MATEMATIĊI MINN MALTA TAL-OGĦLA LIVELL DINJI Ħarġa Nru 1,509
Prezz €1
Rapport f’paġni 8 u 9 Ritratt: VISITMALTA
Il-Ħadd, 12 ta’ Ġunju, 2022
PROSPETTI EKONOMIĊI MILL-AQWA Fl-aħħar jiem waslu żewġ ċertifikati oħra pożittivi għall-ekonomija Maltija, f’rapporti separati, wieħed mill-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu DBRS Morningstar u ieħor mill-Bank Ċentrali Malti. Waqt li tal-ewwel ikkonfermat l-aħjar rating li qatt tat lil Malta, l-esperti talBank Ċentrali jbassru tkabbir aħjar sal2024, li jtejjeb fuq dawk li saru qabel, bħal tal-Kummissjoni Ewropea. Rapport f’paġna 6
“SE NGĦINU IŻJED PERSUNI” Il-Professur tal-ġinekoloġija Mark Brincat jisħaq dwar il-bżonn ta’ diskussjoni “oġġettiva” fuq l-aħħar emendi għal-liġi tal-IVF li ġew proposti fil-Parlament “Kull pass li nieħdu dejjem qiegħed jitfa’ xibka aktar wiesgħa, biex b’hekk ngħinu lil iżjed persuni.” Kienet din ir-reazzjoni tal-Professur Mark Brin cat, ġinekologu ta’ esperjenza b’għarfien qawwi dwar il-proċess tal-In-Vitro Fertilisation (IVF), f’kummenti lill-KullĦadd dwar id-dibattitu li beda din il-ġimgħa fil-Parlament fuq emendi proposti fil-liġi tal-IVF. Tali emendi huma maħsuba biex aktar persuni jkollhom iċ-ċans li jsiru ġenituri, b’għadd ta’ bidliet bħall-estensjoni tal-età u ż-żieda ta’ ċikli mingħajr ħlas. Se jippermettu wkoll lit-tobba u lill-ispeċjalisti biex jagħmlu użu mill-aħħar teknoloġija medika bil-għan li jiġu evitati stejjer ta’ qsim il-qalb ta’ trabi li jitwieldu biċ-ċertezza li se jmutu fi ftit ġimgħat jew xhur, jew inkella jispiċċaw jgħixu b’kundizzjonijiet diffiċli ħafna. Mistoqsi dwar dan, il-Professur, li
ilu snin twal jaħdem fil-qasam, tenna: “Hawnhekk qegħdin nitkellmu fi sfond tal-IVF l-iżjed li hu pprovdut mill-Istat, mill-Isptar Mater Dei stess … mhux li jsiefru. Iva, l-emendi kif inhuma allura se jagħmluha possibbli biex koppji li s’issa, pereżempju ma jistgħux ikollhom IVF hawn Malta jew ma jistgħux ikollhom IVF f’Mater Dei minħabba xi policies, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dan it-tibdil li jagħtihom aċċess għall-proċeduri meħtieġa.” Hu kompla li mhux biss il-liġijiet u l-emendi li qed isiru Malta, iżda bħalissa qed jiġu diskussi wkoll emendi fil-protokolli, kif tinħadem is-sistema. “Dan se jagħmilha possibbli biex koppji li s’issa għandhom diffikultajiet, jew mhumiex eliġibbli, inkella mhux possibbli jsir IVF fuqhom, issa jista’ jsir. Allura jien nistenna li jkun hemm numri akbar ta’ każi ta’ IVF.”
Waqt li d-dettalji tal-emendi ngħataw ġimagħtejn ilu mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, id-dibattitu Parlamentari beda nhar l-Erbgħa li għadda. Fid-diskors tiegħu waqt it-tieni qari tal-liġi dwar l-IVF, il-Prim Ministru Robert Abela spjega kif l-emendi, li qed jitressqu fl-ewwel 100 jum tal-leġiżlatura bħala wegħda elettorali, se jkunu qed iwessgħu l-proċeduri permessi mix-xjenza biex aktar familji jkollhom ferħ bit-twelid ta’ aktar trabi. Dlonk l-emendi tressqu fil-Parlament, id-dibattitu beda jitqanqal u l-Professur Brincat kellu appell ċar ħafna biex dan ikun wieħed oġġettiv. Tkompli f’paġna 4
Prof. Mark Brincat
02
12.06.2022
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 20°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq il-Gżejjer Baleariċi sa fuq il-Libja It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral li jdur mill-Majjistral itTramuntana Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 24°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
31°C UV 11
20°C
Il-Ħamis
KUNTATT ĠENERALI
31°C UV 11
21°C
Il-Ġimgħa
32°C UV 11
21°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1 182
33°C UV 11
22°C
33°C UV 11
22°C
33°C UV 11
22°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta — 2123 4567 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun —21238018 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ — 21467459 Ħerba Pharmacy, 166, Triq Salvu Psaila, Birkirkara —21443406 Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann — 21387479 Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi — 21375373 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema — 21335492 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija — 21414051 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta — 21415198 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra — 21580881 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola — 21693412 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu — 21807529 San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant’Anna, Marsaskala — 21637994 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk — 21651278 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq — 21682251 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera — 21238625 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli — 21452447 Għawdex Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem — 21553018 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija — 21563052 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
12.06.2022
03
Ilbieraħ filgħodu ngħatat l-aħħar tislima lill-Eks Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union, Tony Zarb. Zarb miet nhar id-29 ta’ Mejju fl-għomor ta’ 68 sena, waqt li kien qed jingħata l-kura fi sptar il-Belġju. Għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, it-tebut tiegħu twassal permezz ta’ korteo li telaq mill-Isptar Mater Dei għall-kwartieri fil-Belt Valletta, li hija s-sede tal-General Workers’ Union, li Zarb mexxa għal 17-il sena sħaħ. Fid-daħla tal-Workers’ Memorial Building, għajnejn l-eks kollegi tiegħu mtlew bid-dmugħ meta ndaqqew żewġ kanzunetti li tant kienu għal qalbu: “Ħaddemin” ta’ Mary Spiteri u “You’ll Never Walk Alone” ta’ Gerry & The Pacemakers. Il-korteo mbagħad wasal fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju fil-Furjana fejn giet ikkonċelebrata l-quddiesa. Fl-omelija tiegħu, l-Arċipriet tal-Furjana, il-Kanonku Charles Cini, semma fost l-oħrajn il-qalb kbira li kellu Tony Zarb, il-legat ta’ altruwiżmu li se jħalli, l-imħabba li kellu għall-familja tiegħu u kemm ħadem bis-sħiħ favur il-ġust u s-sewwa. Hu semma l-kliem li xpruna lill-Eks Segretarju Ġenerali tal-GWU biex żgur jaħdem favur il-vulnerabbli – “Dak li għamiltu mal-iżgħar fost ħuti tkunu għamiltuh miegħi”. Għall-quddiesa attendew l-ogħla awtoritajiet talpajjiż, fosthom mart il-President ta’ Malta, Miriam Vella, il-Prim Ministru Robert Abela, il-Membru Parlamentari Ewropea Josianne Cutajar, l-Ispeaker Anġlu Farrugia, diversi membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra, flimkien mat-tmexxija tal-GWU, talUnion Ħaddiema Magħudin u diversi trejdjunjinistiċi oħrajn.
Ritratt: ONE NEWS
TINGĦATA L-AĦĦAR TISLIMA LIL TONY ZARB
04
12.06.2022
“BŻONN LIĠIJIET Tkompli minn paġna 1 “Kulħadd sensittiv naħseb jien, għax kulħadd iħoss għal koppji li ma jistgħux ikollhom it-tfal. Daqskemm kulħadd sensittiv għal min ma jiflaħx, pereżempju, dak xogħolna. Però l-importanti li tkun oġġettiv b’mod xjentifiku,” tenna l-Professur Brincat, waqt li enfasizza fuq l-importanza tal-oġġettività “għax xi kultant neħlu bid-dettall u nitilfu l-istampa sħiħa”. Bl-emendi l-ġodda se jiżdiedu ċ-ċikli tal-IVF mingħajr ħlas billi se tinbidel id-definizzjoni ta’ ċiklu, għax kull ġenitur prospettiv se jingħata ċ-ċans li jkollu tliet ċikli bl-Oocyte Collection jew ċikli bl-użu ta’ bajd krijopriservat. Bil-liġi l-ġdida proposta, se jsiru emendi fejn jidħlu donazzjonijiet ta’ gamete fejn id-donaturi jistgħu jkunu wkoll persuni relatati b’affinità, waqt li persuni li diġà għandhom wild wieħed, kemm jekk b’mod naturali kif ukoll permezz tal-istess IVF, se jkunu eliġibbli għas-servizz mingħajr ħlas
biex ikollhom l-opportunità għat-tieni wild tagħhom. Fl-istess waqt, l-età tal-ommijiet eliġibbli se titla’ minn 42 sena sa jum qabel il-mara tagħlaq is-46 sena f’każ ta’ Oocyte Retrieval, waqt li trasferimenti ta’ embrijuni jistgħu jsiru sa jum qabel il-mara tagħlaq 49 sena. Se jiġi pprovdut ukoll qafas legali bl-opportunità li f’każi ta’ ċerti kundizzjonijiet ġenetiċi serji jsir il-PGT-M jew Pre-implantation Genetic Testing for Monogenic Diseases. Ġenituri prospettivi li għandhom embrijuni krijopriservati barra minn Malta u li ġew maħluqa hemm wara l-2018, issa jistgħu wkoll japplikaw biex jittrasferixxu lejn pajjiżna tnejn f’kull ċiklu u b’hekk ma jkollhomx għal xiex isiefru biex ikomplu bil-proċess. L-ispejjeż għat-trasferiment ta’ massimu ta’ erba’ Sperm Vials ta’ donaturi barranin u massimu ta’ sitt Oocytes ta’ donaturi barranin kif ukoll żewġ embrijuni tal-ġenituri prospettivi minn pajjiżi barranin se
FIL-PN QIEGĦED IKOMPLI JBERRAQ B’nofs kelma mid-Deputat Joe Giglio (inset) kontra r-Russa mfittxija Maria Efimova, ħarġet mill-ġdid il-qasma bejn il-fazzjonijiet filPartit Nazzjonalista u berraq b’għadd ta’ attakki mill-estab lishment li ma ħallewhilux nieqsa għal melħa. Saħansitra kompliet tiżviluppa l-mibegħda li bdiet minn qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali li jġorr Karol Aquilina, Kelliem Ewlieni Nazzjonalista għall-Ġus tizzja, lejn l-istess Giglio, Kelliem Ewlieni għall-Intern. Bħala avukat Giglio kellu każ fil-Qorti kontra r-Russa, li nħareġ mandat internazzjonali kontriha dwar l-involviment tagħha fl-akbar gidba politika Egrant, u lbieraħ ġie mistoqsidwaru.Hudlonktefa’dubjifuqil-persunausaħansitra ddeskrivieha bħala waħda b’intenzjonijiet ħżiena. Dan wassal għal kundanni kontrih fil-pubbliku mid-De putat kollega tiegħu Aquilina u l-Membru Parlamentari Ewropew David Casa. Aquilina indika li kliem bħal dak ta’ Giglio, li ħadlu postu fuq id-distrett, tant li tela’ bl-elezzjoni każwali, hu dispreġjattiv. Dlonk segwiet stqarrija twila tal-għaqda Repubblika, li hi mmexxija minn ħu d-Deputat mis-Siġġiewi, u akkużat lil Giglio li lil Efimova kien ippersegwitaha u li attakkatu għar-rabtiet tiegħu mal-Pilatus Bank. Repubblika ħadet l-istess pożizzjoni u bil-kummenti tagħha tefgħet pressjoni ċara fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, dwar jekk jaqbilx mal-pożizzjoni tiegħu. Ta’ Repubblika qalu li, għalkemm mhumiex sorpriżi, l-Oppożizzjoni ttradiet lis-soċjetà ċivili u ddeskrivew iddikjarazzjoni ta’ Giglio bħala tal-waħx.
05
12.06.2022
U PROTOKOLLI BIEX L-IVF ISIR NORMALI” jkunu koperti mis-Servizz tas- mediċi. tilħaq koppji li huma diffiċli,” Saħħa Pubblika. Fuq kollox Dr Brincat tenna kompla l-Professur li indika kif L-età massima ta’ donatur li jibqa’ ottimist li jkollna aktar anke r-rata tat-twelid qiegħda issa se tkun ta’ 36 sena nieqes twelid f’pajjiżna. “Jiena dejjem titjieb. ġurnata fil-jum li tingħata ottimist kieku. Kieku qatt ma “Aktar ma jkollok koppji difd-donazzjoni. dħalt biex nagħmel IVF, l-ewwel fiċli, aktar taħseb, il-perċez“Aktar ma noqorbu lejn liġiji- tarbija bl-IVF f’Malta fl-1990, zjoni hi, li r-rata mhix qed et li jħaddnu, pereżemptitjieb. Ir-realtà hi li ju l-maġġoranza qegħdin nilħqu kopp tal-pajjiżi Ewropej, ji li huma diffiċli ħafil-mainstream, dak li na. Għax jekk inti qed hu normali li nittrattittratta ma’ koppji li taw bħall-kardjoloġija, huma relattivament il-mard tal-qalb b’ċerDak li hu normali li nittrattaw straight forward, mela tu mod … hekk kif inhu se jkollok rata għolja b’ċertu mod fil-kardjoloġija normali li nittrataw ħafna. Jekk inti tidħol jew fil-kura tal-kanċer, għandu għal każi vera diffiċli, li il-kanċer b’ċertu mod, hemm il-protokolli norjkun hemm protokolli u liġijiet ma kontx tidħol għalimali … nittrattaw mara qabel, naturali li li jittrattaw koppji b’IVF b’mod hom fil-labour b’ċertu mod r-rata tibqa’ l-istess,” normali, skont ix-xjenza li … għandu jkun hemm saħaq il-ġinekologu. protokolli u liġijiet li “Allura iva, jiena nara tinbidel il-ħin kollu jittrattaw koppja b’IVF li għal każi vera diffiċli b’mod normali skont r-rata għandha titjieb, ix-xjenza. Ix-xjenza kif inhi fis-settur privat. Imbagħad għal każi li huma inqas diffiċllum,” żied il-Professur, waqt domna ħafna snin niġġieldu li r-rata ħa titjieb iżjed. U dan li fakkar li x-xjenza tinbidel il- biex nagħmlu IVF Unit Mater mhux biss hu naturalment ħin kollu. Hu għalhekk faħħar Dei … fl-aħħar dan fetaħ fl-2014- minħabba emendi fil-liġi, imma il-mod li, filwaqt li l-prinċipji 2015. U pprogressajna minn minħabba d-disponibbiltà ta’ jkunu indirizzati fil-liġijiet, im- dak iż-żmien. IVF hu oġġett apparat u l-professjonisti wkoll bagħad jitħaddmu bi protokol- fejn ix-xjenza qed tevolvi l-ħin l-input tagħhom dejjem ovvja li li jagħtu wkoll piż lill-esperti kollu. U aktar ma tevolvi aktar ment, dejjem jitjiebu, dejjem
jitgħallmu affarijiet ġodda, dejjem jipprattikaw affarijiet ġodda. Jibqgħu up to date. Finalment hi kwistjoni ta’ teamwork,” temm jgħidilna l-Professur. F’reazzjoni aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Partit Laburista qal li l-emendi proposti jirriflettu soċjetà aktar ġusta li tagħti l-istess ċans lil kulħadd. F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħamis, indirizzata mill-Presi dent tal-PL Ramona Attard u mid-Deputata Naomi Cachia, ġie mfakkar kif dan l-iżvilupp li qed jiġi diskuss fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż hu l-frott ta’ proposta prinċipali Laburista fil-kampanja elettorali. “Dan biex ikollna liġi li tindirizza l-bżonnijiet ta’ dawk il-persuni li, fost oħrajn, għamlu ċikli ripetuti tal-IVF li ma kinux suċċess kif ukoll persuni b’kundizzjonijiet ġenetiċi serji li jaffettwaw il-vijabilità ta’ embrijun jew inkella l-ħajja ta’ tarbija, speċjalment f’każi li jkun hemm ftit xhur ta’ ħajja minħabba dawn il-kundizzjonijiet. Dawn l-emendi jirriflettu
d-diskussjonijiet li l-Partit Laburista kellu ma’ min qed jistenna din il-bidla fil-liġi biex isir ġenitur,” qalet Dr Attard. Il-President tal-PL enfasiz zat li l-Maltin u l-Għawdxin jafu li meta ngħad li din il-proposta partikolari se tingħata prijorità u meta mbagħad ivvutaw b’saħħa għall-manifest elettorali ‘Malta Flimkien’, hekk sar. “Bl-istess mod, il-kredibilità tal-PL u tal-Prim Ministru Robert Abela titkellem waħedha,” hi qalet. Min-naħa tagħha, id-Deputata Naomi Cachia sostniet kif “aħna dħalna fil-politika biex inġibu din il-bidla pożittiva. U l-ewwel jiem tal-leġiżlatura reġgħu wrew forzi politiċi bi prijoritajiet differenti. Aħna bqajna ffukati kif se nirriformaw biex f’pajjiżna kulħadd jingħata l-istess ċans. Innaqqsu t-tbatija, iktar ħajjiet u fuq kollox iżjed kuntentizza.” Iż-żewġ rappreżentanti Laburisti kkonkludew li din ir-riforma hi turija ċara tal-impenn biex l-elf proposta fil-manifest elettorali jinbidlu f’elf kisba.
06
12.06.2022
JIKKONFERMAW LI L-EKONOMIJA LOKALI HI FIT-TRIQ IT-TAJBA DBRS tikkonferma l-ogħla rating lil pajjiżna s’issa u tbassar prospetti ekonomiċi tajbin grazzi għall-kontinwità fit-tmexxija politika, fost oħrajn … l-esperti tal-Bank Ċentrali ta’ Malta wkoll qed jistennew li sal-2024 se jkun hemm tkabbir aqwa DBRS Morningstar ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna bħala “A (high) Stable” biex b’hekk bqajna ngawdu mill-aħjar ċertifikazzjoni li qatt ingħatajna mill-esperti ta’ din l-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu. Ir-raġunar tal-aġenzija hu mtenni wkoll f’rapport separat mill-esperti tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li nhar il-Ġimgħa ppubblika t-tbassir tiegħu fuq l-ekonomija lokali sas-sena 2024. L-esperti Maltin qed ibassru tkabbir ekonomiku li hu iżjed ottimist minn dak tal-Kummissjoni Ewropea, fost oħrajn. Statistika uffiċjali għall-ewwel tliet xhur tas-sena wkoll tikkonferma din it-tendenza ta’ tkabbir, li hi bbażata l-iżjed fuq tisħiħ akbar ta’ setturi bħal dawk tat-turiżmu, tas-servizzi finanzjarji u tal-gaming. Il-prospetti ekonomiċi sbieħ għassnin li ġejjin jibbażaw ukoll fuq il-fatt li, fid-diffikultajiet internazzjonali, il-Gvern Laburista kompla jsostni lill-familji u lin-negozji, waqt li tal-ewwel ukoll għadhom jistgħu jiddependu fuq qagħda finanzjarja personali tajba ħafna. Ir-rapport tal-aġenzija internazzjonali DBRS kellu kummenti pożittivi fuq ir-riżultat elettorali, tant li jgħid li l-fatt li Dr Robert Abela ngħata mandat biex ikun Prim Ministru bejn l-2022 u l-2027 “isaħħaħ l-istennija tad-DBRS Morningstar għal kontinwità politika wiesgħa u impenn politiku kontinwu biex jissaħħaħ il-qafas ġenerali istituzzjonali u ta’ governanza fis-snin li ġejjin” (“reinforces DBRS Morningstar’s expectation for broad policy continuity and continued political commitment to improve the country’s institutional and governance overall framework in the coming years”). Dan fid-dawl tal-approvazzjoni minnaħa ta’ dawn l-esperti tar-riformi mwettqa fil-qasam tal-governanza u s-saltna tad-dritt li saru taħt it-tmexxija ta’ Dr Abela fl-aħħar sentejn. L-aġenzija kompliet issostni li “l-eko nomija Maltija rkuprat b’mod aktar mgħaġġel milli antiċipat qabel mixxokk ikkawżat mill-COVID-19” (“the Maltese economy has recovered faster than previously anticipated from the Coronavirus disease (COVID-19) pandemic shock”), waqt li ddikjarat li l-prospetti ekonomiċi ta’ pajjiżna huma tajbin, speċjalment minħabba l-irkupru turistiku kif ukoll is-sostenn fiskali mogħti mill-Gvern Malti u l-pakkett ta’ fondi Ewropej li rnexxielu jikseb. Id-DBRS jinnotaw li għalkemm il-qagħda fiskali tal-Gvern għadha waħda ta’
defiċit, huma jistennew “ritorn gradwali għal pożizzjoni fiskali aktar b’saħħitha, appoġġjata mit-tkabbir imbassar u l-eliminazzjoni bil-mod tal-miżuri temporanji” (“a gradial return to a healthier fiscal position, supported by the growth outlook and the expected phaseout of temporary measures”). Fost kummenti oħrajn mill-esperti tad-DBRS, jispikka dak li minkejja kollox kien hemm “wirja qawwija mis-settur finanzjarju u dak tal-gaming” (“strong performance of the financial and gaming sectors”) u dan mistenni jkompli speċjalment fid-dawl fil-progress miksub fit-twettiq tal-pjan t’azzjoni maqbul mal-Financial Action Task Force (FATF). Anke fejn jidħlu r-riskji ekonomiċi mill-iżviluppi internazzjonali, bħallgwerra fl-Ukrajna, id-DBRS issostni li dawn huma limitati u li “t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta se jibqa’ qawwi fis-snin li ġejjin”
Id-defiċit tal-pajjiż mhux jonqos iżjed malajr minħabba s-sostenn qawwi li qed jagħti l-Gvern lill-familji u lin-negozji
(“Malta’s economic growth will remain robust in coming years”). Fattur ewlieni wara dan it-tbassir hu l-qagħda finanzjarja tajba tal-familji li qed tħallihom f’pożizzjoni li jiffaċċjaw aħjar l-effett taż-żieda fil-prezzijiet minn barra. Hawn tad-DBRS isemmu kif il-Gvern qed joffri stabilità fil-prezzijiet talenerġija u l-fuels u b’hekk
l-inflazzjoni f’pajjiżna hi ferm inqas minn dik fil-bqija tal-Unjoni Ewropea. Minkejja li s-sostenn qed jiswa ferm lill-Gvern, ir-rapport tad-DBRS isostni li l-pjan fiskali tal-Gvern hu kredibbli speċjalment fid-dawl tat-tmexxija bil-galbu fil-finanzi pubbliċi fl-aħħar snin. Dan filwaqt li l-esperti nnutaw kif anke fl-2021 il-Gvern irnexxielu jmur ferm aħjar milli kien bassar, b’defiċit ferm inqas minn dak imħabbar fid-diskors tal-baġit. Anke d-dejn nazzjonali baqa’ taħt is60%, minkejja t-tbassir li kien sar li dan il-livell kien se jinqabeż u issa l-qagħda fiskali hi meqjusa bħala taħt kontroll u tiġġustifika rating ta’ “A (high) Stable” mill-esperti indipendenti tal-aġenzija. Ekonomija li se tkompli tikber b’rata sostnuta Fit-tbassir rivedut tagħhom, l-esperti tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jsostnu li, minkejja l-iżviluppi negattivi internazz jonali fl-aħħar xhur, l-ekonomija lokali xorta se tikber b’5.4% din is-sena, waqt li s-sena dieħla t-tkabbir ukoll ikun kważi 5%, biex imbagħad fl-2024 it-tkabbir ikun ta’ kważi 4%. Ta’ min jinnota li dawn huma previżjonijiet aktar ottimisti minn dawk li saru minn istituzzjonijiet oħrajn, inkluż il-Kummissjoni Ewropea. Statistika uffiċjali wkoll tindika li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena l-ekonomija Maltija s’issa kibret kważi darba u nofs ir-rata mbassra mill-Bank Ċentrali. Skont l-esperti tal-Bank Ċentrali l-esportazzjoni se tkun is-sors ewlieni tat-tkabbir mistenni. Dan għax waqt li l-andament ekonomiku f’pajjiżi oħrajn qed imajna, aħna xorta qed naraw irkupru qawwi fit-turiżmu. Fl-istess ħin l-industrija tas-servizzi qed tkompli żżid ir-ritmu. Hawnhekk dan jista’ jkun dovut għax l-operaturi f’pajjiżna qed ikunu protetti mill-effetti taż-żidiet internazzjonali fil-prezzijiet tal-enerġija u ta’ fuel. Minbarra hekk, kif indikat fir-rapport tal-Bank Ċentrali, l-industriji jirrelataw ma’ pajjiżi li fil-maġġoranza tagħhom mhumiex direttament affettwati millgwerra fl-Ukrajna. Fl-istess ħin id-domanda domestika wkoll mistennija tkompli tiżdied, tant li l-esperti tal-Bank Ċentrali jbassru li l-impjiegi se jikbru bi kważi d-doppju taż-żieda osservata sena ilu. B’riżultat t’hekk, il-qgħad se jkompli jonqos. Is-saħħa tal-irkupru ekonomiku tfisser li d-defiċit talGvern mistenni jonqos lejn it3% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD), filwaqt li l-piż tad-dejn nazzjonali mistenni jibqa’ iżjed taħt is-60%. Raġuni prinċipali għaliex id-defiċit mhux se jonqos b’aktar rapidità hi li l-Gvern qed jibqa’ jsostni bil-qawwi lill-fa milji u lin-negozji billi jżomm il-prezzijiet tal-enerġija u tal-fuels stabbli, fost l-oħrajn. Fid-dawl ta’ dan, il-Bank Ċentrali qed jistenna li ż-żieda flinflazzjoni tkun temporanja u tibda tonqos sakemm taqa’ taħt it-2%.
07
12.06.2022
40 SENA WARA MALTA TIRRITORNA FIL-KUNSILL TAS-SIGURTÀ TAL-ĠM SCEBERRAS TRIGONA: BL-INSISTENZA TA’ ESPONENTI EWLENIN NAZZJONALISTI, FL-1982 L-ITALJA KIENET QAJMET RISERVI KBAR KONTRA L-ĦATRA TA’ PAJJIŻNA LI ĠIE ELETT BISS WARA LI SARU TLIET VOTAZZJONIJIET Malta, flimkien mal-Iżvizzera, nhar il-Ħamis li għadda ġiet eletta biex tirrappreżenta lillEwropa fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda għas-snin 2023-2024 wara li fl-assemblea ġenerali fi New York kisbet l-approvazzjoni mingħand 185 pajjiż minn total ta’ 192 li huma membri f’din l-organizzazzjoni internazzjonali. Din id-deċiżjoni storika, li għaliha kien preżenti l-Minis tru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ Ian Borg, rat lil pajjiżna jirritorna f’dan ir-rwol prestiġjuż 40 sena wara l-ew wel u l-unika darba li okku pajna siġġu awtoritarju fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet favur is-sigurtà u l-paċi dinjija, inkluż b’adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet li l-membri huma obbligati li jattwaw. Il-Prim Ministru Robert Abela wera s-sodisfazzjon tiegħu li Malta ġiet eletta b’vot daqstant qawwi biex issa għandna opportunità kbira li nkomplu naħdmu għal dak li fermament nemmnu fih, il-paċi u s-sigurtà fid-dinja. Il-Ministru Borg iddeskriva l-ġurnata tal-Ħamis bħala waħda storika għall-fatt li l-membri tal-ĠM urew il-fiduċja fil-politika, fil-prinċipji u fil-prijoritajiet li tħaddan Malta fil-politika barranija tagħha. Hu rringrazzja lill-pajjiżi kollha li fdawna b’din ir-responsabbiltà anke fid-dawl li pajjiżna jemmen fil-bżonn tal-paċi internazzjonali, ladarba verament iħaddan u se jkompli jissalvagwardja l-prinċipji mniżżlin fil-Karta tan-Nazzjonijiet. Malta kienet diġà membru darb’oħra tal-imsemmi Kunsill tas-Sigurtà fit-tmeninijiet, eżattament bejn l-1983 u l-1984, għalkemm dakinhar il-ħatra ma kienet xejn faċli tant li kellhom jittieħdu mill-inqas tliet voti qabel ingħatajna l-pożizzjoni. Wara żewġ tentattivi oħrajn fl-1978 u fl-1980 fejn ma ġejniex eletti, f’elezzjoni nhar id-19 ta’ Ottubru 1982 pajjiżna ġie elett biex iservi mis-sena ta’ wara fil-Kunsill tas-Sigurtà. Dak iżżmien Ministru għall-Affarijiet Barranin fil-Kabinett tal-Prim Ministru Dom Mintoff kien Dr Alex Sceberras Trigona. Skontu, l-Italja, li kienet pajjiż influwenti ħafna fl-istess grupp tagħna, kienet voċifera kontra li Malta jkollha siġġu fil-Kunsill
L-Eks Ministru Sceberras Trigona tas-Sigurtà. “Skoprejna li kien hemm elementi għoljin fil-Partit Nazz jonalista Malti li kienu qed ipoġġu pressjoni qawwija fuq il-Gvern Taljan biex jostakola akkost ta’ kollox li pajjiżna jkun fuq il-Kunsill tas-Sigurtà … ma ridux li l-Gvern ta’ Mintoff ikollu l-barka ta’ organizzazzjoni kbira bħall-Ġnus Magħquda,” qalilna Sceberras Trigona f’kummenti lil din il-gazzetta. Bl-argumenti tal-Elezzjoni Ġenerali tal-1981, l-Italja kienet bdiet tikkonvinċi lil oħrajn filblokk Ewropew ħalli ma jap poġġjawx in-nominazzjoni ta’ Malta. Għalkemm sfidati biex jiġġustifikaw l-oġġezzjoni tagħ hom, mhux l-inqas b’xi sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li tgħid li l-Gvern Malti kien illeġittimu, in-naħa Taljana nsistiet biss li hi kienet qed toqgħod fuq “tagħrif li kienu għaddewlha”, b’referenza għal dak li kienu qed jitimgħuhom mill-PN. Dan wassal lin-naħa Maltija
biex tieħu deċiżjoni ażzzar data li tikkontesta indipen dentement għal siġġu fil-Kun sill tas-Sigurtà fejn kellhom jiġu eletti r-rappreżentanti tal-ħames gruppi prinċipali – l-Afrika, l-Asja u l-Paċifiku, l-Amerika Latina u l-Karibew, l-Ewropa tal-Punent u Oħrajn u l-Ewropa tal-Lvant. “Konna nafu li, mingħajr l-appoġġ tal-grupp Ewropew li konna nagħmlu parti minnu, kienet se tkun diffiċli immens, imma ma qtajniex qalbna. Malta kienet lesta wkoll biex, kemm-il darba tinħatar xorta fil-Kunsill tas-Sigurtà, imbagħad ma timxix mad-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-grupp (Ewropa tal-Punent u Oħrajn), li minn dejjem kellu żewġ rappreżentanti. It-Taljani tnaffru minn din il-pożizzjoni iebsa tagħna u, b’theddid fin, kienu qed jipprovaw jikkonvinċuna mod ieħor. Aħna, iżda, konna konvinti u determinati li nibqgħu għaddejjin, u hekk għamilna,” kompla l-Eks Ministru għall-Affarijiet Barranin. F’dik l-elezzjoni Malta kienet ġiet eletta mal-Olanda, li kellha l-appoġġ tal-istess grupp Ewropew, flimkien mal-Pakis tan, iż-Żimbabwe u n-Nikaragwa li nħatru biex jirrappre żentaw lill-gruppi rispettivi tagħhom. Biex inħatru ż-żewġ membri stati tal-grupp tal-Ewropa tal-Punent u Oħrajn, kienu saru tliet votazzjonijiet fejn ir-rekwi żit kien li jinkiseb it-threshold ta’ 103 voti minn 154 pajjiż rappreżentat. Fl-ewwel votazzjoni, l-Olanda ġabet 100 vot, Malta kis-
bet 94 vot u New Zealand, li wkoll kienet parti mill-grupp tal-Ewropa tal-Punent u Oħrajn, kellha 77 vot. Fit-tieni votazzjoni l-Olanda ġabet il-maġġoranza ta’ 103 u allura ġiet eletta, waqt li Malta b’102 voti u New Zealand b’66 vot baqgħu mdendlin. Fil-votazzjoni deċiżiva, Malta kisbet 111-il vot u New Zealand niżlet għal 43 vot. B’hekk pajjiżna kien jikkwalifika li jpoġġi fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tal-ĠM mal-Olanda. L-aktar materji, li kienu ġew diskussi f’dawk is-sentejn li Malta għamlet fil-Kunsill tas-Sigurtà, kienu l-Lvant Nofsani li dwaru ġew mgħoddija 11-il riżoluzzjoni, l-Afrika t’Isfel fejn għaddew 10 riżoluzzjonijiet, Iżrael b’9 riżoluzzjonijiet, u Ċipru u l-Libanu b’6 riżoluzzjonijiet kull wieħed. F’dawk iż-żminijiet il-Gwerra Bierda kienet fl-aqwa tagħha, waqt li l-aħbarijiet kienu ddominati wkoll mill-kriżi fil-Lvant Nofsani u l-ġlieda tal-Apartheid fl-Afrika t’Isfel. Stqarrija uffiċjali din il-ġim għa kkwotat lil Dr Borg jgħid li “aħna determinati li nagħtu s-sehem tagħna fil-preservazzjoni ta’ proċessi multilaterali u fil-bini tal-fiduċja u r-rieda politika meħtieġa biex niffaċċjaw dawn l-isfidi li għandna llum.” “Bħala sostenituri konvinti tal-multilateraliżmu, għandna interess fundamentali li nżommu l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regola importanti, dik fejn il-qawwa u l-potenza ma jirbħux fuq is-saltna tad-dritt. Dan hu vitali għal kulħadd, inkluż għal stati żgħar
bħal Malta,” qal il-Ministru għall-Affarijiet Barranin. Ingħad li Malta se tkun qed tmexxi fuq tliet prinċipji importanti, li huma s-sigurtà, is-sostenibbiltà u s-solidarjetà. “Fit-terminu tagħna f’dan il-Kunsill qed naraw li nkomplu nimbuttaw ’il quddiem suġġetti bħall-protezzjoni tat-tfal, it-theddida tat-tibdil fil-klima, l-importanza tal-litteriż mu bħala mod kif niġġieldu l-kunflitti, u r-rwol importanti tal-mara, fost oħrajn,” kompla Borg, waqt li rringrazzja lill-Ambaxxatriċi Maltija Vanessa Frazier u lit-tim tagħha li ilu għaddej b’ħidma u b’negozjati għal dan l-aħħar żmien biex pajjiżna seta’ jikseb dan ir-riżultat prestiġjuż. Il-Kunsill tas-Sigurtà fi ħdan il-Ġnus Magħquda hu wieħed mis-sitt organi ewlenin tal-is tess organizzazzjoni internazz jonali bl-inkarigu li jżomm is-sigurtà u l-paċi fid-dinja. Fuq l-istess Kunsill ipoġġu wkoll żewġ stati osservaturi li mhumiex membri – l-Istat tal-Vatikan u l-Istat Palestinjan – waqt li hemm oħrajn li mhumiex rikonoxxuti mill-ĠM, bħat-Tajwan, il-Kosovo u s-Saħara tal-Punent, fost l-oħrajn. Il-Kunsill tas-Sigurtà hu ffurmat minn 15-il stat fejn 5 huma permanenti – l-Istati Uniti tal-Amerka, ir-Renju Unit, Franza, ir-Russja u ċ-Ċina – waqt li l-10 membri l-oħrajn jinħatru għal perjodu ta’ sentejn b’elezzjoni li ssir kull sena fost il-membri kollha. Kull sena jinħatru ħames membri kull darba f’rotazzjoni tas-siġġijiet.
08
12.06.2022
MATEMATIĊI TAL-OGĦLA LIVELL Studenti Maltin tal-Primarja u s-Sekondarja jiddominaw kompetizzjoni tal-Mental Maths minn fost eluf ta’ Studenti Maltin mill-iskejjel Primarji u Sekondarji eċċellaw f’kompetizzjoni internazzjonali tal-Matematika Mentali (Mental Maths) tant li rnexxielhom jiġu l-ewwel f’sitt kategoriji minn disgħa, waqt li kklassifikaw mal-aqwa 10 fil-kumplament. Dawn ir-riżultati fil-15-il edizzjoni tal-kompetizzjoni annwali magħrufa bħala SuperTmatik wasslu biex pajjiżna jispiċċa fl-ewwel post minn fost għexieren ta’ pajjiżi oħrajn rappreżentati permezz ta’ eluf ta’ tfal f’etajiet varji. B’hekk il-Maltin komplew itejbu l-andament tagħhom fuq kompetizzjonijiet li saru fis-snin li għaddew fejn ukoll kisbu riżultati impressjonanti. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dawn ir-riżultati eċċellenti, waqt li l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima feraħ u awgura lill-istudenti kollha li ħadu sehem, kif ukoll lill-iskejjel rispettivi u l-edukaturi li ħejjew lit-tfal għal din il-kompetizzjoni. Mitlub mill-KullĦadd biex jikkum menta, Dr Grima qalilna li dan ir-riżultat huwa sinifikanti ħafna u jagħmilna kburin, għax juri l-abbiltà tal-istudenti f’dan is-suġġett u l-livell għoli ta’ tagħlim li għandna fl-iskej jel tagħna. Din il-kompetizzjoni internazzjo nali annwali hi miftuħa għal studenti ta’ bejn is-sitta u l-15-il sena, maqsumin f’kategoriji skont l-età. Waqt li tippromwovi l-interess fil-Matematika Mentali, SuperTma tik tipprovdi lill-istudenti b’opportu nità oħra biex isaħħu l-ħiliet tagħ hom fin-numri u l-kalkoli mentali permezz ta’ logħob kostruttiv. Imma din il-kompetizzjoni għandha wkoll l-għan li ssaħħaħ u tiċċelebra t-ta lent fis-suġġett li aktar ma jmur qed jingħata importanza fit-tagħlim. Fil-kompetizzjoni ta’ din is-sena l-Maltin tant qatgħu figura tajba li saħansitra f’żewġ kategoriji riservati għal studenti tal-Primarja kklassifikaw f’disgħa u fi tmien postijiet mill-ewwel 10. It-tfal Maltin u Għawdxin huma kważi kollha mill-iskejjel tal-Istat, bl-Iskola Primarja tal-Għarb, Għawdex, l-aktar li tispikka għall-ammont ta’ studenti li marru tajjeb. Dawk li rebħu l-kategorija rispettiva tagħhom huma: • Ieesha Buhagiar (Skola Primarja
A tal-Fgura) ġiet l-ewwel post f’Kat- marja A tal-Fgura) #4, Jacques egorija 1 minn fost 10,430 parteċi- Sammut (Kulleġġ Missjunarju ta’ pant; San Pawl) #9; • Ella Cassar (Skola Primarja tal• Kategorija 2 – Antonio CasGħarb) ġiet l-ewwel f’Kategorija 2 sar (Skola Primarja tal-Għarb) minn 21,770 parteċipant; #2, Elise Mangion (Skola Primar• Mikiel Schembri (Skola Primar- ja tal-Għarb) #3, Kian Casingena ja taż-Żurrieq) ġie l-ewwel f’Kate- (Skola Primarja ta’ Ħal Tarxien) gorija 3 minn 38,500 parteċipant; #4, Shayzne Duffy (Skola Primarja • Cesca Cassar (Skola Primarja ta’ Ħal Tarxien) #5, Cain Camilleri tal-Għarb) ġiet l-ewwel f’Kategori- (Skola Primarja tal-Għarb) #6, ja 4 minn 46,200 parteċipant; Amy Newbould (St Jeanne Antide • Luigi Borg (Kulleġġ Missjunar- tal-Gudja) #7, Liam Debattista ju ta’ San Pawl) ikklassifika l-eww- (Skola Primarja ta’ Ħal Tarxien) #8, el f’Kategorija 5 minn 93,730 Lorna Caruana (Skola Primarparteċipant; u ja tal-Għarb) #10; • Katrina Montebel• Kategorija 3 – Ana lo (Sekondarja filSultana (Skola PriKulleġġ San Benmarja tal-Għarb) F’żewġ kategoriji edittu) ġiet l-ewwel #2, Martina Gatal-Primarja kważi f’Kategorija 9 minn lea (Skola Primar47,950 parteċija tal-Għarb) #3, kull post mal-aqwa pant. Tyler Camenzuli 10 ttieħed minn L-istudenti li (Skola Primarja taltfal Maltin jew temmew il-kompeGħarb) #4, Gianluca Għawdxin tizzjoni f’pożizzjonijiet Formosa (Skola Prioħrajn ukoll mal-aqwa 10 marja ta’ Ħad-Dingli) #6, kienu dawn: Jayden Cassar (Skola Primarja • Kategorija 1 – Mattia Zahra tal-Għarb) #7, Elaya Attard (Skola (Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl) Primarja tal-Għarb) #9, Kian Caru#3, Alexander Zammit (Skola Pri- ana (Skola Primarja San Ġorġ ta’
Ħal Qormi) #10; • Kategorija 4 – Roxanne Grech (Skola Primarja tal-Għarb) #5, Ema Muscat (Skola Primarja talGħarb) #6, Dean Spiteri (Skola San Franġisk ta’ Birkirkara) #7; • Kategorija 5 – Kaylie Scicluna (Skola Primarja ta’ Ħal Tarxien) #2, Kelsey Spiteri (Skola Primarja B ta’ Ħaż-Żabbar) #3, Matthias Gauci (Skola Santa Tereża ta’ Kerċem) #8, Lionel Zammit (Skola Primarja tal-Imsida) #9; • Kategorija 7 – Clive Farrugia (Middle School fil-Kulleġġ ta’ Għawdex) #2, Jacob Briffa (Kulleġġ St Albert the Great) #7; • Kategorija 8 – Jade Borg (Skola Sekondarja fil-Kulleġġ San Benedittu) #8. “Meta tqis li dawn l-istudenti ħabbtuha ma’ studenti oħrajn minn pajjiżi madwar id-dinja u ġabu dawn ir-riżultati eċċellenti, tara l-livell li għandna fl-edukazzjoni li qed nagħtu lil uliedna. Apparti dan, il-kompetizzjoni tagħti wkoll l-opportunità mill-aqwa għal tagħlim b’mod differenti. Dan hu l-qofol tal-edukazzjoni, li nagħmlu dak kollu possibbli biex
09
12.06.2022
DINJI kompetituri oħrajn
indaħħlu interess ġdid fis-suġġetti li ngħallmu,” qalilna l-Ministru għall-Edukazzjoni. “Nifraħ lil dawn l-istudenti li mhux biss ibbrillaw fil-Matematika Mentali u għamlu isem għalihom infushom, imma wkoll għamlu isem għal pajjiżna. Studenti li kienu ambaxxaturi denji għal Malta f’din il-kompetizzjoni. Li tara l-bandiera Maltija fil-quċċata tal-klassifika hi sensazzjoni li tħallik kburi bl-istudenti tiegħek,” kompla Grima, waqt li spjega li fis-sistema edukattiva qed tingħata importanza ikbar lil suġġetti magħrufa bħala STEM – li jinkludu wkoll il-Matematika u x-Xjenzi. Dawn huma suġġetti li jwasslu għal studji fuq livell għoli u huma wkoll marbutin ma’ dak li teħtieġ l-ekonomija ta’ pajjiżna, minħabba t-talba ta’ ħaddiema speċjalizzati f’setturi ġodda ta’ xogħol. Il-Ministru kompla li dalwaqt se tiġi mnedija konsultazzjoni pubblika marbuta mal-Matematika u fil-fatt qed isiru l-aħħar tħejjijiet fuq dokument dwar “Termini tal-Matematika – Is-snin bikrin u tal-Primarja”.
IL-ĠENEROŻITÀ MALTIJA TIBDA TISSARRAF FIL-QALBA TA’ LONDRA Jiġi ffirmat il-kuntratt għax-xiri ta’ binja li se tospita 23 appartament ieħor ta’ Puttinu Cares grazzi għal miljuni ta’ ewro li ngħataw mill-poplu u l-Gvern Malti Fil-preżenza ta’ mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela u l-Kummissarju Għoli għar-Renju Unit Dr Emmanuel Mallia, ġie ffirmat il-kuntratt mill-organizzazzjoni filantropika Puttinu Cares għax-xiri ta’ binja fil-qalba ta’ Londra, li se tiġi rinnovata biex takkomoda 23 appartament għal pazjenti morda bil-kanċer u qrabathom waqt li dawn ikunu għall-kura fi sptarijiet speċjalizzati fil-kapitali Ingliża. Il-proġett, li se jiġi jiswa madwar £20 miljun (€23.4 miljun), beda jitwettaq grazzi għas-solidarjetà u l-ġenerożità kbar li ntwerew mill-poplu Malti u Għawdxi f’numru ta’ ġabriet organizzati fl-aħħar żminijiet, flimkien ukoll ma’ €5 miljun li ngħataw mill-Gvern permezz tal-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) u self b’rata ta’ interessi vantaġġjużi mill-Bank of Valletta biex ikunu koperti l-ispejjeż u jsiru x-xogħlijiet neċessarji. Angele Cuschieri u Rennie Zerafa, President u Kap Eżekuttiv ta’ Puttinu Cares rispettivament, iffirmaw il-kuntratt uffiċjalment fil-Kummissjoni Għolja Maltija biex issa l-binja, li tinsab biss ftit minuti ’l bogħod mill-Isptar Great Ormond, għaddiet f’idejn il-Fondazzjoni u żdiedet mal-proprjetajiet li din diġà għandha f’Sutton, ’il barra miċ-ċentru ta’ Londra. Dawn tal-aħħar jospitaw 20 appartament ieħor li jaqdu lil dawk li jieħdu kura fl-Isptar Royal Marsden. Stqarrija mill-organizzazzjoni qalet li “Puttinu hu xhieda li, fejn tidħol it-tbatija, pajjiżna hu wieħed mill-iżjed postijiet ġenerużi fid-dinja. Inħossuna responsabbli tal-fiduċja li l-poplu Malti u Għawdxi dejjem wera fina u rridu nħallu wirt li jibqa’ jintuża mill-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Għalhekk ħadna ħsieb u għamilna ħilitna kollha biex din il-proprjetà tkun bla ċens u bil-permessi kollha f’posthom. Dan il-proġett għandu jkun ta’ unur għal pajjiżna fejn anke l-barranin jistagħġbu bl-għaqal tal-poplu tagħna.” Ingħad li l-iskop ta’ dawn l-appartamenti dejjem jibqa’ biex il-pazjenti u qrabathom jiffokaw fuq it-trattament u l-fejqan, filwaqt li Puttinu jerfa’ biċċa mill-piż tat-tbatija tagħhom billi joffrilhom serħan il-moħħ li se jsibu appartament dinjituż jistenniehom bla ma jħallsu xejn. Wara ħafna snin ta’ tfittxija u diffikultajiet inxtrat binja li hi 10 minuti bogħod bil-mixi mill-istazzjonijiet tal-ferrovija Kings Cross u St Pancras, waqt li hi mdawra b’postijiet fejn wieħed jista’ jixtri l-bżonnijiet ta’ kuljum tiegħu. Viċin ħafna wkoll hemm Regent Park, wieħed mill-akbar spazji ħodor u miftuħa fil-kapitali fejn il-pazjenti u l-qraba tagħhom ikollhom fejn jirrilassaw. Dr Lydia Abela attendiet għall-iffirmar li se jwassal biex aktar pazjenti Maltin li jkollhom bżonn il-kura f’Londra jkollhom is-serħan il-moħħ ta’ appartament dinjituż fiċ-ċentru ta’ Lon-
Waqt l-iffirmar tal-ftehim nhar il-Ġimgħa f’Londra. Taħt: Mudell tal-binja l-ġdida espost qrib il-kafetterija fl-Isptar Mater Dei fejn jistgħu jingħataw donazzjonijiet b’risq dan il-proġett massiċċ dra mingħajr ebda piż finanzjarju. Il-kuntratt, li ġie ffirmat fil-Kummissjoni Għolja ta’ Malta għar-Renju Unit, issiġġilla x-xiri ta’ 23 appartament li huma ftit minuti ’l bogħod mill-isptar Great Ormond. Proġett ta’ madwar £20 miljun, iffinanzjati mid-donazzjonijiet li nġabru mill-poplu Malti u Għawdxi waqt attivitajiet imtellgħin minn Puttinu Cares, €5 miljun li l-Gvern ta’ Malta ffinanzja mill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali flimkien ma’ self b’rata ta’ interessi vantaġġjuża mill-bank BOV biex ikunu koperti l-ispejjeż u jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex jitlesta dan il-proġett. Dr Lydia Abela stqarret li l-poplu Malti u Għawdxi jingħaqad dejjem id f’id fil-mument tal-bżonn. “Dan hu investiment li jmur lil hinn mill-binja nnifisha, iżda hu investiment f’kull familja li tgħix f’pajjiżna li ma tkunx taf jekk hux se tasal jew meta se tasal is-siegħa tal-bżonn tagħha. L-unika ċertezza f’dan kollu hi li, f’dak il-mument, dik il-familja li tant tkun għaddejja minn tbatija se ssib appartament jilqagħha f’Londra li joffrilha l-kumditajiet neċessarja mingħajr ebda piż finanzjarju.” Mart il-Prim Ministru faħħret l-isforzi kollha li saru matul is-snin minn Puttinu Cares, li, mill-jum li
twaqqfet fl-2002 mill-mibki Dr Victor Calvagna u Rennie Zerafa, ħadmet qatigħ biex illum waslet s’hawn. “Insellem il-memorja ta’ Dr Calvagna, li ddedika ħajtu għal proġetti bħal dawn u li żgur dan l-iffirmar hu l-aħjar mod kif niċċelebrawh. L-appell tiegħi jibqa’ lill-poplu Malti u Għawdxi kollu biex jibqa’ jkun ta’ spalla għal Puttinu Cares kif dejjem ikun hu fl-aktar mument tal-bżonn,” tenniet Dr Abela. Mudell fi skala żgħira tal-binja l-ġdida, li għadha kemm inxtrat, inħadem mis-Sur Paul Peregin u jinsab għall-wiri fid-daħla tal-Isptar Mater Dei. Hawnhekk jistgħu jkomplu jingħataw aktar għotjiet mill-pubbliku għall-istess proġett.
10
12.06.2022
Heritage Malta xtrat biċċa art f’Borġ in-Nadur li tkopri medda ta’ kważi 13-il tomna u li taħt parti minnha hemm mirdum villaġġ ta’ żmien il-Bronż. Mil-lat ta’ spazju, dan hu l-ikbar akkwist ta’ valur arkeoloġiku li qatt għamel l-Istat. Dan l-akkwist sar b’investiment totali ta’ €200,000. B’Wied Żembaq fuq naħa, Wied Dalam fuq in-naħa l-oħra u xtajta n-naħa tan-Nofsinhar, l-inħawi magħrufa bħala Borġ in-Nadur minn dejjem kienu meqjusa importanti minn perspettiva storika. Il-fdalijiet strutturali fis-sit kienu oriġinarjament maħsubin ta’ żmien il-Feniċi jew ir-Rumani. Kien biss fl-1881 li sar intervent fuq ħajt megalitiku fis-sit, li aktar tard ġie stabbilit li jmur lura sa żmien il-Bronż. Lejn tmiem is-Seklu 19, il-filologu Ġermaniż Albert Mayr ħareġ bil-proposta li l-fdalijiet kienu ta’ raħal preistoriku fortifikat, minħabba xi għarajjex li identifika minn pjanti tal-iskavi li saru fis-snin 80 tas-Seklu 19. L-idea ta’ raħal fortifikat ta’ Żmien ilBronż tagħmel ħafna sens billi jidher L-akbar investiment li f ’dak il-perjodu arkeoloġiku f’art f’Borġ esprima sodisl-abitanti tal-gżira fazzjon għall-fatt kienu jħossuhom in-Nadur bi fdalijiet li mil-lat ta’ daqs aktar siguri jgħixu mirdumin mill-era ta’ art, dan hu fl-inħawi li jew kienu ta’ bejn 3300QK l-ikbar akkwist ta’ diffiċli biex jintlaħqu valur arkeoloġiku li jew inkella kienu aktar u 1200QK qatt għamel l-Istat. faċli biex wieħed jiddHu żied jgħid li “din hi efendihom. parti minn ħidma kontinwa L-għadd kbir ta’ ħofor użati bħala silos tul il-kosta huma wkoll li qed twassal biex tingħata tifsira marbuta ma’ dan il-perjodu fil-pre- ġdida għall-aċċessibbiltà tal-patrimonju tagħna. Aktar minn hekk, qed istorja ta’ Malta. F’konferenza tal-aħbarijiet fuq is- tingħata tifsira ġdida għall-patrisit, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, monju tagħna li ma rriduhx ikun biss l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici f ’vetrina biex inħarsu lejh, imma
Ritratt: KEVIN ABELA/DOI
“VILLAĠĠ” TA’ ŻMIEN IL-BRONŻ JIŻDIED MAL-PATRIMONJU MALTI
ngħixuh u nħossuh għax hu dak li jagħmilna nazzjon.” Il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Noel Zammit, qal li s-sit hu pjuttost uniku għax hu marbut l-aktar mal-perjodu tal-Bronż, u mhux mal-perjodu tat-tempji bħalma huma siti preistoriċi oħrajn, taħt il-ħarsien tal-istess aġenzija. B’hekk Heritage Malta għandha opportunità ġdida biex tispjega lat ieħor tal-preistorja Maltija li qabel ma kienx rappreżentat minn sit fiżiku fi ħdanha. Lil hinn mill-perspettiva preistorika, dan is-sit għandu wkoll potenzjal
ESPRESSJONI TA’ INTERESS Espressjoni ta’ Interess għal servizzi ta’ Paediatric Occupational Therapists (Ref.: EOI 1/2020). Is-sottomissjonijiet jagħlqu nhar It-Tnejn 4 ta’ Lulju 2022 f‘nofsinhar. Id-dokument tal-offerta hu bla ħlas u jiġi miksub, imniżżel u milqugħ BISS minn fuq is-sit eletroniku: http://www.housingauthority.gov.mt.
kbir biex joffri attivitajiet edukattivi u divertenti għal udjenzi differenti kif ukoll opportunitajiet ta’ riċerka arkeoloġika u ta’ kollaborazzjonijiet lokali u barranin. Il-potenzjal ta’ dan is-sit tant hu estensiv li wieħed ikun jista’ jżuru ripetutament u kull darba jgawdi esperjenza li tvarja minn ta’ qabilha. Hu stmat li fil-post jistgħu jiġu organizzati mal-40 attività tematika differenti li joffru avventura u edukazzjoni fl-istess ħin, fosthom xogħol tal-fuħħar, ħsad ta’ qamħ, tisjir ta’ ħobż bla ħmira, insiġ u manifattura ta’ għodda.
11
12.06.2022
L-IDENTITÀ NAZZJONALI MISTĦARRĠA MILL-ĠDID Ippubblikat it-tieni stħarriġ xjentifiku dwar “L-Istat tan-Nazzjon”
Se jiġu identifikati oqsma li fadal x’nagħmlu ħalli titjieb il-kwalità tal-ħajja Il-President ta’ Malta George Vella rrimarka li l-eżerċizzju ta’ din is-sena ma jwarrabx dak li sar magħruf is-sena l-oħra. Hu rrefera għal proġett ieħor tal-Presidenza tiegħu, dak li jindirizza l-għaqda nazzjonali u l-intenzjoni tibqa’ li, permezz tal-istħarriġ li jsiru, jiġu identifikati dawk l-oqsma li għad fadal x’nagħmlu aktar dwarhom b’mod kollettiv ħalli titjieb il-kwalità tal-ħajja, u dan mhux biss mil-lat ekonomiku. Il-Prim Ministru Robert Abela wkoll intervjena fil-konferenza nazzjonali li ddiskutiet ir-riżultat tal-istħarriġ u qal li hu d-dmir tal-Istat li jindirizza r-realtajiet li jiffaċċjaw in-nies u għalhekk il-Gvern qed jintervjeni fl-inflaz zjoni, li bħalissa qed tolqot lil bosta pajjiżi. Fl-aħħar xhur, il-Gvern ħa diversi miżuri li wasslu biex pajjiżna jesperjenza l-inqas rata ta’ inflazzjoni fl-UE. Hu semma l-prezzijiet tal-enerġija u tal-gass, fost deċiżjonijiet oħrajn li ħa l-Gvern biex jipproteġi liċ-ċittadini.
Ir-rebbieħ tal-Lotterija Opel Corsa, organizzata mill-Partit Laburista u mtellgħa fis-7 ta’ Ġunju 2022, huwa Philip Galea, bil-biljett rebbieħ, B14863, li nxtara minn Ħaż-Żebbuġ. Hu ġie ppreżentat bir-rigal mill-Kap Eżekuttiv tal-PL Randolph Debattista.
JITNIEDA L-PJAN T’AZZJONI GĦALL-GARANZIJA TAT-TFAL Il-Gvern qed iwiegħed li jinvesti €145 miljun fuq il-ħames snin li ġejjin f’miżuri u f’benefiċċji oħrajn, partikolarment fl-edukazzjoni, fil-kura tas-saħħa u fl-akkomodazzjoni Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal nieda l-Pjan t’Azzjoni Nazzjonali għall-Garanzija tat-Tfal, li għandu l-għan li jevita l-esklużjoni soċjali ta’ tfal fil-bżonn billi jiggarantixxi aċċess għal numru ta’ servizzi essenzjali. Dan għandu wkoll iwassal biex jitkissru ċ-ċikli tal-faqar interġenerazzjonali filwaqt li jitrawmu opportunitajiet ugwali. Il-Garanzija Ewropea għat-Tfal (ECG) ġiet adottata f’Ġunju tal-2021 biex kull stat membru jkollu strutturi soċjali ħalli jiġu evitati każi ta’ faqar u esklużjoni soċjali, speċjalment fost it-tfal. Għaldaqstant, kull stat membru fl-Unjoni Ewropea, inkluż pajjiżna, ġie mħeġġeġ jiżviluppa l-pjan t’azzjoni nazzjonali tiegħu biex jindirizza realtajiet soċjali diversi. Il-Pjan t’Azzjoni għall-Garanzija tatTfal Malti se jwassal għal titjib fl-aċċess ta’ numru ta’ servizzi diġà stabbiliti bħal: • Edukazzjoni u kura bikrija fit-tfulija; • Attivitajiet edukattivi bbażati fl-iskola; • Kura tas-saħħa u nutrizzjoni tajba; u • Akkomodazzjoni adegwata. Ġie spjegat ukoll li t-tfal vulnerabbli għandhom bżonn aktar attenzjoni, għalhekk dan il-pjan se jkun għodda oħra biex jassisti lit-tfal li jistgħu jkunu aktar żvantaġġjati minn oħrajn. Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet nhar il-Ħamis li għadda, il-Ministru responsabbli Michael Falzon
Ritratt: JASON BORG/DOI
It-tieni edizzjoni tal-konferenza nazz jonali msejħa “L-Istat tan-Nazzjon” żvelat kif ir-restrizzjonijiet tal-pandemija tal-COVID-19 kienu qed iħallu effett fuq ħajjet iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, hekk kif il-poplu stqarr li jinsab aktar kuntent din is-sena milli kien is-sena li għaddiet. Minn stħarriġ apposta, li sar minn fost aktar minn 1,000 persuna minn 16-il sena ’l fuq bejn l-aħħar t’April u nofs Mejju li għaddew, ħareġ ukoll li hemm għatx popolari biex in-nies jiċċelebraw il-festi tradizzjonali organizzati fl-ibliet u l-irħula, meqjusin bħala l-iżjed importanti mill-kultura Maltija. L-espert fl-istatistika u lettur flUniversità ta’ Malta, Dr Vincent Marmarà, li mexxa l-istħarriġ dwar kif qed tevolvi l-identità nazzjonali Mal tija, qal li, min-naħa l-oħra, ir-riżultati wrew kif l-inflazzjoni qiegħda wkoll tħalli impatt fuq il-poplu b’riżultat ta’ sitwazzjonijiet internazzjonali, fost hom il-gwerra fl-Ukrajna. Imqabbel ma’ stħarriġ simili li kien sar sena ilu, jirriżulta li kien hemm żieda fl-għadd ta’ persuni intervistati li qalu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom kienet aħjar fl-2021 milli llum.
enfasizza li dan il-pjan t’azzjoni hu strument li għandu l-għan li jikkontribwixxi għal titjib fil-kwalità tal-ħajja tat-tfal, partikolarment dawk vulnerabbli. Il-pjan ikompli jibni fuq politika eżistenti, li wkoll introduċiet serje ta’ miżuri u benefiċċji fl-aħħar snin, bil-għan li t-tfal kollha jimmassimmizzaw il-po tenzjal kollu tagħhom. Il-Ministru Falzon identifika numru ta’ miżuri bħall-In-Work Benefit, it-Tapering of Benefits u ż-żidiet fiċ-Chil-
dren’s Allowance, fost l-aktar miżuri li diġà għamlu differenza pożittiva filħajja tat-tfal Maltin u Għawdxin. “Il-Gvern kommess li jiżgura li t-tfal kollha jingħataw opportunità ugwali ta’ suċċess u jtejbu l-esperjenza tat-tfulija tagħhom. Għal dan il-għan, qed iwiegħed li jinvesti €145 miljun matul il-ħames snin li ġejjin f’miżuri u f’inizjattivi oħra biex jiżgura li l-ebda tifel jew tifla ma jitħallew lura,” temm jgħid il-Ministru.
12
12.06.2022
EDUKAZZJONI BLA WAQFIEN
CLIFTON GRIMA Ministru
Il-Ġimgħa kelli l-okkażjoni li nattendi u nindirizza grupp ta’ 42 student li ggradwaw firstclass honours jew distinction mill-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta. Studenti tas-sena akkademika 202021. Kienet ċerimonja prestiġjuża u ta’ sodisfazzjon kbir li tara l-eċċellenża tat-tagħlim li qed jieħdu l-istudenti tagħna fl-ogħla istituzzjoni edukattiva tal-pajjiż. Fraħt lill-istudenti, lidDekan, lill-akkademiċi u lil-letturi, imma ħallejthom ukoll bi ħsieb. Huma ħadu l-edukazzjoni u jridu jagħtu l-edukazzjoni lit-tfal tagħna li qed jiġu fdati f’idejhom. U jridu jagħtu
edukazzjoni lil kull individwu, mhux klassi, li jkollhom quddiemhom biex iwassluh li apparti li jkun mgħallem, ikun ukoll iċ-ċittadin dehen li se jmexxi pajjiżna għada. Għax kull student għandu l-bżonnijiet tiegħu, l-isfidi u d-diffikultajiet tiegħu. Irridu li bħala edukaturi nżommu din f’moħħna kuljum. Fraħt lid-Dekan tas-serata, imma wkoll tax-xogħol impekkabbli li qed tagħmel l-Università mal-ġenerazzjonijiet li se jkunu l-pedament li qed nibnu lil Malta u Għawdex fuqu. Sadanittant jibqa’ għaddej ix-xogħol kbir fis-settur edukattiv. Laqgħat kuljum ma’ kull entità, individwi, uffiċjali li huma parti integrali tas-settur edukattiv. Bħalissa qed naħdmu fuq diversi proġetti li se naraw il-frott tagħhom fil-ġejjieni qrib imma wkoll fittul. Deħlin fis-sajf, bil-mod il-mod nibdew nersqu lejn l-aħħar jiem ta’ din is-sena skolastika. Se jkolli okkażjonijiet oħra, imma nixtieq li anki minn hawn nirringrazzja lill-amministrazzjoni, lill-edukaturi u lil dawk kollha li b’dedikazzjoni kbira – u wkoll sfidi – qed jindokraw lil uliedna.
Grazzi. Mas-sajf ix-xogħol ma jintemmx. Anzi hemm pjan ta’ xogħol li nkunu qed nistennew il-jiem li fihom l-iskejjel ikunu battala mill-istudenti, biex nibdewh. Qed nirreferi għall-investiment kbir li jsir fil-ġranet sħan tas-sajf biex nidħlu fl-iskejjel u fiċ-ċentri edukattivi u nkomplu għaddejjin b’xogħol ta’ manutenzjoni. Gruppi sħaħ ta’ ħaddiema għaddejjin b’xogħol ta’ tisbiħ u rranġar u wkoll manutenzjoni, biex kif terġa’ tibda s-sena skolastika, it-tfal tagħna jsibu dejjem ambjent aħjar u xieraq. Is-settur sportiv għaddej minn żmien sabiħ ferm. Qed inkomplu npoġġu isem pajjiżna fuq il-mappa sportiva dinjija. Għadna kif kellna l-Ispecial Olympics Invitational Games li saru b’suċċess. Ftit jiem inqas minn sena oħra jkollna f’pajjiżna l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Din it-tmiem il-ġimgħa għandna l-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Atletika u wkoll ir-Rugby Europe 7s Conference 2 – logħob tar-Rugby fit-Tony Bezzina Stadium. Smajt ukoll l-aħbar li s-sena d-dieħla Malta se tospita l-Kungress tal-Eu-
ropean Boxing Union. Kollha aħbarijiet sbieħ. Imma sinifikanti. Għaliex Malta qed issir ċentru li jilqa’ fih avvenimenti internazzjonali u Ewropej, l-isport qed imur ukoll fuq il-binarju ta’ turiżmu sportiv u l-investiment kbir u bla preċendent li qed nagħmlu fl-infrastruttura sportiva qed ikun rikonoxxut mhux biss lokalment, imma wkoll internazzjonalment. Dan kollu huwa possibbli bit-tim kbir mhux biss ta’ SportMalta, uffiċjali u assoċjazzjonijiet, imma wkoll bl-eluf ta’ voluntiera li jagħtu l-ħin u d-dedikazzjoni tagħhom fil-qasam sportiv. Ix-xogħol infrastrutturali għaddej ġmielu wkoll f’dan is-settur. L-Istadium tal-Atletika Matthew Micallef St. John tal-Marsa qed nibdluh f’hub tal-isports u x-xogħol tal-pixxina msaqqfa ta’ livell internazzjonali f’Bormla wasal fl-aħħar fażi tiegħu. Meta jkunu lesti dawn il-proġetti u oħrajn, se nkunu pajjiż li jista’ jiftaħar bil-faċilitajiet sportivi li għandu. Imma huma wkoll faċilitajiet li se jgawdu minnhom l-isportivi lokali kollha. Iva ma niddejjaqx nirrepeti li dan is-settur għaddej minn
żmien sabiħ u għandu futur isbaħ, kif għandu wkoll is-settur edukattiv. Se nkompli nagħmel minn kollox biex ir-responsabbiltajiet li ngħatajt mhux biss naqdihom b’determinazzjoni, imma wkoll li bil-ħidma tiegħi u tat-tim li għandi fis-setturi, inkomplu nistinkaw għall-eċċellenza u biex inkattru l-opportunitajiet għal kulħadd.
Is-settur sportiv għaddej minn żmien sabiħ ferm. Qed inkomplu npoġġu isem pajjiżna fuq il-mappa sportiva dinjija
AMBIZZJONI GĦALL-FUTUR
MARIA ELLUL Segretarju Ġenerali ŻL
Hekk kif din il-ġimgħa fakkarna s-Sette Giugno nħoss li bħala żgħażagħ għandna naħdmu sabiex inkomplu nkattru l-interess dwar issinifikat ta’ din il-ġurnata u kif dan wassal għall-pajjiż li ngħixu fih illum. Dan kien jum fejn għal darba oħra rajna reżiljenza liema bħalha mill-Maltin favur il-patrija li tant kienet għal qalbhom. Ġlieda favur il-progress – nies li riedu ħajja aħjar. Permezz tal-ħidma fi ħdan l-As-
semblea Nazzjonali, rajna l-għeruq tal-Parlament Malti tal-lum. Aktar minn 100 sena wara, għandna l-aktar Parlament b’rappreżentanza femminili li qatt kelna fl-istorja ta’ pajjiżna. Dan fl-isfond li kien dejjem il-Partit Laburista li ta vuċi u imbotta lill-mara Maltija fis-soċjetà grazzi għad-diversi miżuri riformisti li hu sinonimu magħhom. F’din il-leġiżlatura qed naraw l-akbar ammont ta’ nisa li qatt kellna fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna kif ukoll numru ta’ deputati ġodda, ħafna minnhom żgħażagħ. Dan il-Gvern għandu manifest ambizzjuż li sa qabel l-ewwel 100 jum tiegħu diġà beda jaħdem fuqu. Din il-ġimgħa rajna wkoll id-dibattitu Parlamentari li għandu jwassal għal liġi aktar wiesgħa fir-rigward tal-IVF. Liġi li permezz tagħha, ser jiġu megħjuna mijiet ta’ koppji fis-sena. F’dawn l-aħħar ġimgħat tressqet ukoll il-liġi tal-femiċidju fejn permezz ta’ emendi fil-kodiċi
kriminali l-femiċidju ser jiġi distint minn każijiet oħra ta’ omiċidji. Għaliex il-prijorità tal-Partit Laburista fil-Gvern kienet dejjem li jkun ta’ spalla għal kulħadd u li ma jħalli ’l ħadd jaqdef waħdu. Gvern b’ruħ soċjali li għandu l-kredibilità meħtieġa biex ikompli jmexxi ’l quddiem lil dan ilpajjiż. Din il-leġiżlatura għandha ambizzjonijiet importanti. Bħala Żgħażagħ Laburisti ninsabu entużjasti biex inkomplu nressqu ’l quddiem l-ideat tagħna fi ħdan il-Partit Laburista. Is-saħħa ta’ dan il-Partit baqgħet dejjem filfatt li minkejja li qiegħed filGvern, baqa’ dejjem kritiku – jisma’ lin-nies u jressaq ‘il quddiem ideat ġodda sabiex jiġu diskussi. Bħala żgħażagħ minn dejjem konna ambizzjużi fil-proġetti u l-ideat tagħna. Grazzi għal dan kontinwament rajna u qed nibqgħu naraw aktar żgħażagħ jissieħbu magħna. L-istorja ta’ dan il-Partit dejjem uriet
li ż-żgħażagħ dejjem kienu protagonisti fl-istorja. Diversi avvenimenti juruna kif iż-żgħażagħ soċjalisti ma beżgħu qatt jitkellmu dwar dak li kienu jemmnu fih. Minkejja li ġieli sfaw emarġinati, diskriminati u anki mkasbrin baqgħu dejjem sodi fit-twemmin tagħhom u stinkaw favur il-valuri tagħhom fejn kulħadd huwa ħieles li jħaddan it-twemmin li jrid. Nemmen li xi kultant, forsi bi żvista, ma napprezzawx il-ħidma ta’ dawk li ġew qabilna. Inħoss li bħala żgħażagħ għandna nkunu grati tal-ħafna li sar u li permezz tiegħu għadna sa issa ngawdu l-frott tiegħu. Irridu nkunu aħna biex flimkien inkomplu naħdmu favur il-ġenerazzjonijiet futuri sabiex niżguraw li dak kollu li sar ma jintilifx iżda nkomplu naħdmu fuqu. Id-diversi ġrajjiet li rridu nibqgħu nfakkru fil-ħidma tagħna huma l-istorja ħajja tal-ħafna żgħażagħ li permezz tal-ħidma tagħhom rawmu
u kattru l-prinċipji Laburisti li sawru l-ideali li għadna nħaddnu sal-ġurnata tal-lum. B’aktar grinta u determinazzjoni nħarsu ’l quddiem sabiex inkomplu nibnu fuq dak li sar sa issa. Iż-żgħażagħ mhumiex biss mera tal-passat iżda wkoll il-futur ta’ dan il-Partit li sa mill-bidu ta u għadu jagħti widen lill-ħidma żagħżugħa.
Dan il-Gvern għandu manifest ambizzjuż li sa qabel l-ewwel 100 jum tiegħu diġà beda jaħdem fuqu
13
12.06.2022
INQAS TBATIJA, IŻJED KUNTENTIZZA
NAOMI CACHIA Membru Parlamentari
Din il-ġimgħa fil-Parlament għamilna pass importanti biex inwettqu wegħda elettorali mill-Manifest Malta Flimkien; erba’ ġimgħat biss wara l-ftuħ tal-Parlament ressaqna l-mozzjoni għat-tieni qari biex nemendaw il-liġijiet talIVF. Fl-esperjenza tiegħi bħala attivista żagħżugħa, u llum bħala Deputat, kull meta fuq bażi nazzjonali tkellimna fuq l-IVF, dejjem tkun esperjenza emozzjonanti li tiftaħlek
għajnejk għal ħafna realtajiet differenti, u tinduna l-kobor tar-responsabbiltà li nġorru aħna li qegħdin hemm biex nilleġiżlaw. L-emendi li qed inressqu ’l quddiem ifissru bidliet kuraġġużi. Fis-snin li għaddew diġà għamilna emendi sinifikanti li taw iżjed opportunitajiet biex aktar persuni jsiru ġenituri; fl-2018 immodernizzajna l-proċess u wessajna t-tifsira ta’ ġenitur prospettiv, fost bidliet oħra. Imma nafu li dawn ma kinux biżżejjed u waħedhom ma setgħux jindirizzaw numru ta’ diffikultajiet li għadhom qed jesperjenzaw sal-lum dawk li jixtiequ jsiru ġenituri. Tweġġagħni wisq nisma’ li, minħabba l-limitazzjonijiet fil-liġijiet u fil-proċessi li jingħataw f’Malta, dawn ħutna Maltin ikollhom isiefru biex forsi iwettqu l-ħolma tagħhom li jsiru ġenituri, bil-piż finanzjarju u emozzjonanti kollu li dan iġib miegħu. F’Malta għandna servizz tas-saħħa mill-aqwa,
apparti li b’xejn, u nħoss li hu l-obbligu tagħna biex nibqgħu nespandu s-servizzi li jingħataw lokalment, speċjalment meta nafu li tant koppji qed isiefru biex jieħdu dan isservizz f’pajjiżi oħra. Fid-diskors tiegħu fil-Parlament din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela spjega tajjeb kif jekk ma naġixxux, se nkunu qed nibqgħu ‘nesportaw’ din l-isfida. Ma nistgħux nagħlqu għajnejna quddiem il-karba ġenwina ta’ ħafna li qed ibatu fis-skiet, speċjalment meta x-xjenza u l-mediċina qed jippermettulna ntaffu din it-tbatija. Il-Prim Ministru semma wkoll l-empatija, xi ħaġa li laqtitni ferm. L-empatija trid tibqa’ dejjem fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet li nieħdu, biex żgur nibqgħu mmexxu ’l quddiem politika effettiva u sensittiva għall-bżonnijiet tas-soċjetà tagħna. Kemm hu sabiħ li bniedem jiġi għandek u jaqsam miegħek dak li jkun għaddej minnu. Kemm
hu sabiħ li tisma’ u tifhem il-weġgħat ta’ ħaddieħor. Imma kemm hu isbaħ li tkun f’pożizzjoni fejn tkun tista’ taġixxi biex ittaffi dak il-piż! Għalhekk ninsabu f ’dan ilpunt illum, u għalhekk irbatna lilna nfusna li fl-ewwel 100 jum konna se nemendaw din il-liġi. Fhimna kemm hawn koppji qed iħarsu lejna u jistennew li nemendaw il-liġijiet biex dan il-pajjiż isir iżjed ħanin magħhom f ’mument tant sensittiv fejn iħossuhom waħedhom u jħossu li qed iġorru piż li ma jifilħux. B’dak li qed nipproponu, se nnaqqsu t-tbatija, se nġibu iktar ħajjiet f ’din id-dinja, u fuq kollox, iżjed kuntentizza. Ser nagħtu aktar opportunitajiet biex persuni jsiru ġenituri, b’iżjed ċikli tal-IVF b’xejn, l-estensjoni tal-età t’eliġibbiltà, u opportunità għat-tieni wild anke fejn l-ewwel wieħed ma jkunx twieled bl-IVF. Se nużaw l-avvanzi fix-xjenza u l-mediċina
biex nintroduċu t-teknoloġija ta’ pre-genetic testing for monogenic diseases (PGTM) f ’każijiet ta’ kundizzjoniiet ġenetiċi serji. Dawn u l-bqija tal-emendi li ressaqna ’l quddiem huma turija tal-impenn tagħna bħala Gvern biex qatt ma nieqfu nagħmlu r-riformi neċessarji għal pajjiżna.
L-emendi li qed inressqu ’l quddiem ifissru bidliet kuraġġużi
11-IL ĠIMGĦA U L-FROTT DIĠÀ BEDA JINĦASAD
NOLAN CAMILLERI Membru Eżekuttiv ŻL
78 ġurnata wara li l-elettorat Malti mar isemma’ leħnu, il-frott diġà beda jinħasad. Mhux l-ewwel darba li smajna, “Tgħaddi l-elezzjoni u jieqaf kollox” jew “Issa ddum biex tirranka l-ħidma tal-Gvern”. Però dan kien eżatt l-oppost ta’ dak li ġara mis-26 ta’ Marzu sal-lum, 11-il ġimgħa biss wara. Il-punt tat-tluq iżda ma kienx id-data tal-elezzjoni imma kienet il-100 Idea u s-sigħat ta’ ħidma bla waqfien li l-Partit Laburista għamel mal-akbar numru possibbli ta’ persuni. Dan fisser djalogu li ma waqafx u beda jħalli l-frott
tiegħu meta ħa l-ħajja fil-forma ta’ programm elettorali b’1,000 wegħda akkumpanjat bi track record li jekk tingħata l-fiduċja t-tipa ssir fatti miktuba fl-istorja ta’ dan il-pajjiż. Għalhekk, is-26 ta’ Marzu kienet il-konferma li l-programm elettorali u l-viżjoni tiegħu jibdew jitwettqu biex il-fiduċja tintradd lura lill-elettorat, inkluż dawk iż-żgħażagħ li vvutaw għall-ewwel darba u li f’idejhom, bħali, kellhom mod b’saħħtu biex jagħżlu f’liema ambjent iridu jqattgħu l-ħames snin li ġejjin, ħames snin kruċjali fil-formazzjoni u l-għażliet ta’ dak li jridu jagħmlu. B’hekk ir-responsabbiltà kienet akbar, akbar ma jkun id-distakk kif kien stqarr ilPrim Ministru Robert Abela. Ejjew inkunu ċari l-analisti politiċi kollha ddeskrivew din l-elezzjoni bħala waħda li qed tqarreb għal dak li jiġri f’pajjiżi oħra Ewropej. Dan fisser li l-proporzjon ta’ dawk li ħarġu jivvutaw kien inqas. Allura, kien aktar importanti li l-Partiti jikkomunikaw viżjoni ambizzjuża iżda realistika. Xi ħaġa li l-kampanji elettorali wrew
biċ-ċar jekk dan kienx il-każ, ġudizzju li kulħadd għamel dakinhar tal-elezzjoni waħdu, fil-kamra tal-vot. L-elezzjoni ntrebħet mill-Partit Laburista b’marġni soda ħafna, daqstant ieħor kellu jkun sod il-mod ta’ kif jitwettqu l-affarijiet. Finalment, kulħadd jixtieq li jżid il-fiduċja fil-klassi politika ta’ dan il-pajjiż, speċjalment fost dawk iżgħar fl-età li mhux bilfors iħossuhom jappartjenu għal partit speċifiku. Din ix-xewqa bdiet tiġi indirizzata sa mill-ewwel għażliet tal-Prim Ministru fil-ħatra tal-Kabinett tiegħu, l-iżgħar Kabinett fl-istorja ta’ Malta sovrana u mimli enerġija biex jibda jwettaq. Barra minn hekk, Kabinett formidabbli li għaqqad l-ideat mal-esperjenza. Ix-xogħol beda jsir u mhux b’mod astratt, żewġ eżempji ċari ta’ kif dan qiegħed iseħħ huma l-emendi fil-liġi tal-IVF u l-garanzija għat-tfal. It-tnejn huma żewġ wegħdiet li għal xi wħud huma kontroversjali. Madanakollu, huma wegħdiet li juru dak li veru jemmen fih il-Partit Laburista bi prinċipji li mhumiex żugraga iżda sodi li
bihom titfassal il-vizjoni. Il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali, hu prinċipju li l-Partit Laburista jaġixxi dwaru, u b’hekk hu Partit katalist tal-bidla f’dan il-pajjiż. L-emendi fil-liġi tal-IVF mistennija li jagħtu aktar ċans lill-ġenituri prospettivi jwettqu x-xewqa tagħhom u dan mhux kapriċċ kif kien hawn min irriduċa din l-affari. Barra minn hekk, l-istess abbozz ser ikun qed jagħmilha possibbli sabiex isir dak imsejjaħ bħala PGTM ikun jista’ jsir u hawnhekk ukoll tirrenja l-kawtela ta’ kif dan isir. Dan hu l-mod li bih il-Partit Laburista fil-Gvern jaħdem bih. Wegħda oħra li qed titwettaq f’inqas minn 100 jum mill-elezzjoni hija dik tal-garanzija għat-tfal. Din tirrifletti prinċipju ieħor li jemmen bissħiħ fih il-Partit Laburista, dak tal-mobiltà soċjali. Fil-fatt, b’rabta ma’ dan ġie varat pjan ta’ azzjoni nazzjonali biex it-tfal jingħataw l-aqwa opportunitajiet sabiex jilħqu l-potenzjal massimu tagħhom lil hinn minn fejn ġejjin. Pjan li qed jitfa’ fuq quddiem nett l-inklużjoni tat-tfal fis-soċjetà.
Dan hu ftit mill-frott li fi 11il ġimgħa beda jinħasad minn pjan ta’ Gvern ambizzjuż mifrux fuq medda ta’ ħames snin. Dan hu l-mod ta’ kif dan il-Gvern qiegħed irodd lura l-fiduċja tiegħu.
Il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali, hu prinċipju li l-Partit Laburista jaġixxi dwaru, u b’hekk hu Partit katalist tal-bidla f’dan il-pajjiż
14
12.06.2022
IS-SETTE GIUGNO B’ĦARSA GĦ
Malta fakkret il-ġrajja tas-Sette Giugno fil-bidu ta’ din il-ġimgħa b’ċerimonja biswit il-monument ta’ Anton Agius fi Pjazza San Ġorġ, fil-Belt Valletta. L-attivitajiet relatati ssoktaw bi tqegħid tal-fjuri fuq l-istess monument fil-Belt mill-ogħla awtoritajiet, inkluż il-President tar-Repubblika George Vella, u anke fuq il-monument l-ieħor fl-Addolorata, dak ta’ Boris Edwards, f’ċerimonja mmexxija mill-ġdid mill-Ispeaker. Bħal kull sena, it-tifkira tal-avveniment, li ħalla erba’ vittmi mejta fl-1919 – Manwel Attard, Karmnu Abela, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer – u wassal għallħolqien tal-ewwel Parlament Malti sentejn wara, tkun iddominata mid-diskors tal-Ispeaker. Ftit aktar minn xahrejn mill-bidu tal-14-il leġiżlatura, Dr Anġlu Farrugia ffoka d-diskors tiegħu dwar metodi kif nistgħu nkomplu nsaħħu din l-ogħla istituzzjoni nazzjonali, mhux l-inqas issa li għandna l-akbar rappreżentanza Parlamentari u l-akbar rappreżentanza femminili fl-istorja tiegħu. Dan li ġej hu d-diskors sħiħ tal-okkażjoni mill-Ispeaker: “Is-7 ta’ Ġunju – minbarra li Malta tfakkar l-irvellijiiet li seħħew fis-7 ta’ Ġunju 1919 ftit ’il bogħod minn fejn ninsabu llum – ser inkunu qegħdin nagħlqu xahar mill-bidu tal-14-il leġiżlatura, allura xahar minn meta l-Parlament reġa’ beda xogħlu wara l-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2022. Ta’ min jinnota li b’79 membru, dan huwa bla dubju l-akbar Parlament fil-100 sena storja tiegħu, anniversarju li proprju ċċelebrajna s-sena li għaddiet. Minn dawn id-79 membru, 34 minnhom – kważi nofshom – huma membri ġodda, filwaqt li 22 huma nisa. Dawn iż-żewġ aspetti jawguraw tajjeb sabiex tassew ikollna demokrazija parlamentari li tkun dejjem relevanti għaż-żminijiet tal-lum u tassew rappreżentattiva tas-soċjetà tagħna. Dan nara li għandu wkoll rabta mal-avvenimenti tas-Sette Giugno tal-1919 li qegħdin infakkru llum. Bħalma nafu s-Sette Giugno huwa simbolu ta’ perjodu fl-istorja ta’ pajjiżna kkaratterizzat minn protesti kbar fil-Belt minħabba problemi ekonomiċi li kien jinsab fihom il-pajjiż, ewlenin fosthom il-prezzijiet għoljin tal-ħobż, bil-konsegwenza li ħafna Maltin kienu qed ibatu l-ġuħ. Din is-sitwazzjoni rriżultat f’taqlib politi-
ku kbir. Hawn ta’ min jgħid illi l-Kostituzzjoni ta’ dak iż żmien ftit li xejn kienet tagħti saħħa lill-Maltin sabiex jipparteċipaw fit-tmexxija ta’ pajjiżhom. Dan l-isfond ta’ nuqqas ta’ awtorità politika li tista’ tmexxi fl-aħjar interess tal-pajjiż, wassal biex tliet familji – ċoè Cassar Torregiani, Francia u Farrugia – li kienu l-importaturi ewlenin tal-qamħ f’pajjiżna, spiċċaw fil-mira tal-poplu Malti li fis-7 ta’ Ġunju 1919 tela’ l-Belt biex jipprotesta. Kaġun ta’ dik il-protesta, f’dik il-ġurnata u l-għada, spiċċaw tilfu ħajjithom erba’ persuni – li huma mfakkra fuq dan il-monument li ninsabu quddiemu – Manwel Attard, Karmnu Abela, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer. Dan wara li l-64 suldat Ingliż li kienu qegħdin hemm biex iferrxu lin-nies waqt protesta mill-Maltin, fetħu n-nar u użaw il-forza fuq il-folla. Minn diversi dokumenti ta’ dak il-perjodu joħroġ li fil-protesti ta’ Ġunju 1919, minbarra dawn l-erba’ rġiel, kien kien hemm sa erba’ persuni oħra li nqatlu jew ġew feruti gravi b’riżultat tat-tiri li ġew sparati jew inkella b’daqqiet tal-bajunetta. Vittma minnhom, pereżempju, kien missier li mar biex jara fejn hu ibnu, imma peress li rreżista l-arrest, spiċċa ġie maqtul b’daqqa ta’ bajunetta. Mhux inqas minn 19-il persuna oħra sofrew ġrieħi, saħansitra żagħżugħ ta’ 15-il sena. Dan kollu jixhed kemm il-Maltin ma kellhom ebda awtorità fejn tidħol iż-żamma tal-ordni f’pajjiżhom. Xi jfisser dan kollu? Il-Maltin riedu jimxu ’l quddiem. Il-Maltin riedu jaraw li jkollhom ħajja aħjar. Riedu li jkollhom awtorità fuq it-tmexxija ta’ ħwejjiġhom. Irridu niftakru li f’dak iż-żmien il-Kostituzzjoni ma kienet tagħti l-ebda jedd lill-Maltin fit-tmexxija tal-pajjiż, lanqas f’dawk il-materji lokali li kienu jaffettwawhom b’mod dirett. Kif nafu, dan seħħ sentejn wara, fl-1921 bl-għoti tal-Kostituzzjoni Amery Milner, magħrufa wkoll bħala l-Kostituzzjoni tas-self-government. Minkejja dan il-pass ’il quddiem, ta’ min jinnota li d-dritt tal-vot biex wieħed jeleġġi r-rappreżentanti tiegħu kien limitat biss għal dawk iċ-ċittadini maskili li kellhom il-proprjetà. L-ebda mara, anke jekk sid ta’ proprjetà permezz ta’ wirt, pereżempju, ma kellha dritt għall-vot. Kellhom jgħaddu kważi 30 sena oħra, biex fl-1947 daħal id-dritt tal-vot għall-mara. Kif inhu xieraq, ta’ kull sena nfakkru dak li ġara fis-Sette Giugno imma naħseb li llum, meta għandna
Parlament b’rappreżentanti aktar friski, li magħhom qegħdin iġibu firxa usa’ ta’ esperjenzi, u li żgur kollha jaspiraw lejn futur aħjar għal pajjiżna, għandna nieqfu u nirriflettu dwar kif kull wieħed u waħda minna jista’ jikkontribwixxi għall-mixja demokratika ta’ pajjiżna. L-avvanzi li għamel il-poplu Malti fis-Sette Giugno tal1919 kienu strumentali biex tibda l-mixja ’l quddiem, anke jekk b’passi żgħar, lejn il-kisba tal-ewwel Kostituzzjoni li tat il-jedd lil missirijietna li jmexxu l-materji interni tal-pajjiż. L-istess nistgħu ngħidu li ġara fix-xhur li għaddew, fejn bil-qbil taż-żewġ partiti ewlenin fl-interess tad-demokrazija parlamentari rappreżentattiva ta’ pajjiżna, tressqu u għaddew numru ta’ emendi għall-Kostituzzjoni u għal-liġi elettorali biex tiżdied ir-rappreżentanza femminili fil-Parlament. Grazzi għal dan il-mekkaniżmu, li tħaddem għall-ewwel darba fl-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu ta’ din is-sena, il-Parlament Malti, wara tant snin, għandu rappreżentanza iktar denja ta’ din il-parti sostanzjali tal-popolazzjoni permezz ta’ 22 deputati nisa. Għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu l-Parlament għandu rappreżentanza femminili ta’ 28%, li għalkemm għadha ’l bogħod ferm mill-mira ta’ 40%, tista’ żgur titqies bħala pass fid-direzzjoni t-tajba. Kif jgħallmuna l-ġrajjiet tas-Sette Giugno u dawk li seħħew warajhom, il-kisbiet il-kbar spiss ikunu jafu l-bidu tagħhom f’passi żgħar. Dawn il-ġrajjiet huma wkoll xhieda tal-fatt li kull żvilupp politiku ta’ ċerta importanza qatt mhu faċli u li biex wieħed jimplimenta tali żvilupp irid jibqa’ dejjem iħares ’il quddiem. Għalhekk, issa huwa importanti li l-parteċipazzjoni u l-kontribut tan-nisa fil-Parlament jinħassu u jagħmlu differenza, inkluż fis-16-il Kumitat Parlamentari u fid-diversi organizzazzjonijiet interparlamentari li l-Parlament Malti jipparteċipa fihom. Dan tal-aħħar hu importanti anke minħabba l-fatt li ċerti organizzazzjonijiet internazzjonali jissanzjonaw lil dawk id-delegazzjonijiet parlamentari nazzjonali li ma jkollhomx rappreżentanza xierqa tas-sess femminili bit-tnaqqis tan-numru tal-voti li tali delegazzjoni kieku kienet tkun intitolata għalihom. Din hi sanzjoni li l-Parlament Malti diġà esperjenzaha. Proprju ftit tal-ġimgħat ilu pereżempju, f’laqgħa tal-Unjoni Interparlamentari, organizzazzjoni im-
15
12.06.2022
ĦAT-TISĦIĦ TAL-PARLAMENT
portanti li fiha jipparteċipaw il-parlamenti nazzjonali tal-istati membri kollha tan-Nazzjonijiet Magħquda, kien hemm diskussjoni dwar il-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja li fiha Malta pparteċipat b’mod sħiħ u attiv. Dakinhar, kieku d-diskussjoni waslet għal vot, Malta kien ikollha żewġ voti inqas minħabba li fil-kompożizzjoni tad-delegazzjoni ta’ pajjiżna b’mod konsistenti ma kienx hemm parteċipazzjoni ta’ membru parlamentari femminili. Nemmen li bħala pajjiż indipendenti, sovran u newtrali kif entrenched fil-Kostituzzjoni Maltija, ninsabu fl-aħjar pożizzjoni sabiex nargumentaw b’konvinzjoni fuq l-importanza tad-diplomazija, inkluż dik parlamentari, kull fejn ikun hemm kunflitt, gwerra jew nuqqas ta’ qbil bejn pajjiż u ieħor. Huwa essenzjali li l-parlamenti – li huma r-rappreżentanti ewlenin talpopli – jiddjalogaw bejniethom, kemm fuq livell bilaterali kif ukoll fuq livell multilaterali. Bħala Parlament aħna dejjem ninsabu lesti li niddjalogaw ma’ parlamenti nazzjonali ta’ naħa u ta’ naħa oħra mingħajr ebda kundizzjoni. Għalhekk il-parteċipazzjoni parlamentari sħiħa u attiva f’dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Unjoni Interparlamentari l-Assoċjazzjoni Parlamentari tal-Commonwealth, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, u oħrajn, hi importanti. Dan iwassalni għal riflessjoni oħra li nemmen li għandna nagħmlu llum, dik dwar kif inkunu aktar effiċjenti fil-ħin li aħna nallokaw għad-dibattitu fil-Parlament. Pereżempju, meta wieħed iqis in-numru akbar ta’ membri parlamentari li għandhom id-dritt jitkellmu fuq kull mozzjoni, abbozz ta’ liġi jew materja oħra, nemmen li għandna mill-aktar fis naraw li jsir it-tibdil meħtieġ fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati sabiex jonqos il-ħin massimu allokat għall-interventi fil-Kamra. M’għandix dubju li kwalunkwe intervent jista’ jsir f’20 minuta jew inqas. Jekk forsi hemm bżonn aktar ħin sabiex jintlaħaq qbil dwar l-emendi neċessarji għall-Ordnijiet Permanenti, anke kif ġara f’leġiżlaturi preċedenti, il-Kamra għandha taqbel dwar mozzjoni
ta’ proċedura li tistipula li l-ħin massimu ta’ intervent fil-Parlament ikun ta’ 20 minuta. B’dan il-mod nemmen li l-ħin tal-Kamra jista’ jsarraf f’aktar xogħol fl-interess tal-ġid komuni, kif wara kollox huwa mistenni mir-rappreżentanti tal-poplu Malti. Materja oħra li nemmen wasal iżżmien li nerġgħu niddiskutu hija dik tal-ħin li fih jiltaqa’ l-Parlament, fejn dan ikun jakkomoda aħjar l-esiġenzi professjonali, familjari, personali u anke akkademiċi tan-numru akbar u firxa aktar wiesgħa ta’ Membri Parlamentari. Hemm ukoll il-kwistjoni tal-introduzzjoni tal-Membri Parlamentari full-time u tal-għajnuna li l-gruppi parlamentari għandhom jingħataw. Dan kollu għandu jifforma parti mid-diskussjonijiet li nara li għandhom jingħataw spinta biex il-Parlamentari jkun jistgħu jaqdu dejjem aħjar il-mandat tagħhom, anke, jekk hemm bżonn, permezz ta’ rijallokazzjoni tar-riżorsi li diġà qed jingħataw. Punt ieħor li aċċennajt għalih f’diversi okkażjonijiet oħra u li naħseb li wasal iż-żmien li naraw li jitwettaq huwa dak tas-citizen’s right of reply, ċoè mekkaniżmu fejn ċittadin ikollu d-dritt li jirrispondi għal dak li jkun intqal dwaru fil-Parlament. Insostni li filwaqt li huwa essenzjali li l-privileġġ parlamentari jinżamm biex ebda deputat ma jibża’ jgħid il-verità, daqstant ieħor huwa importanti li ħadd ma juża l-privileġġ parlamentari b’mod abbużiv u li jagħmel ħsara lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ma jistgħux jirrispondu u jiddefendu lilhom infushom fil-Parlament. Sal-lum persuni li jħossu li fil-konfront tagħhom saru dikjarazzjonijiet skorretti minn xi Membru Parlamentari waqt li jkun qed jindirizza lill-Kamra jew lil xi kumitat, m’għandhom l-ebda rimedju, anke jekk forsi dawk il-persuni jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta’ dak li ntqal fuqhom fil-Parlament jew ikunu għaddejja minn proċeduri fil-qrati. Hemm diversi mudelli, b’mod partikolari fil-Commonwealth, li wieħed jista’ jikkunsidra li jadotta meta jiġi biex jintroduċi din il-proċedura parlamentari. Mudell interessanti huwa dak li jintuża fil-Parlament ta’ New Zealand, fejn huwa l-Ispeaker li jara u jiddeċie-
di jekk dak li jkun intqal fil-Parlament minn xi membru taħt il-privileġġ parlamentari, setax kellu impatt negattiv fuq ċittadin, f’liema każ, mingħajr ma jidħol fil-mertu tal-kumment li jkun ta lok għall ilment, jippermetti li fir-rekords tal-Kamra tidħol ukoll il-kjarifika li jkun għamel tali ċittadin. F’mudelli oħrajn fil-Commonwealth, l-Ispeaker jirreferi l-ilmenti li hu jirċievi għall-konsiderazzjoni u d-deċiżjoni ta’ kumitat parlamentari. Minkejja li dan il-kunċett mhux daqstant komuni barra l-Commonwealth, dan m’għandux iżommna lura milli ndaħħlu din il-proċedura parlamentari li tipprovdi rimedju lil dawk iċ-ċittadini li jħossu b’mod ġusifikat li l-privileġġ parlamentari kien abbużat fil-konfront tagħhom. Dan kif għamilna ftit tas-snin ilu bil-qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra meta introduċejna miżuri biex ċittadini ma jkollhomx għalfejn javviċinaw Membru Parlamentari biex jippreżentaw petizzjoni lill-Parlament. Illum ċittadin jaf li jekk il-petizzjoni tiegħu tkun tissodisfa l-kriterji stabbiliti, din se tersaq quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet. Għalhekk, bħalma l-Parlament għamel passi ’l quddiem f’dan ir rigward, hekk ukoll nemmen li hu opportun li nibdew naraw kif nindirizzaw din il-kwistjoni delikata iżda importanti tas-citizen’s right of reply. Meta nħarsu lura lejn l-iżvilupp tal-Parlament tagħna tul il-ftit iżjed minn 100 sena mill-ġrajjiet li qegħdin infakkru llum napprezzaw aħjar kif demokrazija parlamentari ħajja titlob li nibqgħu dejjem naraw x’jista’ jsir biex inkomplu nsaħħu din l-istituzzjoni u dan sabiex nilħqu l-aspettativi dejjem jinbidlu tal-poplu Malti. M’għandix dubju li din l-14-il leġiżlatura se ssarraf f’ħames snin ta’ esperjenza interessanti li matulhom kollha kemm aħna nimpenjaw ruħna sabiex ikollna Parlament li mhux biss jiffunzjona b’mod mill-aktar effiċjenti, imma li jkun dejjem aktar relevanti u ta’ eżempju fit-tħaddim tad-demokrazija parlamentari. Filwaqt li permezz ta’ din il-kommemorazzjoni ta’ kull sena tas-Sette Giugno nibqgħu nfakkru u napprezzaw dak li għaddew minnu missirijietna, nawgura li permezz ta’ din l-istess tifkira nitħeġġu bl-enerġija ħalli nkomplu nsaħħu l-istituzzjoni parlamentari għall-ġid tagħna u ta’ dawk li ġejjin warajna.”
16
12.06.2022
PJAN TA’ MOBBILTÀ FL-URBAN
MARIO FAVA
President Sezzjoni Kunsilliera PL
L-ippjanar tal-mobbiltà fl-urban huwa eżerċizzju ta’ sfida u proċess kumpless. Min jippjana jrid u għandu jara li jimmaniġġja d-domanda u l-bżonnijiet ta’ kulħadd, xi ħaġa li kultant tista’ tkun anki konfliġġenti. Ma’ dan, wieħed irid jiffoka u jindirizza wkoll l-impożizzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-isfida tat-tibdil fil-klima u l-effiċjenza tal-enerġija. Ma’ dan, irridu nagħmlu referenza wkoll għall-bidla politika fil-ħsieb li hemm bżonn li ssir kif ukoll ċerti limitazzjonijiet fil-mezzi finanzjarji biex jiġi implimentat dak li jkun qed jiġi propost. Dan b’mod speċjali fuq livell lokali. B’kuntrast ma’ modi tradizzjonali ta’ kif kien isir l-ippjanar tat-trasport, irridu nħaddmu kunċett li jagħmel enfasi partikolari fuq l-involviment tar-resident u tal-istakeholders. Il-kordinament li hemm bżonn bejn dawk kollha involuti li jkunu qed jaħdmu fuq pjan simili hu importanti f ’dan kollu. Qed nirreferi għal min hu responsabbli mit-trasport, mill-ambjent, mill-enerġija, mill-iżvilupp ekonomiku, mill-politika soċjali, missaħħa u mis-sigurtà. Kif qed naraw, biex ikollna pjan ħolistiku, fuq kull inizjattiva jew miżura, huwa imperattiv li jkun hemm strateġija nazzjonali li kulħadd ikun on board. Irid ikun hemm konsultazzjoni fi proċess organizzat. Il-pjan irid ikun strateġiku u ddisinjat b’mod li jolqot kull saff tas-soċjetà, il-bżonnijiet differenti tar-residenti (li jvarjaw) u tan-negozju. L-iktar punt importanti u ta’ prijorità huwa l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Għandna bżonn naraw aktar bliet u rħula li n-nies jieħdu pjacir jgħixu fihom. Il-pjan tradizzjonali jiffoka fuq ilkarozzi, fuq it-traffiku, fuq l-infrastruttra, fuq pjanar mill-esperti u bi ftit assessjar fuq l-impatt li dan iġib miegħu. Mill-banda l-oħra, pjan ta’ mobbiltà sostenibbli fl-urban, jiffoka aktar fuq in-nies mhux fuq it-traffiku u mhux fuq il-karozzi. Jiffoka fuq objettivi primarji, fuq modi differenti ta’ tra-
sport. Jiffoka fuq azzjonijiet u soluzzjonijiet li jinnewtralizza l-ispiża. Jiffoka fuq pjanar settorali biex jilqa’ għal żoni ta’ żvilupp, servizzi soċjali fil-komunità, is-saħħa, l-infurzar u s-sigurtà. Jiffoka fuq mod ta’ traġitt bejn id-dar u l-post tax-xogħol. Jinvolvi pjanar bl-involviment ta’ stakeholders kollha. Dan il-pjan jeħtieġ li jkollu wkoll moniteraġġ regolari u evalwazzjoni kontinwa biex jibqa’ jittejjeb il-proċess. Biex il-pjan ikun suċċess irid jagħti kas u jara li l-ibliet u l-irħula tagħna jiffunzjonaw b’mod sħiħ. Irid ikollu viżjoni ċara fuq perjodu medju u fit-tul. Irid ikun hemm pjan ta’ implimentazzjoni. Irid jaċċerta li jkun hemm l-involivment ta’ kulħadd, inkluż tar-residenti. Irid jassigura kwalità għolja ta’ investiment. Irid ikun hemm mekkaniżmu li jkejjel l-andament tal-pjan waqt il-fażi ta’ implimentazzjoni u jsiru t-tibdiliet meħtieġa waqt l-implimentazzjoni jekk ikun meħtieġ. Irid ukoll jassigura ekwità u ugwaljanza bejn dawk kollha li jridu jew jixtiequ jagħmlu użu mittriq, ikun xi jkun il-mezz ta’ trasport li huma jagħżlu. Fuq kollox, irid jassigura li jkun hemm sinerġija sħiħa u aċċess għal kull mod ta’ trasport alternattiv lil hinn mill-karozza privata. Dan ifisser li jrid ikun hemm opportunitajiet ekwi u l-prijorità ma tintefax fuq mezz wieħed ta’ trasport imma fuq kull mezz ieħor possibbli li b’xi mod jista’ jgħin lin-nies jivvjaġġaw b’mod aktar nadif, partikolarment il-mixi.
Kif qed naraw, biex ikollna pjan ħolistiku, fuq kull inizjattiva jew miżura, huwa imperattiv li jkun hemm strateġija nazzjonali li kulħadd ikun on board
Sur Editur, Ara vera qammiel dan Bernard il-Kap tagħhom ta, Sur Editur! Iddikjara li fil-kampanja elettorali li għaddiet ma nefaq xejn. Istja! Mank ħallas belgħa te lil xi erba’ voluntiera li kienu ma’ patattu waqt il-kampanja. Jew imqar xtara xi hot dog lil dak il-Pellegrin, għax kunjomu ma jdurlix – dak li mexxa l-kampanja. U li permezz tagħha ta rebħa tal-qaddisa lilna. Għax li nefaq, xi 30,000, u li jidhru li ħallashom hu, qed jgħidu li tħallsu mill-PeNe. U ħalluna! U mbagħad jiġi jgħidilna li hu qatt ma żied id-dejn tal-partit tagħhom. Mela b’hekk x’għamel? Mela bħal-lum ġimgħa kien hemm sondaġġ. Fih il-Prim tagħna bħas-soltu bbrilla, għax jinsab kważi 30 punt fuq il-Kap tagħhom. U bir-raġun. Għax bih imexxi lil pajjiżna kulħadd qed jinduna li mexjin ’il quddiem. U mexjin sew. Miegħu nafu fejn qegħdin. U l-Kap tagħhom jinsab fl-agħar post li qatt kien. Il-fiduċja fih niżlet għal wiċċha, aktar milli kienet niżlet tbus l-art Melda tiegħi. Meta kont qed inbajjad il-kamra tal-ikel u żelqet f’roqgħa żebgħa li kont waqqajt. Niftakar kienet qabdet mas-sellum biex ma teħodhiex għal wiċċha, imma ma rnexxilhiex, u aktar kienet se tiġbed lili minn fuq is-sellum ’l isfel. Konna niġu għoqda mal-art kieku. Eżatt kif qiegħed il-Kap tagħhom. Għoqda. Qabel l-elezzjoni, il-Kap tagħhom kellu persentaġġ ta’ 30 punt xi ħaġa. Issa niżel għal 23 punt xi ħaġa. U dan wara li tellaq waħdu, rebaħ waħdu u qagħad jiftaħar li għandu l-appoġġ sħiħ biex imexxi lill-partit tagħhom, b’aktar minn kwart tal-kunsilliera ma jivvutaw lux. Dik fiduċja e, Sur Editur! U mhux bilfors! Jien ma niħux gost bid-deni ta’ ħaddieħor, biex niftiehmu, imma bħalissa qegħdin għoqda dawn in-Nazzjonalisti ta. M’hemmx għalfejn ngħid jien, għax kulħadd jisma’ u jara. Imma taħwid bil-pedigree għandhom. U aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar joħroġ taħwid. L-isbaħ waħda ta’ Adrian Delia. Neħħewh minn Kap, ipprovaw iqaċċtuh mill-partit, għamlulu xkejjer ta’ ħsara u fl-elezzjoni li għaddiet kellhom jibilgħuha li ġab skoss voti. U minn żewġ distretti. Xi ħaġa li qatt ma stennewha. Imma l-establishment li jikkmanda lill-Kap tagħhom u jiddetta x’jiġri fil-PeNe, dejjem b’xi ħaġa up his sleeve, kif kienu jgħidu dawk li kont nagħmilha magħhom, tasServizzi. Issa qed jipprovaw jaraw kif se jwarrbuh mill-pajjiż ukoll. Qed ifittxu kif lil Adrian Delia u l-fazzjoni tiegħu ma jitħallewx ikunu ta’ theddida għall-ħakma ta’ Bernard Grech fuq il-partit. U kif se jagħmlu dan? Billi jintbagħat Brussell, iservi bħala deputat tal-Parlament Ewropew. U hekk il-Kap tagħhom ikun jista’ jkompli jikkonċentra b’inqas inkwiet biex jipprova jikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu fit-tmun tal-partit mingħajr ma jkollu ma’ saqajh lil Delia, li għadu jqisu bħala theddida kbira għall-pożizzjoni tiegħu bħala l-Kap attwali. X’taħwid! Imma stenn ftit. Għax tiskanta kif jiġu l-affarijiet, u żgur li mhux b’kumbinazzjoni. Mela fl-istess ħin li l-establishment ħareġ b’dan, qam il-gran għaref, li għandu qalbu perżuta għal Malta, David għarukaża. Ħaqq l-ożbreċ, fil-ġurnal tal-kakka tagħhom, Il-Mument, nhar ilĦadd li għadda, kien hemm reklam għal dan David. Beda bi prominenza fil-faċċata jiddikjara li David Casa – Il-vuċi tiegħek fl-Unjoni Ewropea għal Malta. Kos, hux! Kif jiġu l-affarijiet. Qed iħoss li Delia jista’ jaqlibhielu jekk joħroġ għal Membru Parlamentari Ewropew. Skont Melda tiegħi, ma tantx fih taqliba il-Casa, imma dak x’qed tgħid hi. U mbagħad fuq ġewwa tal-ġurnal, żewġ paġni kollha ritratti ta’ dan l-għarukaża. Reklam li ma nafx ħallashulux il-Kap tiegħu, ħallsux hu jew għal darb’oħra hux se jħallsu l-PeNe. Kulma naf huwa li kelli nħallas jien għall-imodju li kelli nibla’ ħabba l-uġigħ ta’ żaqq li qabditni. Tort tiegħi għax ħadt doża qawwija ta’ ritratti ta’ Casa f’daqqa. Għad-dieħla!
17
12.06.2022
FOST ŻIFNA MAS-SEBĦ U ESPERJENZA FL-GĦABEX Heritage Malta tiċċelebra l-Jiem Ewropej tal-Arkeoloġija b’numru ta’ attivitajiet fil-mużewijiet u s-siti tagħha Heritage Malta se tieħu sehem filJiem Ewropej tal-Arkeoloġija permezz ta’ diversi attivitajiet eċitanti li se torganizza bejn nhar il-Ġimgħa li ġej, 17 tax-xahar, u t-Tlieta ta’ wara, 20 ta’ Ġunju. Il-Jiem Ewropej tal-Arkeoloġija jiġu ċċelebrati fl-istess perjodu mal-Ewropa kollha biex joħolqu kuxjenza u jgħinu lil udjenzi Ewropej isiru midħla tal-aspetti kollha tal-arkeoloġija. L-ewwel attività li se ssir lokalment hi taħdita pubblika dwar l-arkeoloġija urbana u kollezzjoni ta’ platti fini li jmorru lura sas-Sekli 17 u 18 u li kienu nstabu waqt li kienet qed titwaqqa’ l-Berġa ta’ Avernja (fejn illum hemm il-binja tal-Qorti) fl-1965. Il-kollezzjoni llum tinsab fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. It-taħdita se ssir nhar il-Ġimgħa fis-6.00 p.m., fl-istess mużew, u se tkun bl-Ingliż. Il-kelliema fit-taħdita huma Christian Mifsud u Nathaniel Cutajar, Kuratur Ewlieni għar-Riċerka u d-Dokumentazzjoni ta’ Binjiet Storiċi u Kuratur Ewlieni għall-Arkeoloġija Medjevali rispettivament. Id-dħul huwa b’xejn u m’hemmx bżonn li wieħed jirriserva post minn qabel. L-għada s-Sibt, il-pubbliku se jkollu l-opportunità li jifli d-Domvs Romana fir-Rabat minn perspettiva differenti. Għalkemm din id-dar hija magħrufa bħala residenza għal nies ta’ klassi għolja, skavi li kienu saru fl-1920 kixfu l-fdalijiet ta’ djar żgħar ta’ żmien ir-Rumani fl-istess triq li jindikaw għajxien aktar umli u klassijiet soċjali oħrajn. Minbarra hekk, fl-1940 id-Domvs Romana serviet bħala dar temporanja għal familja li telqet minn Ħal
Tarxien u marret tgħix fiha minħabba l-gwerra. It-tour Domvs Romana: Djar Lil Hinn mid-Dar – Residenza u Dar jesplora l-funzjoni tad-Domvs Romana bħala akkomodazzjoni li ntużat minn nies differenti f’ċirkostanzi varji matul l-istorja. Dawk li jattendu se jkunu jistgħu jaraw ukoll l-iskavi li qed isiru fuq in-naħa ta’ wara tas-sit. Se jkun hemm tour bil-Malti fl-10.00 a.m. u ieħor bl-Ingliż fin-12.30 p.m. Il-biljetti (adulti – €20, tfal – €15, membri – €15) jinxtraw minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online minn shop. heritagemalta.org. Attività oħra se ssir fil-Katakombi Ta’ Bistra, li mhux soltu jkunu miftuħin għall-pubbliku. Is-Sibt li ġej, bejn is-7.00 p.m. u l-11.00 p.m., il-viżitaturi se jkunu jistgħu jesploraw dan is-sit li jinkludi fih l-akbar ġabra ta’ oqbra u katakombi aċċessibbli lil hinn mill-konfini tal-belt kapitali l-antika. Il-biljetti jinxtraw biss mill-bieb, b’dawn il-prezzijiet: Adulti, anzjani u studenti – €3; tfal u membri ta’ Heritage Malta – b’xejn. Il-passaporti ta’ Heritage Malta għall-anzjani u l-istudenti ma jistgħux jintużaw għal din l-attività. L-Imnajdra wkoll se tisbaħ b’attività, kmieni fl-għodwa tat-18 u d-19 ta’ Ġunju. KorMalta u ŻfinMalta se jkantaw u jiżfnu għall-mużika tal-famuża Sunrise Mass tal-kompożitur Ola Gjeilo, f’dan is-sit preistoriku li joffri sfond ideali għall-eżekuzzjoni ta’ din
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
il-mużika li tqanqal. L-udjenza se tkun tista’ tosserva wkoll il-fenomenu tas-Solstizju tas-Sajf b’mod tassew uniku. Il-biljetti għal dan l-avveniment huma limitati u jiswew €45 għalladulti, tfal, anzjani u studenti, u €35 għall-membri ta’ Heritage Malta. Il-biljetti jinxtraw minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online minn shop.heritagemalta. org. L-ispettaklu jibda fis-6.00 a.m. u dawk li se jixtru l-biljetti għandhom jinġabru nofs siegħa qabel barra ċ-Ċentru tal-Viżitaturi ta’ Ħaġar Qim. L-aħħar attivitajiet għall-Jiem
Ewropej tal-Arkeoloġija ta’ din is-sena se jsiru fl-20 ta’ Ġunju biex jiċċelebraw is-Solstizju tas-Sajf. Se jsiru żewġ żjarat gwidati fl-istess ħin – waħda fl-Imnajdra u oħra Ħaġar Qim – li matulhom il-viżitaturi se jitpaxxew bil-ġmiel tal-ewwel raġġi tax-xemx tielgħa jdawlu dawn is-siti, bħalma ilhom jagħmlu fil-bidu tas-sajf għal eluf ta’ snin. Il-biljetti għal kull tour (€30 għalladulti u €20 għall-membri ta’ Heritage Malta) jinxtraw minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online minn shop.heritagemalta.org. Dawk li se jixtru l-biljetti għandhom jinġabru fil-5.30 a.m. barra ċ-Ċentru tal-Viżitaturi ta’ Ħaġar Qim.
18
12.06.2022
Iż-żwieġ ta’ Mary Pace u Alfred Vella fl-1899
Lejn tmiem is-seklu 19 -
ŻWIĠIJIET MALTIN TAS-SEKLU Il-Knisja Kattolika temmen li ż-żwieġ kien istitwit minn Alla, l-Awtur tan-Natura, li pprovdieha bil-liġijiet tagħha, filwaqt li Kristu għollieh għal sagrament. Il-Knisja ma tħarisx lejn iż-żwieġ tal-membri tagħha bħala sempliċi kuntratt ċivili iżda bħala att pubbliku reliġjuż, suġġett għall-kontroll ekkleżjastiku. Din id-duttrina hi l-bażi tal-atteġġjament tal-Knisja lejn iż-żwieġ; u hu fuq din il-bażi li tqis il-qdusija tiegħu, tant li titlob lill-fidili jżommuh b’riverenza u bħala sors ta’ barkiet sopranaturali. L-Istat jista’ jirregola kwistjonijiet bħad-dota u l-liġi tal-wirt, iżda l-qrati nsara biss jistgħu jiddeċiedu jekk żwieġ kienx validu jew le. Biex twettaq dan, kien meħtieġ li l-Knisja tiżviluppa l-liġi kanonika tagħha stess. Waqt li sar ċertu tibdil f’aspetti oħra kkonforma mal-kodiċi ċivili Ruman. Minkejja dan, sakemm l-awtorità tal-Knisja kienet rikonoxxuta universalment, għadda ħafna żmien u b’hekk nibtet ħafna konfużjoni. Dan it-tagħrif ksibtu mill-ktieb Marriage in Malta in the Eighteenth Century tal-Professur Frans Ciappara li jittratta ż-żwieg fil-ħajja tradizzjonali.. Minn CHARLES B. SPITERI Għall-ewwel il-Knisja kellha żewġ teoriji ta’ żwieġ validu. Il-fehma ta’ Gratian kienet li r-rabta taż-żwieġ ma setgħetx tinħall jekk kien ikun konsumat. Peter Lombard għamel distinzjoni bejn “sponsalia per verba de presenti” u “sponsalia per verba de futuro”. Din talaħħar kienet biss wegħda ta’ żwieġ; u tal-ewwel biss kien jikkostitwixxi żwieġ validu. Kienet din il-fehma li adottat il-Knisja fis-seklu 12; iżda baqgħu diffikultajiet oħra. Żwiġijiet xorta setgħu jkunu kuntrattati privatament mingħajr il-ħtieġa ta’ saċerdot, u l-ebda ċerimonja pubblika ma kienet meħtieġa għal żwieġ validu. Koppji miżżewġin setgħu jisseparaw u jagħmlu kuntratt ieħor, li għalkemm null, kellu jinżamm validu mill-Knisja. Oħrajn għexu f’konkubinaġġ taħt il-kopertura ta’ suppost żwieġ klandestin. Biex jitneħħew dawn l-abbużi l-missirijiet konċiljari fi Trento kienu mħeġġa jfasslu xi mezzi li bihom il-konfużjoni kbira taż-żwiġijiet klandestini setgħet titwarrab. Iżda r-regol-
amenti projbittivi fallew. Milli jidher, l-unika soluzzjoni li kien fadal kienet li dawn iż-żwiġijiet kollha jitqiesu invalidi, u jsiru żwiġijiet b’għarfien pubbliku. Din il-miżura kienet waħda radikali u għall-ewwel iltaqgħet ma’ oppożizzjoni qawwija. Xi wħud qisuha bħala innovazzjoni perikoluża, li timmultiplika żwiġijiet illeġittimi għax titnaqqas il-libertà taż-żwieġ. Oħrajn oġġezzjonaw li dan biddel is-sustanza tas-sagrament. Favur ir-riforma Il-maġġoranza kbira tal-membri tal-konċilju iżda, kienu favur ir-riforma, u eventwalment inħareġ id-digriet Tametsi. It-tnedijiet kellhom ikunu ppubblikati waqt quddiesa solenni mill-inqas għal tliet ħdud. Imbagħad, iż-żwiġijiet kellhom isiru fil-preżenza tal-kappillan (jew xi qassis ieħor delegat minnu) u żewġ xhieda. Huma kellhom ikunu reġistrati f’Liber Matrimoniorum, filwaqt li l-Liber Baptizatorum kellu jinżamm ukoll sabiex l-impedimenti għaż-żwieġ li
joħorġu minn relazzjoni “spiritwali” jkunu ċċekkjati mill-ewwel. Minn issa ’l quddiem, ebda differenza qawwija ma kienet isseparat wegħda miż-żwieġ attwali. Issa, element pubbliku, ritwal reliġjuż, konkret u uniku, wasslu biex iż-żwieġ ma baqax affari personali li setgħet titmexxa privatament mill-imsieħba, iżda jappartjeni esklussivament għall-Knisja. Madanakollu, diversi ċirkustanzi naqqsu l-effett ta’ dawn ir-regoli. Għal “raġuni urġenti” kienet ippubblikata tnedija waħda biss qabel iż-żwieġ ta’ Angela Cartia u Filippo Psaila mill-Qrendi. Ir-raġuni għal dawn iż-żwiġijiet klandestini mhix imniżżla, iżda n-nuqqas ta’ rieda tal-ġenituri li jagħtu l-kunsens tagħhom jista’ jkun spjegazzjoni probabbli. Fil-villaġġ tal-Qrendi hemm tliet każi bħal dawn fil-perjodu 17501800. Wieħed minn dawn kien jikkonċerna lil Giovanni Formosa u Maria Farrugia, li ngħaqdu fiż-żwieġ fit-18 ta’ Awwissu 1787 mill-kappillan tagħhom, Dun Antonio Mizzi, iżda t-tnedijiet kienu ppubblikati fid-9, 16 u 21
ta’ Diċembru filwaqt li tbierku waqt quddiesa fit-8 ta’ Jannar 1788 minn Dun Michele Spiteri. Meta kien hemm periklu imminenti li Gamri Buttigieg min-Nadur seta’ jaħrab, żewġuh bil-għaġla lil Maria Mifsud fid-dar tal-Pro-Vigarju. Kienu laħqu ġew ippubblikati żewġ tnedijiet biss, filwaqt li t-tielet waħda ġiet ipproklamata l-għada, l-1 ta’ Mejju 1737. Anna Agius u Marc’Antonio Muscat iżżewġu fid-dar tal-għarusa fl-1 ta’ Mejju 1737, filwaqt li Gratiulla Cutajar u Pascale Galea żżewġu għand l-arċipriet. Catarina Farrugia u Giovanni Vella rċevew is-sagrament għand il-Vigarju Ġenerali fil-Belt Valletta. Fil-parroċċa tal-għarusa Iż-żwieġ kien ikun ċelebrat fil-parroċċa tal-għarusa u kien biss wara li nkisbet il-liċenzja meħtieġa, li l-kappillan tax-Xewkija, Dun Francesco Mizzi, amministra s-sagrament lill-parruċċan tiegħu, il-kjeriku Carolo Grima u Domina Clementia Axaq minn Ħaż-Żebbuġ. Fl-24 ta’ Settembru 1770 fin-Na-
dur, iżżewġu Maria Pisani minn Ta’ Sannat u Vincenzo Buttigieg mir-Rabat, Għawdex. Madanakollu, wara li aktar tard tnissel id-dubju li ż-żwieġ seta’ kien null, peress li ma kien intalab ebda permess mill-kappillan tal-għarusa, ‘reġgħu żżewġu’ fis-16 ta’ Lulju, 1771. Ħafna drabi r-raġuni kienet tkun li l-għarajjes jkunu rebħu xi legat taż-żwieg li jorbothom jiżżewgu f’parroċċa partikulari. Fil-pajjiżi moderni tal-Punent hemm fehma sħiħa li ż-żwieġ għandu jkun deċiż mill-koppji biss. Ma kienx hekk fis-soċjetà tradizzjonali. Tassew li l-kunsens kien meħtieġ biex żwieġ ikun validu; u l-Knisja kkundannat lil “dawk kollha li jsostnu b’mod falz, li ż-żwiġijiet ta’ wliedhom saru mingħajr il-kunsens tagħhom u tqishom bħala nulli”. Min-naħa tiegħu, il-Gvern tal-Ordni ta’ San Ġwann ma għarafx il-wegħdiet taż-żwieġ, fejn minħabba l-pożizzjoni soċjali differenti tal-imsieħba, ġabu diżunur lill-qraba tagħhom. Għalhekk, meta Benedetta Damico ta’ 13-il sena kienet se tiżżew-
19
12.06.2022
Żwieġ tal-1881 fil-Belt Valletta bejn Joshua Whitaker u Euphrosyne Manuel
- iż-żwieġ ta’ Evely Segond
Prof Frans Ciappara
TMINTAX weġ, qafluha fil-monasteru ta’ San Benedittu fl-Imdina; filwaqt li Francesca x-xellugija (għax kienet tikteb bix-xellug), mill-Gudja, sabet l-oppożizzjoni tal-ġenituri tagħha u ta’ oħtha, li gidmitha f’dirgħajha u spallitha. Frustrazzjoni tal-intenzjonijiet Huwa diffiċli wieħed jimmaġina sa fejn kienu jistgħu jaslu l-ġenituri biex jiffrustraw l-intenzjonijiet tal-koppji żgħażagħ. Il-każ ta’ Deodato Attard minn Għawdex hu eżempju tajjeb ta’ dan l-atteġġjament. Meta kien se jiżżewweġ lil Evangelista Cefai, armla u l-konkubina preċedenti tiegħu, missieru beda jgħid li hu stess kellu x’jaqsam magħha. Kieku dan kien minnu, iż-żwieġ kien ikun impedut. Qraba oħra wkoll setgħu jkunu ta’ xkiel. Insibu lil Dun Lazzaro Azzopardi miż-Żejtun, li oppona ż-żwieġ ta’ neputih Anġlu ma’ Rosa Aquilina. Tard f’lejl ta’ Lulju 1779, fi triq mimlija nies, għajjatlu: “Tiżżewweġ lil dik il-qaħba u timla dari bid-demel?” Iżda hekk kif neputih wieġbu li ried jiżżewweġ skont l-għażla tiegħu, komplielu: “Ma tafx li hi qaħba? Tajjeb, kellha x’taqsam miegħi diversi drabi!” Iżda Angelo ġera lejh u tefgħu fl-art. Bħal Angelo wħud baqgħu sodi f’fehmithom. Meta Giuseppe Bonavia minn Ħaż-Żabbar kien mistoqsi għarrafx lill-ġenituri tiegħu fuq l-għarusa Vincenza Balzan, pront wieġeb li dik kienet affari tiegħu, mhux tagħhom. Anke Antonio Debono minn Casal Balzan warrab it-tentattivi tal-ġenituri tiegħu milli jxekklulu żwieġu ma’ Grazia Borg mill-istess raħal. Telaq mid-
dar u ħa kenn fil-knisja, fejn baqa’ għal 20 jum; iżda eventwalment, iż-żewġ maħbubin iżżewġu fit-2 ta’ Ottubru, 1763. Għajnuna mill-ġenituri Ġeneralment, il-ġenituri għenu biex isibu sieħeb jew sieħba għal uliedhom. Maria Zammit u Carmena Farrugia, minn Casal Għaxaq, marru ż-Żejtun biex jippruvaw isibu tifla għal bin Maria. Huma żaru żewġ familji fejn kienu jafu li kien hemm bniet li jistgħu jiżżewġu, iżda ma ntlaħaq l-ebda ftehim, għalkemm f’Ħaż-Żabbar, Isidora ntrebħet għax-xewqat tagħhom. Xi drabi, bħal fil-Marokk, kienu jintużaw is-servizzi tal-ħuttaba; u kienet Teresa Grech ta’ Casal Luqa li ressqet flimkien lil Giovanna Pace u Antonio Lucchese. Il-kummissjoni tagħha mhix speċifikata, peress li setgħet għamlet dan b’karità. Benedetto Zahra kiseb skud għall-intrigu u Antonio Debono wiegħed żewġ skudi jew erba’ tomniet żebbuġ lil Francesco Aquilina jekk jirranġalu ż-żwieġ ma’ Grazia, li ssemmiet aktar ’il fuq. Qabel ma taċċetta proposta, armla setgħet titlob l-approvazzjoni ta’ missierha jew ta’ ħuha. Iżda fil-każ ta’ Lorenza Lia, li kienet orfni, kien iz-ziju matern tagħha, Giovanni Maria Romano, li rranġalha ż-żwieġ ma’ Paolo Vella fl-20 ta’ Ottubru, 1749. L-għarus ġie offrut dar u 50 skud, iżda malajr bidel fehemtu u fi Frar 1750 tgħarras lil bint Anġlu, li minflok offrielu xi għelieqi. Id-dota għaż-żwieġ Element importanti fin-negozjati taż-żwieġ kienet id-dota li t-tifla ġġib magħha. Iżda bejn
kultura u oħra kien hemm varjazzjoni lil min tingħata. Kuntrarju għall-prattika segwita fl-Irlanda, f’Malta tinżamm mill-għarusa, li taqsamha ma’ żewġha. Xi drabi ma kinitx tammonta għal ħafna. Ġużeppi Bonnici minn Casal Għaxaq li kien nissieġ, tant kien fqir, li ġieli kien jittallab l-ikel. Meta bintu Saveria żżewġet lil Salvatore Barbara, taha biss ftit kwadri tal-qaddisin, erba’ siġġijiet żgħar, għata tas-sodda, kutra tas-suf u dublett. Ma kienx hemm bżonn li jirreġistraw dawn l-oġġetti, iżda mhux hekk kien fil-każ ta’ Grazia Zerafa u Giuseppe Borg, it-tnejn minn Casal Attard. Fit-3 ta’ Diċembru 1776 huma fasslu att legali tad-doti rispettivi tagħhom fid-dar tan-nutar tal-istess raħal, Benedetto Falzon. Minbarra għalqa msejħa l-andar ta’ Marku fir-reġjun ta’ Sqaq Itnieni, l-għarusa kienet imwiegħda fost l-oħrajn: kutra tas-suf, żewġ għata tas-sodda, ħames faldetti, żewġ dbielet, fardal, 10 blużi, 10 xalpi, żewġ tvalji, u żewġ xugamani. Minnaħa tiegħu, l-għarus ġab miegħu biċċa art, disa’ qomos tal-ħarir, erba’ sashes, 10 buttuni tal-fidda, żewġ bokkli talħarir, ċurkett tad-deheb u dar fir-reġjun ta’ Ħal Warda, limiti ta’ Casal Attard. Ġeneralment kienet issir festa żgħira tal-għerusija, li fiha kienu jkunu preżenti l-familji tal-għarusa u tal-għarus, kif ukoll il-ħbieb l-aktar intimi tagħhom. L-għarus jippreżenta lill-għarusa tiegħu lill-mistednin, li jbusuha. Bħala rahan tal-kelma tiegħu, hu jirċievi ċurkett tad-deheb jew maktur tal-ħarir, imbagħad ikun servut xi xorb, inkluż inbid, ġellewż, rosolio u biskuttini; filwaqt li kultant, kien ikun hemm mużi-
ka u żfin. Il-biċċa l-kbira tal-għerusijiet kienu jispiċċaw fi żwieġ, għalkemm bħall-kuntratti l-oħra kollha setgħu jitwarrbu b’kunsens reċiproku, ġeneralment akkumpanjat minn ftehim finanzjarju. Hekk għamlu Simone Bonavia u l-għarusa tiegħu wara sena għerusija. Mhux biss ħallieha żżomm ir-rigali li kien taha, fosthom ċurkett tad-deheb, par imsielet, tliet xalpi tar-ras, u par żarbun, iżda taha wkoll 10 skudi. Kuntratti kundizzjonali Il-kuntratti setgħu kienu wkoll kundizzjonali, u jorbtu biss sa ma jkunu twettqu l-kundizzjonijiet. Raġel seta’ l-ewwel ifittex l-approvazzjoni tal-ġenituri tiegħu; iżda ma jidhirx li Marcello Vella miż-Żejtun irnexxielu. L-iktar kundizzjoni importanti kienet id-dota. Ġużeppi Borg minn Birkirkara kien imwiegħed minn Angelica Calamatta, f’isem bintha, Catarina, 150 skud, id-dħul minn tliet legati taż-żwieġ. Billi ma rċeviex il-flus imwiegħda waqqa’ l-ftehim, u fl-14 ta’ Settembru, 1753 intefa’ l-ħabs. Inħeles l-għada, peress li Antonio Borg għamillu garanti u fl-24 ta’ Ottubru, wara li ġiet stabbilita l-innoċenza tiegħu, kien illiberat mill-akkuża. Relazzjoni sesswali ma’ terza persuna kienet twassal l-għerusija fi tmiemha; u l-akkuża ta’ ħajja bla kont kienet komunement imressqa mill-għarajjes irġiel kontra n-nisa tagħhom. Salvatore Pace mill-Birgu saħansitra sostna li x-xbejba tiegħu, Maria Anna Calvani minn Bormla, kienet torqod ma’ baħri Franċiż abbord il-vapur tiegħu.
Maruzzo Busuttil minn Għawdex ressaq l-istess skuża. Kull meta jaqsam lejn Malta, dejjem kien jgħix f’kamra quddiem dik ta’ Giovanna di Giorgio mill-Belt, xbejba għamja. Bħala ġirien malajr għamlu ħbieb u meta mietet martu, saħansitra tgħarrasha. Hu kiel fiddar tagħha, u kultant raqad magħha. Hi ħadet ħsiebu meta kellu mard venerju u ħallset 25 skud lil Dr Azzopardi għall-kura. Dejjem wiegħed li se jiżżewwiġha wara li mietet zijitha; iżda din kienet biss skuża, billi sostna li kienet prostituta vili. Għall-Knisja Kattolika, bħal għal-Lhud u r-Rumani, l-għerusija kienet aktar minn wegħda ta’ żwieġ. Jekk waħda mill-partijiet tirtira millftehim, l-oħra setgħet tappella lill-qrati tal-Knisja; u jekk ma setgħetx tingħata raġuni ġusta għaliex il-kuntratt kien miksur, l-imħallef seta’ jordna ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ taħt il-piena ta’ skomunika. Skont il-Konċilju ta’ Trento, “dawn il-wegħdiet huma ... obbligatorji, u l-ksur tagħhom jinvolvi lill-parti offensiva fi ksur tal-fidi”. Madanakollu, kien rari ħafna li l-awtoritajiet tal-Knisja jġiegħlu lill-koppji għarajjes jiżżewġu kontra r-rieda tagħhom. Il-Papa Luċju III, mistoqsi minn isqof jekk mara kellhiex tiġi mġiegħla żżomm wegħda taż-żwieġ li kienet għamlet taħt ġurament, iddikjara li bħalma ż-żwiġijiet għandhom ikunu ħielsa, hi kellha tkun imwissija u konvinta aktar milli sfurzata, minħabba li ż-żwiġijiet sfurzati jaf ikollhom konsegwenzi ħżiena. Dan it-tagħrif fuq iż-żwieg fl-imgħoddi huwa xhieda ta’ kemm inbidlet il-ħajja u l-mentalità minn dak iż-żmien sallum.
20
12.06.2022
AKTAR MINN 1,000 JUM NIRRAPPREŻENTA LILL-MALTIN DIN IL-ĠIMGĦA TKELLIMT MAL-MEP ALEX AGIUS SALIBA FEJN KELLU ĦAFNA X’JGĦIDILNA DWAR DAK LI QED JAGĦMEL FIL-PARLAMENT EWROPEW Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
1,000 jum fil-Parlament Ewropew. X’fissru u fiex se jkomplu jissarrfu? Tliet snin bħala MEP fissru aktar minn 1,000 jum nirappreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi fil-Parlament Ewropew. Fl-2019 kont mexxejt ’il quddiem l-għajta ta’ Għalik u Għal Malta għaliex emmint li kelli nwassal ’il quddiem l-aspirazzjonijiet tal-poplu tagħna u ta’ pajjiżna fil-fora Ewropea. Issa li għaddha aktar minn nofs l-ewwel terminu tiegħi għal din il-leġiżlatura nista’ nirrifletti aktar fuq ix-xogħol li flimkien mal-kollegi MEPs u anke t-tim tiegħi rnexxieli nagħmel sabiex nara li fejn huwa possibbli ntejjeb il-ħajja taċ-ċittadini Maltin anke meta mqabbla ma’ dik ta’ Ewropej oħra. Però, għadna ma waslniex u fadal ħafna xi jsir. Minkejja ċ-ċokon tagħna bħala pajjiż u anke bħala delegazzjoni nemmen li bir-rieda u bid-determinazzjoni tagħna xorta waħda nistgħu nagħmlu d-differenza. Sħaqt dwar li jsir investiment diġitali waqt li kont qed tmexxi laqgħa tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew dwar il-proposta ta’ identifikazzjoni digitali. Xi tfisser din?
servizzi bankarji. Nemmen bis-sħiħ li minkejja li rridu nibqgħu nenfassizzaw il-bżonn ta’ edukazzjoni diġitali m’għandna qatt inħallu lil ħadd jaqa’ lura għax ma jkunx diġitalment aġġornat.
pakkett għal roaming aħjar. Spjegalna. Illum l-internet sar parti essenzjali minn ħajjitna, b’mod speċjali biex nikkomunikaw ma’ xulxin fosthom bil-midja soċjali u anke permezz ta’ platforms bħal WhatsApp. Minkejja li issa konna drajna
nużaw ir-roaming meta nsiefru f’xi membru stat Ewropew, irridu niftakru li fl-aħħar xhur dan il-ftehim kien wasal fl-iskadenza tiegħu. Onorat li s-Soċjalisti u d-Demokratiċi għażluni sabiex immexxi dawn in-negozjati biex naraw li ċ-ċittadini tagħna jkollhom pakkett aħ-
Id-diġitalizzazzjoni saret xi ħaġa essenzjali fid-dinja li qed Tkellimt u ħdimt ukoll għal ngħixu llum u hemm bżonn li nkomplu naħdmu sabiex kulħadd ikollu aċċess diġitali. Huwa dejjem importanti li nkomplu ninvestu f’dawn is-sistemi. Iżda, ma rridux ninsew lill-anzjani u liċ-ċittadini tagħna li m’għandhomx Id-diġitalizzazzjoni saret xi ħaġa essenzjali fid-dinja li qed dan l-għarfien sabiex ma jkunux esklużi. ngħixu llum u hemm bżonn li nkomplu naħdmu sabiex Waqt li kont qed immexxi laqgħa tas-Soċjalisti u kulħadd ikollu aċċess diġitali. Huwa dejjem importanti d-Demokratiċi bħala Viċi Presli nkomplu ninvestu f’dawn is-sistemi. Iżda, ma rridux ident responsabbli mis-settur diġitali sħaqt li din it-tip ninsew lill-anzjani u liċ-ċittadini tagħna li m’għandhomx ta’ diskriminazzjoni qed issir fejn jidħol b’mod partikolari dan l-għarfien sabiex ma jkunux esklużi l-użu tas-servizzi tal-liċenzji tas-sewqan u aktar min hekk
jar għas-snin li ġejjin. Kburi li flimkien mal-kollegi rnexxielna naraw li dak preżenti jibqa’ jiġi attwat. Però, fuq kollox naraw li anke jekk ma tkunx fl-istat membru li int tirrisjedi fih u għandek l-linja tiegħu xorta waħda tibqa’ tgawdi minn servizzi tal-istess saħħa u effiċjenza mingħajr ma tħallas aktar flus. Għandek ukoll diversi rwoli fi ħdan l-isfera tal-Unjoni Ewropea fosthom Viċi President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi u int ukoll membru ta’ diversi kumitati oħra. Fiex isarrfu dawn l-irwoli u kif jibbenefikaw minnhom anke ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin? Il-ħatra tiegħi bħala Viċi President tat-tieni l-akbar grupp tal-Parlament Ewropew u li l-Partit Laburista jifforma parti minnu kienet xi ħaġa li mlietni b’kuraġġ u b’de-
21
12.06.2022
forsi l-politiċi jitkellmu ħafna u jwettqu inqas? L-onestà u l-umiltà huma valuri importanti li n-nies tfittex f’politiċi moderni. Ngħid jien, hekk għandu jkun għax il-poplu qiegħed jislifna din l-opportunità sabiex nirrappreżentawh bl-aħjar mod possibbli fl-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż jew tal-Ewropa. Nistqarr għalija dejjem rajt li dawn il-valuri jkunu ċentrali fil-ħidma tiegħi u dejjem rajt li nibqa’ qrib in-nies mhux biss qabel l-elezzjoni imma anke matul dawn l-aħħar tliet snin li għaddew. Irridu niftakru li aħna kontabbli għan-nies u allura għandna nużaw is-siġġu li qegħdin fih biex inkunu ta’ servizz għalihom. Kif jirnexxilek tibbilanċja bejn xogħol, ħidma fi Brussell, ħidma f ’pajjiżna u l-familja?
terminazzjoni kbira sabiex nibqa’ naħdem b’ħilti kollha għal ħajja aħjar għaċ-ċittadini tagħna, b’mod speċjali anke minħabba l-vot qawwi li rnexxieli nikseb. Però dan mhux biss, għaliex anke bl-irwol tiegħi ta’ MEP inpoġġi fuq tliet kumitati, tasSuq Ewlieni u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi, tax-Xogħol u l-Protezzjoni tal-Ħaddiema u anke dak tal-Petizzjonijiet. Huma tliet kumitati li permezz tagħhom kelli l-opportunità li nibqa’ qrib ħafna taċ-ċittadini tagħna. Fost il-ħidma li għamilt f’dawn il-kumitati għamilt rapport importanti rigward il-protezzjoni tal-persuni b’diżabilità minn dak li ħareġ min-numru ta’ petizzjonjiet li rċevejna bħala Parlament, ħdimt fuq l-Att għas-Servizzi Diġitali, irnexxieli nikkonvinċi fuq ir-right to disconnect u oħrajn.
Ma jien qatt ser nippermetti li kumpaniji jipprovaw jieħdu vantaġġ minn sitwazzjoni biex imbagħad il-konsumaturi jassorbixxu dawn l-ispejjeż u fuq kollox jipprovaw iqarrqu li dawn huma xi tip ta’ spejjeż li ġew imposti fuqhom mill-Bank Ċentrali
ha biex ikollhom dan id-dritt importanti. Huwa ta’ unur li diġà bdejt nara numru ta’ pajjiżi Ewropej jaddottaw dan id-dritt, fosthom il-Portugall u l-Irlanda. Il-ħidma sabiex dan jidħol f’Malta wkoll għaddejja ġmiela fost oħrajn anke permezz ta’ Dwar ir-right to disconnect ... diskussjonijiet li kelli fl-aħħar jiem mas-Segretarju Parlamkemm temmen li verament entari Andy Ellul. Huwa pożitissir anke f ’entitajiet tiv ukoll il-fatt li s-servizz tal-Gvern infushom? pubbliku Malti wkoll diġà L-idea tiegħi tar-right to dis- wera r-rieda li dan id-drittt connect oriġinat waqt house ikun aċċessibbli għall-ħaddievisit li kelli fl-Imsida waqt ma taċ-ċivil ukoll. il-kampanja elettorali. Stajt nifhem aħjar id-dinamika Iċ-charger komuni huwa ta’ kif saret il-ħajja tal-lum punt importanti fil-karriera u ħassejt li kelli nagħmel xi tiegħek ta’ MEP. Għalfejn ħaġa biex naraw li l-familji għażilt li taħdem fuqu? Ewropej ikollhom aktar ħin ta’ Fil-prinċipji li ngħożż nemkwalità. Nistqarr li t-triq ma kinitx men li l-ħidma politika tiegħi twassal sabiex waħda faċli u biex irnexxieli għandha nikkonvinċi fuq bażi Ewropea iċ-ċittadini Ewropej għandkienet triq twila, li iżda was- hom ikollhom ħajja aħjar. slet sabiex l-Unjoni Ewropea Iżda mhux biss. Nemmen li jkollha direttiva li tobbliga rridu, aktar minn qatt qabel, l-istati membri Ewropej koll- inħarsu l-ambjent li ngħixu
fih. Ilkoll nafu li meta nixtru xi tip ta’ tagħmir elettroniku ġdid ningħataw charger, ieħor ma’ dawk li diġà għandna u li ta’ min ngħid inkunu qed inħallsu għalih. Iżda, aktar minn hekk kull ditta għandha tipi ta’ chargers differenti li minn żmien għallieħor jinbidlu wkoll. Nemmen li l-konsumatur Ewropew m’għandux għalfejn jidħol għal dawn l-ispejjeż żejda u fuq kollox joqgħod jikkonfondi liema charger għandu bżonn, meta nistgħu noħolqu struttura li tagħmir ta’ ċertu daqs ikollu charger wieħed komuni li jaqbel ma’ kull ditta. Inħoss li r-rebħa li għamilna għal kull konsumatar din il-ġimgħa biex mill-2024 ikollna charger komuni Ewropew se tkun qed tħalli aktar flus fil-but tal-konsumaturi tagħna u tiffranka eluf kbar ta’ tunnellati ta’ skart elettroniku. Alex, biex inżomm
mas-suġġett. Għandek għal qalbek ħafna d-drittijiet tal-konsumaturi. X’inhu l-ħsieb wara dan? Nemmen li ħadd m’għandu jkun diskriminat, b’hekk inħaddan dan il-valur. Sa ftit taljiem ilu tkellimt dwar dan fejn jidħlu kontijiet ta’ telekommunikazzjoni b’mod lokali. Ma jien qatt ser nippermetti li kumpaniji jipprovaw jieħdu vantaġġ minn sitwazzjoni biex imbagħad il-konsumaturi jassorbixxu dawn l-ispejjeż u fuq kollox jipprovaw iqarrqu li dawn huma xi tip ta’ spejjeż li ġew imposti fuqhom millBank Ċentrali. Bil-ħatra li ħadt sa mill-bidu tal-mandat tiegħi bħala MEP fil-kumitat tas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur dejjem provajt niżgura li dan it-tip ta’ qerq ma jsirx. Kemm huwa importanti li tkun umli, onest u l-veru int fil-ħajja politika? X’taħseb meta jkun hemm kritika li
Mistoqsija tajba, però tweġiba diffiċli. Mhix ħajja faċli li ngħix. Tista’ tgħid jien ngħix ta’ kull ġimgħa f’żewġ postijiet differenti. L-ewwel parti tal-ġimgħa fi Brussell u ġimgħa fix-xahar fi Strasburgu fejn nara li nkompli nwettaq id-dmir tiegħi bħala Ewroparlamentari. It-tieni parti tal-ġimgħa f’Malta u Għawdex, b’mod speċjali qrib il-familja li tista’ tgħid inkun imċaħħad minnha fl-ewwel ftit jiem talġimgħa. Però, il-ħidma ma tiqafx għax inkun Malta, anzi l-jum tal-Ġimgħa jkun mimli impenji ta’ laqgħat u appuntamenti fuq bażi lokali. Fi tmiem il-ġimgħa wkoll nagħmel mezz li nżur xi festi jew inkella ċentri li fihom jinġabru n-nies madwar pajjiżna sabiex inkompli nisma’ mingħandhom dak li jixtiequ jkomplu jaraw jinbidel kemm fuq bażi lokali imma aktar minn hekk fuq bażi Ewropea. Kif tara lil Malta u Għawdex fiż-żmien li ġej? Il-ġid li rajna f’pajjiżna matul dawn l-aħħar disa’ snin huwa wieħed bla preċedent. Rajna kif verament pajjiżna ġie mmodernizzat u mibdul f’wieħed Ewropew bl-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna u tkabbir ekonomiku li jissupera dak taż-żona Ewro u fost l-aqwa drittijiet ċivili fl-Unjoni Ewropea. Wasalna? Użgur li le. Fadal ħafna xi jsir u nemmen li bit-tmexxija għaqlija tal-Prim Ministru Robert Abela u l-Gvern immexxi minnu anke permezz tal-manifest elettorali Malta Flimkien se naraw pajjiż aktar ambjentali u bi prijoritajiet aktar sostenibbli. Nemmen bis-sħiħ illi Gvern Laburista se jiżgura wkoll li fil-quċċata tal-prijoritajiet tiegħu se jħalli l-ġustizzja soċjali, prinċipju ewlieni li jsawwar il-ħidma tal-Partit Laburista fil-Gvern.
22
12.06.2022
CLARE BRINCAT ISIMHA U ISEM MALTA FIL-GUINNESS BOOK OF RECORDS Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Nistqarr li jiena bilkemm nagħmel ħames dawriet wara xulxin b’hula hoop. Niftakarni ferm iżgħar nipprova waħda wara l-oħra u kollu għalxejn. Dan l-aħħar kont erġajt pruvajt nittanta xortija man-neputijiet tiegħi. Nazzarda ngħid erġajt bilkemm irnexxieli, għalkemm in-neputija rnexxielha tagħmel ammont sostanzjali ta’ dawriet mhux ħażin, filwaqt li n-neputi għadu fil-fażi tattaħriġ tiegħu. Li naf li trid ħin sostanzjali sew sabiex tibrilla f ’dan il-qasam. L-istess bħal kull ħaġa oħra fil-ħajja, aktar ma tiprattika aktar tipperfezzjona. Bla dubju, kif jgħid ilMalti, il-ħobż agħtih lil min jaf jieklu. Proprju fil-fatt, dan l-aħħar sirt naf b’persuna żagħżugħa Maltija li hija artista tal-hula hoops professjonali. Qed nirreferi għal Clare Brincat. Għandha 30 sena, u ilha dilettanta u tittrenja bil-hula hoops għal dawn l-aħħar 10 snin. Tistqarr li bħal xi tfal
oħra, meta kienet żgħira, wieħed mir-rigali li kienet irċeviet darba fost l-oħrajn, kienu xi kotba tal-Guinness World Records. “Niftakarni mal-kuġini tiegħi nqallbu l-paġni tal-kotba Guinness World Records, u naqraw dwar kull storja brillanti li kien hemm imniżżla. Kont noħlom li xi darba nkun fih, u meta kbirt kelli xi ħbieb li ħallew isim-
hom f ’dawn il-kotba wkoll, u li kont ta’ sapport għalihom. Però, qatt ma kont nobsor li għad jasal iż-żmien li nħalli ismi miktub fihom ukoll,” stqarret miegħi Clare. Minn informazzjoni li ksibt dwarha, sirt naf li kienet marret Londra biex tistudja l-arkitettura u ilha hemm mis-sena 2011. Sirt naf ukoll li l-kors f ’Londra huwa itwal mill-kors li jsir f ’Malta,
u għalhekk Clare għadha kif spiċċat l-istess kors ftit xhur ilu. Fil-fatt, fil-preżent qed taħdem hemm stess f ’Londra, kemm bħala perit kif ukoll bħala artista tal-hula hoops professjonali. Proprju riċentement, Clare rnexxielha tagħmel ħoss u tħalli isimha u isem Malta fil-Guinness Book of Records għall-Most Hoops spun simultaneously whilst
Niftakarni mal-kuġini tiegħi nqallbu l-paġni tal-kotba Guinness World Records, u naqraw dwar kull storja brillanti li kien hemm imniżżla. Kont noħlom li xi darba nkun fih, u meta kbirt kelli xi ħbieb li ħallew isimhom f’dawn il-kotba wkoll, u li kont ta’ sapport għalihom
on Rollerskates. Bdiet tgħidli li kisbet dan ir-rekord fil-15 ta’ Awwissu 2021, imma stenniet 24 ġimgħa biex issir taf li kien uffiċjali. Clare kisret dan ir-rekord wara li kellha 80 ċirku mdawrin ma’ ġisimha, waqt li fl-istess ħin kienet fuq ir-rollerskates. Li għamlet Clare sabiex tikseb dan is-suċċess u rekord mondjali ma kien faċli xejn. Kellha żżomm 80 hula hoops magħha, li jiżnu 20 kilo – kollha jduru madwar qaddha waqt li fl-istess ħin iżżomm il-bilanċ waqt l-iskating ukoll. Il-hula hoops ħaduha f ’diversi partijiet tad-dinja Mistoqsija x’kien jirrikjedi sabiex tapplika u tieħu sehem u xi kemm kien twil il-proċess kollu, Clare stqarret miegħi li qabel il-ġurnata, kellha titħarreġ kuljum. “Il-proċess kollu tal-ġurnata kien twil għax trid tiżgura li tkun irreġistrajt kollox, bħal id-daqs tal-hoops u t-tip ta’ rollerskates li użajt.
08.11.2020 12.06.2022
23
SKEDA ONE 06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00
12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25 17:30
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Popcorn Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy
18:30 19:20 19:30 20:10 20:35 22:45 23:30 23:45
Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Liquorish Music Legends ONE News Liquorish
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Ħabrikt 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:33 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso
12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25 17:00 17:30
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News What’s Cooking Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd
18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:10 22:15 22:50 23:30
Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Flip the Venue Il-Willy The Local Traveller ONE News
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00
12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:40 16:05 16:20 17:00 18:00
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Żona Sport Primetime Preview Pink Panther Eko Djar What’s Cooking
18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:05 22:00 22:30 23:30
ERBGĦA Pjazza 15-06 ONE Sports & Temp ONE News Primetime The Local Traveller Cash Ride Ħabrikt Flip the venue ONE News
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso
12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:05 16:26 17:00 17:30
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Telebejgħ Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf
18:30 19:20 19:30 20:10 20:40 21:40 22:50 23:30
Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Ibgħathieli bil-posta Eko Djar Reboot ONE News
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00
12:30 12:35 12:50 15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 16:50 17:30
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Music Legends Indhouse
18:15 19:18 19:30 20:10 20:30 22:30 23:00 23:30
Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Brillanti Popcorn Żona Sport One News
06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:25 Reboot 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak li Jgħodd 11:35 What’s Cooking
12:00 12:30 12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:00 16:25
Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Mhux Kemm Taf ONE News Liquorish Omnibus Ħabrikt Flimkien ma’ Nancy
17:25 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30
Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta N/A ONE News
06:30 06:45 07:15 07:40 08:00 08:40 10:00 10:30 12:30
12:40 13:15 15:30 15:35 16:00 16:35 17:30 18:30 19:25
Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa Music Legends Imqades l-Istorja Eko Djar Mill-festa - Żejtun One Sport
19:30 20:15 21:00 23:30
& Temp ONE News Willy Mill-festa - Żejtun ONE News
ONE News Liquorish Niftakru ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta Espresso
TLIETA 14-06
ONE News Liquorish Popcorn ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta Espresso
ĦAMIS 16-06
Għandek bżonn ukoll xhieda, ħafna angoli differenti talkamera u trid tagħmel għadd uffiċjali tal-hoops kollha flaħħar. Dan jieħu ħafna ħin, itwal milli tagħmel l-eżerċizzju għar-rekord innifsu.” Ta’ min jgħid ukoll li lil Clare, il-hula hoops ħaduha f’diversi partijiet tad-dinja permezz ta’ shows. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Apparti l-Ingilterra, kont nagħmel performances f’Barċellona u fl-Iżvezja. Jien kont ukoll fuq Malta’s Got Talent. Nixtieq immur aktar barra mil-Londra, imma rrid immur nagħmel performances u ngħallem f’Malta aktar ukoll.” Tkellimt magħha dwar issiegħat u l-ġranet li normalment tiddedika bħala taħriġ bil-hula hoops. Tistqarr li ma jkunx tant faċli li wara ġurnata sħiħa quddiem il-kompjuter, ikollha tirrikorri għattaħriġ tagħha bil-hula hoops, aktar u aktar meta tinzerta xi ġurnata bix-xita l-Ingilterra. “Kont nittrenja xorta waħda jekk tkun qed tinżel ix-xita, ma stajtx naffordja nitlef
il-ħin u l-ġranet,” stqarret miegħi Clare. Dejjem iżżomm tbissima sabiħa fuqha Ta’ min jgħid li mhux talli Clare tkun trid tibbilanċja lilha nnifisha mal-hula hoops u l-iskating, iżda b’ċerta ħila u professjonalità, taf dejjem iżżomm tbissima sabiħa fuqha waqt li tkun għaddejja kemm bit-taħriġ u bl-azzjoni tagħha bil-hula hoops. Minbarra t-taħriġ tagħha u l-parteċipazzjonijiet tagħha f ’wirjiet ’l hawn u ’l hemm, Clare tifforma parti wkoll minn Marawa’s Majorettes, li jinsabu f ’Londra. B’hekk ilħajja tagħha hija waħda impenjattiva u mżewqa ħafna. Fl-aħħar ta’ din l-intervista, Clare ħalliet messaġġ għall-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Għid iva kemm tista’ speċjalment biex tgħin. Dan jista’ jwassal għal esperjenzi eċitanti li kieku titlef jekk ma timbottax lilek innifsek, għall-aqwa tal-potenzjal tiegħek,” temmet tgħid.
ONE News Liquorish Żona Sport ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta Espresso
SIBT 18-06
ONE News Niftakru Żona Sport Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Ieqaf 20 Minuta Flip the Venue ONE News
TNEJN 13-06
ĠIMGĦA 17-06
ĦADD 19-06
24
12.06.2022
reċensjoni tal-ktieb
IĊ-ĊAVETTA TAD-DEHEB Storja ta’ mħabba mimlija tlajja’ u nżul, u li toħroġ fid-dieher il-qasma kbira ta’ bejn il-ħajja feliċi u l-kumdità tas-sinjur, b’kuntrast mas-sempliċità u t-tbatija tal-fqir. Il-familja Brewster hia familja għanja, imma s-sitwazzjoni tal-familja hija bħal kobba mħabbla. Min hija eżattament il-familja Brewster, u x’inhuma l-misteri tagħha? Allison Brewster, studenta żagħżugħa l-ġmiel tagħha, hija l-eredi ta’ fortuna kbira u tfajla b’qalb li taf tħobb. Gerald
Winchester, żagħżugħ innoċenti, twajjeb u ġenwin, huwa skrivan fl-uffiċċju ta’ bankier sinjur. John Hubbard, raġel għajjur u kattiv, huwa l-prokuratur legali tal-familja Brewster. X’inhu d-destin aħħari ta’ dawn it-tliet karattri prinċipali? Rakkont li jħalli lill-qarrej sal-aħħar fuq ix-xwiek sabiex jiskopri s-sigrieti tal-familja Brewster u s-sinifikat talfamuża ċavetta tad-deheb.
Mistoqsija: X’inhu x-xogħol ta’ Gerald Winchester? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IĊ-ĊAVETTA TAD-DEHEB. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 19 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IR-RAĠEL TAS-SKIET hija:
R.MUSCAT - RAĦAL ĠDID
05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’inhu l-għan tal-Pjan t’Azzjoni Nazzjonali għall-Garanzija tat-Tfal?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
12.06.2022
IL-QTIL TA’ KARYN HEARN SLOVER Jeħilsu minnha biex jeħdulha lil binha Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Il-qtil ta’ Karyn Hearn Slover seħħ fis-27 ta’ Settembru tal-1996 f’Decatur, f’Illinois fl-Istati Uniti. Slover kellha biss 23 sena meta għebet u ftit jiem wara l-għejbien instabu l-fdalijiet tagħha fix-Xmara Shelbyville. Għal dan l-omiċidju nstabu ħatja l-eks raġel ta’ Slover, Michael Slover Jr, u l-ġenituri tiegħu, Michael Slover Sr u Jeannette Slover. L-irġiel weħlu 65 sena ħabs kull wieħed u l-omm weħlet 60 sena ħabs. Hu maħsub li l-qtil wettquh għax Karyn kienet se tmur tgħix fi stat ieħor flimkien ma’ binha u t-tlieta li huma ma riduhiex teħodulhom. F’dan il-każ intużat għall-ewwel darba evidenza ġenetika tal-klieb hekk kif waqt l-investigazzjoni nstab suf ta’ kelb mal-katavru ta’ Slover, li rriżulta li kien ta’ wieħed mill-klieb tal-ġenituri tal-eks raġel tagħha. L-għejbien ta’ Slover Fis-27 ta’ Settembru tal-1996, għall-ħabta tal-5.00 p.m., Slover telqet mix-xogħol biex tmur tiġbor lil binha mingħand l-eks kunjati tagħha. Jihder li Slover ma rnexxilhiex tiġbor lil binha u l-karozza li kienet qed tuża nstabet abbandunata bil-magna u d-dwal mixgħulin. Il-karozza kienet irreġistrata fuq l-għarus tagħha, David Swann, u għall-bidu kien maħsub li Slover inħatfet għax ma kellhiex raġuni għalfejn taħrab mingħajr ma tieħu lil binha magħha. Fl-1 ta’ Ottubru tal-istess sena, fixXmara Shelbyville nstabu fdalijiet ta’ mara f’boroż li kienu magħluqa b’duct tape. Il-boroż kien fihom ukoll ġebel biex dawn jinżlu fil-qiegħ bil-piż. Mir-rekords tas-snien, mill-qatra demm u mill-marka tas-suba’ li nstabu fuq il-pont tax-xmara rriżulta li l-fdalijiet kienu ta’ Karyn Slover, li nqatlet b’seba’ tiri ta’ arma tan-nar f’rasha. Il-każ inbidel minn wieħed ta’ għejbien għal wieħed ta’ omiċidju u l-ewwel suspettat kien F’dan il-każ l-għarus ta’ Slover, David Swann. kelb u ħaxix twil intużat għall-ewwel Dakinhar tal-għeimwaħħlin maddarba evidenza jbien tagħha, Swann duct tape li bih ma rnexxilux jagħti ingħalqu l-boroż. ġenetika tal-klieb d-dettalji kollha ta’ fejn Il-boroż kellhom kien u sħabu stess qalu li ukoll ġebel ġo fihom mar kważi tliet kwarti tard u l-pulizija ntebħet li għal riċeviment li kellhom. dan il-ġebel kien simili Wara ħafna stħarriġ, Swann qal għall-ġebel imkisser li kien lill-pulizija li hu mar jiġbed il-flus minn hemm f’Miracle Motors, li kien il-ħaATM u b’hekk wasal tard għar-riċevi- nut ta’ Michael Slover Sr. Kien għalhekk ment. Il-pulizija rnexxielhom jiksbu li l-pulizija ħadet ġeologu forensiku l-filmat tas-sigurtà u minnu ntebħu li biex jara jekk il-ġebel li nstab fil-boroż Swann kien qiegħed jgħid il-verità. Dan kienx mill-istess ġebel imkisser li kien kien ifisser li Swann ma kienx il-qattiel hemm f’Miracle Motors. Il-ġeologu fota’ Slover u minn hawn, il-pulizija tef- rensiku sab li l-ġebel kien l-istess u sab għet ħarsitha fuq l-eks raġel ta’ Slover u evidenza oħra li kienet taqbel mal-evil-ġenituri tiegħu. denza li nstabet fuq ix-xena tad-delitt. Ma’ din l-aħbar, l-uffiċjali tal-puTkompli l-investigazzjoni lizija bdew iħaffru fil-ħamrija li kien hemm madwar Miracle Motors biex Il-pulizija skopriet għadd ta’ suf ta’ jipprovaw isibu iktar evidenza. Huma
sabu żewġ affarijiet importanti li kienu parti mit-tibdila li kellha fuqha Slover dakinhar tal-għejbien tagħha – musmar irbattut ta’ qalziet u buttuna ta’ qmis bajda. Michael Slover Sr kellu wkoll żewġt iklieb jgħassu l-proprjetà u tteħdilhom xi suf bħala kampjun għall-analiżi, peress li fuq id-duct tape nstab suf tal-klieb. Wara li saru t-testijiet fuq is-suf, irriżulta li dan kien ta’ kelb minnhom u Michael Slover Sr, martu Jeannette u binhom Michael Jr ġew arrestati. Il-pulizija bdiet temmen li Michael Slover Sr u martu Jeannette qatlu lil Karyn Slover minħabba l-kustodja tan-neputi tagħhom. Karyn Slover kienet se titlaq mill-istat bit-tifel għax kienet sabet xogħol tal-immudellar u din id-deċiżjoni ma niżlitx tajjeb mal-koppja Slover u binhom. Kien għalhekk li ħelsu minn Karyn ħalli
t-tfajjel jibqa’ magħhom. F’Jannar tal-2000, Michael Slover Sr u Michael Slover Jr weħlu 60 sena ħabs u ħames snin oħra talli pruvaw iħarbtu l-investigazzjoni u jaħbu li kellhom sehem f’att kriminali. Michael Jr kien xogħol meta seħħ il-qtil iżda ċempel kemm-il darba lill-ġenituri tiegħu, telefonati li ġabuh jidher li kellu x’jaqsam mal-każ. Mill-banda l-oħra, Jeannette weħlet 60 sena ħabs u kienet hi li qajmet is-suspett fil-pulizija meta ma setgħetx twieġeb lill-pulizija fejn kienet dakinhar tad-delitt. It-tifel ta’ Karyn u Michael Jr Slover spiċċa jgħix ma’ zitu, Mary Slover iżda din tilfet il-kustodja tiegħu għax kien hemm suspett li hi wkoll kellha x’taqsam mad-delitt. Hu mbagħad mar jgħix man-nanniet min-naħa ta’ ommu, Larry u Donna Hearne, u trabba magħhom.
26
12.06.2022
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
12.06.2022
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 438
P.CALLEJA - MOSTA
MIMDUDIN: 10. 1. Titgħatta biha (5) 4. Kompli l-qawl: 12. Għal kull għadma16. hawn mitt ......(4) 7,23. Ġebel tqil (5) 18,21W. 9. Jaħraq (3) Bi 3 NUMRI 124 145 184 334 677 734 795 844 923 975 B’4 NUMRI 0085 0093
0405 0654 0759 0848 1131 1166 2490 2704 2969 3114 3416 3440 4115 4221 4614
5208 5278 5325 5537 5615 5974 5986 6262 6311 6436 7064 7373 7454 7939 8092
8495 8557 8729 8787 9067 B’5 NUMRI 06103 06601 06681 07351 20054 23262 25287 33175
34570 40258 41602 43880 46377 50045 56465 62680 74938 76043 81804 84033 89218 97203
B’6 NUMRI 340474 724712 793815 858733 B’7 NUMRI 3758090 7004139 Bi 8 NUMRI 02693461 18278726
Strument tal-banda (6) 19. Ma ħalliex ċar (6) 20. Robert Pavia 21. Agius (1,1,1) 23. Kif ġieli tinkteb 24. għarusa b’mod
WEQFIN: 8,12W. 1,11. Indellkuha fuq 11. il-ħobż(8) 12. 2,22. Belt fl-Albanija (6) 13. 3,21M. Xela (6) 14. 5. Ħoss doppju (3) 15. 6. Mingħajr (3) 17.
Niggwadanja (11) 21. Ara 1 wieqfa 22. Ara 8 Tnejn (3) Ma ftakarx fija (6) Ħeles malajr (6) Toqol (3)
ħażin (5) Nofs spalla (3) Ingann (5) Ara 3 Ara 7 Ħaxix selvaġġ li jħobbu l-fniek(5) Ara 18 Ara 2
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Qamla, 4.Ħaqq, 7,9.Nanna, 10.Kmamar 12.Raġuni, 16.Eta, 18,19. Elton, 20.Grati, 23.Nomi, 24.Adura
WEQFIN: 1,11.Qanpiena. 2,21 wieqfa. Msaren, 3,12 wieqfa. Ankra, 5.Arm, 6.Qar, 8.Ambulanza, 13,21 mimduda. Ġerrej, 14.Itilqu, 15.Tnalja, 17.Tre, 22.Jum
28
12.06.2022
L-“ARTI” KIF TAĦRAB IR-REALTÀ Editorjal
Il-verità hi li t-tmexxija Nazzjonalista li, b’sens ta’ superjorità, għażlet li tinqata’ mir-realtà u tinjora lil iżjed minn kwart tal-kunsillieri fi ħdan il-Partit stess, ma tista’ qatt tħoss tassew il-polz tal-poplu Malti u Għawdxi
Niddejqu nirrepetu. Iżjed u iżjed ma’ min assolutament jibqa’ ma jridx jisma’. Minkejja dan, ma nistgħux ma nerġgħux nirrimarkaw kif is-sitwazzjo ni fil-Partit Nazzjonalista tista’ biss tkompli tiddeterjora, meħud kont tal-attitudni ta’ min jinsab fit-tmexxija jew ta’ dawk li jinsabu warajh u li għal ħafna snin iddettaw xi jrid isir jew x’m’għandux isir. Ngħidu dan – kif għamilna wkoll il-ġimgħa l-oħra – mhux għax qatt bassarna l-ġejjieni, iżda sempliċiment għax nespri mu dak li huwa evidenti għal kulħadd, bl-eċċezzjoni biss ta’ dawk stess li ġabu lill-Oppożizzjoni f’tali sitwazzjoni. Għal dawn li, minn jeddhom u b’sens ta’ superjorità, riedu jinqatgħu mir-realtà tal-ħajja u l-esiġenzi li jista’ jkollu l-pop lu, baqgħu qatt ma niżżluha minn griżmejhom li jistgħu jiġu rriġettati għal darba, tnejn, tlieta u aktar. Tant iħossuhom f’dinja għalihom li kull darba joqogħdu jfettqu u jipprovaw isibu x-xagħra fl-għaġina fost il-proċeduri elettorali, joħolmu bix-xiri tal-voti kullimkien u jtennu li xorta għad għandhom
is-saħħa, anke jekk tal-mino ranza. Iżjed minn hekk, sa mill-ewwel istanza, injoraw anke kull raġuni u rakkomandazzjoni minn rapporti li kkummissjo naw huma stess bil-għan li jibdlu r-rotta, sempliċiment biex jibqgħu jeżistu fi speċi ta’ Utopja fejn ħadd, għajrhom, ma jagħmel sens, waqt li kulħadd hu inferjuri minnhom u sudditu tagħhom. Illum lil dawn l-istess prota gonisti drajniehom sew meta, permezz tal-ħafna friegħi Nazz jonalisti, jesprimu fehmithom “f’isem is-soċjetà ċivili”. Dan anke jekk prattikament ħadd ma jagħti kashom u għadhom qegħdin jiġu miċħudin minn sħabhom stess. Il-ftit appoġġ li fadlilhom barra l-Partit hu prattikament insinifikanti. Hu dan il-biża’ tagħhom li, jekk jinqabdu barra minn din il-bużżieqa, mhux se jkunu kapaċi jfendu iżjed. Il-paniku, li qabadhom bejn l-2017 u l-2020, f’perjodu fejn irnexxielu jiżgiċċalhom wieħed ta’ kontrihom u temporanjament ibegħedhom mit-tmun tal-Partit, flimkien mal-estre
mitajiet li rrikorrew għalihom sakemm spiċċaw qalftuh ’il barra, hu l-aħjar eżempju li għandna dwar kemm dawn mhuma se jippermettu lil ħadd itellifhom xi ħaġa mid-dinja virtwali li huma komdi fiha. Ġabu ruħhom l-istess malKap attwali Nazzjonalista Ber nard Grech, li huwa l-magħżul tagħhom stess. Mill-ewwel ġurnata fakkruh biex ma jazzardax jiżvija mit-triq li jagħtuh, inkella jsibu s-sostitut għalih. Meta lissen kelma żejda, kif għamel fuq il-liġi tal-kannabis sena ilu u fuq l-emendi għal-liġi tal-IVF fl-aħħar jiem, kienu pronti ġibdulu widintu. Spiċċa kellu jibla’ kulma qal u jibdel fehmtu. Spiċċa lanqas jitkellem fil-Parlament b’xi skuża jew oħra, anke jekk fuq suġġetti delikati u ta’ importanza nazzjonali. Għaldaqstant mhix sorpriża li dan jinjora r-riżultat elettorali tas-26 ta’ Marzu li għadda, qisu qatt ma kien u waqt li jindirizza lill-kollegi fi ħdan il-Grupp tal-Popolari Ewropej jattakka mill-ġdid lill-Gvern Malti elett bl-akbar maġġoranza fl-istorja. Fl-aħħar mill-aħħar, biex jibqa’ jeżisti fl-istess bużżieqa
u maqtugħ mir-realtà, wasal biex ukoll jinjora lil iżjed minn kwart tal-kunsillieri tal-Partit li għażlu li ma jagħtuhx l-appoġġ fl-elezzjoni għall-konferma ta’ Kap fl-aħħar tax-xahar li għadda. Dik hi l-verità u xejn inqas mill-verità. Il-fejqan u l-oppor tunità ta’ rikonċiljazzjoni malverità mhuma mkien fil-qrib. Tali attitudni kienet imposta b’kattiverja fuq il-poplu kollu sal-2013 u ġabet biss tbati jiet esaġerati, partikolarment fuq l-aktar vulnerabbli. Ħolqot ukoll l-akbar staġnar fil-mixja u fl-iżvilupp tal-pajjiż. Li kieku, min-naħa l-oħra, ma kellniex Partit Laburista umli, għaqli, li jħoss il-polz tal-poplu kull ħin u kull mument u ma jibżax jieħu d-deċiżjonijiet biex minnhom igawdi kulħadd, Nazzjonalisti inklużi, konna nkunu f’sitwazzjoni naz zjonali ddisprata. Illum ilkoll nagħrfu aħjar li l-azzjonijiet għandhom iżjed valur mill-kliem. Għalhekk ukoll il-Gvern u t-tmexxija talPrim Ministru Robert Abela għadhom u għandhom jibqgħu jingħataw l-akbar fiduċja.