www.kullhadd.com
ŻVELAT VOT LI JIKXEF LILL-MEPS TAL-PN
JHEDDU L-IMPJIEGI
Il-Ħadd, 12 ta’ Mejju, 2019
Ħarġa Nru 1,348 Prezz €1
• Ivvutaw b’mod li jhedded is-saħħa ta’ Malta li tiddeċiedi dwar it-taxxa • Vot bħal tagħhom iwassal biex nitilfu l-kompetittività u jintilef ix-xogħol • Baqgħu sal-aħħar jaħdmu kontra l-interess ta’ pajjiżna Ara paġni 4 u 5
• Diġà ddikjaraw li jekk ikunu eletti jerġgħu jagħmlu l-istess
Issa mhux kwistjoni li joqogħdu jgħajru lil Joseph Muscat. Jiġu jaqblu ma’ min irid jimmina l-interess nazzjonali! Għalhekk fil-25 ta’ Mejju li ġej irridu nagħtu risposta bil-vot tagħna Joseph Muscat
Ara paġna 7
02
12.05.2019
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 22°C L-Inqas Temperatura: 15°C L-Indiċi UV: 8 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa minn fuq l-Italja ser tersaq lejn Nofsinhar It-Temp: Imsaħħab u bix-xita matul filgħodu li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mil-Lbiċ li jdur moderat mill-Punent Majjistru u jiżdied għal ftit qawwi sa filgħaxija Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Ħafif li jsir moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 18°C
Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Indirizz Postali KullĦadd
20°C
UV 7
14°C
Il-Ħamis
20°C UV 10
14 °C
20°C UV 11
Il-Ġimgħa
14°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
20°C UV 11
14°C
21°C UV 11
16°C
22°C UV 10
16°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000
Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Rihan, San Ġwann – 21372195 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, In-Naxxar – 21412454 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillam c/w Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479
Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Għawdex
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija – 21563052 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
12.05.2019
kullhadd.com
JAĦBI ’L SEĦBITU WARA LI NKIXEF • DAVID CASA JNEĦĦI MILL-FACEBOOK LIL LARA COMI WARA LI NKIXEF LI HU SPALLA MA’ SPALLA MA’ NIES INVESTIGATI FUQ KORRUZZJONI • IĦASSAR ENDORSEMENT TAS-26 TA’ MARZU LI GĦADDA • INKIXEF F’XARABANK U NTEFA’ F’PANIKU
David Casa ħassar matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt l-endorsement li għamlitlu l-MEP Taljana u ħabiba personali Lara Comi, li llum hi involuta fi skandlu li qed jiddomina l-midja Taljana. Dan għax f ’dibattitu f ’Xarabank inkixef kif hu midħla sew ta’ min għandu tbajja’ kbar fuqu ta’ ħmieġ fl-istess ħin li f ’Malta jiġi jitkellem fuq rule of law. Lara Comi, hi membru tal-Parlament Ewropew Taljan u membru tal-Partit Forza Italia ta’ Silvio Berlusconi. David Casa kien ġabha Malta tgħallimna fuq ir-rule of law u kontinwament kien juża l-endorsemnts tagħha fuq il-midja soċjali. Biex ipatti hu tkellem għall-avvenimenti tagħha
fl-Italja. Fl-imgħoddi Comi diġà kellha mdendla fuqha każi li juru kif ma tantx tista’ tagħti lezzjonijiet fuq ir-rule of law u fl-aħħar sigħat faqqa każ serju ieħor li hi fil-qalba tiegħu. L-MEP tal-Partit Laburista Alfred Sant, affaċċja lil Casa b’dan meta kienu qed jiddibattu f ’Xarabank, b’Casa deher mifxul hekk kif għal darb’oħra l-kredibbiltà tiegħu ħadet daqqa ’l isfel. Kumpaniji ta’ Comi jinsabu f ’nofs investigazzjoni tal-pulizija Taljana, anke jekk hi qed tiċħad li involuta b’xi mod f ’dan il-każ ta’ ftehimiet fuq tpartit ta’ ħatriet u konsulenzi li jlaħħqu flejjes kbar. Tant hu serju l-każ li b’rabta
miegħu diġà kien hemm l-arrest ta’ 43 persuna. Lara Comi ssemmiet f ’konverżazzjonijiet li għandha l-pulizija Taljana b’nies protagonisti jistaqsu fiex waslu l-ftehimiet li fihom kellha x’taqsam hi. Meta kien f ’Xarabank David Casa ma lissinx kelma waħda kontra min jinsab fil-qalba ta’ dan l-iskandlu u Alfred Sant fakkru li sa issa qed jieħu pjaċir bil-filmat tagħha fuq Facebook tagħmillu l-endorsements u saħansitra teħodlu r-ritratti fil-Parlament Ewropew meta kien qed jitkellem kontra pajjiżna. Filmat li issa neħħa. Lara Comi hija wkoll ħabiba ħafna ta’ Simon Busuttil u kienet
fost numru ta’ MEPs maqbuda fi skandlu ta’ ħlasijiet. Tant li kellha trodd lura €126,000. Bħalha għandu allegazzjonijiet serji David Casa fejn whistleblower tkellem dwar kif qed juża l-flus tal-Parlament Ewropew għat-tħaddim tal-uffiċċju u l-impjegati biex idaħħal kemxa tajba. Eks impjegat tiegħu sostna li l-MEP Nazzjonalista allegatament alloka aktar minn €100,000 f ’paga għalih mingħajr qatt ma jirċievi l-ammont kollu. Dan hekk kif huwa jistqarr li fl2009 daħħal biss bejn €35,000 u €40,000 bil-bqija tal-flus baqgħu miżmuma fl-uffiċċju ta’ Casa. Whistleblower ukoll tkellem dwar l-użu u t-tixrid ta’ droga mingħand David Casa li affaċċjat minn dawn l-akkużi serji qatt ma talab investigazzjoni waru. Ara wkoll paġna 10
Kumpaniji ta’ Comi jinsabu f’nofs investigazzjoni tal-pulizija Taljana, anke jekk hi qed tiċħad li involuta b’xi mod f’dan il-każ ta’ ftehimiet fuq tpartit ta’ ħatriet u konsulenzi li jlaħħqu flejjes kbar
IL-PROVA TA’ KIF TNEĦĦEW L-AFFARIJIET
04
12.05.2019
kullhadd.com
ŻVELAT KIF TAL-PN IVVUTAW KONTRA MALTA
Tkellmu dwar dan is-Segretarju Parlamentari, Silvio Schembri u l-Membru tal-Parlament Ewropew, Miriam Dalli f ’konferenza tal-aħbarijiet. Dwar it-taxxa, l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista jgħidu mod u jaġixxu mod ieħor. Kien f ’wieħed mill-aħħar voti fil-Parlament Ewropew f ’din il-leġiżlatura li l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista vvutaw kontra l-prinċipju tal-unanimità. Dan ifisser li Malta kienet titlef is-saħħa li tiddeċiedi dwar it-taxxa biex Malta jkollha tgħolli t-taxxi u b’hekk ma tibqax kompetittiva. Konsegwenza ta’ dan kien ifisser li jkunu mhedda eluf kbar ta’ impjiegi. Kien fis-26 ta’ Marzu li l-Parlament ivvota dwar rapport fuq issuġġett. Roberta Metsola, David Casa u Francis Zammit Dimech ħadu pożizzjoni kontra l-interess ta’ Malta. Kien fil-programm Xarabank, f ’dibattitu ma’ Miriam Dalli, li
l-MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola ma kellhiex kelma waħda xi tgħid fuq vot li ħadu hi u sħabha kontra s-sistema ta’ tassazzjoni f ’pajjiżna. Bid-dokumenti f ’idejha u tispjega klawsola klawsola, Miriam Dalli għamlitha ċara li dan hu vot li jhedded l-impjiegi ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin u sostniet li filwaqt li Metsola f ’Malta tgħid li trid tiddefendi s-sistema ta’ tassazzjoni fi Brussell tmur u tivvota mod ieħor. Metsola fl-ebda ħin ma ċaħdet dan il-vot u meta Dalli qaltilha li għandha wiċċ għal Malta u wiċċ ieħor għal Brussell infexxet tgħajjat gidba gidba. Iżda, kull darba li għamlet hekk kien hemm dokumenti jidher fuq it-televixin li juri kif tassew Met-
sola u sħabha vvutaw kontra pajjiżna. Ftit sigħat wara li kien żvelat il-każ f ’Xarabank il-Partit Laburista għamel konferenza tal-aħbarijiet fejn l-MEP Dalli tat dettalji tal-klawsoli fejn għamlu hekk u preżentat lill-ġurnalisti d-dokumenti relatati. Dalli fissret kif ittieħdu voti fuq prinċipji li għal pajjiżna huma sagrosanti, partikolarment fuq il-kwistjoni tal-unanimità. Spjegat li jekk titneħħa l-unanimità Malta titlef id-dritt li tiddeċiedi hi fuq kwistjoni ta’ taxxa u kif
d a n jimmina l-kompetittività ta’ Malta u jhedded l-impjiegi. L-MEPs tal-PN ċaħdu emendi favur l-unanimità li kienu fl-inter-
ess tal-pożizzjoni Maltija fil-kwistjonijiet ta’ servizzi finanzjarji u tassazzjoni. Fl-istess ħin ivvutaw favur emendi li
05
12.05.2019
kullhadd.com
jagħtu iktar saħħa lill-istituzzjonijiet Ewropej fil-konfront ta’ pajjiż bħal tagħna fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu awtoritajiet finanzjarji. Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri saħaq li dak li għadu kif ġie żvelat ilbieraħ dwar ir-rappreżentanza tal-Partit Nazzjonalista fuq livell Ewropew “huwa ta’ ġurnata sewda għall-ekonomija Maltija.” Fakkar kif għal snin twal f ’pajjiżna kien hawn qbil dwar dan il-prinċipju li jħares il-kompetittività ta’ pajjiżna u l-fatt li dan in-nuqqas ta’ qbil m’għadux hemm jimmina l-impjiegi f ’setturi diretti bħal dak tas-servizzi finanzjarji, iżda wkoll f ’oqsma oħra bħas-settur marittimu u tal-gaming fost ħafna oħrajn. It-theddida hi fuq eluf ta’ impjiegi u l-kwalità tal-għajxien ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Schembri sostna wkoll kif f ’dawn l-aħħar erba’ snin saru diversi tentattivi mill-Oppożizzjoni biex ikissru l-mudell ekonomiku. It-tentattivi li saru fuq livell Ewropew sarrfu biex ikunu “at a point of no return bil-ħsara li qegħdin jagħmlu għax issa ġejna fil-mument tal-prova, mhux il-mument li jparlaw biss kontra pajjiżna. Illum kulħadd jirrikonoxxi dan u kulħadd jaf imma l-mument li jagħfsu dik il-buttuna jiddeċiedu jekk jikkrollawx l-ekonomija ta’ pajjiżna jew isalvawha. Fil-mument tal-prova, il-Membri tal-Parlament Ewropew tal-PN għal darb’oħra vvutaw kontra l-familji Maltin u kontra l-għajxien tagħhom.” Dwar xiex kien il-vot? Il-vot kien dwar rapport fuq kriminalità finanzjarja, evażjoni tat-taxxa u skartar ta’ taxxa u r-rapporteurs tiegħu kienu Jeppe Kofod u Ludek Niedermayer. Kien rapport li f ’xi partijiet semma lil Malta, iżda iktar im-
portanti minn hekk ittieħdu voti fuq prinċipji li għal pajjiżna huma sagrosanti. Partikolarment fuq il-kwistjoni tal-unanimità. Fost oħrajn: It-tliet MEPs tal-PN ivvutaw favur paragrafu (312) li jgħid li Malta għandha sistema finanzjarja b’nuqqasijiet u li timmina s-suq intern tal-Unjoni Ewropea. Ivvutaw favur (paragrafu 407) sejħa lill-Kummissjoni Ewropea biex jekk tħoss xieraq tuża proċedura fit-trattat (artiklu 116 tat-TFEU) li jagħmilha possibbli li jinbidel il-bżonn ta’ unanimità f ’każ li l-Kummissjoni Ewropea ssib li xi stati membri jkunu qed jimminaw il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni f ’suq intern. Ċaħdu emenda importanti (paragrafu 407, Am18) importanti ħafna għal Malta u li kienet imressqa millgrupp GUE. Din kienet l-iktar emenda b’saħħitha fir-rapport favur il-kunċett ta’ unanimità. Tgħid li jekk jitneħħa l-prinċipju tal-unanimità dan iservi biex il-kbar isiru b’saħħithom iktar u jinħoloq iktar żbilanċ fit-tmexxija (żbilanċ kontra pajjiżi żgħar bħal Malta). Tgħid ukoll li l-unanimità huwa prinċipju importanti għax huwa l-aħħar riżorsa tal-interess nazzjonali kontra l-impożizzjoni talpajjiżi l-kbar. L-MEPs tal-Partit Nazzjonalista vvutaw kontra din l-emenda u għalhekk ivvutaw kontra l-unanimità. Ivvutaw favur klawsola (404) li tagħti saħħa lill-Parlament Ewropew biex ikollhom poteri li joqogħdu jsejħu nies minn awtoritajiet nazzjonali u jitolbu dokumenti. Vot ieħor kontra s-sovranità ta’ Malta. Iridu s-sistemi ta’ Malta suġġetti għallogħob politiku tal-Parlament
f ’numru ta’ postijiet inklużi f ’Malta u Għawdex. Ilni niddefendi s-sovranità 15– il sena fis-sistema tat-taxxi u hekk se nibqa’ nagħmel,” qal David Casa li fil-Parlament mar jivvota mod ieħor u saħansitra ħareġ stqarrija jgħid kemm iġġieled għal Malta bil-kontenut ikun dak f ’dan id-disors. Mhux l-ewwel darba
Ivvutaw favur klawsola (404) li tagħti saħħa lill-Parlament Ewropew biex ikollhom poteri li joqogħdu jsejħu nies minn awtoritajiet nazzjonali u jitolbu dokumenti. Vot ieħor kontra s-sovranità ta’ Malta. Iridu s-sistemi ta’ Malta suġġetti għal-logħob politiku tal-Parlament Ewropew kif seħħ fl-aħħar ħames snin. L-MEPs tal-PL ivvutaw biex titneħħa Ewropew kif seħħ fl-aħħar nistgħu qatt naċċettaw li jkun ħames snin. L-MEPs tal-PL iv- hawn proposti li għandhom għan vutaw biex titneħħa. wieħed: li jorbtulna jdejna fuq kif niddeċiedu fuq is-sistemi tatX’qal David Casa taxxi tagħna. Jien niġġieled kontra dakinhar tal-vot? l-korruzzjoni lejl u nhar. Imma bl-istess enerġija nixtieq niġġieled Dakinhar tal-vot Casa kellu l-wiċċ kontra proposti li jista’ jkollhom jgħid li qabeż għal pajjiżna. “Ma effett negattiv fuq l-impjiegi
Il-Partit Nazzjonalista mhux biss ivvota b’mod li hedded is-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna. Iżda, għamel ħames snin viċin u jagħwi nies li riedu jattakkaw is-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna. Kienu spalla ma’ spalla magħhom iġibuhom hawn jiktbu rapporti kontra Malta u jitfgħu pressjoni inġusta fuq awtoritajiet regolatorji Malti li dejjem imxew kif suppost. Kienu huma li ġabu Malta lill-MEPs Sven Giegold u Ana Gomez li attakkaw kemm felħu s-sistema tat-taxxa Maltija. Tkellmu u ppjanaw magħhom. Waslu biex Sven Giegold talab li jiskatta artiklu 7 kontra Malta. Xi ħaġa li ttellef il-fondi tal-Unjoni Ewropea u d-dritt tal-vot fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Meta Giegold qal hekk il-PN ħareġ jgħid li ma jaqbilx. Mela la ma jaqbilx sinjal li dak li kienu qed jgħidu ma’ Giegold ma kienx veru. Giegold innifsu kixifhom. Għax qal: “It is political cowardice that the PN has been complaining about corruption and impunity for years but takes such a strong position against the opening of an Article 7 procedure. Article 7 is for the systematic violation of Europe’s fundamental values and this is just what the Council of Europe has found.” L-argument ta’ Giegold kien jekk il-PN vera kien jemmen li l-PN għandu raġun, mela artiklu 7 kellu jiskatta.
06
12.05.2019
kullhadd.com
AZZOPARDI JINJORA LAQGĦA LI TALAB HU STESS • JITKELLEM FUQ L-AMBJENT U ASSENTI META JIĠI GĦALL-FATTI Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista, Jason Azzopardi, injora għalkollox laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent li talab hu stess. Il-laqgħa saret biex matulha jkun diskuss l-iskart tal-kostruzzjoni. F’ittra liċ-Ċermen tal-Kumitat, Alex Muscat, il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Ambjent, Jason Azzopardi, kien kiteb hekk: “Sur President, nitolbok ġentilment biex ikollna għad-diskussjoni, bl-involviment tal-istakeholders kollha, fil-Kumitat Ambjentali tal-Parlament it-tema tal-problema tal-iskart tal-kostruzzjoni bil-għan li nsawru strateġija nazzjonali għal din l-isfida.” Bħal dejjem iċ-Ċermen tal-Kumitat tal-Ambjent, Alex Muscat, wera d-disponibbiltà li jiddiskuti dak propost u poġġa t-tema għad-diskuss-
joni fuq l-aġenda. Il-laqgħa kienet skedata għal nhar is-6 ta’ Mejju, proprju nhar it-Tnejn li għadda. Saħansitra, il-Ministru għall-Ambjent José Herrera ssejjaħ biex jagħti preżentazzjoni dettaljata quddiem il-Kumitat. Iżda d-Deputat Jason Azzopardi lanqas indenja ruħu jattendi l-laqgħa li talab hu stess. Minkejja li sa din il-ġimgħa stess kien qiegħed jidher quddiem il-midja jippontifika dwar l-ambjent. L-uniku deputat min-naħa tal-Oppożizzjoni kien id-Deputat Nazzjonalista Godfrey Farrugia. Ikkuntattjat minn din ilgazzetta, id-Deputat Muscat qal: “L-aġenda kienet ilha miftiehma madwar xahar. Suġġett importanti ħafna għax għandu impatt fuq l-ambjent azzjonijiet futuri. Il-PN għal abilità u joqgħod gallarija. tagħna u jaffettwa l-ġener- darb’oħra jaħrab mir-respons- Mhux biss ma attendiex għal-
laqgħa Jason Azzoppardi, iżda lanqas biss kellu d-diċenza jinfurmani u wisq anqas jibgħat lil xi Deputat Nazzjonalista ieħor. Jidher car li għandna Oppożizzjoni li ma jimpurtahiex mill-prijoritajiet tan-nies u li tajba biss għall-paroli. Għal din il-laqgħa attendew ukoll għadd ta’ persuni interessati fis-suġġett kemm min-naħa tal-iżviluppaturi, ambjentali u anke awtoritajiet regolatorji.” Matul il-laqgħa l-Ministru għall-Ambjent José Herrera enfasizza l-bżonn li l-poplu jibża’ għall-kampanja u għall-ambjent. “Jekk ma nagħmlux hekk nitilfu kollox,” sostna l-Ministru Herrera li saħaq kif kull politika li ssir f ’dan ir-rigward trid tkun infurzata. “L-isfreġju ambjentali se nitkellem kontra tiegħu,” insista l-Ministru Herrera.
OPPORTUNITAJIET TAJBIN ĦAFNA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIL-QASAM TAN-NURSING Is-servizz mediku ta’ livell għoli li jipprovdi l-pajjiż qiegħed ukoll jipprovdi opportunitajiet tajbin ħafna liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin f ’kull livell tas-servizz mediku, partikolarment fil-qasam tan-nursing. Iż-żieda regolari fisservizzi mediċi provduti b’mod partikolari millIsptar Mater Dei qiegħda tkompli tkabbar id-domanda għal aktar infermieri, xi ħaġa li minnha nnifisha tiggarantixxi impjieg għal kull min itemm b’suċċess il-kors relatat. L-iżvilupp konsistenti fil-qasam mediku huwa rifless fil-fatt li llum fil-pajjiż hawn madwar 3,600 infermier, ċifra li tfisser żieda ta’ madwar 700 infermier fuq l-ammont ta’ infermieri fis-sena 2013. Madwar 3,300 infermier huma Maltin u Għawdxin u l-bqija huma barranin. Fil-jiem li għaddew il-Ministeru għas-Saħħa flimkien malUnion għall-Infermieri u l-Qwiebel (MUMN) nieda kampanja maħsuba biex tattira aktar żgħażaġħ Maltin u Għawdxin lejn din il-professjoni. Korsijiet fil-qasam tan-nursing huma provduti mill-Università ta’ Malta minn fejn din is-sena mistennija jiggradwaw 69 student u studenta f ’livell ta’ Diploma filwaqt li ftit aktar minn 120 student ieħor mistennija jiggradwaw b’Degree. Hemm ukoll l-Università ta’ Northumbria li b’kollaborazzjoni mal-MCAST qed toffri korsijiet fin-nursing, proġett li għadu fil-bidu tiegħu. Fil-fatt bħalissa hemm jattendu 60 student, 30 fl-ewwel sena tal-kors u 30 oħra fit-tieni sena. Aktar tard din is-sena mistennija jidħlu 30 stu-
dent ieħor. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne qal lil din il-gazzetta li l-Gvern jagħti importanza massima lil din il-professjoni “u rajna li jitjiebu b’mod sodisfaċenti ħafna l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-infermieri permezz ta’ ftehim settorjali milħuq mal-MUMN f ’Novembru li għadda, fosthom b’żidiet sostanzjali fis-salarji. Imma mhux biss. Minn din is-sena sas-sena 2021 id-Deputy Charge Nurses kollha se jkunu għolew fil-grad tagħhom billi jkunu appuntati bħala Charge Nurse. Sadattant il-kariga ta’ Deputy Charge Nurse se tkun abolita fi żmien tliet snin filwaqt li Charge Nurse se jogħla fil-kariga b’mod awtomatiku wara servizz ta’ tliet snin. Ħaġa oħra li ninsab kuntent biha ferm hija li permezz ta’ dan il-ftehim qegħdin nagħtu aktar opportunità lill-infermieri tagħna jispeċjalizzaw f ’oqsma differenti tal-professjoni.” Kif mistenni, l-akbar ammont ta’ infermieri, madwar 1,650 li minnhom ftit inqas minn 200 huma barranin, jaħdmu fl-Isptar Mater Dei segwiti bi ftit inqas minn 400 fir-Residenza tal-Anzjani San Vinċenz de Paule. Aktar kmieni din il-ġimgħa d-Deputat Prim Ministru qal li huwa kkalkulat li fuq it-tliet snin li ġejjin se jkunu meħtieġa madwar 400 infermier oħra bi ftit inqas minn nofshom ikunu impjegati sa kmieni s-sena d-dieħla. Matul il-ġimgħa li għaddiet Malta ngħaqdet mal-kumplament tad-dinja fil-ġimgħa ddedikata lill-infermieri u l-qwiebel.
07
12.05.2019
kullhadd.com
NAGĦTU RISPOSTA BIL-VOT TAGĦNA LIL MIN IVVOTA KONTRA MALTA
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, tkellem dwar l-ipokresija ta’ esponenti tal-Partit Nazzjonalista li, filwaqt li jbeżżgħu li jista’ jiġi xi ħadd minn barra biex jindaħlilna x’nagħmlu dwar ittaxxa, kienu huma stess li vvutaw kontra l-interess ta’ pajjiżna. B’referenza għal temi bħallabort u s-sistema ta’ tassazzjoni, il-Prim Ministru tenna li dawn huma kompetenza nazzjonali. “Mhu se jiġi ħadd minn barra li jġegħelna mmorru naħa jew oħra,” qal il-Prim Ministru. Kien hawn li tkellem kif kien hemm ipokresija. “Rajna ipokresija kbira minn
esponenti tal-Partit Nazzjonalista. Niskopru li meta kellhom iċċans li jivvutaw, ivvutaw, mhux biss tkellmu, għax nafu li jitkellmu kontra Malta... sirna nafu li mhux biss jitkellmu, jivvutaw kontra l-interessi ta’ Malta. Dan il-punt ġie għall-attenzjoni tiegħi numru ta’ ġimgħat ilu. Meta ġie għall-attenzjoni tiegħi għidt ejja nistennew għax dan żball... ejja nagħtuhom iċ-ċans ħa jikkoreġuh,” qal il-Prim Ministru li spjega fid-dettall il-vot tal-esponenti tal-Partit Nazzjonalsita. Tenna li l-Membri tal-Parlament Ewropew ivvutaw fuq paragrafu li jgħid li s-sistema ta’ tassazzjoni Maltija timmina dik Ewro-
pea. Joseph Muscat fakkar kif din hi l-istess sistema li ħallew gvernijiet Nazzjonalisti. “Tant kemm ħakmithom din il-kilba li jippruvaw jimminaw lill-pajjiż,” qal Joseph Muscat li aċċerta lil kull min jaħdem fis-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna u setturi li jmissu miegħu li din tagħna hi sistema konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea. “Aħna se nibqgħu naqbżu għalihom dawn in-nies,” qal il-Prim Ministru. Il-Prim Ministru Joseph Muscat rrimarka għal iktar minn darba kif it-tassazzjoni hi kompetenza tal-Gvern u għamilha ċara li l-Partit Soċjalista Ewropew jaf li mal-Partit Laburista hemm di-
verġenza fuq dan is-suġġett. “Din hi deċiżjoni li jeħodha l-Gvern Malti u l-Gvern Malti jrid ikun li jċedi minn idejh dan id-dritt ta’ Veto... u la l-Gvern Malti u lanqas numru ta’ gvernijiet oħra mhu se jċedu dan iddritt,” qal il-Prim Ministru. Minflok kienu l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista li vvutaw kontra dan il-kunċett ftit tal-ġimgħat ilu. “Issa mhux kwistjoni joqogħdu jgħajru lil Joseph Muscat. Jiġu jaqblu ma’ min irid jimmina l-interess nazzjonali?! Għalhekk fil-25 ta’ Mejju li ġej irridu nagħtu risposta bil-vot tagħna,” qal il-Prim Ministru li żied li hu
jibqa’ jpoġġi ismu taħt kull kandidat tal-Partit Laburista li ħiereġ għall-Parlament Ewropew u tenna kif din hi l-għażla li l-poplu għandu quddiemu. “Il-poplu għandu għażla bejn min irid jagħmel u joħloq ix-xogħol u min irid jiżra’ l-firda,” qal il-Prim Ministru li reġa’ tenna li hemm għażla bejn Joseph Muscat u Adrian Delia wkoll. “Il-messaġġ ma jasalx biċċapċip. Biċ-ċapċip ma jintrebħux elezzjonijiet, bil-voti li rridu mmorru nivvutaw,” kompla Joseph Muscat li qal li huwa b’dan il-mod li lil min ivvota, mhux biss tkellem, kontra Malta u Għawdex, nagħtuh risposta.
08
12.05.2019
kullhadd.com
PROĠETT LEST IEĦOR SE JIBDA • INAWGURAT IL-GRAWND IL-ĠDID TA’ MARSASKALA • INVESTIMENT TA’ €4.2 MILJUN GĦAL WATERPOLO PITCH ĠDID F’MARSASKALA
Wied il-Għajn qed igawdi minn investiment sportiv bla preċedent. Ilbieraħ il-Prim Ministru żar il-grawnd il-ġdid tal-lokalità li issa huwa lest minn kollox u ħabbar il-proġett ta’ kumpless tal-waterpolo f ’Marsaskala b’investiment ta’ €4.2 miljun permezz ta’ fondi minn Sport Malta. Meta kien qed jinawgura l-proġett tal-grawnd il-Prim
Ministru Joseph Muscat qal li lbieraħ kienet ġurnata pożittiva għal-lokal ta’ Marsaskala u n-naħa ta’ isfel ta’ Malta peress li l-Gvern investa tant f ’Marsaskala permezz ta’ żewġ proġetti sportivi li juru kemm is-surplus verament qed jasal għand innies u l-komunità. Il-proġett tal-pitch il-ġdid immexxi minn Sport Malta se jkun ta’ livell internazzjonali fejn jista’
jintlagħab logħob tal-waterpolo kif ukoll isir taħriġ tal-għawm. Il-proġett, li mistenni jitlesta fl-2020, se jikkumplimenta l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport. Din il-faċilità ta’ livell internazzjonali se tkun tista’ tospita logħob tal-waterpolo internazzjonali kif ukoll tkun faċilità għat-taħriġ tal-għawm u tal-waterpolo. Il-faċilità se tkun mgħammra bl-aħħar teknoloġija
favur l-ambjent f ’dak li għandu x’jaqsam mat-tisħin u mal-ħażna tal-ilma. Il-pixxina l-ġdida se tiġi żviluppata fiż-żona magħrufa bħala tas-“Siberia” li tinsab eżattament in-naħa l-oħra talpitch eżistenti. Il-faċilità ħa tkun maqsuma fuq żewg livelli. Fil-livell ta’ fuq se jkun hemm żona tal-promenade fejn wieħed ikun jista’ jara l-attività minn fuq deck area fejn ħa jkun hemm restorant. Il-faċilità se tkun mgħammra b’changing rooms, kmamar għall-ħażna tal-oġġetti, kmamar attrezzati għall-ewwel għajnuna u kmamar b’użu differenti għall-kumitat tal-klabb. Fil-livell ta’ taħt l-art se jkun hemm l-imħażen tar-restorant u tal-klabb, ġibjuni tal-ilma, back wash tal-pixxina, kamra bil-pompi, pompi għattisħin u ballast tanks tal-pixxina. Dan l-proġett hu parti minn serje ta’ proġetti oħra relatati mal-isport akwatiku. Barra l-proġett tal-pixxina ta’ Birżebbuġa u l-pixxina indoor fil-Kottonera li tinsab fit-tielet u flaħħar fażi tagħha, din il-pixxina se toffri iktar possibbiltajiet ta’ taħriġ għall-atleti u għal min irid juża l-għawm bħala eżerċizzju fiżiku. Qal li kif titlesta din il-pixxina, SportMalta se tgħin lill-klabb biex il-pixxina tkun tista’ tiġi użata matul is-sena kollha
mhux biss mill-klabbs tal-lokal iżda anke minn klabbs oħra fil-madwar. Intant, il-kumpless tal-futbol ta’ Marsaskala li kien inawgurat ilbieraħ sar b’investiment ta’ €2.5 miljun. Dan il-kumpless, mifrux fuq 6,000 metru kwadru, kien tħabbar lura fl-2016 fejn qabel il-plejers ta’ Marsaskala ma kellhomx fejn jitħarrġu. Dan il-proġett hu ħolqa oħra f ’katina ta’ investiment f ’faċilitajiet sportivi ġodda madwar il-Gżejjer Maltin bħall-proġett state of the art tax-Shooting Range f ’Ta’ Kandja u l-pixxina indoor fil-Kottonera. Il-kumpless sportiv jinkludi grawnd tal-ogħla livell approvat mill-FIFA u kwartieri għallklabb tal-football kemm tal-kbar u anke tan-nursery. Il-faċilità hi mgħammra wkoll bi dressing rooms, sala tal-konferenzi, uffiċini u restorant li jista’ jiġi kummerċjalizzat. Din il-faċilità tinkludi wkoll ġibjun biex jinġabar l-ilma u jkun qed jitħares ukoll l-ambjent. Ilgrawnd, anke permezz ta’ qbil bejn Marsaskala FC u SportMalta, se jkun jista’ jiġi utilizzat filgħodu mill-iskejjel tal-lokal u anke minn soċjetajiet diversi f ’Marsaskala, biex b’hekk ikun qed jiġi massimizzat il-potenzjal ta’ din il-faċilità.
09
12.05.2019
kullhadd.com
IL-GVERN JOĦROĠ €1.5 MILJUN GĦALL-MIŻATI TAL-EŻAMIJIET • F’DAN L-ISTAĠUN TAL-EŻAMIJIET QED IGAWDU MAD-9,300 STUDENT Il-politika u l-viżjoni edukattiva ta’ Gvern Laburista hija li kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet biex jimraħ u jilħaq il-potenzjal tiegħu irrelavanti mill-klassi soċjali tiegħu. Din il-politika ta’ ugwaljanza għal kulħadd qed tiġi riflessa fejn il-Gvern qed itaffi mill-miżati tal-eżamijiet tas-SEC u talMATSEC, Gvern li qed jinvesti fit-tfal u fiż-żgħażagħ mhux biss għax jemmen li huma l-futur iżda għax huma l-preżent. L-għan ewlieni huwa dak li l-edukazzjoni tkun aktar aċċessibbli għal kulħadd. Ir-rwol tal-Gvern għandu jkun biex il-familji irrispettivament mill-qligħ tagħhom ikollhom is-serħan tal-moħħ li wliedhom ser ikollhom l-opportunitajiet daqs kull tifel u tifla oħra.
F’dan il-perjodu tal-eżamijiet bħalissa hemm mad-9,254 student li qed ipoġġu għall-eżamijiet mingħajr ħlas li flimkien qed jiffrankaw mal-miljun u nofs ewro hekk kif il-Gvern ħa fuqu l-ispiża intiera li tfisser li madwar €200 għal kull wild baqgħu fil-but tal-familji. Miżura li qed tnaqqas mid-diffikultajiet finanzjarji li setgħu kienu qed iwasslu biex student ma jagħmilx dawn l-eżamijiet. Meta l-ispiża kienet fuq il-familji kien hemm sitwazzjonijiet fejn persuna li forsi tħoss li ma tantx se tmur tajjeb fl-eżamijiet tiddeċiedi li tiffranka l-ispiża u ma tapplikax għall-eżamijiet, iżda issa l-folja nqalbet. Dak l-istudent jista’ jpoġġi għall-eżami u jġib riżultat. Dan il-Gvern irid aktar u aktar studenti li jas-
lu, li jiżviluppaw il-ħiliet u jiksbu ċ-ċertifikazzjoni. Ma’ din hemm miżura oħra li kompliet ittaffi l-piż fuq il-familji. Bosta familji kienu jixtru għadd ta’ past papers biex it-tfal jipprattikaw fuqhom, bil-għan li jkunu preparati b’mod tajjeb għall-eżamijiet. Dan m’għadux il-każ hekk kif mis-sena li għaddiet il-past papers tas-SEC u tal-MATSEC saru aċċessibbli online għall-pubbliku b’xejn. Meta wieħed jikkunsidra l-istampa kollha jinduna li l-ispiża għall-familji kompliet tonqos hekk kif kull żagħżugħ li għadu jistudja, għandu mezz ta’ trasport b’xejn li jammonta għal €320 fis-sena. Dan apparti li minn din is-sena skolastika l-Gvern daħħal it-trasport tal-iskejjel b’xejn għat-tfal fl-iskejjel koll-
ha. F’dan ir-rigward il-Gver n tefa’ fuq spalltu u neħħa minn spallejn il-familji nefqa oħra ta’ €700 fis-sena. Dan ifisser li b’żewġ miżuri biss – dik tal-eżamijiet tal-MATSEC b’xejn u tat-trasport b’xejn, jekk familja għandha żewġt itfal, wieħed qed jagħmel l-eżamijiet talMATSEC fis-sekondarja u juża t-trasport b’xejn għall-iskola u l-ieħor qed jistudja l-Università u juża t-trasport pubbliku b’xejn bħala żagħżugħ li għadu jistudja, tkun frankat aktar minn
€1,200 fis-sena. Dawn huma kollha miżuri li jtejbu l-ħajja tal-familja, liema miżuri setgħu biss jitwettqu għax l-ekonomija Maltija hija waħda b’saħħitha. Dan huwa l-mod kif is-surplus qed jaffettwa direttament għand il-familji.
10
12.05.2019
kullhadd.com
CASA JIRRITALJA BIL-GIDEB • JAGĦMEL SFORZ BIEX JIPPROVA JĦOSSU IKTAR IMPORTANTI • JGĦID LI GĦADU LANQAS BISS BEDA F’paniku għax il-Partit Laburista fakkar kif David Casa u sħabu ħadmu kontra pajjiżna tul l-aħħar snin, l-MEP tal-Partit Nazzjonalista ħareġ jigdeb meta qal il-Partit Laburista qed iħallas il-flus għar-reklami fuq l-istazzjon nazzjonali. David Casa, li waqgħetlu żokortu fil-politika, jaf li l-produzzjonijiet tal-partiti fuq l-istazzjon nazzjonali jixxandru mingħajr ħlas fi żmien ta’ kampanja elettorali. Iżda, biex iħossu importanti qed jipprova jgħid lil kulħadd li l-Partit Laburista qed iħallas ir-reklami fuqu. Bil-messaġġ li jrid jgħaddi lin-Nazzjonalisti hu dak li hu l-iktar bniedem importanti biex jiġġieled kontra l-Gvern. David Casa, li jinsab f ’paniku kbir għax din id-darba favoriti tad-Dar Ċentrali hemm Frank Psaila, Peter Agius u Dione Borg, qed jagħmel sforz iddisprat biex iżid l-importanza tiegħu.
Dan kull fejn jidher u kull meta jitkellem. Għalhekk qed jirrikorri għal dan it-tip ta’ gideb biex jipprova jagħti importanza lilu nnifsu. Ir-reklami jsiru skont skeda regolata mill-Awtorità tax-Xandir u li matulha ż-żewġ partiti ewlenin jingħataw l-istess spazju. Jingħataw l-istess spazju wkoll dawk kollha li jikkontestaw l-elezzjonijiet inkluż bħala indipendenti. Dwar dak li xxandar fil-produzzjoni fejn joħroġ ċar kemm Casa tkellem kontra Malta, Casa qal li dik hija ħaġa tajba. “Nikkonferma li dak kollu li qed nagħmel huwa tajjeb u effettiv,” qal David Casa li saħansitra sostna li għadu lanqas biss beda. Ma kienx biss David Casa li adotta din l-attitudni kontra Malta. Bħalu tkellmu kontra pajjiżna fil-midja barranija Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech.
David Casa, li jinsab f’paniku kbir għax din id-darba favoriti tad-Dar Ċentrali hemm Frank Psaila, Peter Agius u Dione Borg, qed jagħmel sforz iddisprat biex iżid l-importanza tiegħu
KUNSILLIER TAL-PN JIFTĦILHA KONTRA DELIA FIL-FULJETT TAL-KUNSILL LOKALI Il-Kunsillier f ’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali tas-Swieqi Mauro Miceli għamel pubblika r-raġuni għalfejn mhux se jkun fuq il-lista tal-PN fl-elezzjonijiet li ġejjin. “... ma nħossnix komdu nirrappreżenta lill-partit tiegħi taħt it-tmexxija tiegħu,” kiteb bla tlaqliq Miceli. Huwa qal li d-deċiżjoni tiegħu kienet ibbażata fuq diversi fatturi u ovvjament biex ma jpinġix biss lill-partit li kien jirrappreżenta ikrah, beda billi kiteb li naqaslu r-rispett għall-klassi politika preżenti, b’referenza għall-Gvern. Imma mbagħad b’mod ċar kiteb ukoll li l-elezzjoni fi ħdan il-partit tiegħu għallKap kompliet tnaqqar sew ir-rispett li kellu għall-klassi politika. Kien hemm allegazzjonijiet dwar il-Kap il-ġdid li ma kinux imwieġba minn Adrian Delia u għalhekk jgħid li ma jħossux komdu jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista b’Delia fit-tmun. Bħal Miceli hemm ukoll kunsilliera oħra, li għalkemm stqarru dan, ma kitbuhx
fil-beraħ bħalu. Dan kollu juri li l-għajjat ta’ Delia dwar kif qed tirrenja l-għaqda fil-Partit Nazzjonalista, huwa mibni biss fuq id-duħħan. Mhuwiex biss Miceli u kunsilliera oħra li ma jħossuhomx komdi b’Delia bħala Kap. Hemm saħansitra deputati tal-Oppożizzjoni fil-Parlament. Huwa fatt li hemm ukoll diversi oħra, uħud minnhom li jkunu mdawrin miegħu imma jkollhom jagħmlu dan għad-dehra, biex ma jkunux imwarrba fil-ġenb mill-klikka ta’ Delia, kif ġralhom iż-żgħażagħ tal-MŻPN.
... ma nħossnix komdu nirrappreżenta lill-partit tiegħi taħt it-tmexxija tiegħu
14
12.05.2019
kullhadd.com
L-ARTI ESTENSJONI TAL-LINGWA VERBALI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Dan l-aħħar sirt naf b’artist żagħżugħ li b’kumbinazzjoni qed jesbixxi esibizzjoni tiegħu f ’Malta bħalissa. Interessajt ruħi f ’xogħlu għax bħal diversi artisti oħra, xogħlu huwa wieħed kreattiv u oriġinali. Qed nirreferi għal Julian Mallia, magħruf ukoll bħala Julinu. Għandu 33 sena u jaħdem full-time bħala illustratur, graphic designer u fine artist. Apparti minn hekk idoqq id-drums mal-band stabbilita Weeping Silence. Prattikament il-maġġor parti ta’ ħajtu ddur madwar attivitajiet li joħolqu - arti viżiva jew mużika. Fuq livell personali huwa pjuttost riservat u ġeneralment jitkellem biss meta jkollu xi ħaġa xi jgħid. Minkejja dan, xorta jaħseb li huwa persuna amikevoli, empatiku u ċajtier. Bħala termini li jaħseb jiddiskrivuh b’mod adegwat jinkludu introvert, kreattiv, bieżel, passjonali, ambizzjuż, determinat, kwiet, empatiku, tolleranti, assertiv meta jkun hemm bżonn, kultant naqra eċċentriku imma jmur tajjeb man-nies. Għalih l-arti hija estensjoni tal-lingwa verbali u tista’ tkun mezz ieħor ta’ kif wieħed jistaqsi jew jesplora esperjenzi umani iżjed ambigwi u kumplessi. Fi kliemu l-arti tista wkoll tiskomoda u tistaqsi anke dak li drajna naċċettaw bħala fatt. B’dan il-mod l-arti tista’ tkun ukoll għodda filosofika supplimentari li tgħinna nfittxu iżjed u nesperjenzaw varjetà iżjed wiegħsa ta’ emozzjonijiet u esperjenzi. Ix-xogħol li jagħmel jibbaża fuq ideat viżivi li jkunu magħmulin b’teknika pjuttost metikoluża. Madanakollu, ix-xogħol li jagħmel jista’ jisseparah f ’żewġ kategoriji distinti - ix-xogħol kummerċjali (illustration u graphic design) u x-xogħol personali (fine art). Ix-xogħol personali jagħmlu għalih nnifsu. F’dan ix-xog-
ħol li ġeneralment ikun magħmul miż-żebgħa taż-żejt jew il-lapes - jiffoka fuq ideat viżivi li jnsib interessanti. F’dan it-tip ta’ xogħol ma jagħtix kas il-gosti tan-nies, imma jagħżel li jesplora mingħajr limiti esterjuri. “Nemmen li l-arti għandha tkun espressjoni ġenwina u m’għandux ikun hemm limitazzjonijiet u biża’ li x-xogħol ma jintgħoġobx,” beda jgħidli Julian fil-bidu ta’ din l-intervista miegħu. Id-distinzjoni bejn Julian Mallia u Julinu bdiet primarjament minħabba raġunijiet loġistiċi - biex jissepara l-ħajja personali tiegħu mill-arti viżiva (li fl-aħħar mill-aħħar ikollha bżonn tiġi esposta għall-udjenza). Julinu huwa l-brand iżjed pubbliku - iżjed informali, approachable u forsi kultant naqra nebbiexi. Julian Mallia huwa l-bniedem li jaħdem fil-kwiet, wara l-kwinti. Però fil-verità ż-żewġ identitajiet huma partijiet differenti minnu u ġeneralment jisfumaw f ’xulxin. Esibixxa x-xogħlijiet tiegħu f ’diversi esibizzjonijiet lokali u anke barra minn Malta. Tkellimt miegħu dwar it-tip ta’ arti li normalment jiffoka u joħloq. “Primarjament niffoka fuq ideat viżivi. Bl-istess mod li qatt ma jista’ jkollok film tajjeb mingħajr pedament ta’ script tajjeb, ix-xogħol viżiv tiegħi jibda minn idea fil-forma ta’ sketch li tiġi esplorata u mirquma sakemm inkun nista’ nwassalha fil-forma ta’ pittura. It-teknika finali tgħin biex inwassal dak li nkun irrid ngħid b’mod iżjed konvinċenti. Fuq livell estetiku x-xogħol viżiv tiegħi ġeneralment ikun atmosferiku, b’elementi surreali u kultant b’elementi ta’ umoriżmu (dry humour),”, beda jispjegali. Ta’ min jgħid li Julian esibixxa x-xogħlijiet tiegħu f ’diversi esibizzjonijiet kollettivi kemm Malta kif ukoll l-Ingilterra, il-Belġju u l-Korea t’Isfel. Fl-aħħar t’April 2019 beda jesibixxi f ’esibizzjoni waħdu fi Spazju Kreattiv. F’dan ix-xogħol għażel li ma jużax kuluri u li fil-maġġor parti
jaħdem fuq tila tonda. Lura għas-sena 2016, kien irċieva award mill-AOI World Illustration Awards. L-AOI World Illustration Awards hija pjattaforma internazzjonali li tirrikonoxxi xogħol illustrattiv ta’ ċertu livell. “Huwa wieħed mill-iktar awards prestiġjużi u hu magħruf ukoll għall-kwalità tal-ġurija li tevalwa x-xogħol. Ikun hemm eluf ta’ applikanti minn madwar id-dinja u pereżempju fis-sena meta rbaħt jien, fil-ġurija kien hemm ukoll l-Art Director tan-New Yorker u l-editur tat-Taschen. Sirt naf b’din il-kompetizzjoni internazzjonali waqt li kont qiegħed nispeċjalizza fl-illustrazzjoni fl-Università ta’ Brighton (UK). Hemmhekk kont espost għall-kuntest iżjed wiesa’ u dinji u ddeċidejt li nittanta xortija. S’issa ġejt shortlisted tliet darbiet u fl-2016 kont erbaħt fil-kategorija tal-advertising għall-poster promozzjonali ta’ film li kont qiegħed naħdem fuqu,” sostna miegħi. Kompla jgħidli li l-industrija tal-illustration fuq livell dinji hija waħda kompetittiva immens fejn dejjem trid tibqa taqdef. “Jgħin meta jkollok stil uniku u karattru uniku, allura l-għarfien li akkwistajt fil-kors tal-psikoloġija jgħinni fil-mod ta’ kif nesplora l-ideat. Naħseb għinni wkoll biex dejjem nistaqsi ħafna iżjed mistoqsijiet u ma nasalx għal konklużjonijiet ta’ malajr. Din tgħin biex ix-xogħol tiegħi jkollu diversi saffi u ma jkunx superfiċjali.” Minn informazzjoni li kont ksibt qabel, kont naf li Julian huwa bbażat kemm hawn Malta u kif ukoll Londra. Iżda din l-aħħar sena kien qiegħed jiffoka fuq l-esibizzjoni li qed itella’, allura kien jinsab iżjed Malta. “Madanakollu, kont nistudja u ngħix Brighton, viċin Londra, u kultant nitla’, speċjalment meta jkun hemm xi attivitajiet relevanti. Dan jgħin rigward networking u biex inżomm ruħi aġġornat b’mod iżjed tanġibbli. Jgħinni wkoll nifhem kif nista’ ntejjeb lili nnifsi biex xogħli jkun iżjed imfittex. Pri-
kullhadd.com
15
12.05.2019
marjament il-klienti tiegħi huma Maltin, però ħdimt ukoll ma’ diversi klijenti internazzjonali. Illum il-ġurnata tista’ wkoll tinqeda permezz ta’ emails. Però jgħin li kultant attwalment tkun preżenti. Inżomm ukoll kuntatt mal-Association of Illustration li hi bbażata Londra fejn insib sostenn u anke pariri dwar kif nista’ nieħu ħsieb l-aspetti iżjed kummerċjali. Bħal kif tiddetermina prezz ġust u kif tiftiehem mal-klijent dwar kif għandu jew m’għandux juża l-immaġini li tkun ħloqt,” spjegali tajjeb. Esibizzjoni tiegħu: Julinu’s Radioactive Ravioli L-esibizzjoni li qed itella’ bħalissa qed issir ġewwa Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta li fetħet proprju fis-26 April u se ddum miftuħa sas-26 ta’ Mejju 2019. L-esibizzjoni għandha t-titlu ta’ Julinu’s Radioactive Ravioli. Ħallejt f ’idejh sabiex jagħtini aktar dettalji dwarha. “Primarjament it-titlu huwa indikazzjoni tas-sens t’umoriżmu stramb fejn qiegħed nimita l-istil ta’ prodotti familjari bħall-“Kellogg’s Corn Flakes” jew “Uncle Ben’s Rice”. Però fuq livell iżjed metaforiku qiegħed nisfrutta l-fatt li l-apparenza esterjuri tar-ravjul tgħatti l-kontenut - li tiskoprih biss wara li ttiegħem. B’mod simili, il-pitturi li qiegħed nesibixxi huma pjuttost aċċessibbli u viżwalment pjaċevoli. Però wieħed jista’ jiskopri saffi addizzjonali jekk jesplora f ’iżjed dettall. Infatti, minkejja li s-saff ta’ fuq jinvolvi ċertu umoriżmu u logħob bil-kliem, nesplora wkoll temi bħall-assurdità eżistenzjali, l-impermanenza, in-narċisiżmu fuq il-midja soċjali, relazzjonijiet umani u l-identità nazzjonali.” Żied jgħidli li b’kollox għandu 17-il pittura u ħafna minnhom fuq tila tonda. “Narahom bħala l-frott ta’ akkumulazzjoni ta’ diversi esperjenzi u tagħlim minn dixxiplini differenti. Fihom qiegħed nidentifika oġġetti familjari jew elementi minn pop-culture u nagħtihom rwol alternattiv. B’dan il-mod qiegħed ukoll nesplora s-similarità u d-differenzi bejn il-lingwa viżiva u l-lingwa verbali.” Ta’ min jgħid li dawn il-pitturi huma riżultat ta’ ideat li xtaq jesplora huwa stess. Però udjenza inqas konservattiva, u li għandha definizzjoni iżjed wiesgħa ta’ x’tikkostitwixxi arti, jaf issibhom interessanti u relevanti. Għal dawk interessati li jattendu għal din l-esibizzjoni tiegħu jistgħu jattendu ġewwa Spazju Kreattiv, Spazju C. (St James Cavalier, upper galleries). Se tkun miftuħa sas-26 ta’ Mejju u l-ħinijet tal-ftuħ huma skont il-ħinijiet tal-ftuħ ta’ Spazju Kreattiv. B’kurżità fuqi ridt inkun naf huwa bħala artist kif normalment iħares lejn biċċa arti ta’ ħaddieħor, u xi jfittex bħala dettalji. “L-iżjed li jinteressani huwa li artist ikollu xi ħaġa partikolari xi jgħid. Il-kwalità tat-teknika u l-element tas-sbuħija huma impressjonanti, però waħedhom mingħajr kuntest ma jqanqlunix wisq. Nippreferi meta artist ikollu karattru interessanti, li jkollu opinjonijiet infurmati u jkollu mod uniku ta’ kif iħares lejn id-dinja. Nisimgħu ħafna li l-arti hija espressjoni tal-individwu. Allura jgħin meta artist ikun bniedem li jaħdem fuqu nnifsu fuq livell personali - sabiex ikun jista’ joħloq riflessjoni artistika li tqanqal.” Ridt nieħu l-opinjoni tiegħu wkoll dwar jekk jaħsibx li Malta għamlet aktar progress minn qabel fir-rigward ta’ arti. “Minkejja li forsi kien hawn iktar attivitajiet kulturali f ’dawn l aħħar snin, xorta naħseb li l-analiżi kritika tal-arti għadha fl-infanzja tagħha. Inħoss li hawn tendenza li l-arti tiġi meqjusa li għandha biss funzjoni dekorattiva jew ta’ divertiment,” kienet l-opinjoni pronta tiegħu. Staqsejtu wkoll dwar kemm jaħseb li lokalment l-artist huwa stmat u rikonoxxut. “Naħseb fadal ħafna xi jsir u forsi jkun ħolm fieragħ jekk nittama li qatt jista’ jkun hawn kuntest kulturali divers u għani bħall-bliet kbar Ewropej. Però b’koordinament bejn għajnuna finanzjarja u infrastrutturali mill-awtoritajiet konċernati flimkien ma’ artisti individwali b’viżjoni, forsi r-rata ta’ ċaqliq taf tkun iżjed mgħaġġla.” Fl-aħħar nett Julian temm din l-intervista billi stqarr miegħi li jaħseb li kulħadd għandu l-vjaġġ tiegħu, allura diffiċli jgħid x’wieħed għandu jagħmel. “Però naħseb li dejjem utli li tagħmel x’tagħmel, tistaqsi għaliex. Min jixtieq isir jaf iktar dwari u dwar xogħli jista’ jiċċekkja s-sit elettroniku tiegħi www.julinu.com jew isibni fuq Facebook jew Instagram. L-esibizzjoni “Julinu’s Radioactive Ravioli” tista’ tinstab fuq il-paġna ta’ Facebook.”
Jgħin meta jkollok stil uniku u karattru uniku, allura l-għarfien li akkwistajt fil-kors talpsikoloġija jgħinni fil-mod ta’ kif nesplora l-ideat. Naħseb għinni wkoll biex dejjem nistaqsi ħafna iżjed mistoqsijiet u ma nasalx għall-konklużjonijiet ta’ malajr. Din tgħin biex ix-xogħol tiegħi jkollu diversi saffi u ma jkunx superfiċjali
16
12.05.2019
kullhadd.com
IL-VOT HU LEĦNEK. SEMMGĦU!
Marlene Mizzi Membru Parlamentari Ewropew
Bħal-lum ħmistax-il ġurnata, bħalissa, il-Ħadd 26 ta’ Mejju, ikun għadu għaddej il-proċess biex ikunu magħrufin is-sitt rappreżentanti tagħna fil-Parlament Ewropew wara li fil-ġurnata ta’ qabel tkun saret l-elezzjoni speċifika flimkien ma’ dik tal-Kunsilli Lokali. Peress li mhux se jkolli opportunità oħra nikteb qabel dawn iż-żewġ elezzjonijiet irrid nieħu din l-opportunità biex nittratta b’mod partikolari l-Parlament Ewropew li fih servejt għal sitt snin mifruxin fuq żewġ leġiżlaturi. Il-Parlament Ewropew huwa post ewlieni fejn jista’ jsir ġid kbir għall-pajjiż filwaqt li fl-istess ħin tkun qed tikkontribwixxi daqs kull pajjiż ieħor
fil-mod kif tiżviluppa l-ħajja fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, sfortunatament, daqstant ieħor il-Parlament Ewropew jista’ jservi biex issir ħsara lill-pajjiż. Ma naħsibx li għandi għalfejn nidħol f ’dettalji dwar kif kien hemm min minn fost is-sitt Membri Parlamentari Ewropej li sa ftit ilu konna qegħdin nirrappreżentaw lil pajjiżna aktar kien ħsiebu kif jista’ joskura lillpajjiż milli biex jaħdem għallġid tal-pajjiż. Fil-Parlament Ewropew għandu jitwarrab l-element partiġġjan. Sfortunatament l-esperjenza tiegħi fil-Parlament Ewropew hija mtappna b’ħafna u ħafna okkażjonijiet fejn ma sarx hekk min-naħa tar-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista. Ninsab ċerta li l-każ Toni Abela u l-każ Leo Brincat u l-ftaħir kemm qabel kif ukoll wara dwar l-aġir tagħhom min-naħa minn dawk fostna li vvotaw kontrihom għadhom fuq moħħ il-poplu Malti u Għawdxi kollu. Ninsab ċerta wkoll li daqstant ieħor għadhom quddiem għajnejn kulħadd il-ħidma distruttiva kontra pajjiżna, id-diskorsi fl-opinjoni tiegħi irresponsabbli u skandalużi fil-konfront tal-
Prim Ministru Malti f ’okkażjoni waħda wara l-oħra, l-instigar biex isem pajjiżna jitpinġa f ’dellijiet koroh. Min-naħa l-oħra ninsab b’kuxjenza trankwilla, u kburija, li flimkien maż-żewġ Membri Parlamentari Laburisti l-oħrajn fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant u Miriam Dalli, għamilna dak kollu possibbli u dak li wieħed verament jistenna b’difiża għal pajjiżna. Issa, li din id-darba mhux se nkun qiegħda nikkontesta, nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem li se nkun temmejt is-sehem tiegħi fil-Parlament Ewropew b’rasi mgħollija u verament kburija li jien Maltija u kburija bis-sehem tiegħi favur pajjiżi. Fi ftit jiem oħra l-poplu Malti u Għawdxi se jkun qiegħed jagħmel l-għażla tiegħu dwar lil min jibgħat jirrappreżentah f ’istituzzjoni ta’ daqstant importanza. Huwa d-dmir ta’ kull wieħed u waħda minna li mmorru nivvotaw. Hija okkażjoni li tiġi darba kull ħames snin. Inkunu qegħdin niżbaljaw bl-ikrah jekk ma nagħtux l-importanza kbira u mistħoqqa lill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. U nkunu qegħdin niżbaljaw ferm u ferm aktar jekk niddeċiedu li
fil-25 ta’ Mejju nibqgħu d-dar. Nista’ nassigurakom li pajjiżna huwa l-għira tal-pajjiżi membri l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea għall-persentaġġi għoljin ta’ votanti li joħorġu jivvutaw anke jekk fil-każ tal-Parlament Ewropew ikunu inqas minn dawk tal-Elezzjonijiet Ġenerali lokali. Il-vot huwa dritt sagrosant ta’ kull ċittadin imma daqstant ieħor huwa ta’ piż. L-Ewropa tinsab f ’salib it-toroq. Kulħadd għajnejh f ’wiċċu. Qegħdin naraw kif partiti tal-lemin estrem qegħdin jiftħu l-qlugħ tista’ tgħid madwar l-Ewropa kollha. Eżempji ċari ta’ dan nistgħu neħduhom minn pajjiż ġar tagħna, l-Italja. Mhux daqstant bogħod minna, Franza, nafu wkoll x’inhu għaddej. Fil-Ġermanja wkoll l-estremiżmu reġa’ qed jgħolli rasu. Żgħar kemm aħna żgħar xorta għandna kontribut x’noffru. Wara kollox urejna f ’aktar minn qasam wieħed x’avvanzi għamel pajjiżna f ’terminu qasir ta’ sitt snin. U nafu li hemm min fl-Ewropa tuġgħu żaqqu għallmod kif pajjiżna rnexxielu jirreġistra progress bħal dan u għalhekk irridu noqogħdu attenti lil min nibagħtu jirrappreżentana
fil-Parlament Ewropew. Fil-Parlament Ewropew m’għandux ikun hemm lok li flok jinġibed il-ħabel tal-pajjiż jinġibed dak partiġġjan. Nista’ nassigurakom li lill-Parlament Ewropew filwaqt li għaġġibnieh bis-suċċessi li ksibna daqstant ieħor kien hemm min minn fostna skandalizzah għall-mod kif kien juża istituzzjoni bħal dik biex iżeblaħ lil pajjiżna stess. Għal dan imisshom jistħu. Sigħathom waslet ukoll. Nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi għall-fiduċja li wera fija u nittama li t-tali fiduċja sarraftha b’risq pajjiżi. Kuraġġ littim ta’ kandidati f ’isem il-Partit Laburista u awguri mill-qalb lil dawk minn fosthom se jkun qiegħed jirrappreżentana. Kuraġġ għall-ħidma u l-isfidi li għandkom quddiemkom. Appell mill-ġdid lil kull wieħed u waħda minna: nhar is-Sibt, 25 ta’ Mejju, mur ivvota. Il-Partit Laburista ppreżentalek lista formidabbli ta’ kandidati li għalihom l-interess ta’ pajjiżna huwa l-qofol tal-aġenda. Awguri għal rebħa oħra Laburista nhar il-25 ta’ Mejju li ġej.
KOMPROMESSI … MHUX MA’ KULĦADD
Josef Caruana Kandidat għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew
Fl-aħħar jiem waqt li kont qiegħed niġi intervistat fil-programm televiżiv tal-istazzjon nazzjonali “RASimbRAS” saritli mistoqsija għaqlija u fl-istess ħin leġittima ħafna. Il-mistoqsija kienet kif jien nista’ naħdem fil-Parlament Ewropew meta t-tali istituzzjoni importanti taħdem ħafna fuq il-kompromessi? Fil-verità, qabel xejn, din kienet waħda mill-aktar intervisti li ħadt pjaċir noqgħod għalihom, mhux biss għax inzertajt naf lill-preżentatur u ġurnalist Mario Xuereb għal diversi snin
issa, imma iżjed u iżjed għax, bħal numru kbir ta’ ġurnalisti oħrajn li jagħmlu xogħolhom b’diliġenza u dedikazzjoni kbira, napprezza iżjed l-impenn tiegħu lejn il-professjoni. Mhux għax Mario se jagħmillek il-mistoqsijiet faċli biex tweġibhom, anzi xejn minn dan. Mario kapaċi jogħla ħafna ’l fuq minn kull partiġġjaniżmu biex jixhed ħidma professjonali kif jixraq, anke jekk fil-passat ħadem fil-kamra tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista. Dan għalija jagħmel ġieħ lil kull ġurnalist serju. Lura għall-mistoqsija partikolari, ħadt verament gost biha minħabba l-fatt li wieħed mill-fatturi li jien qed nikkontesta din l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew kien proprju li nilħqu l-kompromessi ma’ min hu ta’ rieda tajba bil-għan li nuru stampa reali ta’ pajjiżna u nippromwovu dak kollu li jagħmilna Maltin u Għawdxin. Fuq kollox, dan l-iżgħar stat membru fl-Unjoni Ewropea attwalment qed jagħti l-akbar u l-aħjar eżempji f ’għadd ta’
oqsma lill-bqija tal-kontinent u anke lil hinn. B’wiċċi minn quddiem, iżda, ikolli nistqarr li – kif għedt dakinhar fil-programm – mhux se nkun qiegħed nilħaq kompromessi ma’ kulħadd. U dan għal raġuni waħda u sempliċi: għax inħobb lil art twelidi. Kif tista’ tilħaq kompromessi dwar xi ħaġa jew ma’ xi ħadd li l-għan tiegħu hu li jagħmel ħsara lil pajjiżna? Kif wieħed jista’ jilħaq kompromessi ma’ xi ħadd li l-għan tiegħu hu li jieħu vantaġġ politiku anke meta jaf biċċert li dak li qiegħed jagħmel se jkun ta’ ħsara kbira għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Minkejja dan, tista’ dejjem tistenna attitudni simili minn xi ħadd barrani li ma jkunx jaf is-sitwazzjoni proprja u joqgħod fuq dak li jgħidulu jew ibellgħulu. Tista’ wkoll tistenna lil xi ħadd minn barra li, avolja jkun jaf is-sitwazzjoni f ’pajjiżna, xorta jippersisti bil-ħsieb li jfixkel lil Malta bil-għan li pajjiżu jiggwadanja xi ħaġa. Minkejja dan, bħal kull ċittadin ieħor lokali li għandu għal
qalbu lil pajjiżna, ma nista’ qatt naċċetta li xi Malti ieħor ixerred il-gideb u s-suppożizzjonijiet tiegħu meta dawn ikunu mgeżwrin fil-mibegħda li għandu għall-Partit Laburista. Imma dawn lil min qed jittradixxu? Żgur mhux lil Joseph Muscat jew lill-Partit Laburista? It-tradiment tagħhom sar u għadu jsir biss kontra l-ħaddiema Maltin u Għawdxin li ta’ kull filgħodu jridu jqumu għal ġurnata oħra ta’ xogħol biex jgħajxu lil familthom. Kull meta nirreferu għall-ħaddiema nkunu qed nirreferu wkoll għal Malta, għax pajjiżna, minkejja li m’għandu l-ebda minerali jew riżorsi oħrajn naturali, għandu l-aqwa riżorsa – il-bżulija, l-għaqal u d-determinazzjoni tal-ħaddiema tagħna. Qatt u fl-ebda ħin ma rrid inkun kompliċi ma’ dawk li jafu biss joskuraw lil din l-art ħelwa, sempliċiment għax ma jaħmlux lil kull min b’xi mod jagħmel parti mill-Moviment Laburista. Nistagħġeb kif tal-PN jiġu bl-argumenti fid-dibattiti fejn jgħidulek li int titkellem hekk
bilfors, “għax int għandek il-paga ta’ Kastilja”. Daqslikieku dawk kollha bħali, li naħdmu qrib il-Prim Ministru Joseph Muscat, qegħdin nisirqu xi ħaġa lil xi ħadd. Mank ilpajjiż għaddej minn sitwazzjoni diffiċli jew saħansitra kerha, kif kienet qabel l-2013, u tiġi takkużani hekk. Imma mhux meta Malta qed tesperjenza l-akbar qalba u progress li kienet ilha ma tirreġistra għal għexieren ta’ snin, riflessjoni ta’ ħidma kbira anke mill-ministeri. Fi 13-il ġurnata oħra għandna obbligu li nagħtu risposta xierqa lil dawn is-sangisugi tal-poter, li ħlief velenu ma ħariġx minn fommhom fl-aħħar snin kemm f ’Malta u anke fi Brussell. Odju li la jagħmel ġieħ lilhom, li jissejħu Nazzjonalisti (imma tal-isem biss) u wisq inqas lill-poplu Malti u Għawdxin. Kif għal diversi snin iddefendejt il-kawża Laburista qabel l-elezzjonijiet tal-2013 u l-2017, se nkun hemm biex niddefendi l-unur tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin … se nkun hemm biex niddefendi lil Malta.
17
12.05.2019
kullhadd.com
INTEJBU L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA Editorjal
U jekk kien hemm pass ’il quddiem biex Malta ma tibqax fgata, jekk kien hemm pass għall-well-being talpoplu, apparti millbqija tal-pajjiż, żgur li kien permezz ta’ Gvern Laburista li ta ħajja mill-ġdid lin-naħa t’isfel ta’ Malta u l-Kottonera
Dan il-gvern huwa impenjat bis-sħiħ biex il-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin tkun verament kif jixirqilhom. Mhux se nidħlu fil-miżuri u implimentazzjonijiet li l-familji jafu li permezz tagħhom illum qed jgħixu ħafna aħjar. Li jkollok ħajja aħjar hija wkoll li jkollok l-ambjent ta’ madwarek kif jixraq. Li jkollok arja nadifa, spazji miftuħa fejn tkun tista’ tqatta’ l-ħin liberu tiegħek. Minkejja l-kritika partiġġjana, dan il-gvern ħadem fuq dawn u qed ikompli jagħti lill-poplu kwalità aħjar f ’dik li hija “well-being” – il-kwalità tal-ħajja. Ma mmorrux tant ’il bogħod. Matul dawn is-sitt snin rajna t-tneħħija tal-power station tal-Marsa – wegħda elettorali li ma baqgħetx biss fuq il-karta. Il-Partit Laburista kien għaraf li l-power stations li kienu jaħdmu bil-heavy fuel oil kienu s-sors ewlieni li kien qiegħed iwassal għat-tniġġis tal-arja. Għalhekk kien wiegħed li jwaqqa’ l-power station tal-Marsa u jibni power station ġdida f ’Dellimara li
taħdem bil-gass u mhux bil-fuel oil. U dan twettaq. Tħabbar ukoll li fin-naħa t’isfel ta’ Malta, medda ta’ 80 tomna art se tingħata lura lill-poplu. Proġett ta’ afforestazzjoni b’siġar indiġeni f ’Birżebbuġa b’investiment ta’ €400,000 li se joffri wkoll spazji miftuħa, postijiet ta’ rikreazzjoni, u sit għall-ikkampjar. Żona li kienet se tkun parti mill-estensjoni tal-Freeport u li se tinbidel f ’art biex titgawda mill-komunità. Issa ta’ min jiftakar li n-naħa t’isfel ta’ Malta għall-Gvernijiet Nazzjonalisti kienet id-dumping site tal-pajjiż. U jekk kien hemm pass ’il quddiem biex Malta ma tibqax fgata, jekk kien hemm pass għall-well-being tal-poplu, apparti mill-bqija tal-pajjiż, żgur li kien permezz ta’ Gvern Laburista li ta ħajja mill-ġdid lin-naħa t’isfel ta’ Malta u l-Kottonera U dan huwa magħruf sew. F’dawn il-jiem tħabbru wkoll għadd ta’ proġetti oħra f ’dan il-qasam. Wieħed minnhom huwa proġett b’investiment ta’
€600,000 mifrux fuq sentejn għal siti varji li jinvolvu spazji miftuħa fil-qasam sportiv madwar Malta u Għawdex. Fost dawn il-proġetti hemm Ħal Far fil-laboratorju tal-paċi żvilupp ta’ outdoor gym; se jiġi żviluppat outdoor gym f ’Ta’ Żwejt, San Ġwann; se jiġu rinovati l-playing field u l-pitch fi Triq Falaise fil-lokalità ta’ Pembroke; u se ssir manutenzjoni fil-faċilità tad-diżabilità li tinkludi basketball court wara l-Faċilità Korretiva ta’ Kordin fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid. Ma tistax timraħ fuq proġetti u tagħtihom il-ħajja jekk m’għandekx bażi soda ekonomika. U dan kien mill-ewwel ilpjan ta’ dan il-gvern, li kif ħaddieħor għarfu, beda l-kampanja ta’ tkissir u informazzjoni inkorretta – saħansitra fil-Parlament Ewropew. Għax l-Oppożiżżjoni Nazzzjonalista m’għandha ebda ħjiel ta’ pjan u soluzzjonijiet – allura bħat-tfal iż-żgħar, minflok tkun parteċipi magħquda għallġid tal-poplu Malti kollu – tipprova tħassar u tkisser. Proġett imħabbar mill-Prim
Ministru Joseph Muscat - dak ta’ Ta’ Qali. Park Nazzjonali mġedded grazzi għal proġett ta’ €20 miljun li se jibdel 50,000 metru kwadru ta’ art f ’park naturali u tal-familja, b’investiment ta’ miljuni ta’ ewro. Dan huwa l-akbar proġett infrastrutturali mħaddar li qatt ra l-pajjiż. Park li se jinkludi żoni ta’ kampeġġ, twessigħ tad-dog park, trakek għall-ġiri, u se jagħti għall-proġett taċ-Chadwick Lakes u tal-Villaġġi tasSnajja’. Kif qal il-Prim Ministru, wara li Gvern Laburista ġab bażi ekonomika soda għal Malta, issa jmiss li wieħed itejjeb il-kwalità tal-ħajja. Proġett li ra l-bidu tiegħu meta l-Gvern innota l-potenzjal ta’ żona li kienet sit ta’ abbużi u fabbrika abbandunata għal ħafna snin. 52 tomna li wkoll se jingħataw lura lill-pubbliku biex l-inħawi ta’ Ta Qali issa jsiru l-Malta National Park bi 80,000 siġra u xitla ġdida. Dan il-gvern huwa impenjat u kommess li l-poplu Malti u Għawdxi jkollu ħajja aħjar b’kull mod possibbli.
18
12.05.2019
MALTA F’QALBNA Joe Sammut Kandidat għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew
Meta rajt dan il-messaġġ politiku għall-ewwel darba mill-ewwel laqatni. Sempliċi, konċiż u dirett. Malta f ’Qalbna. Forsi wieħed jistaqsi x’hemm daqshekk punġenti? Hemm ħafna u sinifikattiv. Il-qalb hija organu importanti ħafna għall-bniedem. Tieqaf hi u ma hemmx għalfejn ngħid il-konsegwenza xi tkun. Għalhekk kulħadd jieħu ħsieb ta’ saħħtu. Immedjatament dan il-ħsieb jeħodni lejn il-politika ta’ dan ilGvern. Gvern li qed jindirizza l-individwu personalment billi,
bis-saħħa ta’ politika ekonomika b’saħħitha qed jerġa’ jagħti lura lill-ħaddiema kollha l-ħin li amministrazzjonijiet preċedenti ħadulu minħabba politika ekonomika ħażina li kienet ġabet lillpajjiż fix-xifer ta’ falliment, tant illi konna bdejna nibżgħu mill-bail out. Politika li ma kienet qiegħda tħalli xejn fil-but – kontijiet tad-dawl u l-ilma dejjem jogħlew, prezzijiet tal-fuel dejjem tilgħin, xogħol mill-anqas u kien hemm min lest jagħmel l-imħatra li f ’Malta ma jifdalx fabbrika waħda tal-manifattura. Illum, grazzi għall-politika espansiva ta’ Gvern Laburista mmexxi mil-Prim Ministru Dr. Joe Muscat, dawn id-diffikultajiet saru storja tal-passat. Però l-Gvern ma waqafx hemm u qagħad ifaddal il-flus ħalli meta jerġa’ jkollna xi Gvern Nazzjonalista joqgħod iberbaq minn fuq dar il-ħidma ta’ Gvern Laburista. Dan il-Gvern qed jinvesti fissaħħa tagħna lkoll. Investiment ta’ 60 miljun għal bini ta’ appartamenti li jkunu qed jindirizzaw każijiet
ULIEDNA Felix Busuttil Kandidat għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew
Uliedna. L-iktar importanti fil-familji tagħna. L-iktar li ngħożżu u l-iktar li nagħmlu sagrifiċċji għalihom. Żgur u bla dubju ta’ xejn għalihom nagħmlu kollox. Nissagrifikaw l-ikel u l-platt tagħna, il-pjaċiri tagħna u mingħajr ma nesaġera anke saħansitra ħajjitna. Bħala ġenituri, nanniet u anke zijiet u għalliema nixtiequ li t-tfal tagħna jkollom ħajja aħjar minn dik li kellna aħna. Nixtiequ li jkollhom edukazzjoni strateġika u kontinwa. Sapport b’saħħtu u protezzjoni legali li tissalvagwardja l-kuntentizza, l-oriġinalità, l-imħabba tagħhom mill-gvernijiet u amministrazzjonijiet ta’ awtorità – li jkunu b’saħħithom u jekk jimirdu, allaħares qatt, ikollhom
l-aqwa sptarijet, l-aqwa trattament, l-aqwa tobba u l-aqwa mediċina. Tfal li jekk iħossuhom bullied jistgħu jsibu l-kenn u l-kuraġġ biex jiffaċċjaw kull sfida. Li jekk differenti jagħrfu jaċċettaw lihom infushom – anke jiċċelebraw lilhom infushom. Li jekk isofru minn xi nuqqasijiet mentali, fiżiċi jew psikoloġiċi dawn ikollhom kull mezz sabiex isibu imbuttatura u jkunu kapaċi jegħlbu kull ostaklu. Jekk ikollhom talenti speċjali fl-isport jew fl-arti jsibu persuni li jagħtuhom aspirazzjoni, tagħlim u opportunitajiet. U jekk inħarsu lejn l-aħħar kważi seba’ snin ta’ Gvern Laburista dak kollu li jien ktibt fuqu f ’din l-ewwel parti tal-artiklu tiegħi, kien kollu ġid mhux biss għal progress soċjali, ekonomiku u kulturali tal-pajjiż inġenerali u għal kull adult, anzjan, żagħżugħ jew żagħżugħa Maltija u Għawdxija imma speċjalment għal uliedna. Għat-tfal tagħna. Għax kull pjanta li niżirgħu llum hi s-sigra b’saħħitha tal-futur. Dak l-investiment li jagħmel ilGvern sabiex intejbu l-ħajja ta’ kull waħda u wieħed minna – fejn tidħol infrastruttura, innovazzjoni, inklużjoni – it-tliet pilastri li dejjem isemmi Joseph Muscat
kullhadd.com
soċjali. Investiment qawwi fl-infrastruttura tat-toroq li apparti l-fatt li dawn se jtellgħu ’l fuq l-istandard tat-toroq tagħna, se jkunu kaġun in-nuqqas ta’ inkwinament fl-arja, aktar tkabbir fl-ekonomija u aktar ħin liberu għalina. Qed jinvesti bis-sħiħ fl-ammiljorar tal-ambjent fejn ngħixu, billi qed jitneħħew dawk ix-xbieki ta’ wires ta’ servizzi u qed jerġgħu jiġu mgħoddija minn taħt l-art. Qed isir investiment fir-rinovar ta’ ġonna li ilhom is-snin mitluqa bħal dak tal-Argotti, tħawwil ta’ siġar ġo Bengħajsa u investiment ta’ 10 miljuni sabiex jitlesta l-proġett ta’ Wied il-Qliegħa jew kif inhu magħruf aħjar Chadwick Lakes. Barra minn hekk, il-Prim Ministru ħabbar li hemm pjanijiet sabiex tinbena żona oħra ta’ rikreazzjoni li kienet intiża għall-bini. Id f ’id ma’ dan kollu l-Gvern qiegħed ukoll jimplimenta d-direttivi tal-Unjoni Ewropea fosthom dik li jinġabar il-plastik u min jirritornah jiġi kkumpensat. Hemm imbagħad l-inzjattiva l-oħra li l-vetturi kollha jibdew jaħdmu bid-dawl. Hemm nassiguraw stat
ta’ arja nadifa. li niġġieled għalih għalik, għax Dan huwa investiment tal-Gvern id-drittijiet tiegħek fl-Ewropa fiċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. huma għal qalbi. Però hemm aspett ieħor għaliex Malta f ’qalbna. Qatt daqs f ’dawn l-aħħar xhur ma rajt tant għadab għal min jagħmel ħsara lil Dak li wettqu isem Malta. Dak li wettqu wħud mill-Ewroparlamentari Nazzjonwħud millalisti, flimkien ma’ esponenti oħra Ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista kontra Malta, ma ġiex aċċettat mill-Maltin Nazzjonalisti, u mill-Għawdxin ta’ rieda tajba, flimkien ma’ inkluż sostenituri tal-Partit Nazzjonalista stess. esponenti Ħsara, li jekk niġi mogħti l-fiduċoħra tal-Partit ja tiegħek, se nkun qed nindirizza u nagħmel minn kollox sabiex Nazzjonalista nara isem Malta ’l fuq fejn jixraqlu. Nemmen li għandi l-esperjenza kontra Malta, sew legali kif ukoll politika sabiex ma ġiex aċċettat nasal. Jekk niġi mogħti l-fiduċja tiegħek, mill-Maltin u irrid ukoll nimbarka fuq proġett mill-Għawdxin ambizzjuż. Dan biex inti u wliedek ma tibqgħux tħallsu ammonti ta’ rieda tajba, għolja sabiex tmorru fuq il-koninkluż sostenituri tinent Ewropew. Aħna għandna dritt immorru hemm u l-ebda amtal-Partit mont ta’ flus ma għandu jċaħħdilna dan id-dritt. Dan nipprometti Nazzjonalista stess
ma huma xejn inqas minn investiment nazzjonali għat-tfal tagħna. It-tfal tagħna li meta jikbru ser isibu ambjent nadif u mimli spazji ħodor. Li meta jikbru t-tfal tagħna jsibu xogħol. Mhux xogħol kwalunkwe imma xogħol li jirrendi u jista’ jkollu dħul finanzjarju u stabbli kbir. Li meta jikbru u jkunu gay jistgħu jsibu l-kuntentizza u jissiġillaw imħabbithom bħal kull persuna oħra. Li meta jikbru jsibu pensjonijiet xierqa, isibu pajjiż sinjur, isibu li Malta tkun l-aqwa fl-Ewropa. U hekk hi fil-preżent. Li jekk ma jistgħux ikollhom tfal, isibu kull għajnuna sabiex id-dar tagħhom ukoll tkun mimlija bid-daħqa tattfal tagħhom. Li jkollhom fil-futur politika nadifa, sinċiera u trasparenti u gvern li jismagħhom. Li t-trasport pubbliku jkun b’xejn. Ikollna pajjiż li ma jkollux karozzi jaħdmu bil-petrol jew bid-diesel. Li jkunu jistgħu jsiefru, igawdu, jgħixu u mhux jeżistu – li jkollhom id-dar tagħhom u li t-tfal ikollhom futur anke isbaħ minn dak tagħhom. U għalhekk jien ninkwieta meta xi ħadd jgħidli li għal xi raġuni jew oħra ser jibqa’ d-dar u mhux ser jivvota. Il-vot mhux tiegħek biss. Il-vot mhux xi vendetta personali. Il-vot mhux individwu.
Il-vot mhux xi pistola kkargata għandhom għal qalbhom il-poplejn ħaddieħor. Jekk ma tivvutax lu għażiż tagħna. Tassew għandil-pistola hi kkargata biss lejk, hom għal qalbhom uliedna. lejn martek, lejn sħabek u lejn uliedek. Huma wliedek li qegħdin ibatu mill-ħsara li qiegħed jew qiegħda tagħmel. Għax jekk ma tivvutax qiegħed iċċaħħad lil uliedek minn futur sigur – Dak minn futur sinjur u futur mimli l-investiment li tama li l-partit fil-Gvern qiegħed jaħdem u jissielet sabiex il-pajjiż jagħmel kollu jiggwadanja f ’dan il-pjan. Uliedek jeħtieġu lilek sabiex il-Gvern sabiex tipproteġihom. Sabiex ittihom intejbu l-ħajja garanzija ta’ futur stabbli li l-Oppożizzjoni żgur ma tistax tiggata’ kull waħda u rantixxi. Ma tistax tafda futur wieħed minna f ’oppożizzjoni li ma għandhiex pjan, li mhix magħquda, li ma – fejn tidħol toffrix soluzzjonijiet – imma trid infrastruttura, biss tbeżża’, tifred u tmaqdar isem pajjiżek. Dan hu li tixtieq innovazzjoni, lil uliedek? Dan hu li wliedna ħaqqhom? Dan hu l-abbandun li inklużjoni – int tixtieq għal uliedek? it-tliet pilastri li Ħarsu lejn il-futur. Ħarsu lejn dak il-vot fuq il-kaxxa ħamra li dejjem isemmi hu biss jista’ jagħti lil uliedna gaJoseph Muscat ma ranzija ta’ serħan il-moħħ. Ħarsu lejn uliedna li għalihom aħna leshuma xejn inqas ti noħorġu kmieni filgħodu fil-25 minn investiment ta’ Mejju u nivvutaw għal-kandidati kollha tal-Partit Laburista nazzjonali – li tassew għandhom għal qalbhom Malta u Għawdex. Tassew għat-tfal tagħna
19
12.05.2019
kullhadd.com
NIBNU EWROPA FUQ ID-DRITTIJIET SOĊJALI
Robert Micallef Kandidat għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew
Matul din il-kampanja elettorali pproponejt li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandu jkun impenn li jorbot għall-Istati Membri kollha għax nemmen li dan għandu jkun prijorità fil-ħolqien ta’ Ewropa aktar soċjali li tkun tirrifletti r-realtajiet tad-dinja tal-lum tax-xogħol. L-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jista’ jgħin biex jiżgura aktar ġustizzja soċjali madwar l-Ewropa u jista’ jkun kumpass għal aktar konverġenza fiż-żona tal-ewro. Neħtieġu impenn qawwi fuq is-sett ta’ 20 prinċipju u drittijiet li jinsabu fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali inkluż id-dritt għall-pagi ġusti, id-dritt għall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja, id-djalogu soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandu jsir realtà għaċ-ċittadini u din hija responsabbiltà konġunta kemm tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-istituzzjonijiet Ewropej partikolarment tal-Kummissjoni Ewropea. Dan id-dokument kien ġie ppreżentat għall-ewwel darba mill-Kummissjoni Ewropea fl-2017 u fis-17 ta’ Novembru ta’ dik is-sena, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea esprimew qbil għall-Pilastru fis-Summit Soċjali għal Impjiegi Ġusti. L-appoġġ taċ-ċittadini għaż-żona tal-ewro kif ukoll is-suċċess tagħha jiddependi ħafna fuq il-livell ta’ ġustizzja soċjali fost il-popli Ewropej. Sabiex dan il-Pilastru Soċjali jirnexxi, jeħtieġ li jwassal għal konverġenza soċjali bejn u fi ħdan l-Istati Membri. L-Ewropa għandha bżonn tibdel in-narrattiva li tqis mudell soċjali bħala ostaklu għall-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku. Madankollu, għandna nirrikonoxxu li r-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest soċjali kien limitat biex jikkumplimenta u jikkordina l-miżuri nazzjonali. Dawn il-limitazzjonijiet huma prinċipalment dovuti għal-liġi primarja tal-Unjoni Ewropea. Ma tissemma l-ebda armonizzazzjoni tal-politika soċjali fit-Trattat dwar il-Funzjoni tal-Unjoni Ewropea anzi tipprojbixxi kwalunkwe miżura talUE li tista ‘“taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistemi tas-sigurtà
soċjali tagħhom” jew “l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom”. Fil-każ ta’ reviżjoni tat-Trattati, ċerti limitazzjonijiet fir-rigward tal-politika soċjali jistgħu jitneħħew, bħall-ħtieġa tal-unanimità għal kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali u protezzjoni soċjali tal-ħaddiema. Tista’ tiżdied klawżola wkoll biex tiggarantixxi l-ugwaljanza tad-drittijiet soċjali fil-kuntest tad-drittijiet ekonomiċi. L-20 prinċipju ewlieni għall-implimentazzjoni tal-Pilastru jinqasmu fi tliet kategoriji. Fir-rigward ta’ opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol, dawn ikopru: l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja; l-ugwaljanza bejn is-sessi; opportunitajiet indaqs; u appoġġ attiv għall-impjiegi. Fil-kategorija għal kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol, il-prinċipji javvanzaw l-impenn lejn impjiegi siguri u adattabbli; pagi tajbin; informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni f ’każ ta’ tkeċċijiet; id-djalogu soċjali u l-involviment tal-ħaddiema kif ukoll bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. Finalment, it-tielet kategorija dwar il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali tkopri: il-kura tat-tfal u l-appoġġ għat-tfal; il-protezzjoni soċjali; il-benefiċċji tal-qgħad; id-dħul minimu; il-pensjonijiet; il-kura tas-saħħa; l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità; kura fit-tul; akkomodazzjoni u assistenza għal persuni bla dar kif ukoll aċċess għal servizzi essenzjali. Mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ħarġu diversi miżuri bħal perezempju d-direttiva l-ġdida dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti li se tagħti lill-impjegati li jibdew xogħol ġdid id-dritt li jiġu notifikati bil-miktub dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom. Kien hemm qbil ukoll fuq id-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol li tagħti lill-impjegati d-dritt għas-saħħa u s-sigurtà, kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tagħhom. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri laħqu ftehim dwar id-Direttiva proposta dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja, li tindirizza l-isfidi li jaffaċċjaw il-ġenituri u l-carers. Il-Parlament u l-Kunsill, bħala l-koleġiżlaturi, qablu dwar għaxart ijiem leave tal-paternità mħallas f ’mhux inqas mil-livell tal-paga tal-mard, fuq xahrejn leave tal-ġenituri mħallas mhux trasferibbli, fuq ħamest ijiem ta’ leave annwali għall-carers u fuq mudelli flessibbli tax-xogħol, inkluż xogħol remot, għall-ġenituri u dawk li jieħdu ħsiebhom. Dan l-impenn favur id-drittijiet soċjali jista’ jkun strument vitali biex tinkiseb il-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza fl-Unjoni Ewropea, mhux biss fil-kuntest tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja iżda fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 2 ta’ Mejju
baħri tal-bnazzi u t-temp xejn ma kien sabiħ. Barra minn hekk kont miftiehem ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna biex immorru naraw l-logħba deċiżiva bejn Valletta u Hibernians. Ma jiddispjaċinix. Kienet logħba ferm sabiħa u kollox mexa ħarir. Inkwiet ta’ xejn. Għalkemm la jien u lanqas Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna ma nżommu malBelt, wara l-logħba Triq ir-Repubblika spiċċajna, niċċelebraw mal-partitarji tagħhom. M’hemmx x’tagħmel, iddomina l-kulur aħmar, imma f ’qalbi għedt li lanqas kieku rebħu l-Hibs ma kien se jiddomina l-kulur blu.
Mela għalhekk ma tantx kien qiegħed jidher f ’dawn l-aħħar jiem il-Kap tagħna Adrian Delia! Kien qiegħed iħejji għall-ewwel dibattitu ma’ Joseph Muscat. U sewwa għamel man, għax fid-dibattitu kien sod, determinat, elokwenti. Insomma, f ’kelma waħda kien eċċellenti u lil Joseph Muscat ġabu fix-xejn. Ħadt gost ħafna narah jaħtaf l-okkażjoni u jgħid li jkun xi jkun ir-riżultat, mhuwiex se jwarrab, għax lil Simon Busuttil, lil Jason Azzopardi u l-bella kumpanija qatgħalhom l-għatx bil-perżuta. Stenna naqra ħej! Għax din tista’ tfisser li qalbu maqtugħa li Il-Ħadd, 5 ta’ Mejju nirbħulhom tliet ġimgħat oħra! U le! Żgur li mhux Erġajna koppi! Dawk tal-Malta Today jibqgħu għalhekk qalha! jinsistu li tal-Labour se jiIl-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju rbħu l-elezzjonijiet ta’ tliet ġimgħat oħra. Biex tgħaxxSkont il-Kap tagħna aqha llum anke tat-Torċa Adrian Delia, il-Gvern ħarġu jgħidu l-istess ħaġa, ta’ Joseph Muscat ma u din inkwetatni ftit għax jimpurtah minn xejn, u fl-aħħar elezzjoni ġenerminn ħadd. La jimpurtah ali tat-Torċa kienu bassmill-ambjent. La jimpur- ru r-riżultat mija fil-mija. tah mit-tniġġis tal-arja. La Imma din id-darba ma jimpurtah mill-problema jistax ikun. Kif jista’ jkun tat-traffiku. La jimpurtah ma nagħtuhomx tkaxkimill-ħaddiema. La jim- ra meta għandna Gvern li purtah mill-pensjonanti. ma jimpurtah minn ħadd La jimpurtah min-nego- u ma jimpurtah minn zji ż-żgħar. La jimpurtah xejn? Le, le. Ma jistax ikun. mill-familji. Ngħid id-dritt Aktar u aktar għax taħt ma nafx kemm qiegħed it-tmexxija ta’ Adrian Dejitwemmen il-Kap tagħna lia, il-partit glorjuż tagħna meta jgħid dawn l-affariji- qiegħed jagħmel kemm jiet għax ħafna minn dawk flaħ proposti, anke jekk xi li niltaqa’ magħhom kul- kulant nikkontradixxu lilna jum, il-kuntrarju jgħidu, nfusna. speċjalment jekk huma pensjonanti jew ħaddie- It-Tnejn, 6 ta’ Mejju ma. Imma jien niġi naqa’ u nqum minn dawn. La Minflok jgħinuna, tatl-Kap Adrian Delia jgħi- Times saru aktar moħħhom dilna li Joseph Muscat ma biex ifixkluna. Illum, biex jimpurtah minn ħadd u mingħalihom jitfgħu dell minn xejn, allura hekk hu! ikrah fuq il-Kap tagħna, Adrian Delia, ħarġu jgħidu li l-Kap tagħna ma ddikIs-Sibt, 4 ta’ Mejju jarax kemm għandu flus Kont naf li l-Kap Adrian il-bank fid-dikjarazzjoni li Delia kien sejjer Għawdex, kull membru parlamentari imma ma mortx, għax jien jrid jagħmel lill-Parlament. fil-politika baħri tal-mal- Imma mhux se jirnexxiltemp, imma mill-bqija hom jagħmlulu ħsara lill-
Kap tagħna, għax m’għandu xejn x’jaħbi u minn xiex jistħi. Tant li malajr qatgħalhom l-għatx bil-perżuta għax illejla stess, fil-Parlament, talab lill-Ispeaker biex jinvestigah. Nispera li l-investigazzjoni titlesta malajr kemm jista’ jkun u ma titħalliex għal wara l-25 ta’ Mejju. It-Tlieta, 7 ta’ Mejju L-attendenza għall-attivitajiet tagħna, xejn mhi qiegħda tkun tajba. Ma nafx għaliex, għax ilKap tagħna Adrian Delia qiegħed jagħmel diskorsi memorabbli kull fejn imur. Issa mhux biss kontra Joseph Muscat, imma anke kontra l-kandidat tal-Partit Soċjalista Ewropew għal President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans li jrid li l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jkollhom l-istess sistemi ta’ tassazzjoni. Tal-inqas hekk fhimtu jgħid lill-Kap tagħna Adrian Delia. U mela jiġi Alfred Sant u jakkużana b’ipokresija u jgħid li t-tliet Ewroparlamentari diġà vvutaw favur dak li jrid Timmermans. Ħallina Dr. Sant! L-Erbgħa, 8 ta’ Mejju Imnalla mort għall-attività li kellna llejla fiż-Żejtun, għax veru ħadt gost. Erba’ kelliema, fosthom ovvjament il-Kap Adrian Delia, li kollha jitkellmu tajjeb ħafna. It-tlieta l-oħra kienu Mario de Marco li milli jidher m’għadux fil-klikka ta’ Simon Busuttil u Jason Azzopardi, Peter Agius u Roberta Metsola, għalija l-aħjar żewġ kandidati li għandu l-partit glorjuż tagħna għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Għadni ma ddeċidejtx lil min se nagħtih in-number one, imma naħseb li lil Roberta għax dik dejjem tiddefendi lil Malta u l-interessi tal-Maltin, mhux kif jgħid l-Ewroparlamentari tagħhom, Alfred Sant.
20
12.05.2019
kullhadd.com
SAĦĦA TREMENDA MŻEWQA B’TATTOOS ARTISTIĊI
RODERICK ATTARD - atleta ewlieni tal-crossfit f’pajjiżna fejn jistqarr magħna li dan l-isport tah sens u skop ġdid fil-ħajja tiegħu. Dan minbarra li jirnexxilu jżewwaq dan l-isport b’tattoos artistiċi fuq ġismu li kollha għandhom sens sentimentali għalih.
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-crossfit?
Eżempju plejers tal-futbol, plejers tal-basketball u qaddiefa fost oħrajn, u l-atleti tal-crossfit li jikkompetu f ’avvenimenti ta’ crossfit bħalma nagħmel jien. Il-weightlifting huwa dixxiplina li rridu nkunu preparati għaliha aħna l-atleti tal-crossfit. L-istess bħalma rridu nkunu preparati għall-ġinnastika, l-għawm, il-ġiri, l-istrongman, u kull ħaġa oħra li tinvolvi attività fiżika.
L-imħabba tiegħi lejn il-crossfit bdiet bis-saħħa tal-gym The Pit li ftaħt flimkien mal-partner tiegħi. Minn dejjem kont nittrenja differenti. Il-fitness kont inħares lejh minn viżjoni differenti min-norma tan-nies. Crossfit kien il-programming li jadatta mal-lifestyle tiegħi. Iddeċidejt li nieqaf mill-karriera ta’ plejer tar-rugby kif ukoll Kif żviluppa l-crossfit għalliem tal-Edukazzjoni Fiżi- f ’Malta tul is-snin? ka u għażilt li nintefa’ full-time bħala atleta u kowċ tal-crossfit. Il-crossfit huwa mod ta’ taħriġ li jpoġġi l-abbilitajiet tiegħek taħt sfida. F’kull sessjoni tkun X’differenzi hemm bejn qiegħed tittrenja affarijiet difil-crossfit u l-weightlifting? ferenti u tipprepara ruħek għal Il-crossfit huwa sport fejn int kull tip ta’ test fiżiku. Atleta trid tkun ippreparat għal kollox. tal-crossfit imur għall-kompeF’komunità ta’ crossfit issib tliet tizzjonijiet mingħajr ma jkun jaf x’se jiġi mitlub jagħmel. gruppi ta’ nies li huma: Nies normali li jużaw crossfit Bħala atleti, kemm-il darba bħala l-attività li żżommhom morna kompetizzjonijiet barra b’saħħithom fiżikament u men- minn xtutna u kellna tlielaq talgħawm, ġiri u rfigħ ta’ weights talment. Atleti ta’ dixxiplini sportivi tqal fejn trid tuża teknika li differenti li jużaw crossfit bħala jużaw weightlifters jew movl-fitness għall-isport tagħhom. imenti li jużaw power lifters.
Jintużaw ħafna movimenti ta’ bilanċ, ċrieki, ħbula u pullup bars tal-ġinnastika. Taf tiġi mitlub biex anke terfa’ ġebel tqil jew karozzi bħalma jiġu mitluba jagħmlu l-atleti fil-kompetizzjonijiet tal-istrongman. Tajjeb li wieħed iżomm f ’moħħu li dan kollu ġeneralment tkun trid tagħmlu taħt il-pressjoni tal-arloġġ! Il-crossfit mhux qiegħed biss għall-atleti li jipprattikaw speċifikament dan it-taħriġ. Il-maġġoranza tan-nies li jipprattikaw dan l-isport huma mill-pubbliku ġenerali. Ħafna nies li qatt m’għamlu sport f ’ħajjithom qegħdin jużaw il-klassijiet tal-crossfit bħala l-eżerċizzju li bih iżommu ġisimhom u moħħhom attiv u b’saħħtu. Il-crossfit huwa taħriġ li jilħaq lil kulħadd. Nibdew minn tfal ta’ erba’ snin u jibqa’ sejjer sa adulti, anzjani kif ukoll persuni bi bżonnijiet speċjali. Madankollu, huwa importanti li meta tattendi għat-taħriġ tal-crossfit tara li qiegħed tkun imħarreġ minn persuni kwalifikati f ’dan il-qasam u li jafu x’inhuma jagħmlu. Barra minn Malta, ħafna mid-dixxiplini sportivi qegħdin jużaw il-crossfit bħala l-eżerċizzju tagħhom b’rabta mal-fitness. The Pit huwa gym fejn nieħdu ħsieb atleti
minn dixxiplini sportivi differenti u nippreparawhom biex ikunu fl-aħjar forma possibbli għall-isport li jipprattikaw. Għaldaqstant, aħna nieħdu ħsieb programmi b’rabta ma’ fitness għall-plejers tal-futbol, boxers, plejers tar-rugby, qaddiefa tar-regatta u diversi dixxiplini sportivi oħra. Ninsabu kuntenti ħafna kif il-poplu Malti qiegħed jilqa’ din id-dixxiplina sportiva u kif ukoll li ħafna Maltin qegħdin ikunu attivi fiżikament permezz tal-crossfit. Sessjoni fi grupp tal-crossfit tieħu madwar siegħa. Din tinkludi l-warm up u l-parti edukattiva fejn ngħallmu xi teknika ta’ kif għandhom jiġu merfugħin il-weights. Xi drabi niddedikaw anke ħin fuq movimenti varji tal-ġinnastika. Wara, inkunu nistgħu npoġġu dak kollu li nkunu tgħallimna fil-prattika billi jsir workout żgħir. Nispiċċaw is-sessjoni bl-istretching. Ħafna min-nies li jibdew dan it-tip ta’ taħriġ, jibqgħu jiġu b’mod regolari. Il-mod kif huwa ddisinjat programm ta’ taħriġ tal-crossfit, iwassal biex anke titħarreġ fi grupp. Minn ħbieb fi grupp ta’ taħriġ, ħafna mill-membri tagħna jispiċċaw ħbieb anke barra mill-ħin tal-eżerċizzju fil-gym. L-għan tagħna huwa li nkomplu nħeġġu l-poplu jkun dejjem aktar attiv fiżikament.
Fl-Amerka, il-crossfit huwa popolari ħafna fl-iskejjel u l-Ewropej qegħdin jintroduċuh ukoll u s-suldati, il-pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili huma l-aktar nies li jieħdu l-crossfit bis-serjetà. Huma jqisuh parti kruċjali fix-xogħol tagħhom għax barra li jżommhom f ’saħħithom, iżommhom wkoll magħqudin bħala grupp. Il-crossfit huwa għodda perfetta għad-dinamika u l-għaqda talgrupp. Ma jonqosx ukoll, li dan l-eżerċizzju jgħin biex il-grupp ikun b’saħħtu kemm fiżikament kif ukoll psikoloġikament. Kemm jgħinek il-crossfit f ’ħajtek? Il-crossfit huwa l-isport li jsaħħek fiżikament kif ukoll mentalment. Nies li jiġu jibdew magħna The Pit jibqgħu affaxxinati kif jagħmlu ċerti affarijiet li qatt ma ħasbu li kienu jagħmlu qabel. B’hekk metalment jiġu b’saħħithom aktar u jibdew iħarsu lejn il-ħajja minn perspettiva differenti. Ikunu aktar pożittivi u enerġetiċi. Li nara dak il-kambjament finnies jimmotivani li nibqa’ nibni l-‘Fitness Army’. Dan huwa l-mod kif inħossni qiegħed nagħti xi ħaġa lis-soċjetà. Kif jirnexxilek tlaħħaq ma’ kollox?
21
12.05.2019
kullhadd.com
24 siegħa mhumiex biżżejjed kultant, però nipprova nlaħħaq ma’ kollox billi nqassam il-ġurnata minn xħin niftaħ għajnejja. Il-mara hija ta’ għajnuna kbira għalija għax iżżommli d-dieta tiegħi kif suppost minbarra li trid tlaħħaq max-xogħol u t-trejning tagħha wkoll. Nipprova nlaħħaq ma’ affarijiet oħra minbarra l-kowċing u t-trejning għax il-ħajja toffri ħafna affarijiet sbieħ barra l-gym. Il-familja hija importanti immens għalija u nipprova nżomm viċin tan-natura wkoll. Dawn jagħtuni saħħa kbira. Hawn sterjotip li min ikun mimli bit-tattoos huwa ħamallu. Kif tiribatti dan l-argument? Ma naqbilx li t-tattoos jagħtu dehra ta’ ħamallu. Il-mentalità qiegħda tinbidel naħseb għax qegħdin niltaqgħu ma’ ħafna nies ta’ suċċess u tal-affari tagħhom li wkoll għandhom tattoos. Xi tfisser l-espressjoni tal-persuna għalik? Jien ma nesprimix ruħi bit-tattoos, però t-tattoos li għandi jġegħluni nħossni uniku u komdu bija nnifsi. Ċerti tattoos ikollhom sinifikat personali u jimmotivawk jew ifakkruk f ’xi żmien f ’ħajtek, jew f ’xi persuni li jkunu għal qalbek. It-tattoos ma tagħmilhomx għal ħaddieħor biex tidher sabiħ, iżda tagħmilhom għalik innifsek għax ikunu jfissru xi ħaġa għalik. Ma jdejqunix nies li jħarsu lejja u jaħsbuni ħamallu. Inħobb naħsad lin-nies u nippruvahom li jkunu żbaljati. Dik tkun l-akbar tagħlima għalihom. Taħseb li l-fatt li individwu jagħżel li jpinġi tattoos fuq ġismu huwa mod biex isir iħobb iktar lil ġismu u jsir aktar konxju tiegħu nnifsu? Il-karriera tiegħi tippermettili li nkun regolarment f ’għajn il-pubbliku minħabba li jien atleta li nirrappreżenta lil pajjiżi u li nipprietka l-importanza u l-għajnuna li l-isport u t-taħriġ fiżiku jagħtu lill-bniedem. Jien inħossni komdu kif nidher però mhux it-tattoos li jġegħluni nħossni komdu iżda t-taħriġ fiżiku. It-tattoos huma xi ħaġa extra li jġegħluni nogħġob lili nnifsi aktar għax hi xi ħaġa li għażilt jien għalija nnifsi u mhix xi ħaġa li twelidt biha. Għalhekk nemmen li t-tattoos għandhom jiġu magħmula meta tkun immaturajt u taf xi trid minn ħajtek. Ġieli temozzjona ruħek b’tali mod li ma tkunx tista’ tikkontrolla l-emozzjonijiet
Jien ma nesprimix ruħi bit-tattoos, però t-tattoos li għandi jġegħluni nħossni uniku u komdu bija nnifsi. Ċerti tattoos ikollhom sinifikat personali u jimmotivawk jew ifakkruk f’xi żmien f’ħajtek, jew f’xi persuni li jkunu għal qalbek. It-tattoos ma tagħmilhomx għal ħaddieħor biex tidher sabiħ, iżda tagħmilhom għalik innifsek għax ikunu jfissru xi ħaġa għalik. Ma jdejqunix nies li jħarsu lejja u jaħsbuni ħamallu. Inħobb naħsad lin-nies u nippruvahom li jkunu żbaljati. Dik tkun l-akbar tagħlima għalihom.
tiegħek? Iva, ikolli ġranet fejn l-emozzjonijiet tiegħi ma nikkontrollahomx kif nixtieq però dawn il-ġranet ikunu biss meta ma nlaħħaqx dak li għandi ppjanat li nagħmel, u ħafna drabi dan jiġri minħabba li ma nlaħħaqx it-trejning minħabba xi qadjiet li ġieli jinqalgħu matul il-ġurnata li ma jkunux previsti. Jekk ma nittrenjax, inkun nervuż u l-paċenzja tonqosli wkoll. Meta nittrenja, ġismi jistrieħ għax ikun għajjien u kalm, moħħi jaħseb aħjar u nkun aktar paċenzjuż man-nies. Hija emozzjoni li diffiċli biex tifhimha jekk ma tkunx fiha. Mhux ħa nistaqsik liema hija l-isbaħ tattoo li għandek fuq ġismek, iżda nixtieq inkun naf x’kienet l-isbaħ emozzjoni li ħassejt waqt li kont qed tiżviluppa dawn it-tattoos tiegħek... Kull biċċa tattoo li għandi hija għal qalbi għax għamiltha bi ħsieb u kollha jfakkruni f ’xi ħaġa partikolari. Ma nneħħi l-ebda waħda minnhom u rridhom fuqi sal-aħħar nifs ta’ ħajti! Min jew x’kien dak li ispirak matul il-perkors ta’ ħajtek? Fil-karriera tiegħi ltqajt ma’ ħafna atleti, għalliema, u kowċis. Atleti tajbin jimmotivawk għax tkun tixtieq issir tajjeb daqshom u aħjar minnhom però l-vera motivazzjoni jagħtuhielek innies viċin tiegħek. Fil-każ tiegħi l-għalliema u l-kowċis li dejjem ammirajt il-mod kif jesprimu ruħhom u jxandru dak li huma tgħallmu u li huma tajbin fih. Meta kowċ kien jara talent fija kont inħossni tiela’ s-sema u kont lest li nagħmel minn kollox biex nagħmel dak kollu li kien qed jistenna minni. Jekk kowċ emmen fija nħoss li huwa dmir tiegħi li ntih il-mitejn fil-mija. Li nirrappreżenta lil pajjiżi
dejjem kienet ta’ motivazzjoni kbira għalija! Nagħmel kollox għal pajjiżi u fl-isport nitqatel biex inkun ambaxxatur ta’ Malta. Għamiltha fir-rugby, fir-regatta u issa fil-crossfit. Il-familja dejjem issapportjatni u dejjem kienet qribi kemm f ’mumenti diffiċli kif ukoll ta’ ferħ għalhekk meta nħossni li għajjejt u li ma niflaħx aktar niftakar fihom u l-enerġija terġa’ tiġini lura.
X’pariri tagħti liż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista? Iċċaqalqu, u prattikaw dixxiplini ta’ sport differenti. Ħallu kowċis differenti jarawkom għax jaf ikollkom talent u ma tkunux tafu bih! Ġibu rispett lil min qiegħed jipprova jgħallimkom għax dawn in-nies jagħmluha b’passjoni u intom il-motivazzjoni tagħhom. Kunu paċenzjużi
u tgħallmu mill-iżbalji, u flaħħar iżda mhux l-inqas ħobb lil pajjiżek u kun ta’ unur għal pajjiżek. Ilbes il-bandiera ta’ Malta u taqlagħha qatt minn fuqek! Għaddi messaġġ lil dawk kollha li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-crossfit. Il-crossfit huwa wieħed mill-aktar sports faċli biex ikun ta’ suċċess personali. Dan għaliex il-crossfit ġie vvintat biex innies jittrenjaw biex jgħixu aħjar. Nies normali li qatt m’għamlu attività sportiva wara ftit ġimgħat li jittrenjaw f ’The Pit magħna mill-ewwel jibdew iħossuhom aħjar milli kienu kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Nagħmel appell lil dawk kollha li jixtiequ jħossuhom aħjar biex jieħdu ċans u jibdew magħna ħalli niggwidawhom sew u ngħallmuhom iħobbu aktar lilhom infushom bis-saħħa tal-crossfit. Jekk tibda u jirnexxilek iddaħħal it-trejning tagħna rutina f ’ħajtek, int se tkun storja ta’ suċċess!
22
12.05.2019
kullhadd.com
“ĦIN IL-KLIEB MUTI” Gwerra Dinjija wara li l-Ġappuniżi daħlu Tonkin f ’Ottubru tal-1940. Maħtur kappillan tal-Liċeo Albert Sarraut is-sena ta’ wara, waqqaf kamp għażżgħażagħ fuq il-Muntanja Bavi, 800 metru fuq il-livell tal-baħar, li kiseb suċċess kbir u kien imfaħħar mill-awtoritajiet ċivili. Il-kamp ma damx ma beda jospita fih ukoll orfanatrofju li mal-ftuħ tiegħu laqa’ tmenin tifel u tifla bla saqaf fuq rashom miġjuba minn Hanoi. L-orfanatrofju eventwalment mexa mill-muntanja għal subborg talbelt imsemmija sakemm fl-1951, sab ruħu fil-belt infisha wara li Seitz seħħlu jikseb biċċa art u fuqha bena orfanatrofju ġdid imsejjaħ “Il-Belt ta’ Kristu Re”. Iddekorat għal tali ħidmiet tiegħu bil-Légion d’honneur minn Paul Coste-Floret, Ministru Franċiż għall-Affarijiet Barranin waqt vista li wettaq f ’Hanoi fit-13 ta’ Awwissu 1949, il-Papa Piju XII ħatru vigarju appostoliku ta’ Kontum fid-19 ta’ Ġunju 1952, b’Mons. Seitz jirċievi l-konsagrazzjoni tiegħu bis-sede titulari ta’ Catula fil-Katidral ta’ Hanoi fit-3 ta’ Ottubru ta’ dik l-istess sena.
Kitba ta’ EMAN BONNICI
Idejjaqni l-iżgombru fil-kamra u minkejja li għadd ta’ kotba li nkun qlajt niġi bżonnhom minn waqt għall-ieħor sforz tal-fatt li nkun qed naħdem fuq xi ħaġa, xorta waħda nippreferi nqegħedhom f ’posthom u nirreferi għalihom fil-lok li naf li nkun se nsibhom żgur. Biss hemm dawk it-tużżana u nofs li jgħaddi kemm jgħaddi żmien, seħħilhom jibqgħu ħdejn rasi, bl-iskuża li xi darba rrid naqrahom. Xi drabi, meta ma nkunx nista’ norqod, indur għal xi wieħed minnhom u naqra xi paġna jew tnejn. Wieħed minnhom, iġorr titlu interessanti: Le Temps des Chiens Muets: Ħin il-Klieb Muti. Miktub minn isqof missjunarju Franċiż fil-Vjetnam, il-ktieb ħareġ għall-ewwel darba fl-1977 u mill-ġdid fl-1992. Filwaqt li għalija jġorr titlu interessanti, ilktieb jitkellem dwar l-eżerċitazzjoni bla ħniena li matulha sfat applikata saħansitra l-piena fuq tant vittmi msejkna tar-Reġim Komunista fil-pajjiż, bil-vittmi milquta wkoll - biex il-problema tisfa kulma jmur agħar - b’mezzi ta’ qtil naturali, inklużi l-malarja u d-diżenterija flimkien mal-insuffiċjenza ta’ manteniment, ekwivalenti fl-abbandun totali tagħhom “daqs il-vittmi tal-kmamar tal-gass”. L-oċean aħdar, ċoè, il-ġungla, tieħu ħsieb imbagħad tostor kollox hi: l-uġigħ, l-agunija, u finalment il-katavri nfushom. Mons. Seitz jitkellem għaldaqstant fi kliem ieħor, fuq ir-realtà kiebja, iebsa u fqira li magħha seħħlu jsaqqaf wiċċu tul it-38 sena li għadda f ’dan il-pajjiż. Min kien Mons. Seitz?
Ħidma sfiqa f ’Kontum L-iżgħar fost tlett itfal, Mons. Paul Léo Seitz twieled Le Havre, fi Franza, fit-22 ta’ Diċembru 1906 minn familja oriġinarja mir-reġjun ta’ Alsace u kien membru attiv fi ħdan l-iscouts fit-tfulija tiegħu. Qeda s-servizz militari fil-Marokk fuq il-konfini tad-Deżert Saħara u ma’ tmiem it-tali perjodu daħal fis-seminarju ta’ Fontgombault, immirat għal vokazzjonijiet tardivi, fl1925. Fit-13 ta’ Settembru 1929, ingħaqad fi ħdan il-Missions
Étrangères de Paris, organizzazzjoni ta’ saċerdoti sekulari u persuni lajċi ddedikati għal xogħol missjunarju f ’artijiet barranin imwaqqfa bejn l-1658 u l-1663. Organizzatur ħabrieki tal-aspiranti kif ukoll oratur ta’ ħila impekkabbli, xaharejn fuq l-ordinazzjoni presbiterali tiegħu, li seħħet fl-4 ta’ Lulju 1937, irħielha għal Hanoi, fil-Vjetnam, bil-vjaġġ jitlaq minn Marsilja fis-17 ta’ Settembru ta’ dik is-sena. Għadda l-ewwel
xhur tiegħu fil-pajjiż jitgħallem il-lingwa tal-post, sakemm is-sena ta’ wara, ingħata l-uffiċċju prestiġjuż ta’ vigarju tal-katidral tal-belt wara r-riżenja ta’ Dun Joseph Villebonnet MEP., sforz tal-mard, fejn ma damx ma kiseb fama għan-nisġa omeletika tiegħu. Organizzatur ta’ holiday-camps għaż-żgħażagħ fuq il-bajja ta’ Sam-son u kappillan tal-iscouts, qeda ta’ kappillan militari b’mod voluntier matul it-Tieni
Mal-wasla tiegħu fil-Provinċja ta’ Kon Tum, studja l-lingwa tan-nies Bahnar u żar fl-ewwel xhur, l-24 distrett tal-missjoni tiegħu. F’Jannar 1954 ġara iżda li l-Viet Minh ta’ Ho Chí Minh, ċioè il-Lega għall-Indipendenza tal-Vjetnam, nedew sensiela ta’ attakki f ’Kon Tum b’mod hekk gravi li prattikament li l-belt ta’ Kontum kellha tiġi evakwata. Seitz żar lill-membri tal-vigarjat tiegħu mferrxa f ’Plleiku, Banméthuôt, Saïgon u Dalat. Wara l-ftehim ta’ Ġinevra tal-21 ta’
23
12.05.2019
kullhadd.com
Lulju 1954 u l-waqfien mill-ġlied, irritorna Kontum fil-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara abbord rota. Sa 20 ġurnata wara, irnexxielu jġib lura l-kumplament tal-missjunarji li kellu jgħinuh f ’ħidmietu u f ’qasir żmien mijiet ta’ Vjetnamiżi mit-Tramuntana li fittxew kenn fl-għoljiet bdew jirritornaw fil-belt. Għalihom ħa ħsieb iwaqqaf parroċċi ġodda waqt li sejjaħ saċerdoti Vjetnamiżi biex jassistuhom. Bena skejjel u ċentri għall-katekisti, infermiera u għalliema, waqqaf żewġ stamperiji, ippubblika kotba ta’ katekiżmu u grammatika bil-Bahnar għall-istudenti, u fetaħ u kabbar diversi skejjel sew għas-subien kif ukoll għall-bniet. Id-dekorazzjoni tal-Légion d’honneur ħabtet għal xi żmien sejra ġġiblu xi ftit tal-inkwiet, hekk li l-attivitajiet tiegħu kienu mmonitorjati mis-Sigurtà Nazzjonali tal-Vjetnam. Imġarrab minn dan kollu u mifni minn tant ħidmiet, taha għax-xorb, iżda rnexxielu jegħleb il-vizzju f ’qasir żmien. Il-ħidmiet intant issuktaw għaddejjin: wara li xi missjunarji kellhom iħallu l-Vjetnam, sejjaħ fil-vigarjat tiegħu lill-Frères ta’ De La Salle, fejn stedinhom jiftħu kulleġġ
tagħhom; afda l-iskejjel tannuna u oħrajn primarji lis-sorijiet u ħeġġeġ il-vokazzjoni fost iż-żgħażagħ tal-post, li ħa ħsieb maż-żmien jibgħat numru sabiħ minnhom għall-istudji tagħhom fis-seminarji ta’ Hue u Dalat. Fl-1974 imbagħad, waqqaf ċentru universitarju għaż-żgħażagħ tal-muntanji f ’Saigon. Biex jgħin fl-assistenza umanitarja, f ’pajjiż fejn kellek tlieta minn kull erbat itfal imutu qabel l-età ta’ sena minħabba nuqqas ta’ kura, Mons. Seitz waqqaf żewġ sptarijiet żgħar u klinika kbira, waqt li għas-sejħa tiegħu, tobba u infirmiera minn pajjiżi diversi niżlu Kontum biex jagħtu s-sehem tagħhom mattwaqqif tal-isptar “Minh-Quy”, imħolli f ’idejn tabiba Amerika, Patricia M. Smith, fejn għaddiet 16-il sena sakemm kienet konstretta tħalli l-pajjiż. Maħtur l-ewwel isqof ta’ Kontum meta l-vigarjat ġie mgħolli għal djoċesi fl-24 ta’ Novembru 1960, il-belt ma damitx ma reġgħet sfat żona ta’ ġlied u u t-terrur u paniku li nħolqu reġgħu wasslu għal eżodu ieħor tan-nies ’il barra minnha. Riżolut li jibqa’ fil-post, il-Komunisti finalment eżiljawh mill-pajjiż f ’Awwissu 1975, mhux qabel
L-orfanatrofju eventwalment mexa mill-muntanja għal subborg tal-belt imsemmija, sakemm fl-1951 sab ruħu fil-belt infisha wara li Seitz seħħlu jikseb biċċa art u fuqha bena orfanatrofju ġdid imsejjaħ “Il-Belt ta’ Kristu Re” iżda ma kkonsagra lil Mons. Alexis Pham Văn Loc bħala suċċessur tiegħu fid-djoċesi fis27 ta’ Marzu ta’ dik is-sena. Bniedem kuraġġuż u determinat, ta’ figura żnella u mill-aktar pulita, ta’ manjieri ġentlomi u fini iżda wkoll missjunarju ta’ stoffa, li qabeż b’saħħa għall-poplu Vjetnamiż u ddenunzja bla biża’ l-propaganda Komunista, iddefenda d-drittijiet inaljenabbli tal-poplu afdat lilu sew f ’dik l-art u wkoll lil hinn minn xtutha, Seitz iddedika l-bqija tal-ħajja tiegħu jagħti lekċers u jippubblika studji u tifkiriet dwar ħajtu u ħidmietu fil-missjoni. Apparti l-ktieb li tkellimna dwaru, ippubblika wkoll ieħor bl-isem Des Hommes Debout:
Les Montagnards du Sud-Vietnam li ra d-dawl fl-1975 u millġdid fl-1996, waqt li fis-26 ta’ Ġunju 1982, b’sodisfazzjon kbir personali, seħħlu jordna fil-kappella tas-seminarju tal-Missions Étrangères f ’Pariġi, saċerdot Vjetnamiż u ieħor membru talBahnar, l-ewwel wieħed minnies tiegħu li seħħlu jieħu l-ordni sagri. B’saħħtu imminata għal snin sħaħ minn problemi fil-pulmun hekk li spiss itella’ d-demm wara li lura fl-1937 kien vittma tat-tuberkulosi, milqut minn tumur fil-kliewi, liema organi keddewh għal aktar minn żewġ deċennji, u li sforz tiegħu kien operat fl1980 meta tneħħietlu balla “kbira daqs grapefruit”, minkejja
ż-żjarat ripetuti fl-isptar biex titnaqqas il-progressjoni tal-metastasi fl-aħħar erba’ snin ta’ ħajtu, sal-aħħar żamm ruħu attiv, hekk li sa lejlet mewtu ddetta l-aħħar korrispondenza tiegħu minkejja li kien mifni mis-sogħla u mittiġrib tal-mard. Miet fl-isptar Val-de-Grâce f ’Pariġi fl-24 ta’ Frar 1984 ta’ 77 sena. Il-funeral tiegħu sar fil-kappella msemmija tas-seminarju tal-Missions Étrangères, li għalih attendew mhux biss Franċiżi imma wkoll diversi Vjetnamiżi preżenti filpajjiż. Il-komunità Vjetnamiża fi Franza għadha sal-lum tgħożżu b’rispett u ta’ kull sena żżur qabru fiċ-ċimiterju ta’ Montparnasse, kif l-istess għadu miżmum b’qima f ’Kontum, min-nies li tant ħabbu u li tant fittex li jgħin b’ħidmietu. Mill-banda l-oħra, is-Soċjetà tiegħu tgħoddu bħala wieħed mill-aktar mexxejja denji u għaqlija li seħħlu jkollha fis-seklu 20 fil-kwalità ta’ missjunarju li wasal għall-għanijiet tiegħu f ’ċirkustanzi prattikament impossibbli. Finalment: għal xiex “klieb muti”? Inħalli f ’idejk biex taħseb ftit, quddiem l-inġustizzji, il-vjolenza, il-mibegħda, l-abbuż li sal-lum joħonqu d-dinja ta’ żmienna...
24
12.05.2019
kullhadd.com
L-GĦEJBIEN TA’ EMANUELA ORLANDI
MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-
Is-sajf kien għadu jibda u s-sena skolastika spiċċat. Għaldaqstant Emanuela Orlandi, xbejba ta’ 15– il sena, ċittadina tal-Istat tal-Vatikan, setgħet tkompli ittejjeb il-ħiliet mużikali tagħha billi tattendi tliet darbiet fil-ġimgħa l-Iskola Tommaso Ludovico Vittoria ġewwa Ruma għal-lezzjonijiet talflawt. Barra minn hekk, Emanuela kienet diġà tagħmel parti mill-kor tal-Knisja ta’ Sant’Anna dei Palafrenieri fil-Vatikan stess. Emanuela, bint Ercole Orlandi, impjegat fl-Istituto per le Opere di Religione, jew kif inhu magħruf bħala l-Bank tal-Vatikan, fit-22 ta’ Ġunju 1983 ħarġet mid-dar bħassoltu biex tattendi lezzjoni mużikali u ma rritornat lura qatt. L-għada, il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 1983, il-ġenituri ta’ Emanuela għamlu rapport għand il-pulizija ta’ Ruma li binthom baqgħet ma rritornatx id-dar. Il-pulizija talbuhom jistennew ftit għax forsi kienet tinsab għand xi ħbieb. Il-familja fittxew u staqsew ħbieb u kollegi tal-iskola iżda baqgħu bla riżultat ta’ xejn. Oħtha qalet lill-pulizija li Emanuela ċemplitilha mill-iskola tal-mużika ftit wara li waslet għal-lezzjoni u qaltilha li hi u sejra
hemm waqqafha raġel riekeb ġo karozza tat-tip BMW ħadra li beda jħajjarha tibda taqla l-flus billi ssir rappreżentanta ta’ ditta rinomata tal-kosmetiċi. Oħtha avżatha biex ma tagħmel xejn qabel titkellem dwar dan mal-ġenituri tagħhom. Ħabibitha li kienet tattendi l-lezzjonijiet tal-mużika magħha qalet li l-aħħar li rat lil Emanuela kien meta din tal-aħħar rikbet karozza tal-linja biex tmur lura d-dar u lemħitha taqbad parlata ma’ mara b’xagħarha aħmar. Is-Sibt, 25 ta’ Ġunju 1983, il-familja Orlandi rċevew l-ewwel minn sensiela ta’ telefonati minn persuni jgħidu li raw lil Emanuela, li skont huma issa qatgħet xagħarha stil ieħor u ssejjaħ lilha nnifisha Barbarella jew Barbara. L-ewwel li ċempel kien ċertu Pierluigi ta’ 16–il sena; dan qal li raha fi Piazza Navona, Ruma, fejn qaltlu li ħarbet mid-dar u qed tbigħ kosmetiċi tad-ditta li kienet semmiet m’oħtha. Fil-ġranet ta’ wara daħlet telefonata oħra b’informazzjoni simili għall-ewwel waħda. Fit-30 ta’ Ġunju, twaħħlu avviżi bir-ritratt ta’ Emanuela Orlandi ma’ Ruma kollha u fit-3 ta’ Lulju, waqt l-Angelus il-Papa Ġwanni Pawlu II għamel l-ewwel minn
tmien appelli mqanqla lil min kien responsabbli għall-għejbien ta’ Emanuela Orlandi. Minn hawn nibdet l-ipotesi li x-xbejba setgħet inħatfet u l-każ tagħha ħa żvolta oħra. Jumejn wara l-ewwel appell tal-Papa, il-familja Orlandi u l-Vatikan irċevew telefonata anonima li nfurmathom li Emanuela nħatfet minn grupp li ried il-ħelsien ta’ Mehmet Ali Agca, it-Tork li fit-13 ta’ Mejju 1981 kien spara u pprova joqtol lill-Papa Ġwanni Pawlu II fi Pjazza San Pietru. Għalkemm saru aktar telefonati u ntbagħtu fotokopja tat-tessera tal-iskola tal-mużika ta’ Emanuela flimkien ma’ nota miktuba mix-xbejba Orlandi stess, il-maġistrat inkwirenti tefa’ dubji serji fuq il-kredibbiltà tat-telefonati u din l-ipotesi twarrbet. Fl-2008, Sabrina Minardi li għal 10 snin sħaħ kienet il-maħbuba ta’ Enrico De Pedis, Kap tal-Banda della Magliana (mafja Rumana), ixxukkjat id-dinja meta għamlet stqarrija quddiem il-maġistrati u l-pulizija f ’Ruma fejn qalet li l-maħbub tagħha Renatino (kif kien imlaqqam De Pedis) kien responsabbli mill-ħtif ta’ Emanuela Orlandi fuq ordni tal-Arċisqof Amerikan Paul C Marcinkus, eks president tal-Banco Ambrosiano. Hi qalet li kienet fil-karozza meta waslu ħdejn sit ta’ kostruzzjoni u De Pedis u x-xuffier tiegħu Sergio ħarġu żewġ boroż kbar mill-karozza u ramewhom fil-konkos. Hi baqgħet fil-karozza imma
semgħathom jgħidu li b’ hekk kienu qed Fit-30 ta’ Ġunju, twaħħlu jinqerdu l-provi avviżi bir-ritratt ta’ Emanuela kollha. Sabrina stqarret li f ’dawk Orlandi ma’ Ruma kollha u il-boroż kien hemm fit-3 ta’ Lulju, waqt l-Angelus il-katavri ta’ Emanuela Orlandi u Domeil-Papa Ġwanni Pawlu II nico Nicitra ta’ 11–il għamel l-ewwel minn tmien sena li nqatel b’vendetta kontra l-istess missieru u appelli mqanqla lil min seħibhom fil-kriminalità. kien responsabbli Renatino De Pedis inqatel fl-1990 wara li ġie ttradut minn għall-għejbien sħabu stess. Id-Djoċesi ta’ Ruma f ’ideddeskrivietu bħala benefattur tal- jn il-movifqar u tagħtu difna fil-Bażilika ta’ ment Pollakk Solidarnosc. Sant’Apollinare. Il-vera raġuni ta’ Il-Banda della Magliana dan il-privileġġ baqgħet misteru, mmexxija minn De Pedis ħatfu sakemm Sabrina Minardi qalet lil Emanuela Orlandi, ċittadina tagħha. De Pedis kien għamel tal-Vatikan, sabiex issir pressjoni pjaċir enormi lill-Vatikan billi fuq l-amministrazzjoni tal-Bank daħal medjatur bejnhom u bejn u aktarx anki fuq il-Papa ħalli il-Mafja ta’ Cosa Nostra, meta Cosa Nostra tfittex tieħu dak li dawn tal-aħħar bdew jitolbu lura kien tagħha. 250 miljun dollaru li fdaw għand Wara 35 sena mill-għejbien ta’ id-direttur tal-bank, Roberto Calvi Emanuela Orlandi u daqstant biex jirriċiklahom mill-Banco snin ta’ pressjoni ma taqta xejn Ambrosiano (il-Bank tal-Vatikan). mill-familja Orlandi, f ’April 2019 In-negozjati kienu delikati u il-Vatikan iddeċieda li għall-ewwjaħarqu ħafna anki għall-fatt li el darba jiftaħ inkjesta fuq il-każ jingħad li meta sar il-falliment tax-xbejba wara allegazzjoni frisskandaluż tal-bank, flus il-mafja ka li hi tinsab midfuna fiċ-Ċimitgħebu mill-bank u sabu ruħhom erju Tewtoniku ġol-Vatikan.
25
12.05.2019
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
STESSI Dakinhar li għalaq 13-il sena, Sven qala’ r-rigal li kien ilu s-snin jixtieq: il-kamera l-vjola ta’ zijuh. Iz-ziju Rob, dejjem ibigħ issaħħa, għamel ħajtu kollha dejjem b’dil-kamera tar-ritratti mdendla m’għonqu. Qatt ma kont tarah mingħajrha. U Sven sa minn ċkunitu kien iffissat fuqha. Imma Sven għad irid jiskopri li din mhix kamera normali. Titfaċċa fil-basket tal-iskola tiegħu anki meta hu ċert li ħallieha d-dar warajh; tieħu stessi ta’ Sven meta hu m’għafsilha ebda buttuna; u tkeċċi lil sħabu kollha minn qribu. U mbagħad ħajjet Sven tibda ssir iżjed u iżjed stramba. Sven isib li f ’daqqa waħda għandu poteri prattikament sovraumani: jaqa’, jaqla’ daqqiet, jinħaraq bin-nar – imma qisu ġismu invinċibbli u ma jiġrilu xejn. X’qed jiġri? U għaliex, allura, l-istessi li jieħu kuljum qed juru xbieha differenti ta’ Sven? Iz-ziju x’qed jaħbilu dwar il-poteri ta’ din ilkamera? X’misteri oskuri qed iġġorr magħha dil-magna? Min hu t-tlettax-il sid tal-kamera, u x’poter speċjali jtih dan it-titlu?
Stessi, l-ewwel rumanz tal-awtur żagħżugħ Matthew Schembri, rebaħ l-ewwel premju fil-Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Għalkemm Stessi huwa l-ewwel rumanz tiegħu, Schembri mhuwiex wiċċ ġdid għax-xena kulturali Maltija. Fl-2018 rebaħ l-Artist Żagħżugħ tas-Sena – premju mogħti mill-Kunsill Malti għall-Arti – u fl-2016 intgħażel biex imur il-Virginia Centre for the Creative Arts fl-Amerka, bħala artist-residenti. Fil-fatt kien proprju waqt li kien Virginia li kiteb l-ewwel abbozz ta’ Stessi. Stessi huwa rumanz b’atmosferi gotiċi, reminixxenti ta’ The Picture of Dorian Gray. Iż-żgħażagħ li jħobbu jaqraw stejjer atmosferiċi u misterjużi se jogħxew b’dar-rumanz. Huwa ideali għal kull min ħa gost jaqra kotba bħal Il-Vjaġġaturi taż-Żmien u Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw. Stessi jinsab għall-bejgħ millħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com.
Mistoqsija: X’jiskopri li għandu Sven f ’daqqa waħda? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb STESSI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 19 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb IL-MISTERU TAL-ĠGANTIJA huwa: G. CAMILLERI - ŻABBAR
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
04
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm żdied il-prezz tal-petrol madwar l-Unjoni Ewropea? Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
26
12.05.2019
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 276
V. MUSCAT - MELLIEĦA
6. 1. Għandu bżonn Weqfin: 8. tabib (5) 11. 4. Naħmu fih (4) 1. Kompli l-qawl: 12. 7,23. Irriżenja? (6) Tramuntana 13. 9. Kompli? (3) mara tnixxef il- 10. Isa (6) ......... u 12. Kunjom (6) tgħaqqad 14. 16,18. Isem (4) il-qara’ (6) 15. 18. Ara 16 2. Virga Ingliża (3) 17. 19. Xadin Ingliż (3) 3,21M. Tħallix 21,24. 20. Fatat (5) barra (6) 21. Ara 3 5,11. Bla xi 22. 23 Ara 7 ġenitur (5) Mimdudin:
Bi 3 Numri 019 171 175 227 320 447 531 575 582 594 657 675
770 833 967 B’4 Numri 0078 0145 0870 2029 2096 2302 2621 2809
2995 3340 3458 3476 3510 3830 3879 4097 4222 4294 4420 4468 4802 6494 6522
6929 6935 7037 7219 7284 7833 8364 8532 8665 8886 9685 B’5 Numri
10284 12268 19877 20311 21175 25854 26012 29450 39616 47367 50565 61259 63713 64413 71595
75508 79214 80754 81979 83279 94306 B’6 Numri 094125 208377 269553 420495 423627
423928 435890 450277 590655 696274 861507 998742
24.
Ara 21 wieqfa
Għandi l-għerf (3) Jizfnu dawn (9) Ara 5 Omm (2) Low Nose Amplifier (1,1,1) Gezzek (6) Xejjer? (6) Kontra le (3) Ma ħallilkomx (8) Post (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Mejju, 4.Ħabs, 7.AS, 9.Sam, 10.Rabtin, 12.Salvat, 16,18.Nitla, 19.Eku, 20.Saver, 21.MIA, 24.April
Weqfin: 1.Miskin, 2.Jum, 3.UAR, 5.Att, 6,23. Sinatra, 8.Salva Vita, 11,13.Balla, 12,22.Starr, 14.Terrur, 15.Mudell, 17.Ili, 21.Mia
27
12.05.2019
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
28
12.05.2019
kullhadd.com
L-UNIĊI FL-UE LI MA ŻIDNIEX IL-PREZZ TAL-FUEL • DIN IS-SENA L-POLITIKA TAL-GVERN FAVUR L-ISTABBILTÀ KOMPLIET TĦALLI RIŻULTATI • B’DAK LI JRID IL-PN KONNA NĦALLSU FERM IKTAR FIL-ĠIMGĦA Mill-bidu ta’ din is-sena l-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali żdied b’mod sostanzjali. Fil-fatt, kien hemm żieda ta’ kważi 40%, minn madwar $50 kull barmil għal madwar $70 fil-ġimgħat li għaddew. Dan kellu impatt qawwi fuq l-għoli tal-ħajja f ’diversi pajjiżi Ewropej. Fil-fatt, statistika maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea tindika li meta mqabbel mal-bidu ta’ Jannar il-prezz tal-petrol żdied b’16ċ, jew 12%, bħala medja madwar l-Unjoni Ewropea. Fl-istess żmien il-prezz medju tad-diesel tela’ b’10ċ jew b’madwar 7%. L-aktar pajjiż fejn il-konsumaturi raw żieda fil-prezzijiet kien il-Belġju, b’żieda ta’ 26ċ fil-prezz tal-petrol u 18ċ f ’dak tad-diesel. Fil-pajjiż ġar tagħna, l-Italja, ilprezz tal-petrol tela’ b’14ċ mill-bidu tas-sena, mentri dak tad-diesel tela’ b’9ċ. B’kuntrast, f ’Malta l-prezzijiet tal-fuel baqgħu stabbli. Fil-fatt, l-istatistika miġbura mill-Kummissjoni Ewropea turi li f ’Malta biss ma kien hemm l-ebda żieda fil-prezzijiet tal-fuel din is-sena. Li kieku l-prezzijiet f ’Malta għolew daqskemm għolew dawk fl-UE matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, kieku familja medja li bħalissa tonfoq madwar €30 fil-ġimgħa fuq fuel, kienet tispiċċa tonfoq mat-€3 aktar fil-ġimgħa fuq fuel. Skont il-Kummissjoni Ewropea hemm 15-il pajjiż bi prezz tal-petrol ogħla minn Malta. Il-prezz f ’pajjiżna huwa orħos minn dak imħallas minn 362 miljun Ewropew, jew 7 minn kull 10 Ewropej. Id-diesel huwa orħos mit-23 pajjiż b’popolazzjoni ta’ 463 miljun, jew 9 minn kull 10 Ewropej. Il-prezz tal-petrol fl-UE jlaħħaq l-€1.49, 13ċ aktar minn Malta, mentri d-diesel huwa €1.38, 15ċ aktar minn pajjiżna. L-ogħla prezz tal-petrol huwa €1.72 fl-Olanda, jew 36ċ ogħla minn Malta, mentri l-ogħla prezz tad-diesel huwa €1.58 fir-Renju Unit, jew
35ċ ogħla. L-istess statistika Ewropea tindika li minn April 2013 kien hemm tnaqqis ta’ 8ċ fil-petrol u tnaqqis ta’ 3ċ fid-diesel fl-UE, jew ferm anqas mir-roħs f ’Malta. Fil-fatt, meta mqabbel mal-ewwel xahar sħiħ ta’ din l-amministrazzjoni l-petrol raħas 15ċ u d-diesel raħas 17ċ f ’Malta. L-istatistika tal-Kummissjoni tindika li minn mindu nbidel il-Gvern fl-2013 f ’Malta l-prezz tal-petrol u tad-diesel naqas b’10% u 12%. Fl-UE, it-tnaqqis fil-petrol kien ta’ 5% u 2% fid-diesel. B’kuntrast, tul l-amministrazzjoni ta’ qabel il-petrol kien għola b’36% u d-diesel b’35%. Dan meta flUE tul l-istess żmien iż-żieda kienet ta’ 21% fil-petrol u ta’ 17% fid-diesel. Filwaqt li l-Gvern preżenti raħħas il-prezzijiet tal-fuel aktar milli raħsu fl-UE, dak ta’ qabel kien impona żieda ta’ kważi d-doppju ta’ dik fl-Ewropa. Dan juri biċ-ċar li l-politika fejn il-prezzijiet f ’pajjiżna joqogħdu jixxejru mal-prezz internazzjonali kienet twassal għal instabbiltà u piżijiet akbar għall-familji tagħna.