KullĦadd_11.12.2022

Page 1

IL-MALTIN FOST L-INQAS EWROPEJ B’DIFFIKULTAJIET

Stħarriġ tal-UE jikklassifika lil pajjiżna bit-tielet l-inqas problemi tal-ħajja mill-bidu tal-kriżi tal-enerġija … is-sussidji abbundanti li ġew introdotti mill-Gvern jagħmlu d-differenza ma’ popli oħrajn

Minn total ta’ 37 pajjiż Ewropew, il-poplu Malti hu t-tielet l-inqas li rreġistra diffikultà biex ilaħħaq mal-ħajja, partikolarment fil-kriżi tal-enerġija, li rriżultat mill-invażjoni Russa fl-Ukrajna. Dan joħroġ minn stħarriġ, li għadu kemm ġie ppubblikat mill-aġenzija tal-Unjoni Ewropea, Eurofound, fost is-27 stat membru u 10 pajjiżi oħrajn ġirien.

Waqt li l-eżerċizzju mill-fondazzjoni Ewropea, li hi responsabbli għat-titjib tal-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, jirrimarka li aktar pajjiżi fil-kontinent qed iħabbtu wiċċhom ma’ ċirkostanzi ġodda ta’ inċertezza kbira bil-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa, f’pajjiżna l-effetti devastanti kienu kkontrollati grazzi għall-interventi tal-Gvern Malti.

Sa minn qabel il-gwerra, il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela ħa d-deċiżjoni li ma jgħabbix lill-poplu u lin-negozji biż-żidiet esaġerati fil-prezzijiet taż-żejt, fuels u gass. Kif għamel matul il-perjodu kollu tal-pandemija, l-intervent tal-Gvern serva ta’ tarka fl-agħar diffikultajiet għaċ-ċittadini tiegħu.

Dan hu bil-kontra ta’ dak li kien seħħ fi żmien l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista, li imponiet l-akbar piżijiet “bil-qalb kollha”, anke jekk dak iż-żmien kienet iffaċċjata minn kriżi finanzjarja ferm iżgħar.

Illum hu stmat li s-sussidji tal-Gvern se

jiswew lill-pajjiż aktar minn €1 biljun sas-sena d-dieħla.

Din l-għajnuna statali ġiet riflessa b’mod ċar fl-istħarriġ ta’ Eurofound u kienu biss idDaniżi (32%) u l-Iżvediżi (41%) li rreġistraw inqas problemi mill-Maltin (43%) biex ikampaw f’dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli.

Min-naħa l-oħra, il-Griegi (82%) kienu l-aktar li qalu li mhux qed ilaħħqu bl-ispejjeż li għandhom, bil-medja fl-UE tkun ta’ 55%.

Ir-riżultati mill-istħarriġ fost aktar minn 57,400 ċittadin bejn l-24 ta’ Marzu u t-3 ta’ Mejju li għaddew, urew diffikultajiet akbar ta’ għoli tal-ħajja għall-kontinent Ewropew. Ir-riżultati kienu bbażati fuq il-kriterji talqgħad, in-nuqqas ta’ garanzija ta’ xogħol u fraġilità finanzjarja fost il-familji.

Imqabblin ma’ dawk fl-istess perjodu fl2021, meta l-pandemija kienet fl-eqqel tagħha, id-diffikultajiet kibru iżjed għall-pajjiżi kollha Ewropej din is-sena.

Minkejja dan, Malta xorta avvanzat żewġ postijiet fil-klassifika, wara li sena ilu kellna l-ħames l-inqas persentaġġ ta’ familji b’diffikultajiet biex ikampaw mal-ħajja, wara d-Danimarka, l-Iżvezja, il-Lussemburgu u l-Irlanda.

f’paġna 6

Ħarġa Nru 1,535 Prezz €1 Il-Ħadd 11 ta’ Diċembru, 2022 MARATONA ILLUM, IL-ĦADD 11 TA’ DIĊEMBRU ĠBIR TA’ FONDI 7987 0017 5170 2053 €15 BOV APP 5061 8900 SMS €6.99 5180 2036 €25 5190 2060 €50 ILLUM SE TINGĦATA L-AĦĦAR TISLIMA LIL DR DANIEL MICALLEF Rapport f’paġna 8
DBRS TIKKONFERMA R-RATING A (HIGH) STABLE GĦAL MALTA Rapport f’paġna 3

L-Ogħla Temperatura: 19°C

L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 2

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa li testendi minn fuq il-Lvant tal-Ewropa sa fuq il-Baħar

Jonju ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab

Ir-Riħ: Qawwi mill-Majjistral li jsir ftit qawwi mill-Punent il-Lbiċ

Il-Viżibilità: Tajba

Il-Baħar: Qawwi li jsir moderat L-Imbatt: Baxx mil-Lbiċ li jsir baxx għal moderat mill-Majjistral It-Temperatura tal-Baħar: 20°C

It-Tlieta

SPIŻERIJI

LI

JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813

Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623

Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697

Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513

Brown’s Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-iMall Buildings, Vjal ir-Riħan, San Ġwann – 21372195 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657

Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499

Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741

Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764

Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037

Fgura Pharmacy, Triq il-Koppla, Il-Fgura – 21675250

Polymer Żabbar Pharmacy, 30, Triq tal-Ħofra, Ħaż-Żabbar – 21676263

Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009

Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328

Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920

Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479

Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb, Għawdex – 27888128

Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat, Għawdex – 21564447

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IT-TLIETA 13 TA’ DIĊEMBRU

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567

Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898

Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411

The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549

O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268

San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485

Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243

Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, In-Naxxar – 21417406

Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426

St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276

St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Paola – 21665848

Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126

Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq ilLampuka, Marsaskala – 27023322

Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226

Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828

Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida – 21244366

Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957

Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat, Għawdex – 21563233

Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra, Għawdex – 27551140

*Mil-lum l-ispiżeriji se jkunu miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

11.12.2022 02 NUMRI IMPORTANTI MEZZI SOĊJALI SIT ELETTRONIKU INDIRIZZ POSTALI KUNTATT ĠENERALI DISINN TAL-PAĠNI REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI EDITUR STAMPAT KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 www.one.com.mt tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722 email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722 email: ronald.vassallo@partitlaburista.org Miller Newsprint Ltd. KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000 www.facebook.com/kullhadd KIMBERLY CEFAI KIMBERLY CEFAI RONALD VASSALLO Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182 DETTALJI IT-TEMP
It-Tnejn 20°C 20°C 20°C 19°C 14°C 18°C 17°C 15°C UV 3 UV 3 UV 2 UV 3 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
GĦAL-LUM
20°C 17°C UV 1
22°C 17°C UV 3 Il-Ġimgħa

L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu DBRS Morningstar nhar il-Ġimgħa li għadda kkonfermat r-rating ta’ Malta bħala A (high) Stable u b’hekk bqajna ngawdu l-aħjar ċertifikat li qatt ingħatajna minn din l-aġenzija.

B’hekk l-esperti ta’ DBRS ingħaqdu ma’ numru ta’ istituzzjonijiet indipendenti li fl-aħħar xhur indikaw li pajjiżna, minkejja s-sitwazzjoni mwiegħra fuq livell internazzjonali, qed jibqa’ għaddej b’saħħtu fid-direzzjoni t-tajba. Mid-9 ta’ Settembru sal-lum kienu ħames entitajiet li ppubblikaw rapporti pożittivi fuq pajjiżna.

Dan meta kemm S&P Global Ratings, Fitch Ratings u Moody’s ikkonfermaw rating A għal pajjiżna, filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea rrevediet ’il fuq ittbassir tagħha għall-ekonomija Maltija.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu fuq Twitter, il-Prim Ministru Robert Abela tenna l-impenn tal-Gvern li jibqa’ jaħdem għal aktar riżultati pożittivi bħal dawn. Minnaħa tiegħu, il-Partit Laburista, fi stqarrija, iddeskriva dan l-aħħar ċertifikat bħala sinjal ieħor ta’ fiduċja f’pajjiżna.

Fir-rapport tagħhom l-esperti ta’ DBRS sostnew li “Malta rreġistrat wieħed mill-aktar irkupri veloċi fl-Unjoni Ewropea” (“Malta recorded one of the quickest recoveries in the EU”). Dan kien attribwit għall-politika tal-Gvern, tant li r-rapport isostni li “l-miżuri ta’ sostenn tal-Gvern kellhom rwol ewlieni biex jagħtu kenn lis-settur privat mill-pandemija u x-xokkijiet tal-enerġija, waqt li illimitaw l-effetti persistenti” (“the government support measures have played a key role in shielding the private sector from the pandemic and energy shocks as well as limiting persistent effects”).

Kawża ta’ hekk ir-rata tal-qgħad naqset sostanzjalment, filwaqt li r-rata tal-inflazzjoni kienet relattivament imrażżna. Dan waqt li ġiet issalvagwardjata l-kompetittività u l-kapaċità produttiva ta’ pajjiżna.

Skont id-DBRS, l-ekonomija lokali se tkompli tikber fis-snin li ġejjin minħabba l-qagħda finanzjarja tajba tal-familji lokali, kif ukoll għax l-investiment pubbliku mistenni jkun sostnut grazzi għall-fondi Ewropej.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista dejjem tgħid li l-miri fiskali tal-Gvern huma wisq ottimisti, ir-rapport jgħid li d-“DBRS Morningstar tara l-pjan fiskali tal-Gvern bħala kredibbli, meta wieħed iqis it-track record tat-tnaqqis fiskali qabel il-pandemija” (“DBRS Morningstar views the government’s fiscal plan as credible given Malta’s track record of fiscal reduction before the pandemic”).

L-esperti internazzjonali sostnew ukoll li d-dejn pubbliku f’pajjiżna “jibqa’ maniġġabbli” (“remains manageable”) u li l-qagħda fil-finanzi pubbliċi qed titjieb u tidher stabbli.

Ir-rapport ifaħħar ukoll il-ħidma tal-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela fejn tidħol il-governanza u jgħid li “l-ħruġ ta’ Malta mil-lista l-griża tal-FATF jirrifletti fuq il-progress sinifikanti u l-impenn politiku biex

jinżammu standards għoljin” (“Malta’s exit from the FATF’s grey list reflects the country’s significant progress and political commitment to maintaining high standards”).

Fl-istess ħin jirrimarka li “DBRS Morningstar tara b’mod pożittiv it-titjib sinifikanti fl-aħħar snin tal-qafas governattiv u dak istituzzjonali, fosthom ir-riformi fis-sistema ġudizzjarja” (“DBRS Morningstar views Malta’s significantly improved governance and institutional framework in recent years positively,

including the reforms to the justice system”).

L-esperti tal-aġenzija nnotaw ukoll kif ir-rebħa elettorali tal-Partit Laburista tat mandat ċar lil Dr Robert Abela u dan mistenni jwassal għal “kontinwità politika wiesgħa u impenn politiku

mtenni biex il-qafas governattiv u istituzzjonali fil-pajjiż ikomplu jittejbu fissnin li ġejjin” (“broad policy continuity and continued political commitment to improve the country’s institutional and governance framework in the coming years”).

11.12.2022 03
DBRS TIKKONFERMA R-RATING A (HIGH) STABLE GĦAL MALTA Fi żmien tliet xhur l-ekonomija Maltija ngħatat ħames ċertifikati pożittivi f’rapporti minn entitajiet internazzjonali
VISITMALTA
Ritratt:

IL-PN SE JIBQA’ JIDDISPREZZA U JIPPERIKOLA

Hekk kif din il-ġimgħa ssokta d-dibattitu dwar l-emenda proposta mill-Gvern biex tipproteġi l-ħajja tal-mara li tiltaqa’ ma’ komplikazzjonijiet fit-tqala tagħha li jpoġġulha ħajjitha f’periklu jew saħħitha f’riskju serju, u nidħlu għallaħħar jiem deċiżivi f’dan ir-rigward, qed titqajjem iżjed il-mistoqsija jekk l-Oppożizzjoni Nazzjonalista hix se tibqa’ tiddisprezza lin-nisa Maltin u Għawdxin bil-mod kif għamlet fl-aħħar jiem fil-Parlament.

Matul id-dibattitu dwar dan is-suġġett delikat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech saħansitra wera insensittività kbira fil-konfront ta’ nisa li jiġu f’ċirkostanzi simili, waqt li żeblaħ il-każ tas-sajf li għadda li tefa’ d-dawl fuq il-liġi Maltija, li minbarra li ma tippermetti l-ebda tip ta’ abort, lanqas hi ċara f’ċirkostanzi ta’ emerġenzi mediċi fejn ħajjet l-omm tkun f’periklu imminenti.

Iżjed minn hekk proċedura normali li tiġi attwata fl-Isptar Mater Dei li tippermetti li tittermina t-tqala meta tkun meħtieġa deċiżjoni li titwaqqaf it-tqala li ma tkunx għadha vijabbli, lanqas għandha l-konfort tal-liġi. Għaldaqstant, kemm it-tabib jew professjonist mediku li jintervjeni kif ukoll l-omm innifisha, li tkun għadha kemm tilfet it-tarbija, huma suxxettibbli għal proċeduri kriminali u sentenzi sa erba’ snin u tliet snin ħabs rispettivament, daqs kull persuna oħra li jwettqu l-abort kapriċċjożament.

Minkejja dan, il-PN ta’ Grech qed ikompli jbeżża’ li l-emenda proposta għandha l-ħsieb li tintroduċi l-abort b’mod wiesa’, anke jekk kif ingħad diversi drabi l-liġi mhux se tintmiss minn kif inhi, u minflok se tiddaħħal biss l-eċċezzjoni għal każi ta’ emerġenza medika.

Bħal-lum ġimgħa, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela reġa’ kien ċar dwar dan u rrepeta l-għan warajha. “Jekk omm, bintek, oħtok jew ħbieb tagħna ommijiet jinsabu f’periklu gravi waqt it-tqala, issalvalhom ħajjithom? L-emenda legali se tħares li mara, omm prospettiva, ikollha tabib, li flimkien mal-familja, jiddeċiedi favuriha meta għandha saħħitha u ħajjitha f’periklu gravi. Illum l-omm jew il-professjonist, jekk jieħdu deċiżjoni favur l-omm jistgħu jispiċċaw il-ħabs,” saħaq il-Prim Ministru.

Hu fakkar ukoll li quddiem l-isfidi dejjem rebaħ il-kuraġġ li l-Partit Laburista fil-Gvern jagħmel is-sewwa. Qal ukoll li l-poplu kien kuraġġuż f’ħafna mir-riformi importanti li nġiebu ’l quddiem fil-pajjiż fl-aħħar snin u anke fis-snin imgħoddija.

kif qed jiġri llum, biex jopponu f’vuċi waħda dak li l-Gvern dejjem emmen li hu s-sewwa.

Waqt li fl-aħħar żminijiet mindu laħaq Kap Nazzjonalista wkoll wera inkonsistenzi fuq is-suġġett, illum hemm pressjoni qawwija fuq Bernard Grech biex ma jkomplix jiddisprezza l-ħajja taċ-ċittadini nisa Maltin u Għawdxin kif għamel meta, fil-każ Prudente, allega li din ma kinitx prudenti (żebliħ b’kunjom il-mara li sabet ruħha f’diffikultajiet mediċi f’pajjiżna) u li ġiet kapriċċjożament f’pajjiżna biex twettaq abort.

Il-mara ma setgħetx tgħaddi mill-proċedura medika fostna, anke jekk it-tqala tagħha ma kinitx għadha vijabbli, sempliċement għax kienet għadha ma waslitx fil-fażi li tiġi ddikjarata fil-periklu tal-mewt. L-Amerikana spiċċat tivvjaġġa lejn Spanja fejn sarilha l-intervent qabel ikun tard wisq.

L-emenda legali se tħares li mara, omm prospettiva, ikollha tabib li, flimkien mal-familja, jiddeċiedi li jsalvalha ħajjitha u saħħitha li jkunu f’periklu gravi … quddiem sfidi bħal dawn dejjem rebaħ il-kuraġġ li jsir dak li hu sewwa

Kien dejjem il-PN li, kull darba li kienu meħtieġa riformi biex jitneħħa l-istatus quo u l-pajjiż jieħu ħsieb aħjar lil niesu, iddemonizzahom. Tant li kull riforma li tressqet ’il quddiem mill-Moviment Laburista kienet dejjem milqugħa b’kampanji ta’ biża’ li ġabet flimkien il-forzi Konservattivi u tal-PN,

IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA

JWIEĠEB …

Għamilna għadd ta’ mistoqsijiet diretti lill-Ministru JONATHAN ATTARD fl-isfond tad-dibattitu dwar l-emenda mressqa u ċertu tgħawwiġ tal-fatti bl-iskop uniku ta’ tbeżżigħ u li jinżergħu d-dubji fejn m’hemmx.

Il-Prim Ministru Malti qal ukoll li jifhem lil dawk li huma ġenwini fit-tħassib tagħhom u kien ċar ukoll dwar il-fatt li, b’din l-emenda li qed titressaq, l-abort se jibqa’ pprojbit. “Mhux se nneħħu l-ebda klawsola li se twassal biex f’Malta, l-abort ikun dekriminalizzat. Jekk xi ħadd jgħidilkom mod ieħor, ma jkunx qed jgħid is-sewwa.”

Il-Prim Ministru wkoll kellu messaġġ ċar għallKap tal-Oppożizzjoni wara d-diskors tiegħu ta’ ftit jiem ilu fil-Parlament. Filwaqt li qal li Grech kellu kull dritt li ma jaqbilx, ma kellux juża l-mara b’mod dispreġjattiv.

Favur l-emenda mressqa mill-Gvern

Din il-ġimgħa l-Kummissarju Ewropew għad-Drittijiet talBniedem Dunja Mijatovic iddeskriviet il-proposti tal-Gvern Malti bħala “l-ewwel pass kruċ-

jali biex jiġu protetti d-drittijiet tan-nisa”.

Fl-istess ħin 109 akkademiċi lokali ffirmaw petizzjoni favur l-emenda proposta mill-Gvern biex tikkjarifika l-parametri fil-kodiċi kriminali li għandhom japplikaw għal ċirkostanzi ta’ neċessità fejn ikun meħtieġ intervent mediku biex tiġi protetta l-ħajja u s-saħħa ta’ mara tqila li tkun qiegħda tbati minn kumplikazzjoni medika.

Huma qalu li jappoġġjaw l-emenda kif inhi u argumentaw li min jopponi din il-leġiżlazzjoni jew jipprova jirrestrinġiha jkun qed ipoġġi l-ħajjiet u

Din hija emenda li se ddaħħal l-abort? Le, mhu se jitneħħa l-ebda reat mil-liġi tagħna u l-abort se jibqa’ reat.

X’inhu l-iskop ta’ din il-liġi? Din hi liġi favur id-dritt tal-ħajja tal-omm, li se tiċċara fil-kodiċi kriminali dak li għal snin twal kien prassi interna fl-aħjar interess tal-pazjent, iżda mingħajr is-sostenn legali.

Jekk kienet prassi u ħadd ma spiċċa l-ħabs għaliex qed indaħħluha din il-liġi?

Għax, ladarba diġà a konoxxenza ta’ kulħadd ilfatt li l-liġi ma tkoprix la lill-professjonist u wisq inqas lill-omm, ma nistgħux inħallu fil-liġijiet tagħna sitwazzjonijiet li jistgħu jipperikolaw ilħajja ta’ omm f’ċirkostanzi gravi u riskjuzi.

s-saħħa tan-nisa f’riskju ikbar.

L-akkademiċi ma jaqblux lanqas ma’ numru iżgħar ta’ akkademiċi li ffirmaw petizzjoni kontra l-emenda, u li allegaw li l-inklużjoni tas-saħħa bħala eċċezzjoni f’din l-emenda tiftaħ il-bieb għal abort faċli bħalma jsir, pereżempju, fir-Renju Unit. Il-firmatarji favur l-emenda ppreċiżaw li l-kliem tal-liġi tar-Renju Unit, li dawk kontra qed jużaw bħala skuża, hu differenti ħafna minn dak li qed jiġi propost f’pajjiżna.

L-organizzazzjoni xellugija Żminijietna wkoll ħarġet tappoġġja l-emenda proposta fil-li-

Din għażla bejn ħajjet l-omm jew ħajjet il-fetu? Le, din hi għażla bejn li ssalva l-ħajja tal-omm jew tħalli l-omm f’periklu li titlef ħajjitha u ħajjet ilfetu.

Omm tista’ tiddeċiedi li tittermina t-tqala? Le, id-deċiżjoni li tiġi tterminata tqala tista’ tittieħed biss minn professjonist mediku u jekk ikun hemm l-estremitajiet ipprovduti fil-liġi, li huma riskju ta’ ħajja u periklu ta’ saħħa gravi.

Omm tista’ ma taqbilx li tiġi tterminata tqala? Iva. L-omm tista’ tirrifjuta li tkun itterminata t-tqala tagħha, minkejja li jkun hemm ċirkostanzi gravi u riskjuzi. Dan għax, bħal kull intervent mediku ieħor li jsir, dan dejjem irid isir bil-kunsens tal-pazjent.

11.12.2022 04

JIPPERIKOLA ĦAJJET IL-MARA?

ternazzjonali”.

L-organizzazzjonijiet qalu li l-emendi proposti jwasslu biex jgħinu lit-tobba jipprovdu lill-pazjenti bl-aħjar kura tas-saħħa possibbli meħtieġa fis-sitwazzjoni.

L-istqarrija kienet iffirmata minn Doctors for Choice, Aditus, Allied Healthcare for Choice, Integra, Isles of the Left, Moviment Graffitti, Young Progressive Beings, Women’s Rights Foundation, Men Against Violence u l-Malta Humanist Association.

Comodini Cachia kontra Tonio Borg

F’Ġunju li għadda l-Eks Kummissarju Ewopew Tonio Borg kien kiteb fit-Times fejn tkellem dwar il-kawża li l-Amerikana Prudente fetħet kontra pajjiżna u attakka l-isforzi ta’ attivisti biex ikunu riformati l-liġijiet ta’ Malta fejn jidħol l-abort.

kbira fil-PN, imma qasma ċara fi ħdan dan il-PN.

Bħal fi kwistjonijiet oħrajn, anke f’dan id-dibattitu l-Kap tal-PN hu inkonsistenti u qed jilgħab logħba politika.

F’April li għadda stess, ma kienx ċar dwar il-pożizzjoni tal-PN mhux biss dwar l-abort, imma wkoll dwar l-ewtanażja u l-IVF, tant li qassis prominenti kien ikkritika lil Grech li qed jittituba u ma jweġibx b’mod deċiżiv. “Dawk li jibżgħu milli jagħtu tweġibiet ċari fil-fatt qed jagħtu tweġibiet estremament ċari,” kien qal Monsinjur Anton Gouder, waqt li kompla li “jekk tagħżel li tkun bħal kulħadd, allura m’hemmx għalfejn tagħżel lilek fuq l-oħrajn.”

u dik l-għodda rridu nagħtuha l-piż meħtieġ, inkella għalfejn qiegħda fil-liġi?,” kien qal Grech. Sostna wkoll li jekk ikun Prim Ministru għandu l-obbligu li jimxi ma’ dak li jkun irid il-poplu Malti.

Għaddew biss tlett ijiem u fi programm ieħor fil-31 ta’ Awwissu 2020 kien biddel fehemtu u qal: “Jekk inkun Prim Ministru m’għandix problema. Jekk jgħaddi r-referendum dwar l-abort u jkun ‘iva’ u din hi xi ħaġa remota ħafna, jiena lest li dak il-ħin anke nirriżenja.”

ġi u kkritikat d-deċiżjoni meħuda minn dawk li tefgħu f’keffa waħda żewġ kwistjonijiet distinti, bl-intenzjoni li jħawdu l-imħuħ tan-nies, u jirxoxtaw u jimbottaw il-morali u l-aġenda Konservattiva tagħhom.

Sadanittant, Għaqdiet Favur l-Għażla (Pro-Choice Organisations) akkużaw lill-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta (MAM) li qed tinjora t-tħassib ta’ tobba, membri tagħha stess, li ma jistgħux jagħmlu xogħolhom “fil-ħin” taħt il-liġijiet attwali. Dan intqal wara li nhar it-Tlieta l-MAM qalet li b’dawk li qed iressaq il-Gvern, se joħloq aktar

problemi lill-professjoni medika.

Dawn l-għaqdiet fakkru li f’Ġunju li għadda, 135 mediku kienu ppreżentaw protest ġudizzjarju biex il-Gvern jirrevedi l-liġi attwali li tinibixxi t-terminazzjoni tat-tqala taħt kwalunkwe ċirkostanza, inklużi raġunijiet mediċi serji.

“Il-MAM qed tinjora t-tħassib ta’ aktar minn 100 tabib, li ħafna minnhom huma membri tagħha stess, li jħossuhom aggravati li ma jistgħux joffru l-aħjar prattika lill-pazjenti tagħhom kif irrakkomandat minn linji ta’ gwida mediċi in-

X’jiġri jekk it-terminazzjoni tat-tqala ma ssirx fil-parametri tal-liġi?

Kemm il-professjonist mediku kif ukoll l-omm ikunu suġġetti għal-liġi li tipprojbixxi l-abort.

Għaliex l-emenda ma tiqafx fuq ħajja f’riskju?

Għax professjonist mediku m’għandu qatt ikun kostrett iħalli saħħet l-omm tiddeterjora b’tali mod li din tkun f’riskju ta’ ħajja qabel jintervjeni.

Skont l-Oppożizzjoni din tieqa għall-abort… Le, mhux il-każ. Daqstant ieħor kif l-eċċezzjoni u skużant tal-leġittima difiża meta ddaħħlet fil-liġijiet ma saritx bl-iskop li jsiru aktar delitti.

L-emenda saret minħabba l-każ Prudente? Le, però l-każ inkwistjoni xeħet dawl fuq dan in-

Kontrih ħarġet l-Eks Deputata Nazzjonalista Therese Comodini Cachia li esprimiet id-dispjaċir tagħha għall-mod kif dan ittratta d-dibattitu sensittiv. “Hi kerha u diżgustanti li dibattitu sensittiv jiddawwar f’‘aħna u huma’ u npoġġu sitwazzjoni ta’ nisa kontra t-tarbija fil-ġuf, billi tuża l-eżempju ta’ ‘abort on demand’ biex tagħlaq id-dibattitu b’mod dommatiku, filwaqt li tinsa li ħafna nisa ffaċċjaw telfa ta’ tarbija fil-ġuf” (“It’s ugly and distasteful to render the sensitive debate into an ‘us and them’ fight, putting women vs unborn, using the ‘abortion on demand’ example to dogmatically close debate while forgetting that too many women have faced a ‘not on demand’ loss of an unborn child”), kitbet Comodini Cachia, li kienet imbottata biex tieħu post Adrian Delia sentejn ilu.

Il-pożizzjoni ta’ Comodini Cachia turi mhux biss l-inċertezza

nuqqas legali fil-liġijiet tagħna.

Għandu jsir referendum fuq is-suġġett?

Fuq TVM Grech kien ukoll qal li l-PN “m’għandux jgħid lin-nies kif għandhom jgħixu ħajjithom” meta mistoqsi dwar il-pożizzjoni tal-Partit dwar l-abort, l-ewtanażja u l-IVF. “Naħseb li dan il-punt ta’ tluq jista’ jgħinna nifhmu aħjar kif nirrelataw mal-elettorat permezz tal-policies tagħna,” kien qal Grech.

Madanakollu, l-inkonsisteza tiegħu tmur lura aktar minn hekk u f’dikjarazzjonijiet passati wera kemm verament qed jilgħab għall-udjenza.

Waqt intervista f’Xarabank online l-Ġimgħa 28 ta’ Awwissu 2020, meta kien għadu kandidat għal Kap tal-PN, Grech wieġeb għall-mistoqsija xi tkun il-pożizzjoni tiegħu Parlamentari f’każ li, f’referendum, il-poplu jagħżel favur l-abort. Dakinhar wieġeb li “ma nistgħux ninjoraw dak li jgħidu n-nies fir-referendum” u li d-demokrazija trid tingħata l-piż meħtieġ.

“Irridu nifhmu li r-referendum hu għodda demokratika b’saħħitha fuq issue partikolari

Sa ġimagħtejn ilu u jum biss qabel tressqet l-emenda attwali fil-Parlament, Grech ma kellux pożizzjoni, tant li l-gazzetta Illum irrimarkat li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma rrispondiex mistoqsijiet li ntbagħtulu ftit sigħat biss qabel beda jiġi diskuss is-suġġett fl-ogħla istituzzjoni.

Opinjonisti qalu li Grech kien qed żomm lura milli jieħu pożizzjoni għax jaf li jekk jagħmel dan minn rajh, jista’ jagħmel żball ieħor kbir minħabba l-grupp ta’ Repubblika, li bejniethom ukoll huma maqsumin dwar l-emenda proposta.

Dawn l-opinjonisti kkonkludew li meta l-Kap tal-PN ma weġibx għall-mistoqsijiet talġurnalisti, jidher ċar li għad m’għandux l-ordnijiet ċari minn min tassew qed imexxi lill-PN bħalissa. Din il-pożizzjoni kompliet turi kemm huwa dgħajjef Grech bħala politiku u iżjed minn hekk bħala okkupant ta’ kariga Kostituzzjonali.

Dan ġara wkoll meta fin-nomina tal-Eks Prim Imħallef Joseph Azzopardi ppronunzja ruħu anke bil-miktub u qabel li dan jimla l-pożizzjoni ta’ Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, iżda ftit jiem wara ħareġ kontra minħabba li ġibdulu widnejh mill-estremisti fil-Grupp Parlamentari tiegħu li ddettawlu bil-maqlub.

stabbilit li l-fetu vijabbli jsir intervent mediku flinteress tal-omm u l-fetu. Il-ħajja tibqa’ prijorità.

Mhix kwistjoni ta’ opinjoni jew approvazzjoni popolari jekk mara għandhiex dritt tgħix jew le.

Kwalunkwe problema ta’ saħħa mentali tista’ twassal għat-terminazzjoni ta’ tqala?

Le. Mhux kull problema ta’ saħħa mentali, daqskemm mhux kull problema ta’ saħħa fizika, tista’ twassal għat-terminazzjoni ta’ tqala. L-elementi ta’ ħajja f’riskju jew periklu ta’ saħħa gravi japplikaw f’kull ċirkostanza.

Jekk fetu jkun vijabbli u kapaċi jgħix indipendentement mill-omm, x’jiġri? Ma tiskattax in-neċessità rikjesta fil-liġi u jekk jiġi

It-80 akkademiku, li tkellmu dwar is-suġġett, għandhom jiġu injorati? Ħadd m’għandu jkun injorat, inklużi l-eluf ta’ akkademiċi oħrajn li ma tkellmux. Bl-istess mod li l-Gvern, kontra kull parir tal-istess akkademiċi, illeġizla favur il-ħajja permezz tal-IVF u varji drittijiet ċivili, l-istess se jagħmel b’rispett lejn il-ħarsien tal-ħajja tal-omm.

X’inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni fuq is-suġġett? Li ma jsir xejn u nibqgħu f’sitwazzjoni fejn b’intervent biex tiġi salvata ħajjet l-omm, il-mara u l-professjonist mediku jibqgħu esposti kriminalment, bil-possibilità li jispiċċaw il-ħabs.

11.12.2022 05
Sal-lum kull tabib li jintervjeni biex isalva l-omm b’kumplikazzjoni fit-tqala, u anke l-mara nnifisha, huma f’riskju ta’ proċeduri kriminali u sentenzi sa erba’ u tliet snin ħabs rispettivament

IL-MED9 F’MALTA S-SENA LI ĠEJJA

Fi tmiem summit tal-MED 9, li jlaqqa’ flimkien ilpajjiżi tan-naħa ta’ isfel tal-Unjoni Ewropea, tħabbar li s-summit li jmiss se jkun qed isir f’Malta s-sena li ġejja. Fi Spanja, il-Prim Ministru Robert Abela qal li se jkun ta’ unur għal pajjiżna li jospita dan is-summit proprju fl-10 sena tiegħu.

“Inħares biex nilqagħkom f’Malta fejn inkomplu dan id-djalogu,” qal il-Prim Ministru f’konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-mexxejja ta’ Franza, Spanja, l-Italja, il-Portugall, il-Kroazja, Ċipru, il-Greċja u s-Slovenja.

Is-summit ta’ nhar il-Ġimgħa fi Spanja ttratta b’mod speċjali l-enerġija u l-ekonomija. Hawn il-Prim Ministru spjega li l-messaġġ ċar li

jrid anke jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea hu li “ċ-ċittadini u n-negozji tagħna jixirqilhom soluzzjoni għat-tul u soluzzjonijiet robusti. Li nħaffu l-investiment fl-enerġija rinnovabbli huwa wkoll kruċjali biex innaqqsu d-dipendenza minn fuq sorsi tal-enerġija li jiġu minn barra l-Unjoni Ewropea.”

Dr Abela enfasizza kif fl-immedjat il-konsumatur irid jibqa’ jiġi megħjun. Malta hi waħda mill-aqwa eżempji ta’ din l-għajnuna u għalhekk illum pajjiżna għandu fost l-inqas rati ta’ inflazzjoni fl-UE. Meta rrefera għar-rwol li se tieħu Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, il-Prim Ministru qal li Malta se taħdem għall-ġid komuni, bħat-tibdil fil-klima.

FUQ IL-COLA TIBDA S-SIBT

Familji vulnerabbli b’żieda oħra tal-għoli tal-ħajja kif tħabbar fil-Baġit 2022

Mal-45,000 familja vulnerabbli, li jirrappreżentaw mas-86,500 persuna, se jibdew jirċievu l-għotja mill-mekkaniżmu addizzjonali tal-għoli tal-ħajja fil-kont bankarju tagħhom minn nhar is-Sibt li ġej. Din il-ġimgħa l-Ministri Clyde Caruana u Michael Falzon taw dettalji dwar din l-għajnuna addizzjonali għall-Cost Of Living Adjustment (COLA), li kienet tħabbret bħala miżura tal-Baġit għal din is-sena.

Il-Ministru Caruana, responsabbli mill-Finanzi u x-Xogħol, qal li kienet ilha għaddejja d-diskussjoni f’pajjiżna biex il-mekkaniżmu eżistenti tal-għoli tal-ħajja jiġi rivedut biex dawk li jifilħu l-inqas jiġu mwieżna l-aktar, iżda dan qatt ma seħħ għax qatt ma ntlaħaq qbil bejn l-imsieħba soċjali kollha. Għaldaqstant, il-Gvern qed jintroduċi dan il-mekkaniżmu addizzjonali li jwieżen lil dawk il-familji l-iktar fil-bżonn.

Din l-għajnuna issa se tibqa’ tingħata kull sena u tiġi riveduta kull meta r-rata tal-inflazzjoni tkun għolja ħafna. Jekk ir-rata tal-inflazzjoni terġa’ tinżel għal-livelli rreġistrati fl-aħħar snin, l-ammonti jerġgħu jkunu l-istess bħal din is-sena. B’hekk, dan il-mekkaniżmu se jkun qed jara dak li jkun qed jiġri fl-ekonomija tagħna u jikkoreġi l-ammonti li se jkunu qed jirċievu l-familji.

DIFFIKULTAJIET AKBAR ISSA MINN ŻMIEN IL-PANDEMIJA

Tkompli minn paġna 1

Il-ħames ħarġa ta’ dan l-eżerċizzju xjentifiku, li kien beda jitwettaq fl2020 malli faqqgħet il-pandemija talCOVID-19, inkludiet ukoll 10 pajjiżi ġirien tal-UE, it-Tuneżija, il-Kosovo, il-Georgia, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Palestina, il-Moldova, il-Marokk, l-Albanija, il-Ġordan u l-Libanu.

Id-diffikultajiet biex ilaħħqu malħajja f’dawn il-pajjiżi huma ferm akbar tant li l-medja fosthom hi ta’ 86%.

L-aġenzija tal-UE qalet li hemm diskrepanzi kbar kemm bejn ilpajjiżi fl-UE u l-pajjiżi ġirien u anke fost l-istati membri tal-UE nfushom u kollox jiddependi fuq il-passi li ttieħdu jew in-nuqqas t’azzjonijiet minn gvernijiet rispettivi meta ġew iffaċċjati bil-kriżi tal-enerġija, l-akbar waħda fl-

istorja riċenti.

Eurofound sabet li l-akbar piżijiet li qed iwasslu għal diffikultajiet tal-ħajja fost il-popli huma l-kontijiet tad-dawl, li ġew indikati minn persentaġġ qawwi ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ. Piżijiet oħrajn li ssemmew huma djun varji

tal-kontijiet, waqt li l-ammont jitla’ għal żewġ terzi fl-10 pajjiżi ġirien.

“Mhux biss l-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli għandhom problemi bilkontijiet tagħhom, imma spettru wiesa’ ta’ residenzi rrapportaw li jinsabu b’lura fil-ħlas tal-kontijiet. Minn dawk intervistati, 36% qiesu li wisq probabbli kien se jkollhom diffikultajiet biex iħallsu l-kont tad-dawl fit-tliet xhur ta’ wara,” qalet Eurofound.

Miċ-ċifri ppubblikati joħroġ li dawk maqbudin b’lura fil-kontijiet, l-iżjed affettwati huma familji bittfal u persuni li tilfu l-impjieg.

“Il-mekkaniżmu hu mfassal fuq ilprinċipju tal-ġustizzja soċjali. Min jiflaħ l-inqas se jkun qed jieħu l-iktar u iktar ma tkun numeruża dik il-familja, aktar ikun l-ammont. Hu stmat li l-faqar fost l-anzjani se jkun qed jonqos b’1%,” qal Caruana.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għallPolitika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li din l-inizjattiva tixhed ir-rieda u l-umiltà ta’ dan ilGvern, li dejjem ikun hemm biex jisma’, jifhem u jiddeċiedi, fl-aqwa interess ta’ kulħadd, anke ta’ dawk li jeħtieġu imbottatura iktar minn oħrajn.

Sadanittant, mill-bieraħ, mas26,000 ġenitur beda jirċievi pagamenti marbutin mal-benefiċċju tal-In-Work Benefit b’rati mtejbin. Dan wara li l-Gvern estenda t-thresholds ħalli aktar ġenituri jsiru eliġibbli għall-benefiċċju, tant li l-benefiċjarji se jiżdiedu b’19,000 ġenitur, li jirrappreżentaw 29,000 tifel u tifla, fuq is-sena li għaddiet. It-total tal-benefiċċji wkoll se jiżdied bi kważi €10 miljun.

Il-kategoriji eliġibbli huma:

• Koppji fejn it-tnejn jaħdmu, billimitu tad-dħul jitla’ minn €35,000 għal €50,000 fis-sena;

mal-banek, kontijiet tat-telefown u l-internet, u spejjeż ta’ kura tas-saħħa jew assigurazzjoni tas-saħħa, fost oħrajn.

Skont l-istħarriġ, terz tal-familji flUE mhux qed ilaħħqu mal-arretrati

Ir-riżultati wkoll ikklassifikaw lil pajjiżna b’livell ogħla mill-medja Ewropea ta’ sodisfazzjon tal-ħajja u b’porzjon inqas mill-medja fir-riskji ta’ dipressjoni fost il-popli, skont l-indiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO-5).

• Koppji fejn wieħed mill-ġenituri jaħdem, bil-limitu tad-dħul jitla’ minn €26,000 għal €35,000 fis-sena;

• Single parents li jaħdmu, bil-limitu tad-dħul jitla’ minn €23,000 għal €35,000 fis-sena.

Dawn il-ġenituri jitħallsu b’mod awtomatiku €200 fis-sena għal kull wild.

11.12.2022 06
L-akbar piżijiet li qed iwasslu għal diffikultajiet tal-ħajja fost il-popli huma l-kontijiet tad-dawl
L-GĦAJNUNA

IMPJIEGI:

Il-mixja ekonomika lokali kompliet tissaħħaħ din il-ġimgħa, b’konferma oħra mmarkata minn ċifri uffiċjali Ewropej.

Stqarrija, li ġiet ippubblikata nhar l-Erbgħa li għadda mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, uriet kif Malta kellha l-ogħla tkabbir fl-impjiegi li kien osservat fost is-27 stat membru Ewropew fit-tielet kwart ta’ din is-sena. Fil-fatt, sa Settembru, l-impjiegi f’Malta kienu 6% ogħla milli kienu fl-istess perjodu sena qabel. Din ir-rata ta’ tkabbir hi erba’ darbiet akbar il-medja osservata fl-UE.

B’żieda ta’ 5.7%, kienet biss il-Litwanja li laħqet tkabbir qrib dak ta’ Malta. Il-pajjiż bit-tielet l-akbar tkabbir kien l-Estonja, b’żieda ta’ 3.7%, jew kważi terz inqas minn dik f’pajjiżna.

Min-naħa l-oħra, fil-Polonja u r-Rumanija l-għadd ta’ impjiegi huma inqas milli kienu sena ilu. Fil-Ġermanja ġiet osservata t-tielet l-inqas rata ta’ bidla fl-impjiegi fl-Ewropa, 1.1%, filwaqt li fil-pajjiż ġar l-Italja u anke l-Ġreċja t-tkabbir li rreġistraw fl-impjiegi kien ta’ 1.2% biss.

Sadanittant, skont l-istess Eurostat, l-ekonomija Ewropea żdiedet bi 2.5% fit-tielet kwart, waqt li f’pajjiżna din kibret b’5.2%, aktar mid-doppju tal-medja fl-UE.

Analisti ekonomiċi, li tkellmu mal-KullĦadd, innotaw kif aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jissaħħaħ id-distakk fl-andament ekonomiku bejn Malta u l-bqija tal-Ewropa, speċjalment meta wieħed iħares lejn iż-żieda fl-impjiegi.

“Il-fatt li l-azjendi (f’Malta) qed jimpjegaw daqstant persuni ġodda hu l-akbar indikazzjoni tal-fiduċja kbira u l-ottimiżmu li qed iħossu għaż-żmien li ġej … hu wkoll konferma ta’ kemm, ikkumparat ma’ negozji Ewropej, dawk f’pajjiżna qed jiffaċċjaw inqas piżijiet fl-operat,” saħaq wieħed mis-sorsi, b’referenza partikolari għad-deċiżjoni tal-Gvern li jżomm il-prezz tal-enerġija stabbli.

11.12.2022 07
L-AKBAR
F’MALTA
ŻIEDA FL-IMPJIEGI (Jannar - Settembru 2022) MALTA + 6.0% Il-Litwanja +5.7% L-Estonja +3.7% MEDJA UE +1.5% Il-Ġermanja +1.1% Ir-Rumanija -0.1% Il-Polonja -0.9%
TKABBIR
Andament ekonomiku lokali li jibqa’ jissaħħaħ u jiddistakka ruħu mill-bqija tal-istati membri fl-UE

REQUEST FOR CALL for Offers (CFO)

Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Mellieħa

CFO document to be collected from

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun or by calling on 20901601/2.

Monday 12th December 2022, Wednesday 14th December 2022, to Friday 16th December 2022, 9.00am to 5.00pm and Monday 19th December 2022, 9.00am to noon.

Closing date for submissions: Monday, 19th December 2022, at 12.00pm

L-AĦĦAR TISLIMA LIT-TABIB MAĦBUB SE TINGĦATA LLUM

Daniel Micallef, li miet nhar il-Ġimgħa fl-għomor ta’

lil pajjiżu f’diversi rwoli …

minn Aġent

Daniel Micallef se jkun qed jingħata l-aħħar tislima llum waranofsinhar fir-Rabat minn fejn kien joriġina. It-tabib maħbub minn kulħadd, kif deskritt mill-Prim Ministru Robert Abela, miet nhar il-Ġimgħa fl-għomor ta’ 94 sena.

F’karriera twila politika hu serva lil pajjiżu f’għadd ta’ rwoli, fosthom bħala Ministru Laburista, Speaker tal-Parlament, Aġent President u Ambaxxatur għas-Santa Sede.

Micallef, li twieled fit-8 ta’ Ġunju tal-1928 fir-Rabat, studja fil-Kulleġġ San Alwiġi u wara daħal jistudja għal tabib fl-Università ta’ Malta, minn fejn iggradwa fl-1955. Fl-1959, hu mar jistudja fl-Iżvizzera wara li rebaħ borża ta’ studju.

Hu ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-elezzjoni tal-1962, f’isem il-Partit tal-Ħaddiema Nsara, iżda wara ngħaqad mal-Partit Laburista tal-Perit Dom Mintoff u miegħu reġa’ sar deputat fl-1971 u baqa’ jiġi elett fl-elezzjonijiet ta’ wara –1976, 1982 u 1987.

Bejn l-1982 u l-1986 it-Tabib Micallef serva bħala Speaker, waqt li bejn l-1986 u l-1987 kien maħtur fil-Kabinett tal-Ministri taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici, bħala l-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Ambjent.

Il-karriera Parlamentari tiegħu waslet fi tmiemha fl-1992, waqt li mar biex iservi bħala Aġent President ta’ Malta, Ambaxxatur ta’ Malta għas-Sante Sede, membru attiv fil-Kunsill tal-Ewropa u Viċi President tal-Assemblea Ewropea.

F’Jum ir-Repubblika tal-2001, Dr Micallef ġie ppreżentat bil-midalja ta’ Uffiċjal tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.

Fost dawk li sellmu l-memorja tat-Tabib Micallef kien hemm il-President tar-Repubblika George Vella, li qal li kien tabib bravu, ġentlom, onest, u b’viżjoni qawwija dwar ir-rabta bejn l-ambjent u l-paċi.

F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela,

sellem lil Micallef bħala t-tabib maħbub minn bosta u li se jibqa’ magħruf għall-prinċipji sodi tiegħu u għal kif kien ilu żmien iqajjem temi importanti bħall-ambjent.

Sellem ukoll il-memorja tat-tabib Rabti n-neputi tiegħu, id-Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit attwali, Daniel Micallef.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia wkoll esprima s-sogħba tiegħu u tal-Kamra tad-Deputati għall-aħbar tal-mewt ta’ dan il-predeċessur tiegħu.  Il-Partit Laburista qal li Micallef jibqa’ mfakkar għal kif, f’ħajtu, ħaddan prinċipji listi b’saħħithom u baqa’ viċin in-nies. Hu esprima l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lid-Deputat Mexxej Daniel Micallef u lill-għeżież tiegħu.

NIKET

Fost l-aħwa li gawdejna f’din il-ħajja sa issa, hemm it-Tabib DANIEL MICALLEF mir-Rabat, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru 2022 fid-dar tiegħu kkonfortat bis-sagrament mqaddes wara 94 sena fostna

Gawdewh aktar mill-qrib martu Pauline, uliedu Marika, Denise, Isabelle, Bernardette, Mark, Paul, Daniel, l-irġiel u n-nisa tagħhom, neputijiet u l-partners tagħhom, proneputijiet, ħutu, ħut il-mara u l-irġiel u n-nisa tagħhom, qraba oħrajn u bosta ħbieb

Lit-Tabib Daniel Micallef nagħtuh l-aħħar tislima llum il-Ħadd 11 ta’ Diċembru fil-Knisja ta’ San Duminku fir-Rabat, fis-2:30 p.m. u wara nwassluh fl-aħħar vjaġġ fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Margerita fir-Rabat stess, fejn issir id-difna fil-qabar tal-familja

11.12.2022 08
94 sena, serva minn Ministru Laburista għal Speaker, President għal Ambaxxatur għas-Santa Sede

IL-QABŻA GĦALL-ISTUDJI TURISTIĊI

B’investiment ta’ €60 miljun, jibda l-bini tal-kampus il-ġdid tal-ITS fi Smart City, il-Kalkara, fejn se tkun qiegħda tirdoppja l-attività edukattiva relatata … din is-sena rekord ta’ studenti jiggradwaw mill-Istitut Kontra d-dubji li wrew xi wħud, fosthom l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, din il-ġimgħa seħħet qabża kbira ta’ kwalità għall-istudji turistiċi f’pajjiżna, anke jekk dan kien l-aktar settur li ntlaqat mill-pandemija tal-COVID-19. Minbarra li bdew ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fissit fi Smart City, il-Kalkara, li se jospita l-kampus akkademiku l-ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), l-istess istituzzjoni edukattiva għadha kemm iċċelebrat l-akbar ammont ta’ studenti li ggradwaw.

Il-Prim Ministru Robert Abela żar ix-xogħlijiet fuq il-kampus il-ġdid li se jfisser esperjenza ta’ kwalità għall-istudenti, b’faċilitajiet li se jissarrfu f’aktar korsijiet speċjalizzati għall-ħaddiema futuri fil-bżonnijiet tal-industrija tatturiżmu f’pajjiżna.

Fil-kampus il-ġdid, b’investiment ta’ €60 miljun, l-ITS se tkun tista’ tilqa’ 2,500 student, id-doppju tal-ammont li taċċetta llum. Il-faċilitajiet il-ġodda se jinkludu, fost oħrajn, 58 klassi, tliet restoranti, tliet barijiet u kafetterija għat-taħriġ, flimkien ma’ 21 laboratorju speċjalizzat u librerija.

Il-proġett state-of-the-art se jaħseb ukoll fil-faċilitajiet kollha neċessarji għal aktar minn 300 membru tal-istaff, 400 spazju ta’ parkeġġ, sala li tesa’ aktar minn 300 persuna, indoor pool addattat għat-taħriġ tal-għadis u ċentru sportiv.

F’diskors tal-okkażjoni, il-Prim Ministru qal li hu b’investimenti ta’ kwalità li pajjiżna jista’ jilħaq livelli ġodda. Dan jista’ jsir ukoll grazzi għal ekonomija, li qed tikber b’saħħa u andament ekonomiku li jisboq dak ta’ pajjiżi oħrajn. “Irridu ngħollu s-servizz u b’dan il-kampus ġdid se nkomplu ntejbu l-prodott turistiku li toffri Malta. Investiment li

jibgħat sinjal qawwi ta’ Gvern li jemmen fit-turiżmu, li jibqa’ pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija,” tenna Dr Abela.

Hu kompla jgħid li, filwaqt li qed jinħolqu oqsma ġodda, hu essenzjali li jinżammu b’saħħithom dawk li dejjem rendewlna ħafna. Fil-fatt, sa Settembru diġà ġew f’pajjiżna 1.8 miljun turist u nefqu €1.5 biljun. “It-turiżmu kellu wkoll kontribut importanti fil-ħolqien tal-impjiegi, bir-restoranti u l-lukandi joħolqu wieħed minn kull ħames impjiegi ġodda din is-sena, flimkien ma’ żieda ta’ 700 impjieg part-time. Riżultati li jixhdu li ċ-ċertezza u l-istabbiltà li qed joffri l-Gvern iwasslu biex pajjiżna jibqa’ wieħed tal-opportunitajiet,” temm il-Prim Ministru.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għatTuriżmu Clayton Bartolo spjega li matul

is-snin l-ITS ħadem ħafna biex l-edukazzjoni turistika tagħmel qabża fil-kwalità. “Nemmnu li l-bini ta’ dan il-kampus se jkun pedament b’saħħtu biex inkomplu nħeġġu iżjed żgħażagħ jagħżlu l-ospitalità bħala karriera ewlenija. Anċillari mal-bini ta’ dan il-kampus qed inwelldu skola ta’ taħriġ fi ħdan l-ITS, biex biha nagħtu spinta għad-domanda eżistenti li għandna fl-industrija billi nħarrġu u nsaħħu l-għodod lokali fil-lukandi u r-restoranti tagħna,” hu qal.

Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech tenna li dan l-investiment se jagħti l-possibbiltà li l-Istitut ikompli jinvesti f’korsijiet ġodda u innovattivi, hekk kif fl-aħħar tliet snin diġà kellu rekord ta’ studenti ġodda. “Ninsabu fiduċjużi li ladarba nimxu lejn il-kampus il-ġdid tagħna dawn in-numri se jiżdiedu b’rata

aktar mgħaġġla. Diġà għandna impenji min-numru ta’ istituzzjonijiet barranin, li jridu jibagħtu lill-istudenti tagħhom ikomplu l-istudji tagħhom hawn Malta.”

Sadanittant, din il-ġimgħa wkoll, l-ITS irreġistra l-ogħla rata ta’ studenti li ggradwaw fl-istorja sħiħa tiegħu ta’ 35 sena. Fil-fatt, f’ċerimonja li saret nhar it-Tnejn, l-ITS iċċelebra numru rekord ta’ 325 gradwat. Minn dawn, 25 persuna, fil-maġġoranza diġà familjari mal-industrija, iggradwaw f’Masters flInternational Hospitality Management li hu offrut b’affiljazzjoni mal-Emirates Academy of Hospitality Management.

Ħafna mill-gradwati kienu megħjuna mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) permezz ta’ boroż ta’ studju offruti matul il-pandemija biex l-industrija baqgħet tinvesti fiha nnifisha anke fix-xhur ta’ restrizzjonijiet.

Dettalji ngħataw mill-Ministru Bartolo u l-Kap Eżekuttiv tal-ITS fiċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni. Il-Ministru għat-Turiżmu qal kif dan in-numru ta’ gradwati jsaħħaħ l-impenn tal-Gvern li jkompli jassisti lill-ITS bl-aħjar għodod neċessarji. “Is-suċċess preżenti hu ta’ inkoraġġiment kbir meta nqisu li fi ftit snin oħra, permezz tal-bini tal-kampus il-ġdid fi Smart City, inkunu nistgħu nilqgħu d-doppju tal-istudenti li għandna bħalissa. Il-kampus il-ġdid se jiftaħ il-bibien għall-opportunitajiet biex din l-istess istituzzjoni edukattiva tkompli toffri iżjed korsijiet speċjalizzati fuq skala ta’ Baċellerat u Master’s fis-snin li ġejjin,” saħaq il-Ministru.

Fenech irrimarka li qed issir ħidma importanti biex l-ITS tinbidel f’ċentru ta’ eċċellenza u innovazzjoni fit-turiżmu u l-ospitalità, permezz ta’ tagħlim u taħriġ ta’ ħaddiema prospettivi u dawk li diġà jaħdmu fl-industrija.

11.12.2022 09
Uħud mir-rekord ta’ gradwati għall-ITS waqt iċ-ċerimonja din il-ġimgħa
L-ewwel xogħlijiet fil-Kalkara għal kampus ġdid tal-ITS (inset)

IL-KAP TAL-KNISJA ORTODOSSA

GĦALL-EWWEL DARBA F’MALTA

Fl-ewwel żjara tiegħu f’pajjiżna minn mindu nħatar Kap tal-Knisja Ortodossa Kristjana fl-1991, l-Arċisqof ta’ Kostantinopli u Ruma l-Ġdida l-Patrijarka Bartilmew I kien impenjat f’diversi laqgħat, fosthom mal-President tar-Repubblika George Vella fil-bidu tal-ġimgħa.

Il-Knisja Ortodossa, li wkoll hi stabbilita f’pajjiżna, anke jekk primarjament ibbażata fil-Lvant tal-Ewropa, hi t-tieni l-akbar organizzazzjoni Kristjana fid-dinja fejn hu stmat li tirrappreżenta madwar 220 miljun persuna.

Il-President Vella laqa’ lill-Patrijarka Ekumeniku fil-Palazz ta’ San Anton fejn esprima l-apprezzament tiegħu għallfirxa wiesgħa ta’ inizjattivi meħuda, b’mod speċjali fl-interess tal-ħarsien tal-ambjent.

Iż-żewġ partijiet iddiskutew il-migrazzjoni irregolari u s-sitwazzjoni attwali li tikkonċerna r-rifuġjati, bil-President Vella jagħti ħarsa ġenerali dwar ix-xenarju f’Malta u kif il-valuri ta’ tolleranza u aċċettazzjoni jibqgħu fil-qalba tal-ħidma tal-Presidenza kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali. Il-Patrijarka Bartilmew I spjega kif il-Patrijarkat ħoloq task force speċjalizzata li tindirizza t-traffikar ta’ bnedmin u l-iskjavitù moderna, fejn ma tingħatax attenzjoni biss lill-vittmi, iżda wkoll lissuperstiti.

Il-President irrefera wkoll għall-kuntatti li l-Uffiċċju tal-President iżomm ma’ denominazzjonijiet reliġjużi differenti li jinsabu f’Malta. Min-naħa l-oħra, il-Patrijarka Bartilmew I spjega r-relazzjonijiet eċċellenti li l-Patrijarkat bena mal-Knisja Kattolika Rumana tul is-sekli.

Fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, il-President Vella rrefera għall-għajnuna pprovduta mill-Gvern u l-poplu

Malti lill-poplu Ukren. It-tnejn ikkundannaw il-gwerra li għaddejja bħalissa mir-Russja fl-Ukrajna u esprimew is-solidarjetà tagħhom mal-pajjiż u l-poplu tiegħu.

Waqt laqgħa separata mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg, il-Kap tal-Knisja Ortodossa rringrazzja lil Malta tal-impenn tagħha favur il-Patrijarkat Ekumeniku u dawk li jsegwu din ir-reliġjon fostna. “Urejtu rieda tajba lejn il-Knisja Ortodossa billi rrikonoxxejtu b’mod legali l-preżenza tagħna f’Malta,” qal il-Patrijarka Bartilmew l-Ewwel, il-Kap tal-Knisja Ortodossa Kristjana f’laqgħa li kellu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg. Il-Ministru rringrazzja lill-Patrijarka għaż-żjara tiegħu u tenna li hu

importanti li f’dan iż-żmien ta’ kunflitt fl-Ewropa, naħdmu biex ningħaqdu flimkien biex nirrispettaw iżjed lil xulxin. “Malta se tkun qed tifforma parti mill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda għas-sentejn li ġejjin u se tkun qed tkompli tmexxi l-messaġġ ta’ djalogu u paċi, anke fir-rigward tal-libertà reliġjuża,” tenna l-Ministru Borg. Il-Patrijarka Bartilmew I feraħ lil pajjiżna għall-ħatra tiegħu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda u awgura lill-Ministru l-ħidma t-tajba f’dan ir-rigward. Il-Qdusija Tiegħu ħeġġeġ biex il-ħidma bejn il-Patrijarkat u Malta jkomplu jissaħħu. Hu saħaq li l-Patrijarkat Ekumeniku ta’ Kostantinopli  jħaddan id-diversità u jkompli jgħaqqad lillpopli, kif isir ukoll mill-Knisja Kattolika Rumana.

Il-Ministru Borg u l-Patrijarka Bartilmew I iddiskutew ukoll l-aħħar laqgħat li t-tnejn li huma kellhom mal-Papa Franġisku.

Il-Kap tal-Knisja Ortodossa wkoll għamel żjara ta’ korteżija lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia fil-bini tal-Parlament fejn faħħar kif pajjiżna issa qed jirrikonoxxi u jgawdi minn Eżarkat tal-Patrijarkat Ekumeniku, il-Metropolitan Kyrillos ta’ Krini, u awguralu għal ħidma pastorali mill-aqwa fostna.

Dwar l-ambjent, li hu fil-qalb tal-ħidma tal-Kap tal-Knisja Ortodossa, Dr Farrugia fakkar kif fl-aħħar tat-tmeninijiet Malta kellha rwol importanti fil-konfront tat-tibdil fil-klima minn fejn tfassal il-qafas tal-Konvenzjoni relatata talĠM.

Mal-wasla tiegħu f’pajjiżna bħallum ġimgħa, il-Patrijarka Bartilmew I kien milqugħ fl-Ajruport mill-Arċisqof Charles Scicluna, waqt li l-għada reġa’ laqgħu fil-Palazz tal-Arċisqof, fl-Imdina, fejn iddiskutew għadd ta’ temi ta’ interess reċiproku. It-Tlieta, imbagħad, il-Patrijarka Bartilmew I iltaqa’ ma’ wħud mill-migranti mill-Etjopja, is-Sudan, l-Ukrajna, u l-Eritrea, flimkien mal-membri tal-Kummissjoni Migranti u Patri Dijonisju Mintoff mil-Laboratorju tal-Paċi, fost oħrajn.

Wara li sema’ lill-migranti u membri ta’ NGOs, il-Patrijarka qalilhom: “Kollha għandkom sfidi differenti u individwali, imma l-fattur komuni bejnietkom hu li intom tinsabu ’l bogħod minn darkom. Nawgura li l-uġigħ tagħkom jittaffa u li s-sena l-ġdida ġġib ferħ u hena lil kulħadd.”

Il-Patrijarka wegħedhom ukoll it-talb tiegħu u saħaq dwar l-importanza talpaċi fid-dinja kollha.

11.12.2022 10

ATTAKK IMNEBBAĦ

MILL-ESTABLISHMENT QED JISSOKTA BARRA

L-attakk fuq il-Prim Ministru Robert Abela u l-Gvern Malti fil-ħidma umanitarja tagħhom billi jsalvaw il-ħajjiet u jiddefendu lill-pajjiż fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, kompla jintensifika fl-aħħar jiem. Iċ-Ċentru Ewropew għad-Drittijiet Kostituzzjonali u tal-Bniedem, flimkien mal-NGO Sea-Watch, talbu lill-Qorti Kriminali Internazzjonali biex jiġu investigati, skonthom, direzzjonijiet mogħtija minn Gvernijiet Ewropej ħalli l-awtoritajiet Libjani jwettqu operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran.

It-talba tinkludi wkoll investigazzjoni fuq l-Eks Prim Ministru Malti Joseph Muscat, l-Eks Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija tal-Unjoni Ewropea Federica Mogherini, l-Eks Direttur Eżekuttiv tal-Frontex Fabrice Leggeri, il-Viċi Prim Ministru Taljan Matteo Salvini u anke l-membri fiċ-ċentri ta’ kordinazzjoni u salvataġġ tal-Italja u ta’ Malta.

It-talba għall-investigazzjoni tikkonċerna każi li fuqhom kienu fetħu kwerela Jason Azzopardi u Paul Borg Olivier għall-għaqda Repubblika. Filfatt, l-attakk li rajna permezz ta’ talba għal investigazzjoni quddiem Qorti internazzjonali mhux l-ewwel attakk fuq Malta dwar l-immigrazzjoni għax fl-eqqel tal-pandemija kien sar attakk wara l-ieħor minn esponenti tal-establishment Nazzjonalista, fosthom il-kwerela li kienu fetħu dak iż-żmien id-Deputat u Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Azzopardi u anke l-Eks Segretarju Ġenerali tal-PN Borg Olivier.

Dan tal-aħħar stess kien fetaħ protest ġudizzjarju kontra l-Prim Ministru attwali, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri u l-Brigadier Jeffrey Curmi dwar l-immigrazzjoni. Borg Olivier, li serva ta’ Segretarju Ġenerali Nazzjonalista fi żmien Lawrence Gonzi, kien ilmenta li f’pajjiżna mhux jidħlu immigranti u allega ksur ta’ drittijiet tal-bniedem.

Intant il-kwerela riedet titfa’ għomor il-ħabs lill-Prim Ministru, lill-Brigadier tal-FAM ta’ dak iż-żmien u lis-suldati, membri tal-ekwipaġġ tal-patrol boat P52. Huma kienu qed jiġu akkużati b’omiċidju volontarju ta’ immigranti.

Madanakollu, inkjesta maġis-

terjali kienet ġabet fix-xejn l-allegazzjonijiet u rrimarkat bosta punti, fosthom ħidma sfiqa mill-Armata biex issalva l-ħajjiet u tipproteġi lill-pajjiż.

Ir-rapport tal-Maġistrat Joe Mifsud, li kien fih aktar minn 400 faċċata, b’xhieda minn 156 persuna, kien innota li l-allegazzjonijiet li saru ma kinux imsejsa bi provi. Fil-fatt, intqal li ma kien hemm l-ebda rabta dokumentarja stampata jew xhieda oħra li torbot lill-ekwipaġġ tal-P52, lill-Prim Ministru u lill-Kap Kmandant tal-Armata mal-allegat qtil ta’ immigranti.

Mhux talli hekk, talli l-inkjesta kienet sabet li Malta wettqet l-obbligi internazzjonali tagħha u li l-komunità internazzjonali għandha tqum għar-responsabbiltajiet tagħha wkoll b’rabta mal-immigrazzjoni. Irriżulta li kien hemm diversi fatti li jikkuntrastaw serjament mal-allegazzjonijiet magħmula minn Repubblika u li kienu jistrieħu fuq sempliċi Tweets u stqarrijiet ta’ Alarm Phone.

Kien innotat li qabel Repubblika ressqet id-denunzji lill-Pulizija, la ntalbu kjarifiċi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-Brigadier u l-FAM, u lanqas minn min għamel l-allegazzjonijiet oriġinali fuq Twitter.

Kemm Azzopardi kif ukoll Borg Olivier baqgħu qatt ma offrew apoloġija għall-attakk li kien sar anke fuq is-suldati. Azzopardi kien mistoqsi direttament fuq hekk u wieġeb: “Ma nagħmel apoloġija qatt u xejn”.

Dan filwaqt li fuq ix-xandir nazzjonali Borg Olivier baqa’ qatt ma aċċetta l-konklużjonijiet ċari tal-inkjesta mwettqa u, skontu, l-inkjesta kien fiha n-nuqqasijiet anke jekk semgħet xhieda ta’ immigranti.

Dan l-aħħar żvilupp hu mossa oħra minn sensiela ta’ gambetti li individwi f’Malta u barra qed jippruvaw jagħtu biex ixekklu l-ħidma tal-awtoritajiet lokali fuq l-immigrazzjoni. Din il-ħidma ssarrfet f’numru ferm inqas ta’ wasliet ta’ immigranti irregolari, speċjalment is-sena l-oħra u din is-sena, u numru ta’ operazzjonijiet mill-Pulizija biex jirritornaw barranin lejn pajjiżhom li kienu qed joqogħdu f’Malta illegalment.

11.12.2022 11
Talba kontra pajjiżna quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali bbażata fuq kwerela ta’ Repubblika mgiddba f’inkjesta maġisterjali

Lil hinn mir-retorika politika, in-nies ifittxu serħan il-moħħ u azzjonijiet li jiggarantulhom stabbiltà. In-negozji jfittxu deċiżjonijiet li ma joħonqux it-tkabbir ekonomiku. Ifittxu Gvern li fid-dawl ta’ inċertezzi internazzjonali, joffri ċertezza.

L-ebda amministrazzjoni m’għandha xi bakketta maġika jew tittama f’xi ‘miraklu tal-Milied’ meta tiġi ffaċjata bi sfidi. L-iżvilupp ġo pajjiż huwa riżultat ta’ deċiżjonijiet politiċi u leġiżlattivi li jinfluwenzaw u jiggwidaw l-investiment.

Dan kien is-sentiment

tal-messaġġ li rċivejt mingħand in-nies wara d-dibattitu li kellna fil-Parlament nhar it-Tnejn li għadda dwar il-qasam tal-enerġija u l-kontijiet. Stennejt ħafna aktar min-naħa tal-Oppożizzjoni fi żmien fejn id-dinja għaddejja minn żieda bla preċedent flispiża tal-enerġija, filwaqt li l-familji u n-negozji f’Malta qed ikunu protetti.

Tista’ timmaġina x’kien jiġri kieku l-kontijiet taddawl u tal-ilma kellhom jogħlew mal-prezzijiet internazzjonali? Immaġina biss id-daqqa fuq il-familji u l-intrapriżi.

Kieku ma ħadniex dan il-pass deċiżiv li nidħlu għall-familji u n-negozji, kieku l-inflazzjoni llum tqarreb l-14%. Kieku llum, m’aħniex nitkellmu fuq żieda tal-għoli tal-ħajja ta’ €10 fil-ġimgħa, imma kien ikollna nagħtu żieda tal-għoli tal-ħajja ta’ €25 fil-ġimgħa b’detriment għall-ekonomija, l-intrapriża u l-ħaddiema.

X’differenza minn kif aġixxa Gvern Nazzjonalista quddiem sitwazzjoni ferm anqas gravi minn dik li għandna llum. Mhux talli

ma ffrankax il-flus lin-nies, talli għabba lill-familji b’piż ta’ aktar minn €1,500 fis-sena fuq il-prezz tal-enerġija. Fl-istess waqt li ma ddejqux jgħidu li vvutaw bil-qalb biex jogħlew il-kontijiet.

Biż-żieda fil-kontijiet taddawl u tal-ilma fl-2008 u l-2010 serqu mal-€100 miljun mingħand il-familji u n-negozji.

Tiftakar ukoll x’kienu offrew biex jagħmlu tajjeb għal din iż-żieda? Ħames bozoz.

Xejn ma jneħħi mill-fatt li Partit Laburista fil-Gvern joffri stabbiltà fl-enerġija mingħajr ma jitfa’ l-piżijiet fuq in-nies. Dan għall-kuntrarju ta’ Gvern Nazzjonalista fejn qatt m’emmen fl-istabbiltà. Kellna ammissjonijiet bħal dawn fil-Parlament.

It-track record ta’ Gvern Laburista fis-settur tal-enerġija huwa wieħed ċar u li n-nies tafda.

Illum li qed niffaċċjaw l-akbar kriżi internazzjonali fis-settur tal-enerġija ħdimna sabiex ma ngħollux il-kontijiet bħalma qed jiġri f’diversi pajjiżi oħra fejn il-kontijiet tal-elettriku għolew bi kważi 60%. Qed inkomplu naħdmu

biex pajjiżna ma jintlaqatx minn sitwazzjoni fejn ikun impost fuqna li bilfors irridu nnaqsu l-użu tal-elettriku.

B’dawn id-deċiżjonijiet li ħadna bħala Gvern qed niffrankaw lill-familji tagħna medja ta’ €2,000 fis-sena.

Fl-2009, Gvern Nazzjonalista daħħal avviż legali dwar kif titħaddem is-sistema ta’ kontijiet – sistema li ma nbidlitx f’dawn is-snin kollha. F’Ottubru li għadda, emendajna din il-liġi biex isir aġġustament, biex b’hekk il-konsumaturi jagħmlu użu mill-bands sħaħ. Kien hemm bżonn l-emenda fil-liġi propju għax sa dakinhar il-kontijiet dejjem inħadmu skont il-liġi li kien hemm fis-seħħ.

Biex mingħalihom jippruvaw joħorġu tal-Partit Nazzjonalista, riedu b’xi tip ta’ soluzzjoni jdaħħlu konsum kumulattiv annwali.

Dan mhux biss jipperikola l-impjiegi ta’ eluf ta’ ħaddiema – għax jgħolli l-kontijiet għan-negozji – imma kienu se jipperikolaw il-benefiċċju tal-Eco Reduction għal eluf ta’ familji.

Minflok, is-sistema mħabbra fl-10 t’Ottubru, ma tolqot

lil ħadd b’mod negattiv.

Mhux talli qed nindirizzaw l-akbar sfida li għandna quddiemna li nżommu l-prezzijiet tal-enerġija stabbli u li nindirizzaw taħwida li ħalla Gvern Nazzjonalista fil-kontijiet talli għandna s-serħan il-moħħ biex inkomplu ninvestu fit-triq ’il quddiem. Qed niffukaw fuq aktar investimenti fis-settur tal-enerġija.

Qed naħdmu fit-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, qed ninvestu fl-enerġija rinnovabbli, l-investiment fit-tieni interconnector biex il-pajjiż isaħħaħ il-kapaċità, il-pjanijiet għal hydrogen-ready pipeline u aktar.

Huwa permezz ta’ din il-politika ta’ diversifikazzjoni fil-ġenerazzjoni tal-elettriku, li għandna l-possibilità li nħaddmu politika li qed tgħinna fil-viżjoni tagħna li nżommu kontijiet stabbli. Fejn raħassna l-kontijiet b’25% u li għadna qed nassiguraw sal-lum.

Quddiem l-isfidi, Gvern Laburista ma jaqtax qalbu anzi jara kif joħloq l-opportunitajiet.

Fuq fomm kulħadd bħalissa żgur li hemm tliet suġġetti: il-World Cup, il-Milied u l-emenda dwar terminazzjoni ta’ tqala.

Onestament, qatt ma bsart li emenda bħal din se jkollna bżonnha, primarjament għax waqt li tabib ikun qed jagħmel xogħlu, mhux l-ewwel darba li jkollu jieħu deċiżjonijiet mhux ħfief.

Li fejn mara tqila tkun

f’riskju li titlef ħajjitha, tabib irid jagħmel minn kollox biex isalvaha, inkluż jekk tintilef it-tarbija, hija prassi antika li ilha aċċettata fil-komunità medika, anke dik Maltija, għal ħafna snin. Però, xi drabi jkun hemm ċirkostanzi li jġegħluna nirrealizzaw li dak li dejjem ħsibna li kien, mhux. U b’dak li ġara ftit xhur ilu ġewwa xtutna, irrealizzajna li fil-liġi hemm vacuum u dak li dejjem ħsibna li kienet prassi normali ma kienx kopert legalment.

Wara stqarrija tal-Avukat tal-Istat u l-protest ġudizzjarju li ressqu 135 tabib aktar kmieni din is-sena, il-Gvern kien ikun irresponsabbli li jaċċetta l-istatus quo. Mhux talli hekk, talli l-istatus quo, issa li dawn in-nuqqasijiet fil-liġi telgħu fil-wiċċ, ma kien status quo xejn imma kien iktar perikoluż.

Issa li ġejna konxji, liema tabib kien se jissogra proċeduri kriminali li jistgħu

jwassluh biex jitlef il-liċenzja li jipprattika u jiffaċċja sa tliet snin ħabs? Anke jekk finalment is-sentenza ma tinqatax kontrih, ħadd ma jrid jgħaddi mill-martirju ta’ proċeduri kriminali.

Ngħaddu għall-etika talkwistjoni. Nammettu l-ewwel u qabel kollox li f’dawn l-istanzi, rarament se jkun hemm pożizzjoni ovvja, għax dawn mhux każijiet ta’ iswed jew abjad. Kieku m’hawnx diskussjoni; m’hawnx furur. Dawn huma kwistjonijiet bijoetiċi li ilhom snin twal jiġu diskussi mingħajr ma qatt ittieħdet pożizzjoni waħda minn kulħadd.

Ħaġa waħda hemm qbil fuqha. Il-prinċipju tad-double effect. Dan jiddeskrivi każ fejn l-għan huwa li tiġi salvata ħajja (fl-immedjat jew fittul minħabba problemi ta’ saħħa serji li jistgħu jwasslu għal telf ta’ ħajja tal-omm, forsi mhux immedjatament imma f’każijiet fejn dik li tis -

sejjaħ life expectancy tonqos sostanzjalment minħabba xi problemi mediċi li jkunu qed jiżviluppaw).

Dan huwa dak li qed jiġi propost li jkun leġiżlat b’din l-emenda. Fejn huwa possibbli, iż-żewġ ħajjiet għandhom ikunu salvati u jekk fetu huwa vijabbli għandu jsir dak kollu possibbli biex jiġi salvat, anke jekk jiġi mwelled b’mod prematur.

Liema persuna tista’ tiġġudika persuna oħra għax tissalvagwarda ħajjitha? Liema persuna tgħid lis-sieħba, lil bintu, lil oħtu: ‘Hija sfortuna jekk tmut int imma hekk almenu t-tqala ntilfet waħedha mhux għax għamilt hekk int biex tipprova ssalva ħajtek?’ Liema familja kuntenta tgħix mingħajr l-omm b’kapriċċ, biex ma tkunx ħadet id-deċiżjoni diffiċli li titlef tqala mixtieqa imma ssalva ħajjet l-omm?

Jekk hawn min hu komdu jagħmel dan, xorta se jkun

jista’, għax mingħajr il-kunsens tal-omm xorta mhu se jkun jista’ jsir xejn. Imma aħna min aħna biex ma nħallux il-possibbiltà li tiġi salvata l-omm?

11.12.2022 12
Membru Parlamentari MALCOLM PAUL AGIUS GALEA
SERĦAN IL-MOĦĦ GĦALL-POPLU MIN AĦNA BIEX MA NĦALLUX IĊ-ĊANS LI OMM TIĠI SALVATA? Liema persuna tista’ tiġġudika persuna oħra għax tissalvagwarda ħajjitha?
Ministru MIRIAM DALLI

IL-ĦAJJA TIBQA’ PRIJORITÀ

għandu jgħix bejn l-omm u l-fetu. Din hija għażla bejn jew issalva l-ħajja tal-omm jew tħalli lill-omm f’periklu li titlef ħajjitha u ħajjet ilfetu.

Bl-emenda li qed immexxu ’l quddiem bħala Gvern irridu nassiguraw li nipproteġu d-dritt fundamentali talħajja tal-mara, xejn iktar xejn inqas. Ikun hemm min jistaqsi, imma tajjeb trid tipproteġi d-dritt tal-ħajja tal-mara u mhux tat-tarbija. Jien inwieġeb li mhuwiex il-każ, għaliex din l-emenda mhix se twassal biex tittieħed deċiżjoni dwar min

Ikun hemm min jistaqsi imma għaliex inti daqshekk konvint li għandha ssir emenda? Għaliex ladarba diġà a konoxxenza ta’ kulħadd il-fatt li l-liġi ma tkoprix la lill-professjonist u wisq anqas lill-omm, ma nistgħux inħallu fil-liġijiet tagħna sitwazzjonijiet li jistgħu jipperikolaw il-ħajja ta’ omm f’ċirkostanzi gravi u riskjużi. Bl-emenda proposta qed nikkristalizzaw fil-liġi dak li għal snin twal kienet prassi interna fl-aħjar interess tal-pazjent mingħajr però s-sostenn legali.

Oħrajn jafu jistaqsu imma x’jiġri jekk ikollok tarbija li kapaċi tgħix indipendenti mill-omm. Hemm mhux se jkun hemm l-estremitajiet rikjesti fl-emenda u

ma tiskattax in-neċessità rikjesta fil-liġi. Għalhekk jekk ikun stabbilit li l-fetu huwa vijabbli jista’ jsir intervent mediku fl-interess tal-omm u kif ukoll tal-fetu. Il-ħajja tibqa’ prijorità.

Għalfejn qiegħed ikun enfassizzat li din l-emenda mhix tintroduċi xi forma ta’ abort?

Qabelxejn, dawn l-emendi mhuma qed ineħħu ebda reat mil-liġi tagħna u l-abort se jibqa’ reat. Fit-tieni lok, it-terminazzjoni tat-tqala, b’differenza minn dak li jiġri fl-abort, mhix se tibda fuq talba tal-omm imma fuq deċiżjoni tal-professjonisti mediċi wara li jkunu assiguraw ruħhom li hemm l-estremitajiet rikjesti fil-liġi, jiġifieri li mara tqila li tkun qiegħda tbati minn kumplikazzjoni medika li tkun tista’ tqegħdilha ħajjitha f’riskju jew saħħitha f’periklu gravi.

Kif saħaq il-Prim Minist -

ru Robert Abela, aħna bħala Gvern miftuħin għal dibattitu u djalogu matur biex nassiguraw li l-emenda ma tagħti l-ebda lok ta’ abbuż. Iżda dan ma jfissirx li se ndgħajfu jew inġibu fix-xejn il-prinċipji tal-emenda proposta. Il-protezzjoni tal-ħajja u saħħet l-omm se jibqgħu fiċ-ċentru tal-emenda biex verament nassiguraw li l-ommijiet tagħna jirċievu l-aħjar trattament, filwaqt li l-professjonisti jkollhom is-serħan tal-moħħ grazzi għall-konfort tal-liġi. Ma naqbilx mal-argument li għax l-ebda professjonist fil-qasam tas-saħħa ma tressaq il-Qorti matul issnin, allura m’hemm bżonn isir xejn. Il-kompjaċenza m’għandhiex postha fil-politika ta’ dan il-Gvern. Politiku kompjaċenti huwa politiku irrelevanti u jekk hemm xi ħaġa li tiddistingwi lil dan il-Gvern huwa l-fatt li b’ku-

IL-PN: KREDIBBILTÀ ŻERO

bis-sistema tal-kontijiet taddawl u tal-ilma.

Hekk kif imħabbar mill-Ministru tal-Enerġija, Miriam Dalli, il-Partit Laburista fil-Gvern minn din is-sena daħħal mekkaniżmu korrettiv biex il-konsumaturi jħallsu għal dak li jikkunsmaw fuq bażi annwali. Il-Partit Nazzjonalista pretenda li jsir eżerċizzju b’lura mill-2013. Gustużi hux talPN! Jafu li s-sistema għamluha huma imma għalihom il-problema qisha bdiet fl2013.

jindirizza d-defiċit ta’ kredibbiltà li għandu fost oħrajn fil-qasam tal-enerġija.

L-aħħar attentat iddisprat tiegħu se jkompli jikxef l-ipokrezija u l-falliment sħiħ tiegħu fil-politika dwar l-enerġija fost oħrajn għaliex l-anomalija fil-kontijiet li ħoloq huwa stess ma kinitx taffettwa lill-maġġoranza tal-familji li, sajf jew xitwa, għandhom konsum stabbli.

minn barra, ikollhom jogħlew f’Malta wkoll. Xejn ġdid mill-PN għax hekk kien isir qabel l-2013 meta l-prezzijiet tal-elettriku u tal-fuel kienu jiġu aġġustati kull xahrejn.

raġġ jimplimenta politika relevanti f’ħajjet in-nies.

Dawn l-emendi li qed inressqu huma intiżi li jassiguraw li l-pazjent, f’dan il-każ l-omm, tingħata l-aħjar trattament meħtieġ mingħand professjonisti mediċi, bissostenn kollu tal-liġi. Aħna nemmnu li m’għandu jkun hemm l-ebda xkiel fl-għoti tal-kura neċessarja lillomm. Din mhijiex emenda li se twassal biex issir għażla bejn ħajjet l-omm u t-tarbija. Meta tarbija se tkun vijabbli, se jsir minn kollox biex tiġi salvata u mhux kif qed jipprova jimmanipula d-diskussjoni ħaddieħor.

Aħna bħala Gvern se nassiguraw li nipproteġu d-dritt fundamentali tal-ħajja. Id-deċiżjoni li se nieħdu lkoll se tiddistingwixxi bejn min se jkun fuq in-naħa t-tajba tal-istorja u min se jkun ankrat bil-biża’ u miżinformazzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jagħmel attentati iddisprati biex jipprova jistejqer mill-politika falluta fil-qasam tal-enerġija li mexxa sa qabel l-elezzjoni tal-2013.

Iżda l-attentati kollha tal-Partit Nazzjonalista qegħdin jispiċċaw jisfumaw f’wiċċu proprju għaliex il-kredibbiltà tiegħu hija żero.

L-aħħar attentat tal-PN rajnieh din il-ġimgħa fil-Parlament fejn ġiet diskussa mozzjoni li ressaq il-Partit Nazzjonalista biex il-Gvern jagħmel tajjeb għall-anomalija li ħoloq il-Partit Nazzjonalista stess fl-2009

Issa qed jgħidu li sejrin il-qorti. Webblu lil xi konsumaturi b’għajta qarrieqa li kien hemm serq fil-kontijiet tal-elettriku anke jekk l-Awditur Ġenerali qal mod ieħor.

F’dawn il-ġimgħat li l-konsumaturi qed jirċievu l-kontijiet bl-aġġustament li sar għal din is-sena, il-maġġoranza tagħhom qed jaraw li l-aġġustament huwa ta’ ftit ċenteżmi. Ilkoll nafu kif l-aġġustament sostanzjali Gvern Laburista għamlu kif wiegħed fl-2014 meta l-kontijiet għall-familji raħsu b’25%.

F’disa’ snin fl-oppożizzjoni l-Partit Nazzjonalista m’għamilx pass wieħed biex

Gvern Laburista mill-banda l-oħra jgawdi l-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi għaliex bil-provi qed juri li huwa qalbu mal-poplu hekk kif baqa’ jżomm il-prezzijiet tal-enerġija, fosthom tal-elettriku u tal-ilma, stabbli minkejja li l-prezzijiet tal-enerġija splodew mad-dinja kollha.

Huwa stmat li bħala medja l-familji Maltin qed jiffrankaw mal-€2,000 fis-sena mill-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, għaliex il-Gvern m’għaddhiex il-piż tal-għoli internazzjonali tal-enerġija fuq il-poplu.

X’differenza hux mill-Partit Nazzjonalista! Meta l-prezzijiet bdew jirrankaw, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech stqarr li jekk il-prezzijiet jogħlew

Kif jistgħu jkunu kredibbli tal-Partit Nazzjonalista meta komplew sal-aħħar jiddefendu l-użu tal-heavy fuel oil – l-aktar żejt li jniġġes. Kif jistgħu qatt ikunu kredibbli meta għollew il-kontijiet waqt li baxx baxx kien hemm min qed jistagħna bil-kummissjonijiet fuq ix-xiri taż-żejt għal Power Station tal-BWSC li x-xiri tagħha wkoll sar b’mod dubjuż tant li l-Awditur Ġenerali qal li f’dan il-kuntratt sab idduħħan iżda ma sabx in-nar.

Kif jistgħu jkunu kredibbli tal-Partit Nazzjonalista, inkluż il-kelliem attwali fuq il-qasam tal-enerġija meta niftakru bil-kruċjata li għamel fuq il-proposti tal-Partit Laburista fl-2013. Kemm qalu li dawk il-proposti huma “Alice in Wonderland”. Kemm beżżgħu bit-tanker tal-gass. Kemm ippruvaw jagħmlu bsaten fir-roti. Kemm xerrdu qlajjiet.

Għadhom sal-lum ma

jistgħux jifhmu li l-politika għaqlija ta’ Gvern Laburista mhux biss assigurat kontijiet orħos għall-familji u għan-negozji, iżda ġabet ukoll serħan il-moħħ, stabbiltà u ċertezza b’sorsi ta’ enerġija diversifikati u garanzija ta’ provvista. X’kien jiġri li kieku l-Gvern sema’ mill-Partit Nazzjonalista u straħ biss fuq l-interconnector? Hemm verament kien ikollna dlam għal ġimgħat u xhur meta f’żewġ okkażjonijiet inqata’ l-interconnector.

L-istabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija hija importanti għall-familji u daqstant ieħor għan-negozji. Meta qabel l-2013 il-prezzijiet kienu qishom bandla, l-ekonomija staġnat. Illum għax ilGvern qed jagħti l-garanziji li ma jgħollix il-prezzijiet qed naraw li Malta għandha t-tieni l-aqwa tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Il-poplu bir-raġun jafda lill-Partit Laburista għaliex fil-mewġa tal-kriżijiet internazzjonali qed jagħtih ċertezza u stabbiltà. L-Oppożizzjoni toffri biss politika ta’ qtigħ il-qalb għaliex m’għandha xejn iżjed x’toffri.

11.12.2022 13
Ministru JONATHAN ATTARD Segretarju Parlamentari REBECCA BUTTIGIEG

‘PASSPORT TO VICE’: DAWL FUQ

Flus, prostituzzjoni, tixħim, rikatti, theddid, bombi u anki qtil: l-ingredjenti tal-mafja jinsabu kollha fl-ewwel u l-uniku ktieb ta’ storja tal-Maltin fil-qalba ta’ Londra mill-awtur MATTHEW VELLA

Ftit kotba dwar l-istorja riċenti ta’ Malta jittrattaw, b’daqshekk dettall, l-esperjenza partikolari ta’ grupp ta’ immigranti Maltin li sabu x-xorti tagħhom f’industrja ta’ sfruttament sesswali tan-nisa, il-prostituzzjoni u l-logħob tal-azzard. Żid magħha l-element tal-vjolenza u għandek l-ingredjenti ta’ din l-istorja talMaltin ta’ Soho jew hekk imsejjaħ Maltese Syndicate, grupp ta’ Maltin immexxi minn ‘Big Frank’ Mifsud u sieħbu, l-gangster Lhudi, Bernie Silver.

Fil-ktieb Passport To Vice (Horizons, 2022), il-ġurnalist Matthew Vella jipproponi kif grupp ta’ immigranti Maltin – ħafna minnhom baħrin – ġew fi żmien, kif ukoll spazju, tassew propizju biex jibdew jieħdu kontroll tal-industrja tal-prostituzzjoni.

“Fil-bidu tas-snin 40, tibda tara storja familjari ħafna marbuta mal-immigrazzjoni: il-prostituzzjoni. Il-baħrin Maltin ta’ Cardiff, irġiel

slavaġ, jitilgħulhom malajr, huma ippożizzjunati l-aħjar biex jibdew jiftħu l-kafetteriji għallbaħrin. Ħafna minnhom jafu jgħidu kelma bl-Ingliż u ħafna wkoll għandhom esperjenzi ta’ waiters jew stewards fuq il-bastimenti Ingliżi. Dawn jibdew joffru l-ikel, ix-xorb u n-nisa għall-baħrin li jispiċċaw Cardiff – ċentru importanti tal-esportazzjoni tal-faħam.”

Fl-istess żmien, fuq in-naħa l-oħra tal-iskala tal-immigrazzjoni u l-prostituzzjoni, għandek il-familja Messina – grupp ta’ ħames aħwa, ommhom Maltija u missierhom Sqalli, u tnejn mit-tfal imwelldin il-Ħamrun. F’Lixandra, il-familja ssib xortiha fl-industrja legali u rregolata tal-prostituzzjoni. Magħrufin bħala nies perikolużi mill-pulizija sigrieta fl-Eġittu, l-aħwa Messina jitilqu minn hemm fl-1936, jagħmlu mawra twila jduru l-Afrika ta’ Fuq u l-Ewropa jfittxu n-nisa, u jtellgħuhom Londra. Sal-ħamsinijiet, kollox kien miexi fuq ir-ru-

bini għall-”mafja ta’ Mayfair” tal-familja Messina, sakemm ma jsibux il-Maltin kontrihom, jiġġieldu huma wkoll għal lira mill-istess nisa tal-familja Messina. Il-Maltin, ħafna minnhom ibbażati fl-East End ta’ Londra, qed jippjanaw l-espansjoni tal-business tagħhom fil-West End ta’ Soho biex japprofittaw ruħhom mit-tifrik tal-organizzazzjoni tal-aħwa Messina. Ilqtil ta’ gangster Ingliż, Tommy Smithson, allegatament fuq ordni ta’ Frank Mifsud, jibgħat messaġġ lill-gangland Ingliża – ħallu l-prostituzzjoni lill-Maltin.

Allura mill-1956 sas-sebgħinijiet, tibda speċi ta’ “pax Soho” f’idejn Mifsud u Bernie Silver, b’dan tal-aħħar jikkontrolla l-forzi tal-ordni b’sistema elaborata ta’ tixħim ta’ pulizija, minn fuq s’isfel. Fl-istess ħin, il-Maltin jagħmlu ċert li jżommu lill-gangsters u l-”heavy mob” Ingliża bħal Billy Hill, il-Krays u r-Richardsons kuntenti bi ħlasijiet fil-pront.

“Kien mument partikolari għall-Maltin, fejn bagħtu messaġġ li kienu lesti joqtlu lil min jipprova jidħlilhom l-għalqa. Il-Maltin ma kinux ‘jikkmandaw’ fil-veru sens tal-kelma, ċoè, dejjem kellhom iħallsu għal dan il-privileġġ, lil gangsters ikbar minnhom prinċipalment Billy Hill, li jsemmi lil Mifsud fil-bijografija tiegħu wkoll. Ma’ Bernie Silver, Mifsud beda jixtri l-proprjetajiet talaħwa Messina, jew ta’ John Gaul, iqiegħdu l-prostituti fl-appartamenti f’Soho, joperaw klabbs striptease u clip-joints, u jmexxu l-logħob tal-azzard. Dejjem bi ħlas lejn xi ħadd ikbar minnhom – Hill innifsu, u anki l-Krays meta jibdew jimxu fil-West End.”

Il-Maltin verament kienu jmexxu “mafja” fil-kapitali Ingliża? Waqt li ħafna kotba fuq il-kriminalità f’Londra jiddedikaw ftit fuq il-Maltin ta’ Soho, Vella jwettaq l-aktar stħarriġ estensiv fuq hekk

Vella jittama li l-ktieb tiegħu jista’ jwieġeb iltoqsija dwar jekk il-Maltin verament kellhomx tassew “mafja” f’Londra. Il-ktieb tiegħu joffri l-fatti li bihom il-qarrej jista’ jkejjel dalgrad ta’ influwenza kriminali.

“Ta’ spiss wieħed jistaqsi jekk l-uniku reat li l-Maltin għamlu hu li jiffaċilitaw il-prostituzzjoni, li fin-natura tagħha hi għal ċerta nies, ralment oġġezzjonabbli. Iżda meta tikkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-aqwa pulizija dwar l-organizzazzjoni u l-ġid enormi ta’ Silver u Mifsud, ta’ kif kienu jxaħħmu l-pulizija u x-xhieda, u r-reati – l-aktar ta’ natura vjolenti – li kienu

11.12.2022 14
Matthew
d-“divertiment” Malti fiċ-ċentru
Il-ġurnalist
Vella janalizza
ta’ Londra bejn il-ħamsinijiet u s-sebgħinijiet

IL-MALTIN TA’ SOHO

jagħmlu, anki jitfgħu l-bombi ta’ pitrolju lil xulxin, ma tistax ma ssejħilhiex mafja.”

Hemm ħafna “leġġendi” f’ħafna kotba talgangland ta’ Londra, u ftit minnhom jiddedikaw aktar minn kapitlu wieħed dwar il-Maltin. Vella jgħid li ried jikteb ktieb li hu purament dwar ilMaltin f’Soho, billi jwettaq l-aktar stħarriġ estensiv possibbli ta’ gazzetti minn dak iż-żmien, u jfittex iżjed evidenza ta’ dawn il-ġrajjiet b’riċerka storika tal-arkivji, kif ukoll intervisti personali. B’kollox qatta’ aktar minn tliet snin fir-riċerka għall-ktieb.

“Ridt nikteb ktieb li, fundamentalment, jindirizza l-għatx ta’ qarrej Malti għal narrattiva storika dwar il-Malti ta’ Soho,” qal Vella, li jiddeskrivi xogħlu bħala ġurnalist bħala wieħed “ibbażat strettament fuq fatti biss”.

“Ma naħsibx li pereżempju kellna l-istorja kbira dwar il-qtil ta’ Tommy Smithson fl-1956, il-kontroll ta’ Frank Mifsud fuq l-irġiel li kienu jaħdmulu, il-firebombs fissnin 60, it-tixħim tax-xhieda u tal-pulizija, l-attentat ta’ qtil ta’ George Caruana u anke r-relazzjonijiet li l-Maltin kellhom malKrays.”

Fl-1967, Silver u Mifsud talbu pjaċir mingħand l-aħwa Kray: “frightener” fuq George Caruana l-Għawdxi, is-sid ta’ xi klabbs rivali. “Kienet balbuljata sħiħa. Il-Krays riedu jorbtu lill-Maltin f’konfoffa billi minflok joqtlu lil Caruana, biex

ikunu jistgħu jidħlu huma fil-klabbs Maltin. Meta l-assassinju falla, l-Ispettur Nipper Read irnexxielu jdawwar l-elementi l-aktar dgħajfa tal-Krays biex jibni każ kontra t-tewmin Reggie u Ron.”

Ħames snin wara, is-supremazija Maltija li nbniet bit-tixħim tal-aqwa pulizija, intefgħet taħt il-lenti ta’ investigazzjoni kontra l-korruzzjoni. “Bert Wickstead kellu l-ewwel ikisser lill-korrotti ewlenin, il-Maltin, biex isolvi l-problema ta’ tixħim fi Scotland Yard.”

Bl-għajnuna tal-Pulizija Maltija, Wickstead intraċċa l-ewwel lil Victor Spampinato, imbagħad lil Philip Ellul, biex jagħtu lill-pulizija dikjarazzjoni dwar ir-rwol ta’ Mifsud u Silver fil-hit tal1956.

“Fl-aħħar mill-aħħar, għalkemm servew ħin il-ħabs fuq akkużi ta’ prostituzzjoni jew tixħim, nies bħal Mifsud fil-fatt inħelsu mill-aktar akkużi serji: għax irnexxielhom jixtru x-xhieda kollha!”

1,600 SIĠRA GĦAL KAMPANJA TA’ PUTTINU CARES

Il-memorja ta’ pazjenti li tilfu l-ġlieda kontra l-kanċer ingħatat il-ħajja permezz ta’ inizjattiva bejn Puttinu Cares u Parks Malta, li għal kull donazzjoni ta’ €300 jew aktar mill-pubbliku għal Puttinu, Parks Malta ħawlet siġra jew arbuxell. It-total ta’ siġar imħawla fil-Mosta u f’Birżebbuġa hu ta’ 1,600, b’investiment ta’ madwar €35,000 minn fondi ta’ Parks Malta. Is-siġar tqassmu fil-Mosta u f’Birżebbuġa, f’żewġ spazji miftuħa fejn il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża qed jirriġenera spazji miftuħa għall-familji.

Fil-Mosta, is-siġar ġodda se jsebbħu żona mitluqa (magħrufa bħala Ta’ Millbrae), biswit Ġnien l-Għarusa tal-Mosta, li qed tiġi riġenerata fi spazju għall-picnics. F’Birżebbuġa, is-siġar u l-arbuxelli ġodda se jingħaqdu mal-proġett tal-Gvern li jittrasforma żona kbira f’Birżebbuġa f’wieħed mill-akbar parks għall-familji f’Malta.

Kull siġra se jkollha tabella li tfakkar il-persuna jew l-organizzazzjoni li tkun għamlet id-donazzjoni, jew xi persuni għeżież għalihom, speċjalment dawk li jkunu għaddew mill-marda tal-kanċer. Id-dettalji għal kull siġra nġabru fix-xhur li għaddew, hekk kif Parks Malta bdiet it-tħejjijiet għat-tħawwil. Il-benefatturi se jkunu jistgħu jaraw il-progress tas-siġar tagħhom b’mod virtwali, b’sistema ta’ geo-tagging.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli sellmet il-memorja ta’ Dr Victor Calvagna, li kien imexxi l-ħidma ta’ Puttinu. L-ewwel siġra fil-picnic area ġdida fil-Mosta tħawlet b’memorja għal Dr Calvagna, meta tħabbret din l-inizjattiva f’April li għadda.

“Kemm hu sabiħ li naraw is-settur pubbliku u l-volontarjat jaħdmu flimkien għal għanijiet daqstant nobbli, bħalma hija l-għajnuna imprezzabbli li Puttinu Cares tagħti lill-pazjenti fl-aktar mumenti diffiċli tal-ħajja”, qalet il-Ministru Dalli.

“Fl-istess waqt, Parks Malta rat kif tkompli tħajjar lill-pubbliku jgħin lil Puttinu, billi żewġet l-impenn soċjali ma’ dak ambjentali. Dawk li taw donazzjoni lil Puttinu mhux biss għenu lil persuni fil-bżonn, iżda taw is-sehem tagħhom għal ambjent aħjar,” irrimarkat il-Ministru, waqt li ħeġġet lill-pubbliku jkompli jkun ġeneruż mal-għaqda, speċjalment fi żmien il-Milied.

Id-Direttur Ġenerali ta’ Parks Malta Adrian Attard, saħaq dwar l-importanza ta’ kollaborazzjonijiet bħal dawn. “L-għan ta’ Parks Malta huwa li nkomplu naħdmu u nikkollaboraw f’inizjattivi bħal dawn biex b’hekk nipprovdu ambjent aħjar għas-soċjetà tagħna,” qal is-Sur Attard.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Puttinu Cares, Rennie Zerafa, esprima sodisfazzjon għall-koperazzjoni li l-għaqda sabet min-naħa ta’ Parks Malta, biex il-pubbliku li jagħmel donazzjoni jkollu siġra li tissimbolizza l-ħajja ta’ xi ħadd għażiż. Dan filwaqt li l-ambjent ikompli jissebbaħ. Il-familja ta’ Dr Victor Calvagna u l-Kunsill Lokali tal-Mosta attendew għat-tħawwil tas-siġar.

11.12.2022 15
Frank Mifsud ma’ Rocky Marciano

PRIJORITAJIET

Iżda l-koeżjoni hija aktar minn sempliċement flus: hija valur li tmexxi t-tkabbir sostenibbli, toħloq opportunitajiet ta’ impjieg fit-tul għal kulħadd u twettaq politiki bbażati fuq il-post li jissodisfaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini u r-residenti.

Prijorità 1

L-awtoritajiet lokali u reġjonali, rappreżentati fl-UE mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, dejjem kienu s-sinsla tad-demokrazija Ewropea. Il-pandemija reċenti tal-COVID-19 uriet il-mexxejja lokali u reġjonali bħala l-forza mexxejja tal-komunitajiet lokali, huma u jieħdu azzjoni matul l-emerġenza u jmexxu l-irkupru tal-UE.

Dan rajnieh ukoll f’pajjiżna fejn għadd ta’ Kunsilli Lokali marru lil hinn minn dak li hu mistenni minnhom u kienu ferm eqreb tar-residenti tagħhom.

Li nressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini permezz tal-villaġġi, il-bliet u r-reġjuni tagħha għalhekk hija l-missjoni primarja tal-Kumitat tar-Reġjuni, missjoni li se tinkiseb permezz ta’ tliet prijoritajiet ewlenin.

Id-deċiżjonijiet kollha għandhom jittieħdu kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadini, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Dan jinvolvi l-wiri u t-tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE.

Il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa kienet opportunità biex jittejbu l-modi kif taħdem l-UE, il-kondiviżjoni u t-tkabbir ta’ prattiki ta’ suċċess ta’ parteċipazzjoni ċivili, li l-membri żviluppaw fil-kostitwenzi tagħhom, u r-riforma tal-proċess tatteħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE.

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea jrid ikompli jassigura wkoll li l-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE tnaqqas il-piż amministrattiv u l-ispejjeż ta’ implimentazzjoni għar-reġjuni.

Id-deċiżjonijiet Ewropej kollha għandom jittieħdu fid-dawl tal-impenn tal-membri eletti li nindirizzaw it-trasformazzjonijiet soċjali kbar li qed jiffaċċjaw il-villaġġi, il-bliet u r-reġjuni tagħna. Dawn jinkludu pandemiji globali (kif rajna fl-aħħar sentejn), it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, l-isfidi demografiċi u l-influssi migratorji. Li nkunu aktar b’saħħitna flimkien wara dawn it-tranżizzjonijiet se jiddetermina l-kapaċità tagħna li nkomplu nassistu u nibnu r-reżiljenza fil-komunitajiet lokali.

Il-koeżjoni għandha tibqa’ bħala valur fundamentali fil-politiki u l-programmi kollha tal-UE.

It-trawwim tal-koeżjoni fl-Ewropa jeħtieġ baġit tal-UE li jkun ambizzjuż, fit-tul u li joffri biżżejjed finanzjament strutturali u ta’ koeżjoni u investiment agrikolu għar-reġjuni u għall-bliet kollha.

Inressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini: id-demokrazija u l-ġejjieni tal-UE. Naħsbu mill-ġdid dwar kif id-demokrazija taħdem illum u kif għandha tiġi modernizzata fil-futur sabiex l-Unjoni Ewropea twieġeb b’mod aktar effiċjenti għall-ħtiġijiet tan-nies. Dwar dan għad hemm ċertu xettiċiżmu.

Il-prijorità ewlenija tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni hija li nġibu l-Ewropa eqreb lejn il-poplu tagħha u li tissaħħaħ id-demokrazija Ewropea fil-livelli kollha tal-Gvern. Għandha l-għan li ttejjeb il-mod kif taħdem l-UE, filwaqt li tiżgura li l-politiki u l-programmi tagħha jissodisfaw il-ħtiġijiet reali taċ-ċittadini u tar-residenti.

Prijorità 2

Il-ġestjoni tat-trasformazzjonijiet soċjetali fundamentali: Nibnu komunitajiet reġjonali u lokali reżiljenti u nirrispondu għat-trasformazzjonijiet ewlenin li r-reġjuni, il-bliet u l-irħula tagħna qed jiffaċċjaw illum, permezz ta’ approċċ Ewropew koerenti, integrat u lokali.

Il-pandemiji globali, il-klima, it-tranżizzjonijiet demografiċi u diġitali, kif ukoll l-influss tal-migrazzjoni, qed ikollhom impatt profond fuq kull reġjun, belt, belt żgħira u villaġġ Ewropew. Immexxija mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, ser jiġu identifikati soluzzjonijiet biex jiġi assigurat li l-UE tappoġġja biżżejjed lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex iwieġbu għal emerġenzi futuri u jindirizzaw it-trasformazzjonijiet tas-soċjetà li qed iseħħu fil-komunitajiet tagħhom.

Prijorità 3

Il-koeżjoni, il-valur fundamentali tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni: Politiki tal-UE bbażati fuq il-post.

L-UE għas-servizz taċ-ċittadini u l-postijiet fejn jgħixu.

Il-koeżjoni mhijiex flus, hija l-valur fundamentali tagħna tal-UE.

It-tielet prijorità ser tkun li jiġi żgurat li l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali titrawwem u tiġi rispettata fil-politiki tal-UE kollha li jaffettwaw lin-nies u lill-postijiet fejn huma jgħixu (politiki bbażati fuq il-post). Dan ser juri l-valur miżjud tal-koeżjoni mhux biss bħala politika, iżda bħala valur fundamentali li għandu jkun ilbażi tal-politiki kollha tal-UE.

Dawn kienu wħud mit-temi li ġew diskussi anki fl-aħħar Plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għal din is-sena fi Brussell, fejn preżenti kien hemm ukoll il-membri tad-delegazzjoni Maltija.

Sur Editur, Naf li llum il-Ħadd Imqaddes, se jkolli battibekk qawwi ma’ Melda tiegħi. Għax kif se taqra l-gazzetta, żgur li se ddur fuqi u se tagħtini xebgħa kliem kif taf hi. Ħa ngħidlek jien għaliex, Sur Editur.

In-Nazzjonalisti qishom marti Melda. Meta jkollna argument dejjem jeħlu dawk li fi żmieni kont noħroġ magħhom. U araha sejra li mnalla ġabritni hi, għax kieku miżżewweġ lil xi waħda minnhom. U mnalla ħadt lilha għax kieku żżewwiġt waħda werċa, l-oħra ħotbija, dik il-kiesħa li kelli saret daqs balena, l-oħra imbasta dardira, għax maħmuġa u nkallata u ddur il-lista kollha u madre tal-ħniena, skont hi, ma kellix waħda sura, ħlief lilha.

L-istess bħan-Nazzjonalisti. Kulma jagħmel il-Gvern tagħna kollox werċ, ħotbi, imnellaħ u nkallat. Dejjem skont huma. U mnalla l-pajjiż għandu lilhom, il-partit tas-sewwa, tal-ġustizzja, meħlus minn kull korruzzjoni u verġni pur, li jġib l-għaqda fil-pajjiż u jagħmel kollox kif għandu jkun.

U bl-istess raġunament tagħhom, allura jien Napuljun Bonaparte. Għax daqsu fini, forsi kemm kemm itwal u mrambel naqra aktar.

X’kull waħda wkoll, Sur Editur! Qas jistħu dawn in-nies. Ibda minn dawk li suppost jafu aħjar, kompli f’dawk li ma jpoġġux fuq moħħhom, u spiċċa fl-istilel li jgħidu li għandhom. Pezza waħda. Ma hemmx minn fejn taqta’ żewġ piedi drapp sura. Jew metru ħa, għax il-piedi ilhom li sparixxew. Daqskemm ilhom li sparixxew issens komun u l-irġulija tagħhom.

U kif dejjem ngħid, apparti li skont huma, dawk kollha li huma Laburisti ma ħaqqhomx ikollhom pożizzjoni, jew għandhom jirreżenjaw, il-fallimenti tagħhom qed jippruvaw iwaddbuhom fuq il-Gvern tagħna. Skont l-aħbarijiet tagħhom, fil-kabinett hemm qasma. Għax biex jippruvaw jitnellħu bil-poplu fuq din iddiskussjoni li għaddejja bħalissa fil-Parlament, għal kollox qed jirrikorru. Minn gideb sa nuqqas ta’ fatti, minn aħbarijiet mgħawġa ganċ għal dak li qed jgħidu li hija qasma fil-kabinett.

Imbagħad din il-ġimgħa ftaħru li l-partit tagħhom qed iżid l-appoġġ u li l-kap tagħhom żied fil-fiduċja. Imma msieken insew jgħidu x’inhu d-distakk u li għad hemm, tant li kważi nofs inNazzjonalisti nfushom m’għandhomx fiduċja fil-kap tagħhom. Donnu li dawk li baqgħu jsegwuhom, isegwu lilhom biss u ma jarawx aħbarijiet oħra. Affarihom, Sur Editur.

Issa ma nafx jekk dan is-sondaġġ sarx qabel jew wara d-diskors brillanti tal-Kap tagħhom fil-Parlament. Dak li qed jiddeskrivuh bħala diskors kontroversjali, xokkanti, misoġinu, u insensittiv fil-konfront tan-nisa. Issa ngħidlek id-dritt din il-kelma misoġinu kkupjajta kif inhi, imma ħarbtitli moħħi.

U staqsejt lin-neputi, li qed jistudja għal avukat u allura żgur li jkun jaf xi tfisser. Qalli: “Nann, dik jiġifieri wieħed li jkun jobgħod u għandu preġudizzju kontra n-nisa”. Ajma j’ommi, Sur Doctor Bernard Grech! Fik il-ħobż, ukoll! Ja misoġinu!

Mhux ta’ b’xejn li n-nisa li għandu deputati man-naħa tiegħu talkamra ma ridux jikkummentaw fuq dan id-diskors! U kollha dehru imbarazzati. Ja misoġinu li hu! Sewwa qallu Rafel tal-MaltaToday, li l-uniku mod kif wieħed jista’, b’xi mod, jagħmel sens minn dak li qal il-Kap tagħhom, huwa li jirrikonoxxi d-diskors bħala ċajta immatura, insensittiva, u misoġinista b’mod li jqażżek. Ja qżież misoġinu li hu! Għax issa la tgħallimt x’inhi ħa ndardrek biha, Sur Editur.

Taf x’naf ngħid, li kieku bniedem serju dan il-Grech, kieku jirriżenja fuq il-kummenti li għadda. Issa mhux qed ngħid hekk għax huma dejjem hekk moħħhom ta! Li tagħna għandhom jirriżenjaw u jwarrbu. Imma meta tkun misoġinu u tkun Kap talOppożizzjoni u tgħid dak il-kliem fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, jien naħseb li għandek tirriżenja.

Imma skont il-Grech, interpretawh ħażin. Għad-dieħla, Sur Editur, għax nikteb xi ħaġa li żgur ma jkollhiex bżonn interpretazzjoni. Saħħiet.

11.12.2022 16
President Sezzjoni Kunsilliera PL MARIO FAVA

DIVERTIMENT GĦAL PERSUNI B’DIŻABILITÀ

Biex tiċċelebra l-osservanza annwali tal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilità, il-Fondazzjoni Inspire organizzat sensiela ta’ attivitajiet divertenti u interattivi kemm għat-tfal kif ukoll għall-istudenti adulti.

L-attivitajiet kienu jinkludu terapija taż-żfin, sessjonijiet akkademiċi divertenti, tisjir, diversi logħob, arti u crafts. L-attivitajiet kienu akkumpanjati mit-tim ta’ Inspire, inkluż staff amministrattiv, li fih kellhom ukoll l-opportunità li jimpenjaw ruħhom mal-istudenti.

Il-Fondazzjoni Inspire hi l-organizzazzjoni tal-karità ewlenija f’Malta li taħdem fil-qasam tad-diżabilità u tipprovdi servizzi u programmi ta’ diżabilità lil aktar minn 500 individwu kull sena.

IL-GVERN QED JINVESTI MAT-€80,000 F’VETTURA TA’ TAĦRIĠ SPEĊJALIZZAT

Għaddejjin l-aħħar modifikazzjonijiet fuq karozza speċjalizzata għal persuni f’siġġu tar-roti jew b’xi tip ta’ diżabilità oħra, biex jitħarrġu fiha. Il-karozza, b’investiment ta’ €80,000, hi mgħammra b’teknoloġija li tippermetti li persuna ssuq il-karozza mis-siġġu tar-roti stess. L-investiment se jkun jista’ jibda jitgawda dalwaqt f’pajjiżna.

Dan tħabbar fil-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilità, fejn il-Ministru għall-Inklużjoni Julia Farrugia Portelli (inset) ħabbret it-twettiq ta’ proposta oħra tal-manifest elettorali permezz ta’ dan l-investiment.

Fl-Italja ġie spjegat li l-karozza tista’ tiġi misjuqa wkoll minn persuni b’kundizzjonijiet differenti permezz ta’ seat li jitwaħħal apposta. Il-karozza għandha fiha wkoll sistema awtomatika ta’ tifi tan-nar. Il-modifikazzjonijiet tal-karozza huma mmirati għal kulħadd. Persuni b’diżabilitajiet dif-

ferenti se jkunu jistgħu jirċievu taħriġ dwar din il-karozza mill-Aġenzija Sapport.

“Jekk persuna qiegħda f’siġġu tar-roti xorta tista’ titgħallem issuq il-karozza u xorta jista’ jkollha liċenzja tas-sewqan u jkollha l-karozza tagħha li tkun modifikata tailor-made għaliha.”

Min-naħa tiegħu, il-Maniġer tasservizzi ta’ Aġenzija Sapport, Jonathan Formosa Vella, spjega kif se jkunu jistgħu joffru servizzi aħjar biex jgħinu persuni b’diżabilità jsiru aktar indipendenti. “Permezz ta’ din il-vettura l-ġdida l-Aġenzija Sapport ħa tkun tista’ ssaħħaħ is-servizzi tagħha kemm dak ta’ assessjar tas-sewqan kif ukoll ta’ tagħlim għas-sewqan għal persuni b’diżabilità. B’mod partikolari dawk li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti biex b’hekk ikunu jistgħu jitgħallmu jsuqu u jkunu jistgħu jtejbu l-indipendenza tagħhom.”

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24.

Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10).

Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek.

Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

11.12.2022 17

META L-ARTI TKUN MAGĦĠUNA FIK

FRANS MUSCAT hu artist fabbli mill-Mosta, statwarju u joħloq bosta pasturi ta’ kull daqs skont l-ordnijiet li jkollu. Il-jiem kollha tas-sena ssibu għaddej jagħmel il-pasturi Maltin, u f’dan il-Milied, apparti milli se jintwerew il-pasturi tiegħu fil-presepju li ġie inawgurat f’Bergamo, għandu oħrajn li jiffurmaw presepju mdaqqas mhux ħażin b’pasturi, li għalkemm fuq stil Lhudi, qatt ma ntwerew bħalhom f’ebda presepju.

Tkellimt ma’ Frans, li kif għedt hu bniedem mill-aħjar, firrazzett tiegħu fil-Mosta, fejn iqatta’ bosta ħin fir-raba’ u jsib ħin ukoll jagħmel il-pasturi. Kif qalli hu stess, kemm ilu li rtira, qatt ma sab wisq serħan, għax klijent jitkellem ma’ ieħor u dejjem jitolbuh u jordnawlu xi ħaġa. Is-sabiħa hi li Frans qatt ma tgħallem l-arti f’xi skola, għalkemm temm l-edukazzjoni sekondarja tiegħu.

Mistoqsi kif irnexxielu jieħu sehem bil-pasturi tiegħu f’Bergamo, Frans qalli li hu msieħeb f’għaqda ta’ presepisti Għawdxin, li hekk kif saru jafu li se jorganizzaw wirja f’dak il-post Taljan, il-membri ħbiebu talbuh jaħdmilhom il-pasturi.

Bidu mill-ħames sena

Frans jemmen li l-arti tkun fil-bniedem mit-twelid, u għal dak li jirrigwarda lilu, jiftakar li sa minn meta kellu dawk il-ħames snin, missieru kien jieħdu miegħu fl-għalqa, u hu kien il-gost tiegħu jimmudella statwetti bil-ħamrija. Il-ħamrija kien ixarrabha u jiffurmaha f’figuri u f’annimali. Kull min kien jarah jilgħab, kien jinduna x’kellu f’moħħu, għax xi ftit xebh kien jagħtihom ukoll.

Jiftakar li kien il-gost tiegħu iqiegħed il-figurini li jkun għamel fuq xi ċint għall-arja, iżda meta l-għada filgħodu jmur jittawlilhom, kien isib li n-nida dewbithomlu; u jaqbad jibki.

Maż-żmien beda jipperfezzjona u ħaġa li ma kinitx diffiċli għalih kien il-proporzjon fl-oġġett li jsawwar. Iżda aktar ma beda għaddej iż-żmien aktar baqa’ jitgħallem mix-xogħol li jkun diġà wettaq.

Jaqbel li l-aktar ħaġa iebsa għall-bidu kienet tkun l-uċuħ, għalkemm maż-żmien beda jieħu l-qagħda tagħhom ukoll.

Tafal mill-wied tal-Mosta Meta beda jifforma l-pasturi tat-tafal, kien jagħmel użu

mit-tafal li kien jiġbor millwied tal-Mosta. Aktar tard beda jixtri t-tafal ta’ barra, li tista’ tużah bla ħafna tħejjijiet, għax dak ta’ Malta kont trid ixxarrbu sew, tiffurmah qisu kannoli u dejjem trid iżżommu mxarrab ħafif. It-tafal ta’ barra jkun diġà niedi.

Kif Frans, daqqa ta’ 15-il sena ilu beda jixtri dan it-tafal, ħass li seta’ jipperfezzjona x-xogħol li minn dejjem kien għal qalbu. Xi ħbieb artisti, li bħalu kienu dilettanti, kienu jgħaddulu xi kummenti u pariri, li hu kien jattwahom biex dejjem ikollu l-aqwa riżultati. Sadanittant, baqa’ qatt ma mar jistudja, għalkemm wara li ħareġ mill-iskola, għamel l-eżami tal-arti u għadda. Jirrakkonta li darba, wara li l-artist Leslie Agius, ra x-xogħol tiegħu, staqsieh fejn kien imur jitgħallem. Bi tbissima, Frans wieġbu li jmur ftit ’il fuq mill-għalqa tagħhom, peress li missier Leslie wkoll kellu

għalqa maġenbhom. Statwi tal-qaddisin

Jiftakar li l-ewwel li kien beda jagħmel kienu l-istatwi tal-qaddisin. Isib santa ta’ qaddis u jirriproduċiha fit-tafal, iżda dak iż-żmien ma kienx beda jaħmihom. Għalhekk aktar ma jgħaddi żmien minn fuqhom, it-tafal Malti jibda jiddeterjora u l-istatwi

jispiċċaw.

Bħala għodda, Frans xtara dik li jużaw l-iskulturi tat-tafal, iżda spiċċa wkoll joħloq tiegħu stess minn xi biċċa ħadida, li jilwiha skont il-ħtieġa li jkollu.

Peress li sa minn żgħir, missieru u ż-żewġ nannietu rġiel dejjem kellhom l-annimali, meta jiġi biex jagħmel xi mudell ta’ nagħġa jew ta’ xi żiemel, itellagħhom fuq għa-

jnejh bla ebda ħtieġa li jħares lejn il-veru.

Biex ix-xogħol li jagħmel Frans idum aktar u jkollu dehra isbaħ, jieħdu għand kumpanija li taħdem ilfuħħar u jaħmuhulu. Dawn il-fran itellgħu temperatura ferm ogħla minn forn tad-dar u b’hekk it-tafal isir terracotta. Il-proċess idum xi 48 siegħa.

Meta jkollu ftit pasturi jew

Frans jemmen li l-arti tkun fil-bniedem mit-twelid, u għal dak li jirrigwarda lilu, jiftakar li sa minn meta kellu dawk il-ħames snin, missieru kien jieħdu miegħu fl-għalqa, u hu kien il-gost tiegħu jimmudella statwetti bil-ħamrija

11.12.2022 18

xi ħaġa oħra f’qies ċkejken, jiddaħħlu fil-forn ma’ xogħlijiet oħrajn, ngħidu aħna vażuni, iżda meta ħadem l-istatwa tal-Pietà, li hi relattivament kbira, il-forn kellu jintuża għaliha biss.

Nagħaġ bir-reżina

Numru ta’ annimali għall-presepji, speċjalment in-nagħaġ jaħdimhom bir-reżina. Jiġifieri jimmudella ftit nagħġiet li jkun se juża u li jkunu f’qagħdiet differenti, jeħdilhom il-forom u jimliehom bir-reżina. Il-bqija, kollox jinħadem mit-tafal moħmi, li kif diġà għedna, isir terracotta.

Sakemm ħareġ bil-pensjoni, Frans kien jagħmel xogħol totalment differenti, għalkemm meta jsib il-ħin kien jieħu gost jaħdem xi statwi, statwetti u pasturi. Terġa’ mbagħad beda jsib, li xi ħabib li jkun ordnalu xi xogħol, jurih lil ħaddieħor, li jitħajjar

u jmur ifittxu biex jordna hu wkoll xi sett pasturi.

Frans mhux dejjem jaħdem qies wieħed ta’ pasturi, iżda skont x’jordnawlu. Ġieli għamel pasturi ta’ 30 ċentimetru, ġieli ta’ 22 u wkoll ta’ 10 ċentimetri. Urieni l-istatwi li jiffurmaw il-ħarba lejn l-Eġittu, f’qies ta’ 22 ċentimetru, li għadu kif ħadem. Ġeneralment, kull ordni tkun għal sett sħiħ ta’ pasturi: il-Bambin, San Ġużepp, il-Madonna, il-baqra u l-ħmara, in-nagħaġ, l-anġli u l-persunaġġi kollha li jkun fih presepju. Ġieli joħloq persunaġġi oħra skont ix-xewqa ta’ min jordnalu. Pereżempju s-sett li sibtu jagħmel, li se jkun esibit fi Triq il-Ġdida Ħal Luqa, diġà fih 60 pastur u skont Frans, għadu jidher kważi vojt, għax se jkun presepju kbir.

Xogħol b’kummissjoni

Il-ħidma artistika kollha ta’ dan l-artist dejjem issir

b’kummissjoni, jiġifieri ma jkunx jista’ jbigħ pasturi li min jaqbad u jmur għandu biex jixtri.

Mistoqsi liema huma l-aktar pasturi diffiċli biex jinħadmu, Frans weġibni dikment li jkunu l-annimali weqfin fuq saqajhom, għax peress li meta jinħadmu, it-tafal ikun għadu frisk, ikunu jeħtieġu l-appoġġ biex ma jaqgħux, peress li s-saqajn ikunu rqaq ukoll, iżda ladarba x-xogħol jibda jinxef u wara jinħema, il-problema tisparixxi, għalkemm xorta trid toqgħod attent li ma tkissirx.

Madanakollu, bejn pastur mara u nagħġa, il-mara tkun teħtieġ aktar xogħol minħabba l-qagħda li tkun fiha u d-dettalji marbutin magħha, għax ġieli jkollha xi tifel jew xi barmil f’idejha.

Għand Frans rajt ukoll pastur mara li qatt ma dehret imkien bħalha, u li se tkun fil-presepju li semmejna f’Ħal Luqa. Hi se tkun b’nar

Idum ħafna sigħat jaħdem, u meta jirritorna d-dar ikompli bl-istess xogħol hemm ukoll. Anke martu Ruth saret parti mill-ħidma tiegħu

ta’ veru f’id waħda. Normalment, pasturi hekk narawhom b’dawl tal-bozoz tal-batteriji!

Wara l-proċess li minn pasturi tat-tafal isiru tat-terracotta, Frans jagħtihom iż-żebgħa tal-undercoat u wara jiżbogħhom bil-kulur. Dan jingħata skont l-istil li jkun iridhom min jordnahom. Għax jekk il-pasturi jkunu fuq stil Malti, lill-irġiel jagħmlilhom sidrija sewda, qmis bajda u qalziet kannella, waqt li jekk ikunu fuq stil Lhudi, ir-ragħajja jkollhom il-kulur abjad tal-qoton u l-lewn kannella. Kuluri differenti jagħmilhom fuq pasturi oħrajn li jirrappreżentaw persunaġġi sinjuri.

Għal San Ġużepp imur fuq it-tradizzjonali; l-ilwien vjola u kannella, waqt li għall-Madonna juża l-blu u l-aħmar.

Meta jiġi biex jiżbogħ ilbaqra, Frans ma jużax l-abjad u l-iswed, iżda l-abjad u l-kannella, għax skont hu, il-baqra bl-iswed hi baqra moderna.

Pasturi miżjudin

Mitlub jgħidli fuq id-drawwa li qed tidħol bil-mod, li fil-presepji qed jiżdiedu ċerti pasturi, pereżempju f’dak Malti naraw lil San Ġorġ Preca, lil San Gejtanu, lill-Papa Ġwanni Pawlu II u figuri oħrajn li m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-presepju oriġinali, Frans weġibni li hu jaħdimhom għax jordnawhomlu, iżda ma jħossx li fil-verità għandhom jagħmlu parti mill-presepju tradizzjonali.

Biex joħroġ lil dawn il-pasturi, li n-nies tal-lum jiftakruhom; bħal San Ġorġ u l-Papa, il-klijenti jagħtuh is-santi tagħhom, biex kemm jista’ jkun jagħmilhom simili. Fil-każ ta’ qaddisin oħrajn bħal San Gejtanu, li ma jiftakru ħadd, ikun jista’ jagħmillu wiċċ kif jidhirlu hu.

Sehem kompetittiv

Fil-kompetizzjonijiet li jsiru kull sena għall-aqwa presepju, Frans qatt ma ħa sehem. La qatt rebaħ u lanqas se jirbaħ, għax il-kompetizzjonijiet jafu jbaqbqu lil dak li jkun u hu jippreferi jibqa’ trank-

will.

Xogħlijiet moderni bit-terracotta għamel ukoll. Jiftakar biċċa xogħol li kienet għal qalbu, fejn persuna talbitu jagħmlilha mudell minn ritratt ta’ artist Ġappuniż, li kien juri biċċa wiċċ ħiereġ minn fergħa ta’ siġra. Iżda ġieli jordnawlu xogħlijiet oħra moderni li qajla jifhimhom. Madankollu jaqdi lil dak li jkun, għalkemm jippreferi jagħmel xogħol b’ċerti dettalji.

Għal darba, organizza wirja fir-Razzett tal-Markiż il-Mosta. Esibixxa xi xogħlijiet li għandu d-dar, iżda ma kinux għall-bejgħ, għax huma tal-kollezzjoni privata tiegħu.

Għalkemm Frans hu magħruf sew għax-xogħol tiegħu bit-tafal, l-aktar għall-pasturi, jaħdem ukoll fuq il-ġebla, tant li fil-bidu tas-sajf lesta l-istatwa ta’ San Nikola.

Trankwillità fil-ħajja

B’ċajta jgħid li minn meta wasal biex jispiċċa mix-xogħol, dejjem ħaseb li se jibda jgħix trankwill, iżda n-nies ma ħallewhx. Għalhekk jara kif jagħmel biex għadu jlaħħaq max-xogħol talgħalqa li għandu u kull ċans li jsib, jidħol fir-razzett, jaħdem il-pasturi. Idum ħafna sigħat jaħdem, u meta jirritorna d-dar ikompli bl-istess xogħol hemm ukoll. Anke martu Ruth saret parti mill-ħidma tiegħu, għax spiss tmur tgħinu r-razzett u tiżbogħlu l-pasturi bl-undercoat ladarba jkunu tat-terracotta.

Wara li jinxfu, Frans jerġa’ jiżbogħhom biż-żebgħa taż-żejt tal-pittura. Ġieli wkoll juża żebgħa akrilika għall-annimali. Id-differenza hi li l-akrilika tkun ibbażata fuq l-ilma, iżda l-oħrajn, biż-żebgħa tal-pittura, ix-xogħol joħroġ aħjar, speċjalment il-karnaġġjon.

It-tliet uliedu kollha jħeġġuh biex jieqaf u jgawdi l-ħajja, iżda hu jsostni li dan ix-xogħol minn dejjem kien parti minn ħajtu, jagħmlu bħala delizzju u fl-istess ħin ma joqgħodx b’idejh fuq żaqqu; ħaġa li qatt ma għamilha u ddejqu immens.

11.12.2022 19

L-IMMAKULATA TAL-QALA

Waħda mill-eqdem knejjes li hemm f’Għawdex hija l-kappella tal-Kunċizzjoni li hemm fil-Qala fi Triq Ħondoq ir-Rummien. Fil-passat, waqt xi katastrofi nazzjonali bħal terremoti, nixfa u epidemiji, in-nies kienet tmur bi ħġarha f’dan it-tempju biex titlob lill-Madonna tal-Kunċizzjoni fil-Qala biex tidħol għalihom. Il-knisja hija qadima ferm u ma nafux eżatt meta nbniet. Dokumenti juruna li dan ilpost kien post ta’ devozzjoni kbira sa minn żmien il-ħakma tal-Għarab bejn is-sena 870 u 1091. Xi studjużi jaħsbu li dan it-tempju ġie mibni fuq tempju ieħor pagan ta’ żmien qabel l-era Kristjana.

Waqt iż-żjara pastorali tal-Viżitatur Appostoliku Monsinjur Pietru Dusina fl1575, din il-kappella kienet fi stat ħażin ħafna wara li ġiet attakkata għal diversi drabi mit-Torok li kienu jinżlu l-art f’Għawdex. Kien għalhekk li Dusina ordna li l-knisja tiġi pprofanata u magħluqa.

Imma d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Qala qatt ma mietet, u n-nies li joqogħdu f’dawn l-inħawi għamlu minn kollox biex din il-kappella ma tibqax magħluqa. Bid-donazzjonijiet u bix-xogħol volontarju li huma għamlu f’din il-kappella, irrestawrawha, bnewlha sagristija, u għamlu zuntier ġdid quddiemha. Sa mill-1615 kienet mhux biss waħda mill-kappelli li kienu miżmuma fi stat tajjeb ħafna imma wkoll waħda mill-akbar f’Għawdex, u li kienu jżuruha nies minn madwar il-gżira kollha. Jista’ jkun li għalhekk l-isqof Cagliares għażilha biex iqiegħed fiha l-pittura sabiħa ta’ Marija Immakulata.

Għal xi żmien din il-kappella serviet ta’ parroċċa għall-inħawi tan-Nadur, Għajnsielem, il-Qala u Kemmuna meta dawn l-irħula kienu għadhom magħqudin man-Nadur fl-1688. Fl1872 il-Qala nqatgħet minn man-Nadur u saret paroċċa għaliha u din il-kappella saret il-knisja parrokkjali ta’ dan irraħal il-ġdid. Baqgħet isservi ta’ parroċċa, sakemm inbniet il-knisja parrokkjali l-ġdida ddedikata lil San Ġużepp. Oriġinarjament il-knisja tal-Kunċizzjoni kienet iddedikata lil Santa Marija

tal-Qala, imma fl-1615, l-isqof Cagliares biddel id-dedikazzjoni u t-titular ta’ din il-kappella ċkejkna għal dik tal-Immakulata Kunċizzjoni. Il-festa tal-Kunċizzjoni twaqqfet fil-Knisja fl-1476 mill-Papa Sistu IV iżda kien biss fl-1854 li l-Papa Piju IX iddikjara dan it-twemmin bħala Domma tal-Fidi li torbot lill-Insara kollha. L-isqof Calgiares kellu devozzjoni kbira lejn il-Kunċizzjoni. Hu kien wiegħed lill-Madonna li jekk isir Isqof ta’ Malta huwa jagħmel minn kollox biex ikabbar id-devozzjoni lejn l-Immakulata Kunċizzjoni. Għalhekk meta sar Isqof ta’ Malta biddel it-titular ta’ din il-knisja u rregalalha l-pittura titulari l-ġdida.

Wara l-bidla tad-dedika, il-pittura titulari l-antika nżammet fis-sagristija għal xi żmien, u fl-1899 ġiet trasferita għall-knisja parrokkjali l-ġdida tar-raħal. It-titular il-

ġdid għal żmien twil kien jiġi attribwit lill-pittur Federico Barocci minn Urbino, iżda llum hemm dubju dwar dan.

L-isqof Cagliares kien akkwistaha meta kien f’Ruma u rregala din il-pittura lill-knisja tal-Qala fil-vista tiegħu tal-

1615. Il-kwadru

ta fuq il-lemin lill-Madonna

tgħaffeġ b’riġlejha s-serp li ħiereġ minn qalb

Għal xi żmien din il-kappella serviet ta’ parroċċa għall-inħawi tan-Nadur, Għajnsielem, il-Qala u Kemmuna meta dawn l-irħula kienu għadhom magħqudin man-Nadur fl-1688. Fl-1872 il-Qala nqatgħet minn man-Nadur u saret paroċċa għaliha u din il-kappella saret il-knisja parrokkjali ta’ dan ir-raħal il-ġdid. Baqgħet isservi ta’ parroċċa, sakemm inbniet il-knisja parrokkjali l-ġdida iddedikata lil San Ġużepp

11.12.2022 20
jirrappreżen- qiegħda

weraq impittrin b’dettall kbir. Fuq in-naħa tax-xellug, il-Missier Etern, b’dirgħajh miftuħin u b’erbat irjus ta’ anġli taħtu, qiegħed jitgħaxxaq bl-akbar opra li ħarġet minn idejh omnipotenti filwaqt li qed jimlieha bil-grazzji.

Mal-bidla tat-titular, innies bdiet tmur bi ħġarha lejn din il-kappella biex titlob għall-grazzji bl-interċessjoni tal-Madonna. Dan narawh miż-żieda kbira tal-kwadri ex-voto - xhieda ta’ grazzji maqlugħa.

Fl-1 ta’ Awwissu 1954, fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju mill-proklamazzjoni tad-Domma tal-Konċepiment tal-Madonna mingħajr tebgħa mill-Papa Piju IX, il-kwadru ġie solennement inkurunat minn Mons. Giuseppe Pace, isqof ta’ Għawdex.

Il-knisja li tinsab fit-triq li tagħti għall-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien għandha forma

kwadra u zuntier imdaqqas quddiem ha. Il-faċċata ħelwa għand ha bieb wieħed tal-injam u fuqu hemm tieqa tonda. Ak tar ’il fuq minn din it-tieqa hemm niċċa li fiha statwa tal-Madonna tal-Kunċizzjoni magħluqa bil-ħġieġ.

Minn ġewwa, il-knisja hija ġawhra, imżejna b’għadd ta’ pitturi, skulturi u induraturi kemm fis-saqaf troll kif ukoll mal-ħitan. Fil-faċċata wieħed mill-ewwel jilmaħ l-altar maġġur, bil-pittura titulari warajh.

Fuq in-naħa tal-lemin tal-knisja hemm altar b’pittura fuqu li turi lill-Madonna bil-Bambin f’idejha, lil San Duminku fuq il-lemin tagħha u lil Santa Rita fuq ix-xellug tal-Madonna.

Faċċata ta’ dan l-altar, fuq

ix-xellug tal-knisja, hemm altar ieħor li għandu kurċifiss kbir u ħdejh hemm pittura ovali ta’ San Kurradu, il-qaddis li miegħu nsibu leġġenda li torbtu ma’ dan is-santwarju.

Fuq in-naħa tax-xellug hemm taraġ ċkejken u dejjaq, kważi moħbi, li jniżżlek ġo kmajra, maqtugħa fil-blat u li fiha l-fdalijiet li kienu nstabu fl-1937, attribwiti lill-qaddis Kurradu. Dawn il-fdalijiet narawhom f’urna tal-ħġieġ wara grada tal-ħadid.

Hemm diversi leġġendi marbutin ma’ din il-kappella. Waħda minnhom tirrakkonta l-ġrajja ta’ San Kurra-

du. Din il-leġġenda tgħid li fis-seklu 15 kien hawn raġel qaddis li kien barrani li kien jgħix f’Malta. Dan ir-raġel li kien jismu Karrew, kien qed jgħix ħajja qaddisa ta’ eremita ġewwa għar f’Wied il-Għasel fil-Mosta. Xi ragħajja Mostin bdew jittantawh u jippruvaw iwaqqgħuh fiddnub. Wara li ppruvaw kemm-il darba, Karrew ipprova jikkoreġihom, iżda dawn minflok bdew iħaġġruh bil-ġebel, u minħabba f’hekk kellu jitlaq minn Malta u mar ikompli jgħix il-ħajja ta’ eremita fil-Qala f’Għawdex, fejn miet, u ġie midfun fil-kripta ta’ din il-knisja.

Iktar tard jingħad li dan ir-raġel qaddis beda jagħmel il-mirakli mat-tfal morda u l-kripta ta’ din il-knisja saret post ta’ devozzjoni kbira.

Id-devozzjoni lejn il-Kunċizzjoni tal-Qala kompliet tikber fis-sekli 17 u 18. Tant hu hekk, li skont ir-rapport li għamel l-Isqof Alpheran De Bussan waqt żjara pastorali fl-1736, jgħid li l-ħitan ta’ dan is-santwarju kienu miksija b’donazzjonijiet ex-voto, l-iktar b’deheb u b’fidda. Dawn iktar tard inbiegħu biex ikun jista’ jsir

restawr u ridekorazzjoni ta’ din il-kappella.

Insibu fid-dokumenti storiċi li saru wkoll diversi pellegrinaġġi għal dan is-santwarju, speċjalment meta kien ikun hawn xi saram nazzjonali.

Fil-ħitan ta’ barra ta’ din il-kappella, kemm fuq innaħa tal-lemin, kif ukoll fuq in-naħa ta’ wara ta’ dan it-tempju, insibu wkoll xi graffiti, imħaffrin b’xi mus jew b’xi ħaġa bil-ponta fil-ġebla Maltija ta’ din il-knisja. F’dawn il-graffiti nsibu l-figuri ta’ diversi bastimenti, slaleb u dati. Il-figuri tal-bastimenti jvarjaw minn galjuni ta’ żmien il-Kavallieri, għal dgħajjes tal-Latini. Dawn żgur li ma tnaqqxux minn xi vandali, iżda minn xi nies li jkunu ħelsu mill-għarqa, probabbilment minn xi baħrin jew sajjieda u li ma jkollhomx flus jew kapaċità biżżejjed biex jagħmlu xi pittura taż-żejt.

Dan juri biċ-ċar id-devozzjoni u l-qima tal-Maltin u speċjalment l-Għawdxin, lejn dan is-Santwarju u lejn l-Immakulata Kunċizzjoni. Żgur li huma eluf kbar il-Maltin u l-Għawdxin li f’dawn il-mijiet ta’ snin xi darba jew oħra f’ħajjithom żaru dan is-santwarju u talbu quddiem il-kwadru mirakoluż tal-Madonna għal xi grazzji.

11.12.2022 21

AMY SPITERI

DAĦLET FL-IMMUDELLAR MADWAR SENTEJN ILU

Id-dinja tal-moda lokali ħadet spinta kbira mqabbla ma’ kif kienet snin ilu. Dejjem inħabbtuha ma’ pajjiżi barranin u nitgħallmu minnhom ukoll, bħal kull settur jew sport ieħor li jeżisti.

Dan l-aħħar sirt naf b’mudella li bl-almu tagħha qed tinvolvi ruħha sew fid-dinja tal-ispettaklu tal-moda lokali. Qed nirreferi għal Amy Spiteri.

Għandha 24 sena u għexet ħajjitha kollha fil-lokalità ta’ Ħal Għaxaq. Bħala studju ffukat fuq l-ACCA, Degree fuq accounts u ilha għal din l-aħħar sena taħdem bħala Accounts Manager ma’ kumpanija lokali. Hija tip ta’ persuna li tieħu gost tagħmel kollox, imma l-aktar passatempi favoriti tagħha huma l-gardening u l-immudellar.

Tiddeskrivi lili nnifisha bħala organizzata, ċajtiera u tħobb ħafna l-kumpanija tal-annimali. Bejn xogħol, ħajja personali u mmudellar bilfors ikollha tkun organizzata u tikteb fil-kalendarju fejn tkun sejra u l-ħinijiet għax kieku ma ssibx ħin għal kollox.

Daħlet fid-dinja tal-immudellar madwar sentejn ilu, meta ddeċidiet li tidħol ma’

aġenzija li tiffoka speċifikament fuq photo modelling sabiex iġġib iktar kunfidenza. Bħala persuna tħobb li fil-ħajja dejjem tara l-att pożittiv u għalhekk l-aktar ħaġa li ddejjaqha fil-ħajja hi meta xi ħadd jagħżel li jiffoka aktar fuq l-affarijiet negattivi. Dan għaliex meta tiffoka fuq in-negattiv tinsa fejn irnexxielek tasal minn meta kont tfajjel sal-lum li int adult. Hi tħoss li huwa verament importanti li tagħraf kemm għamilt progress u mxejt ’il quddiem għax tħossok aktar motivat għal kulma trid taffaċċja fil-futur.

Fil-fatt, kompliet tiżvela miegħi li l-aġenzija li daħlet fiha sentejn ilu kienet European Top Model Malta & Gozo (ETM Malta & Gozo fil-qosor) li tiffoka l-aktar fuq photo modelling, li għaliha tħoss hija l-aktar ħaġa diffiċli u importanti wkoll għaliex fid-dinja tal-immudellar trid tibni dak li jgħidulu porfolio. Dan ikun qisu s-CV tal-mudella u jkun magħmul biss mir-ritratti biex mudella turi min hi u taħdem ma’ diversi kumpaniji. Irrappreżentat lil Ħal Għaxaq għall-kompetizzjoni Miss World Malta 2022

Naf ukoll li sena wara kienet kellmitha Sue Rossi wara li rat xi ritratti tagħha u offritilha biex tipparteċipa fil-kompetizzjoni tagħha – Miss World Malta 2022, li sar f’Ġunju li għadda, fejn irrappreżentat lil Ħal Għaxaq. Rebħet diversi titli fih, fosthom First Runner Up, Best Personality, Next Top Model u Beauty with a Purpose. “Għalija dawn it-titli li rħabt ifissru ħafna għaliex niftakar kemm ħdimt b’dedikazzjoni u b’hekk inħossni kburija bija nnifsi għax qatt ma ħsibt li ser jirnexxili nasal sa fejn wasalt u jagħtuni wkoll sens ta’ motivazzjoni għal kull ostaklu li niltaqa’ miegħu f’ħajti.”

Kompliet tgħidli li wara din il-kompetizzjoni, ġietha opportunità oħra sabiex tipparteċipa fil-konkors ta’ Miss Universe 2023 u terġa’ tirrappreżenta lir-raħal tagħha Ħal Għaxaq. B’hekk interessajt ruħi nkun naf b’liema mod qed tħejji għalih. “Minn Settembru li għadda bdejt nipprepara lili nnifsi b’kull mod li nista’, speċjalment billi mmur il-gym regolarment minħabba l-apparenza fiżika, catwalk training sabiex naħdem fuq il-koreografija u l-mixja tiegħi għal fuq l-palk,

inżomm ruħi aġġornata ma’ kulma qed jiġri f’pajjiżna u anke internazzjonali sabiex inkun preparata għall-mistoqsijiet għall-Personality Judging. Apparti dan kollu ma jonqosx li ngħid li għal konkors hekk trid tkun preparata wkoll għall-public speaking u anke li tagħmel l-almu tiegħek billi tgħin u tagħmel xogħol volontarjat ma’ nies fil-bżonn.”

Ridt inkun naf ukoll hix biħsiebha tkompli fix-xena tal-immudellar aktar ’il quddiem. “Issa li l-immudellar sar parti minn ħajti, inħossha verament diffiċli nimmaġina ħajti mingħajru għaliex issa sar bħala passatemp għalija fejn jiena nħossni vera kunfidenti, għamilt ħafna ħbieb u ġenwinament nieħu pjaċir. Minn mindu kont żgħira kont naffaxxina ruħi bl-ilbies sabiħ u anke l-moda kreattiva. B’hekk inħoss li qtajt xewqti meta bdejt nimmudella u ser inkompli nagħmel l-almu tiegħi biex nagħmel aktar progress,” stqarret miegħi Amy.

Mistoqsija kif personalment tħares lejn ix-xena tal-moda lokali, Amy weġbitni: “Jiena personalment inħoss li x-xena tal-moda lokali qeda tiżviluppa mat-trends internazzjonali u

verament inħoss li qed jiżdiedu l-opportunitajiet għall-mudelli tal-ġenerazzjoni li jmiss. Speċjalment meta tara l-kreattività li għandna lokalment, li tispikka l-aktar fil-fashion week, tinduna x’potenzjal kbir għandna.”

Iddiskutejt magħha wkoll dwar kif taħseb li sejra x-xena lokali tal-moda mqabbla ma’ pajjiżi barranin. Fil-fatt, weġbitni li jekk tqabbel ix-xena tal-moda lokali ma’ pajjiżi barranin tara li l-barranin għandhom ħafna aktar bibien miftuħin. Però, hawn diversi stilisti lokali li qed jagħmlu l-almu tagħhom sabiex din tinbidel u infatti qed naraw il-frott tagħhom diġà.”

Ma jirnexxilhiex iżżomm dieta stretta

Rigward jekk hemmx xi dieta speċjali li tħobb issegwi bħala rutina tagħha ta’ kuljum, Amy stqarret miegħi: “Jiena vera nħobb l-ikel, allura ma jirnexxilix inżomm dieta stretta. Però noqgħod attenta li niekol ħafna ħaxix u laħmijiet għall-proteini matul il-ġimgħa kollha. Madanakollu, inkun qed nistennieha ta’ darba fil-ġimgħa

11.12.2022 22
Kitba ta’ RAMONA

sabiex niekol ikla tajba bħal xi platt għaġin jew xi deżerta tajba kif tħobb tagħmel ommi.”

Kompliet tgħidli li meta toħroġ mid-dar tħobb tkun liebsa sew, iżda mhix xi persuna li tagħmel il-make-up ta’ kuljum. “Minflok niffoka li nieħu ħsieb il-ġilda ta’ wiċċi u b’hekk inħossni komda b’mod naturali. Inkun ukoll qed nistenna ħerqana tmiem il-ġimgħa għax dak huwa ż-żmien li l-aktar ikollna attivitajiet u jkolli l-opportunità li nilbes ħwejjeġ tal-moda u nagħmel il-make-up.”

Fl-aħħar ta’ din l-intervista għaddiet messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Nixtieq inħalli messaġġ b’mod speċjali lil dawk in-nies li ma jħossuhomx kunfidenti bihom infushom u ngħidilhom li fil-ħajja qatt mhu tard biex tibda taħdem fuqek innifsek. Dan jgħodd kemm jekk tibda xi eżerċizzju fiżiku, passatemp ġdid jew forsi tkompli l-iskola wara żmien wieqaf. Jekk titfa’ moħħok hemm u tagħmel ħiltek, żgur ser jirnexxilek tasal kull fejn tixtieq.”

SKEDA ONE

06:30 ONE News 06:45 Popcorn 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update

13-12

06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update

06:30 ONE News 06:45 Esperti 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil

06:30 ONE News 06:45 What’s Cooking 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update

06:30 ONE News 06:45 Taste & Travel 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil

SIBT

17-12

09:55 Denfil 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ

17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza

Għalija dawn it-titli li rbaħt ifissru ħafna għaliex niftakar kemm ħdimt b’dedikazzjoni u b’hekk inħossni kburija bija nnifsi għax qatt ma ħsibt li ser jirnexxili nasal sa fejn wasalt

06:30 ONE News 06:45 Ondroad 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:40 Paperscan 10:00 Ieqaf 20 Minuta 10:30 Indhouse 11:25 What’s Cooking

12:50 HazZzard Update

12:55 Denfil

13:00 Kalamita

15:30 ONE News

15:35 PrimeTime 16:00 Indhouse

09:55 Denfil 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 12:55 Denfil 13:00 Aroma Kitchen 14:00 Indhouse 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Flimkien ma’ Nancy

10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Dak li Jgħodd 17:00 Esperti 17:30 What’s Cooking 18:00 Pjazza

09:55 Denfil 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 The Local Traveller 16:35 Żona Sport 17:00 Aroma Kitchen

17:00 Dak li Jgħodd

18:00 Pjazza 18:45 Żona Dinjija 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 Esperti 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News

18:45 Żona Dinjija 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 The Local Travel 21:00 Jackpot 4 22:20 Imqades L-Istorja 23:00 Ondroad 23:30 ONE News

14-12 ERBGĦA

11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 HazZzard Update 13:00 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Dak li Jgħodd 16:30 Żona Sport

17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 L-Argument 18:45 Żona Dinjija

18:45 Żona Dinjija 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 Niftakru 21:00 Pandora 21:00 Imqades l-Istorja 22:30 Żona Sport 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News

16-12 ĠIMGĦA

19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:12 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Arani Issa 23:30 ONE News

11:57 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:38 Brillanti 15:30 ONE News 15:35 Flimkien ma’ Nancy 16:39 Sabiħa l-Ħajja 17:10 Ondroad 17:45 Pink Panther 18:28 Primetime 18:45 Żona Dinjija 12-12

19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 Primetime 20:20 Taste & Travel 21:00 Teżori fil-Garaxx 21:50 Country Jamboree 22:20 HazZzard 23:30 ONE News

18-12 ĦADD

08.11.2020 11.12.2022 23
19-02
15-02 17-02
18:45 Żona Dinjija 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 HazZzard 22:30 Teżori fil-Garaxx 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 HazZzard 10:33 Aroma Kitchen 11:30 Popcorn
TLIETA
18:00 Pjazza 18:45 Żona Dinjija 19:25 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 Taste & Travel 21:00 Kunċert Banda tal-Partit Laburista 23:30 ONE News TNEJN
15-12 ĦAMIS
10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 What’s Cooking 16:30 Popcorn 17:00 Indhouse 18:00 Pjazza

reċensjoni tal-ktieb

L-EKU TAL-ĦABBATA

L-Eku tal-Ħabbata hu t-titlu ta’ ġabra oħra ta’ novelli introspettivi li ħarġu mill-pinna tal-kittieb Għawdxi Joe Camilleri. Pubblikazzjoni letterarja prestiġjuża u attraenti ta’ Horizons. Ktieb ta’ 256 paġna b’20 novella li juru karattri tad-demm u l-laħam maħkumin mill-ħabbata tal-imgħoddi li ttektek fil-qalb, fir-ruħ, u fil-memorja tagħhom.

It-tektika tal-ħabbata taf twassal eku tal-esperjenzi sbieħ ta’ min ikun fittex il-kenn fl-imħabba u sar parti minn storja intima. Nies li baqgħu jgħixu l-ilwien ta’ memorji ta’ għaxqa. Oħrajn li baqgħu dejjem imxennqa għal żegħila ta’ mħabba. Hemm min għandu dmir ta’ gratitudni xi jwettaq. U b’mod kurjuż iwettqu billi jindokra u jitma’ klieb mitluqin. Niltaqgħu ma’ tfajla li wara ċerta frustrazzjoni biddlet lill-ġar tagħha f’idealizzazzjoni u f’fissazzjoni. Sakemm darba, il-ħasda dawrithomlha f’biża’ jekk il-kedda kinitx ser issir waħda kontinwa jekk il-preżenza tal-ġar tinbidel f’ġirien. Żagħżugħ li jistqarr l-orjentament sesswali tiegħu, flok min jifhmu, isib ħajt ta’ bruda li ma kien xejn għajr wiċċ ta’ faċċoliżmu. Bl-istensils, karattru ieħor ħażżeż forom ġeometriċi u simboli fuq ritratt ta’ xbieha femminili. Forsi biex mid-distruzzjoni jwelled kreattività ġdida. Jirnexxilu jeqred il-parti l-oħra tal-personalità tiegħu? F’novella oħra, niltaqgħu ma’ missier li ta lil ibnu f’idejn il-pulizija għax kien ibagħbas fid-drogi. Xlieh biex isalvah minnu nnifsu, jew inkella biex jinfeda hu mill-imgħoddi tiegħu? Anki mġibiet u għemejjel li jidhru ordinarji bħall-biża’ minn farfett il-lejl jistgħu jaħbu kurżitajiet u stati psikoloġiċi sinifikanti.

Fin-novelli nibqgħu niltaqgħu ma’ nies li sabu bieb magħluq f’wiċċhom. Li daqu l-weġgħa. Il-ħabbata baqgħet ittektkilhom id-diwi tal-ħasda ta’ esperjenzi koroh. Ta’ abbużi sesswali li kexkxulhom l-innoċenza ta’ tfulithom. Li baqgħu jġorruhom

fil-memorji tagħhom ukoll meta xjieħu.

U n-novelli jissuktaw isammrulna mistoqsijiet li jġegħluna niflu, naħsbu u nirriflettu:

• Għaliex waħda xwejħa tqis iċ-ċelebrazzjoni f’għeluq il-100 sena tagħha bħala brindisi inutli?

• Għaliex omm żagħżugħa hija ppersegwitata mill-mistoqsija kiefra ‘Għax jien’?

• Għaliex mara magħmula tħossha tirvilla kull xħin tisma’ lil żewġha jgedwed talb bil-Latin?

• X’tifkiriet, u x’bidliet qanqlet it-theddida talkanċer?

• Għalfejn jirritorna l-emigrant biex iżur dar abbandunata f’naħa li ngħatat għall-iżvilupp? Jirnexxilu jserraħ il-kuxjenza?

• X’inhi r-raġuni li karattru ieħor iħossu dejjem konxju mill-preżenza ta’ personalità oħra f’ħajtu?

L-eku tal-ħabbata tal-imgħoddi mbiegħed jew riċenti jibqa’ jidwi. B’mod sottili li jdoqq melodjuż għax ifakkar esperjenzi ta’ mħabba u mumenti ta’ qrubija. Ta’ karattri li jqanqlu simpatija u ammirazzjoni. Ma’ oħrajn li jfittxu l-milja tagħhom. L-eku jista’ jibqa’ jirbombja b’taħbita qawwija u persistenti li tqanqal tħassib, beżgħat, tensjonijiet, frustrazzjonijiet, niket u diqa, flimkien ma’ tifkiriet ta’ dgħufija, ta’ irresponsabbiltà. B’din il-ġabra ta’ novelli, Joe Camilleri jerġa’ jeħodna fir-realtajiet ta’ żmienna. Fi vjaġġ ta’ fond psikoloġiku. Ninżlu ’l isfel fl-abbiss tas-subkonxju ta’ karattri mistħajla li jistgħu wkoll jirriflettu t-tiġrib tagħna.

L-Eku tal-Ħabbata jipprovdi rakkonti strutturati b’mod interessanti. Ħafna drabi, kull novella titlaq minn dimensjoni waħda u titwessa’ permezz ta’ strateġiji differenti, fosthom il-flashbacks li jinsġu żigużajg bejn il-passat u l-preżent u li jperrċu beraħ lill-karattri bl-imġibiet tagħhom. Rakkonti, inċidenti u sitwazzjonijiet li jqanqlu kurżità u jħallu lill-qarrejja mwaħħlin magħhom. Novelli profondi

miktubin b’Malti sabiħ, mexxej u ritmiku. Jipprovdu sigħat ta’ qari ta’ gost. Imissu s-sensittività, jisfidaw il-ħsieb u jħallu eku fina.

L-Eku tal-Ħabbata hu r-raba’ ġabra ta’ novelli ta’ Joe Camilleri li ħarġet mingħand il-pubblikaturi Horizons wara li diġà kienu ppubblikaw b’suċċess Mużajċi tat-Tafal (kien short listed għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb), Ir-Raġel tas-Skiet, u Dwal mill-Kantini. Tal-istess awtur huma l-ġabriet Solitudni fil-Folla, Fir-Rokna tas-Silenzju, u Żwiemel tar-Riħ

Mistoqsija: Kemm-il novella fih dan il-ktieb?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-EKU TAL-ĦABBATA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 18 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb ID-DAR TAL-ĦOLM hija:

V. BORG - IŻ-ŻEJTUN

11.12.2022 24
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 05 Kemm għola l-persentaġġ tal-impjiegi f’Malta meta mqabbel mal-istess perjodu sena qabel?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba:
Indirizz:

THE ANGEL OF DEATH

Charles Cullen joqtol għadd kbir ta’ pazjenti biex “ma jibqgħux ibatu”

Charles Edmund Cullen huwa qattiel tal-massa Amerikan li nstab ħati għall-qtil ta’ 29 persuna iżda ammetta li b’kollox qatel mal-40 pazjent matul il-karriera tiegħu ta’ infermier. Cullen għamel 16-il sena jaħdem bħala infermier f’diversi sptarijiet u minkejja li kien hemm suspetti ħżiena fih, hu xorta waħda tħalla jibqa’ jaħdem f’dan il-qasam. Huwa maħsub li fil-verità, Cullen qatel mal-400 pazjent għax waqt l-intervisti li sarulu, hu beda jagħti dettalji ta’ vittmi li ma nstabx ħati għall-mewt tagħhom. Cullen weħel 17-il sentenza ta’ għomor ilħabs u jista’ jitlob għall-parole fl-2403, kważi 400 sena.

Il-ħajja ta’ Charles Cullen

Charles Edmund Cullen twieled fit-22 ta’ Frar tal-1960 f’West Orange, fl-istat ta’ New Jersey fl-Istati Uniti. Hu kellu dixxendenza Irlandiża u kien l-iżgħar minn tmien aħwa. Missieru, li kien jismu Edmund, kien xufier tal-karozzi tal-linja, u miet fis-17 ta’ Settembru tal-1960, meta Cullen kellu biss seba’ xhur. Ommu, Florence, kienet emigrat mill-Ingilterra lejn l-Istati Uniti wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Hi mietet 17-il sena wara żewġha fl-età ta’ 55 sena f’inċident tat-traffiku. Il-mewt ta’ ommu kissret lil Cullen u kien iddiżappuntat li l-isptar ma kinux infurmawh mill-ewwel bil-mewt ta’ ommu u talli qabdu u ħarqu l-katavru.

Skont Cullen innifsu, it-tfulija tiegħu kienet waħda “miżerabbli” u t-tfal tal-iskola u ħutu kienu dejjem jgħadduh biż-żmien. Meta kellu biss disa’ snin, Cullen prova jivvalena lilu nnifsu billi xorob il-kimika minn sett tal-kimika li kellu. Dan kien l-ewwel wieħed mill-ħafna drabi li prova jneħħi ruħu b’idejh. Wara l-mewt ta’ ommu, Cullen waqaf mill-iskola u ngħaqad man-Navy Amerikana. Hu għadda mit-taħriġ bażiku u mill-eżamijiet psikoloġiċi tan-Navy u laħaq bħala uffiċjal tat-tieni klassi mat-tim tal-uffiċjali li kienu jieħdu ħsieb il-missili tal-bastiment Poseidon. Hawnhekk, Cullen għadda minn żmien diffiċli u spiċċa wkoll fil-mira taż-żufjett.

Waqt is-servizz tiegħu, Cullen prova jwettaq suwiċidju u ttieħed fit-taqsima psikjatrika tan-Navy. Wara ftit snin, Cullen twaqqaf min-Navy minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Ftit wara dan, Cullen daħal jistudja għal infermier fil-Mountainside Hospital f’Montclair, fi New Jersey stess. Hu gradwa fl-1986 u sab xogħol fis-Saint Barnabas Medical Center f’Livingston fis-sezzjoni tal-pazjenti li jkunu sofrew minn xi ħruq.

Sena wara, Cullen iżżewweġ lil Adrianne Baum u flimkien kellhom żewġt ibniet. Fl-1993, Adrianne talbet għal ordni ta’ protezzjoni kontra żewġha minħabba l-imġiba vjolenti li kellu għax bdiet tibża’ li se jweġġa’ lilha jew lil uliedhom. Hi insistiet ukoll li Cullen kellu xi problemi mentali iżda hu baqa’ jiċħad l-akkużi fuq l-għemejjel tiegħu.

Id-delitti

L-ewwel omiċidji ta’ Cullen seħħew f’Saint Barnabas, l-ewwel post tax-xogħol tiegħu. Fil-11 ta’ Ġunju tal1988, hu injetta doża letali ta’ mediċina lil pazjent. Iktar ’il quddiem meta ġie arrestat, Cullen ammetta li qatel diversi pazjenti f’dan l-isptar, fosthom pazjent li kellu l-AIDS li qatlu billi tah doża kbira ta’ insulina. Cullen telaq mill-isptar f’Jannar tal-1992 hekk kif l-isptar beda jinvestiga kif kien hemm boroż tal-fluwidi intravenali (IV bags) ikkontaminati. Mill-investigazzjoni nstab li kien hemm mat-12-il mewt ta’ pazjenti li ġew ikkontaminati bihom u li wisq probabbli, Cullen kien responsabbli.

Xahar wara li telaq minn Saint Barnabas, Cullen sab xogħol f’Warren Hospital f’Phillipsburg. Hawnhekk, Cullen qatel tliet nisa anzjani billi tahom dożi

kbar ta’ digoxin, li hi mediċina tal-qalb. Sadanittant, Cullen mar jgħix għal rasu hekk kif martu ddivorzjatu u l-qorti ordnatlu li jrid jagħtiha l-manteniment ta’ wliedu. Dan wasslu biex ikompli jaħdem, minkejja li ma riedx jibqa’ jaħdem bħala infermier, u spiċċa biex waqa’ f’dipressjoni.

F’Marzu tal-1993, Cullen daħal fiddar ta’ kollega tiegħu u beda jsegwiha. Din il-kollega spiċċat biex għamlet rapport lill-pulizija, fejn Cullen ġie arrestat. Hu prova jneħħi ruħu b’idejh l-għada li ġie arrestat u kien għalhekk li waqaf għal xahrejn mix-xogħol biex jingħata kura psikjatrika. Minkejja l-kura, hu prova jneħħi ruħu b’idejh darbtejn oħra. F’Settembru tal-istess sena, Cullen, li kien irritorna fuq il-post tax-xogħol, kien irrappurtat minn pazjenta ta’ 91 sena li daħal fil-kamra tagħha u taha injezzjoni. Din l-istess pazjenta mietet l-għada. Bin il-vittma qal li l-mewta tagħha ma kinitx naturali, iżda ma ġara xejn hekk kif Cullen u diversi infermiera oħrajn għaddew mil-lie detector test.

Cullen baqa’ jaħdem f’Warren Hospital sa nofs is-sena ta’ wara. Kif telaq minn hawn, Cullen sab xogħol fit-taqsima tal-kura intensiva fil-Hunterdon Medical Center fi Flemington. Hu dam jaħdem hawn tliet snin u qal li ma qa-

tel lil ħadd fl-ewwel sentejn. Minkejja din l-istqarrija, mhuwiex magħruf jekk dan kienx minnu għax l-isptar ma kienx żamm ir-rekords tal-pazjenti tas-snin li ħadem hemm Cullen. Cullen ammetta iżda li qatel ħames pazjenti bejn Jannar u Settembru tal-1996, billi tahom doża kbira ta’ digoxin.

Skont Cullen innifsu, it-tfulija tiegħu kienet waħda “miżerabbli” u t-tfal tal-iskola u ħutu kienu dejjem jgħadduh biż-żmien

11.12.2022 25
TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju:

Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

11.12.2022 26
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri. 1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24
11.12.2022 27 TISLIBA 464 MIMDUDIN: 1.Safar, 4.Fqir, 7,12 wieqfa,19. Apposta, 9,13.Nostor, 10.Sannat, 12.Patata, 16.Rio, 18.OP, 20.Dress, 23.Qadi, 24.Ivara WEQFIN: 1.Sinjur, 2,11.Festa,
5,21M Qanfud,
14.Assuma, 15.Katusa, 17.Ilu, 21.Fuq, 22.Dud SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 W. CALLEJA - BORMLA Isem: Indirizz: WEQFIN: 1. Ilibbsuh lill-klieb (6) 2,7. Żifna antika (5) 3,23. Ma jidhirx (7) 5. Titniżżel mill-internet (3) 6. Mhux dik (3) 8. Bdil ta’ organi (9) 11, Ara 17 12. Knockout (1,1) 13. Paul Pulis Savona (1,1,1) 14. Skop? (6) 15. Kunjom (6) 17,11. Stiva mqallba (5) 21. L-ewwel tlieta ta’ ifraħ (3) 22. Frott (3) MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: Għall-........ m’hemmx tarf (5) 4,21M Idoqq dan (7) 7. Ara 2 9. Int formali bit-Taljan? (3) 10. Ittaqqab bih (6) 12. Tajjeb ferm malħobż biż-żejt (6) 16. Belt Brażiljana (3) 18,19. Idoqquh dan (5) 19. Ara 18 20. Il-messaġġ tilef rasu (5) 21. Ara 4 23. Ara 3 24. Jagħtina xi drabi tingħad hekk fit-taħdit (5) Bi 3 NUMRI 159 228 273 371 382 419 554 672 694 743 759 855 907 923 943 971 B’4 NUMRI 1603 1673 1846 2084 2192 2367 2597 3273 3308 3628 3738 3904 3925 3989 4028 4077 4389 7992 8467 8933 9269 9348 9452 9952 B’5 NUMRI 00949 03895 04849 08435 10967 18234 18606 19266 21219 21272 28689 29211 39833 46474 49736 50347 51079 53594 56711 58316 70123 71281 72777 80823 83393 83473 86484 90123 91582 94685 B’6 NUMRI 136618 196011 261705 539017 552523 554579 740004 763288 799099 901603 932839 999600
3.Ras,
6.Rit, 8.Parapetti,

IL-ĦAJJA QABEL L-ESTREMIŻMU

Editorjal

Il-ġlieda tal-bniedem għall-kisba ta’ drittijiet f’ħajtu, anke dawk ovvji jew bażiċi, hi dejjiema, mhux l-inqas fil-konfront ta’ forzi reazzjonarji li, fl-isforzi li jopponu kull tibdil u żvilupp, jippretendu li jimponu l-morali tagħhom fuq ħaddieħor, anke jekk dan ifisser biss tbatijiet u riskji ta’ mwiet għal għajrhom.

Dan qegħdin nesperjenzawh proprju llum il-ġurnata f’pajjiżna, bl-istess klikka ta’ estremisti li jinvokaw l-arma tal-biża’ u t-twerwir filwaqt li jattakkaw anke dak li hu suppost mill-aktar ovvju.

qgħu jargumentaw bl-istess mod, anke jekk jammettu u jaqblu li l-proċedura li tiġi tterminata t-tqala f’kumplikazzjonijiet għall-omm għandha tibqa’ titwettaq fl-Isptar f’tali ċirkostanzi. Minkejja dan, jaqblu biss li dan jibqa’ jseħħ kif inhu, jiġifieri mingħajr il-protezzjoni ta’ liġi ċara għal tobba li jintervjenu biex isalvaw ilħajja u anke għall-omm li tispiċċa f’nofs sitwazzjoni prekarja li ma ġabitx b’idejha.

na naħsbu li ma kienx hemm din l-insensittività imposta mil-liġijiet tagħna.

Għal darb’oħra sta għall-Gvern Laburista li jagħmel dak li hu sewwa u anke ovvju fejn jidħlu d-drittijiet u l-ħajja talMaltin u l-Għawdxin … dan huwa biss uman u anke sens komun

L-emenda biex tiddaħħal eċċezzjoni fil-liġi f’dawk il-każi biss fejn l-omm tkun qed tirriskja ħajjitha u saħħitha kawża ta’ kumplikazzjonijiet tat-tqala qed tiġi deskritta mill-establishment Nazzjonalista u fazzjonijiet estremisti oħrajn bħala skuża biex jiġi introdott l-abort f’pajjiżna, anke jekk mhuwiex il-każ.

Fil-fatt, l-emenda ma tbiddel xejn mill-proċeduri kontra l-abort, li se jibqa’ meqjus bħala reat u jġorr miegħu saħansitra sentenza sa erba’ snin ħabs.

L-estremisti, iżda, ukoll jib-

L-iskop tal-emenda proposta mill-Gvern u li attwalment tinsab għad-diskussjoni fil-Parlament hu li tirregolarizza dan kollu u mara b’kumplikazzjonijiet, li ma jagħmlux it-tqala tagħha iżjed vijabbli, ma jkollhiex għal xiex tistenna li tkun f’xifer il-mewt biex tiġi salvata, b’riskji wkoll ulterjuri li jinqalgħu problemi oħrajn għal saħħitha.

Sas-sajf li għadda, meta feġġ fostna l-każ tal-omm Amerikana Andrea Prudente, kien mingħalina mod ieħor.

Għajr għall-ġinekologi li jipprattikaw fl-isptarijiet u nisa, li sfortunatament esperjenzaw diffikultajiet serji fit-tqala, kon-

Kien mingħalina li hu ovvju li, ladarba ma jkun fadal l-ebda ċans li t-tqala tagħha tirnexxi u din tkun se twassal għal periklu serju għall-ħajja li jkun fadal, it-tobba se jsalvaw lill-omm mingħajr ebda titubar. Qatt m’għaddielna minn moħħna li tabib u omm f’dawn iċ-ċirkostanzi setgħu xi darba jitqiesu fl-istess livell daqs kull kriminal.

Iżda ma setax kellna perċezzjoni iżjed żbaljata minn hekk.

Għall-maġġoranza minna, li ma rridu qatt naraw lilna nfusna jew lill-għeżież tagħna jilagħbu b’ħajjithom u b’saħħithom b’dan il-mod, konvinti li dan għandu jiġi regolarizzat ilbieraħ qabel illum.

Se jibqa’ dejjem ikun hemm dawk fis-soċjetà li, bla raġuni valida, joġġezzjonaw bil-qawwa kollha, kif għamlu anke flaħħar snin fl-introduzzjoni jew tibdil ta’ liġijiet oħrajn, bħal dawk tad-divorzju, tal-adozzjonijiet, taż-żwiġijiet indaqs u talproċedura tal-IVF.

Se jibqa’ jkun hemm dawk

minnhom ukoll li, anke b’invażjoni fuq il-mod kif jgħix ħaddieħor, jikxfu l-kuluri kollha tagħhom tal-ipokrezija. Din id-darba skoprejna li tobba, li huma firmatarji tal-petizzjoni kontra l-emenda, fl-istess waqt qegħdin saħansitra jirrakkomandaw lil ommijiet għal abort barra minn Malta.

Kif turina l-istorja ta’ ġensna, sta għall-Gvern Laburista li, għal darb’oħra, jagħmel dak li hu sewwa u anke ovvju fejn jidħlu d-drittijiet u l-ħajja talMaltin u l-Għawdxin.

Kontra dawn il-forzi tad-dlamijiet, se jkun qed jagħmel dak li kien mingħalina normali u allura jilleġiżla bl-aħjar mod biex tkun iżjed ċara l-azzjoni medika li trid tittieħed f’sitwazzjonijiet delikati li għad jinvolvu mil-lum ’il hemm lil xi omm f’pajjiżna. Azzjoni li wkoll ma tistenniex sakemm ħajjet l-omm tiġi f’xifer l-irdum.

M’għandu jkun hemm l-ebda kompromessi jew theddid fl-għażla biex ħajjitha tiġi salvata u saħħitha ma tispiċċa tgħaddi mill-ebda riskji gravi.

Dan hu biss uman … u anke sens komun.

11.12.2022 28

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.