KullĦadd_13.02.2022

Page 1

JIFTIEHMU DWAR MESSAĠĠI SOTTILI KONTRA L-GVERN Il-Ħadd, 13 ta’ Frar, 2022

Ħarġa Nru 1,492

Prezz €1

Rapport f’paġna 9

IL-PROVI TAS-SERQ MILL-PN! Nuru kif l-iskużi, li kienu jġibu meta għabbewk bl-akbar piżijiet, ma jreġux Din il-ġimgħa bħala medja l-prezz inter­nazzjonali taż-żejt kien ilaħ­ ħaq €79. Inċidentalment dan kien il-prezz li kien hemm fl-ewwel xahar sħiħ wara l-bidla fil-Gvern fl-2013. Dakinhar il-prezz ta’ lit­ ru petrol kien €1.51, mentri dak ta’ litru diesel kien €1.40. Il-prezz tad-dawl kull kilowatt hour kien ta’ 17ċ3. Illum litru petrol f’pajjiżna jiswa €1.34, waqt li d-diesel jinbiegħ b’€1.21 kull litru. Dan ifisser li, minkejja li l-prezz internazzjonali taż-żejt illum jin­ sab fl-istess livell bħal dak li kien fi żmien il-bidla fil-Gvern fl-2013, illum mill-pompa persuna tiffranka 17ċ, jew 11%, fuq kull litru petrol u 19ċ, jew 14%, fuq kull litru diesel. Rigward il-prezz tal-elettriku tallum, dan hu 13ċ kull unit, li jfisser roħs ta’ 25% fuq dak li kien jiswa lill-konsumaturi f’April tal-2013.

Kienu għollew il-fuel b’36% u d-dawl b’71% … meta l-prezz barra għola biss b’4% Bejn Marzu tal-2008 u Marzu tal-2013, il-prezz internazzjonali taż-żejt żdied b’$4 il-barmil, żieda ta’ 4%. Imma l-amminis­trazzjoni preċedenti kienet għolliet il-prezz tal-fuel b’36% u fl-istess żmien għolliet il-prezz tad-dawl b’71%. Dik l-amministrazzjoni kienet għolliet il-prezz tal-fuel b’disa’ darbiet iż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt u bi 17-il darba aktar il-prezz tal-elettriku. Tkompli f’paġna 3

€475M INVESTITI FL-INFRASTRUTTURA FUQ TLIET SNIN Rapport f’paġni 8 u 9

L-ATTIVITÀ F’MALTA QED TIRKUPRA SEW QABEL IL-BQIJA FL-UE Żieda ta’ 50% fuq Jannar fil-moviment lejn ħwienet u postijiet ta’ rikreazzjoni Jirriżulta li l-attività f’Malta qiegħda tir­kup­ra ferm aktar malajr mill-bqija tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, waqt li fil-bidu ta’ din is-sena l-moviment taċ-ċittadini lokali lejn ħwienet u postijiet ta’ rikreazzjoni kien ikkalkulat 47% inqas milli kien fl-2019, l-istess moviment fl-ewwel ġimgħa ta’ dan ix-xahar li ninsabu fih tela’ għal 3% aktar milli kien qabel il-bidu talpandemija fostna. Dan joħroġ minn tagħrif miġbur ta’ kuljum mill-kumpanija internazzjonali Google dwar il-moviment ta’ dawk li jagħmlu użu mill-prodotti u s-servizzi

tagħha. Element importanti wara din il-bidla ta’ 50% fl-attività taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin f’medda ta’ xahar biss kien is-suċċess tal-istrateġija tal-Gvern biex jikkontrolla l-pandemija. Ir-restrizzjonijiet, li ddaħħlu, u s-suċ­ ċess tal-programm tat-tilqim, inkluż fejn jidħol il-booster, illum wasslu biex għandna l-inqas inċidenza tal-COVID-19 fl-Ewropa kollha, kif ġie kkonfermat minn statistika uffiċjali miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mard (ECDC) din il-ġimgħa. Dan filwaqt li, f’diversi reġjuni tal-

kon­tinent Ewropew, għadd ta’ popo­ lazzjonijiet għadhom qegħdin ibatu minn rati ta’ infezzjoni bla preċedent. Minbarra hekk, fil-bqija tal-Ew­ro­pa l-familji mhumiex jibqgħu d-dar biss għax qed jibżgħu mill-infezzjonijiet tal-COVID-19, iżda anke għax qed ikunu ffaċċjati minn splużjonijiet fl-għoli talħajja. L-aktar inkwetanti f’għadd ta’ stati membri Ewropej hemm il-prezzijiet esaġerati tal-fuel u tal-elettriku b’riżultat tal-istess imxija, differenti mis-sitwazzjoni f’Malta. Tkompli f’paġna 5


02

13.02.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 16°C L-Inqas Temperatura: 9°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja ser tiksi ċ-Ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

17°C UV 3

12°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

18°C UV 4

12°C

Il-Ġimgħa

16°C UV 3

11°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

17°C UV 4

10°C

16°C UV 4

11°C

16°C UV 4

11°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 Collis Williams - St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier k/m Triq Gianni Vella, Is-Swatar – 21440790 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Ġżira – 21332080 Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke – 21372784 Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 Brown’s Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 Brown’s Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21432038 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala – 21637615 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja – 21676294 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Ta’ Kerċem – 21553018 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

13.02.2022

MALTA LLUM BL-ORĦOS PREZZIJIET Tkompli minn paġna 1 B’kuntrast, il-politika tal-Gvern pre­żenti wasslet għal tnaqqis medju fl-ispiża talfa­milji ta’ €665 kull sena, li €150 minnhom huma f’kontijiet tad-dawl inqas u l-bqija roħs fil-fuel. Din id-differenza fil-poter tal-akkwist toħroġ ukoll meta wieħed iqabbel il-familji Maltin ma’ dawk madwar l-Ewropa.

Il-prezz medju tal-petrol illum hu ta’ €1.68, 34ċ aktar milli f’pajjiżna, mentri dak tad-diesel hu €1.57 jew 36ċ aktar minn Malta. Fejn jidħol il-prezz ta’ unit ta’ dawl madwar l-Unjoni Ewropea, dan issa laħaq madwar 23ċ3, jew 10ċ aktar kull unit milli f’pajjiżna. Fl-aħħar 12-il xahar, il-prezzijiet tal-fuel għolew b’27% bħala medja flUE, waqt li l-prezz tal-elettriku żdied bi kważi 21%. Li kieku dawn iż-żidiet seħħew f’paj­jiżna, il-familji tagħna kien ikollhom iħallsu medja ta’ €500 iżjed fis-sena għal dawn il-prodotti u s-servizzi essenzjali. Ta’ min ifakkar li f’Diċembru li għadda r-rata lokali tal-inflazz­ joni kienet ta’ 2.6%, mentri fl-UE laħqet aktar mid-doppju, 5.3%. Għaldaqstant, kalkolu sempliċi jindika li kieku f’pajjiż-

na l-prezz tal-fuel u dak tal-elettriku żdiedu bħall-bqija fl-Ewropa, allura l-inflaz­z­jo­ni lokali kienet tilħaq l-4.5%. Jiġifieri pajjiżna kien ikollu rata kważi d-doppju tal-lum u eqreb dik fil-medja fl-UE. Minbarra impatt soċjali sostanzjali, dan kien ikun ta’ xkiel ekonomiku kbir. In-negozji tagħna kienu jitil­fu sew mill-kompetittività tagħhom għax kien ikollhom spej­jeż ferm ogħla u kien ikollhom jgħollu l-prezzijiet tal-prodotti u tas-servizzi tagħhom. Dan kien iwassal għal inqas esportazzjoni u rata iżgħar ta’ tkabbir. Minkejja dawn il-fatti, li 10 snin wara jerġgħu jikkonfermaw it-tmexxija ħażina ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti, il-PN ta’ Bernard Grech kontinwament jattak­ ka d-deċiżjonijiet ta’ Gvern Laburista fl-Oppożizzjoni anke jekk dawn qed jiffrankaw piżijiet żejda minn fuq il-poplu. Dan kien rifless waqt konferenza tal-aħbarijiet li ngħatat ilbieraħ filgħodu mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Glenn Bedingfield, mid-De­putat Jonathan Attard u Il-mod kif irreaġixxa mill-kandidata Naomi Cachia. Huma qalu li l-mod kif il-PN irgħas-€70 miljun li ta reaġixxa għas-€70 miljun investi­ l-Gvern lill-familji juri

li l-PN għadu jitmexxa bl-istess mentalità tal-passat

BERNARD GRECH … imexxi Partit medhi fil-politika tal-passat

ment fin-nies juri li għadu bl-istess mentalità ta’ meta kien fil-Gvern. Bedingfield spjega kif il-PN baqa’ jemmen fl-awsterità u baqa’ mingħalih li b’hekk se jġib is-soluzzjonijiet. “Aħna nibqgħu nemmnu li pajjiż irid dejjem jgħin lin-nies. Aħna daħħalna l-kelma investiment minflok awsterità u ta’ dan il-PN jiftaħ attakk fuqna.” Attard qal li l-għajnuna li ngħatat linnies mill-Gvern ġabet fix-xejn il-politika ankrata mal-passat tal-PN. “Qabel kien jogħla d-dawl u l-fuel kontinwament u llum għax għenna lin-nies għandna l-irħas prezz tal-fuel fl-UE u l-prezzijiet tal-enerġija m’għolewx. Għax kontinwament għażilna li nkunu man-nies.” Min-naħa tagħha, il-kandidata żagħ­ żugħa sostniet li l-Kummissjoni Ewropea kompliet tikkonferma t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna tant li bassret li Malta se jkollha l-akbar rata ta’ tkabbir minn fost il-pajjiżi kollha tal-UE. “B’inqas inflazzjoni tajna l-ikbar għajnu­na u l-PN jibqa’ kontra għax baqa’ mwaħħal fil-passat kontra kollox u kulħadd.” Il-kelliema tal-PL qalu li l-għaj­­nuna li qed tingħata llum lill-poplu hi possibbli għax dan il-Gvern għandu l-kredibbiltà biex imexxi l-ekonomija tal-pajjiż.

IL-PN ISSA JIGDEB FUQ IT-TNAQQIS FIT-TAXXA

Politika­ment iddisprat u medhi fil-politika tal-pas­sat, il-Partit Nazzjonalista spiċċa jivvinta gidba dwar it-tnaqqis fit-taxxa li l-poplu beda jgawdi minnu mill-2016. Wara li l-Gvern Laburista implimenta l-wegħda li l-PN ma wettaqx fil-leġiżlatura 2008-2013, mill-aħħar sitt snin ’l hawn kulħadd beda jgawdi minn traħħis fittaxxa. Eventwalment beda jingħata anke ċekk ta’ rifużjoni biex in-nies baqgħalhom iktar flus fil-but. Fi stqarrija, il-PL qal li min illum jaqla’ €25,000 u jagħmel dikjarazzjoni singola jibqagħlu €645 fil-but, €560 jekk ġenitur u €230 jekk tkun kompjutazzjoni ta’ miżżewġin. Min jaqla’ €30,000 illum għandu b’€1,145 inqas piż ta’ taxxa jekk jagħmel dikjarazzjoni

singola, €1,060 jekk hu ġenitur u €240 jekk tkun kompjutazzjoni miżżewġa. Dan kollu meta jitqabbel ma’ kemm persuna kienet tħallas taxxa fl-2012. Aktar minn hekk ġenitur li kien jaqla’ €10,000 fl-2012 kien iħallas €105. Illum ma jħallas ebda taxxa tad-dħul (income tax) u jieħu ċekk ta’ €135. B’hekk mar aħjar b’€240 mit-taxxa biss. Dawn huma biss ftit eżempji ta’ kif ilGvern Laburista ħalla aktar flus fil-but, bid-differenza tal-Gvern Nazzjonalista, li fl-istess ħin li rema l-wegħda tat-tnaqqis tat-taxxa kien ħataf bil-moħbi €600 filġimgħa għal kull membru tal-Kabinett. Politika simili tal-passat intweriet mill-PN ukoll il-ġimgħa li għaddiet meta l-Gvern immexxi minn Robert Abela reġa’ investa €70 miljun oħra fil-bwiet tan-nies.


04

13.02.2022

BL-AQWA RATA TA’ TKABBIR U BL-INQAS INFLAZZJONI FL-UE Fl-aħħar tbassir tagħhom, l-ekonomisti tal-Kummis­s­­joni Ewropea qed isostnu li din is-sena l-ekonomija Maltija se jkollha l-akbar rata ta’ tkabbir minn fost ilpajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan meta l-ekonomija Maltija mistennija tikber b’6%, darba u nofs ir-rata ta’ tkabbir li bih se tikber l-ekonomija Ewropea inġenerali u aktar mid-doppju tal-istat membru bl-inqas tkabbir. Ta’ min jinnota wkoll li r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jindika li fi żmien l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ bejn l-2008 u l-2012 it-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna kien 2.5% biss, jew ferm inqas minn nofs dak attwali. Il-Gvern ta’ GonziPN saħansitra kellu rata ta’ tkabbir inqas qawwija mil-leġiżlatura ta’ qabel bejn l-2003 u l-2007 li kellha rata ta’ tkabbir medju ta’ 3%. Skont l-esperti Ewropej din ilġimgħa t-tkabbir din is-sena se jseħħ minħabba domanda domestika b’saħħitha, kif ukoll permezz tal-pjan ta’ rkupru u reżiljenza. Dawn se jwasslu biex sa nofs din is-sena pajjiżna jerġa’ lura għall-qagħda ekonomika tajba ħafna li kellu qabel il-pandemija. Ir-rapport jinnota kif “imqabbel mal-medja Ewropea, l-inflazzjoni f’Malta żdiedet biss b’mod moderat fl-2021”. Dan mistenni jkompli din is-sena l-aktar minħabba d-deċiżjoni li ħa l-Gvern biex iżomm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli,

tant li l-esperti Ewropej qed ibassru li f’Malta l-għoli tal-ħajja se jilħaq biss it-2.1%. Din hi l-inqas rata ta’ inflazzjoni mbassra għal pajjiż fl-UE fejn bħala medja l-għoli tal-ħajja mistenni jitla’ għal 3.9%, jew kważi d-doppju ta’ Malta. L-ogħla rata ta’ inflazzjoni fl-Unjoni mistennija tkun fil-Polonja fejn il-prezzijiet se jiżdiedu b’6.8% jew aktar minn tliet darbiet ir-rata f’pajjiżna. Ma’ dan, ir-rapport tal-esperti tal-Kummissjoni Ewropea wkoll jindika li matul l-2008 u l-2012 ir-rata ta’ inflazzjoni f’pajjiżna kienet 2.9%, jew kważi darba u nofs ir-rata mbassra għal din is-sena. Dak iżżmien, taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, pajjiżna mhux talli ma kellux l-inqas rata ta’ inflazzjoni Ewropea, iżda talli r-rata f’pajjiżna kienet ferm ogħla mill-medja Ewropea ta’ 2.4%. Il-Gvern ta’ GonziPN, li ħafna mill-esponenti tiegħu għadhom fix-shadow cabinet ta’ Bernard Grech illum, saħansitra kellu rata ta’ inflazzjoni darba u nofs ogħla minn dik tal-leġiżlatura preċedenti. Il-politika ta’ awsterità ta’ GonziPN, li jħobb jimbotta wkoll Bernard Grech, kienet waslet għal tkabbir baxx u inflazzjoni għolja. B’kuntrast u minkejja l-akbar kriżi b’riżultat tal-pandemija, il-politika progressiva ta’ Robert Abela wasslet biex pajjiżna jkollu l-aqwa rata ta’ tkabbir fl-Ewropa kif ukoll l-inqas rata ta’ inflazzjoni.

Malta ‘22

UE ‘22

Malta ‘08-’12

Tkabbir

6.0%

4.0%

2.5%

Inflazzjoni

2.1%

3.9%

2.9%

ATTAKK ISTERIKU FUQ IS-€70M LILL-FAMILJI Wara l-attakk tal-Eks Ministru tal-Finanzi Nazzjo­ nalista Tonio Fenech, issa kien imiss lil dak li kien sieħbu fil-Gvern ta’ GonziPN, Mario De Marco, biex jattakka l-miżura tal-Gvern li jagħti appoġġ ta’ €70 miljun lill-familji f’pajjiżna. De Marco kien wieħed mill-esponenti tal-PN li vvotaw bil-qalb favur kontijiet ogħla tad-dawl u l-ilma, meta l-familji tagħna kienu ffaċċjati minn sfida ekonomika ferm iżgħar minn dik attwali, u bħala Ministru ma kinitx lanqas dejqitu inflazzjoni rekord ta’ 5.4% f’xahar minnhom fl-2008. Dak iż-żmien ilkont tad-dawl u l-ilma kien 46% ogħla minn sena qabel. Lanqas kien iddejjaq li l-prezz tal-ikel kien 9% ogħla. Dak iż-żmien De Marco kien qabel mad-deċiżjo­ni ta’ sieħbu Tonio Fenech li GonziPN ma setax iwettaq l-akbar wegħda elettorali li jnaqqas ir-rata tat-taxxa fuq id-dħul. Minflok, kien qabel li jrid jitnaqqas iddefiċit billi jiġi liberalizzat il-prezz tal-ħobż, li wassal għal żieda ta’ 15% fil-prezz. Żieda simili kienet seħħet fil-prezz tal-ħalib għax il-Gvern kien għażel li jgħolli l-kontijiet tad-dawl. Fl-istess żmien, “ispirat mir-ruħ soċjali”, De Marco ma kien qal xejn fuq id-deċiżjoni li Gvern Nazzjo­na­ lista jgħolli l-prezz tal-petrol bi 15ċ u dak tad-diesel b’21ċ. Imma De Marco ma kienx jaqbel mal-awsterità meta kien membru tal-Kabinett ta’ GonziPN biss. F’artiklu li ġie ppubblikat din il-ġimgħa fit-Times,

hu rrepeta l-kritika li għamel qablu Fenech li s-€70 miljun appoġġ lill-familji kienet moralment dubjuża għax tammonta għal attentat biex jinxtraw il-voti. Dan filwaqt li kkonferma kemm il-PN għadu jemmen fil-politika tal-awsterità meta sostna li, la l-Gvern qed jopera b’defiċit, għandu mhux iżid l-ispiża, imma jnaqqasha. Flok qabel mal-argument tal-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana li, jekk il-finanzi kienu aħjar milli mbassar, il-Gvern kellu d-dover li jagħti aktar sostenn lill-familji, argument bħal ta’ sieħbu li l-prijo­rità tal-Gvern trid tkun it-tnaqqis tad-defiċit. Fi kliem De Marco stess: “The government is not saving. It is still operating at a loss and a significant one. Any company or household operating at a loss looks at reducing, not increasing, its costs.” Issa li kieku l-Eks Ministru Fenech kellu xi rekord ta’ suċċess fil-kontroll tad-defiċit, wieħed forsi seta’ jifhem għaliex De Marco seta’ qabel miegħu, imma fil-verità, kif kulħadd jaf, li l-uniku rekord fl-istorja tal-Unjoni Ewropea li għandu kien li l-finanzi nazzjonali taħtu tpoġġew taħt il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv mill-Kummissjoni Ewropea. Bħall-bqija tal-PN, De Marco għadu ma fehemx li l-politika tal-awsterità hi politika falluta u li l-politika progressiva hi dik li twassal biex pajjiż jistagħna ekonomikament u soċjalment. Fl-aħħar nett jispikka wkoll l-isteriżmu ta’ De

Marco fl-istess artiklu. Biex jattakka lill-Gvern ukoll sostna li pajjiżna ġie blacklisted. Dan meta kulħadd jaf li l-Financial Action Task Force (FATF) ma poġ­ ġietx lil Malta fuq il-lista s-sewda, imma fuq dik magħrufa bħala l-lista l-griża li skont l-FATF issejjaħ il-lista ta’ pajjiżi li jeħtieġu monitoraġġ addizzjonali. Fi kliem De Marco: “when our ministers sit around the negotiations table, they do so with a black mark hanging on their heads”. Wieħed jistaqsi kif jekk dan hu minnu għal xiex pajjiżna fl-aħħar snin irnexxielu jinnegozja ammont rekord ta’ fondi Ewropej, jiġi mfaħħar mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Veneżja, iżomm l-aħjar credit ratings u jattira numru rekord ta’ proġetti ta’ investiment dirett barrani. Għal De Marco pajjiżna issa hu kkunsidrat “rogue state”, jiġifieri stat fallut iddominat mill-kriminali u bla liġijiet. Minbarra hekk għalaq l-artiklu tiegħu billi qal li “if Labour wins, Malta loses”. Meta mistoqsijin fuq it-ton isteriku ta’ De Marco, sorsi fi ħdan il-PN ikkonfermaw li d-Deputat jidher li hu ferm inkwetat li qed jitlef l-appoġġ fuq id-distrett u qed isib ruħu imbuttat ’il barra mill-Partit mill-fazzjoni tal-establishment, li dejjem kienu kontra l-familja De Marco u anke minn dawk qrib Bernard Grech, li jarawh wisq qrib l-Avukat Joe Giglio li ħafna jemmnu qed jimmira għall-pożizzjoni tal-Kap wara l-elezzjoni.


05

13.02.2022

ŻIEDA FL-ATTIVITÀ FUQ L-2019 F’MALTA U FL-UNGERIJA BISS Tkompli minn paġna 1 Dan qed iwassal biex il-konsum privat jibqa’ ferm kajman fil-kumplament tal-Ewropa, tant li f’ċerti pajjiżi l-attività kummerċjali hi bejn kwart u terz inqas milli kienet qabel il-pandemija. L-agħar riżultat qed jinki­ seb fil-Litwanja fejn il-moviment lejn ħwienet u postijiet ta’ rik­reazzjoni hu 30% inqas mill-medja qabel il-pandemija. L-inċidenza tal-virus f’dan il-pajjiż bħalissa hi 11-il darba akbar minn dik f’Malta, mentri l-inflazzjoni hi tliet darbiet u nofs dik f’pajjiżna. Minbarra pajjiżna, hu biss fl-Ungerija fejn il-bidu ta’ Frar ġab iżjed moviment tan-nies lejn il-ħwienet u postijiet ta’ rikreazzjoni, inklużi restoranti, mill-2019 qabel il-pandemija laqtet l-Ewropa. Ta’ min jinnota li fl-istess żmien sena ilu l-informazzjoni

MOVIMENT TAN-NIES IMQABBEL MAL-2019 MALTA L-Ungerija Il-Portugall Id-Danimarka Il-Kroazja L-Irlanda Is-Slovenja Il-Belġju Il-Ġreċja Franza Spanja L-Italja Il-Polonja Is-Slovakkja Il-Ġermanja L-Estonja Il-Lussemburgu L-Iżvezja Ir-Rep. Ċeka Ir-Rumanija L-Awstrija L-Olanda Il-Finlandja Il-Bulgarija Il-Latvja Il-Litwanja

+3% +2% -2% -3% -3% -8% -12% -13% -13% -14% -15% -16% -16% -18% -19% -19% -19% -19% -20% -20% -22% -22% -24% -27% -29% -30%

miġbura minn Google kienet turi moviment li kien kważi kwart inqas milli kien din is-sena. Il-moviment osservat fl-ewwel ġimgħa ta’ dan ix-xahar kien simili għal dak osservat fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju tal2021. Dan jikkonferma li din is-sena l-irkupru mill-varjant Omicron kien erba’ xhur aktar veloċi mill-varjanti preċedenti.


06

13.02.2022

L-artiklu ta’ Kristina fejn konvenjentement nefħet il-prezzijiet u x-xirja bl-istess prodotti li għamilna aħna din il-ġimgħa għal €50 inqas minnha

KRISTINA TA’ SIMON TOĦLOM IL-PREZZIJIET Is-sieħba tal-Eks Kap Nazzjonalista tipprova tonfoħ l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna, anke jekk hu fost l-inqas fl-UE … xirja li qalet swietha €87 fil-fatt tiswa biss €37 Żewġ fliexken żejt taż-żebbuġa, żewġ pakketti butir, żewġ pakketti ċereali, bott kunserva, ftit ħabaq, shampoo u conditioner, li skont Kristina Chetcuti swewha xejn inqas minn €87 meta marret tixtri f’pajjiżna, intużaw minnha biex tattakka lill-Gvern Laburista, anke jekk it-tentattiv qarrieqi kien pjuttost fjakk. Eżerċizzju sempliċi li sar minn din ilgazzetta din il-ġimgħa jikxef kif is-sieħba tal-Eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil f’artiklu bħal-lum ġimgħa riedet biss tqarraq mill-inqas darbtejn bil-qarrejja tagħha. “Xtrajt biss l-essenzjali … mal-counter, kollox qagħad f’basket wieħed taddrapp. Il-cashier qrali l-kont: ‘€87’. Skużani għedtlu? Hu ħares lejn il-basket stivat b’mod pulit u b’apoloġija qal: ‘Naħseb li hemm xi żball; kif jista’ jkun kważi €100 għal dawn il-ftit oġġetti?’ U jien qbilt miegħu. Jien iċċekkjajt il-kont, hu ċċekkjah ukoll. Kelli nbaxxi rasi, din hi r-realtà, ’il bogħod mill-ħolm kbir: prezzijiet jogħlew,” kitbet Chetcuti f’The Sunday Times of Malta taħt it-titlu “Dream big, ħej”. Meta ppjanajna biex nagħmlu l-istess xirja online minn supermarket lokali, il-kont, iżda, ġiena €50 orħos, anke jekk dan kien jinkludi l-ispiża tad-delivery, li Chetcuti lanqas kellha. Fl-artiklu hi qalet ukoll li “l-istess xirja identika, ngħidu aħna fi Brussell fejn nista’ nqabbel il-prezzijiet fuq bażi rego-

lari, ma kinitx tiswiena iżjed minn €30.” Minkejja dan, għal darb’oħra rrikorrejna għall-website ta’ supermarkets magħrufin fil-Belġju biex nivverifikaw il-prezzijiet tal-istess oġġetti jew oħrajn simili għal dawk li jissemmew fil-basket tagħha. Bil-maqlub, il-kont din id-darba ġiena ftit aktar minn €56, ogħla millispiża proprja f’pajjiżna, anke mingħajr l-ispiża għad-delivery. Bl-eċċezzjoni ta’ fejn indikat prodott speċifiku, fl-għażla tagħna wkoll ma morniex għall-orħos jew l-iżgħar tip ta’ żejt taż-żebbuġa, pereżempju. L-istChetcuti ess fejn Chetcuti mgiddba semmiet flixkun bil-goff wieħed ta’ shampoo u conditionfiż-żewġ er flimkien, aħna każi għażilna fliexken separati minn ditta magħrufa u kontenituri abbundanti ta’ 900ml kull wieħed. L-istess eżerċizzju għamilnieh min­għand il-Carrefour bi prodotti tal-istess ditta fejn possibbli jew tal-istess daqs fejn kienu differenti. Biex inkunu ġusti u anke nagħtu l-benefiċċju tad-dubju, ma morniex għall-orħos prodotti f’din ix-xirja u kif mistenni ġiet ogħla minn dik li għamilna f’Malta, bil-

maq­lub ta’ dak li ddikjarat il-korrispondenta regolari tat-Times. Għaldaqstant fiż-żewġ każi s-sieħba ta’ Busuttil hi mgiddba, u mgiddba bil-goff. Bħalma l-partner tagħha baqa’ l-ewwel Kap Nazzjonalista li ma dabbarx il-fiduċja elettorali biex isir Prim Ministru, żgur li ħadd mhu se jafda lil Chetcuti biex tagħmillu xi xirja! Minkejja t-twerwir mill-Partit Nazzjonalista u l-esponenti tiegħu dwar l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna, statistika uffiċjali Ewropea turi li f’Jannar li għadda, Malta kellha fost l-inqas rata ta’ inflazzjoni mill-istati kollha flUE. Il-ħajja għoliet bi 3.8% jew ferm inqas mill-5.1% żieda medja fiż-Żona Ewro. Kontra kull argument bażwi tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, ir-raġuni ewlenija għal din id-differenza hi l-politika ener­ ġetika tal-Gvern Malti. Waqt li l-prezz tal-elettriku f’pajjiżna nżamm stabbli, madwar iż-Żona Ewro kollha l-konsu­ maturi raw żieda medja ta’ 23%, li jfisser li jekk kont tad-dawl kien ikun ta’ €100, din is-sena sar €123. L-agħar milqutin huma l-familji fl-Es­

tonja li raw il-kontijiet tagħhom jogħlew b’medja ta’ 120%, jiġifieri fejn qabel kienu jonfqu €100 issa qed jonfqu €220 għall-elettriku. Fl-Italja ż-żieda kienet ta’ 35% u l-istess f’Ċipru. Fil-Ġreċja l-kontijiet għolew b’45%, waqt li fi Spanja qabżu ’l fuq bi 72%. Il-ġimgħa li għaddiet ir-Renju Unit għolla l-limitu b’54% għal kważi £2,000 (€2,365) kemm il-kumpaniji tal-enerġija huma permessi jżidu l-prezzijiet tagħhom lill-konsumaturi. Dan fl-istess ħin li l-Ministru tal-Finanzi Ingliż Rishi Sunak ħabbar li se jippermetti roħs ta’ £200 (€236) fil-kont ta’ kull residenza, irrelevanti kemm jgħixu nies, u rifużjoni ta’ darba (medja ta’ £150/€177) mittaxxa residenzjali dovuta lill-kunsill bħala parti minn miżura doppja biex jillimita ż-żieda fil-prezzijiet, li qed tolqot l-Ewropa kollha. Ta’ min ifakkar li fi żmien amminis­ trazzjoni Nazzjonalista l-kontijiet f’Malta kienu għolew bit-triplu tal-medja Ewropea. Bil-maqlub, illum il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbru għajnuniet diretti lill-familji ta’ mijiet t’ewro, anke jekk il-familji Maltin u Għawdxin mhux qed iġorru xi piż ta’ prezzijiet esaġerati ta’ enerġija, kif qed jiġri fil-kumplament tal-UE. Il-Prim Ministru semma kif li, kieku ma kienx għall-intervent talGvern biex il-prezzijiet f’Malta jibqgħu stabbli, familja medja kienet tispiċċa tonfoq mal-€500 aktar fis-sena fuq il-fuels u l-kontijiet tad-dawl. Minkejja dan, bl-aħħar investiment ġdid fil-fa­milji, li se jlaħħaq is-€70 miljun, ħaddiema issa se jirċievu rifużjoni mit-taxxi tagħhom li tammonta għad-doppju tas-sena li għaddiet, waqt li se jirċievu ċekk addizzjonali li minbarra li jilħaq lil dawk li jaħdmu, se jmur ukoll għand l-istudenti li għandhom stipendju, il-pensjonanti u dawk fuq benefiċċji soċjali. Din l-iskema ta’ stimolu ekonomiku se tagħti ċekk ta’ bejn €100 u €200.


07

13.02.2022

QABŻA GĦALL-FAMILJI BI DĦUL BAXX IL-MINISTRU FALZON JISPJEGA KIF PERSUNI BIL-PAGA MINIMA U BIL-PENSJONI TAL-ETÀ ESPERJENZAW ŻIDIET QAWWIJA FID-DĦUL TAGĦHOM, B’MEDJI TA’ 36% U 34% RISPETTIVAMENT, FL-AĦĦAR GĦAXAR SNIN Tagħrif u statistika li ta din il-ġimgħa fil-Parlament il-Ministru għas-Solidar­ jetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, tefgħu dawl fuq id-dħul bażiku ta’ persuni u familji fuq l-assistenza soċjali, ta’ anzjani li jirċievu l-pensjoni mhux kontributorja tal-età u persuni jew kapijiet ta’ familja li jaqilgħu l-paga minima nazzjonali. Jagħtu stampa ċara tad-dħul preżenti ta’ diversi tipi minn dawn il-familji u tal-avvanz finanzjarju qawwi li għamlu fl-aħħar snin b’riżultat ta’ inizjattivi u miżuri ġodda li ġew introdotti minn Gvern Laburista. L-informazzjoni ngħatat fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari mid-De­ pu­tat Laburista, Oliver Scicluna, li staqsa jekk f’Malta teżistix il-living income bażiku jew xi forma oħra ta’ dħul bażiku. Il-Ministru Falzon spjega li l-għan aħħari tat-tnedija minn amminis­traz­ zjo­nijiet Laburisti tal-Pensjoni tal-Età fl-1948 u l-Assistenza Soċjali fl-1956 kien li jipprovdu dħul minimu bażiku għall-għajxien tal-benefiċjarji. Mażżmien, minbarra li tjiebu r-rati ta’ dawn il-benefiċċji, daħlu oħrajn, uħud minnhom bir-rata massima, li miġbura flimkien jitqiesu bħala d-dħul bażiku ta’ kull benefiċjarju jew tal-familja tiegħu jew tagħha.

tenza soċjali u l-pensjoni tal-età bejn l-2012 u l-2022 ivarjaw bejn 13.3% u 45%; filwaqt li d-dħul ta’ impjegati fuq il-paga minima u l-familji tagħhom kiber bejn 18.3% u 74%. Dħul minn pensjoni minima garantita Fl-istess tweġiba, il-Ministru Falzon ta tagħrif ieħor dwar kif tjiebet il-qagħda ta’ pensjonanti single u miżżewġin wara li fl-2016 daħal fis-seħħ il-kunċett tal-livell minimu garantit tal-pensjoni kontributorja minflok il-pensjoni minima nazzjonali. Il-livell tad-dħul hu relatat mal-medja ta’ kontribuzzjonijiet imħallsin jew akkreditati tal-pensjonanti. Fl-erba’ livelli ta’ kontribuzzjonijiet imħallsin, mingħajr ma tqies dħul minn benefiċċji oħrajn, bejn l-2012 u l-2022 pensjonanti miżżewġin kellhom titjib medju ta’ €2,109 jew 33.6%. Fuq l-istess binarji, pensjonanti single gawdew minn titjib medju ta’ €2,454 jew 42%. Persuni mingħajr saqaf fuq rashom

Żieda qawwija fid-dħul da li r-rati tagħhom Fit-tweġiba dettaljata baqgħu jiżdiedu tiegħu l-Ministru ta wkoll wara li daħlu ħjiel tad-dħul globali Bl-inizjattivi minn matul l-2022 ta’ 66 Gvern Laburista, id-dħul fis-seħħ. Fil-każ ta’ perkategorija ta’ persuni ta’ familji li jiddependu suni u familji fuq u familji u qabbilhom l-Assistenza Soċjali mad-dħul tal-istess fuq il-paga minima jew fuq il-Pensjoni kategoriji fl-2012. żdied b’medja ta’ tal-Età, id-dħul kien Analiżi ta’ dawn iċ€4,000 fis-sena jinkludi: allowance tatċif­ri turi li matul dan tfal bir-rata massima il-perjodu d-dħul ta’ dawk u l-għotja supplimentari fuq l-assistenza soċjali u fuq jekk ikollhom tfal taħt is-16-il il-pensjoni tal-età żdied b’medja ta’ €2,623 jew 34% aktar, filwaqt li persuni sena; għajnuna supplimentari bir-rata u familji fejn id-dħul ewlieni hu l-paga massima jekk ma jkollhomx tfal taħt isminima nazzjonali raw żieda medja ta’ 16-il sena; għajnuna tal-mard; l-għotja €3,962 jew 36%. Dan kien dovut għall- għal ċittadini anzjani li daħlet fis-seħħ fatt li minn sena għal oħra kiber id- fl-2012 għal dawk fl-età ta’ 80 sena u akdħul bażiku tagħhom minn titjib fir-rati bar u li mill-2014 bdiet tingħata lill-anztal-benefiċċji li jirċievu jew mill-paga u jani kollha fl-età ta’ 75 sena ’l fuq; u gawdew mit-twettiq ta’ benefiċċji ġod- l-bonus lill-persuni li ma jikkwalifikawx

TIDDISKUTI

għall-pensjoni kontributorja, li beda jingħata mill-2015 u li minn €100 jew €200 skont l-għadd ta’ bolol imħallsin żdied erba’ darbiet u din is-sena jlaħħaq €400 jew €500. Fil-każ ta’ persuni u kapijiet ta’ familja li d-dħul bażiku tagħhom jikkonsisti mill-paga minima nazzjonali, ġew ikkalkulati dawn il-benefiċċji: għajnuna supplimentari bir-rata massima jekk ikollhom tfal taħt is-16-il sena; allowance tat-tfal u l-għotja supplimentari għal kull wild jekk ikollhom tfat taħt is-16-il sena; u in-work benefit bir-rata massima relattiva jekk ikollhom tfal taħt it-23 sena. Fil-kategoriji kollha ma ġiex ikkalkulat il-benefiċċju tal-enerġija, li jvarja skont il-konsum, u l-valur tal-mediċini b’xejn jekk ikunu intitolati għalihom. Iż-żidiet ta’ benefiċjarji fuq l-assis-

Fi tweġiba oħra Parlamentari relatata, ħareġ punt interessanti b’rabta ma’ stqarrijiet li saru dan l-aħħar dwar persuni li ma jkollhomx indirizz fiss. Partikolarment fil-midja Nazzjonalista ssemmew diversi figuri ta’ kemm hawn nies f’Malta li m’għandhomx saqaf fuq rashom. Iżda mistoqsi mid-Deputat Laburista Oliver Scicluna, il-Ministru Falzon stqarr li minn mindu tħabbar il-Baġit, li inkluda miżura speċifika favur persuni simili, fil-Ministeru waslu biss żewġ applikazzjonijiet. Hu qal li għaddej proċess biex dawn il-persuni jibdew jitħallsu l-assistenza soċjali u jingħataw għajnuna biex isibu impjieg u akkomodazzjoni stabbli. Filwaqt li fisser li erba’ NGOs, li joffru kenn lill-persuni bla indirizz fiss qed jingħataw mal-€1.2 miljun fis-sena bħala għajnuna, il-Ministru Falzon ħeġġeġ lill-għaqdiet li jaħdmu ma’ persuni vulnerabbli biex ifittxu l-għajnuna professjonali tal-Ministeru meta jiltaqgħu ma’ dawn ix-xorta ta’ problemi ħalli jiġu assistiti bl-aħjar mod possibbli.

ILLĦAMIS 17 TA’ FRAR 8:35PM

IS-SATIRA TIDDISKUTI IL-HAMIS 11 TA’ NOVEMBRU ADDOZZJONI U FOSTERING 8:35PM


08

13.02.2022

€475M FL-INFRASTRUTTURA FI IL-GVERN INVESTA 58% AKTAR MILL-WEGĦDA ELETTORALI TA’ €100 MILJUN FIS-SENA GĦALL-BINI TATBil-pass li ħa l-Gvern Laburista meta fl-imgħoddi taħt Gvernijiet Nazzħoloq l-aġenzija Infrastructure jonalisti. Malta tliet snin ilu, il-poplu qed jibL-investiment minn Infrastrucda jgawdi minn infrastruttura pub- ture Malta ma sarx biss fit-toroq, blika tal-ogħla kwalità bit-twettiq iżda nfirex ukoll mal-kosta fejn ta’ ħafna proġetti li wħud minnhom l-aġenzija diġà għamlet titjib kbir lanqas biss konna noħolmu bihom. anke fl-infrastruttura marittima Għal tliet snin infila, din l-aġenzija f’Malta u f’Għawdex. Ħafna mill-inwettqet investiment rekord wara vestiment li attwalment għaddej ieħor li sal-lum laħaq total ta’ €475 f’dan il-qasam hu kkonċentrat miljun. Dan ifisser ukoll li l-wegħ- fiż-żona tal-Port il-Kbir fejn Infrada tal-Gvern li jinvesti €100 miljun structure Malta għandha għadd ta’ fis-sena fl-infrastruttura nazzjona- proġetti. li mhux biss inżammet, iżda nqab­ L-akbar wieħed fosthom huwa żet b’€175 miljun. l-Grand Harbour Clean Air Project, Taħt it-tmexxija investiment ambjen­ tal-Mi­nis­teru għattali li se jkollu l-għan Tras­port, Infras­ li jnaqqas it-tniġġis truttura u Proġettal-ar­ja mill-vapuri ti Kapitali, is-sena tal-passiġġieri u tall-oħra biss InfraF’ħidma li tmur mer­kanzija b’90% structure Malta injżuru Malta. lil hinn mill-bini meta vestiet aktar minn Wegħda oħra li €200 miljun f’ħafna tat-toroq kollha, għamel Gvern Labu­ xogħ­lijiet. Dan ifissrista u li qed titwetl-aġenzija qed er żieda t’aktar minn taq mingħajr heda €50 miljun fuq l-in- tieħu ħsieb ukoll kienet li jitwettaq infrastruttura vestiment tal-istess prog­ramm għall-biaġenzija fl-2020 u ni mill-ġdid ta’ toroq marittima u madwar erba’ dar­ residenzjali madwar biet aktar mill-med- tħawwil ta’ siġar il-pajjiż. ja ta’ kemm pajjiżna Tagħrif, li għandu arbuxelli kien jinvesti fl-infraha l-KullĦadd, juri struttura pubblika qabel twaqqfet li fl-2021 l-aġenzija bniet mill-ġdid din l-entità l-ġdida. medja ta’ erba’ toroq kull ġimgħa Biex sar parti minn dan l-inves- u fi tliet snin lestiet 500 triq resitiment fi proġetti maġġuri u am- denzjali u 330 oħra f’żoni rurali. bizzjużi, bħalma huma fost oħrajn Matul it-tliet snin tal-operat dawk tal-Marsa Junction, il-mini ta’ tagħha, Infrastructure Malta ddeSanta Luċija u s-Central Link Pro­ dikat ukoll parti mill-investiment li ject, intwera wkoll għaqal kbir biex wettqet biex tipprovdi ambjent aħgħalihom inkisbu fondi sostanz- jar permezz ta’ proġetti ta’ tisbiħ u jali mill-Unjoni Ewropea. Bl-istess tħawwil ta’ siġar. mod, kien hemm rieda u deterFil-fatt, b’din il-ħidma ta’ affores­ minazzjoni biex dawn jitwettqu u tazzjoni s’issa żdiedu aktar minn anke jitlestew fil-ħin. 42,000 siġra u 38,000 arbuxell B’hekk, il-fondi allokati għali- f’postijiet urbani u rurali differenti hom ma ntilfux, kif kien jiġri spiss madwar il-pajjiż.


09

13.02.2022

ATTAKKI SOTTILI B’UŻU TAL-MIDJA TAL-KNISJA

TLIET SNIN TOROQ KOLLHA FIL-PAJJIŻ

Il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel pressjoni biex lejlet l-elezzjoni ġenerali jżid l-vuċi tiegħu fil-midja suppost indipendenti, bħalma hi dik tal-Knisja, tant li infiltra wieħed mill-ġurnalisti ewlenin tiegħu fil-gazzetta ppubblikata kull nhar ta’ Ħadd mill-Azzjoni Kattolika Maltija. Kitbiet tal-ġurnalist Joe Mikallef, li hu impjegat tal-MediaLink Communications, qed jingħataw prominenza f’Il-Leħen, preċedentement magħrufa bħala Leħen is-Sewwa, biex jitwassal messaġġ kontra t-tmexxija talGvern Laburista. Għalkemm b’mod iżjed sottili, dawn l-attakki jfakkru fil-passat tal-gazzetta antagonista għall-Moviment Soċjalista, partikolarment fil-ġlieda politiko-reliġjuża, u anke l-bias li għandha l-midja uffiċjali tal-Knisja, partikolarment mindu din għaddiet taħt it-tmexxija ta’ Fr Joe Borg fl-aħħar snin. Mikallef hu magħruf l-iżjed għall-kitbiet regolari fil-gazzetta Nazzjonalista ta’ kull nhar ta’ Ħadd, Il-Mument, fejn ukoll spiss jiġi mgiddeb mill-awtoritajiet. Avolja hu wieħed mill-ftit ġurnalisti veterani talPN, li ma tkeċċewx bħal oħrajn fl-eżerċizzju wara l-2013 biex jitnaqqsu l-ispejjeż, mhux magħruf minn fejn qed jitħallas eżattament Mikallef, jekk hux mill-Partit jew mill-Azzjoni Kattolika għal dawn is-servizzi “żejda”. Sorsi mid-Dar Ċentrali qalu lill-KullĦadd, li permezz ta’ ftehim mal-entità tal-Knisja, Mikallef ikun jista’ jikteb artikli soċjo-politiċi inklinati kontra l-amministrazzjoni nazzjonali, waqt li jibqa’ jaħdem mid-Dar Ċentrali. Huma indikaw bħala eżempju ċar artiklu, li ġie ppubblikat fuq l-ewwel faċċata ta’ IlLeħen fid-9 ta’ Jannar li għadda. Għalkemm hawn jieħu spunt mit-telfa ta’ żewġ kirurgi, Albert Fenech u Victor Calvagna, Mikallef jittratta l-elezzjoni fil-qrib u kif għandha tiddaħħal mill-ġdid il-kultura tar-riżenji u li min jisraq flus il-poplu għandu jrodd sal-inqas ċenteżmu. “Din hi sena mill-aktar kruċjali fejn l-elettorat għandu jesiġi l-akkontabbiltà u s-serjetà mir-rappreżentanti tiegħu fil-politika u fl-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż. Ma jistax ikun li jkun hemm min jilgħab bis-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi u jibqa’ għaddej … bħal qisu mhu xejn!” jistqarr Mikallef fl-artiklu tiegħu f’Il-Leħen fejn, għall-iskopijiet proprji tal-kontribuzzjoni tiegħu, iwaħħad is-settur tal-mediċina mal-politika. “Din hi sena ferm importanti fejn il-poplu Malti u Għawdxi għandu jagħraf li se jkollu deċiżjonijiet importanti ħafna x’jieħu għallġid tiegħu direttament. U l-poplu Malti u Għawdxi ma jistax jabdika milli jagħmel l-aħjar deċiżjonijiet għalih u għal pajjiżna … Jeħtieġ f’dan il-pajjiż nerġgħu lura għallkultura tar-responsabbiltà vera. Fuq kollox għas-serjetà,” tkompli r-retorika tal-ġurna­ list, li wkoll jikkritika l-kunċett tal-one-stopshop, anke jekk illum pajjiżna jgawdi mill-aħjar servizzi ta’ e-government skont l-Unjoni Ewropea stess, inkluż b’numru ta’ hubs imferrxin mal-pajjiż ta’ servizz.gov. Hu jinfexx jattakka wkoll il-ħaddiema ma’ dipartimenti varji tal-Gvern “li sad-9:00 a.m. ikunu d-dar iħejju biex imorru jagħmlu ġurnata xogħol f’post ieħor! Dawn huma l-problemi li pajjiżna jrid jindirizza bis-serjetà

kemm-il darba jrid li f’pajjiżna terġa’ tidħol is-serjetà,” itemm jikteb Mikallef f’artiklu li jieħu żewġ paġni sħaħ mill-istess ħarġa talgazzetta tal-Knisja. Hu fatt magħruf kif l-artikli ta’ Mikallef kemm-il darba jiġbdu fuqhom twiddib mill-awtoritajiet jew libelli, għax ma jkunux ibbażati fuq fatti, imma fuq intenzjonijiet malinni. Ta’ min ifakkar li artiklu, li ħareġ minn taħt idejn Mikallef u ppubblikat f’In-Nazzjon fl-2014, kien qala’ ħasla mill-Qorti, li kellha kliem iebes għal dan it-tip ta’ ġurnaliżmu meqjus bħala malafamanti u libelluż. “Din il-Qorti ma tistax ma tirrepetix li ġurnaliżmu bħal dan jagħmel ferm aktar ħsara milli ġid lill-ġurnaliżmu inġenerali u lir-rispett li l-mezzi tax-xandir jistħoqqilhom stante li l-artiklu mhuwiex ibbażat prinċipalment fuq it-tfittxija tal-verità u tax-xandir tal-fatti lillqarrejja, iżda hu bbażat fuq l-intenzjoni talartikolist li jagħmel ħsara,” kienet taqra waħda mis-sentenzi li nqatgħu kontra Mikallef fil-passat. Fost sensiela ta’ artikli oħrajn li tqiesu bħala libellużi u malafamanti kien hemm dak li Mikallef tilef kontra l-Eks Mexxej Laburista Alfred Sant wara karikatura li dehret fl-2001 u fejn dan tal-aħħar kien tqabbel mal-Mexxej Nażista Adolf Hitler, b’mustaċċi bħal tiegħu u fuq sfond li jindika wkoll l-Iswastika. Is-sorsi, li tkellmu ma’ din il-gazzetta flaħħar jiem, stqarrew li dan jagħmel il-ftehim riċenti mal-Knisja iżjed oxxen. Il-midja tal-Knisja mhux l-ewwel darba li tiġi kkritikata dwar “nuqqas ta’ bilanċ” u li sfaċċatament ixxaqleb lejn il-PN. Tliet snin ilu, Dun Renè Camilleri, li kien għadu kif irriżenja minn Vigarju Episkopali tal-Evanġelizzazzjoni, stqarr fuq programm televiżiv li l-midja tal-Knisja f’Malta hi waħda sewda għall-istess istituzzjoni. Ftit tal-jiem qabel, anke Dun Ġorġ Dalli kien iddikjara li “l-linja editorjali tal-RTK u ta’ Newsbook hi oxxena”. Ma’ RTK u Newsbook, issa jidher li se tibda tagħti wkoll palata lill-PN, il-gazzetta tal-Azzjoni Kattolika, Il-Leħen. Is-sorsi, li tkellmu mal-KullĦadd, ukoll indikaw li aktarx fi żmien kampanja elettorali l-ġurnalista Christine Amaira se tibda taħdem fil-kamra tal-aħbarijiet tat-Times u jirriżulta li Amaira, li hi wkoll membru tal-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM), diġà tat ir-riżenja tagħha minn mal-Media.Link Communications.

Bi ftehim mal-Knisja lejlet elezzjoni, Mikallef ikun jista’ jibgħat messaġġi sottili kontra l-Gvern Laburista


10

13.02.2022

INJEZZJONI LILL-EKONOMIJA

OLIVER DE GAETANO Kandidat fit-8 Distrett

ja terġa’ tibda ddur b’ritmu tajjeb. Dan ifisser li b’kollox se jkun hemm mas-€70 miljun fil-bwiet ta’ madwar 250,000 ħaddiem Malti u Għawdxi. Iċ-ċekk addizzjonali se jkunu qed jirċevuh mat380,000 persuna. Miżuri bħal din, flimkien ma’ miżuri bħalma kienu l-Covid Wage Supplement jikkontribwixxu sabiex ikunu ssalvagwardjati l-ekonomija u l-impjiegi f’pajjiżna, b’tali mod li llum il-ġurnata pajjiżna jista’ jiftaħar li għandu l-inqas rata ta’ qgħad meta kkomparat ma’ pajjiżi oħrajn. Minkejja li s-sena li għaddiet kienet prevista li tagħlaq b’defiċit ta’ 11.1%, dan mistenni jinżel għal 8.1%, li jfisser li l-Gvern seta’ jieħu fuqu ċerti żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fuel. Kieku ma intervjeniex il-Gvern, kull familja f’Malta kienet ser tesperjenza żieda ta’ €500 fis-sena f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet tal-enerġija u l-fuel.

L-inizjattiva li riċentement ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela waqt konferenza tal-aħbarijiet li indirizza flimkien mal-Ministru għall-Finanzi, hija waħda kif iddeskrivieha hu stess, motivata mill-prinċipju li “dan se jibqa’ l-Gvern tal-inċentiv u mhux il-Gvern tal-kastig”. Din l-inizjattiva torbot maż-żieda li kienet tħabbret fil-Baġit għas-sena 2022, flimkien ma’ ċekk ieħor sabiex il-Gvern jaċċerta li r-rota tal-ekonomi- Gvern li jaħseb fiż-żgħir

Persuni anzjani kif ukoll dawk fuq il-benefiċċji soċjali se jkunu qegħdin jirċievu ċekk ta’ €200, filwaqt li l-ħaddiema u l-istudenti se jkunu qegħdin jirċievu ċekk ta’ €100. Miżuri bħal dawn huma reminixxenti tal-ġest sabiħ li kien għamel il-Gvern mal-poplu meta qassam żewġ settijiet ta’ vouchers lill-poplu sabiex dan ikun jista’ jonfoqhom kemm ġewwa stabbilimenti tal-ikel kif ukoll dawk tal-bejgħ bl-imnut. B’hekk l-ekonomija setgħet terġa’ tibda tieħu r-ruħ wara l-agħar żmien tal-pandemija. Din il-politika tikkuntrasta għalkollox ma’ dik li kien uża l-Partit Nazzjonalista fi żmien ir-riċessjoni tal-2008, meta sabiex jibbilanċja l-kontijiet kien irrikorra lejn miżuri ta’ awsterità a skapitu tal-poplu Malti u Għawdxi.

qiesu dan il-pass bħala investiment fin-nies u bħala injezzjoni ekonomika li tħabbatha mal-inizjattiva ta’ mitt miljun ewro f’żewġ settijiet ta’ vouchers li ntbagħtu sa minn meta xirfet il-pandemija. Dawn il-miżuri huma mistennija jħallu l-frott tagħhom fl-ekonomija interna grazzi għall-fatt li se jkun hemm iżjed flus fil-but x’jintefqu. Skont il-President tal-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji, dan il-pakkett se jkompli jaġixxi bħala xprun għat-tkabbir ekonomiku, sabiex b’hekk inkunu nistgħu nerġgħu nqarrbu lejn is-sitwazzjoni ekonomika li konna fiha fl-2019, proprju qabel ma faqqgħet l-imxija tal-COVID-19.

It-tajjeb kulħadd jaf jarah

Bħas-soltu, l-Oppożizzjoni negattiva li għandu dan ilpajjiż ħarġet tattakka l-miżuri li ħa l-Gvern. M’għandniex xi ngħidu li dan il-pakkett ta’ għajnuna ta’ €70 miljun ma

L-imsieħba soċjali ma kellhomx għajr kliem ta’ tifħir għall-miżuri ta’ stimolu ekonomiku li ħa l-Gvern u

Min ma jilħaqx l-għeneb jgħid li hu qares

kienx xi eċċezzjoni. Għall-Oppożizzjoni, iċ-ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa sa massimu ta’ €140 u l-għotja addizzjonali sa massimu ta’ €200 mhumiex għajr “soppa msaħħna li Robert Abela ħareġ millfriġġ”. Forsi għalhekk għamlitilhom uġigħ ta’ żaqq u ħarġu jingħu! Miżuri bħal dawn kif ukoll miżuri simili bħall-għoti tal-vouchers, għall-Kap tal-Oppożizzjoni huma tberbiq ta’ flus. Hawnhekk ma nistax ma niftakarx f’meta l-Partit Nazzjonalista kellu t-tmun tal-pajjiż f’idejh u vvota bil-qalb sabiex jiżdiedu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u sabiex jikkumpensa għal dan kien bagħtilna ħames bozoz. Meta nara hekk ma ndumx biex nifhem għalfejn il-Partit Laburista, f’elezzjoni wara oħra, sar l-għażla naturali tal-poplu Malti u Għawdxi, għax minflok jibqa’ ikattnat mal-politika tal-passat, jagħżel li jkun proattiv u jara kif se jħalli lira jew aħjar skoss ewro fil-bwiet tan-nies.


11

13.02.2022

MERĦBA LILL-PRIM MINISTRU FUQ IL-ĦAMES DISTRETT

JULIA FARRUGIA PORTELLI Ministru

Bħal-lum ġimgħa attendejt għall-attività tal-Partit Laburista fl-Imqabba fejn assistejna għal diskors b’saħħtu tal-Prim Ministru Robert Abela. Diskors ta’ Mexxej iffukat u ċar fi kliemu, li mliena b’kuraġġ u tama għal futur aħjar. Kienet aħbar sabiħa meta matul id-diskors tiegħu ħabbar li ser jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq ilħames distrett. Hu ta’ unur għalija u għall-kandidati sħabi li l-Prim Ministru ser ikun qiegħed jikkontesta magħna fuq dan id-distrett. Din id-deċiżjoni hija t-timbru tax-xogħol tajjeb li sar

kemm ilu l-Partit Laburista fil-Gvern. Ngħid hekk għax f’dawn l-aħħar snin kien Gvern Laburista li ħaseb filħames distrett u għen biex ikollna l-ambjent ta’ madwarna isbaħ kif jixraq lill-irħula kollha li nsibu f’dan id-distrett elettorali. Proġetti li qegħdin jitgawdew mill-familji Maltin u Għawdxin li jiġu jżuruna, imma b’mod speċjali mir-residenti tal-ħames distrett. Dan b’kuntrarju għal dak li kien jiġri fl-imgħoddi taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, li dan id-distrett kien jaħseb biss fih meta jkollu proġett problematiku, b’impatt negattiv fuq l-ambjent. Kien għalhekk Gvern Laburista li ħaseb kif isolvi dawn il-problemi u jagħti d-dinjità lura lir-residenti tal-ħames distrett. Ħdimna bil-għaqal u investejna fi proġetti ambizzjużi sabiex itaffu għall-isfreġji ambjentali li ħolqu n-Nazzjonalisti fl-imgħoddi. Urejna b’mod ċar li n-naħa t’isfel ta’ Malta jixirqilha dejjem l-aqwa u l-aħjar mingħajr distinzjoni ta’ nħawi oħra ta’ pajjiżna. Il-Prim Ministru semma l-ħidma li saret bħala Gvern, fosthom fil-proġett ta’ Wied

Fulija. Min hu tal-età tiegħi jiftakar sew il-miżbla ta’ Wied Fulija bl-impatti negattivi kollha li kienet iġġib magħha. Niftakarna priġunieri f’darna stess, ngħixu fil-magħluq biex nevitaw l-irwejjaħ insapportabbli li kienu joħorġu minn din il-miżbla, li matul is-snin kien hemm fiha madwar żewġ biljun kilogramma ta’ skart. Illum, b’investiment ta’ €4.5 miljun, issarrfet f’post adegwat għall-familji b’numru ta’ passaġġi pavimentati minn fejn il-pubbliku jista’ jgawdi l-veduta panoramika tal-madwar u fit-tħawwil ta’ ‘l fuq minn 40,000 siġra u arbuxell. Proġett ieħor ambizzjuż hu dak tal-Park tal-Familja f’Bengħajsa, Birżebbuġa, fejn lura fl-2020, il-Ministeru tiegħi flimkien ma’ dak tal-Ministru Ian Borg tajna ħajja ġdida lil dan il-post u ħawwilna aktar minn 2,200 siġra indiġena. Għal darb’oħra, dan il-Gvern għażel li l-art titgawda mill-famliji fin-Nofsinhar ta’ Malta bħala spazju miftuħ u sservi wkoll ta’ żona li tissepara l-operat tal-Port Ħieles miż-żoni residenzjali ta’ Birżebbuġa. Fiż-żmien li

ġej dan il-post ser ikompli jiġi afforestat minn Parks Malta b’żieda ta’ mhux inqas minn 1,000 siġra indiġena oħra. Irrid insemmi wkoll proġett ieħor li fil-vesti tiegħi ta’ Ministru għat-Turiżmu fis-sena 2020 lestejna l-istudji kollha biex ikun jista’ jinbeda l-proċess tax-shore-to-ship fil-Port Ħieles ta’ Birżebbuġa. Meta jkun lest dan il-proġett, se jħalli impatt pożittiv fuq l-ambjent peress li se jnaqqas b’90% t-tniġġis tal-arja li s-soltu jħallu l-bastimenti mill-emissjonijiet li joħorġu mill-magni tagħhom waqt li jkunu sorġuti fil-port. Permezz ta’ teknoloġija moderna, il-bastimenti se jkunu jistgħu jitfu l-magni tagħhom u jieħdu l-enerġija minn sistema apposta li ser tkun installata fuq il-post. Dan l-investiment qajjem interess fl-Unjoni Ewropea u pajjiżna rċieva kummenti favorevoli għax hu proġett innovattiv li jħares l-ambjent u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Dan hu biss il-bidu tal-ħidma ħolistika li rridu nwettqu bħala Gvern. Għandna pjan tax-xogħol li rridu nkomplu nwettqu. Fil-ġimgħat li ġejjin

ser inkunu qed niftħu żewġt idjar għall-persuni b’diżabilità fil-Qrendi u fiż-Żurrieq. F’Ħal Safi ftaħna dar għall-persuni li jbatu mid-dementia li mbagħad filgħaxija tinbidel f’xelter għall-anzjani. Jien konvinta li l-kandidatura tal-Prim Ministru ser tkompli ssaħħaħ l-impenn ta’ dan il-Gvern, li għalkemm wettaq ħafna xorta għad fadallu x’jagħmel. Fiż-żmien li ġej ser inkunu impenjati bissħiħ biex fuq l-aġenda tagħna jkollna proġetti oħra li jkomplu jsebbħu lin-naħa t’isfel ta’ Malta u noħolqu ambjent iktar nadif u sabiħ li jitgawda mir-residenti tal-madwar. Impenjati li l-isfidi soċjali ndawruhom f’opportunitajiet, sabiex ntejbu l-għajxien ta’ kull ċittadin billi nwennsu lil dawk l-iktar li għandhom bżonn. Issa li qegħdin noqorbu lejn in-normalità li konna mdorrijin fiha qabel il-pandemija, inħarsu ’l quddiem b’ottimiżmu, b’rasna mistrieħa li għandna Prim Ministru li wera kemm hu kaptan tajjeb fil-maltemp, aħseb u ara kemm jista’ jwettaq iktar fil-bnazzi. Il-Ħadd it-tajjeb.

aw bħala pajjiż jew aħjar bħala nazzjon. Il-politiku għandu obbligu morali li jħares il-fibra morali tas-soċjetà filwaqt li jipprietka u jaġixxi dejjem favur l-għaqda fil-pajjiż. Matul is-snin li għaddew saru passi kruċjali sabiex titkattar l-għaqda fil-pajjiż. Bi kburija ngħid li nagħmel parti minn moviment li sa mill-bidu tiegħu dejjem fittex l-għaqda fuq il-firdiet tal-passat, moviment li ma jħarisx lejn wiċċ aħmar jew wiċċ blu. Moviment li jemmen li ma nistgħux nitil-

fu talenti, sempliċement għax aħmar jew blu mingħajr ma nħarsu lejn fejn irridu naslu flimkien. Għal darb’oħra l-poplu se jkollu quddiemu għażla importanti ferm, Partit Laburista li dejjem ħadem sabiex iġib l-għaqda f’dan il-pajjiż u Partit Nazzjonalista li bil-politika populista u ta’ konvenjenza nissel element ta’ firda u negattività. Il-kritika hija importanti f’pajjiż demokratiku għaliex iżżomm lill-Gvern iffukat. Madankollu, matul

dawn is-snin rajna biss politika distruttiva u personali li kixfet il-mod ta’ kif il-Partit Nazzjonalista jħaddem il-politika tiegħu. L-għażla qatt ma kienet iżjed ċara. Meta fil-kwiet ta’ djarhom in-nies iħarsu lejn l-għawġ li għaddejna minnu bħala pajjiż, ċertament li diskors tqil u attakki jistonaw mal-pożittività li dejjem ħadem fuqha Gvern Laburista. Min verament irid iġib l-interessi tal-pajjiż l-ewwel ma jkunx negattiv u distruttiv. Min iħobb lil pajjiżu ma jmurx barra minn xtutna u jistħi jgħid li hu Malti. Għaldaqstant, huwa kruċjali li nibqgħu sejrin fid-direzzjoni u bir-ritmu li qbadna. Għad fadlilna sfidi quddiemna u riformi li għadhom iridu jsiru, u dan nirrikonoxxuh. Madankollu, huwa Gvern Laburista biss li qatt ma beża’ jbiddel wiċċ dan il-pajjiż. Persważa li l-poplu Malti u Għawdxi jagħraf dan u ħa jagħżel l-għaqda fuq il-firda.

GĦAQDA

ELAINE DEGIORGIO Chairperson Fondazzjoni iDEAT

Jekk inħarsu ftit lejn snin imgħoddija, il-poplu Malti rnexxielu jegħleb kull sfida li affaċċja. Pajjiż żgħir li jirnexxilu jikseb ħelsien mill-barrani u sovranità fejn il-poplu jmexxi u jiggverna hu stess lil pajjiżu. Irnexxielna npoġġu isimna fuq il-mappa tad-dinja, poplu żgħir iżda reżiljenti li baqa’ miexi dejjem ’il quddiem. Dan iżda ma setax isir mingħajr għaqda fost il-poplu, għaqda li wasslet lil dan

il-poplu biex jagħmel passi ta’ ġgant. Poplu li ħalla l-bajda u ħamra tidderieġi l-ħsibijiet tiegħu sabiex jimxi ’l quddiem. Mhux dejjem nistgħu ngħidu dan iżda fejn tidħol il-politika. Għal ħafna żmien il-politika wasslet biex ikun hemm firda bejn il-Maltin u l-Għawdxin. Xi drabi saħansitra kien hemm familji u ħbieb li lanqas biss iħarsu lejn wiċċ xulxin. Min hu aħmar u minn hu blu! Madankollu, poplu bħal dan ma jixraqlux li jkun mifrud. Poplu żgħir fejn kulħadd jaf lil kulħadd, fejn f’kull belt jew raħal prattikament se ssib min jiġi minnek, jafek jew jaf xi nies li jafu lilek. Kif tista’ jkollok familja b’membri li lanqas biss iħarsu lejn wiċċ xulxin? Kif tista’ tmur għal ġurnata xogħol u ma tkellimx lill-kollega li jkun hemm ħdejk sempliċement għax għandu twemmin politiku differenti? Realtajiet li jeżistu. Madankollu, dan mhuwiex il-mod li bih għandna noper-

Madankollu, dan mhuwiex il-mod li bih għandna noperaw bħala pajjiż jew aħjar bħala nazzjon. Il-politiku għandu obbligu morali li jħares il-fibra morali tas-soċjetà filwaqt li jipprietka u jaġixxi dejjem favur l-għaqda fil-pajjiż.


12

13.02.2022

MEXXEJ POŻITTIV MINKEJJA Ċ-ĊIRKOSTANZI JOSEPH MATTHEW ATTARD KANDIDAT GĦALL-1 U T-12-IL DISTRETT MIN HU JOSEPH MATTHEW ATTARD? Miżżewweġ lil Roberta u għandhom tlett itfal. Yolanda Grace, Charlie Joe u Gian Roberto

PASSATEMP – Meta jkolli ċans nara l-films l-aktar ta’ azzjoni u thrillers. Indoqq id-drums.

PROFESSJONI - Għalliem (Assistent Kap ta’ Skola) u Psikologu Forensiku

KTIEB FAVORIT – Il-kotba ta’ Sidney Sheldon

STAT – Miżżewweġ LOKALITÀ FEJN JGĦIX - Il-Mellieħa

MESSAĠĠ TA’ ISPIRAZZJONI – No matter what people tell you, words and ideas can change the world

IKEL FAVORIT – Ikel Malti

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Il-Partit Laburista ħadem dejjem favur iż-żgħir u għal min waqa’ lura fis-soċjetà. Però, imbagħad min jirnexxi jgħinu għax jemmen li malkbir jintrefa’ ż-żgħir. Dan ifisser li l-Partit Laburista huwa l-partit ta’ kulħadd. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? Jien naħseb li ċ-childcare b’xejn kien pass importanti sabiex in-nisa, kemm min irid kif ukoll min għandu bżonn, ikunu jistgħu jaħdem. L-inwork benefit kien ta imbuttatura sabiex min ma jaħdimx jitħajjar jaħdem. Iż-żidiet fil-pensjonijiet kienu ta’ għajnuna kbira għall-anzjani speċjalment dawk li l-uniku dħul tagħhom hija l-pensjoni. Imbagħad kien hemm ukoll politika sħiħa favur persuni

b’diżabilità. Minn żidiet f’benefiċċji għal opportunitajiet ta’ taħriġ u xogħol. Gvern Laburista ħa ħsieb li meta jmutu l-ġenituri, uliedhom b’diżabilità ma jħallsux bolla meta jirtu propjetà u wkoll li jkollhom kenn fejn joqogħdu fi djar normali fil-komunità u mhux f’istituzzjonijiet bħal djar għall-anzjani jew inkella ġo sptarijiet. Huwa fatt li Malta huwa l-pajjiż bl-anqas rata ta’ faqar fl-Unjoni Ewropea. Il-qgħad niżel drastikament minkejja l-problemi ekonomiċi li wieħed kien jistenna li jolqtuna b’mod speċjali minħabba l-pandemija. Fuq nota differenti ma tistax tħalli barra proġetti kbar infrastrutturali. Il-Partit Laburista fil-gvern beda bil-Kappara Junction, kompla bilproġett tal-Junction tal-Marsa u dan l-aħħar għadu kif intemm proġett massiċċ ieħor, dak tas-Central Link. Dan barra proġetti infrastrutturali oħra li biddlu lil pajjiżna. Issa rridu nħarsu ’l quddiem lejn proġetti li fil-passat konna biss noħolmu dwar-

hom; il-Metro u l-mina bejn Malta u Għawdex. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin? Il-Partit Laburista għandu mexxej li jmexxi u mhux li jitmexxa. Il-kapaċità li għandu dan il-partit biex jinbidel u jibdel mhux biss l-uċuħ protagonisti imma li jaġġorna wkoll il-politika u l-policies jagħmlu lil dan il-partit wieħed rebbieħ. Dan il-partit kien kapaċi jiffoka fuq il-minoranzi imma jiġbed warajh maġġoranzi bla preċedent. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur?

Emmen fin-negozji, fil-ħaddiema u ta l-għajnuniet meħtieġa sabiex diversi oqsma fl-industrija u x-xogħol ma jitkissrux taħt il-piżijiet finanzjarji tal-pandemija

Bla dubju dawn l-aħħar sentejn kienu sentejn verament diffiċli sabiex ikun min ikun Prim Ministru jmexxi pajjiż. Ministru ħa deċiżjonijiet tajbin u Il-pandemija ddominat ix-xena poli- f’waqthom jagħmluh statista. tika bħalma ddominat oqsma oħra Minkejja li kif diġà tennejt, kelfil-ħajja tagħna. Il-mod ta’ kif il-Prim lu bidu iebes minħabba l-pandemija, irnexxielu jkun pożittiv u qatt ma kien negattiv. Emmen fin-negozji, fil-ħaddiema u ta l-għajnuniet meħtieġa sabiex diversi oqsma fl-industrija u x-xogħol ma jitkissrux taħt il-piżijiet finanzjarji tal-pandemija. Għax filwaqt li l-ġustizzja mhux biss trid issir imma trid tidher li qed issir u li l-istituzzjonijiet verament iridu jitħallew jaħdmu, il-Partit Laburista fil-gvern mhux moħħu biex jitfa’ n-nies l-ħabs imma l-ewwel fuq l-aġenda tiegħu huwa l-ħolqien tax-xogħol u l-ġid. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Li tkun ċentru għall-paċi bejn il-ġnus fil-Mediterran imma mhux biss. Nemmen li Malta tista’ tkun hub ekonomiku bejn l-Ewropa u l-Afrika. Nemmen fil-ħiliet u fil-bżulija tal-poplu Malti u Għawdxi u li dawn iż-żewġ kwalitajiet tajbin jistgħu jwasslu mhux biss għas-suċċess tagħna bħala Maltin imma nistgħu nixprunaw popli oħra sabiex joħolmu għas-suċċess tagħhom ukoll għallġid mhux tal-poplu tagħna biss imma għall-firxa aktar wiesgħa ta’ ġnus.


13

13.02.2022

PARTIT PROGRESSIV U INKLUSSIV KENNETH SPITERI

KANDIDAT GĦAT-3 U T-12-IL DISTRETT MIN HU KENNETH SPITERI? Kenneth Spiteri huwa dentist li ilu jipprattika l-professjoni tiegħu għal dawn l-aħħar 30 sena fil-lokalitajiet tan-Naxxar u ż-Żejtun, l-istess żewġ lokalitajiet fejn ser jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. PROFESSJONI – Dentist

LOKALITÀ FEJN TGĦIX - In-Naxxar IKEL FAVORIT – Għaġin PASSATEMP – Ċikliżmu KTIEB FAVORIT – Kotba relatati malprofessjoni

STAT - Miżżewweġ b’żewġt itfal

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista?

Il-PL wiret sitwazzjoni finanzjarja ħażina mill-PN u bi tmexxija bilgħaqal u b’viżjoni fit-tul illum f’pajjiżna għandna ekonomija b’saħħitha li tispira futur inkoraġġanti għal uliedna u għal minn ġej warajna. Il-Gvern Laburista tejjeb it-toroq u l-infrastruttura ta’ Malta, biex illum għandna road network modern u toroq ta’ kwalità.

Nemmen li fil-Parlament hemm bżonn ta’ nies minn kull qasam biex leħen il-poplu jinstema’ fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna. Nemmen li jrid ikun hemm bilanċ ta’ nies minn kull professjoni, fosthom il-professjoni medika li dejjem tkun viċin ħafna tan-nies. Jiena bħala dentist inkun ħafna viċin in-nies u kapaċi nifhem il-kostitwen- Kif baqa’ jiġġedded il-Partit ti tad-distrett għax dejjem naħdem Laburista tul is-snin? magħhom f’kull ċirkostanza. Il-Partit Laburista baqa’ jiġġedded Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li billi sema’ lil kulħadd u dejjem baqa’ għamel Gvern Laburista fl-aħħar viċin il-poplu. Illum il-Partit Laburissnin? ta huwa partit inklussiv, progressiv u jagħti opportunitajiet lil kulħadd. Il-Gvern Laburista mexxa lill-pajjiż Dan jidher biċ-ċar u bil-fatti u mhux bil-għaqal fl-aktar żminijiet diffiċli li bil-kliem biss. Kien il-Partit Laburista sab ma’ wiċċu, u ħareġ bl-unuri. Qed li dejjem ta vuċi lin-nisa, liż-żgħażagħ nirreferi għall-pandemija tal-Covid. u lil-LGBTIQ.

X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar id-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Bla dubju ta’ xejn id-deċiżjonijiet ta’ Robert Abela kienu tajbin u f ’waqthom u dawn dehru biċ-ċar bil-mod ta’ kif indirizza l-pandemija. Jien kont impressjonat kif Malta kienet ta’ ispirazzjoni u direzzjoni għal pajjiżi oħrajn f ’dan il-qasam. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Il-ħolma tiegħi dejjem kienet li nara l-Maltin jaħdmu flimkien u mhux kontra xulxin. Jiena nemmen li kulħadd huwa validu u jekk naħdmu bħala tim magħqud nistgħu nagħmlu ħafna ġid li minnu jibbenefika kulħadd. Kulħadd iħobb il-progress, però l-progress iġib miegħu sfidi ġod-

da, fosthom il-fatt li llum il-ġurnata kważi kulħadd għandu l-vettura tiegħu. Biż-żieda ta’ karozzi fit-toroq il-problema tat-traffiku qiegħda dejjem tiżdied. Il-PL ħadem ħafna biex jindirizza din il-problema u ħadem bis-sħiħ biex iwessa’ u jtejjeb it-toroq tagħna. Jien nixtieq nara aktar car parks fil-bliet kollha ta’ Malta u Għawdex. Għandna bżonn nallokaw dawn l-ispazji qabel ma jinbnew u idealment dawn ikollom aċċess għaċ-ċentru ta’ kull villaġġ. Jiena kburi ħafna li jien Malti u li għandna storja rikka u unika. Nemmen li għandna l-obbligu li nieħdu ħsieb il-bini kollu storiku ta’ pajjiżna għax dan huwa r-ruħ tagħna u l-wirt tal-antenati tagħna. Nixtieq nara aktar restawr tal-binjiet storiċi f ’pajjiżna, u dawn għandhom jinfetaħ għall-użu tal-pubbliku, jew jinbidlu f ’attrazzjonijiet turistiċi.

Jiena kburi ħafna li jien Malti u li għandna storja rikka u unika. Nemmen li għandna l-obbligu li nieħdu ħsieb il-bini kollu storiku ta’ pajjiżna għax dan huwa r-ruħ tagħna u l-wirt tal-antenati tagħna


14

13.02.2022

IMPJANT GĦAD-DISTRIBUZZJONI B’investiment ta’ €70 miljun, Enemed fetħet ċentru nazzjonali ġdid state-of-the-art għall-ħażna u d-distribuzzjoni tal-fjuwil f’Ħas-Saptan. Dan huwa l-ikbar investiment fis-settur, fejn l-aħħar investiment simili sar aktar minn 70 sena ilu, mill-qawwiet tan-NATO. Il-ftuħ ta’ dan l-impjant kien possibbli grazzi għal dan l-investiment li mexxa l-ħażna u d-distribuzzjoni tal-fjuwil minn Birżebbuġa għal Ħas-Saptan, il-bogħod minn djar residenzjali. Dan ifisser li l-operazzjoni twaqqfet għal kollox minn Birżebbuġa, u biż-żmien u wara l-ħidma teknika neċessarja, anke t-tankijiet se jkunu qed jitneħħew. Mill-mument li din l-operazzjoni ċċaqalqet fil-faċilità l-ġdida, ir-residenti ta’ Birżebbuġa setgħu jaraw id-differenza fejn ma baqgħux deħlin u ħerġin trakkijiet biex jgħabbu l-fjuwil li mbagħad kien jitqassam fil-pompi tal-petrol u d-diesel madwar il-pajjiż. Fil-fatt, qabel kien ikun hemm mal-44 vjaġġ ta’ trakk kuljum. Illum, permezz tal-faċilità l-ġdida, mhux biss l-operat sar aktar effiċjenti, iżda l-awtomazzjoni qed tgħin biex tiżdied is-sigurtà u jonqsu l-emissjonijiet. Iċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Distribuzzjoni ta’ Ħas-Sap-

tan kien inawgurat uffiċja Robert Abela u l-Ministru għ l-Iżvilupp Sostenibbli Miria men Eżekuttiv tal-Enemed ma. F’kumment lil din il-gaz jegat kif dan il-proġett ta Birżebbuġa. “Żammejna lBirżebbuġa li għal snin s inkonvjenti kbar,” qalet il-M Birżebbuġa tneħħa sit indu ba tar-raħal. Minbarra hekk biex iħottu l-fjuwil mill-Bajj Il-kumpanija Enemed il tar effiċjenti fejn il-milì ta ta’ dak li kien jieħu qabel u tar min 16,000 kilometru t Maltin. Ma’ dan, bl-impjan kbar ta’ kontaminazzjoni li Mitlub jikkummenta f Eżekuttiv tal-Enemed qal l proġett b’viżjoni ċara u mp


13.02.2022

15

I TAL-FJUWIL STATE-OF-THE-ART

alment mill-Prim Ministru zzjoni siekta fl-industrija tal-fjuwils u jgħollu l-istanħall-Enerġija, l-Intrapriża u dards għall-ogħla livell kif jixraqlu pajjiż modern. am Dalli, flimkien maċ-ĊerIt-tankijiet ta’ taħt l-art f’Ħas-Saptan għandhom d Kevin Chircop u l-ħaddie- kobor ta’ 20 metru dijametru u tul ta’ 220 metru. Dawn ġew mgħammrin b’sistemi kompjuterizzati fejn malzzetta, il-Ministru Dalli sp- iċken riskju ta’ tixrid ta’ fjuwil jagħmlu shutdown toa nifs ġdid lir-residenti ta’ tali tal-operat. Permezz tas-sensers, it-tankijiet ma -wegħda mar-residenti ta’ jistgħu jfuru qatt, waqt li jkunu qed jiġu mimlijin. sħaħ kienu qed jiffaċċjaw L-impjant ġie wkoll mgħammar b’sistema fejn il-vaMinistru Dalli. B’hekk, minn pors tal-fjuwils jerġgħu jinġabru fit-tankijiet, biex ustrijali ta’ periklu mill-qal- b’hekk l-arja tibqa’ nadifa. k, ma baqgħux jidħlu vapuri Għal saħħa u sigurtà, il-proġett ta’ Ħas-Saptan għanja s-Sabiħa. du l-ogħla standards ta’ din l-industrija biex b’hekk llum għandha operat ak- jassigura l-ogħla livelli. Inbena impjant ġdid tan-nial-bawżers jieħu kważi terz troġenu biex jaqta’ l-arja kompletament fit-tankijiet u se tkun qed tiffranka ak- għal ħażna tal-petrol u ġew installati sistemi ta’ tifi ta’ vjaġġi minn fuq it-toroq tan-nar apposta taħt l-art. nti antiki kien hemm riskji Il-proġett kollu mgħammar b’sistemi kompjuterizissa ġew eliminati. zati ta’ alarms li jitfu l-impjant b’mod immedjat f’kull fuq il-proġett, iċ-Ċermen każ ta’ inċident. B’hekk jidher ċar, li l-Enemed ħadet li huma daħlu għal dan il- ħsieb tibni mpjant li jieħu ħsieb l-aspetti kollha anke penn biex jixprunaw rivolu- dawk ambjentali għall-ġid tal-pajjiż.


16

13.02.2022

IL-PN U T-TARIFFI TAD-DAWL U L-ILMA

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Fuq programm li xxandar aktar kmieni din il-ġimgħa fuq l-istazzjon Nazzjonali, immexxi minn Saviour Balzan, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li fl-eventwalità li jkun Prim Ministru, waħda mill-prijoritajiet tiegħu tkun li jagħti rifużjoni fuq il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma lill-familji Maltin u Għawdxin. Dan huwa l-istess partit li meta kien l-aħħar fil-gvern, għamel frakass totali mill-prezzijiet tad-dawl u ilma.. u se nfakkar biex ma ninsewx u wieħed jasal għall-konklużjonijiet tiegħu dwar kemm jista’ jieħu bis-serjetà lil Bernard Grech. Fl-2008, Gvern Nazzjonalista, kien ippjana li jgħolli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, xi ħaġa li ġabet għadab kbir minn xejn inqas minn 20 għaqda tal-ħaddiema, inkluża s-CMTU. Dan għaliex il-Gvern dak iż-żmien għamel dan mingħajr ebda konsultazzjoni. Dan għaliex meta int iżżid it-tariffi tad-dawl u l-ilma, awtomatikament tkun qed iġġib l-industrija inqas kompetittiva, jintilfu l-impjiegi u jonqos l-investiment. Fil-fatt, f ’Novembru tal-2008, aktar minn 20 għaqda tal-ħaddiema ipprotestaw fit-toroq u quddiem il-Parlament sabiex iġibu lill-Gvern Nazzjonalista f ’sensih u jreġġa’ lura l-pjanijiet tiegħu. Il-Gvern kien tenna li jrid jgħolli t-tariffi sabiex ma jibqax jissussidja l-prezzijiet b’mod li jkollu jibqa’ jkompli jagħti sussidji lill-Enemalta, liema sussidji kienu jlaħħqu €150 miljun fis-sena. Dan kien ġie kkonfermat mill-Ministru għall-Enerġija ta’ dak iż-żmien, Austin Gatt li kien rappurtat jgħid li minkejja li kienet iddaħħlet is-surcharge, xorta waħda l-Enemalta kienet qed tirċievi €150 miljun fis-sena bħala tax rebate. Tant kemm din id-deċiżjoni talGvern kienet se tolqot ħażin lill-familji Maltin u Għawdxin, li l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku (MCESD), kien ippubblika stqarrija jċanfar lill-Gvern li dan tal-aħħar lanqas biss ta widen għat-tħassib tiegħu. Infakkar li l-MCESD huwa l-fora li jiġbor fih l-imsieħba soċjali kollha. Kundanna akbar minn din ma jistax ikol-

lok. Dan kollu wassal għal protesta kbira li semmejt aktar qabel, fil-Belt Valletta, fejn għaliha attendew eluf ta’ ħaddiema u l-familji tagħhom. Barra dawn, kien intwera tħassib kbir ukoll mill-Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem kif ukoll mill-Assoċjazzjoni tal-lukandi u tal-istabbilimenti tal-ikel, fejn talbu lill-Gvern jerġa’ jirrevedi dawn it-tariffi u jwennes lin-negozji u lill-familji. Dawn saħansitra talbu lill-Gvern li l-prijorità m’għandhiex tkun li jibbilanċja l-kotba fil-baġit nazzjonali iżda li joffri għajnuna lill-industrija, lill-ħaddiema u lil kull min b’xi mod kien se jintlaqat ħażin minn din iż-żieda fit-tariffi. Infakkar kif anki l-GRTU, dak iżżmien kienet tat direttivi lill-membri tagħha li jekk il-Gvern se jwebbes rasu bil-capping tal-prezzijiet, dawn m’għandhomx iħallsu ż-żidiet li jiżviluppaw mill-aġġustamenti li ried idaħħal il-Gvern. Dan għaliex negozji żgħar, bil-proposta tal-Gvern, kienu jridu kważi kważi jissussidjaw lil industriji kbar. Din kienet il-ġustizzja soċjali li kien iħaddan l-aħħar Gvern Nazzjonalista fil-poter. U llum jiġi Bernard Grech jippretendi li nemmnuh meta jgħid li se jagħti rifużjoni lill-ħaddiema u lill-familji tagħhom! Tant l-oppożizzjoni kontra l-Gvern kienet b’saħħitha, li l-Gvern ta’ Gonzi ma kellux alternattiva oħra ħlief li jipposponi d-dħul tat-tariffi l-ġodda għal wara Jannar tal-2009. Hawn il-Gvern kellu jirrevedi l-proposta oriġinali tiegħu minkejja li l-aġġustament xorta waħda fisser żidiet kbar għall-familji Maltin. Ċirkostanza oħra li twassal biex l-elettorat jiddubita u ma jemminx lil Bernard Grech hija dik tar-rifużjoni tal-VAT imħallsa żejda mill-familji Maltin fuq l-importazzjoni talkarozzi. Dak iż-żmien Gvern Nazzjonalista ma ddejjaq xejn jisraq lin-nies u meta l-Partit Laburista wiegħed li se jkun qed jagħti lura l-flus imħallsa żejda, tal-PN qalu li dan ma jistax isir. Illum kulħadd jaf min kellu raġun anki fuq dan. Qed insemmiha għaliex din kienet prova oħra li flaħħar leġiżlaturi b’Partit Nazzjonalista fil-Gvern, meta dan ġie biex jagħżel bejn li jwennes lill-familji jew jagħtihom dahru, dejjem għażel li jirrombla minn fuqhom. U allura Bernard Grech bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, l-istess partit li qal li Gvern Laburista mhux se jraħħas il-kontijiet jekk ikun filgvern, ma jistax jittieħed bis-serjetà anki għaliex kien l-istess Partit li għolla l-kontijiet sabiex setgħu jitħallsu l-kickbacks fix-xiri taż-żejt. Dwar dan nitkellmu darb’oħra biex ukoll ma ninsewx verament x’kien jiġri taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti u għalfejn għandna nagħtu l-fiduċja tagħna lil Robert Abela.

Sur Editur, Ħadd wara Ħadd tasal ta’ kulħadd, jgħid il-Malti, Sur Editur. U ngħidu wkoll li min jidħak l-aħħar jidħak l-aħjar. Kif se nagħmlu aħna l-Laburisti meta nerġgħu nagħtuhom tkaxkira fl-elezzjoni li jmiss. U iġri tiġi, ħa nkomplu għaddejjin. Avolja skont in-Nazzjonalisti, kemm ilu l-Gvern tagħna jmexxi l-pajjiż, qegħdin f’kampanja elettorali l-ħin kollu. Għax skont l-għaref moħħhom, il-pakkett ta’ €70 miljun investiment finnies, huwa gimmick tal-elezzjoni. Issa dan il-Gvern m’għaddietx ġimgħa li hija ġimgħa li ma ħabbarx xi ħaġa li biha morna tajjeb bħala poplu. Ilna disa’ snin għaddejjin hekk. Allura mela skont huma, disa’ snin kampanja elettorali konna. U Viva l-Labour! U jaħasra, kellu jidħol il-Pellegrin dak li kien tal-Hatin’Labour. Biex ifassal strateġija ħalli jikkumbatti dan il-ġid li qed jieħu l-poplu. U taf kemm hu bravu, hux? Daqs Pitravu. Araw x’inhi l-istrateġija li ħareġ biha. Il-Kandidat tal-PeNe, Mark Anthony Sammut li huwa xi Presi­ dent ta’ xi ħaġa tagħhom ukoll qal li t-tax refund u ċ-ċekk addizzjonali huma miżuri redikoli. Dik li fiż-żmien kienet xi Miss xi ħaġa, u llum Sindku ta’ Tas-Sliema, Graziella Attard Previ qalet Ii l-Gvern Laburista qiegħed jidħak bina lkoll. Ajma xi ħlew. Il-kandidat Ivan Castillo talabna naraw x’ġara fil-Greċja. Issa dan wise, dan Castillo. Għax semma l-Greċja. Issa jew biex jinħabb ma’ Bernard ‘Il-Grieg’ Grech, jew ma nafx. L-aħjar Claudette ‘Id-Desire’ Buttigieg, għax bdiet tkanta. “Ej­ jew Nazzjonalisti, ejjew bl-eluf minn tagħkom, ejjew għax Alla magħna, ejjew ħa nirbħu żġur. Viva l-Partit Nazzjonalista.” Ajma xi ħlew. Imbagħad kellna l-imsieħba soċjali pożittivi u kienu sodisfatti bil-pakkett tal-Gvern ta’ €70 miljun f’investiment fin-nies li ħabbar il-Prim tagħna. U mela! Is-sabiħ l-ieħor, qanna, it-tifel ta’ Eddie! Eddie! Eddie! Il-Beppe. Dak li ma jistħix minn Adam. Qalilna li l-Gvern falla fil-kwalità tal-ħajja tal-poplu. X’kull waħda wkoll. Ma nafx kif ma jismax lilu nnifsu jistona fi kliemu, dan, Sur Editur. Gvern falla fil-kwalità tal-ħajja, b’pakkett bħal dak, jew! U ma ninsewx is-€700 miljun f’wage supplements investiti fin-negoz­ ji u l-ħaddiema, madwar €100 miljun f’vouchers u biżibilju ta’ inizjattivi oħra li tħabbru fil-Baġit li għadda. Mela dan mhux titjib fil-kwalità tal-ħajja, Sur Kappillan? U meta dawk tal-Unjoni qalul­ na li minn stħarriġ li sar, is-sena l-oħra kienet waħda pożittiva għas-settur tal-ħwienet f’pajjiżna. U li l-ħwienet kellhom żieda fil-bejgħ fuq is-sena ta’ qabel, mela dik mhux għax hawn kwalità ta’ ħajja aħjar jew? Le, ħaqq l-ożbreċ, ħames bozoz u washing machine taħdem billejl kienet kwalità ta’ ħajja tajba. Kif riduna huma. Taf x’naf jien. Li b’dan il-Gvern moħħna mistrieħ għax nafu fejn qegħdin. Bin-Nazzjonalisti ħadd ma jkun ċert x’se jiġri. Dan l-aħħar, meta kellu l-berdej Eddie tagħhom, dħakt waħda tajba, Sur Editur. Issa kulħadd għandu t-tajjeb tiegħu ta, f’ġieħ kemm hemm. Imma li tgħid li b’dak li għamel Eddie ‘Fejn huma l-Laburisti’ Fenech Adami għadna ngawdu l-frott tiegħu sal-lum, hija naqra tad-daqqiet ta’ ħarta e! L-ewwel nett, dik ta’ Fejn huma l-Laburisti tibqa’ mniżżla bħala l-akbar att ta’ provokazzjoni politika li qatt kien hawn. Bħal meta ta l-maħfra presidenzjali lil Żeppi l-Ħafi, wara laqgħa sigrieta taħt il-pont ta’ San Ġiljan. U fi żmienu kellna lil dawk tal-Ġakketta l-Blu. U fi żmienu ntefa’ l-gass fuqna l-Laburisti, fil-Birgu. U meta kienu allajbierek waqgħu l-balavostri minn fuq il-bjut waħedhom fuqna l-Laburisti, f’Ħaż-Żebbuġ. U meta ħarrab lil Kwejrożż, traffikant tad-droga minn Malta lura għal pajjiżu. U bħala rigal għamel lilu nnifsu President ta’ Malta. Vera kienet għażla tajba dik. Tant li kien bidel ismu għal Edward. Għax dawn anġli mexjin fuq l-art, Sur Editur. U kollha nafu minn xiex qed ingawdu, grazzi għal Eddie. Għad-dieħla!


17

13.02.2022

INSIRU NAFU L-FATTI! L-GĦARFIEN JAGĦTIK IS-SAĦĦA. KULMA GĦANDEK TKUN TAF DWAR IL-GONORRHEA

X’inhi l-Gonorrhea? Il-Gonorrhea hija infezzjoni trażmessa sesswalment li tinfetta l-ġenitali, ir-rectum u l-gerżuma. Hija l-aktar komuni fost persuni bejn il-15 u l-24 sena. Kemm ninsab f’riskju għall-Gonorrhea? Jekk persuna ta’ kwalunkwe sess jew orjentazzjoni sesswali tieħu sehem f’atti sesswali ma’ persuni differenti, din tkun f’riskju li tinfetta ruħha bil-Gonorrhea. L-aktar mod komuni ta’ kif persuna tista’ tinfetta ruħha b’din l-STI hija permezz ta’ sess vaġinali, orali u anali li ma jkunx protett. Il-Gonorrhea tista’ wkoll tiġi trażmessa għat-tarbija waqt it-twelid jekk l-omm tkun infettata. Peress li dan jista’ jwassal għal konsegwenzi serji, inħeġġu lin-nisa jagħmlu test ladarba jkunu jafu li huma tqal. Kemm hu faċli li l-Gonorrhea tittieħed? Wieħed ma jitteħidx mit-tgħanniq, mill-użu tal-istess toilet, jew billi jgħum fl-istess pixxina ma’ persuna infettata. Din l-STI tista’ tinxtered biss permezz ta’ kopulazzjoni mingħajr protezzjoni. X’jiġri jekk il-Gonorrhea ma nittrattahiex? Każijiet ta’ Gonorrhea li jibqgħu ma jiġux trattati jistgħu jikkawżaw ħsara interna permanenti lil kull min jinfetta ruħu. Il-Gonorrhea tikkawża infjam-

Il-Gonorrhea se tibqa’ fuqi għal dejjem?

mazzjoni pelvika (PID - pelvic inflammatory disease) fin-nisa, li kapaċi tagħmel ħsara lit-tessuti tal-ġisem, twassal għal tqala barra mill-ġuf, infertilità, u wġigħ permanenti. Fl-irġiel, in-nuqqas ta’ trattament jista’ jwassal għall-isterilità u kundizzjoni li tikkawża ħafna wġigħ fit-tubi magħqudin mat-testikoli. Jekk il-Gonorrhea tibqa’ ma tiġix trattata tista’ wkoll iżżid iċ-ċans li wieħed jinfetta ruħu bl-HIV u l-AIDS.

Diversi każijiet ta’ Gonorrhea jistgħu jiġu ttrattati permezz tal-antibijotiċi, imma skont il-WHO, il-każijiet ta’ Gonorrhea li huma reżistenti għall-antibijotiċi dejjem qegħdin jiżdiedu u jistgħu jibqgħu jirreżistu t-trattament. F’każ ta’ riżultat pożittiv, aħna se nkunu hemm għalik, insegwuk f’kull pass, biex noffrulek l-aħjar trattament u pariri.

Kif inkun naf li għandi l-Gonorrhea? Jekk fl-istil ta’ ħajja tiegħek inti attiv/a sesswalment, l-aħjar mod kif tkun taf għandekx xi tip ta’ STI, inkluż il-Gonorrhea, huwa billi tagħmel test, imma jekk trid aktar x’jikkonvinċik tagħmel dan il-pass, hawn għandek lista ta’ sintomi li wieħed jista’ joqgħod attent għalihom: Persuni b’karatteristiċi femminili jistgħu jesperjenzaw: • Tnixxija vaġinali • Sensazzjoni ta’ ħruq waqt l-awrinazzjoni • Mestrwazzjoni b’demm eċċessiv, u tnixxija ta’ demm bejn perjodu mestrwali u ieħor • Infezzjoni tar-rectum, l-għajnejn jew il-gerżuma • Konġuntivite (infezzjoni fl-għajnejn) Persuni b’karatteristiċi maskili jistgħu jesperjenzaw: • Tnixxija bajda, safra jew ħadra mill-pene • Sensazzjoni ta’ ħruq waqt l-awrinazzjoni • Infjammazzjoni tal-prepuzju • Testikoli minfuħin • Infezzjoni tar-rectum, l-għa-

Għadni kif spiċċajt it-trattament. Dan ifisser li issa għandi immunità għall-Gonorrhea? Le. Huwa possibbli li wieħed jerġa’ jinfetta ruħu jekk isseħħ kopulazzjoni mingħajr protezzjoni ma’ persuna infettata. L-aħjar prevenzjoni għall-Gonorrhea u kwalunkwe STI oħra hija l-użu tal-condom, u jekk tkun fid-dubju, ikun aħjar li tagħmel test. jnejn jew il-gerżuma X’jiġri meta nagħmel it-test? • Konġuntivite (infezzjoni fl-għajnejn) L-ittestjar għall-Gonorrhea mhuwiex se jeħodlok ħafna Naħseb li għandi xi sintomi … ħin. Dan huwa l-proċess: issa x’se nagħmel? Ladarba tasal fil-klinika, professjonist mit-tim mediAħna qegħdin hawn biex ngħi- ku tagħna jagħmillek swab nuk! Jekk trid tibbukkja test fil-partijiet li juru s-sintomi, b’xejn tista’ ċċempel il-GU inkella jissuġġerixxi li jsir test clinic fuq 25457491, ibagħtilna tal-awrina. Il-kampjuni tiegħek email fuq sexualhealth.mal- imbagħad jintbagħtu fil-labta@gov.mt jew segwina fuq oratorju għall-analiżi, u inti Facebook/Instagram. Ninsa- tintalab tikkuntattjana fi ftit bu biss email jew telefonata ’l jiem biex niddiskutu r-riżultati bogħod. miegħek.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

Aħna qegħdin hawn biex ngħinuk! Ċempel il-GU clinic fuq 25457491, ibagħtilna email fuq sexualhealth. malta@gov.mt, jew segwina fuq Facebook/ Instagram biex tkun tista’ tibbukkja t-test tiegħek. Tista’ wkoll tikkuntattjana fuq Facebook Messenger b’kunfidenzjalità garantita. Ftakar li ninsabu biss email jew telefonata ’l bogħod.


18

13.02.2022

IL-PALAZZ TAL-INKWIŻITUR IT-TRIBUNAL

IT-TARAĠ ELEGANTI TA’ ĠEWWA

Il-Palazz inbena fl-1530 ftit wara l-wasla tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta. L-iskop oriġinali tiegħu kien li jospita l-qrati tal-liġi ċivili. Dak iż-żmien kienet tissejjaħ Castellania. Castellan - il-kap tat-tribunal. M’hemm l-ebda prova ċara min kien il-perit oriġinali tal-ewwel verżjoni tal-bini. Xi sorsi jsemmu perit Grieg Nicolo Flavari li wasal mal-Kavallieri minn Rodi fl1530. Oħrajn jgħidu li jista’ jkun Fra Diego Perez de Malfreire, li dakinhar kien l-inġinier tal-Ordni. Fil-bitħa tista’ tara l-elementi Gotiċi eqdem tal-ewwel bini, li nkorporaw ruħhom fil-kostruzzjoni ta’ wara. Fis-seklu 18 il-faċċata ġiet iddisinjata mill-ġdid minn Romano Fortunato Carapecchia. Huwa introduċa wkoll elementi ġodda fl-intern tal-Palazz - żied taraġ mill-isbaħ fl-istil Barokk Ruman, li jgħaqqad il-pjan terran u l-livell ta’ fuq ta’ Piano Nobile għall-ħabta tal-1733. Fl-1561 l-Inkwiżizzjoni Rumana ġiet stabbilita f’Malta mill-Papa Piju IV. Fl-1574 il-Palazz sar ir-residenza tal-ewwel Inkwiżitur Pietro Dusina, li ntbagħat mill-Papa biex jissetilja l-argumenti bejn l-Isqof u l-Gran Mastru ta’ Malta. Minn dan iż-żmien il-poplu ta’ Malta tmexxi minn tliet poteri: Isqof fl-Imdina, ilGran Mastru fil-Belt Valletta u l-Inkwiżitur fil-Birgu. Pietro Dusina ddikjara l-Knisja ta’ San Lawrenz bħala l-Parroċċa tal-Inkwiżituri. Kien il-bidu tat-tribunal tal-Inkwiżizzjoni Rumana f’Malta. Dam għal iktar minn 200 sena u tneħħa fl-1798 minn Napuljun Bonaparte. Hemm diversi sterjotipi ta’ Inkwiżizzjoni, ġeneralment assoċjati ma’ ħruq tal-infidili, torturi, terrur, ripressjoni, l-ebda libertà tal-kelma jew tal-ħsieb, priġunerija u eżekuzzjoni. Ħafna minn dawn l-isterjotipi nħolqu minn Inkwiżizzjoni Spanjola aktar krudili, filwaqt li l-Inkwiżizzjoni Rumana ppreżentata f’Malta kienet inqas brutali. Tajjeb li dan ikun iċċarat għal dejjem; l-Inkwiżizzjoni Maltija ma kinitx ħarxa bħal dik ta’ Spanja. L-Inkwiżizzjoni kienet istituzzjoni reliġjuża approvata fil-pajjiżi Kattoliċi tal-Ewropa. Bdiet bl-iskop li tissalvagwardja l-fidi Kattolika u t-tagħlim tal-Knisja Kattolika. Fil-fatt, kien hemm tliet forom ta’ Inkwiżizzjoni - Ink-

wiżizzjoni Medjevali, Spanjola u Rumana. Dik Rumana, li kienet dik f’Malta kienet magħrufa wkoll bħala Uffiċċju Sagru. Kien l-ilqugħ uffiċjali (protesta) mill-Knisja Kattolika kontra r-Riforma Protestanta tal-1517. L-inkwiżizzjoni kienet issolvi prinċipalment il-kwistjonijiet li kellhom kwistjoni reliġjuża jew morali. L-Inkwiżizzjoni kienet qed tiġġieled kontra l-ereżija, iddagħa, is-suppervja, kotba pprojbiti, maġija, simonija (bejgħ ta’ affarijiet sagri), bigamija, spiritiżmu u twemmin maġiku. Il-maġġoranza assoluta tas-sentenzjati kienu ta’ natura spiritwali, inkluż ksur tas-sawm u talb. Bħala l-piena dawk ħatja setgħu jesperjenzaw swat pubbliċi, qdif fuq il-kċejjen, eżilju jew priġunerija. It-torturi jistgħu jintużaw wara l-eżami mit-tabib, li kkonferma li l-ġisem tal-akkużat huwa b’saħħtu biżżejjed biex jimmaniġġja bih. U ġeneralment it-torturi ma damux aktar minn 30 minuta u rari kienu jintużaw. Madankollu, kleriku Franċiż wieħed instab li kien eretiku u nħaraq ħaj fuq il-pjazza ewlenija tal-Birgu wara l-proċess tal-Inkwiżizzjoni. Fil-bidu tal-Inkwiżizzjoni ma kienx hemm ċelel xierqa fil-Palazz biex il-priġunieri jinżammu msakkra sewwa. Għall-ewwel, ftit kmamar regolari kienu ntużaw bħala ċelel. Xi stejjer jistgħu jitfgħu dawl fuq is-sitwazzjoni fil-ħabs dak iż-żmien. Wieħed mill-priġunieri kien irnexxielu jħaffer toqba fil-ħajt talħabs. Imma hu m’użahiex biex jaħrab għax kien jibża’ mill-Inkwiżitur, iżda uża din it-toqba biex iħalli lill-mara tiegħu ġewwa matul il-lejl. Madankollu, hemm rekords tal-priġunieri li ħarbu mill-ħabs speċjalment matul l-ewwel deċennji tal-Inkwiżizzjoni f’Malta. Iżda bilmod il-mod iċ-ċelel il-ġodda nbnew biex jipprovdu aktar post għall-priġunieri u biex jagħtu ċans lill-Inkwiżitur biex ikun jista’ jakkuża aktar nies, xi kultant innoċenti wkoll. In-numru akbar ta’ ċelel ta ċans għal separazzjoni xierqa tal-priġunieri skont l-età, is-sess u l-gradi soċjali. Biss fin-nofs tas-seklu 17, l-aħħar tibdiliet ħallew lok biex joħolqu grupp iżolat ta’ ċelel - l-hekk imsejjaħ kumpless tal-ħabs. Dan kollu sar possibbli meta dar li tmiss mal-Palazz

kienet mixtrija u mibnija millġdid b’ċelel protetti ġodda biex takkomoda l-priġunieri. Dan ġara waqt il-ħakma ta’ wieħed mill-aktar Inkwiżituri krudili - Gori Pannellini (16391646). Meta ċ-ċelel tlestew, ried jużahom immedjatament u ħafna nies innoċenti ġew akkużati apposta biex jimlew iċ-ċelel il-ġodda. Numru akbar ta’ ċelel kellhom bżonn aktar manutenzjoni, minħabba l-umdità għolja, kif ukoll partijiet tal-ħadid u l-injam kellhom jinbidlu aktar spiss għax kienu jissaddu malajr. L-akkomodazzjoni tan-numru akbar ta’ priġunieri kienet teħtieġ ukoll spejjeż ogħla u l-baġit tal-Inkwiżitur kien baxx ħafna. Kultant il-priġunieri li kellhom il-flus, riedu jħallsu l-akkomodazzjoni tagħhom fil-ħabs huma stess. Temmnuha? Il-Palazz ma nbeniex tajjeb u sew mill-ewwel; il-bini mill-ġdid kien ilu għaddej gradwalment u anke b’mod kaotiku. Ma kien hemm l-ebda pjan xieraq għar-rinnovazzjoni tal-Qorti u kull inkwiżitur kien qed iżid xi partijiet ġodda tal-bini biex jissodisfa bżonnijiet speċjali ġodda u biex jaqdi l-ħtiġijiet tagħhom stess bħal kmamar ġodda, kantina jew aktar ċelel għall-priġunieri. Dan għaliex xi partijiet tal-Palazz kif tinnota, qishom labirint. Fl-intrata tal-pjan terran kienu saru xi affreski bis-simboli Teoloġiċi bħall-Fidi, it-Tama, il-Karità u l-Fortizza, iżda, kienu biss xi partijiet minnhom li baqgħu jidhru u salvati sal-lum anke minħabba l-fatt, li l-Ingliżi kienu żebgħuhom bl-abjad. Fil-bitħa ż-żgħira tista’ tara ċisterna li ntużat biex tiġbor l-ilma tax-xita. Jingħad li din intużat għat-tortura tal-priġunieri ħatja. Tista’ tara wkoll ftuħ wiesa’ li jixbah il-bir li kien jissejjaħ il-bir tas-skieken. Il-leġġenda tgħid li l-vittmi ntefgħu hemm mill-kamra ta’ fuq u tħallew imutu. Madankollu, m’hemm l-ebda evidenza dwar dan. Peress li kien ipprojbit li wieħed jitkellem dwar l-affarijiet li seħħew fil-Palazz, huwa mifhum li nħolqu bosta għajdut u misteri maż-żmien fejn uħud mill-istejjer kienu aktar drammatiċi mir-realtà. Il-Palazz tal-Inkwiżitur huwa artifatt storiku uniku, għax huwa wieħed mill-palazzi tal-Inkwiżitur li baqa’ eżistenti fl-Ewropa; mhux biss il-bini iżda wkoll l-arkivji minn żmien l-Inkwiżizzjoni Rumana f’Malta.


19

13.02.2022

Fost l-artifatti tista’ tara l-karru mobbli użat mill-Inkwiżitur imsejjaħ ‘Suġġetta’. Is-Suġġetta kienet tinġarr minn żewġt jew erbat irġiel, skont il-piż tal-Inkwiżitur u kellha wkoll il-purtieri fit-twieqi tagħha. Jistgħu jkunu ta’ għajnuna meta l-karru kien użat biex iġib viżitatur fil-Palazz tal-Inkwiżitur u jżomm l-identità tiegħu (jew tagħha) sigrieta. Mill-1574 sal-1798 meta l-Inkwiżizzjoni tneħħiet millFranċiżi - kien hemm b’kollox 62 Inkwiżitur residenti fil-Palazz tal-Birgu matul il-perjodu tal-Inkwiżizzjoni li dam aktar minn 200 sena. Ħafna minnhom kienu Taljani ta’ familji nobbli (ħlief wieħed Spanjol). 28 minnhom saru kardinali f’Ruma u 2 minnhom saru saħansitra Papiet. Il-Kanċellerija hija l-akbar sala fil-Palazz. Hawnhekk tista’ tara l-arma tat-62 Inkwiżi-

tur. Fuq kull arma tista’ tara kappell. Iswed ifisser saċerdot, aħdar ifisser li l-Inkwiżitur kien isqof, jekk aħmar kardinal u tnejn minnhom għandhom tjara tal-Papa. Żewġ Papiet: Fabio Chigi li sar Alessandru VII (żewġ għoljiet bi kwiekeb) u Antonio Pignatelli li sar Innoċenti XII (tliet tazzi). Maġenb din is-sala hemm Kappella żgħira ta’ Ruffo. Hawnhekk tista’ tara eżempju rari tal-artal li jista’ jinġarr. Dan it-tip ta’ altar intuża f’Kappelli privati f’diversi Palazzi u d-djar ta’ familji nobbli bħal f’Casa Rocca Piccola fil-Belt Valletta li tappartjeni għall-familja De Piro. Il-kwadru titulari juri lil Pietru ta’ Verona li kien il-Patrun tal-Inkwiżizzjoni. Waħda mill-aktar partijiet importanti tal-Palazz hija l-awla tal-Qorti magħrufa bħala t-tribunal. Hawnhekk kienu saru l-proċessi tal-Ink-

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA wiżizzjoni kollha. Il-pubbliku qatt ma tħalla f’din il-kamra żgħira. Din il-kamra ħolqot biża’ kbira fost iċ-ċittadini Maltin u xi drabi kienu ġew immaġinati u rrakkontati leġġendi tal-biża’ ħafna. Qabel ma l-akkużat kien jidħol fil-kamra kellu jitgħawweġ biex jgħaddi minn bieb baxx speċjali. Dan biex jumilja lilu nnifsu u biex jinkina (jagħmel reverenza) quddiem it-tribunal u l-Inkwiżitur. Diversi kienu t-tipi ta’ pieni li kienu jingħataw bħal eżempju li jitilgħu fuq il-pedestall tal-piena biex in-nies jgħaddu minn quddiemhom u jidħku bihom, sa ikel immuffat li l-ħati ried jiekol. Kien hemm ukoll pieni aktar sofistikati bħal dak li kien jissejjaħ ‘strapado’, fejn ħabel kien jintrabat mad-dirgħajn fuq wara tad-dahar u l-ħati jiġi mdendel ma’ dan il-ħabel sakemm jinkisrulu għadmu ta’ jdejh.

IL-BITĦA INTERNA TAL-PALAZZ

Ritratti: HERITAGE MALTA

FIL-BIRGU


20

13.02.2022

ARKEOLOĠIJA MALTIJA RIKKA LI QAJLA NARAW Drajna ngħidu li l-arkeoloġija Maltija hi mħarsa minn Heritage Malta. Iżda l-maġġoranza tal-Maltin jaslu biss sal-bini li naraw madwarna, bħal bereġ u bini ieħor ta’ interess. Fil-fatt, l-arkeoloġija ma tiqafx hemm. Għandna wkoll l-arkeoloġija f’qiegħ ilbaħar. U nistaqsu: X’wirt għandna? Kif insiru nafu bih? X’nagħmlu ladarba nsiru nafu bih u xi pjanijiet għandna għall-futur ta’ dan il-wirt? Għal din l-intervista tkellimt ma’ Dr. Timmy Gambin, Professur tal-Arkeoloġija Marittima fi ħdan id-Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija fl-Università ta’ Malta. Minn CHARLES B. SPITERI Il-fatt li aħna fuq gżira, nistgħu nitqiesu li aħna rikki f’din l-arkeoloġija? L-idea hi li jekk inħarsu madwarna fuq l-art, se naraw 7,000 sena ta’ storja rappreżentata f’bini u fi fdalijiet, bħal tempji megalitiċi u knejjes Barokki. Jiġifieri l-attività tal-bniedem hi riflessa fil-pajsaġġ tagħna, kemm dak naturali u anki dak urban. Għalhekk, sa mill-bidu tal-karriera tiegħi jien dejjem emmint li jekk l-attività tal-bniedem tinsab riflessa fuq l-art, irid ikun hemm riflessjoni oħra taħt il-baħar. Għax peress li aħna gżira u ninsabu mdawrin bil-baħar, bilfors li sal-bidu tas-seklu 20, meta bdew jaslu l-ewwel ajruplani, li kienu ftit, kull tagħbija u kull bniedem li jasal Malta, ried jidħol bilbaħar. Kellna l-gwerer u l-battalji fuq il-baħar. Saħansitra fit-Tieni Gwerra Dinjija kien għadu użat il-baħar u ħafna drabi, meta jintlaqat xi ajruplan, kien jispiċċa fil-baħar. Għalhekk ikollna nistaqsu: Dawn is-7,000 sena, huma riflessi wkoll taħt il-baħar? Biex inkunu nafu ma nistgħux noqogħdu biss fuq it-teorija. B’hekk bdejna kampanja sistematika ta’ tiftix, bil-mod tradizzjonali, jiġifieri tinżel bħala bugħaddas, tfittex b’għajnejk u tkun ċert li xejn ma jista’ jqarraq bik. Finanzjarjament ma jiswiex wisq, iżda għandek ukoll l-iżvantaġġi, għax aktar ma tinżel fil-fond, il-viżjoni tkun limitata ħafna u jekk ikollok tkopri żona kbira, ikollok togħdos kemm-il darba, fejn kważi kważi tiġik iz-zalza ogħla mill-ħuta. Allura xi 20 sena ilu bdejna nużaw strumenti li jgħinuna fit-tiftix. Fost dawn insibu s-side scan sonar, li jagħmillek stampa ta’ qiegħ il-baħar permezz tal-ħoss. Jaħdem l-istess bħall-ultrasound tal-isptar. Fil-fatt, l-ultrasound żvilup-

Bomber Martin Maryland 167 li jinsab f’qiegħ l-ibħra Maltin

pa abbażi tal-ewwel sonars li kienu jintużaw fil-baħar biex jaqbdu s-sottomarini. Għandna strument ieħor li ngħidulu magnetometer li jagħraf il-bdil fil-magnetic field fid-dinja. Jiġifieri jekk ikun hemm xini tal-Kavallieri b’kanuni talmetall, jaqbdu. Nużaw ukoll strument ieħor; is-sub bottom profiler, li jagħtina ħjiel li jkun hemm xi ħaġa fil-ħama. Għamilna tiftix f’bosta bajjiet u portijiet Maltin iżda sfortunatament, għalkemm il-profiler jurik li jkun hemm xi ħaġa ta’ pereżempju erba’ metri tul u qiegħed żewġ metri taħt il-ħama, ma jindikalekx hix statwa jew parti minn xini. Tista’ tkun ukoll ġebla kbira. Xi kemm-il sena ilkom taħdmu fuq dan ix-xogħol?

Ilna 20 sena noħorġu kull sena. Dejjem nagħmlu survey ta’ qiegħ il-baħar fit-territorju tagħna u dejjem qed inkabbru l-mappa ta’ fdalijiet li għandna taħt il-baħar, fejn nibdew mix-xini Feniċju ta’ 700 sena qabel Kristu għar-relitti tal-gwerra bierda. Għaliex? Għax meta n-nies jiġu għall-arkeoloġija, moħħhom imur biss fil-ġarar tal-fuħħar jew fil-muniti tad-deheb. Fir-realtà, jekk tħares lejn il-Liġi tal-Wirt Kulturali tagħna, tistipula li dak kollu li ilu taħt il-baħar għal 50 sena jew iżjed, hu arkeoloġija. B’hekk hemm cut-off date ċarissima. Din tal-50 sena ilha fil-liġi tagħna u kienet miktuba speċifikament biex tipproteġi l-fdalijiet tal-Aħħar Gwerra Dinjija, għalkemm illum, il-50 sena jkopru wkoll żmien il-Gw-

erra Bierda. Madankollu mhux kull kultura li kellna f’Malta hi riflessa fl-arkeoloġija marittima. Fdalijiet Għarab riflessi fuq l-art għandna, iżda m’għandniex xini Għarbi.

minn Franza għall-Eġittu, jista’ jkun li jgħaddu mill-exclusive economic zone tagħna, u aħna fid-dmir naraw li l-installazzjonijiet ma jmissux jew ma jagħmlux ħsara lill-arkeoloġija li jista’ jkun hemm. Allura qabel, inġegħluhom jagħmlu studju Allura l-erja marittima tagħna u ngħarrfuhom li pereżempju xi tkopri? jkun hemm xini u niggwidawhom biex jgħaddu minn bnadi Il-baħar territorjali huwa sa 12- oħrajn. il mil nawtiku. Mil nawtiku fih 1,852 metru, jiġifieri kważi żewġ Meta tagħmlu l-istħarriġ, kilometri. Imbagħad għandna tibdew min-naħa ta’ ġewwa, sa 10 mili nawtiċi oħra, li huma max-xatt, jew min-naħa ta’ exclusive economic zone, fejn barra? aħna responsabbli għall-arkeoloġija ta’ taħt il-baħar ukoll. Bdejna mill-bokka tal-Port għax dejjem għedna li l-indikazzjoniIżda f’dik iż-żona x’jista’ jiġri? jiet huma li l-bokok tal-portijiet ikollhom konċentrazzjoni ikbar Pereżempju jekk ikunu għad- ta’ oġġetti. Għax tkun fejn tkun dejjin b’pipeline jew b’cable fil-baħar miftuħ, xi darba trid


21

13.02.2022 hom sistema fejn dak li jkun jibbukkja biljett u jmur jogħdos ma’ skola jew klabb tal-għadis approvati, b’dgħajsa approvata wkoll. Min ikun interessat jista’ jaqra l-informazzjoni mis-sit tal-mużew virtwali. Għal min ma jogħdosx filfond, għax ħafna mis-siti tagħna huma fondi, jidħol fil-mużew virtwali u jara jew bil-virtual reality, bit-3D, jew films, ritratti, eċċ. B’hekk qisu għandna l-pakkett sħiħ. L-Università għandna motto: Explore, Record and Share. L-esplorazzjoni: noħorġu u nsibu l-fdalijiet; Record: għall-fotografija, għat-3D; u Share, mhux biss għall-pubblikazzjonijiet akkademiċi iżda wkoll permezz tal-midja lokali u l-websites. Bħalissa qed naħdmu fuq proġett li jinvolvi t-tfal tal-iskola u mod ġdid kif se jesperjenzaw il-wirt kulturali Malti ta’ taħt il-baħar. Is-sottomarin HMS Stubborn kif jinsab mistrieħ fil-qiegħ f’San Pawl il-Baħar, f’fond ta’ 57 metru

Jidhirli li fil-Mużew Marittimu hemm ankra enormi li aktarx hi tax-xini li kien fuqu San Pawl. Huwa minnu dan?

Għamilna tiftix f’bosta bajjiet u portijiet Maltin iżda sfortunatament, għalkemm il-profiler jurik li jkun hemm xi ħaġa ta’ pereżempju erba’ metri tul u qiegħed żewġ metri taħt il-ħama, ma jindikalekx hix statwa jew parti minn xini. Tista’ tkun ukoll ġebla kbira tidħol fil-Port u bqajna ħerġin, nagħmlu qisha jigsaw puzzle, naraw fejn ħdimna s-snin ta’ qabel, naraw xi jkun il-baġit tagħna u naraw fejn inkomplu. Naħdmu fi blokok. Bħalissa, bl-istrumenti li għandna, nagħmlu qisu erba’ kilometri kwadri kull darba li noħorġu. Ir-relitti li ssibu ttellgħuhom kollha? Le. Irridu nqisu li 99.9% tal-oġġetti kollha li nsibu f’qiegħ il-baħar, ma kinux magħmulin biex joqogħdu hemm. Pereżempju s-sottomarini jibdew jittieklu bil-mod, iżda jkunu stabbli. Però, jekk tneħħi xi ħaġa bħal dik millbaħar, meta tmiss mal-arja, maż-żmien tibda tfarfar u titfarrak kompletament. M’hemmx xi proċessi ta’ konservazzjoni biex jissalvaw? Dażgur, iżda jiswew ħafna flus – mijiet ta’ eluf jekk mhux miljuni ta’ ewro. Pereżempju meta tellgħu l-Vasa mill-ħama fl-Iżvezja, damu xi 20 sena jagħmlu l-konservazzjoni fuq il-partijiet tal-injam. Dan ma jfissirx li f’Malta rridu noqogħdu lura,

iżda peress li aħna pajjiż żgħir u r-riżorsi huma minimi, ma nistgħux naqbdu u nwettqu x-xewqat kollha tagħna. Irridu naraw x’għandna u niddeċiedu liema minn dawn l-oġġetti huma l-aktar rappreżentattivi ta’ pajjiżna u l-iktar li se jtejbu l-esperjenza kulturali, edukattiva u turistika. Imbagħad tagħżel sit wieħed, tinvesti f’mużew, eċċ. Iżda dik hi fażi li tħares fit-tul. Għalissa għadna qed niskopru u nistudjaw ħafna fdalijiet. Fl-istess ħin qed nippreżentawhom lill-pubbliku permezz tal-mużew li għandna online. Intom taħdmu ma’ Heritage Malta? Heritage Malta u l-Università ta’ Malta jaħdmu id f’id fil-qasam tal-wirt kulturali ta’ taħt il-baħar. Jien il-Kap tal-Underwater Cultural Heritage Unit tal-Heritage Malta wkoll. Għandna l-appoġġ tas-Sovritendenza tal-Wirt Kulturali u b’hekk bejn b’Heritage Malta li għandhom l-esperjenza tal-mużewijiet u ta’ tmexxija tas-siti kulturali u bejn l-Università li tagħmel ir-riċerka taħt il-baħar, sibna

l-appoġġ tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, li sponsorjaw ilmużew virtwali Underwater Malta, li l-qarrejja jistgħu jarawh billi jidħlu fuq www.underwatermalta.org. Hu mużew li bħalissa fih bejn 15 u 17-il sit. Se nżidu tnejn oħra fil-bidu tas-sena d-dieħla u oħrajn sitt xhur wara. Dan mhux mużew statiku, iżda mużew fejn dejjem inżidu s-siti, bl-idea li mhux biss inkunu nafu x’għandna bħala Maltin, iżda jaċċessah kulħadd, għax huwa wirt kulturali internazzjonali globali, peress li hemm fdalijiet Taljani, Ġermaniżi, Ingliżi, Awstraljani u Amerikani. Mela hemm ħafna fażijiet ta’ xogħol? L-ewwel għandna l-esplorazzjoni biex insibu x’għandna. Meta jsir dan, niddeċiedu kemm nidħlu fil-fond fl-istudju ta’ dawn is-siti; bħal nagħmluhomx 3D; ninkluduhomx fil-mużew virtwali; intellgħux xi biċċtejn żgħar. Ġieli minn ajruplan tellajna l-machine gun għar-restawr. Wara naraw inqegħduhx fil-mużew jew nitfgħuhx għall-pubbliku, għax illum Heritage Malta għand-

Le. Li hu żgur li kien ħareġ ktieb fuq ankra partikolari li ttellgħet u tinsab fil-Mużew Marittimu, li għandha l-iskirizzjonijiet ‘Isis’ u ‘Serapis’. Li San Pawl ġie Malta m’hemmx dubju, iżda li ma’ sejba ta’ xi ankra jew ġarra naċċertaw li kienet mix-xini li kien fuqu, hu diffiċli ferm. Terġa’ l-ankri taċċomb li ntużaw fuq perjodu ta’ kważi 500 sena, ma tantx inbidlu u ċ-ċomb hu diffiċli biex tiddatah. Tassew li l-ankra kellha l-iskrizzjoni doppja fuqha ta’ divinità minn Lixandra, iżda tgħidx kemm-il xini bil-qamħ kien jgħaddi mill-istess post, fit-traġitt minn Lixandra għal Ruma b’waqfien f’Malta. Għalhekk, fuq il-loġika tiegħi ngħid li ma nistgħux inkunu ċerti fuq din il-ħaġa. Min kien beda bit-tiftix taħt il-baħar f’pajjiżna? Lejn tmiem is-snin 50 kienu l-Ingliżi li bdew, għax kienu f’Malta, kellhom l-apparat u kienu jippreferu jgħoddsu hawn milli fil-kesħa tal-Ingilterra. Imbagħad fil-bidu tas-sittinijiet insibu xi Maltin, fosthom John Ripard Snr, Edward Arrigo u Wilfred Pirotta. Insemmi lil dawn għax nafhom personalment u għenuni ferm. Huma bdew jinżlu mal-għaddasa Ingliżi u għal rashom. Kien hemm ukoll il-Kavallier Scicluna, li kien organizza bħal klabb għall-arkeoloġija marittima Maltija u kienu jtellgħu xi ankri u oġġetti oħra. Iżda meta Scicluna rtira, din l-inizjattiva waqfet kompletament. Wara kellna fażi fejn Rueben Grima, Senior Lecturer, beda xi ħaġa mad-Dipartiment tal-Mużewijiet, fejn siefru, tħarrġu u ħarġu fuljett, iżda

l-istess, kollox beda jbatti. Il-problema tagħna f’Malta hi li tant għandna konċentrazzjoni ta’ wirt kulturali fuq l-art, li meta tmur biex titlob xi flus, jew tmur għal laqgħa u tipproponi proġett għal qiegħ ilbaħar, kienu jgħidulna li hemm prijoritajiet oħrajn. Il-ġlieda u r-rebħa li għamlet Heritage Malta kienet li ġiegħlet lill-Gvern Ċentrali jinduna li: hemm il-wirt kulturali, ovvjament bis-saħħa tar-riċerka li għamilna fl-Università, iżda wkoll li l-Gvern Ċentrali aċċetta li jqis dan il-wirt ta’ taħt il-baħar fuq l-istess keffa ta’ dak ta’ fuq l-art. Għax m’hemm xejn differenti għajr li wieħed hu fuq l-art u l-ieħor taħt il-baħar. Fl-istudji li jitwettqu, xi nsibu l-aktar, nies Maltin jew hemm il-barranin ukoll? Bażikament il-qafas tat-tim hu Malti, iżda mbagħad naħdmu wkoll b’voluntiera barranin. Għaliex? L-ewwel għax irid ikollok nies ta’ ċerta esperjenza, li mhux biss iridu jkunu bugħaddasa tajbin, iżda jafu jaħdmu f’tim, jaħdmu bil-galbu u jistgħu jagħtuk il-ħin. Għandi barranin li jieħdu ġimagħtejn vaganzi biex jiġu jaħdmu volontarjament. Wieħed minnhom li hu Air Traffic Controller, jiġi mill-Belġju. Ovvjament qed nippruvaw inrawmu ġenerazzjoni ġdida ta’ nies lokali, iżda llum ma tistax taqta’ linja, għax pereżempju waħda mit-tim ta’ Heritage Malta, twieldet il-Ġermanja, iżda ilha hawn ħajjitha kollha, 32 sena, titkellem Malti daqsna u għamlet il-kors tal-arkeoloġija u l-Masters f’Malta. Terġa’, għamlet it-teżi tagħha fuq l-arkeoloġija Maltija, jiġifieri kważi kważi hi Maltija u għandha mħabba lejn il-wirt kulturali Malti ħafna iżjed minn xi Maltin li naf. Allura għandna tim żgħir kull wieħed: aħna fl-Università, f’Heritage Malta u fis-Sovritendenza. Ġieli jkollna proġett fejn ningħaqdu u naħdmu flimkien. Proġett hekk għamilnieh fi Frar ta’ din is-sena u ħdimna tajjeb ferm flimkien. Kieku kelli nistaqsik x’kienet l-iktar ħaġa antika li qatt sibna, xi tkun? Li sibt fil-karriera tiegħi hu x-xini Feniċju li semmejt, li għandu 2,700 sena, jiġifieri niżel 700 sena qabel it-twelid ta’ Kristu. Qiegħed f’fond ta’ 110 metri taħt l-ilma. Ilna nistudjawh mill-2007. Dan iqegħidna bħala l-ewwel tim fid-dinja fejn l-arkeologi niżlu aktar minn 100 metru biex jeskavaw. Minnu tellajna ħafna affarijiet. Iżda għall-mistoqsija tiegħek ngħidlek li l-eqdem oġġett minn taħt il-baħar hi biċċa fuħħar tal-Fażi Tarxien, xi 2000 sena qabel Kristu – biċċa fuħħar preistorika.


22

13.02.2022

JENISE SPITERI

QED TIKKOMPETI F’ISEM MALTA FL-OLIMPJADI TA’ DIN IS-SENA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar sirt naf bi snowboarder Amerikana b’konnessjonijiet Maltin li proprju matul dan ix-xahar ser tikkompeti f’isem Malta fl-Olimpjadi ta’ din is-sena. Qed nirreferi għal Jenise Spiteri. Għandha 29 sena, tgħix San Francisco f’Kalifornja, u hija full-time snowboarder u content creator. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna li tħobb taffaċċja l-isfidi u tħeġġeġ lilha nnifisha timmatura f’kull aspett. Avventuruża u tħobb tipprova affarijiet ġodda. Tħobb ukoll tikkuntenta lil ħaddieħor. Bħala snowboarder, Jenise tikkompeti internazzjonalment f’isem Malta. Fil-fatt, l-isnowboard tagħha ħaditha f’kull kantuniera tad-dinja fosthom il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Korea t’Isfel, New Zealand, l-Iżvizzera, Spanja, l-Ingilterra u madwar l-Amerka, fejn ikkompetiet fuq livell professjonali halfpipe. Mistoqsija kemm ilha tinteressa ruħha fl-isnowboarding u x’ħajjarha għal dan kollu, weġbitni: “Kont prattikajt l-isnowboarding għal ftit jiem f’ħajti, imbagħad kont mort

snowboard summer camp għal ġimgħa sħiħa. Kien f’dan il-mument li tgħallimt li l-isnowboarding jista’ jkun aktar minn sempliċement vaganza. Irrealizzajt li jista’ tittieħed bħala karriera. Tant ħadt gost snowboarding li ma ridtx nieqaf. Fil-fatt, minn dak iż-żmien ’l hawn issa ili 11-il sena nipprattika,” bdiet tgħidli dwarha.

ha 20 sena, xtaqet li tmur għall-Olimpjadi, iżda ġara li meta kellha 22 sena ħadet sehem fl-ewwel pro-halfpipe u għal ftit ma għamlitiex għall-Olimpjadi tas-sena 2018. Din is-sena, fl-età ta’ 29 sena se tieħu sehem għall-Olimpjadi 2022 fejn se tkun qed tirrappreżenta lil Malta. “Issa ili ’l fuq minn 10 snin f’din l-avventura u ġraw ħafna episodji sbieħ. Fis-sena Kienet ilha tipponta 2010 sseħibt mal-Universigħall-Olimpjadi tà Sierra Nevada għax kellha l-aqwa timijiet tal-iski u Fil-fatt, ilha tipprattika l-is- tal-isnowboard fl-Amerka. nowboarding minn mindu Kont nidħol għal kull komkellha 18-il sena. Meta kell- petizzjoni li nsib, u bażika-

ment tgħallimt kif insuq sew waqt kompetizzjoni. Ħafna mill-kompetituri sħabi huma minn pajjiżi diversi u kienu huma li ħeġġewni li nirrappreżenta lil Malta fl-Olimpjadi. B’hekk fis-sena 2016, uffiċjalment bdejt naħdem u nipprattika sabiex nirrappreżenta lil Malta fl-Olimpjadi tal-2018, iżda kelli injury sitt xhur biss ’il bogħod mill-Olimpjadi u ma stajtx inkompli. Kelli nagħmel operazzjoni f’irkoppti u bdejt niffoka għal din is-sena – 2022.” Bħalissa proprju f’dan ix-xahar, Frar, qed isiru

Issa ili ’l fuq minn 10 snin f’din l-avventura u ġraw ħafna episodji sbieħ. Fis-sena 2010 sseħibt mal-Università Sierra Nevada għax kellha l-aqwa timijiet tal-iski u tal-isnowboard fl-Amerka

l-Olimpjadi f’Beijing, iċ-Ċina, fejn Jenise se tkun qed tikkompeti f’isem Malta. Kellha tagħmel kuntatti mal-Kumitat Olimpiku Malti, kif ukoll mal-Konsulat Malti f’San Francisco. Peress li missierha kien ċittadin Malti, dan kollu seta’ jkun possibbli għaliha sabiex tkun ċittadina lokali wkoll. Kien proprju fis-sena 2016, li Jenise kkompetiet f’kompetizzjoni b’mod uffiċjali bħala atleta Maltija fil-Mammoth Grand Prix. S’issa rrappreżentat lil Malta fi 17-il World Cup, 2 World Championships, u ħafna aktar avvenimenti oħra. Kompliet tgħidli li tqatta’ ħafna ħin tipprattika l-isnowboarding. Minn Novembru sa April tqatta’ ħames sigħat kuljum f’ġimgħa sħiħa. Ġieli tittrenja wkoll fissjuf, iżda tagħmel xi xahrejn fis-sena ma tipprattikax l-isnowboarding, u minflok tipprattika fuq skateboard u riċentement qed tipprattika l-boxing. Ta’ min jgħid ukoll li minbarra l-isnowboarding, Jenise tirreċta u timmudella wkoll, fejn ħadmet ma’ brands popolari bħal Levi’s,


08.11.2020 13.02.2022

23

SKEDA ONE Kalamita ONE News Popcorn Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza ONE Sports & Temp

19:30 20:10 20:30 21:15 22:50 23:30

ONE News Primetime Reboot Attivitá Politika Niftakru ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:25 16:55 17:30 18:30

Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Point of Order Taf X’qed Jgħidu? Music Legends Mill-Chcina ta’ Dari ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

15:30 15:40 15:57 16:05 16:28 17:15 18:00 18:30 19:20 19:30

ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza ONE Sports & Temp ONE News

20:10 20:30

22:30 23:30

ERBGĦA Primetime 16-02 The Local Traveller The Giant Deep Reds Flip the venue ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:56 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:45 16:00 16:05 16:26 17:00 17:30 18:30

Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza

19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reboot ONE News

06:30 06:45 07:54 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:45 13:00

15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 17:30 18:15 19:18 19:30 20:10

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Indhouse Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime

20:30 21:00 22:15 22:30 23:30 23:30

Niftakru Ibgħathieli bil-Posta Ħabrikt Popcorn Żona Sport One News

06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:25 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak li Jgħodd

11:35 12:00 12:30 12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:30

What’s Cooking Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Taf x’qed jgħidu?! ONE News Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy

17:25 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30

Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

06:30 06:45 07:12 07:43 08:00 08:40 10:00 11:30 12:30

12:40 13:15 15:30 15:35 16:30 17:05 17:50 19:25 19:30

Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa Music Legends Imqades l-Istorja L-Argument One Sport & Temp ONE News

20:10

Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Willy Awla ONE News

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up

TLIETA 15-02

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

ĦAMIS 17-02

Macy’s, u Gap, fost oħrajn. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Proprjament bdejt naħdem fl-industrija tal-entertainment meta kelli tliet snin. Iżda meta bdejt nieħu bis-serjetà l-isnowboarding, kelli niddeċiedi u niddedika aktar ħin għalih. Dejjem hemm l-opportunità li mmur lura għar-reċtar meta rrid.” L-ivvjaġġar madwar id-dinja fetħilha ħafna orizzonti f ’ħajjitha Ma’ Jenise, tkellimt dwar il-konnessjoni tagħha ma’ Malta. Fil-fatt, qaltli li n-nannu u n-nanna tagħha kienu mill-Ħamrun, u kienu telqu għalkollox lejn l-Amerka wara t-tieni gwerra dinjija minħabba diffikultajiet ta’ propjetà. “Żort Malta kemmil darba f’ħajti sabiex ingawdi lill-familja u l-gżira. Normalment ngħix Buġibba, fejn il-maġġoranza tal-kuġini jgħixu. Fil-fatt, l-aħħar darba li żort Malta qabel ma bdiet il-pandemija kont inżilt Wied il-Għasri għall-ewwel darba f’ħajti, li nista’ ngħid għoġobni ħafna.” L-ivvjaġġar madwar id-din-

ja fetħilha ħafna orizzonti f’ħajjitha. Fil-fatt, ma żżommhomx għaliha waħedha, għax Jenise taqsam dawn l-esperjenzi tagħha fuq YouTube Vlogs, Instagram posts, u riċentement fuq blogg personali wkoll. “B’dak kollu li nkun għaddejja minnu, inħoss il-ħtieġa li naqsam dawn l-esperjenzi kollha online, ħalli dawk li m’għandhomx l-istess opportunitajiet ikun jistgħu jesperjenzawhom xorta permezz tiegħi,” stqarret miegħi. Fl-aħħar ta’ din l-intervista, Jenise xtaqet taqsam messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Jekk hemm xi ħaġa f’ħajtek li minn dejjem xtaqtha jew ħlomtha, agħti lilek innifsek iċ-ċans biex tipprova. Nieħu minni stajt qtajt qalbi faċilment, meta kont naf li ħafna snowboarders oħra kienu jittrenjaw minn ċkunithom, jew kellhom sapport finanzjarju tajjeb jew opportunitajiet varji. Jien bdejt t’età akbar u xorta ma qtajtx qalbi minn dan kollu. Tħallix l-iskużi jiġru bik u wettaq dak li tixtieq minnufih, illum qabel għada,” temmet tgħid Jenise f’din l-intervista miegħi.

TNEJN 14-02

13:00 15:30 15:35 15:58 16:00 16:25 17:30 18:30 19:20

06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

SIBT 19-02

ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Attività Politika Flip the Venue ONE News

21:05

20:35 21:15 21:45 23:30

ĠIMGĦA 18-02

ĦADD 20-02


24

13.02.2022

reċensjoni tal-ktieb

KOLLOX JEĦEL MAGĦNA “qatt ma qrajt xi ħaġa daqshekk taqta’ fil-laħam il-ħaj” … “ilni ħafna ma naqra kitba li tħalli dan it-tip ta’ impatt fuqi” … “qrajtu fi ftit jiem u ma stajtx nitilqu minn idejja” … “xogħlijiet bħal dan għandna bżonnhom daqs l-ossiġnu” Meta ktieb li jkun għadu jumejn biss li ħareġ, jibda jattira dawn it-tip ta’ kummenti mingħand l-ewwel qarrejja, tirrealizza illi dan il-ktieb ikun fih xi ħaġa speċjali. Li jkun laqat nerv, mess il-qlub u wassal emozzjoni qawwija. Dan li ġara mal-pubblikazzjoni ta’ kollox jeħel magħna, il-ktieb debutt ta’ Francesco Grech fix-xena tal-pubblikazzjoni Maltija. Fi kliemu stess, “L-idea tal-ktieb hija waħda sempliċi. Ridt nitkellem dwar suġġetti li għadhom tabù fis-soċjetà u fil-letteratura Maltija. It-temi li jittratta dan il-ktieb iduru primarjament fuq kif is-soċjetà ta’ madwarna għandha impatt enormi fuq is-saħħa mentali tagħna u fuq kemm aħna naċċettaw lilna nfusna kif aħna. Il-ġabra titkellem dwar dat-tifel Għawdxi li kiber imdawwar b’realtajiet li jmorru kontra n-natura tiegħu, mill-familja sal-knisja, flimkien mal-edukazzjoni u s-soċjetà b’mod ġenerali.” U dak li għamel Grech fil-kitba tiegħu: neżża’ lilu nnifsu u ppreżenta lill-qarrejja l-frak ta’ wħud mill-itqal mumenti ta’ ħajtu, biex imbagħad mill-frak jerġa’ jinbena. U dan jagħmlu mhux b’kapriċċ, għax anke għalih jistqarr li hu diffiċli meta jerġa’ jaqra

dak li jkun kiteb, imma għax jemmen li mhuwiex waħdu u li ħafna nies hemm barra jgħaddu minn esperjenzi simili. kollox jeħel magħna huwa miktub fl-istil imnebbaħ mill-hekk imsejħa instapoeżiji, ġeneru esplorat fil-letteratura dinjija minn poeti bħal Rupi Kaur, Amanda Lovelace u oħrajn. Ir-riżultat hi kitba li filwaqt li tissejjaħ “poeżija”, ma tnaffarx lil dawk li s-soltu l-poeżija għal xi raġuni jew oħra jitnaffru minnha, jew iħossuhom li ma jifhmuhiex. Għax kollox jeħel magħna hu miktub b’immedjatezza li ssammrek – li ġġiegħlek taqrah f’nifs. Kif qal wieħed mill-mistednin waqt it-tnedija tal-ktieb – li saret ġewwa Studio Solipsis ir-Rabat – il-paġni ta’ dan il-ktieb fihom iżjed abjad, vojt milli kitba. Kultant fuq paġna hemm biss erba’ versi, ħsieb – qasir imma intens. Fuq kollox, kollox jeħel magħna huwa ktieb li se jħalli impatt fix-xena letterarja lokali, u li wieħed jittama jiftaħ it-triq għal awturi oħrajn biex jesploraw il-ħsibijiet l-iżjed intimi tagħhom. kollox jeħel magħna hu arrikkit minn illustrazzjonijiet bil-lapes ta’ Danielle Sant, li bħal ħsieb insistenti jserrpu mal-ktieb kollu u jakkumpanjaw lil Grech fl-istorja tiegħu. Il-pubblikazzjoni tal-ktieb hi ta’ Merlin Publishers. kollox jeħel magħna jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, kif ukoll online minn merlinpublishers. com

Mistoqsija: X’inhi l-idea ta’ dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb KOLLOX JEĦEL MAGĦNA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 20 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IĊ-ĊURKETT TAS-SULTAN SPIROS hija:

F. GRECH - TARXIEN

03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 B’kemm-il persentaġġ hija mistennija li tikber l-ekonomija Maltija?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

13.02.2022

IL-QTIL TA’ ELLIE GOULD Tħassar minn mal-eks sieħeb u jtemmilha ħajjitha Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Min kienet Ellie Gould Ellie Gould twieldet fis-6 ta’ Frar tal-2002 u kienet tgħix flimkien mal-ġenituri tagħha, Matthew u Carole, f ’Calne f ’Wiltshire fl-Ingilterra. Gould kienet qiegħda tistudja għall-eżamijiet tal-livell avvanzat f ’Hardenhuish School f ’Chippenham. Hi kienet tħobb iż-żwiemel u din l-imħabba nibtitilha x-xewqa li ssir pulizija fi ħdan is-sezzjoni tal-kavallerija meta tikber. F’Jannar tal-2019, Gould bdiet toħroġ ma’ Thomas Griffiths, li kien jattendi l-istess skola magħha. Skont sħabha, Griffiths kienet ilha tixtieq toħroġ ma’ Griffiths u b’hekk kienet kuntenta ħafna meta bdew joħorġu flimkien. Wara biss tliet xhur, Griffiths beda jgħid lil Gould li jixtieq jiżżewwiġha u jibnu familja flimkien u kien minn hawn li Gould ma bdietx tħossha komda miegħu. Kien għalhekk li ddeċidiet li ttemm ir-relazzjoni tagħha ma’ Griffiths biex tkun tista’ tikkonċentra fuq l-eżamijiet u l-futur tagħha. Fit-3 ta’ Mejju tal-2019, Griffiths mar l-iskola u induna li Gould ma kinitx hemm. Hu staqsa għaliha u sar jaf li kienet qiegħda d-dar tirrevedi xi noti. Kien għalhekk li għarraf lill-għalliema li ma kienx qiegħed iħossu sew u qabad karozza tal-linja għad-dar. Kif wasal id-dar, waqt li kien qiegħed ibiddel ħwejġu, sema’ lil ommu tidħol u b’hekk staħba fil-gwardarobba biex ma tindunax li kien qiegħed hemm. Kif telqet, hu qabad il-karozza u saq lejn id-dar ta’ Gould. Kif wasal għand Gould, hu sabha fil-kċina u spiċċaw jargumentaw. Griffiths prova jifgaha iżda Gould irreżistiet u girfitu f ’għonqu. Hekk kif bdiet tintilef minn sensiha, Griffiths qabad sikkina u taha daqqiet biha f ’għonqha u qatilha. Griffiths prova jnaddaf ix-xena tad-delitt u prova jdawwarha biex tidher li Gould neħħiet ruħha b’idejha. Filfatt, hu fetħilha l-mobile u bagħat messaġġ lill-ħabiba tagħha biex ma tgħaddix għaliha. Wara, Griffiths reġa’ mar id-dar fejn biddel u rema

l-ħwejjeġ li kellu mċappsin f ’bosk viċin. Hu u miexi lura d-dar, wieħed mill-ġirien rah u wasslu l-iskola. Iktar tard waranofsinhar, Griffiths bagħat messaġġi lil sħabhom fejn qalilhom li hu u Gould kienu ħa jqattgħu xi ġranet flimkien u bagħat messaġġ lil Gould biex jara jistgħux jiltaqgħu biex mingħalih ma jinqabadx li kien hu li qatilha. Missier Gould wasal id-dar fit3.00 p.m. u sab lil bintu mal-art fil-kċina. Għall-bidu ħaseb li żelqet u weġġgħet iżda xħin ra dak iddemm kollu ntebaħ li kienet mejta. Hu ċempel lill-ambulanza u lill-pulizija għall-għajnuna. Tliet sigħat wara, il-pulizija arrestaw lil Griffiths u ħaduh l-għassa biex jinterrogawh. Huma rnexxielhom jaraw fejn mar Griffiths mill-kameras tas-sigurtà u kien hemm persuna li qalet li ratu dieħel għand Gould dakinhar tal-qtil. Apparti minn hekk, Griffiths kellu diversi grif fuq wiċċu u fuq għonqu li qal li għamilhom hu stess minħabba l-istress li kien qiegħed ikollu. Minkejja dan, il-pulizija ma emmnuhx għax ilgrif li kellu kien juri li xi ħadd girfu biex jiddefendi lilu nnifsu. Apparti minn hekk, il-pulizija sabulu traċċi tad-demm ta’ Gould fuq iż-żarbun tiegħu. Griffiths baqa’ jinsisti li hu ma kienx ra lil Gould dakinhar u li kien bagħtilha biex jiltaqgħu iktar tard iżda għalxejn beda jigdeb. Fis-6 ta’ Mejju tal2019, Griffiths instab ħati bil-qtil ta’ Gould u fit-8 ta’ Novembru weħel għomor ilħabs fejn seta’ jitlob għall-parole wara

li jkun serva biss 12-il sena. Din is-sentenza qanqlet rabja kbira għax hu ma setax jingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs minħabba l-età tiegħu. Kien għalhekk li l-ġenituri ta’ Gould għamlu ka­m­­p­a­nja biex persuni li ma kinux adulti u li jkunu qatlu għandhom jidhru quddiem il-qorti daqslikieku kienu adulti ta’

21 sena. Il-ġenituri ta’ Gould qalu li Griffiths ma kienx tifel ta’ 10 snin u kien jaf x’qiegħed jagħmel. Il-persistenza tal-ġenituri ta’ Gould wasslet għal bidla fil-liġi, li kienet tgħid li fil-futur, żgħażagħ li jinstabu ħatja ta’ kriminalità gravi setgħu jeħlu minn 27 sena sa għomor il-ħabs.

hs

Ellie Gould kienet tfajla Ingliża ta’ 17-il sena minn Calne, f ’Wiltshire fl-Ingilterra. Gould inqatlet mill-eks sieħeb tagħha, Thomas Griffiths, għax iddeċidiet li ttemm ir-relazzjoni ta’ bejniethom. Griffiths, li wkoll kellu 17-il sena, ma setax iniżżel l-għażla li ħadet Gould u qatilha fid-dar tagħha fit-3 ta’ Mejju tal-2019. Il-każ qajjem għagħa kbira minħabba l-fatt li s-sentenza li ngħata Griffiths kienet waħda qasira għax skont il-liġi Ingliża ma setax jiġi mressaq il-qorti bħala adult.

T ho m

as

i Gr

t fi f

GRIFFITHS DEHER FUQ IL-KAROZZA TAL-LINJA BLA MA KIEN JAF BIL-KAMERAS TAS-SIGURTÀ


26

13.02.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

13.02.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 420

D. BALDACCHINO - MOSTA

MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: ... 9. daqs żiemel u 10. bqajt lura daqs ħmar (5) 12. 4. Żuffjett? (4) 16. 7,21M. Idaħħal ftit 18,19. B’2 NUMRI 21 93 Bi 3 NUMRI 045 113 206 254 324 336 474 545 636 741

B’4 NUMRI 0524 0774 1505 1515 1525 1874 1947 2051 2161 2258 2265 2611 2673 3211

3254 3737 4004 4124 4176 4454 4935 5521 5608 5672 5684 5689 6020 6140 6520

7338 7501 7572 9021 9134 9262 9969 B’5 NUMRI 06114 09112 20115 22324 37373 42271

51845 52505 60457 65876 71266 71552 74254 74452 75183 85050 88155 95407 B’6 NUMRI 107567

151247 235071 598623 B’7 NUMRI 0332935 1391347 1424986 1834415 3501649 5110574 5847715 6350563 7536607 9194191

subgħajh (5) 19. Ara 3 20. Ġieli tikkalkula 21. l-għoli bihom (6) 23. Kunjom (6) 24. Ara 6 Tisbita (5)

WEQFIN: 5. 1,11. Niżirgħuha biex 6,16. inżejnu l-presepju (8) 8. 2. Eddie Agius Ferrante (1,1,1) 11. 3,9. Tagħti u tistenna 12,17. li jiġi lura (6) 13,23.

Ħares (3) 3 Ħdejn San Pawl il-Baħar (9) Ara 1 wieqfa Barmil (5) Jintlibsu

Ara 18 Pajjiż (5) Ara 7 Ara 13 Mhux mgħawweġ (5)

14. 15. 17. 21. 22.

mal-widnejn (7) Tnaqqas (6) Qatta’ (6) Ara 12 wieqfa Ġie mħawwad (3) Gidba Ingliża (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ġirja, 4.Fqir, 7,21M.Qsari, 9.LGB, 10.Salami, 12,23.Ħmar il-Lejl, 16.Iva, 20.Ibnek, 24.Zijit

WEQFIN: 1.Ġelati, 2,12W. Rebħa, 3,11.Aqsam, 5,18.Qraba, 6.Rai, 8.Sakranazz, 13,19.Abbati, 14.Lakumj, 15.Niskot, 17.VAR, 21.All, 22.IBJ


28

13.02.2022

LEZZJONIJIET TAL-“PROFESSURI” Editorjal

Il-krema ta’ dawk il-psewdo-amministraturi disa’ snin ilu, għadhom sal-lum fuq il-bankijiet Parlamentari bħala kelliema ewlenin għall-Oppożizzjoni

Ħafna probabbli jaħsbu li jista’ jkun l-egoċentriżmu tiegħu, jew kif ngħidu għax minfuħ bih innifsu, li jwassal lill-Kap Nazz­ jonalista Bernard Grech biex spiss jindirizza lill-poplu Malti u Għawdxi u jippretendi, bl-akbar prużunzjoni, li jagħtih il-lezzjo­ nijiet. Kull darba li jiddetta, ġieli fuq ħaġa u ġieli fuq oħra, ukoll ma jaċċettax min imerih. Grech, iżda, la għandu l-es­ per­jenza politika u wisq inqas għandu l-għarfien politiku biex jagħti gwida lil xi ħadd. Awto­ matikament ma jistax jitqies bħala idoneu biex jgħallem lil xi ħadd. Fil-verità, iżda, il-messaġġi jew il-lezzjonijiet li jippretendi li jagħti huma iżjed perikolużi, għax isiru speċifikament biex iqarrqu, instigati mill-istess mentalità ta’ superjorità, li taffettwa lil ħafna minn dawk qrib l-establishment Nazzjonalista. Kienu dawn stess li poġġew lil Grech f’postu, allura mhux biss jistennewh li jitkellem b’lingwaġġ identiku għal tagħhom, iżda wkoll li jirrappreżenta l-inte­res­si u r-regħba tagħhom. Għalkemm din hija fazzjo­ni żgħira, iżda b’kilba għall-po-

ter bla tmiem, tpoġġi f’riskju l-interessi nazzjonali kif kienu niżżlu lill-pajjiż għarkupptejh sal-2013 u fl-istess ħin jgħabbu l-piż tal-ineffiċjenzi amminis­ trattivi tagħhom fuq dahar il-poplu fil-forma ta’ kontijiet u spejjeż esaġerati. Il-krema ta’ dawk il-psewdoammi­ni­straturi disa’ snin ilu, għadhom sal-lum fuq il-bankijiet Nazz­jonalisti u kelliema ewlenin għall-Oppożizzjoni. Minflok ikejlu kliemhom bil-fatti u fuq il-fatti, jagħżlu li jivvintaw biex idaħħlu d-dubji anke fuq intenzjonijiet mill-aktar ġen­wini. Il-PN ta’ Grech illum kompla jogħdos f’din il-po­ litika tal-ħabbagozz. Lejlet il-ġudizzju tal-poplu, minflok ixaqilbu lejn l-umiltà, jagħżlu li jkomplu jqarrqu, konxji li bir-regoli demokra­ tiċi ma jistgħu qatt jiksbu l-kredibbiltà u l-fiduċja talelettorat. U aktar ma joqrob il-jum tal-ġudizzju, aktar se jiżdiedu d-dożi biex jiżvijaw l-attenzjoni minn fuq kull ġid nazzjonali li qed igawdi minnu kull ċittadin. Fi żmien li pajjiżna għandu l-inqas rata ta’ għoli tal-ħajja

u l-orħos prezzijiet tal-fuel u l-enerġija, kif jikkonfermaw statistiċi Ewropej, l-Oppo­żizz­ joni ta’ Bernard Grech tippre­ tendi li s-sitwazzjoni ta’ Malta hi bil-maq­­lub u simili għal ħafna pajjiżi fl-UE u lil hinn, għax hekk jaqblilha politikament. Għal dan il-għan ħarġet qatta bla ħabel tattakka injezzjoni oħra mill-Gvern fejn ta iżjed nifs lill-poplu u lill-ekonomija nazzjonali fi żminijiet ta’ pan­ demija. L-istess għamlet meta tħabbru numru ta’ pakketti oħrajn t’għajnuna, li salvaw eluf ta’ impjiegi u negozji, jew meta ġie ppreżentat l-akbar Baġit fl-istorja tal-pajjiż. Iddikjarat li dan hu biss ħela u tberbiq. Għaldaqstant, meta mill-PN jiġu biex “jgħallmuna” dwar am­ministrar tajjeb fil-pajjiż, jibqgħu ma jikkonvinċu lil ħadd, anke jekk jimbottaw ’il quddiem xi żewġ uċuħ ġodda. Meta jattakkaw fuq il-finanzi tal-pajjiż, il-poplu jfakkarhom li kienu huma li tefgħu l-pajjiż fi Proċedura Ewropea ta’ Defiċit Eċċessiv. Jitkellmu dwar is-sitwazzjoni tax-xogħol, iżda konvenjentement inessu li anke f’pandemija ġie rreġistrat re-

kord storiku tal-inqas livell ta’ qgħad. Jattakkaw kull ġurnata ħidma ta’ Gvern Laburista, għax jafu li bil-ġid akkumulat bdew jiġu indirizzati l-problemi ta’ żminijiethom u, aktar minn hekk, inħoloq il-ġid finanzjarju meħtieġ biex seta’ jingħata kull appoġġ fl-agħar ċirkostanzi li ffaċċjajna fl-aħħar sentejn. Kif qal il-Prim Ministru Ro­ bert Abela nnifsu, għax ħdimna bil-għaqal ninsabu f’sitwazzjo­ ni li ma nħallu lil ħadd waħdu u nistgħu nżidu s-sostenn f’investiment dirett fin-nies. Li kien għall-politika Nazzjo­ nalista llum qegħdin f’qagħda li lanqas nagħtu l-Wage Supplement u miżuri oħrajn, waqt li jkollna nidraw il-prezzijiet u l-kontijiet esaġerati tal-fuel u l-enerġija. Imma, kif għallmuna missi­ rijietna, il-ħawtieli u l-bieżel qatt ma jkun fil-miżerja! Bil-maqlub, il-qagħda attwali tal-PN hi prova li dan mhux biss jinjora l-għerf ta’ missirijietna (u kull riżultat elettorali fl-aħħar snin), iżda anke għadu jitmexxa fuq l-istess binarji li wassluh fejn jinsab illum.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.