www.kullhadd.com Il-Ħadd, 10 ta’ Settembru, 2017
Ħarġa Nru 1,261 Prezz €1
SAID WAQAF LIL BUSUTTIL • HU SIMON BUSUTTIL LI QED JINSISTI MIEGĦU BIEX IĊEDI U JIRTIRA • IL-VERITÀ HI LI DELIA JRIDU JIBQA’ FIT-TELLIEQA; IKTAR FAĊLI JĠIB 50% MILLI 66% • SAID QED JGĦID LI BUSUTTIL MESSU M’APPOĠĠJAX LIL PERICI CALASCIONE Tagħrif esklussiv li għandha din il-gazzetta jgħid li huwa Simon Busuttil li qed ikompli jagħmel pressjoni fuq Chris Said biex jirtira mit-tellieqa tal-Partit Nazzjonalista u mhux Adrian Delia. Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista sostnew li għalkemm seta’ kien hemm min, bħal Frank Portelli, tkellem dwar l-idea li Said jaċċetta kariga oħra u jirtira mittellieqa għall-kap, din hi l-aħħar ħaġa li jrid it-tim li qed imexxi l-kampanja ta’ Adrian Delia. Għax Adrian Delia jaf li iktar faċli jġib 55% milli s-66% li jkollu bżonn jekk itellaq waħdu. Saħansitra kien hemm nies bħal Manuel Delia, il-blogger, attivist u eks kandidat parti mill-klikka ta’ Daphne Caruana Galizia, li ssuġġerew li Said għandu jirtira. Iżda, hu ma jridx jaf. Ladarba ma kienx appoġġjat bħala l-kandidat favorit ta’ Busuttil u ta’ madwaru u għalhekk tellfulu ċ-ċans li joħroġ l-ewwel fil-Kunsill Ġenerali, issa qed iwebbes rasu. Ara paġna 5
IKTAR NIES B’SENTENZI KRIMINALI MADWAR DELIA Qed joħorġu iktar fid-dieher aħbarijiet dwar nies b’mistoqsijiet dwar il-kondotta tagħhom u li Adrian Delia ddawwar bihom. Illum niżvelaw każ ieħor fost id-diversi li hemm. Dan l-għada li l-eks editur tat-Times Lawrence Grech qal: “Ma ninsewx ukoll li Dr Delia għandu dell fuqu li dan ġie l-kumitat tal-etika u ssuġġerixxa li dan jerġa’ jaħsibha. Hu naturalment… qalilhom li hu ma jimpurtahx, jien se nibqa’ għaddej, imma di fatti se jibqgħu ċerti domandi fuqu u għadu ma klirjahomx.” Ara paġna 4
100 MILL-AQWA Il-gazzetta KullĦadd timmarka l-ewwel 100 jum tal-Gvern b’suppliment speċjali ta’ 28 paġna. B’intervista mal-Prim Ministru Joseph Muscat, l-opinjoni ta’ dawk li jsegwu mill-qrib dak li għaddej f’pajjiżna u l-ħarsa lejn il-ħidma li saret minn kull Ministeru nistgħu nikkonkludu li dawn kienu 100 jum mill-aqwa. Ara paġni 11-38
Kronaka
RAĠEL IMUT BL-ARMA TIEGĦU STESS Ara paġna 9
02
10.09.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 31°C L-Inqas Temperatura: 23°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja dgħajfa ta’ pressjoni għolja testendi mil-Lvant tal-Mediterran lejn ilGżejjer Maltin. It-Temp: Xemxi, bi sħab għoli li jiżdied filgħaxija Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi min-Nofsinhar li jsir ftit qawwi għal qawwi min-Nofsinhar ix-Xlokk sa filgħaxija. Il-Viżibilità: Tajba. Il-Baħar: Moderat li jsir qawwi. L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx mil-Lbiċ filgħaxija It-Temperatura tal-Baħar: 27°C
email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
28°C UV 10
23°C
Il-Ħamis
30°C UV 11
23°C
29°C UV 11
Il-Ġimgħa
22°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
29°C UV 10
20°C
28°C UV 11
21°C
28°C UV 11
20°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Floriana Dispensary,29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 Numri Importanti Spiżerija Merħa, Shop 2, Triq Lapsi, Ta’ Giorni – 21333886 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Remedies Pharmacy, 133, Triq Rudolfu, Tas-Sliema (Ex Rudolph Pharmacy) – 21344722 112 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 21411438 Il-Pulizija ta’ Malta St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 2122 4001-9 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322 2393 0000 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consigli, Iż-Żejtun – 21806009 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija – 21557278 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
10.09.2017
kullhadd.com
IL-PASS LI JMISS TAL-VOT 16 Il-Gvern nieda konsultazzjoni dwar jekk żgħażagħ ta’ 16il sena għandhomx jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fl-Elezzjonijiet Ġenerali. Fi tweet wara li tnediet il-konsultazzjoni f ’Kastilja, il-Prim Ministru, Joseph Muscat, iddikjara: “wara li niżżilna l-età għal 16-il sena fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, bdejna l-proċess biex nagħmlu l-istess għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Elezzjonijiet Ġenerali.” Fil-konsultazzjoni pubblika qed jiġi mistoqsi wkoll jekk żgħażagħ ta’ 16-il sena għandhomx jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u jekk għandhomx ikollhom id-dritt li jokkupaw il-kariga ta’ sindki. Waqt it-tnedija, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Julia Farrugia Portelli, tenniet li l-Gvern qed iżomm ma’ impenn elettorali ieħor b’din il-konsultazzjoni li hi parti mill-ħidma ta’ gvern li l-ħidma tiegħu ma qatgħet xejn. Skont ir-reġistru elettorali ta’ Ottubru 2016, jekk tiġi introdotta, din l-inizjattiva għandha taffettwa madwar 8,500 ċittadin, li jkunu jifformaw parti mill-elettorat għall-elezzjonijiet ġenerali Maltin. Fis-sena 2015, il-persuni li kellhom 16 u 17-il sena diġà kkontribwixx-
ew billi vvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kemm f ’Malta kif ukoll f ’Għawdex għall-ewwel darba. Fl-2015, mill-4,485 żagħżugħ eliġibbli, 62.3% ħadu sehem fil-votazzjoni u kkontribwixxew għar-riżultat elettorali fil-lokalitajiet tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li jemmen li ħsieb dwar l-għoti tal-Vot liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena għall-Elezzjonijiet Ġenera-
li huwa sinjal ta’ fiduċja fiżżgħażagħ mill-Gvern preżenti, u tenna li ż-żgħażagħ huma maturi biżżejjed sabiex jieħdu deċiżjonijiet u kapaċi jagħrfu u jirraġunaw fuq min għandu jmexxi l-lokalitajtiet tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li din il-miżura daħlet bħala wegħda elettorali biex verament jissaħħaħ il-kunċett ta’ demokrazija lokali u dan billi l-Kunsilli Lokali jattiraw lejhom enerġija u
parteċipazzjoni aktar wiesgħa partikolarment minn żgħażagħ ġodda. Tul il-perjodu ta’ konsultazzjoni hemm ħafna x’jingħad. Fost dawk li diġà ddikjaraw pożizzjoni fl-aħħar xhur kien hemm l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal li argumenta li huwa importanti li l-ġenerazzjoni żagħżugħa tingħata s-setgħa billi jiġi ffaċilitat l-involviment f ’deċiżjonijiet li jaffettwaw b’mod dirett lilhom
u lis-soċjetà b’mod ġenerali. Dan ġie espress ukoll fid-dawl ta’ parametri legali oħra li żżgħażagħ ta’ 16-il sena huma soġġetti għalihom; fosthom ilfatt li jistgħu jfasslu testment, li jiftħu u jħaddmu kont bankarju u li jinżammu kriminalment responsabbli għal kwalunkwe mġiba ħażina, filwaqt li jaġixxu bħala kummerċjanti u jmexxu negozji. Żgħażagħ f ’din l-età jħallsu taxxi jekk jagħżlu li jibdew jaħdmu.
€180,000 GĦAL TAL-BANDA • IL-GVERN JIRRIKONOXXI S-SEHEM KULTURALI • IGAWDU 21 KAŻIN Il-Gvern ippreżenta għajnuna finanzjarja lil 21 każin tal-banda li jammontaw għal total ta’ €180,000. Din il-preżentazzjoni saret fuq inizjattiva tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u saret permezz ta’ proċess kompettitiv amminisitrat mill-Kunsill Malti għall-Arti, f ’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Baned Maltin. Fi tmiem ilproċess amministrattiv intgħażlu 21 soċjetà mużikali. Il-preżentazzjoni saret is-Sibt filgħodu mill-Ministru Owen Bonnici li tenna kif il-każini tal-baned huma għaqdiet volontarji li jħaddnu rwol importanti fil-komunitajiet ta’ pajjiżna, kemm permezz tattagħlim tal-mużika li joffru kif ukoll permezz tal-valur artistiku miżjud li tant isebbaħ l-irħula u l-komunitajiet tagħna. Il-Ministru Bonniċi qal li kien proprju għalhekk li nħass il-bżonn li l-każini tal-baned jingħataw għajnuna finanzjarja. Il-Ministru Bonnici spjega
wkoll kif l-għajnuna finanzjarja li ngħatat se tissarraf fi żviluppi fis-soċjetajiet mużikali. Dawn ivarjaw minn restawr ta’ armar, restawr ta’ pitturi, restawr tal-kollezzjonijiet tal-mużika kif ukoll titjib fisservizz tat-tagħlim tal-mużika. Huwa fatt magħruf li l-każini tal-baned jagħtu sehem importanti u siewi f ’kull belt u
raħal ta’ Malta u Għawdex, anki fil-formazzjoni tażżgħażagħ u wkoll kbar. Għalhekk, l-għajnuna finanzjarja għandha l-iskop li l-każini talbaned ikunu jistgħu jkomplu jikkontribwixxu lejn il-kultura u l-wirt kulturali ta’ pajjiżna. Is-soċjetajiet li bbenefikaw minn din l-iskema huma: Banda l-Unjoni - Ħal Luqa,
Banda Santa Katerina iż-Żurrieq, Banda La Vittorja - il-Mellieħa, Banda Re Ġorġ V - L-Imqabba, Banda Peace - in-Naxxar, Każin San Gabriel - Ħal Balzan, Banda Żejtun, Sant’Elena Band Club Birkirkara, Banda San Ġużepp - Ħal Għaxaq, Banda Sant’Anna - Marsaskala, Banda Stella Maris - Tas-Sliema, Banda
Birżebbuġa, Banda Madonna Tal-Ġilju - L-Imqabba, Banda Santa Marija - Ħal Għaxaq, La Stella – Victoria, Għawdex, Banda San Leonardo - Ħal Kirkop, Banda San Lawrenz - il-Birgu, Għaqda Mużikali L’Isle Adam - ir-Rabat, Banda Victory - in-Naxxar u Banda Santa Maria – iż-Żebbug, Għawdex.
04
10.09.2017
kullhadd.com
ĦATRIET ĠODDA FIL-PARTIT LABURISTA L-Avukat Randolph De Battista se jassumi l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ġdid tal-Partit Laburista mit-Tnejn li gej. Fl-aħħar snin Dr De Battista ħadem fi Brussell, kemm fir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta kif ukoll kien membru tat-tim tan-negozjatur ewlieni għal Brexit, Michel Barnier. De Battista diġà ħadem fil-Partit Laburista qabel l-2013 meta kien fit-tim talKomunikazzjoni tal-Partit Laburista. “Flimkien mat-tmexxija u l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, se naħdmu biex nassiguraw li l-Partit Laburista jibqa’ l-iktar partit organizzat u b’saħħtu f ’pajjiżna,” qal De Battista. Il-Partit Laburista se jkollu wkoll Direttur tal-Komunikazzjoni ġdid. Aleander Balzan, li hu kwalifikat filkomunikazzjoni, il-politika u l-istudji Ewropej, se jassumi dan l-irwol wara li fl-aħħar tliet snin u nofs kien Kap talAħbarijiet ta’ ONE. Se jkun Owen Galea li jassumi l-irwol ta’ Kap tal-Aħbarijiet. Galea, gradwat fil-Komunikazzjoni, għandu esperjenza f ’bosta oqsma tal-ġurnaliżmu u ħadem ma’ wħud mill-iktar djar tal-midja stabbiliti fil-pajjiż. Il-persuni li kienu f ’dawn il-karigi għażlu li jissoktaw bil-karrieri tagħhom fi bnadi oħra, bid-Deputat Mexxej għallAffarijiet tal-Partit, Chris Cardona, irringrazzja lil Gino Cauchi u Nigel Vella għall-ħidma tagħhom f ’dawn ilkarigi fl-aħħar snin. “Il-ħatriet ta’ persuni ġodda li jokkupaw karigi tant importanti huma xhieda ta’ tiġdid kontinwu u ta’ kontinwazzjoni ta’ bidla ġenerazzjonali fi ħdan il-Partit Laburista. Din il-bidla se tkompli tassigura li l-istruttura talPartit Laburista tkun dejjem aktar lesta għal aktar sfidi u suċċessi,” qal idDeputat Mexxej Cardona.
Randolph De Battista
Aleander Balzan
Owen Galea
MAL-MAŻUNI TA’ DELIA WIEĦED LI ĦARAQ BAR • DELIA KRITIKAT GĦAN-NIES LI QED JIDDAWWAR BIHOM
Biċ-ċrieki bojod dawk tal-mażunerija, biċ-ċirku isfar kanvasser b’każi serji Ir-ritratt ta’ Adrian Delia fil-każin Nazzjonalista tal-Ħamrun imdawwar b’żewġ membri tal-mażunerija, li suppost kienu sospiżi mill-partit, jinkludi wkoll Ħamruniż li fil-Qorti ammetta li ħaraq bar. Huwa Marius Scerri, l-attivist Nazzjonalist b’sentenza kriminali mdendla fuq rasu dwar reat tal-ikbar serjetà u li qed jappoġġja mill-qrib lil Delia u saħansitra ma’ oħrajn attenda l-attivitajiet ta’ dak li qed jaspira li jilħaq kap tal-Partit Nazzjonalista. Fl-aħħar ġimgħat Adrian Delia kien deskritt bħala “shady” minn nies li fil-Partit Nazzjonalista ilhom jimmilitaw snin. Biex jikkritikaw il-kondotta tiegħu sabu diversi eżempji u filwaqt li prova jiddefendi ruħu billi rreaġixxa b’emozzjoni baqa’ ma ta ebda spjegazzjoni għal ħafna mill-azzjonijiet tiegħu. Filwaqt li fil-pubbliku u fuq il-midja saru dikjarazzjonijiet dwaru li għad irid iwieġeb, intqal iktar b’mod ċar fil-kurituri tal-każini u fid-Dar Ċentrali. L-allegazzjonijiet li kien hemm huma serji. Fost oħrajn intqal kif il-fatt li f ’ritratt wieħed ta’ Delia hemm tlieta li xejn ma jagħmlulu ġieħ, jgħid ħafna fuq x’jiġri jekk Delia jilħaq kap tal-Partit Nazzjonalista. Intqalu kummenti wkoll b’referenzi għal dawk li fl-aħħar ġimgħat inġabru quddiem id-Dar Ċentrali biex joffrulu appoġġ u kif biex għamlu dan insulentaw persuni oħra. Marius Scerri, li fir-ritratt ippubblikat jidher bi flokk iswed u bid-daqna fuq quddiem, hu fost numru ta’ Ħamruniżi li kienu ma’ Mario De Marco u llum jappoġġjaw lil Adrian Delia. Fih jaraw ukoll raġuni kif ip-
attuha lil Simon Busuttil għal mod kif kien stmat fl-aħħar snin iż-żiemel tagħhom, anke jekk De Marco kien attent li ma jiżbilanċjax ruħu. Quddiem l-Imħallef Michael Mallia, Marius Scerri ammetta minflok għadda ġuri li ta n-nar lil bar wara argument mas-sieħba tiegħu, omm bintu. Is-sentenza tal-Qorti tirrakkonta x’seħħ dakinhar li nħaraq il-bar. Marius Scerri flimkien ma’ persuna oħra, kienu marru fl-istabbiliment Saints Bar għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ filgħodu fejn l-akkużat kellu xi jgħid ma’ xi persuni fil-lokal li kien jafhom u wara li tkeċċa ’l barra minħabba l-inkwiet li kien inqala’, hu kien allontana ruħu minn fuq ilpost permezz ta’ vettura misjuqa mill-persuna l-oħra li kienet miegħu l-ħin kollu, bin-numru ta’ reġistrazzjoni ABN871 tal-għamla Fun Cargo. Fil-kors ta’ triqthom, l-akkużat u l-persuna l-oħra li kienet miegħu, waqfu ma’ pompa tal-petrol li lemħu fit-triq u l-akkużat flimkien mal-persuna l-oħra battlu landa taż-żibel li kienet fil-viċinanżi u mlewha bil-petrol minn din il-pompa. Wara li għamlu hekk, dawn saqu lura lejn l-istabbiliment Saints Bar u wara li pparkjaw fit-triq tal-istess stabbiliment, l-akkużat ħareġ mill-vettura ABN871 bil-landa mimlija petrol f ’idejh segwit mill-persuna l-oħra li kienet miegħu, mar jiġri lejn il-bieb tal-istabbiliment, u wara li tefa’ l-landa fuq il-bieb tas-Saints Bar, volontarjament qabbadha bil-lighter li kellu fil-pussess tiegħu bl-intenzjoni li jagħti n-nar lill-istabbiliment kollu, u dan meta kien jaf li ġol-istabbiliment kien hemm xi persuni jew li seta’ kien għad hemm xi persuni ġewwa fil-mu-
ment tal-ħruq. Sussegwentement Marius Scerri u l-persuna l-oħra li kienet miegħu ħarbu jiġru ’l isfel lejn fejn kienet ipparkjata l-karrozza ABN871, u saqu ’l hemm fid-direzzjoni tal-Ħamrun. Madankollu, wara li telqu minn fuq il-post din it-tieni darba, l-akkużat flimkien mal-persuna li kienet miegħu reġgħu saqu lura fit-triq tal-istabbiliment sabiex jaraw x’kien qed jiġri fuq il-post u waqt li kien fid-dintorni, l-akkużat ġie identifikat minn xi persuni li kienu fil-lokal jew fil-viċinanzi tal-istess bħala wieħed mill-persuni li kien ikkawża dan il-ħruq. Meta ġiet biex tagħti s-sentenza tagħha, sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, il-Qorti qalet li għalkemm ebda persuna ma tilfet ħajjitha, huwa seta’ jobsor li f ’dak il-waqt hemm ġew kien hemm xi persuna. Hu nstab ħati wkoll li ħebb kontra persuna sabiex jinġurja, idejjaq jew jagħmel ħsara lil dik il-persuna jew lil ħaddieħor. Instab ħati wkoll li volontarjament kiser il-bon ordni jew il-kwiet tal-pubbliku. Dan mhux l-uniku każ fejn Scerri ttella’ l-Qorti jaffaċċja akkużi kriminali. Għalkemm kien hemm drabi fejn kien liberat minħabba li ma nstabux biżżejjed provi kontrih. Intant, referenza għal Jonathan Pace u Olvin Galea li kienu fiċ-ċentru ta’ rapport tal-Maltatoday li snin ilu qalu kif huma membri tal-mażunerija filwaqt li kienu qrib Mario De Marco u attivisti kbar tal-Partit Nazzjonalista għamluha wkoll imkejjen fid-Dar Ċentrali. Qalu li bħal fil-każ ta’ Scerri jsibuha diffiċli ħafna jemmnu li Delia ma kienx jaf ma’ min qed jieħu ritratt.
05
10.09.2017
kullhadd.com
CHRIS SAID MA ĊEDIEX LIL SIMON BUSUTTIL • FID-DAR ĊENTRALI L-AFFARIJIET JINĦMEW B’MOD DIFFERENTI ĦAFNA MILL-PERĊEZZJONI PUBBLIKA
Chris Said qed iwebbes rasu biex ma jirtirax mill-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan mhux biex ma jpaxxix lill-kontestant l-ieħor Adrian Delia, kif qed jaħsbu ħafna, iżda biex ma jbaxxix rasu għal Kap caretaker Simon Busuttil. Dan għaliex jekk Chris Said jirtira minn din l-elezzjoni, jinfetaħ il-bieb biex Simon Busuttil ikun jista’ jibqa’ fil-kariga. Fid-Dar Ċentrali qed ikun ikkalkulat li Chris Said se jġib madwar 40% tal-voti tat-tesserati tal-partit. Dawn ma jkunux biżżejjed biex isir Kap. Dan għax ovvjament kandidat kulma għandu bżonn huwa 50%+1 tal-voti validi mit-
fugħa. Adrian Delia b’ hekk isir Kap bil-kumdità. Madankollu, jekk Chris Said jirtira mit-tiġrija, Adrian Delia jkollu bżonn 66%+1 tal-voti. B’hekk, l-40% li mhumiex biżżejjed biex Said isir Kap, ikunu biżżejjed biex Delia ma jsirx, u fuq kollox biex jerġgħu jinfetħu n-nomini. F’dan il-każ, Simon Busuttil ikollu skuża biex jgħid li la l-Partit Nazzjonalista ma rnexxilux isib persuna biex tmexxih, dmiru hu li jibqa’ hu. F’xenarju bħal dan, Adrian Delia jkollu aktarx jirtira għaliex ikun ġie umiljat. Anke jekk għamel numru ta’ dikjarazzjonijiet li mhux se jibqa’ Kap, kif diġà konna
rrappurtajna, din ir-regola kien żerżaqha minn taħt l-istess Simon Busuttil meta kien qed jiltaqa’ l-Kunsill Amministrattiv li fassal ir-regoli tal-elezzjoni. Chris Said qed jgħid li għandu pressjoni biex jirtira iżda mhux se jagħmel hekk għaliex it-tesserati għandhom ikollhom għażla. Saħansitra qal ukoll li n-nies ta’ Delia offrewlu jagħżel liema kariga jrid jekk kemm-il darba jirtira, biex Delia jtellaq waħdu. Xi ħaġa li Adrian Delia ċaħad. Il-KullĦadd tista’ tikkonferma li l-pressjoni fuq Said mhix ġejja mingħand in-nies ta’ Delia, li jriduh jibqa’ biex jiftħilhom it-triq, iżda min-nies ta’
Simon Busuttil li jarawh bħala ċ-ċavetta tagħhom biex issir elezzjoni oħra. Il-problema għal Simon Busuttil hija li Chris Said ma jridx ibaxxi rasu għal din is-soluzzjoni, speċjalment wara li Simon Busuttil ma appoġġjahx fl-ewwel rawnd u minflok ħadem għal Alex Perici Calascione. In-nies ta’ Chris Said qed jgħidu li Simon Busuttil kellu jirrikonoxxi li hu kien l-aktar kandidat b’saħħtu u messu għenu u mhux qasam il-voti. Kieku sar hekk hu kien johrog l-ewwel mill-Kunsill Ġenerali u l-istorja kienet tkun differenti. Hemm min jaħseb iżda li
Il-problema għal Simon Busuttil hija li Chris Said ma jridx ibaxxi rasu għal din is-soluzzjoni, speċjalment wara li Simon Busuttil ma appoġġjahx fl-ewwel rawnd
Busuttil minn dejjem kellu f ’moħħu dan ix-xenarju. U dawk li għokrithom għajnhom, meta saru r-regoli u ddaħħlu ċerti klawżoli strambi, qed jieħdu r-raġun.
06
10.09.2017
kullhadd.com
QED NGĦIXU L-IKBAR QASMA FOST ĦAFNA • L-ISTORIĊI JIMMARKAW KUNFLITTI FIT-TLIELAQ GĦAL KAP TAL-PN • IL-PROFESSUR PIROTTA JGĦID LI BĦAL TA’ BĦALISSA QATT MA KIEN HEMM
Kitba ta’ id-darba daħlet fil-kredu l-eks CLAIRE AZZOPARDI mara ta’ Jason Azzopardi. David Thake kiteb jekk It-tellieqa għall-Kap tal-Partit Delia ma kienx jaf li ppoża Nazzjonalista kompliet tiħrax. mal-eks mara ta’ Jason AzzoL-attakki ma qatgħu xejn u pardi, xi ħadd mill-kampanja suppost qallu, u żied li agħar l-firda interna żdiedet. Fl-aħħar jiem komplew minn hekk ir-ritratt ittella’ fuq joħorġu aktar dikjarazzjonijiet Facebook. Qal li dan juri li lest mill-grupp Parlamentari u es- isawwat taħt iċ-ċintorin. Bħal ponenti tal-Partit Nazzjonalis- Thake kien hemm Ray Bugeja, ta li indikaw li se jkun diffiċli eks kontestant għal kap. Iżda dawn kienu biss tnejn għal min jilħaq kap biex jieħu l-kontroll tal-Partit Nazzjon- min-numru notevoli ta’ dikjarazzjonijiet li saru u għalhekk alista. Saħansitra t-tellieqa għal kap il-mistoqsija tiġi waħedha, din kompliet tinżel għal livelli li kienet l-aktar tellieqa qalila u qatt ma rajna bħalhom qabel. ħarxa għal kap tal-PN fl-istorFl-aħħar jiem il-President ja? Dwar dan il-gazzetta tal-Kumitat Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista, Kar- KullĦadd tkellmet ma’ żewġ ol Aquilina kompla kebbes storiċi li l-istorja politika ta’ ix-xrar meta f ’messaġġ fuq Malta stħarrġuha sew; il-Proil-profil tiegħu ta’ Facebook fessur Godfrey Pirotta u qal li l-agħar ħaġa li tista’ l-Professur Henry Frendo. tiġrilu l-partit hija li jinħakem Il-Professur Pirotta stqamill-mażunerija. B’persuni li rr li qatt ma jiftakar ġlieda qed jagħtu l-appoġġ tagħhom daqshekk ħarxa fil-miftuħ. lill-kandidat Adrian Delia Spjega kif minkejja li t-tellispiċċaw jhedduh u jkellmuh eqa li waslet għal ħatra ta’ Edħażin. die Fenech Adami bħala kap David Thake wkoll qed jhed- kienet ħarxa wkoll, din ma kided li jitlaq mill-Partit Nazz- nitx daqshekk fil-għajn. jonalista jekk kemm-il darba Min-naħa tiegħu l-Professur jilħaq kap Adrian Delia u din Frendo tenna li minkejja t-tli-
Prof. Godfrey Pirotta
Prof. Henry Frendo
elaq għal kap ta’ partit huma dejjem x’aktarx ħarxa fil-partiti ewlenin, id-differenza llum fil-Partit Nazzjonalista hija li wieħed mill-kontestanti għal kap qatt ma kien involut direttament fil-Partit u għalhekk mhuwiex tried and tested u dan wassal għal ħafna punti ta’ interrogazzjoni. Frendo għamel ukoll referenza għall-istorja politika ta’ pajjiżna: “It-tlielaq għal kap ta’ partit huma dejjem x’aktarx ħarxa fil-partiti ewlenin, inkluż il-Labour Party (Mintoff-Boffa; Spiteri-Sant). Wara l-mewt ta’ Fortunato Mizzi fl-1905 kellek problema bi Francesco Azzopardi, P.L. viċin il-popolin li kien jitkellem tajjeb imma dan tqies bħala kollaboratur tal-Gvern kolonjali fi żmien meta kellek il-politika tal-Astensjoniżmu u l-Anti-Astensjoniżmu għall-Kunsill talGvern. Il-partit dam snin qabel ma ġedded ruħu bi tmexxija
definita u dejjiema wara l-Gwerra. Għalkemm is-suċċessjoni ta’ Nerik Mizzi fl-1950 dehret destinata għan-number two tiegħu, Ġorġ Borg Olivier, li kien ammiratur u li waħdu
Jekk jirbaħ Delia m’hemmx dubju li nies bħal dawn jisfgħu mwarrba u x’aktarx maqlugħin ’il barra
fl-1942 vvota kontra l-eżilju, kellek oħrajn li ppretendewha, speċjalment forsi l-Prof Ġużè Hyzler, li mbgħad waqqaf id-Democratic Action Party bi programm ta’ business friendly. Dr Borg Olivier irreżista t-tluq minn kap minkejja żewġ telfiet (fl-1971 u fl-1976) imma fl-aħħar sar ‘kap suċċesssur’ Fenech Adami. Il-konfront aħħari kien wieħed pjuttost aħrax għax Guido De Marco speċjalment kellu ħafna appoġġ. Ċensu Tabone, li kien kiber, kellu ferm inqas minnu u rtira wara l-ewwel sondaġġ. Il-konfront għas-suċċessjoni rega’ kien akkanit b’Lawrence Gonzi, John Dalli u Louis Galea.” Iżda dawn il-firdiet se jkollhom il-konsegwenzi fil-futur? Il-Professur Pirotta jemmen li l-firdiet dejjem iħallu konsegwenzi. “F’dan il-każ aktar. Għaliex nies li ilhom jimmilitaw fil-Kunsill Amministrattiv talPN u oħrajn attivi f ’livelli oħra sabu ruħhom f ’oppożizzjoni diretta għall-għażla li għamlu
07
10.09.2017
kullhadd.com
l-istess Kunsilliera tal-Partit. Jekk jirbaħ Delia m’hemmx dubju li nies bħal dawn jisfgħu mwarrba u x’aktarx maqlugħin ’il barra.” Il-Professur Frendo qal li wieħed diffiċli jispekola u li kollox jiddependi fuq dak li se jiġri issa. Tenna wkoll li Chris Said iktar jasal biex jgħaqqad il-Partit għax jafu sew, mentri Delia lanqas biss hu jew qatt kien Membru Parlamentari. “Ovvjament irid ikun hemm tranżizzjoni ikun min ikun.” Rikonċiljazzjoni? Tweġiba diffiċli. Meta mistoqsi dwar liema jaħseb li hu l-aħjar kandidat biex jagħmel ir-rikonċiljazzjoni meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista, il-Professur Pirotta qal li t-tweġiba hija waħda diffiċli. Dan “għaliex il-qasma hija bejn nies li huma parti mill-gwardja l-qadima u nies li ġew minn barra. S’issa min ġie minn barra jidher favorit, nistenna differenza żgħira fil-vot għal ħatra ta’ kap u jekk jiġri hekk il-qasma tkun immanifestat ruħha b’mod qawwi.”
Tal-lum hi kampanja qalila iktar minn din li kienet dejjem meqjusa fost l-agħar
Iżda wara l-attakki u l-firda, ikun min ikun kap se jkollu l-grupp Parlamentari warajh? Il-Professur Frendo saħaq li tkun ġennata jekk il-Partit Nazzjonalista jmur għall-elezzjoni li jmiss waqt li jkun mifrud jew maqsum. Tal-istess fehma kien il-Professur Pirotta li tenna li żgur li min jirbaħ irid jirbaħ il-fiduċja ta’ dawk li jaħsbu li huwa mhux l-aħjar għażla li trid issir. “Imma ma naħsibx li l-PN huwa partit kuntent bis-sitwazzjoni tiegħu u jekk ilgrupp Parlamentari jibgħat sinjali lill-votanti li huma għadhom maqsumin id-disfatta żgur li tkun ikbar fl-elezzjoni li jmiss, speċjalment meta Malta għandha Gvern li wettaq passi ta’ ġgant f ’ħafna oqsma importanti. Fil-fatt, quddiem Gvern li jaf fejn irid imur u sejjer lejn il-miri tiegħu b’suċċess. Imma għaqda sħiħa diffiċli tinkiseb meta jkollok tellieqa għal kap ta’ partit li fiha saru attakki bla rażan.” U għalhekk, il-mistoqsija tiġi waħedha. Wara li jkun elett kap ġdid tal-PN, se jkun hemm qasma oħra bħalma kien hemm fi żmien Ganado u Borg Olivier? Il-Professur Pirotta spjega li wara l-qasma bejn Borg Olivier u Ganado kien hemm anki id il-knisja. “Fil-każ tallum il-firda ġejja minn ġewwa u għalhekk iktar profonda. Hemm nies li ħadu pożizzjoni li jekk jitla’ Delia huma jikkunsidraw is-sħubija fil-partit, u xi wħud min dawn huma Membri Parlamentari. Barra minn hekk, għandek MPs u oħrajn li għad għandhom nostalġija
Imma għaqda sħiħa diffiċli tinkiseb meta jkollok tellieqa għal kap ta’ partit li fiha saru attakki bla rażan
toliku ferventi u kellu l-ambizzjonijiet tiegħu, imma l-kritika prinċipali tiegħu kontra Borg Olivier meta qasam kienet li dan kien kajman wisq u b’hekk kien qiegħed isaħħaħ idejn Mintoff. Ma naħsibx li jista’ jkun hemm l-istess kritika jekk ikollok lil Said jew anke lil Delia.” Delia u Said b’iktar minn “għadu” wieħed Iż-żewġ kandidati għal kap għamlu dikjarazzjonijiet bħal “nagħtu tagħlima lil-Laburisti” u li “l-akbar għadu huwa l-Partit Laburista.” Kap ġdid għandu jara kif se jgħaqqad il-partit tiegħu stess qabel jara t-taraġ ta’ Kastilja?
għall-passat u mhumiex lesti jkomplu jagħlqu għajnejhom fuq politika li ssaħħaħ l-inklużjoni soċjali u avvanzi oħra. Dan rajnieh kull meta ġew biex jivvutaw fuq miżuri ta’ din in-natura. Ivvutaw favur tagħhom mhux għax xtaqu imma għaliex ġew imġiegħla. Għalhekk, fil-mument il-possibilità ta’ qasma hija kbira u dak li se jiġri fil-ġimagħtejn li ġejjin se jkun indikazzjoni ċara ta’ fejn jista’ jmur il-PN.” Iżda l-fehma tal-Professur Frendo hija differenti. “Dwar il-qasma tal-1958, Ganado kien intelliġenti, kat-
Il-Professur Pirotta tenna li “fil-preżent l-għadu tal-PN huwa l-PN stess. Huwa partit bla direzzjoni jew pjan politiku għall-pajjiż. Iħares lura u jitkellem bi kliem li kien jagħmel sens 30 sena ilu. La għandu pjan ekonomiku u lanqas soċjali. La jaf kif jista’ joħloq ilġid u lanqas kif il-ġid iwasslu f ’but in-nies waqt li jkompli jsaħħaħ il-finanzi. U l-idea ta’ għadu fiha nnifisha hija kelma tal-passat speċjalment meta wieħed iqis l-isforzi li saru biex dan l-atteġġjament jieqaf darba għal dejjem.” Iżda minkejja dan kollu, b’kap ġdid l-establishment tal-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jirrenja? Tkellimna dwar dan mal-Professur Frendo li qal: “Hemm diversi teoriji politiċi dwar l-oligarkiji fil-partiti, għax
irid ikollok lil xi ħadd imexxi; imma jiddependi mill-politika tat-tmexxija u mill-karattru tal-mexxej u l-grupp tiegħu. Meta tgħid ‘establishment’ tkun qiegħed timplika klikka ‘permanenti’ li ħadet il-poter di sentu u tirrennja fuq kulħadd. Dan ikun ħażin u kważi impossibbli jekk ikollok strutturi demokratiċi aċċettati f ’partit; imma jrid ikollok ukoll nies ta’ fibra li joħorġu għonqhom. Diversi persuni validi bħal Ivan Bartolo ta’ 6pm, il-President tal-AŻAD Grixti, l-MEP Metsola u oħrajn baqgħu gallarija. Tgħid għaliex?” Il-Professur Pirotta jemmen li jekk jirbaħ Delia pass pass jiżżarma l-establishment tal-mument. “Imma hija ħaġa żgura li postu jeħodulu establishment ieħor. Sfortunatament, il-PN dejjem kien partit tal-avukati li mill-passat dejjem qisu lilhom infushom bħala l-establishment naturali talpajjiż. Jiena kont ktibt meta laħaq Simon Busuttil li forsi wara din il-ħatra il-PN jinduna li għandu bżonn isib mexxej li mhux avukat li jwassal li joħroġ lill-PN minn din l-istraightjacket li qiegħed fiha. B’kuntrast fl-istorja tiegħu l-PL kellu diversità fl-oqsma li kienu ġejjin minhom il-mexxejja tiegħu. Il-PN baqa’ fejn kien marbut mat-tradizzjoni.” Li hu ċert hu li ż-żewġ kandidati ma għandhom ebda viżjoni għal pajjiżna. Dan ħareġ fid-deher matul din l-elezzjoni, li matula ma lissnu ebda kelma dwar il-viżjoni tagħhom, iżda minflok iffokaw biss fuq l-attakki u l-firda. Għalhekk wieħed jistaqsi, bidla fil-kap se ġġib bidla fil-partit li tilef bl-akbar telfa elettorali?
Imma ma naħsibx li l-PN huwa partit kuntent bissitwazzjoni tiegħu u jekk il-grupp Parlamentari jibgħat sinjali lill-votanti li huma għadhom maqsumin id-disfatta żgur li tkun ikbar fl-elezzjoni li jmiss, speċjalment meta Malta għandha Gvern li wettaq passi ta’ ġgant f’ħafna oqsma importanti
08
10.09.2017
JITRAWMU L-MEXXEJJA FUTURI TAL-PARTIT
Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, il-Fondazzjoni iDEAT ser tkun qed terġa’ tniedi l-kors Politiku YOU-Progress bil-għan primarju li jgħin lill-parteċipanti li jixtiequ jkabbru l-għarfien tagħhom f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ politika fix-xena lokali. Tkellimna ma’ Dominic Grech, iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni. Fondazzjoni iDEAT ilha għal dawn l-aħħar ħames snin tipprovdi dan il-kors għaliex temmen fl-abbiltà u fl-ambizzjoni ta’ dawk iż-żgħażagħ u l-adulti li għandhom l-ambizzjoni u
l-ħeġġa sabiex jagħtu l-kontribut tagħhom fil-ħajja politika Maltija. Il-kors YOU-Progress ta’ din is-sena ser ikun inawgurat mill-Prim Ministru Dr Joseph Muscat nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru fis-6.00pm ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun. Flimkien malPrim Ministru l-MEP Dr Miriam Dalli ser tkun qed tagħmel l-intervent tagħha waqt din l-inawgurazzjoni. Dan għaliex Fondazzjoni iDEAT permezz ta’ dan il-kors ser tkun qiegħda tikkollabora mal-kampanja
LEAD li hi mmexxija mill-istess Miriam Dalli u li l-għan ta’ din il-kampanja ser ikun li nagħtu opportunitajiet akbar
kullhadd.com
holders ewlenin f ’din il-kampanja LEAD, liema kampanja għandha l-ambizzjoni li sa 10 snin oħra nofs il-kandidati, għall-Elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali kif ukoll dawk tal-Elezzjoni Ġenerali tal-Partit Laburista, għandhom ikunu nisa,” sostna Dominic Grech. Dan il-kors se jkun mifrux fuq 14-il ġimgħa bejn Ottubru 2017 u Frar 2018 u l-għan tiegħu huwa li jgħin lill-parteċilin-nisa sabiex jagħtu l-kon- panti li jixtiequ jkabbru l-għarfien tagħhom f ’dak li għandu tribut tagħhom fil-politika. “Infatti Fondazzjoni iDEAT x’jaqsam ma’ politika fix-xena ser tkun waħda mill-istake- lokali primarjament. “Għaldaqstant il-parteċipanti ser jitħarrġu f ’bosta temi interessanti fosthom il-Parlament Malti, it-taħdit pubbliku, il-politika soċjali, il-finanzi, l-etika fil-politika u t-tmexxija fil-kunsilli lokali,” qalilna Grech. “Matul dawn is-sessjonijiet ser tingħata wkoll l-attenzjoni individwali meħtieġa lil dawk kollha li ser jattendu għal dan il-kors u jiġu provduti opportunitajiet oħra li jistgħu jiżviluppaw matul dan il-kors.” Fost il-letturi li ser ikunu qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom insibu numru ta’ ministri, politiċi u anke akkademici professjonali oħrajn bħall-Onorevoli Dr Chris Cardona - Ministru għall-Ekonomija u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Dr Evarist Bartolo - Ministru għall-Edukazzjoni, Dr Aaron Farrugia - Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali, l-MEPs Dr Alfred Sant u Dr Miriam Dalli. Il-lekċers se jkunu f ’format ta’ diskussjonijiet interattivi u prattiċi iktar milli teoretiċi, fejn il-parteċipanti jkollhom hands on approach u huma mistiedna li jkollhom sehem attiv. Dawn se jsiru s-Sibt filgħodu bejn id-9.30 u l-11.30 fis-Sala tal-Eżekuttiv, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u l-ewwel lekċer se tkun nhar is-Sibt 14 t’Ottubru. L-element ta’ diskussjoni waqt dawn is-sessjonijiet ser ikun kruċjali sabiex dawk li ser jattendu għal dan il-kors mhux biss iwessgħu l-għarfien tagħhom fil-politika iżda jagħrfu wkoll jiddiskutu temi politici attwali u li minnhom jistgħu jiġu żvillupati ideat innovattivi. Dawk kollha li fi Frar 2018 ser itemmu dan ilkors ser jiġu preżentati b’ċertifikat ta’ attendenza filwaqt li jista’ jkun pass ’il quddiem fil-ħajja politika ta’ dawk li ser jieħdu sehem. L-applikazzjonijiet għall-kors YOU-Progress jinsabu miftuħa u jagħlqu l-Ġimgħa 29 ta’ Settembru f ’12:00. Dawk interessati għandhom jibagħtu email fuq: youprogressideat@ gmail.com
09
10.09.2017
kullhadd.com
IMUT WARA LI NTLAQAT MINN BALLA T’ARMA TAN-NAR
It-tip ta’ balla li kien hemm fl-arma Kitba ta’ parar ġewwa l-Victoria ShootNEIL AZZOPARDI ing Range limiti tal-Ħandaq FERRIGGI f ’Ħal Qormi. Il-każ seħħ għall-ħabta talKienet għodwa traġika wara li 11 tas-Sibt filgħodu fejn fuq f ’inċident sfortunat raġel ta’ il-post issejħet ambulanza li 60 sena mill-Belt Valletta tilef ħadet lir-raġel l-Isptar Mater ħajtu wara li ntlaqat minn bal- Dei, iżda sfortunatament aktar tard ġie ċċertifikat mejjet. la ta’ arma tan-nar. Minn stħarriġ preliminari Dan waqt li kien qed jippratikka d-delizzju tiegħu tal-is- jidher li r-raġel żviluppatlu xi
ħsara fl-arma tan-nar tiegħu stess, bil-konsegwenza li ntlaqat minn balla ta’ disa’ millimetri - fir-range li tintuża ta’ spiss mid-dilettanti ta’ dan l-isport. ONE NEWS irrapporta lbieraħ li nies li tkellem magħhom fuq il-post qalu li l-balla tad-disa’ millimetri ġeneralment tintuża minn
pistoli. Sadanittant, ftit wara li ħarġet l-aħbar tal-mewt tarraġel sar magħruf li l-vittma huwa Ronald Bruno, raġel magħruf ħafna fil-Belt. Persuni li jafu lil Bruno mill-ewwel bdew isellmu l-memorja tiegħu fuq il-midja soċjali fejn iddeskrivewh bħala ġentlom u li kien
MALTA KBURIJA
jagħmel minn kollox sabiex jgħin lill-batut. Dwar dan ilkaż infetħet inkjesta maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin. Fil-fatt, għadu mhux magħruf jekk hux se jsiru l-attivitajiet li kien hemm ippjanati li jittellgħu f ’din irrange fil-jiem li ġejjin.
Mijiet ta’ persuni nġabru l-Belt għal manifestazzjoni kkulurita Attenda wkoll il-Prim Ministru Joseph Muscat, li bi kburija tkellem maħsuba biex tippromwovi l-ugwaljanza u d-diversità. Il-gay pride mal-persuni li grazzi għall-gvern immexxi minnu qed igawdu drittijiet ta’ din is-sena kien fost l-aqwa f ’bosta snin u fost l-iktar ikkuluriti. bla preċedent.
GINO CAUCHI CEO TAL-GHRC Il-bord tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir nhar il-Ħamis li għadda approva lisSur Gino Cauchi għall-kariga ta’ kap eżekuttiv ġdid. Is-Sur Cauchi beda bl-impenji tiegħu bħala kap eżekuttiv b’effett immedjat. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi u ċ-Chairman tal-bord Stefan Zrinzo Azzopardi awguraw lis-Sur Cauchi għall-kariga l-ġdida tiegħu fi ħdan il-korporazzjoni.
10
kullhadd.com
10.09.2017
“ĦADD” MA DEJQU L-GOOGLE STREET VIEW
L-Uffiċċju tal-l-Kummissarju tad-Data f ’pajjiżna ma kellu ebda lment b’rabta mal-introduzzjoni tal-Google Street View fix-xhur li għaddew. Google Street View huwa sit fejn ir-ritratti ta’ postijiet madwar id-dinja qegħdin online. Qabel fl-aħħar xhur tnediet il-parti fuq pajjiżna, din kienet ilha titħaddem f ’pajjiżi oħra. U mhux darba u tnejn kienet sors ta’ kontroversja. L-ik-
tar minħabba l-privatezza u s-sigurtà. Bdiet fl-2007 fl-Istati Uniti u llum ġibdet bosta bliet u postijiet madwar id-dinja li tista’ tgawdihom online b’għafsa ’l bogħod. Meta tnediet f ’pajjiżna saru diversi artikli kif bosta persuni kienu saħansitra esposti f ’ritratti xi ftit imbarazzanti. Min jikser xi regola tat-traffiku, min biż-żiemel u min saħansitra bil-qalziet xi
ftit imniżżel. Mistoqsi millgazzetta KullĦadd, Ian Deguara, Direttur għall-Affarijiet Tekniċi fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għad-Data, qal: “Dan l-Uffiċċju ma rċieva l-ebda ilment minn xi ċittadin fir-rigward tal-Google Street View fuq Malta minn meta dan isservizz ġie varat mill-kumpanija Google.” Iżda, jista’ jkun li dan mhux kumbinazzjoni għax l-uffiċċju
tal-Kummissaru tad-Data kien involut sa minn meta ġew Malta u bdew jittieħdu r-ritratti. “Dan l-uffiċċju kien involut mill-bidu nett u dan hekk kif il-kumpanija Google, Tramite ditta legali ġo Malta li ġiet appuntata speċifikament sabiex tirrappreżentaha, infurmat lill-Kummissarju bid-deċiżjoni tagħha li tinkludi dan is-servizz anke għat-toroq ta’ pajjiżna. Kien hemmhekk li beda
l-proċess ta’ approvazzjoni li, b’mod ġenerali, kien jinvolvi l-analiżżar tal-proċessi kollha relatati ma’ dan is-servizz sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe proċessar ta’ data personali fuq it-territorju Malti jsir skont il-liġi u allura b’rispett assolut għall-privatezza taċ-ċittadini kollha. Tajjeb li jingħad illi sibna koperazzjoni assoluta min-naħa tal-kumpanija,” qal Deguara.
MALTA BL-INQAS DJAR ‘SINGLE’, JONQSU L-PERSUNI GĦAL KULL DAR Is-sena li għaddiet Malta kellha l-inqas numru ta’ djar li fihom kienu joqogħdu persuni single. Dan b’rata ta’ 20%. L-Iżvezja hu l-pajjiż fejn hemm l-iktar djar b’persuna waħda fihom b’rata li saħansitra tisboq il50%. Bil-medja Ewropea hi dik ta’ ftit iktar minn 30%. Skont il-Eurostat Malta għad għandha fost l-ikbar ammonti ta’ persuni jgħixu għal kull dar għalkemm bejn l-2006 u l-2016 dawn naqsu. Filwaqt li fl-2006 kellna ftit iktar minn 3 persuni għal kull
dar dawn niżlu għal medja ta’ 2.7 persuni għal kull dar. Malta qed taqbad ix-xejra ta’ pajjiżi oħra fl-Ewropa, anke jekk f ’dan il-każ b’mod iktar kajman. F’perjodu ta’ deċennju d-djar b’persuna adulta waħedha u bit-tfal żdiedu minn 2% għal 3.1%. Żdiedu minn 13.1% għal 20.2% id-djar b’adulti waħedhom u mingħajr ulied u naqsu minn 29.4% għal 23.1% il-koppji bit-tfal. Żdiedu minn 18.5% għal 20.7% l-koppji bit-tfal.
11
10.09.2017
kullhadd.com
L-EWWEL SUPPLIMENT SPEÄŠJALI
100 JUM
12
10.09.2017
kullhadd.com
IL-MITT JUM MINGĦAJR QAMAR IL-GĦASEL
Nhar l-Erbgħa jkunu għaddew 100 jum minn meta l-poplu Malti ta fiduċja mill-ġdid lill-Prim Ministru, Joseph Muscat, biex imexxi ’l pajjiżna. Wara snin fejn il-klima politika Maltija baqgħet waħda mqanqla u wara kampanja elettorali intensiva f’Ġunju li għadda, il-poplu Malti reġa’ ta mandat ċar lil Joseph Muscat biex imexxi lil pajjiżna. Din id-darba ma kienx hemm lok għal dak magħruf bħala honeymoon period. Il-Prim Ministru kompla fejn ħalla fil-leġiżlatura li għaddiet u telaq millewwel bil-ħidma biex f’100 jum biss diġà kien hemm ċerti kisbiet importanti. F’din l-okkażjoni, Joseph Muscat, wieġeb il-mistoqsijiet tal-gazzetta KullĦadd. Fil-5 ta’ Ġunju li għadda dħalt lura Kastilja bħala Prim Ministru kkonfermat. X’kienet id-differenza minn meta dħalt fl-2013? Li sibt ferm iktar fuq xiex nibni minn sempliċi magazine fuq skrivanija bil-messaġġ ‘send in the clowns’. Is-sitwazzjoni tal-pajjiż kienet aħjar, u l-pjan li bdejt nattwa flimkien mal-Kabinett li ħtart kien ikompli fuq dak li konna wettaqna fil-leġiżlatura ta’ qabel. Fejn konna ksibna r-riżultati komplejna ntejbuhom, filwaqt li sfidi li kienu għadhom iridu jkunu solvuti jew saħansitra oħrajn ġodda bdew ikunu indirizzati. Però m’hemmx dubju li tlaqna minn pożizzjoni ferm aħjar minn dik li tlaqna minnha f ’Marzu 2013. Allura fi ftit kliem kif tiddeskrivi dawn l-ewwel 100 jum ta’ leġiżlatura ġdida?
dubju li dawk li eleġġew il-membri ta’ dan il-Gvern se li diġà kien hemm? Kieku ma kontx nistenna li ntejbu ma kontx ngħid jkunu sodisfatti u kburin bl-għażliet li għamlu. li ġej l-Aqwa Żmien. Ksibna A+ minn Fitch u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wera li kellna Irridu nammetti li l-ewwel nofs ta’ din is-sena tkabbir ekonomiku ta’ 6% fit-tieni kwart ta’ din iskien wieħed fejn f ’pajjiżna bdiet tinħass ċerta sena. B’dawn ma nkunux sorpriżi għaliex dawn huma tensjoni. Kont temmen li se mmorru lura riżultati li konna qed nippreveduhom bħala parti għan-normalità daqshekk malajr? mill-pjan ekonomiku tagħna. Pjan li diġà kellna u li Iva, kont nemmen u proprju dak li għedt ċar u tond ġeddidna fil-kampanja elettorali li għaddiet. Imma fl-1 ta’ Mejju meta ħabbart li pajjiżna kellu bżonn l-ekonomija mhijiex an end in itself. Il-ġid ekonomiku jieħu deċiżjoni ċara jekk iridx jibqa’ għaddej bir-ritmu qed insarrfuh f ’ġid għall-familji u dawk in-nies fisli qabad jew imurx lura. Però dan seta’ jseħħ biss bis- soċjetà tagħna li l-aktar għandhom bżonn bħallsaħħa tal-poplu li kellu jkun hu li jagħżel x’għandha pensjonanti u nies f ’riskju ta’ faqar speċjalment it-tfal tkun it-triq ’il quddiem. Jekk hux it-triq tal-għaqda li qegħdin f ’familji fi problemi soċjali. fejn nistgħu ma naqblux imma naħdmu flimkien Ix-xogħol huwa l-qofol li joħroġ lin-nies mill-faqar u għall-interess ta’ pajjiżna, jew dik tal-firda li kienet qed huwa b’hekk li qed nibqgħu ninsistu li noħolqu iktar tuża l-Oppożizzjoni biex mingħaliha tirbaħ il-poter. xogħol ta’ kwalità għal kulħadd. Kont konvint li l-Maltin se jagħżlu t-triq li permezz Il-Partit Laburista ssokta wkoll bit-tiġdid fi tagħha nissoktaw bis-suċċess f ’serenità. ħdanu. Ħatar Deputat Mexxej ġdid. Kif sejrin?
Bdejna l-Aqwa Żmien għal Pajjiżna. Hemm fejn dan diġà huwa evidenti u hemm fejn dan se jkun qed jidher iktar tul iż-żmien li ġej. Żgur li hemm sfidi li ilhom jinħmew matul snin sħaħ, bħall-Airmalta fejn U f ’nofs dan it-taqlib kollu bħal donnu nsejna hemm bżonn ir-rieda tajba ta’ kulħadd u anke fil- iżda fl-aħħar xhur għalaqna wkoll il-Presidenza qasam tal-iskart fejn irridu nsibu soluzzjonijiet fit-tul. Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. X’tikkummenta fuq il-mod kif temmejna din il-Presidenza? Qed tagħmel dan b’Kabinett li fih taħlita ta’ membri ġodda u oħrajn li kienu hemm Erġajna qomna għall-okkażjoni u urejna kif dan ildiġà. Għamilt ukoll numru ta’ bidliet. X’inhu pajjiż hu ferm ikbar mill-kobor ġeografiku tiegħu. r-riżultat? Kienet Presidenza mfaħħra minn istituzzjonijiet Li l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari qed jaħdmu Ewropej, ġurnalisti u anke pajjiżi oħra. In-nies tagħna f ’Dar Malta għamlu biċċa xogħol kbira taħt gwida tajjeb ħafna flimkien. Kemm dawk li żammew id-dekasteru li kellhom, politika ċara li kisbet riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini iżda anke dawk li daħlu f ’dekasteru ġdid jew Ewropej. Forsi ħafna jiftakru fir-roaming anke għax huma membri tal-Kabinett għall-ewwel darba qed dan is-sajf siefru u ma ħallsux tariffi għoljin bħal sjuf narahom li qabdu ċertu ritmu. Għandna wkoll grupp oħra. Iżda, ksibna wkoll ferm iktar minn hekk. Parlamentari b’saħħtu li jinkludi persuni li saħansitra kellhom esperjenza fil-kabinett u rrid ngħid li dawn L-ekonomija baqgħet is-saħħa ta’ dan il-Gvern. ukoll qed jaqdu rwol importanti ħafna. M’għandix Kont qed tistenna li saħansitra se ntejbu fuq dak
Tajjeb ħafna. Il-Partit Laburista għandu tmexxija magħquda u ffokata. Però hawn irrid ninnota kemm kellna għażla b’saħħitha meta internament ġejna biex nagħmlu din il-ħatra u kemm l-elezzjoni tmexxiet blikbar rispett u dinjità. Hemm ukoll il-programm LEAD. Sodisfatt bir-rispons? Iva. Dan programm oriġinarjament kien maħsub għal 12–il persuna, iżda kellna 85 persuna li applikaw biex jieħdu sehem. Nisa minn kull sfera tas-soċjetà u li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 16 għal 62 sena. Deher biċ-ċar l-għatx li kien jeżisti għal programm bħal dan u kif għal darb’oħra l-Partit Laburista qiegħed fuq quddiem biex jippromwovi ideat u inizjattivi ġodda li fl-aħħar mill-aħħar mistenni jkollhom impatti usa’ fis-soċjetà Maltija.
13
10.09.2017
kullhadd.com
B’kuntrast il-Partit Nazzjonalista kien mifxul jkunu ffukati. Anke hawn, ma ridniex naqbdu lill-Oppożizzjoni fuq sieq waħda mingħajr kap u f ’battalja interna. Kif tħares lejha? għalhekk qed nistennew li l-Oppożizzjoni jkollha Il-Partit Nazzjonalista huwa vittma tiegħu nnifsu. kap biex ngħaddu dawn l-emendi fil-mod kif ilIl-kampanji moqżieża li fassal u pjana tul l-aħħar Parlament jaħdem. erba’ snin b’mod partikolari issa bdew jintużaw filbattalji interni li għandhom. Naf sew dak li għaddej Però n-nies jitkellmu fuq sfidi oħra wkoll. Fosthom il-housing u l-prezzijiet għax kont vittma tiegħu jien. Però huwa wkoll riżultat tal-fatt li donnu l-Partit tal-kera? Nazzjonalista tilef kull skop għaliex jeżisti għajr dak li jikseb il-poter. Partit politiku mingħajr viżjoni Konxji minn din l-isfida u issa tinsab fl-aqwa tagħha jsibha diffiċli biex jgħix u m’iniex sorpriż li spiċċaw l-implimentazzjoni biex nibnu residenzi għal dawk jinfexxu f ’xulxin. Spiċċaw jagħmlu teatrin, jew soap fuq il-lista tal-housing. Iżda, ma waqafniex hemm opera bil-kandidati jiżbaljaw l-iktar fatti bażiċi u biss. Rajna kif għenna lil dawk li jridu jsiru sidien anke jigdbu. Madankollu, għax huma għandhom ta’ djarhom bi skemi mal-banek u ħriġna sejħa oħra f ’moħħhom biss il-poter, se jerġgħu juru l-istess stil għal dawk li jridu jikru appartament lill-gvern biex imbagħad jużah għal dawk li għandhom bżonn ta’ politika jkun min ikun il-kap tal-PN. Il-paċi li għandi jien hu li aħna dejjem bqajna u se akkomodazzjoni soċjali. Konxji li dan jaf ma jkunx biżżejjed, anke għax nibqgħu pożittivi u naħdmu biex niksbu riżultati. Imbagħad immorru quddiem in-nies biex jagħżlu is-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna żied il-pressjoni bejn min offra viżjoni u għadu joffri futur u bejn wkoll fuq is-suq tal-proprjetà. Konxji u se nsaħħu min ma joffri xejn ħlief ir-riċetti tal-passat li fallew. l-inizjattivi bil-għan li ngħinu lil dawk li jifilħu l-inqas. Għadek determinat li la tidħol lura l-Parlament Ilbieraħ tnediet konsultazzjoni dwar vot 16 tiddiskuti l-bidliet fil-ħinijiet u anke l-pjan, iktar mifrux. Int l-opinjoni tiegħek x’inhi? din id-darba nazzjonali, biex iktar nisa jidħlu fil-politika? Nemmen fiż-żgħażagħ u fil-potenzjal tagħhom. Mingħajr dubju. Tkellimt qabel il-waqfa tas-sajf. Nemmen li żgħażagħ għandhom x’joffru ħafna Huwa ta’ għajb kif nofs il-popolazzjoni mhix iktar u li għandhom ikun parteċipi mhux biss bilrappreżentata b’mod xieraq fil-Parlament u nħares vot iżda bil-parteċipazzjoni tagħhom fil-politika. ’il quddiem li mal-Oppożizzjoni nibdew niddiskutu Għal darb’oħra qed inkunu aħna li nimbuttaw l-proposti tagħna għall-kwoti bbażati fuq il-ġeneru. diskussjoni għal iktar drittijiet mifruxa. U dan huwa Però rridu naraw li l-ambjent ikun dak ideali u fost li jagħmilna moviment wiesa’ li jkun id-dar naturali oħrajn se nipproponu li jinbidel il-ħin fi xħin jiltaqa’ ta’ kulħadd. l-Parlament għal wieħed li iktar jagħmel sens. Ilħin tal-Parlament ma jistax jibqa’ jkun imfassal fuq M’għandniex dubju li bħalissa għaddejin il-ħtiġijiet tal-professjonisti li jridu jattendu wara fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet għall-baġit l-uffiċċju. Hemm bżonn li d-deputati Parlamentari għas-sena d-dieħla. X’nistennew?
Nistennew li nkomplu nibnu u li nagħtu importanza mingħajr preċedent lill-infrastruttura ta’ pajjiżna. Għednieha fil-kampanja elettorali li issa rridu nagħmlu l-qabża ’l quddiem f ’dik li hi infrastruttura. Hemm imbagħad pjanijiet u proġetti li jissoktaw, filwaqt li ma jonqosx l-investiment fl-oqsma tas-saħħa u l-edukazzjoni. Se nerġgħu naraw id-dokument ta’ implimentazzjoni? Jew minħabba l-kampanja elettorali le? Dak huwa stil ġdid li daħħalna aħna u qiegħed hemm biex jibqa’. Il-fatt li pajjiżna kellu kampanja elettorali ma jfissirx li l-Gvern waqaf jaħdem. Komplejna nwettqu l-programm elettorali li kellna u komplejna nimplimentaw il-baġit għal din is-sena. Fiduċjuż li meta niġu biex nippubblikaw dan id-dokument se naraw li nkunu wettaqna l-maġġoranza tal-impenji li għamilna u fejn le nispjegaw għaliex u fejn wasalna. Iż-żmien fejn dak li jitħabbar f ’baġit jibqa’ fuq il-karta ilu li spiċċa minn meta dan il-moviment kien fdat bittmexxija ta’ pajjiżna. Fi ftit tal-ġimgħat oħra se nkunu – bħalma għamilna fis-snin li għaddew – qed nippubblikaw dokument dwar l-implimentazzjoni tal-baġit. F’dawn il-jiem ħafna qed jitkellmu fuq l-ewwel 100 jum tal-Gvern. Kif jitqabblu mal-aspettattivi li kellek? Tajjeb ħafna. Urejna li dak tagħna huwa l-uniku moviment li għandu pjan ċar għal fejn irridu lil dan il-pajjiż imur. Mhux biss illum jew għada, iżda għas-snin li ġejjin. Fil-jiem li ġejjin ikompli jkollna l-opportunità li nispjegaw il-viżjoni tagħna. Irraġuni għaliex dan il-moviment se jibqa’ l-għażla tal-Maltin u l-Għawdxin.
14
10.09.2017
kullhadd.com
FI KLIEM MIN ISEGWI Il-ħidma tal-Gvern tkun analizzata minn opinjonisti, politiċi u minn dawk li anke jekk mhumiex membri tal-Kabinett jew tal-Parlament huma parti minnha bis-sehem li jagħtu lill-
pajjiż. Tkellimna ma’ persuni li jsegwu sew dak li jkun għaddej madwarhom u dawn kienu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-ewwel 100 jum.
Mingħajr titjib fl-infrastruttura l-pajjiż ma jistax jiżviluppa u jżomm dan ir-ritmu ekonomiku
Fi kliem Joseph Cuschieri, awtorità fil-pajjiż għas-settur tal-gaming, ilGvern ġdid Laburista beda mill-ewwel b’rankatura qawwija ta’ xogħol u enerġija fit-twettiq tal-programm elettorali. Bħal-legiżlatura ta’ qabel, il-fatt li ġew maħtura Ministri u Segretarji Parlamentari ġodda ta xejra dinamika u friska lill-kabinett il-ġdid iffukat fuq is-setturi kollha tas-soċjetà u l-ekonomija Maltija. Apparti minn hekk, il-mod kif ġew allokati id-dekasteri jagħmel ħafna sens u juri wkoll l-importanza u l-attenzjoni li qed tingħata lil diversi setturi u riformi li jridu jsiru kif imwiegħed fil-programm elettorali. Qisu bħal meta kumpanija tfassal business plan u strateġija ġdida u talloka r-riżorsi neċessarji sabiex dak il-business plan jiġi mwettaq b’suċċess u fil-ħin stipulat. “Naħseb li l-erba’ snin preċedenti ta’ dan il-Gvern servew ta’ esperjenza fit-tħaddim tal-gvern u l-ammin-
istrazzjoni pubblika, fejn ċerti żbalji li setgħu saru ma jirrepetux ruħhom. Nemmen li għandna Gvern u Prim Ministru li jisma’ u jikkoreġi fejn hemm bżonn. Dawk huma kwalitajiet li juru serjetà u mhux dgħufija.” Mill-aspett ekonomiku u fiskali, Malta qiegħda fit-triq it-tajba u jidher li din ix-xejra pożittiva se tkompli fis-snin li ġejjin. Il-fatt li l-aġenziji ta’ kreditu qegħdin jagħtu ċertifikati ta’ livell ogħla kull sena, apparti mill-konsolidament fiskali fil-baġit tal-Gvern u s-surplus li ġie rreġistrat din is-sena, ikompli jsaħħaħ il-fiduċja u l-attrazzjoni ta’ Malta bħala ġurisdizzjoni għall-investiment. Ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku ta’ madwar 6%, kif tħabbar din il-ġimgħa, tidher li hija sostenibbli u mistennija li żżomm ir-ritmu ekonomiku għaddej fuq livelli bla preċedent. Il-Gvern jidher ukoll determinat li jiżviluppa niċeċ ġodda bħall-health tourism, e-payments, fintech,
intellectual property u blockchain technologies. “F’dak li għandu x’jaqsam mal-isfidi li għandu l-pajjiż, nemmen li għandu jkun hemm attenzjoni speċjali lill-infrastruttura tal-pajjiż b’mod ġenerali, l-upkeep u l-manutenzjoni, investiment f ’teknoloġiji ġodda li jwasslu għall-titjib fl-organizzazzjoni u enforcement fil-pajjiż partikolarment f ’żoni turistiċi. Mingħajr titjib fl-infrastruttura, il-pajjiż ma jistax jiżviluppa u jżomm dan ir-rittmu ekonomiku. Dan jista’ jkun fattur li jillimita t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna. Għandu wkoll jinżamm il-pass tar-riformi f ’kull settur biex Malta verament issir pajjiż modern Ewropew fejn iċ-ċittadini jgawdu ħajja aħjar mhux biss mill-aspett ekonomiku però anki fil-kwalità talħajja, l-ambjent u l-infrastruttura ta’ madwarhom. Dan jidher li se jkun it-timbru tal-Gvern fil-ħames snin li ġejjin.”
It-tkabbir ekonomiku kompla għaddej b’rittmu straordinarju
Philip Von Brockdorff, Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta, qalilna li mil-lat ekonomiku, fl-ewwel 100 jum kien hemm kontinwità fit-treġija fiskali u ekonomika. Hu evidenti mill-istatistika uffiċjali li l-miri ta’ baġit surplus u t-tnaqqis fid-dejn se jkomplu jintlaħqu minkejja xi spejjeż straordinarji kkawżati mill-elezzjoni ġenerali ta’ Ġunju li għadda. “It-tkabbir ekonomiku qed jirriżulta f ’aktar dħul fit-taxxi u dan jagħmilha aktar faċli biex jintlaħqu l-miri li għadni kif semmejt. Naturalment, dawn il-miri ma jintlaħqux diment li t-treġiia fiskali u dik ekonomika ma
tkunx qed titmexxa b’mod responsabbli u fl-opinjoni tiegħi l-fatt li reġa’ nħatar il-Prof Edward Scicluna bħala Ministru tal-Finanzi kienet deċiżjoni għaqlija ħafna għalkemm tidher awtomatika.” “It-tkabbir ekonomiku kompla għaddej b’ritmu straordinarju, għalkemm meta wieħed iqis in-numru rekord ta’ turisti, il-livell ta’ konsum li ma jaqta’ xejn, iż-żieda fl-impjiegi, u r-rekord ta’ permessi għall-bini huma kollha indikaturi ta’ dan it-tkabbir.” “Għalkemm għadu kmieni fil-leġiżlatura, bħala ekonomista ispirat mit-teoriji ta’ Keynes, nitta-
ma li d-direzzjoni tal-Istat fit-tkabbir ekonomiku tkun aktar b’saħħitha mill-aħħar leġiżlatura. Fl-opinjoni tiegħi tinħass il-ħtieġa ta’ aktar pjanifikazzjoni f ’setturi bħall-kostruzzjoni, it-trasport u l-akkomodazzjoni soċjali. It-tkabbir ekonomiku m’għandux iseħħ għad-detriment ta’ miri soċjali jew l-ambjent soċjo-kulturali ta’ pajjiżna. Din hi kruċjali għall-ġejjieni, għax kull tkabbir ekonomiku għandu prezz. Jekk ilprezz iwassal għal taqlib kbir soċjali u ħsara irreparabbli lill-ambjent li ngħixu fih, dan jista’ jkun prezz għoli wisq. Għalhekk il-ħtieġa ta’ aktar pjanifikazzjoni li semmejt qabel.”
15
10.09.2017
kullhadd.com
L-introduzzjoni tad-denominatur X fuq il-karti tal-identità wkoll kien pass importanti.
Għall-Avukat Ramona Frendo l-aktar qasam illi jinteressaha huwa dak tad-drittijiet soċjali u l-ġustizzja. Qaltilna li immedjatament malli bdiet din il-leġiżlatura rajna ħidma kbira sabiex f ’qasir żmien għaddiet il-liġi għall-ugwaljanza fiż-żwieġ - pass importanti li segwa l-pass tal-leġiżlatura preċedenti fejn iddaħħlet il-liġi tal-unjoni ċivili. Lil hinn mill-polemiċi li nqalgħu dwar in-nomenklatura - polemiċi x’aktarx tipiċi ta’ soċjetà tradizzjonali u l-poplu Malti li l-argument iħobbu wisq - din il-liġi kienet importanti sabiex f ’din is-soċjetà verament ikun hawn l-ugwaljanza, ikun xi jkun il-ġeneru tal-individwu. Però waħedha mhix biżżejjed - pass tajjeb, pass kbir, iżda għadna ma wasalniex. Biex insemmi eżempju wieħed - fil-Liġi tat-Taxxa ċertament illi għadna ma wasalniex. Avolja koppja miżżewġa jimlew formoli tat-taxxa separati, u saħansitra anki jekk ikollhom is-sep-
arazzjoni tal-beni bejniethom, id-Dipartiment jibqa’ jħallat ħallata ballata l-pagamenti tal-miżżewġin, u aktar gravi minn hekk, regolarment jieħu pagamenti li saru mill-mara u joħroġ l-irċevuta fuq ir-raġel! Biex imbagħad il-mara li tkun self-employed, tirċievi formola tat-taxxa sussegwenti li tgħidilha li mhix tagħmel il-pagamenti li suppost. Din mhix ugwaljanza. Tajjeb ferm illi ħdimna bis-sħiħ għad-drittijiet LGBTIQ imma hemm bżonn ukoll illi nassiguraw illi jkollna ugwaljanza anke f ’sens ferm aktar tradizzjonali - bejn nisa u rġiel. L-introduzzjoni tad-denominatur X fuq il-karti tal-identità wkoll kien pass importanti. Nifhem ukoll id-diskussjoni li tqajmet dwar il-possibilità li l-uniformijiet tat-tfal ikunu gender-neutral - diskussjoni li m’għandix dubju wkoll se tqajjem polemika. Forsi wieħed jifhem ukoll illi wasal iżżmien illi l-uniformijiet ikunu mhux biss dikjarazzjoni ta’ ugwaljanza
fost il-ġeneri, iżda wkoll ferm aktar prattiċi sabiex uliedna jkunu komdi fil-ġurnata tal-iskola - wara kollox dawn tfal, mhux professjonisti żgħar illi għandhom bżonn ġlekk u ingravata. Nixtieq nara ferm aktar avvanzi fil-qasam tal-edukazzjoni - hemm bżonn ta’ diskussjoni qawwija sabiex inkunu ċerti li s-sistemi edukattivi tagħna mhumiex frott tal-passat, iżda soluzzjoni għall-futur - u li s-sillabu jinbidel kull meta jkun hemm bżonn - anke jekk skomdu għall-għalliema, sabiex anke f ’dan il-qasam insiru verament future-proof u mhux biss fl-ekonomija. Jiena nemmen illi wasal iż-żmien li minflok il-kitba kaligrafika, sa miċ-ċokon, ngħallmu t-touch typing u l-ħiliet tal-kompjuter; flok inġiegħlu lil uliedna jimmemorizzaw, ngħallmuhom jistaqsu, jiddiskutu u jaslu għall-fehmiet indipendenti tagħhom. Nittama li din il-leġiżlatura tagħmel żviluppi anke f ’dan il-qasam.
Joseph, napprezza x-xogħol iebes tiegħek. Dan mhux slowgan għaliex irridu ngħidu xi ħaġa. Iżda, emminni li għalija din kienet waħda mill-aqwa esperjenzi fil-ħajja professjonali tiegħi. Joseph, jixraqlek kull tifħir. Donald Tusk, President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
16
10.09.2017
kullhadd.com
Il-Malti jgħid il-ġurnata minn filgħodu turik u fl-ewwel 100 jum rajna tkomplija ta’ ħidma eċċellenti ma taqta’ xejn.
Fl-opinjoni ta’ Janice Bartolo, ġurnalista u preżentatriċi, l-ewwel Gvern immexxi minn Joseph Muscat se jibqa’ mniżżel fl-istorja bħala l-iktar Gvern li ħadem fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna. “Kull Gvern għamel ħiltu biex pajjizna jimxi ’l quddiem, iżda l-ewwel Gvern immexxi minn Joseph Muscat iddistingwa ruħu għal kemm saru affarijiet fi żmien daqshekk qasir. Mhux ta’ b’xejn li l-poplu appoġġjah b’saħħa elettorali kbira ħafna. Il-Malti jgħid il-ġurnata minn filgħodu turik u fl-ewwel 100 jum rajna tkomplija ta’ ħidma eċċellenti ma taqta’ xejn. Dan jawgura tajjeb li għaż-żmien li ġej se nkomplu naraw ħafna xogħol, ħafna suċċessi u titjib fil-pajjiż kollu kemm hu.” Il-verità hi li mandat elettorali huwa definit b’perjodu massimu ta’ ħames snin u ftit xhur. Ħames snin u ftit xhur malajr jgħaddu: itiru. U li jibqa’ wara dawk il-ħames snin u ftit xhur huwa wirt u legat. Bla dubju l-wirt u l-legat ta’ Joseph Muscat se jkun
pożittiv u pożittiv ħafna. Jidher ukoll li l-Kabinett il-ġdid sab saqajh bla dewmien. Il-Ministri li diġà servew f ’Kabinett preċedenti komplew ħidmiethom mingħajr diffikultà waqt li l-ġodda immedjatament ġabu magħhom ideat u perspettivi innovattivi. Hemm ħafna inizjattivi li saru f ’dawn l-ewwel 100 jum li lili laqtuni ħafna. Forsi l-iktar aċċenn interessanti huwa fuq il-bżonn ta’ bini infrastrutturali sabiex nindirizzaw darba għal dejjem id-defiċit li għandna f ’dan ir-rigward. Il-bini infrastrutturali mhuwiex biss fit-toroq u fisservizzi pubbliċi relatati mat-trasport imma anke fis-settur tar-restawr, itturiżmu u l-kultura. F’dan ir-rigward diġà sar ħafna – mhux biss f ’termini ta’ toroq imma anke pereżempju jekk nieħdu t-tisbiħ u l-embellishment ta’ diversi postijiet. Din il-ġimgħa stess ġiet inawgurata l-faċċata restawrata ta’ Palazzo Ferreria – xogħol stupend li sar fil-ħin, b’baġit verament modest u li se jkompli jagħti valur lid-daħla tal-Belt Valletta. Fl-ewwel 100 jum
rajna wkoll it-tkomplija fl-avvanz tad-drittijiet ċivili li tant kien settur li sar xogħol fih: id-dritt tal-ugwaljanza fiż-żwieg kien pass kruċjali li l-pajjiż kien ilu jistenna u li fl-aħħar wasal. “L-ewwel 100 jum però ma ġewx biss għall-Gvern imma ġew ukoll għall-Oppożizzjoni u f ’dan ir-rigward rajna ġlied li jfakkrek iktar fil-Wild West milli f ’kompetizzjoni ġo partit politiku. Aħna konna diġà ftaħna għajnejn il-pubbliku li hemm konfużjoni sħiħa fil-partit tal-Oppożizzjoni: dawn il-100 jum komplew jikkonfermaw dak li konna diġà nafu.” Il-Parlament daqt se jerga’ jibda jiltaqa’ wara l-waqfa tas-sajf u m’għandix dubju li se jkun hemm xogħol li ġie ppreparat fis-sajf li se jitqiegħed ’il quddiem fl-aġenda Parlamentari sabiex is-suċċess ikompli jitmexxa ’l quddiem. Il-Partit Laburista tela’ bl-għajta tal-aqwa żmien għal pajjiżna. Jekk il-ġurnata minn filgħodu turik, bla dubju din il-legiżlatura se tkun waħda pożittiva u sabiħa.
Kważi kważi llum il-ġurnata kulħadd nesa li 100 jum ilu pajjiżna kien għaddej minn kampanja elettorali qalila
L-Avukat Alex Saliba qalilna li l-aktar element illi spikka matul dawn l-aħħar 100 jum kien l-element ta’ kontinwità u trankwillità li ġabet magħha l-konferma ta’ Gvern Laburista. “Kważi kważi llum il-ġurnata kulħadd nesa li 100 jum ilu pajjiżna kien għaddej minn kampanja elettorali qalila. Għalkemm stajna nassistu għall-tranżizzjoni trankwilla l-ħidma tal-Gvern kompliet għaddejja mingħajr waqfien.” Matul dawn l-aħħar ġimgħat komplejna naraw Gvern illi sa mill-ewwel ġurnata tal-leġiżlatura beda jimplimenta l-wegħdiet elettorali tiegħu, Gvern illi beda jindirizza l-akbar sfidi li għandu pajjiżna sa mill-ewwel ġurnata filwaqt illi kompla jikkonferma s-suċċessi ekonomiċi tiegħu. “Rajna Gvern jindirizza l-ħtiġijiet infrastrutturali li għandu pajjiżna
fosthom permezz ta’ xogħlijiet kontinwi f ’diversi toroq madwar pajjiżna. Komplejna naraw Gvern illi qed jindirizza l-problema tal-housing billi fi ftit ġimgħat beda jniedi proġett ta’ żvilupp ta’ bini ta’ units ġodda fosthom dawk f ’Bormla u fis-Siġġiewi. Rajna Gvern illi kompla jippożizzjona lilu nnifsu bħala “leader” Ewropew fil-qasam tad-Drittijiet Ċivili fejn l-ewwel liġi li mexxa ’l quddiem dan il-Gvern kienet dik dwar żwieġ ugwali lil kulħadd.” “Fl-istess ħin komplejna nassistu għal Gvern illi kompla joffri kwalità ta’ saħħa aħjar lill-pazjenti Maltin u Għawdxin permezz ta’ introduzzjoni ta’ numru ta’ servizzi mediċi ġodda. Rajna Gvern illi saħansitra kompla jikser ir-rekords tiegħu stess fil-qasam turistiku fejn matul dawn il-ġimgħat sajfin assistejna għall-rekords akbar
fin-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna.” “Komplejna nassistu għal rekords fit-tkabbir ekonomiku, rekords ġodda fil-qasam ta’ ħolqien ta’ impjiegi u konferma minn numru ta’ aġenziji ta’ kreditu internazzjonali li giddbu l-kampanja ta’ biża’ li mexxa l-Partit Nazzjonalista matul l-aħħar elezzjoni ġenerali u kkonfermaw illi Joseph Muscat u l-Gvern Laburista huma l-unika garanzija għall-istabbilità u t-tkabbir ekonomiku għall-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin”. Ovvjament il-ħidma tkompli hekk kif ix-xhur li ġejjin jirrappreżentaw iktar xogħol u ħidma għall-Gvern, anke bi preparazzjoni għall-Baġit. Żgur li se jkollna iktar tħabbir ta’ proġetti u investimenti fl-oqsma u s-setturi kollha. Għaliex ta’ bilħaqq, l-aqwa żmien għall-pajjiżna għadu ġej!
“Ix-xogħol kollu li jsir fis-segretarjat tal-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva huwa frott il-ħidma tal-partijiet interessati f’dan is-settur u l-familji tagħhom. Fuq hekk hija mibnija l-politika ta’ dan il-Gvern fejn qabel kull deċiżjoni li tittieħed jiġi żgurat li ssir il-konsultazzjoni meħtieġa kemm ma’ dawk li jgawdu mis-servizzi u anke malpartijiet li joffru s-servizz.” Making Homes Fun - Proġett pilota li laħaq il-qofol tiegħu f’Lulju. Kienu identifikati impjegati li xogħolhom se jkun li jorganizzaw attivitajiet u jgħinu lir-residenti fid-djar tal-anzjani biex isibu rwoli li jżommuhom attivi.
Xogħol fi stadju avvanzat fuq ir-residenzi għal persuni b’diżabilità fil-lokalitajiet. Sal-aħħar ta’ din is-sena se jinfetħu tlett idjar ġodda; Pembroke se jilqa’ tfal b’challenging behaviour; il-Marsa mistennija tilqa’ residenti adulti b’diżabilità severa u Ħaż-Żabbar se jilqa’ persuni b’diżabilitajiet varji.
Anthony Agius Decelis, Segretarju Parlamentari
Mobile app fejn individwi mill-kumdità tad-dar tagħhom jistgħu jaċċessaw informazzjoni relatata mal-pensjonijiet, benefiċċji u kontribuzzjonijiet għad-dħul fir-residenzi tal-anzjani u oħrajn.
Il-KNPD se jkollha bini ġdid bil-għan li eluf ta’ persuni b’diżabilità jinqdew aħjar minn post komdu u iktar aċċessibbli.
Wara ħidma konġunta bejn is-Segretarjat Parlamentari għal persuni b’diżabilità u anzjanità attiva, iċ-ċentru ta’ taħriġ ta’ San Vinċenz u l-Università ta’ Malta tfassal kors fejn se jwassal biex infermieri jaħdmu mal-anzjani u fl-istess ħin jistudjaw fuq livell ta’ baċellerat.
Issoktaw il-proġetti infrastrutturali f’San Vinċenz De Paule
Matul l-ewwel 100 jum minn din il-leġiżlatura, is-Segretarjat Parlamentari beda minnufih jaħdem fuq il-prijoritajiet fil-qasam tal-Gvern Lokali. Dawn jinkludu: ir-Riforma fil-Gvern Lokali, ir-Riforma fil-qasam tal-Infurzar Lokali inkluż ir-Riforma tal-Aġenzija LESA, l-immaniġġjar tal-iskart fir-responsabbiltà talKunsilli Lokali, u l-liġijiet u proċeduri li hemm bżonn li jinbidlu biex jirriflettu ż-żminijiet u l-isfidi tal-lum. Fl-istess żmien kompla wkoll l-istrutturar tadDiviżjoni l-ġdida għall-Gvern Lokali, li ser tkun qed issaħħaħ l-istrutturi eżistenti ta’ monitoraġġ tal-Kunsilli Lokali kif ukoll it-twaqqif ta’ direttorat ġdid li ser ikun responsabbli mill-policies, l-istrateġija u l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi u proġetti ġodda. Fir-rigward tar-Riforma tal-Gvern Lokali, ġie mwaqqaf Kumitat tar-Riforma tal-Gvern Lokali, li diġà ħejja Strateġija u Pjan ta’ Azzjoni għall-proċess talimplimentazzjoni tar-riforma fil-Gvern Lokali. Il-qafas ta’ din ir-riforma huma t-18-il miżura msemmija fil-Manifest Elettorali, kif ukoll oqsma oħra importanti (bħal dak tal-immaniġġjar tal-iskart u l-permessi li jinħarġu millKunsilli Lokali). Twaqqaf ukoll sottokumitat li ser ikun qed jaħdem fuq l-implimentazzjoni ta’ diversi miżuri, fosthom biex jieħu ħsieb il-proċess ta’ konsultazzjoni.
Rigward ir-Riforma tal-LESA, twaqqaf ukoll Kumitat tar-Riforma LESA li pprepara Pjan ta’ Azzjoni u nbeda l-proċess tar-riforma. Dan il-proċess jinkludi l-arranġamenti amministrattivi, loġistiċi u ta’ konsultazzjoni li għandu jwassal sabiex il-Gwardjani Lokali jiġu impjegati direttament mal-LESA li jinkludi l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-union li tirrappreżenta lill-ħaddiema. Qed jiġu diskussi policies ġodda li ser tkun qed tadotta l-LESA, fosthom dwar kif filwaqt li jsir l-infurzar meħtieġ tal-kontravenzjonijiet li ġew fir-responsabbiltà lokali, fl-istess ħin il-gwardjan lokali ma jibqax l-għadu taċ-ċittadin iżda jsir l-uffiċjal tal-komunità li jara li jeduka u jwissi sabiex tiddaħħal kultura ta’ ubbidjenza tal-liġijiet. Qegħdin ukoll jiġu riveduti diversi liġijiet, fosthom il-liġi tal-Kunsilli Lokali, il-liġi tal-LESA u d-diversi regolamenti li jirregolaw lill-Kunsilli Lokali. F’dan il-kuntest qed jiġu emendati r-regolamenti dwar il-finanzi u dwar it-tenders talKunsilli Lokali sabiex dawn ikunu aġġornati għaż-żminijiet tal-lum. Ir-riformi fil-qasam tal-Gvern Lokali huma għalhekk immirati sabiex jissaħħu r-riżorsi tal-Kunsilli Lokali, jitjiebu s-servizzi lokali, jiżdiedu l-istandards, jiddaħħlu prattiċi ġodda li jkunu aktar effiċjenti u effettivi, kif ukoll jiġu indirizzati l-problemi tal-iskart u tal-immaniġġjar tat-traffiku.
L-ewwel mitt jum tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali taħt it-tmexxija tal-Ministru Michael Falzon kienu jiem ta’ kontinwità, innovazzjoni u kisbiet. Waħda mill-akbar kisbiet li għamel il-Ministeru fl-ewwel ftit jiem kienet dik illi komplew jonqsu l-persuni li jiddependu fuq is-servizzi soċjali. Fl-2012 il-persuni jiddependu fuq isservizzi soċjali kienu jilħqu l-ammont ta’ 17,727 filwaqt illi n-numru ta’ persuni fuq is-servizzi soċjali sal-aħħar ta’ Lulju 2017 kienu ta’ 8791 persuna. Dan iffisser tnaqqis ta’ aktar minn 50%. Matul dawn l-ewwel mitt jum beda jintemm il-perjodu tat-tapering of benefits ta’ dawk li daħlu fis-sistema fl2014. B’sodisfazzjon ngħidu illi 91% ta’ dawn in-nies għażlu li jkomplu fid-dinja tax-xogħol u mhux imorru lura għasservizzi soċjali. Ta’ min jinnota li ħafna minn dawn il-persuni huma nisa. Sar iktar xogħol fil-qasam tal-akkomodazzjoni affordabli fejn sar l-iffirmar ta’ ftehim għall-finanzjament ta’ proġett kbir li se jkun mifrux fuq medda ta’ ħames snin. Ftehim mal-European Investment Bank u l-Council of European Development Bank fejn il-Malita se tkun qed tissellef
€54 miljun. Permezz ta’ dan il-ftehim għal aktar bini ta’ appartamenti, se jkunu qed jiġu indirizzati aħjar ir-realtajiet ta’ pajjiżna. Aktar ħidma ssarrfet fit-tnedija ta’ web apps ġodda għall-Kalkulatur għall-Pensjoni tal-Irtirar u għall-Kalkulatur għal Dħul f’Dar tal-Anzjani. B’hekk il-Ministeru kompla jwettaq il-viżjoni tal-Gvern fejn il-pubbliku jkun jista’ jaċċessa s-servizzi governattivi mill-mobile. Kien iffirmat ftehim għal aktar servizzi fil-komunitajiet tal-Imsida u tal-Fgura fejn il-Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali se tikri spazju fiż-żewġ lokalitajiet biex tkabbar ix-xogħol tagħha fil-komunità. Fl-aħħar jiem il-Fondazzjoni għall-ħarsien tas-Servizzi Soċjali (FSWS) u l-Fondazzjoni Suret il-Bniedem iffirmaw Public Social Partnership ta’ €168,000 għat-tliet snin li ġejjin. Permezz ta’ dan il-ftehim Dar Tereża Spinelli fi ħdan il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem se toffri akkomodazzjoni lil 15-il vittma ta’ vjolenza domestika kuljum li jkunu riferuti lilha mill-Aġenzija Appoġġ. Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jinsab impenjat li jkompli jaħdem għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Il-Ministru għall-Finanzi l-Prof. Edward Scicluna nieda fond ta’ €150,000 allokat għall-Kunsilli Lokali biex jiġu installati għadd ta’ bicycle racks f’lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex. Din il-miżura tal-baġit għandha l-għan li tbiddel il-mentalità u tixpruna l-użu tar-rota bħala mezz alternattiv ta’ trasport.
Fl-aħħar ta’ Lulju nbdiet id-diskussjoni dwar il-baġit 2018 mal-imsieħba soċjali. Ġew spjegati l-prijoritajiet għall-baġit tas-sena d-dieħla lill-Kunsill Malti għall-Ekonomija u l-Iżvilupp Soċjali, l-MCESD. Il-baġit għas-sena 2018 ser ikun qed jiffoka fuq l-infrastruttura ta’ pajjiżna. Dwar it-tħejjija għall-baġit bdiet ukoll konsultazzjoni pubblika fejn il-pubbliku jkun jista’ jitkellem direttament u jagħmel s-suġġerimenti tiegħu lill-Ministru għall-Finanzi l-Prof. Edward Scicluna.
INĊENTIVI FISKALI GĦAL MIN IĦADDEM BIEX IWAQQAF PENSJONIJIET PRIVATI
Ftehim ta’ aktar minn €50 miljun bejn il-Gvern Malti, il-Bank Ewropew għall-Investiment, u l-Council of Europe Development Bank, li se jfisser l-iżvilupp ta’ 680 appartament għal dawk l-aktar vulnerabbli. Dawn l-appartamenti se jkunu mifruxin fuq 16-il sit madwar Malta. Il-proġett huwa riflessjoni ta’ fejn dan il-Gvern irid imur fil-ħames snin li ġejjin u huwa turija ċara ta’ kif is-settur tal-housing huwa prijorità kif imwiegħed qabel l-elezzjoni.
Il-Ministru għall-Finanzi l-Prof. Edward Scicluna nieda l-iskema li permezz tagħha se jkunu qegħdin jibbenefikaw persuni b’diżabilità fix-xiri ta’ apparat għall-ħtiġijiet tagħhom. Se jkunu qegħdin jingħataw lura sa massimu ta’ €600 imħallsin f’VAT fuq l-apparat mixtri fuq medda ta’ ħames snin.
L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Fitch għolliet ir-rating ta’ Malta minn A għal A+. Fl-istess perjodu l-aġenzija DBRS bidlet l-analiżi tagħha dwar Malta minn waħda stabbli għal waħda pożittiva filwaqt li żammet lil Malta fil-kategorija A. F’rapporti b’saħħithom dwar pajjiżna dawn l-aġenziji rrimarkaw kif huma diversi l-fatturi li wasslu għal dawn il-klassifikazzjonijiet. Innotaw fost dawn il-fatturi t-tnaqqis fid-dejn, it-tkabbir fl-ekonomija u l-kontroll tad-defiċit.
Bil-għan li jittejjeb kemm jista’ jkun id-dħul finanzjarju tal-anzjani, il-Ministru għall-Finanzi l-Prof. Edward Scicluna nieda l-ħruġ ta’ 62+ Government Savings Bond. L-anzjani li għandhom 62 sena u aktar setgħu jinvestu fih sa €10,000 li fuqhom jitħallsu imgħax ta’ 3%. Il-Bond intlaqà ferm tajjeb u inħataf fi ftit sigħat.
Is-suċċessi li ksibna fl-aħħar amministrazzjoni ħolqu l-ambjent ideali sabiex ikompli jitkattar il-kummerċ f’pajjiżna. Dan ifisser li l-kumpaniji bbażati f’Malta għandhom aktar opportunitajiet ta’ kummerċ internazzjonali. Biex inkomplu nsaħħu dawn is-suċċessi, għaqqadna flimkien żewġ elementi: dak tal-Promozzjoni tal-Kummerċ ma’ tal-Affarijiet Barranin. Kellna bosta riżultati pożittivi fl-ewwel 100 jum tat-tieni Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat u nwegħedkom li ser inkompli l-ħidma tiegħi sabiex is-suċċessi jkunu aktar u akbar
Edizzjoni tal-Malta International Business Awards.
Aktar minn 3.2 miljun ewro għal tliet proġetti kofinanzjati mill-Fond għas-Sigurtà Interna tal-UE. Ħadna 21 kumpanija bbażata f ’Malta għall-missjoni kummerċjali fil-Ghana, biex niftħu l-bibien għall-kummerċ fl-Afrika tal-Punent. Komplejna nagħtu l-appoġġ tagħna lill-Migration Media Awards sabiex ir-rappurtar dwar il-migrazzjoni jitjieb fil-kwalità.
Iffirmajna l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn l-UE u l-Kanada. Ilqajna l-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku u dawk tal-Unjoni Ewropea. Malta, seba’ stati fl-UE u tmien pajjiżi Afrikani adottaw dikjarazzjoni konġunta għallimmaniġġjar aħjar tal-migrazzjoni.
Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela
38
10.09.2017
kullhadd.com
L-GĦAŻLA TAL-POPLU
100 JUM ILU
39
10.09.2017
kullhadd.com
TAĦWID U MISTERI FIL-ĠENNA TAL-ART
Il-Barunessa Eloise u ż-żewg mahbubin taghha
Friedrich Ritter u Dore Strauch
MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-
Żammew is-sbuħija naturali tagħhom għax ftit li xejn ittiefsu mill-bniedem. Inħolqu minn eruzzjonijiet vulkaniċi eluf ta’ snin ilu u huma mogħnija bi flora, fawna u ħlejjaq endemiċi li ma evolvewx mal-milja tas-snin. Intlemħu għall-ewwel darba fis-seklu 16 u għalkemm baħħara u pirati niżlu fuq it-terren iswed tagħhom biex ġarrew minn fuqhom ilma għax-xorb jew saħansitra kkontemplaw u kkonfermaw teoriji tal-evoluzzjoni bħal ma’ għamel ix-xjentist u naturalista Charles Darwin hu u jbaħħar fuq HMS Beagle, dejjem baqgħu gżejjer diżabitati ħlief għall-fkieren ġganteski u r-rettili igwana li għamluhom id-dominju tagħhom. L-Arċipelagu Galapagos magħmul minn 21 ġżira f ’nofs l-Oċean Paċifiku, xi elf kilometru ’l barra mix-xtut talEkwador, minn dejjem tqiesu bħala Eden tropikali jew ġenna tal-art ħlief għal perjodu qasir li beda fl-1929. B’ħilet sejħa mill-Gvern Ekwadorjan sabiex aktar nies jitħajru jabitaw fuq dawn il-gżejjer u jgħixu mill-art fertili u ħut abbundanti tagħhom, ċertu Friedrich Ritter minn Berlin ħajjar lil seħibtu biex iħallu kollox warajhom u jibdew ħajja ġdida hemmhekk. Dore Strauch aċċettat bil-ħerqa l-offerta tad-dentist u maħbub tagħha għall-avventura. Friedrich ipperswada lil Dore
li qabelxejn kellhom jaqilgħu snienhom kollha ħalli jevitaw infjammazzjonijiet tal-ħalq li jistgħu jkunu fatali f ’post fejn la jeżistu tobba u lanqas kliniċi; imbagħad għamel dentatura tal-metall li ħaduha magħhom u kienu jissellfuha biex jomogħdu l-ikel. Abbandunaw lil żwiġijiethom u telqu mill-Ġermanja fuq vjaġġ twil lejn Floreana, waħda mill-gżejjer diżabitati tal-Galapagos. Hawnhekk iż-żewġ maħbubin mill-ewwel middew għonqhom għal xogħol iebes sakemm bnew gabbana għalihom u gallinar għall-flieles tat-tiġieġ li kienu xtraw filwaqt li ħartu l-ħamrija biex ikabbru ħaxix għall-ikel u siġar tal-frott. Kienu ferħanin bil-libertà li tahom dal-istil ta’ ħajja. Setgħu jaħdmu għarwenin ħuta minħabba s-sħana tropikali; stħajluhom Adam u Eva filġnien tal-Eden. Fl-entużjażmu tiegħu, Friedrich beda jikteb ittri lill-ħbieb lura fil-Ġermanja dwar l-esperjenza fantastika li kienu qed jgħixu; il-posta kienet tinġabar minn baħħara li jagħmlu waqfiet qosra fuq Floreana. Meta finalment l-ittri kienu jaslu l-Ġermanja, il-ħbieb ta’ Friedrich u Dore bdew ibigħuhom lill-edituri ta’ gazzetti u ħolqu sensazzjoni kbira. F’Awwissu tal-1932, Heinz Wittmer wasal mill-Ġermanja flimkien ma’ martu Margret li kienet tqila, u binhom adolexx-
enti Harry; riedu jagħtu futur ġdid lil wliedhom fuq Floreana. Aktar tard dik is-sena l-omm welldet it-tieni iben Rolf, li kien l-ewwel tarbija mwiedla fuq Floreana. Kienu familja bieżla u ħadmu sabiex bnew abitazzjoni u żergħu ħaxix u siġar tal-frott. Friedrich u Dore għenuhom kemm setgħu fl-istess waqt li żammew id-distanza minn xulxin b’rispett għall-privatezza reċiproka – u kulħadd kien kuntent. F’Ottubru tal-istess sena wasal grupp ieħor ta’ pijunieri prospettivi u minn hawn beda l-inkwiet. Tmexxi l-grupp kienet mara żagħżugħa Awstrijaka ssejjaħ lilha nnifisha Barunessa Eloise Wehborn de Wagner-Bosquet. Jakkumpanjawha kellha ż-żewġ maħbubin tagħha, il-Ġermaniżi Robert Philippson u Rudolf Lorenz. Magħhom ġabu raġel Ekwadorjan jismu Manuel Valdivieso sabiex jagħmlilhom ix-xogħol kollu hu. Il-Barunessa għoġobha toqgħod viċin il-familja Wittmer. Waqqfet gabbana u semmietha ‘Hacienda Paradiso’ filwaqt li ddikjarat bil-leħen għoli karatteristiku tagħha li dik kienet il-bidu tal-pjan tagħha biex ittella’ lukanda lussuża għall-baħħara miljunarji li jaslu bil-jott fuq il-gżira. Il-Barunessa Eloise kienet mara dominanti u esebizzjonista. Ivvintat stejjer dwar l-avventura tagħha li bagħtet lil Time Magazine u rivisti popolari oħra flimkien ma’ ritratti tagħha qed tippoża b’pistola u frosta li ma kinitx terħi minn idejha; fl-istess waqt iddikjarat ruħha imperatriċi ta’ Galapagos! Wara ftit ġimgħat l-Ekwadorjan Manuel Valdivieso dabbar
Il-familja Wittmer
rasu minn fuq Floreana għax kif stqarr hu ma felaħx jaħdem aktar għal dik l-istranġiera miġnuna. Il-Barunessa ma ħabblet rasha xejn, xewxet lil Philippson kontra l-maħbub l-ieħor Lorenz; dan tal-aħħar qala’ daqqtejn sew mingħand Philippson u ġabuh isefter warajhom agħar minn lsir. Bħallikieku dan ma kienx biżżejjed, il-Barunessa u seħibha Philippson bdew idejqu lill-ġirien. Riedet tikkontrolla l-mogħdija mnejn Ritter u Wittmer kienu jgħaddu biex jiġbru l-posta u provvisti minn fuq il-bajja fejn kienu jitħallew. Meta ż-żewġ familji lmentaw formalment mal-gvernatur reġjonali Ekwadorjan, dan żar Floreana personalment imma swielhom agħar għax Barunessa Eloise irnexxielha tisseduċieh u wara lejl ta’ passjoni li qatta’ magħha telaq lura u ma nbidel xejn. Mid-dehra l-qiegħa għaqded meta għodwa waħda Heinz Wittmer sab lill-Barunessa Eloise tieħu banju fl-unika riserva tal-ilma li b’għaqal kbir iż-żewġ familji kienu jżommu għaxxorb u t-tisjir; f ’dagħdigħa ta’ rabja Wittmer heddidha li joqtolha. Seħibha Philippson irritalja billi seraq il-ħmara ta’ Friedrich u telaqha tirgħa fil-ġardina tal-familja Wittmer. Fis-27 ta’ Marzu 1934 - ftit ġranet wara dal-inċident, il-Barunessa u Philippson ma dehru mkien. Margret Wittmer irrakkuntat lil Friedrich u Dore li l-Barunessa kienet żaritha jum qabel biex tgħidilha li sa titlaq mal-maħbub lejn Taħiti fuq jott ta’ ħbieb tagħhom li sorġa għal ftit ħin fil-bajja ta’ Floreana. Mill-banda l-oħra, Rudolf Lo-
renz b’għaġla kbira u f ’radda ta’ salib qassam l-oġġetti li ħalliet warajha l-Barunessa liż-żewġ familji u talab sajjied Norveġiż jismu Nuggerud, li kien wieqaf bid-dgħajsa filbajja, sabiex jieħdu miegħu lejn San Kristobal, l-akbar gżira abitata tal-arċipelagu. Xhur wara skuna tas-sajd Amerikana sabet l-iġsma mummifikati ta’ Lorenz u Nuggerud fuq l-aktar gżira mbiegħda ta’ Galapagos; kif sabu ruħhom daqstant barra mir-rotta ta’ San Kristobal baqa’ misteru. Misteru ieħor kien fuq liema embarkazzjoni setgħu telqu l-Barunessa u seħibha ġaladarba kien ilu żmien ma jidħol jott; l-affari kompliet titħawwad għall-fatt li dawn it-tnejn qatt ma tfaċċaw fuq Taħiti. Però t-taħwid ma waqafx mal-Barunessa. Ġara li f ’Novembru bħal sajjetta fil-bnazzi d-dentist Friedrich Ritter miet kaġun t’avvelenament mill-ikel. Dore qalet li ħassu ma jiflaħx wara li kiel landa laħam tattiġieġ; imma Friedrich Ritter dejjem qal li kien veġetarjan! Skont il-familja Wittmer, Friedrich u Dore kienu għaddejjin minn kriżi kbira fir-relazzjoni ta’ bejniethom fejn hu kemm – il darba refa’ jdejh fuqha. Margret Wittmer baqgħet ittenni li kienet semgħet lil Friedrich jisħet lil Dore waqt li kien qed imut. Dore Staunch irritornat lejn il-Ġermanja u ġabret il-memorji ta’ dil-avventura fi ktieb li semmiet Satan Came to Eden (verżjoni bl-Ingliż). Hi mietet fl-1943 waqt bumbardament tal-alleati fuq Berlin. Il-familja Wittmer baqgħu jgħixu fuq Floreana u d-dixxendenti tagħhom illum imexxu diversi intrapriżi turistiċi.
40
10.09.2017
kullhadd.com
IL-BILANĊ BIEX TIRNEXXI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Id-determinazzjoni kapaċi tirbaħ fuq kollox. Trid tkun il-persuna stess li tinsisti fuq ħolma u eventwalment taraha tevolvi u sseħħ realtà. Dan l-aħħar sirt naf b’mudella li bis-saħħa ta’ stil ta’ ħajja ġdid li bdiet, irnexxielha tonqos ammont kbir mill-piż tagħha u eventwalment qed tkompli tirnexxi fid-dinja tal-immudellar. Qed nirreferi għal Alexia Pauline Tabone. Għandha 23 sena u għexet minn dejjem Ħal Tarxien. Gradwat is-sena l-oħra mill-Università ta’ Malta fin-nursing u bħalissa qed taħdem ġo sala tal-mediċina fl-Isptar Mater Dei. Bħala passatempi għandha l-ivjaġġar, l-għawm u l-performing arts speċjalment id-drama u ż-żfin. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna determinata u persistenti. Tqis lilha nnifisha bħala persuna sensittiva, imma fl-istess ħin kapaċi tieħu ċajta. Persuna ottimista ħafna u tipprova toħroġ il-pożittiv minn kull sitwazzjoni. Għaliha l-immudellar mhuwiex biss passatemp, imma huwa parti minnha. Meta tkun fuq l-istage tħoss li tista’ tkun iżjed hi nnifisha. Alexia bdiet fix-xena tal-immudellar meta kellha proprju tliet snin. “Ommi minn dejjem kienet taraha prijorità li kemm jien, kif ukoll oħti jkollna passatemp li jgħinna biex inrabbu l-kunfidenza u li minn ċkunitna nitgħallmu l-importanza li żżomm lilek innifsek pulita, tkun edukata u tieħu ħsieb id-dehra tiegħek. F’dawn l-20 sena ħadt sehem kemm Malta, kif ukoll barra minn Malta f ’fashion shows, kompetizzjonijiet u photo shoots. F’dan iż-żmien qatt ma ħarist lura u dejjem fittixt li nkompli nitgħallem ħalli nimxi iżjed ’il quddiem,” bdiet tgħidli dwarha. Tikseb it-tielet post fil-Miss Universe Malta Fl-4 t’Awwissu li għadda, Alexia ħadet sehem f ’Miss Universe Malta u ġiet second runner up. Kienet sorpriża kbira għaliha. Ħallejt f ’idejha sabiex taqsam dawn il-mumenti sbieħ li esperjenzat dakinhar mat-tħabbira tar-riżultati. “Għalkemm kont ili naħdem għaliha għal madwar sitt xhur, ma stennejtx li ser niġi mal-ewwel tliet mudelli. Kienet kompetizzjoni diffiċli u kien hemm ħafna mudelli sbieħ, kemm minn barra, kif ukoll minn ġewwa. Imma kif jgħidu bl-Ingliż hard work pays off. Ħassejtni onorata ħafna u ferħana li għamilt lili nnifsi u lil familti kburin bija.” Ta’ min jgħid li Miss Universe ma kinitx l-ewwel kompetizzjoni tagħha, però kienet l-akbar kompetizzjoni lokali li qatt ħadet sehem fiha, u għalhekk bla dubju kienet l-iktar kompetizzjoni li Alexia ħadmet għaliha. Minn għandha ħadt il-kummenti dwar dak li rnexxielha tikseb, jiġifieri t-tielet post f ’kompetizzjoni prestiġjuża f ’Malta. “F’konkors bħal dan li tikseb it-tielet post għalija jfisser ħafna. Illum il-ġurnata dawn il-konkorsi jwasslu l-messaġġ li tfajla ma tridx tkun sabiħa minn barra biss, imma trid tkun sabiħa minn ġewwa wkoll, ikollha qalbha tajba u lesta li tqajjem kuxjenza fuq suġġetti li tħoss li huma relevanti għall-ħajja tal-lum. Jien kemm bħala infermiera, kif ukoll bħala mudella nixtieq nuża l-popolarità li ksibt biex inkun vuċi għall-anzjani li jinsabu abbandunati fl-isptarijiet u nwassal messaġġ lil kull familjari ta’ dawn il-pazjenti biex iżuruhom izjed spiss u ma jħalluhomx waħedhom fl-aħħar żmien ta’ ħajjithom,” saħqet miegħi Alexia. Konsegwenza tas-suċċess tagħha, Alexia bħalissa qed tikseb ħafna kuntatti fosthom minn fotografi u fashion designers biex ikollha l-opportunità li tikkollabora magħhom. Issostni li l-immudellar huwa għal qalbha ħafna u ma tkunx Alexia li hi llum li kieku ma bdietx f ’dan il-qasam. “Bla dubju nixtieq li nkompli nikber u nitgħallem iżjed biex nkompli fid-dinja tal-immudellar.” Tkellimt magħha dwar il-preparamenti li mal-mudelli l-oħra kellha sabiex iħejju għal Miss Universe Malta. “Minn xhur qabel bdejt nattendi regolari l-gym biex inżomm il-figura tiegħi pulita. Apparti minn hekk fittixt għajnuna ta’ nies professjonali biex naħdem magħhom, fosthom nutrition advisor, make-up artist, hairdresser, sponsors għall-ħwejjeg, sponsor tal-kompetizzjoni eċċ. Ma’ dawn in-nies kont niltaqa’ regolari biex nara li għas-serata finali nkun nista’ nagħti l-100% tiegħi. Matul din it-triq bis-saħħa ta’ għalliema speċjali tgħallimt iżjed fuq il-personalità tiegħi u l-etikett. Bla dubju nixtieq ukoll nirringrazzja l-organizzaturi ta’ Miss universe Malta - Jeffrey Francalanza u Alan J. Darmanin. Kienu dixxiplinati ħafna biex ntellgħu l-aħjar show possibbli. Il-veru ma tiddejjaqx taħdem magħhom. Vera organizzaturi professjonali u dejjem lesti biex jgħinuk meta jkollok xi diffikultà. Illum il-ġurnata nista’ nqishom ukoll bħala ħbieb tiegħi. Bis-saħħa tagħhom ħajti nbidlet kompletament u sirt nemmen ħafna iżjed fija nnifsi.” Peress li taħdem bħala infermiera u fl-istess waqt għandha passjoni għall-immudellar, ridt inkun naf kif tibbilanċja ħajjitha bejn dawn iż-żewġ oqsma differenti. “M’ilniex wisq naħdem bħala infermiera, u apparti x-xogħol bħalissa qed inkompli ukoll bl-istudji tiegħi u kienet daqsxejn diffiċli biex nibbilanċja kollox f ’daqqa. Però bis-saħħa tal-kollegi, tal-familjari u tal-ħbieb tiegħi dejjem sibt sapport u motivazzjoni biex ma naqtax qalbi. Wara 12-il siegħa shift dejjem irnexxieli nibqa’ sejra l-gym u wara mmur inkompli l-assignments tal-Università. L-importanti li torganizza l-ġurnata tiegħek u tqassam il-ħin tajjeb,” sostniet miegħi Alexia.
kullhadd.com
Wara 12-il siegħa shift dejjem irnexxieli nibqa’ sejra l-gym u wara mmur inkompli l-assignments tal-Università Riżoluzzjoni magħha nnifisha Proprju fit-2 ta’ Jannar 2017, Alexia kienet għamlet riżoluzzjoni magħha nnifisha li tibda tgħix stil ta’ ħajja aħjar. S’issa fil-fatt naqset 17-il kilo. Stedintha tgħid kemm kien iebes dan il-vjaġġ u x’tip ta’ dieta segwiet u kemm damet sejra biex kisbet dak li riedet tikseb finalment. “Inqast 17-il kilo, imma iżjed minn dieta nippreferi nsejjaħlu stil ta’ ħajja ġdid. Kont niekol healthy, ikliet żgħar u spiss. Kelli min jiggwidani biex tara li m’iniex nagħmel ħsara lil ġismi meta kont qed nitlef il-piż. Qatt ma sofrejt ilġuħ avolja jkolli nammetti li xi ċikkulata ġieli kelli aptita, speċjalment waqt ix-xogħol fejn il-pazjenti dejjem kienu jġibulna xi kejk. Però tgħallimt nikkontrolla u nkun determinata ħalli nasal fejn nixtieq. Apparti minn hekk, il-gym kien jgħinni ħafna biex inħossni iżjed enerġetika u biex ġismi jibqa’ pulit u b’saħħtu. Illum il-ġurnata nħossni ħafna iżjed kuntenta u ser inkompli ngħix dan l-istil ta’ ħajja.” Skoprejt ukoll li minn infermiera tixtieq li ssir tabiba. Fil-fatt bi ħsiebha tibda l-kors sentejn oħra. Din hija xewqa u patt fl-istess ħin li kienet għamlet man-nannu tagħha meta kienet ċkejkna u hu kien ma jiflaħx. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar. “Meta kelli 12-il sena tlift lin-nannu tiegħi. Kien kbir fl-età u konna nafu li wasal fl-aħħar żmien ta’ ħajtu, imma jien kont għadni żgħira u kont naħseb li nista’ nfejqu biex ma jmutx. Ftit żmien qabel miet qalli la tikber sir tabiba ħalli tfejjaqni. Għalkemm imxejt xorta fil-qasam tas-saħħa u bħalissa qed naħdem bħala infermiera, xorta baqa’ f ’moħħi dan il-ħsieb u jekk il-bambin irid sentejn oħra ser inbiddel il-karriera tiegħi u nidħol fil-kors tal-mediċina. Il-ħolma tiegħi hi li nwettaq ix-xewqa tan-nannu,” tbissmet tgħidli. Alexia tisħaq fuq il-fatt li trid tkun ta’ ispirazzjoni lejn ħaddieħor, speċjalment dawk li jixtiequ jbiddlu l-istil ta’ ħajja tagħhom. “Wara li biddilt l-istil tal-ħajja tiegħi, sirt inħossni ħafna iżjed kuntenta bid-dehra tiegħi u nixtieq li nkun ta’ ispirazzjoni lejn ħaddieħor għaliex nixtieqhom iħossu l-istess emozzjonijiet li qed inħoss jien bħalissa. Bħala infermiera wkoll nixtieq inwassal il-messaġġ kemm hu importanti li nieħdu ħsieb il-persuna tagħna u noqogħdu attenti x’nieklu u x’nitfgħu ġol-ġisem tagħna.” Ta’ min jgħid li wara l-pożizzjoni li ġiet f ’Miss Universe Malta, Alexia ġiet avviċinata mill-organizzaturi biex titla’ tirrappreżenta lil Malta f ’Miss Exclusive of the World ġewwa t-Turkija. “Għandi madwar tliet ġimgħat avventura. Inħossni onorata ħafna li ngħatajt din l-opportunità u ġejt fdata biex nirrappreżenta lil pajjiżi barra minn xtutna.” Fl-aħħar nett Alexia għaddiet messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Il-messaġġ tiegħi lill-qarrejja hu biex jekk għandkom ħolma, hi x’inhi, taqtgħu qalbkom qatt. Anke jekk issibu xi ostakli qumu u ibqgħu pruvaw. Id-determinazzjoni hi ċ-ċavetta ta’ kollox. Dejjem fittxu li titgħallmu ħalli dejjem tkunu tistgħu timxu ’l quddiem u tersqu viċin biex twettqu x-xewqa tagħkom. B’hekk xi darba jirnexxilkom taslu fejn tixtiequ żgur,” temmet tgħid.
41
10.09.2017
42
10.09.2017
kullhadd.com
ID-DIVA MALTIJA FL-AQWA TAGĦHA
hija kantanta li m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni. Ħadet sehem fil-Eurovision Song Contest darbtejn, b’darba minnhom kienet ferm viċin illi tirbħu. Kantat u kitbet diversi diski bi stili differenti però dejjem kontemporanji. Ira Losco twieldet f’Tas-Sliema fil-31 ta’ Lulju 1981. Hija pparteċipat fi 15-il pajjiż madwar id-dinja u rebħet aktar minn 20 titlu mużikali. Dehret quddiem eluf ta’ spettaturi u kellha ċ-ċans tkanta ma’ kantanti ta’ fama internazzjonali bħal Elton John, Katie Melua, Maroon 5, Akon, Mel C, Ronan Keating, Bob Geldof, Tokio Hotel u Gigi D’Alessio. Fis-sena 2002 ħadet sehem fil-Eurovision Song Contest bid-diska famuża tagħha 7th Wonder u spiċċat fit-tieni post fejn kienet 12-il punt biss ‘il bogħod mir-rebħa. 14-il sena wara reġgħet ittantat xortiha bid-diska Walk On Water iżda din id-diska spiċċat fit-12-il post tal-festival. F’dik is-sena partikolari, Ira u l-partner tagħha Sean Gravina kellhom tarbija bl-isem ta’ Harry li twieled f’Awwissu tas-sena li għaddiet. Matul din is-sena, Ira Losco kompliet bil-ħidma tagħha u bħalissa għandha żewġ singles ferm tajbin bl-isem ta’ We are The Soldiers u Oh my God. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-mużika u l-kant?
hemm 12-il punt biss u kieku konna nieħdu t-titlu.
Minn dejjem kont inħobbha l-mużika, sa minn meta kont tifla żgħira. Fil-fatt qabel ma bdejt nitkellem, ommi tgħidli li minn dejjem kont inkanta. B’hekk indunat illi jien inħobb il-mużika u l-kant. Meta bdejt nitfarfar u kont niċċelebra għeluq żmieni, tal-familja kienu jsaqsuni x’nippreferi bħala rigal u jien kont ngħidilhom illi rrid strument. Għalhekk nista’ ngħid illi n-namra għall-mużika minn dejjem kienet hemm.
Kif tħossok bil-fatt illi int ikkunsidrata bħala diva f ’pajjiżna? Il-kelma diva ddejjaqni ftit għax dak li jkun jaħseb illi persuna tkun kburija u kważi kważi kibritilha rasha. Min-naħa l-oħra, l-element ta’ popolarità ma jdejjaqni xejn ghaliex jien inħobb ħafna nitkellem man-nies. Anzi li f ’xogħli jkolli l-kuntatt man-nies togħġobni ħafna.
Ħa nieħdok lura għas-sena 2002 meta int ħadt sehem fil-Eurovision Song Contest id-diska 7th Wonder? Dakinhar għal ftit ma rbaħtx. Kif għexthom dawk il-mumenti?
Ħa mmorru lura għal ftit taż-żmien ilu meta int ħadt sehem fil-Eurovision tas-sena 2016 bid-diska Walk on Water. Inqalgħu ħafna kontroversji u ntqal ħafna kliem kemm minħabba li tbiddlet id-diska kif ukoll għax int kont tqila. Kif għext dan kollu?
Naħseb li dak iż-żmien għextha bl-iktar mod kalm għax kont għadni ġdida fix-xena mużikali Maltija. Fil-fatt ma kienx għad kelli dik l-esperjenza li nibża’ minn ċerti affarijiet. Kont għadni żgħira u allura l-innoċenza tgħinek biex ma tibżax daqshekk minnhom l-affarijiet. Fil-verità kienet esperjenza pożittiva immens għax ħadd ma basar illi stajna niġu daqshekk viċin. Kulma kien
Jien naħseb illi l-esperjenza tgħallmek biex tagħmel ċerti deċiżjonijiet li huma bbażati fuq l-esperjenza tiegħek kif ukoll xi tkun qed tħoss fil-kuxjenza tiegħek. Kelli għażla li noħroġ barra mill-kompetizzjoni Maltija kif sirt naf li jien tqila, però ddeċidejt li nara x’jiġri. Apparti minn hekk kont naf dan kollu ftit jiem biss qabel ma tlajt fuq il-palk f ’Jannar tal-2016. Meta rbaħt iddeċidejt illi nibqa’ għaddejja - dak huwa xogħli.
Xtaqt ukoll inqajjem kuxjenza li artista mara, minkejja li hi tqila, m’għandhiex twaqqaf il-karriera tagħha. Sakemm int ma tkunx qed tipperikola l-ħajja tat-tarbija li jkollok, ma narax għalfejn għandek tieqaf mix-xogħol tiegħek. Kif ħassejtek meta nbidlet id-diska? Il-fatt illi nbidlet id-diska ma kien xejn ta’ barra minn hawn minħabba li kien hemm klawżola li saret sentejn ilu fejn dan kollu seta’ jsir. Jien li bħalissa qed nikteb ukoll il-mużika, naraha xi ħaġa normali għax diska ġieli tinbidel xi tliet darbiet sakemm tipperfezzjona kollox. Min-naħa l-oħra jien bniedma li kapaċi nidħol għal sfida u nkun irrid li jkolli xogħol tajjeb quddiemi. Forsi xi nies jsaqsu r-raġuni għalfejn ivvutaw kanzunetta li fl-aħħar mill-aħħar ma telgħetx għall-Eurovision. Biex ngħid il-verità jien ma kelli x’naqsam xejn ma dik id-deċiżjoni li ħadha l-PBS. Però jien nemmen li l-bidla ta’ diska jekk tkun magħmula għall-aħjar u b’mod responsabbli forsi iktar hemm ċans illi mmorru tajjeb. Fil-verità meta kkompetejt fis-semifinali tal-Eurovision ġejna t-tielet mill-ġurija u t-televoting waqt illi fis-serata finali ġejna fil-11-il post mal-Olanda. Meta mbagħad ġew biex jgħoddu l-punti, peress li l-Olandiżi ġabu iktar punti fit-televoting għalhekk aħna spiċċajna fit-12-il post. Niftakru wkoll li hemm 43 pajjiż jipparteċipaw u mhux 24 bħalma kien isir fil-passat. X’sapport issib mill-manager tiegħek Howard Keith Debono u wara kollox mill-partner tiegħek Sean Gravina? Is-sapport li nsib mingħand Howard huwa kbir immens. Issa ili naħdem miegħu għal dawn l-aħħar 15-il sena u
ġieli meta jkollna xi laqgħa internazzjonali jgħidulek illi rari jisimgħuha li manager idum għal daqshekk żmien ma’ kantant jew kantanta. Madankollu nemmen illi għandna relazzjoni tajba ħafna u bħal kull ħaġa oħra ikollha t-tlugħ u l-inżul tagħha. Kważi bħal kull relazzjoni ta’ mħabba wara kollox fejn xi kultant taqbel u drabi oħra ma taqbilx. F’dawn il-15-il sena kellna wkoll mumenti ibsin iżda aħna ninkoraġġixxu lil xulxin ħalli kollox jibqa’ għaddej. Howard Keith kien ta’ sapport kbir meta minkejja li kont tqila, tani l-kuraġġ li nibqa’ għaddejja bl-esperjenza tal-Eurovision. Imbagħad hemm Sean, il-partner tiegħi. Dan jagħtini sapport enormi biex nibqa’ għaddejja. Hu l-imħabba ta’ ħajti u għandna tifel flimkien.
Nemmen illi huwa importanti li jekk innies isegwuk u jarawk bħala l-artista jew il-kantanta favorita tagħhom allura għandek tkun int li twassal messaġġ qawwi sabiex tkun ta’ eżempju. Wara kollox hija xi ħaġa pożittiva li tagħmel użu minn tema sabiex twassal leħnek għax ċerti nies jiġu influwenzati minn dak li tgħid u tagħmel
43
10.09.2017
kullhadd.com
differenti minn oħra. Meta mbagħad tiġi biex tkanta dejjem tagħmel li tista’ sabiex il-wirja tiegħek tkun waħda pożittiva. Bħala artista int dejjem trid tipprova tgħaqqad il-viżwal mal-kanzunetta tiegħek u tagħtiha tema. Jekk ikollok il-band miegħek ser ikun hemm aktar dinamiżmu. Int ħadt sehem f ’diversi Jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar nemmen kompetizzjonijiet u kantajt għal li kemm il-kitba tal-mużika kif ukoll diversi drabi barra minn Malta. il-kant, it-tnejn li huma għandhom Ġieli għaddielek minn moħħok li titlaq minn pajjiżna u tibda karriera il-faxxinu tagħhom. f ’xi pajjiż ieħor? Riċentement rajniek f ’kampanji Fiż-żminijiet tal-passat kien hemm kontra l-bullying. Kemm taħseb illi għażla li nagħmel hekk iżda llum id-din- huma effettivi dawn il-kampanji? ja tant saret globalizzata bejn internet u siti soċjali li sar hemm aktar aċċess Nemmen illi huwa importanti li jekk biex tesporta l-prodott tiegħek f ’pajjiż in-nies isegwuk u jarawk bħala l-artista barrani. Minkejja kollox aħna jkollna jew il-kantanta favorita tagħhom allura ħafna opportunitajiet li nkantaw f ’av- għandek tkun int li twassal messaġġ qavenimenti internazzjonali. Bla dubju li wwi sabiex tkun ta’ eżempju. Wara kolf ’dawn l-aħħar xhur kelli nieqaf xi ftit lox hija xi ħaġa pożittiva li tagħmel użu minħabba dawk il-ħames xhur tal-Eu- minn tema sabiex twassal leħnek għax rovision u anke peress li kien se jkolli ċerti nies jiġu influwenzati minn dak li tgħid u tagħmel. tarbija. Riċentement erġajna bdejna nirpiljaw Jien bħala persuna nemmen ħafna fitfejn issa li għaddiet sena qed nerġgħu tfal u fiż-żgħażagħ għax huma l-futur nibdew il-kuntatti tagħna filwaqt illi tagħna u għalhekk li nipprova nqajjem naħdmu fuq xogħol ieħor li ħallejna dawn it-temi sabiex jiġi evitat kull tip ta’ bullying bejniethom. pendenti. Bħalissa qed nirrekordja l-album ilġdid hekk kif għandi repertorju f ’idejja Kif inbidlet ħajtek wara li sirt omm? biex navvanzaw ’il quddiem. Minnaħa l-oħra, bħala kantanta trid dejjem Ħajti nbidlet mhux ħażin wara li kellna taġġorna għaż-żminijiet tal-lum u r-rep- t-tifel. Tinbidel anke għax issa rrid nipertorju tiegħek irid ikun dejjem attwa- pjana iktar għal kollox. Għandi sapport li. Is-sena li ġejja se tkun mimlija daqs kbir mill-familji tagħna fejn iżommuh bajda. Għandi double album ħiereġ u meta aħna nkunu xogħol. Sean jgħin m’iniex se nħalli ebda opportunità, biex u jieħu ħsieb il-ħtiġijiet kollha sakemm naqsam il-mużika tiegħi ma’ udjenzi jien inkun qed naħdem u viċi versa. Nemmen illi kollox irid ikun ibbilanċkbar u internazzjonali, taħrabli. Huma ftit dawk l-artisti li jibqgħu jat u ppjanat sabiex inlaħħqu t-tnejn li jżommu l-istess repertorju u jkomplu aħna mar-rutina tal-ħajja tagħna. għaddejjin bih. M’ilux ħriġt id-diska We are Bejn il-kitba tal-mużika u l-kant The Soldiers fejn laqatni ferm liema hu l-iktar ġeneru li jagħtik il-messaġġ soċjali li ħriġt anke jekk sodisfazzjon? tħares lejn il-vidjow. X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar din M’hemmx differenza! It-tnejn li huma id-diska? jagħtuni sodisfazzjon però b’mod differenti. Meta int qed tikteb kanzunetta Iva, fil-fatt We are The Soldiers hija qisek qed twelled tarbija għax trid tip- diska li fiha repertorju differenti minn preparaha, qed tagħtiha l-ingredjenti dak li s-soltu nagħmel jien bħala kanli tixtieq int u tipprova toħroġ l-aqwa tanta u kittieba tal-mużika. Hemm mesaffarijiet minnha sakemm fl-aħħar mill- saġġ soċjali li mhux normalment ikun aħħar toħroġ biex titkanta. Kull kanzu- fid-diski tiegħi. Xtaqt nagħmel vidjow netta jew diska għandha personalità differenti mill-oħrajn fejn erba’ persuni Anke jien qed nagħtih ħafna kuraġġ kemm fil-karriera li għandu fil-waterpolo kif ukoll fil-ħanut il-ġdid li ser jiftaħ dalwaqt. Fi ftit kliem aħna nsibu wens f ’xulxin għax wara kollox mingħajr is-sapport u l-għaqda jisfaxxa kollox.
li huma Amy Camilleri Zahra, Charlene Mercieca, Julian Bajada u Karl Abela jidhru bħala eroj. Jien xtaqt mal-ewwel illi dawn il-persuni jkunu l-protagonisti tad-diska u b’xi mod irnexxieli nagħmel dan. Meta kkuntattjajthom biex naraw l-opinjoni tagħhom dwar kif jixtiequ jidhru huma saħqu li xtaqu jidhru bħala bnedmin normali iżda li jwasslu l-messaġġ b’dak li jagħmlu. Id-diska, li għandha direzzjoni ta’ Matthew Muscat Drago, hija qawwija u partikolari. Matthew huwa bniedem ta’ talent kbir illi kompla żejjen u pperfezzjona d-diska bid-direzzjoni tiegħu. Int kellek ukoll id-diska Oh My God illi kantajtha ma’ Shyli u li bħalissa qed tagħmel suċċess kbir. X’tikkummenta fuq id-diska u anke l-kantanta Shyli? Kienet diska ferm differenti minn We are The Soldiers għax ridt inbiddel kompletament l-istil. Wara li rrekordjat id-diska, kien hemm parti tar-rap li ktibt jien u kantajta imma bdejt nisma’ leħen ieħor ġo moħħi. Imbagħad ċempilt lil Shyli u saqsejtha riditx tagħmilha hi. Naħseb li din id-diska intgħoġbot ħafna min-nies u kelli kummenti pożittivi ħafna. Kif għedtlek diġà ħadt ħsieb illi ndaħħal element qawwi ta’ dawl ikkulurit fil-vidjow flimkien ma’ stil qawwi fejn it-tfajliet huma protagonisti. Nista’ nlaqqamha bħala diska friska għas-sajf fejn għamilna ħafna ħin nippreparaw ċerti dettalji sabiex eventwalment ħarġet bħala suċċess. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk il-bniet u tfajliet li jixtiequ jaqbdu l-karriera tal-kant u li jarawk bħala l-idolu tagħhom. L-ewwel ħaġa importanti hija li tibqgħu saqajkom mal-art u tkunu umli f ’dak kollu li tagħmlu. Imbagħad huwa fundamentali li temmnu fikom infuskom għalkemm illum il-ġurnata ma saritx daqshekk faċli. Jekk tiżbalja ma jkun ġara xejn. Kif ngħidu bl-iżbalji titgħallem anzi darb’oħra l-wirja tiegħek toħroġ aħjar. Tħallu lil ħadd ibiddilkom. Jien kont determinata li nżomm l-istil tiegħi u li nibqa’ artistikament bħal qabel. Kienu
ħafna li ppruvaw iwarrbuni għax sirt omm. Il-mużika hija għal kulħadd. Hawn post għal kulħadd. Dejjem ftakruha. U uru rispett lejn min kien hemm qabilkom, tistgħu titgħallmu ħafna minnhom. Jien ngħid għalija dejjem urejt rispett lejn artisti Maltin u internazzjonali li huma ikbar minni. Żgur mhux forsi qatt ma tieqaf titgħallem fil-ħajja!
Jekk tiżbalja ma jkun ġara xejn. Kif ngħidu bl-iżbalji titgħallem anzi darb’oħra l-wirja tiegħek toħroġ aħjar. Tħallu lil ħadd ibiddilkom. Jien kont determinata li nżomm l-istil tiegħi u li nibqa’ artistikament bħal qabel. Kienu ħafna li ppruvaw iwarrbuni għax sirt omm. Ilmużika hija għal kulħadd. Hawn post għal kulħadd. Dejjem ftakruha. U uru rispett lejn min kien hemm qabilkom, tistgħu titgħallmu ħafna minnhom. Jien ngħid għalija dejjem urejt rispett lejn artisti Maltin u internazzjonali li huma ikbar minni. Żgur mhux forsi qatt ma tieqaf titgħallem fil-ħajja!
44
10.09.2017
1
MADWAR kullhadd.com
IL-MESSIKU
FIL-QOSOR
4
1
2
3
61 PERSUNA MEJTA F’TERREMOT In-numru ta’ nies li mietu kawża ta’ terremot qawwi li seħħ viċin il-kosta fin-Nofsinhar tal-Messiku tela’ għal 61. Operazzjoni kbira ta’ salvataġġ tinsab għaddejja fl-iktar stati li huma l-agħar milquta, jiġifieri Tabasco, Oaxaca u Chiapas, fejn hemm il-biża’ li għad hemm nies maqbuda taħt it-tiġrif. Il-President Enrique Pena Nieto qal li weġġgħu minn tal-inqas 200 persuna. Dan filwaqt li ddikjara jum ta’ luttu, bil-bnadar jittajru mezzasta bħala rispett lejn dawk li tilfu ħajjithom. It-terremot li rreġistra qawwa ta’ 8.1 seħħ tard il-Ħamis, u kien l-iktar wieħed b’saħħtu fir-reġjun f ’seklu.
2
L-AMERKA
3
IRMA JĦALLI 24 FATALITÀ Fil-vjaġġ tiegħu lejn l-istat ta’ Florida, l-Urugan Irma jkompli jħalli xeni devastanti hekk kif issa wasal fit-Tramuntana ta’ Kuba. Irma mistenni jġib miegħu irjiħat u xita qawwija flimkien ma’ mewġ għoli ħafna. L-awtoritajiet ta’ Florida daru l-bibien sabiex javżaw lil miljuni ta’ residenti sabiex jevakwaw l-istat u jivvjaġġaw kemm jista’ jkun ’il fuq fl-istat. S’issa matul din il-ġimgħa Irma ħalla 24 fatalità fil-gżejjer tal-Karibew kif ukoll 1,100 persuna mingħajr saqaf fuq rashom f ’Miami.
IL-KOLOMBJA
IL-PAPA JIKKUNDANNA L-VJOLENZA FUQ IN-NISA Il-Papa Franġisku kkundanna l-vjolenza verbali u fiżika fuq in-nisa, u appella għar-rispett. Dan waqt li kien qed jindirizza folla kbira fiż-żjara tiegħu fil-Kolombja. Il-Papa, li huwa l-ewwel wieħed li qed iżur dal-pajjiż f ’iktar minn tliet deċennji, qal li l-Bibbja tiċċelebra lin-nisa bħala persuni b’saħħithom u influwenti. Huwa jinsab fuq żjara ta’ ħamest ijiem bħala turija t’appoġġ lejn il-proċess ta’ paċi li għaddej fil-Kolombja stess.
5
R ID-DINJA
45
10.09.2017
kullhadd.com
6
IL-LUSSEMBURGU
6
SFIDI DWAR IL-KWOTA TAL-IMMIGRANTI L-Erbgħa 6 ta’ Settembru, il-Qorti Ewropea rrifjutat l-isfidi li għamlu l-Ungerija u l-Islovakkja dwar il-kwota ta’ migranti li qed ifittxu ażil fejn kull membru stat tal-Unjoni Ewropea jrid jilqa’ numru ta’ persuni. Meta ressqu l-każijiet tagħhom quddiem il-Qorti Ewropea, l-Ungerija u l-Islovakkja argumentaw li kien hemm żbalji proċedurali u li dawn il-kwoti xorta waħda ma kinux se jsolvu l-kriżi tal-migrazzjoni. Intant, Malta xorta żammet mal-ftehim imwiegħed hekk kif laħqet il-kwota ta’ 137 immigrant mill-Greċja u mill-Italja. Minkejja l-qbil bejn l-istati membri, kienu biss 28,000 elf ruħ minn 160,000 li ġew rilokati f ’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Din meta l-iskema tiskadi fi tmiem dan ix-xahar.
5 4
FRANZA
L-INGILTERRA
TARBIJA FIT-TRIQ FLIMKIEN MA’ €100,000 EWRO F’DANNI Ġimgħa pożittiva għall-familja rjali hekk kif it-Tnejn filgħodu ġie mħabbar it-tieled wild għad-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge, William u Kate. Dan filwaqt li t-Tlieta li għadda wkoll, żewġ rivisti Franċiżi ġew ordnati mill-Qorti Franċiża jħallsu lill-koppja rjali mal-€100,000 għad-danni morali wara l-pubblikazzjoni ta’ ritratti mingħajr ħwejjeġ tad-Dukessa ta’ Cambridge ħames snin ilu. Id-Duka stqarr li dan l-indħil fil-ħajja privata tagħhom lilu jġiblu “aktar uġigħ” fid-dawl tal-esperjenza kerha li kellha ommu Diana mal-paparazzi.
SEJBA TA’ SPLUSSIV B’GĦAN TERRORISTIKU Tliet suspettati ġew arrestati, b’rabta ma’ sejba ta’ splussiv ġewwa fabbrika viċin Pariġi. Dan wara li matul il-jum talĦamis instabu ingredjenti ta’ splussiv li kien seta’ jiġi użat sabiex issir bomba magħrufa bħala TATP. Kollox qed jindika li dan seta’ kien pjan terroristiku sabiex jiġu attakkati numru ta’ banek. Sadanittant, minkejja li t-tliet persuni ċaħdu li kien hemm xi motiv terroristiku, ġew interċettati telefonati ma’ gruppi mis-Sirja li qanqlu iktar suspett.
46
10.09.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
KUKKUŻEJT Kitba ta’ Celine Claire, illustrazzjonijiet ta’ Hector Dexet
JIEN MA NIBŻA’ MINN XEJN! Kitba ta’ Geraldine Collet, illustrazzjonijiet ta’ Aurelie Abolivier
BRR, X’BARD!
Kitba ta’ Sylvie Misslin, illustrazzjonijiet ta’ Geraldine Cosneau Merlin Publishers għadhom kemm ippubblikaw sensiela ta’ tliet kotba ġodda għat-tfal iż-żgħar ħafna. Huma kotba mfasslin apposta għal tfal minn erba’ snin ’il fuq, u fihom biss vers wieħed ta’ kliem f ’kull paġna u għalhekk huma ideali għal dawk it-tfal li qed jibdew jiskopru d-dinja tal-qari lil hinn milli sempliċiment iħarsu lejn l-istampi. Ġeneralment it-tfal għandhom ikunu jistgħu jaqraw dan it-test waħidhom sa ma jispiċċaw l-Ewwel Sena tal-primarja. Dawn il-kotba ġodda jagħmlu użu intelliġenti mir-ripetizzjoni ta’ kliem u frażijiet – ir-ripetizzjoni f ’dan il-livell hi għodda importanti ta’ tagħlim għax tgħin tagħti kunfidenza fit-tfal lejn il-qari, speċjalment f ’lingwa ġdida. Din is-sensiela żgur se tintlaqa’ tajjeb ħafna mill-ġenituri u għalliema għax huma ftit il-kotba bil-Malti għal din l-età u f ’dan il-livell ta’ qari, u għalhekk qegħdin jindirizzaw nuqqas fis-suq. Il-kotba huma kollaborazzjoni bejn
awturi u illustraturi Franċiżi, u kull paġna tistimola lit-tfal biex jippruvaw jaqtgħu x’inhu ġej fil-paġna li jmiss u kif se tiżviluppa l-istorja. Din issir prattikament logħba fejn it-tfal jippruvaw jantiċipaw dak li se jiġri, u din it-trasformazzjoni tal-qari f ’logħba se tgħin fl-eċitament tattfal lejn il-kotba u l-qari. Il-Merlin minn dejjem huma selettivi ħafna fl-għażla ta’ xogħlijiet mid-dinja tal-ktieb internazzjonali biex iwasslu Malta u għat-tfal Maltin l-aħħar tendenzi fil-qari u fiddisinn tal-kotba. U b’din is-sensiela, il-Merlin qed jintroduċu għallMalti stil ta’ illustrazzjoni u disinn kontemporanju u frisk li mhux soltu naraw fil-kotba Maltin. Dawn il-kotba ġew addattati għallMalti mill-Merlin, u t-tfal u l-ġenituri tagħhom se jsibuhom utli immens biex it-tfal itejbu l-vokabularju Malti tagħhom. It-tliet kotba jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com Mistoqsija: Għal min huma mmirati dawn il-kotba?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba BRR,X’BARD!, JIEN MA NIBŻA’ MINN XEJN! U KUKKUŻEJT. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 17 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb KATINA ETERNA huwa: MARY ANNE ABELA - Żabbar
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
01
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
F’liema ġurnata ħa jagħlaq il-mitt jum? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Ir-Rebbieħ: M.MANGION - il-Gudja Indirizz:
47
10.09.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TESSIE CUTAJAR - Mellieħa
TISLIBA 191 Mimdudin:
Bi 3 Numri 003 014 200 223 339 471 564 616 809 859 927 B’4 Numri 0184 0214 0249 0283 0310
0330 0401 0589 0682 1061 1165 2016 2159 2172 2211 2742 3033 3090 3321 3333 3440 3564 3676 3691 4154 4801
5229 5430 5585 6006 6352 6454 6573 6603 6733 7231 7327 8069 8159 8470 8524 9897 B’5 Numri 00339 03530
05420 10806 13191 13292 17385 21072 29333 31026 31275 35010 36174 40322 58992 71102 74394 74508 85239 87943 94048
B’6 Numri 023163 199631 330422 425967 506505
604463 727431 917455 923550 952602
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. Il-femminil ta’ tifel (5) 4. Meta jasal trid tħallsu (4) 7,5. Hekk tagħmel jekk ma jogħġobhiex (5) 9. Warrab (3) 10. Tal-biża’ (6) 12. Frott (6) 16,18. Nixħet fiż-żibel (5) 18. Ara 16 19,21M. Jekk titħawwad tqajjem dan! (6) 20. Tħaffef ħafna (5) 21. Ara 19 23. Piż (4) 24. Isem (5)
Weqfin: 1. 2. 3,11. 5. 6,21w. 8. 11. 12,17. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Kompli l-qawl: Bis- saħħa tal-għarusa ...... il-qattusa (6) Tajjeb ħafna anki nej (3) Jirreċta (5) Ara 7 Isem (6) Tħarbit? (9) Ara 3 Bla xogħol? (5) Ħabib Franċiż (3) Artist? (6) Tista’ tkun tal-gvern (6) Ara 12 Ara 6 Tħallix moħbi (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1.Tmiem 4. Ċens, 7,16.Isloħ, 9,23.Nuċċali, 10.Miksur, 12.Ċanfar, 18.BO, 20.Pinet, 21.Mad, 24.Aħbit
1,11.Tunsilla.2,5.Inċens, 3,17. Mimosa, 6.Sur, 8.Sinfonija, 12,19.Ċħadt, 13,22.Nbidel, 14.Rattab, 15.Stinat, 21.Mac
48
10.09.2017
kullhadd.com
WENS B’RISPETT EDITORJAL
Iżda min f’dan il-pajjiż hu bieżel, il-maġġoranza, jixirqilhom ir-rispett li t-taxxi li jkunu qed iħallsu huma jintużaw fejn hemm bżonn u għal min għandu bżonn
Soċjetà b’saħħitha teħtieġ li tkun hemm għal dawk fi ħdanha li jifilħu l-inqas. Għal dawk li biex jimxu ’l quddiem jeħtieġu wkoll imbuttattura mill-istat u minn dawk ta’ madwarhom. Għaliex jekk mhux hekk ma jkun jiswa xejn it-tkabbir ekonomiku ta’ 6.4% li l-pajjiż kellu fit-tieni kwart ta’ din is-sena u s-suċċess li nkiseb fil-finanzi tal-pajjiż fl-aħħar snin. Konvinti li dak li qed niddikjaraw temmnu wkoll it-tmexxija ta’ pajjiżna li kemm-il darba saħqet dwar l-impenn li l-ġid li jinħoloq jinfirex kemm jista’ jkun fis-soċjetà. Hemm min kapaċi waħdu u jkun biżżejjed li l-istat joħloqlu l-opportunità u hawn min iċ-ċirkostanzi jwassluh biex anke għall-bażiku jkollu bżonn l-appoġġ. Wieħed minn dawn l-oqsma hu l-qasam tal-housing soċjali. Qasam li joffri sfida kbira lil dan il-pajjiż. Il-fatt li għal snin twal sar ftit li xejn biex dawk fuq il-lista ta’ stennija tal-Awtorità tad-Djar jinqdew wassal biex dawn in-nies żdiedu u mhux naq-
su u din l-amministrazzjoni sabet ma’ wiċċha sfida kbira li għaliha riedet pjanar u miljuni ta’ ewro. Rajna fl-aħħar ġimgħat kif proġetti maħsuba fl-aħħar leġiżlatura bdew jieħdu l-ħajja. Rajna kif bdew jinbnew l-ewwel units għal dawk li jridu kenn dinjituż u li jixirqilhom. Għax hawn il-punt kruċjali f ’dan kollu. Hawn il-WENS B’RISPETT. Ma jistax ikun li min m’għandux dritt għal xi ħaġa jew servizz soċjali jipperikola l-gwadann ta’ dawk li ħaqqhom. Kien għalhekk li l-inizjattiva tal-Gvern imħabbra iktar kmieni din il-ġimgħa biex jonqos l-abbuż b’rabta mal-housing soċjali hi waħda ta’ min ifaħħarha. Kull meta gvern jindividwa settur biex jattakka l-abbużi fi ħdanu xorta se jsib min ikemmex xofftejh. Nobbli kemm hu nobbli l-għan. Dan għax f ’pajjiż żgħir bħal Malta malajr ikun hemm min jaħseb li għandu d-dritt li jhedded bil-vot. Iżda min f ’dan il-pajjiż hu bieżel, il-maġġoranza, jixirqilhom ir-rispett li t-taxxi li jkunu qed iħallsu huma jintużaw fejn hemm bżonn u
għal min għandu bżonn. Kif qal is-Segretarju Parlamentari Galdes l-akkomodazzjoni mhix “free for all”. Għamlet sew l-Awtorità tadDjar meta s-sena li għaddiet irkuprat 89 ċavetta wara li spezzjonijiet tagħha urew li l-postijiet allokati ma kinux qed jintużaw għall-iskop oriġinali. U l-poplu għandu jagħti s-sehem tiegħu u jipparteċipa fil-kampanja biex jinqabdu l-abbużi. Għax 89 ċavetta fissru 89 familja li setgħu jieħdu dak il-post biex jgħixu ħajjithom b’dinjità. Dan mhux l-uniku settur fejn il-Gvern qiegħed sod ma’ min jabbuża. B’ġustizzja, l-istess kien għamel ma’ dawk li jabbużaw mill-benefiċċji soċjali. Niżel b’id tal-ħadid fuq dawk li webbsu rashom biex ma jikkoperawx, iżda offra incentivi lil dawk li kienu fuq il-benefiċċji soċjali u daħlu jaħdmu. Illum kważi kulħadd jaqbel li t-tapering tal-benefiċċji soċjali, fejn benefiċċju jinqata’ gradwalment għal min joħroġ jaħdem, kien ta’ suċċess enormi. Urejna fl-aħħar ġimgħat kif dawk li daħlu
fid-dinja tax-xogħol b’din l-iskema tant fehmu li kienet dik it-triq ’il quddiem li ma marrux lura minnha. L-abbuż kien indirizzat ukoll fuq ir-reġistru talqgħad. F’ekonomija li qed ikollha ġġib eluf ta’ ħaddiema minn barra l-pajjiż, qatt ma seta’ jagħmel sens li jkun hemm eluf fuq ir-reġistru talqgħad. Il-maġġoranza naqset għaliex sabet ix-xogħol, inkluż nies ta’ iktar minn 45 sena jew li kienu ilhom snin fuq ir-reġistru tal-qgħad. Iżda kien hemm oħrajn li kellhom bżonn tbeżbiża u ħaduha. Xhur ilu Simon Busuttil, Kap tal-Oppożizzjoni, kien mar f ’lokalità fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta u f ’laqgħa magħluqa tkellem kontra l-attakk tal-Gvern fuq ċertu abbuż. Qabel xejn dan kien wera l-mentalità tiegħu li kwistjoni dwar hekk ried iqajjimha fin-Nofsinhar talpajjiż. Iżda, iktar minn hekk, kien wera mentalità miskina ta’ min biex jirbaħ l-appoġġ ried jirkeb fuq l-abbuż. Il-poplu għażel triq differenti. U għalhekk il-Gvern jibqa’ jagħmel sew li jwettaq il-mandat ta’ wens b’rispett.