KullHadd_11.06.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 11 ta’ Ġunju, 2017

Ħarġa Nru 1,248 Prezz €1

• TMIEN REBĦIET ELETTORALI KBAR • MUSCAT BL-IKBAR DISTAKK TA’ VOTI PERSONALI BEJN ŻEWĠ MEXXEJJA • FIĊ-ĊELEBRAZZJONI FUQ IL-FOSOS WIEĠEB B’DISKORS UMLI Analiżi tal-gazzetta KullĦadd turi kif kemm ilu Mexxej Laburista Joseph Muscat għamel tmien rebħiet elettorali fejn il-Partit Laburista u l-moviment li nbena madwaru dejjem kisbu appoġġ ta’ madwar 55% talvoti bid-differenza fil-persentaġġi mal-Partit Nazzjonalista tvarja bejn l-10% u 15%. Distakk li huwa wieħed enormi bil-kejl ta’ kif konna drajna jintrebħu l-elezzjonijiet f’Malta. Iktar minn hekk jirriżulta wkoll li Joseph Muscat għandu l-ikbar distakk ma’ mexxej ieħor f’dawk li huma preferenzi personali fl-ewwel għadd. Quddiem dawn ir-riżultati bla preċedent, f’mass meeting biex tkun iċċelebrata r-rebħa tat-3 ta’ Ġunju, Joseph Muscat enfasizza li jrid jibqa’ jservi b’umiltà.

REKORDS ELETTORALI Ara paġni 4 sa 9

SE TIĦRAX IL-KAMPANJA BIEX JIBQA’ BUSUTTIL • CLAUDIO GRECH U CHRIS SAID JISTENNEW • COMODINI CACHIA TIKKUNSIDRA LI TKUN VIĊI KAP Id-deputati Claudio Grech u Chris Said huma interessanti sew fil-kariga ta’ mexxej tal-Partit Nazzjonalista. Iżda, qed iżommu kawti quddiem il-kampanja li qed tkun ikkordinata mill-establishment fid-Dar Ċentrali biex Simon Busuttil jiddikjara li se jerġa’ jkun qed jikkontesta għall-kap. Din il-kampanja mistennija tiħrax fil-jiem li ġejjin b’iktar deputati jużaw il-gazzetti jew il-profil tagħhom fuq Facebook biex jiddikjaraw il-ħsieb tagħhom li Busuttil għandu jibqa’ kap. Jekk Busuttil jibqa’ kap, Therese Comodini Cachia hija interessata ferm li ssir Viċi Kap, u kien proprju xħin fid-Dar Ċentrali ħraxu l-manuvri favur Simon Busuttil li hi ddeċidiet li tibqa’ Malta u ma tmurx Brussell. Intant, Roberta Metsola tibqa’ l-kandidata favorita tal-establishment kemm–il darba Busuttil jitlaq. Ara paġna 10


02

11.06.2017

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 19°C L-Indiċi UV: 11 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa ta’ pressjoni qed tippersisti fuq iċ-ċentru tal-Mediterran. Temp: Xemxi b’ammont varjabbli ta’ sħab għoli. Ir-Riħ: Ħafif mill-Punent Majjistru li jsir mill-Grieg il-Lvant. Il-Viżibbiltà: Tajba. Il-Baħar: Ħafif. L-Imbatt: Ftit li xejn. It-Temperatura tal-Baħar: 22°C

email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tnejn

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

27°C

UV 9

19°C

Il-Ħamis

27°C

UV 9

19°C

27°C

Il-Ġimgħa

UV 9

19°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

28°C

UV 8

20°C

29°C

UV 8

21°C

29°C

UV 9

20°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920 Numri Importanti Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Rihan, San Ġwann – 21372195 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 112​ St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sagħjtar, Il-Mosta – 21415198 Il-Pulizija ta’ Malta Euro Chemist, Triq il-Kurazza, Il-Qawra – 21581876 2122 4001-9​ Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 2393 0000 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consigli, Iż-Żejtun – 21806009 Safi Pharmacy, St. John Street c/w Bieb il-Ġarra Street, Ħal Safi – 21649552 Il-Gwardjani Lokali ​2132 0202 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa – 21451261

Stampat Progress Press

L-Isptar ta’ Malta 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Għawdex Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat – 21556170 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija – 21557278 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

11.06.2017

kullhadd.com

IL-PL JIDDEĊIEDI DWAR ID-DISTRETTI Fl-ewwel laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista wara r-rebħa elettorali, ġew deċiżi d-distretti li se jċedu seba’ d-deputati Laburisti li ġew eletti minn żewġ distretti. F’laqgħa mal-grupp Parlamentari, l-Eżekuttiv Laburista permezz ta’ vot sigriet iddeċieda d-distretti fejn għandhom isiru l-elezzjonijiet każwali. Il-membri tal-Eżekuttiv iddeċidew li l-Ministru Helena Dalli iċċedi t-tieni distrett. F’dan id-distrett kienu kkontestaw ukoll Glenn Bedingfield, Stefan Buontempo u Mark Causon li issa jistgħu japplikaw biex jieħdu sehem f ’din l-elezzjoni każwali. Dalli u l-Ministru Chris Fearne ser iżommu it-tielet distrett. B’Fearne se jċedi ir-raba’ distrett. Eliġibbli għal din l-elezzjoni każwali f ’dan id-distrett hemm Stefan Buontempo, Joe Cilia, Andy Ellul, Etienne Grech, Dominic Grima u Rita Sammut. Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jżomm it-tieni distrett u jċedi l-ħames distrett. Fil-ħames distrett se jiġi elett kandidat minn fost Glenn Bendingfield, Luciano Busuttil, Roderick Cachia, Mario Calleja, Joseph Cutajar, Joseph Farrugia, Edric Micallef, Sebastian Muscat, Rita Sammut, Carlo Stivala u Stefan Zrinzo Azzopardi. Ġie deċiż li s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri se

jzomm is-seba’ distrett, u jċedi s-sitt distrett. Minn dan id-distrett għandu jiġi elett xi ħadd bejn Rosianne Cutajar u Gavin Gulia. Is-seba’ distrett se jinżamm ukoll mill-Ministru Edward Scicluna wara li l-Eżekuttiv iddeċieda li Scicluna jċedi t-tmien distrett. Eliġibbli biex jitilgħu minn dan id-distrett hemm Ian Castaldi Paris, Rosianne Cutajar, Rachel Tua jew Edward Zammit Lewis. Il-Ministru Michael Falzon se jżomm l-għaxar distrett u se jċedi d-disa’ distrett. Fit-tellieqa għal siġġu f ’dan id-distrett hemm Conrad Borg Manche, Manuel Mallia, Sigmund Mifsud, Nikita Zammit Alamango u Edward Zammit Lewis. Il-Ministru Evarist Bartolo se jzomm l-għaxar distrett u jċedi t-tnax-il distrett. Fit-tnax-il distrett kienu kkontestaw ukoll Joseph Matthew Attard, Clayton Bartolo, Alfred Grima, Franco Mercieca, Deborah Schembri, Kenneth Spiteri u Fleur Vella. Fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv, il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef qal li l-elezzjoni każwali se ssir filjiem li ġejjin wara li l-kandidati interessati minn dawn is-seba’ distretti japplikaw mal-Kummissjoni Elettorali. “Biex fl-aħħar mill-aħħar jiskatta l-proċess elettorali u tiġi finalizzata l-kompożizzjoni talgrupp parlamentari Laburista f ’dan il-każ,” qal Micallef.

LIEMA DISTRETTI SE JĊEDU Helena Dalli: Chris Fearne: Joseph Muscat: Silvio Schembri: Edward Scicluna: Michael Falzon: Evarist Bartolo:

it-2 distrett elettorali ir-4 distrett elettorali il-5 distrett elettorali is-6 distrett elettorali it-8 distrett elettorali id-9 distrett elettorali it-12–il distrett elettorali

IL-QORTI DWAR ŻEWĠ SIĠĠIJIET LILL-PN Permezz ta’ rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, il-President tal-Partit Laburista u s-Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali Lydia Abela, f ’isem il-Partit Laburista, talbu lill-Qorti sabiex tiddeċiedi hi jekk tħassarx id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali li tat żewġ siġġijiet żejda lill-Partit Nazzjonalista. Dan minkejja li fil-Parlament hemm it-tielet partit politiku kif iddikjarat mill-esponenti kemm tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll mill-Partit Demokratiku. Il-Partit Laburista spjega kif f ’dan il-każ ġew applikati regoli tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali li mhumiex applikabbli f ’każ fejn apparti l-partit tal-maġġoranza jkun hemm iktar minn partit wieħed ta’ minoranza. F’dan il-każ, minkejja li Marlene Farrugia u l-Partit Demokratiku ikkontestaw f ’alleanza mal-Partit Nazzjonalista, baqgħu jiddistingwu ruħhom bħala l-Partit Demokratiku, inkluż bil-kliem ‘Tal-Oranġjo, Orange’ fuq id-dokument tal-vot. Għaldaqstant, il-Partit Laburista jemmen li l-għoti taż-żewġ siġġijiet lill-Partit Nazzjonalista jikser id-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u tal-liġijiet elettorali. Il-Partit Laburista fil-ġurnata tal-Ħamis kien diġà ppreżenta protest formali permezz tad-delegat tiegħu, Louis Gatt, lill-Kummissjoni Elettorali. Iżda l-istess Kummissjoni ddikjarat bħala eletti żewġ deputati min-naħa tal-Oppożizzjoni. Il-Partit Laburista qed jitlob għaldaqstant il-Qorti sabiex tiddeċiedi jekk kellux ikun applikat il-proviżjon fil-liġi li jagħti siġġijiet żejda minkejja li jkun hemm it-tielet partit fil-Parlament.


04

11.06.2017

kullhadd.com

MUSCAT BL-IKBAR DISTAKK FIL-VOTI PERSONALI WKOLL

Rekord ieħor li stabilixxa Joseph Muscat, bħala mexxej ta’ partit politiku, huwa fl-ikbar distakk fil-voti personali bejn il-mexxejja taż-żewġ partiti ewlenin. Bl-ikbar distakk kien fl-elezzjoni tal-2013 fejn kiseb 14,000 vot iktar minn Lawrence Gonzi. Differenza ta’ 120%. Dakinhar Muscat ikkontesta t-tieni u r-raba’ distrett elettorali u Lawrence Gonzi kkontesta t-tieni u s-seba’ distrett elettorali. Fl-aħħar elezzjoni d-distakk bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil kien ta’ 32% tal-voti. Busuttil ikkontesta l-11 u

t-12 –il distrett, żewġ distrett li ntrebħu mill-Partit Nazzjonalista, filwaqt li Joseph Muscat ikkontesta t-tieni u l-ħames distrett. Żewġ distretti li l-Partit Laburista rebaħ ukoll. Muscat ġab 6,500 vot iktar tal-ewwel preferenza minn Simon Busuttil. Kien l-eks Prim Ministru Dom Mintoff li kellu l-istess tip ta’ distakk qawwi meta mqabbel mal-avversarju politiku tiegħu George Borg Olivier. Jekk nagħtu ħarsa lejn ir-riżultati mill-elezzjoni tal-1971 ’il quddiem insibu dawn;

ELEZZJONI ĠENERALI 1971 Dom Mintoff ġab 6,100 vot tal-ewwel preferenza iktar minn George Borg Olivier. Differenza ta’ 51%.

ELEZZJONI ĠENERALI 1976 Dom Mintoff ġab 7,200 vot tal-ewwel preferenza iktar minn George Borg Olivier. Differenza oħra ta’ 51%.

ELEZZJONI ĠENERALI 1981 Dom Mintoff ġab 2,100 tal-ewwel preferenza iktar minn Eddie Fenech Adami. Differenza ta’ 12%.

ELEZZJONI ĠENERALI 1987 Eddie Fenech Adami ġab 1,600 vot iktar minn Karmenu Mifsud Bonnici. Differenza ta’ 9%.

ELEZZJONI ĠENERALI 1992 Hawn wieħed ma setax iqabbel għaliex Eddie Fenech Adami kkontesta żewġ distretti u Karmenu Mifsud Bonnici wieħed biss.

ELEZZJONI ĠENERALI 1996 Eddie Fenech Adami ġab 1,000 vot tal-ewwel preferenza iktar minn Alfred Sant. Differenza ta’ 6%.

ELEZZJONI ĠENERALI 1998 Eddie Fenech Adami ġab 5,500 vot tal-ewwel preferenza iktar minn Alfred Sant. Differenza ta’ 28%.

ELEZZJONI ĠENERALI 2008 Alfred Sant ġab 1,000 vot iktar minn Lawrence Gonzi. Differenza ta’ 6.5%.

ELEZZJONI ĠENERALI 2013 Joseph Muscat ġab 14,000 vot iktar minn Lawrence Gonzi. Differenza ta’ 120%.

ELEZZJONI ĠENERALI 2017 Joseph Muscat ġab 6,500 vot iktar minn Simon Busuttil. Differenza ta’ 32%.


05

11.06.2017

kullhadd.com

TMIEN REBĦIET KBAR GĦAL MUSCAT • KELMA LI ŻAMM ANKE F’TERMINI ELETTORALI • KIEN WIEGĦED LI MA JKUNX HEMM RAPPORT TAT-TELFA Il-Prim Ministru Joseph Muscat żamm kelmtu mad-delegati tal-Partit Laburista anke f ’termini elettorali. Meta f ’Ġunju 2008 nħatar mexxej tal-Partit Laburista kien qal, f ’wieħed mill-ewwel diskorsi tiegħu, li ried li taħt it-tmexxija tiegħu ma jkunx hemm rapport tat-telfa ieħor. U sal-lum hekk kien. L-ewwel elezzjoni li fiha l-Partit Laburista mar taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat kienet dik tal-Parlament Ewropew fl-2009 fejn il-Partit Laburista kiseb 54.7% kontra l-40.5% tal-Partit Nazzjonalista. Fl-istess sena kien hemm l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali bir-riżultat ikun prattikament l-istess; 54.5% għall-Partit Laburista u 44.2% għall-Partit Nazzjonalista. Din kienet elezzjoni li rat lil Joseph Muscat jiffaċċja lil Lawrence Gonzi sena wara li Gonzi rebaħ l-elezzjoni ġenerali b’madwar 1,500 vot maġġoranza. Faċilment ir-riżultat kien interpretat bħala vot ta’ protesta fil-Partit Nazzjonalista iżda donnu kien iktar minn hekk. Kien l-ewwel sinjal li madwar il-Partit Laburista Joseph Muscat kien qed jibni moviment. Moviment ta’ progressivi u moderati. Moviment li r-riżultat li ġew wara bdew juru li hu konsistenti fis-saħħa tiegħu fost il-poplu Malti u Għawdxi. Fl-2012 reġa’ kien hemm l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Il-Partit Laburista kiseb 55.6% tal-voti kontra l-41.8% tal-Partit Nazzjonalista. Kien hemm imbagħad l-elezzjoni ġenerali tal-2013. Hawn inkisbet rebħa elettorali bl-ikbar distakk elettorali mill-Indipendenza ’l quddiem. Il-Partit Laburista kiseb 54.8% tal-voti kontra t-43.3% tal-voti. Vantaġġ ta’ iktar minn 11% li lanqas dawk li kienu meqjusa ġganti fit-tmexxija tal-partiti ma kisbu. Ma’ dik l-elezzjoni kien hemm ukoll l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali fejn il-Partit

Laburista kiseb 56.6% u l-Partit Nazzjonalista 42.3%. Sal-lum kien ċar li l-poplu kien qed jafda lil Joseph Muscat u l-proġett tiegħu. Proġett ta’ Malta Tagħna Lkoll. Naturalment f ’kull analiżi li saret kien analizzat ukoll il-Partit Nazzjonalista u n-nuqqasijiet tiegħu li setgħu wasslu għall-problemi fil-Partit Nazzjonalista u r-rebħiet għal Joseph Muscat. Test ieħor kien fl-2014. Partit fil-gvern iffaċċja l-elezzjonijiet wara sena. Hemm min jargumenta li fid-dawl li kien għadu frisk seta’ kellu iktar affarijiet favurih, iżda oħrajn jemmnu li dik kienet elezzjoni diffiċli ħafna għaliex bl-aspettativi tant kbar wara r-rebħa tal-2013 ma kinux wieħed u tnejn dawk li setgħu pretendew li f ’sena jinkiseb dak li ma nkisibx f ’tant snin u għalhekk il-pressjoni kienet kbira. Il-Partit Nazzjonalista kellu wkoll tmexxija ġdida. Friska suppost għax inħatret wara t-telfa tal-2013.

Iżda, din id-darba wkoll Joseph Muscat ikkampanja kemm felaħ madwar it-toroq Maltin u fiehem li anke fil-Parlament Ewropew, il-Partit Laburista kellu jibqa’ jingħata l-fi-

duċja. Dan wassal għal rebħa elettorali ta’ 53.4% għall-Partit Laburista u 40% għall-Partit Nazzjonalista. Riżultat simili l-Partit Laburista kisbu fl-2015 fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lo-

kali. Bl-unika differenza minn sena qabel tkun li l-Partit Nazzjonalista rreġistra titjib żgħir ta’ 4.6%. Biex imbagħad is-Sibt li għadda kien hemm konferma mingħajr ebda dubju li Joseph Muscat bena moviment madwar il-Partit Laburista sod u konsistenti. Għal darb’oħra r-riżultat kien ta’ 55% għall-Partit Laburista u 43.6% għall-Partit Nazzjonalista. Ir-riżultati jaf joffru stampa xi ftit qarrieqa wkoll. Faċli wieħed jaħseb li dawn kienu kisbiet faċli għall-Partit Laburista. Iżda, mhux il-każ. Għal żmien twil, Joseph Muscat sostna li l-Partit Laburista kien l-underdog u din ma kinetx dikjarazzjoni li ġiet minn imkien. L-establishment qatt ma jieħu gost li jkun hemm min joħodlu postu u biex iżommu juża l-mezzi kollha li jkollu; mill-Knisja jew friegħi minnha sa dik li suppost hi midja indipendenti jew ċerti NGOs li nħolqu biex jaġevolaw partit politiku wieħed. Quddiem dan kollu, Muscat dejjem wieġeb b’għaqda u pjan għall-pajjiż. Pjan li l-poplu apprezza u għażlu għal darba wara l-oħra biex l-aqwa żmien għall-pajjiżna għadu ġej. PL

PN

ELEZZJONI PARLAMENT EWROPEW 2009

54.7%

40.5%

ELEZZJONI KUNSILLI LOKALI 2009

54.5%

44.2%

ELEZZJONI KUNSILLI LOKALI 2012

55.6%

41.8%

ELEZZJONI KUNSILLI LOKALI 2013

56.6%

42.3%

ELEZZJONI ĠENERALI 2013

54.8%

43.3%

ELEZZJONI PARLAMENT EWROPEW 2014

53.4%

40%

ELEZZJONI KUNSILLI LOKALI 2015

53.4%

44.6%

55%

43.6%

ELEZZJONI ĠENERALI 2017


06

11.06.2017

kullhadd.com

L-GĦAŻLA TAL-POPLU MINN GĦAJN IL-KRITIĊI ilu. Il-gazzetta KullĦadd analizzat dan ir-riżultat Id-data tat-3 ta’ Ġunju kienet ilha fuq fomm kulħadd id-deċiżjoni tiegħu. sa mill-1 ta’ Mejju. Jum wara jum smajna b’dak li kell- Deċiżjoni li sarrfet f ’rebħa kbira għal Partit Laburis- ma’ diversi persuni li segwew mill-qrib l-andament u hom xi jgħidu l-partiti politiċi, biex l-elettorat għamel ta. Ikbar minn dik li kiseb l-istess partit erba’ snin l-proċess kollu elettorali.

Albert Gauci Cunningham Fl-ewwel ġimgħat tal-kampanja elettorali kien hawn is-sentiment li l-Partit Nazzjonalista ma qabadx art. Il-mistoqsija tiġi weħidha: dan il-partit inqabad fuq sieq waħda? Albert Gauci Cunningham, l-editur tal-gazzetta Illum, sostna li filwaqt li jista’ jkun li ġiet qabel ma ħaseb il-Partit Nazzjonalista, “is-sorsi mill-Partit Nazzjonalista kienu qalulna li l-Partit Nazzjonalista ilu preparat għal din l-elezzjoni, fil-fatt mill-2014, ftit wara l-elezzjoni

Janice Bartolo tal-Parlament Ewropew. Jiġifieri għall-inqas mill-informazzjoni li kellna aħna jidher illi l-preparazzjonijiet għal din is-sena ilhom hemm. Il-fatti juru però li l-Partit Nazzjonalista ma kienx preparat għal kampanja elettorali li għadha kif għaddiet. Biżżejjed naraw il-fatt illi l-programm elettorali dam biex kien finalizzat, sa gimgħa qabel l-elezzjoni kien għadu mhux lest.” L-editur tas-sit one.com.mt Janice Bartolo rrimarkat li iva nqabad fuq sieq waħda, iżda dan għax ma ħadimx bil-għaqal.

Anna Mallia “Ma kellux għalfejn jinqabad fuq sieq waħda, imma hekk għamel. Partit fl-Oppożizzjoni għandu kull opportunità li jevalwa lilu nnifsu, ħidmietu u kif se jkun f ’pożizzjoni li joffri Gvern alternattiv aħjar. M’għandux xogħol governattiv jew manifest elettorali xi jwettaq. Allura ma kellux għalfejn jinqabad, iżda hekk ġralu.” Mhux tal-istess opinjoni ilPerit Michael Falzon, li qal li jidher li kollox kien preparat u pjanat. “Huwa ċar li s-slowgan u t-tema tal-kampanja tal-Partit Nazzjonalista kienu

Michael Falzon diġà deċiżi. Barra minn hekk, il-kampanja naħseb li bdiet bil-mod intenzjonalment biex tilħaq il-quċċata fil-ġimgħa tal-elezzjoni.” L-istħarriġ tal-opinjoni pubblika taw riżultati konsistenti u l-Prim Ministru Joseph Muscat gawda l-fiduċja ta’ dawk li wieġbu għall-mistoqsijiet ta’ diversi gazzetti li saru matul it33 jum tal-kampanja elettorali. Minkejja dan kollu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil seta’ jirbaħ fit-3 ta’ Ġunju? Għall-avukat Anna Mallia, dan ma seta’ qatt isir: “Le kont persważa li ma kienx se jirbaħ, għax inti ma tiġġilidx kampanja elettorali fuq il-piki personali. Ma tistax iġġorr partit fuq il-piki li jkollok għal dak li jkun, bħalma ġara.” Dan filwaqt li Michael Falzon qal li l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika kienu indikattivi sew: “Kien jidher ċar li Muscat kien b’mod konsistenti jgawdi aktar fiduċja minn Busuttil u għalhekk kienet tkun stramba ħafna li kieku Muscat tilef.” Għal Gauci Cunningham, il-Partit Nazzjonalista kellu ċans. Biss dan intilef minħabba strateġija ħażina. “Iva naħseb seta’ jirbaħlu imma l-Partit Nazzjonalista kellu strateġija ħażina. Iktar milli mhux preparat, il-Partit Nazzjonalista iffoka fuq kwistjoni waħda u tkellem fuqha biss. Litteralment, ma ngħidx injora, l-importanza li ta lil kwistjonijiet li jolqtu lin-nies fil-ħajja ta’ kuljum tpoġġew fuq wara.” Fl-istess waqt, l-isfida li offra Joseph Muscat kienet diffiċli mmens: “Imma inti kellek min-naħa persuna li kellu track record pożittiv, kellu erba’ snin fejn l-ekonomija tal-pajjiż kibret, fejn in-nies ħassew li issa huwa iktar biċċar, li naħseb li r-riżultat elettorali juri bl-aktar mod ċar illi settur kbir tal-poplu kien filfatt qed iħoss il-benefiċċji talboom ekonomiku illi konna u għadna qed ngħixu fih. Dan għamel l-affarijiet iktar diffiċli għal Simon Busuttil.” Il-mod kif mexa wkoll issemma minn Janice Bartolo. “Il-fatt li l-Prim Ministru stess

iddikjara li l-Partit Laburista għamel żbalji, huwa indikattiv li ebda partit mhu perfett. Dażgur li seta’ rebaħ il-Partit Nazzjonalista. Iżda nemmen li tant mexa ħażin, li l-Partit stess tilef din l-opportunità. Inkunu prużuntużi ħafna jekk ngħidu li partit fl-oppożizzjoni m’għandux ċans.” Iżjed minn hekk, fakkret li l-Partit filGvern dejjem għandu x’jitlef. Ma kienx il-każ din id-darba. “Nies li jħossuhom imweġġa’ se ssib dejjem. Nies li jemmnu li l-partit seta’ mexa’ aħjar se ssib ukoll. Għalhekk, il-partit fl-oppożizzjoni dejjem se jkun fiċ-ċans. Il-problema hi li Simon Busuttil ma ħadem qatt biex jikseb il-fiduċja li gawda minnha Joseph Muscat.” Fl-analiżi li għamlet ilgazzetta KullĦadd mal-persuni intervistati, tqajjem ukoll il-punt tal-proposti. Proposti li skont Michael Falzon, ma kinux il-punt kruċjali tar-rebħa Laburista. “Ma naħsibx li l-proposti jrebbħu l-elezzjonijiet. L-elezzjoni tintrebaħ minn kemm il-partiti jirnexxilhom jispiraw fiduċja għal futur aħjar. Naħseb li kien hemm numru ta’ switchers ġodda li vvutaw PN fl-2013 u qalbu ghal PL fl-2017. Dawn huma negozjanti żgħar li normalment jivvutaw lill-PN u li sabu li taħt Muscat marru tajjeb finanzjarjament. Dawn pattew għas-switchers li marru lura u għal dawk li ma kinux ivvutaw fl-2013 u vvutaw PN fl-2017.” Albert Gauci Cunningham ukoll għamel referenza għal dak li nkiseb f ’dawn l-aħħar erba’ snin. “Jiġifieri inti ma tistax taqbad il-proposti jew il-wegħdiet jew il-biżat ta’ qabel l-elezzjoni u taqlahom mill-kuntest. Muscat, fejn jidħlu proposti, kien kredibbli għax fl-aħħar erba’ snin wettaq dak li wiegħed u għaliex flaħħar erba’ snin wera li huwa mingħajr ebda dubju, u dan ħadd ma jiddubitah qas il-Partit Nazzjonalista stess, li huwa finanzjarjament u ekonomikament Gvern mill-aktar kompetenti. Allura n-nies jemmnu l-proposti.” Kemm huma fattibbli l-proposti wkoll huwa punt tat-tluq li wieħed għandu jikkunsidra sew qabel issir


07

11.06.2017

kullhadd.com

l-għażla. Punt li fuqu aċċennat Janice Bartolo. “Għax mhux imbilli bniedem jiddikjara li se jagħmel xi ħaġa. Din teħtieġ li tkun spjegata: kemm tiswa, meta se ssir, kif se ssir. Allura nemmen li kienu biss dikjarazzjonijiet li għamel il-PN, u mhux proposti. Simon Busuttil stess qalha, u prova jiġġustifika ruħu billi qal li huma biss il-prinċipji li jgħoddu. Ma jistax ikun toħroġ bi proposta, bħal m’għamel il-Partit Nazzjonalista, u tgħid li se tispjegaha ladarba tiġi elett. Ma tistax toħroġ bi proposti li meta taħdimhom matematikament, issib li se jdaħħlu lill-pajjiż fi kriżi finanzjarja.” L-avukat Anna Mallia semmiet punt li ma ssemmiex mill-persuni l-oħra. Punt kruċjali biex il-messaġġ tiegħek jasal. “U juru wkoll li l-messaġġ wasal iktar għax inti mhux biss li jkollok il-proposti imma li twassalhom. Inutli jkollok il-proposti u ma twassalhomx għand il-persuna tat-triq.” B’distakk kbir bejn iż-żewġ partiti, l-ikbar distakk li qatt inkiseb f ’elezzjoni ġenerali sa mill-Indipendenza ’l hawn, bla dubju jkun hemm numru ta’ messaġġi li wieħed jista’ jinterpreta. Għall-editur ta’ one.com.mt Janice Bartolo, il-messaġġ ewlieni kien dak ta’ fiduċja f ’Joseph Muscat għax-xogħol li sar flaħħar erba’ snin: “Il-messaġġ hu li l-poplu qed iħoss li Malta sejra aħjar milli kienet erba’ snin ilu. Meta bniedem mar jivvota, ħass li hu jew familtu marru aħjar, li l-pajjiż avvanza, u li għandu aspirazzjonijiet li jkompli jimraħ fit-tip ta’ tmexxija li kellna taħt amministrazzjoni Laburista. Il-messaġġ kien li bin-negattività, ma tasalx. Li l-attakki personali, it-tfigħ ta’ tajn, u n-nuqqas ta’ pjan ċar għall-pajjiż ma setgħu qatt iwasslu partit biex jirbaħ.” L-editur tal-Illum Albert Gauci Cunningham sostna li r-riżultat juri li l-poplu Malti

u Għawdxi mhux jemmen lil Partit Nazzjonalista: “Il-messaġġ huwa ta’ sfiduċja kbira fil-Partit Nazzjonalista. Jien naħseb li dan ir-riżultat huwa l-akbar ċertifikat ta’ sfiduċja li qatt qala’ partit mill-Indipendenza ’l hawn. Mhux biss numerikament imma anke moralment, għall-Partit Nazzjonalista huwa agħar mill-aħħar elezzjoni. Bla dubju li l-ewwel nett id-distakk huwa ikbar, it-tieni nett huwa l-Gvern li jitlef il-voti mhux l-Oppożizzjoni fiċ-ċiklu normali. Naħseb il-messaġġ huwa li l-poplu qed jgħid lill-Partit Nazzjonalista li għandu bżonn iġedded lilu nnifsu.” Messaġġ differenti u kemxejn kontrastanti wasslu l-eks Membru Parlamentari Nazzjonalista Michael Falzon: “Il-messaġġ ewlieni kien li l-elettorat jinteressah l-aktar il-benessere u lest jagħlaq għajnejh għan-nuqqasijiet talGvern jekk hu jkun qed jgħix tajjeb.” Anna Mallia għamlet referenza għal dawk li ma ġewx eletti, u saħqet kif dan juri li n-nies ma jinsewx lil dawk li ma jiftakrux fihom: “Imma l-fatt li ma ġewx eletti ċertu kandidati li ma kinux fil-kabinett bagħat messaġġ b’saħħtu ħafna. Jew dawn in-nies ma kinux qed jaqdu n-nies, li nsew in-nies tagħhom. Bagħat messaġġ ħafna u jien nagħmel appell biex kull min ikun u kull min tela’ fil-Parlament ma jinsiex il-votanti li vvutawlu. Ma jagħmlux bħal Comodini Cachia li vera daħqet binnies tagħha aħseb u ara kemm tidħak bin-nies li mhumiex tal-kulur politiku tagħha.” Iżda Albert Gauci Cunningham appella biex il-Partit Laburista jżomm saqajh mal-art minħabba numru ta’ votanti partikolari li vvutaw lill-istess partit minħabba li m’hemmx alternattiva kredibbli. “Kellek settur kbir ta’ nies illi vvutaw fl-aħħar ħin, iddeċidew fl-

aħħar, li ovvjament ikkonsolidaw id-distakk. Huwa importanti li anke l-Partit Laburista goes to the drawing board u jara għalfejn kellek eluf ta’ nies li vvutaw b’nofs qalb u fl-aħħar ħin. Speċjalment kellek ħafna

nies għax m’emmnux li l-alternattiva hija tajba biżżejjed. Dik tajba għal mument però mhux sostenibbli għat-tul għaliex jekk il-Partit Nazzjonalista jieħu t-tagħlima u jġedded lilu nnifsu, imbagħad il-Par-

tit Laburista jkollu l-problemi għax dawk li vvutaw ta’ bilfors jibdew jaraw li vera hemm alternattiva. Din ġrat lill-Partit Nazzjonalista fl-2008 u għax ma semax, il-Partit Nazzjonalista ġarrab telfa kbira.”


08

11.06.2017

INSERVI B’MOD UMLI • JOSEPH MUSCAT QUDDIEM L-ELUF KBAR LI MLEW IL-FOSOS

Il-maġġoranza ta’ 40,000 vot li kiseb il-moviment li nbena madwar il-Partit Laburista tibgħat messaġġ ċar lill-politiċi li Malta hija magħquda u kapaċi tagħżel. Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat fuq ilFosos tal-Furjana waqt mass meeting tar-rebħa. Qal li dan ma jfissirx li hija maġġoranza ta’ partit jew ieħor: “Ifisser li ħafna u ħafna eluf ta’ Maltin iħossuhom bl-istess mod dwar it-tmexxija tagħhom. Hija maġġoranza kbira, imma waħda li taf tħoss u taf tagħmel għażla. U għax hawn tant eluf ta’ nies li għażlu blistess mod, daqstant ieħor huwa faċli li jekk ma neħdux ħsieb, l-istess nies jagħżlu mod ieħor id-darba li ġejja. Għax ikbar ma tkun il-fiduċja, iktar tista’ tintilef malajr,” qal Joseph Muscat. Tenna li l-poplu Malti għażel hekk għax wiżen l-affarijiet u meta għamel hekk sab li mexa ’l quddiem. Joseph Muscat fakkar kif pajjiżna mexa ’l quddiem ekonomikament. “L-akbar rata ta’ tkabbir ekonomiku flistorja u pajjiżna fl-2017 reġa’ kiber bl-akbar ritmu fl-Unjoni Ewropea,” qal il-Prim Ministru li spjega kif mexa wkoll ’il quddiem fil-qasam tas-saħħa. “Bla medicina out of stock u bla waiting lists u b’avvanzi li għandna ppjanati fl-isptarijiet se nerġgħu nagħmlu qabża ta’ kwalità,” żied Muscat li fisser kif il-Gvern tiegħu salva wkoll l-Enemalta u għamel riformi

kbar fil-qasam tal-enerġija. “Pajjiżna mexa ’l quddiem meta tajna pajjiż iktar ugwali bi drittijiet għal kulħadd. Koppji LGBTIQ rikonoxxuti bħal kull koppja oħra, persuni b’diżabilità jaħdmu, u koppji li ma setax ikollhom tfal illum isibu l-għajnuna ta’ dan il-pajjiż,” kompla Muscat li tenna li dawn huma l-affarijiet li poġġew fuq il-miżien dawk li s-Sibt 3 ta’ Ġunju marru jivvutaw. “Għażlu li jpoġġu kollox fuq miżien u jsibu li marru aħjar u li dan il-Gvern għamel bil-wisq iktar ġid minn kull żball li seta’ għamel,” qal Joseph Muscat. Tenna li dan ir-riżultat jimlieh b’umiltà. “Umiltà ta’ min iħossu żgħir ħdejn ilkobor ta’ poplu li għażel li jagħtina l-fiduċja bbażata fuq l-esperjenza li kellhom ta’ dan il-Gvern. Umiltà ta’ min jaf li ikbar ma tkun l-għajta, ikbar se jkunu l-aspettattivi. Jien inwegħidkom li kemm indum jien inservi se nibqa’ umli u nżomm lil ta’ madwari miegħi b’saqajna mal-art,” qal Joseph Muscat. Tenna li min jgħolli rasu, min jara lin-nies dubbien, se jsib lilu jfakkru li Malta remiet l-arroganza u l-firda darba għal dejjem, biex żammet nies umli li baqgħu magħha fit-toroq iħossu dak li jħossu huma, jitkellmu dak li jitkellmu huma u fuq kollox jaħdmu lejl u nhar għalihom. “Pajjiżna jixraqlu li jkun filquċċata tal-Ewropa. Sal-aħħar

Ritratt: JOSEPH CAMENZULI

ta’ dan ix-xahar se nkunu għalaqna l-ewwel Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea b’suċċess kbir. Min qatt qalilna li dan il-poplu ta’ nofs miljun se jkun qed imexxi Unjoni ta’ 500 miljun ruħ. Għamilna kisbiet li x’aktarx ftit daqqejna t-trumbetti dwarhom. Imma min jaf kif tmexxew presidenzi oħra, jgħidilna li dak li ksibna f ’din il-Presidenza huma riżultati importanti għall-Ewropa kollha. Din hija Malta,” qal Joseph Muscat quddiem l-eluf preżenti. Żied li Malta li tħares bi kburija; “Ma tridx min ikasbarha. Ma tridx min iħares lejha ’l isfel. U minkejja li xi wħud f ’pajjiżna ppruvaw jagħmlu hekk għall-gwadann politiku, malajr indunaw li Malta mhijiex se tħalli min ikasbarha,” qal Joseph Muscat. Tenna li din il-ġimgħa se jerġa’ jkun tarka tal-pajjiż filParlament Ewropew “biex niddefendi isem pajjiżi, biex inżomm ’il fuq isem dan ilpajjiż, biex nuri li Malta hija waħda, magħquda u mhux talli ma morniex lura, iżda bħala pajjiż għamilna qabża anke filmod kif immexxu. “Għalhekk se nkomplu f ’din it-triq ta’ progress biex Malta ma tkunx biss l-aqwa fl-Ewropa imma tkun mudell għall-bqija tad-dinja. L-għira tad-dinja,” qal Joseph Muscat li tenna għal darb’oħra kif l-aqwa żmien għall-pajjiżna għadu ġej.

kullhadd.com


09

11.06.2017

kullhadd.com

Għalhekk se nkomplu f’din it-triq ta’ progress biex Malta ma tkunx biss l-aqwa fl-Ewropa imma tkun mudell għall-bqija tad-dinja. L-għira tad-dinja

Ritratt: JOSEPH CAMENZULI


10

11.06.2017

kullhadd.com

IWIEĠBU B’KAWTELA GĦALL-KAMPANJA TAL-KAP • COMODINI CACHIA TKUN VIĊI KAP JEKK JIBQA’ SIMON BUSUTTIL • ROBERTA METSOLA L-FAVORITA JEKK JITLAQ SIMON BUSUTTIL • CLAUDIO GRECH U CHRIS SAID JISTENNEW BIEX JARAW X’SE JIĠRI Għaddiet kważi ġimgħa minn meta l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, qal li mhux se jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni għal Kap. U sal-bieraħ filgħaxija ma kien hemm ħadd li pubblikament iddikjara l-intenzjoni li jikkontesta pubblikament. Dan anke jekk il-manuvri interni diġà bdew. Fl-aħħar ġimgħat din ilgazzetta u one.com.mt żvelaw kemm-il darba dettalji preċiżi mill-qalba tal-Partit Nazzjonalista u l-istess qed nagħmlu llum. Anke jekk Simon Busuttil qal li mhux se jikkontesta, wara pressjoni interna, fil-Partit Nazzjonalista ma damux ma bdew il-manuvri tal-establishment biex jiddettaw x’se jiġri minn issa ’l quddiem.

L-ewwel ħsieb tal-establishment kien li jappoġġja lil Roberta Metsola biex tkun hi li ssir Kap. Dan bħala parti minn pjan li permezz tiegħu kienet tibdel is-siġġu parlamentari ma’ dak f ’Malta ta’ Simon Busuttil permezz ta’ żewġ co-options fil-Partit Nazzjonalista. Iżda, mal-ħin reġgħet bdiet tiżdied il-possibbiltà li jerġa’ jaħsibha Simon Busuttil u flaħħar jiem bdew isiru manuvri interni bil-għan li jidher li hemm appoġġ wiesa' biex Busuttil jibqa’ fil-kariga. L-ewwel li bdiet tiċċirkola kienet petizzjoni online. Dan fl-istess jum li Simon Busuttil sejjaħ lill-attivisti fid-Dar Ċentrali u għamel diskors daqslikieku kienet għada ġejja l-elezzjoni ġenerali.

Wara bdew id-dikjarazzjonijiet ta’ deputati Nazzjonalisti li pubblikament qalu li għandu jibqa’ Simon Busuttil. L-ewwel dikjarazzjoni saret minn Robert Arrigo fuq Facebook. Wara kitbet Claudette Buttigieg li f ’The Malta Independent qalet li m’hemmx alternattiva għal Simon Busuttil u eventwalment ingħaqad Jean Pierre Debono deputat ġdid u assistent segretarju ġenerali għal ħafna żmien. Dan kollu qed isir biex jiżdied il-moviment li jwassal biex Simon Busuttil jikkunsidra bis-serjetà li jagħmel dikjarazzjoni li se jibqa’ u li tmur kontra dak li qal. Għalkemm għadu indeċiż minħabba l-pariri differenti

li ngħata, Busuttil mhux joqgħod lura milli juża l-midja tal-Partit Nazzjonalista bilgħan li jagħti l-impressjoni li hemm bżonn appoġġ mifrux biex hu jibqa’ kap. F’In-Nazzjon tal-Ġimgħa deher artiklu ta’ paġna sħiħa mhux iffirmat bit-titlu: “Grazzi Simon ta’ dak kollu li għamilt għall-PN.” F’dan l-artiklu ntqal li Simon Busuttil reġa’ qajjem il-Partit Nazzjonalista. “Simon reġa’ qajjem lill-partit fuq saqajh u tah skop. Dan hu leader li tefa’ fil-ġenb l-interessi personali u ħadem għall-Partit Nazzjonalista u għall-pajjiżu. Min jgħid mod ieħor mhux jgħix f ’Malta,” jinkiteb fl-artiklu mhux iffirmat, iżda li nafu biċ-ċert li kitbu John Zammit, strateġist ewlieni ta’ Simon Busuttil. Bħala parti mill-pjan tal-establishment nistgħu niżvelaw li Therese Comodini Cachia tkun il-Viċi Kap ta’ Simon Busuttil jekk hu jiddeċiedi li jibqa’. Kien għalhekk li wara li qalet li se tibqa’ fil-Parlament Ewropew ta’ Brussell dawret fehemta. L-imkejjen tagħhom spjegaw kif dan “kumbinazzjoni” seħħ fl-istess perjodu li żdied il-moviment biex Simon Busuttil jibqa’. Fuq kollox Comodini Cachia hija fost l-iktar fdati ta’ Simon Busuttil tant li kienet hi li kitbet il-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Quddiem dan kollu qegħdin kawti għall-aħħar Claudio Grech u Chris Said. Iż-żewġ deputati, li llum għandhom ċertu esperjenza, għandhom interess magħruf fil-kariga. Fl-aħħar ġimgħat it-tnejn li huma laqqgħu lil dawk li jappoġġjawhom u ddiskutew magħhom x’għandha tkun it-triq ’il quddiem. Jidher li ż-żewġ gruppi fehmu li għalissa aħjar ikunu kawti biex jaraw kif se tiżviluppa din il-kampanja ta’ Simon Busuttil u dawk ta’ madwaru. Għalkemm għandhom interess kbir fil-kariga, iridu joqogħdu attenti ferm x’jagħmlu għaliex jafu li dan hu ċans ta’ darba u ma jridux ifalluh. L-iktar li għandu triq għat-telgħa hu Claudio Grech. Fid-Dar Ċentrali jafu li jekk jirbaħ Claudio Grech l-establishment jinbidel ta’ taħt fuq u dawk li ħakmu l-Partit Nazzjonalista mhux

n mo

l

tti

u us

B

Si

ini

d mo o e C ia es ach r e C

Th

la

so

rta

e ob

R

t Me

ris

Ch

dio

u Cla

id

Sa

ch

e Gr

lesti jaċċettaw dan. Saħansitra fl-aħħar jiem saru dikjarazzjonijiet li jekk jikkontesta Claudio Grech hemm bżonn li dan jikseb l-agħar riżultat bid-diskors ikun li dan għandu jitlef kull ċans. Il-kliem preċiż kien li għandu jeħel mill-istadju tal-Kunsill Ġenerali qabel l-aħħar żewġ kandidati mbagħad imorru għall-ġirja finali fost it-tesserati.


11

11.06.2017

kullhadd.com

TEST GĦALL-MEPs TAL-PN • IL-MISTOQSIJA HI: “SE JERĠGĦU JAĦDMU KONTRA MALTA?”

Nhar l-Erbgħa huwa l-ewwel test għall-MEPs tal-PN minn wara l-elezzjoni ġenerali biex juru jekk hux se jaħdmu favur il-pajjiż jew favur l-aġenda politika partiġjana tal-Partit Nazzjonalista kif għamlu tul l-aħħar erba’ snin. Snin li matulhom il-Partit Nazzjonalista ma kienx għadu fil-gvern. Kien fl-aħħar xhur li l-istess Membri tal-Parlament Ewropew Nazzjonalisti, Therese Commodini Cachia, David Casa u Roberta Metsola, instigaw dibattitu dwar Malta u s-saltna tad-dritt f ’pajjiżna. Daqslikieku wieħed qed jitkellem dwar xi pajjiż mhux demokratiku. Dan rabtuh ukoll mal-kontroversja tal-Panama Papers u x-xewqa tagħhom kienet li d-dibattitu dwar Malta jsir tul il-kampanja elettorali biex jagħmlu kemm jista’ jkun lill-Gvern u konsegwenza ta’ hekk lil pajjiżna. Iżda, il-konferenza tal-Presidenti tal-gruppi fil-Parlament Ewropew ma kinetx waqgħet għal din in-nassa għalkollox u d-dibattitu kien skedat għal nhar l-Erbgħa li ġej. Jirriżulta li se jkun hemm stqarrija mill-Kummissjoni Ewropea

u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat mill-Prim Ministru Joseph Muscat, imbagħad id-diskussjoni tinfetaħ għall-Membri tal-Parlament. F’kull okkażjoni, fl-aħħar erba’ snin, il-Membri tal-Par-

lament Ewropew tal-PN rewħu kemm felħu kontra Malta u li ma kienx għarrispett enormi li l-Prim Ministru jgawdi fl-istituzzjonijiet Ewropej u r-riżultati sbieħ li kiseb pajjiżna, faċilment

kienet issir ħsara bla preċedent. Iżda, issa li l-poplu reġa’ kkonferma t-tmexxija talpajjiż Joseph Muscat indika għal iktar minn darba fl-aħħar jiem li dan se jkun test veru għall-MEPs tal-Partit Nazz-

jonalista. It-test se jkun jekk hux se jerġgħu jmorru fil-plenarja tal-Parlament Ewropew jitkellmu kontra Malta jew filwaqt li jistgħu anke jikkritikaw lill-gvern, jirrikonoxxu li pajjiżna kiseb riżultati sbieħ.


12

11.06.2017

kullhadd.com

ĠIMGĦA TA’ AĦBARIJIET EKONOMIĊI POŻITTIVI GĦAL PAJJIŻNA • ŻIEDA FIL-PRODUZZJONI INDUSTRIJALI, ŻIEDA FIL-BEJGĦ • L-IKBAR TKABBIR EKONOMIKU U MISTENNI IKTAR

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ leġiżlatura ġdida kien hemm diversi aħbarijiet ekonomiċi pożittivi għal pajjiżna. Nhar it-Tlieta stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) indikat li f ’April il-produzzjoni industrijali kompliet tikber. Fil-fatt il-fabbriki f ’pajjiżna żiedu l-produzzjoni bi 3.6%. Dan wara li kien hemm żidiet anke fit-tliet xhur ta’ qabel tal-2017. F’ċertu setturi industrijali, it-tkabbir huwa b’rata ferm qawwija. Pereżempju fil-qasam tal-produzzjoni intermedjarja, it-tkabbir laħaq 13.8%. Dan jikkonferma r-riżultati tal-istħarriġ regolari li tagħmel il-Kummissjoni Ewropea fost fabbriki Maltin. Flaħħar stħarriġ li sar waqt il-kampanja elettorali, maġġoranza ta’ 42% tal-kumpaniji qalu li kellhom titjib fil-produzzjoni, tant li maġġoranza ta’ 25% minnhom qalu li ser iżidu il-ħaddiema, għax sostnew li għandhom ordnijiet b’lura għall-erba’ xhur. It-Tlieta nħarġet stqarrija oħra, din id-darba mill-Eurostat, l-aġenżija tal-istatistika tal-UE. Din uriet li f ’April tal-ħwienet kellhom żieda ta’ 4.2% fil-bejgħ. B’kuntrast, fil-pajjiżi taż-żona ewro ż-żieda kienet ta’ 2.5%. Għal darb’oħra dan ir-riżultat jaqbel ma’ dak tal-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea. Mentri madwar l-UE jeżisti pessimiżmu fost il-konsumaturi, il-familji f ’pajjiżna komplew

jgħidu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom tjiebet u li jistennew li se tkompli titjieb. Maġġoranza ta’ 43% ta’ dawk intervistati qalu li bħalissa qegħdin f ’pożizzjoni li jagħmlu akkwisti kbar. Barra minn hekk, il-maġġoranża ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ li sar waqt il-kampanja elettorali jaħsbu li l-qgħad ser ikompli jonqos u li l-ekonomija ser tkompli tissaħħaħ. Ċifri tal-Bank Ċentrali jindikaw li f ’April, id-depożiti tal-familji tagħna ma’ banek lokali laħqu l-figura rekord ta’ €11.1 biljun. Din tfisser żieda ta’ €3.4 biljun, jew 44% fuq l-ammont fil-bidu ta’ Marzu 2013. F’erba’ snin, il-familji tagħna faddlu aktar milli kienu faddlu fit-12-il sena ta’ qabel meħuda flimkien. Il-Ħamis, l-NSO ħarġu stqarrija li fiha indikaw li r-rata ta’ tkabbir ekonomiku f ’pajjiżna laħqet 4.2% fl-ewwel kwart tal2017. Din hija d-doppju tar-rata ta’ tkabbir fiż-żona ewro. Kien hemm żewġ fatturi wara t-tkabbir ekonomiku b’saħħtu ta’ pajjiżna. L-ewwel fattur kien żieda qawwija fil-konsum privat, dovuta għal żieda fil-pagi ta’ €49 miljun fl-ewwel kwart tal-2017 meta mqabbel ma’ sena qabel. Meta mqabbel mal-istess perjodu fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti d-dħul tal-ħaddiema huwa €286 miljun ogħla. It-tieni fattur kien l-andament pożitiv tal-ażjendi, bil-profitti tan-negozji jogħlew

b’€70 miljun meta mqabbla mal-istess żmien sena qabel. Barra minn hekk, il-profitti li n-negozji għamlu fl-2017 huma €436 miljun ogħla minn dawk li għamlu fl-2012. Dan it-titjib qawwi fil-profitti qed iwassal biex in-negozji jkomplu jżidu l-investiment. Tant li fl-ewwel kwart tal-2017 l-investiment kien €165 miljun, jew 57%, ogħla milli kien fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti. Fil-fatt l-ammont ta’ investiment li sar fl-ewwel kwart tal-2017 huwa l-akbar ammont ta’ investiment li qatt kien osservat f ’dan il-perjodu mindu bdiet tinġabar l-istatistika għal pajjiżna. Element ieħor interessanti li joħroġ mill-istatistika uffiċjali hu li din turi li s-settur finanzjarju, li tul il-kampanja elettorali skont l-Oppożizzjoni kien qed jippakkja biex jitlaq, fil-fatt żied l-operat tiegħu b’€14 miljun, jew b’10%, fl-ewwel kwart tal2017. L-istess fejn jidħol is-settur tal-online gaming. Fl-ewwel kwart tas-sena dan kabbar l-operat b’€27 miljun, jew b’9%, fuq is-sena ta’ qabel. Dan jipprometti tajjeb għaż-żmien li ġej. Dawn ir-riżultati pożittivi jispjegaw għalfejn nhar il-Ġimgħa l-Bank Ċentrali ta’ Malta rreveda ’l fuq it-tbassir tiegħu fuq l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna. L-esperti tal-Bank Ċentrali qed ibassru li din is-sena l-ekonomija tagħna se tikber b’4.4%. Dan huwa 0.3 punt perċentwali ak-

tar mir-rata ta’ tkabbir li kien qed ibassar sitt xhur ilu l-Bank Ċentrali. L-analiżi tal-Bank Ċentrali tindika li “the energy reforms that have taken place in recent years, new investment projects, increased labour market participation and robust services exports are the primary drivers supporting the economic expansion”. Dan jindika kemm it-tkabbir ekonomiku f ’pajjiżna

Skont Simon Busuttil l-ewwel ġimgħa ta’ Gvern ġdid Laburista kienet se tkun karatterizzata minn tluq ta’ kumpaniji u sensji. Dan kien kollu propaganda u invenzjonijiet

huwa frott diversi inizjattivi li ħa l-Gvern. Skont il-Bank Ċentrali l-Gvern mistenni jkompli jkollu surplus, tant li l-piż tad-dejn nazzjonali mistenni jaqa’ taħt il-50% tal-ġid nazzjonali. Fl-istess ħin, il-Bank Ċentrali qed ibassar li l-bilanċ pożittiv li pajjiżna għandu fil-pagamenti internazzjonali ser ikompli jiżdied. Dan se jirrifletti żieda fl-esportazzjoni, l-aktar fil-qasam tal-manifattura u s-servizzi. Minkejja li s-sena li għaddiet, Malta kellha għar-raba’ sena konsekuttiva l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-impjiegi fl-UE, xorta l-esperti tal-Bank Ċentrali qed ibassru li fl-2017 pajjiżna mistenni jkollu rata ogħla ta’ tkabbir ta’ impjiegi, ta’ 3%. Dan mistenni jwassal biex ir-rata ta’ qgħad tkompli tonqos. Fil-fatt. filwaqt li sa sitt xhur ilu l-Bank Ċentrali kien qed ibassar rata ta’ qgħad ta’ 5% għall-2017, issa qed ibassar rata ta’ 4.5%. Skont Simon Busuttil l-ewwel ġimgħa ta’ Gvern ġdid Laburista kienet se tkun karaterizzata minn tluq ta’ kumpaniji u sensji. Dan kien kollu propaganda u invenzjonijiet. Iċ-ċifri uffiċjali minflok urew żieda fil-produzzjoni industrijali, żieda fil-bejgħ fil-ħwienet, żieda fil-pagi, żieda fil-profitti u l-investiment, u żieda ta’ 10% fis-settur finanzjarju u dak tal-gaming. Altru minn tnaqqis, fir-realtà kollox jindika li l-aqwa żmien għall-ekonomija ta’ pajjiżna għadu gej.


kullhadd.com

13

11.06.2017

IL-ĦALFA GĦALL-AQWA ŻMIEN IT-TNEJN 5 TA’ ĠUNJU, 2017

Ritratti: DOI


14

11.06.2017

kullhadd.com

Irrispettivament mi li hu l-ikbar wieħed mhux se jwassal bie jien bħala Prim in-nies dubbien. Da respons

Jien inħares ’il qud f’ħidma mal-persun biex inkunu nist quddiem dan il-pr nazzjonali. Aħna l lkoll M


kullhadd.com

ir-riżultat elettorali d ta’ kull żmien, dan ex dan il-Gvern jew Ministru naraw an ipoġġi ferm iktar sabbiltà

ddiem li nimbarka ni kollha konċernati tgħu mmexxu ’l roġett ta’ għaqda lkoll Malta. Aħna Malta

15

11.06.2017


16

11.06.2017

kullhadd.com


17

11.06.2017

kullhadd.com

GĦAŻLA TA’ POPLU MATUR CATHERINE

FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Il-poplu għażel, il-poplu ddeċieda, il-poplu sovran. Dan huwa l-ewwel ħsieb li għadda minn moħħi hekk kif tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali l-Ħadd li għadda għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu. Skiet taqtgħu b’sikkina għal 40 minuta inbidel f ’ewforija liema bħala ġewwa l-counting hall hekk kif indikawlna li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni. U x’rebħa dik!!! Rebħa akbar minn tal-2013. Imma wara li l-kalma reġgħet irrenjat ikollok ċans tirrifletti: għaliex din ir-rebħa kbira? Kif il-PN m’għamilx uqija progress. Anzi għal kuntrarju, sofrew telfa akbar. Il-poplu m’għadux mazzun. Il-poplu mhux makku lanqas. Ma tbellagħlux ir-ross bil-labra u lanqas mhu lest li jiġi użat biex titmexxa xi aġenda ta’ sezzjoni ta’ partit għax sempliċimet għandu l-kilba għall-poter u jippretendi bi dritt divin li jmexxi hu. F’kampanja elettorali ħarxa fejn il-gideb u l-allegazzjonijiet fiergħa ġejjin min-naħa tal-Oppożizzjoni ma qatgħux, il-Partit Laburista kien għaqli li ma jaqax għal-lixka u minflok jindirizza l-kampanja tiegħu permezz ta’ proposti reali, sostenibbli u li effettivament jistgħu jiġu attwati u li se jagħmlu d-differenza pożittiva fost in-nies. Il-gideb u l-biżgħat li ppruvaw jiżirgħu fl-imħuħ tal-elettorat il-PN, il-poplu warrbu u ma emmnux. Għall-kuntrarju, irrikonoxxa x-xogħol u l-kisbiet li għamel Gvern Laburista. U dan m’għamlux b’kapriċċ jew b’eliminazzjoni għax ma kellux għażla oħra tajba x’jagħżel imma għax ħidmet dan ilGvern, il-poplu qed iħossha b’idejh. Il-PN m’għamilx progress. IlPN għadu l-partit mnawwar u sfiduċjat ta’ erba’ snin ilu. Dan ir-riżultat li tahom il-poplu huwa konferma ta’ kemm ma tgħallmu xejn u ħlew erba’ snin iħambqu fuq ħliqat mingħajr ma taw każ li jittrasformaw il-partit tagħhom fi gvern alternattiv. Għall-kuntrarju, il-PL filgvern ma ħeliex minuta waħda u ħadem biex dak li wiegħed iwettqu, xprunat bi sħiħ mit-tmexxija tal-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat. L-aġenda issettjaha l-partit stess. L-aġenda tal-PN kienet issettjata minn terzi persuni li jew kienu diġà kaġun tat-telfa tal-2013 jew

inkella raw kif jużaw lill-PN sabiex jakkwistaw is-siġġu prezzjuż meta raw li n-naħa tal-PL l-għeneb hu qares għalihom. Il-koalizzjoni tal-konfużjoni swiet siġġu inqas għall-PN fl10 distrett, id-distrett fortizza arkajka tal-PN. U dan mhux niddikjarah jien imma smajtu b’widnejja stess fil-counting hall minn eks deputati tal-Oppożizzjoni li baqgħu l-art fuq dan id-distrett. Ir-rebħa Laburista għandha tittieħed f ’konsiderazzjoni ta’ kobor bla preċedent hekk kif nikkonfermaw li l-Partit Laburista rebaħ kontra kulħadd, kontra l-establishment kollu, inkluż l-attakki ħorox minn dik hekk imsejħa midja indipendenti. L-establishment xejn ma ddejqu jattakkaw personali lill-Prim Ministru u l-familja tiegħu bid-dettriment li wliedu ċkejkna jkunu influwenzati u mbeżżgħin frott tattika politika malinna u ta’ mibegħda. Is-sewwa jirbaħ żgur. U hekk hu tassew għax il-PL rebaħ fuq kull partit u fuq l-establishment b’fiduċja sħiħa mingħand 55% tal-elettorat Malti u Għawdxi. Din hija paġna storika fl-iżvilupp storiku tal-politika Maltja fejn għall-ewwel darba kellna partit li rebaħ żewġ elezzjonijiet ġenerali konsekuttivi b’rebħiet massiċċi. Imma l-isbaħ biċċa hi li minkejja din it-tieni tkaxkira elettorali, uħud mil-esponenti tal-oppożizzjoni jibqgħu kif jgħidu l-Ingliżi “in denial”. Anzi hemm min imur lil hinn minn hekk. Hemm min għajjar lill-poplu b’livell baxx ta’ ħsieb, li l-poplu għażel lil Barabba u saħansitra jiddikjaraw li jħossuhom superjuri mill-elettorat li tkellem bil-vot tiegħu. Qalulna li xegħlu fjamma. Fil-verità il-fjamma tal-gideb u l-arroganza ma ntfiet qatt, anzi tawha ż-żejt. Intant, kuntenti bir-rebħa li l-PL kiseb hekk kif qtajna l-frott ta’ xahar xogħol bla waqfien sabiex tinkiseb din ir-rebħa storika, inħarsu ’l quddiem sabiex issa l-PL fil-gvern iwettaq il-wegħdi elettorali li ppreżenta lill-poplu. M’għandi l-ebda dubju li dan kollu se jitwettaq għaliex diġà għandna testimonjanza mill-aqwa tal-erba’ snin li għamilna fil-gvern fejn kważi l-manifest elettorali kollu ġie attwat. Aħna lkoll Malta, jisħaqq il-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat. U hekk għandu jkun. Il-poplu Malti u Għawdxi huwa dejjem għatxan li jagħmel suċċess. Dan jista’ jsir biss meta l-poplu kollu jiġbed ħabel wieħed u jingħaqad. Bl-għaqda nistgħu nassiguraw li tassew l-aqwa żmien ta’ pajjiżna għadu ġej u mhux biss inkunu l-aqwa fl-Ewropa imma saħansitra l-għira tad-dinja.

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist

Il-Ħamis, 1 ta’ Ġunju Għandu jkun sewwa jgħidu tal-Labour li Simon ma jżommx kelmtu għax ma daqqewhiex il-kanzunetta La coppia più bella del mondo fi tmiem il-mass meeting tal-Fosos. Issa nieħu ħsieb li nhar ilĦadd, meta noħroġ niċċelebra noqgħod indoqqha fil-karozza l-ħin kollu. Għada nieħu ħsieb nimlieha sew bil-petrol ilkarozza għax il-Ħadd indur Malta kollha niċċelebra. L-ewwel ma nerħilha lejn ilBidnija biex nifirħilha lil dik li baqgħet ma qaltilniex min huma dawk li ħadmu biex itellfuna l-elezzjoni biex iqaċċtu lil Simon; imbagħad nispiċċa quddiem id-dar ta’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna ħa noqgħod narah jindanna. Il-Ġimgħa, 2 ta’ Ġunju Kont ili mhux ħażin ma mmur nixtri mingħand Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, imma llum fettilli mort. Kif kien se jiftaħ ħalqu sikkittu u għedtlu li llum ma jistax jagħmel propaganda għax illum jum irriflessjoni. Ovvjament jien m’għandix x’nirrifletti għax jien ili deċiż li nivvota dejjem lin-Nazzjonalisti minn ġuf ommi. U anke kif twelidt l-ewwel kliem li kien qalli missieri kien “twelidt Nazzjonalist, u tmut Nazzjonalist”. Obdejtu, u għadni nobdih, man! U se nibqa’ nobdih. Ara kif qatt jista’ jkun li xi darba ninbidel meta missieri lili semmieni Nazju għax ilkappillan, li kien Nazzjonalist aktar minnu, ma ħalliehx isemmini Nazzjonalist! Is-Sibt, 3 ta’ Ġunju Lanqas laħaq sebaħ li ma mortx nivvota. L-unu, ovvjament lil Simon tagħna tajtu. Lil min trid tagħtih jekk mhux lilu! Għandek tgħid xortija tajba li Simon joħroġ fuq iddistrett tiegħi, għax jien ngħid li hawn tliet kwarti tal-Maltin u l-Għawdxin li jixtiequ li jkollhom il-possibilità li jagħtuh l-unu. Imma m’hemmx x’tagħmel, fuq żewġ distretti biss seta’ joħroġ, għax li ma kienx hekk, kien joħroġ fuq id-distretti kollha u t-tkaxkira li se nagħtuhom kienet tkun ferm u ferm akbar. Anke Marlene kieku, kienet toħroġ fuq id-distretti kollha u l-Bambin biss jaf kemm kienet tqassam klarinetti u taħdem murtali tal-ftuħ! Il-Ħadd, 4 ta’ Ġunju Ma nistax nifhem, man! Kif jista’ jkun ma rbaħniex! Mill-istamperija lili kienu ilhom żmien twil jgħiduli li se nagħtuhom tkaxkira, allura kif jista’ jkun li qlajna tkaxkira aħna? U xi tkaxkira, man! Le, le. Bilfors li fl-istamperija kien hemm min kien qiegħed joħlom, u mhux sewwa li ma

jkun hemm ħadd li ma jagħrafx bejn ħolm u realtà. Imma nsomma, issa li hemm, hemm. Jien xorta waħda se nibqa’ wara Simon tagħna. Tilef u ma tilifx, bħalu qatt ma kellna, ovvjament apparti Eddie l-kbir. Nispera li dawk, li dik tal-Bidnija kienet qaltilna li jridu jqaċċtu lil Simon tagħna, baqgħu l-art – għax jekk le – min jaf kemm qegħdin jogħrku jdejhom! It-Tnejn, 5 ta’ Ġunju Ma ħriġtx mill-bieb ’il barra man! Mur kellmu lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna! Min jaf xi jpeċlaq fil-vojt, aktar u aktar wara r-riżenja ta’ Simon tagħna. Issa x’se nagħmlu mingħajr Simon?! Jaħasra mur ġib lil missieri jew lill-kappillan li lil missieri ma ħalliehx isemmini Nazzjonalist u qallu biex isemmini Nazju! Għandi seba’ mitt sena nkun naf għal min kienet qed tirreferi dik tal-Bidnija meta qalet li hemm min irid itellifna l-elezzjoni, għax żgur li ma rridx lil xi ħadd minnhom bħala kap. Insomma, ma nafx kemm se tgħidilna għax naħseb li fiha se jwaħħlu għat-tkaxkira li ħadna. Hekk hu, man! Tort tagħha, u mhux tort ta’ Simon. It-Tlieta, 6 ta’ Ġunju X’ħasbu l-Laburisti li se nibqgħu magħluqin f ’darna?! Nini, nini. La jsejħilna Simon, kif għamel illum, aħna nwieġbu bi ħġarna. Ngħid għalija dlonk tlaqt lejn l-istamperija fejn sa ġimgħa ilu kienu qegħdin jgħidulna li se nirbħu. U mort b’kuraġġ ta’ sur, man! X’ma tagħmilx kuraġġ meta tisma’ li Marlene se toħroġ għall-kap tagħna. Veru li se nitilfu lil Simon, imma f ’Marlene ikollna kap denju, anke jekk mhux se tkun kbira daqs il-kbir Eddie. Ngħid għalija imlietni bil-kuraġġ meta fis-sala tal-għadd talvoti bdiet tgħajjat Malta, Malta. U bħalha għamel Godfrey. Reġgħu fakkruni filkanzunetta La coppia più bella del mondo. L-Erbgħa, 7 ta’ Ġunju Jien naqbel ma’ Robert Arrigo li Simon tagħna m’għandux iwarrab u jibqa’ kap. Ittort tat-telfa mhux tiegħu. Anzi jien ngħid li m’għandu x’jaqsam xejn mat-tkaxira li ħadna. It-tort, l-ewwel u qabel kollox, huwa ta’ dik tal-Bidnija li għada sal-lum ma qaltilniex min kienu dawk li kienu qegħdin jaħdmu biex nitilfu l-elezzjoni biex itajru ras Simon tagħna. Tort ta’ dawk li ma għamlux billboard b’Simon u Marlene flimkien. Tort ta’ dawk li ma daqqewx ilkanzunetta La coppia più bella del mondo . U mela jiġu jwaħħlu f ’Simon tagħna. Jien se nagħmel bħal Arrigo u nħeġġeġ lil Simon jibqa’. Viva Simon, Viva Simon, ħej, ħej!


18

11.06.2017

kullhadd.com

ISSA LI T-TRAB BEDA JOQGĦOD MARLENE

MIZZI MEP

X’aktarx li bħal-lum ġimgħa int li qed taqra dan l-artiklu kont qed tiġri mat-toroq ta’ Malta tifraħ bir-rebħa massiċċa elettorali li kellu l-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017. Għaddiet ġimgħa u t-trab tal-kampanja elettorali issa beda joqgħod u kulħadd jinsab lura għar-rutina normali tal-ħajja. Rutina li, trid jew ma tridx, xi ftit jew wisq titħarbat meta tkun għaddejja kampanja elettorali. Bħalissa, apparti l-partiti politiċi nfushom, ikunu għaddejjin diversi analiżi ta’ x’seta’ wassal għar-riżultat finali fil-konfront ta’ kull partit politiku parteċipant. Żgur li joħorġu punti sinifikanti li jkunu ntbagħtu mill-elettorat. Il-punt tat-tluq għal analiżi bħal din ċertament li jkun x’tip ta’ kampanja elettorali kellna. Żgur li kulħadd jaqbel li kellna kampanja elettorali qasira iżda intensa, anke jekk l-ispekulazzjoni dwar elezzjoni bikrija kienet ilha għaddejja. Żgur ukoll li kien hemm baħar jaqsam bejn iż-żewġ parti-

ti politiċi ewlenin fejn jirrigwarda l-kontenut tal-kampanja elettorali. Il-Partit Laburista bbaża l-kampanja tiegħu fuq x’wettaq tul l-erba’ snin li għaddew minn dak li kien wiegħed f ’Marzu 2013 u abbażi ta’ dan, abbażi tal-kredibilità tiegħu, x’qiegħed jipproponi għall-ħames snin li ġejjin. U għamel dan b’mod dettaljat. B’mod studjat anke fejn jirrigwarda x’se jkun ifisser finanzjarjament dak li kien qiegħed iwiegħed. Il-Partit Nazzjonalista bħal donnu nqabad fuq sieq waħda. Kien evidentissimu li ma kienx preparat għal Elezzjoni Ġenerali. Apparti l-fatt li l-leġiżlatura kollha li għaddiet qattagħha kontinwament fin-negattività, fejn rari sab xi ħaġa tajba titwettaq minn Gvern Laburista, ma kellu xejn preparat minkejja ħafna xinxilli. Meta tara x’kien propost u tagħsar dak li dwaru kien qed jingħad, f ’idejk ma jkollok xejn għajr arja. U għax konxju minn dan, ilKap Nazzjonalista Dr Simon Busuttil qalilna li din ma kinetx elezzjoni dwar il-proposti li għandhom il-partiti politiċi, imma elezzjoni bbażata fuq prinċipji. Bħal donnu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista nesa li l-proposti li jsiru, isiru abbażi ta’ prinċipji. Allaħares naslu f ’sitwazzjoni li jsiru proposti mhux ibbażati fuq il-prinċipji li jkun jemmen fihom il-partit politiku li jkun qiegħed

jagħmilhom! Iżda din kienet l-iskuża li ta l-Kap tal-PN biex jgħatti l-fatt li ma kinux ippreparati. Li hu żgur huwa li l-Partit Nazzjonalista imbarka fuq kampanja elettorali li spikkat għall-attakki personali, għal allegazzjonijiet serjissimi, tfigħ ta’ tajn bl-addoċċ bit-tama li xi ħaġa teħel. Spikkat ukoll kampanja negattiva. Jidhirli li skont Simon Busuttil nhar it-Tnejn li għadda kellhom jitilqu minn Malta xi kumpaniji sempliċiment jekk ikun rebaħ il-Partit Laburista. Minflok, nhar it-Tlieta li għadda tħabbar l-interess ta’ żewġ kumpaniji oħra kbar barranin li se jkunu qegħdin jiftħu f ’Malta. Hija ħasra li l-kampanja elettorali li mbarka fuqha l-Partit Nazzjonalista wasslet għal qasma fonda fost il-poplu. Firda fuq il-postijiet tax-xogħol; fil-postijiet tad-divertiment; firda fost saħansitra l-familji; fost il-ġirien. Minn dak li segwejt stajt ninnota li hija firda fil-fond li wasslet biex mhux biss tinżera’ l-mibegħda, imma mibegħda li nibtet u kibret f ’qasir żmien. Din hija ħasra. Dan ma jagħmilx ġieħ lil min irrikorra għal strateġija bħal din. Aħna pajjiż żgħir. Fejn kulħadd jaf lil kulħadd. Fejn fil-familji tagħna nsibu diverġenzi ta’ opinjonijiet. Fejn l-inqas xrara tista’ twassal għal nirien qawwija. Kemm kellha raġun il-Pres-

ident tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca fl-appell imqanqal u sinċier tagħha malli ntemmet il-votazzjoni. Kemm għandu piż xi jġorr fuq spallejh min kebbes u rewwaħ in-nar tal-firda fost il-poplu. Imma ejjew ma naqtgħux qalbna. Ir-riżultat elettorali huwa dak li hu. Min feraħ u min iddispjaċih. Jibqa’ l-fatt li aħna poplu wieħed li rridu l-ġid lill-familji tagħna, lil uliedna għax wara kollox huma l-familji li jifformaw poplu. Ejjew naħdmu lkoll flimkien għal dan il-għan. Ejjew ninsew id-differenzi politiċi tagħna. Ejjew nirreżistu l-firda. Ejjew nirreżistu l-insulti, il-kliem dispreġjattiv, il-mibegħda lejn xulxin. Ejjew ma nkunux provokattivi għax finalment lkoll kemm aħna għandna familji u ħbieb li ma rridux narawhom imweġġgħin. Ejjew flimkien nħarsu u naħdmu għal ġejjieni aħjar. Ġejjieni li fortunatament għandna sisien sodi fuq xiex nibnuh. Ejjew inħallu wara spallejna l-fervur tal-elezzjoni u nkomplu fuq ir-ritmu normali ta’ ħajjitna. Irrid nieħu din l-opportunità biex nifraħ lill-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat għall-ispirazzjoni tiegħu li wasslet għal rebħa elettorali daqstant kbira, it-tieni waħda konsekuttiva għalih. Irrid ngħid grazzi lil martu u lil familtu għas-sagrifiċċji li tfisser ilħajja fil-politika. Irrid nifraħ

lil dawk kollha li ġew eletti, fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra, u nawguralhom biex flimkien jaħdmu b’riżq pajjiżna. Nifraħ ukoll lil kull min ma ġiex elett għax hu wkoll ikkontribwixxa f ’dan l-eżerċizzju demokratiku fl-għażla ta’ min imexxi pajjiż. Irrid nieħu din l-opportunità wkoll biex nawgura lill-Partit Nazzjonalista biex ma jdumx ma jerġa’ lura għan-normal wara l-instabilità ovvja li tinħoloq wara r-riżenja tal-Kap tiegħu u r-riżenja kollettiva tal-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Id-demokrazija tinħtieġ Gvern b’saħħtu bbilanċjat b’Oppożizzjoni b’saħħitha. Għalhekk nawgura li l-PN joffri oppożizzjoni soda u kostruttiva, fejn jispikka l-interess nazzjonali u mhux dak partiġjan. Huwa fl-interess ta’ Malta tagħna lkoll li naħdmu bħala poplu magħqud għax, wara kollox, kif qal tant tajjeb ilPrim Ministru Joseph Muscat wara l-ġurament tal-ħatra, “aħna Malta”. Nieqfu mill-battibekki, mill-insulti u mill-intolleranza. Għandi fiduċja kbira li din l-għaqda sseħħ, u nitgħallmu niddibattu b’mod ċivili u mingħajr insulti, inpoġġu fil-ġenb l-opinjonijiet politiċi tagħna u nitgħallmu nittolleraw. Bi ftit rieda minn kulħadd mhix xi ħaġa impossibbli! Għax kif dejjem ngħid, Malta hi pajjiż żgħir, imma nazzjon kbir.

MILL-KUNSILL GĦALL-PARLAMENT MARIO

FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL

Iktar Kunsilliera u Sindki jigu eletti Deputati Parlamentari Bħal fl-elezzjonijiet preċedenti, bosta jkunu dawk is-Sindki u l-Kunsilliera li jiddeċiedu li jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali. Din tal-ġimgħa l-oħra, mhix eċċezzjoni. F’din l-elezzjoni, fuq in-naħa tal-Partit Laburista rajna Sindki li ġew eletti għall-ewwel darba fil-Parlament. Fil-fatt, is-Sindku tal-Qala Clint Camilleri kif ukoll dak tal-Fgura, Byron Camilleri, ġew eletti flimkien mal-Kunsillier tal-Mosta, Alex Muscat. Jista’ jagħti l-każ li fil-jiem li ġejjin, minħabba l-elezzjonijiet każwali li jridu jsiru f ’għadd ta’ distretti, dan in-numru jiżdied ukoll. Hemm Sindki u Kunsilliera bħal Rosianne Cutajar, Charles Azzopardi u Clayton Bartolo li

wkoll għad għandhom ċans illi jagħmluha. Kien hemm imbagħad Sindki jew Kunsilliera oħra li wkoll ikkontestaw u minkejja li ma ġewx eletti, qatgħu figura tajba ħafna. Jidher ċar, illi l-Kunsilli Lokali qed iservu ta’ tarġa għal diversi nies sabiex jagħmlu l-ewwel esperjenza politika tagħhom illi mbagħad twassal sabiex jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali. Kellna diversi każijiet simili fil-passat u dan ifisser li fil-qasam tal-Gvern Loakli, xi ħaġa tajba qed issir żgur. Dan għaliex, f ’dan il-qafas, qed jiġu mrawma persuni żgħażagħ jew mhumiex, illi wara li jagħtu servizz fuq bażi lokali, imorru għal xi ħaġa ikbar sabiex jintensifikaw l-għarfien u l-esperjenza tagħhom fil-qasam politiku. Jidher li forsi bla ma nafu, il-Kunsilli Lokali qed iservu ta’ skola politika għal dawn l-individwi sabiex jiksbu suċċess ikbar fil-ħajja politika tagħhom. Jiġu f ’moħħi eżempji ta’ suċċess bħal Ian Borg li ġie elett Sindku fl-età ta’ 18-il sena u kompla sejjer biex sar l-iżgħar Segretarju Parlamentari tal-leġiżlatura li għadha

kemm għaddiet. Kellna nies bħal Roderick Galdes u Luciano Busuttil biex insemmi tnejn oħra. Kollha nies li meta afdati b’responsabbiltà ikbar għamlu suċċess. Dan iwassalni għall-argument li forsi l-Kunsilli Lokali għandhom jingħataw iktar importanza mill-Gvernijiet ċentrali u jagħrfu iktar ix-xogħol li dawn iwettqu. Xogħol li kif qed naraw qed iwassal sabiex jipproduċi l-futur politiku ta’ pajjiżna. Jidher li din it-trend se tkompli u għaldaqstant, filwaqt li nifraħ li sħabi eletti u filwaqt ukoll li nirringrazzja lil dawk li m’għamluhiex din id-darba, ninkoraġġixxi oħrajn li jersqu ’l quddiem sabiex jikkunsidraw li jibdew jieħdu sehem b’mod iktar dirett fl-involviment politku f ’pajjiżna. Agħżel Malta…imma skont x’Jaqbillek. Eżattament, kienet sorpriża għal ħafna kif il-Membru Parlametari Ewropew Nazzjonalista, Therese Comodini Cachia, wara li ġiet eletta fl-elezzjoni ġenerali, iddeċidiet li tinjora lil dawk li wrewha appoġġ, billi tagħżel il-flus ta’ Brussell minn Malta. Dan

minkejja l-kampanja qalila li għamel il-partit tagħha u pprova jikkonvinċi lin-nies sabiex jagħżlu Malta. Jidher biċ-ċar li nies bħal Comodini Cachia, ftit jinteressahom minn pajjiżhom, mhux biss għax jgħidu kontra tiegħu barra minn xtutna ma kull ċans li jkollhom imma wkoll għaliex lesti jibdlu lil pajjiżhom u lil dawk li wrewhom appoġġ, mal-flus. Ma jagħmilx sens illi l-elettorat jivvota għal persuna biex imbagħad jittwikka b’imbarazz ieħor. Mhux għax hi wisq aħjar minn David Thake imma jibqa’ l-fatt li l-elettorat ivvota lilha u mhux lil min jista’ jeħdilha postha. Però l-Partit Nazzjonalista hekk magħmul… jurik id u jtik oħra! Jekk kien hemm xi ħadd li patta bil-kbir għal manuvra bla sens li għamel il-Partit Nazzjonalista, illi jaċċetta miegħu lil Marlene Farrugia, bla dubju ta’ xejn li dan kien George Pullicino. Simon, ta’ strateġista prim li hu, ħaseb li l-Partit Laburista kellu xi vantaġġ żgħir ħafna fuq il-Partit Nazzjonalista u allu-

ra ħaseb li jekk jieħu l-voti ta’ Marlene, dan kien se jxaqleb il-miżien favur tiegħu. Għarralu bil-kbir. Mhux biss għaliex biegħ il-Partit tiegħu u ammetta li ma kienx kapaċi waħdu jirbaħ lil Joseph Muscat imma wkoll għaliex għamel patt max-xitan biex jasal għall-għan tiegħu. Simon ma ndunax li b’dan li għamel kien qed idaħħal lifa f ’għabtu u dan għad irridu narawh. Wassal ukoll sabiex deputati tiegħu stess, spiċċaw tilfu posthom għal Marlene Farrugia. Irrid naf x’kienet ir-reazzjoni ta’ George Pullicino meta seħħ dan kollu u wara 21 sena fil-Parlament kellu jċedi postu għal ċarlatana li ddur ma kull riħ. Forsi ħafna jgħidu li ħaqqu u dan intwera bin-nuqqas ta’ fiduċja li kiseb fl-elezzjoni ġenerali. Imma ċertament li ħaġa bħal din se jdum ma jniżżilha. Bla dubju ta’ xejn, bħal f ’kull ħaġa oħra, dejjem ikun hemm xi ħaġa pożittiva anki fl-iktar episodji mudlama. U forsi dak li l-iktar laqa’ din l-aħbar fil-ferħ huwa s-siġġu battal ta’ George li għandi nifhem li se jieħu ftit tar-ruħ tul dawn il-ħames snin li ġejjin!


19

11.06.2017

kullhadd.com

MISSJONI LI JIGGWIDA PERSUNI LEJN IL-POŻITTIVITÀ SPIRITWALI Ħafna drabi l-bniedem ikun qed jitlef triqtu u anke l-fidi. Kultant ikollna bżonn l-għajnuna ta’ terzi persuni. Filfatt persuna tista’ tirrikorri għand diversi persuni oħra għall-għajnuna bħal qassis, social worker, spiritwalista jew professjonisti oħrajn. F’din l-intervista ħsibt li nitkellem ma’ spiritwalista. Qed nirreferi għall-Ispiritwalista PaulJon Aquilina. Kif sostna miegħi hu stess, hu ħaseb li kien imsejjaħ biex jidħol għal qassis, però minflok il-Mulej tah don speċjali li permezz ta’ tiegħu jagħti d-dawl lil min hu mtaqqal. Kurżità dwar PaulJon hu l-karattru mistiku tiegħu. Mhux hekk biss, talli matul sena sħiħa joffri diversi quddisiet għall-erwieħ, li dawn jifrixhom mal-knejjes madwar Malta u Għawdex. Ta’ min jghid li PaulJon kellu konnesjoni mal-imħabba spiritwali sa minn twelidu għax kien magħżul biex jitwieled f ’dar żgħira li kienet parti minn ċimiterju. Fil-fatt fi tfulitu qatta’ ħafna ħin qalb l-oqbra taċ-ċimiterju li kellhom biswit id-dar li trabba fiha fil-Kalkara. Illum il-ġurnata PaulJon jgħix il-Birgu. Bit-twemmin Kristjan li jħaddan, baqa’ persuna umli, iżda b’missjoni li jgħin u jiggwida persuni oħrajn lejn il-pożittività. Ta’ min iżid jgħid li ħajtu hija maqsuma fi tnejn: dik ta’ Spiritwalista u anke dik ta’ Lajk mal-komunità Dumnikana sabiex bir-rabta tiegħu mal-komunità Nisranija u dik bħala Spiritwalista, PaulJon isarraf ta’ pont bejn l-Ispirtu u l-Uman. Fi kliemu stess, il-Mulej jagħraf jinqeda bih, fejn ingħata dan id-don, sabiex ikun kapaċi jisma’ l-messaġġ spiritwali u wara jgħaddih lil dik il-persuna li tkun talbet is-servizz partikulari tiegħu.

pur. “Fost id-direzzjonijiet li kelli kienu li ma nikolx laħam, ma nixrob l-ebda alkoħol, ma nikkunsmax sigaretti, droga jew mediċina u nagħmel astinenza mis-sess, kif ukoll ma nidħol fl-ebda relazzjoni sakemm kelli 27 sena,” infurmani PaulJon. Fl-età ta’ 33 sena kellu t-tielet esperjenza, fejn waqt meditazzjoni spiritwali ħajtu ħadet bidla oħra, fejn minn hawn ’il quddiem beda jiltaqa’ man-nies u jiggwidahom permezz ta’ dan id-don spiritwali. L-aħħar esperjenza riċenti li ġratlu kienet meta ommu ħalliet din id-dinja u ħajtu nbidlet għal dak li qed jitwettaq illum, filwaqt li d-don tiegħu kompla jissaħħaħ. “Ippubblikajt l-ewwel ktieb tiegħi li kien Esperjenzi strambi waqt suċċess, ftit xhur oħra joħroġ tfulitu PaulJon beda jgħidli li ta’ seba’ snin kellu l-ewwel esperjenza stramba. “Kont qed nistudja u ħassejt bħal kesħa ddur madwari għal ftit ħin u minn dakinhar ħajti nbidlet u bdejt inkun aktar riservat u magħluq fija nnifsi, imma bdejt inħoss aktar il-madwar! Kompla jgħidli li fil-lucky birthday tiegħu meta kellu 13-il sena, kellu t-tieni esperjenza u din id-darba kienet aktar diretta u anke sema’ vuċi, dik imfissra tal-gwida spiritwali tiegħu, li minn hemm ingħata direzzjoni ta’ kif għandu jipprepara ruħu biex ikun Spiritwalista aktar

Kont qed nistudja u ħassejt bħal kesħa ddur madwari għal ftit ħin u minn dakinhar ħajti nbidlet u bdejt inkun aktar riservat u magħluq fija nnifsi, imma bdejt inħoss aktar il-madwar!

il-tieni ktieb, bdejt ukoll nikteb dwar oroskopju fuq gazzetta lokali.” Fl-oroskopju PaulJon jipprova jwassal messaġġ sabiex min jaqrah ifassal il-ħajja tiegħu b’aktar attenzjoni. “Barra dawn nista’ ngħid li żdiedu iżjed l-intervisti miegħi fuq diversi stazzjonijiet lokali, u dalwaqt nersaq lejn proġett kbir,” kompla jgħidli PaulJon.

Għex u tgħallem aktar meta kien ġie magħżul jgħix l-Ingilterra Kollox ma’ kollox, id-don tiegħu għenu biex ikun rikonoxxut minn diversi professjonisti Ingliżi li huma fl-istess linja ta’ PaulJon, kif ukoll ipparteċipa f ’bosta seminars dwar l-ispiritwalità u suġġetti oħra konnessi f ’dan il-qasam

vast kemm fl-Ingilterra, flIżvizzera, fl-Italja, fi Franza, fil-Grecja, fil-Marokk u anka f ’Malta. “Inħossni kburi li għal seba’ snin ġejt magħżul biex ngħix l-Ingilterra sabiex niżviluppa aktar id-don tiegħi fejn qsamt l-esperjenza tiegħi ma’ professjonisti oħrajn minn diversi taqsimiet li din l-abbiltà hi mifruxa fihom,” sostna miegħi. U b’hekk PaulJon għandu ħafna x’joffri lil min ikun irid il-gwida tiegħu. Fil-fatt ġibt id-diskors dwar is-sagrifiċċji li huwa jrid iwettaq fil-ħajja tiegħu u kemm hi important l-meditazzjoni spiritwali. Ma stajtx ma nistaqsihx jekk allura minħabba dan it-twemmin spiritwali tiegħu hux jiċċaħħad minn ċertu pjaċiri tal-ħajja. “Matul il-ġimgħa u ġieli anki fil-weekends dejjem inkun għaddej biex inwettaq il-missjoni tiegħi, però ftit ħin liberu jkolli wkoll. Darba kull erba’ xhur fil-fatt ningħalaq ġewwa għal sebat ijiem sħaħ bħala irtir fejn nitnaddaf min-negattività u nerġa’ niġbor lili nnifsi għall-meditazzjoni spiritwali mill-ġdid,” kompla jispjega. Fl-aħħar tal-intervista PaulJon xtaq jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Nixtieq li n-nies hemm barra ma taqbadx u tiġġudika persuna bl-addoċċ. Dejjem ersqu u siru afu l-persuna, imbagħad iġġudikaw fuq dak li tħossu għax issiru tafuha. Din tgħodd għalkollox u għal kulħadd - Namaste,” temm jgħid PaulJon.


20

11.06.2017

1

MADWAR kullhadd.com

L-ISTATI UNITI

FIL-QOSOR

2

3

1

TRUMP AKKUŻAT B’GIDEB

L-eks direttur tal-FBI James Comey akkuża lill-President Amerikan Donald Trump li gideb fil-konfront tiegħu. Qal dan quddiem is-Senat tal-Kumitat tal-Intelliġenza meta intalab jitkellem dwar ġustifikazzjonijiet għat-tkeċċija imminenti tiegħu mill-FBI. Qal li l-ispjegazzjonijiet li ngħata ħawduh u fuq kollox inkwetawh. Iżda jibqa’ jemmen li t-tkeċċija tiegħu kellha x’taqsam mal-investigazzjoni li hu kien qed imexxi dwar l-intervent mir-Russja fl-elezzjoni presidenzjali f ’Novembru li għadda.

2

IR-RENJU UNIT

3

IL-KATALUNJA

PRIM MINISTRU B’INQAS MAĠĠORANZA Theresa May se tibqa’ Prim Ministru tar-Renju Unit minkejja li l-Partit Konservattiv tilef il-maġġoranza tas-siġġijiet filParlament Ingliż fl-elezzjoni ġenerali tal-Ħamis li għadda. Minn issa ’l quddiem May se tkun qed tmexxi Gvern talMinoranza fejn il-Konservattivi daħlu f ’koalizzjoni malPartit tal-Unjonisti Demokratiċi, l-ikbar partit fl-Irlanda ta’ Fuq li fl-elezzjoni rebaħ 10 siġġijiet f ’Westminster. Fir-Renju Unit, partit politiku għandu jilħaq kwota ta’ 326 siġġu biex ikun fil-maġġoranza. Iżda l-Ħamis, il-Konservattivi ħadu biss 319, il-Partit Laburista 261, il-Partit Nazzjonali Skoċċiż 35, u il-Partit Demokratiku Liberali 12. Dan ifisser li l-Parlament Ingliż issa huwa ‘a hung Parliament’ fejn ebda partit waħdu ma rebaħ il-maġġoranza tas-siġġijiet f ’elezzjoni ġenerali. Fl-ewwel intervista tiegħu wara t-tħabbira tar-riżultat il-Mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn, wissa li May għandha tirreżenja għaliex dan huwa riżultat diżastruż għallKonservattivi. U filwaqt li Corbyn wiegħed li l-minoranza Laburista se tiġġieled għal Jobs First Brexit, il-koalizzjoni ta’ Theresa May se taħdem għall-prosperità.

DATA LESTA GĦAR-REFERNDUM

Il-mexxej tar-reġjun Spanjol Katalunja Carles Puigdemont sejjaħ għal referendum ta’ indipendenza fl-1 t’ Ottubru, fi sfida diretta lejn il-Gvern ta’ Madrid. Stħarriġ tal-opinjoni pubblika jissuġerixxu li votanti Katalani se jirrifjutaw marġinalment l-indipendenza, għalkemm ħafna huma favur li jsir referendum. Il-Gvern Ċentrali ta’ Madrid ripetutament enfasizza li l-firda tal-Katalunja tmur kontra l-kostituzzjoni. Madanakollu, minn 6,300,000 votant eliġibbli biex jieħdu sehem, kienu biss 2,300,000 li marru jivvutaw. Il-vot kien dikjarat illegali mill-Qorti Kostituzzjonali Spanjola, għalkemm dawk li huma favur l-indipendenza qalu li kien mument importanti ħafna.


R ID-DINJA

21

11.06.2017

kullhadd.com

3

6

L-AWSTRALJA

5 4

6

INVESTIGAZZJONI B’RABTA MA’ ASSEDJU

Iktar minn 150 pulizija fl-Awstralja wettqu investigazzjoni estensiva f ’numru ta’ djar f ’Melbourne wara assedju nhar itTlieta li għadda. L-aggressur li waqt l-attakk kellu arma tan-nar f ’idejh,Yacqub Khayre, inqatel b’tiri f ’appartameny wara li qatel raġel, żamm mara ostaġġ, u weġġa’ tliet uffiċjali tal-pulizija. It-tfittxija li kompliet tul il-jiem wara l-attakk ikkonfermat li Khayre ta’ 29 sena akkwista l-apparat kollu jiem biss qabel, u li dan irrefera għall-Al-Qaeda u l-Istat Iżlamiku waqt l-assedju f ’Melbourne.

5 4

IL-ĠAPPUN

IL-MYANMAR

JINSTABU FDALIJIET

L-ABDIKAZZJONI TAL-IMPERATUR

Diversi iġsma u debris minn ajruplan instabu waqt tfittixja għal ajruplan li sparixxa minn fuq il-kosta ta’ Myanmar l-Erbgħa li kellu 122 persuna abbord. B’kollox ittellgħu 29 ġisem mill-baħar fosthom tfal. Esperti qed jgħidu li minkejja li t-tfittxija se tkompli, ma hemmx tama li xi ħadd salva minn din it-traġedja. L-ajruplan telaq minn Myeik għall-ikbar belt fil-Myanmar, Yangon, l-Erbgħa waranofsinhar. Kienet titjira li ssir kull ġimgħa mal-kosta tal-pajjiż. Uffiċjali tas-sigurta spjegaw kif il-militar tal-pajjiż tilef kull kuntatt mal-ajruplan nofs siegħa wara t-tluq, meta kien qed itir f ’għoli ta 18,000 pied. Il-kawża ta’ dan kollu għadha trid tkun ikkonfermata.

Il-Parlament Ġappuniż approva abbozz ta’ liġi ta’ darba biex iħalli lill-Imperatur Akihito jabdika, l-ewwel imperatur li jagħmel dan f ’200 sena. Dan wara li qal li l-età u saħħtu qed jagħmluha diffiċli għalih biex iwettaq id-dmirijiet uffiċjali tiegħu, iżda ma kien hemm l-ebda dispożizzjoni taħt il-liġi eżistenti li tħallih jabdika. Il-Gvern Ġappuniż issa se jibda l-proċess biex jorganizza l-abdikazzjoni, li mistennija sseħħ lejn l-aħħar tal-2018, u t-tron jingħata lil Prinċep Naruhito.


22

11.06.2017

kullhadd.com

L-AKROBAZIJA QUDDIEM L-UĠIGĦ ment, kif ukoll mentalment. Jirrikjedi li l-atleta tkun ikkonċentrata waqt kull sekonda tat-taħriġ, u jekk din titlef il-konċentrazzjoni, hawnhekk sfortunatament tiżdied il-probabilità tal-injuries. Ninsab konxja mill-fatt li waqt li kont qed tipprattika dan l-isport fil-passat riċenti sofrejt minn injury li impedixxietek milli tkompli tipprattika dan l-isport. Kif ħadtha din l-aħbar?

Adreana Zammit - ġinnasta ewlenija Maltija li fil-passat sofriet minn injury serja li impedixxietha milli tkompli tipprattika dan l-isport li tant tħobb, iżda mhux milli tkompli tittrażmetti l-imħabba li għandha lejn dan l-isport, permezz talcoaching fosthom mal-atleti li tant tgħożż tal-iSpecial Olympics.

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-ġinnastika?

l-istess tim sat-tmiem tal-kar- U fost l-unuri li rbaħt barra minn Malta, x’tirrakkonta? riera tiegħi.

L-imħabba tiegħi għall-ġinnastika nibtet meta kelli bejn 7 u 8 snin, waqt il-lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika l-iskola. Bdejt nieħu interess qawwi meta nipprattikaw il-ġinnastika u għalhekk saqsejt lil ommi tibgħatni xi lezzjonijiet li kienet toffri l-iskola stess wara l-ħin tal-iskola. Xi ftit xhur wara li kont bdejt dawn il-lezzjonijiet, kienet l-għalliema li avviċinat lil ommi u qaltilha li kelli talent fl-isport u kien ikun ta’ ġid għalija kieku ngħaqadt ma’ klabb tal-ġinnastika aktar professjonali għax fi ftit xhur kien irnexxielha tgħallimni dak kollu li setgħet bl-apparat limitat li kellha. Minn hemm mort il-Gymstars Gymnastics Club, fejn ġurnata wara l-oħra sirt inħobb l-isport aktar u aktar. Wara sentejn, intgħażilt mal-“elite” team, immexxi dak iż-żmien minn Mr Plamen Angelov Peynov u Ms Antonina Djurova, fejn bdejt nittrenja bejn tlieta u erba’ sigħat kuljum, sitt darbiet fil-ġimgħa, u bqajt f ’dan

Liema huwa l-aktar unur Wara l-Logħob tal-Pajjiżi f ’dan l-isport li jibqa’ għal ż-Żgħar, erġajt irrappreżentajt lil Malta diversi drabi, fostqalbek? hom fil-Jeux des Iles 2011 u Ftit jiem wara li għalaqt it-13- 2012, fi Sqallija u Sardenja fejn il sena, ikkwalifikajt biex nik- irbaħt diversi midalji individkompeti fil-Logħob tal-Pajjiżi walment u bħala tim, Youth ż-Żgħar, f ’Ċipru fl-2009. Din Commonwealth Games flkienet l-ewwel esperjenza Isle of Man 2011 fejn spictiegħi nikkompeti għal Malta, cajt fil-15-il post, erġajt mort u kienet ferm aktar speċjali il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar għaliex kont l-iżgħar atleta fl-2013 fil-Lussemburgu u fil-kontinġent Malti u għal- fl-aħħar spiċċajt il-karriera hekk intgħażilt biex inġorr bil-Commonwealth Games fi il-bandiera Maltija fiċ-ċeri- Glasgow 2014. monja tal-ftuħ. Din weħidha kienet waħda mill-akbar Il-ġinnastika huwa sport unuri li kelli fil-karriera li jinvolvi diversi injuries? tiegħi, għaliex ma ninsa qatt Jekk iva, għaliex? l-emozzjonijiet li ħassejt meta ħriġt f ’dak l-istadium, mimli Biex wieħed jirnexxi fil-ġinb’eluf ta’ nies u kont fortu- nastika, idealment jibda jipnata biżżejjed biex immexxi prattika l-isport ta’ età żgħira lill-kontinġent Malti. Dawn u għal tul ta’ sigħat kuljum. il-logħob kienu memorabbli Wara diversi snin tuża kull wkoll għalija għaliex flimkien muskolu tal-ġisem u snin ma’ Kirsty Caruana u Nicole tistrapazza l-ġisem, huwa Pace, konna rbaħna l-midal- normali li jibdew jitfaċċaw ja tal-bronż bħala tim. Din diversi injuries. Apparti minn kienet l-ewwel midalja għal hekk, jien inqis il-ġinnastiMalta fl-istorja tal-ġinnastika ka bħala sport li jitfa’ ħafna piż fuq l-atleta kemm fiżikagħan-nisa.

Madwar tliet snin ilu, meta bdejt il-preparamenti għall-Commonwealth Games ġewwa Glasgow, beda jtini uġigħ f ’dahri. Wara ftit ġimgħat meta ma flaħtx nissaporti aktar l-uġigħ, mort inżur it-tabiba u għall-ewwel deher li ġbidt il-ligament, wara li ħadt X-Ray li ma kien jidher li hemm xejn ħażin. It-tabiba qaltli li l-uġigħ ma kienx ser jgħaddi sakemm nieqaf u nistrieħ, iżda jien kont determinata li nkompli għaddejja bit-taħriġ biex nipprova nikkwalifika għall-Commonwealth Games u bit-tama li nasal biex nikkompeti f ’dawn il-Logħob tant prestiġjużi, imbagħad nistrieħ wara li jkun għadda kollox. Bqajt għaddejja bit-taħriġ filwaqt li kont immur għand fiżjoterapista kuljum biex jgħin itaffili l-uġigħ, u għalkemm dan kien ta’ għajnuna, l-uġigħ xorta baqa’ jippersisti. Ġimagħtejn qabel il-Logħob, it-tabiba xtaqet li tkun ċerta mill-injury u għalhekk ordnatli MRI biex tara aktar fid-dettall x’kienet il-problema eżatt, u minn dan irriżulta li kelli rukkell li kien kemm kemm imqabbeż iżda kont aċċertata li din ma kinitx problema kbira u stajt nibqa’ għaddejja bil-ġinnastika. Il-logħob ġewwa Glasgow damu ġimagħtejn, u l-kompetizzjoni tagħna kienet matul it-tieni ġimgħa. Waqt l-ewwel ġimgħa, dahri bdejt inħossu jmur lura, kuljum kont qed inkun aktar muġugħa mill-ġurnata ta’ qabel u għalhekk it-tabiba ordnatli MRI oħra filgħodu qabel l-ewwel ġurnata tal-kompetizzjoni. Mort għall-MRI u wara dritt għall-arena biex nibdew il-kompetizzjoni. Dakinhar kienet l-ewwel ġurnata li bdejt inħossni tajba ħafna, kemm konna ilna Glasgow. Ħassejt li kont ħa nagħti performance tajba ħafna iżda fl-aħħar ftit minuti tal-warm up ħassejt uġigħ qawwi f ’dahri u nstabatt mal-art. Bilkemm flaħt nimxi dak il-ħin. Għalkemm il-kowċ u t-tabiba kienu xettiċi ħafna dwar jekk kellix nikkompeti, jiena ħadt id-deċiżjoni li nipprova, għaliex din kienet l-akbar ħolma li kelli fil-karriera tal-ġinnastika u ma xtaqtx inpoġġi bilqiegħda u

ma nipparteċipax. Għalkemm ippruvajt nikkompeti, bdejt fuq l-apparat il-vault u waqajt fuq irkupptejja għax ma kellix biżżejjed saħħa biex niġri u nagħmel l-iskill kif suppost. Hemmhekk il-kowċ u t-tabiba ddeċidew li kien ikun aħjar jekk nirtira mill-kompetizzjoni dakinhar sakemm ikunu ċerti li stajt inkompli, u għalhekk ma kkompetejtx fuq il-bars. Dakinhar filgħaxija erġajt ħadt MRI oħra u mort għat-trattament. L-għada bl-għajnuna tal-pain killers, irnexxieli nikkompeti fuq il-beam u l-floor u għalhekk qtajt xewqti, anki jekk ma kontx fl-aħjar tal-abilità tiegħi. Iżda wara l-kompetizzjoni ġiet l-aħbar li żgur ma kontx qed nistenna. L-għada tal-kompetizzjoni, meta mort nistaqsi lit-tabiba kemm kien ser ikolli żmien ta’ riabilitazzjoni, it-tweġiba kienet li din kienet problema li ma tirranġax għaliex sabu li kelli problema f ’żewġ rukelli f ’dahri u għalhekk kienet tkun ta’ periklu kbir jekk inkompli l-ġinnastika. Ovvjament, wara tmien snin nipprattika l-ġinnastika bejn tlieta u erba’ sigħat kuljum, din kienet waħda mill-aktar aħbarijiet koroh li stajt nirċievi. Kien żmien emozzjonanti ħafna għalija, fejn bilkemm kont niflaħ inkellem lil ħadd mingħajr ma ninfaqa’ nibki. Kont ingħalaqt fija nnifsi u ntlejt b’ħafna nervi. Għaliex ma bqajtx tipprattika dan l-isport? L-injury kienet daqshekk serja? Wara diversi pariri mingħand tobba, irriżulta li fuq l-MRIs li kont ħadt, il-problema ma kinitx tidher serja ħafna għaliex kont inkun mimduda dritta waqt l-iscan, u għalhekk l-irkiekel ma tantx kienu jkunu imċaqalqin ’il barra. Iżda waqt li kont inkun qed nagħmel il-ġinnastika, speċifikament meta nitbaxxa ’l quddiem, l-irkiekel kienu joħorgu ’l barra sew u jolqtu n-nervituri u għalhekk kont inkun muġugħa ħafna u ġieli ma kontx inkun niflaħ niċċaqlaq. Ħadt diversi opinjonijiet mingħand tobba kemm f ’Malta kif ukoll barra minn Malta, iżda kull tabib li rajt qalli li kieku kelli nibqa’ nipprattika l-ġinnastika, kont se nagħmel ħsara kbira fuq l-irkiekel u kien ikun ta’ periklu kbir għal saħħti. Għalhekk kelli nieħu d-deċiżjoni diffiċli li nieqaf mill-isport. Din l-injury kif affettwatek psikoloġikament? Għall-ewwel ftit xhur, ma stajtx naċċetta dak li kien


23

11.06.2017

kullhadd.com

ġara. Bqajt nemmen li hemm it-tama li xi darba mmur lura għall-ġinnastika. Iżda aktar ma bdejt nara tobba, aktar bdiet tonqos it-tama. Għaddejt minn żmien li ma ridt inkellem lil ħadd għax kulħadd kien isaqsini kif sejra fil-ġinnastika u kien ikolli noqgħod nirrakkonta l-istorja. Kont ingħalaqt fija nnifsi u ntlejt bin-nervi. Dejjem naħtaf u niġġieled mal-familjari tiegħi meta jgħiduli biex noħroġ mid-dar u mmur xi mkien magħhom. Agħar minn hekk kien meta wara li nirrakkonta l-istorja ta’ dak li kien ġrali, persuna tgħidli “taqtax qalbek u kompli prova” għaliex jien qatt ma kont persuna li naqta’ qalbi, l-uġigħ ma kontx nagħti kasu u nibqa’ għaddejja imma din id-darba ma kellix mod ieħor. Ma kien hemm xejn li stajt nagħmel biex nirritorna għall-isport li tant inħobb. Episodju ikrah li niftakar ċar kien l-ewwel darba li mort nara lil sħabi jikkompetu wara li kont waqaft, meta ġenitur ta’ tifla li kienet titħarreġ fl-istess gym miegħi saqsieni għaliex ma kontx qiegħda nikkompeti dakinhar u niftakar sew li lanqas flaħt inwieġbu, minflok infqajt nibki f ’wiċċu. Bla dubju kien żmien ikrah ħafna għalija, iżda bl-għajnuna t’Alla u tal-familja tiegħi rnexxieli nirkupra minnu u llum inħares lejn l-istorja tiegħi minn lenti aktar pożittiva.

għax is-sitwazzjoni setgħet kienet waħda ħafna agħar li kieku t-tobba ma ndunawx eżatt x’kienet il-problema u kieku komplejt għaddejja bil-ġinnastika. Wara din l-injury int illum il-ġurnata tista’ tippratika xi tip ta’ sport ieħor? Għaliex? Skont il-pariri tat-tobba, peress li l-injury ħarġet meta kelli biss 18-il sena, filwaqt li normalment “slipped disc” hija aktar komuni ħafna aktar tard fil-ħajja tal-bniedem, ikun ideali jekk jiena kemm jista’ jkun ma nistrapazzax ġismi bla bżonn sabiex nevita li jkolli nagħmel operazzjoni fil-viċin u kemm jista’ jkun intawwal iż-żmien. Għalkemm hemm xi eżerċizzji li nista’ nagħmel li jgħinuni biex insaħħaħ il-muskoli tal-madwar u għalhekk ngħin lili nnifsi, hemm ħafna eżerċizzji u movimenti li rrid nevita. Ftit wara li kont waqaft mill-ġinnastika kont ippruvajt l-indoor shooting, peress li dan ma kienx ħa jkollu impatt fuq dahri, iżda ovvjament huwa ferm differenti mill-ġinnastika, fejn kont imdorrija niċċaqlaq u naqbeż ħafna, u għalhekk ħassejt li kien wisq sport monotonu għalija.

Illum il-ġurnata għadek involuta fil-ġinnastika forsi permezz tal-coaching jew qtajt mill-isport Illum il-ġurnata għadha għalkollox? taffettwak? Illum il-ġurnata jiena bqajt Illum, kważi tliet snin wara, involuta fil-ġinnastika bħal-injury żgur li għadha taf- la kowċ. Ngħallem kuljum fettwali ħafna l-ħajja ta’ kul- mit-Tnejn sas-Sibt fuq bażi jum, u kultant jiġu ġranet fejn part-time waqt li għadni qed inkun muġugħa ħafna, iżda nistudja l-Università, kif ukoll nirringrazzja lil Alla li waqaft nagħti ħin volontaru mal-atmill-ġinnastika meta waqaft, leti tal-iSpecial Olympics biex

ngħallimhom il-ġinnastika. Kif irnexxielek tkompli tħares ’il quddiem wara li sofrejt din l-injury serja? Kien l-iSpecial Olympics li wassalni biex nirritorna għall-ġinnastika. Meta kont għadni nitħarreġ, fl-istess gym kienu jitħarrġu wkoll l-atleti tal-iSpecial Olympics. Minn dejjem kienu tfal marbutin ma’ qalbi u dejjem kont nipprova ngħinhom kif nista’ u nurihom xi affarijiet, u għalkemm kienet xewqa tiegħi li nkun nista’ nagħtihom aktar ħin, dan ma kienx possibbli għaliex konna nitħarrġu fl-istess ħin. Seba’ xhur wara li waqaft mill-ġinnastika kont iltqajt ma’ omm Annemarie u Matthew, atleti tal-iSpecial Olympics, u konna qbadna nitkellmu fuq il-bżonn li kien hemm għall-kowċis biex jgħallmu lil dawn it-tfal. Jien mal-ewwel qbadt nuri interess u niftakar li vera kont fraħt meta qaltli li t-tfal kienu staqsew għalija u xtaquni mmur ngħinhom. L-għada ċemplitli ommi u kumbinazzjoni kienet iltaqgħet ma’ Enrique, atleta ieħor tal-iSpecial Olympics. Enrique kien kellimni fuq il-mowbajl u saqsieni meta kont sejra biex ngħallimhom. Kien dak il-ħin li ddeċidejt li nibgħat lill-head coach, Elaine Genovese, biex insaqsiha jekk nistax nibda mmur magħhom għas-sezzjonijiet ta’ taħriġ u nagħti l-għajnuna tiegħi mill-esperjenza li kelli. Issa ili fuq sentejn li ngħaqadt mal-familja tal-iSpecial Olympics u nista’ ngħid li mnalla kienu dawn it-tfal għalija għaliex reġgħu ġibduni lura lejn il-ġinnastika u fakkruni fl-imħabba kbira li għandi għall-isport. It-tbissima fuq l-uċuh ta’ dawn it-tfal

Jiena dejjem ngħid li għalkemm kien l-isport li wassal għall-injury tiegħi, ma jiddispjaċini xejn fuq il-ħin li investejt fil-ġinnastika għax minn hemm bnejt il-karattru sod li għandi llum

kienet biżżejjed għalija biex nitfa’ dak kollu li għaddejt minnu warajja, u ngħin lil dawn it-tfal għaliex bla dubju għandhom ħajja ferm aktar diffiċli minn tiegħi u m’hemm xejn isbaħ milli tferraħ lil ħaddieħor. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u/jew żgħażagħ li jixtiequ jibdew jipprattikaw xi sport u l-importanza tal-isport fl-iżvilupp ħolistiku tagħhom. Il-parir li għandi jien għattfal u ż-żgħażagħ huwa li m’hawn xejn iżjed importanti milli żżomm lilek innif-

sek attiv biex tkun b’saħħtek fiżikament u mentalment. L-isport huwa għal kulħadd u tant hemm affarijiet differenti x’tipprova li xi ħaġa ħa togħġbok żgur. Jiena dejjem ngħid li għalkemm kien l-isport li wassal għall-injury tieghi, ma jiddispjaċini xejn fuq il-ħin li investejt fil-ġinnastika għax minn hemm bnejt il-karattru sod li għandi llum u tgħallimt ħafna aktar affarijiet minbarra l-ġinnastika, bħal: sagrifiċċju, dixxiplina, kif inqassam il-ħin tiegħi sew, kif naħdem bħala tim, ir-rispett u ħafna kwalitajiet importanti oħra. Messaġġ ieħor li nixtieq ngħaddi huwa lill-ġenituri. Jien kont fortunata biżżejjed li twelidt ġewwa familja sportiva, fejn il-ġenituri tiegħi dejjem tawni s-sapport kollu tagħhom biex nimxi ’l quddiem kemm fl-iskola u anki fl-isport. Qatt ma ġegħluni nagħżel bejn skola jew sport, jew ġegħluni nagħti importanza lil wieħed aktar mill-ieħor għax fiehmu li t-tnejn kienu ta’ importanza ekwivalenti fl-iżvilupp ħolistiku tieghi. Illum il-ġurnata ninstab fit-tielet sena fil-kors tal-liġi filwaqt li ngħallem il-ġinnastika kuljum bħala xogħol part-time kif ukoll bħala passatemp u mezz ta’ rilassament. Dan ma kienx ikun possibbli kieku ma kienx għall-ġenituri tiegħi, li dejjem għamlu minn kollox għalija u għal oħti u tawna s-sapport kollu tagħhom. Nixtieq nagħlaq billi millġdid nirringrazzja lill-familja tal-iSpecial Olympics, u nħeġġeġ lill-isportivi kollha biex jiddedikaw ftit millħin tagħhom għall-kawża daqshekk importanti, biex ngħallmu u nferrħu lil dawn it-tfal speċjali.


24

11.06.2017

kullhadd.com

PARROKAT TAĦT IL-BOMBI “Jiena r-ragħaj it-tajjeb; jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili, bħalma l-Missier jagħraf lili u jiena nagħraf lill-Missier; u għan-nagħaġ tiegħi nagħti ħajti” [Ġw:10:15].

MILL-

EMAN

ISTORJA BONNICI Fir-raħal ċkejken ta’ Sant’Angelo di Ogliara, fit2 ta’ Ġunju 1909, twieled tifel, ir-raba’ wild tal-koppja Giovanni Ventura u Maria Giuseppa della Rocca, li mgħammed tlett ijiem wara mill-kappillan Dun Matteo Galdi fil-knisja parrokkjali ta’ San Mikiel Arkanġlu u San Martin f ’Rufoli di Ogliara, ingħata l-isem ta’ Felice, għan-nannu matern, isem mogħti diġà lil ħuh ieħor li miet tarbija. Il-mewt bikrija ta’ missieru fl-età ta’ 45 sena fl-1 ta’ Jannar 1911, wasslet lil Maria Giuseppe biex terġa’ tiżżewweġ, din id-darba lil Romolo Della Calce, li minnu kellha ħamest itfal oħra. Wara li temm l-iskola elementari, Felice daħal fis-Seminarju Arċiveskovili ta’ Salerno fl-1920 fejn wettaq l-istudju sekondarju u eventwalment beda dak filosofiku u teoloġiku fi triqtu għas-saċerdozju. Ir-rettur, Dun Vincenzo Alfano, niżżel dwaru li kien student “eżemplari u ta’ dixxiplina, dejjem ubbidjenti u sottomess … ta’ mġiba tajba u assidwu fl-istudji tiegħu”. L-Isqof ta’ Nocera de Pagani, Mons. Giuseppe Romeo, ordnah saċerdot fit-30 ta’ Lulju 1933, fil-kappella tas-Seminarju Pontifiċju Reġjonali Salernitano-Lucano Piju XI, li dik il-ħabta kien għadu kif ġie inawgurat. Fl-istess xahar kiseb liċenzjat fit-teoloġija mill-Fakultà Ġiżwita ta’ Posillipo. Maħtur kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġwann Bat-

tista f ’Bracigliano, vakanti wara t-trasferiment ta’ Dun Sossio Lamberti għal dik ta’ San Vinċenż f ’Mercato San Severino, Ventura ħa l-pussess tiegħu fid-19 ta’ Novembru 1933. Il-kappillan novell anki “b’kontribuzzjoni ġeneruża finanzjarja min-naħa tiegħu”, dlonk ħa ħsieb tar-restawr meħtieġ fuq il-knisja parrokkjali wara snin twal ta’ abbandun, liema edifiċju ħa ħsieb ukoll jarrikkixxi. Appuntat kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Margerita ta’ Pastena fl-1 ta’ April 1939, issokta l-ħidma tal-predeċessur tiegħu, Dun Francesco Manzo, b’riżq l-iskola parrokkjali fl-24 ta’ April tas-sena ta’ wara kien elett segretarju tal-Unjoni Appostolika ta’ Salerno, li l-għan tagħha kien dak li tassisti lis-saċerdoti djoċesani fil-ħajja spiritwali tagħhom bit-twettiq ta’ eżerċizzji bħalma huma l-meditazzjoni u eżami tal-kuxjenza fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Maħtur delegat tal-Assoċjazzjoni tal-Qassisin Adoraturi fl-1942, li bħala direttur kellha lit-teologu Dun Donato Masi, bejn l-1941 u mewtu fl-1943, għallem ir-reliġjon fl-iskejjel governattivi, meta l-perjodu belliku għaddej dik il-ħabta kien jippermetti lill-għalliema jissuktaw għaddejjin bittagħlim fl-iskejjel. Fil-parroċċa tiegħu mbagħad, ra li t-tagħlim tal-katekiżmu jibqa’ wkoll għaddej, u bosta tfal kienu jattendu regolarment għal dawn il-lezzjonijiet. Fl-1942, introduċa fil-parroċċa tiegħu

l-Azzjoni Kattolika għallirġiel, waqt li ħaseb ukoll fin-nisa bl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “Ġimgħa tal-Omm,” assistit millKanonku Masi. Tmiem traġiku Il-ħidma tiegħu b’riżq il-parruċċani ta’ Pastena ffukat ruħha fuq bażi umanitarja, sforz tal-problemi li ħolqot bħal fil-kumplament

tad-dinja, it-Tieni Gwerra, mingħajr ma ħalla d-doveri pastorali u spiritwali, bil-ġurnata tiegħu tibda dejjem b’meditazzjoni, bi żjarat frekwenti lid-direttur spiritwali tiegħu u b’żamma ta’ djarju spiritwali. Wara l-mewt traġika tal-Kanonku Pasquale Bonavoglia, vigarju koadjatur tal-parroċċa ta’ Sidtna Marija tal-Ħniena fil-lejl ta’ bejn it-8 u d-9 ta’ Settembru

1943 u dik ta’ Dun Vito De Nicola, kappillan ta’ Sidtna Marija tal-Grazzji f ’Mercato San Severino fit-13 ta’ Settembru tal-istess sena, kien imiss lil Dun Felice iħalli ħajtu taħt it-tiġrif ikkawżat mill-bumbardamenti mill-ajru. L-ewwel wieħed, il-Kanonku Bonavoglia miet mirdum flimkien ma’ bosta oħrajn ġewwa Eboli; it-tieni fid-dar parrokkjali ta’ Mercato San Severino fi Triq Diaz, flimkien ma’ ommu u oħtu. Dun Felice miet mirdum fil-lejl tas-16 ta’ Settembru 1943, bil-kuruna tar-Rużarju f ’idejh. Miegħu mietu wkoll żewġ żgħażagħ, Matteo Rufolo ta’ 15-il sena u Michele Greco ta’ 29, li għażlu li joqogħdu miegħu biex iżommulu kumpanija. Lil dawk li kienu jgħidulu li kien qiegħed jirriskja ħajtu, peress li biex jagħti l-ewwel għajnuna ma kienx jiddejjaq joħroġ fit-toroq taħt il-bumbardamenti mir-rifuġju li fih jinzerta jsib ruħu, kien jgħidilhom: “Jekk jiġrili xi ħaġa, nieħu ħsieb niġi ’l quddiem niftħilkom il-bieb tal-Ġenna”. Midfuna temporanjament fil-ġnien tad-dar parrokkjali, il-fdal ta’ Dun Felice u taż-żewġ żgħażagħ kien aktar tard ittrasporat lejn il-kappella tal-familja tal-qassis fiċ-ċimiterju ta’ Salerno. F’Pastena llum insibu triq imsemmija għalih, kif ukoll lapida kommemorattiva mal-kampnar tal-knisja parrokkjali, li tfakkar ukoll liż-żewġ żgħażagħ li mietu miegħu, jisru fit-talb, waqt li l-ajruplani kienu għaddejjin jixħtu l-bombi u kisru hekk il-ħemda tal-lejl u l-paċi tal-qlub, u bħalma jiġri f ’sitwazzjonijiet kiebja ta’ perjodi belliċi, jinxtered matulhom, tant demm innoċenti.


25

11.06.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

JOHN F. KENNEDY

IL-PRESIDENT ASSASSINAT L-assassinju tal-President Kennedy kien kexkex id-dinja u qajjem dibattitu li dam sejjer għal ħafna snin. Biżżejjed wieħed isemmi li kien hemm aktar minn elf pubblikazzjoni dwar dan is-suġġett u ma’ dawn kien hemm ħafna artikli, dokumentarji u intervisti. Il-parti l-kbira tal-pubblikazzjonijiet kienu dwar il-kontroversji li nħolqu wara li ġie ppubblikat ir-rapport tal-Kummissjoni Warren, l-ewwel kummissjoni li stħarrġet il-każ. Għalkemm il-kummissjonijiet li studjaw il-każ għamlu

l-almu tagħhom biex toħroġ il-verità kollha, dan ma sarx. Kien għalhekk li ħafna ġurnalisti u nies oħra ħassew li kellhom jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom. Kien hemm min faħħar l-isforzi ta’ dawn in-nies, filwaqt li oħrajn maqdruhom. Imma jibqa’ l-fatt li ħafna mill-investigazzjonijiet u riċerki li saru kienu meħtieġa u ħolqu d-dubji. Biżżejjed jissemma x’qal il-President Lyndon Johnson waqt intervista f ’Settembru 1969 meta stqarr li ma kienx assolutament ċert dwar x’qanqal lil Oswald,

jew oħrajn li setgħu kienu mdaħħla fil-każ, biex joqtlu lill-President Kennedy. L-opinjoni pubblika wkoll bdiet tinbidel wara li ħarġet bosta kritika dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Warren. Wara li ħareġ ir-rapport ta’ din il-kummissjoni, il-maġġoranza tal-poplu Amerikan kien sodisfatt bil-konklużjonijiet tal-membri ta’ dan il-kumitat. Eventwalment il-kredibilità tar-rapport bdiet tonqos u kien għalhekk li l-każ kompla jiġi investigat minn iktar kumitati.

f ’Boston, il-Massachusetts, fil11 ta’ Frar 1863. Fit-18 ta’ Settembru 1889 John Francis, magħruf bħala Honey Fitz, iżżewweġ lil Mary Josephine Hannon minn Acton, il-Massachusetts. Din it-tfajla kienet bint Michael Hannon u Mary Ann Fitz, it-tnejn mill-Irlanda. Bint din il-koppja, Rose Elizabeth, imwielda fit-22 ta’ Lulju 1890 f ’Boston, kienet omm John F. Kennedy.

Fl-istess żmien li l-membri tal-familja Fitzgerald emigraw fl-Istati Uniti, Patrick Kennedy għamel l-istess. Fl-Irlanda, Patrick kien jgħix f ’Dungantown, f ’County Wexford. Fl-1849 Patrick iżżewweġ lil Bridget Murphy, imwielda f ’Owenduff x’aktarx fl-1827. Disa’ snin wara ż-żwieġ, meta kellha erba’ wlied, il-mara romlot. L-iżgħar fost uliedha kien Patrick Joseph Kennedy, in-nannu ta’ John Fitzgerald Kennedy.

SILTA MILL-KTIEB Il-familja Fitzgerald taf l-oriġini tagħha fil-villaġġ ta’ Country Limerick f ’Buff, fil-Punent tal-Irlanda. Bejn l-1846 u l-1855 membri ta’ din il-familja emigraw lejn l-istati Uniti minħabba l-faqar li kien hemm fl-Irlanda kkawżat min-nuqqas ta’ kultivazzjoni ta’ patata. Thomas Fitzgerald, imwieled f ’Buff fl-1823, u Rose Anna Cox, imwielda f ’Cavan fl1835, kienu l-ġenituri ta’ John Francis Fitzgerald li twieled

Mistoqsija: X’jisimha omm John F. Kennedy? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: JOHN F. KENNEDY. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 18 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb KATRIN U STEJJER OĦRA huwa: Ġ. Camilleri - Żabbar

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

03

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Semmi wieħed mill-Ministri jew Segretarji Parlamentari. It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


26

11.06.2017

kullhadd.com

IL-BANK OF VALLETTA JIPPREMJA L-EĊĊELLENZA FL-EDUKAZZJONI

Il-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta ppremjat is-sħubija fil-Lista tadDekan lil tmien studenti minn tagħha. Bħal fi snin preċedenti l-Bank of Valletta ġedded l-appoġġ tiegħu għal din l-attività. L-istudenti kienu indirizzati midDekan, il-Professur Dominic Fenech, filwaqt li Joyce Tabone mid-Dipartiment tal-PR u l-Marketing tal-Bank kienet qed tirrappreżenta lill-Bank of Valletta. Il-Professur Dominic Fenech, id-Dekan tal-Fakultà

tal-Arti, spjega kif il-kriterji esiġenti kienu jfissru li huma biss dawk l-istudenti verament eċċezzjonali li setgħu jiżdiedu mal-lista. Huwa żied li billi l-premju ma kienx wieħed kompetittiv, imma jiddependi fuq kriterji oġġettivi, in-numru relattivament kbir ta’ studenti li din is-sena qed jingħataw dan il-premju kien ifisser li l-kwalità kemm tal-istudenti kif ukoll tal-esperjenza tat-tagħlim tagħhom kienet qed titjieb. Filwaqt li ferħet lill-istudenti, Joyce Tabone, li hi stess

AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ

XOGĦOL U MANUTENZJONI

Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235.

hija gradwata mill-Fakultà tal-Arti, qalet: “Tabilħaqq huwa unur f ’din l-okkażjoni li qed nirrappreżenta lillBank of Valletta, istituzzjoni li b’mod attiv temmen fl-importanza tal-investiment fl-edukazzjoni u tippromwovi t-tagħlim kontinwu fost in-nies tagħha.” Hija ħeġġet lill-istudenti biex ikunu kburin b’dan ir-rikonoxximent li juri l-impenn tagħhom, mhux biss lejn l-istudji tagħhom, imma wkoll lejn il-mod kif jiffaċċjaw l-isfidi fil-ħajja. L-istudenti nfushom es-

primew l-apprezzament tagħhom għall-appoġġ u l-paċenzja tat-tuturi tagħhom li dejjem ippruvaw jagħtu aktar minn dak li huwa mistenni minnhom. Xi wħud komplew jgħidu li fuq livell personali din il-kisba tirrappreżenta spinta fil-livell ta’ kunfidenza tagħhom. Id-Dekan tal-Fakultà tal-Arti u l-Bank of Valletta jawguraw lill-istudenti li żdiedu mal-Lista tad-Dekan: • Is-Sur Ayrton-Didier Brincat (B.A. Lingwistika u Studji Orjentali (Ċiniż)

• Is-Sur Norbert Cilia (B.A. (Unuri) Studji Orjentali (Ċiniż) • Is-Sa Maria Cuschieri (B.A. (Unuri) Studji Teatrali) • Is-Sa Daniela Formosa (B.A. (Unuri) Storja) • Is-Sa Rose-Marie Said (B.A. (Unuri) Malti) • Is-Sa Catharina Vassallo (B.A. (Unuri) Studji Orjentali (Ċiniż) • Is-Sa Giulia Elena Xuereb (B.A. (Unuri) Ingliż) u • Is-Sa Darlene Zammit (B.A. (Unuri) Studji Orjentali (Għarbi)

careers@ozogroup.com jew bilposta lill-OzoGroup Head Office, No6, Triq l-Iskultur, Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, Ħal Qormi ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, Attard Bros Group xogħol fuq il-pond, madum, Meħtieġa bennejja biex membrane, katusi u gypsum jaħdmu bil-fattura fuq xogħol boards ċempel 7928 5444. ta’ bricks u ġebel. Imħallsin Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali rati tajbin ħafna. Ċemplu fuq tal-ilma, ċangatura qadima 99869043 jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Attard Bros Group - Meħtieġa Jason bin-numru 2143 2352 forklift drivers biċ-ċertifikat jew 9947 7167. jaħdmu magħna fuq bażi full-time. Nies b’esperjenza AVVIŻI OĦRAJN jingħataw preferenza. Ċemplu fuq 21415332 Pożizzjoni tax-xogħol: Care Mark Malta qed ifittxu Pożizzjoni tax-xogħol: raġel għall-kariga ta’ Carer. Ozo Care qed ifittxu nies Ħtiġijiet tax-xogħol: full-time. għall-kariga ta’ live-in and Jitkellem fluwenti bl-Ingliż u live-out carers. Ħtiġijiet taxgħandu liċenzja tas-sewqan B. xogħol: full-time jew partIs-salarju jibda minn €5.75 is- time. L-applikanti jridu jkunu siegħa. Biex japplika wieħed kwalifikati u preferibbilment jista’ jibgħat CV flimkien ma’ għandhom esperjenza f ’dan Covering Letter bl-email lil il-qasam. Jitkellmu fluwenti

bl-Ingliż u kondotta talpulizija nadifa. Is-salarju jibda minn €5.00 - €6.00 issiegħa skont l-esperjenza taxxogħol tal-applikanti. Biex japplika wieħed jista’ jibgħat CV flimkien ma’ Covering Letter bl-email lil careers@ ozogroup.com jew bil-posta lill-OzoGroup Head Office, No6, Triq l-Iskultur, Ħal Qormi.

AVVIŻI KULTURALI

Pożizzjoni tax-xogħol: Public area cleaners/ room attendants/ kitchen porters. OzoMalta Ltd. jeħtieġu persuni biex jaħdmu filpożizzjonijiet ta’ public area cleaners, room attendants, u kitchen porters. L-applikant jinħtieg li jkun fluwenti flIngliż u jaħdem b’shift, fuq bażi full-time jew part-time. Biex japplika wieħed jista’ jibgħat email fuq careers@ ozogroup.com jew iċempel fuq 22471472/34.

Avviż importanti - L-attività Żabbar Autofest mis-7 ta’ Mejju ġiet posposta għas-17 ta’ Ġunju. Ħinijiet: 6pm sal-11pm. Il-biljetti li diġà kienu nxtraw xorta waħda huma validi, filwaqt li biljetti oħra jistgħu jinxtraw għall-prezz ta’ €5 li huma donazzjoni għal Puttinu Cares. Wara s-suċċessi matul is-snin, għas-6 sena konsekuttiva ser tittella’ Żabbar Autofest b’riżq Puttinu Cares. Nhar is-17 ta’ Ġunju. Il-prezz għall-parteċipanti huwa ta €5. Dan l-autofest m’għandux restrizzjonijiet fuq il-vetturi li jieħdu sehem. Karozza tista’ tkun klassika, sportiva, karozza tal-wiri eċċ. Heavy vehicles u muturi huma milqugħa wkoll. Il-biljetti jistgħu jinxtraw millisponsor ewlieni tagħna 88 Automotive Għaxaq. Id-dħul biex wieħed ikun jista’ jara l-wirja huwa b’xejn.


27

11.06.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

L.AGIUS - Il-Mosta

TISLIBA 178 Mimdudin:

Bi 3 Numri

B’4 Numri

008 078 151 174 203 302 313 347 365 376 405 752 764 878 945 992

0010 0461 1670 2571 2580 2751 2856 3334 3418 3852 4575 5057 6818 7048 7297 7988 8045 8130 8457

8813 8831 8874 9213 9516 B’5 Numri 01642 10584 11516 11749 19086 21073 22910 27665 34260 35956 36661 39152 40311

41101 43318 47175 48312 48689 51944 60095 61339 62008 65481 70780 71043 79126 79529 84634 87323 91868

B’6 Numri 038272 056251 087590 192211 347726

408849 615578 671820 701831 831010 839885 884411

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

1. 4. 7,12w. 9,23. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21,24. 23.

Kompli l-qawl: Bil- flus tagħmel triq fil- ......... (5) Minnu tidħol (4) Widna!! (4) Tista’ tagħmel hekk lit-tfal imma anki lill-annimali (7) Jgħidu t-tellieqa sa dan (6) Infettet (6) Parti minn farsa? (3) Filgħodu (1,1) Żmien (3) Ħsibt (5) Il-flus l-aktar li nagħmel hekk (8) Ara 9

24.

Ara 21 mimduda

Weqfin: 1. 2,3. 3. 5,21w. 6. 8. 11,22. 12. 13,17. 14. 15. 17. 21. 22.

Jaħdmu l-art (6) Siġar kbar (6) Ara 2 Sellem (6) Hekk jgħajtulu lil Ben jamin (3) Pajjiż (9) Qbid tal-għasafar ħajjin (5) Ara 7 Jgħinek timxi (6) Wieħed li jaqra (6) Fuq fuq (6) Ara 13 Ara 5 Ara 11

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:

Weqfin:

1.Xejra, 4.Xuxa, 9,17.Arrigo, 10.Abbuża, 12.Pilatu, 16.Riħ, 19,21 wieqfa. Żebbuġ, 20.Mazza, 21.BOL, 23.Ġrat, 24.Tqala

1.Xfafar, 2,7.Jarmi, 3,22.Amalga, 5.Użu, 6,11.Adami, 8.Ibbalzmat, 12,18.Phil, 13.Lia, 14.Użanza, 15.Abbina


28

11.06.2017

kullhadd.com

PIŻ IKBAR EDITORJAL

Aħna lkoll Malta. Ilkoll għandna l-parti tagħna x’nagħmlu biex il-bajda u l-ħamra tibqa’ tperper bi kburija madwar id-dinja

Ir-riżultat tas-Sibt 3 ta’ Ġunju bagħat messaġġ ċar u b’saħħtu. Messaġġ favur li l-pajjiż ma jiqafx nofs triq. Favur li l-pajjiż iżomm ir-ritmu ekonomiku li qabad. U messaġġ favur li l-ġid għandu jissokta jitqassam fost kulħadd. Naturalment dan bagħat messaġġ ukoll lill-Partit Nazzjonalista, messaġġ lill-politiċi b’mod ġenerali u messaġġ lill-midja, fost oħrajn dik li tilgħabha tal-indipendenti. Dawn huma lkoll messaġġi li wieħed għandu jieħu nota tagħhom, jgħarbilhom u jwieġeb għalihom. Ilkoll importanti u min jaf kemm se jsiru diskussjonijiet dwarhom. Però llum għandna messaġġ xi nwasslu. Messaġġ lejn dawk li fil-jiem li għaddew ingħataw fiduċja mill-Prim Ministru billi ħatarhom membri tal-Kabinett tal-Ministri jew Segretarji Parlamentari. Lil dawn ngħidilhom biex fil-ħidma tagħhom fiż-żmien li ġej għandhom iżommu f ’moħħhom tliet prinċipji ewlenin. L-ewwel wieħed hu li jibqgħu viċin in-nies. It-tieni hu li jaraw li jkun implimentat dak imwiegħed fil-manifest

elettorali tal-Partit Laburista, sal-inqas dettal. U t-tielet li fil-ħidma kollha li jagħmlu iridu jżommu ċentrali l-prinċipji ta’ governanza tajba. Dak li se jkunu qed jamministraw se jkunu qed jamministrawh f ’isem il-poplu. B’hekk filwaqt li jridu jieħdu ħsiebu daqslikieku qed jieħdu ħsieb xi ħaġa tagħhom personali għandhom jirrealizzaw li dak li għandhom fdat lilhom huwa misluf mill-poplu. M’għandniex dubju li hekk se jiġri fil-maġġoranza tal-każi. Hekk seħħ fl-aħħar erba’ snin għaliex kieku l-partit fil-Gvern ma kisibx rebħa oħra b’dik is-saħħa ta’ voti. Kieku ma nkisbux ir-riżultati li nkisbu. Iżda, quddiem rebħa enormi bħal dik tas-Sibt li għadda l-isfida hi ikbar. Il-piż hu ikbar. Għalhekk huwa opportun li nfakkru li jkun żball jekk ma nifhmux dan. Il-fatt li l-poplu Malti ta maġġoranza daqstant b’saħħitha lill-Partit Laburista biex ikompli jmexxi għandu jservi biss biex it-tmexxija ssir b’iktar umiltà, determinazzjoni u reqqa. Iżda, il-messaġġ mhuwiex biss lejn dawk maħtura fil-Kabinett. Il-Gvern huwa

magħmul minn eluf ta’ persuni u mhux mill-ftit ministri maħtura fil-Kabinett. Persuni f ’karigi ta’ fiduċja huma kruċjali f ’ħidmet il-gvern, iżda mhux darba u tnejn fl-imgħoddi rajna l-ħidma li jkun qed jagħmel Ministru jew politiku mtappna minn nuqqas ta’ attenzjoni ta’ nies f ’karigi simili. Dawn ukoll għandhom jifhmu l-piż li għandhom fuq spallejhom. Piż li ġej ukoll mill-fiduċja li jkunu ngħataw minn min ħatarhom. Fil-ħidma tagħhom għandhom jibqgħu saqajhom mal-art, iħaddnu l-prinċipji ta’ tmexxija tajba u japprezzaw li mhux il-libsa, il-ġlekk u l-ingravata li jilbsu biex imorru l-uffiċċju se jkun il-kejl tas-suċċess tagħhom iżda kemm jifhmu lin-nies li se jiltaqgħu magħhom u kemm huma wkoll se jaħdmu biex il-manifest elettorali “L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna” ikun implimentat. Huma wkoll għandhom ir-responsabbiltà li jħaddnu tmexxija trasparenti u fil-limiti ta’ dak fdat lilhom u min ħatarhom għandu jinżel fuqhom b’saħħa jekk dan ma jiġrix. Għax il-gvern mhux post għall-obbligi personali.

Imbagħad hemm l-aħħar messaġġ li rridu nwasslu. Dan imur lejn il-ħaddiema taċ-ċivil. Hi x’inhi l-alleanza politika tagħkom għandu jkollkom kull ċans twettqu l-ħidma tagħhom f ’serenità. Iżda, tridu tifhmu li hemm programm ta’ gvern x’jitwettaq. Programm li għażlu l-poplu. U għalhekk f ’ebda mument m’għandu jkun hemm imqar mossa waħda biex dan il-programm ikun imfixkel. Flaħħar snin rajna ħaddiema li l-ewwel lealtà tagħhom kienet lejn il-Partit Nazzjonalista u mhux lejn il-pajjiż. Meta se niltaqgħu ma’ każi simili se nerġgħu nesponuhom għaliex ilkoll irridu nifhmu li l-ewwel Malta. Malta li għażel il-poplu. Malta li ma tridx tieqaf nofs triq. Malta li trid tgħamel l-ikbar qabża liberali ’l quddiem. Malta li trid tibqa’ ssir l-Aqwa fl-Ewropa. Aħna lkoll Malta. Ilkoll għandna l-parti tagħna x’nagħmlu biex il-bajda u l-ħamra tibqa’ tperper bi kburija madwar id-dinja. Ejja nifhmu li l-piż huwa ikbar. Għax jekk nifhmu dan, issuċċess ta’ dan il-poplu jissokta u kulħadd jgħix aħjar.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.