna iktar għonja fl-għarfien tagħna. Bla dubju li dan it-tip ta’ esperjenzi jikkontribwixxu bilkbir għall-iżvilupp ħolistiku ta’ żgħażagħ li jagħmlu ħin għal dawn l-attivitajiet ekstrakurrikulari. B’hekk, il-mistoqsija li niffaċċja ħafna drabi tkun: għalfejn iktar żgħażagħ ma jinvolvux ruħhom fil-politika? Risposta eżatta m’għandix; forsi għax l-involviment personali tiegħi jirrendi l-opinjoni tiegħi waħda suġġettiva, iżda naf nagħraf li l-ostakli huma bosta. Nemmen li l-ikbar fattur
huwa li l-kunċett ta’ attiviżmu politiku għandu tifsira kemxejn żbaljata. Li tkun attiv politikament mhux neċessarjament ifisser li r-rwol tiegħek huwa marbut ma’ partit politiku u li ser tkun biss numru waqt kampanja elettorali. Minkejja dan, in-numru ta’ żgħażagħ li jingħaqdu magħna fi żmien l-elezzjoni huwa sabiħ ferm, u d-dedikazzjoni tagħhom, anke minn wara l-kwinti, hija l-magna indispensabbli għas-suċċessi li ksibna f ’dawn l-aħħar tliet snin. Madanakollu, hawnhekk ma nistax ma nistqarrx id-dispjaċir li nħoss meta niltaqa’ ma’ żgħażagħ b’potenzjal enormi li m’għandhomx interess jikkontribwixxu direttament fl-isfera politika għax ma jemmnux li għandhom jaqgħu
taħt l-aħmar jew il-blu. Hawnhekk nitfa’ ħarsti fuq il-midja, li għandha influwenza u responsabbiltà liema bħalha biex tikkultiva l-imħuħ. Għall-kuntrarju ta’ x’taħseb il-midja Nazzjonalista, jien m’iniex interessata li niddiskuti kċejjen, vidjows jew messaġġi tal-Ewwel tas-Sena. Stejjer indikattivi ta’ slow news day bħalma rajna din il-ġimgħa ma jagħmlu xejn ħlief iservu ta’ distrazzjoni mill-kwistjonijiet li għandna nkunu qed niddiskutu. Forsi kienu għadhom ma kkargawx wara d-divertiment taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena? Nittama li fl-isfera ta’ attiviżmu politiku taż-żgħażagħ, din il-sena li għadna kemm bdejna ġġib magħha iktar opportunitajiet ta’ tagħlim u iktar diskussjonijiet bilanċjati; diskussjonijiet interġenerazzjonali, dawk bejn iż-żgħażagħ u bejn min jinsab fit-tmexxija tal-pajjiż, u dawk bejn żgħażagħ differenti. Min-naħa tal-FŻL diġà ninsabu ikkargati għal sena oħra ta’ ħidma bla waqfien u riżultati pożittivi, u nwegħidkom li, iktar minn qatt qabel, lesti biex inkunu minn ta’ quddiem biex insemmgħu leħinna fuq il-kwistjonijiet li huma tal-iktar sinifikat għalina ż-żgħażagħ.
Issa daħalli messaġġ. Mela qbadt il-mowbajl u bdejt inwieġbu. Imbagħad ċempilli xi ħadd. Isa! Għafast il-buttuna u bdejt inwieġbu wkoll. U wara kont miexi fit-triq jew fil-kuritur tal-isptar u waqqafni xi ħadd. Għandu bżonn jitħaddet. Mela ninsa dak kollu li kelli nagħmel ħa noqgħod nisimgħu. Din mhijiex biss il-ħajja ta’ sempliċi patri fil-kunvent li dalgħodu, b’ferħ kbir f ’qalbu, qed jieħu gost jiktiblek dawn il-kelmtejn minn qalbu. Din hija ħajtek ukoll. Int li min jaf x’ma tagħmilx u kemm tissallab biex tiekol biċċa ħobż int u titmagħha lil uliedek. Anzi! Biex inkun aktar eżatt, aħjar ngħid li l-ewwel titmagħha lilhom biex imbagħad, jekk jibqa’, tara jibqax għalik u għas-sieħeb jew is-sieħba tiegħek. Kos hux! Ma tbiddel xejn mill-istess sagrifiċċju li kien isir dahri fil-familji bieżla Maltin u Għawdxin meta, minflok id-dawl qawwi tat-tubi, kien ikollna l-lampi tal-pitlorju. B’dawk it-tubi maħdumin sbieħ u bis-sengħa li allaħares tkun kemxejn salvaġġ magħhom għax jiġu
f ’idejk! Minn ħaġa għall-oħra! U, aktar m’għandna x’nagħmlu aktar se jkollna x’nagħmlu! Għax ix-xogħol iġib ix-xogħol. Issa l-problema mhijiex ix-xogħol fih innifsu. Ix-xogħol salmura tal-ġisem. Almenu hekk kienu jgħidulna missirijietna. U hekk hu! Il-ġisem ma ġiex maħluq biex jitkaħħal ma’ pultruna ta’ uffiċċju. Lanqas biex iqatta’ s-sigħat qiegħed. Le! Il-ġisem ġie maħluq biex jaħdem. Madankollu – u din irridu ngħiduha għax qed inħallsu l-prezz qares tagħha – tgħidlix li l-ġisem ġie maħluq biex ikun skjav tax-xogħol tafux. Lanqas ma ġie maħluq biex isir il-maxtura jew biex ifissed l-istress. L-istress ħajjitna qed iġibha fixxa! Jitfagħha lura bħallgranċ! Jirrendiha eżiżtenza u mhux jeżalta d-dinjità tagħha li hi ħajja umana! L-istress irridu niġġieldulu ħbieb! Ma jistax ikun li qalbna tħabbat aktar milli suppost. Bħalma ma jistax ikun li l-lista tal-ħwejjeġ li għandna nagħmlu tieħu r-riedni hi f ’ħajjitna. Ċertu ħwejjeġ iridu jistennew. U għandhom jistennew. U bilfors ikollhom jistennew. Ma
ninsa qatt kelma sabiħa li kien qalli saċerdot għaqli waqt li kont nistudja t-teoloġija pastorali: “Jekk ma titgħallimx tieħu brejks qosra fil-ħajja jkollok ta’ bilfors tieħu brejk twil.” X’għaqal miegħu dan il-qassis! Irridu nitgħallmu nieħdu brejks qosra ħa nimtlew millġdid bl-istamina u nkomplu għaddejjin. Dan l-istess bħal meta għandek żiemel tat-trott qed itellaq. Ġerrej f ’sensih jaqbad iż-żiemel u mill-ewwel ineħħilu t-tappijiet minn widnejh biex jarma jiġri b’kemm il-Mulej tah saħħa! Jekk jagħmel hekk ibqgħu ċerti li mal-ewwel dawra, tant kemm jegħja, li lanqas ikun jiflaħ idur dawra oħra fit-tiġrija. U mhux biss jispiċċa l-aħħar wieħed imma anke ħmar jgħaddih! Din sieħeb l-istorja li kienu jgħidulna meta konna żgħar, jiġifieri dik tal-fenek u l-fekruna. Il-fenek, bil-ġiri u t-tferfix kollu tiegħu, ħaseb li t-tellieqa se jirbaħha hu. Imma xi ġralu? Ġera ġirja tajba u għeja! U tant kemm għeja li raqad raqda filfond li damdmitu u meta qam intebaħ li l-fekruna, li tant kien waqqa’ għaċ-ċajt, kienet
rebħitlu hi! Għax il-fekruna, għalkemm kajmana, kull pass li għamlet għamlitu bil-mod, bil-ħsieb, bil-paċi, u b’persważjoni. Il-qawwa tagħha kienet ġejja mill-fatt li kienet żgura minn dak li kienet qed tagħmel. Kellha ċ-ċans kollu biex taħseb, tiżen, u twettaq, u, għax kont se ninsa, mingħajr ħafna paroli ta’ x’se tagħmel u ma tagħmilx! Il-fekruna kienet esperta fl-arti tas-sorpriża, u s-skiet tagħha,minflok ħlietu fit-tgergir u l-qtigħ il-qalb, sarrfitu fil-mixja tagħha lejn ir-rebħa! Ejjew nitgħallmu mill-biċċa għerf tal-qassis u tal-fekruna! Ejjew nitgħallmu nieħdu waqfiet qosra u spissi matul ħidmietna. Ħalli nibqgħu friski! Filwaqt li mill-fekruna nitgħallmu li ħaġa nagħmluha bil-mod u tajba, bil-ħsieb u bil-galbu, u hekk nagħmluha tajba mill-ewwel u niffrankaw xebgħa ħin nirrepetuha fix-xejn! Il-qassis u l-fekruna. Wieħed inkullat ’il fuq fis-sema filwaqt li l-oħra inkullata ’l isfel malart! It-tnejn li huma jgħallmuna nisktu u nħallu s-skiet imexxina!
IL-QASSIS U L-FEKRUNA Fr Mario Attard OFM Cap
L-istress irridu niġġildulu ħbieb! Ma jistax ikun li qalbna tħabbat aktar milli suppost.
12 10|01|2016
kullħadd.com
OPINJONI
SENA TA’ ĦIDMA FAVUR IL-KOMUNITAJIET TAGĦNA
Stefan Buontempo Segretarju Parlamentari għallGvern Lokali
U la semmejt il-gwardjani lokali, inkun qed nonqos jekk ma nsemmix li fl-1 ta’ Ottubru bdiet tiffunzjona l-Aġenzija għall-Infurzar Lokali, il-LESA
Is-sena li għadha kif intemmet kienet waħda mimlija sfidi għall-qasam tal-gvern lokali. Kienet sena li rat il-bidu ta’ ħidma f ’ċertu oqsma u t-tisħiħ f ’oqsma oħra. Kienet sena li matulha l-kunsilli lokali f ’pajjiżna komplew jissaħħu, u numru minnhom iġġeddu permezz tal-elezzjonijiet li saru f ’April li għadda, li raw żgħażagħ ta’ sittax u sbatax-il sena joħorġu jivvutaw għallewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna. Matul din is-sena komplejna nsaħħu l-ħidma tal-kunsilli lokali fl-ambitu kulturali. L-iskema għall-attivitajiet kulturali, li fiha fond ta’ aktar minn kwart ta’ miljun ewro, qiegħda kulma jmur aktar iżżid fil-popolarità tagħha, tant li din is-sena kien hemm ’il fuq minn 40 kunsill lokali, u kumitati reġjonali u amministrattivi li bejniethom tellgħu 64 attività. Dan juri l-impenn talgvernijiet lokali lejn il-kultura u l-volontarjat. Fil-fatt, f ’dawn l-attivitajiet ħadu sehem eluf ta’ voluntiera. Din l-iskema hi kkordinata sabiex il-kunsilli lokali jingħataw aktar għajnuna finanzjarja fil-kuntest talpolitika nazzjonali tal-Gvern fuq il-qasam kulturali meta l-Belt Valletta jkollha t-titlu talKapitali Ewropea tal-Kultura fis-sena 2018. Għaldaqstant, qed naħdmu sabiex ngħollu l-livell ta’ dawn l-attivitajiet bil-għan li jissaħħu u li jkunu jistgħu jiffurmaw parti millattivitajiet ippjanati għas-sena 2018. Dan il-fond ser jissaħħaħ grazzi għall-injezzjoni ta’ aktar fondi, bil-għan li l-gvern ċentrali jkompli jsostni dan il-qasam vibranti u jagħmel il-kuraġġ lill-gvernijiet lokali, li tant huma attivi fil-qasam kulturali. Sabiex ngħollu aktar il-livell ta’ dawn l-attivitajiet ser inniedu premju għall-aqwa attività mtellgħa mill-kunsilli lokali. Matul l-2015 varajna skema flimkien mad-Direttorat għarRestawr tal-Ministeru talĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali li permezz tagħha ħajjarna lill-kunsilli lokali sabiex jissottomettu proġetti ta’ restawr skont il-kriterji ta’ din l-iskema li, permezz tagħha, il-kunsilli ma jħallsu xejn taxxogħol ta’ restawr u jħallsu biss għall-permessi tal-MEPA fejn ikun hemm bżonn. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lidDirettorat tal-għajnuna peress li x-xogħol kollu ser isir millħaddiema tal-istess Direttorat. Għal din l-iskema kellna 36 sottomissjoni u r-riżultati mistennija li jkunu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin. Dan ser jikkumplimenta bis-sħiħ ixxogħol ta’ natura kapitali li qed jagħmlu l-kunsilli lokali millallokazzjoni tagħhom stess.
Bħala Segretarjat konna involuti wkoll fi proġetti ta’ sfond soċjali. L-ewwel proġett jismu Għaqal id-Dar, fejn il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali ngħaqad mal-kunsilli lokali, l-għalliema tal-Home Economics u membri tal-Home Economists in Action biex inħoloq kors ta’ tagħlim prattiku dwar diversi affarijiet li jwasslu biex wieħed jgħix ħajja aħjar. Dawn jinkludu, fost oħrajn, l-immaniġġjar ta’ flus, ilpreparazzjoni ta’ ikliet li ma jinvolvix ħela ta’ flus, u ħiliet oħra utli għall-ħajja. Kunsilli Lokali premjati Inizjattiva soċjali oħra li ttieħdet mal-istess Ministeru iżda din id-darba masSegretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva fejn qed naħdmu fuq ittieni edizzjoni tal-Premju A+ u nippremjaw lil dawk il-kunsilli lokali li jissottomettu l-aktar proġetti ta’ infrastruttura li jtejbu l-aċċessibbiltà fillokalitajiet tagħhom. Flimkien mal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil filKlima, u l-Waste Serv, qegħdin naħdmu biex nintroduċu l-ġbir ta’ skart organiku b’mod separat. S’issa dan il-proġett wasal fit-tieni fażi tiegħu fejn dan il-materjal qed jinġabar minn disa’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Minbarra l-ġbir ta’ dan l-iskart, dan il-proġett jinkludi wkoll kampanja edukattiva fejn anke kellna s-sehem tal-gwardjani lokali. U la semmejt il-gwardjani lokali, inkun qed nonqos jekk ma nsemmix li fl-1 ta’ Ottubru bdiet tiffunzjona l-Aġenzija għall-Infurzar Lokali, il-LESA. Din saret l-awtorità regolatorja fil-qasam tal-infurzar lokali, fejn tixtri
s-servizz tal-gwardjani, tara li jingħataw it-taħriġ adegwat u tara li dawn jagħtu servizz xieraq liċ-ċittadin. Il-LESA ser tara li jkollna infurzar lokali uniformi, jiġifieri mhux raħal ma jarax gwardjan b’nemes, u belt b’toroq mimlijin traffiku li jkunu mifqugħin bil-gwardjani. Fuq kollox ser tiżgura li ssir il-ġustizzja u li l-gwardjan isir aktar uffiċċjal li jaħdem għallġid tal-komunità. Fl-ambitu Ewropew, bħala Segretarjat Parlamentari konna involuti f ’numru ta’ proġetti, fosthom il-programm Europe For Citizens li permezz tiegħu qed insaħħu l-parteċipazzjoni diretta taċ-ċittadin peress li huwa programm ibbażat fuq l-iskambju ta’ ideat, esperjenzi, talenti u kulturi. Dan jagħmel l-ECP programm ideali biex l-esperjenzi lokali u dawk talUnjoni Ewropea jersqu aktar lejn xulxin kemm fuq bażi lokali kif ukoll nazzjonali. Bħala gvern nemmnu li dan huwa l-mod ta’ kif iċ-ċittadin għandu jkun empowered fissoċjetà tagħna. Programm Ewropew ieħor interessanti huwa l-Urbact li huwa ċċentrat fuq l-idea li l-kunsilli lokali jkunu involuti biex ikollna żvilupp urban sostenibbli. Il-Gvern Malti qed jipparteċipa f ’dawn iż-żewġ programmi għall-ewwel darba wara li l-amministrazzjoni preċedenti għal xi raġuni naqset li tipparteċipa fihom. Ta’ min wieħed jinnota li, grazzi għal dawn il-programmi, Malta ser tkun qed tibbenefika minn €900,000 f ’fondi Ewropej. Taħriġ dwar l-operat talkunsill Ma nistax ma nsemmix żewġ inizjattivi Ewropej oħra, din id-darba ċċentrati fuq l-iżvilupp ta’ tagħlim u t-titjib fil-ħidma tal-kunsilli lokali. Matul din is-sena ġie fi tmiemu proġett mill-aktar interessanti
fejn 64 segretarju eżekuttiv u 10 uffiċċjali mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali temmew b’suċċess kors ta’ tmien xhur fuq livell ta’ Diploma. Dan it-taħriġ ittratta l-operat tas-segretarju eżekuttiv u huwa l-ewwel taħriġ speċjalizzat tannatura tiegħu fit-tmexxija u l-governanza tal-kunsilli lokali f ’pajjiżna. Dan ifisser li llum għandna segretarji eżekuttivi li għandhom kwalifika relatata direttament mal-ħidma tagħhom. Ta’ min wieħed jinnota li, għall-ewwel darba fi 22 sena ta’ kunsilli lokali, issa għandna is-segretarji eżekuttivi kollha li huma ggradwati fuq livell ta’ Diploma. Jekk nibqgħu fil-qasam taledukazzjoni naraw kif ilkunsilli lokali komplew juru li huma jservu wkoll ta’ ċentri ta’ edukazzjoni fil-lokalitajiet tagħhom. Is-sena l-oħra ngħataw 55 kors lil 719 student f ’suġġetti varji, fosthom ixXjenza, il-Matematika, illingwi, Health Wellbeing and Successful Ageing, Personal Empowerment and Leadership Development u l-Intraprenditorija. Dawn ilkorsijiet ingħataw fil-bini ta’ 22 kunsill lokali f ’Malta u Għawdex b’investiment ta’ €30,200. Ma ninsewx korsijiet oħra li jtellgħu l-kunsilli lokali bħal dawk fil-Kids Clubs, u l-kors tal-kompjuter li ngħata matul is-sajf lil 3,000 tifel u tifla bejn il-5 u l-10 snin. Tajjeb li nfakkar ukoll li dan il-Gvern f ’sentejn investa €106,000 fillibreriji lokali, li 52 minnhom huma amministrati millkunsilli lokali. Nixtieq ngħalaq billi nsemmi inizjattiva li hija verament unika f ’pajjiżna, jiġifieri d-devoluzzjoni taddawl tat-toroq lir-reġjun ta’ Għawdex. Grazzi għal din id-devoluzzjoni, ir-reġjun ta’ Għawdex issa huwa responsabbli mid-dawl tattoroq f ’din il-gżira. Dan iddawl huwa fil-parti l-kbira magħmul minn bozoz LED u li l-bdil tagħhom sewa mat€3 miljun. Biex isostni dawn ir-responsabbilitajiet ġodda, il-Gvern ser jgħaddi uffiċċjal u żewġ ħaddiema lir-reġjun flimkien ma’ finanzjament ta’ €50,000 fis-sena. Din hija t-triq li dan is-Segretarjat biħsiebu jieħu, dik li jsiru aktar devoluzzjonijiet favur irreġjuni tagħna. Issa li s-sena 2015 għaddiet, xogħolna huwa li nħarsu ’l quddiem b’ottimiżmu lejn l-2016, biex inkomplu nikkonsolidaw ix-xogħol tal-passat, noħolqu aktar inizjattivi għax il-futur għall-qasam tal-gvern lokali f ’pajjiżna huwa wieħed sabiħ. Fis-snin li ġejjin dan il-qasam se jkompli jissaħħaħ għall-ġid tal-komunitajiet tagħna.
EDITORJAL
kullħadd.com
10|01|2016 13
www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna
SALES U DISTRIBUZZJONI
INDIRIZZ POSTALI
ĠURNALISTI
KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717
Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com Liam Gauci liam@kullhadd.com Glen Falzon glen@kullhadd.com
2090 1410 2090 1413
Alan Saliba
sales@kullhadd.com
2090 1520
Leanne Grech
editorial@kullhadd.com
2090 1411
IMPAĠNAR U DISINN
IL-POLITIKA FIL-KĊINA
Irridu nammettu li l-politika u l-kċina għandhom konnesssjoni. Min jaf kemm nitkellmu politika fil-kċina waqt li nkunu qegħdin nieklu jew insajru. Ilkċina hija waħda mill-kmamar favoriti tagħna l-Maltin. Fiha nsajru, niltaqgħu mal-familja u nitkellmu fuq kollox…fost oħrajn, dwar il-politika. Anke l-politiċi għandhom xi ħaġa għall-kċina. Ħudu mill-aħħar messaġġ tal-Prim Ministru. Messaġġ innovattiv tal-aħħar tas-sena kontra kull regola tradizzjonali li s-soltu jsiru minn kapijiet tal-Istat. Suppost kellu jkollu siġra tal-Milied warajh, xi ritratt tal-familja, fireplace u, ma għandniex xi ngħidu, ilbandiera Maltija u, biex ħadd ma jkun offiż, anke dik talUnjoni Ewropea. Kien messaġġ li ħasad lil kulħadd, għax kien wieħed innovattiv. Il-filmat u l-mod xejn konvenzjonali talproduzzjoni ta’ dan il-messaġġ ħoloq kontroversja liema bħalha. Dawk li s-soltu dejjem jistaqsu għal kull ħaġa ta’ xejn, fost oħrajn, il-Belt Kapitali
tat-tqasqis f ’Tal-Pietà, x’ma qalux. Bħas-soltu attakkaw lill-messaġġier minflok ilmessaġġ. Bħas-soltu, fi żmien fejn kulħadd kien qiegħed jifraħ, huma ħarġu bil-geddum. Iżda meta kienu qegħdin jagħmlu din il-kritika ma fehmux żewġ affarijiet. L-ewwel ħaġa, li l-istil ta’ dan il-Gvern dejjem kien li ma jiddejjaqx li jkun innovattiv sal-punt li anke jkisser il-forom antiki. Għalhekk is-sensiela ta’ liġijiet li taw drittijiet ċivili li qabel qatt ma rajna bħalhom. Għalhekk is-sensiela ta’ liġijiet li kienu tqaddu jistennew li jinbidel il-Gvern, fost oħrajn dik riċenti, tal-finanzjament tal-partiti. Xjaħu fil-Gvern u baqgħu xjuħ fl-Oppożizzjoni. It-tieni ħaġa li ħarġet minn din il-kritika infantili hi li f ’Malta għandna l-lussu li nitkellmu dwar kontroversja li fir-realtà ma tfisser xejn. Fejn il-messaġġi ta’ kapijiet ta’ stati oħrajn kienu kollha mimlijin problemi bħalma huwa l-qgħad, ekonomija li ma tistax tieħu r-ruħ jew problemi soċjali gravi, dak tal-Prim Ministru Malti kien mimli b’lista twila ta’ inizjattivi
pożittivi u innovattivi li ttieħdu u li se jittieħdu fis-sena li ġejja. Kien, fi ftit kliem, messaġġ ta’ tama. L-Oppożizzjoni min-naħa l-oħra ma felħitx għal dan kollu. Nifhmu għaliex. Sa tliet snin ilu l-messaġġi kienu jkunu kollha ta’ qtigħ il-qalb. Miżuri ta’ awsterità, twissijiet li se jkomplu jogħlew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma; li Malta ma tistax toħroġ mir-riċessjoni ekonomika u għalhekk aktar sagrifiċċji. F’sena minnhom, l-unika aħbar tajba kienet għal dawk il-membri parlamentari li ħadu żieda fl-onanarja tagħhom minn wara dahar ilpoplu. Dawn kienu jkunu x-xorta ta’ messaġġi li kien iwassal ilKap tal-Istat ta’ dak iż-żmien. Ma għandniex xi ngħidu, kien ikun bis-siġra tal-Milied warajh, bil-fireplace mixgħul, bir-ritratt tiegħu u tal-familja u l-bandiera warajh. Liema miż-żewġ messaġġi l-aktar li kattar tama? Dawk li kienu jsiru qabel jew dak tal-Prim Ministru tal-lum? Mhux ilforma kollox iżda s-sustanza ta’ dak li jingħad u, l-aktar importanti, ta’ dak li jsir.
Iżda l-kċina ma kinitx ta’ attrazzjoni għall-Prim Minsitru tal-lum biss. Anzi, l-ewwel attrazzjoni għallkċina kienet dik ta’ Lawrence Gonzi u Simon Busuttil, li kien imur miegħu kull fejn imur. Lawrence Gonzi kien qal li ried jidħol fil-kċejjen tannies. Ried jidħol mhux biex jagħtihom xi ħaġa, iżda biex jisma’ l-krib ġust tal-familji ta’ dak iż-żmien. Meta bil-miżuri li kien ħa, fost oħrajn li bilqalb għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, wara li ħadilhom kulma kien hemm fil-friġġ, meta daħal fil-kċina tal-Maltin sab li lanqas x’joffrulu ma kellhom. Jakkumpanjah fil-kċejjen miżeri ta’ dak iż-żmien kien hemm l-appostlu politiku tiegħu Simon Busuttil. Għalhekk, Simon Busuttil ma għandux għalfejn jeħodha bi kbira li l-Prim Ministru daħal fil-kċina ta’ koppja żagħżugħa biex wassal il-messaġġ tiegħu. L-importanti li ma daħalx fi kċina miżera bħal dik li kien iżur Simon Busuttil meta kulħadd kien bilgeddum.
14 10|01|2016
kullħadd.com
ITTRI
SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, Ħamrun ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETRONIKU editorial@kullhadd.com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tiktbu li hija ittra.
IS-SAĦĦA L-EWWEL U JITQALLEB F’QABRU QABEL KOLLOX Sur Editur,
Il-Kunsill Lokali tal-Għarb qal li se jieħu passi legali kontra omm muġugħa li binha qed jiskonta sentenza ta’ għaxar snin ħabs fuq pussess tal-pjanta kannabis. Dan kollu għax din l-omm qalet li anke Frenċ tal-Għarb kien juża l-kannabis biex ifejjaq ħafna nies. Din l-omm imkien ma qalet li Frenċ kien jagħmel xi gwadann personali. Jien lil Frenċ tal-Għarb ma nafux għax kont għadni żgħir meta miet, imma dejjem smajt affarijiet sbieħ dwaru. Jingħad li kien bniedem li jħobb lil għajru, u li kien jaħdem qatigħ biex ifejjaq lill-batut, kemm jekk għaddej minn tbatija mentali u spiritwali, kif ukoll tbatija fiżika. Għalhekk, ninsab ċert li kieku Frenċ tal-Għarb għadu magħna, ma kienx se jħalli lill-Kunsill Lokali jkaxkar lil din l-omm filQrati, li diġà għaddiet martirju minnhom meta rat lil binha kkundannat snin twal il-ħabs f ’każ li ħafna qed jistaqsu kemm kien ġust. Naħseb Frenċ tal-Għarb qed jitqalleb f ’qabru mhux b’dak li qalet omm dak iż-żgħażugħ fil-ħabs, imma bid-deċiżjoni talKunsill Lokali.
GĦAWDXI F’SENSIH, IL-QALA
IL-MARATONA SUĊĊESS
Sur Editur, Is-suġġett tas-saħħa jibqa’ dejjem fuq quddiem għar-raġuni li s-saħħa tiġi l-ewwel u qabel kollox. Jista’ jkollok flus kemm trid, imma tista’ tarmihom jekk m’għandekx is-saħħa għax mingħajrha ma tagħmel xejn. Il-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi qatt ma ta kas is-saħħa ta’ ħaddieħor. Niġu għal dan, ma kien jagħti kas xejn ħlief il-poter. In-Nazzjonalisti kienu jirraġunaw li l-ewwel jien, imbagħad jien, u li baqa’ jien. Qatt u qatt ma offra soluzzjonijiet għal-lista ta’ operazzjonijiet li kienet qed tiżdied b’rata allarmanti. Kienet biċċa xogħol kbira wisq għalihom! In-nies kien ikollhom jistennew żmien twil fuq il-lista ta’ stennija bl-uġigħ insapportabbli li kienu jħossu. Ħafna kienu jmutu qabel issirilhom l-operazzjoni. Naf għax ftit minnhom kont nafhom jien. Din is-sena saru 60,000 operazzjoni, grazzi għall- ħidma kontinwa tal-Onor. Chris Fearne. 53,000 minnhom saru fit-teatru tal-operazzjonijiet f ’Mater Dei; 3,500 fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex; 2000 fl-Isptar Boffa; u 2000 oħra fiċ-ċentri tas-saħħa. Verament kisba kbira għall-Partit Laburista li jieħu l-interess tan-nies ta’ veru. Ma kienx kapaċi jara din bħala soluzzjoni l-Partit Nazzjonalista? Veru li kultant nasal biex anke jien stess ingorr fuq it-tobba, iżda qatt ma ddubitajt l-abbiltà tagħhom. Ngħid prosit lil min qed jaħdem biex dan l-ammont ta’ operazzjonijiet isir u l-pazjenti ma jibqgħux ibatu. VALERIE BORG, IL-BELT VALLETTA
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĦNIENA
Sur Editur,
Jiena, bħal ħafna, jogħġobni l-logħob tan-nar, sakemm ma jkunx jinkludi bombi li jtarrxu jew il-foga tiegħu timla xi pjazza. Imma dak li llum qed insejjaħ ‘ġigġifogu li jixgħel tliet xhu hi s-somma ta’ aktar minn milju ewro miġbura fil-maratona b’risq id-Dar tal-Providenza. Il-miljun miġbura, kif qal tant tajjeb il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, huma kwart tas-somma li dan il-kumpless jeħtieġ kull sena. Il-Ministru Owen Bonnici, bħal numru ta’ beneffatturi oħra tadDar tal-Providenza, flimkien mal-assistenti tiegħu għamlu ġabra fost il-kollegi u taw id-donazzjoni tagħhom waqt il-maratona. Punt li għamel il-Ministru Bonnici waqt il-preżentazzjoni kien li l-ammont meħtieġ biex imantni d-Dar tal-Providenza hu viċin l-ammont li jkun allokat għad-dekasteru tiegħu fil-baġit. F’din issena tal-Ħniena ħabat tajjeb li l-ammont minfuq fuq l-amministrazzjoni tal-ġustizzja ser ikun qrib l-ammont minfuq fuq ‘l-amministrazzjoni tal-ħniena’ permezz tad-Dar tal-Providenza. Ngħid dan filwaqt li wieħed għandu wkoll jiftakar kemm ammonti oħra f ’Malta u Għawdex jinġabru b’risq kawżi oħra li bihom jiġi megħjun il-proxxmu fil-bżonn bħal, pereżempju, dawk fl-artijiet tal-missjoni.
Din il-ġimgħa kont qed nara l-programm Skjetti u f ’ħin minnhom bdew isemmu l-aħħar ħames minuti tal-maratona ġbir ta’ fondi tal-Community Chest Fund, fejn inġabru €4,000,000. Dan qed ngħidu għax Immanuel Mifsud kiteb u qal li għalih dawk il-ħames minuti kienu karnival. Dan kollu għax bdew ikantaw bil-ferħ, jitfgħu l-bżieżaq u jgħannqu lill-President. L-ewwel ħaġa li jien ma nemminx hi li Mifsud ra l-aħħar ħames minuti biss! X’kumbinazzjoni! Lil min irid ibellagħha! Lis-Sur Mifsud infakkru biss f ’episodju li żgur jiftakar: meta l-Italja rebħu t-Tazza tad-Dinja kien hemm il-President Pertini li feraħ mal-plejers u saħansitra ġie mgħolli fuq l-ispallejn. B’daqshekk waqqa’ l-unur tal-presidenza? Aħna kburin li għandna President li taħdem lejl u nhar għallfoqra u dawk anqas ixxurtjati. Id-dmugħ li niżel ma’ ħaddejha dak il-ħin huwa kollu xhieda tal-ferħ li ħasset. Aħna ngħidu li wara kull raġel kbir ikun hemm mara kbira, imma għandna l-unur ngħidu wkoll li wara din il-mara b’qalb kbira hemm raġel b’qalb kbira, umli u fuq kollox ġentlom. Prosit lil J. Bundy li fiehem lil kull spettatur x’jinvolvi programm maratona ta’ dak il-kobor. Fl-aħħar nett nirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tal-ġenerożità kbira tiegħu.
J. BONNET BALZAN, IL-BALLUTA
MAQRUS, IŻ-ŻURRIEQ
Sur Editur,
TA’ BARRA
kullħadd.com
10|01|2016 15
QED JILGĦAB MAN-NAR?
LIAM GAUCI liam@kullhadd.com It-tħabbir min-naħa tal-Gvern tal-Korea ta’ Fuq li wettqet testijiet b’armamenti nukleari idroġeni ġiegħlet lil bosta pajjiżi li jerġgħu jikkunsidraw ilpolitika tagħhom fil-konfront ta’ dan l-istat dittatorjali. Dan hekk kif, minkejja diversi snin ta’ attentati biex dan il-pajjiż ikun integrat aħjar fis-sistema politika internazzjonali, huwa għażel li jibqa’ iżolat u ostili lejn il-parti l-kbira tal-gvernijiet tad-dinja. Ġirien irrabbjati Kif wieħed jistenna, wieħed mill-ewwel pajjiżi li rreaġixxa għal din l-aħbar kien l-Istati Uniti illi esprimiet iddiżappunt tagħha għal din ilmanuvra ostili li waslet fi żmien meta bosta pajjiżi tar-reġjun Paċifiku diġà kienu inkwetati minħabba l-espansjoni militari aggressiva taċ-Ċina. Fil-fatt, numru ta’ pajjiżi mill-ewwel bdew jieħdu passi biex jiddefendu l-interessi nazzjonali tagħhom. Fost dawn kien hemm il-Korea ta’ Isfel li avviċinat lill-Istati Uniti biex titlob għall-appoġġ tagħha li probabbilment se tieħu l-forma tal-iskjerament ta’ armamenti strateġiċi qrib il-fruntiera mal-ġar tagħha. Il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe wkoll esprima d-determinazzjoni tiegħu li jieħu l-pass neċessarji biex pajjiżu ma jkunx mhedded. Huwa qal li dan se jsir prinċiparjament permezz ta’ ħidma fin-Nazzjonijiet Uniti fejn se jitlob li jkun hemm
risposta internazzjonali għal din l-isfida. Madankollu, huwa ma eskludiex il-possibbiltà li pajjiżu jieħu miżuri b’mod awtomomu, però dawn jistgħu jikkonsistu għadu li mhuwiex magħruf. Jevalwaw il-possibbiltajiet Min-naħa tagħha, l-Istati Uniti għadha ma kkommettietx ruħha dwar x’ser tagħmel filkonfront tal-Korea ta’ Fuq. Din l-indeċiżjoni tidher li hija riżultat tal-fatt li għadu mhuwiex ċar jekk dak li sostniet il-Korea ta’ Fuq huwiex minnu jew le hekk kif xi esperti sostnew li l-isplużjoni li kienet irreġistrata ma kinitx konsistenti ma’ dik tipikament iġġenerata minn armamenti idroġeni. Ftit tas-snin ilu dan il-pajjiż wera x-xewqa li jnaqqas l-involviment tiegħu f ’dan irreġjun. Madankollu, iż-żieda fir-retorika aggressiva millKorea ta’ Fuq u l-espansjoni Ċiniża wasslu għal diversi appelli mill-alleati Ażjatiċi tagħha biex iżżomm għajnejha fuqhom. Minkejja li l-Istati Uniti qiegħda tikkunsidra diversi metodi biex tintervieni f ’din il-kwistjoni, l-unika żvilupp konkret li jidher li se naraw fi żmien qasir hija l-applikazzjoni ta’ diversi sanzjonijiet ekonomiċi filkonfront tal-Korea ta’ Fuq. Dawn is-sanzjonijiet ilhom fuq l-ixkaffa minn Frar tassena l-oħra meta l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin talKungress Amerikan approva l-introduzzjoni tagħhom. Però, dak iż-żmien kien ġie deċiż li dawn ma jitressqux
quddiem il-Kungress inniffsu hekk kif kien hemm it-tama li r-relazzjoni ma’ dan il-pajjiż titjieb mingħajr il-bżonn ta’ aktar sanzjonijiet. Minħabba dak li ġara flaħħar jiem, però, l-Ispeaker Repubblikan tal-Kungress Paul Ryan ħabbar illi dawn issanzjonijiet se jitpoġġew fuq l-aġenda tal-Kamra biex jiġu approvati malajr kemm jista’ jkun. Il-mexxej tan-naħa talOppożizzjoni Demokratika Nancy Pelosi diġà ħabbret li l-partit tagħha se jkun qiegħed jappoġġja l-miżuri meta jitressqu għall-vot. Dawn huma mistennijin li jolqtu prinċiparjament ilbanek li b’xi mod qegħdin jaġevolaw il-finanzjament tal-programm nukleari jew f ’xi attivitajiet oħra illegali li qegħdin isiru mill-Gvern ta’ dan il-pajjiż. Tort taċ-Ċina? Sadanittant, l-Istati Uniti għamlet mossa mhux tas-soltu fejn is-Segretarju tal-Istat John Kerry għamel stqarrija li fiha tefa’ parti kbira mit-tort ta’ dawn l-iżviluppi fuq iċ-Ċina. Għal diversi snin dan il-pajjiż kien wieħed mill-ftit alleati talKorea ta’ Fuq u kemm-il darba interviena biex jimblokka miżuri ta’ sanzjoni fuq livell internazzjonali fil-konfront tagħha. Madankollu, fi żminijiet riċenti, l-Istati Uniti żiedet ilpressjoni fuq iċ-Ċina biex tkun inqas tolleranti fil-konfront tal-alleat tagħha speċjalment meta dan beda jaħdem bilqawwa biex ikollu l-armamenti nukleari għad-dispożizzjoni tiegħu.
Skont Kerry, iċ-Ċiniżi kienu talbu ftit spazju biex jippruvaw jaslu bil-kelma t-tajba malKoreani ta’ Fuq. Però, isSegretarju tal-Istat Amerikan sostna li din l-istrateġija ma ħadmitx u li hemm bżonn ta’ bidla sostanzjali li tinvolvi politika aktar aggressiva. Iċ-Ċina ma damitx wisq biex tirrispondi għal din il-kritika fejn sostniet li t-trażżin talprogramm nukleari tal-Korea ta’ Fuq huwa fl-interess talkomunità internazzjonali kollha u għalhekk hija r-responsabbiltà ta’ kulħadd li jara li dan l-għan jintlaħaq. Tradizzjonalment, iċ-Ċina rarament adottat miżuri pubbliċi ostili kontra l-Korea ta’ Fuq u minflok għamlet pressjoni minn wara l-kwinti fuq il-Gvern ta’ dan il-pajjiż bit-tama li jbiddel l-attitudni tiegħu. M’hemm l-ebda indikazzjoni ċara li din ilpolitika se tinbidel għax ilGvern Ċiniż s’issa għamel biss protesta formali malambaxxatur tal-Korea ta’ Fuq u ħareġ stqarrija li fiha esprima d-diżapprovazzjoni tiegħu għall-użu tal-armamenti idroġeni. Minkejja dan il-fatt, hemm interess kbir mill-komunità internazzjonali biex tara x’reazzjoni se jkollhom iċ-Ċiniżi meta titressaq riżoluzzjoni quddiem ilKunsill tas-Sigurtà tanNazzjonijiet Uniti li se titlob għall-introduzzjoni ta’ aktar sanzjonijiet ekonomiċi filkonfront tal-Korea ta’ Fuq. Kif semmejna aktar qabel, tradizzjonalment iċ-Ċina rreżistiet sanzjonijiet ta’ din ix-xorta. Madankollu, hemm il-possibbiltà li ċ-Ċiniżi
qegħdin jibdew jixbgħu millkriżijiet diplomatiċi kontinwi li qiegħed joħloq l-alleat tagħhom. Wirja ta’ saħħa Hemm min spekula li d-dittatur tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un mhuwiex qiegħed joħloq din il-kriżi tal-aħħar sempliċiment biex juri s-saħħa ta’ pajjiżu fuq livell internazzjonali. Fil-fatt, xi osservaturi raw konnessjoni bejn l-użu ta’ dawn l-armanenti u l-kungress tal-partit Komunista ta’ dan ilpajjiż li mistenni jsir fiż-żmien li ġej. Minkejja li Kim Jong Un qiegħed imexxi lill-pajjiż b’id tal-ħadid, huwa magħruf li hemm diversi figuri politiċi u militari prominenti li b’xi mod qed jippruvaw ixekklu l-pożizzjoni tiegħu. Dan ilfenomenu, fil-fatt, wassal għal diversi esekuzzjonijiet mill-2012 ’l hawn; vittmi li inkludew lil zijuh stess. Għaldaqstant, hemm min spekula li din il-wirja ta’ saħħa ftit qabel il-kungress għandha l-iskop li turi lill-kritiċi tiegħu li hu qiegħed jikseb suċċess f ’dan il-proġett li missieru kien beda diversi snin ilu imma li ma rnexxilux itemm sa mewtu fl-2011. B’mod superfiċjali jidher li din il-politika aggressiva servietu tajjeb biex isaħħaħ ilpożizzjoni tiegħu fil-konfront tal-avversarji tiegħu. Fl-istess ħin, però, huwa qiegħed jisfida l-paċenzja ta’ min s’issa kien leali lejh. Għaldaqstant, wieħed iħoss li s-sitwazzjoni tista’ tinbidel f ’ħakka t’għajn jekk jagħmel għadu millħżiena.
16 10|01|2016
1
kullħadd.com
TA’ BARRA
MINN MADWA
REKORD DOMESTIKU
3 1 Nhar l-Erbgħa li għadda Star Wars: The Force Awakens kiser irrekord domestiku ta’ dħul li sa din il-ġimgħa kien dak ta’ $760 miljun li daħħal Avatar bejn l-2009 u l-2010. Madankollu, dan il-film tal-aħħar għadu jżomm ir-rekord globali f ’idejh hekk kif fl-2010 kien laħaq iċ-ċifra ta’ $2.8 biljun. The Force Awakens, però, għadu kemm iddebutta fiċ-Ċina, suq li sas-sena d-dieħla huwa mistenni li jkun akbar minn dak Amerikan għall-films. Għaldaqstant, l-aħħar episodju ta’ Star Wars għadu b’ċans tajjeb li jieħu l-kuruna internazzjonali mingħand Avatar fil-ġimgħat li ġejjin.
2
2
JERĠA’ JINQABAD
3 L-awtoritajiet Messikani reġgħu qabdu lil Joaquin ‘El Chapo’ Guzman, mexxej ta’ grupp kriminali b’saħħtu mdaħħal fittraffikar tad-droga. Huwa nħataf nhar il-Ġimgħa li għadda meta pprova jaħrab minn sparatura li kellu mal-pulizija u membri tal-Forzi Armati kmieni filgħodu fil-belt ta’ Los Mochis. Waqt dan il-konfront mal-pulizija huwa għadda missistema tad-drenaġġ u ħarab miż-żona b’karozza. Madankollu, l-awtoritajiet qabduh ftit tal-ħin wara fit-toroq ta’ din il-belt. Guzman kien ilu maħrub għal sitt xhur meta rnexxielu joħroġ mill-ħabs permezz ta’ mina li ħaffer flimkien ma’ xi kompliċi li għenuh minn barra.
PARTIT MIFRUD
Il-Prim Ministru Brittaniku David Cameron ta permess lill-ministri tal-Kabinett tiegħu biex jipparteċipaw f ’kampanji favur il-ħruġ ta’ pajjiżhom mill-Unjoni Ewropea. S’issa Cameron żamm pożizzjoni newtrali fuq dan is-suġġett hekk kif qiegħed jipparteċipa f ’negozjati ma’ diversi figuri politiċi Ewropej biex jipprova jikseb ftehim aħjar għal pajjiżu qabel ma jsir ir-referendum dwar is-sħubija. Madankollu, numru mill-ministri tiegħu ilhom li ħabbru li ma jridux ikomplu jaraw lil pajjiżhom imsieħeb fl-Unjoni. Għaldaqstant, huwa mistenni li l-Partit Konservattiv mhux se jieħu pożizzjoni ċara f ’din il-kwistjoni hekk kif il-membri tiegħu se jkunu attivi fuq iż-żewġ naħat talkampanja.
TA’ BARRA
kullħadd.com
AR ID-DINJA
3
5
10|01|2016 17
AKKUŻA SERJA
4 5
6
It-tensjoni bejn l-Istati Uniti u r-Russja dwar is-Sirja kompliet tiżdied fl-aħħar jiem hekk kif din tal-ewwel sostniet li terz biss mill-bumbardamenti Russi qegħdin ikunu mmirati lejn l-Istat Iżlamiku. Wara snin ta’ prokrastinazzjoni, il-Gvern Russu għażel li jintervieni fis-Sirja bl-għan uffiċjali li jkun ta’ appoġġ għallkoalizzjoni tal-Punent fil-kampanja militari tiegħu kontra l-Istat Iżlamiku. Madankollu, diversi gruppi ribelli moderati akkużaw lir-Russja li qiegħda tibbumbardja pożizzjonijiet miżmumin minnhom minflok dawk f ’idejn it-terroristi. Dan, fil-fehma tar-ribelli, qiegħed isir għax ir-Russja fil-fatt interveniet biex tgħin lill-President Sirjan Bashar al-Assad u mhux biex tiġġieled it-terroriżmu.
6
PROTESTA FORMALI
4
AGGRESSJONIJIET
Il-Ġermanja kienet maħsuda minn ammont kbir ta’ rapporti li waslu minn għexieren ta’ nisa li sostnew li kienu filmira ta’ serqiet u abbużi sesswali waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena li saru fil-belt ta’ Cologne. Skont bosta mir-rapporti, l-aggressjonijiet saru minn irġiel li mill-apparenza tagħhom dehru li kienu ta’ nisel Għarbi u Afrikan. Madankollu, l-identità tagħhom għadha trid tiġi kkonfermata mill-awtoritajiet. L-aktar fatt inkwetanti għall-awtoritajiet huwa l-mod kordinat li bih saru l-attakki hekk kif l-aggressuri jidhru li ftiehmu biex jiffukaw fuq diversi żoni ta’ Cologne fl-istess ħin.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Iran Mohammad Javad Zarif kiteb ittra lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-moon biex jipprotesta għall-aġir tal-Arabja Sawdija li, fil-fehma, tiegħu kien provokattiv lejn pajjiżu. Irrelazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kienet sejra għall-aħjar matul dawn l-aħħar xhur. Madankollu, id-deċiżjoni tal-Arabja Sawdija li tesegwixxi lil Nimr al-Nimr, mexxej spiritwali Xita, ħoloq tensjonijiet ġodda mal-Iran li wiegħdet li se tieħu passi kontra l-ġar tagħha. Skont Zarif, l-Arabja Sawdija hija determinata li xxekkel ilpaċi u s-sigurtà fil-Lvant Nofsani bl-għan li timponi l-politika tagħha favur it-tixrid tal-fidi Iżlamika Sunna. Madankollu, l-Arabja Sawdija dejjem ċaħdet li wettqet aġir ta’ din ix-xorta.
18 10|01|2016
kullħadd.com
MILL-ISTORJA
MILL-ISTORJA
SESS, SPJUNI U SKANDLI
Fit-8 ta’ Lulju 1961 ġie mistieden u attenda riċeviment ta’ bejn il-ħbieb fid-dar tal-kampanja ta’ Lord Astor f ’Berkshire. Hemmhekk raha għall-ewwel darba; qisha Venere ħierġa sabiħa u għarwiena millpixxina tad-dar. F’dak il-ħin moħħu rreġistra biss il-ġmiel ta’ Christine Keeler, żeffiena Londiniża ta’ dsatax-il sena, u xejn aktar. Stephen Ward, speċjalista tal-għadam u ħabib komuni, introduċih magħha bħala Jack, kif kien magħruf fiċ-ċirku ta’ ħbieb tiegħu. Jack ma kien ħadd ħlief John Profumo li, fl-età ta’ sitta u erbgħin sena, kien politiku brillanti u Ministru tal-Gwerra taħt Gvern Konservattiv firRenju Unit. Skappatura ta’ kultant John Profumo, għalkemm kuntent fiż-żwieġ mal-attriċi veterana Ingliża Valerie Hobson, kien magħruf ma’ sħabu li ma joqgħodx lura minn skappatura ta’ kultant. Ftit ġimgħat wara li ltaqa’ ma’ Christine Keeler, Profumo beda relazzjoni passjonali
Kitba ta’
MARY
CHETCUTI magħha li damet ftit xhur. Meta ma baqgħux jiltaqgħu, it-tnejn komplew bil-ħajja normali tagħhom qisu qatt ma kien xejn. U kollox kien jibqa’ għaddej hekk li ma kienx għal inċident li nqala’ f ’Diċembru tal-1962 meta maħbub imwarrab ta’ Christine Keeler ġie arrestat wara li għamlilha xenata ta’ ġelożija u spara sitt tiri ta’ pistola lejn il-faċċata talappartament tat-Tabib Ward, fejn kienet toqgħod Keeler. Johnny Edgecombe, imwieled il-Karibew, promutur talmużika jazz u traffikant taddroga weħel seba’ snin ħabs fuq dan il-każ. L-arrest u l-ġuri ta’ Edgecombe ħolqu sensazzjoni kbira u s-seksik tal-midja ma waqafx. Il-ġurnalisti, b’ferneżija ta’ kurżità fuqhom, ġrew wara Christine Keeler biex tikkonfermalhom xnigħat li għal żmien hi kienet f ’relazzjoni mal-Ministru tal-Gwerra. Fl-aħħar, Keeler ikkonfermat dan kollu. Meta baqgħet tiġi ppressata bilmistoqsijiet ammettiet ukoll li, fl-istess żmien li kienet f ’relazzjoni amoruża mal-
Ministru Profumo, hija kienet qed torqod ma’ Yevgeny Ivanov, attachè navali flAmbaxxata Sovjetika tarRenju Unit. L-ammissjoni tagħha niżlet qisa bomba fuq kulħadd. Dak li għall-bidu deher bħala skandlu ta’ nisa u sess, issa ħa xejra aktar serja b’implikazzjonijiet gravi għas-sigurtà tal-Istat fl-eqqel tal-Gwerra l-Bierda. Filfatt, f ’Marzu tal-1963, idDeputat tal-Partit Laburista George Wigg qajjem il-każ filParlament u talab lill-Ministru John Profumo jammetti jew jiċħad dawn l-allegazzjonijiet serji. Profumo, min-naħa tiegħu, ċaħad bil-qawwa kollha li qatt seħħet xi ħaġa immorali bejnu u bejn Christine Keeler. Huwa saħansitra hedded li jagħmel libell lil min jirrepeti dan il-gideb malizzjuż u skandaluż barra l-bini talParlament. Qligħ mill-prostituzzjoni B’din l-istqarrija l-qiegħa kkwitat; madankollu, ma tantx damet hekk. F’Mejju l-Pulizija arrestat u ressqet quddiem il-Qorti lit-Tabib Stephen Ward bl-akkuża li kien qed jagħmel qligħ millprostituzzjoni ta’ Christine Keeler u nisa żgħażagħ oħrajn. Għaldaqstant, Keeler kienet kostretta tixhed taħt ġurament u ammettiet li kellha relazzjoni sesswali ma’ John Profumo. Hawnhekk, il-midja nħakmet minn ferħ ta’ ġenn u l-poplu Brittaniku xxokkja ruħu u ħassu offiż li politiku meqjus
bħala pilastru tas-soċjetà jasal jigdeb quddiem kulħadd u juri wiċċ b’ieħor. Profumo mar lura l-Ingilterra wara btala qasira li għamel flimkien ma’ martu fl-Italja u stqarr il-verità kollha malPrim Ministru Macmillan. L-għada, il-5 ta’ Ġunju 1963, John Profumo rriżenja minn Ministru tal-Gwerra u millParlament. It-Tabib Stephen Ward laħaq miet qabel ma ngħatat sentenza kontrih; kien waqa’ f ’koma għal ftit ġimgħat wara li pprova jneħħi ħajtu b’idejh. Christine Keeler weħlet sitt xhur ħabs fuq xhieda falza li kienet tat f ’inkjesta governattiva relatata mal-istess każ. Baqa’ jiċħad John Profumo dejjem baqa’ jiċħad li qatt għadda xi informazzjoni ministerjali, sensittiva u mhix, lil Christine Keeler. Madankollu, Yevgeny Ivanov issejjaħ lura lejn Moska b’mod immedjat filwaqt li s-Servizz Sigriet tar-Renju Unit u l-FBI fetħu żewġ inkjesti separati biex jiġi stabbilit jekk ġietx kompromessa s-sigurtà tarRenju Unit u l-Punent. Iżżewġ inkjesti ma kkonkludew xejn. Fl-elezzjoni ġenerali tal1964 il-poplu Brittaniku tella’ fil-Gvern lil Harold Wilson bħala Prim Ministru ta’ Gvern Laburista ġdid. L-iskandlu ta’ Profumo u Keeler kien fattur ewlieni għat-telfa tal-Partit Konservattiv f ’din l-elezzjoni. John Profumo ddedika
l-kumplament ta’ ħajtu jagħmel xogħol ta’ karità fiddistretti foqra ta’ Londra. Fl-1975 ġie onorat mirReġina Eliżabetta II għaxxogħol filantropiku li kien qed iwettaq. Profumo miet fl-2006 wara puplesija. Min kien midħla tiegħu sew kien iqabblu mal-lupu x-xiħ li tilef sufu imma mhux il-vizzju fejn jidħlu nisa żgħar u sbieħ! Fil-bidu tal-2013, eżattament ħamsin sena minn meta dan l-iskandlu heżżeż il-klassi għolja u qajjem mistoqsijiet serji dwar l-integrità talpolitiċi, Christine Keeler stqarret għall-ewwel darba li hi ttradiet lil pajjiżha meta kienet tgħin lill-ħabib tagħha, it-Tabib Stephen Ward, billi tgħaddilu informazzjoni militari li tkun akkwistat waqt laqgħat amorużi sabiex imbagħad hu jgħaddiha lisSovjetiċi. Keeler ammettiet li, tgħidha kif tgħidha, jibqa’ l-fatt li hi kienet spjuna u jiddispjaċiha għal li għamlet. Fil-qrara tagħha mal-midja, Christine qalet li, għalkemm kienet kixfet lil Ward malPulizija dwar x’kien iġegħilha tagħmel, huma injurawha u komplew jinvestigawh fuq prostituzzjoni biss. Christine Keeler riedet tkun sensazzjonalista biex tagħmel ftit flus minn fuq dahar ilmidja wara tant snin minsija, jew forsi kien hemm min kellu interess ipinġi l-każ ta’ Profumo bħala storja komuni ta’ infedeltà matrimonjali biex jinħeba l-fatt li Ministru talGwerra nqabad f ’xibka ta’ sjunaġġ?
PERSONAĠĠ
kullħadd.com
10|01|2016 19
IL-KAPPILLAN IMPENJAT TA’ VIRGINIA CITY Eman Bonnici
Virginia City fl-istat ta’ Nevada fl-Istati Uniti tal-Amerika, li llum tgħodd popolazzjoni ta’ 855 ruħ kellha joqogħdu fiha, daqs 150 sena ilu, total ta’ 25,000 persuna. Dan għax meta fl-1859 ġiet mikxufa l-Comstock Lode fuq l-Għolja Davidson, l-ewwel depożitu maġġuri tal-fidda misjub filpajjiż, bosta kienu dawk li fittxew li jmorru joqogħdu filviċinanzi biex jiksbu impjieg. Il-minjieri eventwalment qabdu t-triq tan-niżla mal1874 u, għalkemm baqgħu miftuħa sas-snin għoxrin tasseklu l-ieħor, ix-xogħol naqas drastikament u n-nies bdew jitilqu mill-post ftit ftit, bisSilver State imajna waħda sew tant li, kif għedna, illum il-ġurnata lanqas elf ruħ ma jabitaw fil-post. Iżda lura għall-perjodu li fih kien hemm tant xogħol u attività għaddejja bla waqfien, il-kappillan tallokalità kellu quddiemu ħafna xogħol u bosta proġetti li permezz tagħhom wassal l-għajxien u l-edukazzjoni lil bosta tfal, flimkien malministeru spiritwali lil tant residenti oħra tal-lokal. Din tal-lum hija l-ġrajja ta’ dan ilqassis. Dun Patrick Manogue
Wara li rnexxielu jġib is-Sorijiet tal-Karità ta’ San Vinċenz de Paul fil-post, il-kappillan “twil daqs kampnar” ħa ħsieb jibni skola u orfanatrofju, b’dan tal-aħħar jiġi inawgurat fit-8 ta’ Jannar 1864
Iben Patrick Manogue u Catherine Costigan, Patrick twieled f ’Desart, County Kilkenny, fl-Irlanda. Wieħed minn seba’ aħwa li lkoll ħaddnu s-saċerdozju, mat-telfa bikrija tal-ġenituri tagħhom il-kbir fost l-aħwa, Michael, mexa lejn l-Istati Uniti bil-għan li, bil-flus akkwistati b’ħidmietu, jieħu ħsieb it-trasport ta’ ħutu wieħed wara l-ieħor. Patrick messu ta’ sbatax-il sena fl-1848 u fis-sentejn li segwew ħadem f ’Connecticut imnejn mexa għal Chicago fejn ma damx ma daħal fisSeminarju St Mary of the Lake u fejn segwa l-istudji fit-tħejjija għas-saċerdozju għat-tliet snin li segwew. Iżda peress li ħutu kienu għadhom ma waslux kollha fil-pajjiż u finanzi biżżejjed ma kienx hemm, għal xi żmien kellu jħalli kollox u jmur jaħdem biex isostni l-piż finanzjarju li kienu qed jiffaċċjaw ħutu. Sab impjieg filminjieri tad-deheb f ’California u għal tliet snin ħadem f ’Moore’s Flat, daqs għoxrin mil bogħod minn Nevada City u, wara li kien warrab flus biżżejjed għall-ħtiġijiet ta’ ħutu u kif ukoll biex ikun jista’ jkopri l-ispejjeż tal-istudji tiegħu, issokta l-kors tiegħu fis-seminarju ta’ Saint Sulpice f ’Parġi, f ’liema belt kien ordnat saċerdot f ’Diċembru 1861 mill-Kardinal Francis Morlot, Arċisqof ta’ Pariġi. Twil sitt piedi u erba’ pulzieri u
jiżen mal-113-il kilo, Manogue kien bniedem ta’ statura wieqfa u b’saħħitha. Kemm dam jaħdem fil-minjieri, filwaqt li sħabu bl-għeja tagħhom kienu bosta drabi jintefgħu jorqdu f ’soddithom biż-żarbun b’kollox, Manogue erħilu jfekren u jsajjar daqslikieku għadda l-ġurnata ma jagħmel xejn. Is-saħħa fiżika tiegħu, it-tul – kien l-itwal fost il-ħaddiema kollha – u d-determinazzjoni qawwija tiegħu, u minkejja li Patrick kien jippreferi jgħaddi l-ħin liberu tiegħu fl-istudju, wassal lil sħabu tax-xogħol biex isawru minnu l-mexxej tagħhom. Bil-kelma tiegħu spiss berred irjus sħan li kienu waslu għallġlied u din kienet waħda mirraġunijiet li s-superjur tiegħu Mons. Eugene O’Connell, dik il-ħabta Vigarju Appostoliku ta’ Marysville, California, malwasla tiegħu lura l-Amerika assenjalu bħala parroċċa t-territorju tat-Tramuntana ta’ Nevada, magħruf bħala lok miżgħud bil-ħaddiema tal-minjieri u nieshom, li fih ħadem għal tliet snin bħala wieħed minnhom. Ħidmiet fin-Nevada Manogue ma kellu bżonn l-ebda introduzzjoni tassitwazzjoni tal-post u tan-nies li kienu jgħammru fih u dan Mons. O’Connell kien jafu sew, tant li ħass li, minkejja l-kobor, Dun Patrick kellu jkun biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet tiegħu waħdu. U mqarraq ma marx, għax il-qassis novell kellu żewġ affarijiet f ’moħħu: is-sitwazzjoni tal-
orfni u dik tal-ħaddiema, li t-tnejn kien ġej minnhom. L-ewwel waħda kienet komuni ħafna fin-Nevada sforz talbosta inċidenti li kienu jħallu ħaddiema mejta fil-minjieri; u t-tieni ma kellu bżonn ta’ ebda introduzzjoni tagħha u seta’ jħoss ruħu komdu fiha bla ebda problemi, għall-kuntrarju tal-bqija tal-kleru preżenti filvigarjat ta’ O’Connell dik ilħabta. L-ewwel ħaġa li ħaseb biex iwettaq f ’Virginia City kien proġett għall-ħarsien tattfal orfni. Wara li rnexxielu jġib is-Sorijiet tal-Karità ta’ San Vinċenz de Paul filpost, il-kappillan “twil daqs kampnar” ħa ħsieb jibni skola u orfanatrofju, b’dan tal-aħħar jiġi inawgurat fit-8 ta’ Jannar 1864 u mħolli taħt it-tmexxija ta’ Swor Fredrica McGrath u żewġ sorijiet oħra. L-iskola fetħet fis-17 ta’ Ottubru talistess sena. Iżda dawn iż-żewġ binjiet ma kinux biżżejjed biex ilaħħqu man-numru kbir ta’ tfal orfni li kellhom bżonn saqaf fuq rashom u bank tal-iskola għall-formazzjoni edukattiva tagħhom, għalhekk il-kappillan ħa ħsieb itella’ binja oħra bi tliet sulari biex takkomoda aktar tfal. Dan għamlu bejn l-1865 u l-1868, meta n-Nevada kienet għaddejja minn perjodu diffiċli ta’ dipressjoni minħabba l-kriżi finanzjarja li kien hemm fil-post dik il-ħabta. Aktar proġetti Wara l-ħtiġiet materjali, kien imiss ukoll dawk spiritwali. Manogue dik il-ħabta kien jgħid
il-quddiesa f ’kabina tal-injam, u fl-1868 iddeċieda li jibni knisja xierqa tal-briks li swiet is-somma ta’ $65,000 u li dak iż-żmien kienet meqjusa bħala waħda mill-ifjen fil-Punent talAmerika. F’dik l-istess sena l-Vigarjat ta’ Marysville kien elevat għad-Djoċesi ta’ Grass Valley mis-Santa Sede, b’Mons. O’Connell appuntat l-ewwel isqof. Dan dlonk appunta lil Manogue u lil Dun Thomas J. Dalton bħala vigarji ġenerali tiegħu: Dalton għal Grass Valley, California, u Manogue għal Virginia City, Nevada. Meta Mons. O’Connell kien Ruma għall-Konċilju Vatikan I fl-1869, kienu huma li reġew id-djoċesi fin-nuqqas tiegħu. Manogue ssokta għaddej b’aktar proġetti. Wara li kabbar l-iskola, fl-1873 bena sptar bl-isem ta’ St. Mary’s li ,għal darb’oħra, fada f ’idejn is-Sorijiet tal-Karità ta’ San Vinċenz de Paul, u li sewa $45,000. Bis-saħħa ta’ numru ta’ benefatturi l-isptar inbena f ’Union Street, fejn qabel kien hemm ġnien, u seta’ jospita ħamsin pazjent, bl-ewwel wieħed ikun rikoverat fil-15 ta’ Marzu 1876. Fl-ewwel sena tiegħu ospita 144 pazjent u fit-72 sena li dam miftuħ qeda 1,531 pazjent. Waqt il-kostruzzjoni ta’ dan l-isptar, Virginia City sofriet minn nar devastanti li qered, fost oħrajn, il-knisja ta’ St Mary’s in the Mountains imtellgħa minn Dun Patrick. B’xorti tajba l-orfanatrofju u l-isptar ħelsuha peress li kienu fuq ix-xaqliba l-oħra tal-belt. Il-kappillan kellu, għaldaqstant, jerġa’ jidħol għall-proġett tal-kostruzzjoni tal-knisja, li din id-darba sewa $60,000, bl-inawgurazzjoni tagħha ssir f ’Awwissu tal-1877 u li għadha sal-lum wieqfa f ’South East Street. Il-jiem ta’ Manogue f ’Virginia City issa kienu waslu fi tmiemhom. Mons. O’Connell beda sejjer lura fiżikament u Ruma ħasset li kellha tappunta isqof koadjutur għad-djoċesi ta’ Grass Valley. Fid-29 ta’ Ottubru 1880 ħatret proprju lil Dun Patrick Manogue, li kellu 49 sena. Mar-riżenja ta’ O’Connell mill-ordinarjat tad-djoċesi fid-29 ta’ Frar 1884, huwa ssuċċeda awtomatikament bħala t-Tieni Isqof ta’ Grass Valley. Minn hemm, fit-28 ta’ Mejju 1886, ġie appuntat bħala l-Ewwel Isqof tad-Djoċesi ta’ Sacramento. Manogue kien kapaċi jidħol għal proġetti kbar meta kien għadu qassis, u allura proġetti akbar segwew sforz id-determinazzjoni li kien iħaddan matul l-episkopat tiegħu, li ġie fi tmiemu ma’ mewtu fis-27 ta’ Frar 1895. Dik iżda, hija storja oħra…
KALEJDOSKOPJU
20 10|01|2016
kullħadd.com
Fatti miġbura minn
KURŻITAJIET
TIFTIX GĦALL-FOSSILI F’XATT IL-BAĦAR
CHARLES B.
SPITERI
ĠRAW BĦAL-LUM 1916: L-Ewwel Gwerra Dinjija. Ir-Russja tirbaħ lill Imperu Ottoman. 1917: Imut fid-dar t’oħtu f ’Denver, il-leġġenda tal-Wild West, komunament magħruf bħala Buffalo Bill. L-isem veru tiegħu kien William F. Cody. 1920: Jidħol fl-effett it-Trattat ta’ Versailles, li temm uffiċjalment l-Ewwel Gwerra Dinjija. 1941: It-Tieni Gwerra Dinjija. L-armata Griega taħtaf Kelisoura, fl-Albanija. 1946: Tiftaħ l-ewwel Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f ’Westminster Central Hall, Londra. Jattendu 51 nazzjon. 1946: Il-kumpanija RCA tintroduċi l-ewwel diska tal-vinyl (45 rpm) u Columbia toħroġ l-ewwel waħda tagħha ta’ 33.3 rpm. 1979: Wara strajkijiet li twalu xhur, mill-furnara, sewwieqa tat-trakkijiet u dawk tat-tankers minħabba ż-żieda fil paga, il-Prim Ministru Ingliż wasal biex jiddikjara stat ta’ emerġenza. Dan kien il-bidu ta’ dak magħruf bħala x-Xitwa tad-Dwejjaq, li ġiegħlet lill-Gvern isejjaħ elezzjoni ġenerali li tellgħet fil-poter lil Margaret Thatcher u lill-Partit Konservattiv tagħha fil-Gvern. 1984: Ir-relazzjonijiet bejn l-Art Imqaddsa u l-Istati Uniti jerġgħu jkunu stabbiliti mill-ġdid wara kważi 117-il sena. 1985: Sir Clive Sinclair jinawgura s-Sinclair C5, vettura elettrika (speċi ta’ tricycle), li kapaċi ttella’ sa 15-il mil fis-siegħa. Tiswa £399. Din kienet falliment kummerċjali. 1985: Is-Sandinista Daniel Ortega jsir President tan Nikaragwa u jaħlef li jkompli t-trasformazzjoni għas-soċjaliżmu u l-ħbiberija mal-Unjoni Sovjetika u Kuba. Il-politika Amerikana tkompli tappoġġja lill Contras fl-irvell tagħhom kontra l-Gvern Nikaragwan. 2004: Tibda ħidma konġunta fir-Repubblika Ċeka, bejn Toyota Motor tal-Ġappun u PSA Peugoet Citroen ta’ Franza. L-iskop wara l-impjant tal-karozzi primarjament hu biex tkun faċilitata l-esportazzjoni tal-karozzi lejn l-Unjoni Ewropea. 2007: Jibda strajk ġenerali fil-Guinea, f ’tentattiv li jirnexxi biex iġiegħlu lill-President Lansana Conté jirriżenja. 2008: Il-Grupp Tata jintroduċi l-vettura Nano, l-iktar karozza ċkejkna u rħisa, magħmula għan-nies komuni fl-Indja, li tiswa madwar 2,500 dollaru, li huma nofs il-ħlas tal-orħos karozza fis-suq. 2012: Ibbumbardajr fl-Aġenzija Khyber, fil-Pakistan, li mill-inqas toqtol 30 persuna u tferi lil 78 oħra. 2012: Il-Ministru Skoċċiż Alex Salmond talab li jsir referendu għall-indipendenza tal-Iskozja li kellu jsir fl-2014. Il-Gvern tal-Gran Brittanja stqarr li l-votazzjoni ma setgħetx tkun legali jekk ma jkollhiex l-awtorità tiegħu. 2013: Jinqatlu aktar minn 100 persuna u 270 oħra jisfaw feruti f ’ħafna splużjonijiet ta’ bombi fil-Pakistan.
Mijiet ta’ nies li jħobbu jsibu l-fossili ġrew lejn ix-xatt ta’ Dorset wara li ċeda rdum u mal-fdalijiet tiegħu ħarġu mijiet ta’ fdalijiet ta’ kreaturi qodma. Partijiet minn dan l-irdum ġurassiku fil-villaġġ ta’ Charmouth laqa’ fuqu ħafna ilmijiet tal-baħar, u ppermetta li l-għadam, li għandhom miljuni ta’ snin, joħorġu fiddieher, f ’wiċċ ix-xatt. Hekk kif il-kelma bdiet tinxtered, ħafna u ħafna nies irħwelha lejn il-villaġġ biex jippruvaw isibu tifkira għalihom. Madankollu, ħafna mill-
fossili huma ftit ċentimetri twal, għalkemm kien hemm min sab minnhom li jtulu għal madwar 30 ċentimetru. Il-maġġoranza tan-nies qed jiġbru molluski estinti, li huma prezzjużi għall-qoxra intrikata forma ta’ garigor, li baqgħu fix-xatt, maħsulin mill-baħar, mit-tajn li ġabru bis-snin. Oħrajn jemmnu fil-fortuna tagħhom ittamaw li jsibu skeletri ta’ ħut u rettili talbaħar, li nksew bis-saffi tat-tajn fiż-żmien meta d-dinosawri kienu jħufu fiddinja. Tony Gill, li għandu l-ħanut
Charmouth Fossil, qal li mill-irdum waqgħu aktar minn1,000 tunnellata ta’ ġebel u tajn. L-inċident ġara ġimgħa qabel il-Milied. “Hemm isfel hemm ġenn sħiħ!” esklama. Intqal li għal diversi snin, ħafna, ukoll turisti, jafu jsibu xi fossila fix-xatt. Iżda l-awtoritajiet wissew lillpubbliku biex joqgħod attent, ma jmurx jaqa’ aktar ġebel u tajn mill-irdum. Twissew ukoll biex ħadd ma jixxabbat mal-irdum jew isammar filblat tiegħu. Finalment, min isib xi ħaġa ta’ preġju, hu obbligat javża lil Charmouth Heritage Coast Centre.
SE JINBIEGĦ IĊ-ĊURKETT TA’ ĠOVANNA D’ARCO
Ċurkett tas-seklu ħmistax, li jingħad li kien ta’ Ġovanna d’Arco, se jkun irkantat f ’Londra, fi Frar li ġej. Skont l-istorja, dan iċ-ċurkett intlibes mill-qaddisa patruna ftit qabel mewtha u kien irRe Enriku VII, li tah lura lil niesha. L-eroina Franċiża rċevietu mingħand il-ġenituri tagħha qabel ma l-Ingliżi ħarquha ħajja meta kellha 19il sena biss. Il-martirju tagħha sar fl-1431. Fid-deskrizzjoni, iċ-ċurkett jaqbel ma’ dak li nstab li kitbet
hi stess waqt il-ġuri li għaddiet u s-sentenza tal-mewt li ngħatat. Hi kitbet li inċiż fih hemm l-ittri ta’ Jhesus Maria, kif ukoll tliet slabeb, u sar mid-deheb jew mir-ram. Qalet ukoll li kien f ’idha meta misset lil Santa Katarina, li dehritilha f ’viżjoni. Ġovanna kienet stqarret li kienet tirċievi viżjonijiet iħeġġuha tappoġġja lil Karlu VII biex jieħu lura Franza mill-ħakma Ingliża waqt ilGwerra ta’ Mitt Sena. Qabel ma ngħatat f ’idejn
l-Ingliżi, hi nqabdet millfazzjoni Burgundiża li kienet ngħaqdet mal-Ingliżi. Fost bosta akkużi li nstabet ħatja tagħhom fil-ġuri, kellha wkoll dik tal-ereżija u ngħatat il-mewt bil-ħruq. Aktar tard instab li kienet innoċenti u ġiet beatifikata. Il-prezz għaċ-ċurkett, li miegħu għandu wkoll kaxxa tal-fagu u d-dokumenti li juru l-awtentiċità taċ-ċurkett, huma stmati li jġibu bejn it-€13,564 u t-€18,989. Iżda jafu jġibu aktar.
KUN AF
kullħadd.com
10|01|2016 21
KUN AF
L-ATTENTAT FUQ IL-ĦAJJA TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’
SAVIOUR
MAMO
Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Mejju 1981 sar attentat fuq ħajjet il-Papa Ġwanni Pawlu II fi Pjazza ta’ San Pietru, ilVatikan. Huwa ġie ferut gravi b’tiri ta’ pistola sparati min Mehmet Ali Agca waqt li kien dieħel fil-pjazza. Agca nqabad u ntbagħat għal għomru l-ħabs mill-Qorti Taljana. Wara xi żmien l-Papa ħafer lil Agca. F’Ġunju tassena 2000, il-President Taljan Carlo Azeglio Ciampi, fuq ixxewqa tal-Papa, ħafer lil Agca u ddeportah lejn it-Turkija. Il-pjan għall-qtil Fil-bidu ta’ Awwissu 1980, Agca beda jħuf fir-reġjun tal-Mediterran, ibiddel ilpassaport biex jaħbi l-identità tiegħu u minn fejn oriġina – Sofia, il-Bulgaria. Wasal Ruma fl-10 ta’ Mejju 1981 bi tren minn Milan. Dejjem kif qal Agca filQorti, huwa ltaqa’ f ’Ruma ma’ żewġ Bulgari u Tork biex iwettqu dan l-assassinju, megħjuna min Zilo Vassilev li kien attachè Bulgaru flItalja. Il-pjan kien li, fil-ħin li Agca jispara għall-Papa, Oral Celik jisplodi splussiv biex fil-paniku jaħarbu lejn l-ambaxxata Bulgara. Fit-13 ta’ Mejju huma qagħdu fil-pjazza jiktbu xi kartolini u jistennew lill-Papa. Kif il-Papa qorob lejhom, Agca spara sitt tiri. IlPapa ntaqat b’erba’ balal. Filpront il-Papa ġie mdawwar mill-Kap tal-Forżi tas-Sigurtà tal-Vatikan Camillo Cabin, soru, u ħafna oħrajn li kienu
preżenti. Il-Papa ndarab gravi b’żewġ balal li nifdulu msarnu, oħra f ’idu x-xellugija, u oħra fi spalltu l-leminija. Barra minn hekk il-Papa tilef ħafna demm. Fl-isparatura ntlaqtu wkoll żewġ pellegrini, imma mhux gravi; dawn kienu Ann Odre minn Baffalo New York u Rose Hill mill-Jamaica. Oral Celik infixel u ħarab mingħajr ma wettaq dak li kellu jagħmel, jiġifieri li jisplodi l-isplussiv. Fil-periklu tal-mewt Għall-ewwel il-Papa ma deherx li kien korrut gravi imma, meta l-polz u l-pressjoni tad-demm bdew inaqqsu, kien stabbilit li jinsab fil-periklu imminenti li jitlef ħajtu. Għalhekk ġie deċiż li jittieħed malajr l-isptar u jiġi operat. Il-professur privat tal-Papa, Francesco Crucetti, inzerta fi sptar ieħor imma meta sar jaf bl-attentat mar malajr biex jassistih. Huwa u sejjer lejn l-isptar Crucetti ġie mwaqqaf mill-pulizija fuq negliġenza fis-sewqan imma, meta infurmahom b’li ġara, huma stess eskortawh sal- isptar. L-operazzjoni fuq il-Papa damet sejra sitt sigħat. Kienet suċċess, però ftit xhur wara l-Papa kellu jerġa jidħol l-isptar minħabba problema ta’ fjammazzjoni fid-demm. Dan għax id-demm li ngħata lil Papa ma ġiex ipproċċessat bil-proċeduri kollha meħtieġa minħabba l-għaġla taloperazzjoni. Agca kien sorpriż kif ilPapa baqa’ ħaj u lanqas biss
intilef minn sensih. Il-Papa emmen fl-interċessjoni talMadonna ta’ Fatima (fejn darba l-Madonna, f ’waħda mid-dehriet, qalet lit-tlett itfal li se jkun hemm attentat ta’ assassinju fuq isqof liebes l-abjad) Wara li fieq il-Papa rringrazzja lit-tim kollu li ħa ħsiebu fl-isptar, speċjalment lil Dr Crucetta, Dr Renato Buzzonetti u l-professur Pollakk, Gabreal Turowski. F’Awwissu 1998 il-Papa ħassar il-vaganza f ’Castel Gandolfo biex jagħti l-kondoljanzi lillfamilja u jassisti għall-funeral ta’ Dr Crucetti. L-ikkalzrar ta’ Agca F’Lulju tal-1981 Agca ġie kkundannat għal għomru l-ħabs fl-Italja. Il-President Carlo Azeglio Ciampi tah amnestija f ’Ġunju tas-sena 2000 fuq ix-xewqa tal-Papa. Huwa ġie estradit lejn itTurkija fejn reġa’ ġie arrestat fuq il-qtil tal-ġurnalista Abdi Ipekci fl-1979, kif ukoll kien seraq bank għal darbtejn fl1970. Għalkemm Agci kien wasal biex jiskonta s-sentanza f ’Novembru 2004, il-Qorti Torka kienet tawlet issentenza sas-sena 2010. Fit-12
ta’ Jannar 2006 reġa’ tqajjem il-każ biex jitnaqqas iż-żmien li Agca għamel il-ħabs flItalja, imma l-Qorti Suprema Torka ma aċċettatx. Agca ġie lliberat fit-18 ta’ Jannar 2010 wara li skonta kważi 29 sena ħabs. Il-ħbiberija mal-Papa Wara li l-Papa ġie ferut u kien qiegħed jissielet għal ħajtu, huwa ħafer lil Agca u talab ukoll għalih. Fl-1983 il-Papa ltaqa’ ma’ Agca fi żjara privata fl-ħabs stess. Ġie rrapurtat li, wara dik il-viżta, Agca bies iċċurkett li kien liebes il-Papa. Il-Papa baqa’ dejjem ħabib mal-familja ta’ Agca u fl1987 iltaqa’ ma’ omm Agca, u għaxar snin wara ltaqa’ wkoll ma ħuh. Min-naħa l-oħra Agca wkoll għamel ħbieb mal-Papa u baqa’ jirrispettah. Fil-bidu ta’ Frar 2005, meta l-Papa kien marid, Agca bagħatlu ittra fejn xtaqlu fejqan ta’ malajr Xnigħat Kien hemm ħafna għajdut u qlajjiet għala Mahmet Ali Agca ried joqtol lill-Papa. Esperti qalu li l-assassinju tal-Papa oriġina minn Moska
fejn il-KGB ħarrġet nies misServizz Sigriet tal-Bulgarija u mill-Ġermanja tal-Lvant biex jidħlu għal din il-missjoni. IsServizz Sigriet tal-Bulgarija ried jeħles mill-Papa minħabba li kien jappoġġja l-Moviment Solidarju tal-Polonja. Dan ilmoviment kien ta’ theddida għas-Sovjetiċi. Agca ta verżjonijiet differenti u fixkel kemm felaħ filQorti biex ma jurix minn fejn oriġina l-ħsieb li kellu. Bil-gideb li qal quddiem ilQorti, l-investigaturi qatt ma kkonkludew f ’liema għaqda kien jappartieni. Agca darba qal li kien membru talMarxist Popular Front for the Liberation of Palestine (PFLP) imma ma’ ġiex emmnut. Il-Papa Ġwanni Pawlu II miet fit-2 ta’ April 2005 flgħomor ta’ 84 sena. Fid-9 ta’ Ġunju 1997, ajruplan tal-Air Malta, Flight 830, ġie maħtuf minn żewġ pirati tal-ajru Torok u tniżzel f ’Cologne, il-Ġermanja. Huma kienu talbu l-ħelsien ta’ Agca meta kien qiegħed jiskonta sentenza ta’ għomru l-ħabs fl-Italja. It-talba tagħhom kienet miċħuda u huma ċedew ftit wara.
22 10|01|2016
kullħadd.com
MADWARNA
KOLLABORAZZJONI GĦAL TLIET SNIN BEJN IL-FONDAZZJONI VALLETTA 2018 U L-OPEN WORKS LAB Il-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-grupp ta’ artisti msejjaħ Open Works Lab se jikkollaboraw flimkien għattwettiq ta’ proġett ta’ ħidma fuq medda ta’ tliet snin, b’rabta mal-Programm Malti għaċĊelebrazzjonijiet tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Din il-kollaborazzjoni se tiffoka fuq attivitajiet li jħallu impatt kemm mil-lat innovattiv kif ukoll għax idumu għal perijodu twil ta’ żmien, u matulha se jseħħu l-iżvilupp u t-tnedija ta’ sensiela ta’ attivitajiet kulturali u artistiċi, bl-isem Quintessence. Il-kompożitur u mużiċist magħruf Renzo Spiteri, li għamel isem fil-qasam tal-mużika elettronika sperimentali; id-drammaturga u akkademika Giuliana Fenech; u l-maniġer kulturali Gaby Giacchino, li flimkien jiffurmaw l-Open Works Lab, kollha għandhom esperjenza twila fil-kunċett, disinn, żvilupp, amministrazzjoni u direzzjoni artistika ta’ diversi proġetti lokali u barranin, kif ukoll huma magħrufin sewwa għall-kollaborazzjoni tagħhom ma’ għadd ta’ organizzazzjonijiet f ’bosta oqsma. Bħal fil-każ ta’ Valletta
2018, Open Works Lab ifittex li jagħmel l-aħjar użu mill-pożizzjoni ġeografika unika ta’ Malta f ’nofs ilMediterran, fil-qalba talEwropa, biex inissel wirt kulturali u artistiku li jitgawda fil-ġejjieni. Il-ħidma kollettiva tal-grupp se tkun taf il-qofol tagħha fi proċess ta’ riċerka, kollaborazzjoni u patrimonju kulturali. Din l-ħidma sseħħ permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet li jkunu ta’ xeħta intima, billi jidħlu fil-fond tal-għeruq u l-oriġini tagħna, kif ukoll sperimentali, billi dejjem tgħarrex u tfittex lil hinn mix-xefaq ta’ dak li diġà nafu. Għal aktar tagħrif fuq ilProgramm Kulturali ta’ Valletta 2018 u Open Works Lab żur is-siti elettroniċi http://valletta2018.org/ u http://www.OpenWorksLab. com Biljetti għall-kunċert Quintessence, li Renzo Spiteri ser jippreżenta bħala solista – l-ewwel attività tal-kollaborazzjoni l-ġdida – jinkisbu mill-Kavallier ta’ San Ġakbu, billi ċċempel 2122 3200, jew bl-internet http://ticketengine. s j c a v. o r g / ? e v e n t n a m e = Quintessence
Renzo Spiteri waqt il-kunċert Quintessence fi Frankfurt
WIRJA TA’ LINO PRINTS F’HERITAGE MALTA
‘Quick Fix: a morality tale’ hija l-wirja li jmiss tal-artist żagħżugħ Ryan Falzon. Il-wirja se turi 14il biċċa magħmulin bit-teknika tal-lino prints li jirrakuntaw storja kontemporanja. Din hija l-istorja ta’ ‘l-eroj’ li mix-xejn isir gangster mogħti għall-vjolenza. Imma, hekk kif jilħaq il-quċċata tal-poter tiegħu, jiġri xi ħaġa. Falzon illum hu magħruf sew għall-arti tal-lino prints. F’wirja li saret m’ilux fil-Mużew Marittimu, Falzon ittratta s-suġġett tal-Ex Voto bl-istil oriġinali tiegħu. Fi Quick Fix Falzon ikompli jiżviluppa dan l-istil oriġinali biex iżomm postu bħala artist li jittratta suġġetti kontemporanji b’referenzi politiċi lokali. L-arti ta’ Falzon tagħmel referenza għal firxa wiesgħa ta’ influwenzi: mill-arti Bizantina għall-arti pop. Il-kuratur tal-wirja, Michael Fenech, qal li Ryan Falzon qed ikompli jiżviluppa stil personali u oriġinali li jolqot l-immaġinazzjoni tal-pubbliku, filwaqt li jagħti ħafna lok għal ħsieb u riflessjoni. ‘Quick Fix: a morality tale’ se tittella’ fl-ispazju ta’ Heritage Malta, Triq Melita, il-Belt Valletta, minn nhar is-Sibt 16 ta’ Jannar sal-Erbgħa 3 ta’ Frar 2016. Il-ħinijiet talftuħ huma mit-Tlieta sas-Sibt bejn l-10.00am u l-4.00pm, u l-Ħadd bejn l-10.00am u l-1.00pm. Aktar informazzjoni tinstab fuq is-sit elettroniku: www.michaelfenech. co.uk, jew il-paġna ta’ Facebook Quick Fix: a morality tale. Din il-wirja qed tittella’ bl-għajnuna ta’ Heritage Malta u Spazju Kreattiv.
MADWARNA
kullħadd.com
10|01|2016 23
ĠBIR TA’ FONDI B’RISQ IL-FONDAZZJONI QALB IT-TFAL Għat-tnax-il sena konsekuttiva, l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria taż-Żurrieq tellgħet il-kampanja ġbir ta’ fondi Minn Qalb iż-Żrieraq, din id-darba b’risq il-fondazzjoni Qalb it-Tfal, bejn it-18 u l-20 ta’ Diċembru. L-aħħar tlett ijiem tal-kampanja ġbir ta’ fondi Minn Qalb iż-Żrieraq ittellgħu minn taħt tinda f ’Misraħ ir-Repubblika, iż-Żurrieq,b’diversi attivitajiet kontinwi. Fit-tmiem ta’ din il-kampanja, proprju nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2015, ġiet ippreżentata s-somma ta’ €4,586.09 lill-fondazzjoni Qalb it-Tfal. Grazzi mill-qalb lil kull min attenda f ’din il-kampanja u ta d-donazzjoni tiegħu.
GO TOFFRI €5,000 LID-DAR TAL-PROVIDENZA
Il-Fond tal-Impjegati GO Cares, li permezz tiegħu l-istaff ta’ GO plc jikkontribwixxu b’mod volontarju matul is-sena, ta għotja ta’ €5,000 lid-Dar tal-Providenza. Id-donazzjoni kienet ippreżentata waqt il-maratona għall-ġbir ta’ fondi li saret fl-1 ta’ Jannar. Josephine Grima, Senior Manager – HR Operations ma’ GO, qalet: “Il-Fond tal-Impjegati GO Cares jappoġġja diversi kawżi ġusti u jipprovdi mezz tajjeb għall-istaff biex jissieħbu flimkien u jagħtu xi ħaġa lura lis-soċjetà. Matul is-sena l-Fond mhux biss iqassam ilflus li jinġabru, imma jorganizza wkoll attivitajiet ħalli l-istaff jinvolvi ruħu u joffri għajnuna u appoġġ dirett.” Id-Dar tal-Providenza hi waħda mill-organizzazzjonijiet li l-Fond tal-Impjegati GO Cares jappoġġja regolarment, jgħinha biex tkompli toffri dar u wens għal kważi mitt persuna b’diżabbiltà. Id-Dar tal-Providenza toffri ukoll servizzi ta’ respite lill-familji tagħhom fuq bażi regolari. “Id-Dar tal-Providenza tagħmel ħafna biex tgħin lill-persuni b’diżabbiltà u lill-familji tagħhom biex ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. Hi organizzazzjoni li ħafna mill-istaff ta’ GO għandhom għal qalbhom. Għalhekk il-Fond tal-Impjegati GO Cares hu kuntent li beda is-sena 2016 bil-preżentazzjoni ta’ din l-għotja,” kompliet Grima.
24 10|01|2016
kullħadd.com
MADWARNA
TLIET SOTTOMISSJONIJIET GĦAL SMART CABINETS FID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA Nhar il-Ħamis li għadda għalqet l-ewwel fażi f ’sejħa maħruġa mill-Gvern f ’Ottubru li għadda li għandha twassal għal sistema aktar effettiva ta’ kif tinħażen u titqassam il-mediċina. L-investiment, li jammonta għal miljuni ta’ ewro, fuq il-mudell ta’ Public Private Partnership se jaħseb biex jiġu introdotti sistemi ġodda bl-għajnuna ta’ servizzi teknoloġiċi bħal dawk ta’ sistema awtomatizzata li biha jibda jsir tqassim aktar effiċjenti tal-mediċini. Dan il-proġett, kif imwiegħed fil-baġit li għadda, se jwassal biex il-pajjiż jiffranka l-flus għax titnaqqas il-ħela u tiżdied
l-effiċjenza. B’dan il-proġett jiżdied is-serħan tal-moħħ li l-pazjent qed jingħata l-mediċina skont kif preskritta. B’dan il-mod anke r-riżorsa umana tista’ tintuża ferm aħjar milli qed tintuża llum. Il-Ħamis stess filgħodu, fil-preżenza tal-pubbliku, Projects Malta Ltd fetħet is-sottomissjonijiet ta’ dawk interessati fil-proġett. B’kollox kien hemm tliet sottomissjonijiet: • • •
Pharma Solutions J.V Consortium SLPA- Swisslog Innovative Automat-
ed Solutions
Is-sejħa pubblika tħares lejn konċessjoni għal servizz pubbliku għad-disinjar, manifatturar, installazzjoni, operat, taħriġ u manutenzjoni ta’ smart cabinets għall-farmaċewtiċi, materjali mediċi u tagħmir ieħor li jintuża fil-kura tas-saħħa. Il-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi, responsabbli wkoll minn Public Private Partnerships qal: “Dan il-pass juri l-impenn tal-Gvern li jħares lejn metodi ġodda li permezz tagħhom jitjieb is-servizz li jingħata lill-pazjenti tagħna permezz ta’ investiment fl-aqwa u l-aħħar teknoloġija.”
DONAZZJONI LIL L-ISTRINA MILL-GRUPP FARSONS Donazzjoni ta’ €25,000 kienet ippreżentata mill-Grupp Farsons lill-Eċċellenza tagħha l-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Edgar Preca waqt il-maratona ta’ L-Istrina ta’ din is-sena li saret fil-Padiljun Sportiv tal-Kottonera. Il-preżentazzjoni saret miċ-Chairman talGrupp Farsons, is-Sur Louis A. Farrugia; il-Kap Eżekuttiv, is-Sur Norman Aquilina, u rappreżentanti tal-maniġment u impjegati. Il-grupp organizza numru ta’ attivitajiet għall-impjegati u l-familji tagħhom matul is-sena, li jinkludu avvenimenti sportivi, quiz night, il-BBQ tas-sajf u attivitajiet kulturali fost oħrajn. Il-Malta Community Chest Fund kienet waħda milli bbenefikat minn dawn l-avvenimenti. “Kull sena L-Istrina tattira rispons kbir mill-pubbliku Malti u aħna kburin li nikkontribwixxu għal din il-kawża ġusta. Ilgrupp tagħna huwa impenjat bis-sħiħ għal dawn l-avvenimenti soċjali b’risq il-komunità u l-impjegati tagħna huma dejjem ġenerużi u lesti biex jagħtu daqqa t’id,” ikkummenta s-Sur Louis A. Farrugia.
MINN BANK GĦALL-IEĦOR, IR-RIGAL TA’ ĦAJJA
Żewġ impjegati tal-Bank HSBC Malta jistennew biex jagħtu d-demm filwaqt li jappoġġjaw lill-kollegi tagħhom waqt li dawn jagħtu d-demm.
L-impjegati ta’ HSBC Malta taw id-demm fiċ-Ċentru Nazzjonali tad-Demm fi Gwardamanġa biex joffru r-rigal ta’ ħajja lil dawk fil-bżonn. Matul l-2015, il-Bank HSBC Malta organizza għadd ta’ sessjonijiet biex jinġabru boroż taddemm għall-Bank Nazzjonali tad-Demm bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal150 anniversajru tal-Grupp HSBC u l-15-il sena tal-preżenza tal-Bank HSBC f ’Malta.
MADWARNA
kullħadd.com
10|01|2016 25
GRAN CIRCO ZAVATTA ISSA F’GĦAWDEX Wara s-suċċess li kellu f ’Malta, Gran Circo Zavatta issa qed joffri l-wirjiet speċjali tiegħu fil-gżira ta’ Għawdex. Fil-fatt, wara domanda ġenerali mill-Għawdxin stess, l-organizzatur Johann Said b’kollaborazzjoni malfamilja Zavatta ser ikunu qed jippreżentaw flimkien Gran Circo Zavatta fir-Rabat (Victoria), Għawdex. Gran Circo Zavatta huwa l-eqdem ċirklu li għadu jeżisti fid-dinja kollha. Ilwirjiet f ’Għawdex bdew millĠimgħa 8 ta’ Jannar 2016 u jibqgħu sejrin kuljum salĦadd 17 ta’ Jannar 2016. Fl-istqarrija tiegħu, is-Sur Johann Said, meta ħabbar li Gran Circo Zavatta ser jitla’ Għawdex, fisser kif l-entużjażmu tal-poplu, f ’dan il-każ tal-Għawdxin, kompla ħeġġu biex ikompli b’din iddedikazzjoni tiegħu, tant li hija l-passjoni tiegħu. “Iċ-ċirklu huwa l-uniku show fid-dinja fejn in-nies jistgħu jinnutaw l-emozzjoni ferriħija fuq ħaddieħor, minħabba l-fatt li huwa maħdum fuq dawra tond. Issa ser inkun nista’ naqsam dan l-entużjażmu mal-Għawdxin kollha, u dawk kollha preżenti f ’Għawdex li se jogħġobhom jattendu waqt li aħna se nkunu qegħdin hemm.” Bla dubju ta’ xejn din se tkun ħarġa unika għall-familja kollha fejn se jgawdu diversi attrazzjonijiet professjonali li jafu joffru Gran Circo Zavatta. Se jkun hemm diversi karattri popolari mattfal, buffi, balancing, maġija, trasformisti li jbiddlu l-ħwejjeġ f ’temp qasir, wirja tal-cowboys u indjani bis-skieken, fire eaters, u bniedem b’saħħtu ħafna li jgħawweġ il-ħadid. Il-qofol tal-attrazzjonijiet se tkun l-attrazzjoni msejħa The Wheel of Death jew La Ruota della Morte, fejn fiha l-artisti se jittestjaw il-bilanċ tagħhom fil-għoli. Ta’ min isemmi li xi wħud mill-artisti li qed jipparteċipaw għamlu suċċessi kbar fejn anke kisbu medalji tal-fidda bħala rikonoxximent. Gran Circo Zavatta jiġbor fih ħafna artisti li se juru l-aqwa ħiliet tagħhom fi prestazzjonijiet kreattivi u kemxejn riskjużi taħt tinda waħda fir-Rabat Għawdex. Dan iċ-ċirklu għandu jkun wieħed memorabbli u ta’ esperjenza unika għall-membri kollha tal-familja, kemm għallkbar u anke għaż-żgħar. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 9999 1771. Il-prezz tal-biljetti huwa €5 biss għat-tfal, filwaqt li l-biljetti għall-adulti jibdew minn €10. Għal aktar informazzjoni dwar iċ-ċirklu Gran Circo Zavatta, ġentilment żur ilpagna ta’ Facebook Circus Malta.
26 10|01|2016
RAMONA
PORTELLI TINTERVISTA LIL
SABRINA
MICALLEF Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com
Email: ramonaportelli@hotmail.com
Sabrina hija omm ta’ żewġt itfal: wieħed ta’ 13-il sena u ieħor ta’ disa xhur. Toqgħod Tas-Sliema flimkien mas-sieħeb tagħha u hija fitness instructor. Għalkemm huwa parti minn xogħolha, filħin liberu tagħha ssibha l-gym. Meta jkollha ftit ħin liberu d-dar tħobb tipprepara koreografiji u workouts ġodda għall-istudenti tagħha. Tħobb ħafna wkoll ixxiri, bħal kull mara wara kollox, l-aktar għal sportswear. Tħobb ukoll is-safar. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna attiva ħafna. “M’għandix minuta kwiet. M’intix ser issibni bilqiegħda. Inħobb inżomm ruħi okkupata għalkemm bl-impenji li għandi ma tantx għandi għażla oħra. Inħobb nippjana l-ġurnata u nara li nibbilanċja l-ħin tiegħi bejn familja, dar, xogħol u l-passjoni tiegħi għall-fitness. Nipprova dejjem insib ilpożittiv f ’kollox u f ’kulħadd. Dejjem ser tarani bi tbissima,” bdiet tgħidli dwarha Sabrina. Iż-żfin huwa għal qalbha ħafna Tgħid li minn dejjem kienet attiva. “Bdejt il-ġinnastika fletà ta’ 12-il sena u minn hemm ġietni l-ħajra li nibda ballroom dancing u Latin American. Iż-żfin kien mill-ewwel daħal f ’qalbi u għadu hemm sal-ġurnata tal-lum. Inħossni nesprimi ruħi meta niżfen. Ħadt sehem f ’bosta kompetizzjonijiet u shows lokali kif ukoll ikkompetejt l-Ingilterra f ’Weymoth. Għamilt ukoll sentejn nistudja jazz dance. Wara li kelli lill-kbir ma kellix iktar ħin x’niddedika għaż-żfin. Kienet għafsa ta’ qalb. L-uniku ħin liberu li kien għad fadalli bejn il-familja, xogħol l-uffiċju, l-istudju għal diploma u d-dar kien filgħodu kmieni. Għalhekk sibt gym li jiftaħ 24/7 u dik kienet ser tkun l-unika għażla tiegħi biex inkompli nżomm ruħi attiva. Fil-ħamsa ta’ filgħodu, kull filgħodu, kont issibni l-gym u minn hemm bdiet passjoni ġdida għalija fid-dinja tal-fitness. Qatt ma waqaft, sal-ġurnata tal llum,” bdiet tgħidli Sabrina. Ġimgħat ilu Sabrina ħadet sehem fil-kompetizzjoni tanNABBA fejn ikkompetiet għattitlu ta’ Miss Female Fitness
kullħadd.com
PERSONALITÀ
IL-FITNESS SAR STIL TA’ ĦAJJA GĦALIHA Meta oħti Alexia kellmitni fuq il-personalità li intervistajt illum millewwel ħsibt li meta bniedem ikun determinat u ma jaqtax qalbu jista’ jirnexxi fil-ħajja. Sabrina Micallef hija xempju għal dawk kollha li forsi jaqtgħu spiss qalbhom, bħal dawk li jkun għadu kif kellhom tarbija, li kultant għal uħud minnhom jibdew jaqtgħu qalbhom minn affarijiet li kienu jagħmlu qabel. Fl-intervista tal-lum ser tindunaw kemm dan m’għandux ikun, anzi l-ħajja għandha tkompli. Ritratti: iCreatemotion Photography
Model u rebħet it-trofew talewwel post. “Li wasalt fuq dak il-palk diġà kien ifisser ħafna għalija. Il-fatt li ġejt l-ewwel post urieni kemm ‘hard work pays off’. Kien mument indimentikabbli u emozzjonanti,” sostniet Sabrina. Il-kompetizzjoni li daħlet għaliha kienet National Body Building Championship organizzata minn NABBA, f ’De la Salle Collage fis-17 ta’ Ottubru 2015. Ipparteċipat fil-kategorija female fitness model. B’kollox kien hemm żewġ kategoriji għannisa u tlieta għall-irġiel. Filkategoriji kienu b’kollox sitt nisa jikkompetu. Sabrina ġiet l-ewwel fil-kategorija u sena oħra se tirrappreżenta lil Malta f ’kompetizzjoni internazzjonali barra minn pajjiżna. Ħolma li seħħet Żiedet tgħidli li għaliha kienet rebħa kbira wara li tikkonsidra li telgħet fuq dak il-palk wara biss disa’ xhur li kellha tarbija. “Waqt li kont tqila komplejt bit-taħriġ; ovvjament naddatta l-eżerċizzji li huma tajbin għalija u għat-tarbija. Dak iż-żmien kont diġà qed noħlom li xi darba nasal s’hemm. Qatt ma stennejt li jirnexxili f ’daqshekk qasir żmien. Ftit ġimgħat wara li wellidt bdejn nitħarreġ bil-mod
id-dar u nlesti l-koreografiji għall-fitness classes tiegħi. Wara għaxar ġimgħat erġajt lura nagħti l-fitness classes u lura l-gym għallweight training. Minn hemm smajt li kienet se ssir kompetizzjoni ta’ NABBA f ’Ottubru li għadda u dak il-ħin stess ħarist lejn il- mera u ddeċidejt li rrid nitla’ fuq dak il-palk. Kien għad fadal biss sitt xhur biex nipprepara għaliha. Kienet sfida kbira, imma kont determinata li naħdem għaliha. Dejjem emmint, u issa iktar min qatt qabel, li kollox jiġi bilmoħħ,” sostniet Sabrina. Għal dawk li jaqtgħu qalbhom wara li jwelldu tarbija u forsi anke jintelqu u jibqgħu xi ftit ħoxnin, stedint lil Sabrina tgħaddilhom messaġġ. “Ma nikkonsidrax lili nnifsi xi wonder woman għalkemm ħafna jsejħuli hekk. Il-mara hija kreatura b’saħħa kbira. Ilparir tiegħi għan-nisa huwa li ma jaqtgħux qalbhom minn l-ebda sitwazzjoni li jinsabu fiha. Kollox huwa possibbli. In-nisa li qed jistennew tarbija jew kellhom tarbija ngħidilhom li m’għandhomx jieqfu jieħdu ħsieb saħħithom. Iddedikaw ftit sigħat fil-ġimgħa għalikom infuskhom. M’għandkomx iżżommu dieta stretta, iżda dieta bilanċjata. Nassigurakom li tgħixu ħajja iktar kuntenta magħkom infuskom u ma’ ta’ madwarkom jekk tħossukom
tajbin u kunfidenti bid-dehra tagħkom.” Ridt inkun naf dwar kif ħejjiet lilha nnifisha qabel ma daħlet għal din il-kompetizzjoni. Fil-fatt, sostniet miegħi li mill-ewwel ġurnata li ddeċidiet li tidħol għal din il-kompetizzjoni fasslet pjan u mxiet miegħu pass pass, għalkemm mhux dejjem kien ikun faċli. “Kont immur ilgym kuljum. Insomma, kif dejjem kont u għadni nagħmel. Ġieli għamilt taħriġ darbtejn f ’ġurnata. Inqassam bejn cardio u weight training. Naqsam it-taħriġ f ’body parts bit-tir li nolqot kull muskola darbtejn f ’ġimgħa. Però, it-taħriġ huwa persentaġġ żgħir ta’ xogħol ħdejn il-ħin li ddedikajt biex noqgħod attenta x’niekol, fi xħin niekol u kemm niekol, immexxija kontinwament middiet advisor tiegħi Susan Borg li għandha esperjenza kbira f ’dan il-qasam. Dan kollu jirrikjedi ħafna ħin u żgur li ma kontx nasal fejn wasalt li kieku ma kienx għas-sapport u l-għajnuna tal-ġenituri tiegħi li jieħdu ħsieb it-tfal meta jiena nkun għat-taħriġ, u għas-sieħeb tiegħi Pedro li mhux l-ewwel darba li jsajjarli u jagħmilli x-xiri u, aktar minn hekk, huwa s-sapport morali li persuna bħali tkun trid. Ma nistax nirringrazzjahom biżżejjed. Ma nistax ukoll ma nsemmiex issapport kbir li kelli mill-ħbieb u studenti tiegħi li tant jemmnu fija.” L-ewwel piloxing instructor f ’Malta Għal Sabrina, il-passjoni tagħha għall-fitness ilha minn mindu kienet żgħira, tant li saret stil ta’ ħajja għaliha. “Wara ħafna snin ta’ esperjenza f ’dan il-qasam iddeċidejt li kien wasal iż-żmien li naqsam il-passjoni tiegħi ma’ oħrajn. B’hekk fl-2013 tlajt l-Italja, ħadt kors tal-piloxing u ġejt ċertifikata l-ewwel piloxing instructor f ’Malta. Kont jiena li introduċejt il-piloxing f ’Malta f ’Ottubru 2013. Ħolma oħra li saret realtà. Il-familja tal-piloxing għadha tikber sal-ġurnata tallum. L-akbar sodisfazzjon
tiegħi li nara persuna b ’s a ħ ħ i t h a u sodisfatta biddehra tagħha. Daqs xahar ilu introduċejt ukoll fitness class oħra mfassla minni stess blisem Grind li tibbaża fuq high intensity interval training għal dawk in-nisa u rġiel li jixtiequ sfida żejda waqt klassi. Għalissa qed nagħti erba’ lezzjonijiet fil-ġimgħa biex ikolli iktar ħin mal-familja, taħriġ personali u nkompli nistudja fuq dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ fitness,” sostniet Sabrina. Staqsejtha jekk taħsibx li ħafna mill-ikel li nieklu llum il-ġurnata hux kawża ta’ ħafna ħxuna żejda u ċertu mard ukoll. “Żieda fil-piż u mard jista’ jiġi kkawżat minn diversi fatturi, madankollu nemmem li dak li nieklu ta’ kuljum żgur li jaffettwa s-saħħa tagħna, kif ukoll ilwellness tagħna u l-fitness. Kull persuna, f ’kull livell ta’ fitness li hija tinsab fih, tista’ takkwista kull tip ta’ informazzjoni u linji gwida għall-bżonnijiet tagħha faċilment. Persuna għandha tkun taf l-ammont ta’ ikel li għandha bżonn f ’ġurnata u x’tip ta’ ikel għandha tevita. B’hekk żgur li tevita ċertu mard u piż. Il-problema f ’ħafna nies hi li jsibuha diffiċli li jżommu ma pjan ta’ nutriment. Għalkemm meta persuna tara r-riżultati u tħossha b’saħħitha ikun aktar faċli li żżomm ma’ pjan ta’ nutriment tajjeb. Il-bidu kollu diffiċli, imma ladarba tara ċertu riżultati dan awtomatikament isir stil ta’ ħajja,” spjegatli Sabrina. Fl-aħħar nett stedintha biex tgħaddi messaġġ għall-qarrejja tal-gazzetta KullĦadd. “Ilparir tiegħi huwa biex jiġru wara l-ħolm tagħhom u qatt ma jaqtgħu qalbhom, lanqas jekk jieħu ż-żmien tiegħu biex iseħħ. Meta taħdmu għal ħolma trabbu iktar kuraġġ. Il-kuraġġ u d-determinazzjoni iwassluk lejn is-suċċess. Trid tkun lest li timpenja ruħek u tagħmel ċertu sagrifiċċji. Wara kollox, xejn ma jiġi mix-xejn,” temmet tgħid Sabrina determinata għall-aħħar.
SKEDA
kullħadd.com
103
10|01|2016 27
102 07.00 Aħbarijiet 08.00 The Client (R) 08.45 Telebejgħ 10.15 Għalkulħadd 11.15 Quddiesa mis-Santwarju ta’ Pinu 12.00 Distinti (R) 12.45 Telebejgħ 13.00 Intriċċi (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed Fuq l-Abjad (R) 16.25 Mill-Familja Rjali 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Newsfeed 19.30 Aħbarijiet 19.50 Newsfeed 20.30 Becky 21.30 Aħbarijiet 21.35 Replay
06.10 Pink Panther 06.50 Flimkien ma’ Nancy 07.50 Sejjaħtli Helpline 08.30 Paperscan 10.05 Aroma Kitchen 11.30 Cibus 12.30 Aħbarijiet 12.40 Telebejgħ 13.00 Dak li Jgħodd 14.10 Arani Issa 17.00 Fresh & Funky 17.30 Aħbarijiet 17.35 Telebejgħ 17.50 L-Argument 19.30 Aħbarijiet 20.10 Ieqaf 20 Minuta 20.35 Andrew & Sue 21.35 On D Road 22.20 Il-Patt 23.30 Aħbarijiet
151 06.00 Lena 06.30 Memex 06.55 Heartland 07.38 Desideri Esauditi 08.20 Frigo 08.45 Il Nostro Amico Charly 09.30 I Nostri Amici Animali 10.15 Cronache Animali 11.00 Mezzogiorno in Famiglia 13.00 TG2 Giorno 13.30 TG 2 Motori 13.40 Meteo 2 13.45 Quelli Che Aspettano 15.30 Quelli Che il Calcio 17.10 90° Minuto 19.35 Squadra Speciale Cobra 11 20.30 TG2 20.30 21.00 N.C.I.S. Alibi 21.45 Limitless 22.40 La Domenica Sportiva
162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.00 Find My Family Australia 07.53 Media Shopping 08.10 Downton Abbey 10.05 Il Matrimonio Più Bello 12.10 Ragazze Nel Pallone – La Rivinci ta 14.00 The Originals 15.40 Gossip Girl 17.20 Inga Lindstrom Innamorarsi Ancora 19.20 Grey’s Anatomy 21.10 Love Actually 23.55 SOS Family Business
372 06.00 Chopped 07.00 Amazing Wedding Cakes 08.00 The Kitchen 10.00 Chopped 11.00 Guy’s Big Bite 12.00 Diners Drive-Ins and Dives 15.00 Chopped 16.00 Siba’s Table. Fast Feasts 17.00 Siba’s Table 18.00 Rev Run’s Sunday Suppers 19.00 Chopped South Africa 20.00 Australian Food Adventures with Matt Moran 21.00 The Freshman Class 22.00 Diners Drive-Ins and Dives 23.00 Rev Run’s Sunday Suppers
405 06.00 Call of the Wildman 06.25 Bondi Vet 07.15 Africa’s Trees of Life 08.10 The Dog Rescuers 09.05 Dr. Jeff – Rocky Mountain Vet 10.00 River Monsters 10.55 Snake Sheila 11.50 Bahama Blue 12.45 Wild Iberia 13.40 North America 14.35 Deadly Islands 15.30 Wildest Africa 16.25 Wild Things With Dominic Monaghan 17.20 Dr. Jeff – Rocky Mountain Vet 18.15 Africa’s Trees of Life 19.10 The Dog Rescuers 20.05 River Monsters 21.00 Dr. Jeff – Rocky Mountain Vet 21.55 Snake Sheila 22.50 Gator Boys
152 08.05 Arrivano i Titani 10.00 La Quarta Età 10.30 Speciale Community le Storie 11.10 TGR Estovest 11.30 TGR Regione Europa 12.00 TG3 12.10 TG3 Fuori Linea 12.18 TG3 Persone 12.25 Il Posto Giusto 13.15 Correva l’Anno 14.15 TG3 14.30 In 1/2 Ora 15.05 Kilimangiaro 19.00 TG3 20.00 Blob 20.10 Che Tempo Che Fa 21.45 Presa diretta – La Battaglia dei Vaccini 23.30 TG3 23.40 TG Regione 23.45 Gazebo
300 06.00 Teletubbies 06.25 Green Balloon Club 06.50 Nina and the Neurons: In the Lab 07.05 Nuzzle and Scratch: Frock and Roll 07.45 Doctors 09.45 EastEnders 11.45 The Weakest Link 12.30 Doctor Who 13.15 Last of the Summer Wine 14.15 The Weakest Link 15.00 Doctor Who 15.50 Daddy Daycare 16.35 Tough Guy Or Chicken? 17.25 Pride and Prejudice 20.10 Call the Midwife 21.00 Crime and Punishment 22.30 Spooks
400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Misfit Garage. 07.15 Fast N’ Loud 08.10 MythBusters 09.05 Impossible Engineering 10.50 Troy 11.40 Storage Hunters 12.35 Property Wars 13.30 Auction Kings 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Extreme Car Hoarders 16.15 Engine Addict With Jimmy de Ville 17.10 Wheeler Dealers 18.05 Fast N’ Loud 19.00 What on Earth? 20.00 Naked and Afraid 21.00 Gold Divers 22.00 Curiosity 23.00 Big Fish Man
452 07.05 Blaze and the Monster Machines 07.30 PAW Patrol 07.55 Winx Club 08.50 The Fairly OddParents 09.40 Sanjay and Craig 10.25 Kung Fu Panda 11.20 Big Time Rush 12.10 Sam & Cat 12.30 Victorious 12.55 Big Time Rush 13.20 Marvin Marvin 13.45 SpongeBob SquarePants 14.35 The Penguins of Madagascar 15.15 The Fairly OddParents 15.55 iCarly 16.20 Big Time Rush 16.45 Victorious 17.10 iCarly 17.35 SpongeBob SquarePants 18.00 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.25 The Penguins of Madagascar 18.50 Henry Danger
101 06.00 Aħbarijiet Loop 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta u lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb u Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 L-Irkant 19.15 Pellikola 20.00 Aħbarijiet 20.50 X-Factor 23.00 Aħbarijiet 23.15 Smack Down WWE
104 07.00 Aħbarijiet 08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma għall-Ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-Nies 10.45 Dot EU 11.00 MEA 11.30 Awtokura 12.00 New Rooms 12.30 Venere 13.00 Paq Paq Lifestyles 13.30 Gadgets 14.00 Malta u lil Hinn Minnha 15.30 Valletta 16.00 Luxdesign 17.00 Valletta 17.00 Madwarna 18.00 Animal Diaries 19.00 Għawdex Illum 19.30 Dwarna 20.30 Aħbarijiet għall-persuni b’nuqqas ta’ smigħ
153
154
07.35 Tg4 Night News 07.55 Media Shopping 08.25 Due Per Tre 09.00 Confessione Reporter 10.00 Santa Messa 10.50 Le Storie Di Viaggio A… 11.30 Tg4 Telegiornale 12.00 Il Comandante Florent 13.52 Donnavventura 14.52 Il Decimo Clandestino 16.22 Scontro Di Titani 18.51 18.55 Tg4 Telegiornale 19.35 Tempesta D’Amore 21.15 Le Nuove Comiche
06.00 Prima Pagina Tg5 07.55 Traffico 08.00 Tg5 Mattina 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Bella Più di Prima 11.00 Le Storie di Melaverde 12.00 Melaverde 13.00 Tg5 13.40 L’arca Di Noè 14.00 Domenica Live 18.45 Il Segreto 19.57 Prima Pagina Tg5 20.00 Tg5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Riassunto 21.11 Il Segreto 23.31 Un Marito di Troppo
306 06.00 THS: Reality Splits 07.00 I Am Cait 12.00 Keeping Up With the Kardashians 18.00 E! News 19.00 Keeping Up With the Kardashians 20.00 House of DVF 22.00 Botched
403 06.00 Toddlers & Tiaras 07.40 Cake Boss 09.30 Little People Big World 11.20 Born Without Limbs 12.15 Our Little Family 13.10 Little People Big World 14.05 The Autistic Gardener 15.00 My Big Fat Fabulous Life 15.55 Obsessive Compulsive Cleaners 16.50 Belief 17.45 Say Yes to the Dress 20.05 Bride by Design 21.00 Belief 21.55 My Giant Life 22.50 My Strange Addiction 23.45 Vegas 911
600 06.00 IBU World Cup Biathlon 07.00 Qatar ExxonMobil Open Tennis 08.30 Dakar Rally 09.00 IBU World Cup Biathlon 09.30 FIS World Cup Ski Jumping 10.15 FIS World Cup Nordic Combined Skiing 11.30 IBU World Cup Biathlon 13.15 FIS World Cup Nordic Combined Skiing 13.45 FIS World Cup Cross-Country Skiing 14.45 IBU World Cup Biathlon 15.45 FIS World Cup Ski Jumping 17.30 FIS World Cup Cross-Country Skiing 18.30 FIS World Cup Ski Jumping 18.55 Eurosport2 News 19.00 Masters Snooker 20.00 Live – Masters Snooker 22.55 Eurosport2 News 23.00 Dakar Rally 23.30 Wintersports Today
307 06.50 Caribbean Life 07.15 Hawaii Life 07.40 Giada at Home 08.30 Healthy Appetite With Ellie Krieger 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Desperate Landscapes 12.00 Junk Gypsies 12.50 Cousins on Call 13.15 Kitchen Cousins 13.45 Giada’s Weekend Getaways 14.35 Restoration SOS Buffalo 15.25 Fixer Upper 16.15 Rehab Addict 17.05 Extreme Homes 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Extreme Homes
150 06.00 Da Da Da Musica E Cinema 06.30 Unomattina In Famiglia 09.45 Dreams Road 2015 10.30 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde Abruzzo 13.30 Telegiornale 14.00 L’Arena 16.35 Domenica In 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Affari Tuoi 21.30 Tutto Può Succedere 23.30 Speciale Tg1
155 06.55 Hannah Montana 07.15 Il Cucciolo Di Scooby 07.42 Titti e Silvestro 07.55 I Flinstones 08.45 Lupin Nome In Codice Tarantola 10.40 Svitati 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset XXL 13.55 L’Odissea 17.50 La Vita Secondo Jim 18.15 Camera Cafè 18.28 Studio Aperto 19.00 Camera Cafè 19.20 Il Signore Degli Anelli 20.17 Tgcom 21.25 Viaggio Nell’Isola Misterio 23.20 The Hole In 3D
410 06.00 House Hunters International 08.00 Salvage Dawgs 09.00 The Vanilla Ice Project 10.00 Time Traveling With Brian Unger 11.00 Building Alaska 13.00 Man Caves 14.00 The Vanilla Ice Project 15.00 Shed & Buried 16.00 Salvage Dawgs 17.00 Extreme Survival Bunkers 18.00 Shane Delia’s Moorish Spice Journey 19.00 Epic Attractions 20.00 Mysteries at the Monument 21.00 Mysteries at the Museum 22.00 Most Terrifying Places in America 23.00 Time Traveling With Brian Unger
412
312
06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 19.00 Mountain Men 20.00 The Curse of Oak Island 21.00 Ancient Aliens 22.00 Storage Wars 23.00 Pawn Stars
06.25 Brannigan 08.15 Seven Years in Tibet 10.30 Lords of Dogtown 12.10 Duplex 13.40 Futureworld 15.25 Eight Men Out 17.25 Earthbound 19.00 Desperately Seeking Susan 20.45 Kuffs 22.25 Walking Tall 23.50 Desperately Seeking Susan
28 10|01|2016
kullħadd.com MIĊ-
ĊINEMA
RAPPORT TA’
ĊINEMA
CARMEL BONNICI
THE DRESSMAKER
KURJUŻ
ĦRAFA ADULTA TA’ BURDATI DIVERSI Atturi Ewlenin: Kate Winslet, Judy Davis, Liam Hemsworth, Hugo Weaving, Caroline Goodall Direttriċi: Jocelyn Moorhouse Distributur: Entertainment Films Maħruġ minn KRS Releasing The Dressmaker huwa primarjament ħrafa eċċentrika, sorprendenti u interessanti għall-kbar. Dan hu film Awstraljan ambjentat fissena 1951 f ’belt żgħira ħafna mimlija trab, madwar deżert u djar mhux sodi tal-injam. L-ewwel dehra ta’ dan ilpost deżolat u minsi tagħtik l-impressjoni li ninsabu fil-Old West tal-Amerika, u b’mużika qawwija fil-bidu tinżel ilprotagonista, introdotta mill-parti ta’ saqajha u minn taħt kappell wiesa’ tesklama: “Erġajt lura, ja viljakki!” fejn wieħed ikun jistenna xi vendetta gwappa. Imma The Dressmaker hu ħafna ’l bogħod minn hekk. Din hi Tilly Dunnage (Winslet) li reġgħet lura minn Pariġi wara għoxrin sena, meta ta’ għaxar snin intbagħtet hemm mixlija li qatlet tifel. Fil-belt ta’ Dungatar qed isir ħafna tfesfis fuqha,
Ħin: 118 min. Ċert. 15
speċjalment minn nisa li jobogħduha. F’Pariġi hi tgħallmet tfassal l-ilbiesi tannisa u, bil-kwalità moderna ta’ ħwejjeġ li tħit lin-nisa mdendlin tal-post, isir kambjament kbir fuqhom. Tilly verament toħloq paniku qalb l-irġiel meta, f ’logħba finali tal-futbol, liebsa mqaċċat, il-plejers ikunu aktar moħħhom fiha. The Dressmaker, però, hu wkoll film kumpless li fih melodramma, traġedji, kummiedja oskura kif ukoll kxif ta’ misteru ta’ qabel. Tilly ġiet hemm għas-sodisfazzjon u, b’xi mod jew ieħor, trid tieħdu. L-atmosfera ta’ dan ix-xogħol hi waħda tassew kurjuża, fejn Judy Davis bħala Mad Molly Dunnage, l-omm eċċentrika ta’ Tilly, aktarx skartata miċ-ċittadini tal-post, tiddomina din il-produzzjoni straordinarja u anke tipprovdi l-aktar mumenti farseski. Film li mhux ta’ min jitilfu!
JOY
MARA LI STINKAT ĦAFNA GĦAS-SUĊĊESS
BIJOGRAFIKU
Atturi Ewlenin: Jennifer Lawrence, Robert DeNiro, Edgar Ramirez, Bradley Cooper, Virginia Madsen, Isabella Rossellini Direttur: David O Russell Distributur: 20th Century Fox Maħruġ minn KRS Releasing Id-direttur David O Russell sab il-kumbinazzjoni perfetta bl-atturi Jennifer Lawrence u Bradley Cooper u laqat il-likk meta dderiġiehom f ’Silver Linings Playbook u American Hustle; żewġ produzzjonijiet li akkwistaw diversi nominazzjonijiet għallOscars. Għat-tielet darba dawn qed jerġgħu jidhru flimkien, minkejja li Cooper m’għandux parti kbira, taħt it-tmexxija ta’ Russell fil-film Joy. It-tema tal-film hija dwar mara li azzardat bil-kbir biex tilħaq xi ħaġa speċjali, falliet kemm-il darba, sakemm fl-aħħar daqet il-frott tas-suċċess. B’xi mod, dan ix-xogħol hu bbażat fuq il-ħajja ta’ omm bla raġel, Joy Mangano, li minn mara talfamilja saret negozjanta meta vvintat dak imsejjaħ ‘il-mopp tal-mirakli’. Il-film jittratta kważi erbgħin sena mill-ħajja ta’ din l-omm
Ħin: 124 min. Ċert. 12A
ta’ tlett itfal li bil-persistenza tagħha u kuraġġ qawwi sabet mezz kif minn ħajja ordinarja pprogressat għal mumenti straordinarji ta’ stinkar bla ħniena biex toħloq xi ħaġa utli u fl-istess waqt tieħu ħsieb dawk kollha ta’ madwarha. Joy hija kummiedja emozzjonanti b’waqtiet ta’ umanità dwar mara li ġarrbet tradiment, ingann u taqtigħ il-qalb u t-twemmin sod li tirrealizza l-ħolma tagħha. Is-saħħa ta’ dan il-film tinsab fil-parti brillanti u verament kredibbli ta’ Jennifer Lawrence (diġà rebbieħa ta’ Oscar) li tinterpreta lil Joy mill-addoloxxenza tagħha saletà ta’ madwar erbgħin sena. Din il-brava attriċi, mingħajr xi sforz żejjed, turi diversi burdati distinti, fosthom eċċentriċiżmu, serjetà, impenn u sens ta’ karità mal-oħrajn filmixja diffiċli tagħha biex tilħaq l-iskop ewlieni ta’ ħajjitha.
Parti li tista’, meritament, terġa’ twassalha għall-Academy Award. Fil-parti ta’ missierha
jidher Robert DeNiro, ukoll għat-tielet darba mad-direttur David O Russell.
ĊINEMA
kullħadd.com
10|01|2016 29
CAROL
ESKWEŻITU
ATTRAZZJONI ARDITA TA’ ŻEWĠ NISA LEJN XULXIN
Atturi Ewlenin: Cate Blanchett, Rooney Mara, Sarah qalbu marbuta ma’ dawn ilkwalitajiet ta’ films, issa hawn Poulson, Jake Lacey, Kyle Chandler ieħor simili, Carol. Ma kinitx sorpriża li Direttur: Todd Haynes Ħin: 118 min. d-direttur Todd Haynes se Distributur: Studiocanal Ltd Films jasal għal dan, għax diġà wera Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 15 ħjiel f ’Far From Heaven (2002). Li hemm differenti f ’dan ixFis-snin ħamsin u dawk tal- soċjali jinvadu lil xulxin xogħol minn dawk ta’ qabel bidu tas-snin sittin ħarġu b’riżultati varji, il-kostumi hija t-tema tal-leżbjaniżmu, diversi xogħlijiet drammatiċi, u s-sets tassew eskwiżiti, it- li għal dawk iż-żminijiet melodrammi romantiċi diretti technicolor użat tant ipaxxi kienet tabù, imma f ’Carol b’tant ħila mill-Ġermaniż l-għajnejn li llum dawn il- hija ttrattata b’mod diskret u Douglas Sirk. produzzjonijiet huma biss xieraq tassew. Sorpriżament, L-atmosfera palpabbli memorja li ġġib ferħ f ’dawk Carol hu addattat minn fuq ta’ dawk iż-żminijiet tant li tant ħadu gost bihom. in-novella The Price Of Salt miġbuda tajjeb, il-klassijiet Għal min għad għandu tal-awtriċi Patricia Highsmith,
l-uniku volum li kitbet li ma jittrattax xi forma ta’ kriminalità. Dan il-film jiffoka fuq relazzjoni ta’ mħabba bejn żewġ nisa ta’ etajiet differenti u ta’ klassi soċjali varja u kif din l-attrazzjoni se tolqothom fil-klima normali ta’ epoka li ma tittollerax dan. Carol Aird (Blanchett), mara affluwenti miżżewġa lil Harge (Chandler), bankier sinjur, qed tħossha maqbuda fi żwieġ mingħajr imħabba. Therese Belivet (Mara), skrivana li taħdem fi stabbiliment kbir tal-ħwejjeġ f ’Manhattan,
tixtieq xi ħaġa aħjar mill-ħajja, għalkemm għandha wkoll sieħeb li jħobbha. Meta dawn it-tnejn jiltaqgħu u jitkellmu flimkien, xi ħaġa straordinarja tiġbidhom lejn xulxin minkejja li hemm madwar għoxrin sena differenza fl-età rispettiva tagħhom. Dan il-film, li jispiċċa b’final brillanti li jisfida n-normi ta’ żmienu, hu mogħni b’żewġ protagonisti li tassew iġorru din il-produzzjoni b’mod stupend fuq spallejhom. Nistennew x’se jiġri fl-Oscars li jmiss!
L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn it-30.12.2015 u t-03.01.2016
1. 2. 3. 4. 5.
Star Wars: Episode VII – The Force Awakens Daddy’s Home In The Heart Of The Sea The Good Dinosaur Spectre
KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA
Mistoqsija għal din il-ġimgħa Min hi l-attriċi prinċipali tal-film The Dressmaker? Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: E. MIZZI – il-Gżira
30 10|01|2016
kullħadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI PROPRJETÀ
TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. SERVIZZI Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. email: info@ privateinvestigationmalta. com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħall-Matematika, Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet tal-ECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur is-sit elettroniku www.tudorinstitute.com Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www.tewmi.com jew ċempel 9942 2422. Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew Latin-Amerikan. Lezzjonijiet taż-żfin
għall- beginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm. Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178. AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Sett ta’ 11-il vara tal-Ġimgħa l-Kbira; qies ta’ 8 pulzieri. Kompluti bil-bradelli, dawl, ħadid, misteri u fjuri. Jinbiegħu kollha f ’daqqa. Ċempel 9915 1939 jew 2182 0575. Għamara: Sett għamara ta’ kamra tas-sodda double. Prezz €700. Ċempel 2165 9311. Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure
test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs.com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Mosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI
Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġjużi fuq sistemi tas-satellita u fuq l-android TV boxes. Għal aktar infromazzjoni ċempel 2148 6211. Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel fuq 7928 5444. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167.
Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www.wpmalta.com Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq issit www.darrendoitall.com Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek il-problema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin garanzija. Xogħol professjonali bl-aqwa materjal ISO pool. Għal stima bla obbligu ċemplu 7972 9967 jew żur is-sit www.kendawaterproofing. com AVVIŻI OĦRA
Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811.
Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u blorħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid9.00 san-12.30 u mill-16.00 sas-19.00. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361.
WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa,
MUSIC
KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU
ISEM, KUNSJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ
LINK
Issibilna
AVVIŻI
kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tar-ram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba tal-mużika tat-tagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796. AGR AUTO JAPANESE Parts għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts. com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, ir-Rabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għall-festi tal-Milied. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www. nigretnc.com
Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa
€5 €10 €15 €30 €56 €93
ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun ĦMR 1717.
AVVIŻI
kullħadd.com
AVVIŻI PARTI LABURISTA Buffet dinner dance mtella’ mill-Għaqda Veterani Laburisti, is-Sibt 30 ta’ Jannar 2015 fis-San Antonio Hotel & Spa, ilQawra, bejn is-7.00pm u l-11.30pm. Biljetti miċ-Ċentru Laburista l-Ħamrun, jew ċemplu lil Veronica fuq 9946 8416, Connie fuq 7920 1576, jew Arthur fuq 9811 2615. Prezz għall-kbar huwa €24; u għal tfal bejn is-6 u t-12-il sena huwa €12. Aħsbu kmieni għall-biljetti għax il- postijiet huma limitati, l-Għaqda Veterani Laburisti tirringrazzjakom bil-quddiem. Aħsbu kmieni għall-bijetti.
AVVIŻI ĠENERALI Lija Citrus Festival Illum se jitella’ l-festival taċ-ċitru f ’Ħal Lija. Il-festival ser isir fil-Kappella tal-Mirakli u l-Ġnien tal-Mirakli li jinsabu fi Triq Annibale Preca. L-attività tibda fid-9.30am u tispiċċa għas-6.00pm. Se jkun hemm bejgħ ta’ frott taċ-ċitru, bejgħ ta’ ikel tipiku Malti kif ukoll prodotti tal-għasel. Fir-raddiena l-qadima se jkun hemm esibizzjoni fejn l-artisti jagħmlu wirja ta’ arti Maltija. Ikun hemm ukoll logħob u divertiment għat-tfal, u varjetà ta’ diveriment mużikali. Jekk it-temp jippermetti se jkun hemm ukoll wirja ta’ karozzi klassiċi sportivi. Mixja Illum fis-1.00pm se tiġi organizzata mixja fl-inħawi ta’ Selmun. Il-mixja tieħu bejn tliet sigħat u tliet sigħat u nofs. Din l-attività hija mod ta’ eżerċizzju f ’arja friska. Kulħadd huwa mistieden li jattendi. Ħeġġu lil sħabkom u l-familji tagħkom biex jattendu wkoll. Se niltaqgħu ħdejn il-knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija. Ġbir ta’ fondi b’risq il-fondazzjoni Qalb it-Tfal (18-20 ta’ Diċembru 2015) Għat-12-il sena konsekuttiva, l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria tellgħet il-kampanja ġbir ta’ fondi Minn Qalb iż-Żrieraq, din id-darba b’risq il-fondazzjoni Qalb it-Tfal. L-aħħar tlett ijiem tal-kampanja ġbir ta’ fondi Minn Qalb iż-Żrieraq ittellgħu minn taħt tinda f ’Misraħ ir-Repubblika, iż-Żurrieq, b’diversi attivitajiet. Fit-tmiem ta’ din ilkampanja, proprju nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2015, ġiet ippreżentata is-somma ta’ €4,586.09 lill-fondazzjoni Qalb it-Tfal. Grazzi mill-qalb lil kull min attenda f ’din ilkampanja u ta d-donazzjoni tiegħu. Creative Mondays Attività għal persuni artistiċi biex jiltaqgħu u jsiru jafu lil xuxlin. Din l-attività hija miftuħa kemm għall-artisti Maltin kif ukoll barranin, tittella’ kull tieni u r-raba’ Tnejn taxxahar u sservi bħala diskussjoni dwar l-ideat kreattivi u anke proġetti varji. Kull min jattendi huwa mistieden iġib l-isketch book, kamera u materjal ieħor li jippermetti li tniżżel l-ideat fuqhom. L-ewwel laqgħa se ssir għada t-Tnejn 11 ta’ Jannar, fil-bar Yard, 32, Strada Stretta. L-attività tibda fit-8.00pm. Valletta International Baroque Festival Bejn is-16 u t-30 ta’ Jannar se jittellgħu bosta attivitajiet madwar Malta b’konnessjoni mal-Valletta International Baroque Fesitval. L-attivitajiet ikunu marbutin mal-mużika u fl-aħħar jum jittella’ kunċert ta’ The Beatles bi stil Barokk. Għal aktar informazzjoni dwar il-programmii li se jittellgħu matul il-ġimagħtejn tal-festival, kif ukoll biex tixtri l-biljetti, żur s-sit elettroniku http://www. vallettabaroquefestival.com.mt/index.php?option=com_ content&view=article&id=73&Itemid=83. l Il-pubbliku huwa mistieden li jattendi għal dawn l-attivitajiet.
10|01|2016 31
32 10|01|2016
kullħadd.com
TEMP GĦAL-LUM
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
19°C
19°C
18°C
14°C
14°C
12°C
03
03
03
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
Is-Sibt
18°C
18°C
17°C
12°C
12°C
10°C
03
03
03
ALMANAKK
RITRATT MILL-ANTIK
L-OGĦLA TEMPERATURA: 21°C L-INQAS TEMPERATURA: 13°C INDIĊI UV: 02 SITWAZZJONI ĠENERALI: Firxa ta’ pressjoni għolja testendi fuq l-Atlantiku sa fuq l-Eġittu
UV
TEMP: Il-biċċa l-kbira xemxi VIŻIBBILTÀ: Tajba RIĦ: Ħafif għal moderat mill-Punent li jsir moderat mill-Majjistral BAĦAR: Moderat IMBATT: Baxx mil-Lbiċ TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 18°C
UV
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, il-Furjana Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun St George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara Pharmaland Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, Ta’ Xbiex Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, is-Swieqi Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema St Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, il-Mosta Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar St Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, iż-Żejtun Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, il-Qrendi Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ Make Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, l-Imtarfa Għawdex
Triq Rudolfo, Tas-Sliema, fl-imgħoddi
DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA
13.01.2012 Jegħreq il-vapur tal-passiġġieri Costa Concordia li ħalla 32 vittma fost l-4,232 persuna abbord
Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, ir-Rabat St Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, il-Qala Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
NUMRI REBBIEĦA LOTTU
20 90 51 16 19 36 15 27
SUPER 5
31 18 10 41 01
GRAND LOTTERY
03 06 05 00 00 09 01
15.01.2005 L-orbiter lunari SMART-1 ta’ ESA tiskopri elementi ta’ kalċju aluminju, silicon, ħadid u oħrajn fuq wiċċ il-qamar
KOMPETIZZJONI KTIEB
kullħadd.com
10|01|2016 33
KOMPETIZZJONI KTIEB L-EKU TAS-SIRENA
Xi jġib u jlaqqa’ flimkien lill-familji Bajada u Magro? Żewġ familji differenti għalkollox minn xulxin, bi stili ta’ ħajja kompletament opposti, b’kuntrasti kbar bejniethom u sitwazzjonijiet diffiċli. Dan ir-rumanz ta’ Charles Micallef St John jiżvolġi storja ta’ żewġ familji li tibda minn ftit wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Bil-maġija ta’ kitbietu, l-awtur jeħodna lura fiż-żmien biex lill-qarrej idaħħlu fil-fond u jlaqqgħu ma’ dak li sawwar lill-familja Bajada mix-Xgħajra u l-familja Magro minn Ħaż-Żabbar. Micallef St John iġib lill-qarrej wiċċ imb wiċċ mat-traġedji li ż-żewġ familji jgħaddu minnhom, mingħajr ma jitlef bil-kapaċità naturali li għandu biex joħloq sitwazzjonijiet umoristiċi wkoll. Kollox ma’ kollox, l-awtur joħloq bilanċ li, permezz tiegħu, il-qarrej isibha diffiċli li jitlaq il-ktieb minn idejh. Toni Bajada huwa raġel sempliċi, b’delizzji ftit li xejn, għajr l-ossessjoni għall-baħar u l-ħut. Missieru, Karmnu, mekkanik tal-karozzi prim, kien ferm aktar fuq ruħu; jiġri man-nisa Ingliżi, jixxala u jgħix għal-lum. Sakemm iltaqa’ ma’ Grazzja, soċja tal-Museum. Iżda l-istorja ma bdietx b’Toni u lanqas b’missieru… L-istorja ta’ Toni mhix waħda komuni. Tfulitu msawra biss bil-fantasija li jibqa’ jgħixha sal-aħħar. Is-sigrieti ta’ Toni jinfetħu beraħ ma’ kull paġna tal-ktieb, li b’ritmu mexxej jakkumula tensjoni pjaċevoli li tibqa’ sejra salaħħar paragrafu tal-ktieb. Charles Micallef St John irnexxielu għal darb’oħra, permezz ta’ L-Eku tas-Sirena, jikkontribwixxi volum letterarju ieħor, miktub b’ċerta passjoni, b’sinċerità, bi stil mexxej, kultant romantiku u innoċenti iżda b’lingwaġġ mill-aktar miftuħ u skjett. Wara s-suċċess tas-saga f ’erba’ volumi, Suwed Ulied il-Lejl u s-satira moderna L-Olimpjadi tad-Dagħa, Charles Micallef St John irritorna b’rumanz ieħor miktub b’pinna matura, versatili u fuq kollox oriġinali.
SILTA MILL-KTIEB Ir-riħa qawwija ta’ ħut li laqgħet lil Toni Bajada jekk kif rasu feġġet minn bejn koxxtejn ommu wara dawk ixxhur twal imgezzez għall-kenn filħemda u d-dlam tal-ġuf għall-istorbju u d-dawl tad-dinja tagħna tant ħasditu li dam tal-anqas tliet minuti biex ħa t-tieni nifs. Tagħtih tort, miskin, lil Toni Bajada jinħasad? Filli komdu, imgezzez u ma jonqsu xejn għal disa’ xhur jgħum fl-ilma sħun u nadif f ’ġuf ommu, u filli ħabta u sabta jħoss rasu tinġibed minn par idejn daqsiex għal ambjent ġdid mimli kesħa u storbju li Toni Bajada kien għadu żgħir wisq biex jagħraf bħala tqanżiħ għajjien t’ommu, l-għajjat mimli entużjażmu u ġakulatorji tal-qalb u l-biki bla mistħija ta’ missieru. Moħħu jien għadu ma bediex jaħdem tajjeb. Kien dara jitgħażżen matul ix-xhur li ommu żammitu f ’ġufha. Għal disa’ xhur kien hemm
hi biex taħseb għalih. U issa, iffaċċjat madwar għonqa, u tilgħaq xofftejha b’din l-ewwel problema ta’ ħajtu, dam bil-għatx li kellha, u li ma indunatx ftit biex analizza din is-sensazzjoni li kellha tul l-għaxar sigħat twal li ġdida, differenti għalkollox minn għamlet tagħmel ħilitha biex ma titlifx sensazzjonijiet li kien imdorri bihom lil din it-tarbija ġdida. Ma kienx faċli mgħarraq kif kien fl-ilma ta’ ġuf għaliha li ssalva t-tarbija minkejja li ommu. U dam, għalhekk, ma induna tul ħajjitha Ġuditta kienet welldet li sensazzjoni oħra ġdida mar-riħa eluf ta’ trabi, u għal mument ħasbet ta’ ħut kienet dik ta’ wġigħ. Anzi ta’ li tilfitha għalkollox meta damet tliet numru ta’ weġgħat kbar. Weġgħat minuti sħaħ ma tiħux nifs. Ħasbet li riżultat ta’ daqqa wara l-oħra bil-pala l-għaxar sigħat li għamlet fuq riġlejha goffa ta’ id il-qabla fuq il-warrani biex tissielet bla ma waqfet imqar biex tisfurzah jieħu t-tieni nifs. U kien tieħu belgħa kafè kienu se jiswewlha biss mas-sitt jew seba’ daqqa, waħda suf. Għax Ġuditta l-qabla kienet aktar qawwija mill-oħra, li Toni fetaħ kburija li ftit kienu t-trabi mill-eluf li ħanġra daqsiex u ma waqafx iwerżaq welldet li mitulha dment li jirnexxilha qabel il-qabla qatgħatlu l-kurdun twasslilhom rashom għall-arja u minn ma’ żokortu, rabtitlu ż-żokra, d-dawl tad-dinja. ħaslitu minn rasu sa saqajh, geddsitu Missier it-trabija, Karmnu Bajada, f ’xugaman nadif u waħħlitlu ħalqu kien qed jomħot b’ħoss qawwi, maż-żejża t’ommu. bilwieqfa kif kien bi spalltu tistrieħ Ġuditta l-qabla issa setgħet tintefa’ mal-koxxa tal-bieb tal-kamra tasbilqiegħda u tieħu nifsijiet fil-fond sodda. Ma ħariġx mill-kamra tul ishi u timsaħ l-għaraq ta’ fuq ġbinha u sigħat twal minn mindu ċertu Dwardu Mistoqsija: Fejn kienu joqogħdu omm u missier Toni?
tal-Irrumblat, wieħed mill-ġirien, niżel għalih b’kemm jiflaħ bir-rota minn Ħaż-Żabbar għax-Xgħajra fejn Karmnu kien ilu jistad minn qabel il-ħamsa ta’ filgħdu. Dwardu kien li wassallu l-messaġġ li martu Grazzja kienet mibdija. “Kif jista’ jkun diġà mibdija?” kien qal Karmnu maħsud hu u jtella’ millbaħar ix-xlief bil-gamblu għadu mhux mittiefes, u jqum bilwieqfa minn fuq il-banketta baxxa tal-injam li kienet ilha għandu aktar minn tletin sena. “Dik suppost qabel ħmistax oħra mhux suppost.” Iżda xorta kien għaġġel kemm felaħ biex għalaq il-landa fejn kellu l-gambli, battal l-ilma baħar mill-barmil li kellu t-tliet sprali u erba’ għarajjes li kien laħaq qabad sa dak il-ħin, u tefa’ kollox, inkluża r-rota ta’ Dwardu filvann Austin ta’ qabel il-gwerra biex fis-sitta u għoxrin kienu diġà bdew tilgħin lejn id-dar f ’tal-Biċċieni.
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: L-Eku tas-Sirena ġentilment ipprovdut minn BDL Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 17 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Gramma huwa: M. CAMILLERI – Santa Venera
34 10|01|2016
kullħadd.com
LOGĦOB
TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 198 210 414 427 480 624 677 913 960 982 B’4 Numri 0068 0173 0426 0486 0564 0863 1530 1662 2070 2123 2211 2445 2621 3181 3332 3892
4018 4821 4910 4916 4972 4987 5476 5798 5967 6604 6675 6776 6981 7028 7630 7699 8457 9462 B’5 Numri
46272 48302 51198 54815 60016 64293 68698 69628 70144 80008 94080 94689 95627 99150 B’6 Numri
142664 403814 566484 B’7 Numri 3670915 4461914 5366928 7962628 Bi 8 Numri 00723677 22353521 32200605
049943 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA
01737 08011 14282 15148 18236 22266 24649 28335 29217 42308
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħata lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:
Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: M. Mifsud – Birkirkara
KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]
4
Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:
Nru tat-telefown:
LOGĦOB
10|01|2016 35
kullħadd.com
IRBAĦ €25 FI FLUS
Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.
105
TISLIBA Mimdudin: 1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16,19. 18. 19. 20. 21. 23. 24.
Kompli l-qawl: ..... m’int, akbar hemmek (5) Mercedes (4) Kulur id-demm (5) Ara 7 Karti ħoxnin (6) Darba kien imexxi l-Eġittu (6) Kontra skura (6) Missier (2) Ara 16 Qalleb il-ħamrija (5) Il-grawnd tal- Liverpool (3) Ara 3 Mhux ġdida (5)
Weqfin: 1. Ippreparati (6) 2,11. Tingħata fil-knisja l-aktar (5) 3,23. Storja? (7) 5,14. Ħlas biex tidħol (9) 6,15. Karrotta (9) 8. Tajtu parir kuntrarju! (9) 11. Ara 2 12. Ninu Cremona (1,1) 13,22. Ħafna sapun? (6) 14. Ara 5 15. Ara 6 17. Dan imexxi l-kumpanija (1,1,1) 21. Dan isajjar (3) 22. Ara 13
SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin:
Weqfin:
1. Aħmar, 4. Mewt, 7,16. Uniti, 9. Jum, 10. Maċina, 12. Maħżen, 18,17. Batut, 20. Karus, 23. Imam, 24. Umani
1. Aħjini, 2,19. Mimosa, 3,5. Rumeni, 6,22. Trauma, 8. Nazzarenu, 11,15. Maratoni, 12,21 wieqfa. Mitwi, 13,21 mimduda. Ħbattu, 14. Nostra
QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Żewġ chefs famużi fuq l-istazzjon Food Network, u huma wkoll America’s Iron Chefs Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-31 ta’ Jannar flimkien mal-logos tal-ħarġiet tat-3, 10, 17, 24 ta’ Jannar.
RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA
Harrison Ford
Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: J. ABELA – l-Imqabba L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.
Mark Hamil
36 10|01|2016
kullħadd.com
SPORTS
KAXXIER ĠDID U L-EWWEL IMPENJI GĦAL ASMK DIN IS-SENA
Manuel Camilleri il-kaxxier il-ġdid flimkien mal-Ufficjali tal-ASMK
Fil-ġ+-imgħatejn li għaddew l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ikkonkludiet il-proċess li beda filLaqgħa Ġenerali Straordinarja (EGM) li saret f ’Villa Bighi biex jiġi elett il-Kaxxier il-ġdid tal-ASMK kif ukoll Assistent Kaxxier, Kaxxier tal-Autocross u Rappreżentant tal-Motocross. Wara r-riżenja ta’ Edgar Xuereb min Kaxxier tal-ASMK ġie nominat Manuel Camilleri li kien elett unanimament. Camilleri kien jokkupa diversi karigi fl-ASMK fosthom dik ta Assistent Kaxxier. Dan kellu jirreżenja minn din il-kariga biex seta’ jieħu l-Kariga ta Kaxxier ASMK waqt li wkoll illum jokkupa il-kariga ta’ President u Rappreżentant tas-sezzjoni Trials. Waqt dawn l-elezzjonijiet immexxija minn-Kummissjoni ta’ tliet persuni saru
wkoll divseri ħatriet. Wara l-elezzjonijiet li saru matul il-ġimgħa li għaddiet għal darba oħra Gordon Johnson ġie elett fil-Kariga ta Assistent Kaxxier liema kariga kien diġa’ jokkupa fl-istaġun li għadda. John Mamo li diġa jokkupa l-Kariga ta Kaxxier fis-Sezzjoni Motocross issa ġie elett ukoll bħala Rappreżentant ta’ l-istess Sezzjoni. Wiċċ ġdid ieħor fl-Amministrazzjoni talASMK huwa Malcom Borg li ġie Elett Kaxxier tas-Sezzjoni Autocross. L-Assoċjazzjoni tirringrazzja lis-Sur Edgar Xuereb għax-xogħol kollu li għamel matul dawn l-aħħar 20 sena fejn kien jokkupa l-Kariga ta’ Kaxxier tal-ASMK. Xuereb flimkien mal-President u Segretarju Ġenerali preżenti huma magħrufa fejn fil-bidu ta’ żminijiet li ħadu t-tmexxija rnexxilhom joħroġu
lill-Assoċjazzjoni minn kriżi li kienet fiha f ’nofs id-disgħinijiet li tħalliet minn Amministrazzjoni preċedenti, iżda llum l-Assoċjazzjoni hija waħda b’saħħitha amministrattivament kif ukoll finanzjarjament. L-Assoċjazzjoni tirringrazzja wkoll lill-Kummissjoni li mexxiet il-Votazzjoni fil-Clubhouse tal-ASMK fl-Imtarfa, lil Clayton Camilleri li għal dawn l-aħħar tmien snin ta s-servizz tiegħu lis-sezzjoni Motocross kif ukoll lil Edward Ciantar li okkupa kariga u ta serivizz f ’dawn l-aħħar sentejn lill-istess sezzjoni. L-Assoċjazzjoni tirringrazzja wkoll lill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknologija taħt it-tmexxija ta Dr. Jeffery Pullicino Orlando li ppermettw lill-ASMK biex tkun tista’ tuża s-sala f ’Villa Bighi fejn ġiet organizzata l-Laqgħa Ġenerali Straordi-
Is-sewwieq Matthew Gauci fuq Yamaha
narja f ’Diċembru 2015. Intant l-Assoċjazzjoni terġa’ tirranka bl-attivitajiet matul dan tmiem il-ġimgħa fejn ilbieraħ saru l-finali A u B tal-Autocross Modified kif ukoll il-Finali Autocross Standard li ġew imħassra nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2015 minħabba l-maltemp u x-xita li għamlet waqt l-attività. Il-Finali bdew fit3:00pm u d-dħul kien bla ħlas. Illum l-Assocjazzjoni ser taqsam il-fliegu fejn ser tkun qed torganizza l-ewwel attività f ’Għawdex għal 2016. Is-sezzjoni Enduro tal-Assoċjazzjoni ser torganizza it-tielet attività mill-kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2015/2016 li ser issir fil-Barriera tal-Qassis Limiti tal-Qala. Dan huwa sit ġdid u ser ikun qed jintuża l-ewwel darba mill-ASMK. Dan mistenni joffri sfidi ġodda lir-Riders
kollha. Reġistrazzjoni tiftaħ fid-9:00am bl-attività tibda fl-10:00am. L-Attività hija ssapportajta mil-Ministru għal Għawdex, mill-Gozo Sport Board u Dunlop Tyres. Kompetituri minn Għawdex jistgħu jipparteċipaw f ’din l-attività. Ħarsa lejn il-klassifika Enduro; fejn wara żewġ attivitjiet insibu lil Matthew Gauci fuq mutur Yamaha fuq quddiem tal-klassifika b’massimu ta’ 40 punt segwit min Andrew Cassar fuq mutur KTM b’24 punt. Fit-tielet pożizzjoni nsibu lill-aħwa Ian u Joseph Scicluna it-tnejn fuq muturi KTM b’22 punt kull wieħed. Fir-raba pożizzjoni nsibu lill Bernard Sammut fuq mutur KTM b’21 punt filwaqt li fil-ħames post insibu lil Alex Sant Fornier, Andrea Scicluna u Victor Bajada kollha fuq muturi KTM b’17 il-punt kull wieħed.
MILJUN EWRO KIENU MQASSMA F’SENA LILL-ASSOĊJAZZJONIJIET SPORTIVI SportMalta ppreżentat l-aħħar sett ta’ għajnuniet finanzjarji lill-assoċjazzjonijiet u atleti individwali biex b’kollox, matul is-sena 2015, tat madwar miljun ewro f ’assistenza finanzjarja. Fl-aħħar ċerimonja kien preżentat total ta’ ’l fuq minn €300,000, li kien jinkludi għajnuna għall-10 proġetti relatati ma turiżmu sportiv. B’kollox kienu 214 atleta u assoċjazzjoni li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja matul is-sena li għadha kemm spiċċat. Dawn kienu maqsumin f ’erba’ ċerimonji, bl-aħħar waħda tkun dik tal-bieraħ filgħaxija. SportMalta torganizza erba’ ċerimonji sabiex l-assoċjazzjonijiet sportivi u l-atleti ma jkollhomx jistennew żmien twil għall-assistenza finanzjarja. Dawn huwa parti mir-riforma ta’ SportMalta għall-benefiċċju tal-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet, biex b’hekk tagħtihom aktar ċertezza biex jippjanaw
finazjarjament. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius aċċenna għall-fatt li fil-ġimgħat li ġejjin ser ikun qiegħed jitnieda l-abbozz tar-riforma tal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, sabiex l-assoċjazzjonijet ma jibqgħux jiddependu biss
fuq SportMalta, imma jibdew jkunu awto-suffiċjenti. Huwa semma’ wkoll li fil-ġimgħat li ġejjin se titnieda għall-konsultazzjoni din ir-riforma, u ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jibgħat ir-rimarki tiegħu. Mark Cutajar, l-Aġent Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, semma’ li x-xewqa tas-Segretarjat Parlamentari u ta’
SportMalta hija li s-sena 2017, is-sena tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, tkun is-sena tal-isport għal pajjiżna. Huwa ħeġġeġ lill-assoċjazzjonijiet preżenti biex jorganizzaw attivitajiet internazzjonali f ’pajjiżna tul dik is-sena. Cutajar fakkar li, SportMalta, flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sport, se tkun qiegħda
għal darb’oħra torganizza serata waħda ta’ għoti ta’ unuri li ser issir nhar it-13 ta’ Frar, u ħeġġeġ lill-assoċjazzjonijiet sportivi sabiex jinnominaw l-aħjar atleti tagħhom. Cutajar semma li fiż-żmien li ġej se jibda x-xogħol biex ikunu preparati serje ta’ emendi sabiex ilLiġi tal-Isport tkun konforma mal-kuntest preżenti. Semma’ wkoll li l-proġetti li tħabbru f ’Novembru diġà bdew jitlestew u li fil-11 ta’ Jannar ser ikun aġġudikat it-tender biex jiġu identifikati il-periti għad-disinn tal-estensjoni tal-Kottonera u tal-Youth Village f ’Santa Venera. Iċ-Ċermen ta’ SportMalta, Luciano Busuttil, saħaq fuq l-importanza li SportMalta u l-assoċjazzjonijiet jiġbdu ħabel wieħed għall-ġid tal-isport f ’pajjiżna. Huwa aċċenna għal bosta proġetti li imbarkat fuqhom SportMalta, bl-għan li aktar assoċjazzjonijiet jutilizzawhom.
LOKALI
kullħadd.com
10|01|2016 37 HIBERNIANS LURA GĦAR-REBĦ
PREMIER LEAGUE MALTI 2 1
BALZAN MOSTA
Ritratti: STEPHEN GATT
HIBERNIANS PEMBROKE
Andrew Cohen jipprova tackle fuq Mano Micallef ta’ Pembroke
4 1
Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Victor Tedesco Stadium, it-tim ta’ Hibernians irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Pembroke bl-iskor ta’ 2-1. L-ewwel azzjoni tal-partita wasslet għall-ewwel gowl tal-logħba hekk kif it-tim ta’ Raħal Ġdid marru fil-vantaġġ. Kien proprju fir-raba’ minuta meta minn cross ta’ Clayton Failla, daħal tajjeb Jorge Santos Silva li bir-ras mill-viċin għeleb lill-gowler ta’ Pembroke Mario Muscat. Hibernians kellhom ċans li jirduppjaw erba’ minuti wara, iżda mill-ħdax-il metru, Failla tefa’ għoli. L-ewwel azzjoni ta’ Pembroke waslet proprju fuq it-tokk tat-tmiem l-ewwel taqsima u wasslet għal gowl. Dan hekk kif pass ta’ O’Brian lejn Arab li minn barra l-kaxxa għelb lill-gowler ta’ Hiberinians Rudy Briffa biex l-ewwel taqsima spiċċat f ’parità ta’ 1-1. Madankollu, din il-parità ma damitx wisq hekk fit-48 minuta Hibernians reġgħu marru fil-vantaġġ. Kien cross ta’ Failla li wasal għand Gilmar li minn qagħda angolata għeleb lill-eks-Hibernians Mario Muscat bil-ballun jispiċċa fir-rokna taxxibka. Fil-55 minuta, Pembroke kellhom opportunità li jġibu d-draw. Dan hekk kif ir-referee ordna t-tieni penalty tal-partita hekk kif Cohen waqqa’ lil Villa Lobos, b’dan l-aħħar, iżda, naqas milli jikkonkludi. Fis-66 minuta Hibernians kellhom ċans li jissiġillaw il-partita meta Jurgen Degabriele, waħdu quddiem il-gowler ta’ Pembroke, ra x-xutt tiegħu jiġu parzjalment salvat u mbagħad il-ballun spiċċa f ’corner. Azzjoni oħra ta’ Pembroke, kwarta mit-tmiem, meta minn free-kick ta’ Barbetti minn barra l-kaxxa, il-ballun għadda ‘l bogħod mil-lasti ta’ Hibernians. Fil-81 minuta azzjoni oħra ta’ Hibernians hekk kif minn pass ta’ Diaz lejn Gilmar, dan tefa’ l-ballun lejn in-nofs bilplejer Santos Silva jonqos li jikkonkludi mill-viċin. L-aħħar azzjoni waslet minn Pembroke u, għal darb’oħra marru viċin li jakkwistaw punt, meta minn qagħda angolata Villalobos ra l-ballun jaħbat mallasta mit-tentattiv tiegħu. Referee – Trustan Farrugia Cann BALZAN IĠIBU FIX-XEJN L-ISFIDA TA’ MOSTA
Gustavo De Paolo ta’ Mosta miżmum minn Samir Arab ta’ Balzan
Azzjoni bejn Tyrone Farrugia ta’ Mosta u Lydon Micallef ta’ Balzan
IL-PREMIER LEAGUE MALTI
Azzjoni bejn Rodolfo Suarez ta’ Hibs u Ariel Laudisi ta’ Pembroke
Fit-tieni logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Victor Tedesco Stadium, it-tim ta’ Balzan ġabu fix-xejn l-isfida ta’ Mosta hekk kif dawn għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-1. L-ewwel azzjoni waslet, iżda, minn Mosta meta fis-7 minuta xutt ta’ Ice Cream Guobadi minn barra l-kaxxa, il-ballun għadda ftit ‘il bogħod. L-ewwel gowl tal-logħba wasal ftit wara, proprju fil-11-il minuta, meta xutt ta’ Dylan Grima l-ballun jiġi parzjalment salvat mill-gowler ta’ Mosta Omar Borg, bil-ballun jispiċċa għand Lydon Micallef li mill-viċin u f ’lasta vojta tefa’ fix-xibka. Mosta rreaġixxew fit-28 minuta meta minn cross ta’ James Brincat, Fidelis mill-viċin naqas milli jolqot il-ballun bir-ras. Xutt ieħor ta’ Guobadi, fit-33 minuta, biss il-ballun għadda ferm ‘il bogħod minn mal-lasti. Kienu, iżda, Balzan li rduppjaw meta fil35 minuta pass ta’ Pawlu Fenech lejn Alfred Effiong li mill-viċin tefa’ fis-saqaf tax-xibka biex l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 2-0. Mosta ħarġu determinati fit-tieni taqsima tant li fit-52 minuta, cross ta’ Adrian Borg lejn Tyron Farrugia, dan niżżel perfett il-ballun lil James Brincat li x-xutt tiegħu spiċċa fix-xibka wara l-gowler ta’ Balzan Chris Cassar. Mosta komplew jagħfsu fit-63 minuta meta minn pass fit-tul lejn Fidelis, li kif dan ipprova jqabbeż il-ballun minn fuq il-gowler ta’ Balzan Cassar, il-plejer Fidelis jispiċċa malart wara daħla kerha ta’ Cassar iżda r-referee ħalla l-logħob għaddej. Azzjoni oħra ta’ Mosta fit-68 minuta meta minn cross ta’ Micheletti d-daqqa ta’ ras ta’ Micallef għaddiet ferm għoli. Iżda Balzan issiġillaw ir-rebħa kwarta mit-tmiem meta minn azzjoni personali ta’ Ryan Fenech, ix-xutt minn kważi nofs il-grawnd tiegħu, ra l-ballun jispiċċa wara Omar Borg. Balzan skurjaw ir-raba’ gowl fid-90 minuta meta s-sostitut Da Silva sab ix-xibka hekk kif wara azzjoni personali tiegħu, ġie quddiem il-gowler ta’ Mosta, u mingħajr diffikultà tefa’ fix-xibka. Referee – Fydor Zammit
KLASSIFIKA
Valletta Hibernians Birkirkara Floriana Balzan Tarxien R. Mosta Sliema W. Pembroke A Qormi Naxxar Lions St. Andrews
L R D T F K +/- Pti 16 12 1 3 36 16 +20 37 17 11 4 2 39 20 +19 37 16 9 5 2 35 16 +19 32 16 10 2 4 29 16 +13 32 17 9 3 5 28 20 +8 30 16 8 4 4 28 14 +14 28 17 7 4 6 25 23 +2 25 16 6 3 7 22 25 -3 21 17 5 3 9 23 29 -6 18 16 2 3 11 17 28 -11 9 16 2 2 12 14 47 -33 8 16 0 0 16 7 49 -42 0
LOGĦOB GĦAL-LUM
Stadium Nazzjonali Tal-Hibernians Stadium Sliema W v St Andrews 14.00 Floriana v Tarxien R 16.00
38 10|01|2016
kullħadd.com
FA CUP
NORWICH V MAN. CITY
RIŻULTAT TAL-ĠIMGĦA
Logħba oħra fejn kien hemm konfront dirett bejn żewġ timijiet tal-Premier League Ingliż kienet dik bejn Norwich u Manchester City fejn it-tim tal-aħħar għeleb mingħajr diffikultà lil dan it-tim bl-iskor ta’ 3-9. Kien proprju s-solitu attakkant Arġentin Sergio Aguero li tefa’ lis-City fil-vantaġġ wara biss 16-il minuta wara azzjoni personali. Huwa reġa’ kien protagonista meta pprovda l-pass għat-tieni gowl li kien skurjat miżżgħażugħ promettenti Kelechi Iheanacho. It-tim minn Manchester ikkonferma din ir-rebħa fit-78 minuta meta Kevin de Bruyne, li kienu għadu kif daħal fil-partita, kellu azzjoni personali fejn għeleb difensur u b’xutt b’saħħtu tiegħu, il-gowler ta’ Norwich Ruddy kien megħlub. ARSENAL V SUNDERLAND F’waħda mis-sensiela ta’ logħob li kien hemm ilbieraħ mill-kompetizzjoni tradizzjonali tal-FA Cup, it-tim ta’ Arsenal irnexxielu jdawwar telfa f ’rebħa f ’daru hekk kif għeleb lit-tim ta’ Sunderland, ukoll fil-Premier League, bl-iskor ta’ 3-1. Kienu proprju Sunderland li marru fil-vantaġġ meta Jermaine Lens seraq ballun lil Laurent Koscielny fit-tarf tal-kaxxa li b’xutt b’saħħtu għeleb lil Petr Cech bl-Emirates issummat. Il-gowl tad-draw wasal minn Joel Campbell li b’ħila kbi-
Exeter City v Liverpool 2 - 2
RIŻULTATI TAL-BIERAĦ
ra tefa’ l-ballun fix-xibka b’xutt mill-ewwel. Fit-72 Arsenal marru fil-vantaġġ meta s-sostitut Aaron Ramsey li tefa’ l-ballun fix-xibka wara azzjoni tajba ta’ Hector Bellerin. It-tim minn Londra ssiġillaw ir-rebħa kwarta mit-tmiem meta Olivier Giroud tefa’ l-ballun ġewwa mill-viċin, wara azzjoni oħra tajba ta’ Bellerin minn fuq il-lemin. TOTTENHAM V LEICESTER F’logħba interessanti li hemm illum mill-istess kompetizzjoni, għal darb’oħra, se tlaqqa’ flimkien żewġ timijiet li jilagħbu fil-Premier League, Tottenham se jkunu qed jilqgħu f ’darhom lit-tim sor-
SERIE A RIŻULTATI TAL-BIERAĦ Carpi Fiorentina Roma
v Udinese 2 - 1 v Lazio 1 - 3 v Milan Tard
LOGĦOB GĦAL-LUM Inter Atalanta Bologna Frosinone Verona Torino Sampdoria
v Sassuolo 12.30 v Genoa 15.00 v Chievo 15.00 v Napoli 15.00 v Palermo 15.00 v Empoli 15.00 v Juventus 20.45
KLASSIFIKA Tim
L
R D T
F
K
P
Inter Napoli Fiorentina Juventus Roma * Sassuolo Milan * Empoli Lazio Atalanta Udinese Chievo Sampdoria Torino Bologna Palermo Genoa Frosinone Carpi Hellas Verona
18 18 19 18 18 17 18 18 19 18 19 18 18 17 18 18 18 18 19 18
12 11 12 11 9 7 8 8 8 7 7 6 6 6 7 5 4 4 3 0
24 33 37 31 35 22 24 23 23 20 18 24 27 22 20 18 17 19 17 12
11 14 19 14 21 17 22 23 27 21 27 21 28 22 24 29 26 36 34 30
39 38 38 36 33 28 28 27 27 24 24 23 23 22 22 18 16 15 14 8
3 5 2 3 6 7 4 3 3 3 3 5 5 4 1 3 4 3 5 8
SPORTS
3 2 5 4 3 3 6 7 8 8 9 7 7 7 10 10 10 11 11 10
* Il-pożizjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat inħareġ wara li morna għall-istampar.
priżda dan l-istaġun ta’ Leicester. Huwa mistenni li Claudio Ranieri se jagħmel xi bidliet bl-iskorer prolifiku tagħhom tagħhom Jamie Vardy mhux se jkun disponibbli wara li għamel operazzjoni żgħira fil-groin. Min-naħa tagħhom, Tottenham se jkunu mingħajr Ryan Mason u Mousa Dembele, it-tnejn li huma minħabba injury fl-għaksa filwaqt li l-attakkant Clinton N’Jie se jkun barra wkoll minħabba injury fl-irkoppa. Bħala statistika, dawn it-timijiet iltaqgħu disa’ darbiet f ’din il-kompetizzjoni, inkluż is-sena l-oħra li l-Foxes rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Madankollu, Spurs ħarġu rebbieħa sitt darbiet u qatt ma kien replay.
Wycombe v Aston Villa 1 - 1 Arsenal v Sunderland 3 - 1 Birmingham v Bournemouth 1 - 2 Brentford v Walsall 0 - 1 Bury v Bradford 0 - 0 Colchester v Charlton 2 - 1 Doncaster v Stoke 1 - 2 Eastleigh v Bolton 1 - 1 Everton v Dag & Red 2 - 0 Hartlepool v Derby 1 - 2 Huddersfield v Reading 2 - 2 Hull v Brighton 1 - 0 Ipswich v Portsmouth 2 - 2 Leeds v Rotherham 2 - 0 Middlesbrough v Burnley 1 - 2 Newport v Blackburn Post. Northampton v MK Dons 2 - 2 Norwich v Man City 0 - 3 Nottm Forest v QPR 1 - 0 Peterborough v Preston 2 - 0 Sheff Wed v Fulham 2 - 1 Southampton v Crystal Palace 1 - 2 Watford v Newcastle 1 - 0 West Brom v Bristol City 2 - 2 West Ham v Wolves 1 - 0 Man Utd v Sheff Utd 1 - 0
LOGĦOB GĦAL-LUM Oxford Utd Carlisle Chelsea Tottenham Cardiff
v v v v v
Swansea Yeovil Scunthorpe Leicester Shrewsbury
13.00 15.00 15.00 17.00 19.00
INTER V SASSUOLO
PUNTI OĦRA
Inter se jkunu qed jilqgħu f ’darhom lil tim li bħalissa għaddej minn forma tajba, dak ta’ Sassuolo, hekk kif se jkunu qed jippruvaw jakkwistaw it-tlieta punti f ’ġimgħa fejn irrivali tagħhom għandhom logħbiet diffiċli. L-ispirtu madwar it-tim ta’ Inter bħalissa jinsab għoli hekk kif irnexxilhom jegħlbu lil Empoli f ’logħba li kienet missielta ferm. L-istess jista’ jingħad għal Sassuolo, li taħt it-tmexxija ta’ Eusebio Di Francesco, dan it-tim inbidel minn wieħed jiġġieled biex ma jaqax għal wieħed qed jissielet għall-post f ’xi kompetizzjoni Ewropea.
LUIS SUAREZ SOSPIŻ GĦAL ŻEWĠ LOGĦBIET
FROSINONE V NAPOLI Frosinone se jkunu qed jittamaw li jtejbu l-prestazzjonijiet tagħhom hekk kif se jkunu qed jilqgħu f ’darhom lill-isfidanti għallIscudetto ta’ Napoli fi Stadio Comunale Matusa. Madankollu, żgur mhijiex sorpriża li dan it-tim iffaċċja ħafna diffikultajiet iżda kien proprju l-ġimgħa l-oħra meta għamlu sorpriża hekk kif irnexxilhom iżommu draw lit-tim ta’ Juventus. Min-naħa tagħhom, it-tim ta’ Napoli, se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex ikompli jżommu posthom mal-ewwel erbgħa. SAMPDORIA V JUVENTUS Sampdoria se jkunu qed jilqgħu liċ-champions renjanti ta’ Juventus f ’darhom hekk kif se jkunu qed jittamaw li jagħmluhom tliet rebħiet minn tlieta. Sampdoria bħalissa jinsabu fisseba’ sema hekk kif irnexxilhom jimbarazzaw bil-kbir lill-ġirien Genoa bl-iskor ta’ 3-0. Dan kompla għen il-fatt li Antonio Cassano jidher li reġa’ sab il-forma li tant huwa magħruf għaliha b’mod speċjali meta l-forma ta’ Luis Muriel bdiet tbatti. Għaldaqstant, Juventus jinsabu erba’ logħbiet ‘il bogħod milli jirrepetu t-tnaxil rebħa konsekuttiva li wettqu lura fl-2014. Riċentament, l-attakk ta’ Juventus qed jispikka ferm b’mod speċjali b’Paulo Dybala u Simone Zaza.
Ftit wara l-logħba ta’ din il-ġimgħa kontra Espanyol filkompetizzjoni tat-Tazza Spanjola, l-attakkant Urugwajan ta’ Barċellona kien sospiż għal żewġ partiti wara li kien involut fi ġlieda bejn il-plejers tat-tim tiegħu u tal-avversarji. Huwa mifhum li Suarez hedded plejer avversarju waqt li l-plejers kienu sejrin lura fid-dressing rooms. Din is-sospensjoni se tkun qed tapplika biss għal-logħbiet minn din l-istess kompetizzjoni inkluż it-tieni leg ta’ nhar l-Erbgħa li ġej. It-tim Katalan, li jinsab f ’pożizzjoni b’saħħitha fil-klassifika, se jkun qed jappella għal din id-deċiżjoni. Skont ir-rapport tar-referee, li kien qed jikkontrolla din il-partita, Suarez qal lill-avversarju tiegħu li qed jistennieh biex imur ħdejh u għajru li “nuqqas ta’ spazju”. PORTO JKEĊĊU LIL KOWĊ It-tim Portugiż ta’ Porto keċċew lil kowċ Julen Lopetegui minkejja li tilef biss logħba waħda biss fil-Kampjonat Portugiż dan l-istaġun. Dan il-kowċ ta’ 49 sena, li kien appuntat biex imexxi lil dan it-tim f ’Mejju tal-2014, kien protagonist firrebħa kontra Chelsea fil-kompetizzjoni taċ-Champions League. Porto għaddejjin minn forma ħażina tant li ilhom ma jirbħu tliet logħbiet, fosthom telfa ta’ 2-0 kontra l-leaders tal-Kampjonat Portugiż Sporting Lisbon. Dan it-tim ilu ma jirbħu dan il-kampjonat mill-2013 u issa jinsabu erba’ punti biss ‘il bogħod mill-istess Sporting. “RONALDO MHU SEJJER IMKIEN” Skont il-kowċ il-ġdid ta’ Real Madrid Zinedine Zidane, ilplejer Portugiż Cristiano Ronaldo mhux se jkun qed iħalli lill-klabb fil-futur qrib tant li Zidane ddeskrivih bħala “irruħ” tal-klabb. Dan hekk kif, f ’Novembru li għadda, il-kowċ ta’ Manchester United Louis van Gaal qal li ried iġib lura lil Ronaldo lura f ’Old Trafford. Ronaldo ħalla lill-United fl-2009 għas-somma rekord ta’ dak iż-żmien ta’ £80 miljun u minn dak iż-żmien lil hawn sar l-aktar plejer li skurja gowls għat-tim ta’ Real Madrid. Fil-fatt, dan l-istaġun, dan il-plejer kiser irrekord tal-leġġenda Raul ta’ 323 gowls.
FORMULA 1
kullħadd.com
10|01|2016 39
ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI
LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT Fil-bidu tas-sena, it-timijiet talFormula 1 iġibu ruħhom bħali u bħalek fis-sens illi jagħmlu lista ta’ miri u riżoluzzjonijiet li jixtiequ jwettqu matul ix-xhur li ġejjin. Għaldaqstant, fl-aħħar jiem numru ta’ timijiet iddedikaw ħafna millistqarrijiet pubbliċi tagħhom biex jagħtu idea ta’ fejn jixtiequ jaslu fl-istaġun illi għandna quddiemna. Din il-ġimgħa se nagħtu ħarsa lejn x’qalu wħud mit-timijiet biex nippruvaw nifhmu aħjar x’jista’ joffri l-isport fl-2016. Sena oħra ta’ dominanza? F’intervista li ta lejn l-aħħar tal-2015 il-kap tal-Mercedes AMG F1 Toto Wolff irrikonoxxa li d-dominanza tat-tim tiegħu qegħda tagħmel ħsara lill-Formula 1. Dan għaliex il-vantaġġ tekniku tagħhom huwa tant kbir illi r-riżultati saru prevedibbli. Minkejja li ħafna ħaduha kontra l-Mercedes għal din is-sitwazzjoni, l-amministratur Awstrijak sostna li t-tim tiegħu mhuwiex jagħmel ġid lit-tim tiegħu għaliex rebħiet faċli jagħmlu ħsara lill-immaġini tal-kumpanija li tirrappreżenta. Madankollu, huwa sostna li l-Mercedes ma jistgħu jagħmel xejn għaliex huwa l-għan ta’ kulħadd li jipprova jirbaħ u għaldaqstant hija r-responsabbiltà tat-timijiet l-oħrajn li jnaqqsu d-distakk. Id-determinazzjoni tal-kampjuni tal-kostrutturi li jibqgħu filquċċata fl-2016 diġà bdiet tidher ċara fl-istaġun li għadda. Fl-aħħar tlielaq tal-2015 meta r-rebħ talkampjonat kien garantit, it-tim Ġermaniż beda jintroduċi diversi żviluppi fil-vetturi tiegħu biex jibda jibni vantaġġ tekniku għallistaġun suċċessiv. Dan kien qiegħed isir meta diversi timijiet, inklużi l-Ferrari, kienu għadhom qegħdin jiffukaw fuq l-2015, kif se naraw aktar ‘l quddiem. Għaldaqstant, ma tkunx sorpriża jekk il-Mercedes jirnexxielhom jikkonservaw ilpożizzjoni dominanti tagħhom anki tul l-istaġun li ġej. Ottimista minkejja l-isfidi Sadanittant, il-President tal-Ferrari Sergio Marchionne reġa’ tenna li fl-2016 it-tim tiegħu se jkun flistess livell mal-Mercedes. Wara 2014 diżastruż, fejn spiċċaw fir-raba’ post fil-klassifika talkostrutturi, il-Ferrari rnexxielhom jiksbu tliet rebħiet u kien l-unika tim li ta ftit tal-kompetizzjoni lillMercedes. Madankollu, Marchionne sostna li dan ir-riżultat pożittiv serva biss biex ikompli jżid l-aspettattivi tattmexxija tat-tim illi huwa deċiż li jibda l-2016 b’mod rebbieħ. Dawn l-aspettattivi kienu aċċentwati mill-investiment kbir li sar fl-aħħar
kumpanija taw indikazzjoni li l-interess tagħhom kien naqas kemmxejn. Għaldaqstant, il-Force India potenzjalment tilfu l-aċċess għal appoġġ finanzjarju li seta’ jgħinhom jinqalgħu min-nofs talklassifika. Ambizzjużi
xhur biex dan l-għan jintlaħaq. Fost l-oħrajn, din iż-żieda sostanzjali fir-riżorsi finanzjarji kienet frott tad-deċiżjoni tat-tim illi jipposponi l-iżvilupp tal-vettura tal-2016 biex ikompli jiffoka fuq l-evoluzzjoni ta’ dik tal-2015 meta deher ċar li din tal-aħħar kellha l-potenzjal li tikseb aktar riżultati pożittivi. Eventwalment, din iddeċiżjoni ġegħlet lit-tim jagħmel investiment kbir fil-vettura l-ġdida biex ma jaqax lura fil-pjanijiet li kellu għall-2016. Ħidma effiċjenti Min-naħa l-oħra, is-sewwieq Brażiljan tal-Williams Felipe Massa, żvela li t-tim minn Grove qiegħed ikun kawt fl-aspettattivi tiegħu. Skont Massa, minkejja li t-tim iħoss li għandu l-potenzjal li jikkompeti mat-timijiet il-kbar, iddifferenza bejnu u timijiet bħallMercedes u l-Ferrari mil-lat ta’ riżorsi finanzjarji huwa enormi. Għaldaqstant, huwa sostna li t-tim mhuwiex f ’pożizzjoni li jispekula dwar fejn se jkun fl-2016 f ’termini ta’ prestazzjoni. Madankollu, Massa esprima l-konvinzjoni tiegħu illi l-Williams jisgħu jerġgħu jiksbu riżultati pożittivi, ħaġa li għamlu fil-passat minkejja l-limitazzjonijiet tagħhom. Dan jista’ jsir grazzi għax-xogħol siewi li qiegħed isir minn wara l-kwinti mill-ispeċjalisti tekniċi ta’ dan ittim illi qed jaħdmu b’mod effiċjenti biex joħorġu li jistgħu mir-riżorsi li għandhom. Fiduċja għall-2016 Ir-Red Bull Racing (RBR) tilfu ħafna ħin fl-aħħar xhur minħabba l-konflitt li kellhom mar-Renault hekk kif it-tim Awstrijak kien iddiżappuntat mir-rendiment talmagni Franċiżi. Eventwalment, il-kuntratt ta’ bejniethom kien xolt u l-RBR għażlu li jużaw magna Renault immodifikata mill-kumpanija Ilmor illi fil-passat kienet involuti f ’proġetti li kisbu suċċessi kbar fil-Formula 1. It-Toro Rosso wkoll kellhom ilpreparazzjoni tagħhom għall-2016 imħarbta minħabba l-istess kwistjoni. Filwaqt li r-Red Bull Racing għażlu li jmorru għal magni Renault mhux uffiċjali, it-
Toro Rosso kellhom jikkuntentaw b’magni Ferrari tal-2015 għallistaġun li ġej. Minħabba li dan il-ftehim dam sa Diċembru biex wasal, id-disinjaturi tat-Toro Rosso kellhom uġigħ ta’ ras kbira biex jadattaw il-vettura l-ġdida tagħhom illi sa dak iż-żmien kienet qegħda tiġi ppreparata biex tilqa’ power unit tar-Renault. Id-direttur tekniku tat-Toro Rosso James Key sostna li, idealment, tim għandu jkun jaf x’magna se jkollu sa Marzu tal-istaġun ta’ qabel. Minkejja dan, huwa esprima l-fiduċja tiegħu illi t-tim se jirnexxielu jagħmel l-iżviluppi kollha neċessarji biex il-vettura tal2016 tkun kompetittiva. Żmien ta’ tranżizzjoni L-appoġġ tekniku li kienu se jgawdu dawn it-timijiet fl-2016 issa se jibqa’ għand ir-Renault illi ixxahar li għadda ħadu l-kontroll talLotus fi triqithom lejn il-ħolqien ta’ tim uffiċjali bħal dak li kellhom sal-2010. Riċentment, Alain Prost, illi jidher li se jkun it-team principal tar-Renault, sostna li t-tim jista’ jkollu bżonn sa tliet snin biex ikun kompetittiv. Dan għaliex ittim Franċiż għandu ħafna xogħol intern x’jagħmel, kemm mil-lat tekniku, kif ukoll dak tekniku. Għaldaqstant, it-tim se jesperjenza ħafna taqlib illi se jirrifletti ruħu fuq il-prestazzjonijiet tiegħu fiżżmien li ġej. Minħabba f ’hekk, ittim se jkun qiegħed jimmira għallpunti bit-tama li f ’xi okkażjoni jitla’ fuq il-podju. Sena ta’ konsolidazzjoni F’pożizzjoni simili jidhru li se jkunu l-Force India li fl-2016 ħa jfittxu li jikkonsolidaw ilpożizzjoni tagħhom wara staġun eċċellenti li matulu ġabru ammont sostanzjali ta’ punti minkejja l-problemi finanzjarji li esperjenza fil-fażi bikrija tiegħu. Ftit tax-xhur ilu deher li t-tim Indjan seta’ jbiddel ismu hekk kif il-kumpanija awtomobilistika Brittanika Aston Martin esprimiet l-interess illi tinvesti fit-tim matul l-istaġun li ġej. Madankollu, kummenti riċenti tal-amministraturi ta’ din il-
Wieħed mill-kompetituri prinċipali tagħhom lejn nofs ilklassifika jistgħu jkunu HaasF1 illi ma ħbewx il-fatt li s-sħubija teknika mal-Ferrari qegħda tagħmilhom ambizzjużi ħafna minkejja li dan huwa l-istaġun tad-debutt tagħhom. Dan kien ikkonfermat mid-direttur tekniku tat-tim Guenther Steiner illi żvela li qegħdin jistennew li ż-żewġ sewwieqa tagħhom jaslu sa Q2 fil-kwalifiki tal-Awstralja biex imbagħad jiġġieldu għal post malewwel għaxra tul it-tellieqa. Ftit tal-ġimgħat ilu, is-sid tat-tim Gene Haas wera’ kunfidenza akbar minn dik ta’ Steiner fejn saħansitra saħaq illi d-disinn tax-chassis tagħhom se jkun aħjar minn dak tal-Ferrari, li fil-fehma tiegħu għandhom mod konvenzjonali żżejjed ta’ kif ifasslu l-aspett ajrudinamiku tal-vetturi. Nuqqas ta’ riżorsi Tim illi ma tantx deher fiduċjuż fl-aħħar jiem kienu s-Sauber fejn ir-race engineer tagħhom Erik Schuivens sostna li l-vettura tal2016 se tkun evoluzzjoni ta’ dik tal-istaġun li għadda u mhux rivoluzzjoni. Ir-raġuni wara dan in-nuqqas ta’ żvilupp hija l-istess waħda li kiddet lil dan it-tim Żvizzeru tul l-2015, jiġifieri nuqqas ta’ fondi. Minkejja li l-istaġun li għadda beda fuq nota simili, prestazzjoni pożittiva fil-Gran Premju talAwstralja dehret li setgħet tattira l-investiment li kien hemm bżonn biex it-tim jerġa’ jqum fuq saqajh. Madankollu, wara dan is-suċċess waslu diversi riżultati negattivi li ħallew lis-Sauber fi stat finanzjarju ħażin li ġegħlhom jabbandunaw l-iżvilupp tal-vetturi tagħhom kważi għal kollox lejn nofs l-istaġun. Jekk din is-sitwazzjoni tippersisti, Schuivens qiegħed jistenna li s-Sauber jistgħu jsibu ruħhom wara l-McLaren, wieħed miż-żewġ timijiet, flimkien mal-Manor, illi spiċċa warajhom fil-klassifika talkostrutturi fl-2015. Ta’ min ifakkar ukoll illi fl2016, il-Manor se jkunu qegħdin jużaw magna Mercedes flimkien ma’ diversi parts tal-Williams. Għaldaqstant, mingħajr investiment serju, is-Sauber jidhru li qegħdin f ’riskju kbir ferm li jispiċċaw fl-aħħar post talklassifika tal-kostrutturi.
40 10|01|2016
kullħadd.com
LOKALI
BILANĊ DELIKAT BEJN SIGURTÀ U MOVIMENT
Marlene Mizzi Membru fil-Parlament Ewropew
Nemmen li b’rieda tajba min-naħa tal-Istati Membri kollha dan il-bilanċ jinstab.
Nhar it-Tnejn li għadda l-Iżvezja introduċiet miżuri ta’ kontroll fuq passiġġieri li kienu qegħdin jaslu bit-tren mid-Danimarka; kontrolli li kienu ilhom li tneħħew bejn iż-żewġ pajjiżi sa mis-snin ħamsin. B’effett immedjat id-Danimarka rreaġixxiet bl-istess mod fil-konfront tal-Ġermanja. Miżuri li minnufih tefgħu lenti enormi fuq il-Ftehim Schengen li permezz tiegħu dawk il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea firmatarji ta’ dan il-ftehim ma kellhomx dawn il-kontrolli fuq il-fruntieri tagħhom. Dan huwa kollu riżultat tal-problema li jisimha Migrazzjoni Irregolari. Effett ukoll, ngħid jien, tat-tkaxkir tas-saqajn min-naħa talpajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex jibdew jimplimentaw bis-serjetà s-suppost ftehim li laħqu bejniethom dwar ir-rilokazzjoni ta’ 160,000 refuġjat li hemm fl-Italja u l-Greċja. Il-Kummissjoni Ewropea ma tridx li jisfaxxa fix-xejn il-Ftehim ta’ Schengen għax fil-verità dan ikun ifisser tkissir ta’ wieħed mill-pilastri tad-demokrazija u tal-moviment ħieles li hu tant importanti għaċ-ċittadini Ewropej. Il-qofol ta’ din is-sitwazzjoni; il-miżura meħuda inizjalment mill-Iżvezja – u li ttieħdet fil-parametri tal-istess Ftehim Schengen, ma tistax ma ġġibx quddiem għajnejna d-deċiżjoni li ħa l-Gvern Malti li jissospendi temporanjament il-Ftehim
meta f ’pajjiżna saret il-laqgħa bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi Afrikani eżattament dwar il-problema tal-migrazzjoni irregolari, kif ukoll waqt il-laqgħa taċ-CHOGM f ’Novembru li għadda, miżura li tkompliet fisseħħ sa tmiem is-sena. Kulħadd fehem, minbarra l-Kap tal-Oppożizzjoni Dakinhar kulħadd fehem, inkluż il-Kummissjoni Ewropea, il-ħsieb wara l-miżura li ħadet Malta. Kulħadd fehem li kien pass għaqli, aktar u aktar meta, kif jaf kulħadd, l-Ewropa kienet għadha mriegħda mill-attakk terroristiku li sar fi Franza. Imma, sfortunatament, mhux hekk irreaġixxa l-Kap tal-Oppożizzjoni f ’Malta. Dakinhar, Dr Simon Busuttil ittanta jpinġi lill-Gvern Malti qisu qiegħed jhedded id-dritt tal-moviment ħieles. Frankament, konvinta li l-Kap tal-Oppożizzjoni malajr irrealizza li kien żbalja fl-attakk tiegħu fuq id-deċiżjoni tal-Gvern. Irrealizza li kien żbalja mhux biss għax kien dikjarat minn qabel li d-deċiżjoni tal-Gvern tas-sospensjoni talFtehim Schengen kienet waħda temporanja u f ’ċirkostanzi magħrufin minn kulħadd, imma wkoll mir-reazzjoni li kellu min-naħa tal-poplu Malti. Tant ma kienx hemm qbil mal-kritika/akkuża tiegħu, li minn mument għall-ieħor kien qiegħed
jinħass is-sentiment f ’pajjiżna ta’ pressjoni biex dawk iż-żewġ avvenimenti internazzjonali ma jsirux. Qiegħda ngħid dan kollu għax dak li seħħ fil-jiem li għaddew bejn l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Ġermanja juri li finalment kull pajjiż irid jindokra lilu nnifsu bl-aħjar mod possibbli. Imma mhux biss. Jikkonferma wkoll kemm l-Unjoni Ewropea żammet, u għadha żżomm, lilha nnifisha lura fil-kwistjoni tal-migrazzjoni irregolari. Wara kollox, x’wassal lill-Iżvezja biex tieħu d-deċiżjoni li ħadet? Xejn għajr iċċaqliq enormi ta’ tant nies li, għal raġuni jew oħra, qegħdin jitilqu minn pajjiżhom, partikolarment minħabba l-gwerer li għaddejjin minnhom. Is-Sirja hija l-aktar eżempju ċar. Magħha hemm l-Iraq u l-Afganistan. Apparti l-mewġiet kbar ta’ nies minn pajjiżi Afrikani. Apparti l-kwistjoni Libjana. Kollha jikkontribwixxu għal kaldarun ibaqbaq. Il-fatt li matul is-sena li għaddiet aktar minn miljun ruħ qasmu lejn l-Ewropa u eluf oħra tilfu ħajjithom tul dan l-attentat, jispjega dan kollu. Żid ma’ dan ir-reazzjoni ta’ pajjiżi fl-Ewropa tal-Lvant, fosthom l-Ungerija, li rajniehom itellgħu mill-ġdid il-ħitan, li ċċelebrajna t-twaqqigħ tiegħu mal-isfaxxar tal-Unjoni Sovjetika. Jibqa’ l-fatt li f ’din il-kriżi maħluqa bil-migrazzjoni irregolari, l-Un-
joni Ewropea qiegħda maqbuda lura fl-esekuzzjoni tas-soluzzjonijiet li suppost instabu. Aktar ma jgħaddi ż-żmien u tibqa’ ma tinstabx soluzzjoni għas-sitwazzjoni fis-Sirja u fil-Libja b’mod partikolari, aktar hemm il-possibbiltà li jkompli jiddgħajjef il-prinċipju ta’ solidarjetà fi ħdan il-UE. IlUE jkollha tammetti li, sakemm il-problema tal-migrazzjoni irregolari kienet qiegħda tolqot biss il-periferiji tan-naħa t’isfel tagħha, fosthom lil pajjiżna, għamlet ftit li xejn. Riżultat ieħor ta’ nuqqas ta’ azzjoni Dak li seħħ tul il-jiem li għaddew fiż-żewġ pajjiżi Nordiċi tal-Ewropa huwa riżultat ieħor tan-nuqqas ta’ azzjoni, tannuqqas ta’ ħeġġa li wieħed jistenna biex tkun konfrontata kriżi bħalma hija dik tal-migrazzjoni irregolari. Issa qegħdin f ’sitwazzjoni li, waqt li rridu nipproteġu s-sigurtà ta’ pajjiżna minn dawk li jridu jidħlu f ’pajjżna għal għanijiet kriminali jew terroristiċi, irridu nsibu bilanċ biex niżguraw li d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej, li gawdew għal tant żmien il-vantaġġi tal-moviment ħieles kif jistabbilixxi l-Ftehim ta’ Schengen, jiġu mħarsa. Mhix ħaġa faċli li jinstab dan il-bilanċ, iżda nemmen li b’rieda tajba min-naha tal-Istati Membri kollha dan il-bilanċ jinstab.