KullĦadd_13.06.2021

Page 1

IL-ĦAMES XAHAR INFILA B’REKORD TA’ KONVENJI Il-Ħadd, 13 ta’ Ġunju, 2021

Ħarġa Nru 1,457

Prezz €1

Rapport f’paġna 6

ŻIEDA FIL-ĠID NAZZJONALI BIL-MIŻURI TAL-GVERN Fl-aħħar tbassir tagħhom, l-esperti tal-Bank Ċentrali jsostnu li minkejja żviluppi fl-aħħar xhur, inkluż dħul ta’ restrizzjonijiet ġodda, fl-2022 paj­jiżna mistenni jerġa’ jilħaq l-istes­s livell ta’ ġid nazzjonali li kellu fl-2019. Dan minħabba żewġ fatturi: għajnuna akbar min-naħa tal-Gvern kif ukoll is-suċċess talprogramm ta’ vaċċinazzjoni. Fil-fatt, skont il-Bank Ċentrali, fl-2021 il-miżuri tal-Gvern se jtejbu l-Prodott Gross Domestiku (PGD) bi 2.1%, li hu kważi nofs it-tkabbir imbassar għal din is-sena. Aktar minn terz ta’ dan l-effett pożittiv hu

riżultat tal-estensjoni ta’ ċerti miżuri ekonomiċi li ddaħħlu ftit wara li kienu tħabbru r-restrizzjonijiet fuq l-attività wara l-miġja tal-varjant Ingliż. It-tbassir ekonomiku tal-Bank Ċen­trali għall-2021 hu aktar pożittiv minn dak tal-Kummissjoni Ewropea u minn tal-Ministeru għall-Finanzi nnifsu. Ir-raġuni ewlenija wara dan it-tkabbir mistennija tkun livell elevat ta’ domanda domestika. Minbarra l-effett dirett tal-għajnuna finanzjarja tal-Gvern, b’miżuri bħall-vouchers, l-esperti tal-Bank Ċentrali jirrimarkaw fuq il-fatt li l-herd immunity minflok int-

laħqet kif oriġinarjament ippjanat fi tmiem is-sajf, seħħet xahar qabel biss beda l-istaġun. Skont il-Bank Ċentrali dan wassal għal żieda qaw­ wija fil-fiduċja tal-poplu. Għalkemm mistenni titjib fl-esportazzjoni mqabbel mal-2020, il-pass ta’ rkup­ru xorta mistenni jkun kajman. L-ekonomiji barranin, iżda, qed jirkupraw b’mod aktar grad­wali minn paj­jiżna, minħabba anke l-fatt li l-programmi ta’ vaċċinazzjoni tagħhom għadhom ma tantx qabdu. Tkompli f’paġna 3

ARGUMENTI TA’ AMATEURS ANALIŻI TURI KIF, FL-AĦĦAR JIEM, TAL-PN INQABDU JIŻGARRAW IŻJED MINN DARBA DWAR ASPETTI RELATATI MA’ GĦAWDEX U L-EKONOMIJA … BERNARD GRECH, CHRIS SAID U JASON AZZOPARDI JINKIXFU JĦAWDU SEPARATAMENT DWAR IĊ-ĊIFRI TA’ ĦADDIEMA GĦAWDXIN B’IMPJIEG F’GĦAWDEX STESS, DWAR IL-PAGA MEDJA LI L-GĦAWDXIN JAQILGĦU META JIĠU MQABBLIN MAL-MALTIN U DWAR IL-QAGĦDA TAL-FABBRIKI LOKALI FIL-KUNTEST TA’ PANDEMIJA Analiżi f’paġni 4 u 5

MARATONA ĠBIR TA' FONDI 13 TA’ ĠUNJU M

ILLU

€15 | 5170 2053 €25 | 5180 2036 €50 | 5190 2060

SMS €6.99 | 5061 8900 BOV APP | 7987 0017 PARTIT L ABURISTA


02

13.06.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 30°C L-Inqas Temperatura: 19°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja ser tiksi l-Punent u ċ-ċentru tal-Mediterran. It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 23°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

29°C UV 11

KUNTATT ĠENERALI

19°C

Il-Ħamis

29°C UV 11

20°C

Il-Ġimgħa

29°C UV 11

20°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

29°C UV 11

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

21°C

29°C UV 11

21°C

29°C UV 11

21°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex – 21341649 Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 21387479 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Brown’s Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21432038 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Ix-Xgħajra – 27032296 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21898728 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra – 21561486 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

13.06.2021

Tkompli minn paġna 1 Wara d-daqqa ekonomika tal-2020, il-ġid nazzjo­ nali mistenni jikber b’4.9%, b’5.4% u b’4.7% fittliet snin suċċessivi. Fattur ewlieni wara dan l-irkupru hi l-qagħda tajba tal-qasam tax-xogħol. Fil-fatt, l-esperti tal-Bank Ċentrali jinnutaw li dan wera reżiljenza sini­fikanti, l-aktar minħabba l-miżuri fiskali li ddaħħlu. B’riżultat ta’ hekk, Malta kien wieħed mill-ftit pajjiżi fl-Ewropa fejn l-impjiegi żdiedu, minflok naqsu, fl-2020. Dan mistenni jkompli fis-snin li ġejjin. Ir-rapport tal-Bank Ċentrali jindika li, bl-għajnuna tal-Gvern, flok tkeċċew il-ħad­diema, l-iżjed li seħħ kien tnaq­qis fis-sigħat tax-xogħol. Bil-maqlub, mijiet ta’ eluf ta’ sensji ngħataw fil-pajjiżi madwarna. Ta’ min jinnota wkoll li minkejja dawn is-sensji, xorta kien hemm tnaqqis fis-sigħat f’dawn il-pajjiżi li saħansitra kien akbar minn dak f’pajjiżna. Daqstant ieħor impressjonanti t-tbassir talBank Ċentrali fuq ir-rata tal-qgħad. Meta faqqgħet il-pandemija l-esperti tal-Bank kienu pproġettaw li din tilħaq 5% fl-2020. Issa jidher li r-rata kienet ta’ 4.3% u li fis-snin ta’ wara se terġa’ tersaq lejn l-4%, ferm inqas mill-medja storika ta’ pajjiżna. Waqt li l-għajnuna mogħtija mill-Gvern se twassal għal defiċit akbar, il-Bank Ċentrali jbassar li l-qagħda finanzjarja se titjieb mill-2021 u d-defiċit jonqos għal

ftit aktar minn 4% fl-2023, inqas mil-livell tal-2013. Minbarra hekk, il-piż tad-dejn nazzjonali mistenni jibqa’ qrib ir-rata ta’ 65% tal-ġid nazzjonali, fost l-inqas fiż-Żona Ewro u inqas mil-livell tal-2013. Bla dubju, is-suċċess tal-irkup­ru ekonomiku ta’ pajjiżna hu kkawżat mill-mod effettiv kif tmexxiet il-politika ekonomika. B’kuntrast għal riċessjonijiet preċedenti, il-Gvern m’għażilx l-awsterità u, minflok naqqas l-ispiża kapitali, kompla jżidha. Ma’ dan ġiet salvagwardjata l-kapaċità produttiva tal-pajjiż permezz ta’ miżuri bħall-Wage Supplement. B’riżultat ta’ dan, ir-rata tal-irkupru ekonomiku f’pajjiżna se tkun ferm aktar mgħaġġla minn dik ta’ pajjiżi oħrajn. Viżjoni Ekonomika 2021-2031 Nhar il-Ħamis, il-Gvern ukoll nieda pro­ċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-viżjoni ekonomika li pajjiżna għandu jkollu għall-10 snin li ġejjin. Fil-preżenza ta’ diversi rappreżentanti minn negozji lokali, il-Prim Ministru Robert Abela elenka l-ħames prinċipji li fuqhom għandha tibbaża t-triq ’il qud­diem l-ekonomija nazzjonali – tkab­bir eko­ no­miku sos­tenibbli; infrastruttura u investiment; edukazzjoni u taħriġ; l-ambjent; u livelli għoljin ta’ kontabilità, governanza u saltna tad-dritt. Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schem­­bri ressaq ukoll preżentazzjoni dwar din il-viżjoni talGvern sas-sena 2031.

Ritratt: CLIFTON FENECH/DOI

IT-TRIQ PROSPERA QUDDIEMNA


04

13.06.2021

ĠIMGĦA TA’ DILETTANTI Id-dilettantiżmu tal-Partit Nazzjonalista, fattur ewlieni li hu rifless anke fin-nuqqas t’appoġġ fl-istħarriġ talopinjoni pubblika, kompla jibbrilla fl-aħħar jiem. Analiżi mill-KullĦadd tixhed li dikjarazzjonijiet li saru mill-Kap innifsu u żewġ deputati ewlenin tiegħu dwar statistiċi varji toħroġ in-nuqqas ta’ serjetà li wieħed jistenna. Mhux ta’ b’xejn illum ħafna saru jemmnu li l-PN ta’ Grech mhux biss hu kopja tal-amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ bejn l-2008 u l-2012, li wasslet lill-pajjiż għal staġnar ekonomiku, qgħad u finanzi pubbliċi diżastrużi, iżda ferm agħar. Il-ġimgħa li għaddiet il-PN ukoll ixxokkja lill-komunità kummerċjali meta ħareġ proposta fjakka fil-qasam tal-kontijiet tad-dawl, li kapaċi twassal għal żieda ta’ bejn 8% u 50% fil-kontijiet tan-negozji, u meta ddikjara li lest jixtri ż-żona ta’ Ħondoq ir-Rummien f’Għawdex, mingħajr ma jaf kemm tiswa.

AZZOPARDI INJORA L-PANDEMIJA F’ĊIFRI Fit-13 ta’ Mejju, il-Kelliem Ewlie- Dawk il-fabbriki li jipproduċu ni tal-Oppożizzjoni għax-Xog- prodotti ta’ natura kapitali, ħol u l-Intrapriża Jason Azzo- bħal magni, raw żieda ta’ 31.5%. pardi tella’ post fuq Facebook Dan minbarra li negozji li jipfejn qal li Malta kellha l-ikbar produċu prodotti għal konsum tnaqqis fil-produzzjoni in- kellhom produzzjoni 15.8% dustrijali. Kien qal li dan juri aq­wa minn April 2020. Il-qa“kemm hemm bżonn li l-Gvern sam tal-enerġija kiber b’14.8% ma jib­qax jaħseb li jaf kollox minħabba domanda qawwija waħdu u kemm hemm bżonn għall-elettriku, l-aktar minn jagħti wi­den għall-pariri”, waqt dawn il-fabbriki. li sostna li hu ovvju li l-fabbriki Li joħroġ mill-istatistika uf­ u l-ħaddiema tagħhom jeħtieġu fiċ­jali mhux biss li l-produzzjo­ għajnuna kbira. ni industrijali f’April 2021 kie­ Azzopardi, iżda, net aqwa minn ma indunax li l-is­ April 2020, iżda ta­tistika li kien qed saħansitra kienet iħares lejha kienet aqwa minn April tqabbel, fil-każ ta’ 2019. Dan ifisser li Malta, il-produzzmhux talli tejjibna Bil-kontra, joni fl-aħħar xahar fuq il-livell fil-pansħiħ fejn ma kelldemija, iżda morna il-fabbriki niex il-pan­de­mija aħjar mill-istess xaMaltin fost har sena qabel bdiet ma’ xahar fil-pandemija. Fil-bqija l-aħjar li sejrin il-pandemija. F’April tal-Ewropa inzerta tal-2021 il-fabbriki fl-Ewropa kienu qed iqabblu lokali pproduċew produzzjoni f’xhur 8% aktar milli kienu meta kien hemm diġà l-pan- għamlu f’April 2019. demija. Fil-bqija tal-Ewropa Waqt li f’pajjiżna qed naqbżu l-pandemija daħlet qabilna. l-livelli ta’ qabel il-pandemija, Fil-fatt, statistika li nħarġet fl-Ewropa għad hemm defiċit fl-10 ta’ Ġunju, tqabbel l-ewwel ta’ 3% mqabbel mal-2019, anke xahar sħiħ meta kellna l-pande­ jekk kellhom tkabbir imqabbel mija (April 2020) ma’ dak li seħħ mal-2020. Altru milli kif sostna f’April ta’ din is-sena. U minflok Azzopardi, il-fabbriki f’pajjiżna it-tnaqqis li tant inkwieta lil huma fost l-aħjar li sejrin fl-UE. Azzopardi, din l-istatistika tinDin mhijiex l-ewwel darba li dika li l-produzzjoni industrijali Azzopardi ħareġ jgħid ħmerikienet 16.4% aqwa minn dik ta’ jiet fl-industrija. Hu ċar ħafna sena qabel. Dan it-tkabbir kien li meta ntgħażel bħala kelliem irreġistrat fis-setturi kollha għal dan il-qasam ma kinitx tal-industrija lokali. mossa maħsuba tajba, anzi hi Il-qasam li jipproduċi pro- kon­ferma oħra tan-nuqqas ta’ dotti għal kumpaniji industri- esperjenza tal-Kap attwali Berjali oħrajn kellu żieda ta’ 6.6%. nard Grech.


05

13.06.2021

GRECH IĦAWWAD FL-GĦADD TA’ IMPJIEGI GĦAWDXIN Kemm ilu Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech inqabad kemm-il darba fuq sieq waħda bl-użu ta’ statistika u informazzjoni ekonomika. Bħal Simon Busuttil qablu, hu ċar li l-politika finanzjarja jew ekonomika mhumiex il-forte ta’ Dr Grech. Minbarra li dan iwasslu biex f’oqsma kruċjali bħal dawn ma jkunx jista’ jagħżel konsulenti tajbin li jagħtuh il-pariri meħtieġa, ripetutament jispiċċa jħabbar proposti ħżiena, kif diġà għamel. Żball rikorrenti li ilu jagħmel kemm ilu Kap tal-PN hu dak li jgħid li fi żmien Gvern Nazzjonalista kienu biss 1,500 Għawdxi li kienu jaħdmu Malta u allura kostretti jaqsmu l-fliegu biex jaqilgħu l-għajxien tagħ­hom. Imbagħad ikompli bin-narrat­tiva billi jgħid li Gvern Laburista mhux veru ħoloq ix-xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin. Tweġibiet li ta l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana għal Mistoqsijiet Parlamentari tad-Deputat Glenn Bedingfield joħroġ kemm din in-narrattiva ma tistax tkun iżjed żbaljata. L-ewwel nett ma jirriżulta minn imkien li fi żmien Gvern Nazzjonalista kien hemm 1,500 Għawdxi biss li jaħdmu f’Malta.

Fil-fatt, fl-ebda sena fl-aħħar leġiż­ latura Nazzjonalista ma kien hemm dan l-ammont. Minflok, jirriżulta li fl-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista kien hemm 5,936, li jfisser li Dr Grech kull meta qed jikkwota ċ-ċifra ta’ 1,500 jkun qed jikkwota ammont erba’ darbiet inqas minn dak reali! Żball ta’ kważi 300%! Minbarra hekk, l-istatistika ġġib fix-xejn l-argument tal-Kap tal-Oppożizzjoni li taħt Gvern tal-PN ma kinux qed jiżdiedu l-Għawdxin jaħdmu Malta. Fil-fatt, bejn l-2008 u l-2013 kienu żdiedu minn 5,407 għal 6,099, żieda ta’ kważi 700 persuna jew 13%. Mill-informazzjoni li ngħatat fil-Parlament joħroġ ukoll li, kuntrarjament għal dak li jsostni Dr Grech, l-ammont ta’ Għawdxin li jaħdmu f’Għawdex stess żdied bi kważi 4,000 mill-2012 lil hawn. Dan meta l-ammont ta’ Għawdxin jaħdmu żdied b’5,000, li jfisser li erbgħa minn kull ħames impjiegi miżjudin taħt Gvern Laburista kienu f’Għawdex stess. Dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li kien qed iseħħ taħt Gvern Nazzjonalista. Bejn l-2010 u l-2012 kienu żdiedu

Meta jsemmi l-ħaddiema Għawdxin fi żmien il-PN, Grech dejjem jikkwota ċifri erba’ darbiet inqas minn dawk reali! Żball ta’ 300%!

b’500 l-ammont ta’ Għawdxin jaħdmu, jew medja ta’ 250 fis-sena. Dan kontra medja ta’ kważi 750 kull sena taħt Gvern Laburista, jiġifieri tliet darbiet aktar. Fl-aħħar sentejn ta’ Gvern Nazz­ jonalista, minn 500 impjieg aktar, kienu biss 166 li kienu f’Għawdex, jiġifieri wieħed minn kull ħames impjiegi ġodda. Bħala medja kull sena, taħt il-PN kien hemm żieda ta’ 83 Għawdxi jaħdem f’Għawdex, waqt li taħt Gvern Laburista kien hemm żieda ta’ 531, li tfisser li r-rata ta’ tkabbir ta’ xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin fl-aħħar snin hi sitt dar­biet dik qabel l-2013. Għal darb’oħra għalhekk jirriżulta kemm il-Kap Nazzjonalista qed jispiċċa jistrieħ fuq informazzjoni żbaljata. Minħabba n-nuqqas ta’ kompetenza tiegħu fis-suġġett, mhux jinduna bl-inkorettezzi li qed jingħata u qed jispiċċa jkompli jitlef mill-kredibilità. Minkejja dan, hemm min hu xettiku kemm dan mhux isir apposta biex, wara l-elezzjoni, ikun aktar faċli biex Grech jitneħħa u jitpoġġa xi ħadd ieħor aktar qrib l-establishment.

SAID JIVVINTA STATISTIKA FUQ DIFFERENZA FIL-PAGI B

A

Fi programm fuq l-istazzjon nazzjona­li l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Chris Said sostna li fl-2012 l-istatistika tal-NSO tindika li kien hemm differenza ta’ €300 bejn il-paga medja ta’ ħaddiem f’Malta u dik ta’ ħaddiem li jaħdem Għawdex. Fil-verità din hi invenzjoni sħiħa. Fil-fatt, meta qallibna fil-pubbli­ kazzjoni tal-NSO “Gozo in Figures 2015” (A) sibna li fl-2012 il-paga medja ta’ ħaddiem f’Malta kienet €15,590 u dik ta’ ħaddiem f’Għawdex kienet ta’ €14,805, differenza ta’ kważi €800. Dan ifisser li d-Deputat Nazzjonalista kkwota ħażin id-differenza fil-pagi bi kważi tliet darbiet. Żelqa grassa tassew. Jista’ jkun ukoll li hu attentat ieħor

biex iqarrqu bil-poplu, tipikament l-istil fl-istrateġija tal-klikka tal-establishment li dejjem tipprova tgħid li pajjiżna kien ħafna aħjar qabel l-2013. Din mhix l-ewwel darba li Said ikkwota statistika b’mod ħażin fuq ix-xandir nazzjonali, tant li f’Novem­ bru li għadda, fi programm li fih kien qed jiġi diskuss il-Baġit, kien qal li fl-2012 kien hemm 1,500 Għawdxi biss jaħdem Malta. L-istess retorika żbaljata jżerżaqha wkoll Bernard Grech, kif insemmu hawn fuq. Fil-verità, statistika uffiċjali li ġiet ippubblikata mill-NSO fl-2017 (B), tindika li kien hemm kważi 2,500 Għawdxi li kien jaħdem Malta fl-2012. Dan ifis­ ser li kien hemm 1,000 persuna aktar milli sostna d-Deputat Nazzjona­lista

Għawdxi, żball ta’ żewg terzi. Ta’ min jinnota li, kif diġà ngħad, dawn l-“iżbalji” ta’ Said huma ripetuti mill-Kap tal-Oppożizzjoni b’mod regolari. Din l-istrateġija ta’ fake news xejn ma qiegħda timpressonja lill-elettorat Għawdxi, li aktar ma jgħaddi ż-żmien, iżjed qiegħed inaqqas l-appoġġ tiegħu lill-Partit. Jidher li ffaċċjat minn kompetizzjo­ni akbar fit-13-il Distrett, Said qed jaħseb li l-uniku mod li jista’ jżomm l-appoġġ tal-core vote Nazzjonalista hu billi jieħu pożizzjonijiet estremi kontra l-Gvern. Analisti politiċi jbassru li din l-istra­ teġija, filwaqt li forsi twassal biex Said iżomm is-siġġu Parlamentari tiegħu, wisq probabbli twassal għal tnaqqis glo­bali fil-voti għall-PN fid-distrett.


06

MUSCAT BL-ISTESS “PAKKETT” L-Eks Mexxej Laburista Joseph Muscat ingħata l-istess kumpens, li jkunu intitolati għalih kull Prim Ministru, kull membru tal-Kabinett u kull Kap tal-Oppożizzjoni, li ma jibqgħux jok­ kupaw il-pożizzjoni. Dan minkejja impressjoni qarrieqa li pprovat tingħata mix-Shift News ilbieraħ. Minn tagħrif li żvela Muscat innif­su, jirriżulta li ħa ftit inqas minn €78,500 wara t-taxxa u rrinunzja wkoll għal benefiċċju ieħor li kien intitolat għalih. Dan hu inqas minn dak li ħa l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. Dan konvenjentement ma ngħadx mill-portal qrib ħafna l-establishment Nazzjo­nalista. “Inkiteb ukoll li jien bqajt nitħallas bħala Membru Parlamentari wara li rriżenjajt minn Prim Ministru. Nik­ kon­ferma li iva hekk sar u ġejt ittrattat l-istess bħal Lawrence Gonzi wara li spiċċa minn Prim Ministru, sakemm baqa’ Membru Parlamentari, u bħal Simon Busuttil wara li rriżenja minn Kap tal-Oppożizzjoni, sakemm baqa’ Membru Parlamentari. M’hemm xejn sigriet f’dan kollu, tant li għamilt id-Dikjarazzjoni tal-Assi tiegħi bħala Membru Parlamentari minkejja li m’għadnix Membru,” saħaq Dr Muscat. Avolja ma kienx intitolat, Richard Cachia Caruana kien ħa mal-€256,000 b’din l-istess proċedura, li ħolo­q Gvern Nazzjona­lista. Apparti li kien sfi­duċjat fil-Parlament fl-2012, dan kien ukoll eżentat milli jħallas it-taxxa.

13.06.2021

IL-ĦAMES REKORD INFILA TA’ KONVENJI FFIRMATI Is-suq lokali tal-proprjetà jkompli jirranka, frott il-miżuri introdotti mill-Gvern … fit-tliet xhur li jmiss ix-xiri mistenni jaqbeż il-valur ta’ aktar minn €1 biljun Ix-xahar li għadda kien l-aqwa Mejju fejn jidħol ammont ta’ konvenji ffirmati għal xiri ta’ proprjetà residenzjali. Fil-fatt matul dak ix-xahar ġew iffirmati 1,478 konvenju jew 74 kull ġurnata tax-xogħol. Li jfisser ukoll li, bħala medja, ġie ffirmat konvenju kull 20 minuta. B’kuntrast ma’ dan, f’Mejju tas-sena li għaddiet kienu ffirmati 511-il konvenju, tliet darbiet inqas mill-istess xahar din is-sena. Mejju li għadda kien il-ħames xahar konsekuttiv li fih sar numru ta’ konvenji rekord. Mindu ddaħħlet il-miżura ta’ tnaq­ qis fil-boll bħala parti mill-pjan għal riġenerazzjoni ekonomika, saru 14,832 konvenju ta’ proprjetà residenzjali sa issa. Fl-istess ammont ta’ xhur qabel ma tħabbret din il-miżura kienu saru 9,464 konvenju. Dan jimplika li, wara din il-miżura, il-konvenji żdiedu b’darba u nofs l-ammont li kien hemm qabel, minkejja l-impatt tal-pandemija. L-akbar ammont ta’ konvenji f’Mejju kien għal proprjetajiet f’Għawdex, segwiti mir-reġjuni tan-Nofsinhar ta’ Malta, b’lokalitajiet bħal Marsaskala u x-Xgħaj­ra, u tat-Tramuntana, li jinkludi l-Mellieħa u San Pawl l-Baħar. Fix-xahar ta’ Mejju ġew finalizzati ammont qawwi ta’ kuntratti għal xiri ta’ proprjetà residenzjali, bil-valur tagħhom ilaħħaq it-€320 miljun jew

kważi €220 miljun aktar milli kienu saru f’Mejju tal-2020. Jekk wieħed jikkunsidra l-kuntratti kollha li saru mill-bidu tal-2021, il-valur ta’ proprjetà mixtrija kien ilaħħaq €1.2 biljun, li hu 54% aktar mill-istess perjodu fl-2020. Fejn jidħlu kuntratti ta’ xiri, minbarra ż-żoni msemmija diġà, jispikkaw il-Gżira u l-Imsida. Analisti sostnew ma’ din il-gazzetta li fejn jidħlu kuntratti l-impatt tal-miżura tal-boll għadu ma bediex jinħass kompletament, għax qed ikun hemm kem­xejn dewmien fil-ħruġ ta’

sanction letters mill-banek kummerċjali. Dan minħabba l-ammont ferm qawwi ta’ domanda, kif ukoll il-miżuri res­trittivi li kellhom jadottaw fl-aħħar xhur il-banek biex titrażżan l-imxija tal-Coronavirus. Fix-xhur li ġejjin mistenni li l-ammont rekord ta’ konvenji jwassal għal ferm aktar kuntratti ta’ xiri. Stimi minn esperti jindikaw li l-valur ta’ xiri tal-proprjetà mistenni jkun terz aktar minn dak osservat fl-aħħar tliet xhur u jaqbeż sew il-€1 biljun fit-tliet xhur li ġejjin.

extended till the

15TH June | 12:00pm


07

13.06.2021

“NINVESTU FIN-NIES”… ILLUM IL-ĠBIR TA’ FONDI Minn nofsinhar ’il quddiem, illum se tiġi organizzata maratona oħra ta’ ġbir ta’ fondi mill-Partit Laburista. Fi żminijiet li l-pajjiż qed jirnexxilu jkampa aħjar minn stati oħrajn milqutin mill-agħar pandemija globali tal-aħħar 80 sena u diġà qbadna t-triq għall-irkupru sħiħ ekonomiku, il-Partit Laburista jeħtieġ l-appoġġ sħiħ biex jibqa’ jamministra mill-Gvern bl-aħjar mod possibbli għall-ġid tal-poplu kollu Malti u Għawdxi. Bit-tema “Ninvestu fin-Nies”, l-attività mifruxa fuq kważi 12-il siegħa se tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjonijiet ONE, bis-sehem ta’ spettaklu ta’ kant, mużika u żfin, flimkien ma’ divertiment ieħor, li jin-

kludi l-parteċipazzjoni tad-deputati u kandidati Laburisti, fost oħrajn. Fil-fatt għadd ta’ membri Parlamentari lokali u dawk Ewropej se jkunu qed jipparteċipaw f’logħob u kompetizzjonijiet divertenti. Għall-ħabta tat-8:00 p.m., il-maratona se tinkludi wkoll intervista miż-żgħażagħ malPrim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela u s-Sinjura tiegħu, Dr Lydia Abela. Wieħed jista’ jikkontribwixxi, anke minn qabel tibda l-maratona, fuq il-linji tat-telefown 51702053 (€15), 51802036 (€25) u 51902060 (€50) jew b’SMS fuq 50618900 (€6.99). Donazzjoni­jiet jistgħu wkoll isiru permezz tal-App tal-Bank of Valletta fuq in-numru 79870017.

€100,000 GĦAL BANED IŻJED INKLUSSIVI Skema, li permezz tagħha s-soċjetajiet mużikali Maltin u Għawdxin se jkunu megħjuna finanzjarjament biex iwettqu proġetti ħalli jtejbu l-aċċessibilità u jżidu l-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità, tnediet ilbieraħ mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli. Għal din l-iskema ġiet allokata s-somma ta’ €100,000 b’kull soċjetà tista’ tibbenefika sa massimu ta’ €10,000. Farrugia Portelli tenniet li s-soċjetajiet mużikali lokali għandhom rwol importanti fl-iżvilupp kulturali u soċjali f’pajjiżna, partikolarment fejn jidħlu l-festi tradizzjonali fl-ibliet u l-irħula tagħna, waqt li huma pilastru ewlieni fil-qasam tal-volontarjat fejn, li ma kienx għal dan, dawn is-soċjetajiet ma jimxux. F’konferenza stampa fiż-Żurrieq, il-Ministru kompliet tgħid li s-soċjetajiet mużikali qegħdin jikkontribwixxu bil-kbir għall-iżvilupp kulturali ta’ pajjiżna, partikolarment bit-tagħlim tal-mużika b’xejn lil tfal u żgħażagħ u bl-organizzar tal-festi tradizzjonali tagħna. “Hu d-dover tagħna, bħala Gvern, li nkomplu nirri­

konoxxu u nsostnu dan il-kontribut, permezz ta’ diverIs-Segretarju Permanenti fi ħdan l-istess Ministe­ru si għajn­uniet, bħalma hija din l-iskema,” qalet Farrugia Matthew Vella, li indirizza l-istess konferenza, spjePortelli ga li biex soċjetà mużikali tkun eliġibbli li tipparteċipa f’din l-iskema trid tkun irreġistrata mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji u tkun konformi mal-liġi li tirregola s-settur volontarju fid-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet. Minbarra hekk, il-proġett li jitressaq mis-soċjetà Hu d-dover tagħna, bħala mużikali jrid jippromwovi l-inklużjoni u l-aċċessibilità b’mod ħolistiku (wieħed jew aktar minn dawn Gvern, li nsostnu l-kontribut l-elementi: aċċessibilità fiżika, intelletwali u/jew senli t-tali soċjetajiet jagħtu sorjali), waqt li se tkun qed tingħata kunsiderazzjoni xierqa lil proġetti innovattivi li jridu jkunu ta’ xprun lill-iżvilupp kulturali u soċjali għall-kumplament tal-komunità. Kriterju ieħor fl-iskema hu li soċjetà mużikali trid tkun attiva kif ukoll irreġFil-fatt f’din l-iskema l-Gvern se jkompli jħaddem istrata mal-Għaqda Każini tal-Baned. fil-prattika d-determinazzjoni favur l-inklużjoni ta’ L-applikazzjonijiet għal din l-iskema jintlaqgħu onpersuni b’diżabilità. Din l-iskema hi parti minn numru line sal-Ġimgħa 30 ta’ Lulju 2021 u formoli tal-app­li­kaz­ ta’ inzjattivi li, bħala Ministeru responsabbli wkoll ħa zjoni jinkisbu mis-sit tal-Ministeru (inclusion.gov.mt/ biex tissaħħaħ l-aċċessibilità għall-persuni b’diżabili­tà. socjetajiet-muzikali-iktar-inklussivi/).

till the 15TH extended June @ noon 15TH June | 12:00pm


08

13.06.2021

Parti mill-midja internazzjonali li rrapportat bi prominenza l-qabda rekord ta’ droga interċettata mid-Dwana Maltija t-Tlieta

ID-DWANA MALTIJA B’TIFĦIR GLOBALI Fil-jiem li għaddew il-ħidma sfiqa tad-Dwana jidħlux fis-suq lokali b’dannu għas-soċjetà inMaltija kompliet tagħti r-riżultati mixtieqa li ji- ġenerali u l-komunità kummerċjali. rriflettu l-impenn u d-dedikazzjoni tagħha, flimNhar il-Ġimgħa li għadda, wara indikazzjoni kien ma’ ritorn fuq l-investiment li sar fl-aħħar mill-kelb “Charlie” mis-sezzjoni tal-K9, id-Dwana snin u dak li għadu jsir. L-aħbar tal-qabda rekord wkoll interċettat €32,849 mhux iddikjarati fuq tad-droga, 740 kg ta’ kokaina, inxterdet mad-din- żewġ passiġġieri fl-Ajruport, Tajlandiż u Żvizzeja u ngħatat prominenza f’ġurnali influwenti, ru, proprju tlett ijiem wara l-qabda tal-kokaina fosthom The Washington Post, The Daily Mail u fil-Port Ħieles. l-Florida News. Din ukoll tingħaqad ma’ qabda oħra ta’ flus L-effiċjenza biex instabet id-droga moħbija fis-7 ta’ Ġunju li għadda – meta t-taqsima ta’ ma’ merkanzija transkontinentali mill-Ekwador Kontra l-Ħasil ta’ Flus fi ħdan id-Dwana ingħas-Slovenja ġiet ukoll imfaħħra fuq il-mezzi terċettat passiġġier li kien qed iġorr €11,365 fi tax-xandir fl-Istati Uniti, ir-Renju Unit, il-Kana- flus kontanti u mhux iddikjarati. Il-passiġġier da, l-Awstrija, l-Indja, il-Lussemburgu, ir-Russja, mit-Togo u kien sejjer lejn it-Turkija. B’hekk, fi iċ-Ċina u ovvjament is-Slovenja. Il-kokaina, li ns- 23 każ għal din is-sena, it-total ta’ flus interċettabet f’740 pakkett ta’ madtati li ma kinux iddikjarati war 1 kg kull wieħed f’konfl-ajruport, ilaħħaq aktar tejner ta’ 40 pied mimli minn €360,000. Bejn l-2016 banana, għandha valur fisu l-2020, id-Dwana qabdet suq ta’ madwar €95 miljun. b’kollox mat-€2.4 miljun fi Tajjeb li jingħad li d-Dwaflus kontanti mhux iddikL-ammont ta’ kokaina na Maltija ilha għal dawn jarati. l-aħħar tliet snin konseIl-ħidma tad-Dwainterċettat nhar it-Tlieta kuttivi tikser ir-rekord ta’ na wasslet ukoll biex flkien daqs dak tal-2019 qbid ta’ kokaina. Fl-2019 in2019 din kienet it-tieni qabdu 750 kg fi 13-il qabda l-aqwa fost l-istati membri sħiħa … is-sena l-oħra separata u fl-2020 inqabdu Ewropej f’dawk li huma wkoll instabu 612 kg 612 kg f’qabda waħda u issa qabdiet ta’ affarijiet li jikf’qabda waħda 740 kg f’qabda waħda. sru d-drittijiet tal-proprFid-9 ta’ Diċembru, jetà intellettwali. Fl-2018 id-Dwana interċettat kontejner fil-Port Ħieles kienet ukoll ikklassifikat bħala t-tielet Dwana flli, fost il-merkanzija li kien qed iġorr, instabu fih UE bl-aktar qabdiet ta’ oġġetti kontrafatti, bi 2.4 612 kg ta’ droga kokaina li telqet mill-Ekwador miljun oġġett maqbud u kklassifikat wara l-Ġeru kienet destinata lejn il-Libja. Il-valur ta’ din manja, b’4.7 miljun oġġett maqbud u l-Greċja, id-droga fit-triq ilaħħaq id-€69 miljun. Bl-aħħar bi 2.6 miljun oġġett maqbud. Fl-2019, id-Dwana qabda ta’ 740 kg, inkiser dan ir-rekord. Maltija rreġistrat żieda ta’ 152% fl-oġġetti maIx-xahar li għadda ġie rrapportat kif id-Dwana qbuda biex laħqet il-figura ta’ 6.1 miljun oġġett ta’ Malta rreġistrat rekords fl-aħħar ħames snin u kklassifikat fit-tieni post wara r-Rumanija li b’rabta mal-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, qabdet 9.8 miljun oġġett. kuntrabandu, ħasil ta’ flus u attivitajiet illeċiti ta’ Id-Direttur Ġenerali tad-Dwana Joe Chetcuti kriminalità organizzata. Tagħrif li għandha din faħħar il-ħidma bla waqfien li qed issir mill-uffiċil-gazzetta juri kif, grazzi għal investimenti mil- jali u l-ħaddiema kollha tal-fergħat tad-Dwana. junarji li saru fid-dipartiment, inkluż b’apparat Dan seta’ jkun possibbli bl-investiment kbir li ġdid u b’taqsimiet ġodda, il-qabdiet ta’ din il-for- sar f’dawn l-aħħar snin, investiment mhux biss za tal-ordni fl-aħħar snin huma bla preċedent f’dak li huwa apparat, imma wkoll investiment f’kull lat. f’riżorsi umani. Ingħad li dan is-suċċess wassal biex tunnellaId-Dipartiment tad-Dwana kommess li jkomti ta’ drogi varji b’valur fit-triq ta’ kważi €180 mil- pli jissaħħaħ bl-aqwa tagħmir biex titwaqqaf jun, iżjed minn €111-il miljun f’oġġetti kontrafatti kull tip ta’ illegalità fl-aħjar interess taċ-ċittadini u €43.5 miljun ta’ sigaretti tal-kuntrabandu ma u tal-pajjiż.

Kaxxi tal-banana fil-kontejner miżmum li kienu qed jaħbu l-kokaina fi triqitha mill-Ekwador għas-Slovenja


09

13.06.2021

Malta nnegozjat b’suċċess de­ roga li biha proġett ta’ pipeline tal-idroġenu jibqa’ meqjus ta’ interess komuni għall-Unjoni Ewropea u biex b’hekk jista’ jikkwalifika għal fondi appos­ ta. Din id-deroga se tkun qed tapplika għal Malta u Ċipru u ġiet innegozjata waqt il-Kun­ sill tal-Enerġija li ltaqa’ fil-Lus­ semburgu. Dan il-ftehim għal Mal­ ta, li ntlaħaq mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli, hu l-ewwel pass u jrid jiġi kkonfermat wara diskussjoni­ jiet bejn l-istituzzjonijiet dif­ ferenti. Dan hu pass ieħor impor­ tanti u sinifikanti għal pajjiż­ na fil-katina ta’ investimenti fil-qasam tal-enerġija. Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru Dalli wkoll ħabbret li Malta se jkollha t-tieni inter­ connector mal-grid Ewropew, b’investiment ta’ €170 miljun. Studju minn kumpanija in­ dipendenti barranija li tqabb­ det biex tanalizza l-għażliet kollha għal interconnector ieħor, stabbilixxa li l-aħjar post fejn jitqabbad hu mal-istazz­

jon ta’ Ragusa, fi Sqallija. Filfatt, ġew esplorati sitt għażliet differenti, erbgħa minnhom lejn l-Italja, waħda lejn itTune­żija u oħra lejn il-Greċja. Iżda Ragusa hi wkoll l-aħjar għażla għaliex iġġib magħha l-inqas riskji u l-aħjar valur għan-nefqa kapitali u n-nefqa rikorrenti fl-operat tul is-snin. Minbarra hekk, seba’ snin ilu kienet tpoġġiet infrastrut­tura f’Ragusa u f’Malta bil-quddiem biex ikun jista’ jitqiegħed ittieni interconnector. F’pajjiżna tlestew ukoll circuit breakers u nbnew is-sistemi tal-kontroll meħtieġa għal żewġ cables. F’Ragusa tpoġġa reattur ieħor u l-pedamenti biex fuqhom jitpoġġa switchgear għat-tieni interconnector. Dan jistona bil-kbir ma’ dak li jgħid il-Partit Nazzjonalista, li jipprova jagħti x’jifhem li l-proġett tal-interconnector għamlu hu. Fil-verità, sal-2013, ma kien hemm xejn lest ħlief li nxtrat għalqa fi Sqallija u kienu tħaffru biss 600 metru ta’ mina, minn total ta’ erba’ kilometri u nofs. La kien hemm permessi fl-Italja u wisq inqas il-ftehim dwar l-operat.

Esperti tekniċi, li tkellmet magħhom il-KullĦadd, spje­ gaw kif l-għaż­la tas-sit għattieni inter­­connector ħarset lejn as­petti differenti, inkluż ir-riskju ta’ ħsa­ra taħt il-baħar, bħalma ġara sentejn ilu meta l-ewwel interconnector inqata’ b’ankra ta’ vapur. Aktar ma titwal ir-rotta f’qiegħ il-baħar u iktar ma din ir-rotta tgħaddi minn żoni ta’ baħar baxx, iktar jikber ir-riskju li ssir ħsara. Riskju ieħor studjat jittratta l-konnessjoni mal-grid li magħ­ha għandu jitqabbad ittieni interconnector. Wieħed mill-vantaġġi li naqbdu ma’ Ragusa hu li fl-2015, fi żmien Gvern La­burista, kien ġie nnegozjat ftehim mal-operatur tal-grid Taljan, Terna, li kien diġà ħaseb biex Malta jkollha aċċess għal aktar qawwa ta’ elettriku minn Sqallija, sa 400MW. Għalhekk b’Ragusa m’hemmx dubju jekk il-post li se nqabbdu miegħu hux se jkun jista’ jipprovdi l-enerġija l-ħin kollu, għax dan hu diġà kkonfermat. Minbarra hekk, Ragusa hi l-uniku post li jippermetti li tintuża t-tek­noloġija elettrika

Ritratt: CLODAGH O’NEILL/DOI

KATINA T’INVESTIMENTI FL-ENERĠIJA

Parti mill-infrastruttura li laħqet tlestiet f’pajjiżna fl-2014 biex tilqa’ għat-tieni interconnector tal-alternating current. Min­ ħab­ba li d-distanza hi itwal, l-għażliet l-oħrajn kollha kien ikollhom jaħdmu b’teknoloġija tad-Direct Current. It-teknolo­ ġi­ja tagħti ħafna iktar saħħa lill-grid ta’ Malta għax tkun imqabbda b’mod integrali mal-grid Ewropew bla apparat intermedjali. Dan jippermetti lill-grid Maltija biex tkun tista’ takkomoda iżjed enerġija li tiġ­

Soċjetajiet Mużikali Aktar Inklussivi €100,000 biex is-Soċjetajiet Mużikali jwettqu proġetti biex itejbu l-aċċessibilitá kif ukoll iżidu l-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilitá. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fuq is-sit https://inclusion.gov.mt/socjetajiet-muzikali-iktar-inklussivi/ L-applikazzjonijiet jintlaqgħu b’mod onlajn sal-Ġimgħa 30 ta’ Lulju 2021

ġedded. Gvern Laburista qed ikompli jittrasforma l-qasam tal-ener­­­ ġija, bi pjani bil-għaqal, maħ­ suba u studjati msesja fuq studji tekniċi professjonali. Dan qed jirrifletti ruħu fil-kompetenza li l-Gvern Laburista dejjem qed juri filqasam tal-enerġija li biha qed iġib riżultati li jserrħu moħħ in-nies.


10

13.06.2021

RISKJI AKBAR BI PRODOTTI FOLOZ 11% TAL-KONSUMATURI MALTIN, FTIT AKTAR MILL-MEDJA EWROPEA, JINDIKAW LI ĠEW IMQARRQA XI DARBA JEW OĦRA; 6.8% TAL-IMPORTAZZJONIJIET FL-UE HUMA FFALSIFIKATI, B’VALUR TA’ €121 BILJUN Skont l-istudju “Iċ-Ċittadini Ewropej u l-Proprjetà Intellettwali” mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), il-konsumaturi għadhom isibuha bi tqila biex jiddistingwu bejn prodotti ġenwini u dawk foloz. Kważi 1 minn kull 10 Ewropej (9%) iddikjaraw li ġew imqarrqa biex jixtru prodotti ffalsifikati, bil-Maltin kemxejn ogħla mill-medja Ewropea bi 11%. Il-pajjiżi bi proporzjon ogħla ta’ konsumaturi mqarrqa huma l-Bulgarija (19%), ir-Rumanija (16%) u l-Ungerija (15%), waqt li, bil-maqlub, l-Iżvezja (2%) u d-Danimarka (3%) għandhom l-aktar ċifri baxxi fl-UE. F’kuntest globali fejn il-kummerċ elettroniku qed jikber, tant li aktar minn 70% tal-Ewropej xtraw online fl-2020, skont il-Eurostat, l-inċertezza dwar prodotti ffalsifikati għadha ta’ tħassib fost iċ-ċittadini tal-UE. Skont l-istudju, terz tal-Ewropej (33%) staqsew jekk prodott li kienu xtraw kienx oriġinali. Il-falsifikazzjoni mhux biss taffettwa lill-konsumaturi, iżda tinvolvi wkoll ħsara sinifikanti għall-ekonomija talUE u, b’mod partikolari, għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Skont l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, 1 minn kull 4 negozji żgħar jew medji fl-Ewropa jiddikjaraw li sofrew minn ksur tal-Proprjetà Intellettwali, għalkemm dawk Maltin ma rreġistraw xejn. Il-prodotti ffalsifikati jirrappreżentaw 6.8% tal-importazzjonijiet tal-UE b’valur ta’ €121 biljun, skont studju konġunt mill-EUIPO u l-OECD, u jħallu impatt fuq kull settur: mill-kożmetiċi u l-ġugarelli, mill-inbid u x-xorb, mill-elettronika, sal-ħwejjeġ u saħansitra l-pestiċidi. Dawn jistgħu joħolqu riskji serji għas-saħħa u s-sigurtà għall-konsumaturi, b’mod partikolari minħabba l-esponiment għal sustanzi kimiċi perikolużi kif ukoll perikli oħrajn. It-tħassib dwar il-prodotti ffalsifikati

żdied matul il-pandemija tal-COVID-19. Il-proliferazzjoni ta’ mediċini ffalsifikati, bħall-antibijotiċi u l-mediċini li jtaffu l-uġigħ, u prodotti mediċi oħrajn aktar riċentement, bħal tagħmir protettiv personali u maskri tal-wiċċ, xeħtet dawl fuq dan il-fenomenu peress li l-kontraventuri jabbużaw millinċertezza tan-nies dwar it-trattament u l-vaċċini emerġenti. Minbarra r-riskji għas-saħħa u s-si­ gur­­­­tà li jeżistu, il-prodotti ffalsifi­kati spiss iwasslu wkoll għal telf finanzjarju. Il-piraterijadiġitalihiwkollsuqb’saħħ­ tu għall-kontraventuri. Pereżempju,

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

fil-każ tal-IPTV – kontenut televiżiv akkwistat permezz ta’ konnessjoni mal-internet – it-telf hu sinifikanti, fejn il-fornituri tas-servizz illegali jiggwadanjaw kważi €1 biljun kull sena fl-UE. Il-kriminalità tal-Proprjetà Intellettwali tinvolvi gruppi ta’ kriminalità organizzata u evidenza akbar turi rabtiet bejn il-falsifikazzjoni u l-piraterija kif ukoll reati oħrajn bħat-traffikar tad-drogi u tal-bnedmin, iċ-ċiberkriminalità jew ilfrodi. Chris­tian Archambeau, id-Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO, qal li “l-proprjetà intellettwali hi waħda mill-aktar assi

prezzjużi tal-Ewropa, u element ewlieni fl-irkupru soċjali u ekonomiku tagħna, speċjalment għan-negozji ż-żgħar. Il-pandemija tal-COVID-19 poġġiet din il-problema taħt il-lenti biż-żieda ta’ mediċini foloz u prodotti mediċinali li jkomplu jheddu s-saħħa u s-sigurtà taċ-ċittadini. Din hija kwistjoni li ilha teżisti, ħafna drabi marbuta ma’ tipi oħrajn ta’ attivitajiet illegali, li teħtieġ azzjoni kkordinata u robusta urġe­n­ti u li dan l-aħħar reġgħet iddaħħlet bħala waħda mill-10 prijorita­jiet fil-quċċata tal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.”


11

13.06.2021

KUXJENZA NAZZJONALI GĦALL-GĦOTI TAD-DEMM Lejlet il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, li jitfakkar għada, qed issir sejħa nazzjonali għal iżjed donaturi u donazzjonijiet tad-demm, waħda mir-riżorsi essenzjali li huma meħtieġa regolarment fl-isptarijiet tagħna b’risq persuni morda jew midruba, u bil-għan li titqajjem kuxjenza akbar, għadd ta’ binjiet strateġiċi nxtegħlu ħomor flaħħar jiem. Il-kommemorazzjoni ta’ dan il-jum xprunat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), qiegħda ssir għat-18-il darba u din is-sena t-tema magħżula hi “Agħti d-Demm u Żomm il-Qalb tad-Dinja Tħabbat”. F’Malta dan il-jum beda jitfakkar sa mill-bidu nett, iżda fuq skala żgħira, sakemm fl-aħħar snin ħa xejra ta’ dimensjoni nazzjonali u għaddiet taħt il-patroċinju tal-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika. Bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju, Ministeri, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, entitajiiet privati u oħrajn, għadd ta’ binjiet strateġiċi nxtegħlu bl-aħmar sakemm il-kampanja tilħaq il-qofol tagħha għada. L-iskop ewlieni ta’ dawn il-mixgħeliet hu li anke l-eluf ta’ d-donaturi eżistenti, li jagħtu d-demm fuq bażi volontarja u mingħajr pretenzjoni ta’ ħlas lura, jingħataw rikonoxximent b’mod miftuħ, waqt li jagħmlu kuraġġ u jikkommettu ruħhom li jagħtu d-demm b’mod iktar regolari. Grazzi għalihom, is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa f’pajjiżna baqa’ għaddej sewwa, anke waqt il-pandemija, u li kieku ma kienx hekk ħafna morda kienu jbatu u saħansitra jiġu f’riskju li jitilfu ħajjithom. Minbarra hekk, il-kampanja għandha l-għan ukoll li tkabbar l-għarfien dwar il-bżonn kontinwu għad-donazzjonijiet tad-demm u l-ġest nobbli tad-donaturi eżistenti jservi biex iktar nies f’saħħithom, partikolarment żgħażagħ, jikkonvinċu ruħhom li jibdew jagħtu d-demm huma wkoll. Kien proprju għalhekk li ONE Radio, bħala stazzjon li jemmen bis-sħiħ f’din ilkawża nazzjonali, ħass iddmir li għal darb’oħra jgħin biex kemm jista’ jkun nies jersqu u jagħtu d-demm u nhar it-Tnejn li għadda organizza maratona ta’ kollegamenti maċ-Ċentru tal-Għoti tadDemm fi Gwardamanġa bit-tema “Flimkien għal Pajjiżna … Nagħtu d-Demm!”. Fil-gżejjer tagħna għandna

x-xorti li ngawdu servizz ta’ saħħa mill-aqwa u bla ħlas, iżda fl-istess ħin, mingħajr provvista adekwata ta’ demm, dan jista’ jistaġna b’detriment ta’ dawk morda jew midruba. Ħerġin minn pandemija u resqin lejn tmiem ta’ programm intensiv ta’ tilqim, iċ-Ċentru tal-Għoti tadDemm appella lil dawk kollha b’saħħithom biex jagħtu xi ħaġa lura lill-pajjiż u li ma tistax tinxtara – għotja demm. Importanti ferm li dawk li se jersqu biex jagħtu d-demm għandhom jippreżentaw il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan inkella passaport Malti, u possibbilment iħajru lil ħaddieħor biex jagħti d-demm ukoll. Dawk li qed jistennew biex jagħmlu s-swab test jew qed

jistennew ir-riżultat tiegħu ma jistgħux jagħtu demm sakemm joħroġ riżultat negattiv għall-COVID-19, waqt li dawk li jkunu ġew ittestjati pożittivi għall-virus ikunu jistgħu jagħtu d-demm erba’ ġimgħat wara li jkunu għaddew l-aħħar sintomi. Sadanittant min jagħti d-demm irid iħalli sebat ijiem jgħaddu qabel jersaq biex jieħu t-tilqima tal-COVID-19 u min jieħu t-tilqima jrid iħalli 48 siegħa qabel jersaq biex jagħti d-demm. Min ikollu deni, jew sintomi ta’ influwenza, għandu jħalli sebat ijiem qabel jersaq biex jagħmel donazzjoni. Aktar tagħrif jinsab fuq issit uffiċjali – blood.gov.mt – jew b’telefonata lil 79307307 jew 80074313.


12

13.06.2021

SENA DEĊIŻIVA GĦAL MALTA

RAMONA ATTARD President, Partit Laburista

Is-sena li ġejja ser tkun sena kruċjali għall-futur ta’ pajjiżna. Sena li fiha l-irkupru ekonomiku jrid jissaħħaħ. Is-sena li għaddiet, tibqa’ mfakkra fl-istorja ta’ pajjiżna bħala sena li fiha permezz ta’ tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela flimkien mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-kumplament tal-kabinett u l-grupp Parlamentari, ingħatat viżjoni għal pajjiżna kemm għallpreżent kif ukoll għall-futur, f ’wieħed mill-aktar perjodi diffiċli li għaddiet minnhom Malta u l-kumplament tad-dinja. Grazzi għal numru ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu, fosthom il-metodu ta’ kif ġie

akkwistat il-vaccin, u l-wage supplement li sostna l-impjiegi, issa għandna bażi soda biex għas-sena d-dieħla nitilqu niġru. Il-Prim Ministru waqt attività miftuħa għall-midja din il-ġimgħa ħabbar il-viżjoni ekonomika għall-pajjiż għall-10 snin li ġejjin. Filwaqt li fi snin preċedenti ta’ tmexxija ta’ dan il-Gvern, l-għan kien li nilħqu l-medja Ewropea fis-setturi kollha, issa li din il-medja ntlaħqet irridu nkunu ambizzjużi, u nimmiraw biex neċċellaw u nkunu l-aħjar fid-dinja. Il-viżjoni ta’ Malta għad-deċennju li jmiss hi bbażżata fuq ħames pilastri li huma t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-infrastruttura, l-edukazzjoni, il-good governance u l-ambjent. Għal darb’oħra, il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista qed juri li huwa l-akbar forza politika li għandha viżjoni, kredibilità u kredenzjali biex tmexxi lil dan il-pajjiż, speċjalment f ’dawn iż-żminijiet ta’ sfida. It-track record f ’dan il-qasam jitkellem waħdu. Filwaqt li żbalji jsiru, nemmen li l-poplu ġenwinament jaħseb li anke fejn isiru l-iżbalji u meta jkun hemm diffikultajiet dan il-Gvern

immexxi mill-Partit Laburista biss jista’ jsolvihom. Nasal ngħid li din hija l-fehma mhux biss ta’ dawk li jimmilitaw fi ħdan il-Partit Laburista, jew dawk li m’għandhomx appartenenza lejn partit politiku, iżda jivvutaw skont min hu fil-fehma tagħhom l-aħjar li jmexxi l-pajjiż fil-mument ta’ elezzjoni. Iżda, nemmen ukoll li t-tmexxija serja ta’ dan il-Gvern tikkonvinċi wkoll Nazzjonalisti ġenwini li jixtiequ l-aħjar interess tal-pajjiż minkejja li ilhom jimmilitaw fi ħdan il-partit tagħhom. Kont nistenna minn Partit li hu fl-Oppożizzjoni u għalhekk mhuwiex imtaqqal bid-deċizjonijiet importanti li jridu jittieħdu ta’ kuljum, xi kultant anke ta’ kull siegħa, li f ’dan il-mument difficli fejn hemm bżonn kulħadd jiġbed ħabel wieħed, il-Partit Nazzjonalista kien ser ikun spalla ma’ spalla mal-Gvern u mhux jipprova jfixkel. F-ewwel lok, ifixkel b’attentati barra minn Malta fuq is-sistema ta’ taxxa, fuq diskussjonijiet fuq ir-rule of law meta qatt daqs din l-aħħar sena, ma rajna r-rule of law tissaħħaħ daqshekk. Fit-tieni lok, nazzarda ngħid li l-Partit Nazzjonalis-

ta kien perikoluż meta qal li l-vaċċin mhux is-soluzzjoni u għalhekk seta’ jfixkel il-programm ta’ tilqim tal-Gverm u l-persentaġġ għoli ta’ nies li ħadu l-vaċċin fil-pajjiż. Għalhekk, is-sena li għaddiet uriet id-differenza bejn Prim Ministru deċiż u sod u Kap tal-Oppożizzjoni mitluf, u jiddeċiedi biss li ma jiddeċidix. Il-poplu m’għadu jistenna xejn aħjar mill-Partit Nazzjonalista, iżda jistenna ħafna mill-Gvern u mill-Partit Laburista. Il-Partit Laburista baqa’ jiġġedded, baqa’ jipparteċipa f ’konsultazzjonijiet pubbliċi, u jipproponi ideat minn ħdanu bħall-eżerċiżżju tal-Mitt Idea. Ma nistgħu nillaxkaw qatt, aħseb u ara din is-sena li hija sena fundamentali għallpajjiż u anke għall-Partit Laburista li fi żmien sena ser ikun qed jitpoġġa quddiem il-ġudizzju tal-poplu permezz ta’ elezzjoni ġenerali. Ir-riga tagħna li biha nevalwaw kif sejrin m’għandha qatt tkun mal-Partit Nazzjonalista, iżda x’jaħsbu n-nies, il-prijoritajiet, il-bżonnijiet u d-diffikultajiet tagħhom. Nibqgħu biss insiru l-aħjar verżjoni tagħna nfusna meta nibqgħu viċin in-nies.

Ħadt gost fl-aħħar jiem, qabel il-Maratona Ġbir ta’ Fondi, niltaqa’ mal-familji li jaqsmu magħna l-istejjer tagħhom. Hemmhekk tinduna kemm ħafna min-nies dik it-taħbita ta’ fuq il-bieb ma jarawhiex piż, iżda jieħdu gost biha għax hekk ikollhom mezz ieħor kif isemmgħu leħinhom. Minkejja l-era teknoloġika, xorta nemmen li l-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin jippreferu l-kuntatt uman, li jgħidu dak li jħossu wiċċ imb wicc. B’differenza mill-partit fl-Oppożizzjoni, in-nies li jikkontribwixxu għall-Partit Laburista jafu li kull ewro ser isaraf biex il-partit jissaħħaħ u jkompli joffri viżjoni għal dan il-pajjiż. Kull kontribuzzjoni ser tgħin biex f ’din is-sena deċiżiva, il-Partit Laburista jkompli jkun b’saħħtu, ikompli jkun vicin in-nies u fuq kollox joffri l-idea ta’ tmexxija tiegħu b’viżjoni għal dan il-pajjiż. Sakemm jasal il-mument li fih il-poplu jiddeċiedi jekk ikomplix jafda lill-Partit Laburista bit-tmexxija talpajjiż, nibqgħu naħdmu u nibqgħu nisimghu lin-nies għax wara kull numru hemm il-vera bniedem li għalih ninsabu fil-politika.

EKONOMIJA B’SAĦĦITHA!

RODRICK ZERAFA

L-aħħar ġimagħtejn kienu kkaratterizzati minn statistiċi interessanti ferm. Statistiċi li kollha kemm huma kellhom xi ħaġa komuni u l-istess. Dik li l-ekonomija Maltija qed terġa’ tirpilja u ssir waħda mill-aktar ekonomiji b’saħħithom fl-Unjoni Ewropea li tħabbatha jew saħansitra taqbeż l-akbar forzi Ewropej, fosthom il-Ġer-

manja. Iżda, dan ma jiġix mix-­xejn­, jew inkella b’kumbinazzjoni. Wara dawn l-istatistiċi u t-tbassir ekonomiku hemm Gvern li huwa impenjat li jkompli jtejjeb l-operat tiegħu u fuq kollox poplu ħawtiel għaliex dak huwa s-sabiħ tal-ekonomija b’saħħitha li għandna, li għandna poplu għatxan biex jaħdem u jġib ir-riżultati. Ħa nfakkar ftit x’qalu numru ta’ istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali, li żgur mhux forsi ma jħarsu lejn wiċċ ħadd u ta’ dan għandna prova għaliex meta riedu jiġbdu widnejn il-Gvern ma ddejqux jagħmlu dan, b’hekk il-kritika bla bażi li ġieli ssir ma tagħmel l-ebda sens. Il-ġimgħa li għaddiet temmejnieha bi tbassir pożittiv ferm ta’ A+ mill-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Fitch, li jfisser li dawn l-esperti qed jistennew li s-sena d-dieħla

l-ekonomija Maltija se tkompli tikber saħansitra aktar minn dak previst. Fil-fatt qed jgħidu li qed jistmaw tkabbir ta’ 6% wara li l-istess stima oriġinali kienet ta’ 3.9%. Ftit tal-jiem qabel, statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wriet ir-reżiljenza ekonomika ta’ pajjiżna anke waqt l-imxija tal-pandemija COVID-19. Dan hekk kif fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, il-livell ekonomiku ta’ pajjiżna laħaq l-istess perjodu ta’ sentejn ilu meta ma kienx hawn pandemija. Xi ħaġa tikkuntrasta bil-kbir meta mqabbel mat-tnaqqis tal-medja Ewropea. Ma tilħaqx tgħaddi aktar minn ġimgħa, isir magħruf illi fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, imqabbel malaħħar tliet xhur tas-sena l-oħra, l-ekonomija Maltija kibret aktar minn sitt darbiet iktar miż-Żona Ewro. Dan qalu l-Uffiċċju tal-Istatistika

Ewropew, il-Eurostat. U kif jgħid il-Malti, iċ-ċirasa fuq il-kejk waslet nhar il-Ġimgħa li għadda, meta l-Bank Ċentrali Malti, skont it-tbassir ekonomiku tiegħi, qal kif l-ekonomija Maltija mistennija tilħaq l-istess livel­li tal-2019, jiġifieri s-sena ta’ qabel bdiet il-pandemija fejn kif kulħadd jaf f’Malta kien hawn dik li tissejjaħ ‘Economic Boom’. Nista’ nibqa’ għaddej, għaliex jekk immur minn tal-inqas xahar ilu jkolli fejn nikkwota ħafna aktar statistiċi li jpoġġu lil pajjiżna fuq quddiem fl-ekonomiji Ewropej jekk mhux ukoll dawk dinjin. Allura, mhux ta’ b’xejn dan il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela qiegħed iħares ’il quddiem lejn l-10 snin li ġejjin u jkompli jemmen kif jista’ dan il-pajjiż u l-poplu tiegħu jibqgħu jifjorixxu. Kien għalhekk, li din il-ġimgħa tnediet

il-viżjoni ekonomika tal-pajjiż ibbażata fuq ħames pilastri ewlenin. Viżjoni li tħares lejn il-futur b’ottimiżu u mhux bilbiża’ għaliex il-poplu Malti u Għawdxi fil-fond ta’ qalbu jaf li Malta u Għawdex qed jitmexxew minn amministrazzjoni serja. Iżda, lil hinn minn dan kollu u dak li jgħidu l-istatistiċi n-nies fil-kwiet ta’ djarhom, fil-ħwienet tal-merċa u fil-postijiet kummerċjali fost oħrajn jevalwaw waħedhom, għaliex iva f’pajjiżna għandna ‘Feel Good Factor’ qawwi. Tinsewx, dawn ir-riżultati ġew kollha waqt li pajjiżna għaddej b’rifomi kbar li qed jiġu rikonoxxuti minn bosta istituzzjonijiet, waqt li bħall-bqija tad-dinja għaddejjin minn pandemija u waqt li l-Gvern ma qgħadx lura milli jonfoq il-flus sabiex iżomm lill-poplu tiegħu għaddej. Dak li jfisser Gvern għanNies.


13

13.06.2021

IR-ROTA QED TERĠA’ DDUR

IAN CASTALDI PARIS Membru Parlamentari

Din il-ġimgħa kelli l-opportunità nagħmel ftit żjarat fi stabbilimenti kummerċjali. Dort xi ħwienet f’Birkirkara kif ukoll oħrajn fil-Belt Valletta. Tkellimt mas-sidien u fuq bażi ġenerali kollha qablu li

x-xogħol tagħhom qiegħed jiżdied. Ovvjament hemm l-isfida tal-ħaddiema speċjal­ ment fl-istabbilimenti talikel u r-ristoranti. Madana­ kollu, kollox jindika li r-rota tal-ekonomija qed terġa’ ddur. Ħafna mill-klijenti ta’ dawk f’Birkirkara huma n-nies tal-lokalità kif ukoll oħrajn li jgħixu viċin dan ir-raħal. Minnaħa l-oħra jidher li l-Belt Valletta qed terġa’ tkun iffrekwentata mhux biss millMaltin iżda anke mit-turisti u mill-barranin li erġajna ftaħnielhom is-suq. It-turiżmu għal Malta huwa indispensabbli. Mhux biss il-kontribut dirett li għandu fuq l-ekonomija tagħna. L-impiegi li jiġġenera kif ukoll il-bżonn li jkollna infrastruttura li tikkompeti ma’ dik ta’

pajjiżi li huma kompetituti ta’ Malta u Għawdex. U hu proprju għalhekk li dan il-Gvern qed jinċentiva permezz ta’ vouchers lil dan is-settur. Jidher li hemm interess ġdid fost dawk li jippjanaw il-vjaġġi tagħhom. Barra mill-ġmiel naturali ta’ pajjiżna hemm l-interess għall-wirt kulturali li jmur

lura eluf ta’ snin filwaqt li Malta hija niċċa ideali għal dawk l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż. Intant, iż-żgħażagħ Laburisti din il-ġimgħa ħabbru li ftit xhur oħra Malta ser tkun qed tospita il-Kungress tażŻgħażagħ Soċjalisti Ewropej. Dan huwa l-ogħla organu fi ħdan din l-organizzazzjoni u

Ser tkun ukoll okkażjoni li fiha Malta tiġi riklamata internazzjonalment u għalhekk okkażjoni pożittiva u li ser tħalli ġid kbir

matulu jsiru diskussjonijiet politiċi u addozzjoni ta’ policies. Dan ser ikun kungress li jħares lejn il-futur ibbażat fuq il-prinċipji soċjo-demokratiċi u li jħarsu lil hinn mill-pandemija tal-COVID-19. Ser tkun ukoll okkażjoni li fiha Malta tiġi reklamata internazzjonalment u għalhekk okkażjoni pożittiva u li ser tħalli ġid kbir. Nagħlaq b’appell lilkom ħbieb tiegħi u qarrejja ta’ din il-gazzetta. Nibqgħu pożittivi. Jiena nemmen li jekk ilMaltin u l-Għawdxin jibqgħu jħarsu lejn il-futur minn lenti pożittiva nkunu qed nassiguraw li l-għajxien tagħna jibqa’ jitjieb, nibqgħu niġġeneraw ilġid u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna, tan-negozji u ta’ dawk iċ-ċittadini kollha li għandhom rieda tajba.

GĦAŻLA WAĦDA

NIGEL VELLA

Bħalma jsir kull darba li leġiżlatura tkun riesqa lejn tmiemha, bosta jibdew jippruvaw jaqtgħu, imexxu ’l quddiem u jimbuttaw dak li jaħsbu li għandha tkun il-ġurnata tal-elezzjoni ġenerali. Huwa passatemp ta’ bosta li jippruvaw itellgħu t-tombla qabel ma jkollhom il-biljett quddiemhom fuq xiex jimmarkaw. Huwa veru li f’pajjiżna sirna nagħmlu stħarriġ tal-opinjoni pubblika, sondaġġ, darba kull ħmistax prattikament għax jekk ma tkunx gazzetta, tkun oħra, iżda dawn isiru sabiex jittieħed ritratt u hija xi ħaġa li l-Partiti jagħmlu b’mod konsistenti sabiex ikejlu fejn qed jaslu bil-politika tagħhom. In-numri huma importanti, iżda li jgħodd huma n-numri tal-ewwel għadd li jikkalkulaw fejn se tkun sejra l-ewwel preferenza tal-poplu Malti u dan kollu jsir fil-ġurnata proprja tal-elezzjoni u mhux qabel.

Imma l-punt ta’ dawn il-kelmtejn mhuwiex biex nikkundana lil xi ħadd għax jibda jispara d-dati qabel mal-persuna, li għandna l-mazz f’idejha, il-Prim Ministru, ikun saffar is-suffara. Il-punt kollu huwa, li tiġi meta tiġi, tkun ġimgħat jew xhur ’il bogħod l-għażla tibqa’ waħda: il-Partit Laburista. Ngħid hekk mhux għax nemmen li b’xi mod jew ieħor bħala Partit għandna xi dritt divin li ġej mis-smewwiet li mmexxu l-amministrazzjoni tal-pajjiż aħna, iżda għax tabilħaqq wieħed jista’ jifhem li l-uniku Partit f’Malta li ma jiddejjaqx jiddeċiedi, li ma jiddejjaqx jesprimi opinjoni, li ma jibżax li jitlef il-voti għax iressaq proposta ’l quddiem u li fuq kollox jifhem u jaf x’inhuma jgħidu n-nies, huwa l-Partit Laburista. Storikament dan il-Partit kien dejjem il-Partit li imbotta ’l quddiem id-drittijiet ċivili u r-riformi fil-qasam soċjali li jagħmlu tant differenza filħajja ta’ bosta familji u ħaddiema. Maż-żmien il-Partit Laburista u l-Mexxejja tiegħu ħadu r-riedni fuq oqsma oħra bħal mhuma l-ekonomija, l-enerġija u setturi bħat-turiżmu. Ġara hekk mhux għax il-Partit telaq minn xi ideoloġija u beda jħaddan oħra, lanqas għax nesa minn fejn telaq, iżda għax fehem li kollox huwa katina, kull ħaġa żżomm mal-oħra, interdipendenti. Ngħidu aħna qabel kienet

kważi abbitudni uffiċjali li norbtu l-klassi ta’ min iħaddem mal-Partit Nazzjonalista u l-ħaddiema mal-Partit Laburista. Sa minn xi daqqiet il-Partit Laburista kien kważi kważi hu stess joħloq aktar barrieri f’dan ir-rigward bi kliemu iżda llum il-ġurnata u fl-aħħar snin fhimna li ma tistax iġġelled min iħaddem mal-ħaddiema jekk dawn is-sessjonijiet differenti ma joqogħdux mingħajr xulxin. Min iħaddem kif jista’ jmur kontra l-ħaddiema li jħaddmu l-investimenti li huwa jagħmel b’tant sagrifiċċji? Il-ħaddiema kif jistgħu jmorru kontra min jagħtihom, wara li jkunu għamlu s-sigħat kollha tax-xogħol, l-għajxien biex jgħixu huma u l-familji tagħhom? Il-Partit Laburista u l-Prim Ministru Robert Abela għarfu jinfatmu minn politika li tagħti t-tikketti u qed jiffukaw fuq politka li tħares ’il bogħod, li tħares lejn il-futur billi tindukra l-preżent. Biżżejjed wieħed jara t-tnedija tal-viżjoni ekonomi-

ka għas-snin li ġejjin. Punti importanti u pjan ċar ta’ fejn irridu mmorru biex nibqgħu għaddejjin b’saħħitna, u sar dan meta d-dinja kollha għadha prattikament mal-art kawża tal-pandemija. Ngħidilkom li ma tantx se nsibu pajjiżi fid-dinja li joħorġu b’politika ekonomika fit-tul meta għadhom lanqas jafu kif se jmexxu eżatt għada bil-ħerba li ġabet il-Covid. Għalhekk, huwa kruċjali li meta niġu biex nagħmlu l-għażliet tagħna, tiġi meta tiġi l-elezzjoni nżommu dawn ilpunti f’moħħna. Sar kollox tajjeb fl-aħħar snin? Ma naħsibx, imma d-differenza toħroġ anke minn hemm. Min-naħa għandek Partit li fehem li ma jistax jipprietka l-perfezzjoni, li jagħraf dak li seta’ għamel aħjar u li jisma’ u jaġixxi u mhux superv. Min-naħa l-oħra għandek Partit li għadu jaqsam in-nies skont il-klassi, jekk ikunux Nazzjonalisti jew Laburisti u issa saħanistra jekk humiex ta’

Il-Partit Laburista u l-Prim Ministru Robert Abela għarfu jinfatmu minn politika li tagħti t-tikketti u qed jiffukaw fuq politka li tħares ‘il bogħod, li tħares lejn il-futur billi tindukra l-preżent

Delia jew Grech/Busuttil. Partit li tmien snin wara li tilef l-elezzjoni u l-pajjiż tbiddel minn fuq sa isfel għadu jemmen li dak li sar tajjeb huwa grazzi għalih u dak li sar inqas tajjeb huwa tort tal-Partit Laburista. Mhux ta’ b’xejn li llum il-Partit Nazzjonalista qiegħed fejn qiegħed. Għadu sal-lum ma fehemx li biex tiskurja trid tixxuttja lejn il-lasta mhux tistaħba wara l-kartelluni tal-pubbliċità u taħseb li tista’ tirbaħ il-logħba. Li jgħodd huwa li l-Gvern, il-Partit Laburista u n-nies kollha li jinsabu fis-siġġu tad-deċiżjoni ma jinqatgħux. Irridu nibqgħu tan-nies u għan-nies. Irridu nibqgħu nisimgħu, niddeċiedu u naġixxu. Dak huwa li jagħmel id-differenza. Gvern li jinvesti fin-nies. Partit li jimbotta ’l quddiem l-ideat u mhux staġnat fir-retorika antika li jiftakruha tajjeb in-nanniet daqskemm jafuha t-tfal tal-lum. Meta jasal iż-żmien in-nies se jagħmlu rendikont, se jieħdu ritratt u persważ li l-miżien se jxaqleb lejn il-Parit Laburista u Robert Abela. Madanakollu, il-fiduċja rridu nibqgħu naħdmu għaliha u ma naħsbux li se tiġi waħidha tħabbat il-bieb. Xogħolna lkoll huwa li nibqgħu nwasslu l-messaġġ ta’ tama u kuraġġ. Dik it-tama, dak il-kuraġġ u l-ħidma jagħtuna għażla waħda u ċara.


14

13.06.2021

INVESTIMENT FILIL-ĠIMGĦA TAS-SE

BOSTA TFAL JINGĦATAW L-OP MILL-QRIB MAL-PROFESSJONI LI INDIKAW Għexieren ta’ tfal kellhom opportunità li se jibqgħu jiftakruha hekk kif wara li ħadu sehem fil-kompetizzjoni “X’tixtieq issir la tikber?”, organizzata mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, ingħataw l-opportunità unika li jqattgħu nofstanhar fil-professjoni li jaspiraw li jidħlu fiha meta jikbru. Minn job placements mal-Forzi Armati, mal-Protezzjoni Ċivili u mal-Pulizija, għal dawk bħala veterinarji, artisti, għalliema u xandara, fost oħrajn, din kienet l-attività li s-Servizz Pubbliku għażel li jagħlaq biha s-seba’ edizzjoni tal-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li “qed insaħħu s-Servizz Pubbliku bl-istrateġija l-ġdida, iżda wkoll bl-investiment fil-ġejjieni. Is-Servizz Pubbliku dejjem se jibqa’ fi bżonn ta’ karrieri, għalhekk mhux qed naħsbu biss fil-lum, iżda wkoll f’għada. L-opportunità lil dawn it-tfal hi


13.06.2021

15

-ĠEJJIENI FI TMIEM ERVIZZ PUBBLIKU

PPORTUNITÀ TA’ ESPERJENZA W LI JIXTIEQU JAQBDU LADARBA JIKBRU

Ritratti: DOI

parti mill-investiment fin-nies li qed nagħmlu, aspett ewlieni tal-istrateġija l-ġdida flimkien mat-teknoloġija u s-servizz innifsu”. Hu żied jgħid li l-investiment fil-karrieri se jwassal għasservizz ta’ eċċellenza li s-Servizz Pubbliku jrid jagħti lill-klijenti tiegħu. Il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2021, bit-tema “Insaħħu s-Servizz Pubbliku”, tagħlaq il-kapitlu tat-tiġdid biex tħejji għal ieħor għat-tisħiħ tas-Servizz innifsu. Is-Servizz Pubbliku issa se jkollu strateġija ta’ ħames snin biex isaħħaħ lilu nnifsu, fejn għall-ewwel darba din se tiġbor flimkien it-tliet elementi ewlenin li fuqhom jaħdem is-Servizz Pubbliku, jiġifieri t-teknoloġija, in-nies u s-servizz. Dawn l-elementi wkoll kienu s-suġġett ta’ diskussjoni matul din il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2021.


16

13.06.2021

PRIM MINISTRU GĦAQLI U DEĊIŻIV ALICIA BUGEJA SAID

KANDIDATA GHAT-3 U S-7 DISTRETT Alicia Bugeja Said hi mill-Imġarr, bint Mosè u Miriam u l-fustanija fost ħames aħwa. Alicia hi xjentista b’dottorat (PhD) fil-Biodiversity Management u Human Ecology mill-Università ta’ Kent fl-Ingilterra, u ħadmet f’diversi Universitajiet madwar id-dinja fosthom fil-Kanada u fi Franza. Hi speċjalizzat mill-qrib fuq il-politika u l-ekonomija soċjali tas-settur agrarju u tas-sajd. Hi attiva fil-banda ta’ Santa Marija Filarmonika fl-Imġarr, u għandha għal qalba ħafna t-tradizzjonijiet Maltin bħall-festi, l-artiġjanar, il-folklor, u l-ikoni kulturali li pajjiżna jaf joffri. PROFESSJONI - Konsulent fuq Biedja u Sajd mal-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, Ikel u Drittijiet tal-Annimali. Sa ftit talġimgħat ilu kienet id-Direttur tas-Sajd ġewwa d-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, fejn ħadmet mill-qrib mas-sajjieda Maltin u Għawdxin. Alicia hi ingaġġata wkoll bħala part-time lecturer l-Università u l-MCAST. Bħala xjentista, hi involuta f’diversi proġetti ta’ riċerka u kitbiet, flimkien ma’ kollegi oħra kemm f’Malta kif ukoll ma’ barra. Artikli akkademiċi riċenti li kitbet huma dwar l-irwol taċ-ċittadin fil-governanza, u l-miri ta’ l-iżvilupp sostennibli fil-livell nazzjonali u Ewropew. STAT – Miżżewġa. POST TAT-TWELID – Penrith, Australia LOKALITÀ FEJN TGĦIX - Imġarr IKEL FAVORIT – Kull tip ta’ ħut.

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-PL?

PASSATEMP – Dak kollu li għandu x’jaqsam man-natura: Camping, Sajd, Mixi fil-kampanja, Għawm, Scubadiving. KTIEB FAVORIT – Les Misérables ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – Jien nemmen li bħala ċittadini, ilkoll għandna x’noffru lil pajjiżna b’diversi modi. Ta’ 25 sena tlaqt nistudja barra minn Malta u qattajt tmien snin f’pajjiżi differenti fejn ġejt esposta għal kulturi varji fejn tgħallimt kemm b’mod akkademiku kif wkoll minn esperjenzi li tiltaqa’ magħhom fil-ħajja. Illum ninsab lura Malta sabiex inservi lill-pajjiż li tant inħobb. Lil żgħażagħ bħali ninkoraġġihom biex iħarsu ’l quddiem lejn sfidi u esperjenzi ġodda, u jaspiraw biex huma wkoll ikunu ta’ servizz għal din Malta tagħna.

ġejja minn familja tal-ħaddiema, dejjem emmint fil-bżonn ta’ politika li tkun qrib in-nies, l-istess politika li bħala Gvern inwettqu għalhekk aħna Gvern tan-nies. Il-viżjoni tiegħi għal Malta aħjar kienet il-motivazzjoni ewlenija tiegħi sabiex inwieġeb għas-sejħa talPrim Minsitru u ningħaqad ma’ dan it-tim formidabbli għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Il-Partit Laburista minn dejjem narah bħala l-katalist ewlieni tal-bidla u l-ideat li permezz tagħhom jagħti post lil nies bħali, b’esperjenza f’oqsma differenti bħal dawk tax-xjenzi. Dan hu l-partit li jagħtik spazju sabiex tressaq ideat innovattivi u ta’ trasformazzjoni li jkomplu jibdlu lil dan il-pajjiż għall-aħjar. Min-naħa l-oħra bħala żagħżugħa li Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li

għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? li huma l-anzjani tagħna. Illum ninsab kuntenta u konvinta li qed naħsL-ikbar kisbiet li għamel dan il-Gvern tul du l-frott tad-deċiżjonijiet għaqlin li l-aħħar snin kienu bla ebda dubju dawk l-Prim Ministru tagħna ħa b’determifil-qasam soċjali, fis-saħħa u kif wkoll nazzjoni fil-mument tal-prova li wera dawk fl-ekonomija. Il-poplu gawda l-kapaċitajiet vera tiegħu fit-tmun ta’ mill-ġid komuni li ħloqna bħala Gvern dan il-pajjiż. permezz t’investiment qawwi f’diversi setturi inkluż dawn t’intrapriżi żgħar u Kif baqa’ jiġġedded il-Partit medji kif wkoll dawk kbar. Kisba mill- Laburista tul is-snin? aqwa li rnexxielu jagħmel Gvern Laburista kienet dik marbuta mar-rifor- L-ikbar tiġdid li sar fil-PL huwa bla dubma tal-kera (pre-1995), fejn kulħadd ser ju l-investiment tiegħu fiż-żgħażagħ li ikun kopert bil-mekkaniżmi inklussivi huma l-futur ta’ din is-soċjetà. L-inli ser jidħlu fis-seħħ. Fis-settur agriko- klussività li ġabet lil dan il-partit biex lu u dak tas-sajd qed inkomplu naraw li jagħti spazju akbar lil nisa bħali jidħjsir investiment akbar fil-ġenerazzjoni lu għall-ħajja politika huwa investiżagħżugħa sabiex naraw li l-provvista ment kbir li għamel il-partit tul dawn t’ikel lokali tibqa’ waħda sigura u kif l-aħħar snin. Dan huwa l-partit li flwkoll sostenibbli. aħħar snin kompla jsir id-dar naturali ta’ kulħadd fejn sar avvanz kbir sabiex X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li wieħed wkoll jegħleb il-firdiet li firdu ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? bosta familji tal-ġlieda bejn l-aħmar u l-blu. Dan huwa l-partit li veraRobert Abela mexxa l-pajjiż f’wieħed ment joffri tama u huwa tarka kontra mill-aktar mumenti ibsin li l-pajjiż l-mibegħda politika li tifred poplu. qatt għadda minnhom kawża tal-pan- Jien konvinta li dan il-partit għandu demija. Din kienet waħda mill-akbar futur mill-isbaħ quddiemu. Ejjew ħalsfidi li mexxej ta’ pajjiż seta’ qatt iħab- li lkoll inkomplu naħdmu għal Malta bat wiċċu magħha. Il-Prim Ministru magħquda u aħjar. wera biċ-ċar u bil-fatti li kapaċi jieħu deċiżjonijiet għaqlin u f’waqthom biex X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? tiġi indirizzata s-sitwazzjoni li permezz tagħha wkoll qed ingawdu dawn Il-ħolma tiegħi għal Malta hi t’akin-numri baxxi ta’ każijiet. Il-Prim tar ekonomija soċjali, sostenibbli u li Ministru kien proattiv permezz ta’ di- tilħaq lin-nies. Inħarsu ’l quddiem b’otversi għajnuniet bħal dik tal-wage sup- timiżmu għal aktar tkabbir ekonomiku plement fejn inħoloq il-bilanċ meħtieġ li joħloq aktar ġid sabiex wara jitqasbejn l-ekonomija bil-ħarsien tal-imp- sam b’mod ġust u ekwu. B’mod speċjali jiegi u tan-negozji kif ukoll il-ħarsien fejn dak li jkun jiġi premjat għall-ħidtas-saħħa tal-poplu Malti l-ewwel ma u għall-investiment li jkun wettaq. u qabel kollox. Xhieda ta’ dan kollu Nemmen f’politika li għandha tħares huma l-miżuri li ttieħdu sabiex tiġi aktar lejn l-aspett uman b’inqas insalvagwardjata l-ħajja ta’ dawk l-ak- dividwaliżmu fejn l-ekonomija aktar tar għeżież u vulnerabbli fis-soċjetà, tkun ibbażata fuq il-pilastri soċjali.


17

13.06.2021

GVERN UKOLL TAL-MINORANZI MALCOLM PAUL AGIUS GALEA KANDIDAT GĦAS-6 U S-7 DISTRETT PROFESSJONI - Tabib tal-Familja STAT – Miżżewweġ lil Juanita, tabiba, u missier ta’ tlett itfal, Adam, Noah u Jacob. POST TAT-TWELID – Naxxar LOKALITÀ FEJN JGĦIX – Ħaż-Żebbug IKEL FAVORIT – Platt għaġin tajjeb PASSATEMP – Nagħmel xogħlijiet id-dar u

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Il-Partit Laburista huwa l-partit li nħoss ġibda naturali għalih, minħabba li l-pilastri li huwa mibni fuqhom huma rifless tal-valuri li għaddewli l-ġenituri tiegħi. Inħoss li dan huwa dak il-partit progressiv li jħares ’il quddiem lejn dak li għandu bżonn isir biex pajjiżna u niesu jimxu ’l quddiem filwaqt li ma ninsewx minn fejn tlaqna u x’jagħmilna Maltin. Fuq kollox, huwa dak il-partit li bħala membru tiegħu nħoss li nista’ nwassal il-messaġġ tiegħi u naħdem għal futur dejjem isbaħ għal kulħadd, mingħajr distinzjoni ta’ kulur politiku, ġens jew ġeneru. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? Diffiċli tiddeskrivi dak kollu li għamel il-Gvern Laburista tul it-tmien snin li ilu fil-gvern. Waħda mill-aktar kisbiet importanti li għamel il-Gvern hija li kien vuċi lil kwalunkwe minoranza. Kien fuq quddiem fl-Ewropa fejn jidħlu drittijiet ta’ LGBTI, provda servizzi b’xejn għal dawk li għandhom xi tip ta’ problema ta’ infertilità biex b’hekk dawn s-servizzi ġew disponibbli għal kulħadd, ta drittijiet lil min jaddotta jew jagħmel il-fostering, kien spalla għall-mara biex bil-fatti jgħin li jkollna soċjetà iktar ugwali. Hawn provda servizzi ta’ childcare b’xejn, breakfast clubs, trasport għall-iskejjel b’xejn u aktar riċenti riformi biex titjieb ir-rappreżentanza ugwali fil-Parlament. Dan kollu sar filwaqt li ma nesiex lill-anzjani, lill-morda, lil dawk li għadhom qed ifittxu li jixtru l-ewwel dar tagħhom. Tul dawn l-aħħar sena u nofs, Gvern Laburista, f’ċirkostanzi bla preċedent, għamel investimenti kbar fis-settur tas-saħħa filwaqt li wieżen lil kull Malti, mill-ħaddiem sa min iħaddem, biex l-ekonomija ma tiħux d-daqqa li ħadet f’pajjiżi oħra, anke ġirien tagħna. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin? Hija faċli li Partit fil-Gvern jistaġna.

fil-karozza (DIY), l-għawm, xi passiġġata mal-familja KTIEB FAVORIT – Long walk to Freedom: Nelson Mandela ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – Il-ħajja qasira. Bħala tabib li nara u ngħix kull xorta t’esperjenzi, iktar u iktar nista’ ngħid dan! Ma rridx li meta nkun wasalt fit-tmiem ta’ ħajti, ikun meta jkun, inħares lura u ngħid li dak li stajt nagħmel sa dak iż-żmien, m’għamiltux!

Imma l-Partit Laburista baqa’ jiġġedded b’bidliet fl-amministrazzjoni tiegħu, bidliet fl-istruttura tiegħu, fejn fost oħrajn rajna l-bidla fejn ikollok id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit li ma jkunx fil-Parlament imma parti mill-amministrazzjoni tal-partit. Bidliet iktar ovvji rahom kulħadd, bħal Membri Parlamentari ġodda u bdil fil-Kabinett. L-iktar bidla impressjonanti fl-opinjoni tiegħi hija li nbidel il-Mexxej tal-Partit, il-Prim Ministru, u kuntrarjament għal dak li sfortunatament rajna fl-Oppożizzjoni, it-tmexxija tal-pajjiż kompliet għaddejja b’mod trankwill. Minkejja l-isfidi li kellu pajjiżna, bqajna naraw it-twettiq tal-manifest elettorali li vvota għalih il-poplu fl-2017 u riformi kostituzzjonali li pajjiżna kellu bżonn. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Kif diġà semmejt aktar kmieni, minkejja li faqqgħet il-pandemija talCOVID-19 ġimgħat biss wara li nħatar Prim Ministru, Robert Abela mexxa lil pajjiżna biex illum ninsabu f’sit-

wazzjoni li ħafna pajjiżi oħra jixtiequ li qegħdin fiha. Qatt ma beża’ jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji għall-ġid tal-pajjiż u dejjem ħaseb fiċ-ċittadini kollha tal-pajjiż li jmexxi. Fuq kollox, Robert Abela wera biċ-ċar li hu kaptan tajjeb fil-maltemp, aħseb u ara la jikkalma l-baħar! X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Noħlom li nara lil Malta tkompli tiżviluppa b’mod sostenibbli. Gżiritna hija mogħnija b’ħafna riżorsi li nistgħu nisfruttaw aħjar. Fadlilna fejn

naħdmu bil-għaqal biex niżviluppaw postijiet partikolari filwaqt li nippriservaw il-karattru li jagħmilna Maltin bħal pereżempju l-qalba ta’ rħula tradizzjonali. Dan sabiex ma naħbux jew saħansitra ninsew il-karattru li jagħmilna Maltin. Noħlom li fil-futur insaħħu iktar it-tradizzjonijiet tagħna filwaqt li ma nibżgħux naċċettaw fostna drawwiet ġodda f’soċjetà multietnika u multikulturali. Hekk inkunu mxejna ’l quddiem mingħajr ma nitilfu l-karattru u l-passat tagħna.

Diffiċli tiddeskrivi dak kollu li għamel il-Gvern Laburista tul it-tmien snin li ilu fil-gvern. Waħda mill-aktar kisbiet importanti li għamel il-Gvern hija li kien vuċi lil kwalunkwe minoranza


18

13.06.2021

NINVESTU FIN-NIES

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Din il-ġimgħa fakkarna r-raba’ sena ta’ din l-leġiżlatura, liema leġiżlatura ffaċċjat sfidi kbar li ġabu inċertezzi u bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet kuraġġużi u ħafna drabi f ’qasir żmien. Madanakollu, jispikka l-fatt li n-nies kienu, għadhom u jibqgħu il-pern ewlieni li ddur magħhom il-ħidma tal-Gvern. Tmien snin fil-gvern imma jibqa’ Gvern umli, jisma’, mimli bl-entużjażżmu, dejjem bil-għatx sabiex iwettaq aktar, jagħti aktar lill-poplu mingħajr mal-poplu jkollu għalfejn l-ewwel jitkarrab li jingħata. F’dawn l-aħħar jiem bħala eżempju tnieda l-proġett għat-tieni interconnector tal-elettriku għal pajjiżna. Tħabbru investimenti fis-saħħa mentali u fil-kura paljattiva. Ġiet imnedija il-viżjoni ekonomika għall-10 snin li ġejjin. F’din it-tnedija l-Prim Ministru Dr Robert Abela aċċenna li bit-tnedija tal-viżjoni ekonomika għall-10 snin li ġejjin erġajna tajna prova oħra kif dan hu Gvern frisk, mimli enerġija, biex ifassal il-ġejjieni ta’ dan il-pajjiż. Dan mhux kliem fl-arja ta’ propaganda imma huwa affermat minn aġenziji ta’ kreditu li jeżaminaw l-andament ekonomiku tal-pajjiżi tad-dinja kollha mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd. L-aġenzija Fitch din il-ġimgħa affermat għal darb’oħra ir-rating ta’ A+ lil pajjiżna, fejn faħħret il-pakkett ta’ stimolu fiskali li ta l-Gvern sabiex isalva l-impjieg u t-tkabbir, u kif ukoll faħħret ir-riformi istituzzjonali li saru bla preċedent. Fitch faħħret il-programm ta’ tilqim ta’ suċċess li kellha Malta. Dan il-programm ġie mfaħħar bil-qawwa wkoll mill-Unjoni Ewropea. Imma l-Kap tal-Oppożizzjoni dan is-suċċess fil-programm ta’ tilqim sempliċement laqqmu bħala tellieqa infantili. Il-Eurostat f ’dawn il-ġranet ikkonfermat ukoll li f ’April li għadda mhux talli n-numru ta’ persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol kien inqas minn April 2020 imma kkumparat ma’ Marzu 2013 dan in-numru jissarraf f ’terz ta’ dak reġistrat taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista fl-2013. Niftakru li fl-istess żminijiet waqt il-kampanja elettorali tal-2013 kienu jgħidulna li ‘Labour won’t work’. Naħseb li r-risposta ta’ tmexxija serja ħaduha issa l-PN. U biex tkompli tikkonferma l-għaqal fit-tmexxija u l-viżjoni politika u ekonomika ta’ dan ilGvern, il-Eurostat din il-ġmgħa wkoll qalet li filwaqt li l-ekonomija Ewropea naqset b’0.3%, dik ta’ Malta kibret b’1.9%. Għalhekk mhux ta’ b’xejn li s-sondaġġi jibqgħu konsistenti u juru kemm verament dan il-Gvern għandu subgħajh fuq il-polz tal-poplu u kemm il-poplu jwieġeb lura b’fiduċja u jirrikonoxxi l-ġid li qed isir u li qed jitqassam b’ġustizzja fost il-pop-

lu kollu. Gvern iffukat sabiex jinvesti finnies. Prim Ministru li l-prijorità tiegħu hi li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ kull Malti u Għawdxi. Partit Laburista li qatt ma waqaf jitbiddel u jbiddel. Mexxej ta’ partit li jixpruna ta’ kuljum fina ħeġġa u għatx biex inkomplu nwettqu ħidmietna fid-dawl tal-prinċipji tagħna ta’ ġustizzja soċjali u mobbiltà soċjali. Il-poplu jrid min jagħtih it-tama, jixprunah bil-ħeġġa, jinċentivah u jurih fiduċja u sostenn. Il-poplu jwarrab lil min hu negattiv u lil min kważi kważi jogħrok idejh bid-deni li jista’ jinħoloq minn żmien għal żmien. Biżżejjed naraw l-interpretazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni għallaħħar sondaġġ li sar dwar il-polz politiku tal-poplu. Grech qalilna li l-PN qed inaqqas fil-popolarità għax hawn feel good factor fil-pajjiż. Prosit! Minflok jifraħ għax il-poplu fl-aħħar qed iħossu fiduċjuż u jħossu tajjeb li qed joħroġ mill-pandemija u mexjin lejn it-triq tan-normalità, jilmenta li din il-pożittività qed titfa’ ċ-ċansijiet li hu jsir Prim Ministru fil-qiegħ. Fi ftit kliem ilPN jaspira li l-poplu jħossu miżerabbli biex ikollu xamma ċkejkna li jerġa’ jikseb l-imbierek siġġu tal-poter. Fl-istess nifs li gerger fuq il-feel good factor li qed iġib il-fatt li qed noħorġu mill-pandemija, oħroġ il-għaġeb l-istess Bernard Grech waħħal fil-Gvern għaliex Malta ma tinstabx fuq il-lista l-ħadra tar-Renju Unit. Kieku ma tisimgħux lanqas temmen. Qallilna li konna tard fid-deċiżjonijiet u qed inbatu l-konsegwenzi. Possibbli ma jindunax li m’għadux żmien li tipprova tbella’ r-ross bil-labra lin-nies? Kulħadd jaf jgħodd sal-10 ngħidulu lil Bernard Grech. L-ebda Stat Ewropew mhu fil-lista l-ħadra tar-Renju Unit. Allura l-mexxejja tal-Ewropa kollha għandhom tort? Hu biss għandu raġun? Aktar minn hekk ma tridx għerf ta’ Salamun biex tikkonkludi li r-Renju Unit ħa din il-pożizzjoni sabiex ir-residenti tar-Renju Unit ma jsifrux barra l-pajjiż u jieħdu l-vaganzi tagħhom fir-Renju Unit stess sabiex idawru l-ekonomija fil-pajjiż tagħhom stess. Huwa ċar li alternattiva denja m’hawnx f ’dan il-pajjiż. U għaldaqstant, il-piż tar-responsabbiltà fuq spallejna huwa akbar sabiex ikun il-Partit Laburista stess li jżomm lill-Gvern fuq ponot subgħajh u nkunu ta’ xprun u ta’ kritika u viġilanza serja għallGvern.

Il-poplu jrid min jagħtih it-tama, jixprunah bil-ħeġġa, jinċentivah u jurih fiduċja u sostenn. Il-poplu jwarrab lil min hu negattiv u lil min kważi kważi jogħrok idejh bid-deni li jista’ jinħoloq minn żmien għal żmien

Sur Editur, Ara x’qed navżak, Sur Editur, jekk tneħħili din l-ewwel biċċa ma tkunx aħjar miċ-ċampjin tad-demokrazija Jason Azzopardi! Għax dak jibblokkjak minn fejsbuk u jneħħilek il-kummenti li tkun ktibtlu jekk ma jkunux idoqqu għal widnejh. Stajt qdejtni, għall-Ħadd li għadda ta! Meta għidtlek li ħa nżid biċċa fuq l-aħbar tas-sena ma’ dak li kont diġà ktibt. U ma qdejtnix. Puuuu! Aħbar bħal dik kelli nistenna ġimgħa biex niżvoga fuqha! Tibżax, għal darb’oħra. X’telfa għall-politika Maltija, ġieżuġież! Tereża Comodini Cachia mhux se tikkontesta aktar għall-elezzjoni ġenerali. Sena wara li kienet konfoffa biex jitqaċċat il-baħbuħ Adrian Delia. Qaltilna li m’għandix problemi mal-PeNe ta’ Bernie. Iva u żgur! U jekk hu hekk, mela jien il-Papa Gwanni Pawlu t-Tielet! X’kull waħda wkoll! Ħa ngħidlek jien, Sur Editur. Qed ikomplu l-intriċċi. U biex tagħtihom waħda fl-istonku, qabdet u warrbet min-nofs. Jien u nieżel minn ħdejn il-każin tagħhom dil-ġimgħa, smajthom jgħidu li jridu jqaċċtuha biex idaħħlu demm ġdid u uċuħ ġodda. Issa din Comodini mhux xi qadima, ngħiduha kif inhi. Kemm għad għandha? Daqt tagħlaq it-48 skont ma’ qalu dawk li l-ħin kollu jirreġettaw fuq ilGvern tagħna, kollhom Ingliżati u nelħ tal-Hatin’Malta. Imma ma ninsewx ukoll kemm ġiet użata din Comodini. Deffsuha fin-nofs biex tieħu l-partit tagħhom f’idejha l-Eroj tal-Kakka, li riedu jqaċċtu lil Adrian Delia minn Kap tagħhom. Imbagħad ramewha u daru għal Bernie. Qatgħu figura e! U kienet ħadet għaliha bil-kbir Comodini għax ħassitha traduta u użata minn dawk li suppost kienu kollegi tagħha deputati Nazzjonalisti. Aħseb u ara, Sur Editur, ma tkunx kollega tagħhom dawn, x’jagħmlulek. Ajma ħej, mur ġib e! Firxulha t-tapit l-aħmar għaliex kienet meqjusa bħala l-inqas figura mhux kontroversjali bħala Kap tagħhom, imbagħad ġibdulha t-tapit minn taħt saqajha. U minn Comodini ġabuha żliġini mkaħħla tal-ħajt. Basta kienu inċensawha bil-kbir. Niftakar kien urieni xi ħaġa n-neputi, li kien kitibha Delia dak li kien ġabilna l-Arriva hawn Malta. Lin-neputi erġajt għidtlu biex isibhieli. Hekk kien qal, ara: Therese Comodini Cachia will be the new Opposition Leader, kien qal. U kompla jgħid, For now I will just say that this will make uncomfortable news for Robert Abela and Adrian Delia. Two birds. One woman. Godspeed ma’am. Ija, ija, Godspeed Ma’am! Qas laħqet nixfet il-linka, kif konna ngħidu li dan Delia Arriva mal-oħrajn, warrab lil Comodini u beda jinċensa lil Bernie. Godspeed, ija. Imma kixxi ’l hemm b’veloċità gass mal-pjanċa għal barra, għax użajniek u warrabniek, Comodini. Imma l-aqwa li l-PeNe rringrazzja lil Comodini għall-ħidma tagħha fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Issa, Comodini, ħi, mur inħeba fi Gwardarobba u ħallina, messu qalilha l-partit tagħhom, ja qatta ipokriti u ġakbini li huma. Mela Sur Editur, f’intervista lit-Tajms li fiha kollox jiddetta de Marco, Comodini saħqet li l-politika partiġjana mhix l-aħjar addattament għaliha biex tkun tista’ taħdem u tirsisti għal soċjetà iżjed ġusta. Bonġu Comodini ħi! Issa qed tinduna bil-politika partiġjana? Jekk niġu f’dan, kienet politika partiġjana li warrbet lilek minn suppost Kap tal-PeNe, tawk daharhom u bdew itaptptu fuq dahar Bernie u jgħidulu Yassas Bernie! Hekk qaluli li jgħidulhom lill-Griegi. U Yassas Bernie u Yassalhemm Comodini! Insomma, Comodini niftakruha wkoll għall-gaffe li għamlet, Sur Editur. Meta fl-2017, Comodini wieġbet is-sejħa ta’ Sajmin li qatt ma rebaħ elezzjoni waħda mġiddma, u kkontestat fit-tmien distrett, kienet eletta. Imbagħad meta idden is-serduk Comodini f’daqqa waħda qalet li ma tridx is-siġġu f’Malta u ħa żżomm is-siġġu tagħha fil-Parlament Ewropew. Rabja kbira mifruxa fost il-partitarji tal-PeNe, u akkużi li ma ridetx titlef is-salarju bħala Membru tal-Parlament Ewropew. U Comodini spiċċat għamlet U-turn. Għad-dieħla!


19

13.06.2021

IL-VICTIM SUPPORT UNIT FI ĦDAN IL-KORP TAL-PULIZIJA

FEJN IL-VITTMA BI DRITT, TINGĦATA L-GĦAJNUNA Nitkellmu mal-Ispettur Sylvana Gafa Il-Korp tal-Pulizija, apparti li jaqdi dmiru, iħares ukoll lejn l-aspett uman tal-individwi. Bosta huma dawk li fil-Korp isibu wkoll wens, tama u kuraġġ. Sezzjoni minnhom li toffri dan, hija l-Victim Support Unit li tagħmel ħafna ġid mannies li jgħaddu minn esperjenzi diversi tul il-ħajja. Forsi ftit inkunu nafu x-xogħol tad-deheb li jkun qed isir, b’paċenzja u b’dedikazzjoni kbira. Dan ix-xogħol, mingħajr daqq ta’ trombi, kapaċi jgħin lill-individwi ma jinżlux ’l isfel wara li jkunu għaddew minn esperjenzi li ma jkunux pjaċevoli. Anzi, jagħtihom kuraġġ li b’pass wara l-ieħor, jemmnu fihom infushom u jkunu megħjuna kif jixirqilhom. Tkellimna mal-Ispettur Sylvana Gafa.

ġew assistiti ’l fuq minn 2,000 vittma, u f’April li għadda l-Gvern kompla jsaħħaħ dan is-servizz billi waqqaf Aġenzija li llum il-ġurnata qed toffri sapport ħolistiku lill-Vittmi ta’ reati kriminali, bl-isem Victim Support Agency. Fiex tikkonsisti l-unit u x’inhu l-iskop ewlieni tagħha?

Għaliex ħassejt il-ħtieġa li twaqqaf dan il-unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija? Jien bdejt il-karriera tiegħi bħala Spettur, u dħalt bid-degree fil-Criminology, u matul is-snin komplejt l-istudji tiegħi u llum il-ġurnata għandi Masters fil-Counselling. Issuġġett tal-vittmi minn dejjem kien għall-qalbi u bħala pulizija kelli l-opportunità li naħdem mill-qrib magħhom. Iltqajt ma’ ċirkustanzi u sitwazzjonijiet differenti, fejn għenuni nikber personalment u kienu ta’ ispirazzjoni sabiex inkompli l-istudji tiegħi fissuġġett. Fl-2017 il-Korp tal-Pulizija tani l-opportunità li niffoka l-ħidma tiegħi primarjament mal-vittmi tal-kriminalità u ġie mwaqqaf il-Victim Support Unit fi ħdan il-Pulizija. Permezz tal-Unit, il-Korp irrikonoxxa li l-vittmi tal-kriminalità jistħoqqilhom l-attenzjoni kollha neċessarja sabiex bl-għajnuna u bis-sapport offrut lilhom inaqqsulhom mit-trawma assoċjata marreat u bħala korp ngħinuhom jerġgħu jqumu fuq saqajhom, immedjatament minn meta jdaħħlu rapport mal-pulizija. Il-vjolenza domestika titqies bħala att tal-mument/i, marda jew vizzju? Kif jittrattahom każijiet hekk il-korp? Minħabba li n-natura tax-xogħol tal-pulizija huwa aktar iffukat fuq l-aspett investigattiv aktar milli fuq il-bżonnijiet tal-vittma, il-Victim Support

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Unit qed iservi bħala l-punt ta’ riferiment għall-vittmi tal-kriminalità kif ukoll il-qraba tagħhom, speċjalment fejn ikollhom bżonn sapport immedjat u informazzjoni fuq il-każijiet tagħhom. Il-Victim Support Unit jgħin ukoll sabiex il-Korp tal-Pulizija jilħaq l-obbligazzjonijiet li għandu, skont il-Kapitlu 539 tal-Liġijiet ta’ Malta – Att dwar Vittmi tal-Kriminalità. Għalkemm is-sezzjoni tal-Victim Support Unit tgħin lil kull min kien vittma ta’ reat, l-aktar każijiet li naraw huma każijiet ta’ vjolenza domestika u reati oħrajn li jinvolvu persuni vulnerabbli bħal abbużi sesswali u serq fuq l-anzjani. Dawn ikollhom bżonn is-sapport emozzjonali bil-għan li jkunu jistgħu jkomplu l-ħajja trankwilla kif kulħadd jistħoqqlu. Bħala tim fil-Victim Support Unit illum il-ġurnata huwa magħmul minn ħames individwi, li jinkludu pulizija u pajżana b’livell akkademiku differenti, fosthom fis-suġġett tal-kriminoloġija, youth work u counselling. Bħala unit nenfasizzaw ħafna fuq outreach

mal-vittmi sabiex dawn ikunu kkuntattjati min-naħa tagħna u jsiru jafu bis-servizzi offruti u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Il-Victim Support Unit ippubblikat ukoll fuljett għall-vittmi tal-kriminalità li jikkonsisti f’informazzjoni dwar proċeduri bażiċi tal-Pulizija, fejn dawn il-fuljetti ġew imqassma fl-għases u fis-sezzjonijiet kollha tal-pulizija. Il-mod ta’ kif pulizija jilqa’ u jaqdi persuna tagħmel differenza kbira għall-vittmi li jkunu għadhom kif sofrew reat. Il-perċezzjoni tan-nies fuq il-pulizija tiddependi ħafna mill-mod ta’ kif vittma tkun ġiet trattata waqt li tkun qed tirrapporta r-reat, u huwa hawn fejn aħna nidħlu sabiex persuna ma taqtax qalbha li terġa’ tirrapporta għat-tieni darba.

jkollhom bżonn sapport kontinwu, speċjalment meta jkun hemm it-tfal involuti. Matul is-snin smajna diversi lmenti mill-vittmi dwar kif ħassew li ġew trattati. Kien ikollna lmenti li l-għases mhumiex attrezzati biżżejjed sabiex jiġu mitkellma l-vittmi b’mod kunfidenzjali, illi mhux il-pulizija kollha huma sensittivi lejn dawn il-każijiet, illi l-pulizija għandhom bżonn aktar taħriġ fuq is-suġġett u oħrajn. Permezz ta’ komunikazzjoni interna, f’Settembru li għadda, il-korp waqqaf ukoll unit speċjalizzat li jinvestiga rapporti ta’ vjolenza domestika. Dawn il-pulizija ngħataw taħriġ speċifiku ta’ kif għandhom jinvestigaw dawn il-każijiet u huwa post ċentralizzat fejn il-vittmi jiġu mitkellma f’kamra privata fil-preżenza ta’ social worker mill-Appoġġ. Fil-fatt, kien hemm żieda Matul il-pandemija, kien fin-numri ta’ rapporti minn hemm żieda ta’ każijiet ta’ meta ġiet imwaqqaf dan ilvjolenza domestika? unit. Ħafna aktar vittmi għażlu li jirrappurtaw ma’ dan il-unit Mill-esperjenza nista’ ngħid li speċjalizzat milli fl-għasses. l-każijiet ta’ vjolenza domesMatul dawn l-aħħar erba’ tika huma l-aktar każijiet li snin, mill-Victim Support Unit

Bit-twaqqif ta’ din l-Aġenzija ġew miġbura s-servizzi diġà offruti mill-Ministeru tal-Intern taħt saqaf wieħed, fosthom il-Victim Support Unit tal-pulizija, il-victim support tad-dipartiment tal-Probation u l-Parole u l-professjonisti li kienu jaħdmu mal-Hate Crime Unit. Illum il-ġurnata dawn qegħdin jipprovdu servizz ħolistiku lill-vittmi taħt saqaf wieħed, skont il-bżonnijiet tagħhom f’dak il-mument partikolari. Din l-Aġenzija qed taħdem ukoll id f’id ma’ entitajiet oħra, kemm dawk governattivi kif ukoll dawk li mhumiex, sabiex ma jiġux duplikati servizzi li hemm diġà eżistenti u kulħadd jaħdem id f’id fl-aħjar interess tal-vittma. Fost is-servizzi diġà offruti, din l-Aġenzija qed tagħmel mezz li l-vittmi jingħataw: 1. Il-possibilità li jagħmlu kuntatt mal-Aġenzija permezz tal-website, bit-telephone jew anki billi jmorru l-Aġenzija stess; 2. Sapport emozzjonali u prattiku kontinwu, anki lil dawk li ma jkunux irrappurtaw il-każ tagħhom mal-pulizija, assessjar tas-sitwazzjoni preżenti tagħhom, care plans, u anki akkumpanjament għall-Qorti; 3. Parir legali minn Avukat tal-Aġenzija stess; 4. Informazzjoni lill-vittmi dwar ir-rilaxx tal-aggressuri tagħhom mill-ħabs; 5. Taħriġ kontinwu dwar suġġetti relatati mal-vittmi. Illum, il-vittma qed tingħata l-għodda kollha meħtieġa sabiex tagħraf li s-servizz li qed tieħu huwa konformi mad-drittijiet tagħha. Ser nibqgħu nagħmlu minn kollox sabiex innaqqsu t-trawma u l-istress li l-vittmi jkunu għaddejjin minnu dak il-ħin. Inħeġġu lil kull minn għadda minn kull forma ta’ reat sabiex ma jiddejjaqx ifittex l-għajnuna u jirrapporta lill-pulizija. Il-Kuntatt tal-Victim Support Agency huwa: Tel: 25689700 jew permezz talemail: vsasupport@gov.mt.


20

13.06.2021

FI MQADES MEDJEVALI Il-knisja magħrufa bħala ta’ Santa Marija ta’ Bir Miftuħ, illum hi waħda mill-ftit knejjes Medjevali li fadal f’pajjiżna u li għadha tgawdi l-aspett rurali tagħha. Kien fl-1968, li t-taqsima żgħażagħ ta’ Din l-Art Ħelwa bdiet tnaddaf il-kappella ta’ Bir Miftuħ u l-madwar. Sa sentejn wara, b’att nutarili ffirmat min-Nutar Rosario Frendo Randon, l-Arċisqof Mikiel Gonzi għadda l-kappelli ta’ Ħal Millieri u ta’ Bir Miftuħ lil istituzzjoni ġdida, il-Ħal Millieri u Bir Miftuħ Trust. Dan il-kuntratt kien iffirmat fil-kappella ta’ Bir Miftuħ stess. Dan it-tagħrif ksibtu minn intervista li għamilt lit-Tabib STANLEY FARRUGIA RANDON, membru tal-Eżekuttiv tal-Organizzazzjoni Din l-Art Ħelwa. Minn CHARLES B. SPITERI F’din il-kappella hemm affreski antiki. F’liema stat kienu dawn it-tpinġijiet? Fl-1974 ir-restawratur P. Zanolini, involut fir-restawr tal-kappella tal-Annunzjata f’Ħal Millieri, irrapporta li l-pitturi ta’ Bir Miftuħ kienu jinsabu fi stat ħażin ferm. M. Cordina ħejja rapport għar-restawr u stqarr li fil-ħames snin ta’ qabel saritilhom aktar ħsara minħabba t-tħaffir tal-art filqrib. Dan ikkaġuna konsenturi fil-ħajt, tfarfir taż-żebgħa u t-twaqqigħ tal-aħħar kisja li tgħaqqad kollox. Nafu li din il-kappella kellha bżonn restawr. Meta saret l-ewwel ħidma u minn min? Ma kienx qabel is-sajf tal-1978 li tqabbad ir-restawratur George Farrugia, kwalifikat mill-Istituto del Restauro f’Ruma, li wettaq ħidmietu bejn l-1978 u l-1980. Iżda fil-bidu tas-seklu 20 kienu nbnew gallarija għall-orgni, kamra ċkejkna biex isservi ta’ sagristija u garigor li jwassal sa fuq il-bejt. Dawn iż-żidiet għamlu ħsara u għattew parti mill-pittura. L-art tal-gallarija tal-orgni kienet kemxejn ’il fuq mill-bieb prinċipali. F’xi żminijiet aktar imbiegħda, l-affreski tgħattew bit-tibjid u fir-rapport tiegħu tal-1982, ir-restawratur qal li l-affreski setgħu jkunu salvati. Għalhekk beda x-xogħol u nstab li kienu ngħataw numru ta’ passati ta’ tibjid. Fil-fatt kien hemm sitt passati tibjid f’ilwien differenti, li kienu għattew l-affreski totalment. Jiġifieri kien it-tibjid li għamel il-ħsara, għax għatta lill-affreski? Mhux biss għax f’xi partijiet deher ukoll il-melħ tal-umdu, li kabbar il-ħsara. Madankollu sar użu minn soluzzjonijiet moderni u b’xi mod seta’ jkun apprezzat dak li qatt ma deher għal għajnejn il-pubbliku. Biex titnaqqas il-ħsara, ir-restawratur issuġġerixxa

li jingħalaq il-ftuħ li kien sar fis-saqaf biex la jidħol l-ilma tax-xita u lanqas ħmieġ tal-għasafar. Fl-1991, il-fetħa għas-saqaf ingħalqet b’bieb tal-ħġieġ u s-saqaf ingħata kisja membrana. Is-sena ta’ wara saret barrikata fid-daħla tal-isqaq biex ma tħallix lit-trakkijiet jidħlu jarmu l-iskart u l-materjal tal-bini fil-viċinanzi. Nafu li f’xi żmien, din il-kappella kienet sabet min jagħmel tajjeb għal xi xogħol li sar fiha. Iva, kien fis-snin ta’ bejn l-1995 u l-1997 li sar titjib konsiderevoli fil-kappella. Il-ħidma kienet sponsorjata mill-Malta International Airport plc, u bdiet f’Marzu tal-1995. L-ewwel beda t-tindif tal-ħitan mis-saffi tat-tibjid; xogħol li sar bl-idejn, naturalment fejn kien hemm l-affreski. Imbagħad tneħħa l-madum talart li twaħħal fl-1942 minħabba l-ħsara kkaġunata mill-gwerra u minflokhom tqiegħdu ġebel tal-franka. Finalment kienet installata sistema ġdida ta’ dwal, biex toħroġ is-sbuħija arkitettonika fuq ġewwa tal-kappella.

stab pulptu tal-injam li jmur lura għas-seklu 18. Hu ġie restawrat minn Gilbert Mifsud, restawratur mill-Ibraġ. Il-pulptu hu forma ta’ kaxxa fuq erba’ saqajn inturnjati u maħdum minn injam tal-aħmar b’dekorazzjoni kurvilineari. Meta semmejtli l-kisi tal-ġir, Minn dak li hu magħruf, dan dan kien dejjem tal-istess lewn il-pulptu aktarx li ma sarx għal minħabba li hi kappella? din il-kappella, għalkemm ma nafux l-oriġini tiegħu b’mod Le, għax mill-eżaminazzjoni li konkret. saret fuq il-qxur tat-tibjid fuq il-ħitan, deher li tul is-snin in- Waqt li l-pulptu kien restawrat tużaw bosta kuluri differenti. minn Gilbert Mifsud, min Dawn inkludew il-lewn isfar, irrestawra l-artal u meta? aħmar, kannella, blu u abjad. Allura kien deċiż li l-arkati jit- L-artal kien restawrat bejn naddfu u jitħallew imqaxxrin l-2008 u l-2009. Għal dan biex jixhdu s-sbuħija arkitet- ix-xogħol reġgħet għamlet tonika waqt li l-ħitan ingħataw tajjeb il-Malta International kulur tal-okra (kafellatte ċar) u Airport plc. u l-proġett ingħata s-saqaf tbajjad b’lewn blu ċar. lid-ditta Taljana Sante Guido e F’din il-ħidma tneħħa wkoll Giuseppe Mantella Opera d’Aris-sellum tal-ħadid li jwassal te, taħt id-direzzjoni ta’ Tuccio għall-bejt, peress li kien qed Sante Guido u Giuseppe Manjikkawża ħsara mekkanika tella. lill-affreski. Ix-xogħol sar f’laboratorju li nbena fl-Arrivals Lounge fl-ajKien hemm xi xogħol ruport. tal-injam apparti l-artal? Kif nistgħu niddeskrivu dan Fil-kappella ta’ Bir Miftuħ in- l-artal u x-tiswija saret fuqu?

L-artal hu magħmul minn żewġ partijiet tal-injam li kienu mwaħħlin flimkien permezz ta’ bsaten orizzontali, iżda bl-espansjoni tal-injam, inħolqu ħafna xquq. Għalhekk, dawn il-bsaten inbidlu ma’ oħrajn tal-azzar, li jippermettu l-moviment waqt l-inxif u l-espansjoni tal-injam. Dan ix-xogħol li sar bl-għajununa finanzjata mill-Malta International Airport plc għen biex naqqas mill-ispejjeż għal Din l-Art Ħelwa. Reġa’ kien hemm xi restawr fuq l-affreski tal-kappella ta’ Bir Miftuħ?

oppost, hemm bir Ruman li ġie identifikat bħala banju kbir tal-ġebel. Fir-reġjun hemm ukoll għadd ieħor ta’ bjar u l-isem Bir Miftuħ, jaf jirriferi għalihom ukoll. Il-leġġenda marbuta ma’ din il-kappella hi li meta kien hawn San Pawl, uża mill-ilma ta’ dan il-bir biex għammed lill-abitanti, tant li wħud għadhom jirreferu għall-kappella bħala ta’ San Pawl ta’ Bir Miftuħ flok ta’ Santa Marija ta’ Bir Miftuħ. Madankollu hemm xi leġġenda oħra marbuta malisem Bir Miftuħ, hux hekk?

Hemm żgur tnejn oħra. Waħda tirrakkonta li eremit li kien jgħix viċin, kien imur regolarment jitfa’ likwidu jfuħ fil-bir u għalhekk l-isem tal-villaġġ jaf ittieħed minn ‘Bir Ilma Jfuħ’, li tfisser ukoll ‘il-bir tal-ilma bilfwieħa’. Il-leġġenda l-oħra tirrakkonta li l-Konti Ruġġieru mhux biss qiegħed l-ewwU nstabu xi oġġetti oħra el ġebla tal-kappella ta’ Bir arkitettoniċi fil-viċinanzi? Miftuħ fl-aħħar tat-12-il seklu, iżda kien il-bniedem li stabQuddiem il-kappella, fl-isqaq bilixxieha bħala parroċċa. Iva, grazzi għat-tieni sponsorizzazzjoni tal-Malta International Airport, dawn l-affreski reġgħu kienu restawrati bejn l-2010 u l-2011 minn Giuseppe Mantella Restauri Opere d’Arte, li kienu involuti wkoll fir-restawr ta’ artal tal-ġebel.


21

13.06.2021

Jiġifieri minn dak iż-żmien, il-kappella ngħalqet u ma serviet għal xejn iżjed? Fil-ktieb tiegħu Descrizione delle chiese di Malta e Gozo, Achille Ferris kiteb li f’Jannar tal-1663, xi ħadd żgassa l-kappella u seraq oġġetti sagri fosthom iċ-ciborium. Aktar tard instab fil-knisja ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Dan l-inċident wassal għall-abbandun tal-kappella u parti minnha ntużat biex aktar tard inbniet il-parroċċa l-ġdida. B’talba tal-komunità tal-Gudja f’nofs is-seklu 17, inbniet parroċċa ġdida, li għadha teżisti sal-lum, fl-istess villaġġ. Din il-knisja maestuża hi ddedikata lit-Tlugħ fis-Sema ta’ Sidtna Marija u tiddomina r-raħal kollu. Fortunatament, il-kappella baqgħet tagħti xi kontribut u minn dak li kiteb Ferris fl-1830, kienet il-Markiża Elisabetta Muscat Cassia Dorell li rrestawrat minn flusha l-parapett tal-kappella. Sal-1798 kważi nofs il-popolazzjoni ta’ Malta marret toqgħod fl-ibliet qrib il-port u għalhekk in-nies fil-viċinanzi ta’ Bir Miftuħ komplew jonqsu. Semmejna l-affreski, l-artali u l-pulptu. Tista’ tgħidilna ftit fuq kif inhi mibnija din il-kappella?

Mela fejn insibu lill-kappella Sa fejn kienet tilħaq tissemma għall-ewwel darba? il-parroċċa ta’ Bir Mifuħ? L-ewwel darba li tissemma hi fir-Rollo tal-Isqof Senatore de Mello tal-1436. Kontra dak li ġara għall-kappella ta’ Ħal Millieri, dik ta’ Bir Miftuħ ingħażlet minn dan l-Isqof bħala cappella, terminu li rrefera kemm għall-knisja nnifisha kif ukoll għat-territorju ta’ madwarha li waqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tagħha (illum nużaw it-terminu ‘knisja parrokkjali’). Għalhekk, Bir Miftuħ kien wieħed mill-aktar postijiet imfittex għall-qima reliġjuża f’Malta u dan jirriżulta mill-fatt li kien wieħed mill-aktar villaġġi importanti, peress li kien qed jikber sew fil-gżira. Kiber mil-lat ta’ nies? Dażgur, imbagħad fis-snin tal-1590 in-nies reġgħu bdew jonqsu minħabba l-parroċċi li nbnew fil-madwar. Sa qabel l-1436 insibu numru ta’ parroċċi f’Malta ddedikati lill-Assunzjoni. Dan jissemma wkoll fir-rapport tal-1575 ta’ Mons Dusina.

Lejn in-Nofsinhar, kienet tinfirex minn Ta’ Ġiawhar sax-xatt tan-naħa t’isfel ta’ Malta. Minnaħa tal-Majjistral kienet tilħaq minn Burmula sa Ħal Luqa, Ħal Farruġ, Ħal Qormi, l-Imqabba, Ħal Kirkop u Ħal Safi. Mil-listi tal-Milizzja naraw li fis-seklu 15, il-popolazzjoni ta’ dan il-villaġġ kienet tvarja għal madwar 800 abitant.

Madankollu, waqt li l-lista tal-Milizzja tal-1419-20 issemmi l-villaġġ ta’ Ħal Millieri, ma ssemmix il-firxa ta’ Bir Miftuħ b’ismu, iżda tinkludih taħt it-titlu ta’ Casal Gudia. Probabbilment Bir Miftuħ kien iservi bħala waħda mill-parroċċi ferm qabel il-wasla tal-Isqof de Mello u kien jinfirex fil-villaġġi tal-Gudja, ta’ Ħal Kirkop, ta’ Ħal Safi, tal-Imqabba, ta’ Ħal Tarxien, ta’ Ħal Luqa, ta’ Ħal Farruġ u ta’ Birżebbuġa.

Hemm xi parroċċi oħra li jissemmew fid-dokument tal-1436?

Allura kif naqqset daqshekk mill-popolarità tagħha din il-kappella?

Hemm il-parroċċi taż-Żurrieq, tar-Rabat (San Paulu di Fora), tal-Birgu, ta’ Ħaż-Żebbuġ, ta’ Birkirkara, ta’ Ħal Qormi ta’ Tartani u ta’ Ħad-Dingli (Sancta Dominica), tal-Mellieħa, tasSiġġiewi, taż-Żejtun (Sancta Caterina) u tan-Naxxar. L-uniċi kappelel li għadhom weqfin sallum fl-istat oriġinali tagħhom (b’xi modifikazzjonijiet li saru tul iż-żmien) huma ta’ Bir Miftuħ u ta’ Sancta Caterina, magħrufa wkoll bħala ta’ San Girgor.

Jaf ġara li l-komunità madwar din il-kappella, filli kienet qawwija fil-popolazzjoni u filli naqset mat-tmiem tas-16il seklu. Imbagħad reġgħet naqqset fil-bidu tas-seklu 17. Maż-żmien, numru minn dawn il-villaġġi bdew ikollhom il-parroċċi tagħhom u għalhekk inqatgħu mill-parroċċa ta’ Bir Miftuħ. Għal din ir-raġuni, il-Gudja saret magħrufa bħala l-omm ta’ bosta. Hu għalhekk li l-motto tar-raħal tal-Gudja hu Pluribus Parens.

Hi mibnija fuq sitt arkati tal-ġebel imbegħdin daqs 2.2 metri minn xulxin. Dawn saru biex jappoġġjaw ix-xorok li għandhom xaqliba ta’ madwar 15-il grad f’livell orizzontali. Dawn id-dimensjonijiet huma d-doppju ta’ dawk użati fil-kappella ta’ Ħal Millieri u juru li huma prodott ta’ komunità aktar rikka u iżjed importanti. Hi wkoll kappella bla appoġġ ma’ bini ieħor u ikbar fid-daqs minn ħafna kappelel oħra mibnijin matul l-istess żmien. Dan jirrifletti wkoll il-maturità tal-bennej, li jinħass li hu aktar kunfidenti fl-istruttura totali. Il-ħajt hu dobblu, bil-ġebel ta’ barra invjat pulit u ta’ ġewwa aktar raff. L-ispazju ta’ bejn id-dobblu hu mimli bil-ħamrija. Fil-faċċata jidher kampnar. Dan hu kumplimentari mal-binja oriġinali? Il-kampnar inbena żmien wara fuq stil Barokk. Hu magħmul minn tliet arkati, b’tan-nofs aktar għolja u li għar-rinforz tiegħu kellha ssir arkata oħra fuq ġewwa tal-kappella. Il-parapett ukoll sar wara li nbniet il-knisja u jagħtiha dehra ta’ kaxxa, bl-imwieżeb tal-ilma, li ma jħallux iċarċar mal-faċċata. Fil-parti ta’ fuq, fin-nofs insibu tieqa tonda ċkejkna li fiha tinqix ġeometriku ħafif.

Il-fatt li hi kappella Medjevali, jagħmluha binja aktar rikka? Dak iż-żmien fil-faċċati tal-kappelel ma kont issib xejn, iżda f’din ta’ Bir Miftuħ, id-dekorazzjonijiet ħfief fuq barra huma fuq il-bibien u fl-arkati tal-kampnar. Possibbilment il-kappella ta’ Bir Miftuħ bdiet bħala kappella ċkejkna forma ta’ kaxxa, li ħadet xejriet u tkabbir hekk kif il-komunità madwarha bdiet tikber. Probabbilment kienet inbniet knisja ikbar fil-bidu tas-16-il seklu, meta saru l-affreski u jekk dan hu hekk, it-tpinġijiet tpinġew fil-perjodu modern u mhumiex marbutin ma’ tmiem il-perjodu Medjevali. Iżda jista’ jkun ukoll li l-pittur, li sab it-tieqa lesta fil-faċċata, għażel li juża l-istess mudell ġeometriku tagħha fix-xena tal-Ġudizzju Universali, b’mod li Kristu ma jidhirx bħala l-figura ċentrali, għax it-tieqa ħaditlu postu! Irraġuni taf kienet ukoll li għaraf li Kristu jissimbolizza d-dawl f’ħajjitna u għażel dan l-istil ta’ tpinġija. Jekk bil-maqlub, allura l-iskultur ikkopja l-mudell ġeometriku tat-tpinġija għall-iskultura u b’hekk kellu jwarrab il-figura ta’ Kristu minnha. Wara li nbniet il-kappella kellna xi invażjonijiet. Intlaqtet minnhom? Mill-kitba tal-Vista tal-Isqof Balaguer fl-1646 jirriżulta li matul l-invażjoni ta’ gżiritna mill-Ottomani, fl-1565, l-affreski li kien hemm fil-kappella, tħassru bi ħdura mill-Musulmani li attakkawha. Aktarx ukoll li f’din il-kappella wettqu aktar ħsara milli fil-kappelel qribha. Wara l-attakki, nafu kienx hemm xi tibdiliet fil-kappella? Fuq ġewwa, il-kappella għaddiet minn numru ta’ tibdiliet, peress li fiż-żjara tad-delegat appostoliku Monsinjur Pietro Dusina fl-1575, saret riferenza għall-artali tal-ġnieb u l-kappelli tal-viċin. Dak iż-żmien instab li s-Sagrament kien miżmum f’reċipjent tal-fidda f’niċċa fuq wara tal-artal, li setgħet tinfetaħ mis-sagristija. Dusina sab ukoll li kien hemm kalċi tal-ħġieġ bl-ostji konsagrati, miżmum f’kaxxa tal-injam, li kien jintuża għat-tqarbin tal-morda li ma setgħux jattendu l-quddies. Hu ordna li l-kalċi jinżamm fit-tabernaklu tal-injam indurat, fuq l-artal. Kiteb ukoll li fuq in-naħa tal-lemin tal-bieb prinċipali kien hemm Fonti tal-Magħmudija, magħmul minn speċi ta’ friskatur tal-ġebel, mgħotti b’għatu tal-injam. Kontenitur imdaqqas tal-fidda u xi fliexken taċ-ċomb, mimlijin biż-żejt, kienu wkoll miżmumin hemm.


22

13.06.2021

JAZMYN TABONE TWIELDET F’ĠISEM MASKILI LI QATT MA ĦASSET LI HUWA TAGĦHA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Dan l-aħħar sirt naf b’persuna transgender li inzertajt iltqajt magħha permezz ta’ xi ħbieb oħra. Nistqarr li kemm mal-ewwel daqqa t’għajn u anke mat-tieni u t-tielet lanqas qatt ma tgħaddilek minn moħħok li quddiemek għandek persuna transgender. Kelma ġġib lill-oħra u qbilna li ssir din l-intervista. Qed nirreferi għal Jazmyn Tabone. Għandha 27 sena, toqgħod Ħal Qormi, taqa’ taħt l-istilla Leo u tħobb ħafna s-sajf, il-baħar, il-make-up, il-ħruġ, il-moda, ix-xagħar, il-kant, iżżfin u ovvjament il-mużika. Taħdem bħala sales representative u tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna ħabrieka, tħobb tidħaq u tgawdi lil sħabha, il-familja u l-ħajja. Xi kultant avventuruża u kreattiva wkoll. Bħala tfajla transgender, Jazmyn tistqarr li l-ħajja ma kinitx faċli, imma lanqas diffiċli kemm ħasbet. Filfatt twieldet f’ġisem maskili li qatt ma ħasset li huwa tagħha. Minn dejjem kienet tara t-tfajliet u tgħid “kemm tixtieq tidher bħalhom”. Fi kliem ieħor minn ċkunitha għalkemm kienet tifel kienu jinteressawha affarijiet li jikkonċernaw lit-tfajliet. “Minn dejjem kienu jogħġbuni ħwejjeġ tat-tfajliet, ix-xagħar u l-make-up. Infatti ħadt kors tal-hairdressing u nħobb ħafna nagħmel il-make-up fuq ħaddieħor u fuqi. Ta’ disa’ snin kont nistudja ż-żfin u l-kant ukoll,” stqarret miegħi. Kompliet tgħidli li sal-età ta’ 20 sena, kienet għadha m’għamlet xejn dwarha l-ħaġa, għaliex beżgħet li tiddizappunta lill-familjari u l-ħbieb u anki li taqa’ għaż-żufjett ma’ nies oħra. Però fl-età ta’ 22 sena ma setgħetx tissaporti aktar u ma setgħetx tibqa’ tgħix f’gidba. Kien wasal iż-żmien li taċċetta lilha nnifisha u tħobb lilha nnifisha hi kif kienet. Għalhekk bdiet tmur għand endocrinologist (tabiba tal-ormoni) u anki għand psikologa, biex tibda t-trattamenti għat-tranżizzjoni tagħha. Immaġinajt li waqt it-tranżizzjoni kien hemm xi riskji u perikli fuq ħajjitha. B’hekk tlabtha taqsam xi wħud mill-problemi li kellha taffaċċ-

ja maż-żmien. “L-unika biża’ li kelli kienet li ma nidhirx passabbli biżżejjed bħala mara u li ser nidher taċ-ċajt. Però ftit li xejn bżajt minn attakki jew bullying għaliex jiena persuna b’saħħitha mentalment u naf kif għandi nirrispondi jew nirreaġixxi f’każ li jiġri hekk,” stqarret miegħi. Fil-bidu tat-tranżizzjoni ġieli semgħet nies jgħaddu l-kummenti Kompliet tgħidli wkoll li l-ewwel sena tat-tranżizzjoni tagħha kienet sabiħa u kerha fl-istess ħin. Sabiħa għaliex kienet qed tersaq aktar qrib iz-żmien li ssir dak li hija u kienet kerha għaliex kienet tibża’ toħroġ mid-dar u tibża’ li ser tisma kummenti koroh mingħand in-nies. Tant kienet tkun konxja qabel ma toħroġ mid-dar li kienet tagħmel xi tliet sigħat tiffissa quddiem il-mera u tara li kollox perfett. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwar dan il-fatt. “Ovvjament jiena ma twelidtx femminili, allura kienet aktar diffiċli għalija biex nidher dik it-tfajla li vera jien. Kont niddubita mill-apparenza tiegħi li m’iniex nidher femminili biżżejjed bħala wiċċ, figura, ilbies, make-up u anki kif naġixxi. Però maż-żmien tgħallimt li aktar ma kont nipprova nkun perfetta aktar kien ikun agħar. Meta bdejt inkun aktar komda bijja nnifsi bdejt inkun u nidher aktar naturali,” sostniet miegħi. Mistoqsija jekk qattx kellha xi kummenti negattivi jew ta’ insulti lejha u kif tirreaġixxi għalihom qaltli hekk: “Ftit li xejn sibt, imma fil-bidu tat-tranżizzjoni ġieli smajt nies jgħaddu kummenti bħal “dik trans”. Però ma kont ngħid xejn. Aktar ma għadda ż-żmien waqaft nisma’ kummenti.” Kompliet tgħidli li tant kienet għamlet xi żmien iffissata fuq id-dehra tagħha li għal xi żmien kienet qabditha ansjetà kbira. Iżda, Jazmyn irnexxielha tegħlibha billi ħadmet fuqha nnifisha u żiedet il-kunfidenza wkoll. Tajjeb li ngħid li kollox ma’ kollox Jazymn tħossha xortiha tajba għaliex kemm il-familjari

u l-ħbieb kif ukoll tax-xogħol aċċettawha eżatt kif inhi, tant li kellha sapport kbir. Illum il-ġurnata tħossha bniedma mwielda mill-ġdid. Fadlilha xi bidliet żgħar. “Ovvjament kulħadd jipprova jtejjeb lilu nnifsu maż-żmien. Però kuntenta ħafna li wasalt s’hawn,” stqarret miegħi.

Dritt għall-istess imħabba u opportunitajiet daqs kull mara oħra Bla dubju persuni bħal Jazymn għandhom dritt għall-istess imħabba u opportunitajiet daqs kull mara oħra. Fil-fatt tgħid ukoll li tħossha kburija b’kemm il-Maltin fetħu moħħhom u qed

ikunu inklużi f’ħafna affarijiet. Però min-naħa l-oħra tgħid ukoll li għad fadal aktar bżonn ta’ tagħlim u għarfien dwar din il-ħaġa. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar f’dan ir-rigward. “Għalkemm illum il-ġurnata ħafna aħjar minn qabel, xorta fadal nies li għandhom bżonn

Ovvjament jiena ma twelidtx femminili, allura kienet aktar diffiċli għalija biex nidher dik it-tfajla li vera jien. Kont niddubita mill-apparenza tiegħi li m’iniex nidher femminili biżżejjed bħala wiċċ, figura, ilbies, make-up u anki kif naġixxi


13.06.2021 08.11.2020

23

SKEDA ONE 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

Telebejgħ L-Awla ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:15 Xanna TNEJN 19:20 ONE Sports 14-06 & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:35 Liquorish 22:45 Country Jamboree 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ftit Ħin għal saħħtek

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:05 17:30

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Country Jamboree Ħabrikt Dak li Jgħodd

18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:35 Follow Up 21:35 Music Legends 22:05 Distintivi 23:05 Ħabrikt 23:30 One News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Daytime 15:45 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Fish On 18:30 Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:35 21:05 22:30 23:00 23:30 23:45

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:50 Pjazza 09:35 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ftit Ħin għal saħħtek

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:00 17:30

18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:35 Twenty ONE 21:00 Ilsien in-Nisa 22:40 Fish On 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30

13:15 ONE News 13:20 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Kalamita 16:05 Liquorish Daytime 16:15 Telebejgħ 16:30 Telebejgħ 16:45 Prime Time Preview 17:00 Duurella 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza

19:15 Xanna ĠIMGĦA 19:20 ONE Sports 18-06 & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:35 L-Awla 22:00 Kick Off 23:30 ONE News 23:45 Liquorish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:35 Ħabrikt 09:55 Twenty ONE 10:25 Il-Kostruzzjoni 10:55 Indhouse

11:55 12:30 12:35 13:10 13:40 14:10 14:50 15:30 15:35 16:30

Telebejgħ ONE News Żona Sport Country Jamboree Liqourish Omnibus Fish On The Local Traveller ONE News Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy

17:30 18:00 18:45 19:22 19:30 20:05 20:30 23:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:00 10:30 11:55 12:30

12:35 14:15 14:45 15:30 15:35 16:00 16:38 17:38 18:00

Ilsien in-Nisa Zonasport Pink Panther ONE News Durella Country Jamboree Fish On Ħabrikt Espressjoni

19:15 One Sport & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:15 L-Awla 22:30 Distintivi 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

TLIETA 15-06

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

ĦAMIS 17-06

jitgħallmu fuq din il-ħaġa. Jiena naħseb li jekk in-nies jifhmu li persuna hija dik li hi issa u mhux kif twieldet jew kif kienet fil-passat, ikunu aktar moħħhom miftuħ. Dik hija l-aħjar mod li tifhimha. Jekk qed nara mara, irrelevanti x’kienet, mela hija mara. Ngħid ukoll li fadal bżonn ta’ għarfien u tagħlim dwar irġiel li jħobbu nisa transgender, dik għadna ftit lura fiha. Ħafna nies jaħsbu li jekk raġel iħobb mara transgender mela allura huwa gay, u għalhekk ċerti rġiel jibżgħu jammettu meta togħġobhom tfajla transgender għaliex jaħsbu li ħaddieħor ser jiġġudikahom, mentri fil-fatt raġel jinġibed lejn tfajla transgender għaliex huwa eterosesswali. Kieku hu omosesswali ma jingibidx lejn mara,” stqarret bl-ikbar serjetà kollha. Sfortunatament nisa bħal

Jazymn kellhom ibatu sabiex ikunu dak li vera huma. Ħadd mhu ser jgħaddi minn dan il-hassle kieku mhux għax veru hija xi ħaġa onesta. Ridt nisma l-kummenti tagħha f’dan ir-rigward. “Nisa bħali jbatu għaliex mhux faċli tagħmel tranżizzjoni minn maskili għal femminili, allura l-punt tiegħi huwa li kieku mhux vera inħossuna hekk, ħadd mhu ser jgħaddi minnha l-ħaġa għallgost.” Fl-aħħar ta’ din l-intervista, Jazymn ħalliet messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Jiena ngħaddi messaġġ biex inħobbu aktar lil xulxin, naċċettaw lil ħaddieħor anki jekk ma nifhmux jew ma naqblux magħhom. Ħadd ma jista’ jifhem lil xi ħadd jekk ma jkunx għadda mill-istess sitwazzjoni. Allura ma nistgħux niġġudikaw,” temmet tgħid.

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso PRESS CONFERENCE: COVID 19

SIBT 19-06

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Telebejgħ ONE News

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Il-Kostruzzjoni Mhux kemm taf

Xanna ERBGĦA ONE Sports 16-06 & Temp ONE News PrimeTime The Local Traveller Espressjoni Country Jamboree Ieqaf 20 Minuta One News Liquorish Daytime

Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Ilsien in-Nisa ONE News

ĦADD 20-06


24

13.06.2021

reċensjoni tal-ktieb

L-APPUNTAMENT MAD-DESTIN U STEJJER OĦRA M’hemm l-ebda dubju li Vincent Piccinino għandu ħabta jirrakkonta storja. Bħala prova, f’dan il-ktieb tana wieħed u għoxrin waħda. Wieħed u għoxrin storja għall-mogħdija taż-żmien. Għandek waħda kuljum għal tliet ġimgħat sħaħ. Xi trid iżjed bil-ftit ewro li jiswa dan il-ktieb? Wieħed u għoxrin storja, il-biċċa l-kbira minnhom b’dik is-sorpriża fl-aħħar li ma tkunx qed tistennieha. Wieħed u għoxrin storja b’suġġetti li jvarjaw minn rakkonti hekk imsejħin familjari (u kultant anki semiawtobijografiċi) sa stejjer dwar diversi karattri magħrufin, Beltin u Maltin oħrajn. Wieħed u għoxrin storja li jimirħu miċ-ċuċesk għas-sagru; mir-redikolu għas-sublimi; mill-farsesk għall-metafiżiku; u mill-mundan għad-divin. Wieħed u għoxrin storja li jixhdu li l-awtur jaf ikun serju daqskemm jaf jgħaddi d-dinja biżżmien; jaf idaħħqek daqskemm jaf iqabbiżlek demgħa. Imma fuq kollox, wieħed u għoxrin storja li fihom, ikun xi jkun is-suġġett, l-awtur dejjem jagħraf jislet dik il-laqta umoristika karatteristika tiegħu.

Silta minn novella li tinsab fil-ktieb, Marì Marì hija armla ta’ tmenin sena, toqgħod waħedha ġo terran żgħir fi sqaq kwiet f ’tarf ir-raħal. Marì ma tmur imkien għajr il-knisja u s’għand Joey tal-grocer. Marì mara ta’ rutina. Kull filgħodu, fis-sitta u kwart, toħroġ għall-quddies tas-sitta u nofs… imbagħad tgħaddi tixtri xi bżonnijiet ta’ kuljum u terġa’ lura d-dar. Għandha fama ta’ mara daqsxejn idejha magħluqin għax oġġett ta’ żewġ soldi tipprova tieħdu b’sold u nofs. Għandha fama ta’ mara injoranta pessma wkoll għax dawn l-aħħar

erbgħin sena, baqgħet titkellem bis-soldi u x-xelini u t-tmintax irbiegħi u la qalbet għad-deċimali fis-sebgħinijiet u lanqas għall-munita l-ġdida meta dħalna fl-Ewropa. Darba waħda, f ’għodwa kiesħa ta’ Diċembru, kienet ħierġa għall-quddies bħassoltu. Kien għadu d-dlam. Kif fetħet il-bieb sabet ma’ wiċċha żewġ żerbinotti b’wiċċhom mgħammad li mbuttawha ’l ġewwa, daħlu warajha u għalqu l-bieb. Rabtuha ma’ siġġu u bdew jitolbuha l-flus. Marì qaltilhom

li ma kellhiex flus ħlief dawk li kien hemm fil-portmoni. M’emmnuhiex! Fil-portmoni ma kienx hemm flus ħlief żewġ karti tal-għaxar ewro, waħda tal-ħames ewro, u ftit muniti tar-ram isfar u tarram aħmar. “Fejn huma l-flus?” staqsieha wieħed minnhom bil-herra filwaqt li lagħbilha daqqa ta’ ħarta fuq wiċċha. Marì baqgħet tiċħad li kellha xi flus oħra minbarra dawk. Il-qasir baqa’ magħha, jiffittaha biex tgħidlu fejn taħbi l-flus, filwaqt li l-irqiq daħal iqalleb fil-kmamar l-oħra.

Wara ftit reġa’ lura b’wiċċu mqarras. “Sibt xi ħaġa?” staqsieh il-qasir minn taħt l-ilsien. “Xejn,” għamillu sinjal b’rasu l-irqiq. Imbagħad dar lejn ix-xiħa u filwaqt li xejrilha daqqa oħra fuq wiċċha,

qalilha t’ton ta’ theddid, “Int se tgħidilna fejn huma l-flus jew se noqtluk?” “Aħjar immorru ’l barra,” qallu l-qasir imbeżża’, “għax qed isir il-ħin!” M’hemmx x’tagħmel, kellhom jikkuntentaw b’dak li sabu.

Mistoqsija: Marì ta’ x’ħin tisma’ quddies kull filgħodu? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-APPUNTAMENT MAD-DESTIN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 20 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IL-VINKULARI: IL-MUFTIEĦ TAL-PASSAT hija:

E. BONNICI CACHIA - SLIEMA

03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm hu l-persentaġġ tal-konsumaturi Maltin li ġew imqarrqa b’xiri ta’ prodotti ffalsifikati online?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

13.06.2021

‘THE SPOKANE SERIAL KILLER’ Il-vittmi tiegħu kienu kollha nisa tax-xogħol Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

ROBERT LEE YATES META KIEN JAĦDEM MAL-ARMATA AMERIKANA U MAT-TIENI MARA TIEGĦU LINDA U WLIEDHOM Robert Lee Yates huwa qattiel tal-massa Amerikan minn Spokane f’Washington fl-Istati Uniti. Yates qatel minn tal-inqas 11-il mara mill-1975 sal-1998 u ammetta li qatel żewġ nisa oħrajn f’Walla Walla fl-1975 u fi Skagit County fl-1988. Fl-2002, waqt li kien qiegħed iservi sentenza ta’ għomor il-ħabs, ġie mixli li qatel żewġ nisa f’Pierce County u weħel il-piena kapitali. Din is-sentenza nbidlet f’waħda ta’ għomor il-ħabs hekk kif tneħħiet il-piena kapitali mill-istat ta’ Washington fl-2008. Yates għadu sal-lum il-ġurnata jiskonta s-sentenza tiegħu fil-Washington State Penitentiary. Il-ħajja ta’ Yates Robert Lee Yates Jr twieled fis27 ta’ Mejju tal-1952 u trabba f’Oak Harbor f’Washington. Hu kien ġej minn familja ta’ klassi medja li kienet reliġjuża. Minkejja r-reliġjożità, seba’ snin qabel ma twieled hu, nanntu qatlet lil nannuh b’daqqiet ta’ mannara. Yates gradwa minn Oak Harbor High School fl-1970 u ħames snin wara beda jaħdem bħala uffiċjal korrettiv mal-Washington State Department of Corrections fil-Washington State Penitentiary f’Walla Walla. F’Ottubru tal-1977 inkiteb mal-armata tal-Istati Uniti fejn beda jaħdem bħala pilota. Yates kien stazzjonat f’diversi pajjiżi fosthom il-Ġermanja

u s-Somalja. F’April tal-1996 telaq mill-armata meta kien għad fadallu biss sena u nofs ħidma biex jibda jieħu l-pensjoni. Yates ġietu tajba għax fiżżmien li telaq, l-armata bdiet tnaqqas min-nies u tagħtihom xorta l-pensjoni daqslikieku għamlu 20 sena servizz. F’April tal-1997 laħaq bħala pilota tal-ħelikopters mal-Army National Guard u dam jaħdem hemm għal tliet snin sħaħ sakemm ġie arrestat. Matul dawn is-snin ta’ ħidma militari, Yates ingħata diversi medalji għas-servizz tiegħu fosthom ilUS Army Master Aviator Badge. B’kollox għamel kważi 22 sena jaħdem fil-militar. Fuq il-ħajja personali tiegħu huwa magħruf biss li kellu

ħamest it-tfal mat-tieni mara ody Murfin f’post rurali, Yates tiegħu, Linda, li żżewwiġha fl- difnu taħt it-tieqa tal-kamra 1976. tas-sodda waqt li martu kienet rieqda. Għadd ta’ omiċidji fi Spokane Fl-1 ta’ Awwissu tal-1998, Yates rikkeb lil Christine Yates qatel diversi prostitu- Smith fil-vettura tiegħu iżda ti bejn l-1975 u l-1998. Hu kien din irnexxielha taħrab minnu ifittex is-servizzi tagħhom u wara li sparalha, abbużaha u wara li kien ikollu x’jaqsam seraqha. Smith hija l-unika vitmagħhom sesswalment fil-vet- tma li rnexxielha ssalva minn tura tiegħu, hu kien joqtolhom taħt idejn Yates. Xahar wara, billi jisparalhom tiri b’pistola Yates intalab jingħata kampjun f’rashom. Żewġ awtopsji wrew tal-ġenetika tiegħu iżda rrifjuta ukoll li l-qattiel prova jimmira għax qal li t-talba kienet wisq lejn qalbhom biex joqtolhom. estrema għal ‘raġel tal-familja.’ Wara li kien joqtolhom, Yates Sentejn wara, Yates ġie arkien imur jeħles mill-kat- restat mill-pulizija għall-qtil avri tagħhom billi jitfagħhom ta’ Jennifer Joseph. Mal-arrest f’postijiet rurali iżda f’każ tiegħu, il-pulizija ħarġu manpartikolari m’għamilx hekk. dat ta’ tfittxija għall-karozza li Minflok tefa’ l-katavru ta’ Mel- kellu fl-1977, li kienet karozza

UĦUD MILL-VITTMI TA’ YATES

bajda tal-għamla Corvette. Din il-karozza kienet ġiet deskritta minn xi xhieda li qalu li vittma minnhom rawha riekba fiha qabel ma nstabet mejta. Il-pulizija rnexxielhom isibu l-karozza u fiha sabu d-demm li mit-testijiet irriżulta li kien ta’ Jennifer Joseph. Apparti d-demm ta’ Joseph, il-pulizija sabu wkoll d-DNA ta’ Yates. Testijiet fuq id-DNA tiegħu wrew kif Yates kellu x’jaqsam mal-qtil ta’ 12-il vittma oħra. Permezz ta’ din l-evidenza ġdida, Yates ġie mixli bi 13-il omiċidju tal-ewwel grad u b’attentat ta’ qtil tal-ewwel grad. Yates ammetta li kien hu li qatel lill-vittmi biex ma jingħatax il-piena kapitali u minflok weħel ’il fuq minn 400 sena ħabs. Fl-2001, Yates instab ħati ta’ żewġ omiċidji oħrajn li seħħew f’Pierce County u weħel il-piena kapitali permezz tal-injezzjoni letali. Yates appella kemm-il darba biex din is-sentenza ta’ mewt tinbidel f’waħda ta’ għomor il-ħabs iżda kull appell ġie miċħud. Fl-2018, Yates ħeles mill-piena kapitali hekk kif il-Washington State Supreme Court neħħieha. Il-ħabsin li kienu qed jistennew li jingħataw l-injezzjoni letali, fosthom Yates, issa kellhom iqattgħu għomorhom il-ħabs mingħajr il-possibbiltà tal-parole. Yates għadu sal-lum il-ġurnata jiskonta għomru l-ħabs fil-Washington State Penitentiary.


26

13.06.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

13.06.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 385

V. MUSCAT - MELLIEĦA

MIMDUDIN: 1. Briegħed? (5) 4. Kompli l-qawl: Fir-..... ixtri, fil-għoli biegħ (4) 7,9. Basal selvaġġ (5)

Bi 3 NUMRI 458 036 635 040 685 121 751 220 837 225 975 275 283 B’4 NUMRI 300 0112 366 0189 413 0348 423 1320 430 1434

1589 1836 2005 2292 2532 3191 3269 3756 4206 4290 4493 4622 4671

5415 5490 5582 6039 7042 7240 7269 7482 7786 8202 8400 8622 8750

8883 9312 9470 9834 9919

35068 55047 58622 62374 82327 82741 85313 88088 93205 97029

B’5 NUMRI 01363 08411 17359 25014 B’6 NUMRI 30440 029026 33308

183341 206442 216929 230583 253604 349530 413488 453571 455892 551995 865702

9. 10. 12. 16,19. 18. 19.

WEQFIN: 6,17. 1. Saċerdot (6) 2,11. Tara lilek 8. innifsek fihom (5)11. 3,23. Tista’ tkun 12,18. pubblika (7) 13. 5. Annimal (3)

Ara 7 Tnaddaf (6) Ikkoreġi? (6) Ninħaslu biha (6) Ara 12 wieqfa Ara 16

20. 21. 23. 24.

Ikunu melħin 14. ferm (6) 15. Shipwreck (9) Ara 2 17. Ma tarax ċar fih (4) 21. Qatt ma jkun bla duħħan (3) 22.

Nagħmlu l-ilbiesi minnu (5) Probabbli ta’ kostruzzjoni (3) Ara 3 Iffastidjat (5) Isem (6) Jista’ jmexxi gvern (6) Ara 6 M’għadux nej (3) Frott (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ħamri, 4.Bard, 7,9.Namur, 10.Amorin, 12.Estiżi, 16,21M.Nistad, 19.Ras, 20.Spara, 24.Rtiri

WEQFIN: 1.Ħamrun, 2,3.Marina, 5,17.Arriva, 6,15.Dinosawri, 8.Ammiratur, 11,18. Tsar, 12,23. Espert, 13,21W. Taptap, 14.Irabbi, 22.Dar


28

13.06.2021

KEMM-IL RAĠUNI TRID?! Editorjal

Wara tmien xhur fit-tmun tal-Partit, Grech imissu għaraf biżżejjed li aktar ma jħalli lil min imexxih fl-għelieqi tal-ġdur, ma jista’ jaħsad xejn sew u l-ebda skuża ma tista’ tikkonvinċi mod ieħor lill-poplu

Kif jgħidu l-iżbalji huma parti min-natura umana u kulħadd hu suxxettibbli għalihom f’ħaj­ tu, xi darba jew oħra. Minkejja dan, hi sempliċi stupidaġni meta tibqa’ tirrepeti l-istess żbalji u minfuq tippretendi riżultati differenti. Mindu nħataf mill-klikka jew il-fazzjoni, li nirreferu għaliha bħala tal-establishment, il-Partit Nazzjonalista daħal f’dan iċ-ċirku vizzjuż li jirrepeti dak kollu li ġie ddikjarat ħażin fl-imgħoddi u li l-poplu Malti rriġettah bl-akbar maġġoranza assoluta tiegħu. Iżjed minn hekk, rapport, li kien ikkummissjonat mill-amministrazzjoni telliefa Nazzjo­ nalista wara l-Elezzjoni Ġe­ ne­­rali tal-2013, kien elenka sen­­siela ta’ żbalji kardinali li qatt ma kellhom jiġu ripetuti, kemm-il darba l-Partit ried iqum fuq saqajh u jitgħallem minn dnubietu. Meta tali rakkomandazzjo­ nijiet kienu sabu biss posthom fil-landa taż-żibel taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil u waslet telfa oħra akbar erba’ snin wara, lanqas biss azzar­

daw jagħmlu rapport ieħor tat-telfa. U dan għax ir-raġunijiet kienu jafu­­hom diġà, minn qabel sar magħruf dak ir-riżultat u saħansitra qabel infetħu l-kaxxi tal-voti, avolja dakinhar kienu qarrqu bil-partitarji tagħhom stess u indikawlhom li r-rebħa kienet fil-qrib. Erba’ snin oħra wara, wieħed jista’ jargumenta li mhuwiex tort ta’ Bernard Grech li llum għadu mdawwar bix-“xirka tal-qaddisin” mill-aħħar Gvern Nazzjonalista, bħal xi Chris Said, Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami u Carm Mifsud Bonnici, eċċetra. Imma żgur li ħadd ma jista’ jiġġustifika meta l-Kap innifsu jaċċetta li jħad­dan l-istess politika ta’ 10 snin ilu (jew anke għexieren iżjed ’il bogħod), inkella li depu­ tati tiegħu suppost friski, bħal xi David Thake, jissuġġerixxu li l-Partit għandu jmur lura, aktarx għall-era ta’ GonziPN, meta “ma kienx hemm il-biża’ li jittieħdu d-deċiżjonijiet”. Issa l-istatistiċi f’kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika li jsir qed juru lil Grech li l-linji gwi­­­­

da (spag) tal-establishment mhu se jwassluh imkien qrib il-kredib­biltà u l-fiduċja fost l-elettorat, anzi, jekk xejn, qed ikomplu jbegħduh. Wara tmien xhur fit-tmun imissu diġà għaraf biżżejjed li aktar ma jgħaffeġ hu jew iħalli min imexxih fl-għelieqi tal-ġdur, ma jista’ jaħsad xejn sew. Jekk Lawrence Gonzi u Simon Busuttil qablu ma rnex­ xielhom jirkupraw xejn minn dak mitluf, lanqas hu mhu se jġib xi ħaġa lura b’tattiċi jew b’pariri identiċi. Meta ngħidu dan, m’aħniex nirreferu biss għall-aħħar jiem fejn spikka iżjed id-dilettantiżmu ta’ partit, li suppost qed iservi Kostituzzjonalment lillpajjiż mill-Oppożizzjoni. It-taħ­ wid, kif analizzat f’din il-ħarġa stess, flimkien ma’ wegħdi ta’ ħlas lura fis-suppost serq fil-kontijiet tad-dawl jew ix-xiri taż-żona madwar il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien f’Għawdex, bla ma jafu l-prezz, huma sintomatiċi fiċ-ċirku ta’ żbalji ripetuti li, wara l-2013, ma jistgħu jinħafru qatt. Minbarra li llum ma jirrif­

lettux ir-ritmu differenti li qabad pajjiżna fl-aħħar tmien snin, żelqiet simili jixhdu iżjed id-difetti tal-PN innifsu, li kien hu li introduċa s-sistema ta’ kif taħdem l-ARMS Ltd u fl-2006 klandestinament kabbar iż-żona ta’ żvilupp, inkluż Ħondoq innifsu. Ma’ dan anke n-nuqqasijiet tal-Kap ġdid fl-għarfien biex jagħżel persuni ta’ fiduċja li jagħtuh il-pariri. Ironikament mhux biss ħatar lil Ray Bezzina bħala l-id il-leminija tiegħu f’waħda mill-ewwel deċiżjonijiet tiegħu, iżda din il-ġimgħa tarrfilna li qed jaħtar lil Chris Ciantar bħala rappreżentant tiegħu fuq il-bord tal-Awtorità għall-Ambjent. L-għażla tal-Eks Chief of Staff u l-Eks Segretarju Permanenti rispettivament tal-Ministru George Pullicino, li kien responsabbli minn dik id-degradazzjoni ambjentali 15-il sena ilu, tixhed għal xiex ilPN illum jinsab fl-aktar qagħda diżastruża fl-istorja tiegħu. L-ebda skuża taħt il-kappa tax-xemx ma tista’ tikkonvin­ ċi mod ieħor lill-poplu li wkoll għandu r-raġunijiet tiegħu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.