KullĦadd_13.09.2020

Page 1

DELIA RELEGAT

Rapport f’paġna 7

www.one.com.mt Ħarġa Nru 1,418

Prezz €1 Ritratt: JASON BORG / DOI

Il-Ħadd, 13 ta’ Settembru, 2020

Rapport f’paġni 14 u 15

L-IMMIGRAZZJONI F’ĦOĠOR BRUSSELL

IL-MIŻURI TAL-GVERN TARKA EFFETTIVA GĦALL-ĦADDIEMA ĊIFRI TAL-EUROSTAT JIXHDU L-BENEFIĊĊJI U L-GĦAQAL TAD-DEĊIŻJONIJIET LI TTIEĦDU FL-AĦĦAR XHUR BIEX JIĠU SOSTNUTI L-IMPJIEGI, IN-NEGOZJI U D-DĦUL FINANZJARJU TAL-MALTIN U TAL-GĦAWDXIN Il-pagi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin mhux biss kienu protetti matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, iżda d-dħul medju tagħhom saħansitra esperjenza t-tieni l-akbar żieda li ġiet irreġistrata fiż-Żona Ewro, grazzi għall-miżuri varji li ġew introdotti millGvern Laburista fl-aħħar xhur. Ċifri tal-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, ikkonfermaw il-qagħda favorevoli li ħaddiema lokali kellhom meta mqabblin mal-maġġoranza tal-pajjiżi li jħaddnu l-ewro bħala l-munita uffiċjali tagħhom. Waqt li fil-bqija taż-Żona Ewro din is-sena kien hemm tnaqqis inkluż fl-impjiegi u fil-paga medja, jidher ċar miċ-ċifri uffiċjali li l-effett negattiv tal-pandemija kien kontinwament

taħt kontroll f ’Malta fejn l-impjiegi żdiedu u mhux naqsu. Dan kollu kien dovut għall-mod effettiv li bih il-Gvern Malti ta sostenn lin-negozji, fejn kien hemm enfasi partikolari biex l-għajnuna tingħata lil dawk li jżommu l-ħaddiema fl-impjieg. Fl-istess ħin ir-rati kienu relattivament aktar ġenerużi għan-negozji żgħar u medji, tant li s-sussidji li ngħataw koprew aktar l-ispiża ta’ dawk fuq l-inqas pagi. Bil-maqlub seħħ fil-bqija taż-Żona Ewro, fejn is-sussidju li ngħata kien aħjar għal dawk b’pagi ogħla. Imqabblin ma’ ħaddiema fi stati oħrajn, ilMaltin gawdew minn differenza fid-dħul ta’ iżjed minn 9% fuq il-medja fiż-Żona Ewro, li rreġistrat tnaqqis ta’ 3.3%, u 14.4% iżjed fuq

il-ħaddiema fl-agħar pajjiż milqut, l-Italja. Meta jiġi kkwantifikat, dan ifisser li jekk ħaddiem Taljan esperjenza tnaqqis ta’ €86 kull €1,000 li daħħal bejn Jannar u Ġunju, ħaddiem Malti daħħal żieda ta’ €58 kull €1,000 li ħadem għalihom, differenza ta’ €144 kull €1,000. Imkejjel mal-medja fiż-Żona Ewro, ħaddiem Malti ggwadanja żieda ta’ €91 kull €1,000 li daħħal. Statistika maħruġa din il-ġimgħa mill-Eurostat kompliet turi b’mod ċar kemm l-effett negattiv tal-COVID-19 fuq il-ħaddiema f ’pajjiżna nżamm taħt kontroll Tkompli bil-miżuri li ttieħdu u f’paġna 3 l-benefiċċji li tqassmu.

S&P: IL-MIŻURI LI ĦA L-GVERN MALTI SALVAW L-EKONOMIJA Ara paġna 7


02

13.09.2020

one.com.mt

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 23°C L-Indiċi UV: 8 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni baxxa fuq il-Libja testendi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Ir-Riħ: Ħafif mill-Grieg Lvant li jsir ħafif għal moderat mil-Lvant Il-Viżibilità: Moderata għal ħażina fix-xita Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 28°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Indirizz Postali KullĦadd

29

UV 7

23°C

Il-Ħamis

29°C

UV 7

23°C

30°C

Il-Ġimgħa

UV 6

23°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku One News

31°C

UV 6

23°C

31°C

UV 5

24°C

30°C

UV 6

24°C

one.com.mt

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

20/21, Triq ir-Repubblika Il-Belt Valletta – 21246051 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigné, Tas-Sliema – 21313233 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Il-Mosta – 21433833 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant’Anna, Marsaskala – 21637994 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

13.09.2020

one.com.mt

6.9% 5.8% 1.0% 0.6% 0.2% 0.0% -0.5% -1.0% -1.0% -1.1% -1.2% -1.5% -2.7% -3.3% -5.3% -5.6% -6.2% -8.6%

PAGA MEDJA** Litwanja Portugall MALTA Latvja Awstrija Estonja Finlandja Slovenja Ġermanja Slovakkja Ġreċja Irlanda Żona Ewro Ċipru Spanja Franza Belġju Italja

7% 1% 0% -1% -1% -1% -2% -2% -2% -4% -4% -5% -5% -5% -6% -8% -10% -11%

L-istatistika li tixhed is-suċċess tal-miżuri tal-Gvern, taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela

Ritratt: GARETH DEGIORGIO

Litwanja MALTA Latvja Portugall Estonja Slovenja Ġermanja Slovakkja Irlanda Finlandja Awstrija Ċipru Ġreċja Żona Ewro Belġju Spanja Franza Italja

GĦADD ĦADDIEMA* 4.2% MALTA -0.3% Belġju -1.1% Ċipru -1.3% Ġermanja -2.0% Slovenja -2.0% Litwanja -2.6% Slovakkja -3.0% Franza Żona Ewro -3.1% -3.2% Latvja -3.2% Finlandja -3.4% Ġreċja -3.6% Estonja -3.6% Italja -3.6% Portugall -3.9% Irlanda -4.0% Awstrija -7.6% Spanja

*Tagħrif tal-ewwel sitt xhur fl-2020 imqabblin mal-istess perjodu fl-2019 **Paga medja f’Ġunju 2020 mqabbla ma’ Ġunju 2019

DĦUL ĦADDIEMA*

SA 14% IŻJED DĦUL MILL-MALTIN Tkompli minn paġna 1 Il-Eurostat ippubblika żewġ settijiet ta’ ċifri uffiċjali tal-impatt fuq il-ħaddiema, fejn l-ewwel sett jittratta kif id-dħul tal-ħaddiema jitqabbel mal-istess perjodu tal2019, filwaqt li t-tieni sett jindika l-ammont ta’ ħaddiema li żammew l-impjieg tul dawn iż-żminijiet diffiċli. Fost l-ewwel pajjiżi fiż-Żona Ewro li ntlaqtu mill-pandemija tal-COVID-19, bħall-Italja u Franza, it-tnaqqis fid-dħul tal-ħaddiema beda jseħħ sa mill-ewwel kwart ta’ din is-sena. Is-sitwazzjoni tagħhom kompliet tiggrava fit-tieni kwart, meta l-uniċi pajjiżi li l-ħaddiema tagħhom ma esperjenzawx xi forma ta’ tnaqqis kienu biss Malta u l-Litwanja. Fl-istess ħin, fl-ewwel sitt xhur tas-sena, kienu biss ħames pajjiżi li d-dħul tal-ħaddiema tagħhom kien aħjar fl-2020 imqabbel ma’ dak tal-2019. Malta tinsab fit-tieni l-aħjar post, b’żieda ta’ 5.8% fid-dħul. B’kuntrast, bħala medja fiż-Żona Ewro, id-dħul naqas bi 3.3%, waqt li l-agħar riżultat kien irreġistrat fl-Italja fejn id-dħul naqas bi 8.6% fuq is-sena l-oħra. Dan ifisser li għal kull €100 li qalgħu sena ilu, il-medja tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin daħħlu €105.8 din is-sena. Bil-maqlub, il-medja tal-ħaddiema Taljani din is-sena daħħlu €91.4 għal kull €100 li kienu jaqilgħu sena ilu. Jirriżulta li waħda mill-akbar kawżi għall-bidla fid-dħul tal-ħaddiema kien l-andament fil-qasam tax-xogħol, għax fl-ewwel sitt xhur tas-sena ġew irreġistrati eluf kbar ta’ sensji, bl-eċċezzjoni ta’ pajjiżna li ra żieda ta’ 4.2%. FIż-Żona Ewro kien hemm mal-ħames miljuni inqas jaħdmu

fi tmiem Ġunju 2020, meta mqabblin mal-istess xahar ta’ sena qabel. Fi Spanja waħedha kien hemm 1.5 miljun minn dawn is-sensji, tant li madwar wieħed minn kull 13-il Spanjol li kien jaħdem fl-2019, illum hu bla xogħol. Fl-Italja u fi Franza kien hemm 915,300 u 851,400 sensji rispetti­ vament, waqt li fil-Ġermanja, meqjusa bħala l-mutur ekonomiku Ewropew, ġew irreġistrati mal574,000 persuna inqas fl-impjieg imqabbel mal-2019. It-tnaqqis medju fl-għadd ta’ ħaddiema fiż-Żona Ewro laħaq it-

3.1%, b’pajjiżi bħall-Irlanda u l-Awstrija jitilfu t-tieni l-akbar b’4% jew kważi, segwiti mill-Portugall, l-Italja, l-Estonja, il-Ġreċja, il-Finlandja u l-Latvja, ilkoll taħt il-medja. Dan hu kuntrastanti mal-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea, Malta, fejn l-ammont ta’ nies jaħdmu sa tmiem Ġunju li għadda kien 4.2% ogħla mill-2019. Fil-fatt fiż-Żona Ewro pajjiżna kien l-uniku wieħed li rreġistra aktar impjiegi, indikazzjoni oħra kemm kienu effettivi l-programmi ta’ sostenn li daħħal il-Gvern Malti, partikolarment ilCOVID Wage Supplement (ara

rapport f’paġni 4 u 5). Miċ-ċifri tal-Eurostat ukoll ħareġ li ma kien hemm l-ebda telf fil-paga medja f ’Malta f ’Ġunju 2020 u din baqgħet l-istess bħal sena qabel, anke jekk fiż-Żona Ewro l-paga medja rreġistrat tnaq­ qis ta’ 5%. Kien biss fil-Litwanja u fil-Polonja li ħaddiema esperjenzaw titjib fil-paga medja meta mqabbel mal-paga medja tal-2019, bi tnaqqis kbir f ’pajjiżi bħall-Italja u l-Belġju ta’ 11% u 10% rispettivament. Dawn id-dettalji tal-pakketti ta’ għajnuna, li ġew estiżi għal perjodu itwal, flimkien mal-ammonti

tagħhom jispjegaw kif il-ħaddiema Maltin kienu ferm aktar protetti minn dawk f ’pajjiżi oħrajn. Kif tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finan­ zjarji, il-Professur Edward Scic­ luna, nhar l-Erbgħa, fil-baġit tax-xahar id-dieħel il-Gvern se jkompli jintroduċi miżuri addizzjonali, ma’ dawk li diġà ħallew riżultati mill-iżjed pożittivi, biex ikompli jsostni d-dħul tal-ħaddiema u l-eżistenza tal-industriji u n-negozji li ġew affettwati direttament jew indirettament miċ-ċirkostanzi internazzjonali.


04

13.09.2020

one.com.mt

€180 MILJUN F’GĦAJNUNIET U BENEFIĊĊJI F’ERBA’ XHUR IL-BAĠIT 2021 JIMMIRA BIEX, MINN POŻIZZJONI TAJBA FIĊ-ĊIRKOSTANZI, MALTA TIRRITORNA MALAJR FIT-TRIQ TAT-TKABBIR EKONOMIKU RIĊENTI … SKONT ĦAMES PRINĊIPJI ĠODDA FIL-VIŻJONI TAL-GVERN LABURISTA Robert Sa Lulju li għadda, il-Gvern alloka ftit inqas minn €180 mil- self-employed. Dawn kienu mqassmin fuq l-ewwel erba’ Ministru jun f ’għajnuniet u benefiċċji diretti relatati mal-COVID-19 xhur tal-pandemija lokali u għaldaqstant l-allokazzjoni gov- Abela, il-benefiċċju lil madwar 100,000 ħaddiem u 17,000 kumpanija jew ernattiva se tkompli tikber ladarba, kif imħabbar mill-Prim prinċipali tal-Wage Supplement ġie estiż sa tmiem Ottubru li COVID-19 WAGE SUPPLEMENT TALBIET APPROVATI TOTAL ġej, jiġifieri tliet xhur oħra fuq il-perjodu 4,244 Kumpaniji indikat. Meta nhar l-Erb11,448 16,612 Self-employed għa li għadda l-Ministru għall-Finanzi 920 Oħrajn Edward Scicluna ppreżenta d-dokument ta’ qabel il-Baġit, saru magħrufin det69,538 Ħaddiema full-time talji dwar l-għajnuniet 79,576 li l-Gvern ippreżenta 10,038 Ħaddiema part-time wara l-miżuri ristrettivi b’rabta mal-każi talCOVID-19 f ’pajjiżna. Dawn wasslu biex jitWAGE SUPPLEMENT (ANNEX A) TALBIET APPROVATI SUB TOTAL TOTAL taffa b’mod drastiku l-impatt negattiv fuq Kumpaniji / Self-employed / il-ħaddiema f ’setturi li 13,891 Oħrajn waqfu b’mod ħesrem u l-ekonomija inġenerali. 51,918 €150,776,881 Ħaddiema full-time Il-miżuri ma setgħux ikunu possibbli li kieku l-Gvern Laburista ma 8,747 Ħaddiema part-time / Casual kienx bil-għaqal biżżejjed biex fl-aħħar snin idawwar kompletament WAGE SUPPLEMENT (ANNEX B) €160,233,999 ir-rotta tal-immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi fejn Kumpaniji / Self-employed / 2,721 ukoll ġew irreġistrati l-ewwel surpluses fi kważi 20 sena. Oħrajn Dan poġġa lil pajjiżna fl-aħjar sitwazzjoni biex jiffaċċja l-kriżi tal-pandemija u l-Gvern fil-pożizzjoni finanzjarja 17,620 €9,457,118 Ħaddiema full-time stabbli biex jassisti lin-negozji u l-ħaddiema bl-aħjar mod possibbli, differenti minn pajjiżi oħrajn li spiċċaw jinżlu 1,291 Ħaddiema part-time / Casual għarkupptejhom minħabba ċ-ċirkostanzi gravi. Fil-fatt, il-Wage Supplement, l-aktar miżura li assorbiet (89%) minn dawn il-fondi pubbliċi, swiet iżjed minn €160 miljun sa Lulju biex marru għand kumpaniji u ħaddieLEAVE TAL-KWARANTINA 1,465 €1,130,000 ma full-time u part-time taħt żewġ kategoriji ta’ negozji li għalqu, partikolarment minħabba l-għeluq tal-Ajruport u FAĊILITAR TA’ TELEWORKING 370 €605,613 l-portijiet jew miżuri ristrettivi oħrajn imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa. Il-miżura ġiet estiża minn Lulju lil hawn biex tinkorpora faxxa oħra ta’ negozji u ħaddiema, li ma kinux koperti MIŻURI SOĊJALI TALBIET APPROVATI SUB TOTAL TOTAL bl-ewwel żewġ allokazzjonijiet. F’din il-faxxa ġdida ħaddiema full-time jew part-time jistgħu jibbenefikaw minn 1,679 €2,754,914 Benefiċċju tal-Mard massimu ta’ €600 u €375 fix-xahar rispettivament. Ma’ dawn, pensjonanti u studenti rreġistrati ma’ JobsPlus sa 2,140 €3,519,870 mid-9 ta’ Marzu li għadda jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati Benefiċċju Addizzjonali tal-Qgħad €17,156,525 għall-benefiċċju. Il-kumplament tal-injezzjoni minn fondi pubbliċi kienet 4,550 €10,292,797 Benefiċċju tal-ġenituri maqsuma bejn miżuri soċjali, l-aktar il-benefiċċju għall-ġenituri li kellhom jieqfu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb lil ulied379 €588,944 Benefiċċju għal Persuni b’Diżabilità hom li ma kellhomx skola, leave tal-kwarantina u faċilitar ta’ teleworking. Aktar minn €17-il miljun f ’tali benefiċċji *Tagħrif dwar il-Wage Supplement, leave tal-kwarantina u faċilitar tat-teleworking sa tmiem Lulju kienu jkopru l-perjodu sal-bidu ta’ Lulju. **Tagħrif dwar Miżuri Soċjali sal-bidu ta’ Lulju Waqt li ġew ippreżentati l-prijoritajiet tal-Gvern għallSORS: Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) u Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji (MFIN) Baġit 2021, bit-tema “Lejn Ekonomija Sostenibbli”, id-do-


05

13.09.2020

one.com.mt

kument ta’ qabel il-baġit għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta’ konsultazzjoni kemm mal-imsieħba soċjali kif ukoll mal-pubbliku hekk kif hu l-bażi tal-laqgħat ta’ konsultazzjoni li jsiru kull sena mill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji qabel kull baġit. Il-Ministru Scicluna qal li “grazzi għall-politika għaqlija ta’ dan ilGvern, fil-baġit li ġej naffordjaw inkomplu nipprovdu miżuri biex nissalvagwardjaw il-livell ta’ għajxien tal-familji u n-negozji tagħna, minkejja d-daqqa fil-finanzi pubbliċi li ħalliet il-pandemija.” Il-Ministru wkoll ta rendikont tal-miżuri li ġew imħabbrin fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika. Riżultat ta’ dawn il-miżuri, id-dħul tal-ħaddiema fit-tieni kwart ta’ din is-sena kien protett mid-daqqa ekonomika tal-COVID-19 hekk kif il-pagi u s-salarji żdiedu b’€55 miljun, meta mqabblin mal-istess perjodu tas-sena 2019. Min-naħa l-oħra, il-qgħad fost il-ħaddiema żdied bi ftit, tant li pajjiżna rreġistra t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea f ’Lulju ta’ din is-sena. Dawk li jixtru u jbigħu l-proprjetà bejniethom iffrankaw madwar €21 miljun f ’taxxa, mifruxa fuq madwar 2,400 kuntratt. Id-differiment tat-taxxa sal-aħħar ta’ Mejju laħħaq is-€60 miljun, filwaqt li sal-aħħar ta’ Ġunju 13-il kumpanija u 237 negozju żgħir u medju bbenefikaw mill-Interest Subsidy Scheme. L-akbar għajnuna finanzjarja ngħatat bil-COVID Wage Supplement li sal-aħħar ta’ Lulju qabżet il-€160 miljun u minnha bbenefikaw iżjed minn 79,500 ħaddiem u aktar minn 16,600 bejn kumpaniji, self-employed u oħrajn. Permezz ta’ din l-iskema ġiet offruta assistenza finanzjarja ta’ €800 fix-xahar għall-ħaddiema full-time u €500 għall-ħaddiema part-time f ’setturi li ġew affettwati b’mod drastiku jew kellhom jissospendu l-operat tagħhom, waqt li dawk f ’setturi li kienu inqas affettwati gawdew minn ħlas ta’ ġurnata xogħol fil-ġimgħa, ekwivalenti għal €160 fix-xahar għall-full-timers u €100 fix-xahar għall-part-timers.

Kumpaniji mis-setturi prinċipali tal-akkomodazzjoni kollettiva u attivitajiet ta’ servizzi tal-ikel kienu l-aktar li applikaw għall-iskema tal-Wage Supplement. Warajhom ġew negozji mis-setturi tal-bejgħ bl-ingrossa u l-imnut, l-amministrazzjoni u s-servizzi. Ma’ dawn, fit-8 ta’ Ġunju li għadda, il-Gvern ħabbar il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun, li waħdu se jammonta għal 6.8% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) lokali. Dan il-pjan ta’ rkupru hu bbażat fuq tliet pilastri: it-tnaqqis tal-ispejjeż lin-negozji; l-istimolu għad-domanda u l-konsum domestiku; u l-appoġġ dirett għan-negozji u s-salvagwardji tal-impjiegi. Nhar l-Erbgħa, il-Ministru Scicluna qal li dan ilGvern se jibqa’ jkun prudenti u se jippjana l-baġit b’mod għaqli biex jibqa’ jonfoq bi ħsieb f ’dawk il-miżuri li huma l-aktar effettivi għall-familji u n-negozji. Hu kompla billi qal li permezz tal-Baġit 2021, il-Gvern se jkompli jinvesti fuq il-prinċipji li fuqhom hi msejsa l-viżjoni ta’ dan il-Gvern għal pajjiżna. Id-dokument ta’ qabel il-baġit, li hu aċċessibbli b’mod elettroniku mis-sit tal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, ta wkoll ħarsa ġenerali tal-qagħda finanzjarja u ekonomika ta’ pajjiżna filwaqt li pprovda t-tbassir ekonomiku u fiskali għas-sena 2021. F’dan ir-rigward, Malta wkoll tinsab f ’pożizzjoni tajba biex tkun fost l-ewwel pajjiżi li jirkupraw mir-riperkuss-

jonijiet ekonomiċi tal-pandemija. It-tkabbir imbassar ta’ 6% s-sena d-dieħla għandu jirkupra t-tbassir ta’ 5.8% tnaqqis fil-PGD għal din is-sena. Waqt li l-Gvern mistenni jkollu defiċit ta’ 2.5% tal-PGD, li hu sew inqas minn dak imbassar għall-UE (-3.6%) u

ż-Żona Ewro (-3.5%), il-persentaġġ tad-dejn ġen- e r a l i mistenni jlaħħaq il-50.8% tal-PGD, li hu wkoll kważi nofs dak taż-Żona Ewro (98.8%) jew il-medja tal-pajjiżi kollha fl-UE (92%).


06

13.09.2020

one.com.mt

S&P TFAĦĦAR IL-MIŻURI MALTIN Waqt li kkonfermat ir-rating Agħal pajjiżna, b’outlook stabbli, l-aġenzija internazzjonali tal-kreditu S&P Global Ratings tenniet li l-effetti tal-pandemija mhux mistennija joħolqu dannu kbir jew strutturali fuq Malta, minkejja l-impatt ovvju ekonomiku. S&P ukoll tbassar li Malta se jkollha rkupru qawwi sal-2022, differenti minn ħafna pajjiżi oħrajn. Fost il-ħafna fatturi li l-esperti barranin jelenkaw u li se jwasslu għal dan, hemm “ir-rispons politiku komprensiv tal-Gvern Malti” li se jippriserva l-kapaċità produttiva tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Fi kliem ir-rapport tal-S&P Global Ratings, il-miżuri li ttieħdu mill-Gvern fl-aħħar xhur “ipproteġew id-dħul tal-ħaddiema u evitaw l-għeluq ta’ negozji.” L-esperti jinsistu li mingħajr tali rispons fiskali komprensiv min-naħa tal-Gvern, kieku l-Prodott Gross Domestiku Malti kien jaqa’ ferm aktar ’l isfel, il-qgħad kien jisplodi ’l fuq, waqt li numru ta’ negozji kienu jfallu, b’effetti katastrofiċi li jħassru l-bażi produttiva fl-ekonomija, forsi anke b’mod permanenti. Bis-saħħa tal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, l-esperti internazzjonali qed ibassru li fl-2021 u 2022 it-tkabbir ekonomiku se jkun ta’ 5.5%. L-esperti wkoll jinnotaw, iżda, li l-Gvern Malti kien f ’pożizzjoni li jiflaħ jiffinanzja l-miżuri bla preċedent għax kien naqqas ħafna d-dejn u akkumula tifdil qawwi fis-snin ta’ qabel. Tant li r-rapport tal-S&P Global Ratings jgħid li, meta wieħed iqis dawn l-assi talGvern, il-piż tad-dejn se jkun 43% tal-ġid nazzjonali fl-2023, jiġifieri ferm inqas mir-rati ta’ aktar minn 60% fi snin passati. L-esperti jisħqu wkoll li l-Gvern Malti rnexxielu jakkwista riżorsi qawwija mill-Unjoni Ewropea b’allokazzjoni ta’ €2.25 biljun. Ir-rapport kellu kliem ta’ tifħir għat-titjib fl-operat u l-baġits tal-FIAU u l-MFSA. Anke r-riforma fit-tmexxija tal-Pulizija laqtet l-attenzjoni tal-esperti barranin li qalu li l-mod kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija hu ferm aktar trasparenti. Fi stqarrija, il-Gvern laqa’ dan iċ-ċertifikat pożittiv għallmod kif irrisponda għall-effetti tal-pandemija u qal li fil-baġit li jmiss se tingħata spinta oħra qawwija bil-għan li l-familji u n-negozji lokali jkollhom għada aħjar b’ekonomija aktar sostenibbli.


07

13.09.2020

one.com.mt

IL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI RELEGAT GĦAL FACEBOOK Il-Kummissjoni Elettorali tal-PN tgħid li Adrian Delia rrifjuta kwarta żejda li ġiet offruta lilu fuq NET FM kontra n-nofs siegħa li kellu allokata Bernard Grech Il-Kap attwali Nazzjonalista lbieraħ ġie mċaħħad mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit tiegħu stess milli jagħmel l-intervista regolari tas-Sibt filgħodu u qal li “bħala Kap tal-Oppożizzjoni wkoll nitkellem fuq temi nazzjonali.” Minflok l-ispazju radjufoniku ngħata lill-kontestant l-ieħor għal Kap tal-PN Bernard Grech, waqt li l-Kummissjoni Elettorali mmexxija minn eks sieħeb fin-negozju ma’ Simon Busuttil, ġabet l-argument biex ikun hemm il-bilanċ meħtieġ u rreferiet għal regolament fl-istatut li l-istess tmexxija ta’ Delia għadha kemm approvat. Waqt li ddeskriva l-jum tal-bieraħ bħala ġurnata sewda għallPN, Delia kiteb fuq Facebook: “L-Avukat Bernard Grech, li għadu lanqas ġie kkonfermat bħala kandidat se jitħalla jaħtaf l-unika programm fil-ġimgħa li jien kelli bħala Kap tal-Oppożizzjoni.” Akkumpanjat b’ritratt abjad u iswed tal-istudios ta’ NET FM, Delia enfasizza li “dan hu l-istil antik ta’ dawk li jridu l-kontroll assolut tal-PN,” b’referenza ċara għall-establishment li jrid iqaċċatlu rasu mit-tmun tal-Partit. Kif wiegħed, ftit tal-ħin wara ġie intervistat live fuq Facebook fejn beda u spiċċa jitkellem dwar kif dan mhux l-istil tal-Partit li ħadem għalih fit-tliet snin kemm ilu li ġie fdat mit-tesserati u li jrid jibqa’ jaħdem għalih fiż-żmien li ġej. Semma wkoll kif għal diversi drabi talab għal konfront dirett ma’ Dr Grech bit-tħejjija għall-elezzjoni li trid tiddetermina min se jkun qed imexxi l-Partit fil-ġimgħat li ġejjin. Minkejja dan qal li “hemm reżistenza qawwija u assoluta minn dawk wara Bernard Grech li qed jimponulu biex ma jiddibattix miegħi.” Hawnhekk Delia reġa’ semma l-eku tal-kampanja li wasslitu biex jirbaħ l-elezzjoni ta’ Kap fl-2017 kontra d-Deputat Għawdxi Chris Said, meta enfasizza fuq il-mod ġdid kif xtaq jagħmel l-affarijiet. “Dik hi d-demokrazija? Dak hu l-Partit Nazzjonalista? Jiġifieri l-PN waqa’ f ’livelli li ma jridx li dawk li għandhom ikunu l-mexxejja tiegħu jitkellmu, jiddibattu, quddiem in-nies … biex naħbu l-verità? Jew allura jridu biss li jkunu dawk il-ftit li jiddeċiedu huma min ħa jkun il-Kap biex jagħmel dak li jridu huma u ma

jkun hemm diskussjoni fuq xejn u qatt. Dik mhix id-demokrazija, dak mhux il-PN li rrid jien, dak huwa l-ħakma tal-ftit fuq il-ħafna,” saħaq il-Kap tal-Oppożizzjoni. Min-naħa l-oħra, stqarrija ffirmata minn Peter Fenech, Ċermen tal-Kummissjoni Elettorali l-PN, qalet li mindu Dr Delia u Dr Grech iddikjaraw l-interess tagħhom li jkunu kandidati fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit, il-Kummissjoni Elettorali kellha ssegwi l-provedimenti tal-istatut u tar-regolamenti magħmula taħtu. L-istqarrija tikkwota l-Artiklu 151 (2) tal-istatut li jgħid li “l-Kummissjoni għandha tassigura li kwalsijasi kampanja elettorali għal xi kariga fil-Partit isseħħ b’mod korrett minn kull min ikun involut u li l-midja tal-Partit tkun indipendenti u imparzjali fil-konfront tal-kandidati involuti u għal

dan l-iskop għandha d-dritt tagħti d-direttivi meħtieġa.” Minbarra hekk, iżda, qalet li Delia kien konxju li l-programmi qed jitqassmu bejn iż-żewġ kandidati, anzi kellu kwarta żejda allokata fuq Bernard Grech fil-programm tal-bieraħ. “Fuq talba ta’ Dr Delia lbieraħ (il-Ġimgħa) filgħaxija, il-Kummissjoni Elettorali rrrikonoxxiet li Dr Delia xtaq jitkellem bħala Kap tal-Oppożizzjoni fl-istess programm u pproponiet li flok l-intervent tiegħu jkun ta’ 30 minuta u jibda fil-11.00 jingħata kwarta aktar fil-ħin u jibda jitkellem fil-10:45 a.m. Dalgħodu stess Dr Delia bagħat jinforma li din il-kwarta ma kienx se jeħodha. Sussegwentament hu insista li jitkellem fil-11:30 bi dritt bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Il-Kummissjoni Elettorali ma setgħetx taċċetta din il-pożizzjoni,” tem-

met tgħid l-istqarrija. Meta għadha trid tibda l-kampanja proprja għall-elezzjoni ta’ Kap Nazzjonalista, li mistennija sseħħ sal-ewwel ġimagħtejn ta’ Ottubru, il-qiegħa qed tbaqbaq iżjed bejn iż-żewġ fazzjonijiet. Nhar il-Ħamis li għadda fuq TVM, iż-żewġ kandidati ma waqfux jitqabdu u jgħaddu l-botti lil xulxin avolja ġew intervistati f ’ħinijiet separati. Kif inhu mistenni, ir-rabja bejn dawk fil-fazzjoni ta’ Busuttil, li qegħdin jappoġġjaw bis-sħiħ lil Grech, u dawk ta’ Delia li jargumentaw li tal-ewwel għamlu minn kollox biex iwaqqfuh fit-tmexxija tal-Partit, se tkompli toħroġ fid-dieher fit-tlieta, erba’ ġimgħat li jmiss.


08

13.09.2020

one.com.mt

KONKLUŻI TAĦDITIET GĦAL XIRI TA’ VAĊĊINI Il-Kummissjoni Ewropea din il-ġimgħa kkonkludiet taħditiet esploratorji biex jinxtara vaċċin potenzjali kontra l-COVID-19 mal-kumpanija BioNTech-Pfizer. Din kienet is-sitt kumpanija li l-Kummissjoni kkonkludiet taħditiet magħha, wara Sanofi-GSK, Johnson & Johnson, CureVac u Moderna, li t-taħditiet magħhom ġew konklużi fil-31 ta’ Lulju, fit-13 ta’ Awwissu, fit-18 ta’ Awwissu u fl-24 ta’ Awwissu rispettivament. L-ewwel kuntratt, iffirmat ma’ AstraZeneca, daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Awwissu. Bil-kuntratt imbassar ma’ BioNTech-Pfizer, l-istati membri kollha talUE jkunu jistgħu jixtru l-vaċċin, kif ukoll jagħtuh b’donazzjoni lil pajjiżi b’introjtu aktar baxx u medju jew jidderiġuh millġdid lejn pajjiżi Ewropej. Hu antiċipat li l-Kummissjoni se jkollha stabbilit qafas kuntrattwali għax-xiri inizjali ta’ 200 miljun doża f ’isem ilpajjiżi kollha tal-UE, kif ukoll l-għażla li

tixtri 100 miljun doża oħra, li għandhom jiġu fornuti ladarba jkun hemm prova li l-vaċċin hu sigur u effettiv kontra l-COVID-19. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, qalet li tinsab kuntenta li ġew konklużi t-taħditiet ma’ BioNTech-Pfizer għal xiri inizjali ta’ 200 miljun doża ta’ vaċċini futuri tal-Coronavirus. “Din hi s-sitt kumpanija farmaċewtika li kkonkludejna taħditiet jew iffirmajna ftehim magħha għal vaċċini potenzjali. Dan sar fi żmien rekord. Il-possibbiltà li niżviluppaw u nimplimentaw vaċċin sigur u effettiv qatt ma kienet ogħla, kemm għall-Ewropej kontinentali, kif ukoll għall-bqija tad-dinja. Biex negħlbu l-Coronavirus fi kwalunkwe post fid-dinja, irridu negħlbuh kullimkien.” Stella Kyriakides, il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sigurtà Alimentari, qalet li l-Ewropa hi ottimista li fost dawn il-kandidati se jkun hemm vaċċin sigur

u effettiv kontra l-COVID-19 li se jgħin biex tingħeleb din il-pandemija. BioNTech hi kumpanija bbażata fil-Ġermanja li taħdem flimkien mal-kumpanija Pfizer li hi bbażata fl-Istati Uniti biex tiżviluppa vaċċin ġdid ibbażat fuq l-RNA messaġġier (mRNA). L-mRNA għandu rwol fundamentali fil-bijoloġija tal-bniedem, billi jittrasferixxi l-istruzzjonijiet li jidderieġu ċ-ċelloli fil-ġisem biex joħolqu proteini li jevitaw jew jiġġieldu l-mard. It-taħditiet esploratorji konklużi din il-ġimgħa huma maħsuba li jwasslu għal ftehim antiċipat ta’ xiri ffinanzjat bl-istrument għall-appoġġ ta’ emerġenza, li jinkludi fondi apposta biex jinħoloq portafoll ta’ vaċċini potenzjali bi profili differenti u magħmulin minn kumpaniji differenti. Dan hu parti mill-istrateġija Ewropea għall-vaċċini, li l-Kummissjoni adottat fis-17 ta’ Ġunju 2020 u li għandha l-għan

li tiżgura li ċ-ċittadini Ewropej kollha jkollhom vaċċini ta’ kwalità għolja, siguri, effettivi u affordabbli fi żmien 12 sa 18-il xahar. Biex tagħmel dan, u flimkien mal-istati membri, il-Kummissjoni qed tasal għal ftehimiet ta’ xiri antiċipat ma’ produtturi tal-vaċċini li jirriservaw jew jagħtu d-dritt lill-istati membri li jixtru numru speċifiku ta’ dożi ta’ vaċċini b’ċertu prezz, malli vaċċin isir disponibbli. Il-Kummissjoni Ewropea hi impenjata wkoll li tiżgura li kull min jeħtieġ vaċċin, ikollu aċċess għalih, ikun fejn ikun fid-dinja. Ħadd mhu sigur jekk ma jkunx sigur kulħadd. Hu għalhekk li mill-4 ta’ Mejju 2020 sal-lum ġabret madwar €16-il biljun permezz tar-rispons globali għall-Coronavirus, l-azzjoni dinjija għall-aċċess universali għal testijiet, trattamenti u vaċċini kontra l-Coronavirus u għall-irkupru dinji.

L-EWWEL AVUKAT ĠENERALI MARA Dr Victoria Buttigieg intgħażlet bħala l-Avukat Ġenerali l-ġdid ta’ Malta, pożizzjoni li bdiet tokkupa minn nhar l-Erbgħa li għadda, biex saret ukoll l-ewwel mara li okkupat il-kariga Kostituzzjonali. Din kienet l-ewwel darba li nħatar Avukat Ġenerali ġdid wara s-separazzjoni tal-istess uffiċċju lura f ’Diċembru li għadda, meta l-istess Dr Buttigieg kienet intgħażlet bħala l-ewwel Avukat tal-Istat ta’ pajjiżna. L-Avukat Ġenerali l-ġdid inħatret wara sejħa pubblika appena dak preċedenti, Dr Peter Grech, fl-istess jum temm il-kariga li kien ilu jokkupa għal dawn l-aħħar 10 snin. Dr Buttigieg issa ntgħażlet minn kummissjoni ta’ ħatra in-

dipendenti, komposta minn tliet imħallfin irtirati. Dr Buttigieg, li għandha 43 sena, iggradwat fil-Liġi mill-Università ta’ Malta fl-2001. Hi kompliet l-istudji tagħha fejn reġgħet iggradwat bil-Masters fisServizzi Finanzjarji. Fl-2007, bdiet taħdem mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, fejn wara li kisbet l-esperjenza neċessarja, anke nħatret bħala Assistent Avukat Ġenerali. Hawn ħadmet f ’għadd ta’ oqsma differenti fil-litigazzjoni, fosthom iċ-Ċivil, l-amministrattiv u l-liġi kostituzzjonali, fejn anke rrappreżentat lill-Gvern f ’għadd ta’ laqgħat u kumitati internazzjonali. Ikkontribwixxiet ukoll għal diversi proġetti ta’ riformi fil-liġi.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis spjega l-proċess indipendenti minn tliet imħalfin irtirati li wassal għall-għażla ta’ Dr Buttigieg bħala Avukat Ġenerali. “Hu proċess verament indipendenti, proċess li daħħal Gvern Laburista fl-2019 li jinħatru tliet imħallfin irtirati li, f ’dan ilkaż, kienu l-Imħallef Emeritus Michael Mallia, l-Imħallef Emeritus Lawrence Quintano u l-Eks Imħallef Antonio Mizzi. Huma jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet li jgħaddu għand il-Prim Ministru. Wara jkun hemm l-għażla bil-konferma tal-President,” stqarr il-Ministru, waqt li enfasizza li Victoria Buttigieg hi mara ta’ integrità u li għandha esperjenza biżżejjed biex isservi f ’dan ir-rwol importanti.


09

13.09.2020

one.com.mt

L-FŻL JIDDISKUTI L-UŻU PERSONALI TAL-KANNABIS Fl-ispirtu tal-wegħda elettorali tal-Partit Laburista li jiġi mniedi dibattitu nazzjonali dwar jekk u kif għandu jkun hemm passi ulterjuri għad-dikriminalizzazzjoni tad-droga kannabis, fosthom diskussjoni dwar l-użu personali b’mod responsabbli tagħha, il-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) ippreżenta mozzjoni politika dwar dan is-suġġett waqt ilLaqgħa Ġenerali Annwali ta’ din is-sena. Permezz tal-mozzjoni, l-FŻL jirrikonoxxi li l-proċess leġiżlattiv li ddikriminalizza d-droga kannabis ħalla effett pożittiv, mhux biss legali, iżda wkoll soċjali, partikolarment fil-qerda ta’ sterjotipi negattivi relatati malużu personali b’mod responsabbli tad-droga kannabis. Permezz ta’ din il-mozzjoni, li hi mibnija fuq il-kontinwazzjoni ta’ riċerka u l-edukazzjoni, l-FŻL

jinnota li, madankollu, id-dikriminalizzazzjoni tad-droga kannabis għadha fi stadju bikri, hekk kif is-sejbien ta’ ammonti relattivament żgħar xorta waħda qed iwasslu għal proċeduri kriminali. Għaldaqstant jipproponi aktar reviżjoni fil-liġi biex tirrifletti r-realtà tal-lum. Apparti minn hekk, biex ikun żgurat li jinqered it-traffikar illegali tal-istess sustanza, l-FŻL ippropona li titkompla r-riċerka biex jinstab l-aktar mudell ta’ legalizzazzjoni li jagħmel sens għar-realtà ta’ pajjiżna, b’mod li jagħti serħan il-moħħ lill-utenti tas-sustanza. Dan kollu qed jitressaq ’il quddiem fi sfond li titkompla kampanja edukattiva fattwali u effettiva dwar l-effetti tad-droga, biex ikun skoraġġit l-użu tagħha u tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tal-poplu Malti.

B’din il-mozzjoni, l-FŻL qed jara li jkompli jiġġieled ir-realtà kerha ta’ esklużjoni u marġinalizzazzjoni soċjali li jistgħu jwasslu għal dannu fuq is-soċjetà nnifisha. Fix-xahar li ġej, l-FŻL propona wkoll li jidħol f ’diskussjoni mal-istakeholders konċernati biex ifassal pożizzjoni studjata bi proposti ċari u konkreti. Dawk kollha li huma interessati li jipparteċipaw f ’dan id-dibattitu huma mitluba jiktbu lill-FŻL fuq l-email uffiċjali – info@fzl.org.mt – għal għarfien usa’ fuq is-suġġett u direzzjoni ’l quddiem. Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali, li saret fit-Teatru Orpheum fil-Gżira, ħadu sehem ukoll ilPrim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela u ż-żewġ Deputati Mexxejja Chris Fearne u Daniel Micallef.


10

13.09.2020

one.com.mt

KWART TA’ MILJUN PASSIĠĠIER FL-MIA MATUL AWWISSU F’Awwissu li għadda, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ 252,022 passiġġier, tnaqqis ta’ 69.4% fil-movimenti meta mqabbel mal-istess xahar fl-2019. Mill-ftuħ mill-ġdid fl-1 ta’ Lulju li għadda tal-Ajruport għat-titjiriet kummerċjali, l-ewwel ġimagħtejn ta’ Awwissu kienu l-iżjed impenjattivi fiċ-ċirkostanzi. Stqarrija mill-kumpanija MIA qalet li, b’kollox, fuq it-titjiriet minn u lejn l-Ajruport kien hemm 459,440 post disponibbli matul Awwissu, u l-persentaġġ ta’ postijiet okkupati, jew is-seat load factor (SLF) kif inhu magħruf, kien ta’ 54.9%. Is-swieq ewlenin tal-Ajruport Malti għax-xahar li għadda kienu l-Italja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza u l-Polonja, li flimkien sarrfu f ’169,804 movimenti talpassiġġieri mit-traffiku totali ta’ Awwissu. Filwaqt li sal-aħħar ta’ Awwissu ġew irreġistrati 99,204 movimenti tal-passiġġieri iktar minn Lulju, id-dħul fis-seħħ tal-Amber List ta’ Malta, flimkien ma’ għadd ta’ restrizzjonijiet ta’ vjaġġar li tħabbru minn pajjiżi oħrajn, dgħajfu l-wirja tat-traffiku tal-passiġġieri fit-tieni nofs tax-xahar. Organizzazzjonijiet tal-avjazzjoni u l-ivvjaġġar, fosthom il-Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti, appellaw għal aktar kordinazzjoni bejn pajjiżi madwar id-dinja fejn jidħlu miżuri ta’ kwarantina u restrizzjonijiet oħrajn ħalli terġa’

tinkiseb il-fiduċja tal-pubbliku fl-ivvjaġġar u l-industrija tibda tirkupra. F’bulettin ta’ analiżi ekonomika ppubblikat fl-31 ta’ Awwissu 2020, il-Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti rrapporta li l-industrija qed tantiċipa tnaqqis ta’ 58.4% fit-traffiku meta mqabbel mal-2019, ekwivalenti għal telf ta’ 5.6 biljun passiġġier għas-sena sħiħa. Fl-2019 l-MIA laqa’ aktar minn seba’ miljun passiġġier. It-terminal preżenti tal-Ajruport ilu miftuħ għal dawn l-aħħar 28 sena, li matulhom ġie żviluppat biex illum isostni aktar minn 4,000 impjieg u joffri madwar 45 stabbiliment kummerċjali u tal-ikel u spazju għal aktar minn 1,500 karozza. L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, li qed ikompli jinvesti fi żvilupp massiċċ, rebaħ it-titlu tal-Best Airport in Europe mogħti minn ACI għal sentejn konsekuttivi. SkyParks Business Centre, li hu proġett tal-Ajruport, iservi ta’ ċentru tan-negozju b’ċertifikat ekoloġiku mifrux fuq kważi 10,000 metru kwadru ta’ spazju għal uffiċini u 4,000 metru kwadru ta’ ħwienet u faċilitajiet oħrajn. Biex jimmassimizza l-kontribut tiegħu lejn il-patrimonju kulturali u l-ambjent Malti, ħames snin ilu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqqaf ukoll il-Malta Airport Foundation, organizzazzjoni mmexxija b’mod indipendenti u li ma tagħmilx qligħ.

BIN-NUMRI: AWWISSU FL-MIA

MIL-LINJI TAL-AJRU Airbus li serva fil-flotta tal-Air Malta spiċċa fil-“familja” tal-aktar


11

13.09.2020

one.com.mt

IL-JET STAR

GĦALL-IKKAMPJAR

IL-UFO

Ritratti: APPLE CAMPING

kampijiet strambi għall-kiri minn Apple Camping f’Wales Entużjasti tal-ivvjaġġar, li qed iħossu n-nuqqas tal-ajru, fir-Renju Unit jistgħu jorqdu f ’Airbus antik fl-art, li ġie addattat bħala residenza għal żewġ persuni. L-ajruplan, li oriġinarjament kien proprjetà tal-Air Canada u għamel żmien mikri lill-Air Malta qabel inxtara mil-linja Etihad fl-2003, ġie kkonvertit u mgħammar b’żewġ sodod singli, sufan-sodda, televixin, doċċa, kitchenette mibnija fil-galley u kamra tal-pranzu fuq barra. L-Airbus issa żdied mal-familja ta’ opri strambi li l-kumpa­nija Apple Camping għandha f ’Pembrokeshire, Wales. Żewġt iljieli fl-ajruplan-kamp, li tlaqqam “Arabian Nights”, jiswew £298 (€328) jew £74.50 (€82) kull persuna kull lejl – orħos minn prezz ta’ biljett tal-ajru. Skont is-sit elettroniku, “issa parti mill-postijiet bizzarri fejn tista’ toqgħod għand Apple Campings, hemm l-‘Arabian Nights Airbus’, li għandu xelter separat għall-ikel, doċċa, toilet u għall-ewwel darba għall-kumpanija – TV”. Jingħad li s-swiċis ġew mo­difikati għad-dwal, waqt li l-ħajt fuq wara tal-ajruplan juri stampa ta’ oasi fid-deżert. Apple Camping għandha ajruplan ieħor – jet tas-snin 70 – li aktarx kien involut f ’tiġrif (crash landing) u xi darba kien joffri titjir tal-ogħla klassi lil mhux aktar minn disa’ passiġġieri. Illum fil-cockpit għandu installata Xbox, kċina self catering fuq barra, żona għall-BBQ u magna tal-ħasil u tumbledryer. Flimkien magħhom, iżda, Apple Camping toffri akkomodaz­z­jonijiet iżjed strambi. Fosthom hemm il-“Pac Man”, kamp forma ta’ koppla li hu ambjentat fl-era tas-snin 80, b’fireplace, bean bags kbar u logħob interattiv popolari fl-epoka, bħal “Pac Man” u “Space Invaders”. Kċina u doċċi jinsabu f ’binja addizzjonali fuq barra. Bil-maqlub, dawk li jridu esperjenza futuristika, hemm il-“UFO” li jesa sa erba’ persuni, armata b’double bed u sufan li jista’ jsir sodda għal żewġ persuni oħra. Attrezzat b’għamara moderna, ir-residenza unika nbniet f ’workshop fil-port ta’ Tenby.

IL-PAC MAN


12

13.09.2020

one.com.mt

META L-BRIJU KELLU JISKOT L-IMPORTANZA LI NSOSTNU DAK LI JGĦAQQAD IL-KOMUNITÀ MALTIJA

Alex Muscat Segretarju Parlamentari

Iċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi, l-ikliet tal-familja, in-nar tal-art u l-murtali tas-sema li jkomplu jżewqu t-toroq imżejna, il-marċi brijużi, bil-partitarji tal-baned li jdoqquhom ikantaw magħhom, it-tfal jilagħbu fil-ferħ tal-mument, u l-pjaċir li tara qraba u ħbieb li jaf tkun ilek ma tara għal żmien twil... Żgur li fhimtu fuq xiex qed nitkellem – dak iż-żmien tas-se-

na meta tasal il-festa tar-raħal u kulħadd jingħaqad f ’ċelebrazzjoni waħda għall-qaddis patrun. Bil-pandemija ntbaħna li l-ħajja kif nafuha nqalbet ta’ taħt fuq, u mil-lum għal għada wkoll, b’waħda mill-bidliet sinnifikattivi tkun proprju l-istramberija tas-silenzju li ħakem fuq l-irħula. Iżda lkoll nafu li dan is-silenzju kien meħtieġ – għall-ġid ta’ saħħitna u ta’ dawk ta’ madwarna. F’dan in-nuqqas ippreżentat ruħha l-istedina għar-riflessjoni. Bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-komunitajiet, inħossni f ’obbligu li nqis sew dak li jaffettwa lis-soċjetà tagħna, mhux biss ekonomikament u mill-aspetti prattiċi, iżda wkoll minn aspett ta’ inklużjoni, kuntentizza u għaqda mmanifestata fis-sens ta’ komunità. Meta niċċelebraw il-festa ma nkunux qed niċċelebraw biss il-patrun. Niċċelebraw dak

li jgħaqqad is-soċjetà Maltija; il-kulturi tagħna li differenti kemm huma differenti minn raħal għal ieħor, ilkoll flimkien isawru l-identità Maltija. F’mumenti bħal dawn nintebħu kemm il-ġabra ta’ dawn il-kulturi huma parti importanti ħafna biex jinsġu t-tessut soċjali Malti, u proprju għalhekk jeħtieġu kull appoġġ. Hemm diversi modi ta’ kif dan jista’ jseħħ, jekk hux b’mod dirett jew indirett, b’wieħed minnhom ikun issostenn finanzjarju sabiex l-attivitajiet tant sinonimi mal-festa jkunu jistgħu jibqgħu jseħħu. U dan ikompli jsaħħaħ l-għaqda fil-komunità Maltija b’mod reċiproku. L-ewwel u qabel kollox, wieħed mill-ħafna wċuħ negattivi ta’ din il-pandemija huwa proprju l-effett li setgħet ħalliet fuq il-pożittività kollettiva li wriet il-komunità Maltija fil-mument tal-prova. Ilkoll kemm

aħna tnikkitna li ma stajniex ingawdu l-attivitajiet li darrejna ruħna bihom ’il barra mill-erba’ ħitan ta’ djarna, imma waħedna rajna x’ivvintajna biex addattajna għal dan l-istil ta’ ħajja ġdid: ikkomunikajna ma’ xulxin, inkoraġġejna, għenna u ferraħna lil xulxin b’modi innovattivi biex kemm jista’ jkun niffokaw fuq il-bnazzi ta’ wara l-maltemp. Kienu jkunu żminijiet ferm iktar diffiċli kieku taħt saqajna ma kellniex is-sisien b’saħħithom ta’ dak li jiddefinixxi l-komunità tagħna. It-tieni, irrealizzajna kemm hi importanti s-saħħa finanzjarja fi żminijiet bħal dawn, mibnija fuq l-għaqal li ma niddependux fuq numru limitat ta’ kontributuri ekonomiċi. Illum inħarsu lura u naraw kif iż-żmien ta l-parir li d-diversifikazzjoni f ’dawn il-kontributuri ħalliet il-frott mixtieq u pattew għażżelqa li ħadu dawk is-setturi li sa

ftit tax-xhur ilu kienu meqjusin ewlenin, bħas-settur turistiku, u li llum qed jaffaċċjaw sfidi bla preċedent fuq skala internazzjonali. Ir-rieda. L-investimenti ġġenerati mill-programm taċ-ċittadinanza b’investiment laħqu l-€1.5 biljun f ’sitt snin u taw spinta kbira lill-ekonomija Maltija f ’dawn iż-żminijiet, li se jkunu determinanti sabiex is-setturi ekonomiċi ta’ Malta jirkupraw minn dan iż-żmien diffiċli. Iżda mhux biss. Is-sostenibbiltà tassuċċess ekonomiku ta’ pajjiżna tiddependi fuq ir-rieda kostanti li ninnovaw u ntejbu l-prattiċi tagħna. Għalhekk, ħa nkomplu nilqgħu fi xtutna investituri li jaraw il-potenzjal fil-Gżejjer Maltin. Il-Malti jgħid “erfa’ u sorr għal meta tiġi bżonn,” u Malta hekk għamlet biex tkompli ssaħħaħ it-tessut tas-soċjetà Maltija.

IL-PRINĊIPJU TAL-UGWALJANZA

Lynn Chircop Faure

Kelli l-okkażjoni li nsir naf lil Andrew Galea, żagħżugħ minn Gwardamanġa, li għaddej minn trawma għaliex għal dawn l-aħħar 15-il xahar kien kostrett joħroġ minn daru, fejn kien jgħix mas-sieħba tiegħu. Kien ilu biss seba’ xhur jgħix fil-blokka qabel ma ġġarrfet nhar l-24 t’April tas-sena 2019. Dakinhar, blokka ta’ erba’ appartamenti ġewwa Gwardamanġa ġġarrfet konsegwenza ta’ żvilupp li kien għaddej maġenbha. Dik kienet ir-residenza ta’ Andrew u tliet familji oħra li spiċċaw ta’ fuqhom senduqhom u d-dritt tagħhom li jgħixu fil-paċi fil-proprjetà tagħhom u jgawdu dak kollu li huma jipposjedu qed jiġi nnegat lilhom mingħajr ebda raġuni valida. Kif diġà appellajt fuq il-paġ-

na tiegħi ta’ Facebook, il-bżonn ta’ awtorità li tirregola u tiżgura li r-regoli li jikkonċernaw il-qasam tal-kostruzzjoni jiġu infurzati huwa prijorità. Mhux biżżejjed li jkollna l-liġijiet jekk il-ġustizzja ma sseħħx u ma tinħassx li qed isseħħ. Mhux biżżejjed li jinħarġu multi jew jinfetaħ każ il-Qorti, iżda matul il-proċess min ikun ikkaġuna t-tiġrif irid jagħti assigurazzjoni mal-ħruġ ta’ permess ta’ żvilupp li f ’każijiet simili, ħadd ma jibqa’ mingħajr saqaf fuq rasu u l-bżonnijiet kollha tal-persuni milquta jiġu indirizzati minnufih. Żgur li l-liġi m’għandhiex tittollera dewmien jew li dawn il-bżonnijiet ma jkunux moqdija sakemm tinqata’ l-kawża tal-Qorti. Iktar u iktar meta jkun hemm danni jew saħansitra konsegwenzi drastiċi ta’ din il-kwalità, ir-residenti li jkunu milquta għandhom jingħataw il-garanzija li ser jiġu restitwiti b’dak kollu li tilfu minħabba x-xogħol ta’ tħammil li kien għaddej biex tinbena blokka oħra. Dan biex ma nidħolx fil-mertu ta’ meta jkun hemm mewt kawża ta’ bini li jiġġarraf minħabba raġunijiet simili. Il-proċedura legali tippermetti għal inkjesta maġisterjali kif ukoll għal dik pubblika fejn ikun hemm bżonn ta’ investigazzjoni profonda. X’qed iżomm milli wieħed

jagħmel talba fil-kuntest ta’ dan id-dewmien? Jidher li dan huwa każ fejn iżżmien huwa biss kontra Andrew u l-abitanti tal-istess blokka. Se nkompli nikkonsulta mal-awtoritajiet konċernati biex jinstab rimedju effettiv, ġust u immedjat għall-familji ta’ Andrew Galea, Caroline Micallef, Maria

Vella, Jurgen Pace u oħrajn li qed jirrikorru għall-għajnuna. Ma nistax ma nsemmix lill-familja tal-mibkija Miriam Pace. F’dan il-kuntest żgur li wieħed jifhem kemm, wara kollox mhux ġustifikat li l-partijiet li m’għandhomx ħtija jiġu miċħuda milli jeżerċitaw id-dritt li jgawdu l-proprjetà tagħhom filwaqt li l-iżvilupp, li jkun ikkaġuna dan

it-tiġrib lil familji bħal ta’ Andrew, jibqa’ għaddej mingħajr xkiel. L-iżviluppaturi wkoll huma parti mill-kawża li tkun qed tinstema’ fil-Qrati ta’ Malta. Għalhekk nappella biex il-Prinċipju tal-Ugwaljanza jiġi infurzat u jiġu indirizzati l-bżonnijiet u l-interessi tal-partijiet kollha, mingħajr distinzjoni u mingħajr aktar dewmien.


13

13.09.2020

one.com.mt

100 RAĠUNI GĦAX LABURIST

Felix Busuttil Galea Kandidat

1. Partit bi storja twila u ambizzjuża. 2. Partit sod. 3. Partit magħqud. 4. Partit li jagħraf il-verità bbażata fuq il-prinċipji. 5. Partit li jifhem x’jiġifieri dixxiplina. 6. Partit li jifhem u jersaq lejn ilpoplu. 7. Partit li jaf xi tfisser il-kelma rispett. 8. Partit li jħares lejn kulħadd bl-ikbar ugwaljanza. 9. Partit li kapaċi jirriforma ruħu. 10. Partit li jaqbeż għall-fqir. 11. Partit li jaħdem għall-minoranzi. 12. Partit b’idejn miftuħa. 13. Partit li jirrispetta lil dawk li huma l-għeruq tiegħu, il-vera suldati talazzar. 14. Partit li jerfa’ d-dinjità tażżgħażagħ. 15. Partit li jemmen fil-mara. 16. Partit li dejjem kien it-tarka għallħaddiema. 17. Li ma jiddistingwix bejn dawk tasSouth u tan-North. 18. Partit li neħħa l-kriminalità fuq l-omosesswalità. 19. Partit li mhux bħal ħaddieħor li astenja, qabeż għall-komunità. LGBTIQ u tahom l-istess dritt għażżwieġ u l-protezzjoni legali. 20. Partit li ta d-dritt għall-adozzjoni lill-koppji tal-istess sess. 21. Li jagħti għajnuna finanzjarja lil dawk li jixtiequ jaddottaw. 22. Beda ċ-children’s allowance. 23. Ipprovda child care centres b’xejn. 24. Ipprovda trasport b’xejn għallistudenti kollha. 25. Saħħaħ is-social security u żied sena wara sena l-pensjonjiet. 26. Ma jibżax isaħħaħ il-liġi tas-saltna tad-dritt 27. Ħadem bla reqqa u mingħajr biża’ li jitfa’ l-ħabs lill-ħati u jġiegħel jirriżenja lil min qiegħed f ’dubju legali. 28. Partit li jimxi wara mexxej wieħed. 29. Partit li jaffaċċja kull sfida. 30. Partit li jagħti opportunitajiet lil

dawk b’diżabilità. 31. Partit li jifhem l-importanza talkultura u l-arti u żied il-fondi b’mod fenomenali. 32. Issoda l-festivals. 33. Ħoloq ŻfinMalta, il-kumpanija nazzjonali taż-żfin. 34. Ħoloq TeatruMalta, il-kumpanija nazzjonali teatrali. 35. Ħoloq KorMalta, il-kor nazzjonali. 36. Fondi għajnuna għal dawk li jixtiequ jimirħu fl-arti. 37. Titjib totali tat-toroq Maltin. 38. Edukazzjoni, kuxjenza u impatt fuq ir-riċiklaġġ. 39. Neħħa ċ-ċumnija tal-kankru u biddel is-sistema tal-heavy fuel oil għall-gas. 40. Raħħas bil-kbir il-kontijiet taddawl u l-ilma. 41. Neħħa l-miżati tal-eżamijiet 42. Trasport pubbliku b’xejn għallanzjani. 43. Trasport pubbliku b’xejn għallistudenti. 44. Beda l-istudju bis-serjetà għallmina bejn Malta u Għawdex. 45. Triplaw it-turisti li jiġu Malta. 46. Qajjem l-ekonomija. 47. Neħħa d-defiċit u tana surplus, mhux wieħed imma ħafna. 48. Żied il-paga u qajjem kuxjenza fuq il-minimum wage. 49. Żied il-leave. 50. Iktar kuxjenza għal spazji ambjentali u ħawwel ħafna siġar ġodda. 51. Partit rebbieħ. 52. Kuxjenza u pieni ħorox għal min jaħqar l-annimali. 53. Neħħa ċ-ċinga lill-annimali marbutin. 54. Inċentiva l-adozzjoni ta’ l-annimali u għal kull min jaddotta annimal, il-Gvern jgħin l-NGOs u s-santwarji tal-annimali. 55. Il-mediċini qatt ma jkunu out of stock. 56. Inqas dewmien għal stenija għal

operazzjonijiet u interventi. 57. Jiftaħ aktar health clinics. 58. Jiftaħ clinic b’xejn speċjalizzat għat-transgenders u transexuals. 59. Jgħin bis-sistema tal-IVF lil dawk il-ġenituri li ma jistgħux ikollhom tfal. 60. Jagħti għajnuna ta’ €10,000 lil dawk li jixtiequ jaddottaw. 61. Sistemi ta’ għajnuniet finazjarji lill-first u s-second time buyers. 62. Mhux partit li jitfa’ t-tajn jew iffukat fuq l-assassinji tal-karattri. 63. Jiffoka biex ikun hawn kontroll fuq il-kera. 64. Isir partit pro-business. 65. Jattira aktar investiment barrani. 66. Il-Malti jsib ix-xogħol u jkollu bżonn lil ħaddieħor biex jimla aktar postijiet. 67. L-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna. 68. Jemmen fil-mobbiltà soċjali. 69. Waqt il-pandemija, il-Gvern ħaseb fis-saħħa kif ukoll fl-ekonomija u sab bilanċ 70. Jibqa’ jgħożż it-tagħlim ta’ Mintoff – Malta l-ewwel u qabel kollox. 71. Tassew iħobb lil pajjiżu – għalhekk suċċess. 72. Għandna l-istrateġija nazzjonali biex il-Gżejjer Maltin ikunu “carbon neutral” sas-sena 2050. 73. Dawk l-istudenti Għawdxin li jistudjaw Malta qed jiġu megħjuna rigward akkomodazzjoni. 74. Il-kumpanija Gozo Channel tikseb ir-raba’ vapur b’mod permanenti biex anke l-vjaġġ bejn Malta u Għawdex ma jkunx stressanti minħabba kjuwijiet kbar biex tirkeb. 75. Ma nistax ma nsemmix ukoll ittisbiħ tal-pjazez ewlenin f ’Għawdex u x-xogħol li qed isir fuq it-toroq. 76. Pjan għall-bini ta’ 2,400 unit talakkomodazzjoni soċjali. 77. Ekonomija fejn il-Prodott Gross Domestiku (GDP) kiber minn €7 biljun fiż-żmien meta l-Partit Nazzjonalista spiċċa mill-poter għal

€14-il biljun fiż-żmien tal-lum. 78. Għandek parteċipazzjoni tan-nisa fil-qasam tax-xogħol li issa laħqet 66.4%. 79. Użu ta’ teknoloġija ġdida filfejqan tal-mard. 80. Programm taċ-Ċittadinanza B’Investiment (“Individual Investor Programme”) li l-qligħ minnu qed imur għall-Fond Soċjali u talIżvilupp Nazzjonali biex jintuża, fost affarijiet oħra, għal skopijiet tal-edukazzjoni, is-servizzi tassaħħa, l-akkomodazzjoni soċjali u l-pensjonijiet. 81. Uċuħ ġodda fil-kabinett, fleżekuttiv, u fl-għażla tal-kandidati mimlijin enerġija u ffukati. 82. Il-Gvern Laburista qiegħed ipoġġi fil-prattika l-mudell ta’ prosperità ekonomika b’ġustizzja soċjali. 83. Jippremja l-bżulija tal-familji Maltin u jieħu ħsieb dawk li huma l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà, permezz ta’ miżuri li huma sostenibbli bħal dawk li rajna fil-Baġit għas-sena 2020. 84. Għandu Prim Ministru b’ideat friski imma dejjem juri rispett lejn ilviżjoni ta’ min kien qablu. 85. Statistika tal-Eurostat turi li mill2013, in-numru ta’ nies f ’riskju ta’ faqar naqas b’26,000. 86. Dak li jwiegħed iwettaq. 87. Rebaħ siġġu ieħor fil-Parlament Ewropew. 88. Jaħseb fl-aħna u mhux fil-jien. 89. Qassam il-ġid ma’ kulħadd. 90. Iżid il-pagi tal-għalliema, talkapijiet u tad-deputati kapijiet. 91. Ma jwebbisx rasu meta jipprepara l-bidliet – jikkonsulta u anke jirtira jekk jara li ma hemmx qbil. 92. Aċċess għall-kredituri, pagamenti mill-Gvern fil-ħin, threshold talGvern u skemi, kif ukoll programmi micro invest biex jiżdied il-valur talassistenza. 93. Rinnovazzjoni ta’ pjazez Maltin u attenzjoni assoluta għall-qawmien tal-Belt tagħna. 94. Gvern li jemmen fis-sostenibilità u għandu viżjoni u strateġija ċara għall-futur. 95. Gvern stabbli. 96. Vot għaż-żgħażagħ ta’ 16-il sena. 97. Protezzjoni qawwija għal dawk li jsofru minn vjolenza domestika. 98. L-ebda żieda fit-taxxa anzi nirċievu ċ-ċekkijiet lura d-dar minħabba tnaqqis fit-taxxi. 99. Fil-mumenti ta’ tbatija, stress u inkwiet joħroġ aktar qalbieni, aktar b’saħħtu. 100. Għax hemm 100 raġuni oħra għax jien Laburist.


14

13.09.2020

one.com.mt

L-IMMIGRAZZJONI IRREGO

ROBERT ABELA: MA NISTGĦUX NIBQGĦU NIFFAĊĊJAW IL-KRI DGĦAJSA, DGĦAJSA; L-UE MA TISTAX TIBQA’ TĦALLINA WAĦED Il-kwistjoni tal-immigrazzjoni fil-Mediterran għadha nieqsa mill-importanza li jixirqilha fuq l-aġenda Ewropea, anke jekk tibqa’ problema kollettiva tal-Unjoni Ewropea. Minkejja li ġieli jkun hemm l-għajnuna minn xi pajjiżi individwali, ma jistax ikun li jibqa’ jkun hemm każi spissi ta’ immigranti li jitħallew fuq dgħajjes f ’nofs ta’ baħar ħafna drabi minħabba nuqqas ta’ qbil. Is-suġġett kien il-bażi tas-Summit Med 7, organizzat mill-Presidenza Franċiża fuq il-gżira ta’ Korsika nhar il-Ħamis li għadda u li għalih kien preżenti l-Prim Ministru Malti Robert Abela, flimkien mal-mexxejja ta’ Franza, l-Italja, il-Greċja, Ċipru, Spanja u l-Portugall. “Il-pressjonijiet li hemm bir-rotta migratorja fiċ-ċentru tal-Mediterran ilhom jiżdiedu għal numru ta’ żmien, iżda aħna ma nistgħux nibqgħu naffaċċjaw din il-kriżi dgħajsa, dgħajsa. L-Unjoni Ewropea ma tistax tibqa’ tħalli pajjiżi fuq il-fruntiera, bħal Malta u l-Italja waħedhom,” iddikjara l-Prim Ministru f ’konferenza tal-aħbarijiet konġunta li saret mill-mexxeja tal-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-UE. Dr Abela fakkar li l-UE kemm-il darba għamlet impenji f ’dan ir-rigward, iżda meta dawn l-impenji jaslu fil-fażi ta’ implimentazzjoni, partikolarment f ’dak li għandu x’jaqsam mal-ġlieda kontra ċ-ċrieki kriminali li jmexxu l-immigrazzjoni illegali ta’ diversi persuni, ftit li xejn isir fil-konkret. Hu semma l-importanza tal-Libja u l-kontinent

Afrikan fil-kuntest tal-immigrazzjoni minn fejn jitilqu ħafna immigranti biex jaqsmu lejn l-Ewropa. “Il-Baħar Mediterran jibqa’ l-unika ħaġa li tifred lill-UE minn kontinent ieħor u għaldaqstant ilħtieġa li jkun hemm koperazzjoni u ħidma viċin hi importanti mhux biss għas-sigurtà tal-istati membri Ewropej, iżda għall-paċi, l-iżvilupp ekonomiku u l-prosperità fir-reġjun,” stqarr il-Prim Ministru Abela, waqt li fakkar kif Malta qed isservi ta’ pont biex ikun hemm djalogu bejn il-Libjani. Hu rrefera wkoll għal dak li għaddej fil-Lvant tal-Mediterran u wera solidarjetà mal-kollegi Griegi u Ċiprijotti. “Aħna qed inħarsu lejn is-sitwazzjoni f ’din l-parti tal-Mediterran, iżda rridu ntennu li Malta hi pajjiż newtrali u għalhekk il-pożizzjoni hi waħda ċara, li s-sovranità tal-pajjiżi għandha tkun rispettata abbażi tal-liġijiet. Id-djalogu hu l-mezz ewlieni għal din is-sitwazzjoni.” Fenomenu ta’ dokumenti foloz Sadanittant komunikazzjoni mill-Korp tal-Pulizija Maltija nhar il-Ġimgħa wriet it-tħassib tal-forzi tal-ordni li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni nnifisha ħolqot fenomenu ta’ falsifikar ta’ dokumenti. “L-użu ta’ dokumenti foloz minn persuni li jipprovaw jaħarbu minn pajjiż għal ieħor, mhux biss hu ta’ tħassib għall-Pulizija Maltija, iżda hu wkoll rifless fil-pajjiżi kollha tal-UE. L-użu ta’ dokumenti foloz qatt ma naqas, iżda fl-aħħar ġimgħat,


one.com.mt

15

13.09.2020

Ritratti: GARETH DEGIORGIO u JASON BORG / DOI

OLARI F’ĦOĠOR BRUSSELL

IŻI DNA effett mhux mistenni kawża tal-pandemija talCOVID-19, in-numru ta’ dokumenti foloz fl-idejn żdied b’mod allarmanti,” qal il-Korp fi stqarrija, waqt li kkwota lill-aġenzija Ewropea Frontex li qalet li fl-aħħar ġimagħtejn biss ġew interċettati mas600 dokument simili fuq il-fruntieri Ewropej. Il-Pulizija qalet li dan jirrifletti dak li qed jiġri f ’Malta, hekk kif il-Pulizija Maltija tat-Taqsima tal-Immigrazzjoni nnotat żieda kbira ta’ persuni li nqabdu jagħmlu użu minn dokumenti foloz. “Fost oħrajn bejn it-2 ta’ Awwissu, 2020 u l-5 ta’ Settembru, 2020, il-Pulizija tal-Immigrazzjoni investigat diversi każi ta’ dokumenti foloz interċettati kemm fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kif ukoll mixXatt tal-Belt,” kompla jingħad fl-istqarrija, waqt li ngħataw dettalji dwar kif f ’dan il-perjodu ġew investigati u tressqu l-Qorti. Inbdew proċeduri kontra 120 persuna, b’madwar 90 minnhom jingħataw sentenza ta’ priġunerija effettiva, waqt li oħrajn ingħataw sentenzi sospiżi jew inħarġitilhom ordni biex jirritornaw lura pajjiżhom wara li nqabdu jaħdmu bla permess, bilviża skaduta jew ma kellhomx biżżejjed flus biex imantnu lilhom infushom. L-Assistent Kummissarju Neville Xuereb, li jmexxi t-Taqsima tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni ġie kkwotat jgħid li fenomenu ieħor relatat u li qed jiżdied ukoll hu dak ta’ ‘stowaways’, immigranti li jistaħbew f ’kontejners qabel dawn jitgħabbew fuq xi bastiment li jkun se jħalli pajjiżna.


16

13.09.2020

one.com.mt

ĦAMES MIRI GĦALL-FUTUR proġetti importanti għal pajjiżna u nwettqu investiment għat-tisħiħ tar-riġenerazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna. Ħames miri ta’ viżjoni

Stefan Zrinzo Azzopardi Segretarju Parlamentari

Il-Gvern huwa impenjat biex inkomplu nwieġbu għall-isfidi li ġabet magħha l-pandemija, niżguraw li f ’pajjiżna jibqa’ jinħoloq ix-xogħol u naraw li jkun hemm l-inqas impatt fuq il-kwalità talħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. Fl-istess ħin, il-Gvern qed iħares ’il quddiem biex inkomplu noffru viżjoni għall-futur ta’ pajjiżna. Biex nilħqu l-miri li tfasslu għal pajjiżna qegħdin nagħmlu għażliet importanti li s-suċċess tagħhom se jkun qed jidher fiżżmien li ġej. Dawn l-għażliet nistgħu nagħmluhom bis-saħħa tal-għaqal li wassal għal tkabbir ekonomiku fl-aħħar snin u anke bis-saħħa tal-akbar pakkett finanzjarju li pajjiżna kiseb mill-Unjoni Ewropea. Il-kisba ta’ €2.25 biljun trid isservi biex inkomplu nwettqu

Il-ħames miri li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela qed iservu bħala qafas li fuqu ser infasslu l-ġejjieni ta’ pajjiżna. L-ewwel pilastru mill-ħamsa li semma l-Prim Ministru hija l-governanza. Fl-aħħar xhur il-Gvern ressaq quddiem il-Parlament numru ta’ riformi importanti fl-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna fosthom il-ħatra tal-President tar-Repubblika, l-għażla tal-Ġudikatura kif ukoll il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija fost l-oħrajn. Dawn ir-riformi twettqu skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja u jservu bħala parti minn proċess fit-tisħiħ tas-Saltna tadDritt f ’pajjiżna. Huwa fatt li t-tkabbir ekonomiku jrid iseħħ f ’qafas ta’ tisħiħ tas-saltna tad-dritt u dan biex jiġi żgurat level playing field għal kull min irid jopera f ’pajjiżna. It-tkabbir ekonomiku jibqa’ mira ewlenija fil-ħidma li rridu nwettqu. It-tkabbir ekonomiku ifisser ħolqien tal-ġid, ħolqien tax-xogħol u finanzjament adekwat biex il-Gvern jibqa’ jieħu aktar miżuri soċjali. Fil-jiem li għaddew, il-Ministru tal-Finanzi

Edward Scicluna fisser kif il-pandemija ħalliet effett fuq il-finanzi ta’ pajjiżna bħalma għamlet fil-bqija tad-dinja. Il-Gvern Laburista ma qagħadx lura milli jżid fin-nefqa biex isostni l-ekonomija ta’ pajjiżna f ’dan iż-żmien diffiċli. Għalhekk huwa importanti li pajjiżna jieħu l-azzjoni meħtieġa biex ikollna ekonomija sostenibbli li tkun b’saħħitha biżżejjed biex pajjiżna jerġa’ jieħu r-rankatura ’l quddiem.

joni bażika ilbieraħ mhux se jkun biżżejjed bħala edukazzjoni bażika għada. L-għan tagħna huwa li dawk it-tfal li se jibdew l-iskola fil-jiem li ġejjin ikunu mħarrġa bl-aħjar mod biex fil-futur jkunu mħejjija għad-dinja tax-xogħol il-ġdida. Għalhekk il-ħtieġa li nimmodernizzaw l-infrastruttura edukattiva ta’ pajjiżna.

Tkabbir ekonomiku sostenibbli

Il-Gvern qed jaħseb biex għassnin li ġejjin, ikompli jsaħħaħ l-infrastruttura tal-pajjiż fid-diversi oqsma tagħha. Mhux l-inqas fil-bini tat-toroq tagħna fejn qed nistqarru li wasal iż-żmien li nitkellmu bis-serjetà fuq mezzi tat-trasport tal-massa li huma verament innovattivi. Hawnhekk wasal iż-żmien li jittieħdu d-deċiżjonijiet. L-infrastruttura trid taħseb ukoll biex tipprovdi mezz kif wieħed jivvjaġġa b’modi differenti, mhux inqas bil-mixi jew bir-roti. Jeħtieġ ukoll li l-pajjiż ikollu infrastruttura diġitali aktar b’saħħitha bil-għan li titnaqqas il-burokrazija manwali u s-servizzi kollha għan-negozju jkunu online, miġburin f ’portal wieħed. L-infrastruttura diġitali ta’ pajjiżna trid tibqa’ tissaħħaħ u f ’dan ir-rigward tħabbar li Malta dalwaqt ikollha it-tieni fibre-op-

L-għażliet m’għandhomx ikunu favur tkabbir ekonomiku akkost ta’ kollox iżda tkabbir ekonomiku li jħalli l-inqas impatt ambjentali u jiżgura kwalità aħjar tal-ħajja tal-familji kollha. Il-pandemija wrietna li hemm bżonn naġġornaw il-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna mhux l-inqas fil-qasam tat-turiżmu fejn ix-xejriet juru li rridu mmorru aktar għall-kwalità milli għall-kwantità. Pilastru ieħor li fuqu rridu nibnu l-futur ta’ pajjiżna huwa t-tisħiħ fil-qasam tal-edukazzjoni. L-avvanz li qed iseħħ f ’pajjiżna u fid-dinja ta’ madwarna b’mod partikolari fil-bidla lejn ekonomija diġitali jeħtieġ li f ’pajjiżna jkollna aktar ħaddiema u żgħażagħ imħarrġa għal ħiliet ġodda. Dak li kien meqjus bħala edukazz-

L-infrastruttura tkompli tissaħħaħ

tic cable li jgħaqqad b’mod aktar b’saħħtu lil Malta u Għawdex. Mira ambizzjuża fl-ambjent Il-mira ambjentali li pajjiżna jkun Carbon Neutral sas-sena 2050 hija waħda ambizzjuża ferm. Mira li rridu nilħqu permezz ta’ implimentazzjoni ta’ diversi inizjattivi kif ukoll għażliet għaqlin li jeħtieġ li jsiru kemm fil-futur immedjat kif ukoll fiż-żmien li ġej. Din hija mira li rridu mhux biss għax huwa obbligu tagħna bħala membri tal-Unjoni Ewropea iżda għaliex huwa fl-interess ta’ kull wieħed u waħda minna li nilħqu din il-mira u nindirizzaw ir-realtajiet li qed iġġib magħha l-bidla fil-klima. Dawn il-bidliet jistgħu jseħħu b’direzzjoni għaqlija tal-Gvern u bl-impenn ta’ kulħadd. Huwa proġett nazzjonali li kull wieħed u waħda minna għandu sehem fih. Proġett li huwa ta’ benefiċċju għalina u aktar u aktar għal uliedna. Pajjiżna kiseb l-aktar meta għażel li jwettaq l-akbar bidliet. Bħalma rnexxielna nbiddlu r-rotta ekonomika fl-aħħar seba’ snin, il-viżjoni li qegħdin infasslu u li se nwettqu għal pajjiżna se twassal għal riżultati mill-aqwa għall-pajjiż kollu u se sservi bħala pedament biex anke ġenerazzjonijiet futuri jgawdu minn pajjiż li jkompli jikseb aktar suċċess.

IL-KANNABIS: DJALOGU AKTAR WIESA’ DWAR L-UŻU TAGĦHA F’PAJJIŻNA

Maria Ellul Segretarju Ġenerali FŻL

Il-Manifest Elettorali ‘L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna’ li ġie approvat waqt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista fl-2017 u li għalih il-poplu vvota bl-aktar maġġoranza storika fl-istorja politika moderna ta’ pajjiżna għalih, jgħid li: “Matul l-erba’ snin li għaddew wettaqna żewġ riformi importanti fil-liġi tad-droga. L-ewwel nett, iddikriminalizzajna l-użu tad-droga ‘kannabis’ b’mod li ma nibagħtux

il-ħabs lill-persuni li jużawha. It-tieni nett, illegalizzajna l-użu ta’ prodotti ta’ estratti tal-kannabis għall-użu mediku.” Għalkemm nirrikonoxxi li l-ewwel riformi li twettqu kienu pass importanti għaliex inbdiet riforma legali u soċjali (partikolarment fil-qerda ta’ sterjotipi negattivi relatati mal-użu personali b’mod responsabbli tal-kannabis), id-dekriminalizzazzjoni tal-kannabis għadha fi stadju bikri. Dan għaliex is-sejbiet ta’ ammonti relattivament żgħar għal użu personali xorta waħda qegħdin iwasslu għal proċeduri kriminali. Intant, il-Forum Żgħażagħ Laburisti waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tiegħu l-Ġimgħa li għaddiet għażel li jiddiskuti aktar dwar dan u wassal mozzjoni politika fuq dan is-suġġett. Aħna nemmnu, li wasal iż-żmien għal aktar reviżjoni fil-liġi preżenti sabiex id-dekriminalizzazzjoni tal-kannabis twassal għal inqas kuntatt mas-sistema ġudizzjarja u inqas piż fuq l-awtor-

itajiet f ’dan ir-rigward. Dan għandu jsir id f ’id m’aktar riċerka dwar l-aqwa mudelli ta’ legalizzazzjoni tal-kannabis li jkun jagħmel sens għar-realtà tas-soċjetà Maltija b’mod li jinqered it-traffikar illegali ta’ din is-sustanza filwaqt li joffri serħan il-moħħ lill-utenti tal-istess sustanza. Is-sabiħ ta’ diskussjoni wiesgħa huwa li tkun kapaċi tara ż-żewġ naħat tal-munita, b’mod miftuħ. Fil-fatt, ninnota b’sodisfazzjon li f ’Malta hawn ħidma qawwija fil-qasam edukattiv minn aġenziji tal-Gvern u anki għaqdiet volontarji. Naqbel ukoll li għandu jkompli jitwassal il-messaġġ b’kull mezz possibbli dwar l-effetti ta’ kull droga, inkluża l-kannabis. Bħal kull ħaġa oħra, persuna għandha tkun taf l-effetti diversi tal-kannabis però wkoll l-opportunità li tagħżel hi jekk tridx tikkonsmaha b’mod responsabbli jew le. Skont studji li saru, f ’pajjiżna hawn aktar minn 40,000 persuna li tagħmel użu mill-kannabis.

Nemmen li wasal iż-żmien sabiex nimxu għal sistema fejn persuna li trid tagħmel użu responsabbli mill-kannabis, ma teħilx ħabs. Dan iżda jrid jinħadem id f ’id ma sistema ħolistika dwar l-użu tagħha. Pereżempju, xorta waħda l-kannabis tista’ tiġi kkunsmata minn adulti biss (bħas-sigaretti u l-alkoħol), ma tistax issuq taħt l-influwenza tal-kannabis, irid ikun hemm standards ta’ x’tip ta’ kannabis hija permissibbli kif ukoll primarjament jibqa’ l-kunċett ta’ responsabilità u rispett lejn kulħadd anka dawk li jagħżlu li ma jagħmlux użu minnha. B’hekk huwa importanti li ssir diskussjoni sabiex jinħolqu parametri ġusti b’sistema adekwata għal użu responsabbli tal-kannabis. Inħoss li ninsabu f ’salib it-toroq bejn ir-realtà li minkejja l-isforzi kollha, ma naqasx in-numru ta’ nies li jagħmlu użu minn sustanzi problematiċi u li nadottaw pjan ħolistiku li jelimina kompletament l-att kriminali u jiffoka aktar dwar

l-edukazzjoni, is-saħħa u t-tnaqqis tal-ħsara. Dan minkejja li nirrikonoxxi li hemm ħafna jopponu dawn il-miżuri. Jekk nimxu għal dan ilpass nemmen li ser inkunu qed ngħinu sabiex dawk li jagħmlu użu minnha, ikollhom prodott aħjar li ma jagħmilx ħsara daqskemm jistgħu jagħmlu affarijiet sintetici. Persuna m’għandhiex għalfejn tiċċapsilha l-kondotta jew teħel sentenza ta’ ħabs għaliex tagħżel li tikkonsma l-kannabis. Ta’ min jinnota li l-użu tagħha huwa wieħed mifrux fis-soċjetà u għalhekk mhuwiex ġust li nitfgħu stigma jew tabù fil-konfront ta’ nies li jagħmlu użu personali minnha għaliex dan mhux marbut ma’ xi klassi soċjali jew livell ta’ edukazzjoni. Gvern Laburista ilu li beda t-triq għal aktar sensibilità fuq dan is-suġġett. Wasal iż-żmien iżda li nkomplu niddiskutu s-suġġett tal-kannabis sabiex niġġieldu r-realtà kerha ta’ esklużjoni u marġinalizzazzjoni soċjali li jistgħu jwasslu għal dannu fuq is-soċjetà nnifisha.


17

13.09.2020

one.com.mt

TIBDIL FIL-KLIMA IR-RABA’ PARTI

dan se jwassal biex sas-sena 2050 jkollna riżultati devastanti għall-aħħar fejn it-temperatura mistennija titla’ bi tliet gradi celsius. Ironikament, pajjiżi bħal Franza, l-Olanda u l-Iżvizzera ħadu l-Gvernijiet rispettivi tagħhom fil-Qrati rispettivi għaliex qed itennu, li dawn mhux jagħmlu biżżejjed biex jilqgħu għal din il-problema. Korporazzjonijiet Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

B’mod strutturat, fl-ewwel tliet artikli dwar dan is-suġġett, rajna x’inhu dan il-fenomenu tat-tibdil fil-klima, imbagħad tajna ħarsa lejn l-effetti tal-impatt li dan iħalli, kif ukoll tkellimna dwar kif dawk l-iktar milquta huma nies vulnerabbli u li huma mċaħħda mid-dritt bażiku u fundamentali li wieħed għandu, dak li jgħix ħajja diċenti u ta’ kwalità tajba. Illum, f ’din ir-raba’ parti, se naraw x’jistgħu jagħmlu l-Gvernijiet madwar id-dinja sabiex tassew dak li ilna nitkellmu dwaru, inpoġġuh fil-prattika. Il-ġimgħa d-dieħla naraw xi proposti qed jagħmlu l-Kunsilli Lokali, sabiex mill-ftit li jistgħu jagħmlu, huma wkoll jagħmlu differenza. Gvernijiet Kif naraw minn din is-sentenza, huwa ċar li l-Gvernijiet għandhom responsabbiltà fejn jidħol it-tibdil fil-klima. Għandhom obligazzjoni li jnaqqsu l-effetti devastanti billi jieħdu l-miżuri kollha neċessarji u meħtieġa, anki dawk l-aktar ambizzjużi sabiex jassiguraw li jiġi previst jew jitnaqqsu l-effetti serra u l-emmissjonijiet fl-iqsar żmien possibbli. M’hemmx dubju li pajjiżi żviluppati jridu jmexxu b’eżempju u għandhom obbligu morali li jaħdmu f ’koperazzjoni ma’ pajjiżi inqas żviluppati sabiex jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa. Dan mhux każ ta’ min se jkun l-ikbar protagonist. Din hija materja fejn il-pajjiżi jridu jaħdmu flimkien għal għan wieħed; dak li jnaqqsu l-emissjonijiet bl-akbar mod possibbli. Għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji anki biex jilqgħu għal diżastri naturali sabiex jilqgħu u jsalvaw miljuni ta’ nies milli jispiċċaw bla djar jew saħansitra jitilfu ħajjithom. Huwa obligu tagħhom li jipproteġu lir-residenti tagħhom minn diżastri bħal dawn. Żoni ta’ konservazzjoni għandhom jiġu mħarsa. Għandu jkun hemm pjan fit-tul dwar enerġija alternattiva u proġetti kbar bħal dawn għandhom isiru wara konsultazzjoni bejn dawk kollha involuti. F’kull miżura għandu jiġi mħares il-prinċipju tad-dritt ta’ parteċipazzjoni u għalhekk għandu jkun hemm trasparenza sħiħa f ’dak kollu li jkun qed jiġi propost. Sfortunatament, jidher ċar li miżuri li jidher li qed jipproponu l-Gvernijiet biex jilqgħu għal dawn il-problemi, huma ftit wisq u l-WHO qed tgħid li

In-negozji wkoll għandhom responsabbiltà xi jġorr f ’dan kollu. Għandhom fuq kollox l-obbligu li jirrispettaw ilħajja umana. Dan iridu jagħmluh billi jassessjaw l-operat tagħhom u l-effett li dan qed iħalli f ’dan ir-rigward. Għandhom l-obbligu li jintroduċu sistemi aktar moderni u li jħallu l-inqas impatt possibbli fuq l-ambjent. Għandhom jinvestu f ’timijiet ta’ riċerka u dak li jinstab għandu jkun fid-domain pubbliku u wara jaderixxu miegħu. Dawk il-korporazzjonijiet li jaħdmu b’fossil fuel għandhom jaraw li jieħdu miżuri biex l-effetti serra jiġu mnaqqsa drastikament billi jaqilbu l-operat tagħhom għal wieħed aktar nadif. Jingħad li hemm evidenza li turi li ċerti kumpaniji kbar li jaħdmu bil-fossil fuel, ilhom snin twal jafu bil-ħsara li dawn qed jagħmlu bl-użu tiegħu imma minkejja dan, raw kif għamlu sabiex ħbew din l-evidenza. Għaliex hemm bżonn inwaqqfu dan il-fenomenu? Għaliex jixirqilna protezzjoni ugwali – Kull bniedem twieled bi drittijiet li huma tiegħu. Minkejja dan, uħud minn dawn id-drittijiet huma mhedda mit-tibdil fil-klima. It-tibdil fil-klima, min b’mod u min b’ieħor, kollha qed jaffettwana ħażin u qed jhedded il-kwalità ta’ ħajja tagħna. Dawk l-aktar vulnerabbli huma l-iktar milquta.Għaldaqstant, dawn jixirqilhom l-istess protezzjoni. Għaliex m’hemm xejn aktar x’nitilfu u ħafna x’niggwadanjaw – Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima tagħtina ċans li npoġġu l-kwalità tal-ħajja tan-nies l-ewwel. Tagħtina tama għal futur aktar sostenibbli. Tagħtina opportunità biex ngħixu aħjar. Tagħtina ċans li ndawru l-isfidi f ’opportunitajiet billi jkollna enerġija alternattiva aktar aċċessibbli għal kulħadd, ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol f ’din l-industrija u allura xogħlijiet aktar ‘nodfa’ u ħolqien ta’ setturi oħra għal industrija aktar nadifa. Għaliex għandna l-għarfien, issaħħa, l-abbiltà u r-rieda – Bosta persuni diġà qed jaħdmu fuq soluzzjonijiet kreattivi u innovattivi sabiex jindirizzaw din il-problema. Minn ċittadini għal kumpaniji u stati membri, huma attivi jaħdmu fuq politika u kampanji sabiex ikomplu jipproteġu linnies tagħhom u d-dinja. Bosta huma dawk li ħadu miżuri sabiex anki fil-komunità tagħhom jagħmlu tibdil żgħir imma sinifikanti. U dan iġibni għal dak li qed tipproponi l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali f ’pajjiżna.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 3 ta’ Settembru Tgħid mhux hekk, man! Għandu ċans Bernard (Rocky) Grech jieħu €250 mingħandi! Ngħid jien, bl-antiki Lawrence Gonzi u Louis Galea warajh, kellu għalfejn joqgħod jittallab mingħand innies? U dawk is-17-il traditur, li imbuttawh biex jisfida lill-Kap Adrian Delia, m’għandhomx minn fejn jgħinuh finanzjarjament fil-kampanja tiegħu! Insomma, jagħmlu li jridu, mingħandi mhu se jieħdu xejn. U lanqas mingħand Zolli li toqgħod bieb ma’ bieb ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna għax dik diġà ngidmet meta ma nafx kemm tat lil Maria Efimova biex tiġi twaqqa’ l-Gvern u mbagħad ma smajna xejn iżjed mingħandha! Il-Ġimgħa, 4 ta’ Settembru Kultant nitħawwad man b’dak li jkun qiegħed jiġri f ’dan il-pajjiż! Ta’ Caruana Galizia, u anke deputati tagħna, donnhom iridu li l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma tintemm qatt, biex jagħtu ċans lill-membri tal-bord jagħmlu kemm mistoqsijiet iridu. Jien xejn ma naqbel ma’ din l-attitudni għax, fl-opinjoni tiegħi, aktar ma tkun magħluqa malajr l-inkjesta, aktar ikun aħjar għall-partit darba glorjuż tagħna. Ikolli ngħid li fostna hawn min qiegħed jinsa li l-elezzjoni ġenerali li jmiss jonqosha inqas minn sentejn. Allura, ngħid jien, jekk għandu jkun hemm xi rapport li jikkundanna lil tal-Labour, mhux aħjar joħroġ issa, milli wara l-elezzjoni?! Is-Sibt, 5 ta’ Settembru Issa, aktar minn qatt qabel, żgur li nivvota għal Adrian Delia. Għax minn dak li qal illum, joħroġ ċar li kien hu li salva isem il-partit darba glorjuż tagħna. Li kien għal Louis Galea, li flimkien mal-antik l-ieħor Lawrence Gonzi qiegħed jieħu ħsieb il-kampanja ta’ Bernard Grech, isem il-partit tagħna m’għadux il-Partit Nazzjonalista, imma sar il-Partit Popolari tal-Poplu. Jagħmel sew Adrian Delia li wara li jkun konfermat bħala kap irressaq mozzjoni biex fl-istatut tagħna jinkiteb b’mod ċar li ħadd ma jkun jista’ jibdel isem il-partit tagħna mingħajr l-approvazzjoni ta’ 75% tat-tesserati. U aħna t-tesserati żgur li ma naslu qatt biex nibdlu l-isem għax aħna l-gost tagħna nkantaw l-innu tal-partit fejn ngħidu ‘ejjew Nazzjonalisti, ejjew bil-bnadar magħkom...’ Il-Ħadd, 6 ta’ Settembru Issa qiegħed nifhem għaliex dawk taddue diligence, jew ma nafx xi mniefaħ hi jew hu, ma jridux jippubblikaw ir-rapporti tagħhom dwar Adrian Delia u dak li ma nafx minn fejn tfaċċa Bernard Grech! Imma tat-Times qlewhom f ’żejth-

om għax kixfuh lil Bernard Grech li ma kienx qiegħed iħallas la taxxa tad-dħul u lanqas VAT. U ma jigix jgħidilna li jrid isir Kap tal-partit tagħna, u allura Kap tal-Oppożizzjoni għax iħobb il-partit u l-pajjiż. Irid isir Kap tal-Partit u Kap tal-Oppożizzjoni għax l-onorarja tal-Kap tal-Oppożizzjoni hija ferm iżjed mid-dħul li qiegħed ikollu, dejjem skont id-dikjarazzjonijiet tiegħu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni! It-Tnejn, 7 ta’ Settembru Ajma ħej x’Kap ikollna jekk aħna t-tesserati nagħżlu lil Bernard Grech, dak li kien kontra d-divorzju u dak li ma nafx minn fejn il-mniefaħ tfaċċa! Milli jidher, la kien iħallas taxxa u lanqas kien iħallas VAT. Imma miskin ma kienx iħallashom għax kellu problemi finanzjarji. F’daqqa waħda, dawn il-problemi ma baqgħux hemm għax illum, jekk fhimt sewwa, mar u ħallas €30,000 f ’taxxi lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Jien ma jinteressanix minn fejn ġabhom dawn il-flus. Dik affari tiegħu. Li jinteressani hu li ma nagħżlux lilu bħala Kap tal-partit tagħna, għax ara kemm jixxalaw dawk tal-Labour. It-Tlieta, 8 ta’ Settembru Xi żball nagħmlu aħna t-tesserati jekk nagħżlu lil Bernard Grech bħala Kap tal-partit darba glorjuż tagħna. Għax afli jħawwad ir-raġel, biex ma ngħidx li jħawwad fuq li jħawwad. Kien qalilna f ’Diċembru li għadda li huwa mhux tesserat tal-partit u għadu sal-lum ma qalilniex għaliex kien għamel din it-taħwida. U issa qiegħed jirriżulta li lanqas l-istatut tal-partit tagħna ma jaf. Qal li jrid li waħda mill-karigi ta’ Viċi Kap tkun okkupata minn mara, meta skont l-istatut ġdid fjamant se jkollna biss Viċi Kap wieħed. U qalilna wkoll li se jħalli lil Robert Arrigo u lil David Agius jokkupaw il-kariga ta’ Viċi Kap sal-elezzjoni. Għandu jkun ma jafx li skont l-istatut ġdid fjamant il-Viċi Kap mhux hu jagħżlu, imma nagħżluh aħna t-tesserati! L-Erbgħa, 9 ta’ Settembru Iġri jasal il-jum li aħna t-tesserati nikkonfermaw lil Adrian Delia bħala Kap tal-Partit darba glorjuż tagħna. B’hekk Adrian Delia jkun jista’ jaqta’ ras Jason Azzopardi u jneħħilu l-ksuħat kollha li għandu. Mhux se tkun ħaġa faċli għax Jason Azzopardi, rasu kibritlu u kibritlu mhux ftit. Tant kibritlu li jippretendi li fil-pajjiż għandu jsir dak li jgħid u li jrid hu. Il-bqija mhu kuntent b’xejn. Lanqas fiduċja fl-imħallfin li rrakkomandaw lil Victoria Buttigieg biex tingħata l-ħatra ta’ Avukat Ġenerali, m’għandu. Anzi ħareġ jeħodha kontra l-Kap Adrian Delia għax dan tal-aħħar awguralha wara l-ħatra tagħha.


18

13.09.2020

one.com.mt

L-EVOLUZZJONI TAL-CASTRUM MARIS FIL-MEDJUEVU Il-Forti Sant’Anġlu fil-Birgu evolva ħafna matul is-sekli tal-eżistenza tiegħu. Għalkemm mhux magħruf eżattament meta beda jinbena bħala fortifikazzjoni, jissemma l-ewwel darba f’dokumenti mill-1241 meta kien jissejjaħ il-castrum maris, jiġifieri l-Kastell ta’ Ħdejn il-Baħar. Peress li dan id-dokument ma jsemmix il-kostruzzjoni tal-kastell, allura jagħti indikazzjoni li l-post kien ferm eqdem. Fil-fatt, skont l-arkittetura Medjevali li għadha tidher ġo fih, fejn saħansitra ġew skoperti fdalijiet matul ir-restBħala forma tal-kastell, meta nsibu l-ewwel deskrizzjoni tajba tiegħu?

Matthew, iżda dak iż-żmien il-kastell kien ferm iżgħar mili hu llum, mhux hekk?

L-ewwel deskrizzjoni nsibuha miktuba fl-1274. Issemmi li l-post kien maqsum fi tnejn: il-castro exteriore, jew il-kastell ta’ barra, u l-castro interiore, jew il-kastell ta’ ġewwa, li kien ogħla mill-parti l-oħra. Dawn iżżewġ sezzjonijiet kienu mdawrin bi swar għoljin li kull tant distanza kienu jinkludu torrijiet tondi sabiex isaħħu l-ħitan u jipprovdu wkoll pjattaformi minn fejn is-suldati setgħu jiddefendu l-kastell f ’każ t’assedju. Din is-sistema ta’ kostruzzjoni hi sinonima ma’ fortifikazzjonijiet Medjevali, fejn l-għoli tal-lok kien jipprovdi vantaġġ ta’ difiża kontra għadu li jkun iktar ’l isfel. Dan il-metodu ta’ livelli differenti b’diversi bibien minn parti għal oħra kien iżid ukoll id-difiża tal-post iktar ma titla’ ’l fuq, bis-sezzjoni ta’ fuq nett tkun l-iktar waħda diffiċli li tiġi assedjata. Bħala ostaklu, il-parti ta’ fuq kienet mifruda minn dik t’isfel permezz ta’ foss. Minn dan kollu, illum għadha tidher parti żgħira minn dan il-foss. Mill-banda l-oħra għalkemm wieħed mit-torrijiet Medjevali għadu relattivament intatt, matul ix-xogħol ta’ restawr instabu l-fdalijiet ta’ żewġ torrijiet oħra li kienu twaqqgħu fit-tieni nofs tas-seklu 18. L-aħħar torri ta’ dan it-tip fil-kastell kien inbena fl-1523 taħt is-superviżjoni ta’ Antonio Fantino.

Iva. Fil-fatt, id-daħla prinċipali kienet tinsab iktar ’il fuq minn dik preżenti. Interessanti l-probabbiltà li l-kastell kien jinkludi waħda mill-eqdem batteriji ta’ kanuni f ’Malta li kienet tħares fuq il-Port il-Kbir. Din tidher f ’numru ta’ illustrazzjonijiet tas-seklu 16 iżda ma tissemma fl-ebda dokumenti storiċi. Fis-seklu 15 komplew jiżdiedu aktar strutturi ta’ difiża. Fl-1438 jissemma għall-ewwel darba l-foss prinċipali li kien jifred il-kastell mill-Birgu, magħruf bħala tagliata, filwaqt li matul dan iż-żmien żdiedet struttura interessanti li tissejjaħ barbican. Din il-binja, li l-isem tagħha ġej mill-Għarbi u tfisser ‘kenn tal-bieb’ kienet speċifikament użata biex tgħatti d-daħla prinċipali u tiddefendiha f ’każ ta’ attakk. Għalkemm normalment din kienet tinbena f ’forma ċilindrika kif kien hemm l-Imdina, f ’Sant’Anġlu din kellha tinbena f ’forma rettangolari minħabba nuqqas ta’ spazju. Apparti minn strutturi militari u ta’ difiża, il-kastell kien jinkludi wkoll binjiet oħrajn? Fil-parti ta’ fuq nett jinsab il-palazz tal-forti, li jaf il-bidu tiegħu bħala d-dar Medjevali tal-Kastellan. L-arkitettura tiegħu hi bbażata fuq dik Nor-

awr tal-post bejn l-2013 u l-2015, il-kastell għandu similaritajiet kbar ma’ kastelli oħra mibnija fi Sqallija bejn is-sekli 11 u 12. Interessanti iżda, li skont xi leġġendi, il-post kellu saħansitra passat Ruman fejn jista’ jkun li l-lok kien użat bħala tempju reliġjuż. Filfatt, fil-fortizza għadhom jidhru ġebel ta’ daqs Ruman. Però, dan ma jfissirx li dan il-ġebel kien oriġinarjament użat fil-kastell għax seta’ kien riċiklat minn xi post ieħor kif kienet l-użanza fil-Medjuevu. Hemm ukoll il-possibbiltà li l-ewwel fortizza f’dan is-sit inbniet mill-Biżantini jew inkella mill-Għarab. Biss, m’hemm l-ebda konferma ta’ dan. Sfortunatament, ma teżisti l-ebda pittura Medjevali li turi eżatt kif kien il-kastell u l-uniċi xhieda tal-forma tal-kastell f’dan il-perjodu tista’ tittieħed minn pitturi tas-sekli 16 u 17 meta l-fortizza kienet għadha prattikament fil-forma Medjevali tagħha u minn xi dokumenti storiċi tal-perjodu. Dan it-tagħrif u li ġej ksibtu minn Matthew Balzan, li hu l-Kuratur Prinċipali tal-Fortifikazzjonijiet ta’ Heritage Malta. Minn CHARLES B. SPITERI

manna u tinkludi waħda mill-isbaħ eżempji ta’ twieqi Medjevali f ’Malta. Il-Kastellan kien ikun persuna ta’ fiduċja appuntata mill-Viċirè fi Sqallija sabiex jara li l-interessi tal-Kuruna f ’Malta jkunu ssorveljati. Dan kien ifisser li l-kastell ma kienx jagħmel parti mit-tmexxija ta’ Malta u fil-fatt, il-Kastellan kellu poteri assoluti u ġurisdizzjoni fuq il-kastell u kull min kien jaħdem fih. Din l-użanza kienet prattikata kemm fi żmien il-Hohenstaufen, l-Anġuvini u l-Aragoniżi sal-wasla tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f ’Malta fl-1530. Kull sezzjoni tal-kastell kellha kappella. Fil-parti t’isfel kien hemm il-kappella ta’ Sant’Anġlu li għadha teżisti sallum, għalkemm ġiet iddedikata lin-Natività tal-Madonna wara l-Assedju l-Kbir tal-1565. Il-kostruzzjoni ta’ din il-kappella wkoll hi xhieda tal-qedem tal-kastell hekk kif hi mqattgħa fil-blat bħala binja troglodita. Din it-tip ta’ kostruzzjoni hi sinonima mal-bidu tat-tieni mil-

lennju wara Kristu u hi waħda mill-eqdem postijiet reliġjużi f ’Malta. Fil-fatt, skont il-leġġenda, din il-kappella ġiet mibnija mill-Konti Ruġġieru malli ħa t-tmexxija tal-Gżejjer Maltin mill-Għarab fl-1091. Fil-parti ta’ fuq kien hemm kappella ddedikata lil Santa Marija. Iżda l-kappella oriġinali twaqqgħet matul is-seklu 15 u minflokha nbniet oħra li llum hi magħrufa bħala l-kappella ta’ Sant’Anna. X’binjiet oħrajn kienu jinsabu fil-kastell? Il-kastell kien jinkludi mtieħen tal-qamħ imħaddma mill-ħmir, imsemmijin l-ewwel darba fl1241, u dverna tal-inbid, li kienet is-sors ta’ ħafna argumenti bejn il-Kastellan u l-Ħakem tal-Imdina rigward jekk kellhiex titħallas taxxa jew le fuq l-inbid li kien jinbiegħ fiha! Aktarx li kien hawn ukoll xi ringiela ta’ kwartieri użati mis-suldati tal-kastell, li wisq probabbli kienet mibnija fil-parti t’isfel fuq in-naħa li

tħares lejn il-Kalkara u li wara baqgħet użata mill-Kavallieri sakemm inbnew kwartieri ġodda fis-seklu 17. Aktarx li s-sezzjoni t’isfel kienet tinkludi wkoll xi binjiet residenzjali. Dan jirriżulta minn rapport tal-Ordni ta’ San Ġwann, li fl-1524 isemmi li 40% tad-djar tal-Birgu kienu jinsabu fil-kastell. Jista’ jkun ukoll li n-nies li kienu joqogħdu hemm kienu jew familjari tas-suldati stazzjonati fil-kastell jew inkella ħaddiema li jaħdmu fih. Aspett interessanti jirrigwarda tarzna li x’aktarx kienet preżenti taħt il-forti li tissemma’ l-ewwel darba fl-1374 bħala tarsianatus. L-aħħar darba li kienet saret referenza għaliha kien fl1478 u sfortunatament ma fadal l-ebda fdalijiet tagħha. Partijiet mill-kastell kienu saħansitra użati bħala ħabs. Dan jirriżulta wkoll minn dokumenti tal-1275 u l-1408. Mal-bidu tas-seklu 16, jidher li kien hemm ukoll xi postijiet użati għall-manifattura tal-porvli, li kien għadu fil-bidu tiegħu, bħala għodda tal-gwerra fl-Ewropa.

Il-fatt li dan il-kastell kien ġie deskritt bħala ‘rjali’ u ‘sabiħ’ ifisser li dejjem kien Fil-parti ta’ fuq nett jinsab kollox ward u żahar?

il-palazz tal-forti, li jaf il-bidu tiegħu bħala d-dar Medjevali tal-Kastellan. L-arkitettura tiegħu hi bbażata fuq dik Normanna u tinkludi waħda mill-isbaħ eżempji ta’ twieqi Medjevali f’Malta

Hu minnu li kien deskritt b’dan il-mod, iżda fil-bidu tas-seklu 14, xorta waħda għadda minn żminijiet ta’ telqa u ħsarat. Fl1416 kien hemm saħansitra l-biża’ li xi partijiet mill-kastell


19

13.09.2020

one.com.mt

setgħu jaqgħu tant kemm kien f ’kundizzjoni ħażina. Bħala l-unika fortifikazzjoni fil-Port ilKbir, malajr ittieħdu miżuri biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata u ġiet imposta taxxa fuq l-inbid biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż meħtieġa. Fl-1429, il-Kastellan de Nava għamel xi tiswijiet oħrajn minħabba t-theddida ta’ attakk li wasal fl-istess sena mill-Mori tal-Afrika ta’ Fuq. Jidher illi jew ma sarux xi tiswijiet kbar fl1429, jew inkella l-Mori rnexxielhom jikkawżaw xi ħsarat, għax mill-ġdid, fl-1431 il-kastell kellu bżonn ta’ iktar tiswijiet. Tiswijiet kbar reġgħu saru bejn l-1477 u l-1478. Dawn kienu jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ ħajt fil-foss u xi xogħol fuq wieħed mit-torrijiet Medjevali madwar il-kastell, li partijiet minnu kienu kkollassaw.

Id-Dar tal-Kastellan

Meta nsibu li nbena ħajt imżerżaq mal-faċċata? Dak il-ħajt tal-kastell li jħares fuq il-Birgu, reġa’ nbena fl-1485. Kif semmejt, inbena xi ftit imżerżaq u din tista’ tkun waħda mill-ewwel referenzi għall-fortifikazzjonijiet maħsuba kontra l-kanuni hekk kif ħitan imżerżqin kienu jinbnew hekk apposta sabiex il-balal ma jagħmlux ħafna ħsara jekk jolqtuhom. Dan it-tisħiħ jidher li qata’ qalb l-Ottomani li għall-ewwel darba attakkaw lil Malta fl-1488. Għalkemm irnexxielhom jidħlu l-Birgu u ħatfu xi nies bħala lsiera, jidher li żammew lura milli jattakkaw il-castrum maris. Il-bidu tas-seklu 16 kompla b’aktar tiswijiet fil-kastell, fosthom fuq ħafna mit-torrijiet mad-dawra tiegħu, kif ukoll xogħlijiet oħra fil-palazz u s-swali tiegħu. L-ikbar biċċa xogħol ta’ dak iż-żmien kienet it-tiswija tat-torri magħruf bħala ‘ta’ Sant’Anġlu’, li kellu bżonn xejn inqas minn 130 kantun u 900 salme ta’ materjal bħal ramel u ġir. Dan ix-xogħol sar minn mill-inqas 8 mastri, 23 ħaddiem u 6 skjavi. Iżda t-tentattivi kollha li saru biex il-kastell jinżamm f ’kundizzjoni tajba, baqgħu jservu għat-tul? Ikollna nistqarru li t-tiswijiet ma sarux tajbin biżżejjed, jew inkella l-kastell kien tant qadim (sal1500 il-kastell diġà kellu ’l fuq minn 300 sena) li kien jeħtieġlu manutenzjoni kontinwa. Dan joħroġ aktar ċar minn rapport tal-Ordni ta’ San Ġwann fl1524 meta kummissjoni ta’ kavallieri ġiet Malta biex tiskopri aktar fuq il-gżira li ġiet offruta lilhom mill-Imperatur Karlu V ta’ Spanja. Dawn qalu li l-post kien “per l’antichità mezzo rovinato” (bil-qedem tiegħu nofsu mwaqqa’) u li ma kienx

addattat għal assedji fejn jintużaw il-kanuni. Biss, malli l-Kavallieri ddeċidew li jieħdu l-Gżejjer Maltin mill-ewwel indunaw li għalkemm qadim, il-castrum maris kien l-aħjar fortifikazzjoni li kien hawn f ’Malta u mill-ewwel bdew jaħsbu biex ikabbruh u jsaħħuh skont it-teknoloġija u l-arkitettura militari tas-seklu 16.

Il-Forti Sant’Anġlu fl-1664 meta partijiet kbar minnu kienu għadhom medjevali (kollezzjoni Librerija Nazzjonali ta’ Vienna)

Taf forsi tgħidli ta’ min kien u liema kien l-ewwel studju fuq l-arkitettura tal-Forti? L-ewwel studju li nsibu hu ta’ Giacomo Bosio, li fl-1684 fitTielet Volum tiegħu ttratta Dell’istoria Della Sacra Religione et Ill.ma Militia Di San Giovanni Gierosolomitano. Fdalijiet ta’ ħitan medjevali misjuba fl-2013


20

13.09.2020

one.com.mt

CLINT CHIRCOP

MINN INFERMIER GĦAL GĦALLIEM

Ritratt: RAFAEL MIELCZAREK

ġurnata li ħadem bħala infermier. Kien iddeċieda li jagħmel bidla fil-karriera tiegħu u beda jaħdem bħala għalliem tad-drama. Ma kinitx deċiżjoni faċli għax kull bidla li tagħmel filħajja hija riskju u ġġib magħha sfidi ġodda, imma għall-grazzja t’Alla llum iħoss li sab ix-xogħol addattat għalih. Jistqarr li l-bidla ħassha, speċjalment meta f ’nofs sena skolastika kellhom jibdlu l-mod ta’ kif jgħallmu minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19. Mistoqsi kemm kien ilu jaħdem bħala infermier, u x’ħajru eżattament li jaqleb il-karriera tiegħu minn infermier għal għalliem, Clint weġibni: “Kont ili naħdem bħala infermier għal ħames snin. F’dan l-istess żmien kont qiegħed ukoll nistudja t-teatru ġewwa l-Università ta’ Malta u gradwajt is-sena l-oħra. Kienet ħolma tiegħi li xogħli jkun relatat ma’ teatru u drama u s-sena l-oħra ġietni opportunità li naħdem ġo skola bħala għalliem tad-drama u ħadtha.” Ridt inkun naf jekk bil-qabża fenomenali li għamel fil-karriera tiegħu jiddispjaċihx jew le. Fil-fatt, stqarr miegħi li ma jidMa kinitx deċiżjoni faċli dispjaċihx għax kienet xi ħaġa għax kull bidla li tagħmel li xtaq jagħmel. “Id-differenza fil-ħajja hija riskju fiż-żewġ professjonijiet hija kbiTa’ min jgħid li f ’Awwissu ra. Però huma żewġ xogħlijiet li tas-sena l-oħra kienet l-aħħar fihom trid turi mħabba, empatija Ħafna huma li ma jiddejqux jieħdu riskju jew ċans f ’ħajjithom. Issib oħrajn li jiddejqu jidħlu għal xi bidla ġdida. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li kien jaħdem bħala infermier, iżda dan l-aħħar iddeċieda li jaħdem bħala għalliem. Qed nirreferi għal Clint Chircop. Għandu 33 sena, mill-Marsa u jaħdem bħala għalliem tad-Drama ġewwa l-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat. Bħala passatempi jħobb dak kollu li għandu x’jaqsam mal-arti performattiva. Iħobb isegwi t-teatru, anke barra minn Malta, speċjalment ġewwa West End, Londra. Peress li huwa attur u involut fix-xena tat-Teatru f ’pajjiżna, iħobb isegwi xogħol teatrali barra minn xtutna għax jemmen li b’hekk jistgħu jinbtu ġewwa fih ideat ġodda. Apparti li huwa attur, huwa wkoll mużiċist. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem ferrieħi u jħobb jgħin lil dak li jkun. Iħoss li huwa paċenzjuż, u jemmen li dan huwa fattur importaanti ħafna fix-xogħol tiegħu.

Ilkoll nafu li kull karriera fiha s-sagrifiċċji tagħha, u Clint proprju ra l-munita minn żewġ naħat – kemm is-sagrifiċċji li kellu jagħmel bħala infermier u llum il-ġurnata bħala għalliem. Ħallejt f’idejh sabiex jikkummenta. “Iż-żewġ professjonijiet jirrikjedu dedikazzjoni kbira. Jekk ma jkollokx imħabba lejn ix-xogħol li tagħmel ma tista’ qatt tagħmel suċċess bħala infermier jew bħala għalliem

u kuraġġ. Dawn il-valuri li kont nuri mal-pazjenti, addattajthom u bdejt nużahom mal-istudenti. Xi ħaġa li hemm komuni bejn iż-żewg xogħlijiet hija li kemm jekk int infermier u kemm jekk int għalliem, it-tnejn huma vokazzjoni.” Immaġinajt li ma kinitx deċiżjoni faċli biex għamel din il-bidla. Fil-fatt, ikkonferma miegħi li ma kienet faċli xejn, għall-fatt li kull bidla li persuna tagħmel f ’ħajjitha tħalli l-effetti tagħha. “Bidla hija sogru, għalhekk irid ikollok il-kuraġġ u tieħu s-sogru jekk tkun temmen li dak li se tagħmel huwa għall-aħjar. Din kienet xi ħaġa li ħdimt għaliha u li xtaqt nagħmel, allura ttamajt

li s-sogru kien se jħalli l-frott, u hekk ġara.” Staqsejtu jekk bis-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum il-ġurnata bil-Covid jgħix madwarna, jixtieqx li għadu jista’ jagħti sehmu f ’dan l-irwol. “Jekk allaħares qatt niġu f ’sitwazzjoni fejn isir appell għall-għajnuna, inkun minn tal-ewwel li ngħin kif nista’,” stqarr miegħi Clint. Kellu jgħaddi mis-sitwazzjoni tat-taqlib fl-edukazzjoni li ġabet il-COVID-19 Ta’ min jgħid ukoll, li Clint proprju fl-ewwel sena ta’ ħidma tiegħu bħala għalliem, kellu jgħaddi mis-sitwazzjoni tat-taqlib fl-edu-

kazzjoni li ġabet il-COVID-19. Mistoqsi kemm kienet diffiċli għalih li wara ftit xhur bħala għalliem kellu jagħmel bidla radikali għal tagħlim online, waqt li ħafna nies ħasbu li kienu diġà bdew il-vaganzi u x’effetti ħalliet fuqu din, Clint weġibni: “Kienet diffiċli, għall-fatt li kif kien wasal iż-żmien fejn bdejt inħossni li drajt is-sistema sew tal-irwol t’edukatur, kellha ssir bidla sħiħa tal-mod kif inwasslu l-lezzjonijiet. Kull għalliem kellu jerġa’ jdur il-lezzjonijiet li kellu pjanati għal ġo klassi, u jdawwarhom għal metodu online. Is-suġġett tiegħi jinvolvi ħafna xogħol ta’ prattika, allura kienet forsi iżjed diffiċli minn suġġetti oħra biex inwassal il-materjal li xtaqt lill-istudenti permezz tat-tagħlim online. Però, kelli għajnuna kbira mill-iskola fejn, tawni s-sapport kollu meħtieġ u raw li stajt naddatta għall-bidla. Minn hawn nixtieq nieħu l-opportunità u nirringrazzjahom. Ma kinitx faċli, imma nista’ ngħid li kienet sfida mhux mistennija li rnexxieli negħleb.” Stqarr ukoll li jweġġa’ meta jisma’ ċerti kummenti. ‘Hekk iridu l-għalliema, tliet xhur tas-sajf ma jagħmlu xejn u l-paga dieħla!’ ‘Ilkom għaddejjin bil-vaganzi minn Marzu, gergru ta.’ ‘Jekk tgħodd il-vaganzi kollha li jkoll-


21

13.09.2020

one.com.mt

kom lanqas biss taħdmu nofs sena.’ Ridt inkun naf kif jaġixxi għal dawn il-kummenti. “Huwa faċli tikkummenta dwar xi ħaġa meta qed taraha minn barra, għal meta tkun involut fiha direttament. Sa sena ilu, għalkemm qatt m’għaddejt kummenti bħal dawn fil-konfront tal-għalliema, xorta ma stajtx nifhem xi jfisser verament li tkun għalliem. Kif semmejt qabel, li tkun għalliem hija vokazzjoni, u kull vokazzjoni tirrikjedi ħafna sagrifiċċji. Il-messaġġ tiegħi lejn dawk innies li jaħsbu li aħna l-għalliema ma nagħmlu xejn jew li nitħallsu ta’ xejn huwa li f ’pajjiżna hawn nuqqas t’għalliema, ħadd mhu jżomm lill-istudenti milli jistudjaw, jistinkaw u jsiru għalliema huma wkoll, jekk jaħsbu li hija professjoni daqshekk faċli. Iż-żewg professjonijiet jirrikjedu dedikazzjoni kbira Ilkoll nafu li kull karriera fiha s-sagrifiċċji tagħha, u Clint proprju ra l-munita minn żewġ naħat – kemm is-sagrifiċċji li kellu jagħmel bħala infermier u llum il-ġurnata bħala għalliem. Ħallejt f ’idejh sabiex jikkummenta. “Iż-żewġ professjonijiet

jirrikjedu dedikazzjoni kbira. Jekk ma jkollokx imħabba lejn ix-xogħol li tagħmel ma tista’ qatt tagħmel suċċess bħala infermier jew bħala għalliem.” Apparti li kien infermier u llum il-ġurnata għalliem, Clint huwa wkoll attur fejn rajnieh f ’diversi drama lokali, u se nkomplu nsegwuh ukoll fl-iskedi li ġejjin. Fil-fatt, id-drama tagħtih sodisfazzjon kbir. “Hija l-unika ħaġa li ġġegħelni ninsa l-problemi kollha tad-dinja. Għall-iskeda li ġejja se nkun parti minn żewġ proġetti fuq it-televixin. Division 7, fuq ONE, li issa wasal għall-aħħar staġun, u L-Ispettur, produzzjoni ġdida li se tibda tintwera fuq TVM mix-xahar id-dieħel. Hemm proġetti oħra teatrali li se nkun involut fihom fl-istaġun teatrali li jmiss, imma dan jiddependi minn kif tiżvolgi s-sitwazzjoni tal-COVID-19 f ’pajjiżna.” Fl-aħħar nett għadda messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Jekk trid takkwista xi ħaġa aħdem u stinka għaliha u l-mument opportun biex il-ħolm isir realtà jasal ukoll. Jien għamilt il-bidla fil-karriera tiegħi ta’ 32 sena, jiġifieri qatt mhu tard biex tikseb dak li tixtieq.”


22

13.09.2020

one.com.mt

GĦALL-EBDA KARRIERA QATT MHU TARD INKLUŻ DIK TA’ SAĊERDOT Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Iż-żmien għaddej u l-progress imexxi u jbiddel. Imma l-karrieri jinbidlu u jitbiddlu wkoll. Għalkemm, dak li jkun qatt m’għandu jaqta’ qalbu biex jagħmel u jimxi fuq il-passi li jixtieq. Din l-istorja li ġejja hija xhieda ta’ dan li qed ngħid. Ftit xhur ilu, fid-djoċesi ta’ Malta assistejna għall-ordinazzjoni ta’ 10 saċerdoti ġodda, fosthom numru li wieġbu għas-sejħa tal-Mulej ta’ età ħafna iktar matura minn tal-oħrajn. Fil-ġranet li għaddew iltqajt ma’ raġel mill-Libanu li kien fuq btala f ’Malta li għalkemm illum għandu 48 sena, qed isegwi programm ta’ formazzjoni sabiex isir saċerdot. Tlabtu jixtiqx jaqsam miegħi fil-qosor l-esperjenza ta’ ħajtu li wasslitu biex jgħid l-‘iva’ tiegħu lillMulej f ’età li forsi għal xi wħud tista’ tidher tard wisq, u llum iddeċidejt li ser naqsamha magħkom biex anke ninkoraġġixxi lil ħafna li minħabba l-pressjoni tas-soċjetà, iżommu lura u forsi wkoll, jitilfu xi opportunitajiet li jaf jiddispjaċihom ’il quddiem. Imwieled u mrobbi f ’familja fejn il-fidi ftit kellha importanza, ma kienx qabel l-età ta’ 43 li lil Alla ħassu verament preżenti f ’ħajtu, u b’mod totalment mhux mistenni. Il-ġenituri tiegħu għalkemm kienu jħobbuh ħafna, la kienu jipprattikaw u lanqas jinkoraġġixxu r-reliġjon fil-familja tagħhom. Mhux ta’ b’xejn għalhekk, mingħajr l-ebda tip ta’ formazzjoni reliġjuża u influwenzat minn dak li kien jiġi mgħallem fl-iskola pubblika u li kien jisma’ fuq il-midja sekulari, trabba f ’ambjent ta’ ħafna mistoqsijiet dwar l-eżistenza ta’ Alla. Minkejja dan, illum jgħid li Alla kien diġà tefa’ għajnejh fuqu u poġġa f ’qalbu x-xewqa li jfittxu u li jkun ta’ servizz għal ħaddieħor sa minn età żgħira. Sfortunatament, kull imġeba tiegħu f ’dan ir-rigward u li biha kienu jindunaw tal-familja, kienet tintlaqa’ bi skoraġġiment u disapprovazzjoni min-naħa tal-ġenituri tiegħu. Iżda ż-żerriegħa, għalkemm kienet għadha ma sabitx art fertili, kienet tħawlet diġà. Il-Kulleġġ Kattoliku fejn kien imur skola, kien ta’ opportunità tajba għalih biex jikber spiritwalment. Hemmhekk moħħu u qalbu nfetħu għal

dimensjoni ta’ sejħa li hija akbar minn dak li nistgħu naraw b’għajnejna jew immissu b’idejna. Diffiċli tinftiehem din jekk ma tkunx esperjenzajtha jew verament ta’ fidi jew inkella, temmen b’mod totali. Iżda xorta kien iħossu mgħaddas fix-xettiċiżmu. Meta temm l-iskola, daħal fid-dinja tax-xogħol fil-qasam tal-finanzi u rnexxielu jimxi b’pass mgħaġġel it-triq minn pożizzjoni ta’ impjegat normali għal waħda b’responsabbiltajiet kbar fuq skala dinjija. Kien proprju f ’dan l-istadju ta’ ħajtu li l-Mulej ipprovda l-ikel meħtieġ biex is-sejħa tiegħu setgħet tikber u tagħti l-frott. Sa dakinhar kien iħossu qisu qed jgħix il-ħolma ta’ ħajtu. Kellu dar sabiħa f ’żona lussuża, xogħol rispettabbli b’salarju qawwi u prospetti kontinwi għal avvanz fil-karriera. Minkejja li materjalment ma kien jonqsu xejn, kien iħoss sens kbir ta’ xi ħaġa mhix kompluta f ’ħajtu. Kien iħoss sensazzjoni li kien hemm xi ħaġa importanti li kienet nieqsa f ’ħajtu ... qisu kien hemm toqba f ’qalbu. Illum meta jħares lura, jinduna li kien propju f ’dawk il-mumenti li Alla kien qed jipprovdi-

lu ħjiel sottili ta’ dak li kien qed isejjaħlu għalih. Imma huwa kien persuna rasu iebsa, it-tip li jistenna provi tanġibbli qabel jemmen. U fl-imħabba unika tiegħu għalih il-Mulej ipprovdielu anke dawn il-provi. Jum minnhom, waqt li kien qed jaħseb fuq dan is-sens ta’ nuqqas f ’ħajtu, ħass vuċi titkellem ma’ qalbu u tgħidlu “ejja sal-Knisja”. F’dawk iż-żewġ kelmiet sempliċi ngħata ammont kbir ta’ tifsiriet u tweġibiet li diffiċli tispjegahom bil-kliem. Iżda il-messaġġ kien pjuttost ċar. Wara li kien ilu li waqaf is-snin milli jersaq lejn knisja, saħħaħ id-determinazzjoni tiegħu u mar. Is-saċerdot inkarigat mill-oratorju tal-knisja li kien jiffrekwenta qabel, wara il-quddiesa li fiha għamel omelija tmiss il-qalb, stiednu għall-kafè. Aċċetta u b’riżultat ta’ dak id-djalogu twil ma’ dak is-saċerdot, qatt ma ħares iktar lura. Fi żmien qasir sar membru attiv ħafna ta’ dik il-komunità. Ma’ kull ċelebrazzjoni tal-ewkaristija, attività komunitarja jew mumenti ta’ talb, ir-relazzjoni tiegħu mal-Mulej issaħħet. Maż-żmien, irreal-

izza li s-sejħa li kien qiegħed jgħamillu Ġesà, ma kinitx biss għar-relazzjoni personali miegħu, iżda wkoll għas-saċerdozju. Għall-bidu din il-proposta ssorprendietu bil-kbir, anke minħabba l-età tiegħu. Madankollu, hekk kif l-istedina tiegħu baqgħet tippersisti, biddel ilbiża’ tiegħu f ’talba u għaraf li s’issa ħajtu kienet kważi kollha ċċentrata fuqu nnifsu. Iżda issa kellu xewqa kbira oħra... kien determinat li jrid isegwi r-rieda tal-Mulej u mhux iktar tiegħu. Bl-għajnuna t’Alla, din il-ħarifa ser jibda t-tieni sena

tal-istudji tiegħu fit-teoloġija. Jistudja flimkien ma’ rġiel oħra li għandhoma l-età tiegħu jew ikbar u li ġejjin minn kull qasam tal-ħajja u minn madwar id-dinja kollha. Sħabu fil-klassi tal-università fejn qed jistudja biex isir saċerdot huma eks tobba, avukati, għalliema u suldati fost ħafna oqsma oħrajn. Ilkoll kemm huma kuntenti li ċedew dak kollu li kienet toffrilhom ilħajja u l-karriera tagħhom biex iwieġbu għas-sejħa tal-Mulej u jaqduh fil-Knisja tiegħu u mal-poplu tagħha.

Il-Kulleġġ Kattoliku fejn kien imur skola, kien ta’ opportunità tajba għalih biex jikber spiritwalment. Hemmhekk moħħu u qalbu nfetħu għal dimensjoni ta’ sejħa li hija akbar minn dak li nistgħu naraw b’għajnejna jew immissu b’idejna


23

13.09.2020

one.com.mt

Sħabu fil-klassi tal-università fejn qed jistudja biex isir saċerdot huma eks tobba, avukati, għalliema u suldati fost ħafna oqsma oħrajn. Ilkoll kemm huma kuntenti li ċedew dak kollu li kienet toffrilhom il-ħajja u l-karriera tagħhom biex iwieġbu għas-sejħa tal-Mulej u jaqduh fil-Knisja tiegħu u mal-poplu tagħha

“Le, qatt m’int kbir wisq biex twieġeb għas-sejħa ta’ Alla ... imma trid tkun int li tagħmel l-ewwel pass.” Il-kelma tiegħu ta’ kuraġġ lil min iħoss sejħa simili f ’qalbu hija .... tibżax. Jgħidilhom biex iħallu l-imħabba unika ta’ Alla għalihom tiggwidahom. Huwa jħossu midjun lejn id-direttur spiritwali tiegħu għall-appoġġ u l-inkoraġġiment kbir tiegħu. Iħares ukoll lejn il-ġenituri u l-familja tiegħu, u minkejja li ma jipprattikawx

il-fidi fil-ħajja ta’ kuljum, jirringrazzjahom għax dejjem disposti għalih u llum, ukoll mimlijin b’inkoraġġiment. Fl-aħħar nett, kien grat ħafna wkoll lejn l-Isqof tiegħu talli tah din l-opportunità biex iwieġeb u jikkollabora mas-sejħa ta’ Alla għalih. Tkellimt dwar dan biex nuri li għal kull karriera, inkluż dik ta’ Alla, qatt ma tgħaddi l-moda. Sempliċement trid temmen fik innifsek u fis-sejħa li qed issirlek. Setgħet kienet għal karriera oħra wkoll. Sliem ħbieb.


24

13.09.2020

one.com.mt

reċensjoni tal-ktieb

DELLIJIET JGĦAJTU FIR-RAS Mario Azzopardi huwa kritiku soċjali kruċjali u l-proċess kreattiv tiegħu spiss jinħass forza kontroversjali qawwija fi ħdan l-ambjent soċjokulturali ta’ żmienu. Il-kitbiet ta’ Azzopardi jitfgħu bosta dubji fuq standards tradizzjonali u forom stabbiliti, u jinvestigaw ħwejjeġ li jikkawżaw uġigħ uman u tbatija soċjali. Il-poeżiji, il-poesejs, u r-rakkonti Azzopardjani huma ġeneralment prodott tas-soċjetà tagħhom u essenzjalment huma “soċjali” fis-sens li hemm kawżiet soċjali li jqanqlu l-produzzjoni tagħhom; għalhekk jittrattaw temi soċjali u kontenut relevanti għaż-żmien tagħhom, u jippruvaw (forsi aktar mix-xogħlijiet ta’ ħaddieħor) iġibu xi forma ta’ effett soċjali. Għaldaqstant l-espressjoni artistika tiegħu trid tingħaraf bħala mera soċjali. Bħala prodott soċjali l-kreattività tiegħu tiffoka fuq il-kritika soċjali biex jippolitiċizza l-ideat. F’dan il-kuntest it-terminu “soċjetà” huwa l-link territorjali bejn l-arti u r-realtà, u għalhekk għal Azzopardi s-soċjetà dejjem tibqa’ ċ-ċentru tal-attenzjoni tiegħu.

Fil-kitbiet tiegħu jfiġġu suġġetti li tradizzjonalment f ’Malta kienu jitqiesu pprojbiti jew offensivi bħas-sesswalità mberrħa, id-deformazzjoni grotteska, it-tweżwiż u l-faċċjoliżmu tar-reliġjużi, u l-arja żejda fl-imħabba għall-pajjiż – suġġetti li jżidu dettalji fil-pittura tal-perċezzjoni tiegħu fuq il-kontemporanjetà. Fl-esperimentazzjoni tiegħu tal-vers proġettiv u tal-poesejs inqeda u baqa’ juża l-forom stilistiċi tal-ironija u l-parodija, tal-ambigwità u l-ispontanjetà, tal-lingwa figurattiva u l-awtodefinizzjoni. L-evokazzjoni grafika tħalltet mad-drammatiċità barokka għall-aqwa effetti li seta’ jipproduċi. F’dan il-ktieb, Dellijiet Jgħajtu fir-Ras naraw lil Mario Azzopardi fil-partijiet tiegħu ta’ poeta, prożatur, poesejist, pittur, kritiku, ġurnalist kulturali (artikolist), direttur tat-teatru, editur, u għalliem. Il-Professur Charles Briffa jgħallem il-Letteratura u t-Traduzzjoni fl-Università ta’ Malta, u huwa kritiku letterarju, riċerkatur tal-Malti, u traduttur.

Mistoqsija: X’jgħallem il-Professur Charles Briffa? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb DELLIJIET JGĦAJTU FIR-RAS. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tas-sensiela ta’ kotba STORJA BIEX TITGĦALLEM... hija: A. CUTAJAR - ATTARD

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

04

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 F’Awwissu li għadda, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, kemm laqa’ passiġġieri? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


one.com.mt

25

13.09.2020

ĦMAR IL-LEJL IWASSLU BIEX JOQTOL LIL MARTU SCOTT FALATER JINSISTI LI MA KIENX F’SENSIH X’ĦIN WETTAQ ID-DELITT Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Yarmila Falater

Scott Falater

L-arma li ntużat Fis-16 ta’ Jannar tal-1997, Scott Falater mar jorqod u jgħid li jiftakar biss lill-pulizija jidħlu f ’daru u jarrestawh għall-qtil ta’ martu. Il-vittma kellha 44 daqqa b’arma bil-ponta u nstabet mgħarrqa fil-pixxina tal-familja. Scott Falater kien ilu miżżewweġ lil Yarmila Falater għal 20 sena u kellhom żewġt itfal flimkien. Il-familja Falater Il-koppja Falater iltaqgħu meta kienu għadhom l-iskola u laħqu żżewġu waqt li kienu għadhom qed jistudjaw l-univeristà. Scott Falater kien laħaq inġinier u Yarmila kienet assistenta tal-għalliema. Meta mistoqsi dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ Yarmila, Scott qal li huma kienu kuntenti flimkien u qatt ma fittxew il-kumpanija ta’ ħaddieħor. It-tnejn li huma kienu attivi fil-knisja li kienu jattendu, fejn Scott kien jaħdem bħala konsulent u Yarmila bħala għalliema. Il-ħbieb tal-koppja wkoll qalu li kellhom żwieġ feliċi u li qatt ma raw xejn ħażin. Dakinhar tad-delitt Xi ġirien semgħu xi għajjat u nbiħ tal-klieb u b’hekk ċemplu lill-pulizija biex imorru jaraw x’kien qed jiġri fid-dar tal-familja Falater. Ġar minnhom seta’ jara x’kien qed jiġri mid-dar tiegħu u qal lill-pulizija li ra lil Scott Falater jit-

fa’ lil Yarmila fil-pixxina u jżommha taħt l-ilma. Meta ġie mistoqsi mill-pulizija jekk il-koppja kinux qed jiġġieldu, il-ġar wieġeb li ma kienx jaf x’inhi l-problema iżda kien imħasseb għax kienet xena stramba għalih. Meta l-pulizija waslu fuq ilpost, huma sabu lil Yarmila mgħarrqa fil-pixxina filwaqt li Scott u t-tfal kienu reqdin ġewwa. Waqt l-investigazzjoni nstabet evidenza li Scott inħasel biex neħħa d-dmijja u pprova jeħles mill-ħwejjeġ li kellu fuqu u mill-arma li ntużat fid-delitt. Il-ġirien qalu wkoll li rawh ħiereġ mid-dar liebes l-ingwanti, rawh ikaxkar lil Yarmila u rawh ukoll iżommha taħt l-ilma. Waqt l-interrogazzjoni, Scott Falater ma ċaħadx li qatel lil martu iżda qal li ma jiftakar xejn minn dak li ġara għax kien tah ħmar il-lejl waqt it-twettiq tad-delitt. Din kienet waħda mill-punti kruċjali tad-difiża tiegħu. Din it-tip ta’ difiża ma kinitx xi ħaġa ġdida fl-Istati Uniti. Fl-1982, kien hemm raġel li ma nstabx ħati talli qatel lil martu b’26 daqqa b’arma bil-ponta waqt li tah ħmar il-lejl. Kien hemm esperti li qalu li n-nies li jagħtihom ħmar il-lejl normalment jagħmlu affarijiet tas-soltu, li huma parti mir-rutina tagħhom u huma rari ħafna ċ-ċirkostanzi fejn bniedem iwettaq azzjoni vjolenti bħal din. Il-punt tal-esperti ssaħħaħ hekk kif wieħed mill-ġirien qal

li ra lil Scott isikket lill-kelb li kellhom il-familja u li rah ibiddel ħwejġu fil-kamra ta’ fuq. Skont l-esperti, bniedem li jkun qed jagħtih ħmar il-lejl ma jkunx konxju tal-madwar tiegħu u b’hekk ma setax isikket lill-kelb. Minkejja dan, esperti oħrajn qalu li jaf li l-kelb ġie f ’saqajn Scott u prova jressqu u mhux isikktu. Il-ġuri Scott Falater għamel kważi sagħtejn jipprova jikkonvinċi lill-ġurija li hu wettaq id-delitt waqt li kien tah ħmar il-lejl, allura ma kienx jaf x’kien qiegħed jagħmel. Minkejja dan l-isforz, il-ġurija kienet xettika u qalet li jaf vera tah ħmar il-lejl u qatel lil martu iżda ma setgħux iniżżluha li ma kienx f ’sensih sal-aħħar. Huma qalu li wisq probabbli tatu rasu xħin ra lil Yarmila f ’għadira demm u b’hekk kaxkarha ħdejn il-pixxina u prova jilgħabha salaħħar li ma kienx f ’sensih. Falater instab ħati għall-qtil ta’ martu f ’Ġunju tal-1999. Huwa ma ngħatax il-piena tal-mewt minħabba wliedu, għax ma ridux jitilfu lil missierhom u l-kunjata wkoll ma riditx li jingħata din is-sentenza. B’hekk, Scott Falater weħel għomru l-ħabs. Skont l-Arizona Department of Corrections, Falater ġab ruħu sew filħabs u ħadem bħala tutur u segretarju fil-librerija, fost xogħlijiet oħrajn li għamel.

Waqt l-investigazzjoni nstabet evidenza li Scott inħasel biex neħħa d-dmijja u pprova jeħles mill-ħwejjeġ li kellu fuqu u mill-arma li ntużat fid-delitt


26

13.09.2020

one.com.mt

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

13.09.2020

one.com.mt

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 346

C. MUSCAT- BIRKIRKARA

Bi 3 Numri 078 090 102 118 225 226 245 285 298 323

352 354 385 454 466 554 847 852 888 911 951

987 B’4 Numri 0303 1004 1127 1159 1255 1331 1922 2037

3365 3710 4144 4498 4503 4540 5177 5481 6511 6514 7253

7456 7457 7601 7742 7752 7848 8034 8132 8225 8531 8745

8934 9585 9597 9749

71007

B’6 Numri 144697 179037 551472 B’5 Numri 822778 10234 22776 Bi 8 Numri 37415 17558239 39422 64178615 54121

1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16,18. 18. 19. 20.

Mimdudin: Ma jiftakarx (5) Bħal dak ta’ 1 wieqfa (4) Il-gowls fiha jsiru (5) Ara 7 Jixħtu (6) Jintlibsu mal-ħalq (6) Tikkiet? (5) Ara 16 Tina Ingliża (3) Tixgħel biha x-xemgħa (5)

21. 23. 24.

L-ewwel xahar imqassar (3) Jitla’ mill-borma (4) Bħall-Amerikani ? (5)

6. 8,11. 11. 12. 13,17. Weqfin: 1. Kompli l-qawl: 14. Fejn tqarrem il-mogħża .....(6) 15 17. 2,22. Ngħanni (6) 3. Isem Għarbi (3) 21. 5,15. Jara lil kulħadd 22. dubbien (9)

Denis, kien player kbir tal-United (3) Biedja? (11) Ara 8 L-ewwel tnejn ta’ skuna (2) Parti mill-għajn (6) Ma jirnexxilux (6) Ara 5 Ara 13 Mhux injurant! (3) Ara 2

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Tabib, 4.Skud, 7,21M. Iċedi. 9.Nar, 10.Dinner, 12.Kikkri, 18,19.Jurta, 20.Dulli, 23.Ahar, 24.Abita

Weqfin: 1.Tenuri, 2,5.Barkun, 3,11.Bidni, 6.Dar, 8.Ċikkulata, 12,22.Kbira, 13.Kju, 14.Iridni, 15.Ċamata, 17.Nid


28

13.09.2020

one.com.mt

IS-SWABA’ LEJN BRUSSELL Editorjal

Il-punt li enfasizza l-Prim Ministru Robert Abela fl-indirizz tiegħu meta tenna li l-UE ma tistax tabbanduna lil xi ħadd li jinsab fit-truf tagħha baqa’ jiżdied fir-relevanza tiegħu

Qafas regolatorju jew leġiżlattiv xieraq u effettiv fi kwistjonijiet ta’ immigrazzjoni irregolari, bis-sehem u l-appoġġ ta’ kulħadd, ilu jinħema għal diversi snin issa minn amministrazzjoni għal oħra tal-Unjoni Ewropea. Minkejja dan, baqa’ qatt ma offra t-tama finali li dan kapaċi jservi platt kif jixraq u li jissodisfa lil kull min hu mdawwar mal-mejda. Id-dilemma kontinentali kellha wisq, anzi żżejjed, tfettiq li m’għen xejn biex l-affarijiet jiċċaqilqu iżjed minn pied bogħod mill-punt tat-tluq. Fl-istess ħin li l-persekuzzjoni umana u l-ħolma għall-prosperità fuq l-art Ewropea baqgħu jikbru b’mod partikolari fuq in-naħa l-oħra tal-Mediterran, l-unika soluzzjoni ta’ tqassim indaqs talpiż li jinżel fuq pajjiżi fuq ilfruntieri għadha biss fantażija f ’moħħ organizzazzjoni li hi meqjusa fost l-iprem fid-dinja. Dawk li, bħal Malta, inzertaw fin-nofs baqgħu biss isoffu l-imrar tan-nuqqas ta’

deċiżjoni jew deċiżjonijiet, b’kull implikazzjoni li dan kollu jġib miegħu. Baqgħu wkoll mingħajr is-serħan tal-moħħ meħtieġ li ħadd minnhom ma jinqabad marsus fil-morsa kiefra, minn żmien għal ieħor. Is-summit f ’Korsika din ilġimgħa tal-Euromed 7 serva biex jamplifika dawn il-problemi relatati li aħna, l-Italja, Spanja, Ċipru, il-Greċja, Franza u l-Portugall ilna niffaċċjaw, anke bħalissa f ’nofs pandemija tal-COVID-19. Il-punt li enfasizza l-Prim Ministru Robert Abela fl-indirizz tiegħu, meta tenna li l-UE ma tistax tabbanduna lil xi ħadd li jinsab fit-truf tagħha, baqa’ jiżdied fir-relevanza tiegħu, sal-punt li wasalna “niffaċċjaw din il-kriżi dgħajsa, dgħajsa”. Tali tfettiq dwar dgħajsa jew oħra wkoll jassorbi ammont ta’ riżorsi u enerġija minn qabel jiġi deċiż il-pass li jmiss. Agħar minn hekk hu meta pajjiż ma jkollux alternattiva ħlief li jirrikorri għal argu-

menti egoistiċi, fin-nuqqas ta’ appoġġ kollettiv kif inhu mistenni fi żwieġ f ’organizzazzjoni, fit-tajjeb u l-ħażin li jinqala’, biex jipproteġi l-interessi tiegħu u ta’ ġensu. Il-karattru naturali ta’ pajjiżna jaf iġegħelna nsofru iżjed minn oħrajn, ladarba jimpenjana, kif jixraq, favur relazzjonijiet b’saħħithom mal-ġirien tagħna, inkluż fl-Afrika ta’ Fuq, u pajjiżi oħrajn li b’mod kostanti jipproduċu wlied li lesti jabbandunaw kollox, jippermettu li jiġu sfruttati minn min m’għandux interessi ulterjuri u jissograw ħajjithom fi vjaġġi riskjużi. Id-daqs ta’ artna u r-riżorsi limitati mhuma tal-ebda sostenn lanqas. Għaldaqstant hu dejjem neċessarju li nfakkru li ħadd fi Brussell ma jista’ jistenna jew jippretendi li s-soluzzjoni joffruha biss l-erbgħa tat-truf, inkluż l-iżgħar stat membru. Lanqas mhu sew li dawn tal-aħħar jispiċċaw litteralment jittallbu għall-għajnuna mill-istati membri l-oħrajn

biex itaffulhom il-piż suppost kollettiv minn fuq spallejhom. Għalkemm il-pressjoni tin­ tefa’ biss fuq kull pajjiż individwali, li dejjem jaddatta fiċ-ċirkostanzi, is-swaba’ jibqgħu jippontaw dejjem lejn Brussell bil-għan li tinstab soluzzjoni li tkun ġusta u ekwa għal kulħadd fit-tqassim tal-problema. Fl-istess ħin, għandu jkun hemm front komuni wkoll Ewropew fl-implimentazzjoni ta’ miżuri li jsaħħu l-ġlieda kontra ċ-ċrieki kriminali li jmexxu l-immigrazzjoni illegali ta’ diversi persuni. Xi ħaġa li hi sew organizzata, sfortunatament, u kif fakkar il-Prim Ministru, ftit li xejn sar fil-konkret mill-UE f ’dan ir-rigward. Kull darba li Brussell iddawwar wiċċha n-naħa l-oħra ma tkun qed tagħti l-ebda alternattiva, aħseb u ara soluzzjoni. Minflok il-problema qed tkompli biss tikber. Ir-rabja tal-popli milqutin tibqa’ iżjed tbaqbaq.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.