KullHadd_12.06.2016

Page 1

ĦARSA LEJN L-ELEZZJONI FL-ISTATI UNITI Ara paġna 15

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 12 ta’ Ġunju, 2016

Ħarġa Nru 1,196 Prezz €1

IPPROVA JSIKKET WHISTLEBLOWER

PROVA JSIKKET WHISTLEBLOWER

CARDONA ELETT

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech lejlet l-elezzjoni kien mar ifittex lin-neputi ta’ George Farrugia, Chris Farrugia, biex dan jiddiżassoċja ruħu mill-istorja dwar l-iskandlu taż-żejt. Claudio Grech u kollega fis-segretarjat privat ta’ Austin Gatt, Bernard Pace, kienu marru jfittxu lil Chris Farrugia b’dan tal-aħħar jgħidlu li kien “qed jagħmel ħsara kbira lil Austin Gatt”. Din l-istqarrija fuq id-Deputat Nazzjonalista tinsab quddiem il-Qorti fi stqarrija b’ġurament li ġiet impoġġija fil-Qorti minn Chris Farrugia nniffsu.

Kienet atmosfera sabiħa lbieraħ filgħaxija dik fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, meta ftit qabel id-9.30pm tħabbar Deputat Mexxej Elett għallAffarijiet tal-Partit. Il-Ministru Chris Cardona ġie elett b’ 389 vot, jiġifieri 50 vot iktar mill-Ministru Owen Bonnici. It-total ta’ delegati li vvutaw ilbieraħ kien ta’ 737, li jammonta għal 95.6% tad-delegati. L-elezzjoni tal-bieraħ kienet bejn Chris Cardona u Owen Bonnici, wara li nhar il-Ġimgħa li għadda ħadd minnhom ma ġab l-ammont ta’ voti neċessarju biex ikun ikkonfermat bħala Deputat Mexxej. L-elezzjoni ta’ Chris Cardona qed tagħti bidu għal kapitlu ieħor fl-istorja tal-Partit Laburista.

Ara paġna 6

Ara paġni 6 u 13

SPIĊĊA JOSPITA ĊELEBRITAJIET KBAR BLA ĦSIEB

IR-RINNOVAZZJONI TAL-CRAFTS VILLAGE

IS-SENA D-DIEĦLA JIBDA X-XOGĦOL Sid ta’ ristorant fi Mġarr ix-Xini kellu l-opportunità li jospita diversi ċelebritajiet f ’sena waħda, fosthom Angelina Jolie, Raul Bova, Luke Evans u Michael Fassbender. Noel, sid il-ħanut, spjegalna kif qed tiżdied il-popolarità ta’ dan il-post mal-barranin u anke mal-Maltin.

Minn informazzjoni li għandha din il-gazzetta jirriżulta li fl-ewwel kwart tassena d-dieħla se jibdew ix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni tal-Crafts Village f ’Ta’ Qali. Dan il-proġett, li kien ilu snin twal imwiegħed minn gvernijiet preċedenti, huwa mmirat li jitlesta fi żmien tliet snin minn meta jibda x-xogħol.

Ara paġna 2

Ara paġna 4


02 12|06|2016

kullhadd.com

LOKALI

META ANGELINA JOLIE TKUN IĊ-ĊIRASA FUQ IL-KEJK

Noel, li ma’ artisti ltaqa’ bil-bosta

L-inbid ta’ Angelina Jolie ALEANDER BALZAN li l-munita għandha żewġ naħat. aleander.balzan@one.com.mt “Bħal kollox, hux? Hemm il-pożittiv u n-negattiv. Iktar nies ifisser iktar Li tiltaqa’ ma’ xi attur ċelebri darba bejgħ, imma jfisser ukoll iktar karozzi. f ’ħajtek żgur li tkun esperjenza li Hawn rajt kif inhu, int. Lanqas tibqa’ tiftakar u fl-era tal-lum ma titlifx parkeġġ m’hawn. Jiġifieri l-bajja ma iċ-ċans li tieħu xi stessu. Iżda, għal tiflaħx għal ħafna,” qalilna Noel, li Noel ir-realtà hija totalment differenti. miegħu ma stajniex ma nitkellmux Ma’ artisti u persuni ta’ fama jiltaqa’ dwar l-esperjenza li kellu mal-atturi ta’ ta’ sikwit, però tagħhom iħaddan biss fama f ’Hollywood, Jolie u Pitt. tifkiriet għax l-esperjenza għallmitu li mhux ta’ min jiffita lil dak li jkun qed Jolie hija l-attriċi favorita tiegħu ifittex ftit ħin ta’ mistrieħ bogħod millgħajn pubblika. “Dik l-attriċi favorita tiegħi u kelli Noel huwa s-sid tal-istabbiliment tal- niltaqa’ magħha hawn fl-istabbiliment ikel li wieħed isib fil-bajja ta’ Mġarr tiegħi,” qal Noel, li fisser kif din ix-Xini, il-lok fejn Angelina Jolie u l-esperjenza għalih kienet ‘iċ-ċirasa Brad Pitt ħadmu l-film By The Sea bir- fuq il-kejk’ ta’ karriera twila fis-settur ristorant tiegħu jkun wieħed mis-siti tal-ospitalità li wasslitu jservi għadd ta’ fejn Jolie u Pritt ġibdu x-xeni. ċelebritajiet. Iltqajt miegħu hekk kif f ’ġurnata “Sabiħa kemm tidher fil-films?” ppakkjata appuntamenti f ’Għawdex kienet il-mistoqsija li segwiet. qaluli kif Imġarr ix-Xini qed ikun iktar “Għajnejha jsammruk,” wieġeb Noel, imfittex minn meta nħadem il-film. bil-mara tiegħu kburija bl-esperjenza Kurjuż jekk din kinitx biss perċezzjoni, li għaddew minnha iktar milli għajjura irħejtilha għall-istabbiliment tiegħu u għal kliem żewġha. hemm Noel laqagħni b’entużjażmu u “Nies mill-aħjar. Tant ħadu pjaċir li, ħafna rakkonti. qabel marru, bkew,” żiedet miegħu. “Iva, dażgur li iktar nies qed jiġu Irrakkuntaw kif għadhom jiftakru Mġarr ix-Xini,” iddikjara Noel. Għal l-jum ta’ meta Angelina Jolie niżlet negozjant jaf li l-ewwel konklużjoni Imġarr ix-Xini tara jekk il-lok kienx tkun li din hija xi ħaġa aħjar għax il- ideali għall-film tagħha. “Daret dawra bejgħ jiżdied, iżda Noel huwa konxju mal-post u ftit wara kienet diġà bdiet

L-ixkafef li ntużaw f ’By The Sea

Ir-ritratt bil-firma ta’ Jolie timmarka fejn trid l-affarijiet,” qal kuljum għall-ikel filgħaxija u wara kien Noel li fl-aħħar xhur mhux darba joqgħod jieħu drink. Kien idum miegħi u tnejn kien intervistat mill-midja sa xħin ngħalaq u jitlaq billi jħallili Lm5 internazzjonali. tips kuljum. Jum minnhom għedtlu li l-għada kont se mmur Malta għax kien dieħel Yacht Brittania. Wera interess Raul Bova, Luke Evans u Michael u qalli jekk xtaqtx nitla’. Għedtlu iva. Fassbender fost iċ-ċelebritajiet fil- Dakinhar mort u kien hemm ħafna nies ħanut tiegħu jarawh, jien għedtilom il-lukanda minn fejn ġej, u tellgħuni u dawruni miegħu Kien meta mistoqsi biex jurina ritratt kollu minbarra l-kamra tas-sodda tarmal-artista li qalilna li l-affarijiet ma Reġina. Xħin rajt hekk staqsejt minn jmorrux hekk. “Il-mara xtaqet imma kien dak il-bniedem fil-lukanda. Qaluli ma ridux. Iktar minn hekk, lil dawn ma li dak hu l-Ammirall tal-Bastiment u li tridx toqgħod iddejjaqhom,” qal Noel saħansitra kien iġġieled fil-gwerra talli żvelalna li l-istabbiliment tiegħu ra Falklands. Meta mort lura l-lukanda artisti daqs l-aqwa lukandi ta’ ħames fittixt ismu u tgħidx kemm titli u unuri stilel. skoprejt li kellu,” qal Noel f ’rakkont “Is-sena l-oħra kelli mas-sitt artisti li ħadna lura s-snin, filwaqt li martu hawn. Fosthom Raul Bova, l-attur; kienet qed tistenna biex tkellimni bi Luke Evans ta’ Red Hot Chili Peppers; flixkun tal-inbid vojt f ’idha. u Michael Fassbender, li saħansitra “Ara dan mill-winery ta’ Angelina kien nominat għal Oscar,” qalilna Jolie. Ħallietu hawn. Żammejna wkoll Noel, filwaqt li żied kif Imġarr ix-Xini l-ixkafef li ntużaw fil-film u anke ilu mfittex mill-artisti, għalkemm illum tifkiriet oħra,” qalilna Noel filwaqt li iktar. Però, fuq kollox huwa Għawdex dawwarna mal-post biex jurina iktar kollu li tul is-snin dejjem kien imfittex memorji ta’ Pitt u Jolie. Fosthom minn min irid jaħrab ftit mill-għajn tal- ritratt imwaħħal b’tislima mill-artista paparazzi. li ta’ kuljum tfakkru kif daqsxejn “Ilni naħdem mill-1979 fis-settur u ta’ stabbiliment f ’wieħed mill-isbaħ ma ngħidlekx ma’ min iltqajt: kantanti, postijiet fil-Mediterran għamlu presidenti u negozjanti kbar. Darba bniedem li ta’ sikwit ikun fil-kumpanija kelli wieħed f ’lukanda li kien jinżel tal-istilel u ċ-ċelebritajiet.


LOKALI

kullhadd.com

12|06|2016 03

€8 MILJUN FUQ 17-IL KILOMETRU TA’ TOROQ F’GĦAWDEX

Nistgħu ngħidu li qed jinbidel wiċċ Għawdex. Dan bi proġetti kbar fil-qasam infrastrutturali u d-dehra ġdida ta’ toroq li x-xogħol fuqhom kien ilu mistenni għal bosta snin. Fi tliet snin biss kienu investiti madwar €8,000,000 fuq 17-il kilometru ta’ toroq li ħafna minnhom jieħdu lil dak li jkun fil-qalba talirħula u l-komunitajiet. Mark Formosa, Direttur tad-Dipartiment tat-Toroq f ’Għawdex, qal lill-gazzetta KullĦadd li l-bżonn ta’ titjib kien ilu jinħass. “Mhux għax qabel ma sar xejn, imma ma tistax tgħid li ma kienx hawn toroq li kienu ilhom bżonjużi għal bosta snin,” qal Formosa. Tkellem ukoll dwar proġetti ewlenin: “Għamilna toroq bħalma huwa l-pipeline minn Ta’ Ċenċ għal

Ħondoq u diversi toroq importanti oħra bħal Vjal it-8 ta’ Settembru fix-Xagħra, it-toroq tad-Dawwara u ħafna oħrajn. Kien hemm resurfacing qawwi, iżda mhux biss. Kien hemm ukoll il-bidla ta’ diversi servizzi fosthom tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enemalta.” Formosa qal li dan ix-xogħol kollu wassal biex l-ilmenti naqsu, għalkemm mhux minn kullimkien. Min it-triq li juża ta’ spiss għadha ma saritx, xorta waħda jibqa’ mħasseb u forsi rrabjat. “It-toroq ma tantx kienu fi stat tajjeb u kien qed ikollna ħafna ilmenti. Din kienet waħda mill-kwistjonijiet li l-poplu Għawdxi kienet qed jinkwetah, u hemm min għadu. Għad fadal toroq xi

jsiru u li se nagħmlu. Pereżempju issa ħareġ it-tender għal Triq Ta’ Sannat biex nagħmlu dak magħruf bħala l-Qasam. Għandna tenders oħra bħalma huma ta’ Mġarr ix-Xini fejn se nirranġaw it-triq li twassal għal Imġarr ix-Xini fid-dawl li l-post sar iktar popolari anke wara l-film ta’ Angelina Jolie u Brad Pitt, u hemm ukoll proġetti oħra,” kompla jispjega Formosa. Formosa qal li l-Ministeru ta’ Għawdex qed jagħti importanza kbira lill-aspett infrastrutturali. “Jekk ikollok it-toroq tajbin il-prodott Għawdxi se jkun aħjar. Nippruvaw nieħdu approach sħiħ fejn ixxogħol infrastrutturali nintegrawh mat-turiżmu u l-komunità,” temm jgħid Formosa.


04 12|06|2016

kullhadd.com

LOKALI

FI ŻMIEN 8 XHUR IL-CRAFTS VILLAGE JIBDA JIEĦU L-FORMA TIEGĦU Flimkien mal-proġett ta’ estensjoni fl-Industrial Parks fix-Xewkija, se jitlesta fi tliet snin minn meta jibda x-xogħol GLEN FALZON glen@kullhadd.com Minn informazzjoni li rnexxielha tikseb din il-gazzetta jirriżulta li l-ewwel xogħlijiet fuq il-proġetti mħabbra din il-ġimgħa mis-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE u l-Fondi Ewropej Ian Borg, jiġifieri l-iżvilupp millġdid tal-Crafts Village f ’Ta’ Qali kif ukoll l-estensjoni taxXewkija, se jkunu qed jibdew fi żmien tmien xhur. Fid-dawl ta’ dan kollu, din ilgazzetta tkellmet mal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) talMalta Industrial Parks (MIP) Mario Galea, fejn dan sostna ma’ din il-gazzetta li, wara li jiġu ppubblikati t-tenders kollha meħtieġa u jibdew ixxogħlijiet, dawn it-tliet proġetti mistennijin li jkunu lesti fi żmien tliet snin minn meta jinbeda x-xogħol fuqhom. Dawn it-tliet proġetti, li flimkien jammontaw għal investiment totali ta’ aktar minn €32 miljun minn fondi Ewropej, mistennija wkoll joħolqu xejn inqas minn 160 impjieg ġdid, filwaqt li 180 intrapriża se jkunu qed jirċievu xi forma ta’ appoġġ. Il-ħaddiema se jkollhom ittitlu taċ-ċens Fuq l-iżvilupp mill-ġdid talCrafts Village f ’Ta’ Qali, Galea qal li t-tenants privati se jibnu l-bini tagħhom permezz

jservu bħala vetrina għaxxogħol tradizzjonali tagħhom u jżid in-numru ta’ viżitaturi biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà talCrafts Village. Il-valur ta’ dan il-proġett kollu se jkun ta’ madwar €12-il miljun u madwar 50 intrapriża se jirċievu l-appoġġ. Huwa prevvist ukoll li jkun hemm żieda ta’ numru ta’ impjiegi ġodda ma’ dawn l-intrapriżi eżistenti filwaqt li jespandu u jkabbru l-attività tagħhom. Għawdex ukoll se jkompli jikber

ta’ investiment ta’ €4 miljun, filwaqt li permezz tal-fondi Ewropej se tkun irranġata l-infrastruttura, fosthom ittoroq u l-bankini kif ukoll isservizzi tal-ilma u d-dawl, fost oħrajn. Apparti minn hekk, Galea sostna li l-MIP flimkien malMalta Enterprise, se jkunu qed jagħmlu skemi għal tal-apposta biex jinkoraġġixxu aktar issnajja’ u l-craftmanship. Dawn ilpersuni u ħaddiema se jkollhom ukoll titlu sod u għalihom dan se jkun investiment importanti minħabba li se jkollhom moħħhom mistrieħ li se jkollhom it-titlu taċ-ċens.

Ċentru ta’ eċċellenza għallartiġjanat Malti Il-Crafts Village f ’Ta’ Qali huwa mifrux fuq medda ta’ madwar 63,000 metru kwadru. Iż-żona hija amministrata millMalta Industrial Parks Ltd, u magħmula minn numru ta’ operaturi ta’ krafts tradizzjonali Malti. Il-proposta ta’ dan il-proġett għandha l-għan li terġa’ tirriġenera l-villaġġ u toħloq ċentru ta’ eċċellenza għallartiġjanat Malti li jopera filmanifattura tal-prodotti u krafts tradizzjonali Maltin. Dan kollu se jippermetti lill-operaturi

Fuq l-estensjoni tal-Industrial Parks fix-Xewkija Għawdex, isCEO tal-MIP żied jgħid li f ’dan il-post se jkun qed jiżdied il-bini għall-użu industrijali fejn diġà hemm jaħdmu madwar 700 ruħ, tant li se jiġu allokati 15-il unit għall-industrija tradizzjonali, l-aktar dik tal-manifattura, kif ukoll se jingħataw 10 units oħra għal operazzjonijiet li huma aktar orjentati lejn it-teknoloġija tal-informatika (ICT), operazzjonijiet ta’ knowledge u midja internazzjonali, back office u hubs reġjonali fost oħrajn, mgħammra b’bini apposta għalihom. “Barra minn hekk, permezz ta’ dan l-investiment, Għawdex se jkun qed jibbenefika bilkbir minn proġetti ġodda hekk kif issa se jkun qed jinħoloq ambjent ideali u meħtieġ biex jattira aktar investiment ġdid lejn Għawdex, u b’hekk l-ekonomija

f ’din il-gżira tkompli tikber,” enfasizza s-CEO tal-MIP. 150 impjieg f ’Għawdex

ieħor

ġdid

Fi kliem ieħor, l-għan ta’ dan il-proġett hu li jestendi ż-żona li hija wkoll proprjetà talMalta Industrial Parks fil-gżira Għawdxija. Il-pjani huma li tiġi estiża fl-ispazju vakanti magħruf bħala Tal-Ħofra fi 15il business workshop ġdid b’total ta’ 5,355 metru kwadru għallattività industrijali. Huwa wkoll mistenni li l-Malta Industrial Parks twaqqa’ l-bini eżistenti ta’ dik li kienet ilMalta Dairy Products (MDP) u tibni faċilità li sservi għal operazzjonijiet totalment ġodda għal Għawdex u dawn ivarjaw minn servizzi finanzjarji, ICT, riċerka u taħriġ, fost setturi oħra. Dan hekk kif ix-Xewkija, mingħajr dubju, tinsab fi bżonn kbir ta’ rivitalizzazzjoni ħolistika tal-faċilitajiet eżistenti taż-żona. Il-pjani huma li madwar 25 intrapriża tibbenefika permezz tal-investiment, u b’hekk jinħolqu madwar 150 impjieg ġdid ma’ dawn l-istess intrapriżi. It-total ta’ dan il-proġett jammonta għal madwar €16-il miljun. Għajnuna lill-intrapriżi żgħar u medji Fuq il-proġett talInternationalization Knowledge Platform, Trade Malta resqet ’il quddiem sabiex tassisti l-SMEs ħalli jkunu aktar preparati biex jinvestu internazzjonalment b’aktar għarfien. Dan il-hub se jinkludi pjattaforma diġitali fejn intrapriżi żgħar u medji jkunu jistgħu jużaw u jieħdu interess f ’serje ta’ taħriġ u konsulenzi bl-għan li jkollhom il-capacity building meħtieġ u li jħarsu li jkabbru fis-suq internazzjonali. It-total ta’ dan l-intervent huwa ta’ €920,414, fejn madwar 130 intrapriża mistennija jirċievu l-appoġġ imsemmi. Wegħdi li qatt ma nżammu Intant, is-Segretarju Parlamentari Borg spjega li l-proġett tal-Crafts Village f ’Ta’ Qali ilu għexieren ta’ snin mistenni u meħtieġ. Spjega wkoll kif din hija differenza importanti bejn din l-amministrazzjoni u oħrajn li fil-passat dejjem wiegħdu dan l-intervent iżda qatt ma waslu. Saħaq kif dan l-investiment jikkonferma kemm il-Gvern huwa kommess li joħloq l-ambjent ideali għan-negozji żgħar u medji sabiex dawn ikomplu jirnexxu.


LOKALI

kullhadd.com

12|06|2016 05

L-AKKADEMJA GĦAT-TAĦRIĠ TAL-MEMBRI TAL-KORPI DIXXIPLINATI

“MIN JIEQAF JIŻVILUPPA, JITLEF IR-RILEVANZA U L-EFFETTIVITÀ TIEGĦU” Il-Ministru Carmelo Abela

Dik li s’issa kienet l-Akkademja tal-Pulizija dalwaqt se tiġi ttrasformata f ’ċentru ta’ taħriġ u tagħlim għall-korpi dixxiplinati kollha f ’Malta: il-Pulizija, il-Forzi Armati, ilFaċilità Korrettiva ta’ Kordin, u l-Protezzjoni Ċivili. Dan qalu magħna l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela meta mistoqsi minn din il-gazzetta fuq l-abbozz ta’ liġi l-ġdida mressqa fil-Parlament fl-aħħar ġimgħat rigward ittwaqqif tal-Akkademja għatTaħriġ tal-Membri tal-Korpi Dixxiplinati. Fil-jiem li għaddew dan l-abbozz kien diskuss filfażi tat-Tieni Qari bl-għan li d-dispożizzjonijiet tal-liġi jiġu implimentati fiż-żmien li ġej. L-Akkademja tal-Pulizija Il-Ministru Abela tkellem magħna kif matul din l-amministrazzjoni tlesta x-xogħol fuq l-infrastruttura tal-binja l-ġdida tal-Akkademja ta’ Kandja magħrufa s’issa bħala l-Akkademja tal-Pulizija. Din bdiet isservi l-funzjoni li toffri t-taħriġ kemm lir-rekluti u l-uffiċjali kadetti, kif ukoll lill-uffiċjali diġà stabbiliti talKorp tal-Pulizija, preparazzjoni essenzjali biex dawn jaqdu d-dmirijiet tagħhom b’aktar effettività. Fost l-oħrajn saru korsijiet għar-rekluti fi grad ta’ kuntistabbli fil-Pulizija li, fost it-tagħlim intensiv li rċevew, kien hemm għarfien f ’oqsma ġodda inkluż fil-qasam kulturali u storiku sabiex dawn ikunu jistgħu jassistu wkoll b’mod partikolari lit-turisti waqt iżżjarat tagħhom f ’postijiet ta’ interess. Ġew introdotti wkoll korsijiet dwar il-vjolenza domestika minn esperti tas-saħħa li ngħataw lil numru ta’ pulizija, l-aktar dawk tad-distretti li jservu bħala l-ewwel kuntatt għall-vittmi li jmorru fl-għassa jirrapurtaw dan ir-reat. Mistoqsi x’inhi l-motivazzjoni wara din ir-riforma, il-Ministru Abela spjega li l-għan wara l-estensjoni tal-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati kollha huwa sabiex jitpoġġa fuq sisien sodi t-taħriġ u l-edukazzjoni għalihom kollha, filwaqt li tinbena fuq it-tajjeb li qed isir. Huwa tenna li parti millfunzjonijiet tal-Akkademja huwa li tassigura kwalità fittaħriġ tal-Korpi Dixxiplinati inkluż l-iżvilupp professjonali, kontinwu u t-taħriġ tar-rekluti. Barra minn dan, se jkun assigurat li r-riżorsi jintużaw bl-aħjar mod possibbli u li jkun hemm kordinazzjoni akbar

għax, fl-aħħar mill-aħħar, ta’ spiss ikunu dawk iċ-ċirkustanzi fejn ħaddiema minn forzi differenti jaħdmu flimkien. Abela spjega li din ir-riforma kienet imressqa wara li saret konsultazzjoni mal-erba’ forzi dixxiplinati, mal-unjins li jirrappreżentaw il-membri fi ħdan l-istess korpi, malUniversità, mal-MCAST, kif ukoll ma’ għadd ta’ akkademiċi. Però, huwa sostna li dejjem ikun hemm lok ta’ aktar konsultazzjoni ħalli l-għanijiet u l-aspirazzjonijiet tal-abbozz jintlaħqu. Novità fil-qasam edukattiv tal-korpi Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali żied jgħid li l-Gvern jagħraf kemm isservizz offrut liċ-ċittadini tagħna fil-qasam tal-protezzjoni u s-sigurtà huwa ta’ importanza. Għal dan l-għan il-Ministeru mmexxi minnu żviluppa kunċett innovattiv ta’ akkademja li ma tibqax limitata biss għallPulizija iżda tkun mifruxa fuq l-erba’ korpi dixxiplinati. “L-Akkademja l-ġdida se tkun novità fil-qasam edukattiv nazzjonali, u permezz tagħha se nkunu qed nieħdu azzjoni quddiem il-fatt li, filwaqt li wħud mill-membri tal-korpi dixxiplinati diġà qegħdin jibbenefikaw minn edukazzjoni ta’ livell għoli, oħrajn mhumiex. Se nkunu qed inneħħu l-anomaliji li ilhom eżisteni għal snin twal bejn il-korpi differenti,” spjega Abela. Huwa żied jgħid li l-korpi

dixxiplinati diġà jaħdmu bis-sħiħ biex joffru t-taħriġ lill-membri skont kemm jippermettu r-riżorsi tagħhom. Madankollu, Abela esprima ċ-ċertezza tiegħu li akkademja waħda li toffri dan is-servizz b’mod strutturat u organizzat l-affarijiet se jagħmlu pass kbir ’il quddiem. Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali sostna li t-taħriġ kontinwu huwa importanti llum aktar minn qatt qabel għax is-soċjetà tevolvi l-ħin kollu. Dan it-tibdil iġib miegħu sfidi li ma jaqgħtu xejn u perikli ġodda. Għaldaqstant, min jieqaf jiżviluppa u jaġġorna, jispiċċa jitlef ir-rilevanza u l-effettività tiegħu. B’hekk, sabiex il-korpi dixxiplinati f ’pajjiżna jkomplu jagħtu l-aqwa servizz possibbli, huwa importanti għal dawn l-uffiċjali li jibqgħu jaġġornaw ruħhom maż-żminijiet, mhux biss billi jitpoġġa għaddispożizzjoni tagħhom l-aktar tagħmir avvanzat iżda, fuq kollox, billi kontinwament jiksbu t-taħriġ meħtieġ. Taħriġ internazzjonali

titjib. Fil-fatt, bejn l-2013 u l-2015 kien hemm madwar 500 membru ta’ korp dixxiplinat li attendew għal taħriġ speċjalizzat barra minn Malta, b’valur ta’ madwar €800,000. Fil-Forzi Armati, madwar 170 membru kisbu taħriġ speċjalizzat f ’aktar minn 20 akkademja militari differenti f ’pajjiżi bħall-Istati Uniti, l-Italja, Franza, il-Ġermanja u l-Marokk, b’investiment ta’ €660,000 fl-aħħar sentejn. Min-naħa l-oħra, filProtezzjoni Ċivili, 69 uffiċjal ħadu taħriġ barra minn xtutna, b’investment ta’ €18,500. Fil-livelli reġjonali u internazzjonali, membri talKorp tal-Pulizija jattendu għal korsijiet residenzjali organizzati mill-Europol u l-Frontex kif ukoll f ’kulleġġi jew akkademji tal-Pulizija f ’pajjiżi oħrajn. Il-membri tal-Korp jieħdu sehem fi programmi ta’ skambju reġjonali bħal dak organizzat mill-Kulleġġ Ewropew talPulizija (CEPOL), magħruf bħala ‘The European Police Exchange Programme’, kif ukoll f ’seminars edukattivi fuq l-internet fuq diversi suġġetti rilevanti għall-Pulizija. Fil-fatt, fl-aħħar sentejn madwar 260 pulizija kisbu taħriġ barra b’investiment ta’ madwar €200,000 minn fondi lokali.

Sadanittant, il-Ministru Abela spjega kif fl-aħħar sentejn u nofs il-Ministeru tiegħu għaraf il-ħtieġa ta’ taħriġ fuq livell internazzjonali biex il-membri jkomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom fuq livell professjonali. Huwa qal ukoll li fiż-żmien li ġej ilmira hi li t-taħriġ speċjalizzat ipprovdut barra minn xtutna “Il-korpi se jibqgħu distinti jkompli jikber biex b’hekk u awtonomi” l-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattika tkompli tara Meta tressaq l-abbozz ta’

liġi fil-Parlament, xi membri tal-Oppożizzjoni qalu li jkun ħażin jekk wieħed ipoġġi lill-korpi dixxiplinati kollha f ’borma waħda għax għandhom rwoli distinti minn ta’ xulxin. Il-Ministru Abela saħaq li l-Gvern huwa konxju ta’ din ir-realtà. “Infatti, fid-diskors tiegħi waqt it-Tieni Qari talAbbozz spjegajt kif taħriġ specjalizzat li jsir, pereżempju lill-piloti, se jibqa’ ċertament isir mill-Armata. Hekk ukoll fil-każ ta’ taħriġ speċjalizzat ieħor lill-Pulizija jew lillmembri tal-Protezzjoni Ċivili jew tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, tant li l-allokazzjoni ta’ fondi għat-taħriġ għal kull korp dixxiplinat fl-estimi finanzjari se jibqa’.” Però, huwa spjega li dan ma jfissirx li m’hemmx lok fejn taħriġ ikun jista’ jingħata lill-membri ta’ aktar minn forza dixxiplinata waħda. Fil-fatt, fost il-funzjonijiet li għandha l-Akkademja hemm il-provvediment ta’ korsijiet u programmi ta’ tagħlim, fosthom esperjenza ta’ xogħol li jwasslu għal kwalifiki rikonoxxuti skont il-Qafas ta’ Kwalifiki ta’ Malta fil-ħiliet u professjonijiet li jistgħu jkunu meħtieġa għall-forzi dixxiplinati. “Finalment, huwa ovvju li huma korpi distinti u li l-awtonomija se tibqa’ tiġi mħarsa. L-għan talAkkademja mhux li tnaqqas b’xi mod l-awtonomija talkorpi dixxiplinati, iżda dan huwa proġett li se jimla l-vojt ta’ xi nuqqasijiet li hemm bħalissa fit-taħriġ jew li jindirizza taħriġ li mhux tal-kwalità meħtieġa. Din se twassal ukoll biex nassiguraw li kull taħriġ ikun konformi ma’ taħriġ rikonoxxut,” qal ilMinistru Abela. Mistoqsi jekk ir-riformi li qegħdin jiġu proposti humiex ibbażati fuq oħrajn simili li kienu introdotti f ’pajjiżi oħra, huwa sostna li, għalkemm Malta għandha ssegwi x’jiġri f ’pajjiżi oħra, ma jfissirx li dawn il-mudelli neċessarjament huma adattati għal bżonnijiet ta’ pajjiżna u ċ-ċirkustanzi tagħna. Il-Ministru Abela temm billi saħaq li dan huwa Gvern li jemmen li l-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwu huma l-muftieħ għall-iżvilupp tal-karrieri u għall-għoti ta’ servizzi professjonali u effettivi lin-nies. “Huwa filkuntest ta’ din il-viżjoni li se noħolqu din il-pjattaformi ġdida għall-membri tal-korpi dixxiplinati kollha.”


06 12|06|2016

kullhadd.com

LOKALI

CLAUDIO GRECH F’POŻIZZJONI SKOMDA Tkompli minn paġna 1 pubbliku. Fakkartu wkoll li aħna familja Nazzjonalista kbira u meta kellna bżonn B’ġurament Chris Farrugia qal: “Kien li tifhmuna minflok qbiżtu għal George hemm talba minn Bernard Pace biex Farrugia.” niltaqgħu. Ġie l-uffiċċju u qalli li qed Din l-istqarrija titfa’ lil Claudio Grech nagħmel ħsara kbira lil Austin Gatt u f ’pożizzjoni skomda ħafna fejn iddefenda qalli isfel f ’karrozza kien hemm Claudio lil Austin Gatt imma, agħar minn hekk, Grech li kien magħruf magħna għax ipprova jsikket membru tal-familja kien mill-Ħamrun u kien ħaġa waħda ma’ Farrugia biex ma jkomplux joħorġu Austin Gatt. dettalji ġodda dwar l-iskandlu taż-żejt. Grech talabni biex jiena niddiżassoċja Għal dan l-affidavit, li tressaq fil-Qorti ruħi mill-istorja, u jien irrifjutajt. nhar il-Ħamis li għadda, il-Kap talFakkartu li dak li nkiteb kien fid-dominju Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ma

ta l-ebda reazzjoni minkejja li membru parlamentari tiegħu jissemma b’mod daqstant ċar. Chris Farrugia jgħid ukoll li zijuh, li ammetta li xaħħam fix-xiri taż-żejt, kien gideb kontra ħutu. George Farrugia kien ingħata maħfra presidenzjali mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta Simon Busuttil kien sar Deputat Kap ta’ Gonzi. Fl-istess affidavit, Chris Farrugia jiżvela wkoll kemm George Farrugia kien qrib il-Ministru tal-Enemalta Austin Gatt u li, apparti li kienu jieklu flimkien, George

kien ta donazzjonjiet għall-kampanja tal-eks-Ministru, kien jgħinu billi jagħtih il-BMWs għall-kampanja u anke sala talfamilja Farrugia. “Irrid ngħid li Farrugia kien middle-man; kien juża l-ħbiberija man-nies, inkluż dawk ma’ Austin Gatt jew viċin tiegħu, biex jasal fejn għandu jasal. Kien juża l-familjarità biex jieħu dak li għandu jieħu. U fil-każ ta’ Austin Gatt, u aktar tard Tonio Fenech, biex ikun jaf x’qed jiġri f ’dan il-qasam,” stqarr bil-ġurament Chris Farrugia.

KAMPANJA POŻITTIVA U ONESTA

Il-votazzjoni għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit li saret matul din il-ġimgħa kien eżerċizzju demokratiku li wasal fi tmiem kampanja pożittiva li wettqu l-kandidati kollha involuti. Dan l-aġir kostruttiv ikkonferma kemm it-tlieta kienu determinati li jkomplu jaħdmu flimkien biex il-Partit Laburista jissaħħaħ, ikun xi jkun ir-riżultat miksub. “Stil differenti, direzzjoni waħda” L-ispirtu pożittiv li kkaratterizza din il-kampanja kienet innutata wkoll mill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat li rringrazzja lit-tliet kandidati għall-mod onest kif ġabu ruħhom. “Wara li joħroġ ir-riżultat se nkunu qed nagħżlu wieħed biex jaħdem mat-tnejn l-oħra. It-tlieta li huma għandhom irwol importanti fil-futur ta’ dan il-moviment. Kollha qed jaqblu maddirezzjoni għalkemm għandhom stili differenti,” stqarr Muscat fis-sessjoni plenarja tal-Konferenza Ġenerali li saret nhar ilĦamis li għadda. Huwa spjega lid-delegati preżenti illi, minkejja li kien naturali li l-elezzjoni ġiegħlet lin-nies involuti jħarsu ’l ġewwa, dan ilPartit irid jibqa’ jħares ’il quddiem. Muscat qal ukoll li l-Partit Laburista jrid jiġri daqskemm qed jiġri l-Gvern biex jibqa’ l-għażla naturali tal-Maltin u l-Għawdxin. “L-għażla se tkun li l-partit irid ilaħħaq mal-enerġija li għandu l-Gvern. In-nies iridu jarawna bħala Gvern. Qabel in-nies kienu jarawna bħala l-Partit tal-Oppożizzjoni, illum kulħadd qed jarana bħala l-Partit talGvern, għax anke meta jħarsu n-naħa l-oħra ma jarawx Gvern alternattiv,” stqarr il-Mexxej Laburista. Muscat qal ukoll li huwa importanti li, f ’dak li jsir, jitkattar mill-ġdid is-sens ta’ pożittività. Fost l-oħrajn, dan isir billi wieħed jaċċetta li mhux kull min jaħseb li m’għandux raġun fil-verità ma jkollox raġun, bl-istess mod mhux kull min jaħseb li għandu raġun, ikollu raġun. “Dan huwa l-mod kif irridu naħsbu mhux biss bejnietna, iżda mal-kumplament tas-soċjetà. Ma rridux naħsbu li tagħna biss huwa tajjeb,” tenna l-Prim Ministru. Tispikka l-għaqda Fl-ewwel rawnd ta’ votazzjoni li nżammet nhar il-Ġimgħa li għadda, ħadd mit-tliet kandidati li kkontestaw l-elezzjoni għallħatra ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit ma kiseb il50% u vot, se tinżamm elezzjoni oħra għada bejn Chris Cardona, li ġab 310 voti u Owen Bonnici li ġab 224 vot. Il-kontestant l-ieħor, Stefan Zrinzo Azzopardi ġab 213-il vot mis-747 vot validu. It-turnout għal din l-elezzjoni kienet ta’ 98.56%. F’kummenti li taw wara, it-tliet kandidati saħqu fuq l-għaqda li hemm fil-Partit Laburista u lkoll stqarrew li, jitla’ min jitla’ bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, se jkunu qed jaħdmu flimkien miegħu fi ħdan il-Partit Laburista.


LOKALI

kullhadd.com

12|06|2016 07

IL-VOT MALTI FIL-KE FUQ IL-GLIFOSAT ...

“IL-GVERN WERA LI S-SAĦĦA TAL-BNIEDEM TIĠI L-EWWEL U QABEL KOLLOX” Mark Causon

GLEN FALZON li ma nkisbitx il-maġġoranza glen@kullhadd.com meħtieġa biex tgħaddi l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea (KE). Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, il-gazzetta KullĦadd tkellmet mad-Direttur tarRiċerka tal-Fondazzjoni Ġenista Mark Causon fejn sostna li “il-Gvern Malti bilvot tiegħu wera li s-saħħa talbniedem tiġi l-ewwel u qabel kollox, u għalhekk il-pajjiż qed juri biċ-ċar li l-prevenzjoni hija aħjar mill-kura li tiġi D i n i l - wara, għax minn studji li saru ġ i m g ħ a l - p a j j i ż i mill-International Agency for membri tal-Unjoni Ewropea Research on Cancer (IARC) (UE) m’appoġġjawx proposta jidher ċar li l-glifosat huwa biex ikun hemm permess kimika li toħloq tossiċi filbiex l-użu tal-bexx, magħruf ġenetika u b’hekk jista’ joħloq bħala l-glifosat (glyphosate), kanċer fil-bniedem.” ikun estiż fl-Unjoni Ewropea. Dan minħabba numru ta’ Meħtieġa aktar studji astensjonijiet, bl-uniku pajjiż li vvota kontra kien Causon żied jgħid li, flproprju pajjiżna. Fil-fatt, opinjoni tiegħu, jagħmel dawn l-astensjonijiet fissru aktar sens li wieħed jistudja

kemm il-glifosat waħdu, kif ukoll meta jkun imħallat ma’ kimiki oħrajn għax meta wieħed jagħmel dawn l-istudji jkunu qed isiru f ’ambitu aktar realistiku. “Bħal, pereżempju: x’jiġri meta l-glifosat ikollu kuntatt mal-arja? Normalment meta wieħed jixtri dawn il-kimiki, rari wieħed jixtri l-kimika pura, għalhekk jissaħħaħ l-argument tax-xjentisti li wieħed irid jeżamina t-taħlita u mhux biss kimika waħidha.” Bħala eżempju konkret, Causon semma kif ħafna nies jużaw il-hydrogen peroxide u l-ħall biex inaddfu l-frott jew xi bank tal-kċina. “Dan huwa użu mingħajr problemi, imma jekk wieħed iħallat dawn ittnejn flimkien ġo flixkun, ikun qed joħloq kimika oħra (peracetic acid) li hija tossika u toħloq problemi fuq il-ġilda, fl-għajnejn u fin-nifs. Mitub jikummenta dwar

x’inhi t-triq ’il quddiem, Causon qal li l-Gvern Malti għandu d-dmir li ma jħallix il-glifosat jew id-derivattivi tiegħu jintużaw f ’Malta, kif ukoll għandu jkompli jaħdem biex dan il-prodott jitneħħa mis-suq internazzjonali għax “dak li mhux tajjeb għalina, mhux tajjeb lanqas għal ħaddieħor.” Konsistenza ambjentali Intant, din id-deċiżjoni kienet riflessa wkoll ftit taż-żmien ilu mill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil filKlima José Herrera fejn kien ingħad li Malta se tkun qed tivvota kontra, liema azzjoni kkonfermat li l-Gvern Malti jagħti prijorità lill-ambjent. Fuq skala Ewropea, ilMembru Parlamentari Ewropew Laburista Miriam Dalli wkoll kienet fuq

quddiem nett biex issemma’ leħinha fuq din il-kwistjoni, tant li riċentament appellat lill-KE biex tħares l-obbligi legali tagħha u tidentifika kif ukoll tneħħi mis-suq kimiki li jagħmlu ħsara lill-bniedem. Minkejja dan il-vot qawwi, ilkwistjoni tal-glifosat għadha qiegħda f ’nofs kontroversja bejn politiċi mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, kif ukoll regolaturi u riċerkaturi. Dan għax hemm riżultati ta’ riċerka differenti dwar jekk dan il-prodott jikkawżax ilkanċer jew le. Il-Kummissjoni Ewropea ppruvat iġġib appoġġ biex iġedded illiċenzja għal 15-il sena iżda, wara li ma rnexxilhiex, ippruvat tagħti spazju ta’ 18-il xahar ieħor għal aktar riċerka; dan bit-tama li studju li għaddej mill-Aġenzija Ewropea tal-Prodotti Kimiċi jneħħi t-tħassib dwar l-impatt fuq is-saħħa.

“MALTA GĦANDHA TAGĦTI L-EŻEMPJU LILL-PAJJIŻI L-OĦRAJN” Martin Galea de Giovanni, Friends of the Earth Min-naħa tiegħu, id-Direttur Eżekuttiv tal-għaqda ambjentali Friends of the Earth (FoE) Martin Galea de Giovanni sostna li dan il-vot huwa “indikazzjoni li l-Gvern Malti qed jagħti aktar importanza lis-saħħa taċ-ċittadin milli dawk il-kumpaniji barranin li qed jagħmlu profitti kbar għad-dannu ta’ saħħitna u l-ambjent ta’ madwarna”.

iġġedded il-permess tal-użu tal-glifosat. “Aħna nemmnu li Malta għandha tagħti l-eżempju lill-pajjiżi l-oħrajn u twaqqaf l-importazzjoni u l-użu tal-glifosat f ’pajjiżna.” Żvela wkoll li madwar 25 kunsill lokali f ’Malta diġà ħadu pożizzjoni li ma jużawx il-glifost u għalhekk l-FoE taħseb li l-pass li jmiss għandu jkun fuq skala nazzjonali. “Dan għandna narawh Martin Galea de Giovanni żied jgħid bħala potenzjalment żvilupp pożittiv li l-UE għad fadlilha sal-aħħar ta’ dan għall-agrikultura lokali li għandha ix-xahar biex tiddeċiedi jekk terġax tevolvi fuq prinċipji ambjentali li, fl-

aħħar mill-aħħar jipproteġu lil saħħitna, minn kimiki bħall-glifosat u numru ta’ kimiki oħrajn, li ftit li xejn saru studji fuq l-effett tagħhom fuq saħħitna, speċjalment meta jkunu mħalltin flimkien. Id-Direttur Eżekuttiv irrefera wkoll għal testijiet li kienu għamlu huma bħala għaqda ambjentali lura fl-2013, fejn kien instab li 90% tal-kampjuni tal-awrina li ttieħdu f ’Malta kien fihom traċċi talglifosat, li hu kkunsidrat bħala kimika li potenzjalment tista’ tikkawża l-kanċer.

“TAJJEB LI L-GVERN QED JAPPLIKA L-PRINĊIPJU TA’ PREKAWZJONI”

Vince Attard, Nature Trust

Intant, din il-gazzetta tkellmet ukoll mal-President Eżekuttiv tan-Nature Trust Malta (NTM) Vince Attard li wkoll kellu kummenti pożittivi fuq l-għażla li għamel il-Gvern. “Huwa tajjeb li l-Gvern qed japplika

l-precautionary principle u għalhekk meta kkonfrontat bil-possibbiltà li l-glifosat jista’ jikkawża l-kanċer, għażel li jivvota b’dan il-mod. Dan fid-dawl talfatt li ghad m’hemmx biżżejjed studji biex jista’ jigi eskluż b’mod konklużiv

li l-glifosat huwa kanċeroġeniku.” Attard qal ukoll li “Malta pajjiż żgħir u allura t-traċċi ta’ dan jistgħu jispiċċaw fil-ħażna tal-ilma tagħna, u hekk veru jista’ jkun ta’ periklu għalina bħala saħħa”.


08 12|06|2016

kullhadd.com

LOKALI

IL-PN BI PROPOSTA VAGA U RIĊIKLATA Il-proposta tal-Partit Nazzjonalista, li deċiżjonijiet fuq żvilupp f ’art ODZ jittieħdu b’żewġ terzi talkamra, mhix proposta innovattiva bħalma stqarr ilPartit Nazzjonalista. Fil-fatt, din il-proposta hija waħda riċiklata għax kienet diġà saret minn gruppi ambjentali fil-passat. Minkejja dan, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għamilha tiegħu u qed jippreżentaha bħala proposta ġdida u innovattiva. Dan ifisser li meta numru ta’ gruppi ambjentali laqgħu din il-proposta ma kinux qed jilqgħu proposta ġdida ta’ partit politiku iżda kienu qegħdin sempliċiment ifaħħru l-proposta tagħhom stess.

Staqsejna wkoll jekk hux Il-vot ta’ żewġ terzi jkun wieħed finali? Il-PN ma qed jiġi propost li l-vot parlamentari li jirrikjedi jweġibx maġġoranza ta’ żewġ terzi jkun Il-Partit Nazzjonalista għażel wieħed finali. Madankollu, li ma jweġibx il-mistoqsijiet il-Partit Nazzjonalista ma ta’ din il-gazzetta meta mitlub weġibx. jikkjarifika l-proposta ‘tiegħu’. Staqsejna lill-Partit Nazzjonalista jekk hux qed “Ġenn fil-proċedura u jipproponi li applikazzjoni nuqqas ta’ rispett lejn ilgħal żvilupp ODZ tgħaddi Parlament” qabel jew wara li ssir il- – l-Ispeaker tal-Kamra proċedura mill-Awtorità talF’sistemi parlamentari Ippjanar.

tittieħed irid ikun hemm ilqbil ta’ żewġ terzi. Staqsejna lill-Ispeaker jekk fl-opinjoni tiegħu jistax isir Att ġdid għal xi deċiżjoni partikolari li jkun jitlob maġġoranza ta’ żewġ terzi iżda li, jekk din ma tintlaħaqx, ikun iħalli lok għal votazzjoni oħra li mbagħad tista’ tgħaddi b’maġġoranza sempliċi. Dr Farrugia sostna li dan ma jkunx Att plawsibbli, u jiddeskrivih bħala “ġenn filproċedura u nuqqas ta’ rispett parlamentari”. Pass lura

ta’ diversi pajjiżi, il-vot b’maġġoranza ta’ żewġ terzi mhux dejjem ikun wieħed finali, speċjalment fi kwistjonijiet ta’ importanza nazzjonali għolja. Jekk f ’xi vot iż-żewġ terzi ma jintlaħqux, ikun hemm lok għal iktar diskussjonijiet fejn imbagħad id-deċiżjoni tkun tista’ tittieħed b’maġġoranza sempliċi. Madankollu, din is-sistema ma titħaddimx f ’Malta għax l-Atti li jitolbu deċiżjoni

abbażi żewġ terzi tal-voti ma jagħtux lok għal votazzjoni suċċessiva li tkun tirrikjedi maġġoranza sempliċi. Dan kien ikkonfermat mill-Ispeaker tal-Parlament Dr Anġlu Farrugia li, meta kkuntattjat minn din ilgazzetta, spjega li l-Atti li jispeċifikaw il-bżonn tażżewġ terzi maġġoranza, bħal pereżempju fl-għażla tal-Awditur Ġenerali jew fl-impeachment ta’ ġudikant, huma ċari li biex id-deċiżjoni

Intant, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva l-proposta tal-PN bħala “riċetta għall-korruzzjoni” u sostna li b’din il-proposta l-pajjiż ikun qed jittieħed lura fiż-żmien, u mhux ’il quddiem. Saħaq li kellhom ikunu l-esperti li jieħdu d-deċiżjonijiet fuq kwistjonijiet ta’ sensittività ambjentali bħalma hu l-iżvilupp fl-ODZ, u mhux il-politiċi, bħalma kien isir qabel. Intant, ilbieraħ l-Assoċjazzjoni għallIżviluppaturi (MDA) ukoll talbet lill-PN biex jikkjarifika din il-proposta.

MALTIJA TMUT FL-ETÀ TA’ 108 SNIN

BUŻBUŻNANNA TA’ 24

Filomena Muscat, li kienet tgħix l-Ingilterra, mietet din il-ġimgħa fl-età ta’ 108 snin. Filomena kienet trabbiet iż-Żejtun, iżda iktar tard emigrat lejn it-Tuneżija u finalment lejn l-Ingilterra. Kellha żewġt itfal: Grace Micallef u Carmela Camilleri, li wkoll jgħixu barra minn Malta. Kienet nanna ta’ erbgħa, bużnanna ta’ 21 u bużbużnanna ta’ 24. Filomena tibqa’ mfakkra bħala waħda mill-iktar Maltin li għexu fit-tul.


LOKALI

kullhadd.com

12|06|2016 09

FEJN GĦANDU JITPOĠĠA L-MONUMENT TAS-SETTE GIUGNO? Hekk kif bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika fuq il-possibbiltà ta’ rilokazzjoni tal-monument tas-Sette Giugno li bħalissa jinsab fi Ġnien Hastings, din il-gazzetta hija infurmata li r-rispons diġà huwa wieħed tajjeb ħafna, minkejja li s-sottomissjonijiet għadhom ma bdewx jinfetħu. Intant, din il-gazzetta tkellmet ma’ persuni li huma intiżi fl-istorja u fil-kultura, fosthom Dr Charles Xuereb li jispeċjalizza fl-identità u l-memorja kollettiva, u l-Professur tal-Istorja Moderna Henry Frendo, li qasmu l-opinjoni tagħhom dwar dan. “Misraħ Malta flok San għal dħul il-Belt, jagħmel ħafna sens jekk Ġorġ” il-monument isib postu fil-wesgħa, fuq nett tat-taraġ il-ġdid ta’ Piano, bla ma jista’ Dr Xuereb, li għal dawn jingħad li jfixkel fl-istil mal-proġett il-ġdid, l-aħħar snin ġab għadd fejn hemmhekk hemm sett ta’ żewġ turġien ta’ argumenti għala kellu kbar. jinstab post aktar xieraq “Hawn għandna għażla: għandu jitpoġġa għal dan il-monument, sostna jew fuq nett tat-taraġ li jieħu lejn Hastings li l-mafkar tas-Sette Giugno jista’ jirritorna jew, aktar milħuq, in-naħa l-oħra li tieħu lejn fejn kien f ’Misraħ San Ġorġ. “F’każ li dan Kastilja, fejn allura niġu mal-ġenb tal-Bank il-monument jerġa’ jirritorna fejn kien qabel, Ċentrali. Hawn insibu vantaġġ akbar għax jiġifieri f ’Misraħ San Ġorġ, dan għandu jidher minn Misraħ il-Ħelsien imma jintlaħaq jissemma Misraħ Malta flok San Ġorġ.” ukoll minn Misraħ Kastilja u jippresta ruħu Żied jgħid li monumenti li jġeddu fiċ-ċerimonja annwali u b’hekk żgur li tiġi l-memorja ta’ xi traġedja nazzjonali bħal ssiġillata r-rabta mal-Parlament,” afferma Dr din preferibbilment jitpoġġew qrib il-lok Xuereb. fejn tkun seħħet jew inkella qrib post relatat mal-effetti li jħalli inċident patrijottiku bħal Rispett u dinjità dan. “Tnejn mill-vittmi tilfu ħajjithom fi Triq l-Ifran fejn m’hemmx wesgħa għall- Dr Xuereb qal ukoll li min iħares lejn ilmonumenti, u għalhekk, minħabba li fl-1919 monument mid-daħla tal-Belt Valletta, ikun il-protesta pubblika kontra l-gvern kolonjali liema naħa jkun, jarah fl-għoli u dan jgħin wasslet biex pajjiżna kiseb l-ewwel Parlament biex juri rispett u dinjità. Huwa żied jgħid rappreżentattiv fl-1921, fl-1986 kien tpoġġa ukoll li waqt xandira bir-radju nhar it-Tnejn quddiem il-Palazz.” li għadda, sab li l-maġġoranza tas-semmiegħa ppreferew li l-monument għandu jitpoġġa Ma jfixkilx il-proġett ta’ Piano qrib il-Parlament il-ġdid. Qal ukoll li l-idea li dan jitpoġġa quddiem is-suq ma togħġbux Huwa proprju għalhekk, sostna Dr Xuereb, għax, għalkemm żgur aħjar minn fejn hu, li, minħabba li llum il-Parlament mexa isostni li dak il-lok jibqa’ dejjem wara l-Palazz. Konverġenza Intant, ta’ ħsieb simili kien ukoll il-Professur Frendo. Frendo sostna li hu talidea li l-mafkar jista’ jitħalla fil-ġnien ta’ Hastings viċin

Il-wesgħa tal-Parlament lejn Kastilja

Triq l-Ifran, peress li hawn l-aktar li kien ġera d-demm u hemm ukoll spazju fejn ipoġġu n-nies. Madankollu, hu tal-opinjoni li “l-istil soċjalista-realista ta’ Anton Agius ma jaqtax ma’ dak ta’ Renzo Piano. Forsi xi mkien bejn il-Parlament il-ġdid u l-Bank Ċentrali, jekk jiġi mċaqlaq?” staqsa l-Professur Frendo.

Taraġ ta’ Piano lejn Hastings

SE JONQOS B’IKTAR MIN-NOFS IŻ-ŻMIEN BIEX TIFTAĦ NEGOZJU

Se jkun qiegħed jonqos b’iktar min-nofs iż-żmien biex wieħed jiftaħ negozju f ’pajjiżna. Dan skont pjan ta’ ħidma li wettaq ilGvern li għandu l-għan li jkompli jnaqqas il-burokrazija u li 11-il proċedura li wieħed isegwi llum għandhom jinżlu għal tnejn. Eżerċizzju dettaljat li sar stabbilixxa li llum wieħed idum 28 jum biex jiftaħ negozju u l-mira ambizzjuża hi li dawn jinżlu għal 12-il jum wara Settembru li ġej. Id-dettalji tħabbru misSegretarju Permanenti Ewlieni fluffiċċju tal-Prim Ministru, Mario Cutajar, wara li fl-aħħar jiem kien iffirmat ftehim li permezz tiegħu kien issiġillat il-ftehim li saħħaħ l-impenn tal-Gvern biex negozji jibdew u joperaw f ’pajjiżna b’mod iktar sempliċi. Rapport tal-World Bank dwar il-faċilità biex wieħed jiftaħ negozju kkonkluda li fost l-iktar

NEGOŻJI ĠODDA 2012: 6,500 2013: 7,100 2014: 8,400 2015: 11,700

dipartimenti li jdumu biex jagħtu l-permessi meħtieġa għall-ftuħ ta’ negozju hemm dak tal-VAT u tal-liċenzji. Id-Dipartiment tal-Liċenzji huwa deskritt millGvern bħala wieħed li ma joffrix valur, li jaħdem b’sistemi li spiċċa żmienhom, b’infurzar li ma jeżistix u bi spejjeż mhux

xierqa. Għaldaqstant, dan se jkollu r-rwol tiegħu mibdul hekk kif mil-lum negozju jkun jista’ jibda jaħdem ladarba huwa rreġistrat mad-Dipartiment talVAT, dak tat-Taxxi Interni u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ. Dan se jwassal biex negozju

jiffranka minn €70 sa €1,000 fis-sena. Huma 30,000 negozju li mistenija jgawdu minn din ilmiżura li ma tnaqqas xejn misserjetà; dan għax se jinżammu permessi regolatorji, regoli ta’ sanità u testijiet marbuta malkwalifiki. Dan ifisser li proċess li kien

jieħu għaxart ijiem, biex tinkiseb il-liċenzja mit-trade, se jkun eliminat għalkollox. Il-ħsieb hu li ’l quddiem isiru bidliet biex il-proċess kollu jinżel għal ġimgħa jew inqas. Intant, dak marbut malkisba tal-liċenzja mhux l-uniku bidla, imma hemm bidliet oħra ambizzjużi bħal dik li l-konsultazzjoni u permessi għat-tħaffir ma’ Transport Malta jinżlu għal sebat ijiem minflok 30 jum, li xogħol mill-Enemalta jsir f ’50 minflok 60 jum u li xogħol mal-Water Services Corporation isir f ’26 jum minflok 24.


10 12|06|2016

kullhadd.com

OPINJONI

EKONOMIJA B’SAĦĦITHA, X’WETTAQ IL-GVERN… IGAWDI KULĦADD SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 6 ta’ Ġunju

Ħames linji tal-ajru ġodda bdew joperaw minn Malta

Braden Galea Membru fl-FŻL

L-inflazzjoni qiegħda tinżamm taħt kontroll filwaqt li l-qgħad qed ikompli jonqos

Il-pedament tal-ġustizzja soċjali hija ekonomija soda u b’saħħitha. Fin-nuqqas ta’ dan, l-ispazju ta’ manuvrar tal-gvern ċentrali biex itejjeb il-ħajja ta’ min hu l-aktar vulnerabbli jkun limitat. Dan l-aħħar rajna l-ekonomija Maltija tikber f ’livelli li ħafna jassoċjawhom ma’ pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw ’il barra mill-Ewropa, mhux ma’ pajjiż żviluppat. Infatti, il-prestazzjoni ta’ Malta kienet mal-aqwa fl-Ewropa f ’dawn l-aħħar xhur. Jekk inqisu li l-Prodott Domestiku Gross huwa l-kejk li tipproduċi l-ekonomija Maltija kull sena, l-uniku mod kif kulħadd jista’ jieħu sehem ikbar minn dan il-kejk huwa li sena wara sena l-ekonomija tipproduċi kejk ikbar – dak li jissejjaħ tkabbir ekonomiku. Gvernijiet b’livelli mhux sostenibbli ta’ dejn estern, bħalma hi l-Greċja, qed ikollhom iċekknu dan il-kejk billi jintaxxaw iżjed liċ-ċittadini tagħhom filwaqt li jċekknu l-porzjon li jitqassam. L-amministrazzjoni Maltija temmen li flus fil-but tan-nies ifissru li r-rota ekonomika ddur b’mod iżjed frekwenti filwaqt li tiġġenera iżjed ġid. Gvern b’valuri soċjali jqassam dan il-ġid mhux b’mod ugwali, għax dan ikun qiegħed jistma lillbieżel u lill-għazzien bl-istess mod, iżda b’mod soċjalment ġust, fejn min ħaqqu għax bieżel jieħu l-porzjon li jkun ħadem għalih filwaqt li min għandu bżonn l-għajnuna biex iqum fuq saqajh isib spalla li tgħinu u tinkoraġġih. Huwa stat ta’ fatt li ewro fil-but ta’ persuna fil-klassi medja jew baxxa hemm ċans ikbar li jiġi minfuq milli fil-każ fejn dan jingħata lil dawk ikkunsidrati sinjuri. Madankollu, meta wieħed jgħolli l-livell medju u l-livell baxx, igawdi wkoll is-sinjur. Meta persuna tonfoq il-flus, tiġġenera iżjed qligħ għan-negozji, in-negozjant ikollu iżjed flus għad-dispożizzjoni tiegħu biex jinvesti u jħaddem iżjed nies, u b’hekk jirriżulta f ’iżjed flus fil-bwiet tal-ħaddiema. B’dan iċ-ċiklu virtuż, l-ekonomija tikber u l-Gvern ikollu iżjed qligħ mit-taxxi biex jinvesti fl-infrastruttura, pensjonijiet, saħħa, edukazzjoni u benefiċċji soċjali oħra. B’dan il-mod, meta gvern jintaxxa inqas, iħalli iżjed flus fil-bwiet tan-nies u wara t-tkabbir ekonomiku jdaħħal iżjed milli kieku jkun għolla t-taxxi. Gvern Laburista mexa fuq dan il-kunċett f ’ambjent fejn f ’pajjizi oħra kienu qed jirrenjaw l-awsterità u l-issikkar taċ-ċintorin. Meta niġu għall-andament ekonomiku f ’din il-leġiżlatura, ilministeri li jmissu mal-industrija, mal-ekonomija u mal-finanzi ħaqqhom kull tifħir. Filwaqt li l-ekonomija qed tikber, dan mhux jirriżulta f ’inflazzjoni. F’termini sempliċi, inflazzjoni hija żieda ġenerali fil-prezzijiet. Mingħajr ma nidħlu fit-teknikalitajiet ta’ kif tiġi kkalkulata, din tirriżulta fi tnaqqis tal-ammont ta’ oġġetti li jistgħu jinxtraw bl-istess ammont ta’ flus. Hekk, jekk b’€100 kont tixtri mitt oġġett ta’ €1 il-wieħed, b’inflazzjoni ta’, pereżempju 10% fejn l-oġġett issa sar jiswa €1.10, bl-istess €100 tista’ tixtri biss 91 oġġett. L-inflazzjoni qiegħda tinżamm taħt kontroll filwaqt li l-qgħad qed ikompli jonqos. Filwaqt li l-popolazzjoni qed tiżdied, qed naraw ammonti baxxi rekord kemm f ’termini perċentwali kif ukoll f ’termini ta’ numri ta’ nies li jixtiequ jaħdmu iżda jinsabu mingħajr xogħol. Il-benefiċċji biex iżjed nisa u persuni b’abbiltajiet differenti joħorgu fid-dinja tax-xogħol żied l-ammont ta’ persuni lesti li jaħdmu, u l-ekonomija Maltija mhux talli assorbiet dawn il-ħaddiema iżda qed tagħti xogħol ukoll lil numru dejjem jiżdied ta’ ħaddiema barranin li jiġu jaħdmu f ’pajjiżna f ’setturi differenti. Dan huwa possibbli bl-investiment kapitali li qed isir minnegozju f ’operat ġdid jew espansiv. Minn ekonomija b’saħħitha jgawdi kulħadd. Għalhekk huwa essenzjali li jkun hemm kunsens politiku meta niġu għal deċizjonijiet li jaffettwaw l-ekonomija Maltija u li ma nħallux li battalji politiċi jikkawżaw dannu li jista’ jkun irreparabbli. Wara kollox, minkejja d-differenzi li jista’ jkun hemm f ’ideoloġiji politiċi ta’ kif jitqassam il-ġid, fin-nuqqas ta’ ekonomija li toħloq dan ilġid, l-ebda ideoloġija ma’ taħdem. Għalhekk huwa importanti li f ’dan ir-rigward il-Gvern u l-Oppożizzjoni jiġbdu ħabel wieħed għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. L-ekonomija ma’ tħarisx lejn kulur politiku, iżda hija l-fjuwil li bih Malta tagħna tista’ timxi b’pass mgħaġġel ’il quddiem.

7 ta’ Ġunju 240 familja bbenefikaw mill-miżura li jitħallas anke t-tieni biljett tal-ajru għat-tieni ġenitur ta’ dawk il-ġenituri li jakkumpanjaw lil uliedhom għall-kura medika barra minn Malta

8 ta’ Ġunju

Dawk li jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’1,723

9 ta’ Ġunju

Ġiet reġistrata żieda ta’ 2.1% fost il-Maltin li siefru

10 ta’ Ġunju

L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Standard And Poor’s irrapurtaw li issa l-Enemalta tinsab on track

11 ta’ Ġunju

Tnaqqset l-income tax, minn 29% għal 25%, għal dawk il-persuni li jaqilgħu inqas minn €60,000

12 ta’ Ġunju

Ġie deċiż li single parents li jibdew jaħdmu jibqgħu jirċievu ċertu ammont ta’ għajnuna soċjali sa tliet snin


AĦBARIJIET

kullhadd.com

12|06|2016 11

3 SNIN TA’ IRRELEVANZA

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Issa li għaddew tliet snin minn meta Simon Busuttil ħa l-kariga ta’ Mexxej tal-Partit Nazzjonalista, wieħed kien jistenna dak li normalment isir f ’cirkustanzi bħal dawn. Normalment, f ’sitwazzjoni simili, kemm il-persuna li tkun qed tiċċelebra kif ukoll dawk li jsegwuh, ikunu qed jagħtu u jagħmlu rendikont ta’ fiex issarraf dak l-anniversarju partikolari. Suppost li bħalissa Simon Busuttil qed jiftaħar b’dak li rnexxielu jbiddel fil-partit tiegħu b’mod intern. Suppost qed jgħidilna x’riformi interni wettaq biex jerġa’ jġib fuq saqajh il-partit tiegħu. Suppost fi tliet snin kellu żmien biżżejjed biex iħejji programm u pjan ta’ kif se jreġġa’ l-arloġġ finanzarju tal-partit tiegħu lura sabiex ikun hemm stabbiltà finanzjarja. Suppost beda jiltaqa’ masSoċjetà Ċivili u magħhom qed jiddiskuti l-problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom. Suppost qed jgħidilhom xi pjanijiet għandu fil-qasam rispettiv tagħhom ladarba jkun fil-Gvern. Suppost ħejja jew qed iħejji politika fuq diversi setturi bħalma huma l-edukazzjoni, is-saħħa, l-enerġija u oħrajn, biex jagħti għażla u alternattiva lill-poplu għal dan il-Gvern li, skont hu, mhu jagħmel xejn tajjeb. Suppost beda jagħtina proposti konkreti dwar kif se jmexxi lil pajjiżna minn hawn u sentjen oħra. Suppost ukoll li beda jieħu pozizzjoni dwar diversi materji li jolqtu kemm lill-maġġoranza tal-poplu kif ukoll setturi oħra li jiffurmaw minoranzi fis-soċjetà Maltija. Riformi interni li ma bdewx jitwettqu

Il-passat riċenti ta’ Simon jitkellem biss fuq korruzzjoni, liema kelma kienet fniet lill-Partit Nazzjonalista u wasslitu għal tkaxkira papali tliet snin ilu

Għaddew tliet snin u minn dan kollu ma smajna u rajna xejn. Għaddew tliet snin u r-riformi interni għadhom ma bdewx jitwettqu. Mhux biss, imma qed nerġgħu naraw l-istess uċuħ medjokri u skaduti li wasslu lill-Partit Nazzjonalista għallikbar telfa elettorali tiegħu ta’ kull żmien, inkluż hu li kien parti mit-telfa. Lanqas ma rajna xi strategija qed juża l-Partit Nazzjonalista biex ifejjaq l-emoraġija finanzjarja tiegħu. Imma le, stenna ftit, rajna miżuri li ħa Simon Busuttil f ’dan irrigward. Kien hemm tnejn: tefa’ l-ħaddiema tad-Dar Ċentrali ’l barra (għalkemm daħħal oħrajn tal-qalba flokhom); u ivvinta skema maħmuġa li tħalli biss dubji minn fejn ikunu qed jiġu l-flus li, skont hu, il-Partit tiegħu se jkun qed jissellef. Qed tara, imbagħad hawn min jgħid li mhux intelliġenti! Mhux l-istess jista’ jingħad għall-ħidma politika u soċjali għax s’issa, anke jekk iltaqa’ ma’ xi NGOs jew imsieħba soċjali, li għandi dubju, għadu ma ħareġ xejn ta’ sugu. Għadna ma rajna l-ebda proposta. Mhux biss, imma għadna ma smajna l-ebda

kritika kostruttiva li minnha jista’ joħroġ ftit sens fuq ilħidma tal-Gvern f ’dawn iddiversi oqsma li s-soċejtà ċivili tirrappreżenta. Lanqas ma rajna xi pjan fuq xi settur jew ieħor li semmejt aktar qabel, imqar fuq pjan għall-immaniġġjar tat-traffiku – li dam seba’ xhur u meta mbagħad ippubblikah kien għax xi ħadd għaddieh minn taħt lil One News – wieħed isib li m’hemm xejn fattwali għax dak li hu, diġà qed isir. Għandu mbagħad shadow ministers li lanqas biss huma kapaċi jitkellemu fuq il-qasam li jirrappreżentaw. Għandu deputati li minn kantanti spiċċaw jitkellmu fuq is-saħħa u jgħidu ċ-ċucati, bħal li taħt il-Labour jimirdu iktar nies. Għandu deputati li, għax kienu jippreżentaw programm fuq l-ekonomija jaħsbu li jistgħu jitkellmu fuq is-suġġett biex imbagħad issib li lanqas huma kapaċi jinterpretaw rapport semliċi bħal dak li ġie ppubblikat mill-Catiras u jdaħħku t-telespettaturi kollha li jaraw l-aħbarijiet fuq il-mezzi tax-xandir bit-tqanżih tagħhom. Għandu deputati li, għax kienu kapaċi jikkupjaw fl-eżamijiet, jippretendu li jistgħu jitkellmu fuq il-kunsilli lokali u joħroġu bi proposti li assolutament ma jagħmlux sens bħal li għandu jintmiss id-dħul tal-VAT talGvern biex jingħata lill-kunslli lokali. Għandu deputati li jorqdu fil-Parlament u allura tifhem għalfejn l-istess xufiera tagħhom jipparkjaw b’mod illegali biex dawn ma jimxux li ma jmorrux jispiċċaw jorqdu anke huma u mexjin. Għandu deputati li jdumu seba’ xhur biex iħejju rapport ikkuppjat u li kienu jitħallsu ta’ laqgħat tal-bord bla ma jattendu u biex jgħidulna kemm se jogħla l-għaġin fis-South. Oħrajn li ma jmorrux għax-xogħol u xorta kienu u għadhom jitħallsu. Imbagħad jitkellem fuq politika onesta. Għandu wħud ukoll li riedu jgħinu lil min ressaq każ ta’ korruzzjoni li llum qed jiġi pproċessat fil-qrati tagħna. Fuq kollox, imma, għandu anke deputati mexxejja li jaspiraw li jsiru ministri jew deputati prim ministri li, jew sarilhom xogħol fi proprjetà tagħhom b’xejn u bi pjaċir, jew inkella oħrajn li darhom minn waħda tiswa l-eluf spiċċat tiswa l-miljuni.

Mistoqsijiet Fuq id-divorzju hu u l-partit tiegħu ma ddeċidewx. Fuq iddrittijiet ċivili baqgħu gallarija. Anzi, ftit tal-jiem ilu, dik li hi meqjusa li forsi xi darba tista’ toħodlu postu u hi ferm viċin tiegħu, kixfitlu l-warrani. Qalet li ma taqbilx li jkun hemm żwieġ bejn nies tal-istess sess. Sal-lum, ħamest ijiem wara, la ċaħad, la ddistakka ruħu u lanqas ikkonferma dan ilkumment. Is-Soċjetà Ċivili xi proposti ressqu għandha millPartit Nazzjonalista taħt ittmexxija ta’ Simon Busuttil? U jekk ma tressqux proposti kif se tiġġudika jew tikkritika tali proposti? Is-Soċjetà Ċivili qed tistaqsi, pereżmpju, dwar iżżieda fil-paga minima nazzjonali; qed tistaqsi fuq il-pjan tassaħħa ta’ Gvern Nazzjonalista; qed tistaqsi fuq id-direzzjoni fil-qasam tal-enerġija; qed tistaqsi fuq pjan konkret u ħolistiku dwar l-edukazzjoni; qed tistaqsi jekk meta jkun filGvern hux se jkompli miexi fuq il-programm ta’ dan il-Gvern fuq diversi oqsma. Qed ngħid dan għax, fuq it-tmexxija talGvern settur settur, mhu qed nisimgħu l-ebda kritika, mhux qed nisimgħu l-ebda proposti, Lanqas fuq l-ekonomija. Ma nafx, pereżempju, x’inhi l-politika ta’ Simon Busuttil fil-qasam tal-avjazzjoni, fl-Air Malta, l-Enemalta, u kif se jirnexxilu jżomm il-livell rekord baxx ta’ nies jirreġistraw. Iva possibbli lanqas hawn mhu jagħmel tajjeb dan il-Gvern? Għalhekk #negattiv! Il-passat riċenti ta’ Simon jitkellem biss fuq korruzzjoni; liema kelma kienet fniet lillPartit Nazzjonalista u wasslitu għal tkaxkira papali tliet snin ilu. Korruzzjoni li f ’żewġ okkażjonijiet biss swiet lillpolpu Malti tal-inqas €150 miljun f ’konkrit difettuż f ’Mater Dei u miljuni oħra fliskandlu tax-xiri taż-żejt. Dan biex ma nsemmix il-korruzzjoni istituzzjonalizzata f ’Għawdex li għadna ma nafux kemm swiet lill-poplu Malti u Għawdxi. U allura, għaliex Simon Busuttil sar irrelevanti? Għaliex dawn it-tliet snin ta’ tmexxija ħallew lill-Partit Nazzjonalista staġnat fejn kien proprju mill-għada li tilef l-elezzjoni? Kulma għamel Simon Busuttil tul dan il-perjodu kien li jkun

l-ikbar kontradizzjoni tiegħu stess. Wera kemm tassew hu bniedem ta’ double standards. Għax jekk tassew kien hemm ċirkostanza fejn qal ħaġa u wara ftit ġimgħat qal il-kontra tagħha kienu dwar iż-żewġ każijiet li kien hemm quddiem il-qrati tagħna li waħda kienet tikkonċerna lil sieħbu Jason Azzopardi u l-oħra ż-żewġ siġġijiet biex forsi jkollu fejn ipoġġi aħjar. Filwaqt li fil-każ ta’ Jason Azzopardi, fuq kawża li ma kinitx tikkonċerna lilu, qal li jekk Jason ma jingħatax raġun se jappella u jekk jitlef l-appell se jmur quddiem il-Qorti Ewropea, fil-każ tal-kawża tassiġġijiet, li tikkonċerna b’mod dirett lill-Partit Laburista, tkaża għax l-istess partit se juża d-dritt fundamentali tiegħu u qal li se jappella. Irrelevanza politika Dan hu Simon u din hi allura l-irrelevanza politika tiegħu… Taħt Simon Busuttil iċ-ċittadin Malti mhux meqjus l-istess: wieħed għandu drittijiet u l-ieħor, jekk jesegwixxi l-istess għada, allura jiġi mgħajjar, aħseb u ara kemm jista’ jieħu d-dritt tiegħu. Imma anke fiż-żminijiet tallum, meta kulħadd tgħallem jgħix ma’ kulħadd anke jekk ma jaqbilx miegħu, Simon Busuttil ried joħodna lura fi żminijiet imgħoddija: fi żminijiet li kienu jinżlu n-nies fit-toroq għal xejn b’xejn, fi żminijiet meta ġurnalisti ma kinux jistgħu jitkellmu (miż-żewġ naħat), żminijiet tad-demostrazzjonijiet bil-borom u l-kuċċaruni, żminijiet ta’ odju u mibegħda u fuq kollox żminijiet ta’ firda. Issabiħa hi li lanqas lil niesu stess ma hu kapaċi jiġbed warajh. Ipprova għal darba, tnejn, tlieta, u anki erbgħa. Beda fiż-Żonqor u lanqas naf x’ma organizzax, fosthom privates u mini buses. Kompla fil-Belt għal darba tnejn, fejn it-tieni darba kienet flopp iktar minn tal-ewwel; imbagħad iktar riċenti nqeda bis-Soċjetà Ċivili li anke l-Partit tal-Ajkla jirnexxilu jiġbor iktar minnu, biex ma nsemmix ilpastażata ta’ quddiem il-Qorti. Dan hu dak li jirrifletti t-tmexxija ta’ tliet snin ta’ Simon Busuttil – tliet snin li żgur ma jaspirawx fiduċja biex dan xi darba jkun Prim Ministru ta’ Malta. Dan ikkonfermah hu stess meta, filwaqt li ppreżenta mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern, għamel ammissjoni li hu ma jridx jiggverna u, allura, din l-istess ammissjoni flimkien mar-raġunijiet l-oħra li semmejt f ’dan l-artiklu, ikomplu jsaħħuli l-fehma tiegħi li Simon Busuttil mhux biss mhux kapaċi jmexxi la l-partit tiegħu u wisq u wisq lill-pajjiż, imma anke bħala politiku rrenda l-pożizzjoni tiegħu irrelevanti għażżminijiet tal-lum, għax negattiv, għax double standards u allura irrelevanti!


12 12|06|2016

kullhadd.com

OPINJONI

IMPRENDITORIJA: FASSAL INT IL-FUTUR TIEGĦEK Marlene Mizzi Membru Parlamentari Ewropew

L-Ewropa għandha bżonn aktar imprendituri b’ideat kreattivi li huma lesti li jieħdu ċ-ċans u joħolqu kumpaniji ġodda

Ma nistax ma nistqarrx li fuq livell personali ħassejtni onorata ħafna bil-ħatra riċenti tiegħi ta’ Ambaxxatriċi għall-Programm tal-Unjoni Ewropea, Erasmus for Young Entrepreneurs 2016-2017. Imma lil hinn missodisfazzjon personali, inħossni ferm u ferm entużjasta li se nkun qed naħdem biex intejjeb il-viżibbiltà tal-programm flEwropa u biex nippromovi l-ispirtu imprenditorjali. Il-programm huwa skema ta’ mobbiltà mifruxa madwar l-Ewropa għall-imprendituri. Programm li jipprovdi opportunità għal imprendituri ġodda, jew aspiranti, biex japplikaw għal taħriġ f ’intrapriżi żgħar jew medji ta’ kollegi tagħhom minn pajjiżi parteċipanti oħrajn. Il-ħolqien ta’ għarfien dwar din l-inizjattiva f ’Malta huwa importanti ferm. Dan peress li s’issa għad m’hemm l-ebda organizzazzjoni intermedjarja li tista’ tipprovdi informazzjoni u assistenza lil intrapriżi dwar kif jista’ jintuża l-programm u x’inhuma l-kundizzjonijiet flIstati Membri differenti, inkluż Malta. Programm li jipprovdi opportunità unika għal imprendituri ġodda li jsiefru

għal perjodu ta’ bejn xahar u sitt xhur biex jikkollaboraw ma’ imprendituri oħrajn ta’ suċċess u esperjenza akbar u biex jiżviluppaw ħiliet u kompetenzi imprezzabbli għan-negozji ġodda, jew futuri, tagħhom. Programm li nbeda seba’ snin ilu u li matulhom kienu megħjunin 13,000 parteċipant minn madwar l-Ewropa. Proġetti ta’ suċċess ta’ imprendituri Maltin li għadhom jibdew, kif ukoll imprendituri li lestew il-programm barra minn xtuthom kienu riżultati pożittivi ferm għall-kumpaniji tagħna. Sadanittant jiena konvinta wkoll li kumpaniji Maltin jistgħu jwasslu livell ta’ esperjenza imprezzabbli fil-bdil ta’ esperjenzi ma’ kumpaniji barranin li jixtiequ jiġu Malta. Ir-rata tal-qgħad fl-Unjoni Ewropea hija ta’ madwar 10%. Sitwazzjoni li tkompli tiggrava meta tqis li r-rata talqgħad fost iż-żgħażagħ hija ta’ 21%. Ħafna jiddeskrievu l-kriżi ekonomika preżenti flEwropa bħala li primarjament hija kriżi ta’ xogħol, aktar milli kriżi ekonomika u finanzjarja. Il-qgħad huwa fost l-isfidi soċjali u ekonomiċi ewlenin ta’ dan iddeċenju mhux biss fl-Ewropa imma mad-dinja kollha. Filwaqt li naqbel li huwa

meħtieġ li jkun hemm iffukar qawwi biex jingħelbu l-ostakoli li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom il-kumpaniji, flistess ħin nemmen li l-fatt li toħroġ mill-kriżi ma tkunx solvejt il-problema għalkollox. Nemmen li fl-Ewropa għadha mhux tingħata l-importanza mistħoqqa lill-imprenditorija. L-Ewropa għandha bżonn aktar imprendituri b’ideat kreattivi li huma lesti li jieħdu ċ-ċans u joħolqu kumpaniji ġodda. Kumpaniji li jekk jirnexxu jistgħu jkunu l-mutur għal tkabbir u ħolqien ta’ xogħol fl-Ewropa. Illum, fl-Unjoni Ewropea l-imprenditorija hija kkunsidrata bħala prijorità politika. Ma jistax jingħad li mhux qegħdin ikunu implimentati inizjattivi li jinspiraw, imma ċertament li jista’, u għandu jsir, ferm aktar biex tingħata spinta ’l quddiem l-imprenditorija sostenibbli flEwropa. L-imprenditorija għandha potenzjal kbir biex tipprovdi lill-individwi bl-opportunità li jsarrfu f ’azzjoni l-ħsibijiet u l-ambizzjonijiet tagħhom. Jien fost dawk li nemmen li l-imprenditorija hija xi ħaġa li titwieled miegħek. L-imprenditorija hija stil

ta’ għajxien, hija xi ħaġa li tiddefinixxik imma fl-istess ħin tiddistingwik minn ħaddieħor. Nemmen li l-ingredjenti li jwasslu lill-imprenditur għal suċċess huma l-perseveranza, ilpersistenza u d-determinazzjoni. L-imprenditur hu dak lil ma joqgħodx jistenna l-bajtra taqa’ f ’ħalqu iżda jxammar il-kmiem u jfassal il-futur tiegħu stess. Iżda ma jfissirx li l-ħiliet bażiċi tal-imprenditorija: accounts, immaniġġjar ta’ nies, ħiliet diġitali u tfassil ta’ business plans, ma jistgħux jiġu mgħallma kif qed jiġri f ’ħafna istituzzjonijiet Ewropej. Bosta huma dawk li jkollhom ideat brillanti u ħerqa biex jibdew negozju imma ma jaslux biex iwettqu fil-konkret dak li jkollhom teoretikament, għax ma jkunux jafu kif se jwettqu l-ideat tagħhom. Ma jaslux għax ikunu neqsin mill-ħiliet bażiċi imprenditorjali, ħiliet li huma daqstant essenzjali biex tirnexxi f ’dinja moderna globalizzata u kompetittiva. Dan kollu jkun għaddej minn quddiem għajnejja waqt li qed infassal ħidmieti fl-isfida ġdida li għandi bħala Ambaxxatriċi għall-Programm Erasmus for Young Entrepreneurs 20162017.

IL-POLITIKA LI SUPPOST TGĦALLIMNA NKUNU NISA U RĠIEL Siġġijiet u posta

Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Din il-ġrajja mbuttat l-ideal ta’ Vassalli kważi mitejn sena qabel ilġrajja tas-Sette Giugno, li l-Malti kapaċi jmexxi lilu nnifsu u lil pajjiżu

Ma nafx liema loġika matematika twasslek biex tikkalkula li 36,000 vot isarrfu f ’seba’ siġġijiet meta, fl-2003, 12-il elf vot sarrfu f ’ħames siġġijiet. Jekk taqbad kwota massima ta’ 4,000 vot, is-36,000 vot jissarfu f ’disa’ siġġijiet. Ħaġa loġika, le?! Terġa’ u tgħid, bir-rebħa li għamel il-PL, spiċċa minn fuq bi 13-il siġġu imma mbagħad daħlet il-liġi elettorali sabiex is-siġġijiet jirriflettu tassew ir-riżultat elettorali. U kif qed nitkellmu fuq id-dejn, ħelwa kienet il-verżjoni Maltija ta’ din il-ġimgħa ta’ C’è Posta Per Te, hux. Jieħdu diversi żbalji l-PN imma issa waslu sal-punt li jiżbaljaw l-indirizzi wkoll. Malajr użawhom il-flus li daħħlu miċ-ċedoli qed ngħid. Daqshekk ħabblu għajnhom mill-investituri. Fejn iridu malajr jiktbuhom iċ-ċekkijiet. Ħallsu dejnhom lil Kasco Ltd u spiċċaw fixxa, tant li kellhom jagħmlu ġabra fost il-ġimgħa malajr malajr u laqqmuha ġabra sabiex jiġġieldu kontra t-theddida għad-demokrazija f ’pajjiżna. Boqq! Tibqa’ perpless b’dikjarazzjonijiet bħal dawn. Konna ilna 25 sena ma nisimgħu li hawn theddida għad-demokrazija f ’pajjiżna. It-theddid għad-demokrazija

tissemma biss meta l-PN ikun għax dan il-Laburist twieled fl-Oppożizzjoni. u jgħix ġol-ħlieqa ta’ Alice in Wonderland; persuna fittizja Imberkin dawk li jinsew bħal kull persuna oħra li jsemmi kull nhar ta’ Ħadd, Ma nafx x’inhu jiġrilhom dan bħal dik l-anzjana li tagħtu l-aħħar. Saru jinsew ukoll. l-maktur ta’ mitt sena u dik isInsew li l-liċenzja tat-televixin single mother li qal li tnaqqsilha tneħħiet, saħansittra tneħħiet l-benefiċċju soċjali. Naraw fi żmienhom, jekk ma tridx. illum min ċempillu jew iltaqa’ Insew ukoll idaħħlu fil-Qorti miegħu. kawża li kienu mistennija li jagħmlu biex jikkontestaw Is-7 ta’ Ġunju 1919 l-avviż legali li jirregola l-billboards. Kellhom 20 ġurnata Dan l-episodju fl-istorja ċans u m’għamluhiex. Insew. tat-taqbid tal-Maltin kontra Tajba wkoll. Insew affarijiet l-ħakma tal-barrani kien li jissalvagwardjaw l-interessi episodju ta’ dwejjaq u rabja, tagħhom, aħseb u ara kemm se imma fl-istess ħin kien raġġ jinsew l-interessi tal-poplu. ta’ dawl u opportunità għallkisbiet soċjali u politiċi għallIn-novella ta’ kull nhar ta’ poplu Malti u Għawdxi. Ħadd filgħodu Il-poplu Malti kellu raġun jipprotesta. Matul il-Gwerra Kull nhar ta’ Ħadd filgħodu l-Kbira kien hawn xogħol birnistenna bil-ħerqa l-intervent rimi imma, bħalma kien jiġri tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex dejjem wara gwerra, pajjiżna li nara ma’ min iltaqa’ matul il- kien ibbażat fuq ’l hekk imsejħa ġimgħa u x’qallu. Din id-darba ‘war economy’, infena bil-qgħad qal li ċempillu Laburist u li, u nħakem mill-ġuħ. L-aħħar għalkemm baqa’ Laburist, xorta sulfarina għall-ħuġġieġa kienet tahom donazzjoni. U aktar l-għoli fil-prezzijiet tal-qmuħ minn hekk dan il-Laburist qallu li eventwalment għolla l-prezz li l-PN huwa l-uniku tama għal tal-ħobż – id-dieta bażika talMalta. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Maltin – u l-poplu ma felaħx jrid jiltaqa’ miegħu dan il- aktar. Laburist li, importanti ngħidu, Ftit kienu l-okkażjonijiet bħal li kien u għadu Laburist. Wisq din tul l-istorja ta’ dan il-ġens naħseb li diġà ltaqa’ miegħu meta qam u semma’ leħnu.

Patta qares hekk kif ġera d-demm ta’ erba’ minn ħutna martri Maltin meta l-ħakkiema ma ħasbuhiex darbtejn biex fetħu n-nar fuq il-folla li kienet qed tipprotesta bi dritt. Fost din is-sikrana, imma, nibet il-fjur għal kisbiet politiċi u twelid ta’ ideali ġodda. Din il-ġrajja kienet l-ixprun biex jiġi mwaqqaf il-Partit Laburista permezz tal-Camera del Lavoro, u hekk, għallewwel darba f ’pajjiżna, kellna moviment li kien tassew ittarka tal-ħaddiem; moviment li kiber u sar saħħa politika li tagħti kenn u protezzjoni lil kull sezzjoni ta’ ħaddiema u l-familji u d-dipendenti tagħhom. Din il-ġrajja mbuttat l-ideal ta’ Vassalli kważi mitejn sena qabel il-ġrajja tas-Sette Giugno, li l-Malti kapaċi jmexxi lilu nnifsu u lil pajjiżu. Kienet l-okkażjoni li, għallewwel darba b’mod uffiċjali, ingħatajna Self Governance, bl-ewwel Parlament Malti elett bis-setgħa li jiggverna l-affarijiet interni tal-pajjiż. Dan kien l-ewwel pass konkrett li aktar il quddiem wassal biex il-Maltin u l-Għawdxin urew li kapaċi jkunu rajhom f ’idejhom u jmexxu dan il-pajjiz mingħajr indħil tal-barrani fil-paċi u l-progress.


EDITORJAL

kullhadd.com

12|06|2016 13

www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna

EDITUR

Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2230

ĠURNALISTI

Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com +356 2090 1410

Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2090 1413

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717

Glen Falzon glen@kullhadd.com

KUNTATT ĠENERALI editorial@kullhadd.com + 356 2090 1411

SALES U DISTRIBUZZJONI Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2090 1520

DISINN TAL-GAZZETTA Leanne Grech

IL-BIDU TA’ KAPITLU IEĦOR FL-ISTORJA TAL-PL

L-elezzjoni talmexxejja ġġib magħha ħafna attività f ’kull partit politiku. Lil hinn mill-iskop primarju li jkun hemm tiġdid u ideat ġodda biex il-partit jibqa’ rilevanti, dawn l-elezzjonijiet iservu wkoll ta’ test importanti għar-relazzjonijiet varji fi ħdan il-partit. Huwa naturali u anke san li l-partiti jkunu maqsuma f ’fazzjonijiet jew klikek li jappoġġjaw kandidati partikolari. Dan juri li l-partit mhuwiex wieħed omoġenju jew passiv, iżda wieħed mimli b’nies li għandhom ideat u aspirazzjonijiet varji. Madankollu, biex dawn l-ideat u l-aspirazzjonijiet jitwettqu, fl-aħħar mill-aħħar kulħadd irid jagħraf inneċessità tal-għaqda. Hekk biss jista’ finalment jinkiseb suċċess fuq livell nazzjonali. U dan huwa l-partit politiku tal-lum, li xempju tiegħu kien proprju l-Partit Laburista matul l-aħħar ġimgħat. Kien partit li ma jibżax jiddibatti

ideat differenti, partit li ma jħallix il-possibbiltà ta’ kunflitti ċċaħħdu millpossibilità tal-għażla. Kull min jaspira għal xi kariga ta’ tmexxija għandu jkun liberu li jitfa’ l-kandidatura tiegħu mingħajr ma din tiġi interpretata bħala sfida diretta lill-kandidati l-oħra. Mill-banda l-oħra, iddelegati għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu l-mexxejja u d-deputati mexxejja tal-partit tagħhom. Wara kollox, dawn id-delegati huma l-persuni li jridu jaħdmu id f ’id mal-mexxejja biex iwasslu l-messaġġ tal-partit ’il barra mill-kwartieri u l-każini. Dan huwa rwol kruċjali, għax il-politika ssir għallpoplu, u mhux għal dawk li jimmilitaw fil-partiti biss. Għalhekk huwa importanti li l-partit jasal f ’kull komunità u saħansitra jkun parti minnha. Għandu jkun possibbli għal dawk kollha li jaqblu mal-viżjoni tal-partit li jħossuhom huma wkoll parti minnu. Dan iwassalna biex nistaqsu

fejn jista’ jkun hemm titjib fis-sistema mħaddma millpartiti politiċi ewlenin bħalissa. Dawn il-mistoqsijiet mhux dejjem ikunu milqugħa b’mod pożittiv minn kulħadd, iżda l-partiti jridu jkunu kuraġġużi biżżejjed biex jiddiskutuhom. Ma jistax wieħed ma jistaqsix, fost l-oħrajn kemm qed ikunu effettivi l-kumitati lokali biex iwasslu l-partit għand in-nies. Jew jekk għadhiex adattata s-sistema li biha jinħatru d-delegati. Inkella jekk tagħmilx sens li l-ħaddiema tal-partit u l-kunsilliera eletti mill-poplu f ’isem il-partit ma jkollhomx sehem fl-għażla tal-mexxejja tagħhom. Il-midja hija neċessarja biex il-messaġġ tal-partit jixxandar, u fir-realtà tallum saret kruċjali iktar minn qatt qabel. Madankollu, din waħedha mhix biżżejjed. Il-poplu ma jemminx biss f ’partit għax jarah fuq itteleviżjoni, fil-gazzetti jew fuq l-internet. Fid-dinja

tal-lum, fejn il-poplu huwa bbumbardjat minn kull naħa b’reklami ta’ kull tip li kollha jwiegħdu riżultati straordinarji, hemm iċ-ċans li x-xogħol u l-pjanijiet talpartit isiru parti minn din ir-retorika jew jintilfu filgeġwiġija. Għalhekk il-poplu, bħal Tumas, irid imiss b’idejh biex verament jemmen. Irid jisma’ dwar ix-xogħol talpartit minn persuni li jaf u li jafda. Irid iħoss il-frott ta’ dan ix-xogħol f ’ħajtu u filkomunità. Irid iħoss li huwa wkoll għandu rwol fil-futur tal-partit. Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit m’għandux biċċa xogħol faċli quddiemu, u jirrikjedi l-appoġġ ta’ dawk kollha li għandhom il-Partit Laburista għal qalbhom. Hekk biss jista’ dan il-partit iħares lejn rebħa elettorali oħra li permezz tagħha jkompli jibdel għall-aħjar il-ħajja tal-poplu Malti.


14 12|06|2016

kullhadd. com

ITTRI

SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETTRONIKU editorial@kullhadd. com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tindikaw li qed tibagħtu ittra.

L-EWWEL TQARBINA: IL-MUMENT U IRTOKKI MINIMI Ċ-ĊEDOLI SIGRIETI Sur Editur,

Sur Editur,

Wara snin ta’ kritika ħarxa mill-PN li persuni barranin li jixtru ċ-ċittadinanza Maltija permezz tal-investiment tal-passaport se jibqgħu anonimi. Fil-gazzetta Nazzjonalista IlMument tal-Ħadd 23 ta’ Mejju 2016, ġiet ippubblikata lista ta’ persuni barranin li xtraw il-passaport Malti permezz tal-istess investiment. Dan juri kemm verament ilkritika Nazzjonalista kienet qarrieqa, giddieba, falza u bogħod mill-verità. Fl-iskema ta’ ċedoli li ivvinta l-PN biex forsi ssolvi l-problema akuta ta’ djun li għamel l-istess partit, u li Simon Busuttil ma solviex wara tliet snin kap talistess partit, kull min jagħti self ta’ €10,000 lill-PN se jibqa’ assolutament sigriet u anonimu. Però, il-PN qed isostni li kull min jagħti dan isself mhux veru li mhux se jkun magħruf. Għalhekk, kif Il-Mument ippubblikat l-ismijiet ta’ dawk il-barranin li investew fl-iskema talpassaport Malti? L-Istess gazzetta għandha ssibha ferm u ferm faċli li tippubblika l-ismijiet ukoll ta’ dawk li sellfu l-€10,000 lill-PN; u dan biex turina kemm dak li qed isostni l-PN hu l-verità. Jekk Il-Mument ma tagħmilx hekk ikun ifisser li għal darb’oħra l-PN qed

jgħawweġ il-fatti mhux lillpoplu biss iżda anke littesserati tiegħu. Skont Ann Fenech u t-teżorier tal-PN Periċi Calasione, kien hemm ħafna li diġà sellfu €10,000 lillPN. Għalhekk nistenna li Il-Mument tilqa’ bil-qalb u bl-entużjazmu l-isfida ġusta tiegħi. Għax jekk le, dan ikun ifisser ċar u tond li f ’din l-iskema ta’ ċedoli tal-PN hemm verament xi ħaġa tinten seba’ pesti u kif ! Tant li hu għalhekk li ħafna qed isostnu li min se jislef l-eluf ta’ ewro lill-PN se jibqa’ sigriet. Moħbi b’xi skrivanija imsakkra sew f ’kamra mudlama ta’ xi sular partikolari fid-Dar Ċentrali. Fil-messaġġ li l-Kap talPN Simon Busuttil bagħat lit-tesserati tal-partit kiteb li “…l-partit qed jaċċetta l-istedina li saritlu minn tesserati tal-partit sabiex joħloq skema ta’ ċedoli biex dawn it-tesserati, kif ukoll nies oħrajn…” La t-tesserati tal-PN għamlu stedina lill-partit tagħhom biex joħloq l-iskema ta’ ċedoli, mela l-istess tesserati lesti li isimhom ikun magħruf, għax biex tislef €10,000 lill-partit tiegħek trid tkun altru fanatiku. Allura għala fil-kundizzjonijiet prinċipali li l-PN bagħat littesserati m’hemmx miktub li min jagħti €10,000 ismu jkun ippubblikat mill-PN għassodisfazzjon ta’ kulħadd?

U min huma dawn in-“nies oħrajn” li għamel referenza għalihom Simon Busuttil filmessaġġ tiegħu lit-tesserati Nazzjonalisti? Tgħid dawn huma negozjanti, industrijalisti u nies tal-flus li mhux biss jistennew imgħax ta’ 4% iżda ferm aktar minn hekk meta l-PN ikun filGvern? Ta’ min ifakkar li ftit snin ilu sar magħruf li imprenditur kien silef eluf ta’ ewro lill-PN. Aktar ma’ wieħed jaħseb ftit u jikkuntempla dwar l-iskema ta’ ċedoli segrieti tal-PN, aktar jasal għall-konklużjoni kemm din l-iskema fiha riħa ta’ ħama. Għax min hu dak il-ħaddiem, penzjonant jew mara tad-dar li tista’ tislef €10,000 lill-PN? Tgħid Matthew u ommu Daphne Caruana Galizia u r-reporters ta’ The Times jew ta’ The Sunday Times, jew dawk ta’ The Malta Independent jew ta’ The Independent on Sunday se jinvestigaw iċ-ċedoli sigrieti tal-PN? Tal-anqas hekk għandhom jagħmlu dawn biex jikkonvinċuna kemm verament huma politikament independenti! Billi Simon Busuttil u l-PN ħarġu bl-għajta ta’ politika nadifa, b’daqshekk mhuma jikkonvinċu lil ħadd li l-iskema ta’ ċedoli mhix skema maħmuġa li toħloq dubji kbar ta’ korruzzjoni.

Tħabbar li mis-sena d-dieħla, l-2017, se jkun hemm xi tibdil waqt il-funzjonijiet reliġjużi tal-Ewwel Tqarbina filparroċċi kollha ta’ Malta. L-Arċisqof Scicluna qed jordna li f ’dawn il-funzjonijiet trid tinqata’ d-drawwa li l-ġenituri joqogħdu bilqiegħda eżatt maġenb uliedhom. Jien naqbel mal-Arċisqof li din hija festa tat-tfal u mhux tal-ġenituri, għalhekk għandha tingħata l-attenzjoni kollha lejn it-tfal u tispiċċa l-fashion parade tal-ommijiet. Post il-kbar hu fuq wara. Imma, din il-bidla hija biżżejjed? Ma naħsibx, u hemm bżonn li nidħlu aktar fil-fond biex forsi ntaffu xi ftit mittbatijiet finanzjarji u piki li okkażjonijiet bħal dawn iġibu magħhom. Pereżempju, jien issa nistenna lill-Arċisqof jordna wkoll li jinqatgħu l-fixfixò u l-esaġerazzjonijiet, speċjalment flilbiesi tal-bniet. Alla biss jaf, u sintendi l-ġenituri, kemm jintefqu flejjes esaġerati, jekk mhux ukoll kemm isir dejn. Kultant ċerti ġenituri m’għandhomx tort sa barra ta’ dan għax ħadd ma jrid jara lil uliedu agħar minn tal-ġara. Dan biex ma nsemmix is-swali li jinkrew fejn isiru r-riċevimenti, kif ukoll ċerti karozzi li normalment jinkrew għat-tiġijiet. Ikun ta’ interess kbir kieku l-Caritas tindaga fil-fond dwar dan bħalma għamlet fil-każ tal-faqar. Fil-fehma tiegħi, din tal-ilbiesi tista’ tiġi solvuta billi t-tfal kollha, bniet u subien, jilbsu libsa twila sal-għaksa lewn abjad jew beige ċar b’salib żgħir tal-injam imdendel ma’ għonqhom. Jekk mhux sejjer żball, din id-drawwa diġà daħlet f ’Għawdex. Allura f ’Malta għaliex le? TICHY, IL-FGURA

IS-SERVIZZ TAL-EASYLINE TAL-GO Sur Editur,

F’ismi kif ukoll f ’isem eluf ta’ abbonati oħra li nħaddmu din issistema tal-Easline qiegħed niġbed l-attenzjoni tad-dipartiment talIstat, bħar-regolatur, eċċ., sabiex isir intervent mal-kumpanija GO plc u b’hekk tiġi aġġornata din is-sistema. Dan huwa l-proċess ta’ kull abbonat f ’din is-sistema tal-Easline; terfa’ r-receiver u trid tistenna dawk is-sitt tisfiriet, imbagħad tiġi persuna li b’messaġġ irrekordjat tgħidlek: Iddalja n-numru tatPINNA LABURISTA, telefown issa. Sakemm tibda tiddalja n-numri, ikunu għaddew aktar RAĦAL ĠDID minn 15-il sekonda. Ikun hemm okkażjonijiet fejn, wara li nkun ċempilt u ma nkunx qbadt, nerġa’ nagħmel attentat ieħor bl-istess proċedura, tiġi persuna oħra b’messaġġ irrekordjat fejn tinfurmani li l-account tiegħi magħluq, fejn ikun ċert li għad baqagħli ammont ta’ ewro fil-kont. Ikolli npoġġi r-receiver f ’postu u nerġa’ nsegwi l-proċess mill-bidu kif spjegat aktar ’il fuq. Allaħares l-abbonati, speċjalment aħna l-anzjani, f ’din is-sistema nkunu neħtieġu b’urġenza l-għajnuna tal-familjari jew lit-tabib tal-familja, għax dawk is-sekondi li jistgħu jissarfu f ’minuti jistgħu jkunu ta’ fatalità għalina. B’din is-sistema tal-Easyline, il-kumpanija qiegħda toħloq diskriminazzjoni lejn l-abbonati ta’ żewġ sistemi ta’ telefonija f ’dan is-sens: l-abbonati li ma jużawx din is-sistema tal-Easyline jerfgħu r-receiver u jibdew jiddaljaw in-numri minnufih mingħajr telf ta’ żmien. Apparti s-servizz fil-pront li jingħataw, dawn iħallsu għattelefonati li jkunu għamlu meta jirċievu l-kont bil-posta xhur wara. Aħna l-abbonati tal-Easyline, qabel nibdew nagħmlu t-telefonati, irridu nittoppjaw l-account tagħna b’ €5, €10 jew €20. Il-GO plc qiegħda tiġbor mijiet ta’ eluf ta’ ewro b’din is-sistema qabel ma nkunu għamilna t-telefonati, apparti li tiffranka l-ispejjeż tal-kontijiet, posta, eċċ., u aħna l-abbonati għaddejjin minn din ilburokrazija kollha. Aħna l-abbonati, lill-kumpanija ma noħdulha xejn, anzi qegħdin nikkontribwixxu bi flus fil-kont tagħha qabel ma nibdew nagħmlu t-telefonati tagħna. Nissuġġerixxi li nibdew niddaljaw mill-ewwel bħall-oħrajn u meta l-kont tagħna javviċina lejn l-aħħar żewġ ewro, aħna niġu infurmati. LINJA DIFFIĊLI, ĦAŻ-ŻABBAR


TA’ BARRA

kullhadd.com

12|06|2016 15

IT-TRIQ LEJN L-ELEZZJONI PRESIDENZJALI AMERIKANA

APPOĠĠ U REŻISTENZA LIAM GAUCI liam@kullhadd.com

Bir-rebħiet li kisbet flelezzjonijiet għannominazzjoni Demokratika li saru fl-istati Amerikani ta’ California, New Jersey, New Mexico u South Dakota, Hillary Clinton għandha n-numru neċessarju ta’ delegati biex tkun il-kandidata talpartit tagħha għall-votazzjoni presidenzjali ta’ Novembru li ġej. Madankollu, ir-reżistenza interna għall-kandidatura tagħha hija kbira u mhux se tkun faċli għaliha biex tgħaqqad lid-Demokratiċi warajha fix-xhur li ġejjin. Issitwazzjoni mhix wisq aħjar filkamp Repubblikan fejn bosta figuri ewlenin ta’ dan il-partit għadhom ma jistgħux jaċċettaw li l-fatt li se jkun Donald se jfittex li jostakola l-għażla Trump li se jirrappreżentahom ta’ Clinton fil-Konvenzjoni. Madankollu, huwa mifhum li f ’Novembru li ġej. Sanders jinsab determinat li jinfluwenza b’mod sostanzjali It-tmiem tal-bidu? l-programm elettorali talFir-riżultat li kisbet nhar it- Partit Demokratiku f ’din ilTlieta li għadda, Hillary Clinton konvenzjoni. Il-prijoritajiet tiegħu għandha ammont ta’ delegati warajha li f ’kundizzjonijiet mistennijin li jkunu l-kontroll tal-banek u normali jkun meqjus bħala tas-saħħa komdu biex tikseb in- l-korporazzjoni, filwaqt li jkun nominazzjoni tal-Partit hemm espansjoni ta’ servizzi Demokratiku fil-Konvenzjoni u benefiċċji soċjali. Barra ta’ Lulju li ġej. Fil-fatt, bosta minn hekk huwa mistenni li mill-ftit figuri prominenti fi jitlob għal riforma fis-sistema ħdan il-partit tagħha li kienu li biha d-demokratiċi jagħżlu għadhom newtrali, iddeċidew l-kandidat tagħhom għallli jħabbru li se jkunu qegħdin presidenza hekk kif dik attwali jagħtu l-appoġġ tagħhom lilha. tagħti influwenza sostanzjali Fost dawn kien hemm il- lil mijiet ta’ delegati li jistgħu President Barack Obama stess jivvutaw kontra l-membri talli nhar il-Ħamis li għadda qal partit tagħhom stess. Dawn il-konċessjonijiet jafu li huwa entużjast biex jgħinha fil-kampanja tagħha matul iż- jkunu biżżejjed biex idawru żmien li ġej. Huwa mistenni lil Sanders, però l-istorja taf li Obama jibda jagħmel dan tkun differenti fejn jidħlu mill-ġimgħa d-dieħla stess s-sostenituri tiegħu li għażlu li wara l-aħħar votazzjoni għan- jappoġġjaw lil dan il-kandidat nominazzjoni li se ssir nhar it- ribelluż għax ma ridux jivvutaw Tlieta li ġej f ’Washington DC. lil xi ħadd bħal Clinton, li hija L-avversarju ta’ Clinton, Bernie Sanders, però, għadu ma kkonċediex it-telfa u sostna li hu se jkun qiegħed jikkontesta l-votazzjoni tat-Tlieta li ġej minkejja l-fatt li m’għandux ċans li jilħaq in-numru globali ta’ delegati li għandu bżonn għan-nominazzjoni. Qabel ma ta l-appoġġ tiegħu lil Clinton, Obama ltaqa’ ma’ Sanders fejn huwa mifhum li talbu biex ma jiħux deċiżjonijiet li jistgħu jtellfu l-elezzjoni lill-Partit Demokratiku fl-elezzjoni ta’ Novembru. Is-senatur minn Vermont laqa’ dan il-messaġġ b’mod pożittiv għax wara sostna li huwa lest li jaħdem ma’ Clinton biex ma jħallix lil Trump jikseb il-presidenza. Minkejja li din mhix konċessjoni tat-telfa, wieħed jista’ jeħodha bħala indikazzjoni li Sanders mhux

meqjusa bħala persuna tal- ta’ Lulju jivvutaw biex tinbidel il-proċedura ta’ nominazzjoni. partit. Attwalment, kandidat li jkollu l-appoġġ ta’ 1,237 delegat ikun Il-bidu tat-tmiem? moħħu mistrieħ li jingħata fl-ewwel Fuq in-naħa Repubblikana n-nominazzjoni rawnd ta’ votazzjoni. Trump s-sitwazzjoni tidher li hija aktar prekarja. Trump ilu diversi irnexxielu jikseb 1,542, allura ġimgħat li ġabar in-numru f ’kuntest normali hu ma ta’ delegati li għandu bżonn. jkollux għax jinkwieta. Madankollu, id-delegati Madankollu, bosta membri talPartit Repubblikan għadhom preżenti, li se jkunu 2,472 konvinti li Trump m’għandu b’kollox, jistgħu jiddeċiedu li l-ebda ċans li jegħleb lil Clinton jbiddlu r-regolamenti qabel f ’konfront dirett minħabba il-votazzjoni biex jgħollu n-nuqqas ta’ popolarità tiegħu l-kriterju biex wieħed jirbaħ innominazzjoni fl-ewwel rawnd. fost il-floating voters. F’għajnejhom, ir-riskju huwa Deċiżjoni simili tista’ tagħti li telfa ta’ din ix-xorta mhux l-opportunità għal ċaqliq kbir biss tagħlaq il-bieb tal-White fil-preferenzi hekk kif fit-tieni House f ’wiċċ ir-Repubblikani, rawnd numru kbir ta’ pledged imma taf anke tippreġudika delegates ta’ Trump, jiġifieri l-prestazzjoni tagħhom fl- delegati li ntrabtu li jivvutawlu, elezzjonijiet għall-Kungress u ikollhom l-opportunità li s-Senat li ħa jsiru dakinhar tal- jbiddlu l-vot tagħhom jekk votazzjoni presidenzjali stess. ikunu jridu. Però, m’hemmx indikazzjoni Mod wieħed kif jistgħu jwaqqfu lil Trump milli ċara hux se jkun hemm jikseb il-kandidatura huwa kandidat li se jikkontesta li d-delegati preżenti għall- lil Trump fil-Konvenzjoni. Konvenzjoni Repubblikana L-alternattivi possibbli huma

l-aħħar kandidati li rtiraw mit-tellieqa Repubblikana għall-presidenza; jiġifieri Ted Cruz u John Kasich. Hemm għajdut fil-midja Amerikana li xi sostenituri ta’ dan talewwel qegħdin jaħdmu wara l-kwinti biex idawru l-opinjoni tad-delegati tal-partit kontra Trump bl-għan li titwitta t-triq għal kandidat ieħor li jista’ ma jkunx Cruz stess. Min-naħa l-oħra, Kasich kien aktar dirett fl-oppożizzjoni tiegħu. F’intervista li ta għatteleviżjoni fl-aħħar jiem huwa qal li mhuwiex lest li jappoġġa lil Trump jekk dan ma jbiddilx l-attitudni u jnaqqas l-attakki personali li qiegħed jagħmel fil-konfront tal-avversarji tiegħu. Madankollu, deċiżjoni minnaħa tal-Partit Repubblikan li jittradixxi l-aktar kandidat popolari tiegħu daqstant tard fit-tellieqa żgur li toħloq konflitt intern kbir. Fil-fatt, hemm min qiegħed saħansitra jispekula li mossa ta’ din ixxorta tista’ anke taqsam lillpartit hekk kif iġġibu f ’konflitt dirett mal-elettorat tiegħu li s’issa ta appoġġ ċar lil Trump. Iż-żmien jagħtina parir Għaldaqstant, jidher li s-sitwazzjoni ta’ Clinton se tissolva fil-jiem li ġejjin hekk kif għandha quddiemha avversarju li huwa lest li jwarrab jekk jingħata numru ta’ konċessjonijiet preċiżi. Fil-każ ta’ Trump l-istorja taf tkun aktar kumplessa għax bosta fi ħdan il-Partit Repubblikan iħossu li huwa ma jirrappreżentax il-valuri tagħhom. Għaldaqstant, hemm indikazzjoni li jista’ jkunu hemm figuri Repubblikani prominenti li jibqgħu ma jagħtuhx l-appoġġ tagħhom bit-tama li jitfaċċa kandidat aħjar fl-aħħar minuta.


16 12|06|2016

1

kullhadd.com

TA’ BARRA

MINN MADWA

LESTA LI SSEJJAĦ REFERENDUM

2

Il-President sospiża tal-Brażil Dilma Rousseff sostniet li jekk ma tinstabx ħatja fl-investigazzjoni li għaddejja bħalissa mis-Senat dwar tbagħbis ta’ fondi pubbliċi hija tkun lesta li ssejjaħ referendum rigward il-possibbiltà li ssir elezzjoni presidenzjali bikrija. Osservaturi politiċi sostnew li Rousseff għamlet din l-offerta biex tipprova ddawwar l-opinjoni tas-Senat hekk kif s’issa dan kien kontriha mhux ħażin. Rousseff bħalissa hija sospiża mill-kariga tagħha bħala president sa tmiem l-investigazzjoni li mistennija li tkompli għaddejja sa Awwissu. Sadanittant, qiegħed imexxi l-Gvern dak li kien il-Viċi President tagħha Michel Temer. Jekk Rousseff ma tinstabx ħatja, hija tkun tista’ tkompli l-mandat elettorali oriġinali tagħha li jintemm fl-2018.

2

1

MIN GĦANDU RAĠUN?

3 Stħarriġ li kien ippubblikat nhar il-Ġimgħa li għadda mill-portal tal-aħbarijiet The Independent reġa’ indika li l-possibbiltà ta’ Brexit qed iżid fil-popolarità fost il-votanti Brittaniċi. Skont dan l-istħarriġ, li sar mill-kumpanija ORB, il-perċentwal ta’ votanti li jixtiequ lil pajjiżhom joħroġ mill-Unjoni Ewropea (UE) issa laħaq il-55%. Dan ifisser li l-‘Leave’ qiegħed igawdi minn vantaġġ ta’ 10%. Madankollu, l-organizzaturi tal-kampanja favur il-ħruġ millUE kienu aktar kawti hekk kif fir-reazzjoni tagħhom għal dan l-istħarriġ sostnew li mill-informazzjoni li għandhom f ’idejhom id-distakk huwa tant minimu li ma jqisux li naħa għandha vantaġġ ċar fuq l-ieħor.

ARREST IEĦOR B’RABTA MAL-ATTAKK FI BRUSSELL

Raġel ta’ 31 sena kien arrestat fil-kapitali Belġjana fuq suspetti ta’ involviment f ’attakki terroristiċi. L-arrest ta’ Ali E.H.A, kif ġie identifikat mill-pulizija, sar waqt tfittxija fl-appartament tiegħu. Sorsi qalu li Ali qed jiġi ssuspettat li assista lil dawk li wettqu l-attakk biex jinħbew mill-awtoritajiet. S’issa kienu arrestati madwar disa’ persuni oħra b’rabta mal-attakk ta’ Marzu li għadda li ħalla 32 persuna mejta fl-ajruport u l-istazzjon tal-metro. Il-vittmi fl-attakk ta’ Pariġi ftit taż-żmien qabel kien ilaħħaq il-130 persuna. Huwa maħsub li l-attakk ta’ Brussell kien ukoll ippjanat għal Pariġi, qabel wieħed mit-terroristi ma nqabad fi Brussell.

4


TA’ BARRA

kullhadd.com

AR ID-DINJA 6

12|06|2016 17

TASAL L-GĦAJNUNA UMANITARJA FIS-SIRJA

3 6 Din il-ġimgħa bdiet tasal l-ewwel għajnuna umanitarja fi wħud mill-iktar żoni milquta mill-gwerra fis-Sirja. Din kienet l-ewwel għajnuna umanitarja f ’ikel minn barra l-pajjiż fi tliet snin u nofs, wara li skada ż-żmien stipulat min-Nazzjonijiet Uniti li matulu l-Gvern Sirjan kellu jipprovdi għajnuna lill-persuni ċivili. L-ewwel konsenja waslet f ’Darayya, fejn huwa kkalkulat li għad baqa’ jgħixu fost it-tifrik madwar 4,000 resident. Il-problema ta’ nuqqas ta’ ikel hija kbira, fejn kien hemm rapporti ta’ tfal li jagħmlu ġranet sħaħ bil-ġuħ tant li spiċċaw jieklu l-ħaxix ħażin mill-art. Uħud tilfu ħajjithom.

5

5

4

TALBU L-INDIPENDENZA U NGĦATAW IL-MEWT

AKTAR PROBLEMI Is-sistema ta’ trasport Franċiża kompliet tiġi mħarbta fl-aħħar jiem hekk kif ilbieraħ ngħaqdu mal-istrajks nazzjonali l-bdoti talAir France. Il-motivazzjoni wara l-istrajk hija r-reżistenza ta’ dawn il-ħaddiema għal deċiżjoni tal-kumpanija li timplimenta tnaqqis fil-pagi tal-impjegati tagħha. L-istrajk huwa mistenni li jdum erbat ijiem u, skont il-unjin SNPL, għandu jwassal biex madwar 70% talbdoti ma jidħlux għal xogħolhom. Madankollu, kelliema għall-Air France sostniet li se jkun biss madwar 25% tal-bdoti li mhumiex se jidħlu għax-xogħol. Din is-sitwazzjoni kompliet iżżid l-uġigħ ta’ ras għall-Gvern Franċiż li għandu pajjiż maħkum minn numru kbir ta’ azzjonijiet industrijali fi żmien meta qiegħed jospita l-EURO 2016.

L-aġenzija għad-drittijiet umani Amnesty International qed takkuża l-armata Niġerjana bil-mewt ta’ 17-il persuna ċivili. Il-vittmi kienu qed jipprotestaw fit-toroq għall-indipendenza ta’ Biafra mill-gvern ċentrali Niġerjan. Uħud minnhom sofrew minn ġrieħi ta’ armi tan-nar f ’darhom, li jindika li kienu qegħdin jaħarbu, u mhux jattakkaw. Il-kwistjoni ta’ Biafra reġgħet bdiet tirranka dan l-aħħar, wara gwerra ċivili fi tmiem is-snin sittin li ħalliet madwar miljun persuna mejta. Sezzjoni tal-persuni li jgħixu fi Biafra jħossu li l-Gvern Niġerjan ma jirrappreżentax l-interessi tagħhom, anke għax huwa magħmul fil-maġġoranza minn politiċi li ġejjin mit-Tramuntana talpajjiż.


18 12|06|2016

kullħadd.com

PERSONAĠĠI

MINN SORU TAD-DAR GĦAL FUNDATRIĊI EMAN BONNICI Dwar Swor Serafina Pisa tal-Mulej

Kienu jeżistu darba lura fissnin – b’mod partikolari flItalja –xebbiet ikkonsagrati li kienu jgħixu l-ħajja reliġjuża tagħhom mill-istess dar ta’ nieshom, imsejħa appuntu ‘monache di casa’ jew ‘sorijiet tad-dar’. Fost dawn jingħaddu wħud ta’ fama qaddisa li għexu fil-belt ta’ Napli, bħal Santa Maria Francesca tal-Ħames Pjagi, Terzjarja Alkantarina, imsejħa ‘il-Qaddisa talKwartieri Spanjoli’; ilQaddejja ta’ Alla, Anastasia Ilario, Terzjarja Dumnikana, magħrufa bħala s-‘Santarella’ ta’ Posillipo; il-Qaddejja ta’ Alla, Maria ta’ Ġesù Landi, Terzjarja Franġiskana, fundatriċi tat-Tempju talIncoronata ta’ Capodimonte; il-Venerabbli Genoveffa De Troia, Terzjarja Franġiskana f ’Foggia; u l-Qaddejja ta’ Alla, Maria Angela Crocifissa Giuda tal-Kwartier Mercato. Magħhom inżidu lil Swor Serafina Pisa ‘tal-Mulej’ li dwarha sejrin nitkellmu llum. Wild in-nobbli Prudenza Pisa, għal niesha Tenza, twieldet Napli fl-24 ta’ Ottubru 1621 f ’familja suġġetta għall-Viċi Re ta’ Spanja, iżda trabbiet fuq il-gżira pittoreska ta’ Capri fil-baħar Tirren li minnha kienu mnisslin minn dixxendenza antika l-ġenituri tagħha. Nies ommha Giustina, infatti – il-familja Strina – kienu ilhom jabitaw fuq il-gżira sa mill-1202, waqt li dawk minnaħa ta’ missierha mill-ewwel snin tas-seklu erbatax. Tenza għaddiet it-tfulija u ż-żgħożija tagħha fit-trankwillità u l-ġmiel tal-gżira. M’għeluq il-ħmistaxil sena tagħha mbagħad, skont il-prassi tal-epoka, kienet imressqa għaż-żwieġ kif propost u rranġat min-naħa ta’ missierha. Għal tali deċiżjoni, madankollu, hija wriet li ma kinitx lesta taċċetta u, fil-jum li fih kellha tingħata r-risposta definittiva min-naħa ta’ niesha lil nies l-għarus magħżul, ippreżentat ruħha quddiem ilmistednin b’xagħarha maqtugħ qasir u liebsa tonka millaktar fqira mislufa lilha għallokkażjoni minn ħabiba tagħha. Biex inkunu aktar preċiżi, ittonka kienet dik ta’ stil bizzoca li l-oriġini tagħha jmorru lura sew fis-snin u kienet tintlibes minn dawk in-nisa li xtaqu

jħaddnu l-ħajja reliġjuża u li għal xi raġuni jew oħra kellhom jibqgħu f ’darhom u għalhekk kienu jagħżlu li jħaddnu xorta waħda l-istat tal-ħajja kkonsagrata u, filwaqt li jissieħbu bħala terzjarji ma’ xi ordni partikolari, ħafna minnhom kienu jxiddu din l-għamla ta’ libsa li permezz tagħha n-nies kienet tagħraf li huma sorijiet tad-dar. Lura għal Prudenza, madankollu, il-missier oġġezzjona għad-deċiżjoni ta’ bintu u għalhekk ħa ħsieb jibgħatha Napli għand xi kuġini sinjuri tiegħu bil-għan li l-ambjent sinjur tal-belt ibiddlilha l-idea tagħha. Iżda x-xebba żammet max-xewqa tagħha u, daqs sena wara, irritornat lura lejn Capri fejn għażlet bħala direttur spiritwali tagħha liz-ziju t’ommha, Dun Marcello Strina, li kien vigarju kapitulari tal-post. Fit-tali perjodu, Prudenza u zijuwha ppruvaw jagħtu bidu għattwaqqif ta’ konservatorju intenzjonat biex jilqa’ fih xebbiet mingħajr dota, imma sforz ta’ kalunja li xterdet f ’qasir żmien, bix-xnieha tkun li Prudenza kienet f ’relazzjoni partikolarment intima malistess ziju tagħha, wassal għall-falliment tal-proġett. Biz-ziju destitwit, Prudenza ssuktat mgħajra minn diversi u msejħa fost l-oħrajn ipokrita, saħħara, sakranazza, giddieba, miġnuna u ħalliela. Obbligata xxedd l-abitu ta’ Terzjarja Dumnikana, meta l-flaġell talpesta laqat il-belt Naplitana fl-1656, fis-sentejn li l-imxija damet għaddejja, assistiet lillimpestati, iżda sabet ruħha wkoll għal darb’oħra fl-inkwiet meta mressqa l-qorti akkużata b’misapproprjazzjoni ta’ flus. Li ġara kien li saċerdot Ġiżwita kuġin tagħha talabha żżommlu xi flejjes, iżda peress li dan miet qasir il-għomor vittma tal-flaġell, ilsna ħżiena dlonk xerrduha li l-flus ħadithom hi. Misjuba innoċenti, flistess perjodu miet iz-ziju tagħha Dun Marcell, huwa wkoll vittma tal-pesta. Fuq is-sodda tal-mewt, fl-10 ta’ Awwissu 1656, il-qassis ħalla l-beni tiegħu lil Prudenza għall-fondazzjoni ta’ kunvent iddedikat lis-Santissimu Salvatur, marbuta li tagħmel dan fi żmien għaxar snin u li għall-ħajja komunitarja tkun

introdotta r-Regola ta’ Santa Marcell, is-sorijiet ħaddnu Tereża ta’ Ávila, allura dik tal- r-Regola ta’ Santa Tereża Karmelitani Skalzi. għall-ħajja kontemplattiva. Sadanittant, Prudenza ħadet Twaqqif ta’ diversi l-isem reliġjuż ta’ Serafina monasteri tal-Mulej u kitbet trattati ta’ teoloġija axxettika u dommatika Minkejja li issa kienet weħidha li jlaħħqu t-22 volum, waqt li mingħajr is-sostenn ta’ ħadd, huwa kkalkulat li kitbet malPrudenza rat li twettaq ix- 2167 ittra li fil-parti l-kbira xewqa ta’ zijuwha f ’realtà. tagħhom illum huma mitlufa. Mirbuħa diffikultajiet diversi, F’kitbietha ttrattat it-Trinità u fid-19 ta’ Mejju 1661 salpat l-providenza, is-sagramenti u lejn Capri fejn, sal-1685, l-virtù, il-vokazzjoni għall-ħajja irnexxielha tara t-tlestija tal- reliġjuża, l-estasi, il-viżjonijiet u monasteru vast tas-Salvatur, l-mirakli. imtella’ fuq pjanta ta’ Dionisio Sadanittant, fis-snin li segwew, Lazzari, li sorġa minflok Swor Serafina ħadmet għatkappella qadima. Imsieħba u twaqqif ta’ bosta monasteri megħjuna xi għadd ta’ xebbiet oħra fuq l-osservanza tarli għażlu li jingħaqdu magħha, regola tal-Karmelitani Skalzi: il-knisja tal-monasteru kienet dak ta’ Fisciano, iddedikat lil ikkonsagrata mill-Kardinal San Ġużepp fl-1675; ieħor Vincenzo Maria Orsini OP; dik f ’Vico Equense ddedikat lisil-ħabta Arċisqof ta’ Benevento Santissima Trinità fl-istess sena – futur Papa Benedittu XIII – msemmija; f ’Massa Lubrense li tul l-episkopat tiegħu żamm wieħed fl-1677 u ieħor fl-1689; korrispondenza mal-fundatriċi. f ’Torre del Greco, iddedikat Bl-ewwel membri jammontaw lill-Immakulata Kunċizzjoni, għal erba’, sal-1700 in-numru fl-1681; u ieħor f ’Anacapri tela’ għal 60 u, kif xtaq Dun ddedikat lil San Mikiel

Arkanġlu fl-1683. Djar oħra nfetħu aktar tard f ’Marigliano u Scala fl-1715 waqt li taħt ilħarsien tas-Sorijiet ta’ Capri tqiegħdu l-konservatorji ta’ Pagani u Frasso Telesino. Iżda Swor Serafina sal-aħħar kellha tiffaċċja l-kalunji. Mixlija din id-darba li kienet kwijetista – għamla ta’ duttrina mistika kkundannata bħala ereżija mill-Beatu Papa Innoċenz XI – kienet imressqa quddiem tribunal tas-Sant’Uffizzju. Ilproċess dam għaddej sitt snin u f ’dan il-perjodu sabet ruħha miżmuma priġuniera fl-istess ċella tagħha fil-monasteru ta’ Capri għal sentejn u nofs sħaħ. Misjuba finalment innoċenti u għaldaqstant meħlusa fuq intervent tal-Kardinal Orsini, mietet ta’ 77 sena fis-17 ta’ Marzu 1699 u l-funeral tagħha ra l-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ sekulari u ekkleżjastiċi. Midfuna fil-knisja tal-monasteru tas-Santissimu Salvatur, il-proċess għallbeatifikazzjoni tagħha tnieda fl-1742.


MILL-ISTORJA

kullhadd.com

12|06|2016 19

IR-REFUĠJATI LI ĦADD MA RIED

kitba ta’ pprovdew lil-Lhud. Xi wħud Alfred Consiglio irħewlha lejn l-Olanda, u rritornaw għand il-familji u l-ħbieb. Oħrajn salpaw Il-Lhud waslu fil-Brażil mill- lejn il-gżejjer tal-Karibew, Olanda, primarjament minn il-Ġamajka, Barbados u Amsterdam. Ħafna mill- Curaçao. qraba tagħhom kienu hemm, l-antenati tagħhom tkeċċew Misruqin ’il barra minn Spanja u millPortugall mill-Inkwiżizzjoni Wieħed mill-imriekeb, ilminħabba li kienu Lhud. Valck, li fuqu kien hemm Minkejja li dawn għexu fil- il-predikatur Kalvinist, paċi fil-kolonja Olandiża, Dominus Johannes Polhemius Recife, għal 24 sena, ftehim (1598-1676) u Kalvinisti ta’ kapitulazzjoni fis-26 ta’ oħrajn, kif ukoll Lhud, salpa Jannar 1654 tahom messaġġ lejn Martinique. Fi triqthom, ċar: il-Portugiżi, issa s-sidien maltempata qawwija ġiegħlet tal-kolonja, tawhom tliet lill-bastiment jidħol f ’port xhur biex jitilqu. Kull wieħed Ġamajkan, u nqabdu ostaġġi imwieled jew ikkonvertit mill-Ispanjoli. Huma ma Lhudi li jibqa’ hemm ikun setgħux jiddefendu ruħhom soġġett għal-liġijiet ħorox tal- kontra s-serq ta’ flushom u Inkwiżizzjoni. ħwejjiġhom; dak li tħallielhom Il-150 familja Lhudija ta’ kien ilbies u għamara. Recife, bl-affarijiet tagħhom, L-Ispanjoli, li kienu ġrew lejn il-port fi Frar biex għadhom jimxu mal-liġijiet jitilgħu fuq wieħed mis-16- tal-Inkwiżizzjoni, qiesu lillil bastiment, li l-Portugiżi Lhud bħala ‘eretiċi’ u ħallew

biss 23: erba’ rġiel, sitt nisa u 13-il tifel u tifla jitilqu millĠamajka. Il-bastiment daħal fil-port ta’ Cape St Anthony fil-Punent ta’ Kuba. Il-kaptan ma riedx joħodhom aktar ’l hemm u l-Lhud sabu ruħhom mitluqin għal riħhom. Jacques de la Motte, ilkaptan tal-frejgata St Catrina, offrielhom vjaġġ. It-23 Lhudi kienu grati, u salpaw mill-ġdid lejn l-Atlantiku. F’Settembru 1654, il-bastiment St Catrina ankra fi New Amsterdam, il-belt ewlenija tal-kolonja Olandiża, New Netherlands. Il-Lhud kienu ħerqanin li jtemmu l-vjaġġ tagħhom. Iżda de la Motte ma ħallihomx jiżbarkaw qabel ma jħallsu 2,500 florin tal-vjaġġ. Misruqin minn flushom, irrefugjati ma kellhom xejn. Ilkaptan ordna lin-nies tiegħu jaħtfu l-oġġetti ta’ erba’ Lhud, li kienu Abraham Israel, David Israel Faro, Judica Mercado u Rycke Nounes, u jbigħuhom

bi rkant. Meta l-abitanti offrew biss 900 florin, u taw b’donazzjoni l-affarijiet lura lir-refuġjati, żewġ passiġġieri rġiel: David Faro u Mosè Lumbroso, intalbu jħallsu d-dejn u, billi ma kellhomx biex, intefgħu l-ħabs. Għajnuna għar-refuġjati Fortunatament, xi Lhud Olandiżi li kienu waslu fi New Amsterdam, għenuhom. Solomon Pieterson, merkant, sar l-avukat legali tagħhom, u Jacob Barsimson għenhom bi flus. Huma għenu lir-refuġjati jiksbu l-flus mingħand qrabathom fl-Olanda, li kienu investew fid-Dutch West Indies Company, li kellha influwenza fil-kolonja. Meta d-dejn tħallas, ilpassiġġieri niżlu minn fuq il-St Catrina f ’Ottubru, u sabu li l-belt kienet sa tkun lok għalihom biex ikomplu bix-xogħol tagħhom ta’

negozjanti. Però, il-Gvernatur ta’ New Netherlands, Peter Stuyvesant (1612-1672) ma rax l-affarijiet hekk; huwa ma ħax pjaċir li jilqa’ fil-kolonja nies li ma kinux membri tal-fidi uffiċjali Olandiża: il-Protestantiżmu. Huwa għamel ħajjet irrefuġjati diffiċli u ma ħallilhomx id-dritt li jaħdmu, ħelsien tal-kelma jew qima. Ir-refuġjati appellaw lidDutch West India Company, u din talbet lill-Gvernatur biex jibdel fehmtu. Kontra qalbu huwa ħalla lil-Lhud imexxu negozju u jixtru l-proprjetà. Minkejja s-sofferenzi, irrefuġjati kienu l-ewwel li stabbilew għammar Lhudi li sar magħruf bħala New York City. Dawn, u dawk li ġew wara, żviluppaw komunitajiet Lhud f ’Philadelphia, Newport u South Carolina. Miljuni ta’ Amerikani Lhud illum jafu l-wirt tagħhom lil dawk irrefuġjati li ħadd ma ried.


KALEJDOSKOPJU

20 12|06|2016

kullħadd.com

Fatti miġbura minn

KURŻITAJIET

AKTARX L-IXJEĦ TEWMIN IDENTIĊI

CHARLES B.

SPITERI

ĠRAW BĦAL-LUM

1900: Fil-Ġermanja, ir-Reichstag jgħaddi liġi ġdida biex għall-20 sena li ġejja, in-Nay Ġermaniża tirdoppja. 1902: Titwaqqaf is-Sigma Alpha Iota International Music Fraternity, fl-Università ta’ Michigan. 1917: Is-Servizz Sigriet jestendi l-protezzjoni lill- President għall-familja tiegħu wkoll. 1923: Harry Houdini jillibera lilu nnifsu minn straight jacket waqt li jkun imdendel rasu ’l isfel fi 12-il metru ’l fuq mill-art. 1926: Il-Brażil jitlaq mil-Lega tan-Nazzjonijiet. 1931: Al Capone jiġi akkużat li għal 5,000 darba xehed falz taħt il-ġurament. 1933: Tiftaħ il-konferenza dinjija għall-Finanzi u l-Ekonomija, b’66 pajjiż. 1935: Is-Senatur Huey Long minn Louisiana jitkellem bla waqfien għal 15-il siegħa u nofs. Jitqies bħala l-itwal diskors fis-Senat, b’rekord ta’ 150,000 kelma. 1937: L-Unjoni Sovjetika toqtol tmien mexxejja tal-armata hekk kif tkompli t-tindifa ta’ Stalin. 1942: Anne Frank tikseb id-djarju tagħha bħala rigal ta’ jum twelidha. 1952: L-Unjoni Sovjetika tiddikjara t-trattat ta’ paċi mal- Ġappun bħala invalidu. 1964: Nelson Mandela jiġi ssentenzjat għal għomru l-ħabs fl-Afrika t’Isfel. 1965: Il-Beatles jingħataw l-unur ta’ Membri tal-Imperu Ingliż. 1967: Iżrael jirbaħ il-gwerra ta’ sitt ijiem. 1982: 750,000 dimostrant kontra l-armi nukleari, jagħmlu rally f ’Central Park, fil-belt ta’ New York. 1982: Tibda l-battalja tal-Muntanja Longdon fil-Gżejjer Falkland. 1986: PW Botha jiddikjara stat ta’ emerġenza fl-Afrika t’Isfel. 1987: L-eks-Imperatur Jean-Bedell Bokassa ssentenzjat għall-mewt. 1987: Il-President Amerikan Ronald Reagan jisfida lil Mikhail Gorbachev biex iwaqqa’ l-ħajt ta’ Berlin. 1989: Ben Johnson, atleta Kanadiż tal-Olimpjadi, jammetti li juża l-isteroids. 1991: Boris Yelstin elett president tal-Federazzjoni Russa. 1994: Il-Papa Ġwanni Pawlu II iżur Spanja. 1999: Il-Gwerra tal-Kosovo. Tibda ħidma magħquda. Forza ta’ paċi min-Nazzjonijiet Uniti, tidħol fil provinċja tal-Kosovo fir-Repubblika Federali tal- Jugoslavja. 2000: Sandro Rosa do Nascimento jaħtaf l-ostaġġi ta’ karozza f ’Rio de Janeiro, il-Brażil. Il-pubbliċità li ngħatat għal dan il-ħtif intemmet bil-mewt ta’ Nascimento u wieħed mill-ostaġġi. 2004: Meteorita ta’ 1.3 kilogramm tolqot dar f ’Ellerslie, fi New Zealand; tikkawża ħsara kbira iżda ma jweġġa’ ħadd. 2007: Aleksandr Solzhenitsyn, rumanzier u storiku Russu, jingħata l-Premju tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mill-President Putin, għax-xogħol umanitarju tiegħu. 2009: Protesti fl-Iran wara l-elezzjoni presidenzjali. 2009: Il-programmi kollha tat-televiżjoni fl-Istati Uniti jaqilbu mis-sitema analog għal dik diġitali ATSC. 2012: L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tikkonkludi li d-duħħan tad-diżil jikkawża l-kankru. 2013: Ir-Russja tgħaddi liġi li tipprojbixxi l-propaganda favur l-omosesswali. 2015: Nasser al-Wuhayshi, it-tieni fil-kmand tal-al-Qaeda, u li kien is-segretarju privat ta’ Osama Bin Laden, jinqatel f ’attakk Amerikan mill-ajru fil-Jemen.

L-imħabba ta’ bejn l-aħwa Florence Davies u Glenys Thomas hi waħda inseparabbli. Ilha hekk għal aktar minn 100 sena, u huma l-ixjeħ tewmin identiċi fid-dinja. Il-bużbużnanniet għandhom album tar-ritratti tal-familja tagħhom f ’memorji ta’ kulma qasmu bejniethom tul il-103 snin li ilhom fid-dinja. Huma twieldu fl-1912 – l-istess sena li fiha għereq il-bastiment Titanic, u meta kienet introdotta t-taxxa nazzjonali. U dawn iż-żewġt aħwa laħqu ż-żewġ gwerer dinjin, għexu u raw it-twaqqif tal-moviment għad-drittijiet ċivili u wkoll l-avvanzi enormi fit-teknoloġija u t-trasport. Iżda tul ħajjithom qatt ma telqu mill-villaġġ ċkejken talminjieri Abertridwr Caephilly. Il-familji tagħhom jemmnu li huma l-ixjeħ tewmin identiċi fid-dinja u dan jafuh għall-fatt li qattgħu ħajja sabiħa u kwieta.

Gwenda Stacey ta’ 65 sena, bint Gleny qalet: “Għexu ħajja sempliċi. La ommi u lanqas iz-zija Flo ma ssuq. Qatt ma siefru, u dejjem għexu ferħanin flimkien.” Imwildin fi żmien meta l-komunità kienet tiġi l-ewwel, Gwenda tiftakar lil ommha tirrakkuntalha l-istejjer ta’ dawk il-jiem sbieħ. Żiedet: “Nannuwi kien jaħdem fil-minjiera u kien jinqala’ jagħmel bosta ħwejjeġ, l-aktar ġugarelli għall-bniet, u ommhom tħit il-ħwejjeġ tagħhom. Il-ħajja soċjali talfamilja kollha kienet iċċentrata madwar il-knisja tagħhom u l-komunità. F’dawk iż-żminijiet kien diffiċli ħafna li ma tibqax tgħix fil-villaġġ li tkun. “Ommi tiftakar l-ewwel karozza tal-linja tasal f ’Abertridwr u l-festi talokkażjoni li saru. Illum, in-nies għandhom ferm aktar affarijiet u huma inqas kuntenti.

Kulħadd irid jiċċaqlaq minn pajjiż għall-ieħor. Ħajjithom ma kinitx bħal din tal-lum.” Bħala żgħażagħ, it-tewmin kienu jaħdmu bħala sefturi mas-sinjuri. Gwenda tiftakar li ma kinux permessi jmorru jiżfnu jew jinnamraw. Għaddew ħajja ta’ rispett u fil-biża’ t’Alla. Il-ġenituri tagħhom kienu reliġjużi għall-aħħar. Illum, l-aħwa xjuħ marru f ’dar tal-anzjani peress li s-saħħa mentali tagħhom marret lura biż-żmien. Meta t-tewmin romlu, inġabru flimkien u baqgħu hekk sal-lum. Sa ma kellhom 90 sena, kienu jaqbdu karozza u jmorru jduru flimkien. Meta jixtru xi lbies, dejjem jixtru bħal xulxin. Kieku mhux għax qed ibatu bid-dimenzja, għadhom b’saħħithom sew. Lil familthom insewha, iżda l-għaqda ta’ bejniethom għadha tant b’saħħitha li l-ħin kollu jfittxu lil xulxin.

MINN BASTIMENT TAL-CONTAINERS GĦAL JOTT LUSSUŻ

Ħafna biljunarji jixtru jottijiet lussużi biex jivvjaġġaw filKaribew jew fil-Mediterran, iżda jott b’disinn ġdid issa jista’ joħodhom f ’kull post fid-dinja. Mogħti l-isem ta’ Vard 1-08

Kilkea, dan il-jott eleganti nħadem minn dak li kien bastiment tal-containers, li kien jagħmel vjaġġi minn u lejn irriggijiet taż-żejt u l-pjattaformi. Żewġ disinjaturi qed jaħdmu biex jibdlu d-dehra tal-

bastiment fi cruiser ta’ 268 pied, li jesa’ 36 mistieden, jista’ jdum għal 30 jum fuq il-baħar u hu armat b’helicopter pad. Dan iljott se jkun jiswa €54 miljun. Fuqu se jkun hemm swali, kamra tal-ikel u salotti enormi.


KUN AF

kullhadd.com

12|06|2016 21

KUN AF

ĦARSA LURA LEJN IL-ĠENERAZZJONI TAL-ELETTRIKU F’MALTA Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’

SAVIOUR

MAMO

Malta kienet mill-ewwel pajjiżi fid-dinja, wara Londra, li bdiet tuża d-dawl elettriku. Kien deher fl-1882 waqt l-opra Un Ballo da Maschera firRoyal Opera House. Kienet inxtegħlet ukoll Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta. Sena wara, għan-nom tal-Eastern Electric Light and Power Co. Ltd, Chev Edward Rosenbusch kien għamel dimostrazzjoni fid-dar privata tiegħu: 27, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, fejn wera installazzjoni ta’ mixegħla b’dawl elettriku. Kien għamel festin u stieden il-ħbieb ta’ klassi għolja biex jurihom din il-meravilja ta’ era ġdida. Fl-1890, il-Gvern ta’ Malta kien ħa ħsieb jifrex linji ta’ fili biex jissupplixxi d-dawl elettriku lejn il-Ħamrun, il-Furjana u t-Tlett Ibliet. Għall-dan ix-xogħol l-ispiża kienet tlaħħaq l-Lm40,000. Minħabba li d-domanda għaddawl kienet enormi, bejn l-1894 u l-1896 inbniet is-Central Power Station ħdejn l-Għolja tal-Kurċifiss, il-Furjana, faċċata tal-Port il-Kbir. Dan l-impjant kien jikkonsisti f ’erba’ ġeneraturi li kellhom kapaċità totali ta’ 350kW. Is-sistema tal-elettriku kienet single phase, 100 cycles L-ewwel prominenza kienet li jinxtegħlu t-toroq talBelt u tal-madwar. Ftit ftit id-

dawl elettriku beda jieħu post is-sistema tal-mixegħla bil-gass fid-djar u l-industriji. L-impjant jittkabbar Fl-1904, l-impjant tkabbar b’żewġ ġeneraturi oħra b’kapaċità ta’ 600kW. Dawn kienu nxraw mingħand Westinghouse Beliss u ECC Beliss, rispettivament. Għaxar snin wara dan l-impjant ġie estiż b’ġeneratur ieħor ta’ 500kW. mill-kumpanija Ljungstrom Brush. Immorru Għawdex. Fl1925 inbena impjant żgħir talelettriku fi Triq Santa Dominka, ir-Rabat, Għawdex, u kien inawgurat fl-1 ta’ Awwissu 1926. Dan kien jikkonsisti f ’żewġ ġeneraturi li jaħdmu bid-diżil b’kapaċità ta’ 44kVA Dak iż-żmien, id-domanda talelettriku kienet fqira minħabba li l-maġġoranza tan-nies Għawdxin kienu raħħala u ma kienx hemm ebda industrija li tuża l-magni. Id-dawl kien jintuża biss biex jinxtegħlu xi triqat. Fl-1931, il-kapaċità tad-dawl żdiedet għal 94kVA. Il-konsum tal-elettriku kien jintuża biss fl-għabex. Fl-1922 ġie rrakkomandat li l-magni li jdawru l-ġeneraturi li hemm fil-power station ta’ Lascaris, jinbidlu ma’ oħrajn li

jaħdmu bit-turbini tal-fwar. Din kienet tinkludi wkoll li s-sistema tinbidel għal dik ta’ 3 phase 50 cycles. Minħabba li din is-sistema kienet se tinvolvi spejjeż kbar, il-Gvern ta’ dak iż-żmien dam sentejn jaħsibha qabel aċċetta li ssir din il-bidla. Fis-snin ta’ wara l-gwerra,1948-49, il-Gvern Malti kien talab l-għajnuna tal-Marshal Aid Scheme biex tinbena power station minflok dik ta’ Lascaris. L-Amministrazzjoni Ekonomika tal-Istati Uniti talAmerika, wara sena ta’ taħditiet, aċċettat din il-proposta. Fl-istess żminijiet, f ’Għawdex ġie inawgurat impjant ġdid b’kapaċità ta’ 120kW. Dan il-ġeneratur kompla kabbar is-saħħa totali ta’ 180kW. Fl1951 dan l-impjant reġa’ żid ilkapaċità b’200kW oħra. Iktar tkabbir

Fil-5 ta’ Diċembru 1953, ġiet inawgurata l-power station taħt l-art fil-Marsa. Dan l-impjant kien jikkonsisti minn tliet turbini tal-fwar (Westinghouse) b’kapaċità ta’ 5,000kW ilwieħed, b’total ta’ 15,000kW (15MW). F’Settembru tal-1994, dan l-impjant waqaf jaħdem minħabba nuqqas ta’ spazju. Bejn l-1954 u l-1958 seħħet il-bidla prinċipali fiddistrubuzzjoni tal-elettriku f ’Malta. Kull apparat tal-elettriku li kien jaħdem bis-sistema antika, jiġifieri dik ta’ single phase 100 cycles, kellu jinbidel għal 3 phase 50 cycles. Il-perjodu taċ-changeover hekk kienet mgħarufa. Inbnew arbli kbar tal-ħadid apposta (pylons) madwar Malta biex jitpoġġa cable ta’ 11,000 volt u 33,000 volt. Dan il-cable jispiċċa f ’substations biex jitnaqqas għal

450/220 volts. Minħabba li d-domanda tal-elettriku kompliet tiżdied drastikament, l-iktar fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, inkluż Għawdex, kien iktar vijabbli li jsir cable millMarfa għal Kemmuna u minn Kemmuna għal Għawdex. Fl1957 tpoġġew żewġ cables bejn il-fliegi u, f ’Jannar tal-1959, il-power station ta’ Għawdex twaqqfet taħdem. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, iktar id-domanda għall-elettriku kompliet tikber. Fl-1960, ġew installati żewġ ġeneraturi Metropolitan Vickers ta’ 5 MW li jaħdmu bit-turbini tal-fwar. Ħames snin wara, jiġifieri fl1966, żdiedu b’żewġ turbini Fiat 5.7 MW oħra. Din id-darba jaħdmu bil-gass. Minħabba n-nuqqas ta’ spazju ġie deċiż li jinbena impjant ġdid viċin ilpower station taħt l-art tal-Marsa. Qiegħed jiżżarma

Illum magħrufa bħala l-Marsa B Station. F’dan l-impjant, li llum, grazzi għal dan il-Gvern, qiegħed jiżżarma, insibu żewġ turbini Franco Tosi ta’ 12.5 MW. Fis-sebgħinijiet kienu żdiedu żewġ turbini oħra ta’ 30 MW l-waħda. Bejn l-1978 u l-1987 saru iktar installazzjonijiet ta’ ġeneraturi biex ikabbru l-kapaċità. Minn Palermo fi Sqallija kienu nġiebu tliet turbini ta’ 30 MW il-waħda. Fl-istess żmien kienu nġiebu żewġ boilers, Nru 7 u Nru 8, mill-Ingilterra, b’kapaċità ta’ 60 MW il-wieħed. Fl-1987 kienet ukoll inġiebet turbina bl-istess kapaċità, Parsons/Rolls Royce, minn Little Barford, l-Ingilterra. Fl-1990 ġiet installata turbina li taħdem bil-gass b’kapaċità ta’ 37 MW. F’April tal-1995

l-Enemalta waqqfet l-użu talfaħam bħala fjuwil. Ta’ min isemmi li l-aħħar kunsinna talfaħam waslet fit-12 ta’ Jannar 1995 fuq MV Antares. Kien pass ’il quddiem biex jonqsu l-emissjonijiet perikolużi. Kien wasal iż-żmien biex tinbena power station oħra moderna f ’post iktar adegwat. Wara ħafna protesti mill-Oppożizzjoni fuq issiti proposti, il-Gvern Nazzjonalista ddeċieda li jibni dan l-impjant f ’Dellimara, erba’ passi ’l bogħod millvilleġġjatura ta’ Dom Mintoff. Fl-1991 bdiet taħdem l-ewwel fażi ta’ din il-power station. Fl-14 ta’ Diċembru 2010, l-Enemalta flimkien madDipartiment tal-Finanzi u lMinistru inkarigat, iffirmaw ftehim ma’ Nexans biex isir cable (interconnector) li jgħaqqad Malta ma’ Sqallija u l-Ewropa. Fl-2013, il-policy tal-Gvern ilġdid kienet li jitwaqqaf l-użu tal-heavy fuel oil (HFO) minn din il-power station u minflok jintuża l-gass. L-għan hu li f ’pajjiżna jkollna arja iktar nadifa. Fil-11 ta’ Marzu 2014 sar ftehim max-Shanghai Electric fuq investiment bi ħsab malEnemalta. Nerġa’ ngħid: grazzi għal dan il-Gvern, għax fid-9 ta’ Marzu 2015 il-power station tal-Marsa ntfiet wara 63 sena servizz. L-aktar avveniment riċenti sar fid-9 ta’ April 2015 meta l-Prim Ministru ta’ Malta u l-Prim Ministru tal-Italja inawguraw il-grid interconnector bejn Malta u l-Italja. Dan il-grid huwa twil 120 kilometru u jissupplixxi 200 MW ta’ eletriku. Bħalissa għadhom qed isiru l-alterazzjoniet fl-impjant ta’ Dellimara biex l-użu tal-HFO jispiċċa u floku jintuża LNG.


22 12|06|2016

kullħadd.com

MADWARNA

TAĦDITA DWAR IR-RWOL TAN-NISA F’MALTA MATUL IT-TIENI GWERRA DINJIJA

Henriette Chevalier née Scerri, waħda min-nisa Maltin meqjusa bħala eroja li għadha ma ġietx rikonoxxuta

Wieħed mill-oqsma l-inqas riċerkati tat-Tieni Gwerra Dinjija hu l-kontribut li taw in-nisa fil-qasam soċjali, amministrattiv, u dak taloperat u l-loġistika flamministrazzjoni ċivili u militari ta’ Malta. Ir-riċerkatur tat-Tieni Gwerra Dinjija, Simon Cusens, se jippreżenta taħdita mżewqa bir-ritratti dwar ‘Ir-rwol tan-nisa fitTieni Gwerra Dinjija – il-każ ta’ Malta’, il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju 2016, fis-7.30pm, filbitħa tat-Torri ta’ Lanzun, Triq is-Santwarju, Mensija, San Ġwann. It-taħdita, li hi organizzata

mill-Gran Kmanderija tal-Kastell (GCC), li hi ġuriżdizzjoni tal-Ordni Militari u Ospitalliera ta’ San Lazzru ta’ Ġerusalemm, se tkun miftuħa għallpubbliku (riservazzjonijiet bil-quddiem huma rakkomandati). Din isserata għandha l-appoġġ tal-Palazzo Prince d’Orange tal-Belt Valletta. Iddħul kollu se jmur għand organizzazzjonijiet li jgħinu lil-lebbrużi fl-Indja u l-Uganda. ‘Ir-rwol tan-nisa fit-Tieni Gwerra Dinjija – il-każ ta’ Malta’, jelenka l-aspetti kuraġġużi ta’ dedikazzjoni

u affidabbiltà tan-nisa li qatt ma ssemmew biżżejjed s’issa. Il-kontribuzzjonijiet tan-nisa fi żmien il-gwerra kienu ta’ sinifikat kbir, estensivi, u assolutament vitali għall-pajjiż. Uħud min-nisa spikkaw iktar minn oħrajn, min f ’Malta u oħrajn f ’territoriji alleati barranin. Nisa oħrajn issugraw ħajjithom fejn ħadmu bil-moħbi f ’artijiet ostili, jassistu filkawża tal-alleati. L-awtur skopra wħud mill-eroj nisa mhux rikonoxxuti, u qed jippreżentahom għallgħarfien tal-pubbliku għallewwel darba. Simon Cusens wettaq xogħol ta’ riċerka dwar l-istorja tan-nisa fi żmien il-gwerra għat-teżi tiegħu fil-grad ta’ Master of Arts fi ħdan l-Istitut tal-Istudji Maltin fl-Università ta’ Malta. Dan hu l-ewwel xogħol akkademiku fuq dan is-suġġett, u l-awtur qed iħejji biex jippubblika dan l-istudju. Il-fond tal-karità talGran Kmanderija talKastell jassisti tliet organizzazzjonijiet speċifiċi li jgħinu lil-lebbrużi flIndja, l-Etjopja u l-Uganda. Organizzazzjoni waħda minn dawn hi Women in Need fl-Indja. Aktar tagħrif dwar din il-karità jinkiseb mis-sit: http:// g randcommander ymalta. org/charity-work Il-kunċert hu appoġġjat minn Palazzo Prince d’Orange (www.palazzoprincemalta. com), li hu boutique hotel fi 316 Triq San Pawl, il-Belt Valletta. Dan il-Palazz, mibni fis-seklu sbatax u li r-restawr tiegħu rebaħ anke unuri, kien wieħed millpostijiet li ntużaw hawn Malta għall-produzzjoni ċinematografika Munich fl2005 tad-direttur Steven Spielberg, b’ċelebritajiet bħal Daniel Craig u Eric Bana. Il-mistednin huma mitluba li jkunu hemm mis-7.30pm ’il quddiem. It-taħdita tibda fit-8.00pm u wara jkun hemm reċiviment. Din hi wkoll okkażjoni biex wieħed iżur it-Torri ta’ Lanzun. Biex tirriserva post tista’ tagħti minimu ta’ €15 lillfond tal-karità, flimkien mal-isem, email, u numru talmowbajl. Iċ-ċekk, miktub lil ‘Grand Commandery of the Castello’, għandu jasal għand Confrere Alex Azzopardi, 50, Doulton Court, Nru 5, Triq Dun Franġisk Sciberras, il-Mellieħa, MLĦ 2027, satTnejn 20 ta’ Ġunju 2016. Għal aktar tagħrif ċempel 9984 1440.


MADWARNA

kullhadd.com

12|06|2016 23

IL-BANK OF VALLETTA JORGANIZZA KLINIKI EDUKATTIVI MFASSLA APPOSTA GĦALL-KLIJENTI

Matul dawn l-aħħar xhur, il-Bank of Valletta kien f ’kollaborazzjoni ma’ diversi korpi kostitwiti u klijenti korporattivi biex jorganizza sensiela ta’ taħditiet edukattivi għall-membri u l-impjegati tagħhom. Matul dawn is-sessjonijiet qosra, ir-rappreżentanti tal-BOV taw ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti finanzjarji differenti disponibbli. “Permezz ta’ dawn il-kliniki edukattivi, il-Bank qed ifittex biex iżid l-għarfien dwar strumenti ta’ investiment u

self differenti li jistgħu jintużaw biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti finanzjarji tal-individwu,” spjega Mark Scicluna Bartoli, Kap għall-Affarijiet tal-UE u Istituzzjonali fil-Bank of Valletta. “Hekk kif id-dinja finanzjarja ssir dejjem aktar dinamika u kumplessa, inħossu li hija r-responsabbiltà tagħna li nappoġġjaw lill-klijenti tagħna billi niggwidawhom u noffrulhom l-għajnuna kollha possibbli sabiex imbagħad ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati rigward il-finanzi

tagħhom.” Dawn is-sessjonijiet kienu mfassla apposta skont il-ħtiġijiet tal-udjenza rispettiva. Il-Bank organizza kliniki edukattivi dwar prodotti ta’ self lill-konsumatur u l-benefiċċji rispettivi tagħhom flimkien ma’ informazzjoni dwar il-Monthly Investment Plans u l-Iskemi ta’ Investiment Kollettiv. F’każijiet speċifiki l-Bank organizza wkoll sessjonijiet speċjalizzati dwar il-pensjonijiet. Ir-rispons entużjast tal-parteċipanti

IMNEDIJA Ċ-CISK PILSNER Iċ-Cisk Pilsner, il-birra oriġinata mill-Birrerija ta’ Farsons lejn tmiem l-erbgħinijiet, reġgħet ġiet introdotta fis-suq. Din hi Pilsner mill-aqwa li tgħaqqad l-eċċellenza u l-passjoni talbirrerija max-xgħir Pilsen tal-ifjen kwalità u n-noble hops tal-varjetà Saaz. Din il-birra rifreskanti, b’palat partikolarment tajjeb, fiha 5.5% mill-kontenut tagħha alkoħol u toffri lil dawk li jħobbu l-birra prodott tajjeb, b’rawgħa rikka bajda, bi mrar delikat u b’aroma mill-aqwa li toriġina miż-żjut essenzjali rikki preżenti fin-noble hops. Iċ-Cisk Pilsner perfetta għal ma’ ikliet ħfief blgħaġin u mar-risottos talħut, il-frott tal-baħar, massalamun iffumigat u ma’ tjur imsajrin f ’ingredjenti ħelwin u pikkanti. Il-ġobon frisk bħall-ġbejniet, il-mozzarella friska u l-light cheddar ukoll jinżlu għasel maċ-Cisk Pilsner. Susan Weenink, Head of Marketing and Communications ta’ Farsons, qalet: “Is-settur tal-birra qed jerġa’ jsir eċitanti, wara perjodu ta’ tnaqqis fil-bejgħ f ’numru ta’ swieq madwar id-dinja. Il-konsumaturi talbirra qed jinteressaw aktar ruħhom fin-numru kbir ta’ birer ġodda, l-aktar fil-craft beers jew fil-birer speċjali li qed ikunu mnedija. Iċ-Cisk Pilsner hi riżultat ta’ ħafna snin ta’ żvilupp u investiment u ninsabu sodisfatti ħafna li wasalna s’hawn.”

Eugenio Caruana, Head Brewer ta’ Farsons qal li, “Ninsabu kburin ferm bleċċellenza u bil-kapaċitajiet tagħna fis-settur tal-birra. Kunfidenti li dawk li jħobbu l-birra se japprezzaw u jieħdu gost b’din il-birra speċjali. Iċ-Cisk Pilsner hi tassew Pilsner ta’ kwalità eċċezzjonali.” Karl Bondin, Beer Manager ta’ Farsons żied jgħid li,

“Iċ-Cisk Pilsner tinsab fi fliexken ta’ 33ċl f ’numru ta’ ristoranti, bars u ħwienet tax-xorb f ’Malta u Għawdex, kif ukoll fil-ħwienet ewlenin. Naturalment, iċ-Cisk Pilsner se tkun ukoll fil-Farsons Beer Festival li se jsir f ’Ta’ Qali bejn it-22 u l-31 ta’ Lulju 2016.” Iċ-Cisk Pilsner hi prodotta, ippakkjata u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc.

juri li s-suq huwa ħerqan biex jitgħallem aktar dwar l-industrija tas-servizzi finanzjarji, u dawn l-inizjattivi jidħlu perfettament fl-impenn tal-Bank biex jibni relazzjoni ta’ xogħol fit-tul mal-klijenti tiegħu. “Huwa imperattiv li nieħdu kull opportunità biex niltaqgħu mal-klijenti u nispjegaw l-ispettru ta’ strumenti ta’ servizzi finanzjarji disponibbli għalihom. Għarfien tajjeb dwar dak li huwa disponibbli jqiegħed lill-persuna f ’kontroll aħjar tal-finanzi tagħha,” qal is-Sur Scicluna Bartoli.

L-EWWEL AGMI TA’ MALTA PROPERTIES COMPANY BĦALA ENTITÀ KKWOTATA Il-Malta Properties Company plc (MPC) kellha l-ewwel laqgħa ġenerali annwali tagħha bħala kumpanija fuq ilBorża ta’ Malta wara li s-sena li għaddiet kienet twaqqfet b’suċċess bħala kumpanija separata minn GO plc. Matul il-laqgħa, iċ-Chairman Deepak Padmanabhan, il-Kap Eżekuttiv Nikhil Patil u l-Kap Finanzjarju Daniela Zammit taw ħarsa lejn il-prestazzjoni ta’ MPC matul l-2015, meta l-kumpanija rreġistrat qligħ qabel it-taxxa ta’ €1.4 miljun. Dan l-ammont kien ibbażat fuq id-dħul millkiri ta’ proprjetà li ammonta għal kważi €3.2 miljun. Is-Sur Padmanabhan qal: “L-ewwel sett ta’ riżultati ta’ MPC jagħtuna raġun biex inkunu ottimisti. Ir-riżultat pożittiv, flimkien ma’ kuntratti ta’ kirjiet għal perjodu ta’ żmien fit-tul fuq proprjetajiet differenti li għandna kemm mal-kumpanija GO kif ukoll ma’ Vodafone, għandhom jirriżultaw fi dħul stabbli fil-futur. Din l-istabbiltà għandha tqegħedna f ’pożizzjoni tajba hekk kif qed inħarsu biex niksbu l-aqwa valur għall-portafoll kollu tal-proprjetà tagħna. Dan ikopri 12-il sit li huma diġà stmati li jiswew aktar minn €54 miljun.” Is-Sur Patil ippreżenta lill-azzjonisti b’deskrizzjoni dwar l-iżvilupp mill-ġdid tal-proġetti ambizzjużi għal tliet siti speċifiċi li huma fiż-Żejtun, il-Marsa u Birkirkara, fejn ixxogħol ta’ tħejjija jinsab fi stat avvanzat ħafna. “Fl-2016 se naraw żieda sinifikanti fl-attività hekk kif ix-xogħol jibda b’ritmu tajjeb f ’dawn is-siti partikolari. Naturalment, dan ix-xogħol ta’ kostruzzjoni se jieħu xi żmien biex jitlesta, imma fl-2019 għandna nibdew naraw żidiet sinifikanti fid-dħul minn dawn il-proprjetajiet.” Daniela Zammit iffukat fuq il-prestazzjoni finanzjarja u l-qagħda ta’ MPC għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015. Hi elenkat il-fatt li l-kuntratti tal-kiri magħmulin għal perjodu ta’ żmien fit-tul li l-MPC għandha f ’idejha, qed jipprovdu l-istabbiltà u l-fiduċja meħtieġa biex ilkumpannija tkompli bl-operat tagħha skont il-pjani u l-istrateġija. Is-Sur Padmanabhan ikkonkluda: “Malta Properties Company tinsab fil-bidu tal-vjaġġ tagħha. Ġew stabbiliti pedamenti sodi u l-kumpanija tassew qed iżżid ir-ritmu tal-attività tagħha bix-xogħol fuq numru ta’ proġetti li qed isiru. Issa ninsabu ffukati kompletament fuq kif jitwasslu s-servizzi ta’ proprjetà premium lill-klijenti tagħna.”


24 12|06|2016

kullhadd.ċom

MADWARNA

UNIKA THE BACON FESTIVAL OPPORTUNITÀ GĦAL BTALA F’LOS ANGELES The Bacon Festival hija attività organizzata minn 2 Minds Events flimkien ma’ Dar Nazareth taż-Żejtun. Il-qligħ kollu minn din l-attività se jmur għall-Fondazzjoni Dar Nazareth (http://www.fondazzjoninazareth. org/about-us/) Din l-attività se ssir għall-ewwel darba f ’Malta nhar is-Sibt 9 Lulju 2016, fil-pjazza tas-Suq, iż-Żejtun, mis-7.00pm sa nofsillejl. F’din l-attività wieħed għandu jsib xalata ta’ platti li kollha ġejjin millmajjal, speċjalment il-bacon li huwa tant maħbub mal-Maltin. Tajjeb li hawn insemmu wkoll ilkontroversja bejn Maltin li jħobbu l-bacon (meat lovers) u min huwa kontra (vegans). Matul The Bacon Festival se nħallu dawn l-argumenti fil-ġenb, u nagħmlu attività fejn se jkun hemm ’il fuq minn għoxrin platt differenti fosthom: majjal mixwi, bacon sticks, burgers tal-majjal u l-bacon, burgers bizzalzett u l-bacon, kebabs tal-bacon, bacon bomb, bacon mozarella sticks, zalzett imgerbeb fil-bacon, għaġin bil-bacon, pizza bil-bacon, u xikel tal-majjal (pork shanks), kif ukoll l-ispeċjalitajiet li huma l-ġelat bil-bacon, u coktail talbacon. Ma jistax jonqos l-inbid lokali, kif ukoll stage bl-iskejjel ta’ żfin lokali, kif ukoll diversi artisti lokali. Parkeġġ mhux problema peress li

se jinfetħu xi għelieqi fil-viċinanzi biex b’hekk ilpubbliku ma jkollux problema ta’ parkeġġ. Aktar informazzjoni dwar The Bacon Festival tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku https://www. facebook.com/events/129209020823916/

F’dawn l-aħħar snin in-nuċċali sar parti mill-aċċessorji tal-moda għall-individwi li jfittxu jbiddlu d-dehra personali u professjonali tagħhom. Meta persuna tilbes nuċċali bi stil xieraq jagħtiha dehra aktar attraenti. Bħalissa, persuna tista’ ssib frames għal nuċċali tal-vista u nuċċalijiet tax-xemx iddisinjati tal-marka Vogue bi prezzijiet tajbin għall-but ta’ kulħadd. Minbarra hekk, kull min jixtri Vogue għandu ċans li jirbaħ vaganza b’xejn għal żewġ persuni lejn Los Angeles, f ’California. Vogue għadha kemm nediet kampanja ‘Meet Me in Los Angeles’ u qed toffri l-opportunità ideali għal dawk li qed ifittxu nuċċali ġdid tad-ditta. Dawk il-klijenti li jixtru nuċċali Vogue (frame jew inkella għax-xemx) għandhom iċ-ċans li jirbħu premju kbir, li jinkludi titjira bir-ritorn minn Malta għal Los Angeles u akkommodazzjoni għal erbat ijiem f ’lukanda għal żewġ persuni. Hu faċli ħafna biex persuna tieħu sehem f ’din il-kompetizzjoni. Meta persuna tixtri nuċċali Vogue, tingħata applikazzjoni biex timla d-dettalji personali. Il-kompetizzjoni Vogue hi valida għal persuni li jkunu għalqu t-18-il sena u aktar, u huma residenti f ’Malta. Il-kompetizzjoni tagħlaq fil-31 ta’ Lulju 2016 u r-rebbieħ jitħabbar f ’Awwissu 2016. Termini u kundizzjonijiet oħra japplikaw. Għażla wiesgħa tal-aħħar disinji tan-nuċċalijiet ta’ Vogue huma disponibbli għand Tuaco Opticians, fi Triq Melita, jew inkella mingħand Optic Centre fi Triq San Ġwann, it-tnejn fil-Belt Valletta. Għal aktar tagħrif jew għal appuntament mal-ispeċjalisti tal-għajnejn, tista’ ċċempel lil Tuaco Opticians bin-numru tattelefown 2122 1848, tibgħat email lil tuaco.opt@gmail.com, jew iżżur s-sit http://www.TUACO.com


MADWARNA

kullhadd.com

Fr Mario Attard OFM Cap

Jiena u int, bħallbexxiexa, irridu nibqgħu niżirgħu l-kelma ta’ Alla, il-kelma tal-ħajja, il-kelma tal-kuraġġ, ilkelma tat-tama

12|06|2016 25

BEXXIEXA

Il-bexxiexa! Le. Din id-darba mhux qed nirreferi għal dik tal-korsa. Imma għal għamla ta’ bexxiexa oħra li ħabtet malkantuniera ta’ moħħi mingħajr ma għamlitli gundalla! Qed nirreferi għall-għamla ta’ bexxiexa tal-għelieqi. Kemm tolqotni! Ma ntbaħtx li din bilMalti jgħidulha bexxiexa. Ara l-moħħ kif jaħdem hux! Daqqa jkun online u daqqa jkun offline! Forsi għax ma jkunx magħqud ħaġa waħda mas-service provider! Hu x’inhu l-każ, naħseb li anke l-moħħ għandu bżonn il-VRT. Mhux bilfors x’kull waħda? Kemm jiflaħ jieħu fuq spalltu miskin! Mela darba kont qed nitħaddet ma’ ħaddiem fl-isptar, u meta kont qed infissirlu din il-biċċa kif l-għelieqi tagħna jissaqqew, pront pront weġibni: “Eh Patri! Naf għal xiex qed tgħidli! Dik isejħulha water sprinkler!” Ilkelma laqtitni! Imma ħej, kif se niġi fuq din il-gazzetta u nikteb water sprinkler? Ħassejt ġewwa qalbi li kelma Maltija għandna żgur għaliha. Għalhekk fittixt online u ltqajt mill-ġdid mal-kelma bexxiexa! L-għelieqi fertili tagħna huma mgħammra bl-aqwa makkinarju biex jagħtu l-frott. U frott bir-rimi! Imma jinħtiġilhom jissaqqew. U jissaqqew bilmagħrufa bexxiexa tal-elettriku.

Kemm jolqotni dan it-tip ta’ bexxiexa! Għalkemm tibqa’ flistess post, imma jseħħilha iddur 360 grad! Tlaħħaq ma’ kull rokna fiċ-ċirkumferenza ta’ madwarha! U, ħaġa tal-iskantament, l-ilma li jkollha fiha xxerrdu ma’ kull post! Xejn ma jaħarbilha! Mela l-ebda roqgħa ħamrija fl-inħawi tagħha ma jibqgħalha d-dritt tipprotesta li ġiet minsija! Issa din il-biċċa tal-bexxiexa tfakkarni fil-parabbola talVanġelu tar-raġel li ħareġ jiżra’. Dan ir-raġel għaqli żera’ ż-żerriegħa kullimkien. Seħħlu jiżragħha fil-mogħdija (Mt 13:19). Imbagħad żeragħha wkoll f ’art kollha blat (Mt 13:20). Saħansitra żeragħha qalb ix-xewk (Mt 13:22). U fl-aħħar żeragħha wkoll f ’art tajba (Mt 13:23). Li laqagħtni f ’dan iż-żerriegħ hu li baqa’ jiżra’. Jiżra’. U jiżra’! Ma qagħadx iħabbel rasu jekk dak li jkun għeruq ma kellux. Lanqas ma qagħad ikisser rasu jekk dak li jkun ħalliex l-inkwiet żejjed għallħwejjeġ tad-dinja u l-ġibda għallġid tal-art joħonqulu l-kelma ta’ Alla fih u li għalhekk fih baqgħet ma għamlitx frott. U, wisq anqas, lanqas ma qata’ qalbu minn dak li jersaq lejh il-ħażin u jisraqlu ż-żerriegħa li tkun inżergħet f ’qalbu. Le! Dan ir-raġel baqa’ jiżra’! Jiżra’! U jiżra’! Dan ifissier li jiena u int, bħall-bexxiexa, irridu nibqgħu

niżirgħu l-kelma ta’ Alla. Il-kelma tal-ħajja. Il-kelma tal-kuraġġ. Ilkelma tat-tama. U niżirgħuha kullimkien! Iva, nerġa’ ngħidlek ħabib. B’messaġġ fuq Facebook, jew b’messaġġ fuq il-mowbajl jew Twitter, xi sit elettroniku, You Tube jew fuq What’s App. Iva, nerġa’ ngħidlek! Basta l-messaġġ jasal! Ara ma ngħidux: “U mela jien se nibdel id-dinja x’kull waħda?” Ħadd, sieħbi, ma qallek li int u jien ħa nibdlu d-dinja. Dak Ġesù Kristu biss jista’ jagħmilha! Ħa nfakkrek naqra, sieħbi, fittest sabiħ ta’ San Pawl li tgħidx kemm se jagħmillek kuraġġ bħalma jagħmel lili. “U min hu Apollo? Min hu Pawlu? Huma l-ministri li permezz tagħhom intom emmintu u kull wieħed minnhom skont ma tah ilMulej. Jiena ħawwilt, Apollo saqqa, imma Alla hu li kabbar.

Għalhekk, la min ħawwel ma hu xejn, u la min saqqa, imma Alla li kabbar. Xorta waħda huma dak li ħawwel u dak li saqqa; kull wieħed jieħu l-ħlas li ħaqqu skont ma ħadem” (1 Kor 3:5-9). Smajtu lil Pawlu tagħna? Alla hu li jkabbar! Imma avolja huwa hu li jkabbar, xorta waħda għandu bżonn min iħawwel u jsaqqi. Inkella x-xitla kif se tikber, sieħbi? Mela xammar il-kmiem miegħi ħa naħdmu flimkien! Ejjew niżirgħu l-Kelma ta’ Alla li tagħtina l-ħajja. Li tgħinna nirraġunaw skont Alla li ħalaq lin-nies! Dak li joħroġ minnu jikber u jkabbar! Bexxex iż-żerriegħa tal-Kelma ta’ Alla kullimkien! Għidha jew iktibha f ’parċmina żgħira biżżigarella u agħtiha lil xi ħadd. Taf tkun is-salvazzjoni tiegħu! Permezz tiegħek, sieħbi!


26 12|06|2016

kullħadd.com

PERSONALITÀ

TOĦROĠ L-EWWEL SINGLE TAGĦHA l-aqwa waħda li qatt kellha. Ħallejt f ’idejha biex telabora aktar. “Tgħallimt ħafna u ħassejtni li kbirt iktar, kemm fil-mod kif inkanta kif ukoll TINTERVISTA LIL mentalment, għax tgħallimt affarijiet differenti u għamilt ħbieb ġodda wkoll,” sostniet Shawna. Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Minbarra dan, kienet anke Email: ramonaportelli@hotmail.com ħadet sehem fil-kunċert ta’ Gaia u Federica, li għaliha Il-kant lokali dan l-aħħar ħa spinta ’l quddiem. Fi tfuliti kienet esperjenza sabiħa niftakar bilkemm kien ikollna żvog ta’ passatemp, ħlief wkoll għax kantaw quddiem folla mill-aqwa.

RAMONA

PORTELLI

SHAUNA VASSALLO

mill-iskola għad-duttrina u xi privat ta’ lezzjonijiet żejda min iħoss il-ħtieġa. Rari kont tisma b’xi tifel jew tifla li jattendu xi skejjel biex jipprattikaw xi sport jew passatemp. Iżda llum mod ieħor – ħafna tfal u żgħażagħ ilaħħqu kemm mal-iskola kif ukoll mal-passatempi tagħhom, fejn jistgħu jiżvolġu u juru t-talenti tagħhom. Dan l-aħħar iltqajt ma’ żagħżugħa li l-iżvog tagħha huwa l-kant. Qed nirreferi għall-kantanta Shauna Vassallo. Għad għandha 15-il sena u toqgħod Ħal Tarxien. Lil Shauna dejjem issibha tkanta ma’ kull ċans li jkollha, u dejjem tipprova ssib ħin biex tagħmel il-covers tad-diski fil-kamra tagħha. Tqis lilha nnifisha bħala tfajla dħulija ħafna, u tħobb tagħmel ħbieb ġodda. “Inħobb nitgħallem affarijiet ġodda u nisma’ kull tip ta’ mużika 24/7. Inħobb inkun komda f ’dak kollu li nagħmel, anke f ’dak li nilbes, u jiena vera persuna ‘relax’,” bdiet tgħidli fuqha nnifisha Shauna. Tul din l-intervista sirt

naf li ilha tkanta għal dawn l-aħħar sitt snin. Din il-ħajra għall-kant bdiet meta kienet f ’lukanda u kantat f ’kareoke. Wara kellha ħafna kummenti tajbin u ddeċidiet li tipprova, u eventwalment bdiet, tkanta. Fil-fatt, mill-ewwel bdiet tkanta f ’kompetizzjonijiet u eventwalment iddeċidiet li tiffaċċja lill-udjenza u tibda tkanta quddiem massa ta’ nies wara li kienet ilha tkanta xahrejn biss. B’wiċċha minn quddiem Shauna tista’ tgħid li għandha esperjenza mifruxa fejn kantat quddiem udjenza kbira meta ħadet sehem f ’Io Canto. Hawnhekk ħassitha kunfidenti u tat interpretazzjoni impekkabbli u tqi din l-esperjenza bħala

Are You The One (AYTO) Lejn il-bidu ta’ Mejju, Shauna ħarġet l-ewwel single tagħha f ’dawn is-sitt snin li ilha tkanta. Is-single jisimha Are You The One (AYTO), u hija kanzunetta b’vibe sajfi u talwidna u dak li jkun jieħu gost jismagħha għax hija adattata għaż-żfin ukoll. F’din id-diska, Shauna ħadmet ma’ tim bl-isem Ayto li huwa magħmul minn Rikki Lee Scicluna, Andrew Mizzi, u Claude Spiteri Belcher. “Kienet esperjenza sabiħa ħafna li naħdem magħhom u ma kinitx tiġri kieku ma kienx għall-vocal coach tiegħi Gillian Attard,” sostniet Shauna. Dawk li jixtiequ jisimgħu din is-single jistgħu jgawduha minn fuq YouTube billi jiktbu: Shauna Vassallo – Are You The One. Mistoqsija xi pjanijiet għandha għall-futur b’konnessjoni mal-mużika u

fejn tixtieq li twassal il-mużika tagħha, Shauna sostniet li tixtieq tkompli toħroġ aktar diski oriġinali maż-żmien u tixtieq ukoll li tipprova tidħol għall- Eurovision 2017. Wettqu l-ħolm tagħkom Peress li għadha studenta, ovvjament trid tlaħħaq malistudji akkademiċi tagħha wkoll. Kif qaltli hi stess, Shauna tħobb tqassam ilħin kif suppost. “Jirnexxili nsib ħin kemm għall-kant, kif ukoll għall-iskola għax kont qed nistudja għall-‘O’ Levels, allura rrid inkun moħħni hemm. Però, dejjem jirnexxili nsib ħin għax ittnejn importanti għalija u t-tnejn għandi bżonnhom,” Il-produtturi ta’ AYTO

s a ħ q e t miegħi. Fl-aħħar nett, Shauna xtaqet twassal messaġġ lil żgħażagħ oħra li qed jitħajru jkantaw, imma dejjem baqgħu lura. “Jekk għandek xi ħolma li tipprova xi ħaġa ġdida, tkun xi tkun, toqgħodx lura imma idħol għaliha. Nemmen li dejjem kapaċi takkwista dak li tixtieq fil-ħajja, kemm filkant kif ukoll f ’passatempi oħrajn. Taqtgħu qalbkom qatt, għax Ħadd wara Ħadd tasal ta’ kulħadd. Kulħadd kapaċi fil-ħajja u dejjem trid tibqa’ tħares ’il quddiem u ma tħalli lil ħadd iwaqqfek minn dak li trid takkwista. Kompli imxi ’l quddiem u qatt tħares lura,”temmet tgħid Shauna.


SKEDA

kullhadd.com

12|06|2016 27

103 06.50 Flimkien ma’ Nancy (R) 07.45 Sejjaħtli Helpline (R) 08.30 Paperscan 10.05 Aroma Kitchen (R) 11.25 Mad-daqqa t’Għajn (R) 12.30 Aħbarijiet 12.35 Kyrios 12.45 Telebejgħ 13.00 In D House (R) 17.30 Aħbarijiet 17.35 Telebejgħ 17.50 Aħbarijiet 18.45 Attività Politika 19.30 Aħbarijiet 20.05 Zona Ewropea 20.35 Andrew & Sue 21.35 On D Road 22.15 Il-Patt (R) 23.30 Aħbarijiet

101 06.00 Aħbarijiet 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq On Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 Malta U Lil Hinn Minnha 11..30 Ħadd Għalik 14.30 Euro 2016: Prematch Progamme 15.00 Euro 2016: Turkey Vs Croatia 17.00 Euro 2016: Highlights Programme 18.00 News 18.15 Għawdex Illum 18.45 L-Ordni 19.15 Il-Vjaġġatur 20.00 Aħbarijiet 20.45 Euro 2016: Prematch Progamme 21.00 Euro 2016: Germany Vs Ukraine 22.45 Highlights Programme 23.45 Aħbarijiet

151 07.00 Sea Patrol 08.30 Heartland 09.10 Ricominciare 09.55 Dream Hotel Mauritius 11.20 La Nave dei Sogni Bora Bora 13.00 TG2 Giorno 13.30 Il Caffè Degli Europei 14.05 Sereno Variabile Estate 14.45 Viaggi da Record 15.15 Delitti in Paradiso 17.15 Squadra Speciale Stoccarda 18.05 Regata Storica Delle Antiche Repubbliche Marinare d’Italia 18.50 Squadra Speciale Cobra 11. 20.30 TG2 20.30 21.00 LOL ;-) 21.10 Hawaii Five-0 21.55 C.S.I. Cyber 22.50 F1 Gran Premio del Canada 23.00 F1 Gran Premio del Canada – Gara

152 06.50 Zorro Tornado è Sparito 07.15 Film: Maurizio, Peppino e le Indossatrici 08.45 Film: Le Massaggiatrici 10.15 Speciale Camera Con Vista Fuori Binario 11.10 Attenti a Quei Due 12.00 TG3 12.25 Geo 13.00 Ritratti Rino Gaetano 14.00 TG Regione 14.15 TG3 14.30 In ½ Ora 15.05 Film: La Bandera, Marcia o Muori 16.35 Film: L’Amore Inatteso 18.05 Kilimangiaro Magazine 19.00 TG3 19.30 TG Regione 20.00 Blob 20.10 Che Tempo Che Fa 21.45 Rec

162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.00 Extreme Makeover Home Edition 08.35 Media Shopping 08.50 Cambio Casa Cambio Vita 09.50 X-Style 10.25 The Rachel Zoe Project 11.20 Il Matrimonio Più Bello 11.45 Dr House 13.35 The Originals 15.25 Lana, Fashion Blogger 17.15 Rosamunde Pilcher: La Figlia Ritrovata 19.15 Dr. House Medical Division 21.10 Royal Pains 23.10 Un Segreto Tra Di Noi

300 06.00 Nuzzle and Scratch: Frock and Roll 06.20 Show Me Show Me 06.40 Mr Bloom’s Nursery 07.00 Nuzzle and Scratch. Frock and Roll 07.20 Jollywobbles 07.30 Doctors 09.25 EastEnders 11.55 Dad’s Army 13.30 Bargain Hunt 15.45 Atlantis 17.15 BBC Proms 2011 Human Planet Prom 18.35 The Lady Vanishes 20.05 Our Zoo 21.00 Mad Dogs 21.45 What Remains 23.25 Sherlock

400

372 06.00 Roadtrip With G. Garvin 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Siba’s Table 11.00 Ching’s Amazing Asia 12.00 Man Finds Food 14.00 Chopped 15.00 Guy’s Grocery Games 16.00 Amazing Wedding Cakes 17.00 Siba’s Table 18.00 Valerie’s Home Cooking 19.00 Chopped 20.00 Cutthroat Kitchen 21.00 Man v Food 22.00 Mystery Diners 23.00 Chopped

06.00 How Do They Do It? 06.25 Fat N’ Furious 07.15 Fast N’ Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Extreme Car Hoarders. 09.55 Classic Car Rescue 10.50 Salvage Hunters 11.40 Storage Hunters UK 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Diesel Brothers 16.15 Extreme Car Hoarders 17.10 How It’s Made 18.05 Driving Wild 19.00 Kings Of The Wild 20.00 Free Ride 21.00 Boy to Man 22.00 The Tallest Tower 23.00 Killing Fields

09.00 Pawn Stars 19.00 Swamp People 20.00 American Restoration 22.00 Storage Wars 23.00 Vikings

09.00 Pawn Stars 17.00 Storage Wars 18.00 Pawn Stars 19.00 Swamp People 20.00 American Restoration 21.00 American Pickers 22.00 Storage Wars 23.00 Vikings

08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma għall-Ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-nies 10.45 Dot EU 11..00 L-Ordni 11..30 Awtokura 12.00 New Rooms 12.30 Il-Vjaġġatur 13.00 Paq Paq Lifestyles 13.30 Gadgets 14.00 Malta u lil hinn minnha 15.30 Animal Diaries 16.30 Ninvestigaw x’Qed Nieklu 17.30 Pre Match Programme 18.00 EURO2016. Poland vs Northern Ireland 20.00 Highlights Programme 20.45 Aħbarijiet għall-persuni b’nuqqas ta’ smigħ 20.50 Għawdex Illum

102 07.00 Aħbarijiet 08.45 Telebejgħ 10.15 Ghalkulħadd 11..15 Quddiesa mis-Santwarju Ta’ Pinu 12.00 L-Arkivji 12.45 Telebejgħ 13.00 Road Trip (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed fuq l-Abjad (R) 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Newsfeed 19.30 Aħbarijiet 20.10 Replay Kampjonat Ewropew 20.30 Vittmi 21.30 Aħbarijiet 21.35 Replay 23.15 Aħbarijiet

153 07.23 TG4 Night News 07.43 Media Shopping 08.15 Confessione Reporter 09.20 I Viaggi Del Cuore 10.00 Santa Messa 10.50 I Viaggi Del Cuore 11.30 TG4 12.00 Perry Mason 13.56 Italian Secret Service 16.09 Capitan Newman 18.50 Anteprima Tg4 18.55 TG4 19.35 Dentro La Notizia 19.55 Tempesta D’Amore 21.15 Maurizio Costanzo Show

306 06.00 Rich Kids of Beverly Hills. 11.00 L.A. Clippers Dance Squad 13.00 Botched 16.00 Keeping Up With the Kardashians 21.00 Botched 22.00 Rich Kids of Beverly Hills 23.00 Keeping Up With the Kardashians

403 07.40 Cake Boss 08.35 Buddy’s Family Vacation 09.30 Little People Big World 12.15 Two in a Million 13.10 I Still Didn’t Know I Was Pregnant 14.05 Buddy’s Family Vacation 15.00 Bride by Design 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress: Bridesmaids 16.25 Say Yes to the Dress: Randy Knows Best 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed Something New 17.50 Happily Ever Laughter 18.15 Say Yes to the Dress Canada 18.45 Say Yes to the Dress: Randy Knows Best 19.10 Say Yes to the Dress: The Big Day 20.05 Psychic Matchmaker 21.00 Say Yes to the Dress: The Big Day 21.55 My 600-Lb. Life

412

410

104

452 07.10 Blaze and the Monster Machines 07.35 PAW Patrol 08.00 Winx Club 08.55 The Fairly OddParents 09.40 Sanjay & Craig 10.00 Alvinnn!!! and the Chipmunks 10.25 Kung Fu Panda 11.20 Splitting Adam 13.00 Big Time Rush 13.25 Alvinnn!!! and the Chipmunks 13.50 SpongeBob SquarePants 14.30 The Penguins of Madagascar 15.15 The Fairly OddParents 15.55 iCarly 17.40 SpongeBob SquarePants 18.10 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.35 The Penguins of Madagascar 18.50 Henry Danger 19.15 The Thundermans 19.45 Bella and the Bulldogs 20.10 100 Things to Do Before High School

154 06.00 Prima Pagina Tg5 07.55 Traffico 08.00 TG5 09.10 Shark 10.50 La Ricetta Perfetta 12.00 Melaverde 13.00 TG5 13.40 L’Arca di Noè 14.01 Something New 16.15 Domenica Rewind 18.45 Ricaduta Libera 19.57 TG5 Prima Pagina 20.00 TG5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Riassunto 21.11 Il Segreto 23.11 L’Altra Donna Del Re

150 06.00 Parlamento Punto Europa 06.30 Sembra Ieri 07.05 L’Italia Della Repubblica 08.00 TG 1 08.20 Passaggio a Nord-Ovest 09.05 Dreams Road 2015 Australia 09.55 A Sua Immagine 10.25 Giubileo Degli Ammalati e Persone Disabili 12.00 Recita Angelus 12.20 Linea Verde Estate 13.30 Telegiornale 14.00 Una Domenica Da Leoni 15.05 Tiziano Ferro 17.15 TV Movie Scatti d’Amore 18.45 Reazione A Catena 20.00 Telegiornale 20.35 Campionati Europei di Calcio 2016 Germania Ucraina 23.14 TG1 60 Secondi 23.20 Il Grande Match

155 06.50 The Middle 07.10 Mototopo Autogatto 07.25 Pixie E Dixie 07.40 Scooby Doo 08.30 I Flinstones 09.25 Pippi Calzelunghe 10.35 Una Mamma Per Amica 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset 13.45 Mi Fido Di Te 16.05 La Terza Stella 18.05 Friends 18.30 Studio Aperto 19.00 Emigratis 19.15 Hazzard 21.20 Una Notte Da Leoni 3 23.25 Italian Pro Surfer

307 07.15 Hawaii Life 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11..10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Fixer Upper 13.45 Platinum Weddings 14.35 Tiny House Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Restoration SOS Victoria 17.05 Platinum Weddings 18.00 Million Dollar Contractor 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Rachel Hunter’s Tour of Beauty 21.55 Tiny House Big Living 22.45 Caribbean Life

405 06.25 DogTV 07.15 Restoration Wild 08.10 Backcountry Justice 09.05 Austin Stevens: Most Dangerous 10.00 DogTV 10.55 Snake Crusader with Bruce George 11.50 Bahama Blue 12.45 Wildest Middle East 13.40 Untamed China with Nigel Marven 14.35 Biggest & Baddest 15.30 Killer IQ. Lion vs Hyena 16.25 Wild Expectations 17.20 Restoration Wild 18.15 Backcountry Justice 19.10 Austin Stevens. Most Dangerous 20.05 Village Vets 21.00 Restoration Wild 21.55 Snake Crusader with Bruce George 23.45 Gator Boys

600 06.30 Stuttgart Open Tennis 08.30 Euro Fans 08.40 Criterium Du Dauphine Cycling 09.30 Aegon Nottingham Open Tennis 10.30 Euro Fans 10.40 Fia World Touring Car Championship 13.00 Cycling 13.15 Criterium Du Dauphine Cycling 15.15 Aegon Nottingham Open Tennis 16.55 Eurosport2 News 17.00 Stuttgart Open Tennis 18.30 Racers Grand Prix Jamaica Athletics 20.25 Eurosport2 News 20.30 Aegon Nottingham Open Tennis 21.45 Criterium Du Dauphine Cycling 23.10 Eurosport2 News 23.15 Euro Fans 23.25 Stuttgart Open Tennis

312 06.30 Bound for Glory 08.55 It Runs in the Family 10.20 Big Screen 10.35 The Beautiful Country 12.35 Groundhog Day 14.20 Crimes and Misdemeanors 16.05 Big Screen 16.20 The Kentuckian 18.05 If It’s Tuesday This Must Be Belgium 19.45 Big Screen 20.00 Restoration 21.55 The Limey 23.25 Dead Men Can’t Dance

406 06.00 The Lost Ships of Rome 07.00 The 400 Million Dollar Emerald 08.00 Mine Kings 10.00 Million Dollar Moon Rock Heist 11.00 Nasca Lines Decoded 12.00 Nazi Megastructures 15.00 Survive the Tribe 17.00 Lawless Island 19.00 Science of Stupid 20.00 Genius by Stephen Hawking. 21.00 Explorer 22.00 Inside 23.00 Science of Stupid

603 06.00 PGA EuroPro Tour Golf 06.30 In Depth With Graham Bensinger 07.00 Extreme Sailing 07.30 Q-Sport 08.00 NRL Rugby League 10.00 IFSC Climbing Monthly 10.30 Gillette World Sport 11.00 North American League Soccer 13.00 Major League Baseball 15.30 PGA EuroPro Tour Golf 16.00 Dream Team Series Triathlon 16.30 MLB’s Best 17.00 IFSC Climbing Monthly 17.30 Q-Sport 18.00 FIM Cross-Country Rally World Championship 19.00 North American League Soccer 21.00 Major League Baseball


28 12|06|2016

kullhadd.com MIĊ-

ĊINEMA

RAPPORT TA’

ĊINEMA

CARMEL BONNICI

ME BEFORE YOU

AFFAXXINANTI

ĦRAFA ROMANTIKA MILL-ISBAĦ Atturi Ewlenin: Emilia Clarke, Sam Claflin, Janet McTeer, Charles Dance, Stephen Peacocke Direttriċi: Thea Sharrock Ħin: 110 min. Distributur: Warner Bros/New Line Cinema/MGM Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 12A Id-dispożizzjoni ħelwa, ferrieħa u verament simpatika taż-żagħżugħa Emilia Clarke (attriċi fis-serje Game Of Thrones) tassew għandha tidħol fil-qlub tal-udjenzi li jassistu għal Me Before You. It-tbissim ġentili tagħha, irrieda qawwija u l-ħeffa biex tgħin lil min hu fil-bżonn, l-attitudni rżina tagħha u l-ilbies varju li jixirqilha ħafna u jagħmilha attraenti, idawlu l-liżar taċ-ċinema fejn wieħed, barra li joħroġ mis-sala wisq aktar trankwill u hieni minn meta jidħol, ma jkunx jixtieq li dan il-film jispiċċa. Me Before You hu bbażat minn fuq il-bestseller imfaħħar ta’ Jojo Moyes, taħt id-direzzjoni tad-debuttanta, Thea Sharrock, veterana rinomata tax-xogħlijiet fuq il-palk. Ilpremessa ta’ din il-produzzjoni hi li tista’ ssib l-imħabba fejn l-inqas tistennieha u li kapaċi

twasslek fejn qatt ma tobsor. Louisa Clark (Clarke) titlef l-impieg tagħha bħala waitress u tiddispra minħabba li l-familja fqira tagħha tiddependi ħafna fuq l-introjtu li s-soltu ġġib id-dar. Meta Will Traynor (Claflin), bankier sinjur li jħobb l-avventuri u li jgħix mill-aħjar li jista’, ikollu aċċident traġiku li jħallih kemm f ’siġġu tarroti u aktar f ’qiegħ ta’ sodda, Lou tindaħal biex tieħu ħsiebu totalment. Will jitlef l-interess li jgħix u ma jkunx irid jara nies quddiemu. Iżda, din it-tfajla ta’ karattru spontanju, bilpersonalità xintillanti tagħha tirrifjuta li ċċedi għall-burdati tiegħu, tant li bejn dawn it-tnejn il-familjarità tibda tiddomina. Me Before You juri x’jista’ jirriżulta mill-qawwa talimħabba bejn żewg karattri tassew diversi, minħabba ċ-ċirkustanzi tat-trobbija

WARCRAFT (3D)

tagħhom, u li suppost qatt ma kellhom jiltaqgħu flimkien. Dan ix-xogħol, imżewwaq b’soundtrack melodjuż u

kanzunetti memorabbli, jiżvolġi fil-vena ta’ ħrafa normali, però affaxxinanti wkoll. Titilfuhx! REPETITTIV

DINJA TA’ FANTASIJA SEĦER U GWERER Atturi Ewlenin: Travis Fimmel, Paula Patton, Ben Foster, Dominic Cooper, Ruth Negga, Toby Kebbel Direttur: Duncan Jones Distributur: Universal Mahtug minn KRS Releasing Meħud minn fuq ilfenomeni globali ta’ Blizzard Entertainment, is-saga fantastika ta’ logħba vidjow, f ’Warcraft, huwa ovvju li l-prijorità tal-produtturi hi li jimitaw bis-sħiħ il-battalji epiċi tas-sensiela The Lord Of The Rings. Infatti, dawn il-gwerer b’diversi mostri koroh u sfigurati jiddominaw totalment a skapitu tal-istorja. Ninsabu fi żmien mhux definit fejn isseħer u l-maġija oskura huma l-essenzjali tal-ħajja u parti millordni naturali li jiffurmaw iddestin ta’ dawk kollha li jgħixu fuq din il-pjaneta. Ir-renju uman ta’ Azeroth hu mmexxi mir-Re Liane (Cooper) u r-Regina, Lady Tana (Negga); żewġ monarki karitattivi li jgħixu fil-belt sabiħa u kwieta ta’ Stormwind. Meta razza feroċi

Ħin: 123 min. Ċert. 12A

ta’ Orki (mostri), li jaħarbu middinja tagħhom li tinsab f ’xifer ilmewt, jinvadu Azeroth, gwerra qalila tidher imminenti. Dawn l-invażuri għaddew minn bieb mitiku li jgħaqqad iż-żewġ dinjiet, b’armata waħda se titfaċċa ħerba sħiħa u l-oħra qerda totali. Minn kull naħa opposta żewġ eroji se jiffaċċjaw lil xulxin; traġitt li se jiddeċiedi d-destin tal-familja tagħhom, ta’ nieshom u ta’ darhom. Warcraft li hu bit-3D tassew effettiv, hu wisq repetut flazzjoni, bi storja minima u mhux ċara u b’daqqiet qawwija ta’ armi diversi li jirbumbjaw fil-ħoss. Id-direttur hu Duncan Jones, it-tifel tal-mibki David Bowie li fis-snin disgħin kien ġugatur akkanit tal-videogame Warcraft. Hemm ċans li nistennew aktar films ta’ din isserje!


ĊINEMA

kullhadd.com

12|06|2016 29

TALE OF TALLES

FANTASTIKU

ĦREJJEF B’ATMOSFERA BAROKKA U ANDAMENT SPLUSSIV Atturi Ewlenin: Salma Hayek, Vincent Cassel, Toby Jones, John C. Reilly, Shirley Henderson, Stacy Martin Direttur: Matteo Garrone. Ħin: 134 min. Distributur: Curzon Artificial Eye Films Maħruġ minn Side Street Films, Eden Cinemas Ċert. 15 Wara l-kritika ewforistika li qala’ bil-film tal-Mafja, Gomorra (2008), id-direttur Taljan Matteo Garrone dawwar ħarstu fuq xogħol verament differenti. Tale Of Tales, maħdum bl-Ingliż, jinkludi tliet ħrejjef minn kollezzjoni ta’ ħamsin, Lo Cunto De Li Cunti, miktubin bil-lingwa Naplitana ta’ Gianbattista Basile bejn 1575 u l-1632. L-andament ta’ dawn jiżvolġi f ’atmosfera Barokka, fi stil surreali ġieli qisu tal-biża’ u b’mod ikkargat kważi splussiv. Dawn ifakkru fi ħrejjef klassiċi tal-Aħwa Grimm, Hans Christian Andersen u oħrajn, b’mod speċjali, The Prince And The Pauper, Beauty And The Beast, eċċ. L-atmosfera fantastika,

kważi metaforika tfakkar f ’xi xogħlijiet ta’ Federico Fellini, forsi l-aktar f ’Casanova (1976) . The Queen: Ir-Reġina tarrenju ta’ Darkwood (Hayek), lesta tagħmel kollox biex ikollha tifel, anke jekk tiekol qalb dragun tal-baħar, akkost li titlef lil żewġha, ir-Re (Reilly). The Flea: Ir-Re ta’ Highmountain (Jones), li jgħix mat-tifla tiegħu Violet (Bebe Cave), jieħu grazzja ma’ bergħud li jiġi fuq il-pala t’idu, tant li jrabbih, jagħtieh jiekol demm u laħam tant li jikber sewwa f ’surtu. Hu ma jimpurtahx meta jċedi biex bintu tiżżewweġ bniedem ġgant ikrah liebes ta’ eremita. The Two Old Women: Fissaltna ta’ Sronghold, ir-Re libertin (Cassel) jaffaxxina

ruħu meta jisma’ vuċi delizzjuża li jaħsibha ta’ tfajla eleganti imma li, meta billejl tmur fis-sodda tiegħu, isib mara ħassiela xiħa.

Dawn it-tliet stejjer bi żvolġiment qawwi u sorpriż qatt ma jintegraw. Dan il-film għandu fotografija eċċellenti tal-bravu Peter Suschitzky

WHISKEY TANGO FOXTROT

u kuluri ta’ qawwa skura li kontinwament ipinġu kwadru morbidu Barokk, grandjuż, movimentat u maġiku. Stupend! AVVENTURUŻ

REPORTER MARA F’ŻONA TAĦRAQ TA’ GWERRA reporter tal-gwerra. Atturi Ewlenin: Tina Fey, Margot Robbie, Martin Freeman, Hemmhekk,issib ruħha Alfred Molina, Billy Bob Thornton f ’żona perikoluża, assolutament mhux Diretturi: Glenn Ficarra u John Requa Ħin: 112 min. ippreparata għal dak li daħlet Distributur: Paramount għalih. Dlonk tibda takkwista Maħruġ minn KRD Releasing Ċert. 15 l-esperjenza neċessarja biex tħabbat wiċċha ma’ gwerriera Whiskey Tango Foxtrot Din il-ġurnalista televiżiva u korruzzjoni rampanti binhar, huwa bbażat minn fuq (Fey), imdejqa bl-eżistenza ta’ waqt li billejl tinnota l-kultura l-awtobijografija ta’ Kim rutina li kienet qed tgħix, fl- ta’ korrispondenti oħra bħalha Barker bl-isem ta’ The 2003 malajr tiddeċiedi li titlaq jixxalaw f ’riċevimenti bla rażan Taliban Shuffle: Strange Days minn fuq il-bank tax-xogħol u relazzjonijiet romantiċi. F’din is-sitwazzjoni hi In Afghanistan And Pakistan. biex tmur l-Afganistan bħala

titgħallem kif tagħmel progress f ’xogħolha u tosserva kollox mil-linja ta’ quddiem nett f ’intriċċi ta’ kumbattimenti. Permezz ta’ dan, issib is-saħħa u r-rieda li qatt ma bassret li tippossiedi. Whiskey Tango Foxtrot (ilkodiċi militari għall-ittri WTF) qatt ma jieħu l-affarijiet b’xi serjetà żejda, sikwit jaqleb

minn dak drammatiku għallkomiku u minn dak assurd għal dak reali. Il-protagonista Tine Fey, is-soltu abbinata ma’ xogħlijiet ta’ kummiedja jew films ta’ xeħta soċjali, hawn timpressjona bħala mara ta’ kuraġġ; deċiża li twettaq dak kollu li daħlet għalih akkost il-periklu kbir li jinsab madwarha.

L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn l-01.06.2016 u l-05.06.2016

1. 2. 3. 4. 5.

Angry Birds X-Men Apocalypse Alice Through The Looking Glass The Jungle Book Warcraft

KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA

Mistoqsija għal din il-ġimgħa:

Semmi wieħed mill-films ta’ din il-ġimgħa.

Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: C. AQUILINA – in-Naxxar


30 12|06|2016

kullhadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI

­­­­PR­OPRJETÀ

Il-Baħrija: Appartamenti għall-bejgħ bi tliet kmamar tas-sodda, l-ewwel darba fuq issuq bi prezzijiet speċjali. Prezz: €165,000. Ċempel 7931 0597. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. Ħad-Dingli: Appartamenti għall-bejgh bi tliet kmamar tas-sodda. Prezz: €150,000. Ċempel 7931 0597. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. SERVIZZI

tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422.

Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur issit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilLezzjonijiet taż-żfin fuq stil Mosta. Ċempel 2141 7235. ballroom jew Latin-Amerikan. Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet XOGĦOL TA’ minn Imperial Qualified Dance MANUTENZJONI Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 Installazzjoni u tiswija ta’ 6818 sa 12.00pm. aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġjużi fuq sistemi tasCare and Cure Group Ltd: satellita u fuq l-android TV infermiera mħarrġa, caring boxes. Għal aktar informazzjoni assistants, nannies, nies imħarrġin ċempel 2148 6211. biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Għal kull tip ta’ kisi bilServizz ta’ 24 siegħa, Għandna ġibs, ramel u siment, graffiato, wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, żebgħa, xogħol fuq l-antik, commodes, walking frames u hospital xogħol fuq il-pond, madum, beds. Għal aktar informazzjoni membrane, dawl u ilma. Ċempel ċempel fuq dawn in-numri: fuq 7928 5444. 2137 6946/9947 0178. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal AFFARIJIET kull tip ta’ linji fissi. Ċempel GĦALL-BEJGĦ fuq 7993 0419.

Lezzjonijiet tal-privat f ’Ħ’Attard. Maths minn Form 3 sa Form 5. Accounts minn beginners sa livell ordinarju, intermediate u advanced. Korsijiet jibdew f ’Lulju. Ċemplu 9922 3915 jew 2143 7886. Għamara għall-bejgħ f ’kundizzjoni tajba. Kċina tal-oak Investigazzjoni privata: bil-mejda u sitt siġġijiet. Kamżwiġijiet, għerusija u ra tas-sodda. Wall unit u vetrina relazzjonijiet oħra, DNA forensic tal-kawba kollha ħġieġ. Ċempel tests, tfal maħtufin minn Malta, 2731 2977. każijiet ċivili, każijiet oħra filQorti, problemi f ’kumpaniji Aħna nixtru kollox, bħal jew negozju. Nagħmlu xhieda għamara, fajjenza, arloġġi, figfil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u urini, muniti, midalji, u kull anke barra. Għal appuntament ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 ċemplu 7959 0000. Email: info@ 0128, 2123 7597 jew 9986 9519. privateinvestigationmalta.com Għandna varjetà kbira ta’ Korsijiet f ’Livell Ordinarju arloġġi bħal Tissot, Citizen, f ’diversi suġġetti bħall- Casio, Michael Kors, Fossil, Matematika,  Ingliż, Malti, Esprit, Festina u Q&Q. Franċiż, Fiżika u oħrajn. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malNoffru wkoll korsijiet tal- ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ ECDL. Prezz €35 kull module. cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru wkoll korsijiet bażiċi Noffru servizzi rigward tiswija fil-kompjuter, €50. Ċempel ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll 2166 2241 jew 7766 2241 nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu jew żur is-sit elettroniku kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal www.tudorinstitute.com dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure Tewmi Group għal lezzjonijiet test waqt li tistennew għalih.

gallarijiet, eċċ. Membrane jew liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www. darrendoitall.com Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek ilproblema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin garanzija. Xogħol professjonali blaqwa materjal ISO Pool. Għal stima bla obbligu ċemplu 7972 9967 jew żur is-sit www. kendawaterproofing.com AVVIŻI OĦRA

Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00 san-12.30 u millVarjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali 16.00 sas-19.00. Paul & Waters tal-ilma, ċangatura qadima jew Free Delivery Service. Ċempel ġdida, kantun qadim, lavur ta’ 2766 3361. kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 MUSIC LINK Issibilna kull tip 7167. ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, Jason Gatt għal kull xogħol ta’ cymbals, percussion, pjanijiet tibjid u tikħil, kisi normali, fuq diġitali, baby grand pianos, sound il-fil, fuq xogħol antik u bil- mixers u sound cards. Apparat pont, kisi bil-ġibs u graffiato. ta’ DJ sound systems, kitarri Kiri ta’ cherry picker (tower klassiċi u akustiċi, bass guitars, ladder). Ċempel fuq 9945 4235 strumenti tar-ram, wood winds, jew 2180 5811. vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba talWP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal mużika tat-tagħlim. Mur Music Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, ta’ waterproof membrane, damp B’Kara. Ċempel 2148 2796. proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn AGR AUTO JAPANESE u prezz moderat. Ċempel 2148 Parts għall-karozzi: Inbigħu 8972, 2143 8326, 9944 5527 kull tip ta’ parts ta’ karozzi jew 7981 2784 jew żur is-sit Ġappuniżi u Koreani, fosthom www.wpmalta.com Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Għal kull tip ta’ xogħol Huma wkoll importaturi ta’ żjut fuq faċċata, bjut, appoġġi, u air filters, shock absorbers, brake

KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU

ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ

AVVIŻI

pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin filweekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal ittoroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek filglorja ta’ dejjem. Grazzi għallħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet. NIXTIEQ NILTAQA’ Jien, ġuvni kwiet u bil-għaqal, nixtieq niltaqa’ ma’ tfajla bejn 30 u 40 sena għal skop serju. Jekk int interessata ibgħat SMS jew ċempel fuq 7981 6381.

Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa

€5 €10 €15 €30 €56 €93

ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.


AVVIŻI

kullhadd.com

12|06|2016 31

AVVIŻI TAL-PL Laqgħa Ġenerali Straordinarja Nru 1 Se ssir laqgħa Ġenerali Straordinarja (1) tal-Veterani Laburisti, nhar is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2016, fid-9.30 ta’ filgħodu, fiċĊentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun. Wara din il-laqgħa, qabel it-tieni laqgħa, ikun hemm ħin għall-kafè. Laqgħa Ġenerali Straordinarja Nru 2 Se ssir Laqgħa Ġenerali Straordinarja (2) tal-Veterani Laburisti, nhar is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2016, fl-10.30 ta’ filgħodu (immedjatament wara l-kafè) fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun.

AVVIŻI ĠENERALI Wirja artistika – It-Tama Tgħajjex il-Bidwi L-Għaqda Filantropika Talent Mosti, bil-kollaborazzjoni talKunsill Lokali tal-Mosta, bi pjaċir tippreżenta wirja artistika bl-isem It-Tama Tgħajjex il-Bidwi, bil-parteċipazzjoni tal-artisti Vincent Abdilla, George Apap, Francis Galea u Mark Schembri. Il-wirja se ssir bejn il-Ħamis 23 ta’ Ġunju u s-Sibt 9 ta’ Lulju 2016, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Dħul bla ħlas. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: mit-Tnejn sas-Sibt, mis-6.30pm sat-8.30pm; u l-Ħdud, mill-10.00am sa nofsinhar u bejn is-6.30pm u t-8.30pm Din l-attività għandha l-appoġġ tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta flimkien mal-Valletta 2018 Foundation. Għal aktar tagħrif żur is-sit www.talentmosti.com jew il-paġna ta’ Facebook: razzett tal-markiż. Din l-attività għandha l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Skolatiku tal-Iskola Sekondarja Bniet, fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina. Soċjetà Al Jolson Is-Soċjetà Internazzjonali Al Jolson se torganizza ħarġa għal Għawdex nhar il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2016, għall-membri u l-ammiraturi tal-kantant leġġendarju Al Jolson. Għal aktar tagħrif ċempel 9988 0489 jew ibgħat email lil: vinwilljolsonmalta@gmail.com Inawgurazzjoni tal-ewwel fażi ta’ trofew artistiku flImqabba Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2016 fl-Imqabba, se ssir l-inawgurazzjoni tal-ewwel fażi ta’ trofew artistiku; proġett fuq skala kbira li l-Għaqda tal-Armar Madonna tal-Ġilju ilha għal dawn l-aħħar snin taħdem fuqu. Din se ssir nhar il-Ħamis 16 ta’ Ġunju 2016, fl-10.00pm, fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba. Se jkun hemm spettaklu multiviżiv imżewwaq bi dwal u nar. Wara, jintlaħaq il-qofol tal-marċ brijuż tat-tridu bis-sehem talbanda mistiedna San Ġużepp tal-Ħamrun. Aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku uffiċjali tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com Programm vokali u mużikali tal-festa Madonna Tas-Sacro Cuor – Tas-Sliema Is-Soċjetà Filarmonika Sliema, flimkien mal-Patrijiet Franġiskani u l-Kummissjoni Festi Parroċċa Madonna Tas-Sacro Cuor, tippreżenta l-programm vokali u mużikali tal-festa mill-Banda Ċittadina Sliema, taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur, il-Mro Lesley Tabone. Dan il-programm se jsir nhar it-Tnejn 27 ta’ Ġunju 2016 fis7.30pm, fil-knisja parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, TasSliema. Il-programm jiftaħ bil-Fanfarre & Theme ta’ Ronnie Debattista, ekssurmast direttur. Jieħdu sehem is-soprano Claire Caruana li se tkanta l-Ave Marija ta’ Michael Lorenc u l-Ave Marija ta’ William Gomez, it-tnejn fuq arranġament tal-Mro Lesley Tabone, kif ukoll il-kantanta Marie Claire Attard Bason li se tkanta Holy Mother ta’ Eric Clapton.


32 12|06|2016

kullhadd.com

TEMP GĦAL-LUM

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

27°C

27°C

30°C

20°C

20°C

23°C

08

09

09

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

31°C

31°C

29°C

24°C

23°C

21°C

09

06

09

ALMANAKK

RITRATT MILL-ANTIK

L-OGĦLA TEMPERATURA: 27°C L-INQAS TEMPERATURA: 19°C INDIĊI UV: 9 SITWAZZJONI ĠENERALI: Arja ta’ pressjoni għolja se tiksi ċ-Ċentru talMediterran TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab

UV

VIŻIBBILTÀ: Tajba RIĦ: L-iktar moderat min-Nofsinhar li jsir ħafif għal moderat mill-Punent Majjistru sa filgħaxija BAĦAR: Ħafif għal moderat IMBATT: Ftit li xejn li jsir baxx minNofsinhar ix-Xlokk TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 21°C

UV

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Il-purċissjoni ta’ Korpus fiċ-Ċittadella Għawdex, lura għas-sena 1956

DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA

New British Dispensary, 109/110 Triq San Gwann, il-Belt Valletta – 2124 4813 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, il-Ħamrun – 2122 4898 St George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 2144 3045 St Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 2148 2558 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, l-Imsida – 2131 2449 Medical Plaza Dispensing Chemists, Vjal ir-Rihan, San Ġwann – 2137 2195 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 2133 5492 St Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 2141 4051 Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, in-Naxxar – 2141 7406 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 2157 1764 Sta Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 2189 0111 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, il-Birgu – 2160 0126 San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant’Anna, Wied il-Għajn – 2163 7994 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, iż-Żejtun – 2166 1644 St Andrew’s Pharmacy, 51, Triq San Ġorġ, Ħal Luqa – 2182 0795 Remedies Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, is-Siġġiewi – 2146 0828 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat – 2145 5479 14.06.1900 Il-Hawaii jsir parti mit-territorju tal-Istati Uniti

Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, ir-Rabat, Għawdex – 2156 6170 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, ix-Xagħra, Għawdex – 2156 1486 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi - 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.

NUMRI REBBIEĦA LOTTU

27 26 18 57 62 28 06 74

SUPER 5

45 9 36 33 24

GRAND LOTTERY

01 09 03 02 02 02 03

15.06.1954 Titwaqqaf il-UEFA f ’Basel l-Iżvizzera


KOMPETIZZJONI KTIEB

kullhadd.com

12|06|2016 33

KOMPETIZZJONI KTIEB

MARKUŻ RUMANZ

SILTA MILL-KTIEB

Ħajjet Liz dan l-aħħar kienet saret diżastru. Kienet għaddejja mill-proċeduri ta’ separazzjoni kkumplikata u b’konsegwenza nħolqulha ħafna intoppi fosthom problemi fuq ix-xogħol. Kienet taf li jekk ma tqumx fuq tagħha setgħet titkeċċa. Iżda tama ġdida tinħoloq ġo fiha meta ħuha jressqilha quddiemha artiklu dwar awtur u kompożitur misterjuż li kien jiffirma bl-isem ta’ Markuż. Liz kienet determinata li tiskopri min hu u tikxef l-identità tiegħu. Kollox jinbidel wara li jinqalgħalha aċċident u tiltaqa’ ma’ Jonas, ġuvni iżgħar minnha li jkun t’għajnuna kbira għaliha…u mhux biss!

Kienu s-sitta u kwart ta’ filgħaxija meta Elizabeth daħlet id-dar. Kienet nieżla xita qliel u ħwejjiġha kienu spiċċaw imxarrbin għasra. Neżgħet iż-żarbun ħdejn il-bieb, neħħiet il-ġakketta u baqgħet sejra dritt fil-kamra tal-banju biex tixxotta mill-ilma tax-xita u tbiddel ħwejjiġha qabel ma timbokka xi riħ. “Imma kif kollox ħażin irid jiġi! Issa kellha taqbad dil-misħuta xita wkoll!” bdiet tgerger waħidha hija u ssabbat ħwejjiġha mxarrbin fil-banju. “Kollu tort ta’ dak l-imġiddem. Kieku narah quddiemi bħalissa…ommi ma!” Wara li libset qalziet u flokk tal-jogging suit marret fil-kċina tagħmel ftit kafè. Xegħlet it-televixin żgħir li kellha fuq il-bank u poġġiet bilqiegħda biex forsi tikkalma ftit. Wara ftit minuti, minn ġol-basket li kien għadu fuq il-mejda, semgħet il-ħoss tal-mowbajl jivvibra u marret iġġibu biex tara min. Kien ħuha. “Għidli, Greg,” qaltlu. “Hello, Elizabeth, kollox sew?” staqsieha. “Iva, għala qed tistaqsini?” “Daqs kif ħtaftni! Tinstema’ rrabjata. Jaqaw ġralek xi ħaġa?” “Mhux is-soltu, kollox ħażin! Għadni kif blajt tixriba papali għax dik ilmisħuta karozza, li ħallieni biha dak ilpurċinell, waqfitli f ’nofs ta’ triq u bħaċċuċ kelli nitfagħha ma’ ġenb u naqbad tal-linja sad-dar. Issa ċempilt lil tat-towing ħalli jġibuhieli ħdejn id-dar. Mill-ħamsa, fis-sitta u kwart wasalt id-dar! Għidli kif tista’ ma tkunx maħruqa!” qaltlu Elizabeth, li dak il-ħin ħassitha tiżvoga r-rabja kollha li kellha ġo fiha. “Għandek raġun, imma issa l-aqwa li wasalt id-dar,” ipprova jikkalmaha ħuha. “Mhux hekk! Ħa naraw hix ġejja xi spiża oħra!” “Inti jekk tara li se tibqa’ tħabbtek neħħiha u ara ġġibx oħra aħjar għax ma jistax ikun tibqa’ tħallsilha l-ħsarat.” “Iva, mela, nidħol ġo xi loan oħra jonqosni bħalissa, Greg! Inti orrajt, jew? Mela nsejt xi spejjeż għandi? Dak l-avukat sallabni u tgħidli qalbi lanqas 1ċ ma jien se nieħu!”

“U le, x’ma tiħux! Ma tarax! Issa qed tkun wisq pessimista. Isma’, inti sajjart?” “Le, kafè qed nieħu għax aptit xejn m għandi,” weġbitu. “U ejja, come on cheer up, sis. Ħa niġi għalik ta. Imorru nieħdu pizza xi mkien. Illum il-Ġimgħa; għada m’intix xogħol, hux hekk?” Le, imma ma tantx għandi aptit noħrog, Greg. Għandi xagħri diżastru għax ixarrabli u vera…” “Ok, ok, fhimtek. Mela se mmur nixtri żewġ pizez u niġi hemmhekk…u mhux se naċċetta skużi!” “Ok, nippreferi hekk. Skużani, Greg, mhux għax ma rridx noħroġ miegħek, imma bħalissa taf li ma tantx għaddejja minn perjodu tajjeb.” “Naf, Elizabeth, u għalhekk se niġi ngħamillek ftit kumpanija, għax inkwetajtni kif smajtek daqshekk nervuża.” “Thank you, napprezza ħafna li tieħu ħsiebi.” “Ta’ xejn, ħi. Mhux għalhekk qegħdin l-aħwa! Issa ħa nħallik ħa nilbes u mmur nixtri. Narak daqs tliet kwarti oħra. Tajjeb?” “Ejja xħin trid. Hawn se nkun,” weġbitu oħtu. Imbagħad, b’dak il-kliem qatgħet u marret tieħu banju sakemm jasal ħuha. *

*

Elizabeth kienet ilha għal dawk l-aħħar tmien xhur għadejja bil-proċeduri tasseparazzjoni minn ma’ żewġha. Kulma kienet għamlet miżżewġa kienu biss sentejn, li matulhom jekk qattgħet sitt xhur mar-raġel kienu ħafna! Kienu damu għarajjes għal madwar erba’ snin, li aktar qattgħuhom flimkien minħabba li l-familji kienu ħbieb milli għax kienu jinħabbu. Elizabeth minn dejjem kienet it-tifla tal-papà u xtaqet li togħġbu dejjem f ’kollox. Għalhekk meta kien qabad iġib lil William id-dar tagħhom, biex jgħinu fil-prattika għal avukat u introduċieha miegħu, hija millewwel indunat li dik ma kinitx l-unika raġuni għala kien qed iġibu hemmhekk.

Mistoqsija: X’jimsu ħu Elizabeth?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: MARKUŻ. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd it-19 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb In-Nemmies huwa: G. TABONE – Ħal Qormi

*


34 12|06|2016

kullhadd.com

LOGĦOB

TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 064 101 147 268 288 308 844 898 983 997 B’4 Numri 0622 1344 2094 2172 2215 2248 2510 2548 2673 2880 3000 4595 4600 4610 5002 5146 5306

5530 5669 5987 6100 6551 6671 6815 6848 7098 7197 7894 8111 8490 8862 9141 9898 9984 B’5 Numri 00838 02261 05203 13202 18000 20585 24447 25291 29585 29910 31994 52744

55052 61567 73090 77573 83027 85426 86985 88394 89501 97261 97274 98466

955307 B’7 Numri 0694248 3772307 7994921 8288653 Bi 8 Numri

B’6 Numri 399071 506994 954593

62252591 75237867 84396431 92654266

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:

Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: A. FRENDO – Birkirkara

KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]

Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem:

2

Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:

Nru tat-telefown:


LOGĦOB

12|06|2016 35

kullhadd.com

IRBAĦ €25 FI FLUS

127

Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.

TISLIBA

Mimdudin:

1. Kompli l-qawl: Alla jibgħatha ..... għax ħażina ilha (5) 4. Mhux għoli (4) 7,16. Jista’ jkun tal-futbol (5) 9. Għajta Spanjola? (3) 10. Hekk tagħmel il- warda wara ftit li taqtagħha (6) 12. Bezzun bil-Franċiż u l-Malti! (6) 16. Ara 7 18,21W. Għamar (5) 19. Losco (3) 20. Taqbid (5) 21. Fejn noqgħod (3) 23. Mhux imbagħad (4)

24.

It-tifel tiegħek (5) Weqfin:

1. Tara ’l bogħod biha (6) 2,12 W. Jattakka? (5) 3,5. Probabbli (6) 5. Ara 3 6,11. Blade (5) 8. Poeżiji (9) 11. Ara 6 12. Ara 2 13. Daħal bejn il-lasti (3) 14. Tordom (6) 15. Il-mara tiegħek (6) 17. Mingħajr (3) 21. Ara 18 22. Kap (3)

SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin: 1.Jarmi, 4.Falz, 7,17.Nkini, 9.Hid, 10.Battal, 12.Patata, 16.RII, 20.Arena, 21.Zia, 24.Igara

Weqfin: 1.Jaħfer, 2,18.Radam, 3. IVB (3) , 22. Att (3), 5,14. Awtanasja, 6,23.Zalzett, 8.Karamelli, 11,19.Lanza, 12,21 wieqfa.Pizez, 13.Tar, 15.Katina

QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Atturi prinċipali fil-film Sisters. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-Ħadd 26 ta’ Ġunju flimkien mal-logos tal-ħarġiet tal-5, 12 u 19 ta’ Ġunju.

RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

James Mcavoy

Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: R. ABDILLA – Birżebbuġa L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.

Michael Fassbender


36 12|06|2016

kullhadd.com

SPORTS

SKOLASPORT TAGĦLAQ B’MANIFESTAZZJONI SPORTIVA

Skolasport ikkonkludiet il-programm għas-sena 2015-2016 b’manifestazzjoni sportiva ta’ tmiem is-sena. Din l-attività annwali saret fil-Kumpless Sportiv talMarsa fejn il-parteċipanti ta’ Skolasport taw wirja sportiva mimlija enerġija u kuluri. Il-parteċipanti kellhom l-opportunità jkunu attivi flimkien mal-qraba u l-ħbieb, filwaqt li ż-żgħar ingħaqdu mal-ġenituri tagħhom u lagħbu logħob differenti. Minħabba n-numru rekord ta’ parteċipanti fil-programm ta’ Skolasport ta’ din is-sena li laħaq is-6,000 persuna, il-manifestazzjoni annwali saret fl-ikbar kumpless sportiv ta’ SportMalta filMarsa. Sadanittant, qed isir xogħol ta’ titjib fuq l-art tal-Kumpless Sportiv talKottonera biex ikun skont l-istandards ta’ kompetizzjonijiet internazzjonali. L-ispazju kbir fil-Grawnd Sportiv talMarsa ppermetta li jsiru sezzjonijiet

bi tfal u adulti jipparteċipaw fl-istess ħin f ’attivitajiet sportivi differenti. Ilġenituri setgħu japprezzaw il-progress li wliedhom kisbu permezz tal-programm. Dan l-avveniment kien ukoll vetrina għall-akkademji tal-handball, ilvolleyball, il-basketball u l-ġinnastika li tnidew din is-sena bil-kollaborazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet Nazzjonali rispettivi biex jgħinu lit-tfal jiksbu livelli ta’ ħiliet ogħla. Fil-programm ta’ din is-sena kien hemm żieda fil-parteċipazzjoni għassessjonijiet kollha minn tfal sa adulti, kif ukoll żieda sinifikanti fin-numru varjat ta’ attivitajiet sportivi offruti. Dan kollu sar taħt it-tmexxija professjonali tal-kowċis li bid-dedikazzjoni tagħhom offrew għal sena oħra esperjenza unika lit-tfal. Waqt dan l-avveniment saru diversi diskorsi, fosthom miċ-Chairman ta’

SportMalta Luciano Busuttil li qal li SportMalta se tkompli bil-ħidma tagħha biex l-isports u l-attività fiżika jsiru parti mill-ħajja tal-komunità Maltija. Hu qal li SportMalta se tkompli tistinka biex ittejjeb is-servizz tagħha għall-pubbliku. Mark Cutajar, il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, esprima l-gratitudni tiegħu lejn il-ġenituri li jemmnu flimpenn ta’ SportMalta fl-għoti tal-aqwa programm sportiv billi sena wara l-oħra baqgħu jirreġistraw lit-tfal tagħhom fiż-żewġ programmi: tax-xitwa u dak tas-sajf. Semma li l-applikazzjonijiet ta’ Summer on the Move qed jidħlu b’ritmu mgħaġġel u appella lill-ġenituri biex ma jħallux għall-aħħar biex ma jkunux diżappuntati. Chris Agius, isSegretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sports, qal li SportMalta se tibqa’ impenjata biex tkompli toffri l-aqwa servizz filwaqt li

jibqgħu jinżammu prezzijiet għall-but ta’ kulħadd. Hu qal li matul is-sena li ġejja se jkunu qed jibdew żewg proġetti kbar sabiex ikollna żewg kumplessi ġodda. Fl-aħħar tal-wirja sportiva, Stefan Cassar, il-Maniġer Kummerċjali ta’ Charles Darmanin & Co Ltd, distributuri ta’ Kellogg’s f ’Malta li huma l-isponsors ta’ Skolasport, ippreżenta l-isponsorship ta’ Kellogg’s lill-SportMalta. Sadanittant, il-pubbliku huwa mħeġġeg biex ikompli japplika għall-programm tas-sajf Summer on the Move li se jibda fil-jiem li ġejjien fejn se jiġu offruti ’l fuq minn 50 dixxiplina differenti fi 15-il lokalità mifruxa ma’ Malta u Għawdex. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru online fuq is-sit www.sportmalta.org.mt jew permezz ta’ servizz.gov fiċ-ċentri ta’ Birkirkara, il-Qawra u Raħal Ġdid.


SPORTS

kullhadd.com

12|06|2016 37

FOOTBALL SUMMER IT-TIM MALTI REBBIEĦ CAMP 2016

Għal sena oħra Mqabba FC Youth Nursery qed jorganizzaw l-iskola tal-futbol għas-sajf fl-grawnds tal-Imqabba FC għat-tfal subien u bniet bejn l-4 u l-12-il sena. Il-Football Summer Camp 2016 se jibda nhar is-Sibt 2 ta’ Lulju 2016 bl-aħħar ġurnata tkun is-Sibt 13 ta’ Awwissu 2016 fejn nispiċċaw bil-famużi water games. It-taħriġ tal-futbol se jsir kull nhar ta’ Erbgħa bejn is-6.00pm u s-7.30pm u kull nhar ta’ Sibt bejt it-8.30am u l-10.00am. It-tfal se jkunu maqsumin f ’żewġ kategoriji, dik ta’ bejn l-4 u t-8 snin u oħra bejn id-9 u 12-il sena. It-taħriġ kollu (13-il sessjoni) se jkun immexxi minn kowċis kwalifikati fi ħdan Mqabba FC Youth Nursery. Kull min hu interessat għandu jikkuntattjana fuq 7909 4462 jew fuq mqabbafcyn@gmail.com. Il-ħlas huwa ta’ €60 għal kull tifel/tifla.

Alex Borg u Brian Cini Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport l-Onorevoli Chris Agius, awgura lil Alex Borg u Brian Cini li lbieraħ rebħu l-Kampjonati Ewropej tas-Snooker tat-timijiet li saru f ’Vilnius il-Litwanja. Team Malta għeleb lil Wales 4-1 fil-kwarti tal-finali, u lillBelġju fis-semifinali 4-1. Fil-finali ltaqgħu mal-Irlanda u għelbuhom 5-3. Din ir-rebħa tkompli tikkonferma li l-investiment li għamel il-Gvern, permezz ta’ SportMalta u entitajiet oħra, ġie msarraf f ’riżultat tajjeb. Dan jawgura għall-futur sabiħ sewwa għal Alex Borg u Brian Cini individwalment imma wkoll għall-isport tal-isnooker inġenerali. Intant, fil-kampjonat individwali tal-Masters Jason Peplow kien impenjat fis-semifinali iżda safa megħlub minn Brendon Thomas tal-Irlanda bl-iskor ta’ 5-4. Aktar informazzjoni dwar dawn il-kampjonati (livestreaming, livescoring, klassifiki, u aktar) tista’ tinkiseb mis-sit tal-EBSA www.ebsa.tv.

MARSAXLOKK L-EWWEL TIM FIL-PITCH TA’ BIRŻEBBUĠA

It-tim tal-waterpolo ta’ Marsaxlokk kellu l-unur li jkun l-ewwel tim tal-waterpolo li jinżel u jesperjenza l-pitch tal-waterpolo ta’ Birżebbuġa. Matul dawn l-aħħar ġimgħat u xhur, ix-xogħol fuq dan il-pitch tant mistenni mir-residenti tal-lokal kif ukoll tal-isportivi, kien għaddej b’ritmu mgħaġġel, tant li issa wkoll għaddej ix-xogħol fuq il-club house. Għal snin twal dan il-pitch tal-waterpolo tħalla mitluq jaqa’ biċċa biċċa, u minflok l-għajjat u l-eċitament taż-żgħażagħ jitħarrġu dan l-isport marbut mal-baħar, spiċċa ħofra ta’ ilma qiegħed u mimli skart. Kien proprju bis-saħħa ta’ Gvern Laburista li fl-2013 beda dan il-proġett, li issa riesaq lejn it-tlestija tiegħu u li, bis-saħħa tiegħu, il-lokal ta’ Birżebbuġa se jkollu pixxina tal-ilma ħelu li hija kbira 25 metru bi 33 metru. Apparti x-xogħol fuq il-club house, saru wkoll għadd ta’ xogħlijiet, fosthom it-tqegħid tal-madum, xogħol ta’ żebgħa u installazzjoni ta’ pompi biex iħaddmu l-pixxina. Il-club house se tkun tinkludi ristorant, kmamar fejn il-plejers ikunu jistgħu jibdlu, lattrini, gym u multi-purpose hall. Minkejja li x-xogħlijiet għadhom għaddejjin, l-immaniġġjar u t-tmexxija ta’ din il-pixxina qegħdin fit-tmun talBirżebbuġa Waterpolo Club. B’hekk, issa, Birżebbuġa se jerġa’ jkollha din il-faċilità tal-waterpolo li jixirqilha u li kienet ilha tiġi mwiegħda għal aktar minn 10 snin minn gvernijiet Nazzjonalisti. Dan il-proġett tal-pixxina b’Birżebbuġa, li b’kollox jammonta għal investiment totali ta’ €2 miljun, se jkun it-tielet pitch tal-waterpolo tal-ilma ħelu f ’Malta – bit-tnejn l-oħra jkunu l-pitch ta’ San Ġiljan u l-Pixxina Nazzjonali f ’Tal Qroqq.

SUĊĊESS GĦAŻ-ŻEBBUĠ KARATE AND FITNESS CENTRE

Matul ix-xahar ta’ Ġunju, iż-Żebbuġ Karate and Fitness Centre, immexxija mis-Sensei Josef Antonelli, marru l-Ingilterra sabiex jikkompetu fil-kompetizzjoni British 4 Nations. F’din il-kompetizzjoni, li għaliha jikkompetu numru ta’ parteċipanti minn madwar l-Ewropa, hija avveniment annwali. Għal din ilkompetizzjoni, il-klabb Malti ta’ Ħaż-Żebbuġ għamel prestazzjoni tajba u dan għax Thyis Antonelli ġiet l-ewwel fil-Kumite tal-età bejn is-7 u d-9 snin. Emma Grech ġiet fit-tielet post fil-Kumite ta’ taħt it-68kg, filwaqt li Luke Galea ġie fit-3 post fil-Kumite. Dan ma kienx l-uniku suċċess li kiseb dan klabb lokali u dan għax ftit tax-xhur ilu parteċipanti oħra kkompetew f ’diversi dixxiplini tal-karate fil-Polonja fejn kisbu suċċessi mistħoqqa.


38 12|06|2016

kullhadd.com

SPORTS

BALE U WALES FIS-SEBA’ SEMA ALBANIJA VS ŻVIZZERA

0-1

WALES VS SLOVAKKJA

2-1

INGILTERRA VS RUSSJA

TARD

Albanija vs Żvizzera Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ it-tim talIżvizzera għeleb lil talAlbanija bl-iskor ta’ 1-0. Kienu proprju l-Iżvizzera li marru fil-vantaġġ kmieni filpartita, wara biss 5 minuti logħob, meta minn corner tajjeb mil-lemin id-difensur Fabian Schar tefa’ l-ballun bix-xibka b’daqqa ta’ ras b’saħħitha, wara ħarġa ħażina tal-gowler tal-Albanija. Fis36 minuta t-tim tal-Albanija spiċċa jilgħab b’10 min-nies hekk kif il- captain tat-tim Lorik Cana ntwera t-tieni karta safra għall-handsball barra l-kaxxa, li mill-istess free-kick l-Iżvizzera laqtu l-lasti. Minkejja d-distakk numeriku, l-Albanija kellhom ċans tad-deheb li jġibu d-draw meta fis-87 minuta s-sostitut Shkelzen Gashi, wiċċ imb wiċċ malgowler Żvizzeru, ixxuttja fil-gowler. Minkejja kollox, it-tim tal-Iżvizzera għaraf li jikkontrolla tajjeb illogħba mill-bidu sal-aħħar, għalkemm kienu kemxejn traskurati quddiem il-lasti. Dan hekk kif fl-ewwel

L-aħwa Xhaka fl-azzjoni taqsima kellhom għadd kbir ta’ opportunitajiet biex jagħlqu l-logħba kmieni. Madankollu, logħba tajba mill-Iżvizzera u bidu tajjeb li żgur se jinżel għasel malkowċ Vladimir Petkovic.

ilbieraħ it-tim ta’ Wales għeleb lil dak tal-Islovakkja bl-iskor ta’ 2-1. Kien proprju s-solitu attakkant minn Wales Gareth Bale li minn free-kick stupend li għeleb lill-barriera u l-ballun spiċċa wara l-gowler tal-Islovakkja Wales vs Slovakkja Matus Kozacik, għalkemm dan tal-aħħar seta’ għamel Fit-tieni logħba li kien hemm aħjar biex salvah. Ftit wara

Wara l-gowl ta’ Gareth Bale li bdiet it-tieni taqsima, Bale reġa’ kien viċin li jiskurja t-tieni gowl tiegħu u filpartita, iżda din id-darba Kozacik kien deċiżiv u laqa’ l-ballun tajjeb. Il-gowl talIslovakkja wasal ftit wara, proprju fil-61 minuta, meta s-sostitut Ondrej Duda blewwel azzjoni tiegħu, tefa’ l-ballun wara Danny Ward

b’xutt sabiħ fil-baxx. Fil-81 minuta, Wales reġgħu marru fil-vantaġġ, din id-darba kien Hal Robson-Kanu li b’xutt imxellef il-ballun spiċċa fillasti. Fis-86 minuta t-tim Slovakk kien sfortunat li ma ġabx id-draw hekk kif daqqa ta’ ras ta’ Adam Nemec ħabtet mal-lasti, bil-gowler Ward megħlub.

IL-LOGĦOB GĦAL DIN IL-ĠIMGĦA ILLUM, IL-ĦADD 12 TA’ ĠUNJU Turkija Polonja Ġermanja

15.00 Kroazja 18.00 Irlanda ta’ Fuq 21.00 Ukrajna

GĦADA, IT-TNEJN 13 TA’ ĠUNJU

POLONJA VS IRLANDA TA’ FUQ Fl-ewwel logħba li hemm illum minn Grupp Ċ fis-6pm hija dik bejn il-Polonja u l-Irlanda ta’ Fuq. Aħbar xejn tajba għall-Polonja hija l-fatt li l-winger tagħhom Kamil Grosicki hemm ċans tajjeb li ma jilgħabx hekk kif sofra injury fl-għaksa kotra l-Litwanja l-ġimgħa l-oħra. Dan ma jawgura xejn tajjeb għat-tim Pollakk hekk kif diġà għandhom żewġ wingers oħrajn neqsin - Maciej Ryblus u Pawel Wszolek – minħabba injuries differenti. Min-naħa l-oħra plejer ieħor tal-Irlanda ta’ Fuq Kyle Lafferty jidher irkupra minn injury li kellu fil-groin li sofriha waqt it-taħriġ nhar it-Tlieta li għadda. Din se tkun l-ewwel dehra tal-Irlanda ta’ Fuq wara stennija ta’ 30 sena, bl-aħħar dehra tagħhom tkun fil-finali tat-Tazza tad-Dinja fl-1986. Huwa mistenni li kemm it-Turkija kif ukoll il-Kroazja se jinżlu fil-grawnd bl-aqwa plejers possibbli hekk kif l-ebda tim m’għandu problemi fejn jidħlu plejers neqsin minħabba xi injuries.

ĠERMANJA VS UKRAJNA Din il-logħba se tkun it-tnax-il darba infila li t-tim tal-Ġermanja se jkun qed jieħu sehem f’tournaments bħal dawn wara li fl-ewwel attentat tagħhom, dak iż-żmien il-Ġermanja tal-Punent, ma kinux ħadu sehem fl-1968. Huwa kienu inkurunati champions tliet darbiet – fl-1972, fl-1980 u fl-1996 – u sfaw megħluba tliet darbiet oħra – fl-1976, fl-1992 u fl-2008. Il-miġja għal dan it-tim fil-gruppi ma kinitx waħda faċli hekk kif dan kien magħmul mit-timijiet tal-Polonja, l-Irlanda u l-Iskozja. Min-naħa tagħhom, it-tim tal-Ukrajna, din se tkun it-tieni dehra għal dan it-tim f ’din il-kompetizzjoni bl-ewwel waħda tkun fl-2010, fejn kienu ospitaw dan it-tournament flimkien mal-Polonja. Biex wasal s’hawn, dan it-tim kellu jegħleb l-isfida tal-Isvlokkja fil-play-offs.

TURKIJA VS KROAZJA Din se tkun l-ewwel opportunità li dawn iż-żewġ timijiet se jkunu qed jilagħbu kontra xulxin fl-istorja tagħhom. It-tim tal-Turkija ma kienx irnexxielu jikkwalifika fl-aħħar edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni fl-2012, iżda kienu waslu sas-semifinali fil-kompetizzjoni tal-2008. Dan it-tim se jipprova juża din l-esperjenza bħala mudell biex f ’din il-kompetizzjoni jippruvaw jirrepetu dan is-suċċess. Min-naħa l-oħra, it-tim tal-Kroazja għadu kemm ġej minn rebħa kbira ta’ 10-0 kontra San Marino fl-aħħar logħba ta’ ħbiberija tagħhom. Wara din il-prestazzjoni huma jinsabu b’moral għoli ħafna u għalhekk m’huma jistennew xejn għajr rebħa kontra t-Torok.

Spanja Irlanda Belġju

15.00 18.00 21.00

Repubblika Ċeka Iżvezja Italja

IT-TLIETA 14 TA’ ĠUNJU Awstrija Portugall

18.00 21.00

Ungerija Iżlanda

L-ERBGĦA 15 TA’ ĠUNJU Russja Rumanija Franza

15.00 18.00 21.00

Slovakkja Iżvizzera Albanija

IL-ĦAMIS 16 TA’ ĠUNJU Ingliterra Ukrajna Ġermanja

15.00 18.00 21.00

Wales Irlanda ta’ Fuq Polonja

IL-ĠIMGĦA 17 TA’ ĠUNJU Italja 15.00 Repubblika Ċeka 18.00 Spanja 21.00

Iżvezja Kroazja Turkija

IS-SIBT 18 TA’ ĠUNJU Belġju Iżlanda Portugall

15.00 18.00 21.00

Irlanda Ungerija Awstrija


FORMULA 1

kullhadd.com

TELLIEQ NRU

08

12|06|2016 39

RAPPORT U ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI Numru ta’ dawriet 70 Tul tat-tellieqa 305.27KM

KANADA Montreal Circuit Gilles-Villeneuve

Dawra rekord R.BARRICHELLO 2004

Q1 intemmet b’inċident ieħor ta’ Haryanto li spiċċa b’puncture wara li tilef il-kontroll u ħabat ma’ barriera. It-tieni sessjoni ġiet interrotta ftit wara li bdiet hekk kif Sainz ħabat u tkaxkar mal-Wall of Champions, inċident li wassal għall-ħruġ tal-bnadar il-ħomor. Wara ftit minuti kollox irritorna għan-normal fejn is-sewwieqa tal-Mercedes telgħu fl-ewwel żewġ pożizzjonijiet. Il-Ferrari batew ħafna f ’Q2 fejn ma rnexxilhomx jinqalgħu mis-sitt u s-seba’ post. Aħjar marru r-Red Bulls, speċjalment Ricciardo li daħal wara ż-żewġ sewwieqa tal-Mercedes.

18-23km/hr

Soft

Rebbieħ tal-2015 L.HAMILTON

POLE IEĦOR GĦAL HAMILTON

Il-Ferrari u l-Mercedes millewwel ħarġu kkargati bir-roti ultrasofts filwaqt li l-Force Indias kienu l-unika tim li bdew bissupersofts. Min-naħa l-oħra, Haryanto beda bil-problemi hekk kif inqalgħetlu biċċa missidepod, inċident li ma tellifx l-andament tas-sessjoni. Ir-Red Bulls damu mhux ħażin biex ħarġu, però malajr bdew resqin lejn l-ewwel pożizzjonijiet fejn Verstappen kiseb is-sitt post u Ricciardo it-tielet b’Rosberg u Vettel biss quddiemu. L-Olandiż deher li kien se jipprova javvanza ftit ieħor però żball fl-aħħar chicane ġiegħlu jagħmel brejk qawwi li telliflu ħafna ħin.

Tyres għad-dispożizzjoni Temperatura tal-art 15°c Ultra Soft Temperatura tal-arja 14°c Super Soft Riħ

POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10

Umdità 78%

ISEM IS-SEWWIEQ Lewis Hamilton Nico Rosberg Sebastian Vettel Daniel Ricciardo Max Verstappen Kimi Raikkonen Valtteri Bottas Felipe Massa Nico Hulkenberg Fernando Alonso

Dan ir-ritmu pożittiv għall-RBR kompla tul Q3 fejn is-sewwieqa tagħhom telgħu fl-ewwel żewġ pożizzjonijiet kmieni fis-sessjoni. Però, dawk tal-Mercedes malajr reġgħu imponew ruħhom fuq

Rai 2 fil-23.00 Ħin Oriġinali fit-20.00

TIM Mercedes Mercedes Ferrari Red Bull Red Bull Ferrari Williams Williams Force India McLaren

ĦIN 1:12:812 1:12:874 1:12:990 1:13:166 1:13:414 1:13:579 1:13:670 1:13:769 1:13:952 1:14:338

kulħadd b’ħinijiet eċċellenti li tawhom vantaġġ komdu. Għal ħafna ħin deher li Vettel kien se jerġa’ jkollu prestazzjoni bagħtuta, imma fl-aħħar sekondi huwa kiseb it-tielet post.

LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT

L-aħħar jiem kienu kemxejn kwieti fid-dinja tal-Formula 1, però l-aħbarijiet ma naqsux hekk kif ittimijiet qegħdin iħarsu lejn il-futur tagħhom kif ukoll dak tal-isport b’mod ġenerali.

kalendarju, ma tkunx l-ewwel darba li dan jitneħħa mix-xena fuq kwistjoni ta’ din ix-xorta. Dan hekk kif fl-2009 it-tellieqa ġiet imħassra minħabba kwistjoni relatata mal-iżvilupp taċ-ċirkwit.

Diskussjonijiet fil-qrib

Il-futur tal-McLaren

F’kummenti li tat lill-midja, iddeputy team principal Claire Williams, sostniet li qiegħda tistenna li fi żmien qasir jibdew innegozjati għal ftehim kummerċjali ġdid li jmur lil hinn minn dak attwali li jintemm fl-2020. Fl-aħħar ġimgħat, it-timijiet, ilfornituri u l-amministraturi tal-F1 irnexxielhom jaslu għal qbil dwar id-direzzjoni li l-isport se jieħu filfutur aktar immedjat. Dan il-ftehim se jwassal biex ikun hemm kontroll akbar tal-ispejjeż relatati maliżvilupp tal-magni ibridi, filwaqt li se jintroduċi miżuri li mistennijin iżidu l-interess fl-isport. Għaldaqstant, b’dan il-ftehim issiġillat, Williams qiegħda tistenna li l-partijiet kollha involuti f ’dan il-proċess issa jdawru l-attenzjoni tagħhom lejn kwistjonijiet aktar fittul. Waħda mir-riforma li ssemmiet ħafna matul dawn l-aħħar snin kienet l-abolizzjoni tal-Istrategy Group li jagħti poter kbir lillamministraturi u t-timijiet l-kbar. Madankollu, Williams sostniet li s’issa ma jidhirx li hemm alternattiva aktar vijabbli għal din l-istruttura.

Fl-aħħar ta’ min isemmi l-futur talMcLaren u s-sewwieqa tagħhom. Fernando Alonso, li huwa marbut mat-tim sal-aħħar tal-istaġun li ġej, sostna li hu qiegħed jistenna li t-tim minn Woking ikun kompetittiv fl-2017. Dan għax ittibdil fir-regolamenti tekniċi li se jiġu implimentati s-sena d-dieħla se jagħtu l-opportunità lit-timijiet illi jkomplu jiżviluppaw il-vetturi tagħhom tul l-istaġun kollu. B’hekk, id-distakki kbar bejn ittimijiet se jkunu jistgħu jitnaqqsu b’faċilità akbar minn kif isir attwalment. Però, għadu mhuwiex ċar jekk Jenson Button huwiex se jagħmel parti minn dan il-futur. Dan ikkonfermah is-sewwieq Brittaniku stess li qal li għadu ma ddiskutiex kuntratt ġdid malMcLaren. Attwalment, jidher li l-kandidat ewlieni li joħodlu postu huwa s-sewwieq ta’ riserva Stoffel Vandoorne. Madankollu, dan ma jfissirx li Button se jsib ruħu mingħajr post fl-isport hekk kif hemm għajdut persistenti li huwa jista’ jingħaqad mal-Williams.

Minħabba f ’hekk jidher li m’hemmx possibblità kbira li din il-bidla sseħħ. Riforma oħra li tista’ tiġi proposta taf tkun dik relatata mal-mod kif jitqassmu l-premji finanzjarji bejn it-timijiet. Skont Bob Fernley, iddeputy team principal tal-Force India, u Dave Ryan, ir-racing director tal-Manor, is-sistema attwali mhijiex ġusta. Dan għax id-distakk bejn ilpremji li jirċievu t-timijiet li kbar u dawk li tingħataw lit-timijiet medji u żgħar huwa kbir wisq. Min-naħa l-oħra, Christian Horner, it-team principal tar-Red Bull, qal li d-deċiżjoni hija tal-kap tal-FOM Bernie Ecclestone għax huwa hu li jamministra d-drittijiet kummerċjali tal-isport. Se titneħħa mill-kalendarju? Deċiżjoni oħra li Ecclestone jaf ikollu jieħu fi żmien mhux

imbiegħed hija dik relatata malfutur tal-Gran Premju tal-Kanada. Dan hekk kif il-biljunarju Brittaniku mhuwiex kuntent bilfatt li l-amministraturi ta’ dan iċ-ċirkwit ma żammewx il-kelma tagħhom li jinvestu €28 miljun biex jiġu mmodernizzati l-paddock u l-infrastruttura ġenerali skont ftehim li kien iffirmat fl-2014. Dan l-investiment kellu jsir sal-2017, però Ecclestone qal li ċ-ċirkwit għadu mingħajr sponsor prinċipali. Għaldaqstant, mingħajr dan id-dħul finanzjarju, huwa dubjuż kemm l-amministraturi taċ-ċirkwit se jirrispettaw l-iskadenza miftiehma fl-2014. Minħabba dan il-fatt, Ecclestone qal li l-kuntratt, li suppost kellu jwassal sal-2024, jista’ jiġi xolt qabel iż-żmien. Minkejja li l-Gran Premju tal-Kanada huwa appuntament stabbilit fil-


40 12|06|2016

kullhadd.com

LOKALI

ĊERTIFIKAT ‘PREMIER’ GĦALL-ISPTAR TA’ GĦAWDEX • Mistenni jkun l-ewwel sptar f ’Malta akkreditat mill-JCI

L-isptar t’Għawdex se jidħol għal akkreditazzjoni magħrufa bħala JCI, Joint Commission International, li meta tinkiseb se tpoġġi l-istess sptar filklassifika tal-‘Premier league’ tal-isptarijiet madwar id-dinja. Madwar id-dinja u f ’diversi oqsma, hemm ħafna tipi ta’ ċertifikazzjoni li meta jinkisbu jagħtu garanzija ta’ xogħol, servizz jew kwalità lillindividwu li jkun qed jixtri jew jagħmel użu mis-servizz. Bħal, ngħidu aħna, ikollok

timbru ta’ kwalità. Fil-qasam tal-isptarijiet ukoll jeżisti dan it-timbru ta’ kwalità u, fost l-aktar timbri ta’ kwalità magħrufa u rrispettati fissettur tas-saħħa, hemm il-JCI li ilha sa mill-1994 tispezzjona u tiċċertifika sptarijiet f ’aktar minn 90 pajjiż madwar iddinja. Il-JCI għandha fi ħdanha għadd ta’ konsulenti li ġejjin minn kull qasam tassaħħa u li dawn bejniethom għandhom il-kredenzjali kollha

biex jiċċertifikaw jekk sptar għandux jingħata t-timbru ta’ kwalità, f ’dan il-każ, it-timbru tagħhom ta’ akkreditazzjoni u li jiċċertifika li l-isptar laħaq il-livelli ta’ standards rikjesti minnhom. S’issa qatt ma kellna sptar f ’Malta li ġab din l-akkreditazzjoni u hu l-pjan tal-Gvern li l-isptar t’Għawdex ikun l-ewwel sptar fil-Gżejjer Maltin li jġib din il-marka ta’ kwalità li finalment se jgawdu minnha l-pazjenti kollha, kemm Maltin u kemm barranin u kif ukoll l-istaff kollu li jaħdmu flistess sptar t’Għawdex. Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne spjega mal-gazzetta KullĦadd li dan se jkun pass importanti ħafna li se jikkumplimenta mal-fatt li Malta qed timmira li tiġbed itturiżmu mediku lejn pajjiżna. “Fatt ieħor importanti marbut ma’ din l-akkreditazzjoni tal-JCI hu l-fatt li aħna qed nimmiraw li niġbdu turiżmu mediku lejn pajjiżna. Ħafna mill-pazjenti barranin li jkunu qed ifittxu li jiġu operati jew jingħataw trattament

barra minn pajjiżhom huma magħrufa li jaraw minn qabel jekk l-isptar fejn se jmorru għandux xi akkreditazzjoni ta’ kwalità. U dan hu proċess aktar rigoruż meta l-pazjent barrani jkun se jiġi kopert minn kumpaniji tal-assigurazzjoni.” Fearne żied li dawn ilkumpaniji, speċjalment kumpaniji tal-assigurazzjoni Amerikani, jeżiġu li l-isptar fejn ikun se jintbagħat ilpazjent tagħhom ikun sptar li jrid ikollu akkreditazzjoni mill-JCI. “Għalhekk din l-akkreditazzjoni tal-isptar t’Għawdex se tkun qed twassal biex nattiraw it-turiżmu mediku; niċċa ta’ turiżmu li s’issa pajjiżna għadu qatt ma mmira għaliha b’tant serjetà u li l-stess sptar t’Għawdex se jkollu 100 sodda disponibbli għal dawn il-pazjenti. Ma rridux ninsew li filwaqt li s-servizz għall-Maltin u l-Għawdxin se jibqa’ bla ħlas, dawn il-pazjenti barranin se jkunu qed iħallsu tas-servizz li jingħataw millisptar u kif ukoll se jkomplu jiġġeneraw aktar kummerċ flekonomija ta’ pajjiżna,” qal

Fearne. Jinbena mill-ġdid L-isptar t’Għawdex se jkun qed jinbena mill-ġdid u flaħħar jiem kienu għaddejjin fl-aqwa tagħhom it-testijiet. Ilfatt li x-xogħol fuqu se jsir fiżżmien li ġej se jwassal biex dan l-isptar se jkun ta’ livell ogħla anke minn dak ta’ Mater Dei. “Ma rridux ninsew li Mater Dei ilu miftuħ mis-sena 2008, apparti li kien ilu jinbena s-snin. Id-dinja dejjem tinbidel u l-qasam tas-saħħa mhux nieqes mit-tibdil li dejjem għaddej u li qed ikun aġġornat mażżminijiet tal-lum. Dan it-tibdil se jkun rifless ukoll fil-bini mill-ġdid tal-isptar t’Għawdex iżda mhux il-bini biss se jkun qed jagħmel id-differenza,” qal Fearne. “Il-viżjoni li għandu l-Partit Laburista fil-Gvern hi li jagħmel minn Malta ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tassaħħa filwaqt li s-servizzi għallpazjenti Maltin u Għawdxin jibqgħu bla ħlas,” temm jgħid il-Ministru tas-Saħħa.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.