Prezz €1
TAWWAL GĦAX BEŻA’ REBHA OĦRA TA’ JASON AZZOPARDI FUQ ADRIAN DELIA
Din il-ġimgħa l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista daħal għal sessjoni oħra talParlament b’deputati li mhuma kelliema ta’ ebda settur. Dan għax il-Kap tal-Partit Nazzjonalista baqa’ m’għamilx irreshuffle li qal li se jagħmel fis-sajf li għadda. Fost oħrajn ma bidilx wara pressjoni kbira minn Jason Azzopardi li sar jaf li ried ineħħih minn kelliem għallambjent. Għalhekk Delia ddeċieda li għalissa ma jiddeċidix. Niżvelaw id-dettalji. Ara paġna 3
LEJLET IL-BAĠIT 2020
RAPPORT GLOBALI POĠĠIENA L-EWWEL FL-ISTABBILTÀ EKONOMIKA MADWAR ID-DINJA
L-EKONOMISTI: GĦADA L-GVERN GĦANDU JŻOMM IS-SOSTENIBBILTÀ FIL-FINANZI TAL-PAJJIŻ
INFAKKRU FTIT FIL-BAĠITS TAL-PN
Ara paġna 7
Ħarġa Nru 1,370
Ara paġna 6
Il-Ħadd 13 ta’ Ottubru, 2019
Ara paġni 4 u 5
www.kullhadd.com
02
13.10.2019
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 25°C L-Inqas Temperatura: 20°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja testendi minn fuq ilBaħar l-Iswed saċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mil-Lvant li jsir mix-Xlokk Lvant Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx mixXlokk Lvant It-Temperatura tal-Baħar: 26°C
Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570 It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Indirizz Postali KullĦadd
25°C
UV 4
19°C
Il-Ħamis
25°C
UV 4
19°C
25°C
Il-Ġimgħa
UV 4
19°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
25°C
UV 4
18°C
25°C
UV 4
18°C
25°C
UV 4
19°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000
Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21239310 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, L-Imsida – 21331732 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21330352 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 Tat-Tarġa Pharmacy, Plot no.2, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21433141 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant’Anna, Marsaskala – 21637994 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, Iż-Żejtun – 21806009 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 St. Anthony Pharmacy, 18, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21454187
Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem – 21553018
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
13.10.2019
kullhadd.com
REĠA’ ĊEDA GĦAL AZZOPARDI • ADRIAN DELIA JĦALLI DEPUTATI MINGĦAJR DEKASTERU XI JSEGWU • KOLLOX RIŻULTAT TAL-BIŻA’ LI JBIDDEL BIEX MA JURTAX TA’ KONTRA TIEGĦU • L-IKBAR PRESSJONI SARET MINN JASON AZZOPARDI Fil-ġimagħtejn ta’ qabel kellu jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Parlament, il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-ambjent Jason Azzopardi, beda joħroġ stqarrija wara oħra. Kien hemm perjodu fejn saħansitra ħareġ iktar minn waħda kuljum. Is-sorsi tagħna fil-Partit Nazzjonalista spjegaw kif dan mhux li tant kellu x’jaqsam mat-temi ambjentali li seta’ kellu quddiemu l-kelliem għall-ambjent tal-Partit Nazzjonalista. Ikkonfermaw li beda jaġixxi b’mod aggressiv għax ried jibgħat messaġġ lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex ma jneħħihx minn kelliem għall-ambjent. Xi ħaġa li kienet fuq l-aġenda ta’ Adrian Delia li xtaq jagħmel bidla wara li b’diffikultà rebaħ vot ta’ fiduċja fis-sajf li għadda. Fost oħrajn lil Azzopardi ried irażżnu għax kien wieħed mill-iktar li ħadmu kontra tiegħu, iżda mhux hekk biss. Adrian Delia għandu lil Kevin Cutajar, li tela’ bil-co-option fis-sajf, u lil Hermann Schiavone, it-tnejn deputati mingħajr portafoll. Bħalhom hemm Simon Busuttil. Hemm ukoll is-suġġett tal-Affarijiet Ewropej li għalih kien kelliem David Stellini li llum mhu qiegħed għand ħadd. Dan wara li David Stellini kien irriżenja għax xeba’ bis-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista u telaq lejn Brussell minn fejn ġie fl-2017 biex jikkontesta għall-elezzjoni ġenerali. Għalhekk kien naturali li Adrian Delia jaħseb biex qabel reġa’ beda
Il-bżonn li jbiddel ikkonfermah ukoll fil-programm Dissett li meta mistoqsi qal li xi bidliet bilfors irid ikun hemm
Iktar minn xahrejn ilu qal li se jagħmel reshuffle jiltaqa’ l-Parlament isolvi dawn il-problemi u magħhom jagħmel ukoll il-bidliet wara li rebaħ il-vot ta’ fiduċja. Fost oħrajn kellu pressjoni kbira biex ineħħi lil Jason Azzopardi minn kelliem għall-ambjent għax jekk il-PN irid ikun kredibbli ma jistax ikollu kelliem li kien membru tal-Kabinett fil-gvern li ħa fost l-agħar deċiżjonijiet ambjentali, fosthom l-estensjoni taż-żoni ta’ żvilupp fl-2006 li l-konsegwenzi tagħha għadhom jinħassu sal-lum. Saħansitra Adrian Delia kien iddikjara xhur ilu li kien se jagħmel din ir-reshuffle. Fil-programm XTRA fl-ewwel ta’ Awwissu, issa iktar minn xahrejn ilu, Adrian Delia kien mistoqsi b’mod dirett jekk hux se jżomm lil Jason Azzopardi bħala kelliem għall-ambjent meta tant għandu bżonn vuċi kredibbli f ’dan is-settur. Dakinhar Delia ma kienx ċaħad li se jibdel lil Azzopardi. Anzi indika l-kuntrarju. “Jien se naċċerta li meta se nkun qed nagħmel it-tibdil neċessarju f ’dawk li huma
l-portfolio, ix-shadow, il-kelliema ewlenin jew it-tim ewlieni, għax diġà għedt li beħsiebni nagħmel timijiet ta’ diversi persuni, ikollhom l-ikbar kredibbiltà fil-ħarsien tal-ambjent f ’pajjiżna,” qal Adrian
Għamilha ċara lil Delia li ma kienx se jċedi l-ambjent sakemm mhux għal xi ħaġa ikbar
Delia dakinhar biex bdiet pressjoni fuqu ma taqta’ xejn. Fil-festi tal-Indipendenza, meta intervistat minn Brian Hansford fil-foyer tad-Dar Ċentrali, reġa’ kien indika li kellu jagħmel tib-
dil fejn issemma wkoll Hermann Schiavone li wara s-sospensjoni finta li kellu mill-Grupp Parlamentari kien baqa’ mingħajr dekasteru. Kien minn hemm l-iktar li Jason Azzopardi ffissa li se jkun qed jitlef id-dekasteru li qed itih pubbliċità u beda jibgħat il-messaġġi li ma jridx ibiddel. Hawn Adrian Delia spiċċa kellu jċedi tant li hu u l-istrateġisti tiegħu ddeċidew li ma jibdel xejn qabel ilftuħ tal-Parlament. Dan anke jekk kien naturali li jekk irid jibdel kellu jagħmel dan qabel il-ftuħ tal-Parlament għax fin-nuqqas ta’ hekk reġa’ daħal il-Parlament b’deputati li lanqas biss jafu x’inhu l-portafoll li jridu jsegwu jew jitkellmu dwaru. Il-bżonn li jbiddel ikkonfermah ukoll fil-programm Dissett li meta mistoqsi qal li xi bidliet bilfors irid ikun hemm. Iżda, jidher li qed jistenna l-mument li Jason Azzopardi forsi jkun fil-burdata li jċedilu xi biċċa. Għalkemm sa issa meta ntIlu fil-Parlament lagħbet din il-logħba dejjem spiċċa mis-sajf u baqa’ ċeda Delia kif wara kollox reġa’ mingħajr dekasteru għamel f ’dan il-każ.
04
13.10.2019
kullhadd.com
KIF INBIDLU Ż-ŻMINIJIET • IL-BAĠITS TA’ FTIT SNIN ILU KIENU JFISSRU INKWIET, IL-BAĠITS TA’ GVERN LABURISTA FISSRU ĦAFNA MIŻURI LI SOLVEW MILL-PROBLEMI LI TĦALLEW QABEL Għada jitressaq il-baġit għas-sena 2020. It-tielet baġit tal-leġiżlatura l-ġdida tal-Gvern Laburista, li rat il-bidu tagħha f ’Ġunju 2017. Baġit li mistenni jkompli jibni fuq il-baġits li għaddew. Baġit li l-prijorità ewlenija tiegħu hija li jkompli jitwettaq il-manifest elettorali tal-Gvern. Fl-aħħar jiem il-Prim Ministru tkellem dwar il-baġit u qal li “bħala Gvern inħarsu lejn il-baġit bħala pjan strateġiku u mhux pjan ta’ sena waħda biss”. Stqarr ukoll li fil-baġit li ġej, ilGvern se jagħti lura lill-poplu dak li bħala pajjiż naffordjaw u mhux nonfqu bl-addoċċ sempliċement biex inkunu popolari. “Irridu li dak kollu li ndaħħlu u nagħtu lura lin-nies ikun sostenibbli għal numru ta’ snin.” Il-baġit huwa l-impli-
mentazzjoni tal-programm elettorali li fuqu tela’ dan il-Gvern. B’differenza ta’ baġits li rajna taħt gvernijiet Nazzjonalisti, permezz ta’ ħidma bilgħaqal u pjan fit-tul, illum ma teżistix klima ta’ tensjoni b’rabta mal-baġit bin-nies u n-negozji jkunu inkwetati li se tiżdied xi taxxa, iżda bil-maqlub, illum hemm l-aspettattiva għall-baġits li jkunu preżentati u kulħadd jistenna, bir-raġun, li jkun hemm iż-żidiet. Fil-fatt l-għajta popolari taħt dan ilGvern hija li, bil-maqlub għal dak li kien ikun mistenni qabel, f ’dawn il-baġits talaħħar snin, kulħadd jistenna x’se jagħtik il-Gvern u mhux x’se jeħodlok. Dan ma ġiex mix-xejn. Ġie għaliex kellna Gvern li bi studju, bi pjan u b’deter minazzjoni ġab l-ekonomija fuq saqajha tant li l-kelma surplus daħlet sew fil-vokabolarju tagħna. Illum għandna ekonomija b’saħħitha u għalhekk l-aktar ħaġa importanti bħalissa huwa li jinżamm ir-ritmu ekonomiku l i
bħala pajjiż qbadna. Dan huwa Gvern li dak li jwiegħed iwettqu. Bil-provi. Għal dan il-Gvern il-baġit mhuwiex biss eżerċizzju ta’ dħul u ħruġ iżda wkoll mezz kif il-Gvern jimplimenta l-ħidma tiegħu għall-ġid tal-Maltin u tal-Għawdxin. U jekk inħarsu lejn il-baġit ippreżentat għal din is-sena li ninsabu fiha, naraw li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena diġà kienu twettqu aktar minn tliet kwarti mill-miżuri. Għall-kuntrarju tal-passat, il-baġit m’għadux biss il-qari ta’ dokument iżda qed jiġi implimentat, bit-total ta’ miżuri mwettqa mill-2013 sal-lum ilaħħaq l-1,350 miżura. Dan huwa l-istil il-ġdid tal-Gvern li gverinijiet oħra se jkollhom jimxu fuqu għaliex il-poplu issa aċċettah u jara l-irġulija talGvern, u din tiġi mhux għax il-baġit ikun vag kif konna mdorrijin bil-baġits ta’ qabel, imma baġits preċiżi, miżura wara l-oħra li mhumiex biss wegħdi imma wegħdi li ħa jitwettqu. Għaliex qegħdin ngħidu dan? Dawk kollha li għexu wkoll baġits ta’ żmien gvernijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista, jiftakru u jafu sew x’kienu jsarrfu dawn il-baġits. Kienu duħħan. Mhux qed ngħidu li ma kienx hemm miżuri mħabbra u mwettqa, imma aktar iva milli le, dawn il-miżuri kienu jinbidlu mil-lum għal għada u ma kienu jibqgħu jirriflettu xejn mill-kliem sabiħ tad-diskors tal-Ministru tal-Finanzi ta’ dik il-ġurnata. Il-baġits ta’ żmien il-Gvernijiet Nazzjonalisti kienu ta’ tħassib. Speċjalment fl-ewwel snin tal-leġiżlatura meta allura l-elezzjoni kienet tkun kemxejn ’il bogħod u għalhekk kulħadd kien ikun imħasseb Gvern Nazzjonalista x’taxxa ħa jżid u x’se jeħdilna. Imbagħad stil Nazzjonalista, toqrob l-elezzjoni u ħallih iroxx il-bżar fl-għajnejn. Il-Gvern Laburista ma jaħdimx hekk. Gvern Laburista ma joqgħodx iqis id-data tal-elezzjoni, imma jħabbar fil-baġit dak li jkun hemm bżonn li jsir fil-pajjiż. Għalhekk huwa kuntrast sew ma dak li jsir illum taħt Gvernijiet immexxija mill-Partit Laburista meta allura dejjem nistennew x’miżuri se jittieħdu biex ikomplu jitwettqu l-wegħdi li kienu mwiegħda fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista. Illum nistennew lill-Ministru tal-Finanzi jgħidilna fejn wasslitna r-road map tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Nistennew lill-Ministru tal-Finanzi jgħidilna kif se nkomplu nsaħħu l-ekonomija u l-finanzi tal-pajjiż, kif se jkompli jitkattar il-ġid. U kif dan il-ġid se jitqassam biex jgħin lill-familji Maltin u Għawdxin itejbu l-livell tal-għajxien tagħhom. Jekk nidħlu f ’aktar dettall naraw li l-baġits ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti ma kienu reali xejn, għalhekk diġà ddeskrivejniehom bħala duħħan. Kienu baġits li fir-realtà kienu jsarrfu fi ftaħir biss,
mingħajr ma juru eżatt il-pjan finanzjarju tal-Gvern. Imbagħad ’l hinn mill-baġit konna nisimgħu b’deċiżjonijiet li jolqtu lill-poplu li ma jkunux issemmew fil-baġit għal dik is-sena. Dan kien jingħad ukoll minn sezzjonijiet fil-pajjiż li żgur li ma jistax jingħad li huma taħt il-kappa tal-Labour. Naraw l-aħħar ħames baġits ta’ Gvern Nazzjonalista. BAĠIT 2013 Nibdew mill-aħħar baġit dak tal-2013. Issa hawnhekk ta’ min ifakkar li l-baġit għal dik is-sena kien imħejji mill-Gvern Nazzjonalista fl-2012, imma matul is-sena imbagħad inbidel il-Gvern b’rebħa għall-Partit Laburista. Għal dan il-baġit kien hemm kritika diversa. Fosthom dik tal-Union Ħaddiema Magħqudin. Din qalet: “Għal dawk li huma faċilitajiet taċ-child care, il-proposta tagħna li jkun hemm sħubija pubblika-privata biex ikun provdut dan is-servizz ma ġietx aċċettata. Ninsabu diżappuntati għaliex nemmnu li din kienet tkun miżura tajba li permezz tagħha jiżdied is-suq tax-xogħol u għalhekk kienet tkun miżura li tgħin l-ekonomija.” M’hemmx għalfejn niktbu ħafna kemm il-miżura li ħa l-Gvern Laburista dwar iċchild care b’xejn għenet kemm lill-ġenituri, kemm lill-ommijiet li setgħu jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol u għalhekk ovvja ngħatat spinta lill-ekonomija tal-pajjiż. Anki t-Times of Malta tat-30 ta’ Novembru 2012 kienet irrappurtat: “Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi lbieraħ ammetta li persuna single li taqla’ l-paga minima se jkollha tħallas taxxa fuq id-dħul gross minħabba tibdil introdott fil-baġit.” M’hemmx bżonn aktar kummenti fuq din l-istqarrija. Dan il-Gvern neħħa t-taxxa fuq il-paga minima u żieda wkoll. BAĠIT 2012 Qawwija kienet l-istqarrija wkoll tal-imsieħba soċjali għal dan il-baġit. “Il-baġit għas-sena 2012 għandu nuqqas ta’ sustanza, dan il-baġit jitlef ir-ruħ soċjali ... stennejna baġit li jtaffi l-piż tal-klassi medja u lil dawk li huma fuq ix-xifer tal-faqar ... ” Għal Gvernijiet Nazzjonalisti, il-faqar kien biss perċezzjoni. Baġits u miżuri ta’ Gvern Laburista wasslu biex il-klassi medja llum tinsab aħjar – u se jkompli x-xogħol biex dawn itejbu l-pożizzjoni tagħhom. Jekk naraw il-faqar, għalkemm għad baqa’ ħafna xi jsir, nafu li l-faqar naqas sew f ’pajjiżna. Statistika f ’Awwissu li għadda wriet li taħt l-amministrazzjoni preżenti n-numru ta’ nies li jgħixu fil-faqar jew f ’riskju ta’ faqar naqas b’6%. Minn 25% fl-2012, naqas għal 19%. It-tnaqqis f ’pajjiżna huwa d-doppju tat-tnaqqis fl-Unjoni Ewropea.
05
13.10.2019
kullhadd.com
Għal dak li llum ingħaqad mal-Partit Nazzjonalista, u qabel kien Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Michael Briguglio, apparti affarijiet oħra kien qal li l-baġit għandu nuqqas ta’ miżuri “ħodor”. Dan il-Gvern daħħal miżuri meqjusa ħodor – jiġifieri li jgħinu l-ambjent – u se jkompli jdaħħal. Hemm is-Sort-itout, il-Kerbside Waste Collection, għalaq il-power station tal-Marsa, neħħa l-użu tal-heavy fuel oil, lista li ma tieqaf qatt. BAĠIT 2011 Il-baġit għall-2011 kellu kritika saħansitra mid-Deputat Nazzjonalista JeanPierre Farrugia. “Iż-żidiet fl-allowance supplimentarja li ngħataw f ’dan il-baġit huma tant żgħar, li kien ikun aħjar li ma ngħataw xejn. Iż-żidiet ta’ 54c fil-ġimgħa għall-persuni single u ta’ 86c fil-ġimgħa għall-koppji mhumiex adekwati. Il-Gvern seta’ kien aktar ġeneruż mhux l-anqas għaliex l-infiq tiegħu f ’dan l-allowance li jingħata lill-istrata l-aktar fqira tas-soċjetà attwalment naqset minn sena għal sena.” Il-Gvern Laburista għen u se jkompli jgħin lil din l-istrata tas-soċjetà. Żidiet fil-pensjonijiet, child care b’xejn, eżamijiet tal-MATSEC u SEC b’xejn, trasport għall-istudenti b’xejn huma fost il-miżuri li ttieħdu u li bil-provi għenu. Anki l-Fondazzjoni Equal Partners kellha l-kritika tagħha. “Dan il-baġit iddedika biss 182 kelma għas-settur tal-persuni b’diżabilità u biex tgħaqad ninsabu diżappuntati ħafna li l-uniku proviżjon kienu miżuri li l-Ministru rrefera għalihom bħala miżuri indirizzati biex jgħinu lill-persuni li għandhom problemi ta’ mobbiltà.” Dan il-Gvern ħaseb sew għal min huwa fil-bżonn. Il-miżuri meħuda jolqtu mhux biss dirett lil dawk li għandhom sitwazzjon ita’ diżabbiltà, imma wkoll lil dawk li jieħdu ħsiebhom.
BAĠIT 2010 Il-kritika tal-General Retailers and Traders Union: Xtaqna naraw tnaqqis fit-taxxa mħallsa minn żviluppaturi ta’ ċerti proġetti, inkluż djar indirizzati għall-first time buyers. Kulħadd jaf kif l-iskema tal-Gvern Laburista għal dawk li jixtru l-ewwel dar tagħhom għenet u qed tkompli tgħin. Tant għamlet impatt li meta toħroġ l-iskema, l-allokazzjoni għaliha tkun meħuda fi ftit sigħat. Il-Moviment Graffiti ddeskriva dan ilbaġit bħala wieħed “ikkaratterizzat aktar b’dak li m’hemmx inkluż fih, milli b’dak li hemm inkluż fih”. Il-Moviment qal li għalkemm il-baġit jinkludi xi miżuri pożittivi, imma ma joffrix miżuri diretti li jindirizzaw id-diffikultajiet finanzjarji li qed jesperjenzaw kuljum il-familji Maltin, ma jindirizzax il-problemi ambjentali, filwaqt li l-proposta tal-Gvern (Nazzjonalista) li jagħti assistenza ta’ darba minħabba ż-żieda tat-tariffi tad-dawl u l-ilma hija superfiċjali. Mhux se nirrepetu x’miżuri ħa l-Gvern Laburista biex jgħin lill-familji Maltin u Għawdxin biex jgħinhom jegħlbu d-diffikultajiet finanzjarji. Imma l-Gvern Laburista wettaq il-wegħda tiegħu li jnaqqas it-tariffi tad-dawl u l-ilma u hekk għamel. Ma tax bozoz kif għamel il-Gvern Nazzjonalista, imma ħa miżuri fejn l-aktar li jolqot – tnaqqis fil-kontijiet.
Staqsiet ukoll: “Dawn il-miżuri proposti se jkunu biżżejjed biex ibiegħdu t-tnaqqis ekonomiku maġġuri?” B’ħidma bbażata fuq pjan fit-tul u b’viżjoni, Gvern Laburis- ta ġab l-ekonomija fuq saqajha, dawwar defiċit f ’surplus u b’bażi soda ekonomika seta’ jieħu l-miżuri li ħa u se jkompli jieħu biex itejjeb il-qagħda tal-familji Maltin u Għawdxin bi prijorità lejn dawk li huma l-aktar fil-bżonn. L-Editorjal tal-Malta Independent qal hekk dwar dan il-
baġit: “Il-proposti tal-Gvern dwar tibdil fit-taxxa tad-dħul huma frankament pwerili. Jekk il-Gvern ma kienx f ’pożizzjoni li jimplimenta dak kollu li wiegħed fil-kampanja elettorali, ma jagħmilx sens li jagħti din l-imitazzjoni (tal-wegħdi elettorali) li hija żgħira u bla sugu. F’din it-togħma żgħira minn baġits ta’ żminijiet oħra rajna kif kien hemm ħafna sfidi li ma kinux indirizzati biex spiċċaw f ’ħoġor dan il-Gvern li beda jindirizzahom waħda waħda. Konvinti li hekk se jkompli jagħmel għada.
BAĠIT 2009 Il-Malta Employers Association iddeskriviet dan il-baġit bħala “bland” jiġifieri baġit bla togħma ta’ xejn. Qalet li l-miżuri mħabbra kienu superfiċjali u l-Gvern b’mod ċar mar għal firxa ta’ miżuri imma li m’għandhom ebda sustanza. Għalhekk m’hemm ebda miżuri spettakolari.
Mhux biss kienu jitressqu baġits mingħajr wisq inċentivi, iżda l-poplu kien mifni bl-ogħla kontijiet tal-enerġija
SCICLUNA MELA L-BUT LI KIEN BATTAL FENECH Bidla oħra minn żmien baġits ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti hija dik fil-qagħda finanzjarja tal-pajjiż. Dan riżultat ta’ baġits li għalkemm għenu lin-nies qatt ma kienu kapriċċużi bi flus li l-Gvern m’għandux għax it-twemmin li d-dejn iħallsuh uliedna u wlied uliedna ilu li spiċċa. Lejlet il-baġit l-aktar statistika riċenti tindika li l-qagħda finanzjarja tal-Gvern hija bla preċedent fl-istorja ta’ pajjiżna. Fil-fatt fi tmiem l-ewwel tmien xhur tal-2019, ilFond Konsolidat kellu surplus ta’ kwazi €84 miljun. Din kienet it-tieni darba fl-istorja (wara l-2017) meta l-Gvern irreġistra surplus fil-Fond Konsolidat matul l-ewwel tmien xhur tas-sena. Imma s-surplus fl-2019 huwa d-doppju ta’ dak miksub fl-ewwel tmien xhur tal-2017. Ir-riżultati miksuba fl-aħħar snin jikkuntrastaw bilkbir ma dawk taħt amministrazzjonijiet differenti. Fil-fatt l-akbar defiċit li qatt kellu l-Fond Konsolidat matul l-ewwel tmien xhur tas-sena kien fl-2009. 10 snin ilu l-Fond Konsolidat kellu defiċit ta’ aktar
minn €345 miljun. Li jfisser li kkumparat ma’ 10 snin ilu l-qagħda tal-finanzi pubbliċi tjiebet bi kważi €430 miljun. Ir-riżultat miksub fl-2019 huwa wkoll €87 miljun aħjar minn dak miksub fl-ewwel tmien xhur tal-2018. Min-naħa kien hemm żieda ta’ €446 miljun fid-dħul tal-Gvern, xprunat minn żidiet fid-dħul mill-income tax (€150 miljun), kif ukoll mill-bolla (€63 miljun), VAT (€99 miljun), u grants (€117 miljun). Fuq in-naħa l-oħra kien hemm żieda ta’ €271 miljun fl-ispiża rikurrenti. Kompliet ukoll iż-żieda qawwija fl-investiment pubbliku, li fil-fatt laħaq livell €100 miljun aktar mill-2018. Dan l-aħħar, fid-dokument ta’ qabel il-baġit l-Oppożizzjoni ħarġet kontra ż-żieda fl-ispiża rikurrenti tal-Gvern. Dan mingħajr ma speċifikat liema spiża rikurrenti għandha titnaqqas. Ħarsa lejn l-istatistika uffiċjali tindika li miż-żieda fl-ispiża fuq pagi mal-Gvern, €8 minn kull €10 minfuqa marru fuq pagi fis-settur tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tal-ordni pubblika. Dan ifisser li l-Oppożizzjoni trid li dawn
is-setturi essenzjali jitnaqqsu. Il-galbu fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi fl-aħħar snin wassal biex l-ispiża fuq imgħax fuq id-dejn nazzjonali fl-2019 waqgħet bi kwazi €13-il miljun ikkumparat ma’ sena qabel. Dan jikkuntrasta bilkbir għal dak li kien iseħħ taħt amministrazzjonijiet preċedenti, fejn l-ispiża fuq l-imgħax fuq dejn pubbliku kienet tkun l-aktar spiża li tiżdied b’rata mgħaġġla. Id-dejn tal-Gvern ċentrali f ’Awwissu 2019 fil-fatt kien €127 miljun anqas milli kien fl-istess xahar tal-2017. Dan minkejja li tul dan iż-żmien il-Gvern ħareġ madwar €291 miljun f ’bonds b’imgħax għoli għall-pensjonanti. Kieku l-Gvern ma daħħalx dan is-self b’aspett soċjali, kieku kkumparat mal-2017 id-dejn tal-Gvern ċentrali kien ikun kważi 8% anqas. Filwaqt li jinvesti aktar, il-Gvern qiegħed iħalli legat ta’ anqas dejn għall-ġenerazzjonijiet futuri. B’hekk il-Gvern qiegħed ikompli b’politika li tibni futur aħjar għall-familji u għan-negozji ta’ pajjiżna.
06
13.10.2019
kullhadd.com
IL-GVERN GĦANDU JŻOMM L-GĦAQAL FIL-FINANZI PUBBLIĊI • LEJLET IL-BAĠIT JITKELLEM IL-KAP TAD-DIPARTIMENT TAL-EKONOMIJA FL-UNIVERSITÀ TA’ MALTA
Lejlet li l-Gvern iressaq il-baġit għas-sena d-dieħla Dr Philip Von Brockdorf qal malgazzetta KullĦadd li huwa importanti ferm li l-Gvern jieħu ħsieb ukoll li Malta żżomm l-istabbiltà finanzjarja li għandha. Tenna li din mhix ħaġa faċli għalkemm il-Gvern ta’ pajjiżna qed jirnexxielu jagħmilha b’suċċess. “L-istabbiltà fil-finanzi pubbliċi hi ta’ importanza kbira speċjalment għal Malta bħala membru taż-żona ewro fejn il-politika monetarja titħaddem b’mod awtonomu mill-Bank Ċentrali Ewropew filwaqt li l-politika fiskali, li hi responsabbiltà tagħna bħala pajjiż, trid bilfors tikkonverġi mal-politika monetarja. Din mhix daqshekk faċli u tirrikjedi dixxiplina u governanza fil-finanzi pubbliċi. F’pajjiżna hekk qed jiġri u xhieda ta’ dan huma s-surpluses reġistrati f ’dawn l-aħħar snin,” qal l-espert tal-ekonomija. Minn għada ħafna jkunu qed jistennew miżuri diretti ta’ kif se jgawdu huma. Iżda, ilMaltin u l-Għawdxin għandhom bżonn ukoll li l-finanzi ta’ pajjiżhom jitmexxew bil-għaqal għax inkella l-pajjiż ma jibqax jimxi ’l quddiem. “Id-dixxiplina u l-governanza fil-finanzi pubbliċi huma neċessarji bħalma hi neċessarja tmexxija bil-għaqal ta’ familja. Mingħajr għaqal u attenzjoni ta’ kif jintefqu l-flus, il-familja tispiċċa titfarrak u hekk jiġrilu pajjiż jekk il-Gvern li qed imexxih ma joqgħodx attent, jonfoq kemm jiflaħ u jiddejjen bla rażan,” kompla jgħid Von Brockdorf. Żied li l-fatt li Malta hi memb-
ru taż-żona ewro għen biex il-Gvern Malti jimplimenta politika ta’ stabbiltà fiskali u tkabbir ekonomiku fl-istess waqt. “Dawn jikkumplimentaw lil xulxin u hekk rajna f ’dawn l-aħħar snin għaliex minkejja li kellna tkabbir ekonomiku straordinarju dan it-tkabbir kien dovut l-aktar għall-investiment u l-konsum privat. Naturalment, ir-rwol tal-Gvern baqa’ importanti biex jagħti direzzjoni ekonomika u ma jgħabbix piżijiet ġodda lis-settur privat. Fl-istess waqt, il-Gvern rażżan id-defiċit u niżżel ukoll, bħala perċentwali tal-Prodott Gross Domestiku, id-dejn pubbliku,” kompla jkun spjegat filwaqt li saret enfasi fuq xi jfisser dan b’mod konkret. Saħaq li s-sostenibbiltà fil-finanzi pubbliċi tfisser ukoll li pajjiżna jista’ jibqa’ jżomm isservizzi soċjali bħall-pensjonijiet fil-forom kollha tagħhom, servizzi oħra bħas-saħħa, kura soċjali kif ukoll dawk imsejħa in kind services li huma daqstant importanti daqs iċ-ċekkijiet li jirċievu eluf ta’ pensjonanti. Eżempju ta’ in kind service hu l-home help għall-anzjani. Min jirċievi ċekk tal-pensjoni jew benefiċċju ieħor jippretendi li se jibqa’ jirċievi dan il-benefiċċju sakemm ikun ħaj. “Din ir-relazzjoni bejn gvern u min qed jirċievi l-benefiċċju tissejjaħ kuntratt soċjali. Għalkemm ma hemmx kuntratt formali bħal meta jsir kuntratt għal xiri ta’ proprjetà għand nutar, il-Gvern għandu obbligu politiku li jipprovdi servizzi soċjali u min qed jirċievi l-benefiċċju jiddependi
għall-għajxien tiegħu jew tagħha minn dak l-obbligu. Mingħajr dixxiplina u għaqal fl-amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi, jista’ jiġri bħalma ġara fil-Greċja li l-kuntratt soċjali bejn gvern u benefiċjarju jkun mhedded. Dan irid jiġi evitat għalkollox f ’pajjiżna,” wissa l-bniedem li minn taħtu jgħaddu għexieren ta’ studenti tal-ekonomija. Żied li d-dixxiplina fiskali u s-sostenibbiltà finanzjarja huma neċessarji wkoll sabiex inħarsu l-interessi tal-ġenerazzjonijiet futuri u mhux ngħabbu piżijiet kbar fuq uliedna u t-tfal tagħhom. “Pajjiżna jrid bilfors iħares ’il quddiem u s-sostenibbiltà finanzjarja tgħin ukoll biex il-Gvern joħloq u jappoġġja inizjattivi biex intejbu l-produttività, nisfruttaw teknoloġiji ġodda, u nkomplu nattiraw investiment barrani u lokali. Mill-banda l-oħra f ’każ ta’ xokk ekonomiku minħabba kriżi internazzjonali, pajjiżna jkun f ’pożizzjoni aktar b’saħħitha meta l-Gvern qed jirreġistra surpluses fil-kontijiet pubbliċi. Kif fissirt akar qabel, it-tkabbir ekonomiku ma jista’ qatt ikun kontinwu jekk il-finanzi pubbliċi mhumiex sostenibbli. Din hi l-politika li pajjiżna għandu jibqa’ jħaddan,” temm Philip Von Brockdorf lejlet li l-Gvern ikompli jifrex il-pjan ekonomiku tiegħu.
07
13.10.2019
kullhadd.com
MALTA REĠGĦET KLASSIFIKATA BĦALA L-AKTAR EKONOMIJA STABBLI Rapport maħruġ mill-World Economic Forum reġa’ kkonferma li fejn tidħol stabbiltà ekonomika, pajjiżna huwa mal-aqwa fid-dinja. Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li fiha pajjiżna kiseb dan ir-riżultat prestiġjuż. Dan ir-ranking isir ta’ kull sena skont metodoloġija żviluppata minn ekonomisti ta’ fama mondjali u applikata fuq indikaturi ta’ statistika uffiċjali kif ukoll fuq riżultati ta’ stħarriġ fost għexieren ta’ eluf ta’ CEOs minn madwar id-dinja. Ta’ min ifakkar li fl-2012 pajjiżna kien jinsab fil-71 post fil-klassifika mondjali. Fil-fatt, dak iż-żmien il-Kummissjoni Ewropea kienet anke poġġiet lil pajjiżna taħt “in-depth review” għax kienet inkwetata fuq il-qagħda ekonomika ta’ Malta. B’kuntrast, għal sentejn konsekuttivi esperti mondjali issa qed jagħżlu lil pajjiżna bħala dak bl-akbar stabbiltà ekonomika. Fost il-fatturi li l-aktar ikkontribwixxew għal dan it-titjib wieħed jinnota t-tnaqqis fil-piż tad-dejn pubbliku u d-defiċit, kif ukoll it-tnaqqis fl-inflazzjoni. Il-piż tad-dejn nazzjonali fil-fatt f ’anqas minn żewġ leġiżlaturi ser ikun tnaqqas bin-nofs, filwaqt li kien akku-
mulat fond nazzjonali ta’ diversi mijiet ta’ miljuni għal żvilupp ekonomiku u soċjali. Fl-istess ħin l-inflazzjoni f ’pajjiżna hija kważi n-nofs ta’ dik osservata fl-aħħar amministrazzjoni qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013. Skont il-World Economic Forum, Malta hija t-38 l-aktar pajjiż kompetittiv fid-dinja. Dan meta fil-Global Competitiveness Report maħruġ fl2012 pajjiżna kien jinsab fis-47 post. Minbarra t-titjib fl-istabbiltà ekonomika, aspett ieħor fejn skont l-esperti internazzjonali kien hemm qalba għall-aħjar f ’pajjiżna kien fl-effiċjenza tal-qasam tax-xogħol. Fl-2012 konna fit-92 post fid-dinja, mentri llum pajjiż-
Il-piż tad-dejn nazzjonali fil-fatt f’anqas minn żewġ leġiżlaturi ser ikun tnaqqas bin-nofs
Ir-rapport tal-lum hu ferm aħjar minn ta’ żmien Gvernijiet Nazzjonalisti
na tela’ fil-31 post. Dan jirrifletti l-bidliet sostanzjali li seħħew f ’dan il-qasam, b’miżuri bħaċ-childcare b’xejn u t-tapering tal-benefiċċji soċjali, flimkien ma’ programmi bħall-garanzija għaż-żgħażagħ li wasslu għall-parteċipazzjoni
ferm ogħla u tnaqqis qawwi filqgħad. Fil-fatt, skont il-World Economic Forum, pajjiżna huwa fil-15-il post fejn tidħol il-kwalità tal-politika biex innies ikunu attivi fix-xogħol. Fil-qasam tal-innovazzjoni wkoll kien hemm titjib qaw-
wi tant li issa nikklassifikaw fis-37 post, kontra s-46 post fl-2012. Dan jirrifletti l-kwalità tal-industriji ġodda li ġew attirati lejn pajjiżna. Malta filfatt ġiet iklassifikata fil-25 post fejn tidħol l-adozzjoni tat-teknoloġija tal-informatika.
08
13.10.2019
kullhadd.com
8,000 TALJAN GĦALL-KUNĊERT TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Persuni li jaħdmu fl-industrija tad-divertiment baqgħu impressjonati bl-ammont kbir ta’ Taljani li ġew għall-kunċert tal-ġimgħa l-oħra fuq il-Fosos tal-Furjana. Saħansitra kien innotat kif żdiedu l-vjaġġi minn Sqallija lejn Malta biex ikunu akkomodati dawn kollha li riedu jiġu għal dan il-kunċert organizzat. Tagħrif li kisbet din il-gazzetta jgħid li għal dan il-kunċert ġew madwar 8,000 Taljan li fuq il-Fosos raw fost l-ikbar stilel ta’ pajjiżhom f ’Malta. Il-festival ġie trażmess live fuq
bosta mezzi tax-xandir Taljani u internazzjonali b’udjenzi li laħħqu miljuni ta’ nies bi promozzjoni kontinwa fuq Malta. Iktar minn hekk fl-aħħar jiem ma waqfux jitilgħu filmati fuq il-paġna ta’ Facebook tal-organizzaturi li ġibdu l-attenzjoni tal-eluf. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi kien sodisfatt, għalkemm mhux sorpriż, b’dawn ir-riżultati. “Dan il-kunċert għamilna promozzjoni kontinwa għalih fuq numru ta’ mezzi tax-xandir fl-Italja fejn f ’reklami maħdumin
t’apposta, artisti ta’ fama internazzjonali ġew assoċjati ma’ isem Malta, u dehru xenarji mill-isbaħ ta’ Malta wkoll. Dan il-kunċert bħalu jsir wieħed simili fid-Duomo ta’ Milan u ninsabu sodisfatti li għal din l-edizzjoni ta’ Malta ġew aktar minn 8,000 barrani, bil-maġġoranza Taljani. Is-suq turistiku Taljan huwa t-tieni l-aktar suq b’saħħtu u dan irridu nsostnuh. Għaldaqstant, avveniment bħal dan ikompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn iżżewġ nazzjonijiet,” qal il-Ministru Mizzi.
IT-TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA JIBDA MINN NHAR IT-TNEJN Minn għada jibda jingħata t-tilqim b’xejn kontra l-influwenza. Għal dan il-għan il-Gvern ordna 100,000 doża ta’ vaċċin bi spiża ta’ ftit inqas minn nofs miljun ewro. L-ewwel tilqim se jingħata lil dawk il-persuni meqjusin ta’ riskju għoli, tfal ta’ taħt il-ħames snin, persuni ta’ età minn 65 sena ’l fuq, persuni b’mard kroniku, u persuni li jagħtu servizz f ’istituzzjonijiet magħluqin. It-tilqim se jingħata miċ-ċentri tas-saħħa u mill-kunsilli lokali u mat-tieni ġimgħa jibda jingħata lil kulħadd. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tnediet il-kampanja ta’ tilqim kontra l-influwenza staġjonali ta’ din is-sena u li tibqa’ sejra sal-ewwel xhur tas-sena d-dieħla. Fl-istess waqt se tkun għaddejja wkoll kampanja ta’ promozzjoni dwar x’miżuri għandhom jittieħdu biex ikun ikkontrollat kemm jista’ jkun it-tifrix tal-influwenza. L-aħjar mezz ta’ prevenzjoni kontra l-influwenza huwa t-tilqim. Għal din is-sena l-Gvern qiegħed ikabbar dan ilmezz ta’ prevenzjoni billi se jkun qed jipprovdi vaċċin li jkopri erba’ tipi differenti ta’ influwenza, tnejn tat-tip A u tnejn tat-tip B, dak li jissejjaħ quadrivalent vaccine. Fis-snin preċedenti kien jintuża t-trivalent vaccine, li kien ikopri tliet tipi. Filwaqt li s-sena li għaddiet intefqet is-somma ta’ €270,000 għal 100,000 doża ta’ vaċċin, din is-sena għall-istess ammont se tintefaq is-somma ta’ €495,000. Is-sena li għaddiet kienu amministrati 87,484 doża ta’ vaċċin, b’44% minnhom lil persuni li għandhom 65 sena jew aktar. L-influwenza, bħala marda li tittieħed, tingħata prijorità minħabba l-effett li tikkawża fuq is-soċjetà,
fuq is-sistemi tas-saħħa u fuq l-ekonomiji inġenerali. Huwa kkalkulat li globalment bejn 5 u 15% tal-popolazzjoni tintlaqat minnha u kull sena huwa stmat li tħalli 300,000 fatalità. Huwa appella biex it-tilqim jittieħed kemm jista’ jkun kmieni, idealment matul Ottubru u Novembru biex b’hekk il-protezzjoni provduta tkun fl-aqwa tagħha għal meta jkun mistenni li l-influwenza tkun fl-eqqel tagħha, minn Diċembru ’l quddiem. F’Malta s-sitwazzjoni tinżamm taħt sorveljanza kemm fil-livell komunitarju kif ukoll fil-livell sekondarju (fl-isptarijiet). Fil-livell komunitarju titħaddem dik li tissejjaħ sentinel surveillance, fejn tobba tal-familja fil-privat kif ukoll dawk fil-bereġ u fiċ-ċentri tas-saħħa jirrappurtaw il-każijiet ta’ influwenza li jiltaqgħu magħhom. L-aħħar staġun ta’ influwenza (2018-2019) il-livelli kienu għoljin, bl-ogħla wieħed ikun ta’ 162 każ kull 1,000 ruħ. L-ogħla livell intlaħaq fit-tieni ġimgħa tas-sena 2019 (7 -13 ta’ Jannar). Dawn kienu livelli simili għal tas-sena ta’ qabel. Il-ħinijiet tat-tilqim miċ-ċentri tas-saħħa jkunu bejn it-8.00 ta’ filgħodu u s-1.00 ta’ waranofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u s-Sibtijiet mit-8.00 ta’ filgħodu sa nofsinhar. Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jkunu miftuħin ukoll mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-2.30 p.m. u s-7.30 p.m.
09
13.10.2019
kullhadd.com
RAPPORT TAL-UE BIL-FATTI DWAR IS-SALARJI TAL-GĦALLIEMA • MIĠJUBA FIX-XEJN DIKJARAZZJONIJIET DWAR IL-PAGI TAL-GĦALLIEMA • META KKUNSIDRATA L-INFLAZZJONI KIEN HEMM PAJJIŻI FEJN SAĦANSITRA NAQSU Il-pagi tal-għalliema f ’Malta jiċċaqalqu kull sena riżultat ta’ żewġ ftehimiet kollettivi li kienu ffirmati mal-Gvern fl-aħħar snin. Dan b’kuntrast mas-sitwazzjoni f ’numru sostanzjali ta’ pajjiżi Ewropej fejn m’hemmx mekkaniżmu li b’mod awtomatiku jżid il-pagi kull sena. Żvela dan rapport tal-Unjoni Ewropea li analizza fid-dettall il-qagħda tal-għalliema fl-Unjoni Ewropea liema rapport juri wkoll li fis-sena 2017/2018 kien hemm disa’ pajjiżi Ewropej fejn meta wieħed jikkunsidra r-rata tal-inflazzjoni jsib li kien hemm tnaqqis fis-salarji tal-għalliema. F’Malta, jgħid ir-rapport, kien hemm żieda sinifikanti fis-salarji tal-għalliema u hawn pajjiżna jissemma f ’lista mad-Danimarka, l-Iżvezja u l-Iżlanda li wkoll raw titjib sostanzjali riżultat ta’ ftehim kollettiv għall-għalliema. Fil-każ ta’ Malta nħass ukoll l-effett pożittiv għall-ħaddiema tas-
servizz pubbliku. Minkejja din il-bidla, il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, iddikjara li x-xewqa tiegħu tibqa’ li dan il-Gvern ma kellux jibda jinnegozja mal-għalliema wara li kienu tħallew tant lura. Ir-rapport tal-Unjoni Ewropea jġib fix-xejn ukoll rapporti f ’midja lokali li s-salarji f ’Malta huma l-agħar fl-Ewropa. Is-salarji f ’Malta mqabbla ma’ pajjiżi ġirien juru li salarji f ’Malta huma ħafna aħjar minn dawk fil-Greċja u fl-istess ilma tal-Italja. L-għalliema fi Franza għandhom salarji ftit ogħla iżda l-istess rapport isemmi kif meta wieħed iqis kemm hija r-rata ta’ taxxa, għalliem f ’Malta jieħu kważi daqs kollega fi Franza. Ta’ min jinnota li filwaqt li fl-2017 għalliem fi skala 7 kien jieħu ftit inqas minn €27,000 jekk ikun ilu 20 sena jgħallem fl2021 dan se jkun tela’ għal €34,500. Żieda
ta’ €6,500. F’każ li wieħed ma jkunx ilu 20 sena jgħallem id-differenza se tkun ta’ €2,000 inqas. Dan għax il-ftehim kollettiv il-ġdid introduċa allowance ta’ €2,000 fis-sena għal dawk li ilhom iktar minn 20 sena għalliema. Għall-ewwel darba daħlu wkoll dawk magħrufa bħala Work Resources li bdew minn €350 fis-sena s-sena li għaddiet u sal-2021 ikunu telgħu għal €700. Minkejja dan, meta tkellem fil-Parlament din il-ġimgħa l-Ministru Bartolo kien sensittiv ħafna għall-isfidi u l-ħtiġijiet tal-għalliema fid-dinja tal-lum, anke jekk dan ir-rapport juri li Malta għandha fost l-inqas sfidi f ’dak li hu numru ta’ għalliema. Fil-fatt, tista’ tiżvela l-KullĦadd, għax konxju minn dan, il-Ministeru għall-Edukazzjoni mistenni jħabbar ukoll għadd ta’ miżuri b’rabta mas-sigurtà u l-imġiba fl-iskejjel.
11
13.10.2019
kullhadd.com
DALLI MAT-TOP PERFORMERS • ANALIŻI TAL-POLITICO TPOĠĠIHA FOST L-AQWA LI MARRU FIS-SMIGĦ TAL-KUMMISSARJI EWROPEJ Helena Dalli, in-nominata ta’ l-Prim Ministru Joseph Muscat favur il-kandidatura ta’ Dalli Malta għall-Kummissjoni Ewro- kif minkejja l-wegħda tal-Par- kien hemm min ħadem kontra pea, tpoġġiet mat-top perform- tit Nazzjonalista li se jaħdem tagħha. ers mis-sit elettroniku influwenti ħafna POLITICO. Issa li spiċċaw is-sessjonijiet ta’ smigħ kollha saret analiżi dettaljata ta’ kif marru dawk li l-gvernijiet talpajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea nnominaw biex ikunu parti mill-Kummissjoni Ewropea ta’ Ursula Von Der Leyen. Helena Dalli tpoġġiet fl-istess klassi ta’ Frans Timmermans, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar ħames snin u persuni oħra li għandhom esperjenza kbira jew fl-istess Kummissjoni Ewropea jew fil-politika. Skont il-POLITICO l-aqwa mument ta’ Helena Dalli, li se tkun qed tieħu ħsieb id-dekasteru tal-ugwaljanza, kien meta MEP minn grupp tal-lemin estrem issuġġeriet li l-fatt li wieħed iħalli lill-persuna tagħżel il-ġeneru tagħha se jirrovina r-regoli tal-isport. Dlonk kienet soda Helena Dalli li qalet li din żgur mhix xi deċiżjoni kapriċċ (“not a walk in the park”) u kien hemm iċ-ċapċip ta’ dawk fis-sala. L-aqwa kwotazzjoni tagħha kienet dik li s-seklu 21 għandu jkun is-seklu tan-nisa. Il-verdett tal-POLITICO kien ċar: “Ix-xhieda b’saħħitha u personali ta’ Dalli impressjonaw l-MEPS u fi ftit sigħat kien ċar li kellha l-maġġoranza meħtieġa biex tkun ikkonfermata.” Dan il-verdett ċar kristall u b’saħħtu favur Helena Dalli jikkonferma l-ewwel reazzjonijiet li kien hemm mill-gruppi politiċi tas-soċjalisti u d-demokratiċi u l-ħodor. Jikkuntrasta ma’ dikjarazzjonijiet minn MEPs tal-Partit Popolari Ewropew li minnu huwa parti l-Partit Nazzjonalista. Saħansitra kien hemm kritika qawwija lejn Helena Dalli minn esponenti tal-Partit Nazzjonalista u semmiegħa fuq l-istazzjon NET FM. Dan biex tkun imminata l-kandidatura tagħha. Xi ħaġa li saret ukoll qabel, waqt u wara s-smigħ minn esponenti tal-istess partit. L-MEP David Casa kien l-ewwel wieħed li qabel is-smigħ beda jpoġġi kundizzjonijiet u Karol Aquilina, deputat Nazzjonalista, beda jattakkaha waqt li kienet qiegħda fil-Parlament Ewropew. Il-Ħadd li għadda kkummenta
12
13.10.2019
kullhadd.com
AKTAR MINN ETIKETT it-tajjeb u kemm il-ħażin sabiex l-istorja żżommha kemm jista’ jkun reali. Kif tiddeċiedi li tiftaħ tieqa f ’ħajtek, trid tiftaħha sħiħa.
Għalkemm ħajjet il-ġenitur mhijiex waħda faċli, hija wkoll waħda miżgħuda b’mumenti mill-isbaħ. Sefora Tabone hija l-moħħ wara l-paġna I am Diego, pjattaforma fuq Facebook dedikata lil binha: Diego għandu l-awtiżmu, iżda flimkien ma’ ommu jinsab fuq avventura sabiex mhux biss jitfa’ dawl fuq il-kundizzjoni li għandu iżda biex saħansitra juri li jista’ jgawdi tfulitu bħal kwalunkwe tifel jew tifla tamparu. Hawnhekk, Sefora taqsam magħna l-esperjenza tagħha bħala omm, kif ukoll id-diffikultajiet u l-għeġubijiet li ġġib l-għażla li tiddokumenta ħajjet binha fl-eqqel ta’ żgħoritu.
Ġieli inzertajt xi reazzjonijiet mingħand il-ġenituri stess?
Kitba ta’ KURT GABRIEL MELI Kemm ilek li ftaħt il-paġna fuq Facebook u x’ħeġġek tagħmel hekk? Dan kollu beda minn post li tellajt madwar sena ilu: sfortunatament kienet esperjenza mhux daqshekk sabiħa li kellna meta konna qed nixtru l-uniformi tal-iskola ta’ Diego. Minn hemm ħadt id-deċiżjoni li naqsamha man-nies sabiex inqajjem kuxjenza dwar l-affari, u kif rajt li r-rispons kien wieħed kbir ħafna, tnisslet l-idea li noħloq blogg. L-awtiżmu ġeneralment ma jkunx xi ħaġa “viżibbli”, allura sakemm ma tkunx qed tgħaddi minnu inti stess ikun pjuttost diffiċli sabiex tifhem il-kundizzjoni nnifisha kif tkun. Naħseb li permezz tal-paġna, Diego qed jagħti wiċċ lill-awtiżmu għaliex issa kull min isegwih jista’ jirrelata ftit miegħu. Fl-aħħar mill-aħħar mhux kulħadd l-istess, iżda naħseb li n-nies għandhom iċ-ċans jidħlu kemxejn fiż-żarbuna tagħna bħala familja. Hawn diversi diżabilitajiet li ma tindunax bihom mal-ewwel daqqa t’għajn, u importanti li aħna nkunu konxji tagħhom biex ma niġġudikawx. Meta tara t-tfal mitluqin mal-art jew jiġbdu x-xagħar tal-ġenituri tagħhom, faċli tistagħġeb kif ommhom jew missierhom iħalluhom jagħmlu hekk, mentri fil-verità ma tkunx taf l-istorja kompluta. F’liema sitwazzjonijiet Diego jaġixxi differenti minn ħaddieħor? Diego ma tantx għandu sens ta’ x’inhu perikoluż u x’mhux. Jekk inkunu għaddejjin barra jaf jaqbad u jaqsam, hemm jew m’hemmx karozzi fit-triq. Barra minn hekk, ta’ spiss ikun irid jiġri minflok jimxi. Meta noħorġu bih ta’ spiss ikun fil-pushchair, u għalkemm
ħafna nies jaħsbu li hu kbir wisq għaliha, aħna nqisu s-sigurtà tiegħu bħala prijorità. Jiena kieku nixtieq nidħol il-Belt u nimxi miegħu qisu xejn mhu xejn, imma mhux dejjem ikun possibbli. Ta’ tifel li hu, ġieli lanqas ikun irid joqgħod fil-pushchair. Ħafna jistaqsuni għaliex ma naqbadx u nħallih jiġri waħdu, iżda trid tqis l-ambjent li jkun ġo fih, speċjalment ġol-ħwienet. Filwaqt li jħoss il-bżonn li jesprimi ruħu b’modi differenti, kultant ma jkunx jista’ jifhem ir-raġuni għaliex pereżempju niffurmaw parti minn kju, u għalhekk jaġixxi b’mod li ħaddieħor ma jkunx qed jistenna.
Hawn diversi diżabilitajiet li ma tindunax bihom mal-ewwel daqqa t’għajn, u importanti li aħna nkunu konxji tagħhom biex ma niġġudikawx
Kont tal-fehma li nies bl-awtiżmu dejjem jevitaw il-kuntatt bl-għajnejn, allura meta kont nara lil Diego jagħmel hekk kont eliminajt il-possibilità ta’ awtiżmu minn moħħi: fil-verità, mhux it-tfal kollha b’awtiżmu jaġixxu l-istess. Meta wieħed jirċievi djanjożi, Nies bl-awtiżmu jkunu jafu dak li jkun ta’ spiss jiġi x’qiegħed jiġri madwarhom. ttimbrat bil-kundizzjoni u xejn Għalkemm jaf naraw il-kundizaktar. Kull individwu, fl-aħħar zjoni minn perspettiva li dejjem mill-aħħar, individwu jibqa’. ikunu maqtugħin f ’dinja għaliDiego xi jħobb jagħmel fil-ħin hom, huma sempliċiment għandliberu tiegħu? hom mod individwali kif iħarsu lejn il-ħajja, iżda dejjem ikunu Huwa eżattament għalhekk li konxji ta’ kif in-nies ikellmuhom ddeċidejt li nsemmi l-paġna I am u jaġixxu magħhom stess. Diego: Diego mhuwiex l-awtiżmu, Diego huwa Diego. Iva, Hemm xi kummenti li tħoss l-awtiżmu jifforma parti kbira li mhumiex xierqa jew li minnu, iżda mhuwiex kollox. Di- m’għandhomx jintqalu? ego jħobb jgħum u jipparteċipa fil-logħob tal-ilma, u għalkemm Nammetti li jiena stess ħatja li għandu l-mod tiegħu ta’ kif ġieli spiċċajt nuża xi kliem bħal jaġixxi, huwa jħobb ħafna jilgħab “miskin”, però naħseb li imporbħat-tfal l-oħrajn kollha. Huwa tanti jitqies ukoll il-kuntest fejn jħobb ħafna l-karozzi u l-muturi dan il-kliem jintuża. Min-naħa – tant illi lanqas jista’ jara mutur li l-oħra, ġieli inzertajt xi nies jaħsma jkunx irid jaqbad u jitla’ fuqu! bu li kif jikber Diego se joħroġ M’hemm xejn ta’ barra minn mill-awtiżmu bħallikieku xi fażi, hawn: għandu l-istess gosti bħat- jew anki ma jaċċettawx il-kuntfal tal-klassi tiegħu. dizzjoni għalkollox. Jiena nixtieq l-aħjar għal ibni, u kieku stajt kont X’inhuma xi ideat żbaljati nagħżel li ma jiltaqa’ mal-ebda li ltqajt magħhom rigward ostaklu f ’ħajtu. Id-diffikultajiet l-awtiżmu? huma reali u nkunu qed ngħaddu minnhom, allura xi kummenJiena stess kelli xi ideat żbalja- ti bħal dawn kapaċi jweġġgħuk: ti dwar il-kundizzjoni fil-bidu. il-kundizzjoni hija għal għomru,
u aħna lkoll irridu nitgħallmu ngħixu biha. Meta ma jkunux konxji tal-kundizzjoni, xi nies jittimbraw lil Diego bħala tifel imqareb, iżda l-kummenti li jolqtuni l-aktar jiġu minn dawk li jafu bil-kundizzjoni u xorta jgħidu dak li semmejt. Ġieli jiġu min-nies li jħobbuk u jixtiqulek il-ġid, iżda int li tkun għaddejja minnha tħossha ftit mhux ħażin. Il-paġna kważi laħqet id9,000 segwaċi. X’reazzjonijiet qanqalt minn mindu ftaħtha?
Kultant ninzerta xi ġenituri li jkunu qed jissuspettaw b’xi karatteristiċi tal-awtiżmu: jiena m’iniex professjonista minkejja l-ftit esperjenza li għandi, u għalhekk nagħmel ħilti li nidderiġihom għand in-nies li kienu ta’ għajnuna għalina. Imbagħad insib xi ġenituri li diġà rċivew id-djanjożi, fejn jitolbuni pariri dwar l-attitudni li għandhom jaddottaw ma’ wliedhom. Il-pjattaforma tagħna tagħtini sens ta’ sodisfazzjon għaliex min-naħa żgħira tiegħi nista’ ngħid li nkun għent lil xi ħadd. Jibagħtulna wkoll ġenituri li għalkemm ma ġewx wiċċ imb wiċċ mal-awtiżmu, xorta waħda jieħdu gost isegwu l-avventura tagħna u jgħaddulna kliem ta’ inkoraġġiment. Meta nħossni mdejqa, sikwit nikkuntenta ruħi bil-pożittività li għandna ġewwa din il-komunità ċkejkna li ħloqna. Liema huma l-aktar mumenti ibsin f ’din l-esperjenza ta’ ġenitur? Meta twieled Diego ma konniex għadna konxji bil-kundizzjoni, u l-aktar żmien stressanti beda hekk kif irċivejna d-djanjożi uffiċjali. Bħal kull ġenitur, inti tkun qed tittama li dan kulma jkun ftit dewmien fl-iżvilupp, iżda kif tasallek il-konferma trid tibda l-proċess li taċċetta r-realtà. Tkun diffiċli għaliex lanqas taf minn fejn għandek tibda, x’passi trid tieħu, kif trid iġġib ruħek, u l-bqija. Biż-żmien, it-tifel stess kien dak li għallimni x’għandi u x’m’għandix nagħmel. Min-naħa tiegħi dejjem inkun qed nistaqsi u nitlob pariri mingħand ħaddieħor, anki nisma’ affarijiet li ma tantx inkun irrid nisma’, għaliex dejjem nagħmlu bil-ħsieb li dan se jkun ta’ ġid għalih. Hija diffiċli sakemm tidra u trabbi qoxra, u fil-bidu kont sensittiva għal kollox. Min jaf kemm-il darba ġġilidt ma’ ommi stess meta kienet tiżvela l-kundizzjoni tat-tifel ma’ kulħadd biex tispjegalhom l-imġiba tiegħu. Illum il-ġurnata mhux talli qed ngħid x’għandu t-tifel, imma talli qed naqsam ħajjitna pubblikament. Kienet sfida biex nitgħallem kif għandi nikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħi.
Xi ħaġa pożittiva ħafna hija li diversi pjattaformi oħrajn jagħżlu li jxerrdu dak li nkunu qed intellgħu; jiena personalment m’iniex nagħmilha għall-viżibbiltà, iżda għall-iskop li nqajjem kuxjenza. Naħseb li ħafna japprezzaw il-fatt li prattikament daħħalna n-nies ġewwa d-dar tagħna, fejn sirt naqsam magħhom diversi aspetti mill-ħajja personali tiegħi bħala omm, kemm l-affarijiet tajbin u kemm dawk ħżiena. Mhux dejjem inkun ferħana u kuntenta b’dak li jkun qed jiġri: ikun hemm diversi ġranet fejn inħossni mdejqa, naqta’ qalbi u saħansitra nħoss li fallejt bħala omm – imma mbagħad ikun Min-naħa l-oħra, liema tqis li hemm oħrajn fejn kollox ikun huma l-isbaħ mumenti? għaddej b’wiċċ il-ġid. Huwa importanti li taqsam u toħroġ kemm Nitgħaxxaq nara l-innoċenza
13
13.10.2019
kullhadd.com
ta’ Diego tibqa’ kif inhi, jikber kemm jikber. L-imħabba tiegħu hija waħda pura u ġejja mill-qalb, u t-tbissima tiegħu ġenwina u onesta. M’hemm l-ebda ħsieb ħażin li jkun għaddej minn moħħu għaliex ma jafx juri wiċċ b’ieħor. Dik hija xi ħaġa li nammira ħafna fih u li nitgħallem ħafna minnha. Il-blogg, kif semmejt, iservi wkoll ta’ opportunità għal ġenituri oħrajn sabiex jaqsmu ħsushom: hemmhekk taf li se tissieħeb ma’ nies li għaddejjin mill-istess affarijiet bħalek, allura tista’ tiftaħ qalbek ma’ komunità lesta tgħinek u tegħleb il-problemi. Sirna nafu ħafna nies ġodda permezz tal-paġna li bil-mod il-mod ħloqna ħbiberija magħhom, kif ukoll ħbiberiji ġenwini ġewwa l-Inspire fejn jattendi Diego. Insib ħafna appoġġ, u minħabba f ’hekk ma nħossnix waħdi. X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar kif nittrattaw lil nies b’kundizzjonijiet differenti ġewwa Malta? Sfortunatament inħoss li għadna daqsxejn lura. Kif għedt fil-bidu, li d-diżabilità inviżibbli mhux dejjem tgħin. Xi ħadd b’siġġu tar-roti
mill-ewwel tagħraf li jkollu bżonn rampa kif għandu jkun, però hekk tibda tistaqsi jekk verament hemmx aċċessibbiltà ugwali għal nies b’diżabilitajiet inqas evidenti. Fost bosta affarijiet pożittivi bħall-ġenerożità, il-Malti magħruf mhux ħażin għal ilsienu, u għalhekk fejn jidħol li niġġudikaw ngħaġġlu ftit. Naħseb li rridu noqogħdu aktar attenti mhux biss f ’każ ta’ diżabilità imma f ’kollox, għaliex qatt ma tkun taf il-persuna minn xiex tkun għaddejja. Minn mindu ftaħt il-paġna sal-lum il-ġurnata, rajt xi kambjamenti jseħħu? Nemmen illi saru xi bidliet. Xi nies issa huma aktar konxji bil-kundizzjoni u qed joqogħdu aktar attenti fil-mod li jġibu ruħhom ma’ dawn it-tfal. Din is-sena morna s’għand l-istess ħanut għax-xiri tal-uniformi u sibna l-istaff ħafna aktar ippreparat u lest li jgħinna. Diment li Diego jkun kalm qatt ma nitolbu li naqbżu, imma ġieli jkollna bżonn meta s-sitwazzjoni tkun barra mill-kontroll tagħna. Meta tlabniehom biex nagħmlu hekk, l-istaff qalilna iva mill-ewwel kif urejniehom il-karta tad-diżabilità:
ma kellhom l-ebda mistoqsija u fehmuna fil-pront. Hemm xi messaġġ li tixtieq twassal lil ħaddieħor li forsi mhuwiex daqstant familjari mal-kundizzjoni? Li nixtieq inwassal l-aktar hija li ma niġġudikawx għaliex ma nkunux nafu minn xiex għaddejja persuna. Forsi llum il-ġurnata ċerti kummenti ma jaffettwanix daqshekk, però kieku sibtni sentejn ilu l-istess kumment kien jitfagħni l-baħar. Nixtieq nisħaq ukoll fuq l-importanza li stabbilimenti kbar jagħmlu sforz favur l-inklużjoni, diġà naraha ġewwa postijiet bħall-ajruport bis-servizz eċċellenti għall-awtiżmu li joffru, jew supermarkets li jorganizzaw siegħa apposta biex itejbu l-kundizzjonijiet għal nies bl-awtiżmu waqt ix-xiri. Fl-aħħar nixtieq inwassal messaġġ ta’ inkoraġġiment lill-ġenituri kollha. Minkejja kwalunkwe kundizzjoni, uliedek dejjem uliedek se jibqgħu. Djanjożi mhijiex etikett, iżda hija mezz eħfef sabiex tkun tista’ tassisti lit-tfal f ’dak li jkollhom bżonn.
Għalkemm jaf naraw il-kundizzjoni minn perspettiva li dejjem ikunu maqtugħin f’dinja għalihom, huma sempliċiment għandhom mod individwali kif iħarsu lejn il-ħajja
14
13.10.2019
kullhadd.com
1 Triq L-Aħħar Ħbit mit-Torok (magħrufa bħala “Taċ-Ċawsli”) – f’din it-triq bejn iż-Żejtun u Ħaż-Żabbar saret l-ewwel korsija għar-roti fiż-żewġ direzzjonijiet li hi maqtugħa għaliha mit-triq.
2 Triq Tal-Balal – il-konnessjoni ewlenija bejn in-Naxxar, Ħal Għargħur u San Ġwann, saret b’erba’ korsiji biex tnaqqsu l-konġestjoni, l-istorbju u l-emissjonijiet minn diversi toroq residenzjali fil-viċin u li jagħtu wkoll għaliha.
6 Triq Buqana – daqt jitlesta t-twessigħ ta’ din it-triq biex tiżdied korsija ġdida fid-direzzjoni tatTramuntana, mill-Imtarfa lejn il-Mosta, u korsija ġdida għar-roti fl-istess naħa.
14-IL PRO KONT ILEK
3
7
Triq Ħal Luqa – din l-arterja bejn Santa Luċija u Ħal Luqa issa għandha korsija għallmixi u r-roti fost titjib ieħor li sarilha għal aktar sigurtà fit-triq.
6
4 Triq Reġjonali – biż-żieda ta’ żewġ korsiji, disinn aħjar tas-seba’ junctions li jmissu magħha u l-bini mill-ġdid tal-pont tal-Wied tal-Imsida tjiebu s-sigurtà u l-effiċjenza f’din ir-rotta ewlenija bejn in-naħa ta’ fuq u n-naħa t’isfel tal-pajjiż.
5 Il-Marsa Junction Project – bdew jintużaw l-ewwel żewġ flyovers minn sebgħa ta’ dan l-akbar proġett infrastrutturali li qatt sar fit-toroq f’Malta u fl-aħħar ta’ Jannar jinfetħu żewġ flyovers oħra.
Din is-sena Infrastructure Malta qed tinvesti aktar minn €64 miljun biex ittejjeb il-kwalità tar-rotot prinċipali tat-trasport li jużaw ta’ kuljum eluf ta’ persuni biex jivvjaġġaw f ’pajjiżna. Dan l-investiment huwa mifrux f ’aktar minn 14-il proġett f ’toroq arterjali b’uħud minnhom diġà lesti jew waslu biex, u l-oħrajn jintemmu fix-xhur li ġejjin jew is-sena d-dieħla. Permezz ta’ dawn il-proġetti, Infrastructure Malta qed iżżid is-sigurtà fit-toroq, tnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar, tnaqqas it-tniġġis tal-arja u
7 Vjal il-Labour – bil-bini ta’ roundabout ġdida ħdejn il-Mosta Technopark, tnaqqsu r-riskji ta’ aċċidenti f’din iż-żona fejn jiltaqgħu għadd ta’ toroq differenti.
l-istorbju tat-traffiku fl-inħ iżżid is-sostenibilità tat-to faċilitajiet aktar siguri għal vjaġġar. L-investiment fi proġetti
15
13.10.2019
kullhadd.com
8 Santa Luċija – beda l-bini tażżewġ mini taħt ir-roundabout li se jnaqqsu drastikament ilħin tal-ivvjaġġar minn u lejn in-naħa t’isfel tal-pajjiż fir-rotta bejn Vjal Santa Luċija u Triq Tal-Barrani.
OĠETT LI TISTENNA 13
12 2
12 12
4
ħawi tal-madwar, kif ukoll oroq fit-tul billi tintroduċi mezzi alternattivi għall-iv-
i kbar ta’ titjib fis-sistema
5 9
Il-Blata l-Bajda – qed jinbena pont għall-mixi u r-roti fi Triq San Ġorġ Preca biex jipprovdi aċċess aktar sigur u eħfef lil dawk li jimxu u liċ-ċiklisti, kif ukoll għal dawk li jirkbu tal-linja.
11 Vjal l-Avjazzjoni – qed jinbena wkoll pont biex jagħmilha aktar faċli għal dawk li jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota minn u lejn diversi lokalitajiet madwar il-Gudja, fosthom dawk li jkunu sejrin lejn l-Ajruport u l-istudenti tal-ITS.
12
10 14
10
1 3
Kordin, Tal-Qroqq, Santa Venera u Ħal Kirkop – se jibda l-immodernizzar talmini biex jittejjeb id-dawl fihom u jsiru sistemi ta’ sigurtà u oħrajn għal każi t’emerġenza.
8
11 12
13 tat-toroq arterjali se jissokta fis-snin li ġejjin tant li diġà hemm ippjanati proġetti oħrajn ġodda. Dan fl-istess waqt li Infrastructure Malta se tkompli twettaq l-investiment apparti dak ta’ €700 miljun biex f ’seba’ snin tibni mill-ġdid it-toroq residenzjali, u ħafna ħidmiet oħrajn biex ittejjeb it-toroq rurali, toħloq spazji miftuħin ġodda msebbħin b’siġar u pjanti kif ukoll ittejjeb l-infrastruttura marittima madwar il-kosta.
9 Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas – dawn iż-żewġ toroq li jiffurmaw ir-rotta ewlenija bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa qed jitwessgħu għal erba’ korsiji u biex issir korsija għar-roti mifruda mit-triq.
Triq il-Kosta – se tinbena roundabout biex jonqsu r-riskji ta’ ħabtiet fil-junction bejn din it-triq, Triq Sant’Andrija u toroq residenzjali f’Pembroke u l-High Ridge (ilMadliena).
14 Triq Ħal Qormi – qed isirilha titjib biex tiżdied ukoll l-effiċjenza f’din it-triq arterjali prinċipali bejn Ħal Qormi, Santa Venera u l-Marsa.
16
13.10.2019
kullhadd.com
STUDENT LI SE JFAKKAR ‘L-IMGĦALLEM E.V. Borg hu magħruf bħala kritiku ewlieni tal-arti f’Malta. Twieled l-Imdina fl-1945 u studja l-arti ma’ Karmenu Tonna, George Borg, Esprit Barthet u Carmelo Mangion. Iżda l-aktar li baqa’ jimpressjonah bil-kbir kien Esprit Barthet, li mill-ubbidjenza ta’ bejn student u għalliem nibtet ħbiberija enormi permezz tal-arti. U x-xahar id-dieħel, E.V. Borg beħsiebu jorganizza l-akbar wirja b’risq mastru Malti kbir tal-arti. Għalhekk iltqajt miegħu biex nikseb aktar informazzjoni. minn Charles B. Spiteri
Din se tkun aktar minn speċjali Emanuel. Naf li beħsiebek tippreżenta xi ħaġa lokali ma ddumx fuq dimensjoni speċjali. X’se tkun? Aktar minn speċjali, din se tkun wirja partikulari, għax se niċċelebraw il-100 sena mit-twelid tal-artist Malti Esprit Barthet. Allura se jkun hemm il-ktieb li għadni kemm ippubblikajt fuqu u li fl-ewwel paġni hemm il-venues tal-ewwel żewġ wirjiet kbar li se nagħmel – waħda fil-Cavalieri Art Hotel, li tiftaħ is-Sibt, 16 ta’ Novembru u l-oħra, li se tkun unika, għax rabtuni li tkun unika, fil-bini tal-Parlament Malti fil-Belt Valletta, fi Frar-Marzu. Il-wirjiet mhux se jkunu l-istess. Waħda se tkun, biex ngħid hekk, retrospettiva, għax se tiġbor snin twal tal-karriera ta’ Barthet; l-oħra ser tkun speċifika. Iżda x’ġibdek l-aktar lejn Barthet, għax fi żmienu kien hawn artisti oħra, mhux hekk? Jien ferħan ħafna b’li se nagħmel, għax inqisu b’unur għalija, peress li l-familja tiegħu xtaqitni norganizza xi ħaġa f ’għeluq il-100 sena minn twelidu u ħalliet f ’idejja mingħajr ebda ndħil. Kienet xewqa reċiproka. U ħames snin ilu
bdejt naħdem fuq il-ktieb. Ngħid id-dritt kienet il-ħolma ta’ ħajti, għax diġà kelli xi materjal miġbur u b’hekk ma kinitx problema tremenda. Issa l-kitba li għamilt jien, għamiltha wara li Barthet kien ħalliena. Ġbart ukoll 32 kwotazzjoni minn rivisti, minn artikli fil-gazzetti u minn kotba, fejn l-awturi lkoll jaqblu li Barthet kien bravu. Jiġifieri din m’iniex ngħidha jien biss, iżda l-kritiċi u l-korrispondenti tal-arti ta’ 50 jew 60 sena ilu. Nafu li l-kontribut tiegħu kien enormi. Naturalment hemm artisti kbar oħrajn, iżda pereżempju l-artisti Josef Calleja u George Preca, bdew il-battalja kontra dak li hu stabbilit, għax biex ngħidu hekk kienu rivoluzzjonarji. Barthet kien ftit differenti minnhom.
U forsi jien għalhekk inħobbu ħafna, għax kien saqajh malart, għalkemm kien poeta u ma ppruvax jew jgħaġġel jew jaqbeż. Fil-fatt kien stqarrli dan, peress li jien filli kont student tiegħu u filli sirt il-kritiku tiegħu. Allura jekk nikkritikah kien isabbat saqajh, jirrabja u jgħidli “x’għamiltli”. Iżda jien dejjem imxejt fuq dak li ħassejt. Il-kontribuzzjoni tiegħu tant hi kbira li nixtieq, li l-Awtorità jew il-familja tiegħu jwaqqfu fond, jew borża ta’ studju bl-isem ta’ “Esprit Barthet”, biex jibagħtu artist bravu li jista’ jistudja l-istorja tal-arti barra minn Malta. B’hekk dak l-artist jista’ jsir bniedem ta’ fama internazzjonali li jagħmel ġieħ lil Esprit aktar milli kieku jsirlu monument, statwa
L-arti hi emozzjoni. Is-suġġett m’għandux x’jaqsam fl-arti, għax l-arti mhix lingwa miktuba. Mhix marbuta ma’ ħin u spazju. Hi ’l barra minn hekk. Għax l-arti għandha tqanqlek biss u mhux iġġiegħlek tifhimha. Jekk tqanqlek togħġbok, jekk le, ma togħġbokx
jew bust tal-bronż. F’liema snin beda juri l-ħila u l-qawwa tiegħu dan l-artist? Barthet għamel pass kbir fil-bidu tas-snin 60, wara li studja b’mod akkademiku, jiġifieri t-tradizzjoni u l-esperjenza ta’ numru ta’ artisti dinjija. Hu ġabar fih l-għerf kollettiv tal-bniedem. Illum, ħafna jistqarru li tgħallmu weħidhom, ma jimpurtahomx jaċċettawhomx, mhux jikkomunikaw iridu iżda jesibixxu u mbagħad jarmu l-arti li jagħmlu. Iżda ma’ dan xejn ma naqbel, għax l-arti hi l-arti tal-mastri, li huma Rembrandt, Mikelangelo, Leonardo, Raffaello u oħrajn. B’hekk ħadd ma jista’ jgħid li se jitgħallem l-arti bla ma jagħti kashom, jew jitlaq għal rasu u jagħmel li jiftillu. Għalija, l-arti mhix oriġinali, iżda kopja tal-kopja; xi ħaġa li timita, bħalma titgħallem il-lingwa mingħand ommok bla ma taqraha u tiktibha. Għax l-arti hi kollha imitazzjoni. Iżda mbagħad, biex ikun hemm l-arti jrid ikun hemm l-ispirtu tal-bniedem li jagħmilha, li ngħidulha “the force within”. Din qalha Henry Moore, li kien qed jimita lil Mikelangelo. Semmejtli lil Josef Calleja. Dak mhux skultur l-aktar li kien?
Calleja kien pittur u skultur. Filfatt Barthet dan li ġralu. Minn pittur sar skultur, għax beda jagħmel it-tielet dimensjoni billi juża l-metall, juża l-perspex, juża l-plastik u dik kienet rivoluzzjoni f ’ħajtu, għax hu kien bniedem ta’ kuraġġ kbir u qatt ma beża’ jagħmel l-illużjoni tar-realtà fuq tila. Għalhekk bravu. U kellu diversi oqsma hux, l-astratt, still life...? Din it-tweġiba ssibha fil-katalgu tal-ktieb. Fih, jien għamiltlu 14-il sezzjoni, li fihom aktar minn 250 plate, li jkopru minn still lives, li kien famuż għalihom għar-ritratt, in-nudo u r-rooftops jew bjut. U dawn mhux biss ġibt stampi tagħhom, iżda studjajthom. Tal-familja għad għandhom arti tiegħu? Iva, għad għandhom kollezzjoni enormi, għax Esprit kien bniedem tal-familja, kellu ħafna tfal u neputijiet u kien dejjem iqassmilhom l-arti tiegħu f ’kull okkażjoni. Jien lil Barthet ma nafux, għax ma kontx nattendi l-Liċeo. Iżda meta tqabblu ma’ Gabriel Caruana, huma f ’l-istess livell?
17
13.10.2019
kullhadd.com
Jien għent ħafna lil Gabriel, iżda l-viżjoni u l-kunċett ta’ Caruana huma bil-ferm differenti mit-triq li qabad Barthet. Kien mingħalih li kien sfortunat, meta fil-fatt kien fortunat li għallmuh il-Caruana Dingli. Barthet ma setax jagħmel żbalji, għax kien espert tad-disinn, għalkemm kien kulurista, mhux grafiku. Dawn l-iżjed żewġ punti importanti: li kien espert tad-dawl u kien kulurista. Meta kien ikun ferħan, ix-xogħol tiegħu kien tassew sabiħ, mhux fis-sens popolari, iżda li kien ilkult tas-sbuħija. Barthet, flimkien ma’ Emvin Cremona u Antoine Camilleri kien xprun fil-bidu tas-sittinijiet. Dawn l-artisti flimkien, bdew moviment ġdid; kellhom aspirazzjonijiet imqanqla mix-xewqa li Malta ssir indipendenti u taw kontribut siewi biex l-arti f ’pajjiżna tieħu spinta, tieħu l-importanza li jixirqilha, u viżjoni partikulari, unika. U dan kien meta ftaħt għajnejja beraħ u rajt l-ewwel wirja tiegħu fl-1969. Kien żmien l-impressjoniżmu tiegħu, tant li l-Imħallef il-Prof. J.J. Cremona kien ivvinta l-frażi stained glass luminosity, għax dak iż-żmien Barthet kien diġà kubista. U personalment, Barthet kien qalli “jien mhux se nagħmel astratt qabel ma nagħmel il-movimenti kollha.” Għax kien kuxjenzjuż. Fil-fatt tant kien jinkwieta, li meta kien żgħir u falla bl-ispiżerija li kien fetaħlu missieru, kien isofri minn ulċera. Kien spiżjar ukoll? Le. Esprit bata ħafna l-iskola għax ma kienx iħobbha wisq. Hu ried l-arti. Imbagħad, meta weħel mill-Iskola tal-Arti wara li
għallmuh Edward u Robert Caruana Dingli, u għadda ħabibu Willie Apap, Esprit ġie dahru mal-ħajt. Għalhekk, missieru ċeda għax-xewqa tiegħu u wiegħdu li se jagħmel tajjeb għalih hu. Ħallaslu u bagħtu Ruma. Iżda kien sfortunat, għax kellu jiġi lura wara sena peress li faqqgħet il-gwerra. Madankollu, Ruma għallmu Carlo Siviero, li barra li kien tradizzjonalista bħal Caruana Dingli, kien artist kbir enormi wkoll. Siviero kien realista u figurattiv u lil Barthet għoġbu, għax għalkemm jirrakkonta li kien sever, tah bażi soda. Imbagħad fl-1959 kien fortunat u bagħtuh Bath, fejn studja l-arti b’mod akkademiku. Jien se nesibixxi kważi d-disinji kollha li għamel hemm, għax il-wirja se tkun enormi; kważi 100 biċċa. Emanuel, kif tħoss li għandu wieħed iħares lejn l-arti? L-arti hi emozzjoni. Is-suġġett m’għandux x’jaqsam fl-arti, għax l-arti mhix lingwa miktuba. Mhix marbuta ma’ ħin u spazju. Hi ’l barra minn hekk. Għax l-arti għandha tqanqlek biss u mhux iġġiegħlek tifhimha. Jekk tqanqlek togħġbok, jekk le, ma togħġbokx. U biex artist ikun kapaċi, x’tara li jeħtieġ? Irid ikollu l-cognitive, l-affective u s-psycho motor. Jekk ikun marid ma jista’ jagħmel l-ebda pittura, għax irid ikollu sinkronizzazzjoni bejniethom it-tlieta. Hekk naraw li waqt li l-ballerin Nereyev, fiżżfin kien itir fl-arja u jieqaf għal sekondi, hekk kif marad bil-
Il-kontribuzzjoni tiegħu tant hi kbira li nixtieq, li l-Awtorità jew il-familja tiegħu jwaqqfu fond, jew borża ta’ studju bl-isem ta’ “Esprit Barthet”, biex jibagħtu artist bravu li jista’ jistudja l-istorja tal-arti barra minn Malta. kanċer, ma setax itir iżjed. Fit-taqsimiet tal-ktieb li se toħroġ liema hi l-iktar waħda li fiha test? Naħseb li hi dik bl-artikli li ktibt fuq Barthet meta rajt il-wirjiet tiegħu. Ma lħaqthomx kollha, għax Barthet twieled fl-1919 u jien ilħaqt mill-1970 u ktibt l-ewwel kitba tiegħi fl-1971. Kien ippreżenta wirja fil-Mużew Nazzjonali li mmeraviljatni. U dak iżżmien kont inlaħħaq mal-wirjiet kollha, għax kien ikun hemm tnejn jew tlieta f ’xahar. Issa l-ktieb, apparti li fih il-katalgu, fih partijiet interessanti ħafna u album bil-ħajja personali ta’ Barthet. Interessanti wkoll il-katalgi u l-brochures kollha ta’ ħajtu – li ħareġ hu u li ħarġu waqt wirjiet tiegħu. Allura ħafna jafuk bħala kritiku tal-arti, iżda int qatt pittirt? Dażgur li npitter. Jien għallimni Barthet innifsu, iżda ma nesibixxix. (Għal din l-intervista nixtieq nirringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li ppermettielna nużaw is-sala tiegħu għall-kwiet.)
18
13.10.2019
kullhadd.com
EDUKAZZJONI AKTAR REALI Evarist Bartolo Ministru
L-interess prinċipali tagħna huwa li t-tfal u z-żgħażagħ tagħna jirnexxu fuq il-prospetti futuri tagħhom. Għaldaqstant mill-2013 ħdimna bla waqfien lejn edukazzjoni vasta u interessanti u rajna mill-qrib x’verament jinteressahom l-istudenti. Nemmnu li t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna huma l-pijunieri tas-soċjetà futura tagħna u l-edukazzjoni hija s-sinsla tal-progress tagħna bħala nazzjon. U la jsiru adulti għandhom isibu xogħol li verament jixtiequ u jogħġobhom. Din il-mixja twassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar.
Għal dan il-għan lesti li nkomplu għaddejjin biex li hemm tajjeb inħalluh u l-ħtieġa li nbiddlu jew naġġornaw xi sistema edukattiva jew indaħħlu xi miżuri ġodda biex jirnexxi tifel jew tifla, imqar wieħed jew waħda, dan il-Gvern lest u ppreparat li jwettaqha. Il-Gvern hu impenjat li jkompli jilħaq lil kull żagħżugħ biex ħadd ma jaqa’ lura u jinfetħu toroq ġodda ta’ tagħlim u opportunitajiet differenti. Minn din is-sena skolastika, wara ħafna xogħol fejn il-Ministeru kien ħabbar il-qafas strateġiku tiegħu b’miri ċari fl-2014, u ppubblika My Journey fl-2016, ir-riforma bi pjaċir se tidħol fis-seħħ. Ir-riżultat żgur mhux forsi huwa rifless fin-numru ta’ studenti li għażlu suġġetti vokazzjonali u applikati. Aktar minn 60% tal-istudenti tas-Sena 9 għażlu tal-inqas suġġett wieħed vokazzjonali jew applikat. Dan jixhduh l-istudenti stess u juri biċ-ċar li din ir-riforma kienet aktar milli bżonjuża. Dan huwa pass importanti ħafna li se nkunu qed nilħqu aktar studenti u se jkollna aktar imġiba tajba fl-iskejjel kif ukoll
se jkollna aktar studenti jieħdu gost jiġu l-iskola. Jien dejjem nisħaq li għalxejn ikollok investiment fl-iskejjel u għalliema jekk it-tfal ma jiħdux gost imorru l-iskola. Ħadt gost nara studenti meta matul din il-ġimgħa żort l-iskola taż-Żokrija, il-Mosta fejn tinduna li jinteressahom u entużjasti b’dak li qed jitgħallmu. Fis-suġġetti vokazzjonali u applikati qed indaħħlu edukazzjoni aktar reali. Nemmen ħafna f ’edukazzjoni li apparti dik teoretika u riċerka torbot magħha xi ħiliet li jitwettqu fid-dinja tax-xogħol. L-edukazzjoni titjieb jekk tkun parti minn oqsma reali. Sar ħafna xogħol biex setgħet tidħol ir-realtà fit-tagħlim għal dawn is-suġġetti vokazzjonali u applikati. Apparti l-investiment sostanzjali ta’ €12-il miljun għal madwar 80 workshop ġdid għal kull suġġett mifruxin fl-iskejjel sekondarji f ’Malta u f ’Għawdex u l-apparat li ġie installat, ma niddejjaq xejn ngħid li ħafna drabi huwa aktar avvanzat milli nsibu fl-industrija u għalhekk huwa tajjeb li l-industrija tibqa’ taġġorna lilha nnifisha. Il-punt
f ’dan kollu huwa li wasalna għal din ir-riforma għax ħdimna id f ’id mal-industrija u b’hekk stajna noffru ċerti suġġetti li sa ftit żmien ilu konna biss noħolmu li jkollna dik l-għażla fit-tielet sena fl-iskejjel tas-sekondarja. Iżda aħna smajna mingħand l-istudenti kif ukoll mingħand l-industrija u l-iskop aħħari huwa li nilħqu aktar studenti. Biex verament setgħet tidħol fis-seħħ din ir-riforma, apparti l-ħtieġa li jinkitbu programmi addattati, kien hemm il-bżonn li jitħarrġu u jiġu ingaġġatti edukaturi biex ikunu jistgħu jwasslu dawn il-programmi lill-istudenti. Matul il-preparamenti biex stajna niftħu l-bibien tagħna biex nitilqu għal dan il-vjaġġ tħarrġu madwar 80 għalliem biex sal-lum hemm ingaġġati 113-il għalliem fuq suġġetti vokazzjonali u applikati. Ir-riżultati b’rabta mas-suġġetti vokazzjonali u applikati nibdew narawhom aktar b’mod tanġibbli minn hawn u ħames u għaxar snin oħra. Imma l-punt tat-tluq irid iseħħ illum jew għada. U jien għandi fiduċja kbira kemm fl-is-
tudenti kif ukoll fl-għalliema li se jwasslu għal differenza fl-edukazzjoni. L-għan tagħna huwa li ma jkun hemm l-ebda differenza fl-istima ta’ min jagħżel triq u min oħra. Fid-dinja li ngħixu fiha m’hemmx triq waħda, u dan il-vjaġġ edukattiv għandu jwassal liż-żgħażagħ tagħna jiksbu l-ħiliet u l-valuri meħtieġa għas-soċjetà ta’ għada.
aħna smajna mingħand l-istudenti kif ukoll mingħand l-industrija u l-iskop aħħari huwa li nilħqu aktar studenti
DJAR LI JOFFRU AKTAR MINN SAQAF
Roderick Galdes Segretarju Parlamentari
Il-ħajja għallmitni li dejjem trid tkun konxju tal-bidla li qed iseħħ biex taddatta għaliha. Għalhekk bħala Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, flimkien mattim tiegħi, illum il-ġurnata qed nisħqu biex inwessgħu l-ħsieb tal-housing soċjali, għaliex minkejja li huwa settur importanti, ir-riċerka għallmitna li din mhix l-unika soluzzjoni għall-bżonnijiet tal-ħajja moderna. Spiss meta niltaqa’ ma’ persuni li jkollhom problema ta’ akkomodazzjoni, ninduna li l-problema tkun aktar fonda min dik ta’ housing. Għal ċerti persuni li jkunu għaddejjin minn mument diffiċli
fil-ħajja, ikun hemm bżonn ta’ għajnuna addattata u li tiġi offruta min esperti għall-bżonnijiet tagħhom bħal persuni b’diżabilità, persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, anzjani jew dawk bi problemi ta’ droga. Għalhekk ħassejna l-ħtieġa li nindirizzaw dawn il-problemi minn aspett sostenibbli fejn tgħaqqad l-elementi soċjali, psikoloġiċi u ekonomiċi ħalli noffru servizz ta’ housing fil-fond, fejn inpoġġu d-dar fiċ-ċentru tal-ħajja ta’ dawn il-persuni. B’hekk inkunu qed noffru stabbiltà u serħan talmoħħ, kif ukoll saqaf fuq ras ir-residenti. Bħala parti minn din il-policy hemm proġett ta’ Housing Speċjalizzat li introduċejna aktar kmieni din is-sena. Għal dawn il-proġetti, għall-ewwel darba, il-Gvern qiegħed jalloka djar abbandunati lil Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi sabiex fihom ikunu jistgħu jestendu s-servizzi tagħhom. L-ewwel żewġ NGOs li qed jibbenefikaw huma Richmond Foundation u Mid-Dlam Għad-Dawl. Richmond Foundation ilha toffri servizz lil persuni b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali
għal dawn l-aħħar 25 sena u diġà jmexxu djar simili fil-komunità. Mill-esperjenza tiegħi f ’dan is-settur, dan il-faxx ta’ persuni jkunu f ’riskju akbar li jaqgħu fil-faqar u f ’esklużjoni soċjali. Fil-proposta tagħhom, Richmond Foundation qalulna li hemm gap fis-servizz fejn m’hawnx servizzi li jakkomodaw ommijiet li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali. B’hekk lil din l-organizzazzjoni qegħdin ngħaddulha dar ġewwa Bormla fejn fiha se joffru kemm sapport u kif ukoll saqaf lil dawn il-familji. It-tieni dar, li tinsab ġewwa l-Birgu, qed tingħata lill-organizzazzjoni Mid-Dlam GħadDawl, fejn fiha għall-ewwel darba se joffru servizzi ta’ terapija lil dawk il-priġunieri li jkunu qed jiskontaw l-aħħar ftit xhur tas-sentenza tagħhom, u anke lill-familjari tagħhom. Nafu li meta individwu joħroġ mill-ħabs ikun jeħtieġ li jsib familja u komunità li jilqgħuh lura. Ir-riċerka dwar priġunieri li joħorġu mill-ħabs turi wkoll li dan it-tip ta’ servizz inaqqas ir-riċedività. Għalhekk din iddar se tibda tilqa’ fiha priġunieri li waslu biex jiskontaw
is-sentenza tagħhom, bil-għan li ftit ftit jibdew jintegraw lura fil-familji tagħhom u fil-komunità. Apparti milli qed jingħataw dar kull wieħed, fond ta’ €500,000 se jinqasam għal xogħol ta’ riġenerazzjoni sostenibbli. Dan sar bl-għajnuna tal-Kamra tal-Periti fejn wara li ntgħażlu iż-żewġ NGOs, infetħet kompetizzjoni tad-disinn biex permezz tagħha jintgħażlu id-disinji l-aktar addattati għal dawn iż-żewġ proġetti. F’dan l-istadju ġiet maħtura ġurija ta’ esperti li raw preżentazzjoni minn kull uffiċċju tal-periti li ħadu sehem u għażlu d-disinji rebbieħa. Intant, din il-ġimgħa għamilna pass kbir ’il quddiem f ’dawn il-proġetti hekk kif it-Tnejn filgħaxija ntgħażlu r-rebbieħa taż-żewġ disinji għal dawn il-proġetti. Il-ġurija assigurat li jkollna disinn inklussiv u sostenibbli li jħares lejn il-bżonnijiet tar-residenti. Id-disinji rebbieħa ntgħażlu abbażi tal-aktar pjan bi ħsieb serju biex jindirizza l-bżonnijiet tas-servizz li se jkun qed jiġi offrut fid-djar rispettivi. B’impenn qegħdin noffru servizzi innovattivi li jieħdu
inkonsiderazzjoni r-realtajiet varji ta’ persuni vulnerabbli. Mhux biżżejjed li ngħidu li naqqasna l-waiting list, iżda l-politika tiegħi hija li noffru pjan u kura fit-tul li verament tgħin lil persuni vulnerabbli ħalli jevolvu b’mod pożittiv. Hekk ma nkunux biss qegħdin insolvu l-problema tal-akkomodazzjoni, imma nkunu qed ngħinu lill-persuni b’mod ħolistiku sabiex ittejjeb ħajjitha u timxi ’l quddiem.
Għal ċerti persuni li jkunu għaddejjin minn mument diffiċli filħajja, ikun hemm bżonn ta’ għajnuna addattata u li tiġi offruta min esperti għall-bżonnijiet tagħhom
19
13.10.2019
kullhadd.com
LE, MHUX L-AQWA LI TITKELLEM Editorjal
Huwa għalhekk li l-poplu jibqa’ jafda lill-Gvern li għandu. Għax il-Gvern preżenti jwiegħed u jwettaq
Din il-ġimgħa kellna dikjarazzjoni li kważi kważi tħallik bla kliem. Wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni ħa żball gravi meta kiteb dwar ħaġa mill-iktar serja, kelliem għall-Partit Nazzjonalista ħareġ jiġġustifika bid-dikjarazzjoni li tal-inqas il-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem. Li l-aqwa li jgħid xi ħaġa. X’jiġifieri?! X’ried ifisser?! Mid-dehra jaħsbu li Adrian Delia jista’ jgħid li jrid, anke jekk żbaljat, basta jitkellem. Fil-ħajja sa minn meta nkunu żgħar niġu mgħallma biex naħsbu qabel nitkellmu jew naġixxu. Biex dak li ngħidu naraw li jkun jagħmel sens u jekk se nagħmlu dikjarazzjoni dwar xi ħaġa jew xi ħadd naċċertaw ruħna li tkun vera. M’għandniex dubju li dan ilKap tal-Oppożizzjoni tgħallmu u xi darba kien jafu. Iżda, bil-konfużjoni li qed tirrenja fil-Partit Nazzjonalista anke l-prinċipji bażiċi spiċċa jħalli jaħarbulu. Kif kulħadd jaf, riċentement Adrian Delia ċeda għall-pressjoni tal-fazzjoni estrema fil-Par-
tit Nazzjonalista biex anke hu jipprova jippolitiċizza b’mod partiġġjan il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Nhar it-Tnejn mar jiġri fil-Parlament jipprova joħloq dibattitu partiġġjan u kien il-Prim Ministru li tah it-tagħlima ta’ kif wieħed għandu jġib ruħu f ’każi sensittivi bħal dawn. Iżda, lanqas laħaq telaq mill-bini tal-Parlament li ma reġax beda jikteb u fuq Twitter. Ħareġ jgħid li għandha tinħatar inkjesta maġisterjali minnufih dwar dan il-każ. Dan meta l-inkjesta maġisterjali issa ilha għaddejja sentejn għax din kienet skattat mal-mument li seħħ il-każ. Mhux aċċettabbli li Kap tal-Oppożizzjoni ma jistax jipprova jirkeb fuq każ mill-iktar serju, imbagħad iġib il-fatti bażiċi ħżiena. Kien hemm midja li rrapportat dwar dan u oħra qatgħet qalba minnu u tieħdu ta’ li hu. Ħażin! Għax dan se jkun qed jitlob li jiġi fdat bil-futur ta’ wliedna. L-attitudni tiegħu ma tirriflettix serjetà. U le mhux ġustifikabbli l-iskuża li l-aqwa li jitkellem.
Din l-attitudni mhux biss iġġib it-taħwid iżda wkoll inkonsistenza. Għax jagħmel hekk ilKap tal-Oppożizzjoni jispiċċa jitkellem skont min ikollu quddiemu. Bħal fil-każ tal-liġi talkera fejn quddiem l-iżviluppaturi jgħid mod u meta jkun qed jitkellem fil-pubbliku jgħid mod ieħor. Mhux ta’ b’xejn fil-Kumitat Parlamentari dwar l-Għaqdiet Soċjali qalulu wkoll li ma jafx x’inhu jgħid. U ma’ dawn nistgħu nżidu biżibilju ta’ eżempji oħra. Bħal meta tkellem dwar id-dokument tal-Partit Nazzjonalista ta’ qabel il-baġit. Filli jitlob għal iktar inizjattivi u filli jikkritika lillGvern għax żied in-nefqa rikorrenti meta din iż-żieda fin-nefqa tirriżulta minn benefiċċji ġodda li minnhom qed igawdu n-nies bħat-trasport b’xejn lejn l-iskejjel u ċ-child care bla ħlas biex insemmu tnejn minn ħafna. Min jaspira li jkun Prim Ministru għandu jkun jaf sew fejn hu sejjer. Min jaspira li jmexxi pajjiż għandu jkun jaf sew x’inhuma l-prinċipji li jemmen fihom. Min irid ikun fdat bil-ġejjieni tal-ġen-
erazzjonijiet tal-lum u ta’ għada ma jistax iqum filgħodu u jiddeċiedi x’se jagħmel jekk jingħata l-poter. Min hu f ’din il-pożizzjoni għandu jifhem li mhux biżżejjed jgħid li jrid ikun hemm pjan. Iżda, għandu jkun hu l-ewwel wieħed li jkollu pjan għax għall-kuntrarju ta’ dak li qal ilkelliem tal-Partit Nazzjonalista mhux biżżejjed li titkellem. Huwa għalhekk li l-poplu jibqa’ jafda lill-Gvern li għandu. Għax il-Gvern preżenti jwiegħed u jwettaq. Il-Gvern ta’ Joseph Muscat għandu pjan ċar li jirriżulta minn manifest elettorali li approva l-poplu fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Fejn kull proposta hija studjata u l-istess ideat ġo fih qed jitwettqu ftit ftit f ’baġit wara ieħor. Il-baġit ta’ għada mistenni jkun ieħor f ’kullana li jimplimenta pjan li sa minn meta nbidel il-Gvern ra 1,350 miżura jidħlu fis-seħħ. Miżuri li bdew minn diskors maħsub. Għax mhux l-aqwa li tgħid xi ħaġa. Iżda, l-importanti li tkun taf x’qed tgħid u kif se tagħtih il-ħajja.
20
13.10.2019
kullhadd.com
X’INHI L-POLITIKA TA’ KOEŻJONI?
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 3 ta’ Ottubru Inkwetajt fuq li inkwetajt, man, illum. Qatt ma kont naf li jekk partit ma jkollux teżorier, ma jkunx jista’ jinnomina kandidati għall-elezzjoni ġenerali. Qiegħed naħsibha niktibx lill-Kap Adrian Delia u ngħidlu li jien lest li noqgħod teżorier, anke jekk bilkemm naf kemm jagħmlu wieħed u wieħed. Imma l-importanti li jkollna teżorier malajr kemm jista’ jkun. Għax x’jiġri jekk Joseph Muscat japprofitta ruħu mis-sitwazzjoni u jsejjaħ elezzjoni ħin bla waqt! Ajma ħej! Għandhom din l-arja kollha kif inhuma, aħseb u ara jekk fil-Parlament ikollna deputati Laburisti biss. Insomma dejjem hemm il-partiti ż-żgħar. Jekk jiġri hekk jien lilhom nivvota għax ma nasal qatt li nivvota Labour jew ma nivvutax. Il-Ġimgħa, 4 ta’ Ottubru Ma nafx, imma qiegħed niddubita jekk Ġorġ Hyzler, li darba kien segretarju parlamentari fi żmien il-gvern tagħna, qalibx ukoll u sar Laburist. Ħareġ iwaqqa’ għaċ-ċajt lil Jason Azzopardi li kien qal li s-segretarji parlamentari ħadu żieda minn wara dahar kulħadd, kif wara kollox kienu għamlu tagħna. Imma stenna naqra, Naz! Jista’ jkun li għamel hekk biex iħeġġeġ lill-Kap Adrian Delia jfittex jeħles minn Jason Azzopardi, għax min, bħali, huwa verament Nazzjonalist, ma jqisx aktar lil Jason Azzopardi bħala Nazzjonalist. M’hemmx li l-Kap Adrian Delia jibda jieħu pariri bħal dawn għax ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk. Is-Sibt, 5 ta’ Ottubru Din il-ġurnata ġġibli ħafna memorji u naħseb anke lill-Kap Adrian Delia ġġiblu l-istess memorji. Naħseb hekk għax dan l-aħħar ħlief
jgħid li mhux se nħallu lillGvern jagħmel hekk jew mod ieħor, mhuwiex. Saħansitra qiegħed jhedded li jniżżel in-nies fit-toroq, kif konna ninżlu fl-imgħoddi f ’dan iljum. Ma konniex ngħidu li nżilna fit-toroq bħala Nazzjonalisti imma konna nħeġġu lil ħaddieħor iniżżel in-nies fit-toroq, imma kienx jonqos li aħna konna nkunu hemm ukoll. Jien dejjem minn ta’ quddiem kont inkun għax jien minn dejjem qatt ma stajt inġerragħha li f ’Kastilja jkun hemm Prim Ministru Laburista. Il-Ħadd, 6 ta’ Ottubru Ma morniex ħażin, man, filġabra li għamilna. Aktar minn €400,000 mhumiex ċajta, mhux hekk! Min jaf min se jieħu ħsiebhom dawn il-flus kollha għax bħalissa lanqas teżorier m’għandna u ma nafx x’aħna nistennew biex naħtru wieħed malajr kemm jista’ jkun. M’għandi l-ebda dubju li l-Kap Adrian Delia se jara li ħadd ma jbagħbas ma’ dawn il-flus u li jintefqu bil-għaqal, imma ngħid jien kemm se jlaħħaq ma’ affarijiet dan ir-raġel. Fuq kollox dan bniedem tad-demm u l-laħam u l-ġurnata tiegħu, bħal tiegħi, fiha biss 24 siegħa. Imma mbierek Alla ma’ kollox ilaħħaq, anke jekk dak Jason Azzopardi baqa’ jagħmel minn kollox biex jagħtih il-gambetti. It-Tnejn, 7 ta’ Ottubru Donnu kmieni ġej il-bard din is-sena. U meta jkun il-bard, filgħaxijiet ma narax mill-bieb ’il barra, għajr meta jkollna xi attività tal-partit, jew biex immur nara xi logħba futbol il-każin, meta niftiehem ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. Madanakollu, xejn ma niddejjaq għax nintefa’ quddiem it-TV u ħallini nsegwi dak li jkun għaddej fil-Parlament. Hekk qattajtha llejla, u ma jiddispjaċinix għax il-Kap
Adrian Delia reġa’ fetħilha fuq il-qtil tal-bloger Daphne Caruana Galizia għax irid ikun jaf min qiegħed ikun investigat. Ikolli ngħid li dalwaqt jagħmel bħalma kien għamel il-kbir Eddie li kien wegħedna li meta jkun Prim Ministru kien se jgħidilna min kien qatel lil Karin Grech u lil Raymond Caruana. Ħalliha li mbagħad baqa’ ma qalilna qatt xejn! It-Tlieta, 8 ta’ Ottubru Kemm jgħaġġbuhom dawk tal-Labour. Kif jgħid ilMalti, jaraw it-tibna f ’għajn ħaddieħor u ma jarawx ittravu f ’għajnejhom. Għamlu għaġeb għax il-Kap Adrian Delia raqad waqt li kien qiegħed jitkellem Mario Demarco. U issa qegħdin jagħmlu għaġeb għax il-Kap talab inkjesta li ilha għaddejja minn meta nqatlet il-bloger Daphne Caruana Galizia. Qishom huma infallibbli u ħaddieħor ma jistax jieħu żball. Veru li żball gravi mhux ħażin, imma ngħid jien b’daqshekk x’ġara? Ma waqgħetx id-dinja mhux hekk!? U lanqas se jaqa’ l-partit darba glorjuż tagħna. L-Erbgħa, 9 ta’ Ottubru Kemm kien tajjeb il-Kap Adrian Delia fil-programm Dissett man! Tista’ tgħid li tkellem fuq dak kollu li jaqa’ taħt il-kappa tax-xemx. M’għandi l-ebda dubju li kkonvinċa ħafna Nazzjonalisti biex jerġgħu lura fi ħdan dan il-partit darba glorjuż tagħna u mlieni bil-kuraġġ li ma ndumux ma naraw lill-partit tagħna għal darb’oħra glorjuż. Ħadt gost għax milli jidher mhux se jdum ma jagħmel reshuffle fil-kelliema tagħna fil-Parlament. M’għandix dubju li se juri snienu mal-klikka ta’ Simon Busuttil u Jason Azzopardi u jqegħedhom f ’posthom darba għal dejjem u ma jibqgħux jippruvaw jagħtuh il-gambetti.
Mario Fava President Sezzjoni Kunsillier PL
Il-politika ta’ koeżjoni hija l-istrateġija tal-UE sabiex tmexxi ’l quddiem is-sapport tagħha għal aproċċ ħolistiku sabiex ikun hemm żvilupp armonizzat bejn l-istati membri tagħha. Din il-politika hija mnaqqxa tista’ tgħid fit-trattat tal-funzjoni tal-UE u l-għan hu li jkun hemm tisħiħ ekonomiku u soċjali billi jiġu mnaqqsa d-dispareġġi bejn ir-reġjuni fl-istati membri. Il-politika tiffoka fuq żoni prinċipali fejn l-UE tħoss li hemm sfidi ikbar minn oħrajn. Il-politika ta’ koeżjoni tirrapreżenta madwar terz tal-baġit tal-UE, jiġifieri, madwar €351 biljun matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014 – 2024. Dan jipprovdi qafas ta’ investiment fit-tul għar-reġjuni u l-istati membri u joffri aktar affidabbiltà, meta mqabbel mal-baġits nazzjonali annwali. Dawn huma mmexxija mill-UE, stati membri, imsieħba soċjali u bliet u reġjuni fuq livell lokali. F’ dawn l-aħħar snin, rajna żieda fil-viżibilità tal-fondi għall-investiment soċjali u jikkontribwixxi għal dan huwa t-titjib tal-perċezzjoni dwar l-effettività tal-politika ta’ koeżjoni u għat-tisħiħ tal-fiduċja taċ-ċittadini fil-proġett Ewropew; madankollu, mezz ta’ komunikazzjoni koerenti huwa essenzjali, mhux biss minn fuq għal isfel fir-rigward tar-riżultati konkreti tal-fondi għall-iżvilupp soċjali imma anki minn isfel għal fuq sabiex l-awtoritajiet lokali u l-partijiet ikkonċernati jsiru konxji dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament, bil-vantaġġ addizjonali taż-żieda fil-parteċipazzjoni pubblika fi proċessi ta’ implimentazzjoni. Il-komunikazzjoni għandha tkun parti integrali mit-tfassil tal-politika u l-implimentazzjoni. Is-sensibilizzazzjoni dwar proġetti lokali ffinanzjati mill-UE fost il-benefiċjarji u s-soċjetà ċivili hija kruċjali, minkejja ammonti ta’ finanzjament differenti f ’reġjuni speċifiċi, u tista’ tkun biss riżultat ta’ sforz komuni tal-livelli kollha tal-Gvern involuti. Il-mudell ta’ Governanza f ’diversi livelli u l-prinċipju tas-sħubija, li t-tnejn huma bbażati fuq koordinazzjoni msaħħa bejn
l-awtoritajiet pubbliċi, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali u s-soċjetà ċivili, jistgħu jikkontribwixxu għal komunikazzjoni aktar effiċjenti tal-objettivi u r-riżultati tal-politika tal-UE. Jidher li għad hemm nuqqas mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni ta’ programmi operazzjonali ffinanzjati mill-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropew. Dawn iridu jikkomunikaw l-għanijiet, l-opportunitajiet ta’ finanzjament u r-riżultati ta’ programmi u proġetti tal-politika ta’ koeżjoni. Dan għandu jkun kompitu ewlieni għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-benefiċjarji fl-istati membri, sabiex jiġu indirizzati mistoqsijiet dwar liema opportunitajiet ta’ investiment jeżistu, jew kif benefiċjarji jistgħu jindirizzaw kwistjonijiet ta’ pubbliċità, jew min qed jiġi ffinanzjat u għal liema għan. Huwa għalhekk importanti li jkun hemm titjib fl-għarfien dwar l-impatt tal-perċezzjoni taċ-ċittadin dwar il-politika ta’ koeżjoni talUE fuq l-appoġġ tagħhom għallproċess tal-bini Ewropew. Dan huwa kruċjali għall-valutazzjoni a priori tal-effettività tal-politiki ta’ komunikazzjoni speċifiċi li għandhom l-għan li jrawmu attitudnijiet pożittivi lejn il-politika ta’ koeżjoni u l-UE b’mod ġenerali. Il-komunikazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni mhijiex biss ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea, iżda hija pjuttost ir-responsabbiltà tal-atturi kollha li jibbenefikaw minnha, inkluż l-istati membri u ċ-ċittadini tagħha. Għalhekk huwa imperattiv li l-benefiċjarji jkunu huma stess xhieda ta’ dak li huma wettqu b’dawn il-fondi. Biex dan isir, jinħtieġ approċċ ta’ simplifikazzjoni tal-komunikazzjoni għal proġetti ffinanzjati millUE. Dan sabiex dawn jibqgħu dejjem aktar familjari maċ-ċittadini Ewropej. Dan huwa kruċjali jekk l-UE tassew trid li jkun hemm aktar għarfien ta’ dak li qed tagħmel sabiex iċ-ċittadin jersaq aktar qrib tagħha. Wara kollox din kienet il-mira tal-famuż Proġett Ewropew, li s’issa jidher li mhux jilħaq l-għanijiet sħaħ tiegħu.
Il-komunikazzjoni għandha tkun parti integrali mit-tfassil tal-politika u l-implimentazzjoni
22
13.10.2019
kullhadd.com
IL-KBAR LI FALLEW
Allura, kif jista’ jkun li kumpanija li espandiet daqstant falliet?
Kitba ta’ MARY CHETCUTI Nhar it-Tnejn 23 ta’ Settembru 2019 sbaħna bl-aħbar ta’ barra minn hawn li l-eqdem aġenzija tal-ivvjaġġar Thomas Cook iddikjarat falliment wara sensiela ta’ attentati sabiex tiġi salvata sfumaw fix-xejn u 22,000 ħaddiem tagħha spiċċaw bla xogħol. Il-falliment ta’ Thomas Cook ħoloq pandemonju sħiħ f ’għexieren ta’ ajruporti madwar id-dinja kollha meta mijiet ta’ eluf ta’ turisti tħallew lampa stampa ma jafux kif se jtiru lura lejn pajjiżhom. Il-Gvern Brittaniku daħal għall-għajnuna billi mill-jum tal-falliment stess beda jibgħat ajruplani fid-destinazzjonijiet tal-btajjel, inkluża Malta, fejn gruppi, familjari u koppji li tħallew l-art jibdew jittieħdu lura d-dar. Din qed titqies bħala l-akbar ripatrijazzjoni ta’ bnedmin mit-Tieni Gwerra ’l hawn li għandha tieħu diversi ġranet u saħansitra tista’ ttawwal sa ġimagħtejn. B’danakollu, Thomas Cook li twaqqfet 178 sena ilu, tibqa’ magħrufa bħala l-aġenzija tal-ivvjaġġar li twieldet minn ħsieb altruwista
ta’ predikatur tal-Knisja Battista u mastrudaxxa minn Leicestershire, l-Ingilterra jismu Thomas Cook. Ir-rivoluzzjoni industrijali ġabet magħha daqstant problemi soċjali daqskemm ġabet xogħol għall-irġiel, nisa, xebbiet u anki tfal. Il-jum tas-Sibt kien ifisser tmiem il-ġimgħa tax-xogħol u jum il-paga għal eluf ta’ nies mill-klassi tal-ħaddiema; sfortunatament għal ħafna kien ifisser ukoll it-tberbiq ta’ flushom kollha fix-xorb u s-sokor bla rażan. Il-problemi soċjali kienu qegħdin dejjem jiggravaw. Fl-1841, il-Predikatur Thomas Cook iddeċieda li jirreklama ħarġa għall-5 ta’ Lulju mill-belt ta’ Leicester sa Loughborough għall-prezz ta’ xelin kull persuna fuq it-tren li kienet għadha kemm żanżnet il-Midland Railway Company. L-għan kien li wieħed jieħu gost fil-kumpanija ta’ qraba jew ħbieb u fl-istess ħin jeduka ruħu meta jkun qed jammira l-attrazzjonijiet li toffri l-belt ta’ destinazzjoni. Il-messaġġ li Thomas Cook ried jgħaddi lill-komunità kien li tista’ tieħu gost mingħajr ma taqa’
għat-tentazzjoni tal-alkoħol. Thomas Cook beda jorganizza ħarġiet simili fuq ritmu regolari b’destinazzjonijiet differenti madwar ir-Renju Unit sforz issuċċess li kiseb bl-idea tiegħu. Sal-1855, l-eskurżjonijiet ma’ kull rokna tar-Renju Unit ta’ Thomas Cook tant kienu kisbu popolarità li beda jħares lil hinn mix-xtut Brittaniċi għal ġiti fuq il-kontinent Ewropew, bl-ewwel ġita tkun l-Esibizzjoni Internazzjonali ta’ Pariġi. Il-mawra ta’ Pariġi kienet suċċess kbir ieħor u f ’kemm trodd salib Cook beda jorganizza ġiti għall-Ewropa kollha. L-aġenzija kompliet tikber u tħalli l-frott bis-saħħa ta’ klassi medja li kienet qed tistagħna fi żmien ta’ prosperità fil-Gran Brittanja. Il-kilba għas-safar u l-għatx kulturali tan-nies għen lil Thomas Cook jestendi l-offerti tal-ivvjaġġar lejn il-kontinent Amerikan, l-Asja u l-Lvant Nofsani. John Mason
Cook ħa r-riedni tal-aġenzija kompletament f ’idejh meta missieru Thomas miet fl-1892 biex kompla bir-ritmu ta’ suċċess. Fl-ewwel kwart tas-seklu 20 in-neputijiet ta’ Thomas Cook introduċew il-btajjel xit-
win għall-iskijjar fuq is-silġ u sport ieħor. Bħal sajjetta fil-bnazzi fl-1928, in-neputijiet ta’ Thomas Cook biegħu l-aġenzija lis-sidien Belġjani tal-kumpanija tattren lussuż Orient Express. Minn hemm ’il quddiem Thomas Cook bidlet l-idejn kemm–il darba. Meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinija l-Gvern Ingliż innazzjonalizza Thomas Cook bħala parti mill-kumpanija statali tal-ferrovija sabiex isalvaha mill-okkupazzjoni Nażista. Fl-1970, Thomas Cook reġgħet saret kumpanija privata u fl-1992 inxtrat mittielet l-akbar bank Ġermaniż, il-Westdeutsche Landesbank. Fl-1999 twaqqfet il-linja tal-ajru Thomas Cook. Fl-2007 inħoloq it-Thomas Cook Group meta din l-aġenzija ġiet amalgamata mad-ditti tal-ivvjaġġar Airtours u Going Places. Nistħajlek tistaqsi: “Allura, kif jista jkun li kumpanija li espandiet daqstant falliet?” Qed jingħad li l-fatturi li wasslu għall-falliment ta’ Thomas Cook huma ħafna. Fosthom tissemma bi prominenza r-rivoluzzjoni diġitali li bis-saħħa tagħha ħafna nies illum ifasslu l-ġiti tagħhom huma stess mingħajr il-bżonn ta’ aġenzija. Il-falliment ta’ Thomas Cook żgur li se jħalli vojt kbir fil-qlub ta’ kull min kien klijent leali u jiftakar f ’dik is-safra mal-familja fi tfulitu, imbagħad is-safar mal-ħbieb u mhux l-inqas qamar il-għasel f ’destinazzjoni eżotika kif kienet taf toffri din l-aġenzija bil-logo popolari ta’ “Don’t just book it....Thomas Cook it.”
23
13.10.2019
kullhadd.com
ISBAĦ MIX-XEMGĦA
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Ħafna mid-drabi ċertu materjal ikun jiswa ħafna flus. Iżda xi minn daqqiet il-ħajja taf tkun aktar faċli, għax biex ngħid hekk mix-xejn xi persuni kapaċi joħolqu materjali l-ġmiel tagħhom. Fil-fatt sirt naf b’individwu li bil-kapaċitá tiegħu stess u minn fliexken tal-ħġieġ mormija, kapaċi joħloq candle holders mill-isbaħ. Qed nirreferi għal Ramon C Micallef. Għandu 53 sena u joqgħod San Ġwann. Bħala passatempi għandu l-qari, l-engraving u l-pirografija, kif ukoll iħobb isegwi l-futbol u jisma l-mużika. Bħala xogħol dejjem ħadem fl-industrija tal-catering, għalkemm dan l-aħħar ħa pawża u waqaf mix-xogħol u beda jieħu l-passatempi tal-engraving u pirografija iktar bis-serjetà. Bħala bniedem jaħseb li huwa bniedem pożittiv ħafna drabi, għalkemm ukoll xi drabi ftit konxju żżejjed. Iħossu wkoll li huwa bniedem li dak li jkun qed jagħmel, ikun qed jagħmlu għax jemmen fih u jgħinu jiżviluppa fi bniedem aħjar minn meta beda jagħmlu. “Jiena nemmen li kulħadd kapaċi jikber fil-kapaċità tiegħu jekk jemmen fih innifsu, u importanti li dak li jagħmel jagħmlu b’passjoni,” beda jgħidli Ramon. Xi tliet snin ilu beda jinteressa ruħu jagħmel upcycling ta’ fliexken vojta tal-inbid, spirti u vażetti. Fi kliem ieħor, parti minn dan ix-xogħol huwa li jiġbor kemm jiflaħ fliexken vojta mhux użati aktar. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Rigward il-fliexken li naqta’, biex nagħmilhom candle holders, dawn nakkwistahom minn ħbieb, ħwienet tax-xorb, tal-familja u oħrajn. Mhux diffiċli li takkwisthom għax hawn ħafna fl-użu. Fliexken li nagħmilhom lampi huma fliexken tal-ispirti ħafna drabi ftit iktar mhux komuni. Meta kont bdejt nagħmilhom kont nuża bejn 10 u 20 flixkun fil-ġimgħa. Illum mhux daqstant għax nagħmel iktar pirografija u engraving għax dawk huma proprja l-passatempi tiegħi.” Beda jixtri iktar materjal u għodda bil-flus li dabbar L-ewwel kien beda jaqta’ l-fliexken u vażetti u jagħmilhom candle holders, kien jiżbogħhom u jżejjinhom b’materjal bħal spag, ħaxix niexef, tiben, zkuk, qxur tal-bajd, u ross. Iżda ridt inkun naf meta l-prodott finali (candle holder) ikun lest, x’jagħmel bihom. “Meta kont nagħmel can-
dle holders fliexken miżbugħin u dekorattivi, kont infaddalhom jew nagħti xi wieħed jew tnejn lil min kien jagħtini l-fliexken vojta, iżda wara ftit żmien bdejt insib li qed nimtela bihom, u familjari u ħbieb ħajruni nbihgħom fuq Facebook. Fi Frar tas-sena l-oħra għamilt account tal-Facebook u bdejt nirreklamahom hemmhekk. Mort mhux ħażin u rnexxieli nfaddal u bdejt nixtri iktar materjal u għodda bil-flus li naqla’ mill-bejgħ tagħhom.” Fil-fatt wara sena kien xtara mutur tal-engraving u beda jagħmel xi engraving fuq il-fliexken u l-vażetti. Wara kien ħadem ukoll fuq tazzi u frames, li spiċċa jbigħ minnhom. Fil-fatt fi kliemu stess, meta beda jara l-frames bl-engraving jinbiegħu, ħass sodisfazzjon li parti minnu qed tidħol fid-djar tan-nies li huwa ma kienx jaf qabel. “L-iktar li huma popolari huma l-badges tal-futbol, imma għamilt ħafna images differenti bħal vari, portraits ta’ nies atturi, kantanti, muturi, karozzi, u anke għasafar.” Tgħallem waħdu billi sab ħafna għajnuna mill-internet Ta’ min jgħid li Ramon ma attenda mkien biex jitgħallem, imma sab ħafna għajnuna minn fuq YouTube videos, u siti oħra. Il-kumplament kollox biż-żmien u bl-iżbalji tiegħu stess. “Trid paċenzja u perfezzjoni sħiħa u ma tħallix l-ego tiegħek jagħmlek supperv miegħek innifsek, u tammetti li dak li tkun għamilt mhux l-aħjar, imma huwa tarġa fis-sellum tattagħlim tiegħek lejn dak li tħobb. Kemm jekk ġie ħażin kif ukoll jekk ġiek tajjeb. Jien għalija dan li nagħmel inħossu bħala passatemp u mhux
xogħol, għal iktar minn raġuni waħda.” Mistoqsi jikkunsidrahx bħala passatemp jew xogħol, Ramon weġibni li jħoss li mhux apprezzat biżżejjed biex jagħmlu bħala xogħol, u anke għall-fatt li jitlef mill-passjoni tiegħu. “Jien personalment inħoss qisha ġibda biex nagħmel xi ħaġa li ser teħodlok madwar 14 jew 16-il siegħa, kif jeħodli l-pirografija pereżempju. Kieku kellek tiċċarġja bis-siegħa tispiċċa ma tbigħhomx, u titlef iċċans u s-sodisfazzjon li parti minnek tinsab fid-dar jew il-post fejn dik il-persuna li xtrat jew irċeviet tkun tqatta’ ħafna ħin hemm bħalma hu l-post tax-xogħol. Ngħid li hi parti minni għax is-sigħat li tieħu biex tagħmilha huma sigħat minn ħajtek.” Żied jgħidli li l-preparazzjoni qabel jibda jaħraq fuq l-injam pereżempju hija ta’ madwar ħames sigħat. Jixkatla l-injama diversi drabi, jagħmel kopja tal-istampa li jrid jaħraq billi jikkopja b’carbon paper jew ipinġi d-dettalji kollha, wara jaħraq il-linji ta’ barra u wara jimla ġewwa u jagħmel is-shading skont l-istampa. “Il-proċess huwa bil-mod ħafna għax ma tistax tgħaġġel għax il-pinna li tuża hija msaħħna bid-dawl u jekk tipprova tgħaġġel titlef mis-sħana tagħha. Il-pinna li nuża hija d-daqs ta’ ball point pen fina bħal 0.4 mm. Għalhekk trid paċenzja u idejn soda. Mhux passatemp li tlesti f ’ġurnata. Wara, ħafna minnhom nagħtihom iż-żejt u wara żewġ passati verniċ trasparenti biex nipproteġi li nkun ħraqt. Bħala engraving huwa proċess iqsar. Jittrasferixxi l-istampa fuq il-ħġieġ, wara jibda jobrox l-outline tal-istampa u jimla l-kumplament, bħala ħin tieħu madwar erba’ jew ħames sigħat. Il-lampi jieħdu ferm inqas, qisu
madwar siegħa jew sagħtejn.” Rilassament kbir, moħħu jkun attiv u jinsa kollox Għalkemm dawn il-passatempi jeħdulu l-ħin u jrid ħafna paċenzja, miegħi stqarr li xorta jsibhom rilassanti għax moħħu jkun attiv u jinsa kollox għal dak il-waqt, u meta jara li minn xi ħaġa ma kienet tfisser xejn għalih u wara li spiċċaha saret kważi parti minnu jiġi transferit għal sodisfazzjon kbir. “Tispiċċa tegħja wkoll għax għal ħin twil inkun ikkonċentrat fl-istess kważi pożizzjoni, u kollox jieqaf kull ċertu ħin. Normalment min jagħmel il-pirografija ma jagħmilx iktar minn siegħa jew siegħa u nofs mingħajr ma jieqaf,” żied jgħidli. Mistoqsi fejn normalment jipprattika dawn il-passatempi tiegħu, Ramon weġibni: “Dawn il-passatempi nagħmilhom kollha d-dar għax ma tridx xi spazju kbir, imma kulma trid mejda, dawl tajjeb u importanti li l-kamra jkollha ċirkolazzjoni ta’ arja. L-impotanti wkoll li jekk tagħmel l-engraving fuq il-ħġieġ tuża maskla biex ma tiblax it-trab tal-ħġieġ li tkun qed tobrox għal raġunijiet ovvji.” Daqs sitt xhur ilu Ramon interessa ruħu fil-pirografija u xtara mutur biex jagħmel dan il-passatemp, u sab interess minn nies u aprez-
zament ukoll. Għall-benefiċċju tal-qarrejja, il-pirografija hija sengħa li taħraq b’pinna taħraq li bl-Ingliż jgħidulha wkoll wood burning barra li tissejjaħ pyrography. Fl-antik kienu jużaw tipo ta’ hot poker biex jaħarqu fuq il-ġilda tal-annimali u anki fuq materjal ieħor. Ilum popolari ħafna (imma mhux Malta) ħruq fuq l-injam ilfrott li bl-Ingliż tissejjaħ gourd, ġilda karta u anki kanvas. “Illum issib tixtri muturi apposta li jaħdmu bid-dawl. Ma dawn il-muturi jkollok pinna jew pinen li jkunu mqabbdin mal-mutur, li jsaħħan il-pinna biex tkun tista’ taħraq l-injama eċċ… Pinen differenti jeżistu madwar 250 waħda li ssib tixtri biex tagħmel effetti differenti bħalma huwa xahar jew peel u anki effett ta’ rix eċċ... Jien l-aktar komuni li nuża nagħmilhom jien minn wire li nixtri apposta.” Ramon temm din l-intervista miegħi billi għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Jien nixtieq nagħlaq billi ngħid li l-idea tiegħi bdiet għax ridt li nagħmel xi ħaġa tal-flus u li nerġa ninvestih f ’materjal. Minn skart li nsib jew niddobba, skart li kieku jien ma nużahx kien ser imur xi mkien li żgur ma kienx ser jagħtini daqshekk ġid lura. Xejn mhu impossibbli jekk temmen fik innifsek.”
24
13.10.2019
kullhadd.com
LOKALITÀ ANTIKA B’ELEGANZA ARKITETTONIKA Din is-sena, il-ħarġiet kulturali dwar il-wirt storiku u arkitettoniku organizzati mill-Awtorità tal-Ippjanar se jagħtu ħarsa lejn in-Nofsinhar ta’ Malta, fil-lokalità taż-Żejtun. Meta Gran Mastru kien jiddeċiedi li jeleva raħal u jagħtih it-titlu ta’ belt, billi juża l-kunjom ta’ ommu stess, żgur għandu jkun post ta’ importanza. Ferdinand von Hompesch, l-aħħar Gran Mastru li saltan f ’Malta, ta t-titlu ta’ Città Beland lil-lokalità taż-Żejtun fl1797. L-oriġini taż-Żejtun tmur lura għaż-żminijiet tal-Feniċi u dawk Rumani. Oriġinarjament iż-Żejtun, magħruf bħala Terra Santa Katarina, kien ikopri l-parti tax-Xlokk tal-gżira u kien jibqa’ jestendi sal-periferija tal-ħitan li jipproteġu l-Kottonera. Sal-1680, iż-Żejtun primarjament kellu żewġ komunitajiet residenzjali separati - waħda magħrufa bħala Bisqallin, li għadha tissemma sal-lum bħala r-Raħal t’Isfel, u Ħal Ġwann u Ħal Bisbut magħrufa bħala r-Raħal ta’ Fuq. L-iżvilupp matul is-seklu 18 u l-bini tal-knisja parrokkjali l-ġdida bejn iż-żewġ komunitajiet iffurmaw iċ-ċentru preżenti u saru komunità waħda. Matul il-mixja, il-parteċipanti se jiksbu apprezzament wiesa’ tan-nisġa urbana taż-Żejtun li primarjament tikkonsisti minn toroq tradizzjonali. Il-parteċipanti se jkunu qed jaraw ir-rik-
kezza estetika ta’ diversi binjiet ta’ sinifikat arkitettoniku u storiku li jinkludi wkoll ir-residenzi tas-sajf tal-Gran Mastru Perellos u l-Arċisqof Cagliares, il-Palazz Aedis Danielis u postijiet oħra importanti f ’din il-lokalità. Il-mixja se tagħti wkoll lill-parteċipanti apprezzament aħjar tad-diversi inizjattivi, li l-Awtorità tal-Ippjanar ilha torganizza matul is-snin, li minnhom ibbenefikaw iż-Żejtun u r-residenti tagħha. Se jiġi pprovdut trasport b’xejn li jitlaq mill-Furjana (quddiem l-Uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar) fid-09:00am. Il-mixja tintemm fin-12:30pm. Sabiex tibbukkja post għal dawn il-ħarġiet kulturali ċemplilna fuq 2290 2021 jew ibgħat imejl fuq tours@pa.org.mt. Dawn il-ħarġiet kulturali qed jiġu organizzati darba fix-xahar u l-postijiet jittieħdu fuq bażi first-come-first-served. Il-ħlas hu ta’ €3 għal kull persuna. Din is-sena, il-flus li se jinġabru minn dawn il-ħarġiet kulturali ser jingħataw donazzjoni lill-Fondazzjoni Marigold. Id-dati ta’ dawn il-ħarġiet kulturali ser ikunu: 20 ta’ Ottubru 2019 17 ta’ Novembru 2019 1 ta’ Diċembru 2019 12 ta’ Jannar 2020 23 ta’ Frar 2020 15 ta’ Marzu 2020 26 ta’ April 2020 24 ta’ Mejju 2020
25
13.10.2019
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
SAJF JAĦRAQ Kien jum sajfi sħun meta Sheila, tfajla grazzjuża, niżlet minn fuq vapur tal-passiġġieri ankrat fil-Port il-Kbir. Hija daħlet tiċċena f ’restorant u ltaqgħet, b’kumbinazzjoni jew b’destin, ma’ George, Surġent Maġġur fl-Iskwadra Marittima tal-Forzi
Armati ta’ Malta. Din l-iskwadra tindokra l-ibħra territorjali ta’ Malta mill-brikkuni li jitħajru jiksru l-bon ordni. Tabilħaqq, is-sajf isir aktar sħun, anzi jaħraq ħafna għal Sheila u George: fir-relazzjoni romantika ta’ bejniethom kif
ukoll f ’diversi sitwazzjonijiet perikolużi fl-art, fuq il-baħar u fl-ajru, kemm f ’Malta u anke f ’Għawdex … bil-kolp eċitanti aħħari jseħħ fil-ġonna tal-Buskett nhar il-festa tradizzjonali tal-Imnarja. Iva, verament sajf jaħraq!
Miegħu kellu lis-Surġent Paul Grech, iktar ħabib milli assistent tiegħu. Paul, raġel twil u mġissem minn Ħaż-Żebbuġ, kien bilqiegħda qrib George fuq bank idaħħan il-pipa. L-għajnejn għarriexa ta’ dawn iż-żewġ għassiesa tal-kosta, kif ukoll dawk ta’ seħibhom John Camilleri, li kellu l-kariga li jieħu ħsieb il-magni bħala inġinier, ma waqfux imqar nofs sekonda milli josservaw b’attenzjoni dak kollu li kien qiegħed iseħħ f ’kull rokna tal-Port, li hu dejjem attiv u bieżel. “Smajtha l-aħbar ta’ dalgħodu, Sir?” Paul staqsa waqt li tajjar ċrieki ta’ duħħan minn ġo ħalqu. “X’aħbar?” “Smajt li reġa’ nqala’ l-inkwiet bejn is-sajjieda Maltin u dawk Sqallin.” “Allaħares! Dan … x’ħin smajtha din l-aħbar?” Wiċċ George iġġebbed u għajnejh tberrqu għal ftit mumenti bl-għadab. “Kemm jista’ jkun ilu? Inqas
minn siegħa! Smajtha fuq ir-radju fil-karozza jien u ġej ix-xogħol. Tixbah dak li ġara t-Tnejn talġimgħa l-oħra. Is-saħna tal-irjus ta’ dakinhar donnha għadha ma tridx tintemm darba għal dejjem jew għall-anqas tibred.” “Jien kieku bħalek nixtieq. Kellhom bżonn ma jibqgħux daqshekk boloh, kemm is-sajjieda Maltin kif ukoll dawk barranin. Kollha ... kollha kemm huma! Imma, ngħid jien, kif għadni ma smajt xejn dwarha, la mill-control tower u lanqas minn xi mkien ieħor? Kieku l-control tower jaf b’din ilħaġa kieku żgur kien jinfurmana uffiċjalment xi ħin jew ieħor.” George ħares lejn l-inġinier biex staqsieh, “John, għal li jista’ jkun int smajt xi ħaġa fuq hekk?” It-tweġiba mgħaġġla ta’ seħibhom, li kien għadu kemm laħaq fil-grad ta’ bumbardier fl-armata, kienet negattiva. “Le! Xejn! Xejn ... xejn!” malajr wieġeb. Huwa ma
Silta Mill-Ktieb Kienu l-għaxra u nofs ta’ filgħodu meta qrib il-breakwater għaddiet ħafifa ħafifa l-motolanċa Melina 1, dgħajsa nadifa tazza b’kollox aġġustat f ’postu, twila 12-il metru u kapaċi ttella’ veloċità ta’ 80 kilometru fis-siegħa. Kienet parti mill-flotta ċkejkna tal-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta, li s-sena kollha huma attivi fi ġlieda bla waqfien kontra brikkuni li jużaw il-baħar biex jiksru l-liġijiet u l-bon ordni fil-gżejjer Maltin. Dak il-ħin il-Melina 1 kienet fuq missjoni regolari, jiġifieri fuq ronda ta’ spezzjoni madwar il-Port il-Kbir. Il-Melina 1 għaddiet minn quddiem il-Forti Sant’Iermu u ssoktat tiżgiċċa fuq il-mewġ ftit li xejn imħarrek tal-baħar lejn il-Ponta ta’ Rikażli. Il-kaptan tagħha, isSurġent Maġġur George Cassar, wiċċu maħruq sew mix-xemx u maħqur mir-riħ, kien bilqiegħda fil-kabina jieħu ħsieb it-tmun.
kienx sama’ bl-aħbar. “Eqq! Mela bilfors li jien ma smajtx tajjeb! Forsi r-radju kien qed jirriferi għall-inċident ta’ nhar it-Tnejn.” Paul gidem kemxejn xofftu ta’ taħt waqt li pprova jiftakar eżattament x’kien sama’. George gerger b’leħen li jinstema’ minn sħabu: “Nispera li s-sajjieda tagħna ma jistennewniex nagħmluha ta’ babysitters tagħhom!” “X’jiġifieri?” Paul u John staqsewh kważi flimkien. “Meta kont tifel għaddejt sigħat twal fil-vaganzi tas-sajf nistad b’qasba biex forsi naqbad koċċ sardin. Dak iż-żmien indunajt li
s-suċċess fis-sajd ma jiddependix biss fuq l-esperjenza tas-sajd infisha imma wkoll fuq il-kwalità u l-kwantità tat-tagħmir li jkollok.” “Skużani, Sir, għadni m’iniex nifhem xi trid tgħid,” Paul waqqfu. “Ħa ngħidha mod ieħor mela. Tifel armat b’qasba sofistikata u li jġib miegħu landa mimlija gambli jew dud għadu ħaj u jitkagħweġ bħala lixka kien ikollu ċans ħafna akbar minni li jaqbad il-ħut meta jiena kont inkun armat b’qasba sempliċi magħmula minn biċċa ħajta tan-nylon u ftit ġobon u ħobż mgħaffeġ bħala lixka. Issa fhimtuni? Taqblu miegħi?”
Mistoqsija: Mil-liema flotta kienet tagħmel parti d-dgħajsa Melina 1? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb SAJF JAĦRAQ. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 20 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba VINĊILOT U KAPT’N SHARKY huwa: A. CUTAJAR - ATTARD
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
01
TIRBAĦ €100
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Liem għandu jkun is-seklu tan-nisa skont Helena Dalli?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
Rebbieħ: D. AZZOPARDI - ĦAMRUN
26
13.10.2019
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
13.10.2019
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 298
M. MIFSUD - BIRKIRKARA
Bi 3 Numri 083 117 128 184 400 661 666 671 678 707 919 937 B’4 Numri 0411
0469 0536 0690 1154 1180 1504 1874 2381 3141 3676 4077 4116 4166 4268 4409 4544
5486 5644 5803 6107 6117 6936 7035 7285 7288 7326 7573 7759 7882 8021 8627 8816
9154 9214 9581 B’5 Numri 00637 02978 15816 17522 22350 27253 33380 35046 35667 38020 39151
44053 57581 75276 77930 80639 82127 85304 B’6 Numri 173314 180928 350076 456184 590328 634064 647352
837655 B’7 Numri 0302167 2727088 4602391 8740042 B’10 Numri 1539862119 7110430861
1. 4. 7,19. 9,17. 10. 12. 16.
Mimdudin: It-tielet xahar (5) Kompli l-qawl: Awwissu, ix-xemx taħarqu u x-........ tmissu (5) Ipprepara biex jispara (5) Kienu jiġbru l-flus fihom fil-knejjes (5) Kunjom (6) Ingliż jimmarka! (6) Repubblika tas-Sud Afrika
18. 19. 20. 21. 23. 24.
(1,1,1) Intelliġenza Artifiċjali (1,1) Ara 7 Obama (5) Ma baqax nej (3) Ta’ qabel 1 mimduda! (4) Skjav (5)
1. 2. 3,5.
Weqfin: Issammru dan (6) Kmand? (3) Tixrib? (6)
5. 6,12. 8. 11. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Ara 3 Riħa tfuħ (5) Jieħdu sehem fil-Karnival (9) Omm (2) Ara 6 L-ewwel tlieta tar-Rialto (3) Tagħmlu l-Qorti (6) Ksuħat! (6) Ara 9 Xagħar? (3) L-Armata Maltija? (1,1,1)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Qamar, 4.Muża, 7,12W,22.Iċċedux, 10.Ħafifa, 12.Ċangun, 16.Lie, 18,19. Tapit, 20.Qatta, 21.Dud, 23.Rixa, 24.Ibatu
Weqfin: 1,11.Qawsalla, 2.Mai, 3.Riħ, 5.Uri, 6,9.Arawni, 8.Ċangaturi, 13.NTA, 14.Nparla, 15.Ittiru, 17.Ilu, 21.Dar
28
13.10.2019
kullhadd.com
WARA R-RIŻENJA ISSA JGĦID LI MA JAFU ĦADD
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian lieri tal-Partit Nazzjonalista u d-dikjaDelia, qed isibu skomdu jitkellem dwar razzjoni ta’ Delia wasslet għal sorpriża kbira fost ħafna attivisti fl-Istamperija in-nies kollha li telquh mill-Parli jafu sew kemm Adrian Detit Nazzjonalista. F’waħda lia serraħ fuq Pierre Portelli mill-aktar dikjarazzfil-kampanja biex sar Kap u jonijiet riċenti tiegħu Dlonk issa minflok prova jerġa’ Adrian Delia ikkoreġieh jiġbdu lura spiċċa jimpspiċċa jiddefenlika li dan mhu ħadd. di l-pożizzjoni Bugeja li qallu li Kien waqt Dissett li skomda li jinsab din riżenja riċenti u Delia kien mistoqsi fiha billi jgħid dwaru. “Kellek nies li li Pierre Porgħalhekk ma setax kienu leali ħafna lejk, telli, Kunsillier insemmu l-Kunsillier f ’Tas-Sliema li hu jistaqsih dwarha Pierre Portelli pereżempwieħed mill-iktar qabel ju, flok ġibt iktar minn dawk li ħadmu biex Delia li ma qablux miegħek...” kien sar Kap, hu bniedem qed jistaqsi Reno Bugeja, sakemm li n-nies ma jafuhx. Pierre Portelli rriżenja ftit tal-ġimgħat ilu interrompieh Delia biex jgħidlu li din minn President tal-Kulleġġ tal-Kunsil- diġà staqsieh dwarha sentejn ilu. Dlonk
ikkoreġieh Bugeja li qallu li din riżenja riċenti u għalhekk ma setax jistaqsih dwarha qabel. Biex hawn Delia wieġbu li int ma tiżinx kif sejjer partit skont jitilqux persuna waħda jew tnejn. “Kull storja jkollha l-background tagħha... ma rridx nitkellem,” qal Delia li mbagħad żied li dawk li kienu qed isegwu lil dan l-individwu “lanqas biss jafuh”. Membru tal-Kunsill Ġenerali qal kif sa ftit tax-xhur u snin ilu ma kienx qed jirraġuna hekk Delia. Lil Pierre Portelli kien qed jużah biex ikollu postu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista bl-attitudni tiegħu tikxef kemm qed jiġi jaqa’ u jqum minn dawk kollha li telqu. Saħansitra ftit tal-jiem ilu qal li m’għandux ħjiel ta’ kemm telqu mill-Partit Nazzjonalista.
DELIA B’AĠIR TA’ BNIEDEM LI NQABAD F’KANTUNIERA Fl-aħħar sigħat il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ prova jirkeb fuq il-gidba ta’ Egrant biex jagħmel l-argumentazzjoni politika tiegħu u l-Partit Laburista wieġeb billi qal li Adrian Delia qed jaġixxi bħal wieħed li nqabad f ’kantuniera. Fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat ma jridx l-inkjesta ta’ Egrant tkun ippubblikata b’mod sħiħ. Iżda, dlonk kienet it-tweġiba tal-Partit Laburista. “Il-Prim Ministru jibqa’ l-iktar persuna li għandha interess li l-inkjesta ta’ Egrant tkun ippubblikata. Dan għax kienu hu u familtu l-vittmi ta’ dan l-ikbar frame-up politiku, kif deher ċar fil-konklużjonijiet tal-inkjesta ppubblikati b’mod sħiħ. Liema konklużjonijiet il-Kap tal-Oppożizzjoni użahom biex ikeċċi lil Simon Busuttil,” qal il-Partit Laburista. Fakkar ukoll kif Adrian Delia għaġġel imur il-Qorti biex jitlob lilha tiddeċiedi dwar dan. “Min jirrispetta r-rule of law jirrispetta d-deċiżjonijiet tal-Qorti. Il-Qorti ċaħdet it-talba ta’ Adrian Delia u għax inqabad f ’kantuniera issa spiċċa jagħmel tiegħu din il-gidba,” qal il-Partit Laburista.
Il-Prim Ministru jibqa’ l-iktar persuna li għandha interess li l-inkjesta ta’ Egrant tkun ippubblikata. Dan għax kienu hu u familtu l-vittmi ta’ dan l-ikbar frame-up politiku