ĦARSA LEJN IT-TITJIB FIR-ROTOT MILL-ĦADD LI ĠEJ
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 10 ta’ April, 2016
Ħarġa Nru 1,187 Prezz €1
San Ġiljan se jkun qiegħed jilqa’ tnejn mill-aħħar binjiet li ddisinjat Zaha Hadid, l-arkitett ta’ fama internazzjonali li mietet fil-31 ta’ Marzu li għadda. Hekk Malta tista’ tkun qed tilqa’ żewġ binjiet talmara mwielda l-Iraq li d-disinji tagħha kienu l-bażi għal uħud mill-isbaħ binjiet kontemporanji fid-dinja. Il-gazzetta KullĦadd tista’ tiżvela b’mod esklussiv li ż-żewġ binjiet imfassla minn Hadid jinsabu għallevalwazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar. Dawn huma żewġ proġetti b’investiment privat li jlaħħaq miljuni kbar ta’ ewro. Imkejjen viċin l-investituri sostnew mal-KullĦadd li d-disinn, li mhux qed ikun żvelat għalissa, huwa wieħed “futuristiku” li mistenni jiġbed lejn pajjiżna klijenti ta’ profil għoli li qed ifittxu dejjem iktar lil pajjiżna, anke minħabba inizjattivi bħallProgramm taċ-Ċittadinanza b’Investiment. Tkompli f ’paġna 4
TANCRED TABONE FUQ IL-JS LIST
Il-gazzetta KullĦadd illum tinsab f ’pożizzjoni li tiżvela l-ewwel isem ta’ persuna partikolari li kien fuq il-JS List tal-PN: Tancred Tabone. Tabone kien inħatar Chairman tal-Enemalta minn Gvern Nazzjonalista u jinsab akkużat b’tixħim b’rabta mal-iskandlu tax-xiri taż-żejt. Il-JS List tmur lura għal żmien Eddie Fenech Adami u Richard Cachia Caruana u kompliet fi żmien li Lawrence Gonzi kien kap u Simon Busuttil delegat speċjali tiegħu. Din hija lista ta’ nies li, talli kienu jingħataw kuntratti tal-Gvern, kien mistenni minnhom li jagħtu l-flus lill-PN. Ara paġna 5
ILLUM TINTEMM IL-KONFERENZA ĠENERALI TAL-PL
MISTENNI DISKORS TA’ STATISTA FAVUR L-GĦAQDA
Hekk kif illum tingħalaq il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista hemm stennija kbira għad-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Id-diskors ta’ Joseph Muscat, li l-KullĦadd għandha indikazzjonijiet dwaru, mistenni jkun wieħed li jsaħħaħ il-profil tal-Prim Ministru bħala statista li wieħed mill-għanijiet ewlenin tiegħu huwa li jgħaqqad lill-poplu. Paġni 8 u 9
02 10|04|2016
kullhadd.com
LOKALI
TISSOKTA L-ĠLIEDA KONTRA D-DIMENZJA …
TIM APPOSTA BI ŻJARAT FIL-KOMUNITÀ GLEN FALZON glen@kullhadd.com Minn informazzjoni li kisbet din il-gazzetta jirriżulta li b’ħidma mill-Gvern biex tissokta l-ġlieda kontra d-dimenzja, qed jingħata servizz innovattiv lil dawk l-anzjani li jbatu mid-dimenzja u li għadhom jgħixu fil-komunità kif ukoll lill-qraba tagħhom, permezz ta’ Dementia Intervention Team (DIT) fejn il-membri ta’ dan it-tim saħansitra jżuru lil dawn il-persuni fid-dar stess tal-anzjani li jbatu mid-dimenzja. Appoġġ lill-qraba Id-DIT huwa servizz fil-komunità li jimplimenta l-approċċ hekk imsejjaħ bħala person-centred care immirat lejn il-persuna bid-dimenzja, kif ukoll lejn il-qraba tagħha. L-għan ewlieni tad-DIT huwa li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuna li tkun qed tgħix bid-dimenzja u min ikun qiegħed jieħu ħsiebha. Dan ittim jikkonsisti minn kordinatur ta’ kura tad-dimenzja, practice nurse, occupational therapist, social worker u psikologu. L-għan ta’ dan is-servizz huwa li jipprovdi l-appoġġ meħtieg
permezz ta’ dan l-approċċ. L-oġġettivi primarji ta’ dan is-servizz huma l-edukazzjoni tal-qraba fuq il-kundizzjoni tad-dimenzja u kif għandhom jieħdu ħsieb aħjar lill-familjari b’din il-kundizzjoni billi jużaw approċċ ħolistiku, kif ukoll kif għandhom jimmaniġġjaw sitwazzjonijiet ta’ stress. Għan ieħor huwa li tingħata għajnuna lill-qraba sabiex ikollhom aktar appoġġ fil-komunità permezz ta’ servizz offruti mill-Gvern kif ukoll dawk volontarji.
għandu rwol speċifiku tiegħu, pereżempju l-membri kollha tat-tim se jkunu qed jaħdmu flimkien biex tinbena stampa ċara ta’ kull każ. Il-kordinatur ta’ kura tad-dimenzja se jkun qiegħed jevalwa kull każ partikolari u jagħti direzzjoni lill-membri tat-tim ibbażat fuq miri speċifiċi għal kull individwu. Il-practice nurse se tkun qed taħdem fuq evalwazzjoni, l-ippjanar u l-implimentazzjoni fejn tidħol il-kura tal-persuna li tkun qed tgħix bid-dimenzja u ta’ dawk li jkunu qed Ir-rwol tal-membri fid-DIT jieħdu ħsiebha. L-occupational therapist se F’dan it-tim, kull professjonist tkun qed taħdem fuq eval-
wazzjoni, l-ippjanar u l-implimentazzjoni fejn jidħlu l-abbiltajiet tal-persuna bid-dimenzja fl-affarijiet ta’ kuljum, kif ukoll tevalwa s-sigurtà fl-ambjent li fih tgħix il-persuna bid-dimenzja. Min-naħa l-oħra, is-social worker tevalwa s-sitwazzjoni soċjali u tissuġġerixxi servizzi adatti skont il-bżonnijiet tal-persuna bid-dimenzja u l-familjari tagħha. Fl-aħħar nett, il-psikologu jevalwa l-bżonnijiet psikoloġiċi tal-individwu bid-dimenzja u l-familjari tiegħu u joffri tip ta’ counselling fejn ikun hemm il-ħtieġa. Proċess tal-intervent
Meta każ jiġi referut lit-tim, l-ewwel kuntatt li jsir huwa permezz ta’ telefown. Waqt dan l-intervent telefoniku tingħata informazzjoni bażika dwar il-persuna bid-dimenzja kif ukoll dwar il-qraba li jkunu qed joffru l-għajnuna, bħas-sitwazzjoni soċjali, livell ta’ independenza u mobbiltà, saħħa fiżika, u saħħa mentali , li tiġi miġbura mill-membri tattim. Fl-aħħar parti tat-telefonata tiġi deċiża data għaż-żjara ġod-dar fejn tkun qed tgħix il-persuna bid-dimenzja. Waqt
iż-żjara, il-membri tat-tim, il-persuna bid-dimenzja u min ikun qed jieħu ħsiebha, iridu jkunu preżenti biex jiġu evalwati l-livell ta’ indipendenza, jekk hux qegħdin jiġu utilizzati xi servizzi fil-komunità, livell ta’ konjizzjoni, sigurtà fid-dar u l-livell ta’ stress tal-persuni li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb lill-persuna bid-dimenzja. Wara din iż-żjara, kull każ jiġi diskuss f ’konferenza mat-tim kollu, biex b’hekk jiġu identifikati oqsma problematiċi u fuq dawn jiġu ppjanati rakkomandazzjonijiet u azzjonjiet imfassla skont il-bżonnijiet tal-persuna bid-dimenzja u ta’ min ikun qed jieħu ħsiebha. L-aċċess għal dan is-servizz mhuwiex limitat għall-kuntatt wieħed biss, iżda l-kuntatt huwa kontinwu u provdut skont il-bżonn. Il-kuntatt huwa miżmum jew permezz ta’ żjarat fid-dar jew permezz ta’ kuntatti telefoniċi. Dan isservizz jista’ jibqa’ jiġi offrut sakemm il-persuna bid-dimenzja tibqa’ tgħix fil-komunità. Min jixtieq li aktar informazzjoni dwar dan wieħed jista’ jikkuntattja lid-Dementia Intervention Team fuq in-numru 2258 9301.
JIPPROTESTA KONTRIH INNIFSU Hermann Schiavone kien wieħed mill-persuni li deher bi prominenza fil-protesta ta’ din il-ġimgħa dwar il-malafami. L-ironija hi li l-istess Schiavone, li ilu jikkontesta elezzjonijiet bla suċċess mal-PN sa mill1987, ma tħalliex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li għaddiet mill-istess PN proprju
minħabba każ ta’ malafama li għamel kontra deputat tal-PN u li seta’ kellu ambizzjoni li jieħu s-siġġu tiegħu fil-Parlament. Fil-leġiżlatura li għaddiet ilPN ħareġ diversi stqarrijiet jikkundanna lil Schiavone u jagħmel dikjarazzjonijiet fissens li kien inaċċettabbli li Schiavone jagħmel malafama
fil-konfront ta’ deputat talPN stess li mbagħad jonqos li jissostanzjaha jew jirtiraha meta mitlub jagħmel dan. Fil-fatt, wara li ġab inkwiet kbir fil-PN u baqa’ ma rtirax il-malafama, il-PN ikkundanna lil Schiavone u ma ħalliehx jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Kien biss wara li sar Kap
Simon Busuttil li l-istandards illaxkaw u minkejja l-islogans ta’ onestà politika, Schiavone, li taħt Gonzi ma tħalliex jikkontesta, reġa’ daħal fil-Partit imbuttat mill-klikka militant ta’ Beppe Fenech Adami. Dan kollu juri mhux biss l-ipokresija ta’ Schiavone li kien parti mill-marmalja li taparsi
marret tipprotesta dwar illiġi tal-malafama, iżda wkoll l-ipokresija ta’ min qiegħed taparsi jimbotta l-politika onesta meta fl-istess ħin qed jilqa’ fi ħdanu nies li saħansitra l-istess partit stess kien iċċensura, ikkundanna u keċċa minħabba diżonestà politika u malafama.
LOKALI
kullhadd.com
10|04|2016 03
“MA NAĦSIBX LI BIEX TESPRIMI L-OPINJONI TIEGĦEK TRID TIKSER IL-LIĠI” Johann Buttigieg, Awtorità għall-Ippjanar Mistennija aktar azzjonijiet
GLEN FALZON glen@kullhadd.com
Mistoqsi minn din il-gazzetta dwar l-istqarrijiet li għamel il-Partit Nazzjonalista (PN) fid-dawl tal-avviż legali li ġie ppubblikat ftit tal-jiem ilu u li jagħmilha illegali għall-partiti politiċi li jqiegħdu billboards politiċi fit-toroq jekk mhux fiżżmien ta’ qabel xi elezzjonijiet, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità l-ġdida għall-Ippjanar Johann Buttigieg sostna li “ma naħsibx li biex tesprimi l-opinjoni tiegħek trid tikser il-liġi.” Dan kollu fid-dawl tal-fatt li għalkemm din kienet wegħda elettorali tal-Partit Laburista filGvern kif ukoll hija xi ħaġa li turta lil ħafna nies, il-PN permezz tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qed jgħid li din il-liġi se tkun qed timmina l-libertà tal-espressjoni, tant li l-istess partit qed jhedded li jirrikorri għall-Qorti jekk dan iseħħ. Dan l-avviż legali huwa mmirat biex jitneħħew il-billboards kollha illegali minn ġot-toroq Maltin u Għawdxin u dan billi jinħareġ permess speċjali. Minkejja li dan l-avviż legali ntlaqa’ b’pożittività kbira miċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, Simon Busuttil ukoll irid idawwar dan l-argument f ’wieħed partiġġjan hekk kif
qed jinterpreta din il-liġi bħala u/jew partiti li jridu jagħmlu mossa mill-Gvern tal-ġurnata użu minnhom,” fisser Buttigieg. biex jagħlaq ħalq l-OppożizzMistoqsi fuq x’qed isir fuq joni. dawk il-billboards li huma illegali, Buttigieg spjega li hemm Aktar minn 300 permess numru minn dawn li diġà għall-billboards għandhom avviż ta’ infurzar. F’dan l-isfond, iċ-Chairman Apparti dan, fuq il-kwistjoni Eżekuttiv ħabbar li ngħata ċans tal-billboards illegali, Buttigieg lil kulħadd s’għada, tant li l-Awżied jgħid li min irid jesprimi torità se tibqa’ miftuħa sas-7.00 l-opinjoni tiegħu jista’ jagħmel ta’ filgħaxija, biex min jixtieq jidan fuq dawk il-billboards li huma rreġistra l-billboards tiegħu jista’ legali u li għalhekk għandhom jagħmel dan bil-libertà kollha. il-permessi kollha neċessarji “Madankollu, li hu żgur hu biex jitqiegħdu. “Fil-fatt hemm li hemm numru ta’ billboards ’il fuq minn 300 permess għal li qegħdin fi stat ħażin ħafbillboards, li 100 minnhom ħarġu na u mhux issir manutenzjoni wara l-2007, u li qegħdin f ’żoni tagħhom, u għalhekk qegħdin li huma permessibbli u li jistgħu ikerrhu l-ambjent tal-madwar,” jintużaw minn dawk l-entitajiet enfasizza Buttigieg.
Mistoqsi fuq l-azzjonijiet ewlenin ta’ infurzar li ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar minn meta bdiet il-qasma fil-MEPA, Buttigieg sostna li l-Awtorità tal-Ippjanar qed tkompli għaddejja fuq l-operazzjoni li nbdiet fuq numru ta’ farmhouses illegali li hemm, tant li s’issa ġew indirizzati tmienja minn dawn il-każijiet. Fid-dawl ta’ dan kollu, iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ din l-Awtorità ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jittieħdu azzjonijiet ulterjuri oħrajn f ’dan ir-rigward. Kien f ’dan l-ambitu li Buttigieg sostna wkoll li ftit tal-jiem ilu ttieħdet azzjoni biex titneħħa scrapyard li kienet qed topera illegalment fil-limiti tas-Siġġiewi, preċiżament fi Triq Ġuża Mifsud. Din il-mossa ta’ infurzar intlaqgħet tajjeb ħafna mill-pubbliku inġenerali b’mod speċjali minħabba l-fatt li s-sid ta’ din l-iscrapyard kien ilu jiġi mwissi mill-2001 biex jiżgombra l-art li kien qed jokkupa illegalment. Minkejja dawn it-twissijiet, is-sid naqas li jagħmel dan, anzi kompla jkabbar l-operat. “Huwa ferm aħjar li jinduna l-individwu bl-iżball” Fir-rigward tal-inċident li kien hemm riċentament fiż-zoo ille-
gali ta’ Montekristo, Buttigieg qal li l-Awtorità qed tevalwa s-sitwazzjoni biex ikomplu jiżdiedu l-proċeduri tal-Qorti. Huwa semma’ wkoll kif kien hemm stazzjonati l-pulizija fuq il-post biex ikun aċċertat li dan il-post ma jintużax. Mistoqsi fuq it-tibdil li sar u li qed isir fis-sezzjoni tal-infurzar, iċ-Chairman Eżekuttiv sostna li l-Awtorità se tkun qed titfa’ u tinvesti f ’aktar riżorsi umani biex ikun hemm aktar azzjonijiet diretti f ’każijiet li jkun hemm nuqqas ta’ konformità. “Biss, il-mira tagħna hi li jkun proprju l-bniedem innifsu li jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu. Huwa ferm aħjar li jinduna l-individwu bl-iżball u jneħħi l-illegalità li jkun hemm milli tintervieni l-Awtorità. Il-prijorità tagħna hija dawk l-illegalitajiet li qed ikerrhu l-ambjent u għalhekk hemm impatt ambjentali,” enfasizza Buttigieg. Mitlub jgħid x’se tkun l-azzjoni tal-istess Awtorità jekk l-avviżi ta’ infurzar jibqgħu jiġu injorati, Buttigieg qal li l-Awtorità se tieħu dawk il-passi neċessarji biex tara li l-billboards illegali jitneħħew, tant li se jkun hemm avviż li jinforma lil kulħadd li salĦamis li ġej dan irid isir. “Jekk dan ma jsirx, l-Awtorità jkollha d-dritt li taġixxi hi,” temm jgħid iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità l-ġdida tal-Ippjanar.
€120,000 GĦAL XOGĦOL PART-TIME LIL KAROL AQUILINA tal-Partit Kitba ta’ ewlenin Nazzjonalista li fi żmien ALEANDER BALZAN l-aħħar amministrazzjoni nazzjonalista kien attiv filL-Avukat Karol Aquilina, partit u fl-istess ħin kien qed wieħed mill-iktar persuni jieħu konsulenzi mill-Gvern. qrib Simon Busuttil, tħallas Xi ħaġa li, fi kliem kelliema €125,000 ta’ xogħol part-time Nazzjonalisti, illum donnu fl-uffiċċju tal-Prim Ministru ma jistax jiġri. Lawrence Gonzi fuq medda Tax-xogħol li kien jagħmel ta’ ftit iktar minn sitt snin. mal-uffiċċju tal-Prim Aquilina, membru tal- Ministru, li ma kienx jaqbeż ilamministrazzjoni, huwa 25 siegħa fil-ġimgħa, Aquilina wieħed mill-galoppini kien jitħallas €20,200 fis-sena.
Paga garantita, filwaqt li kien ikollu l-ħin kollu biex iwettaq xogħol ieħor, fosthom dak privat. Aquilina, eks-Viċi Sindku u llum Sindku tas-Siġġiewi, kien fost dawk li nhar l-Erbgħa marru mad-Deputat Jason Azzopardi biex jagħmlu wirja qabel il-bidu ta’ kawża filQorti miftuħa minn ċittadin privat. Iżda, fuq kollox, Aquilina huwa qrib ħafna ta’ Richard
Cachia Caruana, strateġista tal-Partit Nazzjonalista u l-moħħ wara Gonzi PN u Simon Busuttil. Fil-fatt, dan wassal biex ikun qrib ħafna ta’ Simon Buuttil, tant li kien wieħed fost dawk li ħadmulu qatigħ biex spiċċa mexxej tal-partit. Karol Aquilina, magħruf għall-istil militanti tiegħu, huwa meqjus bħala s-sindku li pprova jifred il-komunità tas-Siġġiewi wara ħafna snin,
fejn anke l-Kunsill Lokali dejjem ħadem b’serenità. Intant, Aquilina ma kienx l-uniku wieħed minn fost dawk li akkumpanja lil Azzopardi fil-Qorti nhar l-Erbgha li tħallas konsulenzi sostanjzali fi żmien il-Partit Nazzjonalista. L-awla tal-Maġistrat Joe Mifsud kienet mimlija persuni ta’ dan it-tip u bejniethom nistgħu ngħidu li daħlu l-miljuni ta’ ewro.
04 10|04|2016
kullhadd.com
LOKALI
SAN ĠILJAN SE JILQA’ BINJIET MINN PERIT TA’ FAMA
Il-kumpless akkwatiku f ’Londra
Grawnd għat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar Kitba ta’ Tirrifletti pajjiż li qed jinbidel ALEANDER BALZAN Dwar ir-relevanza ta’ Hadid tkellimna wkoll mal-Perit Janice Fiorentino, Il-lok eżatt fejn se jsiru l-proġetti li laqgħet b’sodisfazzjoni li kien hawn ta’ Hadid huma dawk ta’ Villa Rosa minn lest imur għal waħda mill-aqwa u Pender Place, li ma’ proġetti oħra arkitetti fi proġett privat. maħsuba għaż-żona mistennija jibdlu “Zaha Hadid hija waħda mill-arkitetgħalkollox l-akkwata. Dan għax iż-żo- ti l-iktar kontroversjali ta’ dawn na qed tattira iktar investimenti kbar. l-aħħar deċenji. L-istrutturi ddisinjati Madwar id-dinja hemm diversi binji- minnha huma ikoni f ’postijiet differet ta’ Hadid li għadu qed isir xogħol enti tad-dinja, mhux biss minħabba fuqhom, fosthom grawnd tal-futbol l-forom tagħhom, iżda wkoll minħabli se jinbena għat-Tazza tad-Dinja ba l-użu tat-teknoloġija. fil-Qatar. Se tibqa’ mfakkra bħala waħda Fost binjiet magħrufa oħra, li mill-iktar arkitetti nisa importanti, jlaħħqu l-mijiet, hemm ukoll il-kum- u l-ewwel mara li rebħet il-premju pless akkwatiku li ntuża fl-Olimpjadi Pritzker għall-arkitettura – l-ikbar ta’ Londra fl-2012, kif ukoll iċ-ċen- premju fl-arkitettura,” qalet Fiorentru ta’ xjenza Phaeno f ’Wolfsburg tino. u d-Dongdaemum Design Plaza, ta’ Il-Perit Fiorentino żiedet li temmen Seoul. li lokalment ħafna ma japprezzawx
Id-Dongdaemun f ’Seoul biżżejjed l-arkitettura kontemporan- ti ddedikat minn ħinha u l-enerġija ja. “Għalkemm rajna titjib fin-naħa tagħha biex tiddissinja għal pajjiżna. tad-disinn intern fl-aħħar għaxar “Arkitettura ikonika, tipika ta’ Hadsnin, ma nistgħux ngħidu l-istess għal id, bid-disinn uniku tagħha, tindika binjiet ġodda,” żiedet il-Perit li fiss- wkoll l-ambizzjoni li jkollu l-pajjiż ret kif il-ħajja tagħna ta’ kuljum hija u kif irid jidher. Biċċa xogħol artismilquta direttament mill-ispazji li tika oħra, flimkien mal-Parlament ta’ ngħixu fihom, il-binjiet li nimxu jew Renzo Piano, se tikkontribwixxi biex insuqu minn ħdejhom u fejn naħdmu tagħmel reklam lil pajjiżna b’mod u ngħixu. pożittiv u b’mod li juri li għandna “Għalhekk, binja ikonika ta’ arkitett l-ambizzjoni li nlaħħqu ma’ pajjiżi bħal Zaha Hadid żgur li żżid l-istatura ferm ikbar minna,” kompliet tgħid ta’ pajjiż mil-lat kulturali. Għalkemm il-Perti, li tħares lejn Hadid bħala għandna binjiet mill-isbaħ u ta’ min waħda mill-iktar artisti li jispiraw. jinnutahom, binjiet minn eri dif- “Għalkemm bil-mod, tkun qed tindferenti, qtajna xi ftit lura ma’ bliet ika t-tranżizzjoni f ’pajjiż li ma jibqax Ewropej meta niġu għall-kontempo- magħruf biss għall-istorja iżda li ranju,” qalet Fiorentino. jilqa’ fi ħdanu binjiet kontemporanji Tenniet li wara li ddisinjat uħud li jiżdiedu mal-kultura sinjura li diġà mill-iktar binjiet drammatiċi u famużi għandna,” temmet tgħid f ’dikjarazzmadwar id-dinja, għandna nkunu joni li hija xhieda ta’ kif Malta huwa kburin li arkitett daqstant prominen- pajjiż li qed jinbidel.
TISBIĦ U MODERNIZZAR FIĊ-ĊENTRU TAS-SAĦĦA TA’ RAĦAL ĠDID Fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid bħalissa hemm għaddej programm ta’ xogħlijiet li jinkludu t-tisbiħ u modernizzar ta’ wħud mis-servizzi u faċilitajiet li hemm fih. Fost ix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa hemm numru ta’ kmamar ġodda li se jkunu qed jintużaw mill-podoloġisti fil-jiem li ġejjin sabiex jaraw lill-pazjenti fihom. F’kumment li ta lil din il-gazzetta, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne qal li dan ixxogħol qed isir bħala parti mill-programm tal-Gvern li jkompli jsaħħah is-servizzi fil-komunità, partikolarment
il-Kura Primarja. “Dawn ix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa huma parti minn proġett sabiex iċ-Ċentru tasSaħħa ta’ Raħal Ġdid u ċentri oħra jkunu jistgħu jaqdu l-ħtiġijiet tan-nies tal-lokal aħjar u fl-inqas ħin possibbli.” Spjega li dak li qed isir bħalissa huwa li qed jitlestew numru ta’ kmamar ġodda li fil-jiem li ġejjin se jibdew jintużaw millpodoloġisti meta jkunu qed jaraw lill-pazjenti. Fl-istess ħin, ikun jista’ jingħata bidu wkoll għall-immodernizzar tal-kmamar eżistenti biex dawn jingħataw dehra aħjar.” Chris Fearne fakkar ukoll kif dan il-Gvern reġa’ introduċa
s-servizz t’ambulanza miċċentru ta’ Raħal Ġdid biex taqdi l-ħtiġijiet ta’ pazjenti fin-naħa t’isfel ta’ Malta, u kif il-Gvern għandu filpjanijiet tiegħu li jkompli jkabbar l-importanza ta’ dan iċ-ċentru tas-saħħa, billi jelevah għal hub mediku. “Il-pjan tagħna hu li jkollna hub mediku li se jsir fil-grawnd ta’ Pace Grasso li ilu għal snin twal f ’telqa u abbandun totali. Dak il-grawnd fih madwar 40 tomna art. Iċ-ċentru l-ġdid se jkun qiegħed joffri sensiela sħiħa ta’ servizzi u se jkollu fih numru ta’ kliniki speċjalizzati kif ukoll teatru tal-operazzjonijiet.”
LOKALI
kullhadd.com
10|04|2016 05
MILL-JS LIST GĦAL DEJN SIGRIET
TANCRED TABONE FIL-LISTA SIGRIETA TAL-PN Kitba ta’ ALEANDER BALZAN
L-iskema ta’ self sigriet li daħħal il-Partit Nazzjonalista ssegwi dik magħrufa bħala l-‘JS List’, li l-partit ta’ Simon Busuttil baqa’ juża sa qabel l-aħħar elezzjoni. Lista ta’ donaturi sigrieti li jkunu rebħu kuntratti tal-Gvern, li fosthom kien hemm persuni bħal Tancred Tabone, qarib ta’ Austin Gatt akkużat b’rabta mal-iskandlu taż-żejt. Bil-Partit Nazzjonalista ma jistax jagħti kuntratti millGvern wara li tilef l-elezzjoni, Simon Busuttil għażel id-dejn. Dejn li qed inissel dubju kbir dwar kif se jitħallas. Il-JS List tmur lura għal żmien Eddie Fenech Adami u Richard Cachia Caruana u kompliet fi żmien li Lawrence Gonzi kien kap u Simon Busuttil delegat speċjali tiegħu. JS huma l-inizjali ta’ Joe Stellini li kien teżorier tal-PN. Il-lista kienet tinkludi iktar minn 100 isem ta’ kuntratturi u kumpaniji kbar f ’Malta u f ’Għawdex. Ħafna minnhom fil-qasam tal-kostruzzjoni u ta’ proġetti infrastrutturali, iżda mhux biss. Matul is-snin ta’
Niżvelaw l-ismijiet
amministrazzjonijiet Nazzjonalisti dawn ilkuntratturi u kumpaniji ħadu bejniethom miljuni kbar f ’kuntratti tal-Gvern. Dawn il-kuntratturi u kumpaniji mbagħad kienu, minn żmien għal żmien, jiġu kkuntattjati mill-PN u jsirulhom laqgħat mal-Kap tal-PN li matulhom kienu jintalbu jagħtu donazzjonijiet ta’ eluf ta’ ewro għall-PN. Fi ftit kliem, il-JS List kienet lista ta’ nies li, talli kienu jingħataw kuntratti
tal-Gvern, kien mistenni minnhom li jagħtu l-flus lillPN. Kuntratturi li ma kinux fuq il-JS list dejjem sostnew li b’din is-sistema huma setgħu kienu żvantaġġjati. Jingħad li f ’rawnd ta’ laqgħat malkuntratturi u l-kumpaniji fuq il-JS List, il-PN seta’ faċilment jiġbor qrib in-nofs miljun ewro. Il-PN qatt ma ċaħad l-eżistenza tal-JS List għarraġuni sempliċi li ma setax, għax din il-lista eżistit għal snin sħaħ meta l-PN kien fil-Gvern.
Il-gazzetta KullĦadd illum tinsab f ’pożizzjoni li tiżvela l-ewwel isem ta’ persuna partikolari li kien fuq l-JS List tal-PN: Tancred Tabone. Tabone kien inħatar Chairman tal-Enemalta minn Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Eddie Fenech Adami. Fl-2013 dan il-benefattur talPN tressaq il-Qorti fejn qed jiġi akkużat b’tixħim b’rabta mal-iskandlu tax-xiri taż-żejt. L-akkużi jmorru lura għal bejn is-sena 2000 u l-2005 meta pajjiżna kellu gvernijiet immexxija minn Fenech Adami u Lawrence Gonzi. Fil-Qorti kien ħareġ li persuna akkużata flimkien ma’ Tabone kienet qalet lill-pulizija li tikkalkula li ħadu mill-inqas mal-€200,000 f ’commissions. Fl-istess ħin, ftit iktar minn sena ilu kien żvelat li l-benefattur tal-PN Tancred Tabone kellu żewġ kontijiet filfergħa tal-HSBC fl-Iżvizzera. Il-ġurnal The Guardian kien ħabbar li l-HSBC tal-Iżvizzera kien fetaħ offshore trust filgżira ta’ Jersey fejn Tabone ddepożita mat-€880,000. Skont The Guardian, Tabone kien qed jippjana li jiddepożita aktar flus fit-trust li kellu u
potenzjalment seta’ jiddepożita mad-€9 miljun. The Guardian kien ikkwota lill-avukat ta’ Tabone tgħid li l-klijent tagħha awtorizza lill-bank biex jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar ilkontijiet tiegħu. Meta f ’Ġunju 2005 Tabone ma baqax Chairman tal-Enemalta, Gvern Nazzjonalista kien ħass il-ħtieġa li joħroġ stqarrija biex ifaħħru tax-xogħol mill-aqwa li kien intqal li kien wettaq f ’din il-korporazzjoni. Minkejja li l-PN għal snin sħaħ ħadem bil-JS List b’benefatturi bħal Tancred Tabone, illum qed iħabbat wiċċu ma’ kriżi mill-iktar qawwija ta’ djun ta’ miljuni kbar ta’ ewro. Huwa għalhekk li llum il-PN, immexxi din id-darba minn Simon Busuttil, qed jipprova jerġa’ jagħti l-ħajja lil sistema ta’ għotjiet ta’ flus li timxi fuq l-istess prinċipju tal-JS List: issegretezza assoluta fejn il-PN ma jagħti ebda kas minn fejn ikunu ġew il-flus mogħtija lilu. Is-sistema ta’ Simon Busuttil twassal biex dawk li llum jitħajru jagħtu l-flus lill-PN, bil-kundizzjoni li isimhom ma jidher imkien, fil-mument opportun iduru fuq l-istess PN u jkunu huma li jitolbuh iroddilhom ħajr.
PROGRAMM B’DIFFERENZA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIS-SEKONDARJA GLEN FALZON glen@kullhadd.com “Nixtieq li l-ħin li nqattgħu hawn ikun itwal, inħossni komda fil-post u mal-grupp”, “Nieħu gost meta nsajru flimkien u nagħmlu xi logħob flimkien”, “Jogħġobni kollox hawn. Forsi ftit aktar ħin hawn u nużaw ftit aktar ilmowajl. Inħobb iċ-challenges u l-logħob”. Dawn kienu ftit millkummenti li din il-gazzetta rnexxielha tikseb mingħand żgħażagħ li qed jattendu programm ġdid b’differenza bl-isem Fastforward, programm li ntlaħaq ftehim dwaru bejn il-Ministeru għallEdukazzjoni u x-Xogħol u Żgħażagħ Azzjoni Kattolika. Mezz ta’ għajnuna Jirriżulta li dan il-programm, li qed ikun appoġġjat ukoll millAġenzija Żgħażagħ, se jkun qed jimmira biex jgħin lil dawk iż-żgħażagħ li qegħdin fissekondarja u għaddejjin minn diversi sfidi fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Dan billi se jkun ipprovdut lilhom ambjent alternattiv ta’ tagħlim ġdid li se jgħinhom jiżviluppaw aktar il-ħiliet personali u
14 u 15-il sena. Fil-fatt, tliet gruppi minn dawn jattendu fil-Programm Alternattiv ta’ Tagħlim f ’Raħal Ġdid u grupp ieħor ġej mill-Education Hub fl-Imsida. Apparti minn hekk, għal kull grupp, dan il-programm jinvolvi 18-il ġurnata li se jkunu mifruxa matul issena skolastika. Matul dawn is-sessjonijiet se jkunu organizzati għadd ta’ attivitajiet u workshops u dan bl-involviment dirett talistudenti nfushom. Waħda mill-kmamar fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ
Jintlaħqu aktar żgħażagħ
soċjali tagħhom, ikun hemm aktar integrazzjoni ma’ komunitajiet oħrajn, kif ukoll jieħdu sehem f ’attivitajiet ekstrakurrikulari.
Minkejja l-isforzi li qed isiru fis-sistema edukattiva Maltija, dan il-programm twieled blgħan li jkomplu jintlaħqu aktar żgħażagħ li mhumiex jintlaħqu fis-sistema edukattiva tagħna bil-konsegwenza li dawn ikollhom nuqqas ta’ ħiliet bażiċi. Huwa proprju għalhekk li dan il-programm se jkollu fil-mira tiegħu lil dawn iżżgħażagħ biex irawmu dawn il-ħiliet personali u soċjali, liema ħiliet mhux qed ikunu mgħoddija lilhom b’mod effettiv fl-isferi l-oħrajn fl-esperjenzi tagħhom ta’ kuljum.
It-tama ta’ din l-għaqda hi li tpoġġi dan il-programm għasservizzi ta’ dawn iż-żgħażagħ li mhumiex parti minn din l-istess għaqda li minnu żgur se jkunu qed jibbenefikaw Esperjenza fil-qasam u jitgħallmu ħafna. Dan ilprogramm se jkun qed jittella’ Responsabbli minn dan il- f ’Villa Psaignon f ’Ħad-Dingli proġett ta’ fejda kbira se – ċentru ta’ attività li jitmexxa tkun l-għaqda taż-Żgħażagħ minn Aġenzija Żgħażagħ. Azzjoni Kattolika, liema għaqda se tkun qed toħloq u Sehem dirett taż-żgħażagħ timplimenta dan kollu. F’dan ir-rigward ta’ min isemmi Huwa ppjanat li f ’dan illi din l-organizzazzjoni programm Fastforward se Kattolika mhux governattiva jkun hemm erba’ gruppi ta’ għandha esperjenza estensiva bejn wieħed u ieħor 15-il fil-ħidma maż-żgħażagħ. persuna f ’etajiet li jvarjaw bejn
Integrazzjoni u tagħlim L-attivitajiet li se jkunu qed jittellgħu huma mmirati apposta biex jiffaċilitaw u jtejbu l-ħiliet ta’ komunikazzjoni, jintlaħqu diversi miri u għanijiet, u jgħinu lil dawn iż-żgħażagħ biex jaħdmu f ’tim. Fost tagħlim ieħor, se jkunu qed jitgħallmu kif isolvu l-kunflitti li jkunu għaddejjin minnhom. Madankollu, l-għan aħħari ta’ dan kollu huwa li jgħin lil dawn iżżgħażagħ jintegraw aħjar fil-komunitajiet rispettivi tagħhom billi jistabbilixxu l-identitajiet u l-potenzjali tagħhom infushom. Dan jinkludi l-ikkultivar ta’ sens ta’ responsabbiltà personali għad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet li jieħdu, liema passi se jkunu qed jippreparawhom biex ikollhom rwol attiv fissoċjetà li jgħixu fiha. Dawn il-ħiliet bażiċi huma meħtieġa u bżonjużi għal ħajjithom kollha. Fl-aħħar nett, dan ilprogramm se jkun qed ifittex li jipprovdi spazju sigur biex dawn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jesprimu ruħhom flapert u mingħajr ebda biża’.
06 10|04|2016
kullhadd.com
IT-TINDIF ESTIŻ UKOLL GĦAL PARTIJIET MILL-IMSIDA U L-FURJANA tal-alka mill-bajjiet li huma kklassifikati bħala Blue Flag. Fost dawn il-bajjiet hemm dawk ta’ San Ġorġ f ’San Ġiljan, l-Għadira fil-Mellieħa, kif ukoll ir-Ramla l-Ħamra f ’Għawdex. Dan wara li fl-istaġun tax-xitwa tkun saret il-manutenzjoni tas-slielem u bramel taż-żibel biex f ’Mejju u Ġunju dawn jerġgħu jiġu installati fil-bajjiet. B’kollox it-tindif qed isir f ’68 Minn April beda t-tindif tal-alka bajja f ’Malta u Għawdex. mill-bajjiet It-tindif isir matul is-sena Minn dan ix-xahar, id- proċess ta’ tindif fil-bajjiet u kollha f ’żoni turistiċi, imma Direttorat għat-Tindif fi ħdan ż-żoni turistiċi qabel ma jibda jiżdied fiż-żmien tas-sajf Fiż-żoni l-aktar popolari il-Ministeru għat-Trasport s-sajf. u l-Infrastruttura beda bi Beda x-xogħol ta’ tindif u frekwentati mit-turisti,
bħal Tas-Sliema, San Ġiljan, Buġibba u San Pawl il-Baħar isir tindif addizzjonali biex jiġi assigurat li dawn iż-żoni turistiċi kollha jinżammu nodfa kemm jista’ jkun. Ix-xogħol jikkonsisti wkoll fil-ħasil ta’ żoni pedonali u promenades, anke matul il-lejl. Din is-sena t-tindif ta’ żoni turistiċi se jiġi estiż ukoll għal partijiet mill-Imsida u l-Furjana. Din is-sena wkoll id-Direttorat għat-Tindif se jkun qed jimbarka fuq pjan ta’ tindif ġdid li jinkludi tindif f ’kull jum tal-ġimgħa biex b’hekk id-dehra ta’ pajjiżna tibqa’ waħda nadifa u attraenti.
LOKALI
TITJIB FIR-ROTOT
Wara t-tibdil fir-rotot li seħħ fis-6 ta’ Marzu 2016, issa se jerġa’ jsir tibdil ieħor matul dan ix-xahar, proprju mis-17 ta’ April, filwaqt li mistennija jsiru xi modifikazzjonijiet oħra f ’Ġunju li ġej li se jitħabbru aktar ’il quddiem. It-tibdil fin-network il-ġdid ġab miegħu żieda ta’ bejn wieħed u ieħor 2.5 miljun kilometru fis-sena, żieda ta’ madwar 400 vjaġġ kuljum, introduzzjoni ta’ 24 rotta ġdida, modifikazzjoni ta’ 43 rotta u żieda ta’ 80 bus stop ġdid, apparti diversi riallokazzjonijiet ta’ bus stops eżistenti. It-tibdil li se jidħol fisseħħ mill-Ħadd li ġej huwa dan: • Introduzzjoni ta’ żewġ rotot f ’San Ġwann; il-25 u l-35. Dawn ir-rotot se jkunu bħal ta’ qabilhom, it-22 u t-32, iżda se jżidu l-aċċessibbiltà għal TalQroqq u minn u l-Belt; • Rotot 2 u 4 se jiġu modifikati biex ikun hemm servizz dirett bejn iċ-ċentru tal-Birgu u ċ-Ċentru tasSaħħa f ’Bormla; • Rotta 3 se tinbidel biex tgħaddi minn Psaila Street/Triq il-Ferrovija f ’Birkirkara u Santa Venera; • Rotta 210 se tiġi mqassra u mhux se tibqa’ tgħaddi miż-Żejtun, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid; • Rotta 250 se tiġi estiża sal-Belt. Dan ittibdil se jżid l-aċċessibbiltà mill-Belt sa Tal-Qroqq, l-Università u l-Isptar Mater Dei; • Rotta 260 se titqassar u tiġi estiża sal-Belt. Dan il-bdil se jkun qed inaqqas mill-ħin tal-vjaġġ għarresidenti ta’ Ħal Għargħur u jżid l-aċċessibbiltà mill-Belt sa Tal-Qroqq, l-Universita’ u l-Isptar Mater Dei; • Rotta 46 se titqassar u hekk jitnaqqas il-ħin talvjaġġ għar-residenti ta’ Ħal Għargħur; • Rotta 213 se tiġi estiża biex tintlaħaq iż-żona tar-Rinella fil-Kalkara; • Rotta 119 se tiġi estiża biex tilħaq iż-żona talpower station.
LOKALI
kullhadd.com
10|04|2016 07
IMPENN BIEX L-ITS JINBIDEL F’ĊENTRU TA’ EĊĊELLENZA LIAM GAUCI liam@kullhadd.com
Is-settur turistiku għamel passi ta’ ġgant matul dawn l-aħħar snin u ħoloq ħafna opportunitajiet ta’ impjieg għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Madankollu, kien hemm is-sensazzjoni li l-livell ta’ preparazzjoni akkademika li dawn iż-żgħażagħ kienu qegħdin jingħataw ma kinitx ta’ livell għoli biżżejjed biex tlaħħaq mal-evoluzzjoni ta’ dan is-settur. Il-gazzetta KullĦadd ħadet il-kummenti ta’ kelliem għallIstitut għall-Istudji Turistiċi nieda skema innovattiva ta’ u li se twassal programmi (ITS) biex tifhem aħjar x’ħidma Nazzjonali għall-Edukazzjoni l-kelliem. Aktar minn hekk, l-Istitut sponsorships għall-istudenti li ta’ żvilupp professjonali twettqet matul dawn is-sentejn Avvanzata u Ogħla (NCFHE), għall-istaff akkademiku talbiex dawn in-nuqqasijiet ikunu ITS. Dan il-ftehim fil-fatt korretti. jinkludi investiment fil-kapital professjonali tal-għalliema talL-ITS kien maqtugħ mirITS biex ikomplu jilħqu livelli realtajiet tas-settur ta’ għarfien dejjem ogħla. “Hija proprju din il-ħidma, Il-kelliem spjega li meta beda flimkien ma’ investiment bħatl-proċess ta’ riforma tal-ITS €58 miljun għal kampus ġdid u deher ċar li din l-istituzzjoni modern, u wkoll grazzi għallma kinitx għadha f ’pożizzjoni appoġġ li l-Istitut qed jerġa’ li toffri t-taħriġ meħtieġ filjirċievi mir-relazzjonijiet li kuntest turistiku ta’ żmienna. l-ITS kien diġà fassal pjan ta’ nieda wkoll Kumitat Xjentifiku nħolqot b’kollaborazzjoni qed jerġa’ jibni mal-industrija “Minn diskussjonijiet varji li azzjonijiet strateġiċi li ntlaqa’ li huwa magħmul millmal-Malta Hotels & li, fl-aħħar mill-aħħar, se l-amministrazzjoni l-ġdida talIstitut għall-Istudji Turistiċi b’eloġju mill-awdituri stess għaqdiet ewlenin fl-industrija Restaurants Association. Fl- jwasslu mhux biss għal kellha s-sena li għaddiet man- u fil-fatt, l-NCFHE u l-ITS tat-turiżmu u ospitalità lokali istess waqt, l-ITS iffirma wkoll tagħlim u taħriġ ta’ kwalità negozji u partijiet interessati qablu li l-Istitut kellu jkompli u li għandu l-għan li jgħin lill- ftehim ta’ kollaborazzjoni ma’ imma wkoll għall-kisba ta’ stat fl-industrija, u anke fi ħdan jimxi skont dak il-pjan ITS jifforma l-kurrikulu skont Haaga Helia University of ta’ eċċellenza fl-oqsma tatil-Ministeru għat-Turiżmu, għax dan jindirizza l-għaxar il-bżonnijiet kurrenti u futuri Applied Sciences fil-Finlandja, turiżmu u l-ospitalità,” temm li hija rinomata mad-dinja jgħidilna l-kelliem għall-ITS. deher li l-Istitut kien ilu snin standards imsemmijin fir- tal-industrija stess. rapport. Fl-istess waqt ukoll, L-evalwazzjoni tal-programmi jinqata’ u jitbiegħed millindustrija u jitlef ir-rabtiet l-ITS beda jieħu passi biex tal-ITS illum tinkludi sehem diretti li kellu fl-industrija tat- isaħħaħ il-programmi ta’ studji dirett minn partijiet interessati fis-settur, filwaqt li tfassal turiżmu u l-ospitalità,” qalilna li joffri u jżid ir-riżors uman. Il-kelliem għall-ITS semma ukoll pjan għall-assigurazzjoni l-kelliem Huwa tenna li l-eżerċizzju wkoll li l-Istitut ħa sensiela ta’ tal-kwalità (quality assurance) ta’ awditjar li sar fl-2015 mill- azzjonijiet, fosthom reviżjoni maqbul mal-awdituri esterni u Kummissjoni Nazzjonali sħiħa tal-programmi full-time li li huwa mmonitorjat permezz għall-Edukazzjoni Avvanzata u joffri, fejn qabel il-bidu ta’ din ta’ komunikazzjoni kontinwa Ogħla, fil-fatt ikkonferma dak is-sena skolastika (2015/2016) mal-NCFHE. Tant hu hekk, li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi anke saret ħidma biex ikun li l-ITS se jkun qiegħed jieħu (ITS) u l-industrija stess kienu hemm progressjoni inqas sehem f ’eżerċizzju ta’ awditjar ilhom iħossu għal snin u problematika u kkumplikata ieħor f ’Lulju 2016 sabiex issir konsegwentement kompla bejn programm ta’ studju u evalwazzjoni tal-progress li jsaħħaħ id-determinazzjoni ieħor, li ssarraf f ’benefiċċji sar abbażi tal-pjan ta’ azzjoni għall-istudenti maqbul. tal-Istitut li jniedi bidla drastika kemm nfushom u kemm għallfid-direzzjoni strateġika tiegħu industrija. Dawn kienu wkoll Lejn taħriġ u tagħlim ta’ li tirrikonoxxi l-importanza ta’ verifika tal-kwalità fuq approvati minn strutturi għall- kwalità ogħla standards Ewropej fl- kwalità maħturin riċentament, edukazzjoni u t-taħriġ, u wkoll jiġifieri l-Bord tal-Istudji u Il-kelliem għall-ITS qalilna l-importanza li s-settur privat l-Bord għall-Validazzjoni tal- wkoll li l-maniġment eżekuttiv Waqt li kien qed jindirizza lill-ħaddiema tal-Awtorità l-ġdida illum għandu fil-formazzjoni Kwalità tal-Programmi, liema tal-ITS huwa impenjat mhux għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) flimkien mal-unjins li u fl-għotja ta’ taħriġ u strutturi wkoll inħolqu bħala biex jilħaq l-ogħla livell ta’ jirrappreżentawhom, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, parti mill-bidliet li nnotaw prestazzjoni f ’dawk li huma edukazzjoni vokazzjonali. l-awdituri stess u li huma stess standards ta’ kwalità, imma l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat sostna li l-ERA mhux se tkun qed tħares lejn uċuħ fid-deċiżjonijiet li se tkun Tisħiħ akkademiku u iddeskrivew bħala l-fażi fejn wkoll li jibdel l-Istitut għall- qed tieħu. l-Istitut qed “jiġi ivvintat mill- Istudji Turistiċi f ’ċentru amministrattiv Huwa qal dan meta laqqa’ l-Bord tal-istess Awtorità u lidġdid”. ta’ eċċellenza fit-turiżmu u Direttur il-ġdid tal-Ambjent Michelle Piccinino mal-ħaddiema “Il-kurrikulu l-ġdid tfassal l-ospitalità. Għaldaqstant, “Minn meta l-amministrazzjoni għall-ewwel darba f ’Hexagon House. kurrenti ħadet postha, mill- abbażi ta’ tqassim bżonjuż l-Istitut qiegħed ikompli jibni Il-Ministru Brincat qal li bl-esperjenza u l-ħiliet li għandhom kompetenzi ewlenin, sħubijiet strateġiċi sabiex ewwel identifikat nuqqasijiet ta’ il-membri kollha tal-Bord, jinsab persważ li dawn se juru serji fl-istruttura maniġerjali abbiltajiet settorjali u għarfien ikompli jtejjeb il-kwalità tal- dedikazzjoni sħiħa għall-iżvilupp sostenibbli ta’ pajjiżna biltal-Istitut u nediet proċess essenzjali. Din kienet fil-fatt programmi ta’ studju li joffri fatti, billi jaraw li jitfasslu policies bis-sens filwaqt li jiżguraw li permezz tiegħu nħolqot, l-ewwel darba minn meta u l-effettività tiegħu bħala li l-isfidi li għandna quddiemna bħala pajjiż jiġu ffaċċjati kif inbniet u ssaħħet l-istruttura nħoloq l-ITS li l-kurrikulu istituzzjoni għal edukazzjoni u jixraq. maniġerjali li għandu llum tfassal skont standards tant taħriġ vokazzjonali. Dan anke Fl-aħħar nett, il-Ministru Brincat stieden liċ-Chairman u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi,” għoljin ta’ assigurazzjoni tal- permezz ta’ żvilupp personali l-Aġent Kap Eżekuttiv, il-Professur Victor Axiak, kif ukoll kwalità u bil-parteċipazzjoni u professjonali tar-riżors uman spjega l-kelliem għall-ITS. lid-Direttur il-ġdid tal-Ambjent Michelle Piccinino biex Qabel sar l-eżerċizzju ta’ ta’ stakeholders kemm interni tal-Istitut. Riċentement, fil-fatt, l-ITS jindirizzaw lill-ħaddiema. awditjar tal-Kummissjoni u kemm esterni,” tenna
L-Istitut kien ilu snin jinqata’ u jitbiegħed mill-industrija u jitlef ir-rabtiet diretti li kellu fl-industrija tat-turiżmu u l-ospitalità
L-ERA MHUX SE TKUN QED TĦARES LEJN UĊUĦ
08 10|04|2016
kullhadd.com
LOKALI
KONFERENZA ĠENERALI ANNWALI 2016
STENNIJA GĦAD-DISKORS TAL-PRIM MINISTRU Hekk kif illum tingħalaq ilKonferenza Ġenerali tal-Partit Laburista hemm stennija kbira għad-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Id-diskors ta’ Joseph Muscat, li l-gazzetta KullĦadd għandha indikazzjonijiet dwaru, mistenni jkun wieħed li jsaħħaħ il-profil tal-Prim Ministru bħala statista li wieħed mill-għanijiet ewlenin tiegħu huwa li jgħaqqad lillpoplu Malti. Dan id-diskors se jsir jumejn wara li l-membru tal-Gvern Taljan, Sandro Gozi, qal li pajjiżna huwa mmexxi minn Prim Ministru “b’personalità u influwenza, ideat b’saħħithom, u l-kapaċità li jiddistingwi ruħu u jġiegħel il-kollegi jisimgħu meta jitkelllem magħhom.” Dawn l-ideat mistennija jkunu ċentrali fid-diskors ta’ Joseph Muscat. L-ideat li waslu biex illum il-pajjiż huwa l-aqwa fl-Ewropa f ’diversi oqsma u li jridu jkomplu jibdlu l-Malta għall-aħjar tul is-sentejn li ġejjin. Iżda, fl-istess ħin mistenni wkoll diskors ta’ mexxej li japprezza li r-riżultati talaħħar sentejn u nofs inkisbu għax il-poplu kellu gvern li m’għadux iffokat fuq il-ġlieda ta’ bejn l-aħmar u l-blu. Gvern li meta kien hemm bżonn uża l-ħiliet ta’ persuni minn oqsma differenti u huwa għalhekk li llum qed jinkisbu suċċessi f ’bosta oqsma. Gvern li ma jridx jieħu ’l pajjiżna lura għas-snin tmenin u li ma jridx ripetizzjoni ta’ dak li seħħ quddiem il-Qorti fl-aħħar jiem. Se jkun ukoll diskors ta’ mexxej umli li jifhem u japprezza fejn il-Gvern seta’ aġixxa aħjar, ma kkomunikax il-messaġġ tiegħu tajjeb jew saħansitra żbalja. Muscat, li se jindirizza l-konferenza ġimgħa wara li l-pubblikazzjoni The Economist iddeskrivietu bħala eżempju għall-mexxejja oħra fl-Ewropa, huwa magħruf għal kemm jitkellem b’mod realistiku u dan mistenni jerġa’ jkun rifless dalgħodu. Intant, qabel tibda ġimgħa fejn se tkun diskussa mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern, imressqa minn Oppożizzjoni b’kilba kbira għall-poter, il-mijiet li mistennija jinġabru filĦamrun u l-eluf li se jsegwu fuq it-televiżjoni se jkunu qed jistennew il-ħsus tal-Prim Ministru dwar id-direzzjoni li se jkun qed jagħti lil Malta f ’perjodu ta’ sfida li se jkun jinkludi wkoll il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.
Kollox jindika li dan se jkun diskors li jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak tal-Kap talOppożizzjoni li f ’Birkirkara dalgħodu u fil-Belt filgħaxija mistenni jkun negattiv u distruttiv. Fejn se juża ton li jkompli jżid it-temperatura politika tal-partitarji tiegħu.
“Bħala Partit ma nistgħux ninsew l-għeruq tagħna” – Louis Grech Intant, fid-diskors tiegħu matul din il-ġimgħa, id-Deputat Prim Ministru Louis Grech saħaq li Gvern Laburista bidel dawk l-affarijiet li jidhru; bħall-ekonomija, id-drittijiet ċivili, iż-żieda fil-pensjonijiet u ċ-ċentri tal-ħarsien tat-tfal b’xejn. Iżda l-Gvern bidel ukoll affarijiet oħra li ma jidhrux, bħal dik li ma jiddejjaqx jindirizza kwistjonijiet li qabel il-poplu kienu jibża’ li jsemmi. Louis Grech stqarr li bħala Partit ma nistgħux ninsew l-għeruq tagħna fejn il-ġid li jrid jinħoloq irid imur għand dawk li huma l-iktar żvantaġġjati, u semma kif fiż-żmien li ġej dan il-Gvern se jkompli jindirizza l-kwistjoni tal-faqar u l-pensjonijiet. Se jindirizza wkoll il-governanza, fejn anke f ’dan il-qasam hemm bżonn qabża ta’ kwalità, u fl-aħħar u mhux l-inqas se jindirizza wkoll il-qasam ambjenatli, minkejja li hawn dan il-Gvern għandu track record aħjar minn tal-Partit Nazzjonalista. Id-Deputat Prim Ministru sostna li l-Partit Nazzjonalista jrid politika ta’ tensjoni u, filwaqt li jitkellmu fuq onestà politika u trasparenza, in-nies jafu li huma m’għandhom l-ebda kredibbiltà li jwettqu dan. “Il-Partit Nazzjonalista jemmen li huwa għandu xi monopolju fuq il-verità jew li għandhom xi awtorità morali iżda aħna ma niħdux il-fiduċja fatt; il-fiduċja rridu naħdmu għaliha u dak huwa li jagħmilna differenti,” stqarr Louis Grech. Filwaqt li semma li rridu nibqgħu nagħtu kas dak li qed jgħidu n-nies, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet talParlament qal li, minkejja li aħna nistgħu nikkritikaw, huwa importanti li nwettqu għax in-nies iriduna li nkomplu naħdmu. Fuq il-każ Panama Papers, id-Deputat Prim Ministru qal li d-deċiżjonijiet jeħodhom ilPrim Ministru wara li jkollu l-fatti f ’idejh u l-ebda magna tal-Partit Nazzjonalista jew Simon Busuttil ma jagħmlu dan. “Aħna se nibqgħu relevanti għax se nibqgħu
konxji mill-affarijiet li verament jimpurtaw,” tenna Louis Grech. “Jekk verament iridu nagħtu kontribut lillPartit Laburista, rridu nkunu realistiċi, iridu nkunu konxji fejn irridu nirranġaw u mhux ngħaddsu rasna fir-ramel u ninjoraw dak li qed jiġri madwarna.” Huwa temm jgħid li “għandu jkollna l-kuraġġ biex inkomplu nbiddlu u nagħmlu r-riformi, irridu nkomplu nwettqu aktar u permezz tal-għaqda li hawn fil-Partit Laburista niffaċċjaw l-elezzjoni li jmiss u bil-ħidma li qed isir u li se tkompli ssir, inħallu legat warajna.” “Nifhem li hemm rabja u ma nistax ninjora dak li qed jgħidu n-nies” – Konrad Mizzi Konrad Mizzi, waqt li kien qed jindirizza għall-ewwel darba l-Konferenza Ġenerali bħala Deputat Mexxej għallAffarijiet tal-Partit, qal li huwa jifhem li hemm rabja u ma jistax jinjora dak li qed jgħidu n-nies. “Bl-aktar mod umli se noqgħod għal kull deċiżjoni li se jieħu l-Prim Ministru. Jien qed jiddispjaċini li qed niġu kritikati minħabba dan il-każ, għax intom bħalma ħdimt jien, ħdimtu sabiex il-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni tal-2013,” stqarr id-Deputat Mexxej. Dr Mizzi qal li Simon Busuttil jista’ jikkritikah fuq iddeċiżjonijiet li jieħu, iżda ma jistax jikkritikah fuq affarijiet ħżiena li qatt m’għamel. “IlKap tal-Oppożizzjoni ħaseb li peress li ħadt ħsieb kuntratti kbar seta’ kien hemm xi ħaġa; jien l-investiment li ġibt, ġibtu biex inpoġġu fuq saqajha l-Enemalta, kumpanija li ħaddieħor ried ineħħi għal €1.” Konrad Mizzi semma wkoll kif bħalissa għaddejjin żewġ audits, waħda minn kumpanija indipendenti u internazzjoni u tax audit millKummissarju għat-Taxxi li qed jinvestiga kollox. Din hija mossa li ħadd m’għamilha qabel, stqarr il-Ministru għallEnerġija u s-Saħħa. Fuq l-istess każ, il-Ministru Mizzi qal li huwa rrabjat li flok qed nitkellmu fuq dak li wettaq il-Gvern, qed nitkellmu fuq il-Panama. “Għalkemm parti minni qed tgħid li m’għamilt xejn ħazin, jien ma nistax ninjora dak li qed jgħidu n-nies,” saħaq Dr Mizzi filwaqt li spjega kif it-trust miftuħa fi New Zealand infetħet wara pariri professjonali u bl-iskop li tkun
LOKALI
kullhadd.com
10|04|2016 09
għal family estate management u qatt ma kien hemm intenzjonijiet oħra, tenna d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit. Saħaq li dan kollu kien imnizzel fid-dikjarazzjoni tal-assi u bil-ħruġ tal-Panama Papers dan kollu kien ikkonfermat. Id-Deputat Mexxej Laburista saħaq li huwa daħal fil-politika għax emmen filproġett tal-Prim Ministru Joseph Muscat; proġett li qed ibiddel lil Malta ta’ taħt fuq; proġett li permezz tiegħu, fost l-oħrajn, qed jiddaħħlu aktar drittijiet ċivili, qed tingħata aktar għajnuna soċjali, qed tingħata aktar għajnuna lill-persuni b’diżabbiltà, qed tikber l-ekonomija u qed jingħataw l-inċentivi biex aktar nisa joħroġu jaħdmu. “Għamilna ħafna, iżda fadal x’nagħmlu,”tenna l-Ministru Mizzi. Dr Mizzi tkellem ukoll fuq il-ħidma li saret floqsma tal-enerġija u s-saħħa u semma miżuri bħat-traħħis tal-konijiet tad-dawl u l-ilma, l-investiment dirett barrani fl-Enemalta, ilqalba għall-gass u t-tneħħija tal-mediċini out of stock, it-tnaqqis fil-listi ta’ stennija u t-tnaqqis tal-kjuwijiet fl-Emerġenza fost l-oħrajn. “Dan kollu ħaddieħor kien jgħid li huwa impossibbli,” qal Konrad Mizzi. Il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa fakkar kif il-Partit Nazzjonalista immonta attakk fuqu kemm qabel u wara l-elezzjoni, dan filwaqt li l-Gvern qed jagħmel suċċessi kbar tant li The Economist sejjaħ lil pajjiżna bħala eżempju li fuqu gvernijiet soċjal-demokratiċi għandhom jimxu fuqu. Fl-aħħar nett, Konrad Mizzi qal li huwa jrid Malta aħjar u wiegħed li, ikun xi jkun ir-rwol tiegħu fiż-żmien li ġej, huwa se jkun fuq quddiem nett bħalma kien fl-elezzjoni li għaddiet biex jgħin lill-Partit Laburista flelezzjoni li ġejja. “Filwaqt li Simon Busuttil qed jitlob għall-firda, aħna rridu mmorru għall-għaqda,” temm jgħid id-Deputat Mexxej Laburista. Eletti t-12-il membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt id-delegati tal-Partit Laburista eleġġew il-membri tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista. Kienu 17-il persuna li kkontestaw din l-elezzjoni, sabiex eventwalment ġew magħżula 12. Għal din l-elezzjoni kien hemm 749 delegat eliġġibli biex jivvutaw u minnhom 653 tefgħu l-vot tagħhom, li jfisser li 87% tad-delegati vvutaw f ’din l-elezzjoni. Il-membri eletti huma: Cassar Ġuża Farrugia Monica Farrugia Aaron Zammit Alamango Nikita Azzopardi Mario Fenech Catherine Rocco Manuel Falzon Ray Mizzi Ray Gafà Neville Grech Mark Cilia Joe
BIEX TIRREKLAMA
kullhadd.com
FUQ CEMPEL FUQ 2090 1520 JEW IBGHAT LIL sales@kullhadd.com
10 10|04|2016
Clayton Cutajar B.Ed(Hons.), M.Ed. fix-Xjenzi
Ir-rapport imħejji mill-World Economic Forum fl-2013 blisem ta ‘The Skills Needed in the 21st Century’ juri diversi kompetenzi u kwalitajiet ta’ karattru li huma meqjusa bħala bżonn għal kull ċittadin fil-ġurnata tal-lum
kullhadd.com
OPINJONI
ĦILIET GĦAS-SEKLU 21 Għadni nisma’ l-kliem tannanniet: “Ibni, studja għalleżamijiet u qis li tmur tajjeb. Ftit sagrifiċċju issa bl-istudju u tgawdi ’l quddiem,” jidwi f ’widnejja. Però, fis-seklu 21 huwa biżżejjed li wieħed iġib riżultati tajbin sabiex ikollu moħħu mistrieħ għall-ġejjieni? Jekk inħarsu ħarsa madwarna, nindunaw li biex tkun ċittadin attiv, timxi ’l quddiem fil-post taxxogħol u saħansitra tkun kapaċi tieħu deċiżjonijiet infurmati filħajja personali tiegħek, hemm ħafna fatturi involuti. Bir-rata li t-teknoloġija, l-innovazzjoni, ilkreattività u x-xjenza qed ibiddlu l-affarijiet li aħna mdorrijin bihom, ħajja sana u l-inklużjoni soċjali tirrikjedi ferm aktar minn riżultati tajbin. Ir-rapport imħejji mill-World Economic Forum fl-2013 blisem ‘The Skills Needed in the 21st Century’ juri diversi kompetenzi u kwalitajiet ta’ karattru li huma meqjusa bħala bżonn għal kull ċittadin filġurnata tal-lum. Dan ir-rapport isemmi 16-il ħila li wieħed irid irawwem għas-seklu 21; ħiliet bażiċi fil-litteriżmu, filmatematika, fix-xjenza, flinformatika, fit-tħaddim ta’ flus u finanzi, fil-kultura u sens ċiviku, huma meqjusa bħala ħiliet kruċjali għad-dinja taxxogħol; dinja li saret ibbażata fuq l-innovazzjoni u l-kreattività. Jekk wieħed jikkunsidra l-ħidma ta’ operatur tal-magna, li ħafna drabi tkun relatata ma’ xogħol manwali u ta’ rutina, tajjeb li ngħidu li għadd ta’ fabbriki sar għandhom makkinarju li jagħti struzzjonijiet fuq skrin. F’dan ilkaż, il-ħaddiem importanti wkoll li jkun kapaċi jaqra bit-tali lingwa sabiex ix-xogħol isir aktar b’mod effiċjenti. Fil-ħajja ta’ kuljum, dak li qabel kien jitqies bħala kapriċċ, illum ilġurnata sar bżonn; aċċess għallinternet fid-djar, użu ta’ mowbajl, għarfien dwar nutrijenti fl-ikel u dieta bilanċjata, użu ta’ ATM u ppjanar aħjar tal-finanzi tagħna huma xi ftit mill-eżempji. Xi nies avvanzati fl-età għażlu li jżommu ’l bogħod minn ċertu prattiki li mhumiex imdorrijin għalihom bħal, ngħidu aħna, użu ta’ kompjuter jew tisħiħ fil-ħila tal-qari. Jista’ jagħti l-każ li ċertu nies ma jħossux daqsekk ħtieġa għal ċertu trawwim ġdid għax ħarġu jew għażlu li ma jidħlux fid-dinja tax-xogħol. Ma nistgħux ngħidu l-istess għal nies iżgħar fl-età. Ġenerazzjonijiet iżgħar m’għandhomx daqsekk libertà fittrawwim ta’ ċertu ħiliet għax iħossu l-pressjoni li s-soċjetà ġġib fuqhom permezz tal-bilda kontinwa li jesperjenzaw fil-ħajja ta’ kuljum. Bidla li paripassu magħha teħtieg mentalità u prattika ta’ tagħlim tul il-ħajja. Jekk hawn xi ħaġa li hija kostanti fis-seklu 21, hija proprju l-bidla nnifisha; bidla
mgħaġġla miġjuba mill-progress kumpaniji intervistati minn fix-xjenza u fit-teknoloġija. ManPower Group f ’42 pajjiż, irrappurtaw diffikultà biex Ħsieb kritiku, kreattività, jimlew il-postijiet vakanti komunikazzjoni u b’nies li kellhom ħiliet kollaborazzjoni adatti. Dan kollu għandu Ir-rapport isemmi wkoll impatt mhux biss fuq erba’ kompetenzi importanti il-mentalità u l-għajxien għas-seklu 21: ħsieb kritiku, tagħna l-adulti, imma kreattività, komunikazzjoni u anke fuq is-sistema kollaborazzjoni. Dawn huma edukattiva ta’ pajjiżna. meqjusa bħala ħiliet importanti Illum aktar minn qatt qabel biex wieħed ikampa u jimxi ’l huwa importanti li nagħtu quddiem fil-post tax-xogħol prijorità lill-aspetti kollha u anke fil-ħajja personali. Li tat-tagħlim biex nipprovdu wieħed jaħseb b’mod kritiku edukazzjoni ħolistika li saret prattika minsuġa fit- tikkumplimenta dak tagħlim u fil-pedagoġija tal- li hu mistenni għalliema biex minn età żgħira fil-preżent u t-tfal jiġu mrawma b’dawn il- fil-futur tatkompetenzi. Għadda ż-żmien tfal kemm fejn l-għalliem jipprietka u fis-soċjeta li l-istudent jitgħallem kollox bl- jgħixu fiha, amment. Huwa ħafna aktar faċli f i l - ħ a j j a li student isib informazzjoni p e r s o n a l i permezz ta’ għafsa ta’ buttuna t a g ħ h o m milli jikseb kompetenzi bħal u kif ukoll dawk imsemmija fir-rapport. fid-dinja taxFl-aħħar iżda mhux l-anqas, xogħol. ir-rapport isemmi sitt kwalitajiet li juru kif l-istudenti jiffaċċjaw il-bidla fl-ambjent tagħom. Fost dawn hemm il-kurżità, l-inizjattiva, il-persistenza, adattabbiltà, tmexxija u għarfien fil-qasam soċjali u ċiviku. Bidliet fil-qasam taxxogħol u l-ekonomija qed juru l-importanza li l-ħaddiema kollha jkollhom dawn il-ħiliet sabiex jassiguraw suċċessi u skoperti ta’ ideat ġodda. Ħafna mill-ħaddiema jibbenefikaw minn ħiliet ta’ livell għoli. Matul is-snin, ix-xogħlijiet qed jiżviluppaw u jersqu ’l bogħod minn xogħol manwali u ta’ rutina għal xogħol li jħaddan kompetenzi ogħla. Fl-aħħar 50 sena, l-ekonomija fl-Istati Uniti rat tnaqqis f ’impjiegi ta’ natura manwali u ta’ rutina, però rat żieda f ’impjiegi li jinvolvu analiżi u ħiliet għolja oħra. Fl2014 aktar minn terz tal-
OPINJONI
kullhadd.com
10|04|2016 11
SKART ELETTRIKU U ELETTRONIKU
Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL
Qed ngħid dan kollu biex insostni l-argumenti kollha li ġibt fl-artiklu ta’ ħmistax ilu u biex inxejjen kull kritika li saret fil-konfront tiegħi
Ħmistax ilu ktibt dwar dan is-suġġett u l-kontroversja li qamet għax l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi talKunsilli Lokali (ANSEK), qalet li din il-miżura kienet qed tiddaħħal bla konsultazzjoni u, għaldaqstant, tat direttiva lill-membri tagħha biex jibbojkottjaw din il-miżura, flimkien ma’ laqgħa ta’ informazzjoni li saret fil-21 ta’ Marzu 2016. Laqgħa li wasslet tagħrif dwar kif se taħdem is-sistema u għaliex ilkunsilli lokali kollha kellhom ikunu applikaw mal-MEPA u reġistrati sabiex ikunu jistgħu jkomplu jiġbru skart goff elettroniku mir-residenti rispettivi tagħhom. Minn dakinhar, l-istess Assoċjazzjoni rtirat id-direttiva tagħha u issa, allura, issegretarji eżekuttivi, membri tal-istess Assoċjazzjoni, se jkunu qed iħaddmu, flimkien mal-kunsilli lokali, id-Direttiva tal-Parlament u l-Kunsill Ewropew numru 2012/19EU tal-4 ta’ Lulju 2012. Wara l-artiklu ta’ ħmistax ilu, kien hemm min qal, allega u ħaseb li b’ xi mod jien ġibt jew għaddiet għandi informazzjoni minn xi segretarji eżekuttivi, liema segretarji ġew imsejħa ‘sriep’. Irrid nagħmilha ċara li l-artiklu tiegħi kien ibbażat fuq email li t-tmexxija tal-ANSEK bagħtet fil-kunsilli lokali kollha u li jien, bħala kunsillier, waslet għandi wkoll. Wara vverifikajt il-fatti u, abbażi ta’ hekk, ktibt l-artiklu msemmi. Illum nixtieq immur aktar minn hekk u se ngħid pass pass kif żviluppaw l-affarijiet mis-sena 2012 ’l hawn. Żviluppi li huma fatti u li juru li mhu minnu xejn li ma kienx hemm konsultazzjoni jew li d-Direttiva tal-Avviż Legali kienet qed tiddaħħal bl-għaġla.
primarjament il-WasteServ. Naturalment, ma naqasx ilpubbliku li kien mistieden ukoll biex jagħti l-veduti tiegħu. Is-16 ta’ Novembru 2012 Inħarġet l-ewwel memo (Memo 44/2012) dwar din il-materja fejn stiednet lill-kunsilli lokali kollha biex jattendu għal laqgħa ta’ konsultazzjoni. IlMalta EU Steering and Action Committee (MEUSEC) u l-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), organizzaw din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni. Is-26 ta’ Awwissu 2015 Il-kunsilli lokali flimkien malkuntratturi tal-immaniġġjar tal-iskart goff kienu mitluba jiffirmaw dikjarazzjoni li se josservaw il-liġi tal-WEEE. Saret referenza wkoll għalliġijiet kollha relatati u ntbagħtu kopji tagħhom. Ilkunsilli kollha, b’eċċezzjoni ta’ tnejn minn 68, iffirmaw id-dikjarazzjoni. (Memo 21/2015). Mela anke hawn, is-segretarji eżekuttivi kienu jafu x’qed jiġri għax huma l-istess segretarji li jiffirmaw dokumenti simili f ’isem ilkunsill flimkien mas-sindki!
Lulju 2012
It-2 ta’ Ottubru 2015
F’Lulju 2012 inħarġet ‘paper’ mill-MEPA sabiex tibda tikkonsulta dwar l-implimentazzjoni ta’ Direttiva 2012/19EU tal-Parlament u l-Kunsill Ewropew fuq l-iskart elettriku u tagħmir elettroniku. (Waste Electrical and Electronic Equipment – WEEE). L-iskop ta’ din il-ktiba (paper) kien biex ikun hemm konsultazzjoni u kummenti dwar kif inhu l-aħjar mod biex dan l-iskart jiġi trasportat; dan sabiex ikun hemm titjib filġbir ta’ skart simili li jista’ jkun perikoluż. Il-ministeri kkonċernati kienu: il-ministeri għatturiżmu, għall-kultura, għallambjent, għall-kompetizzjoni ġusta, negozji żgħar u l-ekonomija, għall-finanzi, għar-riżorsi u affarijiet rurali u dak ta’ Għawdex. Ma dawn kien hemm l-awtoritajiet lokali li huma: il-MEPA, l-MCCAA, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tasSaħħa. Magħhom kien hemm l-industrija u l-operaturi,
Wara li ħarġet Memo 21/2015, kien innutat li numru ta’ kunsilli lokali kellhom xi diffikultà biex jifhmu sewwa l-iskop tal-Avviz Legali 232 tal2015 li jemenda r-Regolamenti dwar l-Immaniġġjar talIskart (Tagħmir Elettriku u Elettroniku) u x’obbligi eżattament għandhom ilkunsilli lokali fuq l-immaniġġjar tal-istess skart li jinġabar millistess kunsilli taħt l-iskema ta’ skart goff jew xi sistema oħra. Għalhekk intbagħtet memo oħra bil-punti ta’ kjarifika li għandhom jgħinu lill-kunsilli lokali jifhmu aħjar l-obbligi mistennija minnhom. Id-9 ta’ Marzu 2016 Intbagħtet l-ewwel email lillkunsilli lokali kollha fejn infurmathom bid-deadlines li jridu jimxu magħhom biex tiġi adottata l-consignment procedure kif ġej: (i) Fl-14 ta’ Marzu se ssir laqgħa għall-kunsilli lokali Għawdxin biex il-MEPA
tispjega il-proċeduri kollha. Il-kunsilli kollha attendew għal din il-laqgħa minkejja d-direttiva/ (ii) Fil-15 ta’ Marzu jintbagħtu lill-MEPA żewġ applikazzjonijiet għall-permess tal-consigment note (iii) Fil-21 ta’ Marzu se ssir laqgħa għall-kunsilli lokali Maltin sabiex il-MEPA tispjega l-proċeduri kollha (il-laqgħa li ġiet ibbojkottjata millANSEK) (iv) Fl-4 ta’ April, meta din il-proċedura tibda tiġi adottata u d-data li magħha l-kunsilli lokali jridu jkunu applikaw u bdew iħaddmuha. Id-9, l-10 u l-11 ta’ Marzu 2015 Ġew imwieġba l-mistoqsijiet kollha li saru minn dawk kollha involuti fl-iskema, inkluż il-kunsilli lokali u ngħataw kjarifiki ċari għal kull dubju reġjonevoli li seta’ tqajjem. Id-19 ta’ Marzu 2016 L-ANSEK titlob li l-laqgħa tiġi posposta u tgħid li fin-nuqqas ta’ dan se tagħti direttiva biex is-segretarji tagħha ma jattendux għal din il-laqgħa u titlob li ssir laqgħa magħha. Id-Direttur tal-Gvern Lokali jirrispondi li għandha tiġi rtirata d-direttiva għax qed tinkiser il-liġi. Minkejja dan, it-tmexxija tal-ANSEK b’mod sarkastiku tgħid li mhu se jkun ġara xejn li tkompli tinkiser illiġi għal ftit żmien ieħor. Dan isir fuq sit elettroniku soċjali. L-1 ta’ Marzu 2016 Ikunu biss il-Kunsilli Lokali ta’ Bormla, Ħaż-Żebbuġ, ĦażŻabbar, iż-Żejtun, Birkirkara, Ħad-Dingli, il-Fgura, Wied ilGħajn, il-Mellieħa, il-Mosta, l-Imsida, Pembroke, Santa Venera u s-Swieqi li jattendu għal din il-laqgħa, li għaliha jien kont preżenti. It-30 ta’ Marzu 2016 L-ANSEK tirtira d-direttiva tagħha għax tgħid li l-punti li riedet tikkjarifika issa ġew imwieġba. Dan meta, l-istess punti kienu ġew kjarifikati diġà b’diversi emails lura fid-9, 10 u 11 ta’ Marzu; ħmistax qabel ġiet irtirata d-direttiva. Dan kollu juri li, mhux talli ma sar xejn bl-għaġla, talli pjuttost
kien hemm tkaxkir tas-saqajn biex nibdew nosservaw din id-Direttiva tal-Kummissjoni Ewropea. Qed ngħid dan kollu biex insostni l-argumenti kollha li ġibt fl-artiklu ta’ ħmistax ilu u biex inxejjen kull kritika li saret fil-konfront tiegħi minn ċerti esponenti li ħasbu jew dehrilhom li jien b’mod mort nitkixxef ma’ xi segretarju eżekuttiv biex jgħaddili l-informazzjoni ta’ dak li jingħad bejniethom fuq il-midja soċjali. Id-dati u d-dokumenti li kkwotajt huma pubbliċi u kull kunsillier, hu minn fejn hu, għandu aċċess għalihom. Irrid intenni dak li ktibt ħmistax ilu dwar il-maġġoranza kbira tas-segretarji eżekuttivi li dawn jagħmlu xogħolhom sew u ħafna drabi ssib minnhom min imur oltre mid-doveri tiegħu għax tassew għandu għal qalbu il-kunsill tiegħu. Però, ejja ma nkomplux nilagħbuha talvittmi li bħal donnu ħadd ma japprezza x-xogħol tagħhom. Infakkar li kważi s-segretarji eżekuttivi kollha fl-aħħar tassena jieħdu mija fil-mija talperformace bonus li huma eliġibbli għalih. Kieku ma hemmx apprezzament, kieku jieħdu biss il-minimu li tipprovdi l-liġi u mhux il-massimu li jingħata b’vot maġġoritajru mis-sindki u l-kunsilliera. Naħseb li dan juri wkoll rispett u jxejjen l-argument li ma jitħallsux tal-over time li wħud minnhom jistgħu jagħmlu minn żmien għal żmien. Il-kariga tagħhom hija waħda eżekuttiva u l-ebda kariga eżekuttiva ma tkun eliġibbli biex titħallas ta’ sigħat żejda li jinħadmu. Għalhekk hemm il-performance bonus appraisal u rari ħafna li dan ma jingħatax, kemm lis-segretarji eżekuttivi u anke lill-ħaddiema klerikali kollha. Mela, irrispett u l-apprezzament millkunsilliera u s-sindki hemm qiegħed, u bil-provi; inkluż tiegħi l-ewwel wieħed li, anke meta xi ħadd minnhom ġarrab telfa fil-familja, kont inkun minn tal-ewwel li nuri sogħba ma’ dak li jkun. Mela l-paroli kollu li sar fil-konfront tiegħi kien kollu paroli fil-vojt u li ftit jew xejn nagħti kas tiegħu. Però, ikun aħjar għallANSEK li tara li l-proċeduri kollha finanzjari u ta’ standing orders jiġu segwiti mill-membri kollha tagħha għax hemm lok fejn wieħed jista’ jirranġa l-operat. Għandi nifhem li dwar dan naqblu. Naħseb in-nuqqas ta’ rispett lejn is-segretarji eżekuttivi jurih min jgħid li hemm fosthom li għandhom mottivi personali u politiċi u jkunu pronti jmorru jsefsu f ’widnejn ħaddieħor biex jidhru sbieħ. Ċertament li jien għandi rispett lejhom iktar minn min isejħilhom “ġakbini”, ‘‘lagħqin” u “sriep”, għax aġġettivi bħal dawn qatt ma użajthom fil-konfront tagħhom.
12 10|04|2016
kullhadd.com
MALTA TAGĦHOM BISS? kwiet mill-folla mingħajr ma rażżan lill-partitarji tiegħu. Ippruvaw jintimidawna, iżda l-ebda membru minn tagħna ma rritalja, ma kellimnihomx u ħallejniehom jinżlu fl-aktar livell baxx ta’ politika. Ngħid il-verità, tħassarthom u tħassart lill-Partit Nazzjonalista li spiċċa niżel għal dan il-livell sabiex jirbaħ nofs punt politiku.
Alex Saliba President FŻL
Bħala Forum Żgħazagħ Laburisti, l-Erbgħa li għadda morna b’mod paċifiku sabiex insemmgħu leħinna kontra l-ipokresija u d-double standards tal-Kap tal-Oppożizzjoni, li qed juża kull opportunità possibbli biex jgħolli t-tempra politika ta’ pajjiżna. Kap tal-Oppożizzjoni li qed jinjetta aġenda ta’ mibegħda u estremiżmu fost il-partitarji tiegħu. Jaħsbu u jemmnu li Malta hija tagħhom biss, li jgħidu li jridu u ħadd ma jkollu l-opportunità sabiex jiddefendi ruħu, jemmnu li għandhom dritt divin li jiggvernaw u jgħidu tagħhom biss. Lura għas-snin tmenin? Għext tfuliti u l-ewwel snin ta’ żgħożiti dejjem nisma’ lillPartit Nazzjonalista jbeżża’ lili u lil sħabi żgħażagħ oħra li, bi Gvern Laburista, Malta se terġa’ tmur lura għas-snin tal-vjolenza. Beżżgħuna fuq li beżżgħuna, u minflok, quddiem il-Qorti, lili u lil sħabi dewquna daqsxejn xi tfisser vjolenza politika. Daqqiet ta’ sieq minn taħt sabiex ma jaqbduhomx il-kameras, tgħajjir feroċi bħal, “ħmieġ”, “żibel”, “korrotti”, “mafja” u saħansitra “inkapaċitati”, u partitarji li esprimew ilmibegħda tagħhom billi beżqu fuqna wkoll. Qattgħulna l-karti u, b’mibegħda liema bħalha, waddbuhomlna f ’wiċċna biex ikomplu jenfasizzaw il-ħdura u l-odju li għandhom lejn min ma jaqbilx magħhom. Imma l-iktar attakk ikrah kien dak li sofra Matthew Chetcuti, membru fi ħdan l-Eżekuttiv tal-FŻL li, għalkemm li huwa persuna b’diżabbiltà, dejjem ħadem fi ħdan l-għaqda tagħna bl-istess kapaċità u entużjażmu li jaħdem kull membru ieħor. Marru warajh u, biex jismagħhom żgur, bdew jgħidulu: “Ara biex ġew talLabour – bl-inkapaċitati, biex jitħassruhom.” Ftit metri biss ’il bogħod minnha spiċċaw saħansitra jsawtu bla ħniena lil Aleander Balzan, il-Kap tal-Aħbarijiet ta’ ONE. Sawtuh quddiem il-Kap tagħhom Simon Busuttil li baqa’ stirat, mingħajr ebda emozzjoni jħares lejn din il-vjolenza sseħħ quddiemu; ma ppruvax jikkalma s-sitwazzjoni iżda lebbet bil-
Injezzjoni ta’ mibegħda Wieħed jistaqsi: minn fejn ġejja din il-mibegħda kollha? Għalfejn din l-attitudni oppressiva lejn minn ma jaqbilx magħhom? Ir-risposta hija waħda sempliċi: Simon Busuttil. Dan huwa l-mexxej li, ġurnata wara l-oħra, seqa lill-partitarji tiegħu b’doża ta’ mibegħda kontra l-Partit Laburista u r-rappreżentanti tiegħu. Dan huwa l-istess mexxej li juża kliem goff u salvaġġ filkonfront tal-avversarji politiċi tiegħu; kliem li l-partitarji tiegħu lbieraħ bdew jirrepetu b’mod kontinwu. Ir-riżultat tal-Erbgħa waranofsinhar huwa wieħed dirett ta’ partit li qed jipprova jiddistabbilizza l-pajjiż. Irid joħloq klima ta’ elezzjoni biex ikisser l-ekonomija ta’ pajjiżna. Irid joħloq l-inċidenti politiċi biex jibgħat lura ’l pajjiżna għas-snin tmenin, għas-snin tattribaliżmu politiku. Dan huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni li jrid jorganizza u jimmanuvra teatrini politiċi biex jagħti l-impressjoni li hawn instabbiltà fil-pajjiż biex b’hekk iħammeġ lil pajjiżna fuq livell internazzjonali. Il-Kap tal-Oppożizzjoni ħoloq klima fost niesu qisha ġejja xi elezzjoni ġenerali pitgħada. Ovvjament, dawn il-partitarji, wara li tliet snin ilu sofrew l-akbar tkaxkira elettorali fl-istorja ta’ pajjiżna, illum daħlu f ’illużjoni u ewforija li l-Partit Nazzjonalista għandu rebħa elettorali garantita. Għaldaqtant, ma nlumx lillpartitarji Nazzjonalisti li juru din l-ewforija; inlum u nitfa’ t-tort fuq Simon Busuttil, Beppe Fenech Adami u l-esponenti Nazzjonalisti li b’mod kontinwu qed idaħħlu l-flieles f ’moħħ ilpartitarji tagħhom! Simon Busuttil ipokrita! Simon Busuttil huwa l-personfikazzjoni talkontradizzjoni. L-istess Simon Busuttil, li fis-sena 2000 uża l-libell kriminali biex jibgħat il-ħabs lill-eks-President talPartit Laburista Manuel Cuschieri, illum qed isabbat saqajh għax ċittadin privat uża l-istess rimedju legali kontra Jason Azzopardi. F’dan il-każ ta’ malafama, li qed jinstema’ bħalissa hemm ikkontemplat l-istess terminu massimu ta’ priġunerija, dak ta’ tliet xhur, l-istess bħall-proċedura li uża Simon Busuttil. Simon Busuttil lanqas ma qalilna li bħalissa d-deputat tiegħu Tonio Fenech għaddej
bl-istess proċedura ta’ malafama kontra l-Ministru Chris Cardona. Simon Busuttil ma qallux lid-deputat tiegħu biex iwaqqa’ dawn il-proċeduri kriminali. Kontradizzjoni oħra hija Jason Azzopardi nnifsu; deputat li ftit tal-ġimgħat ilu għamel plejtu liema bħalu jattaka lill-Gvern għax huwa kontra l-proposti tiegħu fuq id-dekriminalizzazzjoni talvilifikazzjoni tar-reliġjon minn artisti u kittieba. Mela tajjeb, għal Jason Azzopardi huwa tajjeb li jibgħat lill-artisti l-ħabs, però mbagħad ara xi ħadd imiss lilu jew xi politiku ieħor Nazzjonalista għax jispiċċa jkaxkar lill-Kap tal-Oppożiżjoni miegħu, 50 avukat biex jiddefenduh u jieħu folla ostili fit-taraġ tal-Qorti. Immaġinaw li kieku għamel xi xenata bħal din il-Partit Laburista, mur ara kieku l-midja indipendenti xi plejtu kienet tagħmel u kemm-il riżenja tiġi mitluba!
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 4 ta’ April
Ittieħdet id-deċiżjoni li f ’Għawdex jitwaqqaf kulleġġ mediku ġdid ta’ prestiġju u li jinbena sptar ġdid
5 ta’ April
Ġie deċiż li jinfetaħ Tourism Information Office ġdid f ’Marsaxlokk
6 ta’ April
Demokrazija mheddha? Sabiex ikompli joħloq fermet, Simon Busuttil saħansitra kiteb messaġġ biex jiġi ppubblikat mill-Kap tal-Partit tal-Popolari Ewropew Manfred Weber. Dan, fi stqarrija li kitbulu, qal li pajjizna miexi lejn id-dittatorjat, id-demokrazija tinsab mhedda u d-drittijiet tal-bniedem qed jinkisru b’mod lampanti. Dan għax ċittadin privat għamel każ ta’ malafama fuq Jason Azzopardi! Element li nixtieq li joħroġ minn dan il-każ huwa l-intimidazzjoni li l-Kap talOppożizzjoni għamel mhux biss fuqna ż-żgħażagħ u l-ġurnalisti ta’ ONE, iżda wkoll fuq ilqrati tagħna. Nikkwota kliem Dr Roberto Montaldo stess, l-avukat difensur ta’ Daphne Caruana Galizia, li qal: “Ma naqbilx interament mal-mod kif saret iddikjarazzjoni…dan huwa l-Kap tal-Oppozizzjoni fuq l-għatba tal-Qorti minuta qabel tibda s-seduta…seta kien ikkontrollat. Vera tkellem fuq rimedji legali f ’każ li tappella. Kollox sew… Però, it-ton fuq l-għatba talQorti kif se tibda l-kawża… meta wieħed iqis analoġija żgħira l-istess żball li għamel Fenech Adami fil-każ tat-tixħim tal-imħallfin fis-sena 2002.” Nagħlaq b’dan il-kliem: din il-ferneżija kollha talOppożizzjoni hija riżultat ċar li dawn mhux qed iġerrgħu li se jkun Gvern Laburista li se jmexxi l-Presidenza Ewropea fl-ewwel parti tal-2017. L-elezzjoni tissejjaħ meta jsaffar is-suffara l-Prim Ministru u mhux meta jsabbat saqajh ilKap tal-Oppożizzjoni! Stenna u hu paċenzja. Sadanitant jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu daqstant għaġla biex jidħol Kastilja, inħeġġeġ lill-Prim Ministru biex jistiendu għallkafè mill-aktar fis possibbli.
OPINJONI
Ġie deċiż li l-Isptar Karin Grech ikun irranġat biex jakkomoda 270 anzjan li għandhom bżonn il-kura
7 ta’ April Il-PBS ikkonkluda ftehim mal-UEFA għad-drittijiet għat-trażmissjonijiet televiżivi tal-UEFA Champions League u l-UEFA Europa League għat-tliet staġuni 2015-2018
8 ta’ April
Ġie deċiż li fil-Belt Valletta, fil-post magħruf bħala Yellow Garage, isir post ta’ parkeġġ
9 ta’ April
Fir-Residenza San Vinċenz De Paule bdew jiġu rranġati tliet swali
10 ta’ April
Ġie deċiż li jsir tisbiħ tal-pjazza ewlenija tal-Qala, Għawdex
EDITORJAL
kullhadd.com
10|04|2016 13
www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna
EDITUR
Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2230
ĠURNALISTI
Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com +356 2090 1410
Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2090 1413
INDIRIZZ POSTALI
KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717
Glen Falzon glen@kullhadd.com
KUNTATT ĠENERALI editorial@kullhadd.com + 356 2090 1411
SALES U DISTRIBUZZJONI Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2090 1520
DISINN TAL-GAZZETTA Leanne Grech
AĠIR PERIKOLUŻ U LI JIFRED F’editorjal bħal dan fis-sena 2016 nippretendu li nkunu qed niktbu dwar l-għażla bejn il-mexxejja differenti, li tkun instigata mill-prinċipji jew ilħsibijiet differenti ta’ x’direzzjoni għandu jieħu l-pajjiż. Iżda llum inkunu qed nonqsu jekk nieqfu hemm u ma niddikjarawx bl-ikar mod ċar li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, huwa kap perikoluż li spiċċa jilgħab logħba perikoluża li qed tara l-irjus jisħnu u l-kontroll taddibattitu politiku jmur lil hinn minn dak li drajna bih fi żmien li fl-Oppożizzjoni kien hemm il-Partit Laburista. Partit, anke taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat, li kien iebes ħafna filkritika tiegħu. Però, kien hemm żewġ affarijiet sagrosanti: dik li qatt ma jmur jagħmel ħsara lillpajjiżna lil hinn minn xtutna, u t-tieni li b’għemilu ma jifridx ilpoplu. Illum għandna sitwazzjoni differenti. Biex jirbaħ il-poter, għax iffissa li jrid ikun Prim Ministru fi żmien li Malta jkollha l-presidenza tal-Unjoni Ewropea (fil-bidu tal-2017), Simon Busuttil qed jaġixxi differenti ħafna minn kif rajna l-Oppożizzjoni taġixxi tul l-aħħar leġiżlatura. Wara li fid-29 ta’ Frar fidDar Ċentrali qablu li jadottaw
kampanja aggressiva rajna diversi azzjonijiet minn Busuttil li ma jagħmluhx mexxej denju ta’ pajjiżna; pajjiż membru talUnjoni Ewropea. Illum se nsemmu biss ħamsa minnhom: 1. Kontra Malta Simon Busutil ma jiddejjaq xejn jaħdem kontra Malta, basta jipprova jġib kundanna lillGvern. Għamel diversi tentattivi mal-Kummissjoni Ewropea u kien kollu għalxejn. Din ilġimgħa għamlet tentattiv ieħor Roberta Metsola fil-Parlament, imma mingħajr suċċess. Bagħat ukoll deputati tiegħu jitkellmu kontra Malta fuq it-televiżjoni barra minn Malta. 2. Tixwix Simon Busuttil qiegħed juża stil li wieħed faċilment jiddeskrivih bħala tixwix. Filwaqt li ma nikkontestaw bl-ebda mod iddritt tiegħu li jikkritika l-Gvern, anke b’mod iebes, qed juża u jippermetti stil li qed iwassal biex it-temperatura politika titla’ f ’livell li qatt ma rajna bħalha sentejn qabel l-elezzjoni ġenerali. Id-diskors aħrax, ilprogrammi fuq ir-radju talPartit Nazzjonalista maħsuba biex jiddutrinaw l-udjenza, u l-barka lill-hate bloggers li huma parti minn din l-istrateġija u li qed iwasslu biex il-partitarji talPartit Nazzjonalista tisħnilhom rashom, kif rajna quddiem
il-Qorti iktar kmieni din ilġimgħa meta attakkaw lillġurnalisti ta’ ONE, u kif rajna fl-udjenza ta’ Xarabank nhar il-Ġimgħa fejn dehru u nstemgħu intolleranti lejn dak li l-Ministru tal-Gvern kien qiegħed jgħid bl-iktar mod kompost u edukat. 3. Aggressiv Simon Busuttil qed ikun ostili mal-ġurnalisti; jgħidilhom kinux reqdin u ma jdaħħkux, filwaqt li jħares lejhom bħal bniedem aggressiv li taħsbu se jisplodi minn ħin għal ħin. Saħasitra lanqas biss ikkundanna l-partitarji tiegħu li aggredew lill-ġurnalisti, imma ġġustifikahom billi qal li min mar jistaqsi kien qed jipprovoka. 4. Jistaġna l-pajjiż Biex jilħaq l-għan politiku tiegħu saħansitra għaddej b’kampanja qalila li jista’ jkollha effett negattiv fuq ilqagħda ekonomika tal-pajjiż. Ma jinteressahx. Jaf li b’hekk biss jista’ jwaqqaf ir-ritmu tajjeb li qabad pajjiżna u t-tkabbir ekonomiku rekord li jista’ jagħmlu l-aqwa fil-pajjiż. Ritmu li jagħmilhielu diffiċli jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss. 5. Kilba għall-poter Fuq kollox, min għandu kilba kbira għall-poter qabel viżjoni għall-pajjiż, mhux denju li jkun prim ministru. Min ressaq
mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern qabel m’għamel imqar proposta ta’ x’jagħmel hu jekk ikun prim ministru, ifakkar f ’mexxejja li ma jixirqux lil pajjiż li huwa fost l-aqwa fl-Ewropa. Quddiem dan kollu l-kumplament tal-poplu għandu jwieġeb b’kalma u serenità. Il-Gvern għandu maġġoranza b’saħħitha filParlament u għalhekk se jibqa’ għaddej jaħdem favur Malta minkejja t-tfixkil talKap tal-Oppożizzjoni. Jista’ jkun li f ’xi mumenti l-affarijiet jidhru iktar diffiċli, però dan m’għandux jaqta’ qalb il-poplu Malti għax għandu mexxej ta’ kwalitajiet kbar, tant li jkunu rikonoxxuti f ’livelli internazzjonali; mexxej li huwa ffukat biex ikompli joħloq il-ġid fil-pajjiż u jgawdi minnu kulħadd. Huwa kruċjali iktar minn qatt qabel li f ’dan it-tip ta’ klima politika nieħdu l-parir tiegħu, nibqgħu kalmi, u fl-istess ħin nibqgħu naħdmu bil-kbir ħalli ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Imbagħad, meta jkun ilwaqt, nidħlu f ’atmosfera elettorali (li xorta waħda trid tkun ibbażata fuq ir-rispett) u l-poplu jkun jista’ jiġġudika mingħajr diffikultà għax ikun ra Malta li Nbidlet għall-aħjar.
14 10|04|2016
kullhadd. com
ITTRI
SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETTRONIKU editorial@kullhadd. com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tindikaw li qed tibagħtu ittra.
IS-SOUTH GATE Sur Editur, F’din il-gazzetta, tal-Ħadd 3 ta’ April, kont sodisfatt meta qrajt li se jinbeda r-restawr fuq il-bini tal-baċir, qabel jibda x-xogħol ta’ rikostruzzjoni fuq ġewwa għallUniversità Amerikana li hija ppjantata f ’dan il-bini. L-artiklu semma b’mod ċar li dan ir-restawr se jirrispetta l-karatteristiki oriġinali interni u dawk esterni ta’ dan ilpost. Fil-parti ta’ quddiem kien hemm il-bieb ewlieni taddħul, bl-isem South Gate (ara r-ritratt kif kien qabel inħatt fis-snin sebgħin) u li bħalissa baqa’ biss il-pilastri tiegħu. Min dak li qaluli anzjani li kienu ħaddiema fit-Tarzna, il-ġebel tiegħu qiegħed f ’xi mħażen. Din l-istruttura tagħmel parti mill-istorja ta’ dan il-baċir u tajjeb li jiġi inkluż fir-restawr u jerġa’ jinbena kif kien. Kif jidher fir-ritratt dan huwa bieb b’arkata bil-ġebla Maltija, mirqum bil-lavur sabiħ; xogħol magħmul minn idejn il-ħaddiem Malti. Jekk jerġa’ jinbena se jirrispetta u jfakkar dawk l-eluf ta’ ħaddiema li taw is-sehem tagħhom f ’xogħol għal snin f ’din it-Tarzna. Però, aktar minn hekk, se nħallu wirt lil uliedna u dawk li jiġu warajna, li jgawduh mibni u mhux minn xi ritratt antik jew xi stampa f ’xi ktieb. PAWLU ZAMMIT, BORMLA
IL-PROF. ALBERT FENECH PRACTICE WHAT YOU PREACH Sur Editur,
Sur Editur, L-ewwel li sirt naf lill-Prof. Albert Fenech kien fl-Isptar San Luqa; raġel twil u dejjem jidħak. Naħseb li f ’ħajtu kellu tlajja’ u nżul bħalma jkollu kulħadd, imma dik id-daħka xorta żammha fuq fommu. Kulħadd kien jgħid kemm kien bravu fil-qasam tal-kardjoloġija u li, tant kien iħobb lill-pazjent li wara l-operazzjoni li jamlilhom kien jatihom in-numru talmowbajl tiegħu. Skantajt mhux ftit. Ittobba u l-professuri li kont naf jien, għalkemm kien hemm min kien dħuli, filmaġġoranza tagħhom ma
kinux, għax Alla ħares tiftaħ ħalqek biex tgħidilhom issintomi li għandek, aħseb u ara jagħtuk in-numru talmowbajl tagħhom biex jekk ikun hemm bżonn iċċempel. Meta l-Prof. Fenech ħareġ għall-politika, għamilt ftit f ’qalbi. Taf int, bħala professur iħobbok kulħadd, imma meta sar deputat talPartit Nazzjonalista filParlament, wieħed jinħasad kemxejn. Issa f ’daqqa waħda feġġ id-dawl! Veru raġel tajjeb trid tkun biex tagħżel li tfejjaq ilproxxmu tiegħek minflok tibqa’ tħaddan il-prinċipji tiegħek. Il-Prof. Fenech irriżenja mill-pożizzjoni li
kellu u għażel il-proġett li Dr Simon Bussutil ma riedx. Il-Vital Global Healthcare għażel lill-Prof. Fenech biex imexxi dan l-isptar f ’Għawdex, u bir-raġun, għax m’hawnx ħaddieħor tajjeb daqsu biex imexxi dan l-isptar. Il-Prof. Fenech huwa raġel b’talent, kapaċità u kariżma., għalhekk, l-aktar li ħadt pjaċir li l-Prof. Fenech telaq lin-Nazzjonalisti kien għar-raġuni li se jerġa’ jkun maħbub minn kulħadd. Raġel bħal dan ma jixraqlu xejn inqas minn hekk VALERIE BORG, IL-BELT VALLETTA
Din il-ġimgħa li għaddiet rajt ċertu attitudni mhux xierqa min-naħa tal-politikanti Nazzjonalisti, liema mġiba ħassejtha toffendi l-intelliġenza tal-poplu Malti li, minkejja l-preferenza politika differenti, din l-attitudni xorta waħda ddejjaqhom. Il-ġrajja li seħħet nhar l-Erbgħa, fejn żewġ ġurnalisti tal-One ġew aggrediti minn esponenti tal-Partit Nazzjonalista, ma dejqitx biss lill-partitarji tal-Partit Laburista jew Nazzjonalista, imma anke lil dawk li ma għandhomx preferenza lejn partit jew ieħor. Nuqqas ta’ rispett lejn ilpoplu li ma jinteressahx minn dawn it-teatrini bla sens tal-politiċi biex jagħmlu għagħa u jidhru taparsi huma l-vittmi. Bħali hawn ħafna oħrajn li l-uniku interess huwa dak nazzjonali u fejn il-ġid li qed isir f ’Malta jkompli jiżdied u jitqassam bejn dawk kollha li jaħdmu u li bl-għaqal tagħhom ikomplu javvanzaw f ’ħajjithom, filwaqt li jiżdied l-investiment f ’pajjiżna mhux biss mill-barrani, imma anke minn impredituri Maltin. Nasal għall-punt fejn sa ftit tal-ġimgħat ilu l-Kap talOppiżizzjoni ħareġ jgħajjat
kontra l-korruzzjoni, tant li llum se jerġa’ jagħmel l-istess. Iżda ngħid jien, bil-protesta x’qed isir minnaħa tal-Oppożizzjoni biex ineħħu l-korruzzjoni li, skonthom, ħakmet ilpajjiż daqslikieku fil-passat Malta kienet qed titmexxa b’politika onesta? Ma rridx inħares lejn il-passat u noqgħod inħambaq fuq bosta każijiet ta’ korruzzjoni, iżda li jinteressani hu x’passi se jieħu l-Prim Ministru biex f ’Malta jkun hawn bosta aktar opportunitajiet biex il-Maltin ikollhom livell ta’ għajxien aħjar, filwaqt li jżomm id kemxejn aktar iebsa biex il-ministri u s-segretarji parlamentari jmexxu bl-eżempju tajjeb u dan biex l-Oppożizzjoni ma tkomplix issaħħan l-irjus u ttappan l-affarijiet it-tajbin li qed isiru mill-Kabinett. Xi kultant ma nistenniex aħjar minn dak l-aġir li ġara matul din il-ġimgħa, iżda xorta għandi ċertu ħsibijiet dwar l-aġenda tal-Oppożizzjoni u min veru hu l-ħamallu f ’dan il-pajjiż. Ħamallu mhux neċessarjament tagħrfu mill-mod tal-ilbies tiegħu, iżda anke mill-imġiba u l-attitudni lejn ċittadini oħrajn. MARLENE TONNA, WIED IL-GĦAJN
TA’ BARRA
kullhadd.com
10|04|2016 15
DIREZZJONI ĠDIDA?
Ted Cruz
LIAM GAUCI qegħdin jitolbuh jgħin lil Cruz jegħleb liam@kullhadd.com lil Trump. Dan għax, minkejja li dan tal-ewwel huwa ideoloġikament aktar Konservattiv mill-parti l-kbira tarMatul l-aħħar ġimgħat Donald Trump Repubblikani, huwa wera r-rieda li u Hillary Clinton saħħew il-possibbiltà jaħdem mal-fergħat tal-partit tiegħu; li jiksbu n-nomina tal-partiti rispettivi xi ħaġa li Trump ma ggarantiex. tagħhom għall-presidenza tal-Istati Madankollu, s’issa Kasich għadu Uniti wara r-riżultati pożittivi li kisbu qiegħed isostni li huwa determinat li f ’diversi elezzjonijiet primarji, inkluż jibqa’ jiġġieled sal-Konvenzjoni tall-hekk imsejjaħ Super Tuesday, fejn Partit Repubblikan li se ssir f ’Lulju kien hemm ammont kbir ta’ delegati li ġej. L-implikazzjoni ta’ din l-għażla għad-dispożizzjoni f ’ġurnata waħda. niddiskutuhom aktar ’l isfel. Minkejja li dan ir-riżultat ma tahomx iċ-ċertezza matematika li se jkunu Bosta ostakli huma li jirrappreżentaw lill-partit tagħhom, il-vantaġġ li kellhom deher Barra kwistjonijiet ideoloġiċi, hemm li seta’ jwassalhom għas-suċċess finali. dawk prattiċi fejn l-indikazzjonijiet Madankollu, it-telfiet li ġarrbu s’issa huma li Cruz għandu ċans akbar fl-elezzjonijiet primarji li saru fl- minn Trump li jikseb suċċess elettorali istat ta’ Wisconsin tefgħu fid-dubju kontra kandidat Demokratiku l-previżjonijiet ta’ bosta opinjonisti f ’Novembru. politiċi hekk kif il-kandidati favoriti Madankollu, Trump jaf ikollu taż-żewġ naħat qegħdin iħossu problemi kbar anke jekk ikun elett l-momentum idur kontrihom. bħala president. Attwalment, il-Partit Repubblikan igawdi maġġoranza Il-partit wara Cruz? kemm fil-Kungress kif ukoll fisSenat. Barra minn hekk, il-parti Fejn jidħol il-Partit Repubblikan, ir- l-kbira tal-istati għandhom gvernaturi rebħa ta’ Ted Cruz tat tama ġdida lill- Repubblikani. Għaldaqstant, f ’kuntest elementi aktar tradizzjonali fi ħdan il- normali, dan ikun xenarju ideali għal partit tiegħu li tul il-kampanja ħassew president Repubblikan li jkun jista’ li Trump ma jirrappreżentax il-valuri jimplimenta l-politika tiegħu mingħajr Repubblikani. Fil-fatt, għal żmien ħafna problemi. twil tul il-fażijiet bikrin tal-kampanja Però, fl-aħħar xhur Trump għamel elettorali, il-biljunarju Amerikan ħafna għedewwa fil-Partit Repubblikan saħansitra rrifjuta li jintrabat mal- stess hekk kif maqdar diversi membri Partit Repubblikan hekk kif sostna prominenti tiegħu matul il-kampanja li kien lest li jikkandida ruħu b’mod elettorali. Għaldaqstant, hemm indipendenti jekk ma jingħatax ċans tajjeb li dawn l-istess membri l-appoġġ ta’ dan il-partit. jostakolawh tul il-presidenza tiegħu Ix-xewqa tar-Repubblikani li biex inaqqsulu l-kredibbiltà f ’għajnejn jkollhom kandidat aktar leali lejn il- l-elettorat u b’hekk itellfulu ċ-ċans li partit wasslet lil xi figuri prominenti fi jkun elett għal erba’ snin oħra. ħdan il-partit biex jagħmlu pressjoni fuq kandidat ieħor, John Kasich, biex Triq għat-telgħa jirtira n-nominazzjoni tiegħu ħalli ma jtellifx lil Cruz. Kasich, illi huwa Is-sitwazzjoni fi ħdan il-Partit l-gvernatur tal-istat ta’ Ohio, ipprova Demokratiku hija simili hekk kif jipproponi ruħu bħala alternattiva Bernie Sanders irnexxielu jikseb moderata għal Trump u Cruz. riżultat konvinċenti fl-elezzjoni Madankollu, fl-aħħar ġimgħat ħareġ ta’ Wisconsin. Fil-każ tiegħu, irċar li huwa m’għandux ċans serju li rebħa fuq Hillary Clinton ma kinitx jilħaq lill-avversarji tiegħu. konvinċenti daqs dik ta’ Cruz fuq Għaldaqstant, hemm grupp dejjem Trump. Madankollu, din kienet akbar mis-sostenituri tiegħu li prezzjuża ħafna fejn jidħol il-moral
Bernie Sanders tas-sostenituri tas-senatur ta’ Vermont li qegħdin jaraw ir-riħ idur favur ilkandidat tagħhom wara l-bosta disfatti li kellu fil-bidu tal-kampanja. It-triq għal Sanders, però, għadha għat-telgħa mhux ħażin. Dan għax, minkejja li qiegħed igawdi minn suċċess kbir fejn jidħlu l-votazzjonijiet popolari riċenti, il-Partit Demokratiku nniffsu għadu mhuwiex qiegħed jarah bħala kandidat realistiku għallpresidenza tal-Istati Uniti. Kuntest politiku bħal dan huwa importanti fis-sistema elettorali Amerikana għax bosta uffiċjali eletti, bħala delegati tal-partit, għandhom id-dritt li jiddikjaraw ruħhom favur kandidat jew ieħor u b’hekk jintrabtu li jagħtu l-vot tagħhom lil din il-persuna filKonvenzjoni ta’ Lulju li ġej. Dawn l-hekk imsejħa super elegates jafu jkunu determinanti fl-għażla tan-nominazzjoni. Fil-fatt, il-biċċa l-kbira tal-vantaġġ ta’ 688 delegat li Clinton kellha wara l-votazzjoni ta’ Wisconsin wasal grazzi għall-appoġġ ta’ dawn l-uffiċjali. Dan hekk kif 469 super delegate ddikkjara ruħu favuriha, ikkomparat mal-31 li offrew l-appoġġ tagħhom lil Sanders. Dan ifisser li, jekk taqta’ s-super delegates, id-differenza ta’ bejniethom kienet tkun ta’ 250 delegat biss. Il-kampanja tiħrax Minkejja dan il-fatt m’hemmx dubju li matul l-aħħar ġimgħat Sanders irnexxielu jnaqqas mhux ħażin millvantaġġ ta’ Clinton. Dan wassal lil din tal-aħħar biex tadotta ton aktar aggressiv fil-konfront tal-avversarju tagħha. B’mod partikolari, hija qiegħda tattakka l-esperjenza ta’ Sanders hekk kif, minkejja li huwa akbar minnha fl-età, Clinton kopriet karigi ta’ aktar responsabbiltà matul il-karriera politika tagħha. Għaldaqstant, Clinton qiegħda ssostni li l-wegħdiet li qiegħed jagħmel l-avversarju tagħha, fosthom dawk li jżid il-ġustizzja soċjali fil-pajjiż u jiġġieled kontra l-kilba għall-flus talbanek u l-korporazzjoni, ma jistgħux jitwemmnu għax huwa m’għandux għarfien tajjeb tal-kuntest nazzjonali.
Madankollu, Sanders qiegħed jipprova juża l-esperjenza ta’ Clinton kontriha fejn semma numru ta’ każijiet fejn, skont hu, ħadet deċiżjonijiet li marru kontra l-interessi tal-pajjiż. Fost dawn kien hemm l-għażla tagħha li tivvota favur l-invażjoni tal-Iraq fl2003 meta kienet membru tas-Senat Amerikan; kampanja militari li filfehma ta’ Sanders ħolqot instabbiltà kbira fil-Lvant Nofsani u wittiet it-triq għall-espansjoni ta’ gruppi terroristiċi bħall-Istat Iżlamiku.
Contested convention? Minkejja li lbieraħ kien hemm l-elezzjoni primarji għall-Partit Demokratiku f ’Wyoming, għajnejn il-kandidati kollha fl-aħħar jiem kienu fuq it-test il-kbir li jmiss, dak ta’ New York, fejn il-votazzjoni se ssir fid-19 ta’ April. Fil-każ tad-Demokratiċi, kemm Clinton kif ukoll Sanders għandhom rabtiet b’saħħithom ma’ dan l-istat fejn, filwaqt li Clinton irrappreżentat lil dan l-istat fis-senat għal tmien snin, Sanders kien imwieled hemmhekk u għex fih għal madwar 25 sena qabel ma mar f ’Vermont. Min-naħa l-oħra, fost ir-Repubblikani huwa Trump li għandu l-aktar rabtiet diretti u b’saħħithom ma’ dan l-istat hekk kif twieled hemm u għadu sal-lum involut ħafna fil-ħajja ekonomika tiegħu. Trump u Clinton se jkunu qegħdin jittamaw li rebħa fi New York tkun l-ewwel waħda minn serje ta’ suċċessi konsekuttivi. Jekk dan ma jseħħx, hemm ċans tajjeb li l-partit ikollu jmur għal contested convention, fejn perċentwal mid-delegati jingħataw l-opportunità li jbiddlu l-lealtajiet tagħhom waqt diversi rawnds ta’ votazzjoni. Kif wieħed jistenna, dan l-eżerċizzju politiku jinvolvi ħafna negozjati wara l-kwinti, u wara dahar in-nies, bl-għan li jkunu akkwistati l-voti li hemm bżonn biex kandidat jingħata n-nomina. Storikament, il-partiti ppruvaw jevitaw li jaslu għal contested convention għax dan in-negozju ta’ voti ħafna drabi joħloq diviżjonijiet interni kbar li jwasslu għal kandidatura kontroversjali li xxekkel il-kampanja elettorali ta’ min jirbaħ in-nomina.
16 10|04|2016
kullhadd.com
TA’ BARRA
MINN MADWA
1 ARRESTAT FI BRUSSELL
3
4
Mohamed Abrini, is-suspettat ewlieni li kien fadal jiġri massaqajn b’rabta mal-attakki terroristiċi li seħħew f ’Pariġi f ’Novembru li għadda, safa arrestat nhar il-Ġimgħa li għadda fi Brussell. Dan kien ikkonfermat mill-prosekuturi filwaqt li l-midja Belġjana wkoll irrappurtat li hemm possibbiltà kbira li Abrini huwa l-istess bniedem li deher fuq is-CCTV liebes kappell ftit qabel l-attakki terroristiċi li kien hemm riċentament f ’wieħed mill-ajruporti ta’ Brussell. Dan l-arrest kien segwit minn erba’ arresti oħrajn, fosthom wieħed blisem ta’ Osama K li se jkun investigat ukoll b’rabta mal-attakk bomba fil-metro; attakk li sar wara dak fl-ajruport.
2 FTEHIM GĦAL PONT
3 QTIL U SUWIĊIDJU Ir-Re tal-Arabja Sawdija ħabbar li se jkun qed jinbena pont li jaqsam il-Baħar l-Aħmar bejn pajjiżu u l-Eġittu. Dan hekk kif, fi stqarrija, ir-Re Salman sostna li dan il-pont se jkun qed jagħti spinta kbira ’l quddiem lis-settur kummerċjali bejn dawn iż-żewġ pajjiżi u alleati. Ta’ min isemmi kif l-Arabja Sawdija u pajjiżi oħrajn tal-Golf taw l-appoġġ tagħhom lillEġittu b’biljuni ta’ dollari minn mindu l-President Sisi ħa f ’idejh it-tmexxija tal-pajjiż fl-2013, wara li t-toroq kienu miżgħuda b’nies jipprotestaw. L-Arabja Sawdija tħares lejn ilpajjiż fit-Tramuntana tal-Afrika bħala sieħeb kruċjali fl-isforz li jkomplu jissaħħu dawk l-istati Sunni u dan b’reazzjoni għallinfluwenza reġjonali, li dejjem qed tikber, tax-Xiti fl-Iran.
Sparatura f ’bażi militari fl-Istati Uniti ħalliet mill-inqas żewġ persuni mejta. Minn informazzjoni li taw lill-midja uffiċjali li kienu fuq il-post, jirriżulta li l-inċident jinvolvi qtil u suwiċidju fl-istess ħin. Allegatament, dan il-każ jinvolvi bniedem li spara lill-kmandant tiegħu u wara spara għalih innifsu. Iżżewġ katavri nstabu f ’kamra f ’din ilbażi militari u l-awtoritajiet jemmnu li l-bniedem li spara t-tir huwa wieħed mill-mejtin. Fid-dawl tal-attakki terroristiċi li bħalissa l-Ewropa qiegħda tiffaċċja, l-uffiċċju tal-County Sheriff sostna li m’hemm l-ebda indikazzjonijiet li dan il-qtil huwa marbut ma’ xi attakki terrostiċi.
kullhadd.com
TA’ BARRA
AR ID-DINJA 6
1
10|04|2016 17
KOLLOX IRKANTAT
5
6
Għall-ħames sena konsekuttiva dar tal-irkant fir-Rumanija qed tpoġġi għall-bejgħ għotjiet diplomatiċi u oġġetti lussużi oħrajn li xi darba kienu jgħajtu lill-eks dittatur Komunista Nicolae Ceausescu u lil martu Elena. Dan il-persuna kien mexxa lil dan il-pajjiż Ewropew b’reġim tal-azzar mill-1965 u 1989, sakemm rivoluzzjonarji anti-Komunisti qabduh u qatluh fl-1989. Bħala eżempju tal-oġġetti li qegħdin jiġu rkantati hemm par żarbun u kartiera pariġġ ta’ Elena li l-prezz tagħhom flimkien huwa stmat li jiswew madwar €500, filwaqt li sett ieħor se jkun qed jinbiegħ għal €400.
2
5 DISKUSSJONIJIET FUQ L-UKRAJNA
4 RIŻENJA STRAMBA
Il-Ministru Portugiż tal-Kultura tefa’ r-riżenja wara li hedded lillkritiċi tiegħu li se jagħtihom daqqa ta’ ħarta. F’post li tella’ fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, il-Ministru Joao Soares sostna li qed iħares ’il quddiem biex jagħmel dan l-att fuq żewġ kittieba ta’ gazzetta partikolari. Dan il-post attratta mijiet ta’ kummenti, kemm mill-pubbliku b’mod ġenerali, kif ukoll millpolitiċi tal-Oppożizzjoni u minn għadd ta’ ġurnalisti oħrajn. Soares, li għandu 66 sena, irriżenja wara li l-Prim Ministru Antonio Costa ċanfru għal dak li qal u li għal dan wara nħarġet apoloġija pubblika.
In-Nato u r-Russja se jkunu qed jiltaqgħu biex jiddiskutu l-kriżi fl-Ukrajna, liema kriżi xellfet mhux ftit ir-relazzjonijiet minn mindu kien hemm l-għaqda tal-Krimea ma’ Moska fl2014. Il-Kunsill tan-Nato u r-Russja se jkun qed jiltaqa’ filġimagħtejn li ġejjin biex jiddiskuti l-proċess ta’ paċi fil-Lvant tal-Ukrajna, kif ukoll għal diskussjonijiet fuq is-sitwazzjoni preżenti fl-Afganistan. Madankollu, is-Segretarju Ġenerali tan-Nato Jens Stoltenberg wissa li dawn id-diskussjonijiet mhux se jkunu business as usual. Stoltenberg sostna li l-laqgħa li jmiss hija l-kontinwazzjoni tad-djalogu politiku hekk kif kien miftiehem mill-mexxejja tan-Nato u l-Gvern.
18 10|04|2016
kullhadd.com
MILL-ISTORJA
MILL-ISTORJA
SPARTACUS: L-ILSIR RIBELL
Ix-xniegħa ġriet bħal sajjetta: Ruma kienet f ’periklu imminenti li tiġi attakkata għax kienet qamet ribelljoni oħra tal-ilsiera. Fil-passat kienu diġà seħħew żewġ ribelljonijiet kbar li baqgħu stampati fil-memorja tar-Rumani: l-ewwel waħda ġrat fis-sena 135 QK meta madwar 70,000 ilsier qamu kontra s-suldati fi Sqallija, l-oħra seħħet fis-sena 104 QK meta ġemgħa ta’ 40,000 skjav attakkaw u serqu kulma sabu fl-irziezet u l-għelieqi tal-irħula Sqallin. It-tnejn li huma xxejnu bi krudeltà kbira. Iżda l-irvell li qam fis-sena 73 QK ma kellu x’jaqsam xejn mat-tnejn ta’ qablu. Din iddarba r-Rumani kellhom tassew għaliex jibżgħu għax l-ilsiera li qamu kontrihom kienu gwerriera maqbudin priġuniera u mħarrġin biex saru fost l-aktar gladjaturi feroċi għaddivertiment tal-poplu Ruman. Il-fatt li r-ribelljoni qamet filbelt ta’ Capua fil-provinċja ta’ Napli, u għaldaqstant viċin ħafna ta’ Ruma, kompla żied mal-biżgħat tar-Rumani minħabba li l-belt kapitali kienet miżgħuda lsiera u allura faċilment setgħu jieħdu r-riħ minn sħabhom ribelli u jfarrku Ruma. Il-mexxej tar-ribelli kien l-ilsir Spartacus li jingħad kien twieled fin-Nofsinhar tal-Balkani, eżattament fuq art Griega jisimha Traki. Dak iż-żmien in-nies ta’
Kitba ta’
MARY
CHETCUTI Traki kienu Ewropej ta’ nisel Persjan u gwerriera superjuri għal kulħadd. Spartacus seta’ ttieħed bħala suldat fl-armata Rumana meta dawn rebħu Traki. Probabbilment, spiċċa lsir jitħarreġ fi ‘skola’ talgladjaturi wara li ħarab millarmata u, flimkien ma’ oħrajn, taha għall-assalti u serq fuq ċittadini Rumani; iżda minn dakollu m’hemm xejn żgur. L-unika ċertezza dokumentata hi li ismu flimkien ma’ dawk ta’ sħabu fit-tmexxija tar-ribelli, Crixus u Oenamus, qanqlu twerwir f ’kulħadd. Jaħrab lejn il-Vessuvju Spartacus u r-ribelli ħarbu lejn il-muntanja tal-Vulkan Vessuvju u magħhom ingħaqdu għadd kbir ta’ lsiera maħrubin bħalhom. Ir-Rumani bagħtu skwadra ta’ 3,000 suldat li, minflok attakkawhom, iċċirkondawlhom il-passaġġ minn isfel bit-tama li jċedu minflok imutu bil-ġuħ. Imma l-ilsiera kellhom mexxejja makakki li ġegħluhom iqaċċtu z-zkuk tad-dwieli mill-għelieqi t’hemm fuq, għamluhom slielem u fis-satra tal-lejl niżlu bihom mill-iktar parti preċipituża tal-muntanja, ħadu lis-suldati Rumani għal għarrieda u mmassakrawhom. Din ir-rebħa fuq is-suldati Rumani ħeġġet aktar ilsiera jingħaqdu mal-armata ta’ Spartacus, li issa kienet
tgħodd madwar 40,000 ruħ. Iltaqgħu ma’ skwadri Rumani u għelbuhom viċin Ercolano u aktar l-isfel f ’Lucania. Qabdu suldati priġunieri u sfurzawhom jiġġieldu lil xulxin sal-mewt bħall-gladjaturi. Spartacus kien kuntent b’dan kollu u ħass li lir-Rumani kien umiljahom biżżejjed, issa kulma xtaq kien li jmexxi l-armata tiegħu lejn it-Tramuntana tal-Italja biex jaqsmu l-Alpi mnejn setgħu jsibu l-ħelsien tagħhom. Crixus ma qabilx miegħu għax ried ikompli bl-attakki fuq irRumani; hawnhekk l-armata kbira tar-ribelli nqasmet meta madwar 30,000 ġellied imxew wara Crixus. Crixus, bl-armata tiegħu, telaq lejn Apulia. Is-Senat Ruman, inkwetat b’din il-qasma, pront bagħat żewġ leġjuni kbar warajhom u għamlu attakk għal għarrieda fuq ir-ribelli viċin Gargano. L-ilsiera ġġieldu b’qilla kbira, madankollu Crixus u kważi żewġ terzi tal-armata tiegħu nqatlu f ’din il-battalja. Kif sema’ b’din l-aħbar, Spartacus beka u ddispjaċieh għal li ġara lil Crixus. Jista’ jagħti l-każ li Spartacus ried jivvendika l-mewt ta’ sieħbu u kien għalhekk li dawwar irrotta tal-armata tiegħu lura fiddirezzjoni ta’ Ruma. Issa Ruma nħakmet millpaniku. L-armata tal-ilsiera gladjaturi kienet kibret għal madwar 120,000 ġellied. IsSenat kien diġà tilef numru sostanzjali ta’ suldati mil-leġjuni stazzjonati madwar l-Italja u għalhekk għadda l-kmand suprem f ’idejn il-KmandantImħallef (Praetor) Marcus Crassus; bniedem għani li kien ġab l-esperjenza militari tiegħu taħt il-ġeneral leġġendarju, Sulla. L-ewwel attakki li saru minn logotenent ta’ Crassus fallew anke għall-fatt li wħud mis-suldati Rumani bdew jitwerwru mill-ħruxija tar-ribelli u saħansitra rtiraw minflok avvanzaw; l-imsejkna ħallsu qares għad-dgħufija tagħhom
taħt idejn Crassus. Il-kmandant intebaħ ukoll li, qabel ikompli bil-gwerra kontra Spartacus u l-ġellieda professjonali tiegħu, ried iħarreġ lis-suldati Rumani f ’tattiki ta’ ġlied tal-arena, kif ukoll jaqsam il-leġjun tiegħu f ’sensiela ta’ riġmenti iżgħar. Ir-ribelljoni waslet Reggio. Spartacus innegozja ma’ ħallelin tal-baħar Sqallin u ħallashom bid-deheb biex jisilfuh ix-xwieni biex ir-ribelli jkunu jistgħu jaqsmu lejn Messina. Il-pjan kien li jqanqal ribelljoni fost l-ilsiera ta’ Sqallija biex ikompli jsaħħaħ l-armata tiegħu. Il-pirati ħadu d-deheb imma fis-siegħa miftiehma ma tfaċċa l-ebda xini – kienu daħku bihom. Issa l-leġjuni ta’ Marcus Crassus kienu qegħdin javvanzaw u l-ġellieda ta’ Spartacus sabu ruħhom imrekknin fuq roqgħa art; warajhom baħar miftuħ u xejn aktar. Il-logħba l-ġurdien
tal-qattus
u
Minflok ma attakka lir-ribelli, Crassus ipprefera jilgħab illogħba tal-qattus u l-ġurdien. Ordna lis-suldati tiegħu iħaffru foss fond u wiesa’ xi ħames metri, u ma’ tarf minnu bnew ħajt b’injam u ġebel, it-tul ta’ xi 32 mil. Crassus kien konvint li x-xitwa, li kienet fil-qrib, sa tagħmillu xogħlu u toqtol bilmod lir-ribelli bil-ġuħ, kesħa u mard. Ma kienx jaf li Spartacus u s-suldati tiegħu kienu mimlijin ideat għax stennew bil-paċenzja sakemm lejla minnhom, waqt maltempata qalila, il-foss imtela’ sax-xfar bis-silġ. Ir-ribelli komplew jimlew parti żgħira mill-foss b’injam, ġebel u zkuk sakemm ħolqu passaġġ sod biżżejjed li jiflaħhom, għaddew bil-moħbi minn fuqu u qabdu t-triq lejn Lucania (Basilicata). Ribelljoni f ’livell ta’ gwerra Crassus
ġera
warajhom
u
rnexxielu joqtol skwadri ta’ ribelli li reġgħu nfirdu millarmata kbira ta’ Spartacus. Hawnhekk, is-Senat Ruman sejjaħ lura b’urġenza żewġ ġenerali tiegħu minn Spanja u t-Turkija fejn kienu impenjati jżommu l-ordni f ’dawn irreġjuni diffiċli ħafna. Pompeius u Lucullus dlonk qabdu t-triq lejn Ruma flimkien mal-leġjuni tagħhom, lesti biex iġibu fixxejn din ir-ribelljoni li issa laħqet livelli ta’ gwerra. Malli semgħu din l-aħbar, Spartacus u r-ribelli tiegħu ppreferew iduru ’l isfel u jivvjaġġaw lejn Brindisi bittama li jaħtfu f ’idejhom xwieni tal-merkanzija u jħallu l-Italja darba għal dejjem. Mill-banda l-oħra, Marcus Crassus ma għoġbitu xejn ilmossa tas-Senat għax ried itemm ir-ribelljoni waħdu u jieħu l-mertu kollu hu. Sar jaf fejn kien sejjer Spartacus u dderieġa l-leġjuni tiegħu għal warajh. Meta messaġġier wassallu l-aħbar li Lucullus u l-leġjun tiegħu kienu għadhom kemm żbarkaw fi Brindisi mit-Turkija, Crassus ħassu invinċibbli u bl-għajta ta’ “Mewt għal Spartacus” niżżel bil-ġirja l-leġjun tiegħu għal wara r-ribelli. Spartacus intebaħ li nqabdu f ’morsa u din kienet sa tkun il-battalja finali. Talab biex jinġieblu ż-żiemel tiegħu u qatlu quddiem is-suldati ribelli biex jagħmilhielhom ċara li, rebbieħa jew telliefa, kienu sa jiġġieldu sal-mewt. Spartacus u parti kbira mirribelli sħabu nqatlu f ’taqtigħa feroċi u mdemmiija. Xi wħud mill-ilsiera rnexxielhom jaħarbu minn fuq il-kamp talbattalja, madankollu r-Rumani ġrew warajhom sakemm qabduhom u qatluhom. Biex jagħti tbeżbiża lill-ilsiera kollha, is-Senat ta’ Ruma ordna li madwar 6,000 mir-ribelli li waqgħu priġunieri jiġu msallbin fuq slaleb matul it-triq kollha li minn Capua kienet tagħti għal Ruma fejn tħallew imutu bilmod quddiem kulħadd.
PERSONAĠĠI
kullhadd.com
10|04|2016 19
RAGĦAJ GĦALL-POPLU TIEGĦU
Eman Bonnici
Il-Ġenoċidju Armen, imsejjaħ Metz Yeghérn, li nbeda fl1915 min-naħa tal-Imperu Ottoman, huwa stmat li ħalla mal-1.5 miljun vittma. BitTurkija għadha sal-lum ma tirrikonoxxix dan l-eċċidju, il-persunaġġ tal-lum huwa proprju wieħed minn dawk li għaddew minn dan l-episodju mdemmi fl-istorja tal-umanità li iżda, għall-kuntrarju ta’ bosta, seħħlu jsalva sabiex fl-għomor twil li għex iservi ta’ xhud awtentiku ta’ dak li għaddew minnu niesu u li bosta ppruvaw iwittu u jnessu lill-bqija tal-popli.
konflitti mhux meħtieġa malOrdinarjat Ortodoss tal-post. L-Episkopat
Mons. Cirillo Giovanni Zohrabian OFM Cap
Fra Cirillo kien mibgħut Buggià sabiex iwettaq l-istudji filosofiċi u teoloġiċi tiegħu
Imwieled fil-21 ta’ Ġunju 1881 f ’Erzerum, dik ilħabta kapitali tal-Armenja Maġġuri, Giovanni wera sa minn ċkunitu ġibda partikolari lejn il-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini Sqallin preżenti filbelt, hekk li fl-1898 issieħeb magħhom, bin-novizzjat isir f ’Kostantinopli. Ma’ tmiemu, Fra Cirillo kien mibgħut Buggià sabiex iwettaq l-istudji filosofiċi u teoloġiċi tiegħu u mat-tlestija tagħhom, kien ordnat saċerdot nhar it-12 ta’ Mejju 1904 u dlonk iddestinat għall-missjoni Kapuċċina filBaħar l-Iswed. Hemm beda l-ministeru tiegħu proprju filbelt li nisslitu, Erzerum, fejn ħa ħsieb tal-kostruzzjoni ta’ skola, knisja u orfanatrofju għaċ-ċkejknin. Miżmum kontinwament taħt kontroll mill-awtoritajiet Ottomani sforz tal-fatt li kien Armen, kien eventwalment arrestat fi Trebisonda fl-1923 bl-iskuża li seta’ kien ċertu Mesròb Aarkis, aġġitatur politiku, li xedd fuqu l-ilbies reliġjuż biex jgħatti xturu. Bil-għan li jisiltu minnu stqarrija falza, issottomettewh għal tortura mill-aktar krudili msejħa ‘palahàn’ li kienet tikkonsisti żewġ suldati li jifflaġellawlu l-qigħan ta’ saqajh
b’nerv ta’ gendus: sebgħin kolp għal ħames darbiet, waqt li żewġ suldati oħra kienu kontinwament idoqqu t-tnabar sabiex bil-ħsejjes tagħhom jitfu l-għajjat tal-ittorturat. Total ta’ tliet mitt kolp li għex warajhom b’mod kważi mirakoluż u skansa l-mewt mill-ġdid meta Patri Dumnikan tela’ jixhed quddiem kulħadd li għarfu bħala “Patri Ċirillu”, b’hekk ħeles sew il-ħabs kif ukoll il-forka li kienet qiegħda tistennieh. Familja ta’ martri Il-familja ta’ Mons. Zohrabian kienet waħda ta’ martri, għax proprju matul il-Ġenoċidju Armen, ommu, Sara Hovhannesian, wara li ħeġġet lil żewġha u lil uliedha biex ma jiċħdux il-fidi Kattolika tagħhom, mietet qasir ilgħomor bid-dulur li fnieha wara li kellha tara lil żewġha Vartan, u lil uliedha Arakiaal
u Meghirditch maqtula, bilfamilja ta’ dan tal-aħħar, l-uniku wieħed miżżewweġ mill-aħwa u bi tliet itfal żgħar, assassinata wkoll brutalment, b’martu tmut ftit wara bil-ġuħ. Matul dan il-perjodu, Patri Cirillo kien jinsab f ’Kostantinopli, u dan fuq għamar tas-superjuri tiegħu li bagħtuh hemm biex isalvawh minn mewt ċerta. Għallem fil-Kulleġġ ta’ San Ġużepp tal-Frères ta’ De La Salle f ’Kadikòy u serva wkoll bħala rettur tal-Kulleġġ ta’ San Luigi dei Francesi f ’Kostantinopli, iżda kien imġiegħel iħalli ż-żewġ pożizzjonijiet mill-awtoritajiet Torok. Eżiljat mill-pajjiż, Patri Cirillo dlonk aċċetta li jieħu ħsieb l-assistenza tal-komunità Armena f ’Korfù, fejn fissnin li segwew ma damx ma stabbilixxa skejjel, kulleġġi u kolonji f ’għadd ta’ Gżejjer Eġej. Maħtur Ordinarju Armen għall-Greċja fl-1925, irrifjuta l-episkopat biex ma jinħolqux
Zohrabian dam għaddej bil-ħidma tiegħu fil-Gżejjer Griegi sal-1938. Fis-27 ta’ Ottubru 1940, f ’Bejrut, irċieva l-konsagrazzjoni episkopali tiegħu minn idejn il-Patrijarka Grégoire-Pierre XV Agagianian li appuntah Vigarju Patrijarkali ta’ Alta Gezira fis-Sirja. Iżda fl-ewwel viżta pastorali tiegħu, l-Isqof kien arrestat, imneżża’, misruq u eżiljat. Wara udjenza li kellu mal-Papa Piju XII, Mons. Zohrabian issokta bil-ħidmiet episkopali tiegħu li matulhom l-edukazzjoni b’riżq iċ-ċkejknin kienet fiċ-ċentru ta’ ħidmietu. Fl-1953, imbagħad, minkejja li kellu diġà 72 sena, il-Kardinal Agagianian ħatru Viżitatur Armen fl-Amerika Latina u żar, fost l-oħrajn, l-Arġentina, l-Urugwaj u l-Brażil. Ma’ tmiem din il-ħidma s-sena ta’ wara, Zohrabian mexa Ruma fejn qatta’ l-aħħar snin tiegħu filkunvent tal-Patrijiet Kapuċċini f ’Vija Cairoli, fejn miet fl-20 ta’ Settembru 1972 fl-età ta’ 91 sena. Fuq xewqa tiegħu, ilkatavru kien ittrasportat lejn Sqallija, fejn ġie midfun filknisja ta’ Sidtna Marija tal-Paċi tal-Ordni fil-belt ta’ Palermo, liema knisja taħtha tiġbor ilfamuż katakombi tal-mummji b’madwar 8,000 katavru u 1252 mummja li jagħmluha waħda mill-aktar irkejjen iffrekwentati mit-turisti fil-belt kollha flimkien mal-Katidral ta’ Santa Rosalia. Fl-awtobijografija ta’ Mons. Zohrabian Memorie di Vita Missionaria, niltaqgħu ma’ figura ta’ persuna mill-aktar ippersegwitata li, madankollu, żammet rieda qawwija u ħidma kostanti u fejjieda b’risq ilpoplu tiegħu. Il-kawża għallbeatifikazzjoni tiegħu kienet introdotta fit-22 ta’ Marzu 1983.
KALEJDOSKOPJU
20 10|04|2016
kullhadd.com
Fatti miġbura minn
CHARLES B.
SPITERI
ĠRAW BĦAL-LUM 1633: 1710: 1825: 1849: 1858: 1869: 1912: 1919: 1930: 1932: 1938: 1938: 1942: 1953: 1955: 1957: 1961: 1970: 1973: 1974: 1981: 1986: 1991: 1992: 1995: 2007: 2008: 2012: 2014: 2014:
Kurżitajiet
L-ewwel darba li l-banana bdiet tinbiegħ fil-ħwienet Ingliżi. Tinħareġ fil-Gran Brittanja l-ewwel liġi li tirregola d-dritt tal-awtur (copyright). Tinfetaħ l-ewwel lukanda fil-Hawaii. Tingħata l-liċenzja għall-ewwel labra tas-sarwal minn Walter Hunt. Id-drittjiet biex issir jinbiegħu għal $400 (€353). Il-Big Ben, qanpiena ta’ 13.76 tunnellata tiddewweb u tinħadem mill-ġdid fit-Torri ta’ Westminster. Josè Marti jwaqqaf il-Partit Rivoluzzjonarju Kuban. Il-bastiment lussuż Titanic jitlaq għall-vjaġġ inawgurali tiegħu minn Southampton għal New York. F’dan il-jum, it-Titanic tqies bħala l-aktar lukanda lussuża fid-dinja li tifflowtja. Kien biss wara ħamest ijiem li laqat icebeg u għereq fl-Atlantiku b’ħafna millpassiġġieri jmutu fl-għarqa. Emiliano Zapata, il-mexxej tal-bdiewa foqra fir- Rivoluzzjoni Messikana, ġie attakkat min-nies moħbija u maqtul f ’Morelos mill-forzi governattivi. Prodott għall-ewwel darba l-lastiku sintetiku. Adolf Hitler jisfa megħlub minn Paul von Hindenburg għall-presidenza Ġermaniża. L-Awstrija ssir stat tal-Ġermanja. New York tesiġi li jrid isir test għall-mard tas-sifilde qabel ma tinħareġ liċenzja għaż-żwieġ. Il-Ġappuniżi jġiegħlu lil 75,000 suldat maqbuda, Amerikani u Filippini, jimmarċjaw aktar minn 85 mil f ’sitt ijiem minn Bataan sal-kamp tal-konċentrament f ’Carbanatuan, b’ikla waħda ta’ ross kuljum. Dan tqies bħala l-marċ tal-mewt ta’ Bataan. Fih mietu mijiet ta’ Amerikani u ħafna iktar Filippini. Id-Dar tax-Xema’ toħroġ l-ewwel film 3-D. Dr Jonas Salk jipprova b’suċċess l-injezzjoni kontra l-Polio. Il-Kanal tas-Swejz jerġa’ jiftaħ għal kull trasport. Adolf Eichmann imressaq il-Qorti bħala kriminal tal- gwerra f ’Iżrael. Paul McCartney jħabbar uffiċjalment li l-Beatles se jinfirdu. Il-Pakistan jissospendi l-kostituzzjoni. Yitzhak Rabin jieħu post Golda Meir bħala Prim Ministru Iżraeljan meta din irriżenjat. Bobby Sands tal-Armata Repubblikana Irlandiża, li fil-ħabs qed jagħmel strajk tal-ġuħ, elett fil-Parlament Ingliż. Benazir Bhutto terġa’ lura fil-Pakistan. Maltempata tropikali rari tiżviluppa fl-emisfera tannaħa t’Isfel qrib Angola; l-ewwel waħda dokumentata mis-satelliti. Il-Konservattivi taħt John Major jirbħu r-raba’ elezzjoni fil-Gran Brittanja. Il-belt ta’ New York tipprojbixxi t-tipjip fir-ristoranti li jilqgħu aktar minn 35 persuna. Il-militar jibni ħajt tal-konkrit ta’ tliet mili fiċ-ċentru ta’ Bagdad. Dan jgħaddi mill-aktar toroq fejn isir il-qtil u jissepara lis-Sunni mill-Musulmani Xiti. Il-ħajt ġie ppjanat minħabba l-qasma li teżisti f ’Bagdad, u hu parti ċentrali mill-aħħar sforz ta’ George Bush biex jippaċifika l-kapitali. Ix-xogħol beda jsir fid-dlam u kellu jieħu xahar biex jitlesta. Il-Parlament Ewropew jibbojkottja ċ-ċerimonja tal- ftuħ tal-Logħob Olimpiku fiċ-Ċina. Jiskadi ż-żmien mogħti minn Nazzjonijiet Uniti littruppi Sirjani biex jirtiraw minn xi bliet, iżda l-vjolenza tkompli. 88 persuna ċivili jinqatlu minn bombi mixħutin minn ajruplani Sirjani f ’Aleppo, is-Sirja. Il-Kunsill tal-Ewropa jissospendi d-dritt tal-vot lir- Russja.
Is-suċċess jista’ jitfisser fil-mixja minn telfa għal oħra mingħajr ma jintilef l-entużjażmu. – Winston Churchill
PEDJATRI KONTRA L-AĠENDA TRANSESSWALI
Il-Kulleġġ Amerikan tal-Pedjatri ħa pożizzjoni kontra l-aġenda transesswali u l-ħsara li tista’ tagħmel fuq it-tfal. Hu għamel dan meta ħareġ stqarrija qawwija li tiddefendi d-diċenza umana u lill-ġenerazzjoni futura. “Li nġiegħlu lit-tfal jemmnu li l-impersonifikazzjoni kemikali jew kirurġika tas-sess oppost hi xi ħaġa normali u b’saħħitha jwassal għall-abbuż tat-tfal,” sostniet l-istqarrija. L-istess stqarrija għandha tliet koawturi; wieħed minnhom il-Professur Paul McHugh mill-Iskola Medika John Hopkins, li wissa li l-operazzjonijiet li jibdlu s-sess spiss jinjoraw jew ikomplu jgħarrqu l-problemi inizjali tal-pazjent. It-tliet awturi jisħqu li “il-fatti, mhux l-ideoloġija, jiddeterminaw ir-realtà”. Fi kliem ieħor, ħadd ma jista’ jsolvi problema emozzjonali permezz ta’ operazzjoni kirurġika. “Meta tifel bijoloġiku jemmen li hu tifla, jew tifla temmen li hi tifel, teżisti problema psikoloġika li tkun tinstab fil-moħħ u mhux fil-ġisem, u għalhekk għandu jkun trattar il-moħħ,” komplew jargumentaw it-tobba. Il-Kulleġġ għamel użu mis-sejbiet tal-Assoċjazzjoni Amerikana tal-Psikjatrija u nnota li “madwar 98% tas-subien li jemmnu li huma bniet u 88% tal-bniet li jemmnu li huma subien, jaċċettaw issess bijoloġiku tagħhom hekk kif ikunu għaddejjin mill-pubertà”. Ikomplu jgħidu li “meta napprovaw ix-xewqat ta’ dawn l-individwi permezz tal-edukazzjoni pubblika u l-politika legali, inkunu qed inħawdu kemm lit-tfal kif ukoll lill-ġenituri, u nwasslu aktar tfal ‘fil-kliniki tas-sess’, fejn jingħataw drogi li jwaqqfu l-pubertà,” komplew itambru t-tobba. “Dan kollu jwassalhom għal riskju akbar fil-mard tal-kankru, peress li maż-żmien jaslu jaqtgħu partijiet utli minn ġisimhom, li soltu, permezz tagħhom, in-natura twassalhom għall-adolexxenza b’saħħitha.” It-tliet pedjatri jgħidu wkoll li min joħroġ b’teżijiet xorta oħra jkun qed jiċħad lix-xjenza.
L-AQWA LI, SKONT HU, JIDHER SABIĦ
Uħud min-nies jitniżżlu fil-Guinness World Records għal atti jew ħiliet li ma jitwemmnux, iżda oħrajn isibu isimhom fil-ktieb għall-affarijiet strambi li jirnexxilhom iwettqu. Joel Miggler għandu r-rekord tal-iktar bniedem li fid-dinja għandu toqob f ’wiċċu – 11 sal-2014. Miggler, ta’ 22 sena mill-Ġermanja, jgħid li kien għad kellu 13-il sena meta għamel l-ewwel toqba li titfettaħ, f ’widintu. Imbagħad kompla b’toqob ġodda f ’wiċċu u f ’xufftejh. S’issa t-toqob jitkejlu f ’34 millimetru, iżda Joel qed jippjana li jkabbarhom għal 40 millimetru minkejja l-uġigħ biex jagħmilhom. B’dawn it-toqob qisu għandu tieqa li tagħti fuq ġewwa ta’ ħalqu. Kif ġie, Joel ma jistax jieħu ħlief gidmiet żgħar ta’ ikel, waqt li jekk jieħu xi soppa toħroġlu millġnub ta’ ħalqu.
KUN AF
kullhadd.com
10|04|2016 21
POSTIJIET JISIMHOM MALTA
KUN AF
Waħda mid-djar f ’Malta ta’ New York
Waħda mill-knejjes li tinsab f ’Paraiba , Malta fil-Brażil
Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’
SAVIOUR
MAMO
Dan l-aħħar fettilli ndur iddinja permezz tal-internet u sibt madwar 28 pajjiż ieħor jisimhom Malta. Jista’ jkun li hawn aktar, però Malta bħala gżira sibt li hawn waħda biss: dik li tinsab f ’nofs il-Baħar Mediterran. Komplejt ir-riċerka tiegħi b’kurżità u sibt l-istorja ta’ kull pajjiż bl-isem ‘Malta’. Ħafna minn dawn il-pajjiżi huma rħula jew komunitajiet minn bliet żgħar. Il-biċċa l-kbira tagħhom insibuhom lejn ilkontinent Amerikan. Fl-Istati Uniti biss jeżistu 11-il lokalità bl-isem Malta. Hemm wieħed f ’Texas, ieħor f ’South Carolina, Pennsylvania, Ohio, New York, Montana, Iowa, Illinois, Idaho, Colorado u Alabama. Jekk niżlu lejn l-Amerika ta’ Isfel insibu tnejn oħra bl-istess isem: wieħed fil-Brażil fir-reġjun ta’ Paraiba u ieħor fil-Colombia fir-reġjun ta’ Boyaca. Immorru lejn l-Ewropa Fl-Ewropa nsibu 12-il pajjiż ieħor bl-isem Malta, fosthom pajjiżna. Fil-Portugall biss insibu tliet irħula li jġibu dan l-isem. Jeżisti wieħed f ’Porto; ieħor fi Guarda u ieħor fi Braganca f ’Zeeland, li tagħmel parti millgżejjer u provinċja tal-Olanda; insibu wkoll lokalità żgħira ħdejn xmara bl-isem ta’ Malta. Jekk nersqu lejn il-Lvant insibu l-Latvja fejn f ’Rezeknes, li huwa wieħed mill-31 reġjun li għandha l-Latvja, u fost il-442 belt ta’ dan ir-reġjun insibu l-belt ta’ Malta. Nibqgħu fl-Ewropa fejn insibu sitt pajjiżi oħra li kważi jmissu ma’ xulxin u li kull wieħed minnhom għandu belt li jisimha Malta. Nibdew bit-Turkija. ItTurkija għandha reġjun jismu
Sanliurfa li hu viċin is-Sirja. Mill-mijiet ta’ rħula li għandu dan ir-reġjun insibu wieħed blisem Malta. Naqsmu l-kanal tal-Baħar Marmara u mmorru l-Greċja, ftit ’il bogħod minn pajjiżna. Hawn, fir-reġjun ta’ Messinia, ukoll insibu daqsxejn ta’ raħal żgħir maqtugħ minn kullimkien qalb il-ħdura talmuntanji li jismu bħal pajjiżna. Ftit mili ’l fuq mill-Greċja nsibu l-Montenegro. F’dan il-pajjiż hemm raħal żgħir żgħir qalb ilmuntanji, ukoll bl-isem ta’ Malta. Naqsmu l-fruntiera u mmorru l-Kroazja; pajjiż mimli storja u veduti sbieħ tal-muntanj u xmajjar Fi triq ewlenija li tagħti bejn Donji Lapac u Dobresole, fir-reġjun ta’ Sisacko Moslavacke, insibu daqsxejn ta’ subborg jismu Malta. Xi ħaġa li laqtitni kienet li, taħt waħda mit-tabelli li tindika l-isem tal-pajjiż, (f ’dan il-każ l-isem Malta) kien hemm miktub li dan il-post jista’ jkun ibbumbardjat bil-bombi u tista’ tiġi attakkat mill-ħallelin. FirRepubblika ta’ Srpska, li tagħmel parti mill-Bosnija-Ħerzegovina, insibu r-reġjun ta’ Zabukvica, li jinsab fil-Lvant ta’ Sarajevo. Dan ir-reġjun għandu raħal blisem ta’ Malta. Naqsmu s-Serbja u mmorru r-Rumanija. IrRumanija għandha 42 reġjun u wieħed minnhom jismu Valcea. Wieħed mid-973 raħal li hemm f ’Valcea huwa Malta. Il-Lvant Imbiegħed Il-Federazzjoni tar-Russja għandha 215,938 belt imqassmin fi 88 reġjun. Minn dawn insibu żewġ reġjuni, Irkutsk u Buryat, li mhumiex ’il bogħod minn xulxin u li jinsabu viċin ilMongolja, li għandhom belt kull
wieħed bl-isem Malta. U fl-aħħar nett immorru l-Filippini. Fost il138 reġjun li hemm fil-Filippini nsibu r-reġjun ta’ Betaan. Betaan għandu 224 belt u sibt li hemm ukoll waħda mill-ibliet jisimha Malta. Minħabba li dawn huma ġeneralment irħula żgħar, diffiċili li wieħed isibhom fuq il-mappa. Però, jekk wieħed ifttex sew blinternet u jfittex fuq is-siti ta’
Google Earth isib id-dettalji kollha fuq kull raħal. Jien rajt li l-biċċa l-kbira ta’ dawn l-irħula li jisimhom Malta huma biss ftit djar flimkien mibnija qalb ilmuntanji.
jinsab f ’Saratoga County, f ’salib it-toroq bejn Dunning Street u Town of Stillwater. Skont l-aħħar ċensiment li sar ftit snin ilu għandu popolazzjoni ta’ madwar 14,000 ruħ. X’aktarx li l-isem Malta ġie mill-kelma MaltMalta ta’ New York brewery għax jista’ jkun li f ’dan il-lokal kienet tinħadem il-birra. Wara l-gżira tagħna, l-iktar pajjiż Semmejt dan ir-raħal għax mhux magħruf bl-isem Malta nsibuh l-ewwel darba li lil Malta tagħna fi New York. Dan ir-raħal jitfixkluha ma’ ta’ New York.
22 10|04|2016
kullhadd.com
MADWARNA
DUN KIXOTT FIL-FIERA IKLA BL-AQWA NBEJJED MINN TAL-UNIVERSITÀ Dun Kixott mill-Manċa, it-traduzzjoni bil-Malti f ’forma ta’ għanja ta’ Pawlu Montebello mill-Ispanjol ta’ Miguel Cervantes tnieda uffiċjalment waqt il-Fiera tal-Ktieb tal-Università bejn il-5 u s-7 ta’ April. SKS (Sensiela Kotba Soċjalisti) qed jippubblikaw dan il-kapolavur letterarju biex ifakkru l-400 sena mill-mewt ta’ Miguel Cervantes. Pawlu Montebello (1905-2005) għamel din it-traduzzjoni fil-bidu tas-snin tmenin u kienet miżmuma fil-kollezzjoni privata tal-ġurnalist Anton Cassar li miet sentejn ilu. Din l-edizzjoni hija illustrata bl-inċiżjonijiet li Gustave Dorè kien għamel fl-1860 għal edizzjoni Franċiża ta’ Don Quihote. Il-pubblikazzjoni tiswa €20 iżda se tinbiegħ bil-prezz speċjali ta’ €15 fil-Fiera tal-Ktieb tal-Università. SKS se tbigħ rumanzi u novelli tal-aqwa kittieba Maltin bi prezzijiet imnaqqsa f ’din il-fiera waqt li r-rumanz klassiku ta’ Frans Sammut Il-Ħolma Maltija se jingħata b’xejn ma’ kull ktieb li jinxtara waqt il-fiera. Id-dħul għall-fiera huwa b’xejn.
PIEMONTE
Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited dan l-aħħar ingħaqdet max-chef Martin Camilleri mir-ristorant The Chef tax-Xemxija għal Cena Piemontese li fiha kien hemm uħud mill-aqwa nbejjed ta’ Luciano Sandrone, Elio Altare u Fontanafredda. Luciano Sandrone hu wieħed mill-produtturi ikoniċi ta’ Barolo, u Elio Altare hu meqjus maddinja bħala wieħed millaqwa produtturi tal-inbid fid-dinja. Fontanafredda hu nbid storiku li beda jsir fl-1800 mill-Konti Emanuele Guerrieri, l-iben naturali tal-ewwel re talItalja, Vittorio Emmanuele II, u l-Kontessa Rosa ta’ Mirafiori. Il-mistednin bdew l-ikla tagħhom bl-inbid Hundred Fifty Seven Brut ta’ Fontanafredda, edizzjoni speċjali għall-anniversarju li nġieb speċifikament għal din l-ikla. Wara ġie servut Langhe Arneis ta’ Fontanafredda li niżel tajjeb ħafna mar-risotto bil-basal u l-majjal selvaġġ (wild boar). L-inbid Dolcetto 2014 ta’ Elio Altare ssorprenda lil kulħadd bil-kumplessità sabiħa tiegħu li normalment mhix assoċjata ma’ din ilvarjetà ta’ għenba. Il-Barolo Le Vigne 2005 en magnum ta’ Luciano Sandrone kompla jtejjeb l-ikla blaroma ta’ frott irqiq, ċirasa u ċikkulata skura b’palat ta’ vanilla, ċikkulata u cassis amalgamat ma’ saffi talfrott. Barbera d’Alba 2013 ta’ Luciano Sandrone kien l-akkumpanjament perfett għal mal-għażla ta’ ġobnijiet mill-Valle dell’Elvo li ħejja x-chef Martin. Is-serata ntemmet b’mod pjaċevoli bil-Moscato d’Asti ta’ Fontanafredda b’togħmiet tajba ta’ fjuri u ħawħ.
MADWARNA
kullhadd.com
10|04|2016 23
IL-FESTIVAL INTERNAZZJONALI MISS UNIVERSE MALTA 2016 TAL-LOGĦOB TAN-NAR
Il-Ministeru għat-Turiżmu, flimkien mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, er jorganizza l-15-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar. Il-Festival ta’ din is-sena se jsir fuq tliet Sibtijiet wara xulxin u jispiċċa fit-30 ta’ April b’kaxxa infernali grandjuża fil-Port il-Kbir. Din se tkun ippreparata mill-Pyroemotions li hi kumpanija Taljana u l-Kamra tan-Nar ta’ Lordes tal-Qrendi, li s-sena l-oħra rebħet il-Festival. Il-Festival illum hu stabbilit sew bħala avveniment importanti fil-kalendarju tal-piroteknika mhux Malta se terġa’ tirritorna fl-akbar u l-aktar konkors ta’ sbuħija biss f ’Malta imma anke internazzjonalment, tant li llum saru jiġu ħafna turisti apposta biex jitpaxx- prestiġġjuż fid-dinja: Miss Universe. Alan J. Darmanin u Jeff Francalanza, minn Glow Promoew bil-wirjiet spettakolari li xi wħud minnhom huma akkumpanjati bil-mużika. tions fetħu l-applikazzjonijiet għall-konkors Miss Universe Malta li minnu tfajla se tingħata ċ-ċans li tirrappreżenta lil Il-programm tal-Festival: Malta f ’dan il-konkors internazzjonali li jixxandar f ’aktar Is-Sibt, 16 ta’ April Is-Sibt 23 ta’ April Is-Sibt 30 ta’ April minn erbgħin pajjiż differenti u jiġi segwit minn aktar minn Marsaxlokk Ix-Xagħra, Għawdex il-Port il-Kbir, il-Belt Valletta biljun ruħ madwar id-dinja. Nhar it-13 t’April bejn l-17.30pm u it-20.30pm u nhar isKompetizzjoni Piromużikali: Kompetizzjoni Piromużikal: 9.30 pm: Preżentazzjoni 17 t’April bejn l-10.00am u 14.00pm, fil-kumpless ta’ One 9.30pm: Pirotecnica Poleggi – 9.30pm: Dance of Fire – tal-Premijiet Television il-Marsa, se jsiru awdizzjonijiet biex jiġu magħżula l-Italia l-Ukrajna 10.00pm: Gran finale minn Py- l-kontestanti għal din is-sena ta’ Miss Universe Malta. 10.00pm: Hojen & 10.00pm Macedo’s Pirotecnia – roemotions tal-Italja flimkien Għalhekk, jekk inti għandek bejn 17 u 27 sena u m’intix Magic Fyrvaerkeri Aps – il-Portugall mal-Kamra tan-Nar ta’ Lordes miżżewġa, tista’ tattendi għall-awdizzjonijiet. Importanti li id-Danimarka 10.30 pm St Mary Fireworks tal-Qrendi. jekk inti tixtieq tattendi għandek iċċempel fuq 7985 5838 10.30pm: St George’s Factory – Ħal Għaxaq jew 7927 9571 sabiex tingħata aktar informazzjoni. Żur ukoll Fireworks Factory – Ħal il-paġna uffiċjali ta’ Miss Universe Malta fuq Facebook u Qormi Twitter.
IL-MAĦFRA U R-RIKONĊILJAZZJONI
Fr Mario Attard OFM Cap
Bil-maħfra nsibu l-paċi. Il-maħfra hija rigal millMulej li rridu nitolbulu kuljum
Sabiħ kieku fil-ħajja kollox ward u żahar! Sabiħ kieku filħajja lkoll qatt ma nweġġgħu lil xulxin! Kieku ara f ’liema dinja qegħdin ngħixu! Imma rridu nkunu saqajna mal-art. Qegħdin fid-dinja, u lil xulxin xi darba se nweġġgħu żgur. F’konflitt dejjem hemm opportunità sabiħa: ilkapaċità tal-maħfra u r-rikonċiljazzjoni. Din mhix prietka. Lanqas paroli filvojt. Dan realtà! Minn ħajti u x’nitgħallem mingħand in-nies nara li m’hemmx isbaħ mill-maħfra. L-ewwel li jgawdi mill-maħfra huwa min jiġi mweġġgħa. Għax m’hemmx agħar milli ngħix bir-rabja u mill-għatx klubi għall-vendetta. Billi ngħid: “Issa npattihielu!” Jew “Ara kif ħa npattihielha!” Mhu ħa nieħu xejn. Anzi, issodisfazzjon ta’ ftit minuti se jitfagħni f ’infern kbir għal ħajti kollha. U r-raġuni hija waħda: nammetti u ma nammettix jiena wkoll inweġġa’ lil ħaddieħor. Għalhekk jiena wkoll għandi bżonn min jaħfirli, min jiftaħli għajnejja, min jagħtini kelma li għall-ewwel theżżiżni imma mbagħad nara l-effetti
pożittivi tagħha. Ilkoll kemm aħna għadna qegħdin nitgħallmu, u nibqgħu hekk sal-mewt. Dak hu l-bniedem: dejjem jiskopri orizzonti ġodda, dejjem jitbiegħed minn dak li jagħmillu l-ħsara u jagħmel ħsara wkoll lil għajru u jimxi lejn il-fejqan veru. Fil-ħajja hemm differenza kbira ta’ kif narawha, jew ngħidu li ma niżbaljaw qatt u ma nibqgħux la bnedmin u lanqas Insara. Inkella nkunu realistiċi u ngħidu: “Isma’! Jien għandi bżonn infiq mit-tali u t-tali ħaġa. Għandi bżonn inħalli dan il-mod ta’ mġiba u ninbidel!” Il-ħajja hija ħajja għax hemm din il-possibbiltà mill-isbaħ ta’ fejqan. Fejqan veru! Fejqan li jibda’ millmod kif naħsibha. Il-mod ta’ kif ċertu affarijiet, dejjem bit-talb li nitlob lill-Mulej għax hu aqwa minni, ma nħallihomx jidħlu f ’moħħi biex imbagħad iniġġsuli ’l qalbi. Fejqan li jidher kif inġib ruħi. Issa dan jitlob ħajja sħiħa. U ġieli ħajja f ’din id-dinja ma tkunx biżżejjed biex uħud minna nissaffew mill-ħażen. Ikollna bżonn ilpurgatorju wkoll.
Il-kultura tal-maħfra u r-rikonċiljazzjoni tissawwar fina b’żewġ modi. L-ewwel nett, importanti ħafna li jkollna l-ħsibijiet ġusti dwarha; jiġifieri dawk ilħsibijiet li jgħinuna u jħeġġuna ħa ngħożżu aktar dan ilvalur daqshekk importanti f ’ħajjitna. Għax b’hekk biss inkunu nistgħu ngħixu ħajja tassew ta’ aħwa bejnietna. L-aqwa kelma fil-maħfra u r-rikonċiljazzjoni tibqa’ dik ta’ Ġesù Kristu, Dak li qatt ma żbalja. Qatt ma dineb. “Jekk ħuk jaqa’ f ’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk” (Mt 18:15). Xi ġmiel! Il-Mulej Ġesù qiegħed jagħtina ċ-ċans, lili u lilek, li b’korrezzjoni aħna nirbħu lil ħutna li żbaljaw. Bħalma meta niżbalja jien u ħaddieħor jiftaħli għajnejja lili jkun rebaħni lura għall-Mulej! Tajjeb għalhekk li ninġarbu lkoll ma’ dik il-mejda ħalli nikkoreġu u nfejqu lil xulxin. Imbagħad hemm prinċipju ieħor li rridu nżommu lkoll quddiem għajnejna: quddiem il-Mulej ilkoll kemm aħna talistess pezza! Midinbin! Ilkoll, iva, ħaqqna l-infern. Imma
l-Mulej, fil ħniena tiegħu, ħafrilna; u jibqa’ jaħfrilna, Imma b’kundizzjoni waħda: li naħfru lil min iweġġagħna. Din kelmtu! Żgur mhux tiegħi! “Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll. Imma jekk intom ma taħfrux lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, lanqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom” (Mt 6 :14-15). Bil-maħfra nsibu l-paċi. Ilmaħfra hija rigal mill-Mulej li rridu nitolbulu kuljum. U rridu wkoll inxammru jdejna għalih. Li nitlob għal min iweġġagħni huwa fejqan kbir. L-ewwel nett, għalija, għax ngħix fil-paċi u t-tbenġila tal-azzjoni li nkun irċevejt tibda’ tinżel bil-mod il-mod. It-tieni, fuq il-persuna li tkun weġġgħetni, għax fuq din ilpersuna nkun qed niġbor il-ġamar qawwi tal-imħabba ta’ Kristu li tpatti bil-ġid għall-offiżi li tirċievi. Huwa biss dan it-tip ta’ mħabba li tgħinna ngħixu fil-paċi f ’din id-dinja u ddaħħalna fl-oħra. Kuraġġ nies! Mulej kabbarni fil-maħfra u r-rikonċiljazzjoni tiegħek. Ammen.
24 10|04|2016
kullhadd.ċom
MADWARNA
PROGRAMM TAL-FESTI SOLENNI F’ĠIEĦ IL-GLORJUŻ PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP TAR-RABAT TAL-IMDINA Il-Festa ta’ San Ġużepp fir-Rabat, li tiġi ċċelebrata ta’ kull sena fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù tal-Patrijiet Franġiskani tar-Rabat, din is-sena qed tiġi ċċelebrata matul din il-ġimgħa. Normalment, din il-festa tiġi ċċelebrata fil-Jum Liturġiku ta’ San Ġużepp, jiġifieri fid-19 ta’ Marzu. Iżda peress li din is-sena ħabtet fil-Ġimgħa Mqaddsa, ġiet posposta bi kważi xahar wara. Intant, se nagħtu ħarsa lejn il-programm tal-attivitajiet ta’ din il-festa li bdiet ilbieraħ bil-ħruġ tal-vara min-niċċa; liema festa hija organizzata mill-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp bis-sehem tal-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam kif ukoll il-Kamra tan-Nar 19 ta’ Marzu. Illum: Jum il-Komunità Ġużeppina Fid-9.00am issir l-inawgurazzjoni ta’ pavaljun kbir f ’tarf Triq Santu Wistin (in-naħa tal-Pjazza tas-Saqqajja). Fejn wara jsir korteo mit-tfal mill-kappella ta’ San Bartilmew għall-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù. Dan il-korteo jgħaddi mit-toroq: Santu Wistin, Żondadari, San Bartilmew, Doni l-Qadima u San Pawl. It-tfal huma mitluba li jġibu magħhom fjuri biex joffruhom lil San Ġużepp u offerta tal-flus biex jagħtuha lil tfal inqas ixxurtjati. Waqt il-korteo jindaqqu innijiet li San Ġużepp mill-Banda l’Isle Adam. Fl-9.45am tibda quddiesa bl-omelija għat-tfal immexxija minn Patri Josef Pace OFM Conv., bis-sehem tal-korijiet tat-tfal Ġilji Bojod u Santa Klara. Wara ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġużepp fis-santwarju tiegħu. Wara il-quddiesa ssir attività organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ tal-istess Għaqda Mużikali. Fis-6.00pm tibda quddiesa mmexxija minn Patri Albert Micallef OFM bis-sehem tal-fergħat kollha fi ħdan il-komunità Ġużeppina tar-Rabat u dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom fil-festa ta’ San Ġużepp. Se jieħu sehem il-Coro Bel Canto taħt id-direzzjoni tal-Mro Hermann Farrugia Frantz. Għada t-Tnejn 11 ta’ April: Jum iżŻgħażagħ Fid-9.15am tibda quddiesa li tkun għat-tfal tal-iskejjel. Fis-6.00pm tibda quddiesa li tkun bl-omelija mmexxija minn Dun Luke Seguna, bis-sehem taż-żgħażagħ tal-Għaqda Mużikali l’Isle Adam u anke bis-sehem tal-għaqdiet tażżgħażagħ Ġużeppini minn diversi parroċċi u mill-għaqdiet taż-żgħażagħ li jinsabu fir-Rabat. It-Tlieta 12 ta’ April: Jum l-Għaqdiet Reliġjużi u Soċjali Rabtin Fis-6.00pm tibda quddiesa mmexxija mill-Kanonku Dun Louis Suban, Arċipriet tal-parroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat, li tkun għall-għaqdiet reliġjużi Rabtin. Fis-7.00pm jibda riċeviment filkażin tal-Għaqda Mużikali l’Isle Adam għall-għaqdiet reliġjużi u soċjali Rabtin u kontributuri tal-ktieb Leħen il-Komunità Ġużeppina, kif ukoll għall-għaqdiet mużikali li huma mistiedna għall-festa. L-Erbgħa 13 ta’ April: L-Ewwel Jum tat-Tridu Fit-8.00am u fl-12.00pm isir ħruq ta’ murtali u murtaletti. Fil-5.30pm jibda l-Għasar kantat Fis-6.00pm tibda quddiesa konċelebrata. Il-prietka se ssir mill-Kanonku Dun Marc Andrè Camilleri, Kappillan tal-knisja parrokkjali ta’ Kristu Re ta’ Raħal Ġdid. Wara tingħad il-kurunella ta’ San Ġużepp, kant tal-innu, antifona u ssir ċelebrazzjoni ewkaristika. Fit-8.30pm isir kunċert ġenerali tal-
marċi mill-Banda l’Isle Adam fis-sala tal-każin tal-istess Għaqda Mużikali f ’Palazzo Xara. Fi tmiem taċ-ċelebrazzjoni fil-knisja isiru ħruq ta’ murtali, kaxxa u murtaletti. Il-Ħamis 14 ta’ April: It-Tieni Jum tat-Tridu Fit-8.00am u fl-12.00pm isir ħruq ta’ murtali u murtaletti. Fid-9.30am tibda quddiesa li tkun bl-omelija għall-anzjani, immexxija minn Fr Joe Barbara MSSP. Wara tingħata tifkira lill-anzjani. Fit-3.30pm tibda adorazzjoni quddiem Ġesù espost fis-sagrament tal-Ewkaristija. Fil-5.30pm jibda l-Għasar kantat. Fis-6.00pm tibda quddiesa konċelebrata. Prietka tat-tridu, kurunella ta’ San Ġużepp, kant tal-innu, antifona u ċelebrazzjoni ewkaristika. Fit-8.15pm jibda marċ brijuż mill-banda Ċittadina Sliema li se jibda mill-Isqaq Fra Diegu fi Triq San Pawl, Triq Indri Borg, Triq Doni l-Qadima, Triq il-Mitħna, Triq Bir l-Iljun, Triq il-Patrijiet, Triq San Pawl sa quddiem il-każin tal-banda l’Isle Adam. Xħin il-marċ jasal fi Triq Indri Borg jiġi inawgurat l-ark li jintrama f ’dik it-triq, li għadu kemm ġie restawrat. Fi tmiem taċ-ċelebrazzjoni fil-knisja isir ħruq ta’ murtali, kaxxa u murtaletti. Il-Ġimgħa 15 ta’ April: L-Aħħar Jum tat-Tridu Fit-8am u fl-12.00pm isir ħruq ta’ murtali u murtaletti. Fil-5.30pm jibda l-Għasar kantat. Fis-6pm tibda quddiesa konċelebrata. Prietka tat-tridu u wara kurunella ta’ San Ġużepp, kanta tal-innu, antifona u ċelebrazzjoni ewkaristika. Fit-8.30pm il-Banda Dekana u Ċittadina l’Isle Adam tibda marċ brijuż li se jibda minn taħt l-ark fi Triq San Pawl u se jgħaddi minn dawn it-toroq: Bir l-Iljun, Doni, il-Qadima, Flats, Doni, San Bartilmew, Żondadari, Santu Wistin, Pjazza l’Isle Adam, San Ġużepp u San Pawl fejn jintemm quddiem il-każin. Fl-istess ħin isir logħob tan-nar minn fuq il-bejt tal-istess każin. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni fil-knisja jsir ħruq ta’ murtali, kaxxa u murtaletti. Fid-9.15pm isir ħruq ta’ murtali, murtaletti, blalen, murtali tal-kulur u kaxxa
tal-kulur. Is-Sibt 16 ta’ April: Lejlet is-Solennità ta’ San Ġużepp Fis-7.30am tibda quddiesa konċelebrata bil-kant tat-Te Deum u se jmexxi Monsinjur Isqof Silvestru C. Magro OFM Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi il-Libja. Ħruq ta’ kaxxa, murtali u murtaletti. Fl-11.45am issa ħruq ta’ murtali u murtaletti. Fil-5pm tibda quddiesa bl-omelija. Fis-6.00pm. Translazzjoni tar-relikwija ta’ San Ġużepp mis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat għall-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù bis-sehem tal-Patrijiet Franġiskani u il-Fratelli tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp. Wara Għasar solenni, immexxij mill-W.R. Provinċjal Patri Richard S. Grech OFM, Ministru Provinċjali. Wara ċelebrazzjoni ewkaristika mmexxija minn Monsinjur Isqof Silvestru C. Magro. Waqt it-Translazzjoni jsir ħruq ta’ Salut, kaxxa infernali, murtali u murtaletti. Fit-7.45pm quddiesa bl-omelija. Fit-8.15pm isir marċ mill-Banda Dekana u Ċittadina l’Isle Adam li se jibda minn quddiem il-każin tal-istess Għaqda Mużikali fi Triq San Pawl, Pjazza l’Isle Adam, Santu Wistin, Repubblika, il-Kbira u San Pawl. Fit-8.45pm il-Banda tal-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun se tesegwixxi programm mużikali fuq il-planċier quddiem il-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù u wara tagħmel marċ minn quddiem l-istess planċier tul Triq San Pawl sa tarf Triq il-Kbira fejn terġa’ tinżel tul it-Triq tal-Knisja quddiem il-Banda l’Isle Adam fejn ittemm il-marċ tagħha fil-11.30pm fil-wesgħa tal-Mużew quddiem il-Monument ta’ San Ġużepp. Fid-9.15pm isir ħruq tan-nar tal-ajru, fejn isir ħruq ta’ sfejjer, blalen, beraq pront, murtali u murtaletti tal-kulur u kaxxa infernali tal-kulur. Fil-11.30pm isir logħob tan-nar talart fil-wesgħa tal-Mużew, ħdejn id-Domus Rumana. Il-Ħadd 17 ta’ April: Jum is-Solennità ta’ San Ġużepp Fis-6.00am issir quddiesa bl-omelija. Fis-7.00am issir quddiesa konċel-
ebrata mmexxija minn Monsinjur Isqof Silvestru C. Magro OFM, bilkant tat-tifħir ta’ sbieħ il-jum. Fit-8.00am issir quddiesa bl-omelija fis-santwarju nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat mill-Provinċjal Patri Richard S. Grech OFM, Ministru Provinċjali. Fid-9.00am jasal proċessjonalment il-korteo professjonali mill-W.R. Kapitlu Metropolitan mill-Katidral għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fejn jingħata merħba ħdejn il-knisja b’daqq ta’ marċi mill-Banda Dekana u Ċittadina l’Isle Adam tar-Rabat. Isir ħruq ta’ murtali u murtaletti matul il-korteo proċessjonali. Fid-9.15am issir quddiesa pontifikali solenni bil-paneġierku mmexxija minn Monsinjur Charles J. Scicluna, Amminstratur Appostoliku, flimkien mal-Kapitlu Metropolitan. Issir ukoll il-preżentazzjoni tax-xemgħa simbolika lil San Ġużepp mis-Sindki tar-Rabat, tal-Imdina kif ukoll tal-Imtarfa. Wara li tintemm il-quddiesa solenni tal-festa, f ’Palazzo Xara jsir ir-riċeviment għal persuni distinti u benefatturi tal-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp u tal-Għaqda Mużikali l’Isle Adam fis-swali tal-każin tal-istess Għaqda Mużikali. Fid-9.00am u fl-10.00am issir quddies letta fis-santwarju nazzjoanli ta’ San Ġużepp. Waqt is-sanctus tal-quddiesa u f ’nofsinhar isir ħruq ta’ murtali u murtaletti. Fis-1.00pm isir marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda Dekana u Ċittadina l’Isle Adam tar-Rabat li se jibda minn taħt l-ark trijonfali fi Triq San Pawl u se jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Patrijiet, Bir il-Ljun, San Martin, Indri Borg, San Pawl, Wesgħa tal-Mużew, Doni, San Bartilmew, Żondadari, Santu Wistin, Pjazza l’Isle Adam u San Ġużepp, fejn ilmarċ jiġi fi tmiemu quddiem il-każin tal-Għaqda Mużikali l’Isle Adam fost il-ferħ u l-kant tal-innijiet Ġużeppini. Fil-5.15pm tibda quddiesa bl-omelija mill-Provinċjal Patri Frans Micallef OP u fis-6.00pm Għasar solenni mmexxi minn Monsinjur Isqof Silvestru C. Magro OFM. Fis-7.00pm issir purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp, immexxija minn Monsinjur Silvestru C. Magro OFM, bis-sehem tal-patrijiet minuri u l-Fratelli tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp. Jieħdu sehem il-Banda King’s Own tal-Belt u l-Banda De Rohan tal-Każin San Ġużepp ta’ Ħaż-Żebbuġ. Waqt il-purċissjoni jsir ħruq ta’ salut u kaxxa infernali. Filwaqt li matul il-purċissjoni jsir ħruq ta’ diversi murtali bil-logħob, murtaletti u murtali tal-kulur. Xħin l-istatwa tasal taħt l-ark trijonfali tiġi maħruqa kaxxa infernali tal-kulur. Fl-10.00pm isir id-dħul tal-istatwa ta’ San Ġużepp fil-knisja, fejn isir ilkant tal-innu popolari, antifona u ssir ċelebrazzjoni ewkaristika.
26 10|04|2016
kullhadd.com
PERSONALITÀ
KIEN MISTĦI, IŻDA BIL-PALK MA BAQAX RAMONA
PORTELLI TINTERVISTA LIL
JOE
BORG
Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com
Minbarra attur veteran, Joe Borg, il-personalità li intervistajt illum, inzerta wkoll li huwa ġar tiegħi; fil-fatt, jafni tifla ċkejkna. Illum għandu sebgħa u sittin sena, miżżewweġ u għandu żewġt itfal bniet. Minn dejjem għex il-Mosta u dejjem fl-istess triq. Sinonimu ħafna ma’ drammi tad-daħk bħal Qedgħin Sew, F’Baħar Wieħed u Ingropp-Pi, kif ukoll Wenzu u Rożi 1,2 u 3, Ġaħan u l-Ħbieb. Biss dejjem kellu preferenza lejn id-drammi jew aħjar lejn is-serje. “Il-Mosta huwa pajjiż mimli talenti, u kien fil-Mosta fejn komplejt inkabbar it-talenti tiegħi. Minbarra l-palk, jien inħobb ħafna l-logħba talfutbol u kien il-passatemp prinċipali tiegħi. Dilettant ħafna tal-jigsaw puzzles, u passatemp kbir ieħor huwa l-kitba. Illum jiena penzjonant,” beda jgħidli dwaru. Isostni li għandu karattru ferrieħi ħafna u ċajtier, imma, aktar milli huwa ferrieħi, iħobb iferraħ lil ħaddieħor. Jiffastidja ruħu malajr (touchy) u għad-drittijiet tiegħu jitqabad sal-aħħar. Japprezza ħafna b’mod speċjali s-sapport kbir ta’ martu u ta’ wliedu biex jirnexxilu jipprattika d-drama. Mistoqsi kif beda jinteressa ruħu fid-drama, Joe weġibni: “Id-drama bdejtha mill-iskola primarja, jiġifieri ’l fuq minn 50 sena ilu. Billi l-għalliem ta’ Standard 3 tiegħi kien isSur Vanni Riolo, kont ġejt magħżul minnu biex intellgħu drammi fil-programm tattfal fuq ir-Rediffusion. (Cable Radio). Ngħid is-sew, ġieli qlajt xi għajta mingħandu għax ma kontx nistudja xi skript. Bilfors, għax jien kont miġnun fuq il-futbol. Għal xi żmien kont nilgħab mal-Floriana, però, aktar ’il quddiem, weġġajt saqajja sewwa u, sfortunatament, ma stajtx inkompli nipprattika l-futbol. Għalhekk ħriġt b’ruħi u ġismi għad-delizzju teatrali. Il-palk dejjem ħadtu b’serjetà kbira, u tant tkaxkart mid-delizzju li lit-tfal tiegħi, għalkemm kemm-il darba ħadthom miegħi, qatt ma ħajjarthom biex jimxu fuq il-passi tiegħi, b’mod speċjali meta kienu għadhom l-iskola. Il-palk, ta’ min jinnota, jirrikjedi ħafna ħin u sagrifiċċju,” spjegali Joe. Bħala attur, stqarr miegħi li jippreferi li jieħu sehem aktar fuq il-palk milli fuq itteleviżjoni. “Ir-raġuni hija li meta jkun fuq il-palk l-attur iħoss l-emozzjonijiet taludjenza – meta tidħak, jidħku, u meta tibki, tisma’ anke l-ilfiq ta’ dawk preżenti. Dawn
ir-reazzjonijiet tal-udjenza jġiegħlu lill-attur jidħol aktar fil-parti li jkun qed jinterpreta. Fit-televiżjoni għandek sigħat twal ta’ ġbid tal-istess xeni u aktar ħin ta’ editjar biex tintgħażel l-aħjar xena fost dawk il-ħafna miġbuda. Itteleviżjoni ma jagħtik l-ebda emozzjoni, biss l-espożizzjoni kbira li jieħu attur meta jidher fuq it-televiżjoni hija enormi. U hawn jidħol is-sodisfazzjon tal-attur. X’ferħ inħoss meta jwaqqfuni nies mill-udjenza, telespettaturi u jgħiduli kemm daħku jew kemm bkew biddrammi jew kummiedji li nkun involut fihom. U xi ngħid meta jwaqqafni xi ħadd bi bżonnijiet speċjali u jgħidli kemm feraħ u ħa gost jarani. Anke Maltin emigranti fl-Awstralja u pajjiżi oħra kemm-il darba jwaqqfuni u jgħiduli li jixtru d-DVDs taxxogħol tagħna. Is-sodisfazzjon kbir tal-attur jiġi billi juża t-talenti tiegħu biex iferraħ lil ħaddieħor.” Is-suġġeritur jeżisti
m’għadux
Iddiskutejt miegħu wkoll dwar jaħsibx jekk id-drama lokali hux tħabbatha ma’ ta’ barra, fir-rigward ta’ professjonalità. “Għalkemm id-drama f ’Malta ħadet qabża kbira ’l fuq, biss xorta waħda nara li għad hawn ħafna x’nitgħallmu u xi jsir. Minn nofs il-palk, twarrbet is-suġġiera. Illum, issuġġeritur m’għadux jeżisti, imma postu ħadu l-book, dak li jekk aċċidentalment l-attur jeħel, jagħtih dik il-kelma biex iqabbdu l-iskript millġdid. Skejjel tad-drama hawn kemm trid, biss mhux kull min imur il-kors isir attur. Ċertu proprjetajiet ikunu diġà flattur, bħall-preżenza tal-palk, kliem ċar, trasformazzjoni tal-karattru, eċċ. Rigward ilprofessjonalità, il-palk kellu jitlef ċertu atturi li ma kellhomx livell għoli ta’ edukazzjoni, għalhekk dawn l-atturi kellhom iwarrbu baxx baxx mix-xena teatrali. Jien inħoss li, biex
l-attur javvanza aktar, irid jingħata aktar stima ta’ xogħlu. L-aktar fit-televiżjoni, għad hawn min iħares lejn l-attur bħala l-aħħar wieħed fl-iskala teatrali. Kultant ma jintużax ċertu apparat apposta biex issigħat twal ta’ ħin għall-iffilmjar jigu mnaqqsa. Ġieli l-iffilmjar, barra li jieħu fit-tul, isir billejl u xi ħadd bħali li ma jsuqx ikollu jħabbel rasu kif se jmur lura d-dar. Biex xi darba nkunu bħal ta’ barra, irridu naraw kif jaħdmu ta’ barra biex l-attur ikollu inqas tbatija bla bżonn. Ħaġa oħra li nixtieq li titranġa hija dik finanzjarja. Id-drama, li hija tema kulturali, għandha tiġi inkoraġġità. Matul din l-intervista, niskopri kemm attur bħal Joe ma jistax jgħix minn fuq id-drama biss. Ħallejt f ’idejh sabiex jispjegali attur bħalu minn xiex ikollu jgħaddi qabel ma aħna noqogħdu komdi d-dar nsegwu xi dramm paxxuti fuq issufan. “Kieku xi ħadd jaħdem kemm jingħata kumpens attur ta’ parti f ’serje televiżiva u s-sigħat li jagħmel quddiem dik l-imbierka kamera, jgħid kemm hu miġnun. Imma d-delizzju jkaxkrek. Nixtieq li xi darba d-drama tiġi eżentata minn piżijiet bla bżonn. Huwa impossibli li attur jaqla’ l-għajxien tiegħu bid-drama. Kultant tkun qed tara serje u tibda tgerger għax isiru ħafna reklami. Veru kultant idejquk, imma dawk ir-reklami huma l-uniku sors ta’ dħul biex l-attur jingħata l-kumpens. U xi ngħidu meta attur jibqa’ b’xiber imnieħer? Wara xhur ta’ ffilmjar trid toqgħod tiġri biex tingħata xi ħaġa li ftiehmu li se jagħtuk, u tispiċċa xi minn daqqiet biex taqta’ qalbek u tieqaf hekk, bla kumpens. Aħseb u ara kemm attur jista’ jgħix mid-drama biss,” sostna b’dispjaċir Joe. B’kurzità xtaqt inkun naf kif
attur bħalu jirnexxilu jitgħallem dawk il-linji ta’ sentenzi kollha bl-amment. Dlonk spjegali t-tattika li jħobb juża. “Jien, ngħid il-verità, l-ewwel ħaġa li nagħmel hija li nistudja l-karattru. Attur ma jistax jibda jistudja l-linji qabel ma jkun jaf kif irid jinterpretahom. Meta nibda nistudja l-linji, f ’moħħi jkolli dejjem il-karattru li qed jgħid dawk il-kliem. It-ton kif irid jgħidhom u anke l-għaġla li jrid juża fit-ton. Ma jistax attur li qed jinterpreta karattru anzjan jew midrub jitkellem b’ċerta għaġla,” spjegali Joe. Fil-fatt, sostna miegħi li għal attur huwa aktar diffiċli biex idaħħak milli biex ibikki. “Ngħid għalija, jien qatt ma sibtha diffiċli biex nagħmel parti jew komika jew serja; l-importanti huwa li tinbidel filkarattru li tkun trid tinterpreta. Aktar partijiet li għamilt kienu f ’Riħ Isfel ta’ Pierre Meilaq, Villa Sunset, Déjà Vu, u dan l-aħħar Becky, u partijiet sekondarji ta’ episodju wieħed jew tnejn f ’bosta teleserje oħra lanqas biss niftakarhom kollha. Ma Bronk Productions dejjem kont involut f ’xi xena fil-films li ħarġu għaċ-ċinema li huma Qerq, Xrar, u Phobia. Ta’ min jgħid li, minbarra li Joe Borg huwa attur, ilu għal żmien jikteb ukoll id-drammi. “Sibt il-kitba bħala mezz ta’ terapija. Ktibt b’kollox 71 biċċa xogħol, fosthom 13-il prietka tal-Milied, u xi 50 pageant talMilied u tal-Għid, l-aktar għallknisja parrokjali tal-Gżira. Dan l-aħħar ukoll temmejt l-awtobijografija tiegħi u forsi xi darba nippubblikaha. Filpreżent qed inpaspar teleserje komika, waqt li qed nistudja l-linji ta’ Tereża.
stqarr miegħi li jdejquh ħafna l-ipokresija, l-għira u l-malafama. “Kemm hu sabiħ li bniedem ikun sinċier, onest u jgħin fis-soċjetà. Affarijiet li nibża’ minnhom huma l-għoli, il-ġrieden u s-sewqan.” Miegħi stqarr ukoll li kulħadd jiskanta bih għax jinvolvi ruħu daqshekk fil-palk u dejjem jivvjaġġa b’tal-linja. “Darba ppruvajt insuq u twerwirt għax bdejt nara kollox ġej fuqi. Fatt komiku kien meta Lino Farrugia, id-direttur ta’ Villa Sunset riedni nsuq. Twerwirt. Żgurani li kien se jagħmilhieli faċli, imma basta nidher qed insuq. Mela, startjaw il-karozza, Charles Arrigo (R.I.P.) imwerwer aktar minni b’idejh fuq ilhand break, imbuttawni minn wara biex il-karozza tgħaddi minn quddiem il-kamera, u jien b’idejja fuq l-isteering, u għamilnieha, imma jien xorta dħalt ġol-qsari u għamilt ħerba sakemm Charles Arrigo ġibed il-hand break,” qalli bid-daħka Joe. Bħala messaġġ għallqarrejja, Joe xtaq jara aktar persuni jieħdu gost jaraw u japprezzaw ix-xogħol sabiħ li qed jippreżentaw fuq itteleviżjoni lokali. “Wara kull teleserje hemm sigħat twal ta’ sagrifiċċju minn kull attur/attriċi, diretturi camera person, sound man u dawk kollha involuti. Huwa l-apprezzament tattelespettaturi – tagħkom – li jkompli jagħti kuraġġ kbir lilna l-atturi biex inkomplu nieħdu sehem u nferrħu linnies. Żommu dik it-tbissima fuq wiċċkom. Barra minn hekk, id-drama tgħin lil min huwa interessat biex joħroġ Ma jsuqx u dejjem jivvjaġġa minn qoxortu. Jien veru bit-trasport pubbliku kont bniedem nistħi ħafna, u l-palk għenni biex negħleb Fuq nota personali, Joe dik il-fobja,” temm jgħid Joe.
SKEDA
kullhadd.com
103 06.50 Flimkien ma’ Nancy (R) 07.45 Sejjaħtli Helpline (R) 08.30 Paperscan 11.00 Għeluq tal-Konferenza Ġenerali PL 12.30 Aħbarijiet 12.40 Kyrios 12.50 Telebejgh 13.05 In d House (R) 14.10 Arani Issa (R) 17.00 Konferenza Ġenerali – Programm Speċjali 19.30 Aħbarijiet 20.10 Ieqaf 20 Minuta 20.35 Andrew & Sue 21.35 On d Road 22.15 Diskors tal-Għeluq tal-Konferen- za Ġenerali minn Dr Joseph Muscat 23.30 Aħbarijiet
151 06.00 Lena 06.30 Cultura Memex 06.30 Memex 07.00 Heartland 08.20 Viaggi da Record 08.45 Il Nostro Amico Charly 09.30 I Nostri Amici Animali 10.15 Cronache Animali 11.00 Mezzogiorno in Famiglia 13.00 TG2 Giorno 13.30 TG 2 Motori 13.45 Quelli Che aspettano 15.30 Quelli Che il Calcio 17.05 TG2 L.I.S. 17.08 Meteo 2 17.10 90° Minuto 19.35 Squadra Speciale Cobra 11 20.30 TG2 20.30 21.00 N.C.I.S. 22.40 La Domenica Sportiva
162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.00 Find My Family Australia 07.45 Media Shopping 08.00 Extreme Makeover Home Edition 09.50 X-Style ’16 10.30 Ho Sposato Un Gigante 11.10 Il Boss Dei Pre18esimi 12.05 Dr. House Medical Division 13.50 La Sposa Fantasma 15.40 Extreme Makeover Home Edition 17.30 Inga Lindstrom 19.20 Dr House – Medical Division 21.10 Call The Midwife 23.35 Casa Siffredi XXX
372 06.00 Diners Drive-Ins and Dives 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Siba’s Table 11.00 Barefoot Contessa 12.00 Chopped 13.00 Diners Drive-Ins and Dives 16.00 Chopped 17.00 Siba’s Table 18.00 Tia Mowry at Home 19.00 Chopped 20.00 Cutthroat Kitchen 21.00 Man v Food 22.00 Chopped 23.00 Cutthroat Kitchen
412 09.00 Pawn Stars 17.00 Storage Wars 18.00 Pawn Stars 19.00 Ax Men 20.00 American Restoration 21.00 Ancient Aliens 22.00 Billion Dollar Wreck 23.00 Black Sails
10|04|2016 27
101 06.00 News Loop 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta u lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb u Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 L-Ordni 19.15 Il-Vjaġġatur 20.00 Aħbarijiet 20.50 Film: In Too Deep 22.30 ZOS-Zone of Separation 23.30 Aħbarijiet 23.50 Smack Down WWE
152 07.10 Zorro 07.15 L’Aquila Abbandona il Nido 07.35 L’Aquila Colpisce Ancora 08.00 Film: Il Maestro di Violino 09.30 Esibizione Canora 09.35 Attenti a Quei Due – L’Aquilla di Bronzo 10.30 Speciale Community – Le Storie 11.10 TGR 12.55 Noi Siamo l’Italia 13.10 Io & George 14.00 TG Regione 14.30 In 1/2 ora 15.00 TG3 LIS 15.05 Le Classiche del Nord 2016 17.05 Noi Siamo l’Italia 17.15 Film: La Famiglia Omicidi 19.00 TG3 20.00 Blob 20.10 Che Tempo Che Fa 21.45 Report 23.30 TG3
300 06.00 Show Me Show Me 06.20 Mr Bloom’s Nursery 06.40 Woolly & Tig 06.45 Nina and the Neurons. In the Lab 07.00 Show Me Show Me 07.20 Woolly & Tig 07.25 Doctors 09.25 EastEnders 11.25 Dad’s Army 13.00 Breaking Pointe 15.00 Atlantis 16.30 The Paradise 20.10 Father Brown 21.00 DCI Banks 21.45 Whitechapel 23.20 Silent Witness
400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Fat N’ Furious 07.15 Fast N’ Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Cuban Chrome 09.55 Dynamo: Magician Impossible 10.50 Troy 11.40 Storage Hunters UK 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Classic Car Rescue 16.15 Extreme Car Hoarders 17.10 What on Earth? 18.05 Ed Stafford 19.00 Alaskan Bush People 20.00 Running Wild With Bear Grylls 21.00 Kings Of The Wild 22.00 Last Frontiersmen
452 06.00 Dora the Explorer 06.20 Team Umizoomi 06.45 Tickety Toc 06.55 Olive the Ostrich 07.15 Dora the Explorer 07.45 Ben & Holly’s Little Kingdom 08.10 Blaze and the Monster Machines 08.35 PAW Patrol 09.00 Winx Club 09.55 The Fairly OddParents 10.30 Sanjay and Craig 11.00 Alvin and the Chipmunks 11.25 Kung Fu Panda 12.20 The Fairly OddParents 18.40 SpongeBob SquarePants 19.10 Teenage Mutant Ninja Turtles 19.35 The Penguins of Madagascar 19.50 Henry Danger 20.15 The Thundermans 20.45 Bella and the Bulldogs 21.10 Sam & Cat 21.40 SpongeBob SquarePants
104 07.00 Aħbarijiet 08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma għall-Ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-Nies 10.45 Dot EU 11.00 MEA 11.30 Awtokura 12.00 New Rooms 12.30 Il-Vjaġġatur 13.00 Paq Paq Lifestyles 13.30 Gadgets 14.00 Madwarna 14.30 Malta u lil Hinn Minnha 16.00 BOV Premier St Andrews vs B’Kara 18.00 Animal Diaries 19.00 Għawdex Illum 19.30 Dwarna 20.30 Aħbarijiet għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ
153 06.55 TG4 Night News 07.15 Media Shopping 07.45 Super Partes 08.15 Terra! 09.20 I Grandi Della Fede 10.00 Santa Messa 10.50 I Grandi Della Fede 11.30 TG4 Telegiornale 12.02 Perry Mason – Partitura Mortale 14.00 Donnavventura 14.50 Ieri E Oggi in TV 15.02 Karol, un Papa Rimasto Uomo 18.51 Anteprima TG4 18.55 TG4 19.35 Dentro la Notizia 19.55 Tempesta d’Amore 21.15 I Mercenari 2 23.41 I Bellissimi di R4 23.43 Il Quarto Angelo
306 06.00 Nick Cannon’s Big Surprise 07.00 Rich Kids of Beverly Hills 09.00 Just Jillian 11.00 Keeping Up With the Kardashians 15.00 Botched 16.00 L.A. Clippers Dance Squad 18.00 I Am Cait 21.00 L.A. Clippers Dance Squad 22.00 Hollywood Medium With Tyler Henry
403 07.40 Cake Boss 09.30 Little People Big World 11.20 Ugly House to Lovely House 12.15 Kate Plus 8 13.10 Little People Big World 14.05 Cake Boss 15.00 Brides of Beverly Hills 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress: Bridesmaids 16.25 Happily Ever Laughter 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed Something New 17.50 Bride by Design 18.15 Say Yes to the Dress 18.45 Say Yes to the Dress.: Randy Knows Best 19.10 Randy’s Wedding Rescue 20.05 90 Days to Wed 21.00 Say Yes to the Dress. Randy Knows Best 21.55 Katie Hopkins
102 07.00 Aħbarijiet 08.45 Telebejgħ 10.15 Għalkulħadd 11.15 Quddiesa mis-Santwarju Ta’ Pinu 12.00 Road Trip (R) 12.45 Telebejgħ 13.00 Intriċċi (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed fuq l-Abjad (R) 16.25 Mill-Familja Rjali 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Newsfeed 19.30 Aħbarijiet 19.50 Newsfeed 20.30 Becky 21.30 Aħbarijiet 21.35 Replay 23.15 Aħbarijiet
154 06.00 Prima Pagina TG5 07.55 Traffico 08.00 TG5 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Life 11.00 Le Storie Di Melaverde 12.00 Melaverde 13.00 TG5 13.40 L’Arca Di Noè 14.00 Domenica Live 18.45 Caduta Libera 20.00 TG5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Riassunto 21.13 Non è Stato Mio Figlio 23.20 L’Isola Dei Famosi
307 06.50 Restoration SOS Virginia 07.15 Hawaii Life 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Cousins on Call 13.15 Killer Kitchen Makeover 13.45 Giada’s Weekend Getaways 14.35 Tiny House Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Rehab Addict 17.05 Secret Spaces 18.00 Million Dollar Contractor 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Restoration SOS Virginia 20.35 Rehab Addict 21.00 Rachel Hunter’s Tour of Beauty
405 06.25 From Wags to Riches 07.15 Gator Boys 08.10 Rugged Justice 09.05 Ten Deadliest Snakes with Nigel Marven 10.00 DogTV 10.55 In Search of the Giant Anaconda 11.50 Hunt for the Russian Tiger 12.45 Wildest Indochina 13.40 Bahama Blue 14.35 Wild Iberia 15.30 Return of the Great White Serial Killer 16.25 Biggest & Baddest 17.20 Gator Boys 18.15 Rugged Justice 19.10 Ten Deadliest Snakes with Nigel Marven 20.05 Australia Doesn’t Just Want to Kill You 21.00 Gator Boys 21.55 In Search of the Giant Anaconda
150 06.00 Parlamento Punto Europa 06.30 Unomattina in Famiglia 10.00 Easy Driver 10.30 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Regina 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde 13.30 Telegiornale 14.00 L’Arena 16.35 Domenica In 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Affari Tuoi 21.30 Come Fai Sbagli Capitolo Sette 23.32 TG1 60 Secondi 23.35 Speciale TG1
155 07.00 Super Partes 07.35 Titti E Silvestro 07.45 I Flinstones 08.40 Lupin 3Rd-Fuga Da Alcatraz 10.35 Pensieri Spericolati 12.25 Studio Aperto 13.00 L’Isola Dei Famosi 13.20 Sport Mediaset XXL 14.00 The Last Song 16.05 Nata Per Vincere 18.05 Mike & Molly 18.30 Studio Aperto 19.00 L’Isola Dei Famosi 19.16 Mr. Deeds 21.15 Le Iene Show 23.35 Emigratis
312 07.55 Hercules 09.35 The Man in the Iron Mask 11.45 Big Screen 12.00 Les Miserables 14.10 Geronimo. An American Legend 16.05 Mirrormask 17.45 Seven Years in Tibet 20.00 Wreckers 21.25 Fear the Walking Dead
410 06.00 House Hunters International 08.05 Salvage Dawgs 09.00 The Vanilla Ice Project 10.00 Baggage Battles 11.00 Shed & Buried 12.00 Building Alaska 13.00 Man Caves 14.00 Lake Life 15.00 The Bronson Pinchot Project 16.00 Salvage Dawgs 17.00 Building Alaska 18.00 House Hunters International 19.00 Expedition Unknown 20.00 Mysteries at the Museum 21.00 Mysteries at the Castle 22.00 Building Alaska 23.00 Man Caves
600 06.30 Basque Tour Cycling 08.00 FIA European Championship Rally 08.30 BNP Paribas Katowice Open Tennis 10.15 Live. Paris-Roubaix Cycling 17.00 European Championship Weightlifting 19.40 Eurosport2 News 19.45 BNP Paribas Katowice Open Tennis 20.45 FEI Global Champions Tour Equestrian 22.00 Live. Major League Soccer 23.55 Eurosport2 News
ANDREW & SUE Illum fit-8.35pm fuq ONE L-Ispettur tfaċċa għal għarrieda fid-dar ta’ Sue. Manwel imbeżża’ li dan se jsibu hemm u għalhekk jistaħba f ’kamra oħra. Tereża tkompli tissuspetta ħażin. Sadanittant, l-Ispettur jaqbad jitkellem mat-tfal ta’ Sue biex jipprova jikseb aktar informazzjoni dwar il-qtil ta’ Paul. Iżda kelma żejda twassal lill-Ispettur biex jirrealizza li Manwel qiegħed fid-dar ta’ Sue…
28 10|04|2016
kullhadd.com MIĊ-
ĊINEMA
RAPPORT TA’
ĊINEMA
CARMEL BONNICI
MY BIG FAT GREEK WEDDING 2
L-ISTESS FORMULA
ŻWIEĠ IEĦOR KAOTIKU U MHUX MISTENNI Atturi Ewlenin, Nia Vardalos, John Corbett, Lainie Kazan, Michael Constantine, Gia Carides, Andrea Martin, Louis Mandylor Direttur: Kirk Jones Distributur: Universal Maħruġ minn KRS Releasing B’sorpriza kbira, My Big Fat Greek Wedding tal-2003 verament kien jixraqlu t-titlu ta’ sleeper superhit. Din ilproduzzjoni modesta, kontra kull stennija, wara bidu kwiet, baqgħet tielgħa ’l fuq fil-lista Amerikana tal-aktar films li daħħlu flus f ’dik is-sena partikolari u spiċċat bħala l-aktar kummiedja romantika li għamlet profitt fl-istorja taċ-ċinema – iżjed minn $245 miljun fl-Istati Uniti u l-Kanada biss. Kellhom jgħaddu13-il sena qabel inħadem is-sequel minħabba li l-protagonista, Nia Vardalos, li kitbet dan ixxogħol u anke rebħet Oscar għall-aqwa kitba, kif ukoll kienet il-moħħ warajh, kellha ħafna diffikultajiet biex hi stess issir omm. Fl-aħħar, hi u żewġha, Ian Gomez, adottaw tifla ta’ tliet snin.
Ħin: 89 min. Ċert. PG
Wara 13-il sena miż-żwieġ tagħha ma’ Ian (Corbett), li mhux tar-razza Griega, Toula (Vardalos) u żewġha qed jiddedikaw ħafna ħin għal binthom adoloxxenti, Paris (Elena Kampouris). Però, terremot jew skandlu dalwaqt jheżżeż lill-ġenituri Griegi tagħha, Maria u Gus Portokalos (Kazan u Constantine) u lillqraba u ħbieb kollha tagħhom. Gus kien mar l-Amerika wara l-maħbuba tiegħu Maria u baqgħu jgħixu flimkien mingħajr qatt ma żżewġu. Issa, hu jrid li din iċ-ċerimonja ssir, inkella jitlaqha. Ilpreparazzjonijiet għal żwieġ ieħor spettakolari, li se jaħli l-enerġija kollha ta’ Toula, Ian u ta’ dawk ta’ ġewwa, jinsabu fi stat avvanzat. My Big Fat Greek Wedding 2 hu film romantiku ieħor, b’xi sekwenzi farseski, forsi mhux
daqshekki solidu daqs dak ta’ qabel, u żgur nieqes missorpriza inizjali. Gus hawn jerġa’ jkompli jiftaħar bilkultura avvanzati tal-Griegi
THE OTHER SIDE OF THE DOOR
tal-qedem u bil-provi (?) li hu dixxendenti ta’ Alexander the Great. Naħseb li dan ix-xogħol se jolqot ħafna aktar lis-sess femminil! EŻOTIKU
FILM TAL-BIŻA’ F’AMBJENT DIFFERENTI Atturi Ewlenin, Sarah Wayne Callies, Jeremy Sisto, Sofia Rosinsky, Suchitra Pillai Direttur: Johannes Roberts Ħin: 96 min. Distributur: 20th Century Fox Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 15 Id-direttur u kittieb Johannes Roberts isostni li l-konfini bejn il-ħajjin u l-mejtin minn dejjem affaxxinawh. The Other Side Of The Door hu film talbiża’ u t-twerwir ambjentat flIndja; post eżotiku ta’ ħafna twemminijiet u kulturi strambi. Biex alloka dan ix-xogħol għall-Indja, beda jfittex dwar il-folklor ta’ dan issottokontinent kif ukoll sar jaf b’affarijiet eċċentriċi li wkoll sabu posthom fil-film. Marie (Callies) u Michael Harwood (Sisto) kellhom ħajja tassew komda sakemm diżgrazzja qatlitilhom lil binhom Oliver, li għereq meta l-karozza tagħhom baqgħet niezla fl-ilma. Sitt snin wara, issa f ’Mumbai fl-Indja,
hi, imdejqa għall-aħħar għadha tħossha mnikkta sewwa u ħatja ta’ dan. Mingħand is-seftura tagħha, Piki (Pillai) issir taf b’tempju iżolat fejn il-mejtin jistgħu jerġgħu jikkuntattjaw lill-ħajjin, għal darba biss, għall-aħħar tislima. Is-seftura Indjana twissiha severament biex meta tisma’ leħen it-tifel fuq in-naħa l-oħra tal-bieb tat-tempju qatt m’għandha tiftħu, akkost ta’ kollox. L-eċitament jagħmel biha, ma tobdix l-ordni u b’hekk se ġġib biża’, orrur u mwiet fuq l-għeżież tagħha. The Other Side Of The Door, għalkemm ma joffri xejn oriġinali minn xogħlijiet oħra tal-ġeneru tiegħu, joħloq
interess fl-ambjent li fih isseħħ l-istorja, b’xi ritwali mistiċi Indjani li jagħmlu sens fi produzzjoni ta’ din il-kwalità.
Bħas-soltu, dellijiet ta’ malajr u figuri oskuri jidhru resqin minn taħt il-għajn, xi ħsejjes kbar, kif ukoll xi qatgħa nobis.
ĊINEMA
kullhadd.com
10|04|2016 29
HAIL, CAESAR!
OMAĠĠ
L-AĦWA COEN JINVADU HOLLYWOOD B’MOD FARSESK
ma jogħġbu, jisħet is-siegħa Atturi Ewlenin: Josh Brolin, George Clooney, Alden li se jkollu jitwikka b’Hobie Ehrenreich, Ralph Fiennes, Scarlet Johansson, Tilda Doyle (Ehrenreich), cowboy Swinton, Channing Tatum, Jonah Hill stilla li ma jafx jirreċta f ’film drammatiku; jinnegozja ma’ Diretturi: Joel Coen; Ethan Coen Ħin: 106 min. żewġ reporters nisa, aħwa Distributur: Universal impikati; Thora u Thessaly Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 12A Thacker (Swinton f ’parti doppja) li jqasqsu u jiktbu Il-prolifiċi aħwa Joel u Ethan seqer kulma jiġri fit-territorju dwar l-atturi (Hedda Hopper, Coen, erba’ darbiet rebbieħa tiegħu. forsi?); filwaqt li se jħabbat tal-Oscar, insibuhom f ’vena Sa minn filgħoldu kmieni wiċċu mal-għajbien ta’ Baird umoristika, minn wara hu jsalva attriċi prinċipjanta Whitlock (Clooney), li qed l-kwinti ta’ Hollywood fil- sbejħa milli tkun arrestata jaħdem il-parti ta’ ċenturjun bidu tas-snin ħamsin. Il-mira mill-pulizija fuq indiċenza fil-kruċifissjoni ta’ Kristu. tagħhom huwa l-istudio ta’ morali. Dan hu biss il-bidu, Waqt giri minn emerġenza Capitol Pictures fejn Eddie għax fuq medda ta’ 27 siegħa għal oħra, irid isib maħbub Mannix (Brolin), il-kap se jkollu jħabbat wiċċu mad- għal DeeAnna Moran eżekuttiv u l-faktotum assolut direttur Laurence Laurentz (Johansson), attriċi li tibbrilla jissorvelja, b’għajnejn ta’ (Fiennes), bisbetiku li xejn f ’films spettakolari (eku ta’
Esther Williams?) u li tinsab f ’tabxa personali, kif ukoll irid jifhem l-aġir suspettuż ta’ Burt Gurney (Tatum), kantant u żeffien. Il-ħtif ta’ Whitlock hu l-akbar ksur ir-ras għalih, billi l-grupp li ħatfuh, The Future, talbu s-somma konsiderevoli ta’ $100,000 jew l-istudio jibqa’ mingħajru. L-aħwa Coen marru lura lejn il-bidu tas-snin ħamsin, żmien taddeheb, meta Hollywood kien għadu juri minn barra wiċċ glamoruż, iżda minn ġewwa l-qsim beda jagħmel tiegħu. Waqt l-andament imħarrek nassistu għal siltiet qosra, kull tant ħin, mill-produzzjonijiet
kollha, ta’ ġeneri diversi, li jkunu qed jinħadmu f ’dan l-istudio fittizju. Żmien meta l-istudios kienu jagħtu promozzjoni kbira lill-atturi taħt kuntratt magħhom u jipproteguhom minn xi skandlu. L-isem tal-film jirreferi għallaktar xogħol ambizzjuż u ta’ baġit kbir ta’ Capitol Pictures, Hail Caesar!, bis-sottotitolu A Tale Of The Christ l-istess frażi li dehret taħt il-kolossali, Ben-Hur (1959). B’dan ilfilm l-aħwa Coen tassew taw omaġġ lill-belt taċ-ċinema meta dan id-divertiment kien għadu sod ħafna, ftit qabel l-avvent tat-televiżjoni.
L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn it-30.03.2016 u t-03.04.2016
1. 2. 3. 4. 5.
Batman vs Superman: Dawn of Justice Zootropolis London Has Fallen Kung Fu Panda 3 The Divergent Series: Allegiant
KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA
Mistoqsija għal din il-ġimgħa:
Min jinterpreta l-karattru Baird Whitlock fil-film Hail, Caesar?
Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: G. CUTAJAR – Buġibba
30 10|04|2016
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI
PROPRJETÀ
Garaxx għall-kiri f ’Ħal Għaxaq, b’qies ta’ 14 bi 28 pied. Għandu użu għal ħafna affarijiet u fih jistgħu jsiru wkoll xi xogħlijiet. Jinsab f ’livell mat-triq u fih ukoll l-ilma. Ċempel lis-sid fuq 9993 8563. TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. SERVIZZI Ray’s Woodworks, il-Mosta. Xogħol ta’ restawr fuq għamara u nagħmlu kull għamara li tinħtieġ fiddjar bħal kċejjen u kmamar tas-sodda. Ċempel 7905 2497. Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-Qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. Email: info@ privateinvestigationmalta. com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħallMatematika, Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet talECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur
is-sit elettroniku www. tudorinstitute.com Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www.tewmi.com jew ċempel 9942 2422.
l-arloġġi tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www. e x p r e s s wa t ch r e p a i r s. c o m Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil jew irrikorru 110, Triq ilballroom jew Latin-Amerikan. Kungress Ewkaristiku, ilLezzjonijiet taż-żfin għall- Mosta. Ċempel 2141 7235. beginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) XOGĦOL TA’ Ibgħat SMS fuq 7925 3015 MANUTENZJONI jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm. Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Care and Cure Group Offerti vantaġġjużi fuq Ltd: infermiera mħarrġa, sistemi tas-satellita u fuq caring assistants, nannies, nies l-android TV boxes. Għal aktar imħarrġin biex iżommu infromazzjoni ċempel 2148 kumpanija, għajnuna fid-djar 6211. u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall- Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, kiri: wheelchairs, hoists, commodes, ramel u siment, graffiato, walking frames u hospital beds. żebgħa, xogħol fuq l-antik, Għal aktar informazzjoni xogħol fuq il-pond, madum, ċempel fuq dawn in-numri: membrane, dawl u ilma. Ċempel 2137 6946/9947 0178. fuq 7928 5444. AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Aħna nixtru kollox, bħal għamara, fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji, u kull ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 0128, 2123 7597 jew 9986 9519. Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk
Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof
membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www.wpmalta.com Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www. darrendoitall.com Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek ilproblema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin garanzija. Xogħol professjonali bl-aqwa materjal ISO Pool. Għal stima bla obbligu ċemplu 7972 9967 jew żur is-sit www. kendawaterproofing.com
ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ
9.00 san-12.30 u mill-16.00 sas-19.00. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361. MUSIC LINK Issibilna kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tar-ram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba tal-mużika tat-tagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796.
AGR AUTO JAPANESE Parts għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. AVVIŻI OĦRA Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 Jinħtieġu ħaddiema fuq bażi 4504. Fax: 2147 0295. Email: part-time biex jagħmlu t-tin- alex@agrautoparts.com dif f ’dar tal-irtiri. Tel 2276 0000. Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irJien ġuvni bil-għaqal ta’ Rabat, Malta. Naċċettaw 39 sena. Nixtieq niltaqa’ riservazzjonijiet għal coffee ma’ tfajla, single mother jew mornings, lunches u dinner separata, bejn 23 u 38 sena, dances u kull okkażjoni oħra. bi skop serju jew bħala ħbieb Miftuħin fil-weekends, lejla jekk m’għandhiex ma’ min Maltija b’differenza kull toħroġ. Kull min hu interessat nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ jibgħat SMS fuq 7930 1390. Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu Paul & Waters – The wkoll take-away fil-weekends. Perfumery. Għall-aqwa ditti Naċċettaw riservazzjonijiet ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl- għal kull okkażjoni. Għal orħos prezzijiet f ’Malta, żur aktar informazzjoni il-ħwienet ta’ Paul & Waters ċempel 2145 4858/2145 – The Perfumery. Il-ħwienet 4908/7945 4908. Tistgħu tagħna tal-Fgura, il-Mosta, żżuru s-sit elettroniku www. Ħal Qormi u Raħal Ġdid nigretnightclub.com jew ikunu miftuħin kuljum mid- www.nigretnc.com
KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU
AVVIŻI
Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa
€5 €10 €15 €30 €56 €93
ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.
AVVIŻI
kullhadd.com
AVVIŻI ĠENERALI Avviżi mill-paroċċa tal-Imsida Il-Ħamis 14 ta’ April 2016 se jsir breakfast. Tluq fit-9.00am minn quddiem il-knisja ta’ San Ġużepp, l-Imsida. Il-Ħadd 24 ta’ April 2016 se jsir afternoon tea fiċ-Ċentru Familja Mqaddsa, Triq Johnny Catania, l-Imsida. Jibda fit-3.00pm. It-28, id-29, it-30 ta’ April 2016 u l-1 ta’ Mejju 2016 se jsir bażar fiċ-Ċentru Familja Mqaddsa, Triq Johnny Catania, l-Imsida. Id-dħul minn dawn it-tliet attivitajiet imorru b’risq ilparroċċa ta’ San Ġużepp, l-Imsida. Għal aktar tagħrif ċemplu lil Monica Caruana fuq 7932 3380 jew lil Marianne Pace fuq 7929 8940. Servizz ta’ marċi brijużi Fuq stedina tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp ir-Rabat tal-Imdina nhar il-Ħamis 14 ta’ April, fit8.15pm, il-Banda Ċittadina Sliema se tagħmel servizz ta’ marċi brijużi għall-festa ta’ San Ġużepp li tiġi ċċelebrata fir-Rabat. Matul dan il-marċ il-Banda Sliema, li tkun immexxija mis-Surmast Direttur il-Mro Lesley Tabone, se ddoqq sett sabiħ ta’ marċi ferrieħa ta’ diversi kompożituri rinomati Maltin. Waqt li l-marċ jasal fi Triq Indri Borg se jiġi inawgurat l-ark li jintrama f ’dik it-Triq; ark li għadu kemm ġie rrestawrat. Il-Kappillan Reġa’ Għamilha, fl-Imqabba Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Teatrali Aniċi ta’ Ħal Qormi, se ttella’ kummiedja fi tliet atti bl-isem Il-Kappillan Reġa’ Għamilha, nhar is-Sibt 23 ta’ April 2016, fis-sala talIskola Primarja tal-Imqabba, Triq Valletta, fis-7.30pm. Ħadd m’għandu jitlef din l-attività teatrali fuq kitba u direzzjoni ta’ Elliot Micallef, b’garanzija ta’ daħk u bis-sehem ta’ wħud mill-aqwa komiċi f ’pajjina. Riservazzjonijiet isiru fuq 9949 8012 jew 7981 8687 u aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www. talgilju.com Kunċert mill-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri L-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri bilkollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi se torganizza kunċert vokali u strumentali fil-festa liturġika ta’ San Ġorġ fit-23 ta’ April 2016 (is-Sibt) fit-8.00pm fi Pjazza San Franġisk. Dan il-kunċert se jkun qed isir fl-okkażjoni tal-anniversarju mill-275 sena mill-miġja tal-istatwa ta’ San Ġorġ fil-Parroċċa Arċipretali ta’ San Ġorġ. Din l-istatwa hija xogħol taliskultur Qormi stess Pietru Felici. Għal dan il-kunċert l-Għaqda Mużikali se tkun qed tippreżenta diversi siltiet fosthom tas-surmast direttur, il-Mro Archibald Mizzi, bl-isem ta’ Fanfare to St George u Marches on the Mix 2. Għal dan il-kunċert se jkunu wkoll qed jieħdu sehem il-4 Teenth Productions b’animazzjoni waqt l-esekuzzjoni ta’ Prince of Egypt u Jesus Christ Superstar. Waqt dan il-kunċert se tiġi varata wkoll il-kanzunetta miktuba minn Carmel Bianchi u mużika tal-assistent surmast, il-Mro Peter Cini bl-isem Każin kbir imsemmi għal ismek. Dan ukoll bl-għajnuna tal-Kummissjoni Żgħażagħ Werqisti. Rebbieħa ta’ lotterija tal-Ġilju – l-Imqabba Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba jinforma li l-lotterija, li bħala premju kellha statwa ta’ Marija Addolorata, telgħet nhar Ħadd il-Għid 27 ta’ Marzu 2016 waqt il-kunċert mill-Banda Madonna tal-Ġilju fil-Każin, u ntrebħet misSinjura Julie Zammit mill-Imqabba, residenti Bormla. Ilbiljett rebbieħ kien b’numru 09070. Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem f ’din il-lotterija. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq www.talgilju.com
10|04|2016 31
Segwina fuq il-paġna tal-Facebook
facebook.com/kullhadd
32 10|04|2016
kullhadd.com
TEMP GĦAL-LUM
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
21°C
23°C
24°C
13°C
14°C
15°C
08
08
08
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
Is-Sibt
24°C
23°C
22°C
14°C
15°C
16°C
08
07
07
ALMANAKK
RITRATT MILL-ANTIK
L-OGĦLA TEMPERATURA: 21°C L-INQAS TEMPERATURA: 11°C INDIĊI UV: 7 SITWAZZJONI ĠENERALI: Arja ta’ pressjoni għolja ser tiksi ċ-Ċentru talMediterran TEMP: Il-biċċa l-kbira xemxi
UV
VIŻIBBILTÀ: Tajba
Ritratt: Bay Retro
RIĦ: Ftit qawwi għal qawwi millPunent Majjistru li jsir moderat għal ftit qawwi sa filgħaxija BAĦAR: Qawwi li jsir moderat għal qawwi IMBATT: Baxx mill-Punent Majjistru li jsir mill-Majjistral TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 17°C
UV
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 2124 4114 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun – 2123 8018 Fatima Pharmacy, Triq iż-Żonqor, Santa Venera – 2148 2856 Ħerba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 2144 3406 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, l-Imsida – 2122 7920 St Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 2136 9426 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 2131 3535 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 2144 4035 Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta – 2143 2038 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, il-Mellieħa – 2152 3536 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 2182 1646 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, il-Birgu – 2760 0126 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, ix-Xagħjra – 2170 3296 St Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 2180 8723 Safi Pharmacy, Triq San Ġwann k/m Triq Bieb il-Ġarra, Ħal Safi – 2164 9552 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 2146 4128 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat Malta – 2145 5479
Dehra tal-pjazza taż-Żejtun fl-1964
DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA
12.04.2009 Iż-Żimbabwe uffiċjalment tabbanduna d-dollaru Żimbabwen minn munita uffiċjali
Għawdex Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, ir-Rabat, Għawdex – 2155 6170 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat, Għawdex – 2156 4447 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
14.04.1981 STS-1: L-ewwel space shuttle, Columbia, ittemm l-ewwel test flight tagħha
Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
NUMRI REBBIEĦA LOTTU
02 25 09 24 41 22 03 47
SUPER 5
02 31 04 27 11
GRAND LOTTERY
05 00 09 04 08 01 06
16.04.1953 Ir-Reġina Eliżabetta II tvara l-jott irjali HMY Britannia
KOMPETIZZJONI KTIEB
kullhadd.com
10|04|2016 33
KOMPETIZZJONI KTIEB STUDJU BIJOGRAFIKU
PATRIJOTT TA’ STOFFA Kitba ta’ Alfred Palma Patrijott ta’ veru huwa dak li jġorr miegħu mħabbtu għal pajjiżu u, minkejja kollox, jibqa’ jgħożż għeruqu. Wieħed minn dawn ilpatrijotti kien sewwasew Laurent Ropà, li twieled Lawrent Rapa fix-Xagħra, Għawdex, fil-25 ta’ Diċembru, 1891, u ta’ sentejn emigra mal-ġenituri tiegħu lejn Bona fl-Alġerija, dak iż-żmien taħt dominanza Franċiża. Hemmhekk huwa studja fl-Ecole Normale u eventwalment sar għalliem. Wara l-gwerra, flimkien ma’ martu mar jgħix Pariġi, u qatt ma reġa’ lura f ’pajjiżu. B’dan kollu, huwa baqa’ jgħożżu u, bil-ħila letterarja tiegħu, bħala Laurent Ropà, huwa mhux biss għamel isem għalih bħala poeta fi Franza, iżda ra wkoll li permezz tar-rivista Melita li tagħha kien l-editur fis-snin tletin, huwa jippubblika poeżiji Maltin maqlubin minnu għall-Franċiż flimkien ma’ studji oħra kritiċi tal-letteratura Maltija. Fl-1932 saħansitra stampa Antholgie des Poètes Neo-Classiques u fl-1937 ħareġ Poètes Maltais. Wara mewtu, fid-29 ta’ Marzu, 1967, dehret l-antoloġija tiegħu Suite Maltaise (1970). Dan kollu juri biċ-ċar kemm Ropà, minkejja li kien jikteb bilFranċiż, dejjem baqa’ jġorr fih ruħ u lsien pajjiżu, u dejjem fittex li jseddaqhom; eżempju ta’ dan hija t-traduzzjoni brillanti tiegħu għallFranċiż tal-poema sublimi ta’ Dun Karm Il-Jien u Lil Hinn Minnu, li kienet ippubblikata fir-rivista Melita tal-5 ta’ Frar, 1939, f ’Susa, it-Tuneżija. Matul is-snin ma setgħux jonqsu l-bosta kummenti elokwenti li saru fuq dan il-patrijott minn bosta studjużi Maltin, fosthom Ivo Muscat Azzopardi, il-Professur Ġużè Aquilina, Ninu Cremona, Mons. Pietru Pawl Saydon u Dun Karm Psaila, il-Poeta Nazzjonali li kellu ammirazzjoni kbira lejn Ropà. U issa magħhom ingħaqad l-istudjuż bravissimu Roderick (Rigu) Bovingdon li, b’din il-
pubblikazzjoni riċenti tiegħu dwar Ropà, mhux biss żied iseddaq l-isem u x-xogħlijiet letterarji ta’ dan il-patrijott tabilħaqq ta’ stoffa, iżda rnexxielu joħroġ bi studju li bih mhux biss kompla jelabora fejn kienu ħallew bosta studjużi li qablu kitbu dwar Ropà, iżda ħareġ b’dettalji tassew interessanti dwaru li qabel forsi ħafna ma kinux jafu bihom. Il-ktieb jiftaħ bi studju/daħla mill-Prof. Henry Frendo, li jsejjes
l-argument ġeneriku tiegħu dwar kemm il-fatt li Ropà baqa’ jħobb lil pajjiżu, għad li tbiegħed minnu, seta’ kellu influwenza fuq it-talent letteraju innat li kellu dan il-poeta Għawdxi. Imbagħad insibu d-daħla għallktieb ta’ Rigu nnifsu, li fiha, barra li jagħti ħjiel vast tal-karriera letterarja personali tiegħu u l-ħidma intensa tiegħu fil-qasam tal-istudji letterarji ġenerali, huwa jelabora dwar dak li ġiegħlu jieħu interess
hekk kbir u personali f ’Ropà, forsi l-aktar il-fatt li, bħalu, Rigu ħalla pajjiżu u baqa’ jgħożżu! Idea sabiħa qabel jgħaddi għallistudju bijografiku proprju dwar Ropà, kienet li l-awtur jistampa l-poeżija tiegħu Mill-Ġdid Malti, waħda mill-isbaħ poeżiji li qatt kiteb Rigu, u li tinsab fil-ġabra ta’ poeżiji tiegħu Aporija li, fil-fehma tiegħi, tixhed stoffa poetika talogħla klassi. Imbagħad insibu l-istudju nnifsu dwar Ropà fejn, kif għedt, Rigu mhux biss jagħti kwadru sħiħ tal-poeta Għawdxi, ta’ ħajtu u xogħlijietu, iżda wkoll joħroġ b’dettalji li qabel ma kinux magħrufa dwaru. Insibu fost kollox kopji ta’ xi korrispondenza li għaddiet bejn Ropà u Dun Karm, li fihom jinħassu l-qima u r-rispett li t-tnejn kellhom lejn xulxin. Hawn għandna wkoll uħud millisbaħ versi miktubin bil-Franċiż minn Ropà, fosthom Le Combat, li Rigu nnifsu qaleb għall-Malti, versi li tabilħaqq jixhdu t-talent kbir talpoeta Għawdxi. L-aħħar paġni tal-bijografija, fejn Rigu jiddeskrivi l-aħħar jiem u l-mewt ta’ Ropà huma tabilħaqq kommoventi, u l-aħħar tribut talawtur huwa sewwasew ir-ritratt ta’ Ropà mar-riproduzzjoni tal-aħbar fir-rivista Il-Malti li ħabbret mewtu fid-29 ta’ Marzu, 1967. Dan il-ktieb hekk interessanti jagħlaq b’bibljografija referenzjali estensiva u dettaljata dwar ilkarriera twila, varjata, fejjieda u intensa ta’ Rigu Bovingdon li, fil-fehma tiegħi, għadu mhux apprezzat biżżejjed f ’art twelidu bħala wieħed mill-aqwa letterati li qatt ħarġu minn pajjżna. Hawnhekk ta’ min jgħid prosit kbira lill-pubblikaturi Horizons għal xogħol tassew sabiħ u mirqum, mitbugħ pulit għall-aħħar u, fuq kollox, ta’ siwi letterarju kbir, xogħol li fih wieħed isib rabta komuni u intrinsika bejn żewġ poeti/kittieba kbar Maltin li t-tnejn ħallew pajjiżhom biex jgħixu f ’art barranija, iżda li ġo qalbhom l-imħabba għal art twelidhom u għal ilsienha ma mietet qatt!
Mistoqsija: Fejn twieled Laurent Ropà?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Laurent Ropà, ġentilment ipprovdut minn Horizons. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 17 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Jien, wieħed minnhom, huwa: M. GALEA – il-Mosta
34 10|04|2016
kullhadd.com
LOGĦOB
TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 176 178 182 226 273 340 385 430 519 699 701 734 B’4 Numri 0068 0473 0524 0816 0874 0972 0991 0994 1205 1622 1691 1732 1735 1866 2725 2809
3149 3256 3540 3634 3918 4033 4401 4442 4718 4736 4756 5132 6022 6047 7132 7388 7451 7477 7822 7973 9028 9079 9426 9679 9772 9904
21120 30221 32555 33032 35331 46165 52815 59258 64170 68275 68284 73477 82824 83011 94010 96992 97381 99343
B’6 Numri 214336 472452 505070 512599 580154 613470 618259 900989
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA
B’5 Numri 01875 07467 11418 13688
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:
Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: R. FALZON – il-Gudja
KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]
5
Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:
Nru tat-telefown:
LOGĦOB
10|04|2016 35
kullhadd.com
IRBAĦ €25 FI FLUS
118
Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.
TISLIBA Mimdudin:
1. 4. 7. 9,21W. 10. 12. 16,17. 18. 19. 20. 21. 23. 24.
Kompli l-qawl: Alla b’waħda ..... u bl-oħra jżiegħel bina (5) Jitla’ mill-misħun (4) Ara 2 Ħa paċenzja b’xi ħadd? (6) Ma ħalliex imsakkar(6) Ġenn? (6) Titfagħhom fl-ikel għat-togħma (6) Inizjali li spiss jind- ikaw anonimità (1,1) Inviżta (3) Tista’ tkun tal-ixkubetta (5) Jilbsuh in-nisa (3) Dejjem iddur! (4) Ara 11
Weqfin:
1. 2,7. 3. 5,6. 6. 8. 11,24. 12,13. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Isem il-Prim (6) Jista’ jkun aħmar, abjad jew rosè (5) Alex Inglott Haber (1,1,1) Itlaq! (6) Ara 5 Darin il-Franċiż l-iswed! (9) Siġra (7) Tkun fuq il-pasti, kafè, eċċ. (5) Ara 12 Ma ħallejtux ġdid (6) Użanza? (6) Ara 16 Ara 9 Taħt l-ispalla (3)
SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin: 1.Sewwa, 4.Waħx, 7.Pa, 10.Privat, 12.Parent, 16.TOL, 18,19.Innin, 20.Ittra, 21,23. Aġġorna, 24.Arana
Weqfin: 1.Sawwat, 2,9.Werwer, 3,17. Appoġġ, 5,15.Avventura, 6,11.Xitwa, 8.Arġentina, 12,21 wieqfa. Plato, 13.Rit, 14.Tnalja, 22.Gin
QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Attriċi fil-film Yes Man li jħawduha mal-kantanta Amerikana li saret famuża bid-diska I Kissed A Girl. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-Ħadd l-24 ta’ April flimkien mal-logos tal-ħarġiet tat-3, 10, u 17 ta’ April.
RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA
Matt Damon
Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: J. DEBONO – il-Mosta L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.
Mark Wahlberg
36 10|04|2016
kullhadd.com
SPORTS
ISSIR L-EWWEL EDIZZJONI TAL-UNIVERSITY OF MALTA INDOOR ROWING SHIELD Madwar 35 student minn 13-il organizzazzjoni universitarja ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tal-University of Malta Indoor Rowing Shield. Din l-attività kienet imtellgħa mill-għaqda studenteska Pulse u l-organizzazjoni ġdida UoM Rowing Club biex tkun ikkommemorata l-festa ta’ Jum il-Ħelsien. Il-kompetizzjoni kienet maqsuma f ’żewġ kategoriji; dik tal-2000m endurance u tal-500m sprint, bl-istudenti jkollhom iġibu l-aħjar ħin f ’dawn id-distanzi sabiex jirbħu l-Organisation jew ilFaculty Shield. Ryan Sciortino mill-Fakultà tal-ICT kien ir-rebbieħ filkategorija heavweight tal-500m, b’Martin Dugas tal-Fakultà tal-Inġinerija jispiċċa fit-tieni post u Steve Said tal-Fakultà tax-Xjenza u rappreżentant ta’ S-Cubed fit-tielet post. Glenn Zammit tal-Fakultà
tal-Inġinerija u rappreżentant tal-UESA spiċċa fl-ewwel post fil-kategorija Lightweight tal-500m. Luke Camilleri Cuschieri mill-Fakultà talĦidma Soċjali u rappreżentant ta’ CSA spiċċa fit-tieni post u fit-tielet post Ryan Busuttil mill-Fakultà tax-Xjenza, rappreżentant ta’ S-Cubed. Fil-kategorija Heavyweight tal-2000m tal-irgiel spiċċa l-ewwel Martin Dugas segwit minn Steve Said u Michael Aquilina, mill-Fakultà tal-ICT u rappreżentant ta’ ICTSA, fit-tielet post. Filwaqt li fil-kategorija lightweight tal-2000m, fl-ewwel post spiċċa Glenn Zammit, fit-tieni post Luke Camilleri Cuschieri u fit-tielet post Jerome Azzopardi mill-Fakultà tal-Inġinerija u rappreżentant tal-organizzazjoni UESA. Fil-Kategorija tan-Nisa rajna lil Martina Camilleri mill-Fakultà tal-Kummerċ
u rappreżentanta ta’ ASCS spiċċat fl-ewwel post filheavyweight f ’distanza ta’ 500m u Christina Caruana mill-Fakultà tal-Mediċinia u rappreżentanta tal-MMSA spiċċat fit-tieni post f ’din l-istess tiġrija. Intant, filheavyweight b’distanza ta’ 2000m spiċċat fl-ewwel post Chiara Farrugia millFakultà tal-Ħidma Soċjali u rappreżentanta ta’ BETAPSI. Żar din l-attività s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius li feraħ liż-żewġ organizzazzjonijiet tal-inizjattivi ġodda li qed jittieħdu fl-isport. Huwa innota n-numru kbir ta’ parteċipanti li ħadu sehem f ’din l-ewwel edizzjoni u awgura li aktar żgħażagħ jersqu lejn l-isport tal-qdif sabiex dan l-isport, li ssoltu jkun assoċjat biss mar-regatta, jimraħ u jikber fil-popolarità.
TIFTAĦ L-ATALANTA ACADEMY F’PAJJIŻNA
Ilbieraħ waqt attività li saret fil-grawnd ta’ Marsaxlokk, fetħet uffiċjalment l-Atalanta Academy f ’pajjiżna li hija frott tas-sħubija uffiċjali ta’ Marsaxlokk FC u Atalanta BC. Dan ifisser li n-nursery ta’ Marsaxlokk hija esklussivament l-uniku nursery f ’pajjiżna li tagħmel parti mill-akkademja ta’ Atalanta BC. Kull tifel Malti li jixtieq li jitħarreġ ma’ Atalanta BC jrid ikollu l-approvazzjoni tal-klabb Xlukkajr. Minbarra dan fost il-bosta benefiċċji li se jiggwadanja minnhom ilklabb Xlukkajr hemm żewġ kowċis Taljani għas-servizz tal-klabb matul l-istaġun kollu. L-attività bdiet b’konferenza
tal-aħbarijiet li indirizzawha Dott. Stefano Bonacorso, li huwa d-direttur tekniku ta’ Atalanta BC; Claudio Lucchini id-Direttur Tekniku ta’ Atalanta BC għan-Nofsinhar tal-Italja; Gaetano Farruggio, id-Direttur tekniku Malti; u s-Segretarju ta’ Marsaxlokk FC, Joseph Mifsud. Indirizza l-konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius li faħħar din l-inizjattiva li fiha l-Maltin se jkunu qed jieħdu esperjenza mingħand Atalanta BC filwaqt li jagħtu opportunitajiet ġodda liżżgħażagħ tagħhom.
SPORTS
kullhadd.com
10|04|2016 37
IL-PREMIER LEAGUE MALTI SLIEMA W. 1 MOSTA 0
QORMI 0 BALZAN 3
Ritratti: STEPHEN GATT
FLORIANA 0 VALLETTA 2
Andre Scicluna (F) u Roderick Briffa (V)
Matteo Piciollo(F) U Romeu Pericles Romao (V)
FLORIANA JWAQQFU LIL VALLETTA
Steve Pisani (F) Claudio Pani (V)
Fl-unika logħba li kien hemm ilbieraħ fl-Istadium Nazzjonali f ’Ta’ Qali t-tim ta’ Floriana rnexxielu jwaqqaf is-sensiela pożittiva ta’ Valletta hekk kif irnexxilhom jegħlbu lir-rivali eterni tagħhom bl-iskor ta’ 2-0. Kienu proprju Valletta li ħolqu l-ewwel azzjoni fil-5 minuta meta xutt ta’ Jhonnatan Benites de Conceicao kien salvat f ’żewġ tentattivi minn Matthew Grech. Azzjoni oħra għal Valletta waslet 10 minuti wara hekk kif cross ta’ Abdelkarim Nafti, Roderick Briffa kompla bir-ras lejn Benites li ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit għoli mil-lasti Furjaniżi. L-ewwel azzjoni ta’ Floriana waslet fil-25 minuta meta xutt fil-baxxa minn barra l-kaxxa ta’ Matteo Picillo kien imxellef għal corner minn difensur Belti. Ilpartita ħadet żvolta hekk fit-28 minuta tkeċċa Romeu Romao għal Valletta għat-tieni karta safra. Mill-free-kick li rriżulta minn foul tal-istess plejer, ix-xutt ta’ Nicolas Chiesa kien imdawwar f ’corner minn Henry Bonello. Azzjoni oħra għal Valletta waslet fid-39 minuta meta xutt fil-baxx minn qagħda tajba ta’ Nafti kien salvat minn Matthew Grech. Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Floriana marru fil-vantaġġ. Kien cross ta’ Piciollo li l-ballun wasal għand MARIO FONTANELLA li kkonkluda fix-xibka minn żewġ passi bogħod. Fil-51 minuta, Floriana tkeċċilhom plejer minn tagħhom hekk kif Emanuel Briffa ntwera t-tieni karta safra wara foul fuq Benites. L-istess Benites inkariga ruħu mill-free-kick fejn ra l-ballun jaħbat ma’ sieq il-lasta, imbagħad ma’ dahar Grech u l-ballun spiċċa f ’corner. Floriana reġgħu kienu perikolużi fil-61 minuta meta minn cross ta’ Piciollo, id-daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Fontanella għaddiet ftit barra. Fis-66 minuta Valletta kellhom azzjoni oħra permezz ta’ Briffa li ra x-xutt tiegħu jmur barra. Fit73 minuta kien hemm azzjoni oħra ta’ Piciollo meta dan qabeż lil Uchenna Umeh, ikkrossja għan-nofs lejn MAURICIO VILLA li minn qagħda tajba tefa’ l-ballun fix-xibka. L-aħħar azzjoni tal-logħba waslet fit-82 minuta meta xutt tas-solitu Fontanella tbiegħed fil-ħin minn Juan Gill Cruz.
Dexter Xuereb (M) u Peter Xuereb (S)
Godwin Mensam (M), Clifford Gatt Baldachino (S), Xuereb Peter (S) u Gary Muir (S)
IL-PREMIER LEAGUE MALTI
Referee – Fyodor Zammit
KLASSIFIKA
Valletta Balzan Hibernians Birkirkara Floriana Tarxien R. Sliema W. Mosta Pembroke A. Naxxar Lions St. Andrews Qormi
L R D T F K +/- Pti 30 24 2 4 66 25 +41 48 30 20 5 5 66 27 +39 43 29 20 7 2 79 29 +50 42 29 18 6 5 58 26 +32 39 30 17 4 9 52 34 +18 36 29 13 8 8 52 27 +25 29 30 10 6 14 42 47 -5 24 30 9 7 14 36 51 -15 19 30 8 6 16 40 52 -12 18 30 5 3 22 25 87 -62 11 29 2 3 24 23 81 -58 7 30 2 3 25 22 75 -53 5
LOGĦOB GĦAL-LUM
Stadium Nazzjonali St Andrews v Birkirkara Tarxien v Hibernians
16.00 18.00
38 10|04|2016
kullhadd.com
PREMIER LEAGUE
RIŻULTATI TAL-BIERAĦ
WESTHAM V ARSENAL
It-tamiet ta’ Arsenal li jilħqu lil Leicester City sofrew daqqa ta’ ħarta kbira lbieraħ hekk kif kienu miżmuma fi draw spettakolari ta’ 3-3 f ’Upton Park. Kien proprju l-hat-trick f ’10 minuti ta’ Andy Carroll li kważi rebbaħ lil West Ham it-tliet punti, għalkemm xorta waħda dan it-tim wera kemm hu għandu plejers li lesti jiġġieldu għal mal-ewwel erbgħa. Kien proprju Laurent Koscielny li salva lil Arsenal fis-70 minuta wara assist ieħor ta’ Mesut Ozil. B’din il-parità, Arsenal issa jinsabu għaxar punti taħt illeaders Leicester, filwaqt li West Ham baqgħu fis-sitt post, bi ftit punti ‘l bogħod mir-raba’ post. LIVERPOOL V STOKE Daniel Sturridge se jkun qed ifittex li jagħmilha mal-ewwel ħdax hekk illum Liverpool se jkunu qed jilqgħu f ’Anfield lit-tim ta’ Stoke. Rebħa għal Liverpool ikun biżżejjed biex jaqbżu lill-istess Stoke filklassifika, li bħalissa jinsabu post fuq Liverpool. Wara li tilfu punti importanti l-ġimgħa kontra Swansea f ’darhom, Mark Hughes jaf li rebħa biss tista’ żżomm ittamiet ħajjin biex jikkwalifikaw għal Europa League. Intant, Liverpool se jkollhom barra lillcaptain Jordan Henderson li mistenni jdum nieqes bejn sitt
Andy Carroll jifraħ f ’wieħed mit-tliet gowls tiegħu u tmien ġimgħat wara injury flirkoppa, liema injury tista’ twassal biex ma jkunx fuq l-ajruplan dan is-sajf li ġej għal Euro 2016. TOTTENHAM V MANCHESTER UNITED Tottenham se jkunu qed jilqgħu lil Manchester United f ’White Hart Lane liema logħba, tmur fuq liema naħa se tkun, se jkollha konsegwenzi differenti minħabba l-aspirazzjonijiet ta’ dawn iżżewġ timijiet. Dan kien staġun brillanti għat-tim minn Londra u l-moħħ wara dan is-suċċess huwa proprju l-kowċ Mauricio
Inter Carpi Genoa Juventus
0-1 1-0 0-1 TARD
LOGĦOB GĦAL-LUM Empoli Napoli Sampdoria Torino Palermo
v v v v v
Fiorentina Hellas Verona Udinese Atalanta Lazio
12:30 15:00 15:00 15:00 20:45
LOGĦOB GĦAL GĦADA Roma
v Bologna
20:45
KLASSIFIKA Tim Juventus* Napoli Roma Internazionale Fiorentina Milan* Sassuolo Chievo Lazio Genoa Torino Atalanta Bologna Empoli Udinese Sampdoria Carpi Palermo Frosinone Hellas Verona
L R D 31 23 4 31 20 7 31 18 9 32 17 7 31 16 8 31 13 10 32 12 12 32 12 8 31 11 9 31 10 7 31 9 9 31 9 9 31 10 6 31 9 9 31 9 7 31 8 9 31 6 10 31 7 7 32 7 6 31 3 13
T F K P 4 56 16 73 4 63 27 67 4 66 32 63 8 42 30 58 7 51 33 56 8 41 33 49 8 40 35 48 12 38 40 44 11 39 42 42 14 36 37 37 13 39 43 36 13 30 36 36 15 30 36 36 13 34 43 36 15 29 46 34 14 44 49 33 15 29 49 28 17 29 54 28 19 29 60 27 15 27 51 22
* Il-pożizzjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat inħareġ wara li morna għall-istampar.
v Arsenal 3 - 3
Arsenal
v AFC Burnemouth 1 - 2
Crystal Palace
v Norwich City 1 - 0
Southampton
v Newcastle U 3 - 1
Swansea
v Chelsea 1 - 0
Watford
v Everton 1 - 1
Manchester C
v WBA 2 - 1
Sunderland
v Leicester 14.30
Liverpool
v Stoke 17.00
Tottenham
v Manchester U 17.00
KLASSIFIKA
RIŻULTATI TAL-BIERAĦ v v v v
West Ham
LOGĦOB GĦAL-LUM
SERIE A Frosinone Chievo Sassuolo AC Milan
SPORTS
Pochettino. Madankollu, l-Ispurs ma jistgħux jaffordjaw telfa jekk iridu jżommu l-pass ma’ Leicester City, li jidher li huma l-aktar favoriti għar-rebħ talKampjonat Ingliż. Min-naħa l-oħra, it-tim ta’ Louis van Gaal għadu fiċ-ċans li jkollu suċċess hekk kif se jkun qed jilgħab kontra West Ham fil-kwarti tal-finali tal-FA Cup fil-jiem li ġejjin, u qegħin b’ċans tajjeb li jikkwalifikaw għaċ-Champions League. Madankollu, biex ma jagħmlu dan, iridu joqogħdu attent u jżommu konsistenza, xi ħaġa li dan l-istaġun żgur li ma kinitx sintonoma għalihom.
Tim L Leicester City 32 Tottenham H 32 Arsenal 32 Manchester City 32 Manchester United 31 West Ham United 32 Southampton 33 Stoke City 32 Liverpool 30 Chelsea 32 AFC Bournemouth 33 Swansea City 33 West Brom 32 Everton 31 Watford 32 Crystal Palace 32 Norwich City 33 Sunderland 31 Newcastle United 32 Aston Villa 33
R 20 17 17 17 15 13 14 13 12 11 11 10 10 9 10 10 8 6 6 3
D 9 11 8 6 8 13 8 8 9 11 8 10 10 12 8 7 7 9 7 7
T 3 4 7 9 8 6 11 11 9 10 14 13 12 10 14 15 18 16 19 23
F 55 57 55 58 39 52 44 36 46 49 40 34 31 52 31 35 35 36 32 23
K 31 25 33 33 27 40 34 39 41 42 55 42 39 43 37 42 57 55 61 64
P 69 62 59 57 53 52 50 47 45 44 41 40 40 39 38 37 31 27 25 16
* Il-pożizzjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat finali nħareġ wara li morna għall-istampar.
EMPOLI V FIORENTINA
PUNTI OĦRA
Empoli u Fiorentina t-tnejn li huma se jkunu qed iħarsu li jtemmu s-sensiela negattiva ta’ mingħajr rebħ li għaddejjin minnha bħalissa hekk kif l-Azzuri se jkunu qed jilqgħu lil Fiorentina fi Stadio Carlo Castellani magħruf aħjar bħala d-Derby dell’Arno. Empoli rnexxielhom jirbħu biss logħba waħda fl-2016 u ilhom ma jirbħu mill-bidu ta’ Jannar, l-aħħar rebħa proprju tkun kontra Torino. Min-naħa l-oħra, ħames logħbiet mingħajr rebħa għal Fiorentina raw lil dan it-tim jinżel l-isfel f ’daqqa fil-klassifika, tant li mit-tielet post niżlu għall-post fil-klassifika li lanqas huma ċerti jekk jikkwalifikawx għall-Europa League.
REBBIEĦA TAT-TAZZA TAD-DINJA BIDDIMENZJA L-Assoċjazzjoni Ingliża tal-Futbol talbet lil FIFA biex tinvestiga u tara hemmx korrelazzjoni bejn jekk it-tliet eksplejers għandhomx id-dimensja llum il-ġurnata bil-konsegwenza ta’ ħsara fil-moħħ ikkawżata mill-istess futbol li kienu jilagbħu. Dan hekk kif tliet membri tat-tim Ingliż tal-1966 li rebaħ it-Tazza tad-Dinja, fosthom Nobby Stiles, Martin Peters u RayWright, qed ibatu mill-kundizzjoni tal-Alzheimer’s. Fid-dawl ta’ dawn ilkażijiet li kienu żvelati mill-istess familjari ta’ dawn il-persuna, qam tħassib kbira fir-Renju Unit dwar l-impatt tal-injuries fir-ras wara kampanji mill-familja tal-eks attakkant Ingliż Jeff Astle, li l-mewt ta’ dan il-plejer lura fl-2002 kienet attribwita għall-fatt li dejjem kien jagħti daqqiet ta’ ras lil blalen iebsa tal-ġilda.
NAPOLI V VERONA It-tim ta’ Napoli se jkun qed ifittex li jirkupra mittelfa xokkanti li sofra fi tmiem il-ġimgħa li għadda hekk f ’daru se jkun qed jilqa’ lit-tim ta’ Verona, li bħalissa jinsab jissielet fiż-żona tar-relegazzjoni. Il-Partenopei kienu biss tliet punti taħt il-leaders Juventus u deher li l-league seta’ jkun ġlieda bejn dawn iż-żewġ timijiet sal-aħħar tal-istaġun. Iżda ma kellux ikun hekk il-ġimgħa l-oħra, hekk kif l-oħra Napoli żelqu fil-mument il-ħażin. Intant it-tim ta’ Verona, hekk jidher li l-istaġun li ġej se jkunu qed jilagħbu fis-Serie B, xorta waħda mhux se jkunu qed iħallu lil timijiet oħra jgħaddu minn fuqhom qisu xejn mhu xejn, u determinanti li jagħmlu l-almu tagħhom kollu.
“MA JISTĦOQQLUX JIBQA’ MAL-MILAN”
PALERMO V LAZIO
LOUIS SAHA JISTENNA LI JINBIDEL IL-KOWĊ
Logħba interessanti oħra llum se tlaqqa’ flimkien żewġ timijiet min-Nofsinhar tal-penisula Taljana, dan hekk kif Palermo u Lazio se jkun qed jilagħbu kontra xulxin fir-Renzo Barbera, wara li t-tnejn li huma jridu jinsew malajr din il-ġimgħa li għadha kif għaddiet. Minkejja li Walter Novellino għadu rrabjat b’dak li ġara fl-aħħar logħba, xorta waħda sosta li hemm affarijiet pożittivi x’wieħed jista’ jieħu minnha. Din it-telfa ħalliet lil dan it-tim Siċiljan mal-aħħar tliet timijiet fil-klassifika. Minnaħa l-oħra, it-tim ta’ Lazio wkoll kellu ġimgħa xejn eċitanti hekk kif telfa kbira ħafna kontra r-rivali eterni ta’ Roma bl-iskor ta’ 4-1.
Louis Sahha jemmen li Manchester United għandhom bżonn bidla maniġerjali fis-sajf li ġej. Madankollu, naqas milli jikkritika lil Louis van Gaal għall-inkonsistenza li għaddejj minnha l-eks tim tiegħu. Matul l-aħħar ftit snin, il-United fallew milli jilagħbu dak il-logħob sabiħ li kien jintlagħab meta Saha nnifsu kien għadu jilgħab mal-istess tim. Dan hekk kif dan l-eks plejer kien parti mit-tim tal-United li rebaħ sensiela ta’ kampjonati wara xulxin, kif ukoll iċ-Champions League, fost unuri oħrajn. Bħalissa l-United jinsabu fil-5 post u se tkun taqtigħa li se tibqa’ sejra sal-aħħar tal-istaġun biex ikunu magħrufa l-ewwel erbgħa, filwaqt li l-unika ċans ta’ unur li għandhom hija l-kompetizzjoni tal-FA Cup.
Skont il-Kap Eżekuttiv ta’ Milan, l-attakkant ta’ Liverpool Mario Balotelli, li bħalissa qiegħed b’self mat-tim Taljan, “ma jistħoqqlux” li jingħaqad ma’ Milan fuq bażi permanenti. Balotelli, li għandu biss 25 sena, skurja tliet gowls fi sbatax-il partita għal Milan, li kienu bigħuh lill-istess Liverpool fl-2016 għas-somma ta’ £16-il miljun. “Qed juri xewqa kbira li jibqa’ mal-klabb. Nittama li jesprimi din ix-xewqa tiegħu fil-prestazzjonijiet tiegħu,” sostna l-Kap Eżekuttiv Adriano Galliani. Dan il-plejer internazzjonali Taljan jidher li se jerġa’ jingħaqad ma’ Liverpool wara li s-self tiegħu jintemm f ’Ġunju. “Għedtlu biex jikkonvinċini li għandu jibqa’, għax aħna rridu l-aħbar għalih,” temm jgħid Galliani.
FORMULA 1
kullhadd.com
10|04|2016 39
RAPPORT TA’ LIAM GAUCI
ĦAFNA SPETTAKLU, FTIT SORPIŻI It-tieni gran premju tal-istaġun offra spettaklu li ftit li xejn ta ċans lid-dilettanti jillargaw minn quddiem it-televiżjoni hekk kif kważi l-ħin kollu kien hemm xi ħaġa x’tara. Sfortunament, però, dan l-ispettaklu ma wassalx għal sorpriżi kbar hekk kif it-tellieqa spiċċat miġġielda bejn is-sewwieqa tas-soltu. Bidu interessanti Qabel ma bdiet it-tellieqa diġà kellna żewġ sewwieqa li rtiraw hekk kif Palmer spiċċa kaxkar lir-Renault tiegħu lejn il-pits minħabba problema idrawlika, filwaqt li Vettel ipparkja l-Ferrari mal-ġenb b’konsegwenza ta’ problema fil-magna tiegħu. It-tluq il-propju tat-tellieqa kien drammatiku ħafna fejn kien hemm diversi kuntatti flewwel kurva. Hamilton kellu tluq batut ħafna fejn ra lil Rosberg jaqbżu fl-ewwel ftit metri. Madankollu, l-agħar kien għadu ġej għaliex Bottas baqa’ dieħel fih b’mod goff hekk kif il-Finlandiż ħaseb li kellu opportunità biex jaqbeż lillkampjun tad-dinja. Hamilton ma kienx l-unika vittma ta’ Bottas għaliex Ricciardo, li dak il-ħin kien warajhom, ma kellux ċans jevitahom u spiċċa laqat ilġewnaħ ta’ quddiem talvettura tiegħu mal-Williams. Kemm Hamilton, kif ukoll Ricciardo tilfu diversi sekondi b’konsegwenza tal-inċident, però, it-timijiet rispettiva tagħhom iddeċidew li ma jbiddlu l-ebda parti tal-vettura tagħhom fil-pit stop li segwiet. Bottas spiċċa tilef aktar ħin minnhom għaliex instab ħati li kkawża l-inċident u ngħata drive-through penalty millistewards. Fit-tieni dawra rajna kuntatt ieħor, din id-darba bejn Sainz u Perez, fejn dan tal-ewwel sofra puncture, filwaqt li l-ieħor ġarrab xi ħsarat fil-ġewnaħ ta’ quddiem. Il-Messikan daħal filpits ftit wara l-kollega tiegħu, Hulkenberg, illi wkoll kellu kuntatt li għamillu l-ħsara fuq il-parti ta’ quddiem tal-vettura. Fis-seba’ dawra, Button ngħaqad mal-lista ta’ sewwieqa li rtiraw hekk kif irrapporta li tilef l-ERS, problema li ppersegwitat lit-tim tul l-2015 kollu. Erbgħa dawriet wara, kien imiss Gutierrez illi jirtira b’riżultat ta’ problemi mekkaniċi fil-Haas tiegħu. Fil-minuti li segwew kien hemm diversi battalji interessanti li nvolvew b’mod partikolari lil Grosjean, kif
ukoll iż-żewġ sewwieqa tar-Red Bull u l-Williams. Hawnhekk, wara bidu kemmxejn diżastruż, Ricciardo rnexxielu jirranka mhux ħażin u deher li kellu opportunità tajba li jikseb irraba post hekk kif Massa u Bottas bdew jiżżersqu l-isfel fil-klassifika. Sewwieq ieħor li rranka mhux ħażin kien Grosjean illi approfitta ruħu mill-problemi li kellhom bosta mis-sewwieqa ta’ quddiemu. Barra minn hekk, ilHaas gawdew minn strateġija aggressiva li tathom il-frott hekk kif marru għas-super softs tul il-maġġorparti tattellieqa. Din l-istrateġija għal ftit ma tagħtux l-opportunità li jaħtaf ir-raba’ post, però l-pit stops kemmxejn kajmani li għamillu t-tim spiċċaw tellfuli diversi sekondi prezzjużi li ppermettew lil Ricciardo jaħrab. Frustrazzjoni Minkejja l-problemi li kellu, Hamilton xorta waħda rnexxielu jitla sat-tielet post hekk kif il-ħsarat li kellu fil-Mercedes tiegħu ma kinux biżżejjed biex jikkompromettulu t-tellieqa. Madankollu, huwa ma kellux il-pass neċessarju biex inaqqas id-distakk li kellu minn ma’ Raikkonen minkejja li t-tim wettaq undercut f ’dawra 29 biex jipprova jagħmel dan. Żewġ dawriet wara, Sainz kien il-ħames u l-aħħar sewwieq li sab ruħu fil-lista ta’ rtirati meta daħal fil-pits u ma ħariġtx hekk kif il-vettura sofriet xi ħsarat filqiegħ tagħha b’konsegwenza tal-puncture li kellu fil-bidu tat-tellieqa. Sadanittant, il-frustrazzjoni ta’ Nasr bil-prestazzjoni tasSauber tiegħu bdiet toħroġ fuq ir-radju fejn saħansitra beda jikkritika l-vettura b’mod qawwi meta kien f ’kuntatt mat-tim. Madankollu, it-tim ma seta’ jagħmel xejn hekk kif il-limitazzjonijiet tas-C35 huma frott ta’ limitazzjonijiet finanzjarji li ma jidhrux li se jkunu solvuti fil-ġejjieni immedjat. Għaldaqstant, l-aktar battalja interessanti li kellu l-Brażiljan kienet dik mal-kollega tiegħu Ericsson, illi eventwalment qabżu wkoll. Realtajiet differenti Hekk kif it-tellieqa daħlet fl-aħħar fażi kien hemm realtajiet differenti ferm tul ilklassifika. Lejn il-qiegħ tażżona punti, il-battalji kienu
KLASSIFIKA: BAĦREJN POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10
SEWWIEQ Nico Rosberg Kimi Räikkönen Lewis Hamilton Daniel Ricciardo Romain Grosjean Max Verstappen Daniil Kvyat Felipe Massa Valtteri Bottas Stoffel Vandoorne
TIM Mercedes Ferrari Mercedes Red Bull Racing Haas Toro Rosso Red Bull Racing Williams Williams McLaren
spissi u mill-qrib hekk kif kien hemm skambju notevoli ta’ pożizzjonijiet. Hawnhekk spikka partikolarment Vandoorne li fid-debutt tiegħu kkompeta b’mod qawwi mażżewġ sewwieqa tal-Williams biex jipprova jikseb it-tmien post. Minkejja li eventwalment din il-battalja tilifha, il-mod intelliġenti li saq bih fl-ewwel tellieqa tiegħu wera li dan issewwieq għandu potenzjal kbir. Min-naħa l-oħra, il-battalja fuq quddiem kienet aktar millbogħod hekk kif il-Mercedes u l-Ferrari bdew ibiddlu l-istrateġiji tagħhom matul ittellieqa biex itejjbu l-pożizzjoni tas-sewwieqa tagħhom. Madankollu, wara li Hamilton reġa’ sab ruħu fit-tielet post lejn nofs it-tellieqa, issitwazzjoni staġnat kemmxejn fil-pożizzjonijiet tal-podju. Konklużjonijiet Għaldaqstant, Rosberg irnexxielu jirbaħ anki t-tieni tellieqa tal-istaġun, il-ħames rebħa konsekuttiva jekk wieħed jikkunsidra dawk tal-istaġun li għadda. Hemm minn diġà qiegħed jgħid li Hamilton m’għadux dak li kien u li mhux se jkun kapaċi jlaħħaq malpass ta’ Rosberg. Madankollu, wieħed irid jikkunsidra li għad hemm dsatax-il tellieqa xi ssir u għalhekk għadu kmieni wisq biex wieħed jaqta’ kundanni. Nuqqas kbir li żgur qiegħed ikollu Hamilton huwa fit-tluq hekk kif kemm fl-Awstralja, kif ukoll fil-Baħrejn, deher indeċiż fit-tluq. Din in-negliġenza mhux biss tellfitu diversi pożizzjonijiet fiż-żewġ każijiet, imma nvolvietu f ’ammont kbir ta’ traffiku li jġib miegħu riskju ta’ inċidenti, kif rajna f ’din ittellieqa stess. Kif rajna fil-Baħrejn, barra Rosberg, jistgħu jgawwdu wkoll il-Ferrari minn dawn ilprestazzjonijiet inkonsistenti mill-kampjun tad-dinja attwali.
PUNTI ĦIN N.Rosberg 50 Punt 1:33:34.696 L.Hamilton 33 Punt D.Ricciardo +10.282s 24 Punt +30.148s K.Räikkönen 18-il Punt +62.494s R.Grosjean 18-il Punt +78.299s S.Vettel 15-il Punt +80.929s F.Massa 14-il Punt +1 lap M.Verstappen 9 Punti +1 lap N.Hulkenberg 6 Punti +1 lap D.Kvyat 6 Punti +1 lap
Madankollu, il-mod kif ċediet il-magna ta’ Vettel kmieni fl-istess tellieqa ġabet lura l-memorji tal-problemi li t-tim minn Maranello kellu fissessjonijiet ta’ prova ta’ qabel l-istaġun. Din se tkun problema li se tikkundanna lill-Ferrari għat-tieni post fil-klassifika talkostrutturi? Iż-żmien jagħtina parir. Aktar lura fil-klassifika, ta’ min jinnota li r-Red Bull Racing u l-Haas qegħdin jeċċedu l-aspettativi ta’ kulħadd hekk kif bosta raw dan l-istaġun bħala wieħed ta’ tranżizzjoni. Jekk jibqgħu sejrin hekk, hemm saħansitra l-possibbiltà li nistgħu narawhom fuq ilpodju fix-xhur li ġejjin. Sitwazzjoni opposta qegħdin fiha l-Williams u l-Force India li għal darb’oħra taw l-impressjoni li għamlu pass lura f ’termini ta’ rendiment ikkumparat malistaġun li għadda. Biex wieħed jgħid kollox, is-sewwieqa taż-żewġ timijet kienu involuti f ’sitwazzjonijiet li kkompromettewlhom it-tlielaq tagħhom. Madankollu, s’issa lanqas f ’ċirkostanzi normali ma dehru kapaċi li jisfidaw għal post fuq il-podju, mira li kienet realistika l-istaġun li għadda. Aħjar mill-istaġun li għadda, imma xorta diżappuntanti, kienu l-Manor. Wara li dan it-tim wasal għal ftehim malMercedes u l-Williams biex jibdew ifornulhom il-power unit u s-sistema ta’ trasmissjoni rispettivament, kien hemm aspettattivi sostanzjali għal dan l-istaġun. Madankollu, ilManor xorta waħda qegħdin isibu ruħhom lejn il-qiegħ talklassifika u s-sitwazzjoni tidher li mhix se tinbidel fil-qrib minħabba l-limitazzjonijiet finanzjarji tagħhom. Ovvjament, kif semmejna aktar ‘il fuq, għadu xi kmieni biex wieħed jaqta’ kundanni. Għaldaqstant, nistennew u naraw ftit x’se joffru t-tlielaq li ġejjin.
40 10|04|2016
kullhadd.com
LOKALI
IL-VERA MOTIVAZZJONI WARA X-XENATA TA’ QUDDIEM IL-QORTI
MINN FARSA GĦAL OĦRA Nhar l-Erbgħa li għadda l-poplu Malti u Għawdxi kellu l-opportunità jkun xhieda ta’ kapitlu ieħor fil-farsa orkestrata mill-Partit Nazzjonalista fejn għamel ballun politiku minn każ imressaq minn ċittadin privat kontra deputat tal-istess partit. Kif se naraw f ’dan l-artiklu, il-motivazzjoni wara l-pożizzjoni li ħadet l-Oppożizzjoni mhix nieqsa mill-ironija u l-interessi politiċi.
zjonalista kien iffaċjat b’dan ilfatt mill-midja preżenti, huwa bidel id-diska u qal li huwa irrelevanti minn ressaq il-każ – dikjarazzjoni stramba meta wieħed jikkunsidra li dan kien il-punt tal-konferenza stampa li sejjaħ hu stess. Però, id-diska malajr reġgħet daret lura kontra l-Gvern. Dan hekk kif Busuttil ħabbar li huwa kien se jakkumpanja lil Jason Azzopardi l-Qorti b’wirja ta’ solidarjetà u biex jisħaq Taħwid li din kienet azzjoni minn gvern li kien qiegħed jhedded Il-ħrejjef tal-Partit Nazzjon- id-demokrazija. alista dwar dan il-każ privat bdew minn konferenza stampa Dwar xiex kien il-każ li saret minn Simon Busuttil fil-Parlament f ’Jum il-Ħelsien. L-akkuża ta’ malafama inkwistAkkumpanjat minn grupp Par- joni tmur lura għal konferenza lamentari Nazzjonalista u uffiċ- stampa li saret f ’Ġunju tas-sena jali varji tal-partit li, mill-ħarsa l-oħra u li fiha Jason Azzopardi ta’ wiċċhom, dehru li ġew im- kien sostna li l-eks-Kummissarkaxkrin mis-sodda biex jatten- ju tal-Pulizija Peter Paul Zamdu għall-konferenza, Busuttil mit kien għadda dokumenti sostna li “Jason Azzopardi se b’informazzjoni personali dwar jitressaq il-Qorti minn Gvern spettur tal-pulizija lill-editur Laburista”. tal-Malta Today Saviour Balzan. Aktar ma beda jitkellem, però, Madankollu, mill-ewwel deher aktar deher ċar li l-akkuża ink- ċar li hemm xi xquq fit-teorija wistjoni, dik ta’ malafama, ta’ Azzopardi hekk kif fl-istess kienet tressqet minn Peter Paul konferenza stampa huwa kien Zammit bħala ċittadin privat. ikkonfrontat minn Balzan stMadankollu, meta l-Kap Naz- ess li għamilha ċara li l-akkużi li
kienu qegħdin isiru ma kellhom l-ebda bażi fir-realtà. Fix-xhur li segwew din il-konferenza stampa, Peter Paul Zammit stess għamel kuntatt mal-Partit Nazzjonalista fejn talab li Azzopardi jirtira dak li qal. Madankollu, minkejja xi diskussjonijiet li saru, din it-talba qatt ma ntlaqgħet u allura Zammit kien imġiegħel jeżerċita d-dritt li jiftaħ kawża legali biex toħroġ il-verità u tkun protetta r-reputazzjoni tiegħu. Akkużi bla bażi
Minkejja l-għaġeb li sar mill-Partit Nazzjonalista, ix-xhieda li ta fil-Qorti Jason Azzopardi stess beda jikkonferma bosta dubji li tqajmu dwar id-dikjarazzjonijiet li għamel fil-konferenza stampa ta’ Ġunju li għadda. Fost l-oħrajn, Azzopardi ammetta li huwa bbaża l-akkużi tiegħu fil-konfront ta’ Peter Paul Zammit fuq rapport li deher fuq ġurnal lokali mingħajr ma kkonsulta r-rapport tal-Kummissarju għad-Data ta’ dak iż-żmien Saviour Cachia, li kien is-suġġett tal-istess artiklu. Hawnhekk ta’ min jinnota li l-għada tal-pubblikazzjoni tal-artiklu inkwistjoni, l-istess
ġurnal ammetta li kien irrapporta l-konklużjonijiet ta’ Cachia b’mod inkorrett. Fil-fatt, kieku Azzopardi għamel ir-riċerki tiegħu sew, huwa kien jinduna mill-istess rapport li Cachia nniffsu kkonkluda li, minkejja xi nuqqasijiet li nstabu, huwa qatt ma sab provi li Zammit kien għadda d-dokument lill-midja. Din il-verżjoni tal-fatti kienet ikkonfermata minn Cachia stess li, fix-xhieda li ta fl-istess każ, irrepeta l-konklużjonijiet li kien għamel fir-rapport tal2015. Wirja ta’ solidarjetà Bla dubju, bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil kien konxju ta’ dan in-nuqqas. Madankollu, xorta ħass ilbżonn li jattendi s-smigħ bħala turija ta’ appoġġ. Wieħed, però, jistaqsi: veru li kien hemm bħala wirja ta’ appoġġ? Jista’ jkun li Busuttil għamel din ix-xenata kollha għax kien hu stess li daħħal lil Azzopardi f ’din il-basla meta ordnalu jagħmel dik il-konferenza stampa malafamanti mingħajr provi f ’idejh? B’hekk Busuttil ipprova jgħat-
ti din il-farsa b’farsa akbar fejn ordna lil diversi membri prominenti fi ħdan l-Oppożizzjoni flimkien mal-partitarji tagħhom biex jiltaqgħu quddiem il-Qorti sabiex jagħmlu wirja ċivili ta’ solidarjetà ma’ Azzopardi. Din il-wirja ċivili ftit ngħatat prominenza fl-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista ħlief għal diversi filmati ta’ Busuttil stess qiegħed jagħmel diskors partiġġjan dwar dan il-każ personali. Dan in-nuqqas ta’ prominenza ma seħħx b’kumbinazzjoni, fatt li ħareġ ċar mill-filmati li xxandru fuq il-midja nazzjonali l-oħra kollha. F’dawn il-filmati, bosta partitarji ta’ dawn id-difensuri tal-libertà tal-espressjoni dehru qegħdin jaggredixxu lil diversi membri tal-midja li kienu qegħdin jippruvaw jieħdu l-kummenti ta’ dawk li attendew din l-attività partiġġjana. Għaldaqstant, l-aġir ipokrita ta’ Busuttil u dak intimidatorju tal-partitarji Nazzjonalisti, reġa’ fakkar min fil-verità huwa theddida għad-demokrazija f ’pajjiżna u wera b’mod ċar li dan il-partit għadu bl-istess attitudni distruttiva li wasslitu għat-telfa elettorali kbira tal2013.