www.kullhadd.com Il-Ħadd, 12 ta’ Marzu, 2017
Ħarġa Nru 1,234 Prezz €1
BEPPE JIKKONFERMA L-ILLEGALI F’ODZ ERBA’ SNIN SUĊĊESS l-Awtorità tal-Ippjanar ftit tax-xhur wara li konna żvelajna dawn id-dettalji fil-KullĦadd u sa issa għadha mhix proċessata għax Beppe Fenech Adami ma jridx iħallas il-kont kif maħruġ mill-Awtorità. B’hekk, Fenech Adami, li l-ħin kollu jakkużana bilgideb, ikkonferma b’għemilu stess id-dettalji li kellna.
Q&A DIRETTA MAL-PRIM MINISTRU
QBIL LI PAJJIŻNA MEXA ‘L QUDDIEM BIDLA FID-DIREZZJONI LI SWIET TA’ ĠID
‘DONAZZJONIJIET’ TA’ €500,000 Il-gazzetta KullĦadd tinsab f ’pożizzjoni li tikkonferma li kienu €500,000 iddonazzjonijiet li DB Group ta lill-Partit Nazzjonalista f ’salarji u għotjiet. L-aħħar jiem raw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista f ’ċentru ta’ skandlu wara li sar magħruf li kien hu li ħoloq Skema Pagi PN li permezz tagħha negozjanti ħallsu s-salarji ta’ uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista. Busuttil ħareġ jgħid li din hi sitwazzjoni – ‘mess’ iddeskrivieha – li jrid inaddaf. Iżda, minflok irriżulta li ħoloqha hu.
B’hekk, wara snin jgħid li hu mhu fil-but ta’ ebda negozjant, issa nqabad li kien qed isejħilhom id-Dar Ċentrali u jitlobhom l-eluf biex ikopru l-ispejjeż b’mod li wassal biex qed ikun akkużat ukoll li kiser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti. F’din l-iskema hemm negozjanti oħrajn. Biex tħaddmet is-sistema li ħoloq Busuttil kienu qed joħorġu invoices foloz bil-Partit Laburista jibqa’ jisfidah salbieraħ biex jippubblikahom. Sfida li ma ntlaqgħetx.
NIŻVELAW L-AMMONT TA’ DONAZZJONIJIET MINN DB GĦALL-PARTIT NAZZJONALISTA FL-AĦĦAR FTIT SNIN ĠIMGĦA WARA LI QAL SE JAGĦTI LURA L-FLUS “MAĦMUĠIN”, SIMON BUSUTTIL GĦADU MA RRITORNAX ĊENTEŻMU Ara paġna 13
PASS PASS MA’ KIF ŻVILUPPA L-ISKANDLU SKEMA PAGI PN U KIF INQABAD BUSUTTIL Ara paġni 12, 14-15
paġni 7-9,28
Kważi sena wara li żvelajna li l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għandu illegalitajiet f ’ODZ, illum għandna konferma tiegħu nnifsu li dan hu l-każ. F’paġna 3 niżvelaw li applika biex jissanzjona u jirranġa partijiet mill-ġnien u ż-żona tal-pool lussuża fir-residenza tiegħu. Din l-applikazzjoni daħlet għand
02
12.03.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 9°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa li testendi mil-Lvant sa fuq iċ-ċentru talMediterran se tersaq bil-mod lejn il-Lvant Temp: Il-biċċa l-kbira sabiħ Ir-Riħ: Majjistral it-Tramuntana, moderat li jsir ħafif għal moderat mil-Punent għal-Lbiċ Il-Viżibbiltà: Tajba Il-Baħar: Qawwi li jsir moderat L-Imbatt: Baxx għal moderat li jsir baxx mill-Grieg il-Lvant It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tnejn
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
18°C
UV 5
13°C
Il-Ħamis
17°C
UV 6
12°C
16°C
Il-Ġimgħa
UV 6
12°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
16°C
UV6
12°C
17°C
UV 6
13°C
17°C
UV 6
12°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Floriana Dispensary,29, Triq Vincenzo Dimech, il-Floriana – 21233034 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun – 21236477 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex – 21341649 Numri Importanti Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Remedies Pharmacy, 133, Triq Rudolfu, Tas-Sliema (Ex Rudolph Pharmacy) – 21344722 112 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, il-Għargħur – 21422204 Il-Pulizija ta’ Malta Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, il-Qawra – 21580881 2122 4001-9 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, il-Birgu – 21807529 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, ix-Xgħajra – 27032296 2393 0000 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’ Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat Malta – 21455479
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat Għawdex – 21563233 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem Għawdex – 27203615 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
12.03.2017
kullhadd.com
BFA JAPPLIKA BIEX JISSANZJONA L-ILLEGALI • KONFERMA TA’ DAK LI RRAPPORTAJNA SENA ILU Kitba ta’ ALEANDER BALZAN
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, applika mal-Awtorità tal-Ippjanar biex jissanzjona dak li għandu mingħajr jew mhux skont il-permess fir-residenza tiegħu fil-Għargħur, magħrufa wkoll bħala l-palazz ta’ Beppe. Kien is-sena li għaddiet li f ’wieħed minn sensiela ta’ rapporti b’rabta mar-residenza tiegħu, din il-gazzetta rrapportat kif kellu parti mil-iżvilupp tiegħu illegali f ’żona barra mill-iżvilupp (ODZ). Irrapportajna kif il-mod kif Fenech Adami żviluppa ż-żona lussuża u ta’ rilassament fil-ġnien tiegħu, partikolarment mad-dawra tal-pool, ma kienx skont ir-regolamenti tal-MEPA. Id-deck area ta’ Fenech Adami taqbeż is-seba’ mitt metru kwadru. Ferm ikbar minn dak permessibbli bil-politika tal-Awtorità tal-Ippjanar, kemm dik tal-2014 u kemm dik tal-2000. Jirriżulta wkoll li Beppe Fenech Adami kien għamel dak li jissejjaħ ‘hard landscaping’ u peress li kien qed jagħmlu f ’ODZ kellu bżonn permess. Speċjalment meta uża l-konkrit, xi ħaġa daqstant rakkomandata. Iżda, dan il-permess ma kellhom. Periti li waqgħetilhom żokorthom jipproċessaw applikazzjonijiet quddiem ilbord tal-Awtorità kienu saħansitra esprimew is-sorpriża tagħhom li wara li għamel dan it-tip ta’ żvilupp Fenech Adami kien ingħata permess biex jagħmel żvilupp ieħor għax il-prassi hi li l-Awtorità ma tagħtikx permess sakemm ma tissanzjonax jew tirranġa ta’
tlabna lill-Awtorità tal-Ippjanar tispjega għaliex ma ħarġitx avviż ta’ infurzar u iktar minn hekk għaliex ma ħaditx azzjoni diretta
qabel. Fl-aħħar ġimgħat Beppe Fenech Adami prova jagħti l-impressjoni li dak kollu rrapportat dwar il-palazz tiegħu kien gidba. Iżda, aħna konna ċerti li għandu żvilupp mhux skont il-permessi u għalhekk tlabna lill-Awtorità tal-Ippjanar tispjega għaliex ma ħarġitx avviż ta’ infurzar u iktar minn hekk għaliex ma ħaditx azzjoni diretta kontra Fenech Adami. It-tweġiba tal-Awtorità kienet li ma ttiħdetx azzjoni għaliex is-sid applika biex jissanzjona. L-Awtorità wieġbet hekk: “Nagħmlu referenza għall-mistoqsijiet li bgħattilna. L-Awtorità tista’ tikkonferma li rċeviet mingħand l-applikant u s-sid tal-post, applikazzjoni bil-proposta tkun Re-arrangement of approved landscaping at back of terraced house in line with current policies and previous permits; including removal of indicated paved areas and passages, paving of access pathway with grasscrete paving and SANCTIONING of indicated pathways, swimming pool relocation and configuration and re-location of swimming pool facilities. L-Awtorità ma ħarġitx avviż ta’ infurzar peress li s-sid tal-post daħħal applikazzjoni ta’ sanzjonar.” Jirriżulta li din l-applikazzjoni għadha mhix fuq is-siste-
ma pubblika tal-Awtorità anke jekk daħlet xhur ilu. “Din l-applikazzjoni għadha ma ġietx validata u għalhekk in-numru tal-PA għadu jrid jingħata,” qalilna kelliem tal-Awtorità. Minn imkejjen viċin l-Awtorità sirna nafu li l-applikazzjoni għadha mhix validata għaliex Fenech Adami, li għandu miljun ewro l-bank, qed jikkontesta l-kont li hu mitlub iħallas biex ikun jista’ jmexxi l-applikazzjoni. Il-famuż palazz Ir-residenza
ta’
fiż-żoni ta’ żvilupp. Fir-rapport li Fenech Adami għamel oġġezzjoni għalih fil-Qorti kien irrapportat ukoll kif fl2007, il-MEPA applikat hi stess biex il-palazz ta’ Beppe Fenech Adami jirdoppja fil-kobor tiegħu. Dan b’żieda ta’ sulari u semi-basement. Il-MEPA applikat ukoll fuq xi proprjetà oħra. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, f ’ittra datata 8 ta’ Ottubru 2008, kien ċaħad it-talbiet tal-MEPA għax qal li dawn imorru kontra id-deċiżjoni tal-Gvern. Però mhux hekk għamel għal Beppe Fenech Adami. Filkaż ta’ Beppe Fenech Adami, it-talba tiegħu kienet aċċettata. Fit-13 ta’ Ottubru 2008, Lawrence Gonzi kiteb uffiċjalment biex jikkonferma din id-deċiżjoni. Qabel din l-approvazzjoni, Beppe Fenech Adami kien diġà applika biex jagħmel ix-xogħol. Imbagħad, ġimagħtejn wara l-ittra ta’ Gonzi, l-MEPA tat il-permess aħħari.
Fenech Adami kienet iddominat l-aħbarijiet meta s-sena li għaddiet kien irrapportat kif minħabba sensiela ta’ deċiżjonijiet fi żmien gvernijiet nazzjonalisti r-residenza tiegħu kibret u żdiedet fil-valur. F’Marzu tas-sena li għaddiet, ONE NEWS irrapporta li Nota Editorjali: Fenech Adami kien deċiżjonijiet tal-gvern ta’ Lawgħamel libell li riċentament rebħu wara rence Gonzi għamlu r-resili ma ressaqtx u ma spjegajtx fil-Qorti denza ta’ Beppe Fenech Adami fil-Għargħur tiswa ferm l-provi li ppubblikajna fis-servizzi tagħna. iktar milli kien il-valur tagħha Però, minkejja dan, ċerti fatti ppubblikati f ’sensiela ta’ artikli ma jista’ jiċħadhom oriġinarjament. qatt. Fenech Adami rebaħ libell fuq Fl-2006 il-gvern ta’ Lawrence Gonzi, daħħal ir-residenza lus- servizz wieħed biss li xandar f ’One News u għal din is-sentenza issa daħal appell. Beppe suża ta’ Beppe Fenech Adami
04
12.03.2017
kullhadd.com
JIBDA X-XOGĦOL FUQ IL-PONT TAL-IMRIEĦEL • PASS LI JISTA’ JSALVA L-ĦAJJIET
Kitba ta’ Prim Ministru qabel l-aħħar ABRAHAM ABELA elezzjoni ġenerali u l-kuntratt ikun iffirmat f ’Ottubru li Il-ħajja għar-residenti Qriema għadda. Fl-aħħar jiem, ħaddiema ta’ fiż-żona magħrufa bħala TalBlat 2 żgur se tmur għall-aħjar Transport Malta bdew ilestu fix-xhur li ġejjin. Dan hekk kif l-pedamenti, filwaqt li beda beda x-xogħol tant mistenni jinbena l-istess pont, li se jkun fuq pont li se jgħaddi minn tal-ħadid miżbugħ abjad. Pont li ilu għal snin twal mitfuq il-bypass tal-Imrieħel. Dan kien imwiegħed mill- lub minn dawn ir-residenti,
bl-eks Ministru Austin Gatt kien qal li dan ma kienx vijabbli għax se jintuża minn ftit nies. Il-komunità li tgħix f ’Tal-Blat 2 tikkonsisti minn madwar 50 familja, li sa issa għandhom tliet metodi biex jaqsmu lejn iċ-ċentru ta’ Ħal Qormi. Jużaw il-vettura privata tagħhom, jaqsmu l-bypass
bil-mixi u jissugraw ħajjithom inkella jieħdu triq itwal biex jiġu taħt il-flyover li hemm iktar ’l isfel. L-uniċi miżuri li kienu ttieħdu b’rabta mat-triq arterjali kienu l-installazzjoni ta’ speed camera, li saret wara li fl-2005 kienu ttajru żewġ tfajliet Qriema fl-istess triq, u barriers tal-ħadid biex iwaqqfu lin-nies
milli jaqsmu. Madanakollu, il-ħajja tar-residenti xorta ma marritx għall-aħjar, bl-unika soluzzjoni tkun pont. Apparti minn hekk, f ’din iż-żona m’hemmx ħwienet u allura il-qasma lejn Ħal Qormi bilfors trid issir. Qasma li għal dawk kollha li ma jsuqux se tkun ferm iktar faċli u b’inqas skariġġ.
05
12.03.2017
kullhadd.com
162 TRIQ ĠDIDA F’ERBA’ SNIN • XOGĦLIJIET ESTENSIVI F’TOROQ OĦRA FEJN TISTA’ TGĦID SARU MILL-ĠDID • MIZZI: “GVERN PREĊEDENTI ĦALLA DIN IL-PROBLEMA TIKBER”
Triq il-Kosta
Sqaq il-Ħofor, Ħ’Attard Kitba ta’ l-amministrazzjoni saru 62 DINAH SEGUNA triq ġdida segwita mis-2016 li fiha saru 45 triq ġdida filwaqt F’erba’ snin t’amministrazz- li fl-2014 u l-2015 saru 31 u 25 joni f ’pajjiżna saru aktar minn triq ġdida rispettivament. Dawn f ’żoni residenzjali, 160 triq ġdida, medja ta’ 40 triq kull sena. Xogħol li ġen- arterjali u distributorji li saru eralment jidher u xi drabi le, minn Trasport Malta li hija però li għamel differenza kbi- responsabbli minn bini u manutenzjoni tat-toroq. ra għal uħud. Għal-lokalitajiet ta’ BirżebFl-istess waqt li saru t-toroq ġodda, il-poplu kompla jgaw- buġa, Ħal Kirkop, Marsaxdi minn għadd ta’ miżuri favur lokk, Qrendi, Ħal Safi u il-familja, drittijiet ġodda u iż- ż-Żurrieq erba’ snin t’amministrazzjoni Laburista fissru 31 jed flus fil-but. Fil-Parlament, il-Ministru triq ġdida. Fl-istess waqt li saru toroq għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi ta rendikont ġodda, f ’toroq oħra sar xogħol tax-xogħlijiet li saru fit-to- ta’ pavimentar, ingħatalhom roq f ’kull distrett ta’ Malta u wiċċ ġdid jew sarilhom xogGħawdex tul l-erba’ snin ta’ ħol maġġuri u oħrajn kellhom din l-amministrazzjoni, bis-se- jinbnew mill-ġdid minħabba na 2013 tkun l-aktar waħda li l-istat ħażin li kienu fih. Fil-fatt f ’erba’ snin ta’ din tulha saru toroq ġodda. kien Fil-fatt, fl-ewwel sena ta’ din l-amministrazzjoni
hemm 18-il triq li kellha tinbena mill-ġdid. 12 minnhom saru fl-2016. Minbarra hekk, kien hemm żona sħiħa li kellha tkun irriġenerata. Iż-żona tal-Baċir Numru 1 f ’Bormla sarula xogħlijiet fi Triq l-Inkurunazzjoni, Triq l-Immakulata, Pjazza Gavinu Gulia, Triq San Pawl, Triq Fuq San Pawl u Triq ix-Xatt. Dan kollu sar fis-sena 2014. Anke jekk toroq residenzjali huma l-aktar iffrekwentati, ilGvern ma nesiex żoni u toroq rurali. Fl-2015 saru 71 triq rurali mifruxa mat-12-il distrett f ’Malta u Għawdex. Kien hemm għadd ta’ toroq oħra li sarilhom xogħlijiet t’asfalt u ta’ konkrit. Kien taħt din l-amministrazzjoni li tlestiet Triq il-Kosta
b’investiment ta’ 53 miljun ewro u bħalissa għaddej xogħol fil-junction tal-Kappara. Xogħol li issa daħal fit-tielet fażi. Biex imbagħad wara l-junction tal-Kappara ħidmet Trasport Malta u tal-Gvern se tkun fuq il-Marsa. Dan wara li l-Unjoni Ewropea allokat 39 miljun ewro biex din iż-żona tant iffrekwentata f ’pajjiżna tinbidel kompletament b’tali mod li tnaqqas l-inkonvenjenti. F’kummenti mal-gazzetta Kullħadd il-Ministru Joe Mizzi qal li Trasport Malta tagħti l-għajnuna tagħha fejn it-toroq ma jsirux mill-Kunsilli Lokali però huwa importanti li wieħed jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu. “Huwa minnu li għad hawn il-problemi li qed jikkawżaw inkonvenjenzi, però kulħadd
jara l-parti fejn tolqot lilu bid-differenza li l-Gvern għandu baġit għall-pajjiż kollu. Sfortunatament gvern preċedenti ħalla din il-problema tikber u dak li ma sarx f ’25 sena beda jsir minn din l-amministrazzjoni” qal il-Ministru Mizzi. Joe Mizzi rrimarka li dan ilGvern qed ikun iżjed viġilanti biex itejjeb il-kwalità ta’ xogħlijiet li jagħmlu l-kuntratturi u jara li jkun hemm iktar koordinazzjoni bejn l-EneMalta, il-korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u Transport Malta. “Wieħed irid jifhem li proġetti kapitali jirrikjedu ammont kbir ta’ investiment, però għalkemm mirakli ma jsirux, dan il-Gvern telaq bi pjan biex jindirizza din il-problema,” temm jgħid il-Ministru Mizzi.
06
12.03.2017
kullhadd.com
IL-PULIZIJA MALTIJA TIDĦOL FIL-KAŻ TAL-FALCON FUNDS • FL-AĦĦAR JIEM SARET LAQGĦA F’THE HAGUE BEJN INVESTIGATURI MALTIN U ŻVEDIŻI • KAŻ IEĦOR FEJN ISSEMMA DEPUTAT TAL-PN U ĦAMMEĠ ISEM MALTA Kitba ta’ DINAH SEGUNA Il-Pulizija Żvediża talbet l-għajnuna tal-Pulizija Maltija biex tgħinha tittraċċa l-biljuni ta’ flus ta’ pensjonanti Żvediżi li ngidmu fil-każ Falcon Funds. Dan il-fond f ’nofs l-investigazzjoni kriminali kellu bħala wieħed mid-diretturi tiegħu lil Tonio Fenech. Il-każ ixxokkja l-Iżvezja u għadu sal-lum il-ġurnata jiddomina fl-aħbarijiet Żvediżi. Rapporti f ’ġurnali Żvediżi juru biċ-ċar li l-Pulizija Żvediża intensifikat il-ħidma tagħha u qed tagħmel minn kollox biex issib flus il-pensjonanti li allegatament għaddew b’mod frodulenti minn fond privat għall-fond li tiegħu Tonio Fenech kien direttur. It-tagħrif li daħħlet il-Pulizija tal-Floriana. il-Pulizija Żvediża u dik Malti- pensjonant li ngidmu mill-FalMaltija kkonfermajnieh ukoll Fil-fatt għaddejja dik li qed ja qed jaħdmu biex isibu l-flus con Funds. F’ġurnal Żvediż, ma’ mkejjen tagħna fid-Depot tissejjaħ azzjoni konġunta fejn mitlufa ta’ madwar 22,000 Expressen, il-Prosekutur Arne Fores kien kwotat jgħid li l-Pulizija Maltija nediet investigazzjoni kriminali dwar il-każ. Ma’ Expressen, Fores qal li dan kien pass importanti biex tissaħħaħ l-investigazzjoni li qed tagħmel il-Pulizija Żvediża. “Donnu issa se jkun hemm kooperazzjoni diretta bejn l-Iżvezja u Malta fit-tfittxija tal-biljuni mitlufa u ta’ dawk suspettati li huma responsabbli. Dan jista’ jieħu l-forma ta’ skwadra konġunta bl-għajnuna t’aġenziji Ewropej,” kien kwotat jgħid Fores. Il-ġurnal Expressen irrapporta li proprju l-ġimgħa li għaddiet, f ’The Hague fl-Olanda, saret laqgħa dwar il-każ Falcon Funds. Laqgħa li għaliha attendew pulizija u prosekutur Malti filwaqt li l-Iżvediżi bagħtu erba’ rappreżentanti li tmexxew mill-Prosekutur Żvediż Arne Fors. Il-laqgħa saret taħt il-qafas Ewropew dwar kooperazzjoni Ewropea, EuroJust, Aġenzija Ewropea għall-kooperazzjoni ġudizzjarja li tgħin lill-istati membri tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm iżjed koordinazzjoni u kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità. Intqal li l-investigazzjoni mhix biss għall-flus mitlufa iżda wkoll għall-azzjoni li saret minn Temple Asset Management, il-kumpanija fiduċjarja responsabbli mill-immaniġġjar ta’ flus li faddlu pensjonanti Żvediżi. Kien lejn tmiem is-sena li għaddiet li tqajmu l-mistoqsijiet dwar fejn marru l-biljuni ta’
flus li tal-Falcon Funds kellhom iroddu lura lill-Aġenzija għall-pensjonijiet. Dan wara li f ’Ġunju tas-sena li għaddiet inħarġet ordni ta’ fejda, redemption order, fejn tal-Falcon Funds kellhom iroddu lura sal-inqas ċenteżmu. Il-flus bdew jintraddu lura bil-mod sakemm dan waqaf. Ħaġa li qajmet suspetti t’attività kriminali tant li l-Aġenzija Żvediża għall-Pensjonijiet għaddiet ilkaż lill-Pulizija Żvediża u minn hemm bdiet investigazzjoni kriminali fil-konfront tal-Falcon Funds. Sakemm imbagħad fit-12 ta’ Jannar ta’ din is-sena, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, ħatret lill-KPMG biex tieħu f ’idejha l-assi tal-Falcon Funds. Deċiżjoni li neħħiet is-saħħa kollha tat-tliet diretturi u issa l-fond qiegħed għand awdituri indipendenti. Deċiżjoni li ntlaqgħet sew mill-Awtoritajiet Żvediżi għax fissret li se jkollhom stampa ċara u jifhmu aħjar x’ġara minn dan il-fond li minnu ngidmu aktar minn 22,000 pensjonant. Każ li dwaru Tonio Fenech dejjem iddefenda l-pożizzjoni tiegħu, qal li mxew sew mal-klijenti u meta faqqa l-każ qal li l-awtoritajiet Żvediżi għandhom aġenda kontra Malta. Issa li hemm bidu ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi involuti, il-Prosekutur Arne Fors sostna fuq l-importanza li jkun hemm l-informazzjoni kollha neċessarja. “Ser nagħmlu minn kollox biex nidentifikaw il-persuni li kienu l-moħħ wara dan l-iskandlu u b’hekk nistgħu niżguraw l-assi,” sostna Arne Forse.
07
12.03.2017
kullhadd.com
F’MUMENT MILL-AQWA • ERBA’ SNIN WARA L-BIDLA FIL-GVERN
• JISPIKKAW IL-FIDUĊJA, L-OTTIMIŻMU U S-SUĊĊESSI TAL-EWWEL DARBA Erba’ snin wara li Joseph Muscat ħa t-tmun tat-tmexxija ta’ pajjiżna, hawn qbil ġenerali li l-pajjiż miexi ’l quddiem. Dan mhux qed jgħiduh biss l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika bħal dak tal-Eurobarometer, li jpoġġi liċ-ċittadini Maltin fost l-iktar
Fleur Vella L-artikolista ta’ esperjenza Marie Benoit saħqet kif “Erba’ snin ta’ Gvern Laburista ħallew impatt pożittiv fuq il-Gżejjer Maltin. Mill-bidu nett stajt tħoss l-enerġija ġdida li ġabu magħhom il-persuni li issa kienu se jkunu fil-Gvern. Gvern preċedenti għejja wara 25 sena jiggverna. Dan hu Gvern li jaġixxi mill-ewwel. M’hemmx tlajjar. Huwa Gvern effiċjenti u l-proġetti qed ikunu ffinalizzati.” Reginald Fava, imprenditur ta’ esperjenza, qal mal-KullĦadd li “m’hemmx dubju li f ’dawn l-aħħar erba’ snin il-pajjiż mexa ’l quddiem ħafna, kemm
ottimisti għall-ġejjieni tagħhom, iżda jgħiduh persuni minn oqsma differenti tal-ħajja, li l-polz tannies iħossuh fl-osservazzjonijiet li jagħmlu, jew iktar importanti minn hekk, b’ħidmiethom. Tkellimna ma’ numru ta’ persuni li l-iżvilupp
Reginald Fava fl-ekonomija u kemm fl-affarijiet l-oħra li saru.” Martin Scicluna, opinjonist li huwa wkoll parti minn gruppi ta’ ħsieb, qal li “fuq in-naħa t-tajba żgur hemm l-ekonomija li ngħatat imbuttatura. Għandna ekonomija vibranti u soċjetà eċċellenti. Jibqa’ postijiet fejn issib il-faqar iżda mingħajr dubju sejrin tajjeb ekonomikament.” U l-isbaħ ħaġa, jinnota Fava hi li dan l-effett jinħass fost innies. “Meta inti tgħid li l-individwu fit-triq kellu impatt filbut, fejn jidħlu l-finanzi, fejn jidħlu l-pagi, fejn jidħlu affarijiet oħra li dak li jkun jista’ jixtri, inti qed tgħid l-impatt ġenerali
Tony Zarha
Il-Gvern ta’ Joseph Muscat kisser darba għal dejjem il-perċezzjoni li ‘ma’ Gvern Laburista ma tistax taħdem’
Marie Benoit
ta’ pajjiżna jsegwuh mill-qrib. Fil-qosor, qalulna x’jaħsbu dwar l-ewwel erba’ snin tal-Gvern ta’ Muscat. Kollox ward u żahar? Le. Iżda, li sar titjib enormi biex Malta qiegħda f ’pożizzjoni tajba li qatt ma kienet qabel, jaqblu lkoll.
Stefan Grech tan-nies. Waqt li ċerti drittijiet li ngħataw lil ċerti setturi tal-popolazzjoni, dawk huma settorali, imma l-ieħor huwa ġid komuni, għal kulħadd. Dak huwa l-ikbar impatt, l-impatt fejn in-nies imxew ’il quddiem u avvanzaw fil-ħajja tagħhom. Dak huwa l-iktar impatt importanti. L-ieħor huwa importanti wkoll però huwa iktar settorali, jiġifieri li jolqot numru biex ngħid hekk żgħir ta’ popolazzjoni li huwa importanti wkoll, għax fil-pajjiż kulħadd għandu l-importanza tiegħu. Però l-impatt fejn tidħol il-ħajja ġenerali tan-nies, dik hija l-iktar ħaġa importanti għax il-bniedem
Martin Scicluna qed jgħix aħjar u l-bniedem qed jaspira għal affarijiet li forsi f ’ħajtu qatt ma kellu u issa jista’ jkollu,” argumenta Fava li żied li dak huwa fatt li ma jista’ jinnegah ħadd. Għalih hemm konklużjoni ċara: “Qegħdin f ’sitwazzjoni ekonomika li qatt ma konna fiha. Dak huwa fatt. Dik hija l-verità.” Wieħed mill-oqsma li żgur ikkontribwixxa għal dan kollu huwa t-turiżmu. Tony Zahra, imprenditur u rappreżentant ta’ dawk li jaħdmu fis-settur innota kif żdiedet il-konnettività u Tkompli f’paġna 8 >>
08
12.03.2017
kullhadd.com
>>Tkompli minn paġna 7
minkejja l-isfidi internazzjonali pajjiżna baqa’ jimxi ’l quddiem. “Nemmen mhux biss li Gvern Laburista irreaġixxa għall-kwistjonijiet li nqalgħu, iżda li spikka kien kif f ’dawn l-aħħar snin kellna l-abbiltà li l-imsieħba differenti inkluż ilGvern, is-settur privat u l-lukandiera ġejna flimkien u antiċipajna l-isfidi li setgħu jinqalgħu u weġibna għalihom. Nemmen li din il-kontinwazzjoni tal-interazzjoni bejn il-Gvern u l-imsieħba għandha tissokta biex jibqa’ jkollna s-suċċess,” qal Zahra li wkoll innota r-riżultati rekord u bla preċedent. Riżultati li nkisbu għax ilGvern ra li jkun hemm iktar impenn f ’diversi oqsma kif innotat l-ekonomista Fleur Vella li rrimarkat kif l-użu aħjar ta’ fondi mill-Unjoni Ewropeja kien kruċjali. “Kien hemm fondi f ’periklu serju li jintilfu minhabba dewmien żejjed millGvern. Il-fatt li dawn kienu salvati ġab żvilupp enormi pereżempju fil-Birgu u ċ-Ċittadella fejn kien hemm żdingar għal żmien twil,” qalet Vella li mmarkat bħala waħda mill-iktar affarijiet importanti l-fatt li ma ntilifx ċenteżmu wieħed ta’ fondi Ewropej. Għax pajjiżna qed jara li jisfrutta bl-aħjar mod is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Xi ħaġa li kkummenta dwarha Stefan Grech, Malti li jaħdem Brussell. “Minn pajjiż passiv, kuntent iħares l-istatus quo wara s-sħubija fl-UE, Joseph Muscat xpruna lil Malta tkun pajjiż għatxan għal sfidi ġodda li jisbqu mhux ftit iċ-ċokon tiegħu. Bħalissa, m’hawnx isbaħ milli tkun Malti fi Brussell biex tisma’ t-tifħir li qed tikseb iċ-ċkejkna Malta tagħna permezz tas-suċċess li qed ikollha fittmun tal-Ewropa. Mill-partit li kkampanja kontra d-dħul ta’ Malta fl-UE – għax hekk kien emmen dak iż-żmien – taħt Joseph Muscat il-PL sar il-Gvern li b’konvinzjoni, qed jilħaq il-milja ta’ Malta Ewropea. It-tandem Louis Grech / Ian Borg kien fost l-aqwa riċetti ta’ suċċess għal Joseph Muscat f ’din il-leġiżlatura; kombinazzjoni ta’ maturità u entużjażmu żagħżugħ li assiguraw għal Malta mijiet t’eluf t’ewro f ’fondi Ewropej – sal-inqas ewro li stajna nġibu. L-aħħar u mhux l-inqas, matul dawn l-erba’ snin dejjem kienet l-istess UE li ċċertifikat b’konsistenza s-suċċessi miksuba millGvern Malti,” iddikjara Grech mal-KullĦadd. Perċezzjoni li nkisret Dwar it-tkabbir ekonomiku kkummentaw oħrajn, u nisimgħu ħafna. Iżda, Stefan Grech għamel referenza għal dak li konna nisimgħu qabel l-elezzjoni ġenerali. Fuq kollox tajjeb ma ninsewx minn fejn tlaqna. “Il-Gvern ta’ Joseph
L-għatx li l-Partit Nazzjonalista għandu għall-poter mhu normali xejn. Qed jinqdew b’kollox u b’kulħadd
Muscat kisser darba għal dejjem il-perċezzjoni li ‘ma’ Gvern Laburista ma tistax taħdem.’ Mhux talli hekk, talli ħareġ bħala probabbilment l-iktar Gvern “pro business” fl-istorja, iżda li madankollu, kien kapaċi jżomm bilanċ billi jiggarantixxi protezzjoni xierqa għaż-żgħir, ixejjen il-qagħad, itejjeb l-għajnuniet soċjali għal min ħaqqu, u jvara d-dibattitu (għalija b’mod irriversibbli) biex fl-aħħar tittejjeb il-paga minima nazzjonali,” żied Grech. Fleur Vella wkoll innotat il-qagħda ekonomika tajba iżda enfasizzat l-iktar fuq il-fatt li dan il-ġid infirex fis-soċjetà. “Dan kien Gvern li ta iktar flus fl-idejn tal-ifqar faxxi. Daħħal l-in work benefit, żied il-pensjonijiet u raħħas il-kontijiet tal-enerġija. In-nies sabu iktar kuraġġ li jonfqu aktar allura kellna ekonomija iktar b’saħħitha,” qalet Vella li bħall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu nnotat kif il-konsum privat huwa mutur għall-ekonomija. U l-konsum privat huwa possibbli għax iktar nies jaħdmu. U iktar nies daħlu jaħdmu għax daħlu “ċ-child care b’xejn u ssaħħet il-kura għall-anzjani” biex ommijiet u qraba ħarġu jaħdmu. Dwar it-turiżmu, li dwaru tkellem Tony Zahra Vella nnotat kif kien hemm inċentivi bħal dawk li raw il-lukandi jżidu iktar sulari u l-inċentivi għal turiżmu intern fosthom il-prezz speċjali tal-vapur tal-Gozo Channel f ’ċerti perjodi. Vella ssemmi aspetti oħra. “Illum għandna pożizzjoni ekonomika stabbli fl-Enemalta
li kienet f ’xifer falliment hi b’riskju għall-banek lokali ewlenin. Fl-istess ħin kien hemm stabbiltà fil-prezz tal-fuel, xi ħaġa li toffri iktar serħan il-moħħ lill-konsumatur li jista’ jippjana aħjar,” qalet l-ekonomista Vella li nnotat kif dan hu Gvern li qed jiġbed investiment varjat bħal Crane Currency, fil-qasam tal-manifattura u Barts, fil-qasam tas-saħħa, fost oħrajn. Iżda, l-ħajja mhix flus biss. Għalhekk l-inizjattivi f ’oqsma bħas-saħħa u l-edukazzjoni. Filwaqt li Grech isemmi waħda mill-ikbar bidliet li seħħew f ’pajjiżna. “Dan kien Gvern li indirizza ġrieħi fondi billi ġab eluf ta’ aħwa Maltin iħossuhom mill-ġdid parti integrali mis-soċjetà, wara snin twal t’aljenazzjoni, miċħuda mid-drittijiet ċivili tagħhom. Kien pass kuraġġjuz li Joseph Muscat ma ddejjaq xejn jieħu għax kien konvint li hekk kienet qed titlob is-sewwa. Biżżejjed wieħed ifittex f ’Google “Malta civil rights” biex jibda japprezza l-ammirazzjoni li llum tgawdi Malta f ’dan il-qasam,” kompla jirrimarka. L-isfidi L-opinjonisti jaqblu li baqa’ ċertu sfidi jekk kien hemm affarijiet li setgħu saru aħjar. “Issa kollox perfett? Il-perfezzjoni s-sema qiegħda mhux fid-dinja. Hemm affarijiet li morna ħażin fihom? U mela le. Min ma jagħmel xejn ma jiżbaljax. Min jagħmel ħafna affarijiet jista’ jiżbalja, jista’ jaqa’ u jweġġa’ rkopptu wkoll. Imma b’daqshekk? Iqum u jerġa’ jitlaq jiġri,” jgħid l-imprenditur Fava. Għal Martin Scicluna l-ambjent jibqa’ l-ikbar tħassib. Malta l-industrija tal-kostruzzjoni esperjenzat tkabbir. “Esperjenzajna wisq żvilupp u bini mingħajr kontroll li mhux daqshekk tajjeb għas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tagħna,” qal Scicluna li nnota kif xi ħaġa li tappnet il-ħidma tal-Gvern kienet il-kwistjoni tal-Panama Papers b’Scicluna jargumenta li l-Prim Ministru seta’ aġixxa iktar malajr. Dwar dan Benoit tinnota kif dan kien l-iktar Gvern fl-istorja li affaċċja skrutinju. “Madanakollu naħseb li dan hu l-iktar Gvern soġġett għal skrutinju fl-istorja ta’ Malta. Il-midja soċjali affettwat ħafna.
Għandna Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni li ma kien xejn għajr negattiv dawn l-aħħar erba’ snin, u mistenni jkun iktar distruttiv iktar ma noqorbu lejn elezzjoni ġenerali,” qalet Benoit. Tony Zahra jsemmi kif il-prodott Malti jrid jibqa’ jitjieb. “Irridu nevitaw li nagħmlu lil Malta suq ħieles kbir. Huma l-affarijiet iż-żgħar li jagħmlu d-differenza kollha jekk nagħmluhom tajjeb. Ejja nibqgħu nidentifikaw il-pożittiv u nagħmlu aktar minn dak u nidentifikaw in-negattiv u nnaqsuh.” Prim Ministru b’viżjoni Fost il-pożittiv għall-pajjiżna hemm il-fatt li Malta tista’ sservi ta’ pont ta’ djalogu u Joseph Muscat spikka hawn. Grech jinnota kif minn mexxej żagħżugħ illum huwa statista Ewropew. Xi ħaġa li żgur innotajna meta f ’Malta ġew iċCHOGM, il-Valletta Summit u l-Malta Summit. “Waqt li beda l-mandat tiegħu ta’ Prim Ministru, bħala “vuċi fid-deżert” jipprova jiġbed l-attenzjoni tal-Ewropa għall-problema dejjem tikber tal-immigrazzjoni illegali u l-mijiet ta’ mwiet fil-Mediterran, illum insibu lill-Prim Ministru Malti mismugħ u stmat bħala vuċi ewlenija fid-dibattitu dwar il-futur ta’ din l-Ewropa. Hawn fi Brussell, ir-rispett u l-ammirazzjoni lejn il-Prim Ministru Malti tisimgħu kuljum mingħand nies gejjin minn kull rokna tal-Ewropa u anke lil
Min jagħmel ħafna affarijiet jista’ jiżbalja, jista’ jaqa’ u jweġġa’ rkopptu wkoll. Imma b’daqshekk? Iqum u jerġa’ jitlaq jiġri
hinn. Bħala Malti, tieħu pjaċir meta dan jingħad lilek direttament, però naqsam magħkom kemm tieħu iktar pjaċir bih meta tisimgħu b’kumbinazzjoni f ’kuritur, kafetterija jew laqgħa,” qal Grech. Ma’ dan l-argument iżżid Benoit: “Impressjonata ħafna b’dan il-Prim Ministru, jagħmilna kburin ħafna. Id-diskorsi tiegħu jagħmlu sens u jimpressjonani ħafna meta jitkellem fil-pubbliku. Għandu ċertu preżenza, u jassigura li l-ministri u s-segretarji parlamentari tiegħu jagħmlu xogħolhom sew. Il-preżenza tiegħu tinħass anke barra minn xtutna, dejjem jaqta’ figura tajba, jitkellem bis-sens, u għandu awtorità. Xogħlu bħala Ewroparlamentari serva bħala bażi eċċellenti. Fuq kollox kapaċi jospita l-mexxejja kif kien ċar fis-summit Ewropew li kellna m’ilux.” X’inhu ġej? U issa li għaddew erba’ snin mil-leġiżlatura l-ħsibijiet ta’ ħafna jibdew iduru fuq l-elezzjoni ġenerali. X’qed jistennew? Martin Scicluna jgħid li “m’hemmx dubju li se tkun ġlieda bejn Gvern li se jgħid li qatt ma morna daqshekk tajjeb, li hu veru, u oppożizzjoni li se ttambar fuq il-korruzzjoni u l-Panama” Fava qed jistenna kampanja miġġielda. “Jiena naħseb li se tkun a very hard fought campaign. M’għandix dubju minn dak. Però iktar ma tkun hard fought, iktar tkun kampanja interessanti. In a hard fought campaign, jien anke fil-linja żgħira tiegħi, ma jdejjaqnix. L-importanti li tkun hard fought u tkun fair ukoll fl-istess ħin,” temm jawgura Fava. Hawn Stefan Grech isostni li waħda mill-aqwa armi li għandu l-Gvern huwa s-sens ta’ umiltà: “Dan kien Gvern li minkejja suċċess wara l-ieħor, dejjem żamm saqajh mal-art u qatt ma ħalla s-suċċess jew il-poter jitilgħulu għal rasu. Rajna Prim Ministru li anke flaqwa mumenti tiegħu, dejjem tenna li “aħna umani, niżbaljaw, m’aħniex perfetti” … espressjonijiet li qatt ma konna mdorrijin nisimgħu mill-politiċi taghna.” B’kuntrast Benoit tinnota l-arroganza tal-Oppożizzjoni. “L-għatx li l-Partit Nazzjonalista għandu għall-poter mhu normali xejn. Qed jinqdew b’kollox u b’kulħadd li għandu s-setgħa jniżżel il-Gvern għarkopptejh. Nispera biss li ma jkunux vjolenti kif kienu fil-passat. L-ekonomija mxiet ’il quddiem grazzi għall-proġetti li implimenta l-Gvern u x-xogħol siewi ta’ Joseph Muscat u lgrupp tiegħu. Il-Gvern qed jipponta lejn persuni ekonomikament vulnerabbli u joffrilhom għajnuna varjata b’mod kontinwu. Dan verament huwa Gvern li jisma. Nispera li jerġa’ jkun elett biex ikompli proġetti li għaddejjin bħalissa u jibda oħrajn ġodda,” temmet tgħid mal-KullĦadd.
09
12.03.2017
kullhadd.com
Erba’ snin wara li nħatar Prim Ministru tkellimna fil-qosor ma’ Joseph Muscat bejn impenn u ieħor fi Brussell fejn reġa’ mexxa laqgħat tal-Kunsill Ewropew. Għednielu li kellna għaxar mistoqsijiet diretti, li għalihom ridna tweġiba bi frażi waħda. Mhux faċli meta l-politiku mdorri jispjega d-deċiżjonijiet tiegħu. Iżda, rnexxielna.
DWAR L-EWWEL ERBA’ SNIN
Il-PM IWIEĠEB BI FRAŻI WAĦDA Iddeskrivili l-ewwel ġimgħa f ’Kastilja, erba’ snin ilu. Eċitanti u impenjattiva
Kont tgħid li se jkollok l-aqwa Kabinett fl-istorja. Għadek temminha? Ir-riżultati f’kull settur jitkellmu waħedhom
Liema hi l-iktar miżura li temmen li għamlet differenza fl-aħħar erba’ snin? Hemm wisq – imma t-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma laqtet lil kulħadd
X’kienet l-iktar deċiżjoni diffiċli li ħadt? Ma kienx hemm waħda partikolari imma x’aktarx kienet is-serje ta’ deċiżjonijiet li kelli nieħu waqt l-attentat ta’ hijack fuq l-ajruplan tal-Air Afriqiyah
L-iktar mument ta’ sodisfazzjon? Il-ġurnata meta f’Malta daħlet l-Unjoni Ċivili għall-koppji omosesswali
L-ewwel erba’ snin ksibt iktar jew inqas milli stennejt? Ksibt dak li kont qed nistenna, fadal sena oħra, nittama li naqbeż l-aspettattivi
Spikkajt għar-rispett internazzjonali li ksibt lejn pajjiżna. X’wassal għal dan? Dan wasal għax dejjem bqajt naħseb bħala Prim Ministru Malti f’forum internazzjonali fejn nifhem illimitazzjonijiet tagħna mingħajr pretensjonijiet kbar però naf ukoll li għandna sehem daqs ħaddieħor
X’differenza bejn l-avversarji Gonzi u Busuttil? Bejni u bejn Lawrence Gonzi kien hemm rispett
X’inhi l-ikbar sfida għall-aħħar sena tal-leġiżlatura? Id-differenza bejn l-ewwel u l-aħħar sena mhux se tkun ir-ritmu tax-xogħol imma li dak li wettaqna nkunu qed nieħdu l-frott minnu
U l-ikbar opportunità? Dak kollu li ksibna huwa biss in-nofs tat-triq li rridu nimxu flimkien
10
12.03.2017
kullhadd.com
TWAPET TA’ FJURI
It-telgħa li twasslek għaċ-Ċittadella ta’ Għawdex fi tmiem il-ġimgħa nbidlet f’tapit ta’ fjuri. Artisti Maltin, Għawdxin u Spanjoli, li jispeċjalizzaw f’din l-arti ngħaqdu flimkien u għamlu disinji mill-isbaħ li paxx-
ew l-għajn tal-Maltin u t-turisti li rawhom. Fjura fejn fjura ffurmaw xeni u wċuh li ħallew mijiet iħarsu lejhom b’attenzjoni u għexieren oħra jeħdulhom ritratti bl-ikbar ammirazzjoni.
kullhadd.com
11
12.03.2017
755 IŻOMMU F’BUTHOM PENSJONI LI KIENET TITTEĦDILHOM • IGAWDU MINN BIDLA TAL-BAĠIT 2015 Kitba ta’ joni għaliex id-diżabbiltà ma tiALEANDER BALZAN sparixxix mal-paga.” Fil-fatt din kienet waħda minn Miżura li daħlet fil-baġit pakkett ta’ miżuri maħgħas-sena 2015 u li għall-ew- suba biex persuni wel darba bdiet tħalli pensjoni b’diżabbiltà jinsħiħa ta’ diżabbiltà lil persuni tegraw fid-dinja b’diżabbiltà li joħorġu jaħdmu tax-xogħol. Li qed igawdu minnha 755 per- tkun infurzasuna li għalkemm qed jaqilgħu ta l-liġi favur paga li hija iktar minn dik mini- opportunitajiet kienet ma xorta waħda jibqgħu jieħdu indaqs waħda minnhom, l-benefiċċju li kellhom qabel. Oliver Scicluna Meta preżenta l-baġit ta’ iżda bħal oqsma sentejn ilu l-Ministru tal-Fi- oħra l-Gvern ried nanzi kien qal: “Se nwettqu jagħmilha li jaqbillek toħroġ l-wegħda elettorali li jekk per- taħdem. Din il-miżura tfisser li suna b’diżabbiltà ssib xogħol, hawn ukoll il-Gvern ħalla eluf xorta tibqa’ tieħu pensjoni ta’ ewro fi bwiet il-familji. Oliver Scicluna, li jmexxi sħiħa. Sal-lum, biex dan ikun “Din kienet miżura oħra imgħad-Drit- il-bżonn ta’ rivoluzzjoni fejn il-każ, persuna b’diżabbiltà tis- l-Kummissjoni ta’ tasal biss sa paga minima. tijiet tal-Persuni b’Diżab- jidħlu l-benefiċċji ta’ persuni portanti li kompliet isaħħaħ il-pożizzjoni kuraġġjuża li Aħna se nneħħu din ir-restrizz- biltà qal li kien ilu jinħass b’diżabbiltà.
ħa l-Gvern fejn inforza l-liġi tal-impjieg tal-persuni b’diżabbiltà, fejn trid tintlaħaq il-kwota ta’ persuni b’diżabbiltà f ’postijiet tax-xogħol,” qal Scicluna li kkonferma li iktar persuni ħarġu jaħdmu. “Kif ukoll saħħet lill-persuni li jirċievu dan il-benefiċċju f ’dak li hu lat finanzjarju għax b’hekk dan il-benefiċċju seta’ jgħin fil-bżonnijiet addizzjonali li persuna b’diżabbiltà jista’ jkollha,” kompla Scicluna li tkellem favur iktar bidliet. “Inħoss li l-bidla bdiet tkun identifikata wara diversi snin għalkemm nemmen li għad fadal sitwazzjonijiet li hemm bżonn jiġu riveduti fost l-oħrajn l-istess Att dwar il-Sigurtà Soċjali,” temm jgħid Scicluna.
12
kullhadd.com
12.03.2017
BUSUTTIL GĦAMEL BĦAL GONZI • FRANCO DEBONO: “IL-MUMENT LI NIRRISPETTAW IL-LIĠI MHUX INĊAQALQU L-LASTI” Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Iffaċċjat bi kriżi fil-Partit Nazzjonalista wara li nqabad kif kien qed jieħu flejjes kbar mingħand negozjanti biex iħallas il-pagi ta’ wħud mill-ogħla uffiċjali tiegħu, Simon Busuttil għamel l-istess kif kien għamel Lawrence Gonzi għaxar snin ilu: ħatar Kummissjoni. Donnha l-attitudni ftit li xejn inbidlet fil-Partit Nazzjonalista filwaqt li jkunu fil-bwiet ta’ negozjanti kbar meta jinqabdu jgħidu li se jagħmlu xi ħaġa. Kien f ’Awwissu tal-2007 li f ’pajjiżna faqqa skandlu għaliex Joe Saliba, eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista kien qed jgħaddi l-btajjel tiegħu fuq il-yacht tal-kuntrattur Żaren Vassallo fl-istess żmien li kien qed jirbaħ kuntratti pubbliċi kbar u li kien involut fil-bini tad-Dar Ċentrali. Dakinhar Lawrence Gonzi rreaġixxa billi qal li kien se jikteb lil Al- li kien se jwaqqaf Kummiss- kinetx l-ewwel Kummisfred Sant, Kap tal-Oppożizz- joni b’rabta mal-finanzjament sjoni għax il-finanzjament joni dak iż-żmien, u jgħidlu tal-partiti u t-trasparenza. Ma tal-partiti kien ilu fuq l-aġenda. L-istess għamel Simon Busuttil wara li nhar il-Ħadd inqabad li tad-DB Group ħallsulu, għax talabhom hu, il-pagi tas-Segretarju Ġenerali u l-Kap Eżekuttiv. Qal li se jaħtar lill-eks Imħallef Giovanni Bonello jmexxi Kummissjoni u r-rakkomandazzjonijiet li se tagħtih fuq il-finanzjament tal-partiti jimplimentahom. Saħansitra qal li se jimplimentahom mingħajr lanqas biss għadu rahom. Iżda, minn għaxar snin ilu ’l hawn iċ-ċirkostanzi nbidlu għax pajjiżna daħħal liġi tal-finanzjament tal-partiti li l-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil qed jagħmel minn kollox biex jevita. Franco Debono, eks deputat Nazzjonalista, li kkampanja ħafna favur din il-liġi qal li l-Partit Nazzjonalista issa mhux jagħmel Kummissjoni jrid iżda josserva l-liġi li hemm fis-seħħ. “Saħħa f ’25 sena ta’ gvern naqsu milli jagħmlu din illiġi, anke jekk jien fl-2012 ippreżentajt abbozz minn fosthom fil-Parlament, l-inqas li issa jistgħu jagħmlu hi li josservawha,” qal Debono f ’kummenti lill-gazzetta KullĦadd. “Dakinhar, dak li ressaqt jien injorawh,” qal Debono li kien qed jitkellem dwar perjodu meta Simon Busuttil kien delegat speċjali tal-Prim Ministru Gonzi. Debono nnota li l-liġi hija waħda tajba u għaqlija. “Din il-liġi mhux biss hija frott ta’ ħafna xogħol minnaħa tiegħi fuq medda ta’ snin, iżda wkoll frott ta’ konsultazzjoni pubblika, kif ukoll xogħol mill-Ministru Owen Bonnici u
Bħal Simon Busuttil illum, għaxar snin ilu Gonzi ħatar Kummissjoni
Joe Saliba
Franco Debono
mill-Parlament kollu li wara kollox approva din il-liġi unanimament,” kompla jirrimarka dwar liġi li għandha l-approvazzjoni ta’ istituzzjonijiet internazzjonali bħal Greco. “Wara dak li qed jiġi rap-
purtat li seta’ ġara wieħed irid jiffoka mhux kif se jċaqlaq l-lasti billi jipprova jagħti xi impressjoni li l-liġi mhix tajba u għandha tinbidel, iżda fuq l-infurzar. Għax din hi liġi tajba u li għandha tkun infurzata. Mela tajjeb niffukaw f ’dan il-mument fuq kif din il-liġi għandha tiġi rispettata u osservata,” sostna l-avukat Debono. Fl-aħħar jiem anke l-Partit Laburista kellu kliem iebes għall-attitudni li ħa Simon Busuttil. “Wara li nqabad jikser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti li l-Partit Nazzjonalista dejjem kaxkar saqajh dwarha, issa Simon Busuttil ħatar Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-partiti. Simon Busuttil hu falz meta jgħid li din hija sistema li wiret u jrid jirranġaha,” qal il-Partit Laburista. Fakkar kif Busuttil kellu erba’ snin biex jirranġaha u m’għamel xejn. “Minflok, investa ħinu biex joħloq sistema ta’ ċedoli biex idur mal-liġi u issa nqabad b’sistema ta’ invoices foloz għal servizzi li qatt ma ngħataw,” qal il-Partit Laburista.
Saħħa f’25 sena ta’ gvern naqsu milli jagħmlu din il-liġi, anke jekk jien fl-2012 ippreżentajt abbozz minn fosthom fil-Parlament, l-inqas li issa jistgħu jagħmlu hi li josservawha
13
12.03.2017
kullhadd.com
“DONAZZJONIJIET” LI JEĊĊEDU L-€500,000 FI FTIT SNIN • RABJA GĦAL SIMON BUSUTTIL FIL-PARTIT NAZZJONALISTA Id-“donazzjonijiet” ta’ db Group lill-Partit Nazzjonalista fi ħlas ta’ pagi ta’ uffiċjali u għotjiet oħra jeċċedu €500,000 fuq medda ta’ ftit snin. Persuni mill-Partit Nazzjonalista li tkellmu malKullĦadd qalu li minkejja l-bluff ta’ Simon Busuttil waqt il-maratona ġbir ta’ fondi li se jrodd lura l-flus, sa issa ma tax imqar ċenteżmu lura. Kien ftit wara li nkixef li kien qed jikser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti li l-Kap Nazzjonalista qal fuq Net Television li se jirritorna l-“l-flus maħmuġin.” Iżda, nistgħu nikkonfermaw li sa issa ma ta xejn lura. Din il-gazzetta għandha informazzjoni li fil-Partit Nazzjonalista hemm rabja għal Simon Busuttil għall-mod kif daħħal lill-partit f ’ħajt politikament u finanzjarjament. Nhar il-Ħadd li għadda filgħodu fil-fatt Simon Busuttil ipprova jdawwar il-fatt li Mario De Marco kien imħallas bħala konsulent legali minn db Group f ’opportunità u qal li talab lil De Marco jirreżenja mix-xogħol li għamel lil din il-kumpanija. Imbagħad infexx jgħajjar lil din il-kumpanija li investiet miljuni fissnin li għaddew u ddeċidiet li tkompli tinvesti taħt dan il-Gvern ukoll. Madankollu, waqt li Busuttil infexx f ’tgħajjir fuq db Group, u qal li ġiegħel lil
Mario De Marco jitlaq minn konsulent tal-grupp jew Viċi Kap hu stess kien jaf li db Group kienu qed iħallsulu l-pagi tas-Segretarju Ġenerali Rosette Thake u tas-CEO Brian St John. F’SMS li rċieva l-Ħadd waranofsinhar Simon Busuttil, db Group talbu laqgħa miegħu. Fi kliem Busuttil dan biex jirritorna lura dak kollu li tad-db ntalbu jingħataw. SMS li ma niżel xejn tajjeb minn Busuttil. Ftit wara mar jiġri fuq NET TV u kixef dan il-
SFIDA OĦRA F’konferenza tal-aħbarijiet il-Partit Laburista qal li hemm żewġ mistoqsijiet li Simon Busuttil ma jistax jibqa’ jaħrab: Se jippubblika l-invoices illegali? Għandu negozjanti oħra li qed iħallsulu aktar pagi? Il-Ministru Edward Zammit Lewis fakkar kif dan ilkaż huwa wieħed bla preċedent u għalhekk il-Partit Laburista qed jieħdu b’serjetà kbira. Edward Zammit Lewis għamel referenza għal dak li qalet ix-shadow minister Marthese Portelli f ’Xarabank tal-Ġimgħa fejn qalet li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jippubblika l-invoices illegali u għaldaqstant dan għandu jsir mill-aktar fiss. Iżda, sakemm morna għall-istampa ma kien ippubblika
xejn. Min-naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri għamlet referenza għall-istqarrija li għamlu l-Grupp db fejn ċaħdu li huma qatt irċivew lura xi reklami għall-flus li taw lill-Partit Nazzjonalista u l-istess grupp sfida lill-PN biex jgħid x’kienu dawn is-servizzi li qed jitkellem fuqhom. “Il-Kap tal-Oppożizzjoni bid-diskors tiegħu dwar governanza, he raised the bar so high, imma l-problema tiegħu hija li huwa qiegħed fil-qiegħ tagħha,” saħqet Schembri filwaqt li fakkret kif dan kollu qed iseħħ filwaqt li hu jinsab fl-Oppożizzjoni, aħseb u ara fil-Gvern x’ser jagħmel bil-governanza.
fatt u pprova jagħti x’jifhem li ma għandux obbligi ma’ db Group. Madankollu ftit talħin wara db Group kixfu li huma kienu ntalbu mill-ogħla uffiċjali tal-PN biex jiffinanzjaw il-pagi ta’ Rosette Thake u Brian St John. Db Group żiedu li kien sa lejlet dan it-teatrin kollu li l-PN talab biex jitħallsu l-pagi ta’
dawn it-tnejn. Iktar tard fil-ġimgħa ONE News kixef fatt kruċjali fl-istorja kollha li sal-lum għadu mhux miċħud. Kien Simon Busuttil stess li ftit wara li sar Kap tal-Partit Nazzjonalista kellu laqgħa ma’ negozjanti u esiġa li dawn iħallsu l-pagi tas-Segretarju Ġenerali. Sena wara Busuttil reġa’ laqqa’
lill-istess negozjanti biex jitlobhom iħallsulu wkoll il-paga tas-CEO. Dan il-fatt mhux talli ma ġiex miċħud, iżda saħansitra ssaħħaħ wara li l-eks Segretarju Ġenerali Chris Said u s-Segretarju Finanzjarju talPN Alex Perici Calascione t-tnejn li huma ħaslu jdejhom u qalu li ma kinux involuti. Mario De Marco min-naħa l-oħra giddeb lil Busuttil meta qal li ma kienx Busuttil li talbu jirreżenja mix-xogħol ma’ db Group. Iżda kien hu li qallu żmien ilu b’dan ix-xogħol li qed jagħmel mal-grupp u li kien hu li ssuġġerixxa li jirreżenja minn dan ix-xoghol. Sal-lum, il-Partit Nazzjonalista għadu jitkellem biss fuq x’ħa f ’donazzjonijiet fl-2016. Dan wara li db Group kixef u giddeb lill-PN meta ddikjaraw li taw lill-PN €76,000. Id-donazzjonijiet fis-snin ta’ qabel kienu iktar. Madankollu Busuttil meta mistoqsi qal li lilu mill-partit qalulu biss x’ingħataw donazzjonijiet flfl-2016. Xi ħaġa li ftit tista’ titwemmen għax bħala Kap li nnegozja u ħoloq Skema Pagi PN kien jaf bl-eżatt x’taw db Group matul is-snin u li dawn jammontaw għal €500,000 minn sors wieħed biss.
19-IL LIBELL KONTRA DAPHNE CARUANA GALIZIA
Il-grupp db fetaħ 19-il libell kontra l-blogger Daphne Caruana Galizia. Caruana Galizia hija parti mill-istrateġija tal-PN f ’din il-kampanja kontra l-investiment tat-tliet mitt
miljun ewro fuq is-sit tal-ITS f ’San Ġiljan. Fl-aħħar jiem bdiet ittella’ artiklu wara ieħor fil-konfront tal-imprenditur li għall-aħħar snin kien qed jimla l-bwiet tal-Partit Nazzjonalista
ta’ Simon Busuttil. Il-grupp qal li din ma kinitx deċiżjoni li ħadu faċilment, u li bħala entità kummerċjali kienu jippreferu li ma jiħdux din l-azzjoni. Madanakollu qalu li Daphne Caruana Galizia ma ħallitilhom ebda għażla. Fi stqarrija, il-grupp db spjega li Galizia attakkat u gidbet għal ġimgħat sħaħ dwar ilgrupp db u l-persuni assoċċjati mal-grupp “mingħajr ebda diċenza.” Il-grupp qal li l-blogger Daphne Caruana Galizia tikteb daqslikieku ma teżisti ebda liġi fid-demokrazija Ewropea biex tipproteġi ċ-ċittadini minn dan it-tip ta’ gideb. “Hija taħseb li ċ-ċittadini m’għandhomx igawdu minn dawn il-liġijiet li jissalvagwardjaw id-drittijiet tagħna,” spjega d-db group. L-istqarrija temmet tgħid li l-flus li se jirbħu minn dawn il-kawżi ta’ libell se jkunu qed imorru għall-karità.
14
kullhadd.com
12.03.2017
SK€MA P MA BAQ • KIF SIRNA NAFU BIHA?
• IS-SIT TAL-ITS, BEPPE FENECH ADAMI, MARIO DE M Dak li kien ilu għaddej għal kważi erba’ snin, proprju minn meta Simon Busuttil sar Kap tal-Partit Nazzjonalista nkixef fi ftit jiem. Kien ilu snin jgħid li hu mhu fil-but tal-ebda negozjant u jipprietka l-governanza tajba.
Iżda, jekk kellu nitfa kredib kien diġà membru ta’ Gonzi ħniżrijiet kbar) tilifha din il-ġi magħruf li l-but tal-imprend sew. Saħansitra fittxu hu.
2 ta’ Frar
6 ta’ Frar
7 ta’ Frar
26 ta’ Frar
Il-Gvern iħabbar ftehim ma’ db Group għal żvilupp fuq l-art tal-ITS f ’San Ġiljan u l-madwar. L-istima saret b’mod indipendenti minn Deloitte b’metodu innovattiv li qatt ma ntuża qabel. Se jitħallsu €60,000,000 tal-art u jkunu investiti €300,000,000.
Il-Ministru Konrad Mizzi jqum fil-Parlament biex jagħmel stqarrija ministerjali dwar dan l-investiment. L-oppożizzjoni toġġezzjona għax tgħid li ma laħqitx rat il-kuntratti. Ikun hemm qbil li l-istqarrija ssir l-għada.
L-ewwel l-Oppożizzjoni ħarġet ’il barra għax kien se jitkellem il-Ministru Konrad Mizzi, imbagħad reġgħet daħlet wara li lesta hu. Simon Busuttil iddikjara pubblikament għall-ewwel darba li kellu dubji dwar il-kuntratt. Il-Viċi Kap Mario De Marco ma kienx hemm. Sa issa ħadd ma kien jaf għaliex.
Isir magħruf pubblikament għall-ewwel darba li kienet idditta legali ta’ Mario De Marco li ħadmet fuq il-kuntratt li ddeskriva bħala dubjuż Simon Busuttil. Żvelat dan il-Maltatoday. Sal-lum Simon Busuttil ma kellux problema b’dan.
5 ta’ Marzu Simon Busuttil juża d-diskors fil-każin Nazzjonalista talMarsa biex jiddefendi lil Beppe Fenech Adami u jgħid li se jieħu għand l-Awditur Ġenerali l-kuntratt tal-ITS. L-istess kuntratt li nnegozja De Marco.
27 ta’ Fr
Kienet ipp ONE. Qale dwar ħasil t isem Beppe jiddikjaraw l proprju ise għaliex twaq bosta dokum
5 ta’ Marzu
5
Wieġbu tad-db Group u qalu li kienu lesti jmorru għand l-Awditur Ġenerali għax riedu li toħroġ il-verità. Wara din it-tweġiba talbu laqgħa malKap tal-Oppożizzjoni permezz ta’ SMS. Issemmew għall-ewwel darba donazzjonijiet li kienu qed jgħaddu lill-PN.
Si fil N għ ilu N hu
8 ta’ Marzu
7 ta’ Marzu
7 ta’ Marzu
7 ta
Lura għall-kuntratt tal-ITS. Il-Viċi Kap Mario de Marco jgiddeb lil Simon Busuttil u jgħid li ma kienx hu li talbu biex jew jitlaq l-ITS jew jirriżenja. Qal li kien għażel hu xi triq jieħu. Biex Busuttil spiċċa mhux biss imgiddeb minn tad-db iżda wkoll minn uffiċjali tiegħu.
Il-Partit Nazzjonalista rreaġixxa għal dawn l-aħħar dettalji iżda ma ċaħad xejn minnhom. Bdiet tikber ilpressjoni fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni.
ONE News żvela b’mod esklussiv li kien Simon Busuttil li talab il-pagi tas-Segretarju Ġenerali u l-Kap Eżekuttiv tal-PN. L-ewwel darba f ’laqgħa d-Dar Ċentrali fis-Sajf 2013 u fit-tieni każ fis-Sajf 2014. Esiġa dan ma’ Silvio Debono direttament f ’laqgħat li għalihom kien hemm nies oħra. B’hekk kien hu li ħoloq l-iskema pagi PN li permezz tagħha bdew jinħolqu wkoll invoices fake li joħorġu minn media. link.
Misto Simon ikkonf ma’ S db G d-don
15
12.03.2017
kullhadd.com
PAGI PN LI QGĦETX FIL-BUT
MARCO U KIF INQABAD SIMON BUSUTTIL
bbiltà (għax hu L-ikbar żvolta seħħet il-Ħadd 5 ta’ Marzu iPN meta saru meta l-mod kif aġixxa Busuttil ġab reazzjoni imgħa meta sar qawwija minn db Group li kixfuh dwar l-aġir dituri kien jafu tiegħu fl-aħħar snin. Iżda, il-jum tal-5 ta’ Marzu mhux iżolat.
Biex nifhmu kif jaħdem Simon Busuttil irridu nsegwu din is-saga mill-bidu. Għażilna l-jum li tħabbar l-investiment ta’ tliet mitt miljun ewro. L-istess investiment li ntuża bħala skuża biex ikun attakkat Mario
rar
pubblikata l-inkjesta Capital et ċar u tond li investigazzjoni ta’ flus twaqqfet wara li tfaċċa Fenech Adami. Tliet imħallfin li ma setgħux jeskludu li kien em Fenech Adami r-raġuni qqfet investigazzjoni fejn intilfu menti mill-file tal-pulizija.
4 ta’ Marzu
5 ta’ Marzu
Bil-pressjoni tikber fuq Beppe Fenech Adami bdew iduru l-kanuni fuq Mario De Marco. Dan minn esponenti tal-PN u nies qrib tiegħu. Daphne Caruana Galizia qalet li għandu jew jirreżenja jew jirrifjuta x-xogħol mad-DB. Għalkemm qalet li dan seta’ kien tard wisq. Salvu Mallia għajru mingħajr prinċipju.
Mal-Maltatoday Mario de Marco kkonferma li saħansitra attenda laqgħat mar-rappreżentanti tal-Gvern dwar il-proġett li db Group kellu għal fuq is-sit tal-ITS. Qal għall-ewwel darba li minn issa ’l quddiem kien se jitlaq ix-xogħol b’rabta mal-kuntratt li diġà kien innegozjat u ffirmat.
5 ta’ Marzu
imon Busuttil jireaġixxi b’attakk l-maratona ġbir ta’ fondi Partit Nazzjonalista u l-grupp db żvela ħall-ewwel darba li kien qed iħallas -pagi tas-Segretarju Ġenerali l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Jagħmluha ċara li uma ntalbu jagħmlu dan.
a’ Marzu
6 ta’ Marzu
6 ta’ Marzu
oqsi mill-ġurnalisti n Busuttil ferma li ltaqa’ Silvio Debono tadGroup u ddiskuta nazzjonijiet.
Hawn Simon Busuttil beda jħawwad fil-fatti. Wara li ċaħad, issa qal li kull min jagħti donazzjoni lill-PN jaħseb li qed iħallas il-pagi. Kien mistoqsi jekk kienx hu li talab il-flus lil Silvio Debono u kien evażiv. Però qal ukoll għallewwel darba li kien hu li talab lil Mario De Marco biex jiddeċiedi.
Irreaġixxa għallewwel darba l-Prim Ministru. Qal li l-Partit Laburista m’għandux skemi simili u l-fatt li l-PN dam 24 siegħa biex wieġeb jixhed li talPN hi tweġiba falza.
De Marco u l-Partit Nazzjonalista jipprova jdawwar l-attenzjoni minn fuq Beppe Fenech Adami għax kienet ħarġet l-istqarrija Capital ONE. F’dan kollu spiċċa mar l-agħar Simon Busuttil innifsu.
6 ta’ Marzu
6 ta’ Marzu
Simon Busuttil ma jweġibx mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Minflok, wara 24 siegħa ħareġ stqarrija jipprova jgiddeb lid-db Group billi qal li ħadd ma ħallaslu l-pagi.
Il-Partit Laburista jagħmel konferenza tal-aħbarijiet u jiddeskrivi l-Kap talOppożizzjoni bħala “FALZ”
6 ta’ Marzu Id-db Group kompla jiżvela iktar dettalji. Fl-2016 l-ammont totali li għadda kien ta’ €77,300. €70,800 għaddew fuq media.link u għalihom inħolqu invoices foloz għax db Group ma ħadu ebda servizzi. Għamluha ċara li kienu membri għolja flamministrazzjoni li talbuhom il-flus.
16
12.03.2017
kullhadd.com
IR-RESPONSABBILTÀ SOĊJALI FIL-FUTBOL Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn dejjem kont inħobb l-isport. Kbirt f ’familja li tħobb il-futbol u spiċċajt fanatika tal-futbol. Konna nsegwu t-Tazza tad-Dinja flimkien. Kelli l-familja żżomm mat-Taljani, u minn mindu t-Taljani tilfu malBrażil fl-1994 spiċċajt għażilt il-Brażil. Niftakar tant kienu impressjonawni li spiċċajt inżomm magħhom u qisu minn hemm bdejt inħobb sew il-futbol. Kont nara ħafna basketball. Sport eċċitanti ħafna għax ilħin kollu jiskurjaw. L-iskola kont nilgħab fl-isports li dejjem jorganizzawlna. Fis-sekondarja għamilt tliet snin ġinnastika, wara qlibt għall-volleyball u wara pprattikajt il-karate għal 12il sena. Bdejtu ta’ 19-il sena, età pjuttost kbira sabiex tibda tipprattika sport ġdid. Però f ’dawk is-snin li kont nipprattika l-ġinnastika, kelli bażi tajba u ħafna mittekniki bażiċi kienu diġà fija. Għalhekk inħobb inħambaq li hu importanti li l-atleti jibdew minn età żgħira biex tibni bażi soda. X’responsabbiltajiet soċjali għandek fl-MFA? X’tagħmlu? Jien nemmen li l-isport għandu s-saħħa li jagħti affarijiet lill-bniedem li filħajja normali tiegħu kieku ma jsibhomx. Jagħtik iċ-ċans biex tħossok aħjar anki f ’każ li tkun għaddej minn żmien ħażin. Barra minn hekk ilfutbol huwa l-aktar sports b’saħħtu li hawn fid-dinja. Aħna, min-naħa tal-MFA, nixtiequ nuzaw is-saħħa talfutbol sabiex nagħmlu l-ġid fis-soċjetà tagħna. L-MFA ma tgħinx lin-nies biex tidher sensazzjonali imma għax verament temmen fl-ideali tagħha. Dak kollu li mhux futbol professjonali jaqa’ taħt grassroots. Irresponsabbiltajiet soċjali jaqgħu taħt grassroots ukoll, kif ukoll il-futbol tan-nisa. Lill-bniet f ’dan l-aħħar snin ħloqnielhom strateġija aktar fit-tul ħalli b’hekk il-futbol tan-nisa jkollu direzzjoni ċara. Niffukaw biex inżidu l-ammont ta’ bniet u li dawn jibdew jilagħbu l-futbol millistess età li jibdew is-subien. B’hekk ikunu jistgħu jkollhom
Maria Mifsud Deputat Segretarju Ġenerali tal-MFA li hija responsabbli mir-responsabbiltà soċjali, l-edukazzjoni u s-settur tal-grassroots fil-futbol lokali. il-pedament minn kmieni u jakkwistaw il-ħila mill-ewwel. Jekk wieħed jakkwista din ilħila meta jikber, ma tkunx l-istess bħal meta wieħed jakkwistaha meta jkun għadu żgħir. Barra minn hekk, f ’età akbar ikun jista’ jaħdem fuqha u jipperfezzjonaha b’mod naturali. Nagħtu wkoll boroż ta’ studju lill-kowċis nisa li narawhom jippromettu, għaliex parti mill-istrateġija tal-futbol tan-nisa tagħna hija li nżidu l-kowċis nisa kif ukoll li ngħollu l-livell tal-coaching. Dawn meta jispiċċaw il-ħajja ta’ plejer ma nitilfuhomx imma jibqgħu fid-dinja talfutbol bħala kowċis jew amministraturi għax la jkunu kapaċi, żgur li jkollhom x’jagħtu lil ħaddieħor. Bħala responsabbiltajiet soċjali fuq is-subien x’tagħmlu mbagħad? Bħala grassroots norganizzaw festivals u tournaments fliskejjel li norganizzawhom mal-isport promotion unit ta’ Sport Malta. Ilna tmien snin norganizzawhom. Nagħtu wkoll rigal lit-tfal li jippartecipaw bħal T-Shirt, xi basket jew sport bottles. L-iskejjel kollha, talli jieħdu sehem, nagħtuhom apparat tal-futbol. Fil-fatt, l-MFA qed tinvesti somom kbar ta’ flus
għax nemmnu li, biex huma jaħdmu sew, trid tagħtihom l-għodda meħtieġa. Mhux kulħadd għandu l-istess faċilitajiet, u għalhekk, fejn nistgħu, nagħtu daqqa t’id. L-MFA ilha tgħin lis-soċjetà billi tgħin lin-nurseries u taħdem id f ’id mal-Youth FA. In-nurseries jagħmlu ħafna ġid. Jekk ikunu jafu lil xi ħadd li jixtieq jibda jilgħab il-futbol, anki jekk ikun ilkappillan stess tar-raħal li jissuġġerixxi lil xi tfajjel partikolari, speċjalment jekk ikollhom sfond soċjali diffiċli, in-nurseries jieħduhom għandhom, jinkluduhom mat-tfal u ma jħallsux flus. Ilħasra hi li n-nurseries mhux dejjem jinfurmawna b’każijiet bħal dawn u allura ma jkunux jistgħu dejjem jibbenefikaw. Kellna każ pereżempju m’ilux fejn l-Aġenzija Appoġġ infurmatna li hemm tifel jixtieq jilgħab il-futbol, u l-ġenituri tiegħu ma jaffordjawx iħallsulu. Kien hemm nursery partikolari li laqgħatu magħha b’xejn u aħna bħala MFA, ħallasnielu l-kit. L-MFA tgħin fejn tista’ b’diversi modi, fosthom ukoll b’donazzjoni annwali li tagħti lill-Malta Community Chest Fund kif ukoll lillfondazzjonijiet oħra ta’ karità. Bħala responsabbiltajiet soċjali qed nippruvaw inwasslu messaġġ favur l-inklużjoni.
Kemm jekk hi ta’ nisa jew irġiel, kemm jekk hemm nies bi bżonnijiet soċjali, u kemm jekk hemm nies li għandhom piż żejjed. Aħna soċjetà waħda u nippruvaw bil-ftit li għandna nippruvaw nużaw is-saħħa li għandu l-futbol biex ngħinu lil kulħadd. Pereżempju noffru taħriġ
Kellna każ pereżempju m’ilux fejn l-Aġenzija Appoġġ infurmatna li hemm tifel jixtieq jilgħab il-futbol, u l-ġenituri tiegħu ma jaffordjawx iħallsulu. Kien hemm nursery partikolari li laqgħatu magħha b’xejn u aħna bħala MFA, ħallasnielu l-kit
b’xejn lill-assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet li jinteressahom li jkollhom futbol training għall-klijenti tagħhom. Kellna lil Dar Kenn għall-Saħħtek (Imtarfa), AWAS u anki l-Caritas. Imorru kowċis kwalifikati u jiggwidawhom huma. Pereżempju jekk hemm sessjoni lil nies bi bżonnijiet speċjali, il-persuna kwalifikata li tmur hija kwalifikata mill-università fuq adapted physical activity. Il-full-time job tagħha hu fuq hekk u hija bniedma li taf x’qed tagħmel. Irid ikollok ċerta umanità jekk taħdem f ’dan it-tip ta’ xogħol. Apparti li rridu li l-futbol ikun inklussiv u aċċessibbli għal kulħadd, irriduh li jkun safe kemm jista’ jkun biex tipprattikah kemm għall-minuri u kif ukoll għall-adulti vulnerabbli. Fiddinja jeżisti l-ħażen. Ġbarna listi biex kemm jista’ jkun nissalvagwardjaw lit-tfal millabbużi. Kulħadd irid jagħmel l-almu tiegħu għall-ġid ta’ min jipprattika l-futbol u għallġid tas-soċjetà. Għalhekk għandna proġett sħiħ ta’ safeguarding. Fl-antik il-futbol tan-nisa kien meqjus bħala tabù. Kif tħares lejn dan il-fenomenu hawn Malta llum? Meta bdejt naħdem f ’dan is-
17
12.03.2017
kullhadd.com
settur, kienet l-ewwel ħaġa kbira li ridna negħlbu. Mhijiex faċli għax meta għandek soċjetà li taħsibha mod, diffiċli li tbiddlilha l-mentalità. Però ħdimna kemm stajna biex nippruvaw nuru immaġini tajba ta’ x’inhu veru l-futbol tan-nisa. Naħsbu li dan ittabù naqas ħafna, u nemmen li naqas għax fil-prinċipju hekk għandu jkun. F’Malta din tinħass aktar, speċjalment jekk ikun sport aktar fiżiku. Bil-mod, din il-mentalità qed tinbidel. Anki llum... kif inħarsu lejn mara li hi ftit immuskolata tisma’ ħafna min jgħid li tidher sabiħa. Kif tqis il-livell tal-futbol tan-nisa f ’Malta? Għamilna avvanzi imma qed nittama li sa għaxar snin oħra jkun hawn aktar avvanzi. Ilplejers, peress li qed jibdew minn età iżgħar, għandhom fejn itejbu aktar fejn l-MFA qed trawwem il-bniet promettenti fl-akkademja tagħha. Nemmen li l-futur huwa wieħed sabiħ. L-MFA kemm lesta tinvesti biex l-isport tan-nisa
jkompli jitjieb u jiżviluppa? jħaddnu din il-mentalità u jiġu mħarrġa fuq hekk. F’dawn l-aħħar ħames snin L-iktar kowċ li għandu rajna tibdil kbir. Bl-għajnuna xogħol importanti għalija tal-UEFA u tal-FIFA, l-MFA huwa l-kowċ tal-grassroots qed tgħin fis-sħiħ għall- għaliex qed iħarreġ u jibni iżvilupp f ’dan is-settur kif l-pedamenti mhux biss għallukoll qed tgħin ħafna lill- futboler jew atleta tal-futur klabbs. Qabel, għal-logħob imma qed jgħin bniedem kienu jħallsu huma, imma jiżviluppa li ħa jkun ċittadin llum, il-logħob jiġi mħallas fis-soċjetà tagħna. mill-MFA. Issa qegħdin ukoll hu importanti jingħataw solidarity funds, kif Kemm ukoll nagħtu diversi inċentivi l-futbol mil-lat soċjali? biex il-klabbs ikollhom ittimijiet fil-festivals tal-bniet Il-futbol u l-isport huma parti biex inkomplu nkabbru integrali mis-soċjetà. Jistgħu l-idea li l-klabbs ikollhom tim jagħtuk iċ-ċans li affarijiet oħra ma jagħtuhomlokx, tan-nisa. ngħidu aħna li tiżvoga fitGħaliex taħseb li bosta taħriġ biex toħroġ l-istress timijiet jiffukaw fuq ir- tiegħek. Dan iwassal biex int, rebħ tal-unuri u jinsew xi bħala persuna tkun persuna ftit il-livell tal-grassroots? aħjar u tkun persuna aħjar għal familtek. Fit-taħriġ titgħallem Din qiegħda fil-futbol affarijiet differenti li forsi inġenerali. Ir-rebħ fil- mal-ewwel daqqa t’għajn ma bniedem qisu d-DNA tirrealizzax bihom, ngħidu tiegħu... qiegħed ġo fih. aħna li taħdem fi grupp u li Dejjem jixtieq jirbaħ. Veru li tagħti kas ħaddieħor. Dan f ’logħba hemm rebbieħ jew l-aħħar qed ninnota ħafna tellief, sakemm ma tispiċċax kemm l-egoiżmu żdied. f ’parità, però trid issib kowċ Kulħadd jaħseb li d-dinja li f ’livell ta’ grassroots ma ddur madwaru. Kemm jekk jkollux din il-mentalità. tkun miexi fit-triq, kemm Għandna kowċis tajbin li jekk tkun qed issuq, u kemm
f ’ċirkustanzi oħra, tinnota b’ħafna każi ta’ egoiżmu. L-isport jgħallmek tnaqqas l-egoiżmu u tirrispetta lil ħaddieħor. Jgħinek tagħmilha man-nies u jgħinek ukoll tinduna kif tista’ tagħti daqqa t’id lil min għandu bżonn l-għajnuna. Titgħallem ukoll tqassam il-ħin tiegħek sew. Il-lista ta’ vantaġġi li għandu l-futbol u team sports oħra huma ta’ barra minn hawn. Ħafna drabi, u hija naturali, il-bniedem jaqdi l-aktar affarijiet fundamentali f ’ħajtu, u forsi l-isport ma jitpoġġiex dejjem minn ta’ quddiem. Però jiġri li nkunu qed ninsew dawn il-vantaġġi li jġib miegħu l-isport. L-isport jgħallmek ħiliet soċjali li jgħinu lill-bniedem jikkumbatti d-dwejjaq li jkollu ġewwa d-dar. Mhux biss titgħallem tixxuttja ballun imma titgħallem tibni l-karattru tal-bniedem kif ukoll social skills. Importanti li niffukaw fuq l-aspett ħolistiku tal-bniedem sabiex tagħti l-opportunità lil dak li jkun li jkun l-aħjar verzjoni tiegħu nnifsu u jilħaq ilpotenzjal tiegħu f ’liema ambitu jixtieq.
L-isport jgħallmek tnaqqas l-egoiżmu u tirrispetta lil ħaddiehor. Jgħinek tagħmilha man-nies u jgħinek ukoll tinduna kif tista’ tagħti daqqa t’id lil min għandu bżonn l-għajnuna. Titgħallem ukoll tqassam il-ħin tiegħek sew
18
12.03.2017
kullhadd.com
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI
06.03 Infetaħ kindergarten ġdid f’San Ġwann.
07.03
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
Il-Ħamis, 2 ta’ Marzu Tħabbar li fl2015 il-Maltin li siefru żdiedu b’9.6%.
08.03 Ġie deċiż li dawk kollha li għandhom dijabete tip 1 jingħataw b’ xejn l-istikek biex jiċċekkjaw id-dijabete.
09.03 Ġie deċiż li jibdew jingħataw b’ xejn il-pilloli għad-dijabete magħrufa bħala Gliptins.
10.03 Ġie deċiż li jitqiegħdu 40 arblu tad-dawl b’ total ta’ 80 lampa, biex, wara snin ta’ stennija, il-Bypass tal-Imtarfa tkun imdawla matul il-lejl.
11.03 Ġie deċiż li fl-Isptar Mater Dei tinbena sezzjoni apposta ddedikata għall-ommijiet u t-tfal.
12.03 L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Fitch bassret li l-ekonomija Maltija se tibqa’ b’ saħħitha.
Kemm hawn min iparla fil-vojt u jikteb bl-addoċċ. L-editur tal-Independent jaħseb li hu intelliġenti aktar minn Simon tagħna. Lil Simon qallu biex ikeċċi lil Toni Bezzina. Għandu jkun nesa li Toni Bezzina tgħidx kemm iffrankalna flus meta bagħat ħaddiema tal-gvern jirranġawlna l-każin tażŻurrieq. U barra minn hekk, jekk fuq il-ħames distrett ma joħroġx Toni Bezzina, min se jġibilna l-voti biex forsi ninġabru? Għax fuq dan iddistrett m’għandna lil ħadd sura. Min jaf kieku joħroġ Salvu Mallia, għax dak, joħroġ fejn joħroġ, se jkaxkar lil kulħadd. Tagħna u tagħhom. Il-Ġimgħa, 3 ta’ Marzu Imħawda naqra l-biċċa tal-kuntratt tasSeabank. Jien kont qed naħseb li kienu qed jivvintaw meta qalu li mdaħħal bejn il-basla u qoxritha, hemm il-viċi Mario Demarco, imma issa ammettieha huwa stess. Huwa minnu li Mario ma jistax jgħix bil-paga tal-Parlament biss, imma seta’ baqa’ barra minn din il-biċċa, għax issa jgħid x’jgħid Simon tagħna, ħadd mhu se jieħdu bis-serjetà. U issa mur ħalli għal dik tal-Bidnija biex terġa’ taqbad ma’ Mario. Il-Bambin biss jaf kemm se taqlagħlu. Fuq kollox ħaqqu, għax qatt ma jmissu daħal bejn il-basla u qoxritha. Is-Sibt, 4 ta’ Marzu Ma ġibthiex żewġ ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. Mort niftaħar li Beppe ħareġ ta’ innoċenti mija fil-mija. Fuq kollox lili hekk tani l-impressjoni l-istess Beppe. Imma Ġorġ xejn ma qabel miegħi. Qalli li Beppe ma tantx għandu għalfejn ikun ferħan ladarba kien ikkonfermat li l-investigazzjoni twaqqfet ħesrem hekk kif tfaċċa ismu. Żied jgħidli li għalkemm ma hemmx provi li Beppe ndaħal b’xi mod, id-dubji f ’moħħ in-nies hemm jibqgħu, aktar u aktar meta anke t-tliet imħallfin qalu li ma jistgħux jeskludu li l-investigazzjoni twaqqfet ħesrem għax tfaċċa ismu. Il-Ħadd, 5 ta’ Marzu Ma nafx kif se norqod illejla b’dan ittahwid kollu f ’moħħi. Kont ferħan se ntir bil-flus li ġbarna, u aktar u aktar b’dak li qal Simon tagħna li l-kwistjoni ma’ Mario Demarco kienet solvuta.
Imma ħej dawk tas-Seabank waqqgħuni down. Mhux għax mhux se jibqgħu jħallsu s-salarji ta’ Thake is-segretarja u s-CEO St. John, lil xi ħadd Simon isib żgur biex iħallas is-salarji ta’ dawn. Waqqgħuni down għax ma narax għalfejn kellhom jikxfulna għajnna. Min jaf min tahom parir biex għamlu dan? Nispera li ma kienx Mario. U le, ma jistax ikun, għax issa m’għadux avukat tagħhom. It-Tnejn, 6 ta’ Marzu Dejjem b’xi beżżul! Ma nafx kif se noħorġu minnha din tas-Seabank. Ngħid jien ma setgħux qalu lil Żaren biex iħallas is-salarji ta’ Thake u St. John? Jason Azzopardi żgur kien jikkonvinċih, u barra minn hekk Żaren qatt ma kien jasal biex jagħmel dak li għamlu tas-Seabank. Forsi Simon tagħna jsib mod kif joħroġ minnha, għalkemm s’issa naħseb li għadu ma kkonvinċa lil ħadd b’dak li qal. Li kont jien, fuq din nikkonsulta ma’ Salvu Mallia, ma tafx kif joħroġ b’xi idea. It-Tlieta, 7 ta’ Marzu Simon tagħna jmissu jikkonsulta aktar ma’ Salvu Mallia għax jien m’għandix dubju li kien hu li tah il-parir biex jaħtar kummissjoni biex tagħmillu proposti dwar il-finanzjament tal-partiti. Żgur li ma kinitx idea ta’ xi ħaddieħor, bħal Beppe, Mario, Tonio, Toni, Jason, Chris jew xi ħadd mill-oħrajn, għax kieku dawn ma kinux iħalluh jissallab kif issallab. Insomma l-aqwa li b’xi mod jew ieħor sibna mod kif noħorġu mill-biċċa tas-Seabank. Issa nibqgħu ngħidu li Simon mhu fil-but ta’ ħadd u barra bid-daqq. U lil tal-Labour inħalluhom jgħidu li jridu. L-Erbgħa, 8 ta’ Marzu Wara t-tkaxkira kbira li qlajna eżattament erba’ snin ilu, lil Simon tagħna kienu qalulu biex jeħles darba għal dejjem minn dik tal-Bidnija. Ma ħelisx minnha u ġejna fl-inkwiet għax ma kienx mument li qabdet ma’ Mario. Ara x’ġara issa. Qegħdin jitlewmu filpubbliku Simon u Mario. U ma nafx kif u fejn se tispiċċa l-biċċa. Għax għandi f ’moħħi li Mario ddeċieda li ma jħallihilhomx lixxa. Mank jerġgħu jiġu Juncker, Merkel u l-bella kumpanija tal-Unjoni Ewropea ħalli tal-Labour ikollhom fiex jehdew u ma jibqgħux jixxalaw.
19
12.03.2017
kullhadd.com
IL-MINORANZA AĦJAR MIT-TMEXXIJA MARIO
FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL
F’Kunsill b’maġġoranza Nazzjonalista bħalma hu l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, mhux faċli li min ikun f ’minoranza jimbotta ’l quddiem dak li hu fl-aħjar interess taċ-ċittadin. Minkejja dan, il-kunsilliera Laburisti, tul dawn l-aħħar sentejn wettqu dak kollu mistenni minnhom u aktar. Dan għaliex li mhix għal pressjoni tagħhom kif ukoll għal interventi li jagħmlu mal-Gvern, ċerti affarijiet ma kienu jsiru qatt. Dan kuntrarju għat-tmexxija Nazzjonalista fejn minflok żiedet l-impenn tagħha pjuttost ċaħdet lir-residenti minn affarijiet li kienu mdorrija bihom taħt tmexxija Laburista. Fost l-iktar li jissemma’ huwa l-mod kif is-sindku preżenti ċaħħdet numru kbir ta’ residenti milli jkomplu jinqdew mill-uffiċċju tal-Kunsill f ’Buġibba, li kien infetaħ fi żmien it-tmexxija Laburista. Dan bi skuża li ma kellhiex ħaddiema li setgħu joperaw dan l-uffiċċju. Ilment ieħor li wieħed jisma’ b’persistenza mingħand sidien ta’ negozju u familji hu dwar innuqqas ta’ ħeġġa mill-Kunsill biex jiżżejjen il-lokal fi żmien il-festi tal-Milied. Tant hu hekk illi li ma kienx għall-għajnuna li tat l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Triq it-Turisti
kienet tibqa’ bla tiżjin u dwal tal-Milied. Jingħad li dan ma sarx mhux għax m’hemmx flus imma għax kollox tħalla għallaħħar u ma kienx hemm kordinazzjoni biex l-affarijiet isiru fil-ħin. Problema oħra li spiss tkellmu dwarha l-kunsilliera Laburisti hija dik tal-iskart. Dwar dan, il-Kunsill baqa’ passiv tant li lanqas biss kien kapaċi jipprovdi sistema ta’ dawl sabiex jiġi installat apparat ta’ sigurtà bħal CCTV li ġie mogħti mid-Direttorat tal-Indafa Pubblika. Dan b’kuntrast ma’ Kunsilli Lokali oħra li bbenefikaw minn għotjiet simili. Wieħed irid jgħid ukoll illi li ma kienx għal dan l-istess Direttorat, is-sitwazzjoni ta’ skart f ’din il-Lokalità hija ferm agħar milli fil-fatt hi. L-istess passività u telqa tidher fil-playingfields ta’ din il-lokalità, b’referenza partikolari għall-bandli ta’ ħdejn l-iskola, illi ilhom jiġu mwiegħda mis-sindku preżenti sa mis-sena 2010. Dan hu proġett ieħor imwiegħed imma li qatt ma mmaterjalizza ruħu. Fejn jidħlu proġetti infrastrutturali, il-Kunsill ukoll naqas milli japprofitta minn aktar minn €200,000 mogħtija mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għal tliet proġetti infrastrutturali fi Triq San Franġisk, Triq il-Luzzu u Triq il-Knisja. Bl-istess mod jidher li se jkunu qed jintilfu madwar €30,000 fuq proġett ta’ Bike Sharing, illi kellu jkun lest f ’Settembru tal-2016 u sallum għadu ma sar xejn. Il-kunsilliera Laburisti anki ressqu proposti sabiex il-bankini jkunu aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità, Filfatt, f ’Novembru tal-2015, il-Kunsill kien approva xogħli-
jiet simili fuq bankini u wkoll, sal-lum għadhom ma sarux. Din il-passività tidher ukol bl-aktar mod ċar mill-fatt illi filħames laqgħa ta’ dan il-Kunsill, (s’issa saru kważi 30 seduta), il-Kunsill kien ħareġ sejħa ta’ interess sabiex karozzi abbandunati fil-lokalità jigu mneħħija. Illum, iktar minn sena wara, għadu ma sar xejn konkret f ’dan ir-rigward. Proposta tal-kunsilliera Laburisti lura fis-sena 2015 biex il-Kunsill jibda jiltaqa’ mal-għaqdiet tal-lokalità sabiex jiġi stabbilit x’għajuna jista’ joffri, ukoll ma mmaterjalizzax, tant li sa sena u iktar wara, għadu ma sar xejn tanġibbli. Kien ukoll imwiegħed li jsiru parks għall-klieb u l-qtates tant li dan ġie approvat. Minkejja dan, jekk wieħed idur dawra mal-lokal ma jsib l-ebda wieħed minn dawn il-parks. Fost proposti oħra li għamlu l-kunsilliera Laburisti kien hemm stenciling mal-art fuq il-bankini bil-għan li jitnaqqas il-ħmieġ tal-klieb, li jkun hemm
L-inkompetenza tat-tmexxija tidher ukoll mill-fatt illi minn total ta’ sitt impjegati klerikali tal-Kunsill, erba’ minnhom irreżenjaw għaliex ma setgħux jaħdmu iktar flambjent ostili li kien qed jinħoloq
titjib fl-organizzazzjoni ta’ jum il-lokalità, xogħlijiet ta’ tiswija ta’ bankini u patching, titjib fit-tindif tal-lokalità u ħafna proposti oħra, illi minkejja li kien hemm qbil dwarhom mill-Kunsill, fil-konkret ma sar xejn. Dan ikompli jikkonferma kemm m’ hemmx ħeġġa fit-tmexxija ta’ dan il-Kunsill sabiex din il-lokalità tingħata xejra differenti mill-istat li tinsab fih bħalissa. Wieħed jista’ jgħid li l-parti l-kbira ta’ xogħlijiet li saru f ’San Pawl il-Baħar, b’eċċezzjonijiet żgħar, saru mill-Gvern Ċentrali. Irrid infakkar, illi dan il-Kunsill ingħata żieda fl-allokazzjoni diretta tiegħu ta’ kwazi €400,000 fis-sena. L-amministrazzjoni ħażina ta’ dan il-Kunsill kompliet tispikka mill-fatt li tender tal-ġbir taliskart domestiku kien ilu skadut b’sena u kollox baqa’ passiv u jsir xogħol kontra l-liġi b’direct order waħda wara l-oħra, tant li d-direct orders saru l-ordni tal-ġurnata. Il-Kunsill lanqas irnexxielu biss iżomm mal-iskadenzi tal-liġi fejn tidħol il-laqgħa ġenerali annwali tal-lokalità għas-sena 2015. Laqgħa li fiha suppost jiġu approvati l-accounts tal-Kunsill u l-business plan għas-sena li tkun ġejja. F’din il-laqgħa, ir-residenti jkunu mistiedna jisimgħu r-rapport ta’ ħidma tal-Kunsill u jkollhom dritt jagħmlu skrutinju mhux biss fuq din il-ħidma imma wkoll fuq l-operat ġenerali tal-Kunsill. L-inkompetenza tat-tmexxija tidher ukoll mill-fatt illi minn total ta’ sitt impjegati klerikali tal-Kunsill, erba’ minnhom irreżenjaw għaliex ma setgħux jaħdmu iktar fl-ambjent ostili li kien qed jinħoloq.
Dan il-Kunsill ma żammx lura milli jagħmel sinjali tat-traffiku bla approvazzjoni ta’ Transport Malta. Dan meta l-istess sindku hija impjegata ma’ din l-entità. Dan seta’ jiġi kkonfermat minn numru ta’ interventi minn Transport Malta sabiex jittneħħew dawn is-sinjali. Il-kunsilliera Laburisti kellhom u għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ irregolaritajiet oħra anki waqt is-seduti tal-Kunsill. Fost dawn kellna laqgħat li saru meta ma kienx hemm kworum kif titlob il-liġi, laqgħat li jibdew tard meta jkun hemm kworum imma l-istess kworum ma jkun jikkostitwixxi maġġoranza għas-Sindku, jiġu sospizi laqgħat għas-semplici raguni li jigi msejjaħ vot minn xi kunsillier Laburista u s-sindku tinduna li m’għandhiex maggorazna madawar il-mejda, kumitat amministrattiv fantażma li ilu iktar minn sena u nofs ma jiltaqa’ bil-Kunsill jonqos li jieħu l-miżuri meħtieġa biex jinstab rimedju u bosta nuqqasijiet oħra. Dan hu l-ambjent li qed jaħdmu fih il-Kunsilliera Laburisti f ’dan il-lokal fejn anki siġar li saru taħt it-tmexxija tagħhom, dan il-Kunsill ħalliehom imutu mewta naturali u r-raġuni għas-sentenza tagħhom kienet biss li nstabu ħatja li ġew imħawla minn Kunsill immexxi b’maġġoranza Laburista. Bla dubju ta’ xejn, minkejja dan l-ambjent ostili, l-kunsillliera Laburisti se jkomplu jagħtu s-sehem tagħhom tul is-sentejn li ġejjin sabiex forsi flaħħar il-Kunsill iqum mir-raqda li jinsab fiha u jibda jwettaq dak li tassew iridu u jixirqilhom ir-residenti ta’ Buġibba, tal-Qawra u ta’ San Pawl il-Baħar.
L-ISPORT F’TERMINU AKTAR WIESA’ MARLENE
MIZZI MEP
Studju mħejji riċentement minn PwC Malta li jittratta l-obeżità f ’pajjiżna wera li din il-kundizzjoni fost l-adulti, is-sena li għaddiet swiet lill-pajjiż madwar €36 miljun; 66% minnhom f ’termini ta’ spiża diretta. Meta jingħad spiża diretta jkunu jinkludu flus li ntefqu fuq mediċini, fuq kura primarja u fuq kura fl-isptarijiet. Mhix l-intenzjoni tiegħi li nittratta direttament l-obeżità, li sfortunatament hija evidentissima fost il-popolazzjoni tagħna, partikolarment it-tfal. L-obeżità hija xi ħaġa konsegwenzjali, relatata ma’ dak li kelli f ’moħħi għal din il-kitba. Xtaqt li nagħti
ħarsa lejn l-isport, f ’kull forma tiegħu, minn lenti ta’ vantaġġi li jġib miegħu bħala mezz ta’ inklużjoni; għas-saħħa u bħala deterrent kontra kundizzjonijiet bħalma huma l-obeżità u d-dijabete. Wisq nibża’ li meta nisimgħu l-kelma SPORT x’aktarx li l-ewwel ħsieb imur dak professjonali, bħalma huwa l-futbol, it-tenis, il-basketball, il-ġinnastika u ħafna sport ieħor. Il-kelma SPORT għandna nittrattawha l-aktar minn lenti ta’ eżercizzju fiżiku jew ta’ kompetizzjoni. Irridu nħarsu lejn l-isport minn lenti ta’ prevenzjoni b’għan għal ħajja aħjar. L-eżerċizzju fiżiku, anke jekk f ’limitu, magħdud ma’ dieta tajba, jgħin biex jiggarantixxi ħajja aħjar. M’hemm ebda dubju li tista’ tgħid kull wieħed u waħda minna qegħdin ngħixu ħajja ta’ ġlieda kontinwa kontra l-ħin. Ġlieda li tista’ tgħid qegħdin nitilfuha għax insibu ħin għal kollox barra għalina nfusna fil-veru
sens tal-kelma. Meta niġu biex infasslu l-ħin tal-ġurnata x’aktarx li ma nsibux ħin għal ftit eżerċizzju fiżiku, narawh żejjed, telf ta’ ħin. Jew forsi għax għażżenin! Il-ġlieda kontra l-ħin qegħdin nitilfuha wkoll fejn jirrigwarda preparazzjoni ta’ ikel nutrittiv. Ma rridx nitqies li qiegħda npoġġi lil kulħadd f ’keffa waħda. Imma ma naħsibx li nkun wisq bogħod mir-realtà meta ngħid li anke fejn jidħol ikel x’aktarx li ‘għax m’għandix ħin nipprepara’ allura nirrikorri għal dak li nista’ nixtri lest. Kemm insaħħnu. Ovvjament, prodotti li fuq l-ingredjenti tagħhom m’għandna ebda kontroll. Il-ħajja mgħaġġla qiegħda tiddettalna wkoll kemm nieħdu ħsieb ta’ saħħitna. Agħar minn hekk huwa fejn jidħlu t-tfal. Inħossni skandalizzata meta nsir taf b’każijiet ta’ ġenituri li jmorru għand l-amministraturi tal-iskejjel jitolbu biex uliedhom, għal xi raġuni
jew oħra, ikunu eżentati minn lezzjonijiet ta’ eżerċizzju fiżiku jew sport. Sadattant daqsi tafu li għandna kultura fejn lil uliedna qegħdin nippressaw kemm nifilħu sa minn etajiet żgħar ħafna “biex ikunu preparati kemm jista’ jkun akkademikament”. Konvinta li bħali u daqsi taraw ġenituri jiġru b’uliedhom għal-lezzjonijiet privati immedjatament malli jaslu mill-iskola, jekk mhux minn fuq l-għatba tal-iskola stess! Naf ukoll ġenituri li jipprotestaw mal-għalliema li t-tfal tagħhom m’għandhomx ‘homework’ biżżejjed. Fil-verità il-kelma “tfulija” wisq nibża’ li ma tinkwadrax fil-ħajja tat-tfal tal-lum. It-tfulija taħrab malajr. Ejja ma nisirquhilhomx lit-tfal tagħna! Min-naħa l-oħra ma nistax ngħid li ma napprezzax il-kontribut li jingħata minn ħafna klabbs fir-rigward ta’ nurseries fejn l-attendenzi mit-tfal jidhru inkoraġġanti. Ikun ferm tajjeb jekk l-isport
nagħtuh dimensjoni addizzjonali ma’ dik li jingħata bħalissa, almenu minn bosta. Ikun tajjeb jekk inħarsu lejn l-isport bħala mezz ta’ inklużjoni, fissens li ma joffri ebda barriera, ma jħarisx lejn uċuħ, għajr li tkun preparat fiżikament. Li tipparteċipa f ’dixxiplina sportiva ma jfissirx b’mod tassattiv li tikkompeti għal xi unur. Imma ferm aħjar milli tikkompeti għal xi unur ikun ifisser żgur li żżomm ruħek fiżikament tajjeb. Jekk tirbaħ tajjeb ukoll! Dan iġibni lura għal dak li bdejt bih. Li tipparteċipa f ’xi forma ta’ sport, li abbażi t’hekk iżżomm ruħek fiżikament tajjeb, tkun qed tilqa’ kontra diversi mard, fosthom id-dijabete u l-obeżità. Nappellalek li jekk għadek m’intix tagħmel dan, tibda tagħmlu u tinsisti mal-membri tal-familja tiegħek biex jingħaqdu miegħek ukoll. Ikun ta’ ġid għalik personali, għall-familja tiegħek u għallpajjiż. Nawguralek.
20
12.03.2017
FLUSEK IL-BANK U DAK LI TIEĦU LURA
kullhadd.com
Kull sena mir-rapporti finanzjarji tal-banek ewlenin ingħad li ħadd mhu suppost iżomm ammont qawwi flusu fil-banek igorr li mhux jingħata mgħax adekwat. naraw li kollha jkollhom qligħ sodisfaċenti. Dejjem ta’ flus kontanti f ’daru, iżda l-pubbliku li jiddepożita Il-gazzetta KullĦadd tistaqsi: Kitba ta’ CHARLES B. SPITERI
Min jiddeċiedi r-rati hekk baxxi ta’ bħalissa fl-imgħaxijiet, fosthom għall-kontijiet fissi? X’sistema tintuża? U jista’ jkun hemm kompetizzjoni fl-imgħaxijiet bejn il-banek? Kelliem għall-Bank HSBC Malta Ġeneralment, ir-rati ta’ interess huma stabbiliti millBank Ċentrali Ewropew, li llum huma ta’ 40 punti bażi negattivi. Dan ifisser li meta l-banek iqiegħdu d-depożiti tagħhom ma’ Bank Ċentrali, huma jitilfu l-flus u jirċievu Eugenio Farrugia Chief Operations Officer Lombard Bank Malta p.l.c Il-qofol tal-ħidma ta’ bank hi dik ta’ intermedjazzjoni, jiġifieri li l-banek jissellfu flus mingħand il-klijenti f ’forma ta’ depożiti u jsellfu dawn il-flus lil klijenti oħra bħala faċilitajiet ta’ kreditu. Id-differenza bejn l-imgħax imħallas lill-klijenti fuq id-depożiti u dak li jitħallas lill-bank fuq is-self, jirrappreżenta d-dħul. Għalhekk kull diskussjoni fuq ir-rati ta’ interessi mħallsa fuq id-depożiti għandha tieħu f ’kunsiderazzjoni r-rati ta’ mgħax fuq is-self. F’dawn l-aħħar snin iż-żona Ewro, li Malta saret parti minnha sa mill-2008, esperjenzat rati ta’ mgħax baxxi ħafna konsegwenza tal-politika monetarja dejjem Jeremy Vassallo Senior Officer (Marketing & Quality) tal-APS
Kelliem għall-Bank Of Valletta
depożiti lura anqas minn dawk li jkunu investew. Ir-rati ta’ mgħax imħallsa lill-klijenti huma deċiżi mill-banek kummerċjali. Għalhekk, minkejja l-fatt li l-banek infushom jitilfu l-flus fuq id-depożiti, il-banek ma għaddewx dawn l-ispejjeż lill-klijenti biex b’hekk jipproteġuhom. Dan minkejja l-fatt ukoll li l-qligħ tal-bank se jonqos bħala riżultat. Fl-aħħar nett, huma r-rati ta’ mgħax negattivi stabbiliti
b’mod ċentrali li qed iwasslu biex il-klijenti jirċievu ftit jew ebda mgħax fuq it-tfaddil tagħhom. Naturalment, hemm ukoll benefiċċji għall-klijenti minn dawn l-arranġamenti peress li l-ispiża għas-self ta’ flus naqset ukoll. Tajjeb jingħad li, xorta waħda, jista’ jkun hemm kompetizzjoni bejn banek, hekk kif dawk il-banek li jkollhom ħtieġa akbar għal depożiti, normalment se joffru rati aħjar.
aktar akkomodanti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB), li għandha bħala skop ewlieni l-inkoraġġiment ta’ investiment għat-tkabbir ekonomiku. Għaldaqstant, ir-rati ta’ mgħax baxxi huma riżultat ta’ din il-politika monetarja, li intiża tgħin jitbaxxew ir-rati ta’ mgħax fuq self. Tajjeb li wieħed jinnota wkoll li fondi minn depożiti li l-banek ma jsellfux u li jiġu ddepożitati mal-ECB mhux biss ma jaqilgħu ebda mgħax, iżda jkollu jsir ħlas fuqhom ta’ 0.4%. F’dan ix-xenarju, xi banek Ewropej għaddew rati ta’ mgħax negattivi fuq depożiti, waqt li oħrajn ma jħallsu ebda interessi. Naturalment din il-pressjoni fuq ir-rati laqtet ukoll ir-rati ta’ mgħax tal-banek f ’Malta, fejn kull bank jiddetermina r-rati li jħallas u jitħallas, wara li jiġu kkunsidrati fost affarijiet oħra l-kompożizzjoni tal-balance sheet u l-cost structures. Fil-fatt, kif jidher mill-websites tal-banek lokali, hemm varjetà wiesgħa ta’ rati ta’ interessi fuq id-
depożiti f ’pajjiżna. Apparti dan, teżisti kompetizzjoni għad-depożiti min-numru ta’ investimenti fuq ilBorza ta’ Malta, bħalma huma l-Bonds tal-Gvern Malti. Dan kollu jwassal biex il-banek jagħmlu dak kollu mistenni biex jiddiversifikaw is-sorsi ta’ dħul tagħhom. Għalhekk id-dħul mill-intermedjazzjoni hu biss wieħed mis-sorsi li jiżgura dħul finanzjarju robust u fit-tul. Dħul tajjeb huwa meħtieġ biex jiżgura li l-banek ikomplu jilħqu mal-ħtiġiet regolatorji f ’dak li hu kapital, li jpoġġuhom f ’qagħda b’saħħitha biex jilqgħu għal telf li jafu jiffaċċjaw konsegwenza ta’ self li ma jitħallasx lura, minħabba, fost raġunijiet oħra, taqlib ekonomiku. Dan jassigura l-vijabbiltà fit-tul tal-banek, biex b’hekk jiġu protetti l-flus tad-depożitanti u r-rwol importanti tal-banek fit-tkabbir ekonomiku.
L-imgħaxijiet tal-banek, kemm dawk li jħallsu fuq kontijiet ta’ tfaddil jew depożiti u wkoll dawk li jirċievu fuq self, huma riżultat tal-forzi tas-suq li, fil-każ tal-muniti kollha, inkluż l-Ewro, huma forzi esterni għal Malta. Jiġifieri, mhumiex l-awtoritajiet jew il-banek
Maltin li jiddeċiedu jekk l-imgħaxijiet jitiligħux jew jinżlux. Sa fejn hu possibbli wieħed ukoll jipprova jikkompeti bl-imgħaxijiet, skont kemm ikun irid iżid is-self jew id-depożiti f ’settur partikulari. Iżda f ’ambjent ta’ imgħaxijiet baxxi dan ukoll ikun diffiċli.
Ir-rati tal-imgħax huma effettivament finanzjarju relevanti mhuwiex ristrett għas-suq domestiku. determinati mis-swieq finanzjarji. Fl-aħħar snin, kien hemm żewġ żviluppi Huwa importanti li jiġi enfasizzat li Malta hi parti miz-zona tal-ewro u b’hekk is-suq ewlenin fil-qasam tal-ewro.
21
12.03.2017
kullhadd.com
Ma tinħassx diskrepanza bejn il-qligħ li jagħmel il-bank tiegħek u l-ħlas li jqassam fl-imgħaxijiet? lejn ir-return on equity (RoE) iġġenerat minn dik l-istituzzjoni tul iż-żmien. Ir-RoE tal-HSBC Malta hu aktar baxx mil-livell talMod sempliċi biex tagħmel stima jekk il-profittabbiltà mira tagħna, li jirrifletti r-raġuni għala llum il-banek tal-bank hix waħda ġusta, hu li wieħed iħares kollha qed iżommu aktar kapital għal raġunijiet
regolatorji minn qatt qabel. Kif kien irrappurtat fir-riżultati ta’ nofs is-sena fl2016, ir-rati ta’ mgħax negattivi kienu wieħed millfatturi li kellu impatt negattiv fuq il-qligħ qabel ittaxxa aġġustat tagħna.
ta’ kundizzjonijiet u regolamenti – kif għandu jkun. Fost dawn hemm il-kundizzjonijiet dwar l-ammont ta’ kapital u riservi li l-bank irid iżomm u dejjem ikabbar. Ir-riservi jiġu mill-qligħ, jiġifieri jekk bank ma jilħaqx ċertu livell ta’ qligħ biex jikber imma Lanqas xejn. Biex bank jitħalla jopera għandu bżonn wkoll biex jissodisfa r-regoli, ikun qiegħed jipperikola liċenzja li magħha jkun hemm marbuta numru kbir l-eżistenza tiegħu.
Qed nitkellmu fuq regoli u kundizzjonijiet ibsin ħafna li jiġu deċiżi fuq livell internazzjonali u li l-awtoritajiet Maltin ukoll iridu josservaw – mhux qed nitkellmu fuq xi arranġament li wieħed jista’ joqgħod jinnegozja jew jiddiskuti. Dawn huma l-fatti li mhux dejjem jintqalu iżda tajjeb li wieħed ikollu l-istampa sħiħa.
tħallas imgħax aktar milli tirċievi. Iż-żieda sinifikanti fir-regolamenti fil-qasam bankarji hi mmirata biex tissalvagwardja d-depożitanti billi tillimita l-livell ta’ riskju. Il-konsegwenza ta’ dan irriskju baxx hija li jkollok dħul aktar baxx ukoll. Bħala konklużjoni, ir-rati baxxi ta’ mgħax offruti mill-banek fuq id-depożiti jirriflettu s-sitwazzjoni attwali taż-żona tal-ewro fejn ir-rati ta’ mgħax huma baxxi f ’livelli rekord u f ’ċerti każi negattivi wkoll. It-tieni miżura tfisser li inti tinvesti l-flus u tispiċċa
tħallas imgħax aktar milli tirċievi. Fir-rigward tal-prestazzjoni, nemmnu li hu aħjar li ssir referenza għal reviżjonijiet indipendenti pprovduti minn analisti tas-suq. Madankollu, meta tħares lejn il-prestazzjoni, ma tistax tħares biss lejn profitti f ’termini assoluti. Il-profitti għandhom jiġu mqabbla mad-daqs talkarta tal-bilanċ u analizzati skont is-sors. Il-banek jaqilgħu dħul minn servizzi oħra li mhumiex relatati mal-imgħax.
Kelliem għall-Bank HSBC Malta
Eugenio Farrugia Chief Operations Officer Lombard Bank Malta p.l.c
Kelliem għall-Bank Of Valletta Żvilupp wieħed hu l-pożizzjoni aggressiva politika monetarja adottata mill-Bank Ċentrali Ewropew u t-tieni hi ż-żieda sinifikanti fir-regolamenti bankarji. L-implikazzjoni tal-ewwel hi li fl-ewro l-assi finanzjarji denominati fl-ewro bħalissa qed jipproduċu ritorn baxx ħafna u f ’diversi każi anke rati negattivi. It-tieni miżura tfisser li int tinvesti l-flus u tispiċċa
Hu sew li klijenti li jitolbu mgħax ogħla jkunu suġġeriti mill-ħaddiema tal-banek biex minn flushom jixtrulhom stocks u shares u bonds tal-Gvern? tagħna biss jiddiskutu soluzzjonijiet ta’ investiment mal-klijenti. L-approċċ li nieħdu hu li niddiskutu biss prodotti wara li tkun saret reviżjoni finanzjarja kompluta tagħhom liċenzjati (jiġifieri l-ebda soluzzjonijiet ma jkunu diskussi mal-
klijenti qabel ma aħna nifhmu l-bżonnijiet speċifiċi u l-ħtiġijiet tagħhom). Aħna noffru biss prodotti li huma approvati minn qabel mill-HSBC għall-konsulenti regolati tagħna biex dawn jiddiskutuhom mal-klijenti.
Jekk klijent irid iżomm flusu l-bank iżda jitlob imgħaxijiet ogħla minn dak li jkun jippermetti, ġieli jkun il-każ li l-klijent jiġi offrut li jinvesti f ’bonds fejn l-imgħax ikun iktar. Xi kultant ikun ukoll il-klijent li jitlob dan il-parir. Sakemm dan kollu jkun ċar għall-klijent u r-riskju jiġi
mfiehem sew, m’hemm xejn ħażin. Il-ħażin hu jekk xi uffiċjal ta’ bank joffri dak li l-klijent ma jridx jew m’għandux bżonn. Shares m’għandhomx jidħlu fid-diskussjoni lanqas, dawk huma xi ħaġa oħra, ma jagħtux imgħax u jġorru riskji differenti.
Kelliem għall-Bank HSBC Malta Għall-HSBC,
il-konsulenti
finanzjarji
Jeremy Vassallo Senior Officer (Marketing & Quality) tal-APS
Jista’ jkun li xi banek qed jimpjegaw ħaddiema aktar milli hemm bżonn u għalhekk l-ewwel ma jitħallsu jkunu l-pagi? rar Kmieni. Dan għenna nimmaniġġjaw aħjar l-ispejjeż tal-Bank fi żmien ta’ rati ta’ mgħax baxxi jew saħansitra negatFl-2015/2016, l-HSBC Malta naqqas in-numru ta’ tivi, u meta kellna spejjeż ogħla tal-hekk imsejħa comimpjegati permezz ta’ Programm Volontarju ta’ Rti- pliance. Dawn għamlu l-ambjent operattiv tagħna akKelliem għall-Bank HSBC Malta
Jeremy Vassallo Senior Officer (Marketing & Quality) tal-APS Jista’ jkun li dan hu l-każ u għalhekk l-għaqal
fit-tmexxija jitlob li ma jkunx hemm impjiegi aktar mill-bżonn. Tista’ tgħid li l-pagi huma waħda mill-akbar spiżi li għandu kull bank u, fil-biċċa l-kbira tagħhom, dawn huma spejjeż fissi. Jiġifieri, l-ispiża tal-pagi tibqa’ hemm ukoll jekk in-negozju jew il-qligħ jieħu daqqa
tar ta’ sfida milli qatt kien fil-passat. Il-Bank jibqa’ fiduċjuż fil-kapaċità tiegħu li jkabbar in-negozju tiegħu f ’Malta u li jappoġġja lill-ekonomija lokali u lill-klijenti tiegħu, waqt li joħloq valur għall-azzjonisti tal-HSBC Malta. ’l isfel. L-impjiegi jitolbu responsabbiltà kbira, kemm għal min dieħel ġdid, għall-impjegati eżistenti kif ukoll għall-klijenti u l-azzjonisti – kollha għandhom sehem minn dak li toħloq l-azjenda u għal kumpens adegwat fuq dak li qed jikkontribwixxu.
22
12.03.2017
1
MADWAR kullhadd.com
L-AMERKA
FIL-QOSOR
2 1
ORDNI EŻEKUTTIVA ĠDIDA FUQ L-IVVJAĠĠAR
3
It-Tnejn, Trump iffirma l-ordni eżekuttiva ġdida, li magħha ġabet projbizzjoni ta’ 90 jum fuq nies ġejjin minn sitt pajjiżi li fil-maġġoranza tagħhom huma Musulmani. Pajjiżi msemmija fil-projbizzjoni l-ġdida fuq l-ivvjaġġar attakkaw dan il-pass. Bħalhom għamlet in-Nazzjonijiet Magħquda. Il-pajjiżi affettwati huma s-Sudan, is-Somalja, l-Iran, ilLibja, is-Sirja u l-Jemen. Is-Segretarju tal-Istat Rex Tillerson ippreżenta l-ordni bħala metodu biex tissaħħaħ is-sigurtà nazzjonali tal-Istati Uniti kontra t-theddid terroristiku. Id-direttiva, li tinkludi 120 jum ta’ projbizzjoni fuq irrefuġjati kollha, se tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu. B’differenza minn dik ippreżentata f ’Jannar, il-projbizzjoni teskludi lill-Iraq, wara li, skont il-White House, il-Gvern Iraqi żied il-kontrolli fuq il-visa u l-iskambju tal-informazzjoni.
2
L-INGILTERRA
3
IL-GUINEA
KONFERMA FUQ IL-MEWT TA’ GEORGE MICHAEL
Tabib legali minn Oxfordshire kkonferma li l-kantant famuż George Michael miet minħabba marda f ’qalbu u filpulmun. Il-kantant miet fl-eta ta’ 53 sena f ’jum il-Milied li għadda fid-dar tiegħu li tinsab f ’Goring-on-Thames, f ’Oxfordshire. It-tabib qal li minħabba li l-mewta kienet waħda naturali, ma hemmx bżonn ta’ inkjesta. Il-pulizija ta’ Thames Valley oriġinarjament qalu li l-mewt tiegħu kienet inspjegabbli iżda mhux suspettuża, filwaqt li eżami li sar wara mewtu kien inkonklussiv.
ARRESTAT FUQ IĊ-ĊIMPANŻÌ
Fl-aħħar jiem fil-Guinea ġie arrestat raġel li jaħdem mill-qrib mal-annimali. Dan wara li allegatament kien qed jittraffika numru t’annimali fosthom iċ-ċimpanżì. F’dan il-pajjiż fil-Punent tal-Afrika qed jipprova jitkisser ċirku ta’ traffikar t’annimali protetti. Filmati li dehru fuq l-internet urew frieħ ta’ ċimpanżì f ’kamra u hu mifhum li dawk interessati kienu joffru somom kbar ta’ flus biex jixtru ċimpanżì għall-gost u l-pjaċir tagħhom.
R ID-DINJA
23
12.03.2017
kullhadd.com
6
IĊ-ĊINA
2 4
5
6
TIPPROPONI POSPONIMENT BIEX TEVITA KRIŻI Iċ-Ċina pproponiet li l-Korea ta’ Fuq tipposponi t-testijiet tal-missili u teknoloġiji nukleari biex tiġi evitata kriżi internazzjonali. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċiniż qal li l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Isfel għandhom iwaqqfu l-attivitajiet militari konġunti tagħhom. L-appell taċ-Ċina sar b’reazzjoni wara li l-Korea ta’ Fuq ħabbret testijiet ta’ erba’ missili li saru nhar it-Tnejn li kisru sanzjonijiet internazzjonali. B’reazzjoni għal dan l-Istati Uniti nediet sistema tad-difiża bil-missili fil-Korea ta’ Isfel. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċiniż żied jgħid li l-waqfa reċiproka ta’ operazzjonijiet militari tista’ tkun l-ewwel pass biex ittaffi t-tensjonijiet u jsir il-ftuħ mill-ġdid għan-negozjati.
5 4
L-AFGANISTAN
IS-SIRJA
L-AMERIKANI SE JAGĦTU S-SALT FUQ RAQQA
L-Istati Uniti bagħtet it-truppi tagħha fis-Sirja biex jappoġġjaw lir-ribelli li se jagħtu s-salt fuq il-belt ta’ Raqqa. Din il-belt meqjusa bħala l-kapitali tal-kalifat tal-Istat Iżlamiku mistennija tiġi attakkata wara l-aħħar avvanzi li għamlu l-forzi Iraqqini f ’Mosul, belt oħra li tiżloq minn idejn il-militanti talgrupp fundamentalista. Il-qawwiet Amerikani jidher li diġà jinsabu viċin Raqqa hekk kif din l-operazzjoni militari mistennija tibda dalwaqt u qed tkun deskritta bħala d-daqqa tal-mewt biex l-Istat Iżlamiku jitlef kull territorju li kellu f ’idejh. Madankollu għalkemm l-Istat Iżlamiku jista’ jiddgħajjef b’dawn l-operazzjonijiet militari, ilgrupp jista’ jbiddel l-istrateġiji tiegħu u jiffoka iżjed fuq attakki suwiċida li jqajmu iżjed tħassib għas-sigurtà internazzjonali.
AKTAR MINN 30 MAQTULA F’KABUL
Aktar minn 30 persuna nqatlu wara li aggressuri lebsin ta’ tobba daħlu jattakkaw l-akbar sptar militari f ’Kabul. Militanti armati b’pistoli daħlu fl-isptar u fetħu n-nar fuq il-ħaddiema u l-pazjenti. Filwaqt li t-Talibani ċaħdu kull forma ta’ involviment, l-Istat Iżlamiku qal li kien hu l-moħħ wara l-attakk. Kienu aktar minn 50 dawk midruba.
24
QAWWA MID-DLAM 12.03.2017
kullhadd.com
MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-
Kienet l-1905, forsi l-1906, meta l-Kżar Nikolai Romanov u martu l-Kżarina Alexandra, imperaturi tar-Russja, iltaqgħu għall-ewwel darba ma’ Grigori Rasputin; ir-raġel reliġjuż fuq fomm kulħadd għall-qawwa divina li jingħad kellu biex ifejjaq il-mard. Laqgħa rranġata minn qabel li ma kellhiex tieħu aktar minn ħames minuti spiċċat twalet għal aktar minn siegħa tant kemm Rasputin impatta b’mod pożittiv lill-koppja Romanov. Min kien tassew dal-bniedem u għalfejn influwenza bil-qawwa l-familja imperjali Russa? Biex nibda r-rakkont tal-lum irrid nieħdok fir-reġjun Russu fejn l-Ewropa tmiss mal-Asja, jiġifieri s-Siberja; preċiżament fir-raħal ta’ Pokrovkoje fejn fl-10 ta’ Jannar 1869 twieled Grigori Rasputin fi ħdan familja raħħala fqira bħalma kienu l-familji raħħala fi żmienu. Minn tfulitu kien imdawwar b’għajdut li kien viżjonarju u jippossjedi l-qawwa li jfejjaq. Jingħad li darba t-tfajjel Grigori kien mixħut f ’soddtu b’deni qawwi meta ġew fuqu grupp ta’ raħħala li riduh jgħidilhom min minnhom seraq iż-żiemel ta’ ġar. Rasputin qam bilqiegħda u għalkemm mitluf bid-deni pponta sebgħu lejn il-ħati. Dan it-tali ċaħad bis-saħħa kollha u Rasputin ġie kkastigat talli gideb fuqu. Madankollu żewġ raħħala oħra, li baqgħu mħassbin, segwew il-movimenti tat-tali u fis-satra tal-lejl qabduh fil-fatt qiegħed jaħbi ż-żiemel misruq fil-masġar viċin. Din l-istorja kkonvinċiet aktar nies li Grigori Rasputin kellu poteri sopranaturali. Ma setax jonqos li mgħaddsin fis-superstizzjoni kif kienu, uħud mill-ġirien tiegħu kienu saħansitra jitwerwru minnu għax jassoċjawh max-xitan. Żgħożitu għaddieha f ’xalar bla rażan u sokor. F’radda ta’ salib kien jaqla ġlieda mix-xejn u jagħti fastidju lil kull xebba jew mara li jixħet għajnejh fuqha. Ta’ 20 sena ltaqa’ max-xbejba Praskovia Dubrovina u fi ftit xhur iżżewwiġha. Minn daż-żwieġ Rasputin kellu seba’ wlied li minnhom tlieta biss għexu u saru adulti. Darba fost l-oħrajn Rasputin żar monasteru ġewwa Verkoturje fil-qalba tal-Muntanji Urali; hemm min jgħid li għamel hekk biex jaħrab mill-ġustizzja filwaqt li ħad-
dieħor isostni li kien għaddej minn kriżi emozzjonali. Diż-żjara biddlitu mil-lejl għan-nhar u bħal sajjetta telaq lil familtu u telaq mid-dar fuq pellegrinaġġ li ħadu l-Greċja u Ġerusalemm. Wara assenza ta’ sentejn fejn ħadd ma jaf eżatt x’għadda minnu, għalkemm jeżistu spekulazzjonijiet li f ’dażżmien seta’ għex ma’ setta sigrieta li kienet twettaq ritwali oskuri u xejn konformi mal-Kristjaneżmu, Rasputin irritorna lejn ir-Russja liebes l-ilbies ta’ saċerdot avolja ma kienx saċerdot, u kulħadd beda jsejjaħlu ‘strannik’ – pellegrin jew raġel qaddis. Għalkemm illitterat, Rasputin kien mogħni b’intelliġenza kbira u ħarsa ipnotika li tniffed l-imħuħ u l-qlub ta’ min jiltaqa’ miegħu. Kulħadd ried jisma’ kliemu u jmisslu jdejh; kulħadd ried il-fejqan tar-ruħ u l-ġisem mingħand ‘il-Patri Qaddis’. Kien fil-quċċata ta’ dil-popolarità li Grigori Rasputin daħal fil-palazz imperjali u Kżar Nikolai flimkien ma’ martu Alexandra laqgħuh b’dirgħajhom miftuħin. Segwew aktar laqgħat li qabdu ritmu regolari fejn Rasputin u l-kżarina kienu jqattgħu sigħat sħaħ jiddiskutu r-reliġjon, l-ulied u t-tħassib tagħha u ta’ żewġha dwar saħħet binhom u eredi għat-tron, Alexei, li twieled bil-ħemofilja – kundizzjoni gravi ġenetika li wiret mingħand ommu. Rasputin kien iserrħilhom moħħhom li binhom ma kien fl-ebda periklu li jmut. Rabba ħafna kunfidenza magħhom u kien jgħidilhom li bħala imperaturi tar-Russja kien jeħtiġilhom ikunu eqreb tal-poplu Russu sabiex iħossu l-polz tal-ħaddiema u r-raħħala. Ikkonvinċihom li hu kien l-unika persuna li setgħu jafdaw għax kien sinċier u ma jittradihom qatt; jingħad li wasal biex qalilhom li aħjar jieħdu parir dwar politika mingħandu għax hu ġenwin filwaqt li l-ministri tad-Duma (Parlament Russu) ma kinux affidabbli. Għal Nikolai u Alexandra il-laqgħat ma’ Rasputin kienu saru duwa fil-mumenti diffiċli li kienu għaddejjin minnhom bħala ġenituri u bħala mexxejja ta’ pajjiż imqanqal minn konflitti soċjopolitiċi u f ’xifer falliment ekonomiku; kienu konvinti li fl-aħħar Alla sema’ t-talb tagħhom u bagħtilhom
lil dan ir-raġel qaddis biex jiggwidahom. Darba fl-1912, il-familja Romanov kienet qed tqatta’ btala fi Spala meta l-Prinċep Alexei weġġa’ waqt li kien qed jilgħab u minħabba l-marda li kellu ġietu emorraġija li l-ebda tabib jew professur ma seta’ jwaqqaflu. Saħħet it-tifel bdiet tiddgħajjef tant li qabdu deni qawwi u lanqas dan ma setgħu jtaffulu. Iddisprati kif kienu, Nikolai u Alexandra sejħu għal saċerdot li amministralu l-griżma tal-morda filwaqt li bagħtu telegramma lil Grigori Rasputin biex jitlob għal binhom. Rasputin irrisponda lura b’sentenza waħda: “Alexei mhux sa jmut – warrbu t-tobba kollha minn ħdejh!” Kżarina Alexandra ordnat li jsir kif qalilha Rasputin u oħroġ il-għaġeb wara ftit sigħat l-emorraġija bdiet tieqaf, id-deni niżel u Alexei raqad kalm. Storiċi u esperti tal-mediċina għadhom sallum ma jistgħux jagħtu spjegazzjoni preċiża għal dan il-fejqan dokumentat; madankollu wħud jiddibattu li meta twarrbu t-tobba jista’ jagħti l-każ li twaqqfet ukoll l-unika mediċina eżistenti li ssoltu
kienu jagħtu lit-tifel, l-aspirina li kif taf traqqaq id-demm u tikkawża aktar emorraġija. Alexandra bdiet tħares lejn Rasputin b’devozzjoni għamja u hu rċieva aktar privileġġi biex ma jitbigħedx minn San Pietruburgu, fosthom appartament fi triq prominenti u flus biżżejjed biex hu u familtu jgħixu komdi. Das-suċċess kollu kompla tela’ għal ras Rasputin li beda jiftaħar ma’ kulħadd kemm iqatta’ ħin waħdu mal-kżarina u wliedha xebbiet. Kien jisker u jgħid li jiġi f ’ħalqu u jqatta’ l-iljieli fil-briedel. Nisa aristokratiċi bdew ifittxuh għall-‘fejqan’ sesswali u bdew jiġru xnigħat li kien il-maħbub ta’ Kżarina Alexandra; beda saħansitra jingħad li Rasputin kien qed jiddetta lil Nikolai fit-tmexxija tal-istat. Nikolai u Alexandra ma kellhom l-ebda ħjiel tal-imġiba ħajna u s-sokor ta’ Rasputin u ċanfru jew keċċew lil min ipprova jifħilhom għajnejhom. Rasputin kien l-eroj tal-ġurnata u ammirat mill-poplu komuni iżda mill-banda l-oħra bdiet tinbet għira kbira fost l-aristokratiċi u l-klassi għolja li bdew jarawh theddida għall-pożizzjonijiet privileġġa-
ti tagħhom. F’waqt jew ieħor Rasputin beda jintebaħ li kienet qed tinħema konġura kontrih u ħajtu kienet mheddha. Kien fl-eqqel tal-Gwerra l-Kbira, li ma kinitx sejra tajjeb għall-imperu Russu, meta Kżar Nikolai irċieva ittra mingħand Grigori Rasputin fejn qallu: “Qed inħoss li l-mewt dalwaqt tilħaqni. Jekk ninqatel mill-poplu komuni inti u familtek tkomplu tirrenjaw għal ħafna snin; imma jekk l-aristokrazija tkun kaġuni inti u familtek tinqatlu mill-poplu Russu f ’inqas minn sentejn wara mewti.....” Fil-lejl tad-29 ta’ Diċembru 1916 Rasputin kellu jattendi serata ta’ pjaċir fil-Palazz Moika f ’San Pietruburgu fuq stedina tal-Prinċep Felix Yusupov u l-membru parlamentari Vladimir Purishkevich; dik kienet l-aħħar darba li deher ħaj. Tlett ijiem wara, il-katavru ffriżat ta’ Grigori Rasputin ittella’ mix-Xmara Neva imgeżwer f ’tapit. Inqas minn tliet xhur wara l-mewt ta’ Grigori Rasputin, il-poplu Russu mifni bil-miżerja, qam kontra l-imperu b’għajta waħda ta’ “Rivoluzzjoni u mewt għall-Kżar!”
25
12.03.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
LUPU LUPETTU “Il-bard ta’ Jannar”, ngħidu … u ta’ Frar, jekk niġu għal hekk. Barra l-kesħa. Ħafna. Familji bit-tfal jispiċċaw id-dar, bix-xita barra u m’hemmx fejn tmur. Dak ifisser, għal min għandu t-tfal żgħar, ħinijiet twal x’jimlew. Weekends sħaħ bit-tfal fuq issufan, u biex ma nħalluhomx il-ħin kollu quddiem it-tv u t-tablets x’se nsibulhom x’jagħmlu? Imma tibżgħu xejn, għax wasal biex isalvakom Lupu Lupettu! Mhux wieħed imma erba’ kotba bl-attivitajiet (activity books). Immirati għal tfal bejn 4 u 9 snin, dawn il-kotba blattivitajiet fihom kontenut interattiv bħal logħob, tħabbil il-moħħ, quizzes, stampi biex jingħataw kulur, stikers x’jitwaħħlu, tfittixiet tal-kliem u dot-to-dot — ħafna u ħafna logħob biex l-imħuħ tat-tfal jiġu stimulati b’mod kreattiv. Dawn huma 4 kotba blattivitajiet ta’ kwalità għolja, fost l-aqwa li hawn fis-suq bħala kontenut innovattiv li fihom, valur tal-logħob, kif ukoll element qawwi ta’ gost għat-tfal u għodda biex iżommu l-konċentrazzjoni. Huma kotba li faċli ġġorrhom miegħek kull fejn tmur u li t-tfal jistgħu jilagħbu bihom mingħajr l-assistenza talġenituri. Għalhekk, issa li
l-ksieħ u d-dlam tax-xitwa hu kullimkien madwarna, ibqgħu ċerti li t-tfal se jixxalaw iqattgħu sigħat mal-Lupu li tant jafu u jħobbu. Lupu Lupettu hu karattru maħluq mill-pinna tal-awtriċi Franċiża Orianne Lallemand – li ttestjat il-karattru malħamest itfal tagħha qabel ma dan sar karattru li seraq qlub eluf ta’ tfal u sar wieħed mill-iżjed karattri ta’ suċċess fid-dinja tal-letteratura għattfal. L-istejjer tal-Lupu ħadu l-ħajja wkoll mertu talillustrazzjonijiet ta’ Eléonore Thuillier. It-tfal Franċiżi ġġennu fuq Lupu mill-ewwel, u sar favorit mal-ġenituri wkoll kemm minħabba l-umoriżmu tal-istejjer kif ukoll minħabba dik it-tagħlima ċkejkna li dejjem tkun preżenti imma fl-istess waqt ma tinħassx tqila jew tipprietka. U filfatt, f ’qasir żmien is-sensiela Lupu Lupettu spiċċat saret bestseller mad-dinja kollha, u l-kotba tiegħu ġew tradotti u ppubblikati l-Afrika t’Isfel, l-Amerka t’Isfel, ilBulgarija, il-Brażil, iċ-Ċina, ilĠermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Kroazja, il-Latvja, ilLitwanja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, Spanja, l-Istati Uniti, it-Tajwan, it-Tajlandja, it-Turkija u l-Ungerija. U issa Malta wkoll. Merlin
Publishers, dejjem ifittxu għall-aħjar fost il-letteratura għat-tfal madwar id-dinja, ġabu l-Lupu Malta fl-2014 u ħadmu mal-awtriċi Clare Azzopardi biex taddattahom
għall-Malti. Kif ġara fil-pajjiżi l-oħra kollha, it-tfal Maltin issaħħru wara l-Lupu u l-avventuri tiegħu u ta’ sħabu, u sar qisu wieħed minnhom. F’qasir
żmien, Lupu Lupettu sar l-aktar karattru popolari filletteratura għat-tfal bil-Malti, u kull ktieb ġdid fis-sensiela jsib ruħu mill-ewwel fil-lista tal-bestsellers.
Mistoqsija: X’annimal hu Lupettu ?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Lupu Lupettu. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 12 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Għatx huwa: R.Mifsud- Il-Ħamrun
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
04
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Mistoqsija: Kemm ilu fil-Gvern il-Partit Laburista? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
26
12.03.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
R. Mifsud - il-Mosta
TISLIBA 165 Mimdudin:
Bi 3 Numri 039 049 067 188 325 339 341 375 422 734 894 924 952 994 B’4 Numri 0283 0399
0467 0818 0998 1059 1162 1326 1338 1446 1523 1917 2139 2159 2189 2640 2878 3122 3141 3233 3256 3361 4163
5896 5946 6211 6568 7319 7936 8353 8763 9143 9191 9213 9261 9404 9442
12193 13036 25838 40989 45246 56818 60265 64393 66480 67033 71423 81087 84795 93411
B’5 Numri
B’6 Numri
03113 03933 05493 12086
186530 383922 692987 764327
868910 899746 B’7 Numri
4236781 6749866 9232691 9666877
0677162 3566823 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. 4. 7,16. 9. 10. 12. 16. 18,19. 19. 20. 21. 23. 24.
Kompli l-qawl: Bieb li ...... minnu bil-herra terġax tidħol minnu (5) Mutur ta’ dan iqalleb il-ħamrija (4) Isofri (5) Ara 3 Ma tiflaħx (6) Bandli (6) Ara 7 Unika? Ara 18 Staqsa? (5) Ara 6 Il-weraq tiegħu jfuħ ferm (4) Ilu ħafna (5)
Weqfin: 1. Ħajta fina (6) 2,5. Insibuhom fit-turġien (6) 3,9. Ma tkunx f ’sikktek (6) 5. Ara 2 6,21M. Jintużaw fil-baned (6) 8. Qisa bandiera (9) 11,13. Iddoqq din (5) 12,17. Jistgħu jinżammu x-xtieli fiha (5) 13. Ara 11 14. Ittrijonfajt (6) 15. Jitpejjep (6) 17. Ara 12 wieqfa 21,22. Bhejjem (6) 22. Ara 21 wieqfa
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Tewma, 4.Wied, 7.RG, 9,18. Jardi, 10.Maħbub, 12.Italja, 20.Sunta, 21.RAF, 23.Tost, 24.Irina
Weqfin: 1.Tajjeb, 2,19.Warrab, 3,11. Armat, 5.IMB, 6,16.Dabbar, 8.Gallinari, 12,22.Irfes, 13,21 wieqfa. Adurat, 14.Arawni, 15.Abbuża, 17.Ara
27
12.03.2017
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ
Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235.
Antique and Fine Arts Fairs Malta tħabbar li l-fiera li jmiss se tittella’ mis-17 sad19 ta’ Marzu mill-5.00pm ’il quddiem fil-Victoria Hall, Triq l-Oratorju, in-Naxxar. Dħul b’xejn u parkeġġ offrut mis-sala stess. Ġita ta’ sitt ijiem lejn il-Polonja fejn inżuru: AuschwitzKrakow-Wieliczka-Wadowice -Lagiewnik-Zakopane. Organiżżata mill-Għaqda Soċjomużikali Anici Ħal Qormi bil-kolloborazzjoni talaġenzija Micallef Joe travel. Għal aktar dettalji, booking u programm, tista’ ċċempel lil John M. Spiteri fuq 79702874 jew e-mail: info@anicibandclub. org. Id-depożitu jrid jitħallas sas-16 ta’ Marzu 2017. L-Għaqda Dilettanti Mudelli ta’ Knejjes se torganizza wirja ta’ folklor religjuż fis-Sala San Franġisk, Triq Melita, il-Belt. Din is-sena qed issir bejn l-4 u t-18 ta’ Marzu u d-dħul huwa mingħajr ħlas. Tibqa’ miftuħa sat-18 ta’ Marzu kuljum bejn id-9.30am u n-12.30pm u bejn l-4.30pm u s-7.30pm
Kċina kompluta bis-sink, fridge, cooker, hood, forn u microwave. Mejda u sitt siġġijiet, żewġ sufanijiet, wieħed two-seater u ieħor one-seater. Wall unit b’radju u cassette. Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 2144 5318 jew Nhar is-Sibt l-1 ta’ April 9983 0416. 2017, is-Soċjetà Filarmonika L-Unjoni ta’ Ħal Luqa ser XOGĦOL U ittella’ kunċert ta’ mużika MANUTENZJONI sagra fil-Knisja Parrokkjali Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ta’ Sant’Andrija Appostlu, ramel u siment, graffiato, Ħal Luqa bl-isem ‘Tristis Est żebgħa, xogħol fuq l-antik, Anima Mea’. F’dan il-kunċert xogħol fuq il-pond, madum, ser tieħu sehem il-Filarmonika membrane, katusi u gypsum L-Unjoni, il-Coro Bel Canto u diversi solisti. Mal-banda boards ċempel 7928 5444. u l-kor ser jingħaqdu wkoll Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali strumenti varji bħall-arpa u tal-ilma, ċangatura qadima jew l-orgni tal-istess Knisja. Il-kunċert ser jibda fisġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason bin- 7:30pm u l-banda flimkien numru 2143 2352 jew 9947 mal-kor u s-solisti ser ikunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. 7167. John David Zammit. Id-dħul PROPJETÀ GĦALL-KIRI ser ikun bla ħlas u kulħadd mistieden ikun f ’postu talĦanut għall-kiri fi Triq il- anqas kwarta qabel. Din Mintba, Marsaskala, 60ft x 60ft. l-attività qed tittella’ biltal-iskema Għandu bitħa wara u terrazzin. koperazzjoni Kien mini market u jista’ jintuża ‘Komunitajiet Kreattivi’ talgħal kull business ieħor bħal Kunsill Malti għall-Arti. hair dressing, beauty salon, pharmacy u kull tip ta’ negozju. Mater Dolorosa: Ex Tenebræ Bla rigal. Kera €12 kuljum. Ad Lucem – Wirja ta’ xejra Ċempel 2167 4228, 9949 2356, unika t’ arti maħluqa minn 7967 4228. dawl u dell, li b’mod kreattiv se tiċċelebra d-Dulur ta’ Ommna Marija fl-isfond ta’ AVVIŻI KULTURALI temi kontemporanji ta’ faqar Pancakes and Crepes Festival, u inklużjoni soċjali. Se tkun l-ewwel festival tat-tip tiegħu miftuħa għall-pubbliku filli qatt sar f ’Malta, nhar is- perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa, Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Marzu mill-5 sal-15 ta’ April 2017. Il-kunċert ta’ mużika sagra f ’Monte Kristo Estate. Se jkun hemm aktar minn ħamsin tip mill-Banda Madonna talta’ pancakes u crepes. Waqt Ġilju ġewwa l-Kappella ta’ din l-attività se jsir attentat San Bażilju, ser jimmarka tal-wirja, biex jinkiser ir-rekord għall- l-inawgurazzjoni akbar roly poly. Dan se jkun nhar l-Erbgħa 5 ta’ April 2017 avveniment għall-familja kollha, fis-19:00. fejn se jkun hemm żona għat- Aktar informazzjoni tinkiseb fuq 79685091 jew fuq istfal u divertiment ieħor.
sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com. Is-Soċjetà Mużikali San Ġuzepp Ħal Kirkop flimkien mal-Għaqda tal-Armar 19 ta’ Marzu fi ħdan l-istess Soċjetà ser jorganizzaw il-Wirja Misericordiae Vultus – IlWiċċ li jnissel Ħniena. Wirja ta’ Vari tal-Ġimgħa l-Kbira u xogħlijiet artistiċi oħra relatati mal-Ġimgħa l-Kbira fis-sede tas-Soċjetà. Il-ftuħ ufficjali tal-wirja ser ikun il-Ħamis 6 ta’ April 2017, wara l-Kunċert Mater Dolorosa li ser tippreżenta l-Banda San Ġużepp fl-istess Sede tas-Soċjetà fis-7.30pm. Il-Ġimgħa 7 ta’ April 2017 (Jum id-Duluri) il-wirja tkun miftuħa mill-5.30pm sal10.00pm. Is-Sibt 9 ta’ April 2017 mill-5.30pm sat-8.00pm, filwaqt li l-Ħadd 9 ta’ April 2017 il-wirja tkun miftuħa mid-9.00am sa nofsinhar u mill-5.30pm sat-8.00pm. Il-Kummissjoni TEAK fi ħdan is-Soċjetà Każin Santa Liena, Banda Duke of Connaught’s Own ser torganizza wirja sagra ġewwa l-każin bl-isem ta’ “Stabat Mater Dolorosa”. F’din il-wirja nsibu l-mejda tal-appostli fejn wieħed jista’ jammira diversi platti u kwadri maħduma bl-ismid, ross u għagin ikkulurit, kif ukoll sett statwi tal-appostli, statwi tal-Via Sagra u oġġetti sagri, kif ukoll mudell f ’minjatura
ta’ purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Barra dan sejjer għal darb’oħra jkun esebit Ċenaklu Lhudi li jinkludi personaġġi life size u xogħlijiet artistiċi oħra. Il-ftuħ uffiċjali tal-wirja ser isir nhar il-Ħamis 6 t’April fis-7pm fejn sejra tiġi mbierka millEċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona. Fil-ġurnata tal-ftuħ, il-Banda Duke of Connaught’s Own sejra tesegwixxi programm
tal-marċi funebri fil-każin taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro Aurelio Belli FLCM. Il-wirja tibqa’ miftuħa sasSibt 15 t’April. Matul ilġimgħa l-wirja tiftaħ mis-6pm sad-9pm. Sibtijiet u l-Ħdud tiftaħ bejn is-6pm u l-10pm. F’Ħamis ix-Xirka tiftaħ bejn is-6pm u l-11pm. Fil-Ġimgħa l-Kbira bejn id-9am u s-1pm. F’Sibt il-Għid bejn id-9am u s-1pm.
28
12.03.2017
kullhadd.com
GĦAX BDILNA D-DIREZZJONI EDITORJAL
Bl-attitudni tal-blu tajjeb u l-aħmar ħażin kollu, li għadu jħaddan sal-lum, Simon Busuttil kien fost l-iktar voċiferu kontra l-proposti fil-manifest elettorali ‘Malta Tagħna Lkoll’
Fl-aħħar jiem ħafna ftakru dwar kif erba’ snin ilu l-pajjiż għażel bidla fid-direzzjoni. Bidla li ħalliet il-frott għax għall-ewwel darba nkisbu riżultati li qatt ma nkisbu qabel. Għax biddilna d-direzzjoni l-qgħad f’pajjiżna niżel għallewwel darba taħt it-3,000 minflok il-kważi 8,000 ta’ żmien amministrazzjoni preċedenti. Għax biddilna d-direzzjoni pajjiżna kiseb l-ikbar tkabbir ekonomiku fl-Ewropa għallewwel darba u aġenziji talklassifikazzjoni tal-kreditu tejbu l-marki u l-prospetti tagħhom għall-pajjiżna. Mhux kulħadd ried ibiddel id-direzzjoni. Il-Kap talOppożizzjoni tal-lum kien jgħidilna li kellna tmexxija tajba, li kellna nżommu l-istess grupp ta’ nies (li jinkludi lilu) fit-tmexxija ta’ pajjiżna, u li bidla fiddirezzjoni kienet se toħodna “gas down ġol-ħajt.” Bl-attitudni tal-blu tajjeb u l-aħmar ħażin kollu, li għadu jħaddan sal-lum, Simon Busuttil kien fost l-iktar voċiferu kontra l-proposti fil-manifest elettorali ‘Malta Tagħna
Lkoll’. Iżda, illum dawk il-proposti bdew jitwettqu. Saret realtà l-wegħda tar-roħs fil-kontijiet tal-enerġija, għall-ewwel darba pajjiżna għandu ċ-child care b’xejn, żdiedu l-pensjonijiet u min qiegħed fuq il-paga minima ingħata żidiet u benefiċċji għax il-Gvern fehem li din mhix biżżejjed. Għax biddilna d-direzzjoni l-first time buyers ma ħallsux it-taxxa tal-boll u frankaw sa €5,000 u dawk li nsterqu meta ħallsu t-taxxa żejda fuq il-karozzi bdew jingħataw flushom lura. Għax biddilna d-direzzjoni kienet eliminata għalkollox il-problema tal-mediċini out of stock u fuq il-formularju tal-gvern żdiedu mediċini ġodda, infetaħ l-isptar talonkoloġija u ġenituri li jsiefru m’uliedhom għallkura bdew jingħataw ħlas għall-ispejjeż tat-tnejn li huma. Għax biddilna d-direzzjoni nfetħu ammont bla preċedent ta’ djar għalpersuni b’diżabbiltà filkomunità u bdew ikunu infurzati liġijiet favur l-integrazzjoni fix-xogħol
ta’ dawn il-persuni. Liġijiet li għamlu snin twal fuq l-ixkaffa. Għax biddilna d-direzzjoni ġejna l-ewwel fil-klassifika tal-pajjiżi li għandhom l-aqwa drittijiet ċivili u pajjiżna daħħal liġijiet favur governanza tajba bħall-Whistleblower Act u l-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Li wkoll kienu ilhom jistennew għexieren ta’ snin. Editorjal wieħed mhux biżżejjed biex insemmu l-benefiċċji kollha li ħa pajjiżna meta erba’ snin ilu bidel id-direzzjoni. Ninnotaw ukoll kif għax biddilna d-direzzjoni għandna Gvern li mhu filbut ta’ ħadd. Illum titkellem ma’ nies minn oqsma differenti, negozjanti u imprendituri, li jgħidulek li tant hawn opportunitajiet li mill-politika u l-proġetti talGvern qed igawdu l-bosta u mhux il-ftit kif kien jiġri fi żmien l-amministrazzjoni ta’ Lawrence Gonzi u Simon Busuttil. Dak iż-żmien il-prijorità kienet li jieħdu €500 żieda fil-ġimgħa għalihom infushom u mhux kif se
joħolqu l-ġid u jifirxuh. Għax illum erba’ snin wara tajjeb li ma ninsewx fejn kien dan il-pajjiż u min kien qed imexxih. Forsi għenna ftit biex ma ninsewx ilKap tal-Oppożizzjoni din il-ġimgħa. Meta wara erba’ snin jgħid li mhu fil-but ta’ ħadd inqabad li hu stess talab negozjanti jħallsulu pagi ta’ uffiċjali għolja talPartit Nazzjonalista. Pagi li jlaħħqu l-eluf kbar ta’ ewro u li l-mod kif l-iskema biex dawn jitħallsu nħadmet b’mod falz u li jikser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti li donnu xejn mhu komdu biha l-Partit Nazzjonalista għax qed jevitaha għal darba wara oħra. Fiż-żmien li ġej quddiemna se jkollna għażla jekk inġeddux ilfiduċja fi gvern li għalkemm mhux perfett ħoloq il-ġid u l-opportunitajiet jew inkella nafdaw lil min qalilna li bilbidla fid-direzzjoni konna se nitolbu bailout u nidħlu gas down ġol-ħajt. Minflok gas down ġol-ħajt spiċċajna fil-quċċata tal-Ewropa f’bosta oqsma u kollox jindika li jekk inżommu t-triq li qbadna hemm iktar suċċessi ġejjin.