ŻELQA TA’ 1.2KM U SPARAR IEĦOR FIS-SAQAJN Il-Ħadd, 13 ta’ Diċembru, 2020
Ħarġa Nru 1,431
Prezz €1
Rapport f’paġni 6 u 7
IL-QERQ TA’ GRECH JINQABAD FIĊ-ĊIFRI STATISTIKA UFFIĊJALI TGIDDEB LILL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI META JGĦID LI TMIEN SNIN ILU INQAS ĦADDIEMA GĦAWDXIN KIEN IKOLLHOM JAQSMU L-FLIEGU BIEX ISIBU JAĦDMU Fl-aħħar ġimgħat, f’tentattiv li jipprova jikseb appoġġ f’Għawdex, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Bernard Grech ta l-impressjoni li l-Partit Nazzjonalista għandu xi pjan ekonomiku u soċjali mħejji speċifikament għal Għawdex. Fil-verità, l-uniċi ċifri li pprova juża huma għalkollox kontradetti minn statistika uffiċjali li ħarġet din il-ġimgħa. Tagħrif li ngħata fil-Parlament jikxef dan il-qerq sfaċċat u l-inkompetenza ekonomika tal-PN u l-Kap tiegħu. Waqt li fl-aħħar jiem Dr Grech iddikjara li bħalissa hawn 3,500 ħaddiem Għawdxi li jaħdmu f’Malta, 2,000 iżjed milli kien hemm fl-2012, fil-verità kien qed jarmi mal-4,500 Għawdxi ieħor li dak iż-żmien kien ikollhom ukoll jaqsmu l-fliegu regolarment biex jgħajxu lill-familji tagħhom. Tweġiba li ngħatat fil-Parlament din il-ġimgħa mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana għal mistoqsija tad-Deputat u Whip Laburista Glenn Bedingfield uriet li fl-2012 mhux veru kien hemm 1,500 ħaddiem Għawdxi jaħdmu Malta, kif qal il-PN. Tkompli f’paġni 4 u 5
PARTIT LABURISTA
L-aħħar qabda rekord ta’ 622kg kokaina b’valur fis-suq ta’ madwar €69 miljun
DWANA: B’€179M DROGA MILL-2017 FL-10 SNIN TA’ QABEL IKKONFISKATI B’INQAS MINN €10 MILJUN F’DAQQA
Fi ftit aktar minn tliet snin, id-Dwana ta’ Malta rnexxielha tinterċetta l-akbar konsenji ta’ drogi intenzjonati biex jinbiegħu lokalment jew inkella fi triqithom għal pajjiżi oħrajn, b’valur fis-suq li jisboq il-€179 miljun. Dawn is-suċċessi kontinwi f’qabdiet sinifikanti, li qed isibu posthom anke f’rapportaġġi fil-midja internazzjonali, huma dovuti b’mod partikolari għall-investimenti li l-Gvern għamel f’teknoloġija ġdida u tagħmir speċifiku mill-2017 ’il quddiem.
Analiżi dettaljata mill-KullĦadd dwar il-konfiski kull sena mill-istess forza tal-ordni fl-aħħar 13-il sena jirriżulta li qatt ma nqabdu konsenji simili għal dik irrapportata din ilġimgħa. Bejn l-2007 u l-2016 l-ammont ta’ drogi interċettati mill-uffiċjali tad-Dwana kienu ferm inqas u l-valur fis-suq ma jaqbiżx l-€10 miljun fl-10 snin kollha f’daqqa. Tkompli f’paġna 8
Rapport f’paġna 11
02
13.12.2020
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 13°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni baxxa fuq il-baħar Jonju ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Imsaħħab b’ħalbiet tax-xita possibilment bir-ragħad u bis-silġ li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral li jsir ftit qawwi mit-Tramuntana (bil-buffuri tar-riħ viċin il-maltempati) Il-Viżibilità: Tajba lokalment moderata għal ħażina fil-ħalbiet tax-xita Il-Baħar: Moderat għal qawwi li jsir qawwi L-Imbatt: Baxx mill-Punent li jsir moderat It-Temperatura tal-Baħar: 20°C
It-Tnejn
DISINN TAL-PAĠNI
It-Tlieta
L-Erbgħa
KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570
KUNTATT ĠENERALI
18°C UV 3
13°C
Il-Ħamis
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
17°C UV 3
14°C
Il-Ġimgħa
17°C UV 2
14°C
Is-Sibt
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1 182
19°C UV 1
14°C
18°C UV 1
14°C
18°C UV 2
13°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Floriana Dispensary,29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293 Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi – 21375373 Chemimart Pharmacy, 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, In-Naxxar – 21417406 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21454187 Għawdex Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat – 21556170 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem – 27203615 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
13.12.2020
INTRODOTTI R-RANGERS AMBJENTALI Il-Gvern nieda l-proġett-pilota tar-rangers ambjentali bl-ewwel reklutaġġ ta’ tliet uffiċjali. Wara dan l-istadju, is-sena d-dieħla se jiġu reklutati 13-il ranger ieħor, li se jkunu inkarigati jissorveljaw il-maġġoranza taż-żoni protetti u rurali madwar il-pajjiż, inklużi siti ta’ Natura 2000. Rangers simili kienu ġew imwegħda minn Gvern Nazzjo nalista 12-il sena ilu meta dak iż-żmien il-Ministru responsab bli George Pullicino kien nieda taħditiet ma’ NGOs ambjentali. Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia spjega kif dawn ir-rangers ambjentali se jingħatalhom taħriġ u jkollhom tagħrif fuq il-flora u l-fawna lokali, fuq ir-regoli relatati mal-protezzjoni ta’ green areas, l-involviment tal-komunità u r-riskji eżistenti għall-ambjent lokali. Dawn ir-rangers se jaħdmu taħt id-direzzjoni tat-tim
xjentifiku ta’ Ambjent Malta, li hu responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ambjentali f’siti Natura 2000 u żoni rurali oħrajn, flimkien mal-iżvilupp ta’ infrastruttura ħadranija. Il-Ministru spjega li r-rwol prinċipali tar-rangers hu li joħolqu kuxjenza ambjentali u jassiguraw li l-poplu jirrispetta ż-żoni rurali ta’ pajjiżna. “Il-proġetti ambjentali fiżżoni rurali kienu jeħtieġu wkoll infurzar b’saħħtu u qawwi. B’hekk bdejna bil-proġett pilota b’ingaġġ ta’ tliet rangers ambjentali li se jkunu qed iħarsu l-madwar f’diversi żoni fil-pajjiż. Fil-preżent ir-rekluti l-ġodda qed jieħdu taħriġ fi djarhom minn Ambjent Malta, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u NGOs ambjentali, u se jkollhom rwol kemm ta’ infurzar kif ukoll wieħed edukattiv. Dan hu biss il-bidu: fis-sena li ġejja se naraw ingaġġ ikbar biex b’hekk pajjiż-
na mhux biss ikollu l-proġetti ambjentali b’saħħithom, imma wkoll infurzar b’saħħtu,” tenna l-Ministru. Iċ-Chief Scientific Officer, li se jkun qed imexxi din l-isk-
wadra, ġie reklutat dan l-aħħar flimkien ma’ Uffiċjal Ambjentali. Dawn se jkunu direttament responsabbli mill-kordinazzjo ni ta’ dawn ir-rangers biex jassistu lil Ambjent Malta fil-
monitoraġġ ta’ proġetti ta’ ria bilitazzjoni ambjentali, inkluż fit-tħawwil ta’ siġar u l-kontroll ta’ inizjattivi kontra l-prolife razzjoni ta’ speċi invażivi, fost oħrajn.
04
13.12.2020
IMPJIEGI F’GĦAWDEX FL-2019 DAQS LEĠIŻLATURA TAL-PN Tkompli minn paġna 1 Jirriżulta li, fl-aħħar sena sħiħa taħt it-tmexxija ta’ Gvern Nazzjonalista, fil-fatt kien hemm kważi 5,500 resident Għawdxi li kienu jaħdmu full-time f’Malta, filwaqt li kien hemm ukoll 438 resident Għawdxi li kienu jaħdmu parttime ma’ negozju f’Malta. Skont statistika ta’ Jobsplus, dan l-ammont ta’ ftit inqas minn 6,000 hu erba’ darbiet aktar minn dak li kkwota l-Kap tal-Oppożizzjoni fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, inkluż meta kien qed iwieġeb id-diskors tal-Baġit nhar is-26 ta’ Ottubru li għadda. Fl-aħħar ta’ Novembru li għadda wkoll ħareġ kif, bejn l-2013 u l-2019, l-Għawdxin li sabu impjieg f’Għawdex stess, mingħajr l-iskariġġ li jaqsmu l-fliegu regolarment, żdiedu kull sena b’medja ta’ 721 ħaddiem iżjed mis-sena ta’ qabel. Dan ir-ritmu kien ferm aħjar fl-aħħar snin, tant li l-medja titla’ għal 949 ħaddiem kull sena bejn is-snin 2016 u 2019. L-istess risposta għad-domanda Parlamentari ta’ din il-ġimgħa indikat li, taħt GonziPN, l-ammont ta’ Għawdxin jaħdmu Malta kien tela’ minn ftit aktar minn 5,400 għal kważi 6,000. Dan ifisser żieda ta’ 10% fi żmien li, skont Dr Grech, l-Għawdxin kienu qed isibu xogħol l-aktar f’Għawdex. Fil-fatt ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jindikaw li taħt l-amministrazzjoni Gonzi kien hemm żieda ta’ 1,300 Għawdxi jaħdem. Li jfisser li miż-żieda kollha osservata kważi n-nofs kien ta’ Għawdxin li kienu jmorru jaħdmu Malta. Fl-aħħar sena tal-Gvern ta’ Gonzi, minn 148 post tax-xogħol ġdid għall-Għawdxin, jirriżulta li 110 kienu f’Malta, jiġifieri tliet kwarti.
Rapport tal-midja Nazzjonalista li enfasizza fuq il-qerq tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar ħaddiema Għawdxin B’kuntrast l-aħħar statistika tindika li fl-2019 inħolqu kważi 1,100 impjieg aktar għall-Għawdxin, li jfisser li f’sena waħda biss inħolqu kważi daqskemm inħolqu impjiegi f’leġiżlatura sħiħa tal-PN. Minbarra hekk kien biss kwart ta’ dawn ix-xogħlijiet li kienu
f’Malta. Mit-tagħrif, li kien ingħata x-xahar li għadda fi tweġiba Parlamentari separata, jirriżulta li f’Jannar 2020 l-ammont ta’ Għawdxin li kellhom impjieg full-time jew part-time bħala l-job ewlieni tagħhom fil-gżira stess tela’ b’4,451 għal
Il-ġid nazzjonali maħdum fil-gżira Għawdxija kien tela’ b’€34 miljun bejn l-2008 u l-2012, waqt li żdied b’€163 miljun bejn l-2013 u l-2018. Dak li nkiseb f’leġiżlatura sħiħa Nazzjonalista nkiseb f’sena waħda ta’ din l-amministrazzjoni
15,955 ħaddiem, minn 11,504 ħaddiem Għawdxi f’Diċembru 2013. Miċ-ċifri ta’ Jannar li għadda, 965 Għawdxi/ja kellhom ukoll xogħol part-time ieħor. L-akbar żidiet ta’ ħaddiema f’dawn is-snin kienu rreġistrati mas-settur privat, iżda kien hemm ukoll żieda qawwija ta’ kważi 900 ħaddiem li jaħdmu għal rashom. Dan jixhed kif ir-rota ekonomika Għawdxija kienet ukoll fl-aqwa tagħha fl-aħħar seba’ snin, kontra kull perċezzjoni żbaljata li jipprovaw ibellgħu mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Fil-fatt meta wieħed iħares lejn it-tkabbir ekonomiku f’Għawdex, il-ġid nazzjonali maħdum fil-gżira bejn l-2008 u l-2012 tela’ b’€34 miljun. Bejn l-2013 u l-2018 dan tela’ b’€163 miljun. Dak li nkiseb f’leġiżlatura sħiħa Nazzjonalista
nkiseb f’sena waħda ta’ din l-amministrazzjoni. B’riżultat t’hekk, minn 60% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) ras għal ras fuq bażi nazzjonali, Għawdex issa tela’ għal kważi 65%. Dan seħħ minkejja li l-ekonomija f’Malta kienet qed tikber b’ritmu ta’ tliet darbiet dak li kienet qed tikber bih qabel l-2013. Xorta waħda, minkejja din l-aċċellerazzjoni, l-ekonomija ta’ Għawdex kibret aktar milli kibret dik f’Malta. Dan wassal biex id-dħul disponibbli ta’ familja medja Għawdxija hu €3,125 ogħla milli kien fl-2012, titjib ta’ 15%. Ma’ dan, jirriżulta li l-ammont ta’ Għawdxin dipendenti fuq l-assistenza soċjali naqas bi 30%, filwaqt li l-ammont ta’ Għawdxin jirreġistraw bħalissa hu erba’ darbiet inqas minn dak f’Marzu 2013.
05
13.12.2020 29.11.2020
FULL-TIME U PART-TIME
03
BĦALA X-XOGĦOL EWLI
ENI TAL-GĦAWDXIN F’GĦA
WDEX STESS
RĠIEL
SETTUR PRIVAT Jaħdmu għal Impjegati Total rashom Diċ 2013
1,696
3,114
4,810
SETTUR PUBBLIKU
SETTUR PRIVAT Jaħdmu għal Impjegati Total rashom
NISA SETTUR PUBBLIKU
TOTAL
Entitajiet
Gvern
Total
Entitajiet
Gvern
Total
328
2,060
2,388
476
2,307
2,783
127
1,396
1,523
508
11,504
2,519
3,027
124
1,421
1,545
11,994
Settur Privat u Pubbliku
Diċ 2014
1,721
3,261
4,982
384
2,056
Diċ 2015
2,440
1,766
3,435
5,201
318
2,012
2,360
550
2,689
3,781
3,239
5,594
132
358
1,425
1,956
2,314
1,557
12,357
616
2,928
3,544
130
1,402
1,532
12,984 14,015
Diċ 2016
1,813
Diċ 2017
1,873
4,071
5,944
361
2,046
Diċ 2018
2,407
2,012
696
3,261
4,510
3,957
6,522
141
364
1,566
1,997
2,361
1,707
790
3,543
4,333
144
1,566
1,710
14,926
Diċ 2019
2,154
4,979
7,133
341
1,977
Jan 2020
2,318
2,171
889
3,769
5,045
4,658
7,216
158
338
1,563
1,976
2,314
1,721
15,830
899
3,795
4,694
181
1,550
1,731
15,955
QABŻIET FL-IMPJIEGI F’G ĦAWDEX BEJN L-2013 U L-2019 KIEN
HEMM ŻIEDA MEDJA TA’ AKTAR MINN 720 GĦAWDX I LI KULL SENA SABU IMPJ IEG EWLIENI ĠDID FIL-G ŻIRA STESS
Statistika ppubblikata din ilġimgħa wriet kif bejn l-2013 tal-ħatra bħala Ministru ġdid maqsumin bejn ħaddiema tal-Finanzi, wera li waqt u l-2019 l-Għawdxin li li rġiel u nisa u bejn self-em sabu impjieg f’Għawdex stess, f’Diċembru 2013 kien hemm ployed, impjieg i mal-privat mingħajr l-iskariġġ li jaqsmu 11,504 ħaddiema Għawdxin u mal-Gvern jew l-entitajil-fliegu regolarment, żdiedu li kellhom impjieg full-time et tiegħu. Dawn jixhdu kif jew part-time bħala x-xogħ kull sena b’medja ta’ 721 ol ir-rota ekonom ika Għawdxija ħaddiem iżjed mis-sena ta’ qabel. ewlieni tagħhom fil-gżira st- kienet ukoll fl-aqwa tagħha Dan ir-ritmu kien ferm aħjar ess, f’Jannar 2020 l-ammont fl-aħħar seba’ snin, kontra tela’ b’4,451 għal 15,955 fl-aħħar snin, tant li l-medj ħad- kull perċezzjoni żbaljata li a diem Għawdxi. Minn titla’ għal 949 ħaddiem dawn, jipprov aw ibellgħu mill-Opkull sena bejn is-snin 2016 u 2019. 965 Għawdxi/ja kellhom ukoll pożizzjoni Nazzjo nalista. xogħol part-time ieħor. Tagħrif, li ngħata nhar Minn dawn mhux Tabelli, li ġew ippreże it-Tlieta fi tweġiba Parlam n- joħroġ li l-akbar żidiet biss ta’ entari minn Clyde Carua- tati bħala tweġiba għal mis- ħaddiema kienu rreġist toqsija tad-Deputat Għawd na l-għada li ħa l-ġuram xi mas-settur privat, iżda rati ent Chris Said, jispjegaw kien iċ-ċifri hemm ukoll żieda qawwija ta’ kważi 900 ħaddiem li jaħdmu għal rashom. Minn total ta’ 2,172 fl-aħħar tal-2013 dawn GĦAWDXIN LI GĦANDHOM XOGĦOL telgħu għal 3,070 fil-bidu PART-TIME MINBARRA XOGĦ ta’ din is-sena. OL FULL-TIME Minbarra hekk joħroġ li f’Jannar li għadda kien hawn 13,470 Għawdxi li jaħdmu NISA RĠIEL fullTotal time f’Għawdex stess, meta f’Diċembru ta’ seba’ snin Diċembru 2013 ilu 427 1,398 1,825 kien hemm 9,526 persun a, kważi 4,000 inqas. Għawd Diċembru 2014 xin 454 1,421 li l-impjieg ewlieni tagħho 1,875 m hu part-ti me żdiedu b’aktar Diċembru 2015 464 minn 1,445 500 minn 1,978 f’Diċem1,909 bru 2013 għal 2,485 f’Janna r Diċembru 2016 502 2020. 1,553 2,055 Mit-tweġiba mogħtiDiċembru 2017 ja fil-Parlament ġie nnutat 592 1,749 2,341 ukoll li kien hemm żieda Diċembru 2018 fin-numru ta’ nisa jaħdmu 647 1,877 2,524 full-time f’Għawdex. Filwaq t li f’Diċembru ta’ seba’ Diċembru 2019 731 snin 2,033 2,764 ilu kien hemm 3,211-il mara taħdem full-time f’Għaw Jannar 2020 dex, 743 2,047 f’Jannar li għadda n-num 2,790 ru tela’ għal 5,041.
“Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan il-Gvern, minkejja ħafna wegħdi li jkattar xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin, qed jibqa’ jinjora dan il-bżonn … biex minn 1,500 ħaddiem li kienu jaħdmu Malta tmien snin ilu, issa għandna 3,500 ħaddiema li jkollhom jitilqu minn gżirithom biex jaqsmu lejn Malta għax-xogħol.” Id-dinamiżmu tal-ekonomija Għawdxija tant hu b’saħħtu li l-irkupru mill-effetti tal-pandemija qed ikun ferm aktar aċċellerat minn dak f’Malta. Dan minkejja li tradizzjonalment l-ekonomija Għawdxija tiddependi aktar mit-turiżmu. Il-qagħda finanzjarja tajba ferm li kellhom il-familji Għawdxin qabel feġġet il-pandemija, kif ukoll l-għajnuna fiskali bla preċedent li rat din il-gżira fl-aħħar xhur, qed twassal biex l-ekonomija ta’ din il-gżira qed tkun xempju ta’ rkupru effettiv. Hu għalhekk li kull diskors ta’ Dr Grech f’dan ir-rigward qed jistona b’mod qawwi mal-komunità kummerċjali Għawdxija, tant li negozjanti fil-gżira huma ferm urtati bil-pożizzjonijiet li qed jieħu l-PN. Filwaqt li tinkwetahom ukoll il-pożizzjoni mhux ċara tal-Kap Nazzjonalista dwar
il-mina, wisq probabbli li l-aktar li jbeżżagħhom hi t-tendenza li qabad Dr Grech kull meta jfaħħar il-politika mħaddna minn GonziPN. Bħal f’Malta, f’Għawdex din il-politika hi sinonima ma’ staġnar ekonomiku kif ukoll mal-mod antikwat ta’ politika tal-Eks Ministru Giovanna Debono, li skont Grech hi ġġanta politika u saħansitra ispirazzjoni għat-tmexxija tiegħu. Fid-dawl ta’ dan, mhumiex jissorprendu r-riżultati ħżiena li qed jikseb fi stħarriġ tal-opinjoni pubblika l-PN fit-Tlettaxil Distrett. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ grinta tat-tliet deputati preżenti tal-Oppożizzjoni fuq id-distrett, minn Tal-Pietà bdiet riċerka qawwija għal kandidati ġodda biex dawn jieħdu huma f’idejhom it-tmexxija tal-kampanja elettorali Nazzjonalista f’Għawdex.
IR-“RIVOLUZZJONI” SĦIĦA FIL-ĦSIEB TAD-DIVORZJU Disa’ snin ilu kien vuċi prominenti li għajtet “Le” għad-divorzju, bħala parti integrali mill-Moviment Żwieg Bla Divorzju. Ikkampanja bil-kbir biex id-divorzju ma jidħolx f’pajjiżna, anke bl-iżjed argumenti Konservattivi li ma jagħmlux sens. Il-Kap attwali tal-Partit Nazzjonalista, li dakinhar kien fuq dak il-front, illum irid jippreżenta lilu nnifsu bħala wieħed maqtugħ jew saħansitra persuna differenti minn dak iż-żmien u beda jesponi ħsibijiet li huma kompletament l-oppost. Konvenjenza politika!! Id-divorzju daħal fl-2011, minkejja l-oppożizzjoni, u dawk li kienu għatxana għall-qafas legali biex itemmu relazzjoni li ma ħadmitx, għal raġuni jew oħra, setgħu jibdew triq ġdida, anke f’relazzjonijiet aħjar. Malli ġiet fis-seħħ il-Liġi tad-Divorzju l-Avukat Bernard Grech beda wkoll iduq minn dawn il-flus tal-klijenti u riċentement qalilna li minn hemm bidel fehmtu, anzi sar avukat ewlieni f’każijiet bejn koppji li jiftħu kawżi tad-divorzju. Avolja meta kien fit-tiġrija u allura qed jikkontesta għat-tmexxija tal-PN, iddikjara li ma kienx żball li kkampanja kontra l-liġi tad-divorzju. Ma ninsewx li f’din it-tiġrija għal Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech kien appoġġjat mill-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi li wkoll kien ikkampanja kontra l-liġi tad-divorzju. F’Awwissu li għadda, f’intervista mal-Malta Independent, Grech iddikjara: “Il-fehma tiegħi dwar id-divorzju nbidlet fuq livell personali meta sena, sena u nofs wara r-referendum bħala avukat bdejt nieħu ħsieb każijiet tad-divorzju”. Anzi qal aktar: “Allura ħdimt mal-liġi bħala avukat u ħassejt li kelli l-obbligu li ngħin lil dawk li kellhom dritt legali jużaw dak id-dritt”. Dritt li kien ħerqan li jgħaffeġ bil-“Le” tiegħu għad-dħul tad-divorzju. F’intervista fl-istess xahar din id-darba mat-Times, iddefenda l-pożizzjoni li ħa fl-aħħar snin kontra t-twessigħ ta’ ċerti drittijiet ċivili. Issa f’kummenti fuq NET TV qal “irridu riforma fil-liġijiet tad-divorzju u tal-vjolenza domestika. Aħna qegħdin fil-politika biex inservu u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Qegħdin fil-politika biex naraw li l-liġijiet tagħna qed jilħqu l-għan tagħhom li jservu biex intejbu l-ħajja tan-nies.” Kliem li jikkuntrasta bil-kbir meta Grech ma kienx fil-politika u kien prominenti fil-kampanja kontra d-dħul tad-divorzju! Terġa’, f’kitba fuq il-mezzi soċjali, fost oħrajn kiteb li wieħed għandu jevalwa jekk għadux jagħmel sens li koppja sseparata tistenna erba’ snin sakemm tapplika għad-divorzju. Gvern Laburista kien konsistenti f’dan ir-rigward u nhar l-Erbgħa li għadda, waqt il-Kabinett ġiet diskussa bidla fil-liġi tad-divorzju. Bdil propost li dwaru l-Prim Ministru Robert Abela, hu wkoll avukat bi professjoni, kien diġà qabel esprima l-uġigħ ta’ dawk li jkollhom jistennew dewmien esaġerat biex jerġgħu jsibu ċerta stabbiltà f’ħajjithom. F’kummenti mal-ġurnalisti, il-Prim Ministru semma klawsola li biex ikun hemm bidliet fil-liġi tad-divorzju jeħtieġ isir referendum ieħor u qal li din il-klawsola kienet daħlet proprju biex takkomoda nies bħall-Kap
tal-Oppożizzjoni preżenti li kien ikkampanja kontra d-dħul tad-divorzju f’Malta. Il-Liġi tad-Divorzju tfasslet mill-amministrazzjoni ta’ Lawrence Gonzi. Din il-ġimgħa l-Kabinett approva l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-kundizzjonijiet meħtieġa għad-divorzju. Ix-xogħol fuq l-abbozz ta’ liġi kien jeħtieġ impenn qawwi legali li analizza d-dettalji tal-liġi preżenti. L-għada l-Ħamis, il-Gvern Malti ppubblika l-Abbozz ta’ Liġi li jipproponi li jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija biex persuna tikseb id-divorzju. Dan l-abbozz ta’ Liġi jipproponi distinzjoni fit-termini ta’ żmien ta’ stennija għall-kisba tad-divorzju, bejn koppji li diġà jkunu separati legalment, u dawk li ma jkunux għadhom jgħixu flimkien bħala koppja miżżewġa. Qed jiġi propost ukoll li għall-ewwel darba jkun hemm distinzjoni fil-perjodi ta’ żmien għat-tressiq ta’ talbiet għal divorzju li jsiru b’mod konġunt u dawk li jsiru b’mod unilaterali, minn persuni li mhumiex separati legalment. Il-Gvern qiegħed jipproponi li fejn il-partijiet ikunu diġà separati legalment, jiġifieri b’sentenza tal-Qorti jew kuntratt, m’għandu jkun hemm l-ebda perjodu ta’ żmien ta’ stennija biex persuna tkun tista’ tagħmel talba għad-divorzju. Min-naħa l-oħra, fejn il-partijiet ikunu biss separati de facto, u t-talba għal divorzju ssir miż-żewġ partijiet flimkien, l-istess partijiet, fid-data li jibdew il-proċeduri tad-divorzju, iridu jkunu ilhom ma jgħixux flimkien għal mill-inqas sitt xhur mis-sena preċedenti. Fejn, iżda, it-talba ssir minn parti waħda kontra l-oħra, il-partijiet, fid-data li jibdew il-proċeduri ta’ divorzju, iridu jkunu ilhom ma jgħixux flimkien bħala koppja miżżewġa għal mill-inqas sena mis-sentejn preċedenti. Dan huwa Gvern li tabilħaqq qed jaħdem biex isiru t-tibdiliet u r-riformi neċessarji biex verament titjieb il-kwalità tal-ħajja talMaltin u tal-Għawdxin kollha mingħajr distinzjoni jew oħra u għax dejjem kien konvint minn dan. Il-Gvern, li dejjem kien konsistenti fil-ħidma tiegħu, se jibqa’ kommess li jaħdem biex ir-realtajiet tal-familji Maltin u Għawdxin ma jkunux imwarrbin u se jibqa’ jżomm idejh fuq il-polz tal-familji u se jibqa’ jaħdem biex il-familja tibqa’ tissaħħaħ permezz ta’ politika progressiva.
06
13.12.2020
ŻELQA TA’ 1.2 KILOMETRI U Il-ħin tal-mistoqsijiet fil-bidu ta’ kull seduta Parlamentari, li spiss jipprovdi tagħrif interessanti relatat ma’ ħidmet l-amministrazzjoni li ssir fil-Ministeri kollha tagħha, din il-ġimgħa qanqal ukoll raġuni għal daħqa jew iżjed bi tweġibiet li ngħataw lil Deputati Parlamentari Nazzjonalisti. B’mistoqsijiet li għamlu lil żewġ Ministri differenti biex, wisq probabbli, isegwu talbiet jew ilmenti li jkunu sarulhom fil-kostitwenzi rispettivi tagħhom, Claudette Buttigieg, Robert Cutajar, Toni Bezzina u Ivan Bartolo ma ntebħux li kienu se jitfgħu l-ġebla fuq saqajhom u jinqabdu bil-ħmura f’wiċċhom. L-akbar żelqa rreġistrata kienet dik minn Buttigieg li staqsiet dwar meta hu ppjanat li jsir ix-xogħol fuq triq partikolari fin-Naxxar, iżda ma ntebħitx li din ingħatat wiċċ ġdid bl-asfalt aktar minn sena ilu. It-triq, li hi itwal minn kilometru, ukoll kienu sarulha s-servizzi kollha ġodda taħt l-art. Id-Deputata ġiet eletta mit-12-il Distrett, li fih jinkludi wkoll parti min-Naxxar. It-triq inkwistjoni hi Triq John Adye, li tibda eżatt minn mar-roundabout ta’ Triq is-Salini, jew fit-Telgħa t’Alla u Ommu, kif inhi iżjed magħrufa, u tieħu lejn il-parti urbana tal-lokal u l-wied taħt Ħal Għargħur b’tul ta’ 1.2 kilometri. Nhar it-Tnejn, id-Deputat Robert Cutajar, li fl-aħħar elezzjoni ġenerali wkoll ġie elett mid-distrett ta’ Buttigieg, donnu ried jikkompeti mal-kollega. Avolja ma rnexxilux jiżloq daqsha, tefa’ bozza fuq l-inkonsistenzi tal-amministrazzjonijiet preċedenti fit-toroq tal-pajjiż. Riċentement anke d-Deputat Toni Bezzina nqabad bejn mistoqsija u tweġiba relatati mal-mod kif qed isiru t-toroq fil-pajjiż minn Infrastructure Malta. L-Aġenzija hi responsabbli biex twettaq il-wegħda elettorali li tibni t-toroq kollha fil-pajjiż fuq medda ta’ seba’ snin u b’investiment ta’ xejn inqas minn €700 miljun. Min-naħa tiegħu, Bartolo kellu wkoll lapsus b’rabta ma’ mistoqsija fuq lift fi blokka t ’a p p a r t a m e nti tal-Awtorità tad-Djar. Waqt li talab biex dan jiġi installat fi żmien
raġonevoli, mit-tweġiba joħroġ li, fil-verità, dan kien ilu operattiv għal kważi xahrejn mindu daħħal il-mistoqsija d-Deputat Nazzjonalista. Għalkemm it-tweġibiet mill-Ministri Ian Borg u Roderick Galdes rispettivament jinkludu spjegazzjoni diplomatika, ovvjament ma setgħux jevitaw li jkunu skjetti meta ġew biex jikxfu l-farsa li nqabdu fiha d-Deputati tal-Oppożizzjoni.
Mistoqsija skaduta minn Buttigieg M: Jista’ l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali jgħid meta huwa ppjanat li jsir ix-xogħol fuq Triq John Adye fin-Naxxar? T: Ninforma l-Onorevoli interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza, is-sostenibilità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq filpajjiż. Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurtà u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħrajn, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet,
Aktar minn kilometru ta’ Triq John Adye fin-Naxxar li d-Deputata Buttigieg ma ndunatx li kienet ilha iżjed minn sena li tlestiet minn Infrastructure Malta l-Aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 470 triq. Fl-ewwel 10 xhur ta’ din is-sena, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid 120 triq residenzjali. It-triq indikata li hi twila madwar 1.2 kilometri u li kienet fi stat ħażin ħafna ilha li tlestiet minn Novembru tal-2019, aktar minn sena ilu. Il-bini millġdid ta’ din it-triq kien jinkludi tqegħid ta’ servizzi ġodda taħt l-art għall-provvista tal-ilma, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid bl-asfalt. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Cutajar maqbud fit-Telgħa tax-Xemxija Waqt li ried jonfoħ xi tip ta’ persistenza min-naħa tiegħu, l-Eks Sindku tal-Mellieħa Robert Cutajar esiġa għal garanzija minn Infrastructure Malta biex tagħmel tajjeb għal kull spejjeż li sewwieqa jistgħu jsofru fil-vetturi tagħhom kawża ta’ ħsarat fit-Telgħa tax-Xemxija. Il-Ministru Borg fakkru li mhux biss hu kien ukoll kontra t-twaqqif tal-Aġenzija u ħidmietha, iżda anke l-poplu ilu jitlob li t-triq issir ferm aktar qabel stenbaħ hu. M: Jista’ l-Ministru jagħti assikurazzjoni li Infrastructure Malta ser tkun qed tagħti kumpens
(tagħmel tajjeb) għall-ħsarat li qed iġarrbu l-vetturi ta’ numru ta’ individwi (sewwieqa) minħabba l-istat tal-biki li tinsab fih it-triq arterjali fix-Xemxija (minn Xatt il-Pwales sa tarf it-Telgħa tax-Xemxija), fejn infakkar li ilni kważi sentejn nitlob lill-istess Ministru sabiex Infrastructure Malta tibni mill-ġdid din it-triq arterjali? T: Huwa tajjeb li l-Onorevoli Cutajar qed ifakkarna li wara li bħala parti mill-Oppożizzjoni vvota kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, minn meta twaqqfet kontra r-rieda tiegħu tgħidx kemm talab li din l-istess entità tagħmel xogħlijiet. Tajjeb li forsi fl-aħħar l-Onorevoli Cutajar qed jinduna li kien żbaljat meta ħadem biex din l-aġenzija li tant qed twettaq xogħol lanqas biss titwaqqaf. Ikun tajjeb ukoll kieku jfakkar li l-poplu ilu ħafna aktar minn sentejn jitlob li t-Telgħa tax-Xemxija tinbena mill-ġdid. Filfatt, il-poplu kien ilu għexieren ta’ snin jittama li Gvernijiet preċedenti li kien jifforma parti minnhom l-Onorevoli Cutajar jieħdu
bis-serjetà l-infrastruttura ta’ pajjiżna u jibdew jaħdmu biex ikollna toroq aħjar. Ikun tajjeb ukoll li l-Onor. Cutajar ifakkar li f’dawn l-aħħar snin, il-Gvern diġà bena mill-ġdid parti mit-triq imsemmija filwaqt li wettaq tiswijiet estensivi tar-rotta sħiħa bejn San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija u l-Mellieħa, hekk kif kelli ċ-ċans nispjega fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 17673 ta’ din l-istess seduta. Fil-fatt, kif diġà semmejt f’din it-tweġiba, din il-ġimgħa stess għaddejjin aktar xogħlijiet ta’ tiswijiet f’parti oħra ta’ din it-triq, sabiex tibqa’ sigura għall-pubbliku sakemm inkunu nistgħu nibnuha mill-ġdid b’mod sħiħ wara li l-entitajiet konċernati jlestu t-tqegħid ta’ diversi servizzi taħt l-istess triq. B’hekk, meta finalment nibnuha mill-ġdid, ma jkunx hemm għalfejn terġa’ tinqala’. Filwaqt li amministrazzjonijiet preċedenti qatgħu qalbhom minn din it-triq u s-servizzi taħt l-art li jridu jsiru fiha, Transport Malta, Infrastructure Malta u entitajiet oħra
07
13.12.2020
SPARAR IEĦOR FIS-SAQAJN konsegwenza li malli tagħmel ftit xita, dan il-wiċċ jinqala’ u t-triq timtela bil-ħofor b’periklu għas-sewwieqa li jgħaddu mit-triq, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-regolatur ta’ xogħlijiet fit-toroq tagħna hijiex Transport Malta? Jekk ir-regolatur huwa Transport Malta, il-kundizzjonijiet biex isiru xogħlijiet fit-toroq ta’ pajjiżna mhux din l-awtorità (u ċoè Transport Malta) tagħmilhom? Jekk fl-affermattiv, allura mhux Transport Malta qiegħda tħalli lil diversi awtoritajiet / dipartimenti ma jagħmlux ir-reinstatement temporanju bl-asfalt?
f’dawn l-aħħar snin diġà wettqu diversi xogħlijiet fiha u se naraw li nibnuha mill-ġdid ukoll. Dan kollu qed isir bħala parti mill-investiment bla preċedent t’aktar minn €100 miljun fis-sena li qed twettaq Infrastructure Malta fit-toroq ta’ Malta, investiment li qed igawdu minnu l-familji u n-negozji kollha f’pajjiżna. Tajjeb nerġa’ nfakkar li, li kieku kien għall-Onorevoli Cutajar, minn dan it-titjib kollu fit-toroq tagħna, ma kien isir xejn. Huwa tajjeb li meta nibdew infakkru, infakkru kollox. Persuni li jġarrbu ħsarat fil-vetturi jew propjetà oħra tagħhom fit-toroq arterjali jew residenzjali jistgħu jressqu t-talbiet għal kumpens lil Infrastructure Malta jew lill-kunsilli lokali, skont il-każ. Kull talba tiġi
investigata fl-iqsar żmien possibbli u jekk jinstab li l-ħsarat verament kienu kkawżati minn nuqqasijiet fit-triq konċernata, it-talba tintlaqa’ sabiex jingħata l-kumpens ġust applikabbli.
Bezzina wkoll għaxxaqha F’nofs Novembru li għadda, tweġiba, li ngħatat mill-istess Ministeru lid-Deputat Toni Bezzina, wara li staqsa dwar asfaltar ta’ toroq, indirettament ukoll kixfet kif Gvernijiet Nazzjonalista kienu kapaċi jagħmlu ħafna xogħol doppju u spejjeż żejda fil-bini jew irranġar tat-toroq, anke jekk l-investiment relatat kien ukoll xott imqabbel mal-lum, kif enfasizzalu l-Ministru Borg. M: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16646 fejn staqsejt lill-Ministru x’inhi r-raġuni li meta ssir kwalunkwe tip ta’ trinka għal kwalunkwe Awtorità / Dipartiment / Kumpanija Privata / Individwu madwar Malta u Għawdex kollha, minflok isir wiċċ temporanju bl-asfalt, kif kienet il-prassi sa seba’ snin ilu, dan il-wiċċ temporanju qed isir bil-lean mix bil-
T: Nieħu gost ninnota li l-Onorevoli Bezzina qed jirrealizza li x-xogħol fit-toroq illum m’għadux isir kif kien isir “seba’ snin ilu”. Nifhem li qed jalludi għal żmien l-amministrazzjonijiet ta’ Gvern Nazzjonalista, meta sfortunatament għalina llum, pajjiżna kien jara ferm inqas investiment fit-toroq milli kien hemm bżonn. Il-Gvern illum jagħraf li n-nixfa fl-investiment fit-toroq f’Malta u Għawdex qabel l-2013 hija r-raġuni ewlenija għaliex pajjiżna llum qed ikollu jagħmel sforz ferm akbar biex ikollna infrastruttura ta’ kwalità għolja, b’inqas riskji t’aċċidenti għal mezzi differenti tal-ivvjaġġar, b’inqas ħin fit-traffiku u inqas tniġġis tal-arja fil-lokalitajiet tagħna. Madankollu, il-Gvern dawwar din l-isfida f’opportunità, hekk kif qed ninvestu aktar minn €100 miljun fis-sena għal toroq aħjar f’pajjiżna. Sa seba’ snin ilu, ftit li xejn kienu jinbnew toroq mill-ġdid. Għalhekk, it-toroq kienu jinqalgħu l-aktar meta xi entità, bħal dawk tasservizzi tal-ilma, l-elettriku u t-telekomunikazzjoni, ikollha bżonn tirranġa jew iżżid xi pajpijiet, katusi jew cables taħt l-art. Kif ix-xogħol tas-servizzi kien ikun lest, it-trinka kienet timtela mill-ġdid u tinkesa bi strixxa t’asfalt fuq it-trinka biss. Ħafna drabi, wara ftit żmien, l-asfalt fuq it-trinka jisfronda u joħloq ħofra twila tul it-triq, b’periklu għal dawk li jgħaddu minnha. Illum il-Gvern, permezz ta’ Infrastructure Malta, qed jibni mill-ġdid u jtejjeb għexieren ta’ toroq arterjali, residenzjali, rurali u oħrajn. Fil-fatt, din is-sena din l-aġenzija diġà bniet millġdid jew tejbet madwar 120 triq differenti. Fl-istess waqt, qed twettaq l-akbar proġetti infrastrutturali li qatt rajna f’Malta, bħal l-Marsa Junction Project, il-mini ta’ Santa Luċija u s-Cen-
tral Link Project, bejn Ta’ Qali u l-Imrieħel. Meta l-Onorevoli Bezzina jinnota xi triq li fiha jkun hemm trinka temporanjament miksija bil-konkos jew materjali simili adekwati għal dan il-għan minflok bl-asfalt, ikun ifisser li l-Gvern ikun ħa l-opportunità biex kif ikun hemm ix-xogħlijiet tas-servizzi fit-triq, Infrastructure Malta tirranġa l-infrastruttura tagħha kollha. Kif ninsab ċert li l-Onorevoli Bezzina jaqbel, ma jagħmilx sens li trinka fi triq li tkun qed tinbena mill-ġdid tinkesa bl-asfalt meta dan xorta jkun se jerġa’ jinqala’ ftit wara biex it-triq tinbena mill-ġdid. Għalhekk, sakemm jitlestew xogħlijiet oħra bħal bankini ġodda, sistemi għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita u servizzi t’entitajiet oħra taħt l-art, it-trinek jinksew bil-konkos u materjali oħra simili b’mod temporanju. B’hekk jiġi evitat li triq tinkesa b’asfalt li jerġa’ jinqala’ ftit wara. Fl-aħħar mill-aħħar, fejn qabel konna naraw ħafna trinek imraqqa’ bi strixxi dojoq t’asfalt waħda ħdejn l-oħra, issa qed naraw ħafna toroq jinbnew mill-ġdid, b’infrastruttura ta’ kwalità li sservi aktar fit-tul u li tixraq lir-residenti tagħha, u lil dawk li jgħaddu minnha. Għalhekk, meta l-Onorevoli Bezzina jara triq b’xi trinka temporanjament mimlija bil-konkos, jista’ jqisha bħala triq oħra li dalwaqt ser tibbenefika mill-investiment ta’ dan il-Gvern għal toroq aħjar.
… u Bartolo weħel fil-lift! Fis-seduta ta’ nhar l-Erbgħa li għadda kien imiss lid-Deputat Ivan Bartolo biex “jeħel” fil-mistoqsija tiegħu li ppreżenta lill-Ministru Galdes nhar it30 ta’ Novembru li għadda dwar il-lift f’xi blokka ta’ appartamenti tal-Awtorità tad-Djar. M: Jista’ l-Ministru jwieġeb il- mistoqsija Parlamentari 15973 u jagħti żmien speċifiku u
jassigura li l-lift fil-binja, kif imsemmi fil-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jiġi installat fi żmien raġonevoli? T: Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-lift, li qiegħed jirreferi għalih, ilu jitgawda mir-residenti mis-6 ta’ Ottubru. Dan il-Gvern qiegħed iwettaq proġett ta’ installazzjoni ta’ 110 liftijiet fi blokok ta’ housing soċjali, filwaqt li qiegħed ukoll jinstalla l-lift bħala parti mill-iskemi li toffri l-Awtorità tad-Djar. B’din il-ħidma hi investiment fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Fl-istess seduta, imma fi tweġiba separata, ingħata iżjed tagħrif dwar l-installazzjoni ta’ liftijiet f’binjiet ta’ housing soċjali. U waqt li d-Deputat Bartolo aktarx ittanta jimminimizza l-ħidma tal-Gvern fl-aħħar tliet snin f’dan ir-rigward, mistoqsija oħra tiegħu aktarx ġegħlitu jibla’ kull pretensjoni meta rċieva t-tweġiba. M: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15739 u jgħid kemm-il lift ġie installat f ’binjiet tal-akkomodazzjoni soċjali mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? T: Ninsab infurmat li mid-data msemmija mill-Onorevoli interpellant, l-Awtorità tad-Djar installat 64 lift ġdid f’binjiet tal-housing soċjali. Liftijiet li fil-maġġoranza tagħhom ma kienx faċli li jiġu installati hekk kif il-binjiet li nbnew snin ilu ma kinux jaħsbu għalihom. Dawn il-liftijiet ifissru binjiet aċċessibbli għar-residenti tal-housing soċjali u qabża fil-kwalità talħajja tagħhom.
08 SENA
2007
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
2015
2016
13.12.2020
SUĊĊESS B’TAGĦMIR LI QABEL TQIES ŻEJJED
DROGA
KWANTITÀ
Kokaina
4.54kg
Eroina
21.28kg
Pilloli Ecstasy
192
Pilloli Steroids
5,200
Kokaina
21.83kg
Eroina
7.83kg
Khat
2 bagalji
Pilloli Ecstasy
9975
Kokaina
8.061kg
Eroina
6.780kg
Khat
2 bagalji
Pilloli Ecstasy
24,357
Ħaxixa tal-Kannabis
0.5g
Kokaina
3.3kg
Eroina
5.24kg
Khat
23 bagalja
Ħaxixa tal-Kannabis
565g
Mephedrone
5.75kg
Pilloli Enjoy
631,680
Kokaina
3.97kg
Eroina
3.91kg
Khat
100 bagalja
Reżina tal-Kannabis
8kg
Mephedrone
510g
Prekursur
2.96
Steroids
903
Kokaina
142.48kg
Eroina
870g
Khat
81 bagalja
Ħaxixa tal-Kannabis
918g
Mephedrone
500g
Kokaina
2.657kg
Khat
Kannabis
1g
Kannabis
Ħaxixa
88.52g
Khat
77 bagalja
Eroina
Mephedrone
5g
Kokaina
Pilloli Ectasy
20,000
Kokaina
3kg
Kannabis
6kg
Khat
54 bagalja
Kokaina
5.5kg
Kokaina
15.1kg
Herbal Kannabis
7.3kg
Khat
3.4kg
Pilloli Ecstasy
300
Tkompli minn paġna 1 Tard nhar l-Erbgħa filgħaxija d-Dwana mexxiet b’suċċess operazzjoni filPort Ħieles wara li interċettat qabda rekord ta’ droga li daħlet f’pajjiżna waqt li kienet fi triqtha lejn il-Libja. L-operazzjoni, li wasslet għas-sejba ta’ 510 pakketti ta’ droga kokaina b’total ta’ 612kg u valur ta’ €69 miljun, ġiet irrapportata mill-midja kollha madwar id-dinja. Kien fis-sajf tal-2016 li l-Gvern iddeċieda li jinvesti f’apparat ġdid u modern, li amministrazzjonijiet passati kienu jqisu bħala spiża żejda. Minn tagħrif f’idejn din ilgazzetta, jirriżulta li mindu nxtara apparat mibni speċifikament għall-esiġenzi ta’ pajjiżna, Malta rnexxielha timmultiplika s-suċċess fit-trażżin ta’ sustanzi illeċiti b’aktar minn 50 darba meta titqabbel il-medja ta’ bejn l-2007 u l-2016 mal-ammonti li ġew ikkonfiskati flaħħar snin. Uffiċjali anzjani fid-Dwana stess, li ma xtaqux li jiġu identifikati, qalulna li “l-argumenti (ta’ Gvernijiet ta’ qabel) dejjem kienu li minn Malta ma jgħaddux xi kwantitajiet kbar (ta’ drogi) … jiġifieri ma kinux biżżejjed biex jiġġustifikaw dan ittip ta’ investiment multimiljunarju. Bħala uffiċjali konna konvinti li dan mhux il-każ, iżda ma stajniex nipprovawh. Iż-żmien tana raġun u llum, grazzi għal dan l-apparat, qed naraw kemm fl-imgħoddi kien hemm min kien imqarraq.” L-apparat kien inbena fl-2017, skont l-ispeċifikazzjonijiet addattati għad-Dwana lokali, u ġie inawgurat
SENA
2017
2018
2019
DROGA
Pilloli Ecstasy
Kokaina Kannabis
Kannabis Eroina Synthetic Kokaina
2020
Eroina Pilloli Ecstasy Kannabis
Il-Ministru Clyde Caruana jfaħħar il-ħidma tad-Dwana mmexxija minn Joe Chetcuti (xellug)
is-sena ta’ wara. Fi żjara fil-Freeport nhar ilĦamis, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana faħħar u rringrazzja lill-uffiċjali tad-Dwana ta’ Malta għax-xogħol siewi li qed jagħmlu, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ qbid ta’ kummerċ illegali. Il-Ministru Caruana qal li “l-investiment kbir li qed isir fid-Dwana ta’ Malta qed iwassal biex jinkisbu dawn ir-riżultati. Matul dawn l-aħħar snin, il-Gvern investa madwar €20 miljun f’tagħmir ġdid li hu essenzjali f’operazzjonijiet bħal dawn. Minbarra hekk, irridu wkoll napprezzaw il-ħidma kbira li qed issir mill-ħaddiema li ta’ kuljum jagħmlu dan ix-xogħol b’tant reqqa.” KWANTITÀ Il-Ministru Caruana, li kien akkumpanjat 2kg mid-Direttur Ġenerali tad-Dwana Joe Chet151.6kg cuti, sostna li pajjiżna 100 qed jibgħat messaġġ b’saħħtu dwar il-gov150g ernanza u s-serjetà 300kg fil-qasam tax-xogħol u li l-Gvern hu kommess li jibqa’ jġib l-aħjar 358.7kg riżultati, anke fl-oqsma 16,373kg l-oħrajn kollha. Minn kalkoli li għamilna, bl-għajnuna ta’ sorsi mill-istess di6.509kg partiment, joħroġ li l-valur medju li kien 0.8kg jinqabad sal-2010 kien 2.6kg ta’ madwar €600,000 fis-sena. Anke meta tqabbel 621.97kg illum mal-2012, li kienet 1.4kg sena straordinarja f’dawk iż-żminijiet fejn 4 ġiet irreġistrata qabda 19.55kg rari ta’ 142kg kokaina,
il-qabża wkoll hi straordinarja. Fil-fatt, waqt li tmien snin ilu d-drogi kollha kkonfiskati mid-Dwana ammontaw għal madwar €2.5 miljun, li minnhom €2.3 miljun kienu tal-kokaina msemmija, il-konfiski rreġistrati fl-2018, l-ewwel sena sħiħa li fiha ntuża l-apparat il-ġdid, iġibu valur fis-suq ta’ madwar €67 miljun. Din il-gazzetta hi infurmata li fl2017 inqabdet bi €13-il miljun droga, €30 miljun fl-2019 u aktar minn €69 miljun din is-sena. Kull sena kienet ikkaratterizzata minn qabdiet kbar, partikolarment ta’ kokaina. Għalkemm mhux irreġistrati fl-istess kategorija ta’ drogi illeċiti, fl-aħħar snin id-Dwana wkoll irnexxielha tinterċetta konsenji kbar ta’ miljuni ta’ pilloli Tramadol, li fis-suq iġibu l-valur ta’ iżjed minn €1.2 biljun. F’kollaborazzjoni internazzjonali, imsejħa Operation Peacock Pills, Malta qabdet mal-225 miljun pillola simili, 20% tal-qabdiet kollha li kien hemm fil-pajjiżi kollha. Il-pilloli, li jistgħu jinxtraw anke lokalment f’dożi żgħar fuq preskrizzjoni tat-tabib, jintużaw biex itaffu l-uġigħ f’pazjent b’mard serju, għalkemm jista’ wkoll ikollhom effetti ta’ dipendenza. Il-pilloli li nqabdu mid-Dwana bejn l-2015 u l-2017 kienu f’dożi ferm aktar qawwijin u allegatament kienu intenzjonati biex jintużaw fl-istimolu jew kontroll ta’ ġellieda li jwettqu attakki taħt effetti alluċinatorji. Mill-2018 lil hawn id-Dwana kkonfiskat ukoll konsenji li kienu jmorru kontra s-sanzjonijiet imposti fuq il-Libja, inklużi erba’ kontejners ta’ vetturi misruqin, żewġ kontejners b’€926 miljun fi flus kontanti, 23 kontejner b’dgħajjes fihom u tliet kontejners b’logħob tan-nar.
09
13.12.2020
Il-Prim Ministru Abela mal-wasla tiegħu għall-Kunsill Ewropew din il-ġimgħa
ENFASI FUQ IR-REALTAJIET TA’ PAJJIŻNA MALTA TAQBEL LI L-UE TNAQQAS 55% TAT-TNIĠĠIS SAL-2030, IŻDA ROBERT ABELA JESIĠI LI SITWAZZJONIJIET BĦAL DIK TAGĦNA JRIDU JITTIEĦDU INKONSIDERAZZJONI WKOLL Fi tmiem il-Kunsill tal-Mexxejja Ewropej, nhar il-Ġimgħa il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li bħala pajjiż qbilna mal-pajjiżi l-oħrajn li sal-2030 ikollna tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ 55%, imma għamilna l-punt b’saħħtu li aħna bħala l-iżgħar gżira stat membru tal-Unjoni Ewropea għandna r-realtajiet tagħna u jkun inutli li jitpoġġew piżijiet fuqna li ma nkunux nifilħu għalihom. “Filwaqt li qbilna mat-tnaqqis fl-emissjonijiet għedna wkoll li, ras għal ras, aħna l-inqas pajjiż li nħammġu u allura insistejna li dan il-punt jittieħed inkunsiderazzjoni. Kollox ma’ kollox ninsabu sodisfatti ħafna b’dak li rnexxielna niksbu fil-konklużjonijiet finali tal-Kunsill fuq it-tema ambjentali,” stqarr il-Prim Ministru. Dr Abela qal li bħala pajjiż ninsabu kuntenti wkoll bil-konklużjonijiet dwar il-Libja, fejn hemmhekk wasalna biex ikun hemm ftehim għal investiment fil-Gwardja tal-Kosta Libjana, bil-għan li jitrażżan ittluq tal-immigranti mill-kontinent Afrikan u tkun ikkontrollata l-isfida tal-immigrazzjoni. “Bħala pajjiż konna katalisti biex il-Kunsill wasal għal ftehim
dwar il-mod kif se jingħataw il-fondi marbutin mat-tema tas-saltna tad-dritt u għalhekk issa kburi li jista’ jibda l-infiq ta’ dawn il-fondi li minnhom igawdu l-familji Maltin u Għawdxin,” spjega l-Prim Ministru. Il-Prim Ministru stqarr ukoll li l-COVID-19 kienet tema oħra li ġiet diskussa u semma kif ilpajjiżi kollha kienu qed jitkellmu dwar kif issa bis-saħħa talvaċċin hemm fl-aħħar it-tama. Dr Abela semma li kienet diskussa wkoll id-data ta’ meta se jkun hemm l-awtorizzazzjoni tal-vaċċin fuq livell Ewropew, dik tad-29 ta’ Diċembru li ġej u tenna li minn dik id-data lil hemm se jkun hemm it-tqassim tal-vaċċin. Dr Abela qal li f’Malta għandna assigurati numru ta’ dożi biex il-poplu kollu jkun imlaqqam, filwaqt li ntqal ukoll li t-teħid tal-vaċċin se jibqa’ jkun b’mod volontarju, avolja l-appell jibqa’ biex dan jittieħed. “Il-vaċċin se jkun game changer u minn meta l-istati membri jibdew ilaqqmu liċ-ċittadini tagħhom, hemmhekk se nkunu nistgħu nibdew verament bl-irkupru ekonomiku u soċjali,” temm jgħid il-Prim Ministru.
10
13.12.2020
€13-IL MILJUN F’BENEFIĊĊJI KMIENI Bdew jingħataw qabel iż-żmien tliet miżuri soċjali li tħabbru fil-Baġit għas-sena 2021, li permezz tagħhom il-familji bdew jirċievu s-suppliment il-ġdid għat-tfal mal-pagament taċ-Children’s Allowance, bdiet titħallas iż-żieda fl-Għajnuna Supplimentari, kif ukoll iż-żieda li ngħatat fil-Foster Care Allowance. Dawn id-dettalji ħabbarhom il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ. Il-Ministru Falzon qal li lura f ’Settembru tas-sena 2013, dan il-Gvern beda jantiċipa l-pagamenti bi tliet ġimgħat biex il-familji jkollhom il-flus fil-but fiż-żmien li normalment jiżdiedu l-ispejjeż. Dwar is-suppliment il-ġdid taċ-Children’s Allowance, hu qal li se jibbenefikaw min-
nu mas-60,000 tifel u tifla, u 40,000 familja. Dettalji, li ngħataw mis-Segretarju Permanenti Mark Musù, juru kif maċ-Children’s Allowance beda jingħata suppliment ta’ €70 kull wild fis-sena lill-familji bi dħul ta’ inqas minn €25,318, filwaqt li s-suppliment ta’ €50 beda jingħata lill-familji li għandom dħul ta’ aktar minn €25,318 għal kull wild fis-sena. Hu spjega li dawk li jikkwalifikaw għall-Għajnuna Supplimentari bbenefikaw minn żieda fir-rata tagħhom li tvarja bejn €70 u €108 fis-sena. Dawn huma persuni li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx l-€14,058 jekk miżżewġin jew id-€9,961 jekk single. Minbarra hekk, dawk li għandhom aktar minn 65 sena se jkunu qed jibbenefikaw minn €150 addizzjonali fis-sena, li jinqasmu fuq erba’
pagamenti u b’dak tal-bieraħ, 21,227 benefiċjarju bdew jirċievu dawn iż-żidiet għal spiża totali ta’ €2,758,580.43 li tkopri l-perjodu Jannar-Marzu 2021. Sadanittant, foster carers li jitħallsu benefiċċju se jaraw żieda ta’ €10 fil-ġimgħa biex it-total jitla’ għal €110 fil-ġimgħa u b’hekk dan il-benefiċċju żdied b’€40 b’kollox taħt dan il-Gvern. Il-Ministru Falzon qal li dan il-Gvern mhux biss iwettaq l-obbligi u d-dmirijiet tiegħu, iżda jmur lil hinn minn hekk. Hu kkonkluda billi qal li l-eżistenza tal-Gvern, saħansitra t-twelid tiegħu, hi msejsa fuq il-ġustizzja u s-solidarjetà soċjali. “Dan nagħmluh mhux biss fil-prietki, iżda bi twettiq tanġibbli u reali,” temm jgħid il-Ministru.
TEKNOLOĠIJA INNOVATTIVA LOKALI FIL-ĠARR TAL-VAĊĊIN Tim lokali ta’ riċerkaturi qed jaħdmu fuq teknoloġija li tkessaħ, imsejħa ICECAP, u li tista’ ssolvi l-problema fit-tentattivi globali fl-aħħar fażi fil-ġarr talvaċċin fid-destinazzjonijiet finali tiegħu kontra l-pandemija tal-COVID-19. Fi proġett ta’ kważi €200,000, grupp ta’ inġinieri mill-Università ta’ Malta rrealizzaw li sistema innovattiva li żviluppaw biex tkessaħ komponenti interni fi prodott elettroniku u li qed jaħdmu fuqu, tista’ effettivament tintuża biex iżżomm it-tilqim tal-COVID-19 f’temperaturi ideali sakemm dawn ikunu qed jinġarru. “Ridna nkessħu komponenti elettroniċi għal 20 grad Celsius taħt iż-żero u inqas, u allura kellna naħsbu f’sistema ġdida li tkun tista’ wkoll toqgħod fi prodott elettroniku mobbli,” qal Andre Micallef mid-Dipartiment tal-Inġinerija f’Sistemi Elettroniċi fil-Fakultà tal-Inġinerija, li qed imexxi l-proġett. Stqarrija mill-Università qalet li s-sistemi attwali fil-ġarr tal-mediċini jkessħu l-vaċċini b’mod passiv, waqt li jiżolaw l-ingredjent attiv mis-sħana ta’ barra sakemm jaslu fid-destinazzjoni. Dan, iżda, iservi għal mhux iżjed minn jumejn, sakemm ma jiżdiedx aktar silġ niexef, li jaf ma jkunx prattiku f’żoni remoti fejn l-infrastruttura ma teżistix. Kif spjega fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, il-vaċċin ta’ Pfizer irid jinġarr u jinħażen f’temperaturi kesħin ħafna u
allura kull kontenitur irid ikollu mekkaniżmu biex jassigura dan kollu. Kontra sistemi konvenzjonali li jinsabu fis-suq, it-tim ta’ riċerkaturi Maltin sabu mod kif joħolqu sistema ta’ tkessiħ effiċjenti biżżejjed biex tilħaq temperaturi sa livelli kważi krijoġeniċi. It-tim tar-riċerka ssieħeb mal-kumpanija lokali New Energy Ltd, li hi magħrufa wkoll internazzjonalment għall-produzzjoni ta’ sistemi ta’ enerġija għall-industrija awdjoviżiva. L-istess tim ta’ riċerkaturi, l-ICECAP assiguraw is-somma ta’ €200,000 f’finanzjament bħala parti mir-riċerka. “Billi nużaw battery packs partikolari nistgħu nżommu
s-sistema taħdem għal ħin twil ħafna,” qal Alec Fenech, responsabbli minn kontribuzzjonijiet mis-settur privat. Wara li fl-aħħar ta’ dan ix-xahar l-Awtorità tal-Mediċini Ewropea mistennija tapprova l-ewwel vaċċin, pajjiżna mbagħad għandu jirċievi l-ewwel dożi tal-vaċċin fil-bidu ta’ Jannar biex ikun jista’ jagħtih l-ewwel lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, ħaddiema u residenti fid-djar tal-anzjani, residenti f’faċilitijiet tas-saħħa mentali u anzjani ta’ aktar minn 85 sena. Fi stqarrija ministerjali, li ta fil-Parlament nhar it-Tnejn li għadda, Fearne kompla jispjega li, fi Frar, Malta se tkun tista’ tlaqqam lill-frontliners l-oħra-
jn kollha u anke anzjani ta’ ’l fuq minn 80 sena. Kif din il-fażi tkun lesta, imbagħad il-vaċċin se jiġi offrut lil dawk li jbatu b’mard kroniku, dawk ta’ iżjed minn 70 sena u nies li jaħdmu fl-iskejjel. Wara, il-vaċċin jingħata lill-bqija taċ-ċittadini. Il-Ministru għas-Saħħa kompla jispjega kif wieħed se jkun jaf meta u fejn irid imur jieħu l-vaċċin permezz ta’ invit personalizzat bil-posta li jindika l-post, id-data u l-ħin biex wieħed imur jieħu l-vaċċin. Fl-istess ittra se tkun indikata wkoll id-data meta se tingħata t-tieni doża. Hu rrimarka kif grazzi għallGvern proattiv, pajjiżna rriserva d-dożi kollha li għandu bżonn filwaqt li kkonferma li
t-tilqim kontra l-Coronavirus se jsir bla ħlas. Sadanittant, nhar l-Erbgħa li għadda, il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru żaru dipartiment ieħor kruċjali fl-Isptar Mater Dei, dak tal-Biomedical Engineering. Matul il-pandemija talCOVID-19, dan id-dipartment kien u għadu jifforma parti mill-Incident Command Group li kien żar il-Prim Ministru ftit tal-ġimgħat ilu. Dan id-dipartiment hu responsabbli mill-apparat mediku fl-Isptar Mater Dei li jammonta għal madwar €120 miljun. L-importanza ta’ dan id-dipartiment setgħet tidher biċ-ċar partikolarment matul il-pandemija hekk kif il-Gvern investa madwar €12-il miljun f’apparat mediku biex jinxtraw ventilators, vital sign monitors, ultrasound machines, pulse oximeters, termometri (tip infra-red), sodod u apparat ieħor ikkunsidrat utli għall-pazjenti li ntlaqtu millCOVID-19. Id-domanda fuq dan id-dipartiment żdiedet matul din is-sena u l-ħaddiema kellhom ukoll jaddattaw u jirreaġixxu b’effett immedjat skont ilħtieġa sabiex l-apparat ilġdid li nxtara jkun installat mingħajr dewmien żejjed. Il-Prim Ministru u d-Deputat Prim Ministru rringrazzjaw lil dan it-tim għad-dedikazzjoni u l-ħidma tagħhom li qiegħda tissarraf f’fiduċja u gratitudni mill-poplu kollu.
11
13.12.2020
MARATONA TA’ ĠBIR TA’ FONDI FIR-REPUBBLIKA It-tisħiħ tal-Partit Laburista jiddependi minnek ukoll hekk kif illum, festa nazzjonali, se ssir maratona ta’ ġbir ta’ fondi bi spettaklu varjat, li se jinvolvi anke logħob mad-Deputati Parlamentari, Ministri u Segretarji Parlamentari. Din il-maratona, li qed tittella’ f’Jum ir-Repubblika ta’ pajjiżna, għandha l-għan li ssaħħaħ l-akbar moviment politiku llum bl-akbar maġġoranza warajh. B’xandira, li tibda għall-ħabta ta’ nofsinhar fuq ONE TV, din il-maratona se tkun differenti minn oħrajn minħabba r-restrizzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija, tant li mhux se jkun possibbli li n-nies tattendi bħas-soltu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun. Minkejja dan, taħlita ta’ logħob, mużika live u intervista speċjali mal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Robert Abela, martu Lydia u binthom Giorgia Mae, għandhom xorta waħda jżommu l-aqwa kumpanija lit-telespettaturi. Fil-fatt fl-intervista mal-familja Abela, it-telespettaturi se jkunu jistgħu wkoll jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom live permezz tal-paġna tal-Partit Laburista fuq Facebook. Is-serata, li tibqa’ għaddejja sa tard filgħaxija, tinkludi wkoll edizzjoni specjali tal-programm popolari Pjazza ma’ Karl Stagno Navarra u diskussjonijiet politiċi. Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru permezz tat-telefown fuq 51702053 (€15), 51802036 (€25) u 51902060 (€50). Jista’ wkoll jintbagħat SMS ta’ €6.99 fuq in-numru 50618900. Bis-saħħa tas-sehem tiegħek, il-PL, li qed jiċċeleb ra ċ-ċentinarju mit-twelid tiegħu, jista’ jibqa’ l-akbar forza politika lokali. Fl-istess ħin il-pajjiż ikompli jiżviluppa bilpass bla preċedent li qabad f’dawn l-aħħar snin, grazzi għal tmexxija ħawtiela u għaqlija Laburista. Sadanittant, ilbieraħ l-amministrazzjoni tal-Partit żaret il-mafkar ta’ Jum ir-Repubblika fi Triq Diċembru 13, biex tfakkar is-46 sena mindu Malta ma baqgħetx aktar taħt ir-Reġina tar-Renju Unit bħala Kap tal-Istat u minflok inħatar Sir Anthony Mamo bħala l-ewwel President Malti. L-amministrazzjoni (ritratt), immexxija mid-Deputat Mexxej Daniel Micallef, fakkret is-sini fikat ta’ din il-ġrajja storika,
primarjament l-għaqda. Micallef semma kif din ilġrajja fiha sinifikat importanti mhux biss bħala Partit, iżda wkoll bħala pajjiż, li flimkien ma’ kisbiet oħrajn, għenu biex dan il-poplu sar poplu wieħed.
12
13.12.2020
IN-NISA FL-ERA DIĠITALI
MARIKA CAMILLERI
Ċerta li l-evoluzzjoni fid-dinja Diġitali, tax-Xjenza, tat-Teknoloġija u l-Informatika, l-Inġinerija u l-Matematika huma s-sisien għar-Raba’ Revoluzzjoni Industrijali. Fl-aħħar 30 sena, it-Teknoloġija evolviet b’mod rapidu. Ħalliet impatt u bidlet l-attitudni fuq il-postijiet tax-xogħol u l-parametri operattivi, kif ukoll offriet possibbiltajiet u opportunitajiet ġodda għal nies li huma interessati li jagħmlu karriera f ’dan is-settur. Matul il-World Economic Forum kien enfasizzat li ż-żgħażagħ iridu jiżviluppaw kapaċitajiet fit-teknika diġitali, u fis-setturi tax-Xjenza u
l-Matematika minn età żgħira, biex b’hekk ikunu jistgħu jirnexxu u jikkontribwixxu f ’soċjetà moderna u avvanzata. L-użu tat-teknoloġija jrid ikun parti integrali fl-edukazzjoni sabiex it-tfal ikunu kapaċi japplikaw dak kollu li jitgħallmu fil-karriera futura tagħhom, hu x’inhu s-settur u l-industrija li jimirħu fiha. Fiċ-ċert li fil-futur, bl-importanza tar-Raba’ Revoluzzjoni Industrijali u t-tkabbir ekonomiku ta’ dawn is-setturi, il-maġġoranza tat-tfal tallum se jirrikjedu livell bażiku ta’ matematika u xjenza fil-kurrikulu tagħhom. L-era diġitali qed iġġib kambjament ħolistiku fid-dinja tax-xogħol. Iżda l-istatistika turina li għad għandna nuqqas ta’ nisa fis-setturi kollha ta’ STEM u ICT. Huwa kruċjali li aktar tfajliet jidħlu għal dawn is-suġġetti u li n-nisa jibdew jiġu meqjusa b’mod ugwali fuq livell ta’ impjieg u kapaċitajiet professjonali. Sfortunatament fil-passat, il-kultura globali kellha impatt qawwi mhux biss fuq l-irwol tal-mara fid-dinja tax-xogħol u l-kontribuzzjoni effettiva li setgħet tof-
fri l-mara fl-oqsma differenti tas-settur ekonomiku, iżda anke fuq bażi personali biex ikollha sfidi għal opportunitajiet aħjar u tirnexxi fil-karriera tagħha. In-nisa għadhom sal-ġurnata tal-lum jissieltu biex ikunu trattati b’mod ugwali sabiex jingħataw opportunitajiet ta’ impjieg fuq l-istess livell talirġiel. Fuq bażi nazzjonali u minn analiżi tal-EUROSTAT joħroġ ċar li fl-aħħar tliet xhur tal2019 huma biss 47.8% tan-nisa, li għandhom bejn 25 u 64 sena u li huma gradwati f ’livell terzjarju, li huma impjegati bħala professjonisti fil-qasam tax-Xjenza u t-Teknoloġija. L-opportunitajiet tax-xogħol fl-industriji tal-iSTEM u ICT, minn dejjem kienu dominati mill-irġiel. Aktar ma għadda żmien aktar żdiedet il-problema tal-gender pay gap u d-differenza fil-pensjonijiet tan-nisa u l-irġiel. Matul is-snin l-irġiel dejjem kellhom pagi ogħla minn kollegi ‘ekwivalenti’ nisa f ’dawn is-setturi, kif ukoll aktar opportunitajiet u preferenzi fi promozzjonijiet biex jimxu ’l quddiem fil-karriera rispettiva tagħhom. Madanakollu,
xorta waħda naraw li n-nisa minn dejjem kienu minn ta’ quddiem u kienu katalisti fir-riċerka tax-Xjenza u t-Teknologija. Realtà oħra hi li n-nisa fl-Ewropa huma mħallsa madwar 15% (fis-siegħa) inqas mill-irġiel fl-istess rwol u xogħol. Dan huwa ekwivalenti għal siegħa inqas ta’ ħlas f ’ġurnata xogħol. Meta nħarsu lejn l-istatistika maħruġa mill-Eurostat tal-2019, Malta tippożizzjona ruħha tajjeb meta tikkompara r-rata globali tal-irġiel u n-nisa (fl-età ta’ bejn 24 – 65 sena) impjegati fis-setturi kollha u li jikkontribwixxu fl-ekonomija ta’ pajjiżna. F’dawn kollha, għandna rata medja ta’ 76.8% ta’ impjieg, li effettivament hija 3.7% aktar meta kkumparata mal-figura medja tas-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea (73.15%). Fuq livell nazzjonali, naraw li għandna 20.7% inqas nisa fl-impjieg (86.5% > 65.8%), filwaqt li r-rata tan-nisa li jaħdmu fl-istati membri, hija ta’ 11.7% inqas (79.0% > 67.3%). Meta mbagħad inħarsu lejn is-setturi tal-iSTEM u ICT (fl-età ta’ bejn 20 – 30 sena) ir-rata globali ta’ rġiel u nisa f ’dawn il-professjonijiet hija medja ta’ 22.5%. Għalkemm għandna aktar nisa gradwati f ’dawn l-oqsma, xorta waħda hemm rata inqas ta’ nisa li jżommu l-karriera tagħhom. Il-figuri juru li għandna rata ta’ 16.1% inqas mill-irġiel (30.16% > 14.5%). Quddiem dawn il-figuri u r-realtajiet, il-Membri Parlamentari fl-Unjoni Ewropea qed jesiġu li jiġu introdotti diversi miżuri sabiex jingħeleb dan l-iżbilanċ. Fost dawn il-proposti nsibu, li tiżdied ir-rata ta’ imprendituri nisa f ’dawn is-setturi, li jkun hemm investiment sostanzjali f ’edukazzjoni bikrija, miżuri fil-kurrikulu edukattiv sabiex is-suġġetti tax-xjenza u t-teknoloġija abbinati flimkien jiġu introdotti fl-iskejjel tal-bniet kif ukoll proposti għal lifelong learning. Huwa fatt li ħafna min-nisa jwaqqfu ħesrem il-karriera tagħhom ġeneralment minħabba t-trobbija tal-ulied. Għaldaqstant l-aktar miżuri importanti li ġew proposti huma miżuri għal salarji u kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar, fosthom ta’ teleworking. Sfortunatament, f ’dawn l-aħħar 10 snin sar progress marġinali sabiex jingħelbu l-gender pay gaps. Il-proble-
ma tibqa’ tippersisti sakemm l-industriji u l-istituzzjonijiet il-kbar ma jfasslux pjan biex in-nisa jkunu ugwali fi rwoli u karigi differenti, kif ukoll fis-salarji li jirċievu. Għad hemm ħafna x’isir. Jekk nieħdu s-settur tal-Informatika u t-Teknoloġija biss, għal kull 5% tal-ġuvintur, hemm 0.5% biss ta’ tfajliet li jagħżlu din il-karriera. Mill-esperjenza tiegħi ta’ persuna li ġejja mis-settur tal-ICT, naf kemm din l-industrija kienet minn dejjem iddominata mill-irġiel. 20 sena ilu, il-mara rarament kienet ikkunsidrata għal impjieg f ’dan il-qasam fosthom, fl-irwoli differenti ta’ inġiniera, analisti, żviluppaturi jew amministraturi ta’ sistemi. Illum il-ġurnata f ’ħafna mill-kumpaniji privati nsibu bejn 20% sa 30% nisa li jiffurmaw parti mill-workforce tagħhom tal-ICT, il-kumplament huma irġiel. Sfortunatament f ’pajjiżna l-introduzzjoni tat-teknoloġija sa 30 jew 40 sena ilu, kienet limitata ħafna, anke fis-settur tat-telekommunikazzjoni. It-tfal ta’ dak iż-żmien ma tantx kellhom aċċess għall-kompjuters. Ħafna drabi, sew is-soċjetà u anke x-xettiċiżmu tal-ġenituri kienu jesponu aktar lis-subien għat-teknoloġija milli lill-bniet. Is-subien apparti l-interess għallkarozzi, kienu jilagħbu b’xi Comodore jew xi kompjuter Atari, iżda dawn ftit li xejn kienu assoċjati mal-bniet, ħlief għall-kotba u l-pupi interattivi li jitkellmu. Anke fil-qasam edukattiv, fil-livell postsekondarju u universitarju l-korsijiet provduti mill-Gvern kienu limitati. In-norma kienet li l-ġuvintur kellhom aktar possibbiltà li jitrawmu f ’istituzzjonijiet privati f ’korsijiet tat-teknoloġija kemm f ’livell ta’ diploma jew terzjarju fosthom Computer Technology jew Baċellarat fix-Xjenza u l-Informatika. Illum, l-isfidi huma kbar mhux għal Malta biss imma għall-istati membri kollha. Ir-revoluzzjoni diġitali timpatta diversi setturi u industriji. In-nisa jridu jingħataw possibbiltajiet mhux biss li jiggradaw bħala professjonisti fl-oqsma diversi msemmija tal-iSTEM u l-ICT, imma li tingħeleb id-dominanza tal-irġiel f ’dawn l-industriji u jiġu offruti impjiegi u rwoli ekwivalenti mingħajr diskriminazzjoni fil-pagi u l-kundizzjonijiet.
13
13.12.2020
INKOMPLU NĠEDDU L-PROGRESS LI WRITNA
MIRIAM DALLI Ministru
L-idea ta’ Malta Repubblika hija xprunata mill-viżjoni ta’ Malta progressiva, pajjiż mibni fuq il-bżulija tal-ħaddiem u l-fiduċja fl-industriji lokali. Jum ir-Repubblika huwa tifkira wkoll tal-kisbiet li għamel pajjiżna f’dawn l-aħħar 46 sena, inkluż dawk l-aktar riċenti bħalma huma r-riformi soċjali, id-drittijiet ċivili u avvanzi ekonomiċi. Dawn ir-riformi ma jinżlux biss fil-kotba tal-istorja, imma jservu ta’ bażi biex
flimkien inkomplu niktbu l-istorja ta’ Malta u Għawdex. B’hekk inżommu r-relevanza tagħna, bħala partit politiku u bħala Partit Laburista filGvern. Ir-riżultati pożittivi huma dawk li għandhom ikomplu jixprunawna biex naħdmu aktar. Inqis riżultati pożittivi bħala kontinwazzjoni ta’ dak li rridu nagħmlu, u mhux ittmiem ta’ x’kellu jsir. Irridu nħarsu lejn dak li qed iwassal għas-suċċess b’għajnejn realistiċi, nidentifikaw fejn nistgħu mmorru aħjar u fejn hemm bżonn ninvestu sabiex is-suċċess li qed niksbu ma jkunx biss tal-mument. Li l-attività ekonomika f’pajjiżna ħadet spinta ’l quddiem huwa fatt. Nafu wkoll li hemm aktar minn kejl wieħed li bih inħarsu lejn is-suċċess ta’ pajjiż. Filwaqt li navvanzaw ekonomikament, irridu nagħtu l-opportunità biex l-innovazzjoni tieħu ħsieb l-ambjent; filwaqt li r-rota ekonomika ddur, jibqa’ ħin iddedikat
għall-familji tagħna, li meta jixirfu mill-bieb ’l barra jsibu fejn imorru, fejn isostnu s-saħħa fiżika u mentali tagħhom. Fejn persuna hija ġġudikata fuq l-abiltajiet tagħha, u mhux x’ma tistax tagħmel. Fejn is-suċċessi ekonomiċi ta’ pajjiżna jaslu verament għand l-iċken u l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. F’dawn il-ftit ġimgħat mit-twaqqif tal-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, kelli l-opportunità li niltaqa’ ma’ diversi stakeholders biex niddiskutu ċerti inizjattivi sabiex l-industrija u l-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-ilma jiffunzjonaw b’mod sostenibbli. Dan sar aktar relevanti fid-dawl tal-pandemija – esperjenza ċara li minnha m’għandniex triq oħra ħlief li nidraw li m’hemmx skużi biex ninbiddlu. Nemmnu fl-inċentivi, għax jekk naħdmu id f’id, it-tibdil isir aktar malajr u aktar inklussiv. Flimkien ma’ Malta
Enterprise u l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, ħabbarna skema għal inqas tniġġis mill-industrija tal-kostruzzjoni b’investiment ta’ €4 miljun. Dawk fl-industrija tal-kostruzzjoni jistgħu jbiddlu l-makkinarju qadim tagħhom għal makkinarju ġdid li jiġġenera inqas emissjonijiet u jnaqqas l-emissjonijiet li jagħmlu ħsara. Inizjattiva oħra hija dik tal-Korporazzjoni għasServizzi tal-Ilma, b’total ta’ €160 miljun f’fondi mill-Unjoni Ewropea marbuta malproġett Towards a Net Zero Impact Utility. Fost oħrajn, wieħed minn dawn il-proġetti se jinkludi t-titjib fit-togħma tal-ilma fid-djar. Għaliex filwaqt li l-ilma tal-vit huwa tajjeb għax-xorb, it-togħma trid titjieb u ħafna minna nispiċċaw nixtru l-pakketti tal-ilma. Semmejt żewġ setturi differenti; il-kostruzzjoni u l-ilma, iżda rridu nqisu kollox f’kuntest fejn kull qasam ekonomiku għandu sehem
importanti biex niksbu tkabbir sostenibbli. Huwa biss permezz ta’ ħidma bi pjan wieħed li nistgħu nrawmu tkabbir sostenibbli. F’kull entità li qed niltaqa’ magħha, qed insib ruħi mdawra minn nies li verament għandhom għal qalbhom is-suġġetti rispettivi tagħhom, ħafna minnhom bi snin ta’ esperjenza fis-suġġett u akkumulazzjoni ta’ tagħrif li persważa li nistgħu npoġġuh fil-prattika sabiex naslu fejn irridu naslu; ċoè lejn tip ta’ tkabbir ekonomiku li qed nagħżlu b’mod konxju u bi pjan. F’kull qasam, irridu ndaħħlu l-kultura ta’ standardization, mhux biex nintroduċu restrizzjonijiet, iżda l-kuntrarju: biex noħolqu servizzi tal-ogħla kwalità li ma jħarsux biss lejn il-cost effectiveness, iżda wkoll lejn l-impatt ambjentali u lejn kif ir-riżultat aħħari ta’ dak kollu li nagħmlu se jagħmel ilħajja tal-konsumatur aktar faċli u kwalitattiva.
VIŻJONI GĦALL-KONSUMATUR FL-UE
DEO DEBATTISTA Segretarju Parlamentari
Il-konsumatur tal-lum huwa differenti minn tal-bieraħ. Ninsabu f’punt deċiżiv għall-ekonomija u d-drittijiet tal-konsumatur. Bidla li ssib l-għeruq tagħha qabel ilCOVID-19 u li issa qiegħda tikber b’pass mgħaġġel. F’dawn iż-żminijiet straordinarji li qed ngħixu fihom żdied b’mod sostanzjali x-xiri online u l-konsumatur jistenna li anke hawn isib prodotti siguri. Il-konsumatur sar aktar sensibbli għal temi bħas-sostenibbiltà u l-edukazzjoni. Meta persuna tixtri, l-aspettattivà hi li jkollha s-setgħa li tagħmel għażliet infurmati u li jkollha rwol attiv fit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali. L-Aġenda l-Ġdida tal-Konsumatur li ġiet imnedija x-xahar
li għadda, tippreżenta viżjoni għall-politika tal-konsumatur tal-Unjoni Ewropea li twassal sal-2025. Din il-viżjoni għandha l-għan li tindirizza l-ħtiġijiet immedjati tal-konsumaturi fiddawl tal-pandemija attwali u li żżid ir-reżiljenza tagħna lkoll. Din il-viżjoni tkopri ħames oqsma ewlenin ta’ prijorità: L-ewwel prijorità tikkonċerna t-tranżizzjoni ekoloġika. Hemm xewqa mill-konsumaturi li jikkontribwixxu aktar u b’mod personali għall-kisba tan-newtralità klimatika, il-preservazzjoni tar-riżorsi naturali u l-bijodiversità, u t-tnaqqis tattniġġis tal-ilma, l-arja u l-ħamrija. Għalhekk, l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) se tkun qed taħdem mal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri sabiex ikollna liġijiet ġodda li jagħtu s-saħħa lill-konsumaturi, u li jagħtu kontribut għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ informazzjoni li twassal għal deċiżjonijiet infurmati. Għandha wkoll tissaħħaħ il-protezzjoni kontra ċerti prattiċi bħall-greenwashing u l-obsolexxenza bikrija. Se jkollna ħidma biex il-konsumatur ikollu d-dritt għat-tiswija u aċċessibbiltà għal prodotti sostenibbli f’ekonomija “ċirkulari”. It-tieni qasam huwa dak
tat-trasformazzjoni diġitali. It-trasformazzjoni diġitali qed tbiddel b’mod radikali l-ħajja tagħna, filwaqt li tipprovdi aktar opportunitajiet u għażla usa’ kemm ta’ oġġetti kif ukoll ta’ servizzi. Se nkunu qed naħdmu mal-istituzzjonijiet Ewropej biex jiġu indirizzati prattiċi kummerċjali inġusti li jxekklu l-konsumatur filwaqt li jissaħħaħ il-qafas regolatorju. Liġijiet dwar l-intelliġenza artifiċjali, is-sigurtà ġenerali tal-prodotti u l-kreditu għall-konsumatur huma fost it-temi li se jkunu qed jiġu indirizzati. It-tielet prijorità tikkonċerna d-dritt għal rimedju u l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur. Nemmen li biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom b’mod effettiv, irid ikun hemm għodda tajba għal rimedju mingħajr dewmien u infurzar f’waqtu u effettiv. F’dan l-isfond, l-MCCAA applikat għall-Fondi Ewropej sabiex tmexxi proġett b’valur ta’ €120,000 li se jwassal għal sistema aħjar dwar ir-rimedju alternattiv, u proġett ieħor dwar investigazzjonijiet diġitali. Se naħdmu sabiex jiġu implimentati u infurzati liġijiet ġodda għall-konsumatur filwaqt li jibdew jintużaw sett ta’ għodod elettroniċi innovattivi li l-Kummissjoni Ewropea se tkun qed
tipprovdi. Dawn l-għodod se jkunu qed jgħinu sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Awtorità biex nindirizzaw il-prattiċi kummerċjali online illegali u jiġu identifikati prodotti mhux sikuri. Ir-raba’ qasam jiffoka fuq il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti gruppi ta’ konsumaturi. Jekk kien hemm ħila li kelli l-opportunità napplika bħala tabib u anke bħala Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan il-qasam, hija dik il-ħila li nagħraf li ċerti gruppi ta’ persuni f’ċerti sitwazzjonijiet jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli u jeħtieġu salvagwardji speċifiċi. Eżempju ta’ dawn huma konsumaturi avvanzati fl-età, persuni b’diżabilità, tfal u minorenni. Il-Kummissjoni Ewropea se tħares lejn ir-rekwiżiti ta’ prodotti li jintużaw għat-tfal u tappoġġja inizjattivi li jipprovdu pariri lokali lill-konsumaturi, li għal raġunijiet strutturali jew personali ma jkollhomx aċċess għall-appoġġ u l-informazzjoni pprovduta online jew fl-uffiċċji ċentrali tal-informazzjoni. Id-direzzjoni tiegħi f’dan ir-rigward hija li Malta nkunu min ta’ quddiem f’dan kollu. Il-ħames prijorità hija l-koperazzjoni internazzjonali. F’dinja globalizzata fejn il-fruntieri fix-xiri u l-bejgħ huma aktar
miftuħa, il-koperazzjoni internazzjonali hija fundamentali. Illum diġà għandha mekkaniżmi li jgħinu lill-konsumatur f’każ ta’ xiri minn pajjiżi oħra Ewropej. L-MCCAA kemm-il darba ospitat esperti barranin biex jaraw il-prattiċi tajbin li ssegwi Malta u li jkunu jistgħu jimplimentawhom f’pajjiżhom. Fuq livell Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea se tkun qed tagħmel pjan ta’ azzjoni maċ-Ċina sabiex issaħħaħ is-sigurtà tal-prodotti li jinbiegħu online. Se jkun hemm ukoll għajnuna regolatorja, assistenza teknika u bini ta’ kapaċitajiet għall-pajjiżi sħab tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-Afrika. Malta se tkompli tkun ta’ pont f’dan kollu sabiex nikkapitilizzaw fuq ir-relazzjonijiet b’saħħithom li ħdimna fuqhom fl-aħħar snin. Kburi li ninsabu f’mument tant kruċjali. F’taħdita li kelli mal-Kummissarju Ewropew Didier Reynders u Ministri oħra responsabbli għas-settur kont ċar dwar l-ambizzjonijiet ta’ Malta – li tkun xprun fejn jidħol il-konsumatur u li l-għodda li jkollna tindirizza r-realtajiet ta’ Malta. Nemmen li l-proċess ta’ riforma li kontinwament qed inwettqu fl-MCCAA qed iħalli l-frott li jassigura li din il-viżjoni tista’ ssir realtà għall-benefiċċju talMaltin u l-Għawdxin kollha.
14
13.12.2020
IL-MAĠIJA FIL-BELT TIX Fin-nuqqas ta’ atmosfera tradizzjonali li mdorrijin għaliha minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta din ilġimgħa bidlet Pjazza San Ġorġ f’atmosfera maġika mimlija projezzjonijiet ikkuluriti fuq il-ħitan li jdawruha, mużika u xena tan-Nattività. Fi stqarrija, l-Aġenzija mmexxija miċ-Ċermen Jason Micallef, qalet li “għalkemm il-pandemija bidlet il-mod kif norganizzaw l-attivitajiet tal-Milied fil-Belt din is-sena, il-projezzjonijiet tal-Milied fuq il-faċċata tal-Palazz u l-Każin Malti, joħolqu atmosfera maġika fi Pjazza San Ġorġ u li tista’ titgawda b’mod san f’dawn il-ġranet.” Ix-xena tan-nattività fuq il-Main Guard fi Pjazza San Ġorġ hi x-xogħol l-artista Lisa M. Kaehler, fejn ir-rappreżentazzjoni tagħha tirrakkonta, f’sekwenza kontinwa, it-twelid ta’ Kristu. Karattri varji, ispirati minn figuri tradizzjonali tal-presepju, jidhru fuq il-ħames pannelli hekk kif huma jinġabru biex jagħtu merħba fostna lil Ġesù Bambin. L-istil tax-xogħol artistiku diġitali juri tpinġijiet grafiċi b’saħħithom u delikati fl-istess ħin u li huma kważi newtralizzati mid-disinji spontanji blid li jikkaratterizzaw tpinġijiet bil-ħenna u li jżejnu din ix-xena. L-ispettaklu bid-dwal iseħħ kuljum fi Pjazza San Ġorġ mid-6:00 ta’ filgħaxija ’l quddiem. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret program
13.12.2020
XGĦEL L-ISPIRTU FESTIV sħiħ ta’ attivitajiet żgħar, li bdew nhar it-Tlieta li għadda u jintemmu lejlet il-Milied fi Pjazza Assedju l-Kbir. Dawn jinkludu konċertini u spettakli mużikali oħrajn f’diversi nħawi tal-kapitali, wirjiet ta’ films tal-Milied fit-tieni sular tas-Suq l-Antik u puppet shows għat-tfal fl-istess post u fi Pjazza Ħelsien. Biex timxi mal-miżuri għat-tnaqqis tal-imxija tal-COVID-19, l-Aġenzija qed tesiġi li kull min hu interessat jirriżerva post għal dawn l-attivitajiet għandu jibgħat email fuq info@vca.gov.mt. L-attivitajiet kollha huma bla ħlas. Minbarra hekk, l-avveniment ta’ lejlet l-Ewwel tas-Sena, li kien daħal fil-kalendarju kulturali, din is-sena se jkun mibdul minn spettaklu ta’ varjetà mill-Forti Sant’Iermu, b’kant, stand-up comedy u logħob tan-nar mill-Port il-Kbir biex nilqgħu s-sena l-ġdida. Din l-attività mhix miftuħa għall-pubbliku u minflok se tixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali u ONE TV, fost oħrajn. Għal dawn il-jiem speċjali, f’atmosfera differenti, l-Aġenzija ħeġġet lil dawk li se jkunu qed jidħlu l-Belt Valletta filgħaxijiet biex jimxu tul Triq ir-Repubblika jew Triq il-Merkanti u jieħdu r-ritratti bi sfond maġiku. It-tiżjin fil-Belt din is-sena ġie fdat f’idejn il-kumpanija Metalux, sinonima mat-tiżjin tradizzjonali fil-famuża Via del Corso, f’Ruma.
15
16
13.12.2020
INSERVU LIL PAJJIŻNA
EVARIST BARTOLO Ministru
Jisimna l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. Nistgħu ninftiehmu li naħdmu dwar affarijet li jiġru barra u ’l bogħod minn pajjiżna. Bil-maqlub. Dmirna hu li nservu lill-Maltin u lill-Għawdxin. F’pajjiżna stess u ’l bogħod minn xtutna. Għandna Maltin u Għawdxin jgħixu barra mill-gżejjer tagħna kważi daqskemm għandna jgħixu hawn. Dmirna li nservuhom. Dmirna li fit-tfassil u fit-tħaddim tar-relazzjonijiet tagħna mal-bqija tad-dinja naħdmu biex nilħqu l-aktar qbil wiesa’ li nistgħu f’pajjiżna. Dmirna li naħdmu ma’ ministeri oħra u mal-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili għall-ġid komuni tal-poplu tagħna. Favur il-paċi mal-pajjiżi l-oħra
Dmirna li niżviluppaw rabtiet għall-ġid u fil-paċi mal-ġirien tagħna fl-Ewropa, fil-Mediterran, fl-Afrika u mal-akbar numru possibbli ta’ pajjiżi, anki dawk li jkollhom xi jgħidu ma’ xulxin, biex ngħinu ntejbu l-ħajja tal-poplu tagħna. Ħidmietna hi mmexxija mill-valuri tan-newtralità, tal-politika favur il-paċi u li ma nintużawx fil-gwerer kontra ħaddieħor u ma nidħlu fl-ebda alleanza militari ta’ pajjiżi oħra. Fl-istess ħin, in-newtralità tagħna ma tfissirx indifferenza għal dak li qiegħed jiġri madwarna. Fid-dinja tal-lum fejn il-mezzi ta’ komunikazzjoni għamluna ġirien ta’ kulħadd, dak li jiġri filbogħod u wisq iżjed fil-Mediterran malajr jaħbat ma’ xtutna. Fil-ħidma tagħna rridu nużaw b’mod iżjed effettiv dawn il-mezzi. Irridu nagħtu kas il-ħin kollu dak li qiegħed jiġri fil-bqija tad-dinja u kif dan jolqotna kemm fil-gżejjer tagħna u madwar id-dinja u nieħdu l-passi meħtieġa. Irridu nħarsu lilna nfusna minn forom ġodda ta’ attakki u aggressjoni bl-internet, minn invażjonijiet bla vapuri u ajruplani tal-gwerra. Naħdmu favur li fit-tilwim bejn il-pajjiżi jintużaw id-djalogu, ir-raġuni, il-liġi internazzjonali u mhux l-armamenti, il-qtil u l-liġi tal-ġungla.
Biex intejbu l-għajxien tal-poplu Nieħdu sehem f’ħidma tagħna tan-Nazzjonijiet Magħquda, tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Naħdmu ma’ ministeri oħra u tal-Ewropa, l-Unjoni għall-Medmas-settur privat biex nattiraw iterran u tal-Commonwealth faaktar investiment u nkabbru vur id-demokrazija, id-drittijiet l-kummerċ u ngħinu fl-isforzi umani u l-iżvilupp sostenibbli. ta’ azjendi Maltin barra minn Naħdmu biex fl-Unjoni Ewroxtutna biex jitkattar il-ġid u pea niksbu kemm nistgħu fondi jinħoloq iżjed xogħol f’pajjiżna. u nonfquhom bl-aħjar mod. Nagħtu sehemna kontra Inkunu attivi fit-tfassil t-terroriżmu, il-kriminalità tal-politika Ewropea u naħdmu ekonomika internazzjona- ma’ pajjiżi sħabna biex l-Unjoni li bħat-traffikar tal-bnedmin, Ewropea tieħu d-direzzjoni li taż-żejt, tal-armi, tad-drogi u tkun ta’ ġid għalina. l-ħasil tal-flus. Naħdmu biex ir-regolaNagħtu sehemna biex insal- menti Ewropej jippromwovu vaw il-pjaneta tagħna mhedda wkoll il-ġid nazzjonali tagħna mit-tibdil fil-klima. biex iċ-ċittadini u l-kumpaniji Inservu ta’ pont biex tis- Maltin igawdu mill-ġid u l-opsaħħaħ ir-riċerka fil-qasam tas- portunitajiet tas-Suq Ewropew. saħħa u niffaċilitaw il-kuntatt bejn entitajiet Maltin u oħrajn Favur id-djalogu u r-rispett internazzjonali f’dan is-settur biex ikollna soċjetà Maltija ak- Naħdmu ma’ pajjiżi oħra fatar sana. vur li nirrispettaw kulturi, Nappoġġjaw il-promozzjoni razez, reliġjonijiet u ċiviltajital-kultura, l-isport, l-ilsien et differenti u nsibu modi kif Malti u t-talent lokali f’pajjiżi ngħixu flimkien flok neqiroħra u ngħinu biex ikun hemm du lil xulxin. Ħafna mill-iskoperazzjoni f’dawn l-oqsma fidi tal-lum bħall-emerġenza ma’ pajjiżi oħra. tal-klima, is-sigurtà, il-krimNimpenjaw ruħna biex inalità ekonomika internazznagħmlu minn pajjiżna ċentru jonali, il-ħarsien tal-liġi interta’ eċċellenza fil-qasam edu- nazzjonali, l-iżvilupp tal-ħiliet kattiv. Dan billi nsaħħu r-rela- teknoloġiċi, il-ħarsien tad-dritzzjoni bejn istituzzjonijiet edu- tijiet umani, l-immigrazzjoni, kattivi lokali u internazzjonali u il-pandemija COVID-19, it-terninkoraġġixxu investiment bar- roriżmu, it-tixrid tal-mibegħda rani fis-settur tal-edukazzjoni. u tal-aħbarijiet foloz u tagħrif
żbaljat bl-internet, it-theddida mill-armi nukleari u armamenti ġodda robotiċi... huma bla fruntieri u l-ħidma dwarhom trid issir ma’ pajjiżi oħra għax l-ebda pajjiż ma jista’ jsib tarfhom waħdu. F’dinja fejn ilkbar u dawk b’saħħithom iridu jimponu lilhom infushom mhux faċli għal pajjiż ċkejken jimxi dejjem fit-triq li taqbel għall-poplu tiegħu imma m’għandniex naqtgħu qalbna. Fl-istess ħin nemmnu li nistgħu nħobbu lil pajjiżna u lill-poplu tagħna bla ma nobogħdu jew nagħmlu ħsara lil pajjiżi oħra u popli oħra. Inkunu xempju ta’ unur għal pajjiżna Wasalna fejn wasalna għax ta’ qabilna kellhom il-kuraġġ joħolmu u jaħdmu għar-realtà li jagħmluna pajjiż indipendenti, repubblika, bla bażijiet militari, newtrali u membri tal-Unjoni Ewropea u li ngħixu f’demokrazija filwaqt li noħolqu l-ġid u x-xogħol għat-titjib tal-ħajja tal-poplu tagħna u dawk li jgħixu f’dawn il-gżejjer. Fuq kollox, bl-imġiba tagħna u bil-ħidma tagħna ngħollu ġieħ pajjiżna u naraw li l-kwalitajiet sbieħ tal-poplu tagħna jkunu magħrufa fil-bqija tad-dinja.
RAPPREŻENTANZA FEMMINILI
ROMILDA B. ZARB Kandidat
Illum, 13 ta’ Diċembru 2020, 46 sena minn meta Malta saret Repubblika, 46 sena minn meta l-Parlament Malti ħatar l-ewwel President ta’ Malta, Sir Anthony Mamo. 46 sena wara u għadna bi preżenża ta’ erba’ nisa biss fil-kabinett Malti, l-erba’ nisa li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-Prim Ministru ta’ pajjiżna, ġew maħtura kollha biex jokkupaw irwoli importanti immens għallpajjiż. Ir-reshuffle li kellna filġimgħat li għaddew ra twettiq ta’ dak li jemmen fih Dr Robert
Abela, fejn jemmen li jrid li jkollna kabinett b’parteċipazzjoni femminili akbar. Mhux l-ewwel darba li smajna l-partiti politiċi jtennu li jridu li jżidu l-parteċipazzjoni femminili iżda l-fatti mhux juruna li qed jirnexxilna naslu. Tajjeb li nsemmu li minkejja li n-nisa ilhom fix-xena politika Maltija għal 73 sena, f’dan iż-żmien kollu l-parteċipazzjoni femminili xorta waħda baqgħet waħda minima, b’persentaġġ ta’ nisa fil-Parlament Malti qatt ma jiżdied b’aktar minn 15%. Konna kapaċi tul is-snin li nagħmlu avvanzi kbar fuq livell ekonomiku, fuq drittijiet ċivili iżda fl-ambitu ta’ rappreżentanza tan-nisa għadna lura. Jeħtieġ li ssir ħidma biex intejbu l-parteċipazzjoni femminili fil-politika! Jeħtieġ li ssir tip t’azzjoni pożittiva biex jirrimedjaw dan in-nuqqas għax jekk mhux ser nieħdu azzjoni pożittiva issa, se jgħaddu 70 sena oħra u nibqgħu b’dan in-nuqqas. Għalhekk ersaqt lejn il-politika. Irrid inkun parti minn tim li jressaq ’il quddiem il-vuċijiet tal-minoranzi. Fil-politika biex
tagħmel id-differenza jeħtieġ li l-ewwel tirrikonoxxi li hemm problema, tara kif ser tindirizzaha u mbagħad taġixxi biex twettaq il-bidla li teħtieġ li tiġi mwettqa. Għalhekk huwa importanti li jkollna din ir-riforma kbira li kompliet taħdem fuqha s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar wara l-Ministru Julia Farrugia Portelli, biex iżżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika. Din ir-riforma bl-ebda mod mhi ser tkun qiegħda taffettwa l-mekkaniżmu tal-kwoti. Din ir-riforma se tkun qiegħda tidħol fis-seħħ jekk bil-proċess tal-kwoti mhux ser jintlaħaq il-perċentwal ta’ 40% tas-sess sottorappreżentat fil-Parlament. Mela kif ser titħaddem din is-sistema? Meta ssir l-elezzjoni ser inkunu qed naraw min tela’ bl-ewwel għadd tal-voti u wara ngħaddu għall-proċedura talby-election. B’hekk, jinħareġ il-perċentwal tas-sessi kif ġew eletti bil-mod demokratiku. Jekk ma jintlaħaqx l-40% ser jiġi skattat il-proċess ta’ dawn is-siġġijiet, massimu ta’ 12, li
mhux neċessarjament jintużaw kollha. Jekk ser intellgħu l-istess numru ta’ nisa tal-aħħar elezzjoni, dawn is-siġġijiet ser ikunu qed jiġu utilizzati kollha. Dejjem jiddipendendi kif ser jiġu eletti s-sessi. Sal-lum għadna nitkelmu li din ir-riforma ser tkun qiegħda tgħin lin-nisa, jista’ jkollna sitwazzjoni li din ir-riforma tiġi meħtieġa minħabba s-sess maskili. L-ewwel qari ta’ dan l-abbozz ġie mressaq aktar kmieni din is-sena, fix-xahar ta’ Marzu u issa wara l-vaganzi tal-Milied ser ikun qed jgħaddi għat-tieni qari tiegħu. F’dan l-istadju membri miż-żewġ naħat tal-Kamra jwasslu l-kummenti tagħhom u wara jgħaddi għall-istadju ta’ kumitat biex finalment issir liġi. Fl-istess ħin ukoll il-Partit Laburista għaddej bil-programm Lead immexxi mill-Ministru Miriam Dalli, inizjattiva tajba biex tħeġġeġ lin-nisa jersqu lejn il-politika, inizjattiva li twassal informazzjoni fuq l-ugwaljanza, drittijiet, ekonomija, suġġetti varji li bihom in-nisa jħossuhom aktar kunfidenti jersqu ’l quddiem. Inizjattiva li tgħin biex iżżid
il-parteċipazzjoni femminili fl-isfera politika. Fi ħdan il-Partit Laburista għandna wkoll il-fergħa Nisa Laburisti li tkompli taħdem biex tkun il-vuċi tal-minoranzi, f’soċjetà li tiġġedded b’mod kontinwu u tkompli tressaq fuq quddiem tal-aġenda numru ta’ kwistjonijiet li jirrigwardaw kemm b’mod dirett kif ukoll indirett lin-nisa. Illum il-Partit Laburista ser ikun qed jirrikorri għandkom permezz tal-Maratona Ġbir ta’ Fondi, biex tagħtuh id-donazzjoni, donazzjoni li tfisser investiment fil-futur tagħna, fil-futur ta’ wliedna. Investiment li wkoll qed jiġi kkunsidrat mill-Ministru tal-edukazzjoni Justyne Caruana, fejn dak li hu tajjeb għal uliedi hu tajjeb għall-ulied il-Maltin u l-Għawdxin kollha. Agħti d-donazzjoni tiegħek lill-Partit Laburista, il-partit li ma jinsiex liż-żgħir, il-partit b’ruħ soċjali, il-partit li jemmen li ż-żgħażagħ u n-nisa għandhom ikunu ċ-ċavetta għall-futur tagħna waqt li ma jinsiex il-ħidma li l-anzjani tagħna taw lejn is-soċjetà.
17
13.12.2020
IL-PARTIT LABURISTA HUWA L-PARTIT TAL-POPLU
CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Meta ngħidu li l-Partit Laburista huwa l-partit tal-bidla u l-partit li jbiddel, inkunu qed ngħidu l-verità bil-provi. U aktar minn hekk il-Partit Laburista dejjem ifittex u jibqa’ għatxan għallbidliet għaliex tassew jemmen li biex timxi ’l quddiem trid dejjem tiġġedded, trid dejjem tbiddel u tinbidel u tagħmel dan b’konvinzjoni u mhux b’konvenjenza. Il-Partit Laburista proprjament twieled 100 sena ilu xprunat millgħatx għall-bidla, xprunat mill-għajta għall-ġustizzja u d-drittijiet tal-maġġoranza siekta li lanqas biss kellha vot. Din il-maġġoranza siekta hija l-poplu. Tassew joqgħod perfett is-slowgan magħżul mill-Partit Laburista sabiex jikkommemora l-100 sena mit-twaqqif ta’ dan il-Partit: “Welldu l-poplu għall-poplu”. Għax hekk hu tassew, ġie mwieled mill-poplu u mhux mill-elite, sabiex iservi u jkun il-leħen tal-poplu, li fil-maġġoranza l-kbira kien ħaddiem komuni u dak iż-żmien lanqas biss kellu d-dritt bażiku u fundamentali li jeżerċita d-dritt li jagħżel min imexxih. Dan kien privileġġ għal ftit, għallirġiel sinjuri, għall-irġiel tas-soċjetà għolja. Il-Partit Laburista 100 sena ilu fassal u ħaddan prinċipji u mexxa ’l quddiem ideat u miżuri pożittivi li kienu innovattivi u kważi kważi meqjusa skandalużi għal dak iż-żmien bħall-introduzzjoni tal-pensjonijiet, għajnuniet għar-romol u l-persuni b’diżabiltà, il-lingwa Maltija sabiex tkun il-lingwa nazzjonali ta’ pajjiżna, saħħa għal kulħadd b’xejn u edukazzjoni għal kullħadd obligatorja b’xejn u d-dritt tal-vot għal kulħadd fosthom lin-nisa. U meta kien fil-gvern il-Partit Laburista wettaq dan kollu u aktar. Imma qatt mhu biżżejjed għall-Partit Laburista u meta jkun fil-gvern ikun iż-żmien opportun li l-partit iressaq ’il quddiem inizjattivi u ideat ġodda sabiex is-soċjetà Maltija tibqa’ tinbidel u taddatta għaż-żminijet li nkunu qed ngħixu fihom u sabiex il-poplu jgawdi u jkollu d-drittijiet kollha li bi dritt għandu jgawdi biex ikollu livell ta’ ħajja mistħoqqa. Din il-ġimgħa assistejna għall-pubblikazzjoni ta’ abbozz ta’ liġi sabiex
tiġi emendata l-liġi tad-divorzju. Millġdid, erġajna rajna lill-Partit Laburista bħala katalista li xpruna din is-sejħa għat-tibdil f’din il-liġi. Il-Gvern ħadha on board u ser iseħħ dejjem b’konvinzjoni. Ħaddieħor, l-Oppożizzjoni, maħkuma mill-paniku, qed taqbel ma’ dan it-tibdil imma persważa li se tagħmel dan b’konvenjenza, sabiex ma ssofrix telf ta’ punti politiċi. Persważa li fost il-membri fl-Oppożizzjoni hemm reżistenza għat-tibdil f’din il-liġi. Persważa li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jgħid li jaqbel għall-konvenjenza politika u mhux għax verament jemmen fil-bżonn għat-tiġdid f’din il-liġi. Ma ninsewx li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien frontliner sabiex id-divorzju ma jidħolx f’pajjiżna. Li kien għalih il-poplu għadu mċaħħad minn dan iddritt fundamentali. U għaldaqstant, dan l-eżempju ewlieni hu biżżejjed biex nagħrfu min tassew ifittex li jkun ta’ servizz sħiħ lejn il-poplu u jagħmel dan b’lealtà u bi mħabba u mhux għax mogħmi fuq il-kilba għall-poter. Gvern Laburista huwa l-garanzija u s-serħan il-moħħ għall-poplu Malti u Għawdxi għal aktar progress, prosperità u aktar drittijiet. Għalhekk jeħtieġ Partit Laburista b’saħħtu sabiex jibqa’ il-partit relevanti u l-għażla naturali għall-elettorat Malti u Għawdxi. Dan jista’ jseħħ biss bis-sostenn tagħna lkoll, permezz tal-ħidma u l-attiviżmu volontarju fil-partit u kif ukoll bissostenn finanzjarju tagħna. Nappella lil kulħadd sabiex illum fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi, ninvestu fil-Partit Laburista u nagħtu d-donazzjoni tagħna, kulħadd kemm jiflaħ. Bil-qatra l-qatra, timtela l-ġarra. Il-Partit Laburista huwa eżempju perfett ta’ kif għandhom jiġu amministrati l-finanzi fi ħdan partit. Finanzi li huma investiti b’mod trasparenti u b’għaqal kbir. Il-Partit Laburista qed isejħilna lkoll sabiex inkunu protagonisti u nibqgħu insostnu dak il-partit li dejjem jixpruna l-bidla u li qatt ma beża’ li jwettaq il-bidla u jiġġedded hu u l-pajjiż.
Ma ninsewx li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien frontliner sabiex id-divorzju ma jidħolx f’pajjiżna. Li kien għalih il-poplu għadu mċaħħad minn dan id-dritt fundamentali
Mid -Dj arju t a’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 3 ta’ Diċembru Il-Kap issa mhux ġdid tagħna, Bernard Grech ma jista’ jġibha żewġ ma’ ħadd. L-ewwel ħarġet l-union tal-għalliema tmerih u tgħidlu li mhux minnu li hawn xi kriżi fil-qasam tal-edukazzjoni, imbagħad ħarġet il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tgħidlu li żmien ir-referendum dwar il-mina bejn Malta u Għawdex ilu li għadda, u issa ħarġu ż-żgħażagħ jgħidulu li qal ħmerija meta qal li l-Prim Ministru Robert Abela liż-żgħażagħ nesiehom meta għamel it-tibdil fil-Kabinett. Jekk jibqa’ sejjer hekk, ma nafx kemm se mmorru ’l quddiem, għax in-nies lanqas biss jibdew jikkalkulawh. Il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru Aħbarijiet tajba għandna, man! Mhux għall-partit darba glorjuż tagħna qiegħed ngħid, imma għall-pajjiż kollu, għax milli jidher fi ftit ġimgħat oħra se jkollna t-titqiba għal dan l-imniefaħ ta’ COVID-19. Kellu bżonn ma jdumx ma jmissni biex neħodha biex b’hekk inkun nista’ noħroġ u nitla’ salBelt, darba jew darbtejn fil-ġimgħa, niltaqa’ mal-ħbieb. Konna ngħadduha, daqqa nieħdu kafè, daqqa nintefgħu ġo xi każin jew xi bar nieħdu grokk, u daqqa mmorru nieklu xi ħaġa. Insomma konna nqattgħuha tajjeb u issa nkunu nistgħu nqattgħuha aħjar għax il-Gvern reġa’ żidilna l-pensjoni. Is-Sibt, 5 ta’ Diċembru La ridt nemmen lil widnejja u lanqas lil għajnejja hekk kif dalgħodu dħalt fl-uffiċċju ta’ sieħbi tal-Istamperija. Lanqas ilħaqt dħalt li ma tanix aħbar li ħasditni bil-kbir. Qalli li Angelito Sciberras telaq mill-partit darba glorjuż tagħna u ma jridx jaf aktar bina. Għall-ewwel ħsibtu li kien qiegħed jiċċajta imma mbagħad dawwar il-kompjuter lejja u wrieni x’kiteb Angelito fuq il-fejsbuk. Biex telaqna Angelito ma nafx fejn se naslu għax kemm hu u kemm familtu huma akkaniti ħafna. Missieru bilkemm ma kienx irid iħabbatha miegħi bħala l-akbar Nazzjonalist fil-pajjiż. Tgħidli qalbi sewwa qegħdin jgħidu wħud minn sħabi li bil-Kap issa mhux ġdid, minn ġot-taġen spiċċajna għal ġonnar. Il-Ħadd, 6 ta’ Diċembru Qattajt ġurnata sħiħa l-Istamperija ngħin kif nista’ biex nagħmlu suċċess fil-maratona ġbir ta’ fondi. Ma nistax ngħid li morna ħażin fil-ġabra għax ġbarna aktar minn €320,000. Ovvjament dejjem stajna morna aħjar, imma naħseb li din id-darba xejn ma kien faċli niġbru somma akbar, għax ikolli ngħid li dawk kollha li kienu
jappoġġjaw lil Adrian Delia ħadd minnhom ma ta ċenteżmu wieħed. Għandek tgħid fiex ġie dan il-partit darba glorjuż tagħna! Kultant lanqas inkun nista’ nemmen li wasalna f’din is-sitwazzjoni, u llum kienet waħda minn dawk il-ġranet għax għadni xxukkjat bit-tluq ta’ Angelito Sciberras. It-Tnejn, 7 ta’ Diċembru Sewwa ħsibt, man! Sieħbi tal-Istamperija qalli li kulħadd fehma waħda. Ma ġbarniex ħafna għax ta’ Adrian Delia ħadd minnhom ma daħħal idejħ fil-but biex jagħti mqar ċenteżmu wieħed. Il-klikka ta’ Simon Busuttil u Jason Azzopardi kien mingħalihom li din id-darba konna se niġbru ħafna aktar, imma marru żmerċ. Imma skont sieħbi tal-Istamperija xejn mhuma jinkwetaw. Għalihom l-importanti hu li għandhom ir-riedni tal-partit f’idejhom għax issa għandna Kap li joqgħod għal li jgħidu huma, mhux bħalma kien Adrian Delia. U milli jidher ħadd minnhom ma stinka biex tinġabar somma sabiħa, għax mingħalihom li la neħħew lil Delia il-manna se tibda taqa’ mis-sema. It-Tlieta, 8 ta’ Diċembru Aħbar oħra mhux sabiħa għall-partit darba glorjuż tagħna. Se jitlaqna wkoll Peter Omzigt li se jispiċċa minn rapporteur ta’ ma nafx x’kunsilll hu. Kollox tajjeb qiegħed jiġih lil Robert Abela għax dan Peter Omzigt kien għamilha missjoni tiegħu li jagħmel kemm jiflaħ ħsara lill-Gvern Laburista, ikun min ikun il-Prim Ministru. Baqa’ sal-aħħar kieku, jipprova, tant li għamel rapport li pprova jġib fix-xejn il-ftaħir ta’ Robert Abela. Il-ħasra hi li hawn Malta ħadd ma jieħdu bis-serjetà għax dak li qiegħed jiġri huwa ferm differenti minn dak li kiteb, u allura bl-ebda mod mhu se jrebbaħna xi voti. L-Erbgħa, 9 ta’ Diċembru Ejja fl-aħħar! Illum tfaċċat aħbar ftit sabiħa. Mhux jitilquna biss qegħdin. Qegħdin jingħaqdu magħna wkoll nies ġodda, u issa ngħaqdet magħna l-avukata Martina Caruana li tawha kariga li ma nafx xi tfisser. U kemm hi ħelwa man! U brava wkoll għax ma nafx f’kemm universitajiet studjat u ggradwat! Imma l-kumment tagħha xejn ma għoġobni. Qalet li jekk il-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss b’marġini akbar minn dik ta’ tliet snin ilu, ikollna konsegwenzi mhux sbieħ fuq id-demokrazija ta’ pajjiżna. Għalija dan ifisser li diġà qatgħet qalbha li nirbħu l-elezzjoni li jmiss u li l-mira tagħha hija li nnaqqsu d-distakk. Dik mhix il-mira tiegħi, man! Jien Kastilja rrid nidħol!
18
13.12.2020
X’IDENTITÀ GĦANDNA AĦNA L-MALTIN? Wara l-mewt tal-poeta Oliver Friggieri sar ħafna diskors fuq l-għaqda bejn il-Maltin u l-Għawdxin kif ukoll fuq l-identità. Mhux biss l-Istat ħass li kellu jorganizzalu funeral u l-Knisja laqgħetu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann – l-ewwel darba li poeta kiseb dan il-privileġġ mistħoqq – iżda saħansitra l-istess Prim Ministru ħabbar li diġà kien mexxa biex Heritage Malta tibda taħseb għal monument xieraq. Oliver Friggieri, li l-ħafna xogħlijiet tiegħu nqraw u nstemgħu f’Malta għal għexieren ta’ snin, sa ma miet ma waqafx jgħallem, jikteb, jippubblika u jitkellem fuq il-Malti.
Bla dubju kien jafu kważi kulħadd. Barra l-familja, il-kollegi u ħbieb – kienu jafuh ħafna studenti u xandara. L-istoriku Dr Charles Xuereb sar ħabib ta’ Oliver fis-snin 60 u matul dawn id-diċennji intervistah kemm-il darba. Spiċċa biex anki tella’ sensiela sħiħa għat-televixin jiddiskuti miegħu d-destin ta’ Malta u l-Malti. F’dawn il-paġni ma’ Charles Xuereb se nitkellmu fuq aspetti diversi tal-identità Maltija u dwar kif jaħseb li se tkun fil-ġejjieni. Minn CHARLES B. SPITERI
Charles, kif taħseb li se nibqgħu niftakru lil Oliver Friggieri? Qabelxejn bħala poeta. Hu stess stqarr kemm-il darba li dik kienet l-ewwel u l-aqwa namra tiegħu li resaq lejha b’passjoni li qatt ma heda jħaddimha. F’Malta diffiċli nsibu poeta ieħor li qablu jew warajh se jkun ħalla dan l-ammont ta’ poeżiji tista’ tgħid fuq kull aspett tal-ħajja, dejjem mogħnija b’xi riflessjoni jew morali, imqar jekk tkun fuq dudu. Kiteb qatigħ ukoll fuqna l-Maltin, minn xiex għaddew missirijietna: hu kien iħares lejn l-istorja b’nostalġija pjuttost romantika iżda anki b’ċanfira fejn ħass il-bżonn. Kien iħoss kważi missjoni li kulma jikteb – anki r-rumanzi – juru kemm huma boloh il-Maltin u l-Għawdxin f’komunità daqstant żgħira li jkunu mifrudin anki minħabba l-politika, l-aktar meta kull Malti u Għawdxi jixtieq il-ġid lil pajjiżna. Oliver kien iħobb lil Malta patrijottikament u sinċerament u s-sentimenti tiegħu – spiss emottivi – kien jemmen li se jħallihom warajh. F’ħajku minnhom (versi qsar fi stil Ġappuniż li ħaddem ħafna Anton Buttigieg) ifakkarna: Imut poeta U wrajh iħalli xkora Ta’ sentimenti. Kiteb fuq avvenimenti u istituzzjonijiet politiċi, fuq problemi soċjali b’mod l-aktar reali fejn irrifletta l-ħsieb ta’ individwi li mhux dejjem isibu posthom faċilment fis-soċjetà. Fuq kollox kiteb ruxmata poeżiji reliġjużi, innijiet li bosta minnhom il-Knisja immużikathom għal-liturġija. Iżda kiteb ukoll fuq Pariġi li tant laqtitu fejn għanna saħansitra fuq il-qabar tal-kantanta melankonika Edith Piaf. Kiteb ukoll fuq l-ambjent: Jekk tixtieq tara
Żewġ poeti li kitbu l-ħajku: Anton Buttigieg, it-tieni President tar-Repubblika ta’ Malta, u Oliver Friggieri fl-aħħar tas-snin 70 Lill-katidrali t’Alla Mur fil-kampanja U kiteb fuq l-annimali l-aktar il-kelb tiegħu li tant kien iħobb: Tinsiex, niltaqgħu F’kull każ fil-bieb tal-Ġenna, Għażiż kelb tiegħi! X’tip ta’ monument jixraq lil Friggieri? Wara t-turija daqstant nazzjonali għal dan l-għannej mibki tal-Maltin jixraq li jkun mafkar nazzjonali. L-Università ta’ Malta, skont ir-Rettur, diġà bdiet id-diskussjoni fuq dan il-memorjal. M’hemmx dubju li għandu jkun hemm Taħdita Akkademika kull sena f’ismu; jixraqlu wkoll xi spazju ddedikat lilu fil-kampus fejn qatta’ tant snin ixerred is-sabiħ u l-benna ta’ lsienna. Jixraqlu wkoll iżda l-mon-
ument pubbliku li nieda l-Gvern. Dakinhar tal-funeral tkellmet ukoll is-Sindku tal-Furjana li qalet diġà qed jaħsbu biex isibu post fil-Furjana stess, barra li jsemmu triq. M’hemmx dubju li fil-Furjana – is-subborg fejn twieled u trabba fit-toroq ta’ Balzunetta – żgur isib postu għax jista’ jidħol ma’ tant nies magħrufa li hemm il-Mall. Min-naħa l-oħra jekk irridu tassew ngħollu l-idea ta’ identità nazzjonali – li tant kien iħobb u xerred hu stess – ma neskludix li l-monument isir fil-Barrakka ta’ Fuq. Naħseb li wasal iż-żmien li naħsbu aktar fil-fond u fit-tul kif dan il-ġnien fuq il-port jieħu sura ta’ Pantheon (post fejn jindifnu persunaġġi li jkunu taw sehem qawwi għal pajjiżhom u mhux bilfors fil-politika) Malti. Aħna m’għandniex post
bħal Ruma u Pariġi (Londra jużaw il-Katidral ta’ Westminster) fejn nagħtu ġieħ lix-xjenzjati, artisti, ħassieba, akkademiċi, eroj, patrijottiċi li taw saħħithom, ħajjithom għall-gżejjer tagħna. Kif tista’ l-Barrakka ta’ Fuq issir Pantheon Malti allura? Bil-mod u bla wisq taqlib imissna nibdew infittxu dawk il-monumenti, plakki u tabelli li fil-Barrakka ta’ Fuq jagħtu ġieħ lil nies li la kellhom x’jaqsmu ma’ Malta u wisq anqas mietu hawn. Eżempji huma l-għadd kbir ta’ memorjali lill-Ingliżi fis-servizzi li mietu ’l bogħod minn xtutna jew mietu hawn qabel waslu jew malli ġew, mingħajr ma taw ebda kontribut lokali. Fost dawn jiġi l-ewwel Clement Martin Ed-
wards (1779-1816) li għandu l-aktar monument prominenti quddiem il-lift fl-ispazju grandjuż fejn ħadd iżjed ma jgawdi mafkar ta’ dik il-bixra. Bir-rispett kollu dan kien is-segretarju tal-ewwel Gvernatur Maitland mhux f’Malta, imma meta kienu Sri Lanka, qabel dal-gvernatur bagħtuh Malta. Edwards kien sfortunat għax miet ta’ 36 sena iżda ma laħaq għamel xejn għal pajjiżna. Maitland ħass li kellu jagħżillu l-aħjar post fil-belt kapitali tagħna. Dan il-mafkar barrani faċilment imur, bl-akbar rispett, f’xi ċimiterju tas-servizzi Ingliżi li huma miżmumin tant tajjeb. Ħafna turisti li jużaw il-lift narahom jieħdu r-ritratti miegħu għax jaħsbu li hu marbut ma’ Malta! Fil-fehma tiegħi floku jixraq monument lil Mikiel Anton Vassalli, li l-Belt ma jidher imkien. Edwards jista’ jmur ukoll fil-ġnien ta’ Hastings fejn hemm maġġoranza ta’ figuri Brittaniċi – fil-fatt nemmen li dak il-ġnien imissu jiġbor il-monumenti ewlenin li għandna l-Belt u li huma tal-Ingliżi (bħar-Reġina Vittorja) u nagħmluh attrazzjoni kbira għat-turisti Brittaniċi, kompluti bi kjosk u kartolini fejn ikunu jistgħu jittimbrawhom b’logo speċjali tat-tifkira tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Ingilterra. Xtaqt ukoll ngħid kelma fuq l-għamla tal-monument. Wasal iż-żmien li nkunu ftit aktar kreattivi. Kemm se ndumu naraw busti jew irġiel weqfin bil-ġlekk jirraġunaw waħedhom fuq pedestall! Naħseb li l-poeżija ta’ Oliver għandha tispira ħafna ideat fil-kompetizzjoni li ġiet imnedija minn Heritage Malta – monument li jagħti ġieħ lill-ilsien Malti wkoll. Tkellimna fuq l-identità. Naf li int tispeċjalizza f ’dan ilqasam u għandek ideat li għal xi nies huma kontroversjali. X’jista’ jsir iżjed milli
13.12.2020
19
nikkontestwalizzaw (fejn hemm bżonn inċaqilqu) xi monumenti barranin, kif għadek kemm għidt u nżidu tagħna? Qabelxejn ngħidlek li f’Malta, avolja mqabbdin sew mal-komunikazzjoni globali – bl-internet, xandir, kotba, satelliti – iżda qisna ma nistgħux neħilsu għalkollox milli nkunu insulari. Tassew li aħna gżira iżda ċerti rjieħ u rwiefen ta’ ideat mondjali jdumu ma jolqtuna. Nieħdu l-kolonjaliżmu. Wara l-qawmien tal-Black Lives Matter fl-Istati Uniti dis-sena feġġ moviment qawwi kontra l-iskjavitù tal-Afrikani (li kienu bdewh kummerċjanti Ingliżi 400 sena ilu u kaxkru bih mijiet ta’ snin) u kontra l-kolonjaliżmu. Hawn bil-maqlub. Ninsew l-iskjavitù (li missna ilna li għamilna monument għall-ilsiera kollha ta’ żmien il-Kavallieri bi sħab mal-Ordni f’Ruma) u ninsew is-Suwed (li għadna Il-monument ta’ Edwards quddiem il-lift fil-Barrakka ma wasalniex biex naċċetta’ Fuq li miet ftit wara li wasal Malta bla qatt ma ta kontribut tawhom mija fil-mija) imma lokali. Floku missna nagħmlu monument lil Mikiel Anton Vassalli l-kolonjaliżmu għexnieh u allajbierek hawn bosta– inkluż storiċi Maltin – li għadhom isteru tal-Ekonomija fi Triq biex irkuprajna ftit. Hawn ħaf- jagħmluha bla ħsieb…iżda mhix jna aħna biss, bħala pajjiż reiqisuh b’barka u jiddefenduh. Merkanti, kif tidħol fil-Palazz na Maltin u Għawdxin li kburin skuża. Daħħalna swab meta pubblikan fid-dinja li għadna fil-bitħa…kieku jien, wara li b’dak kollu li jagħmilna Maltin, għandna ‘kampjun’, daħħalna nġorru għelm ovvju tal-kolonnneħħu l-istatwa tar-Reġina iżda fadal numru li tant saru cluster meta għandna ‘grupp’, jaliżmu. X’tara ħażin minn Pjazza Repubblika, minn vittma tal-effett li ħalla fuqhom bil-maskra n-nuċċali jiċċajpar fil-kolonjaliżmu? Allura l-bandiera nħalluha dawn l-armi kollha nżomm il-kolonjaliżmu (dak kien l-is- mhux jiffoggja… Bosta f’Malta baqgħu ħamra u bajda biss? Li poplu jibqa’, anki wara biss dik l-arma rjali ta’ fuq kop tal-kolonjalisti) li għadhom l-Indipendenza, b’mentalità Bieb Vittorja għax tinsab qrib sal-lum, imqar bla ma jafu, jemmnu li m’hemmx għaliex kolonjali tissejjaħ mill-istori- il-baħar fejn fil-Port il-Kbir ikasbru dak li jagħmilna Maltin tirrispetta ’l-Malti għax ma Hekk għannielha Dun Karm. tasal imkien bih. Oliver Friggi- Hekk għamluha missirijietna ku Franċiż Paul Ricoeur ‘mar- kien ikollna l-flotta kbira In- tassew. Nieħu l-ilsien. Spiċċajna li eri tana eżempju kemm mhux xi 800 sena ilu. Tajjeb inżidu li da tal-istorja’. L-Ingliżi hawn gliża tal-Mediterran li ta’ min ħafna li jitgħallmu l-iskola u minnu. Il-kotba tiegħu kitib- l-George Cross ma jidentifikana mexxewna minn imneħirna ifakkarha. Possibbli għad hemm bżonn jmorru l-università, bla ma hom bil-Malti u ġew tradotti mkien iżjed. għal kważi 200 sena, għadIs-simbolu tagħna l-Maltin dewna passata żmien sa ma nuru lil kull min jiġi Malta li jridu jużaw ħafna l-Ingliż. Ma f’diversi lingwi barranin. Iljinsab magħruf ma’ kulħadd tawna ċans niggvernaw lilna l-Belt Valletta għadha Brittan- jimpurtax. Jien inħobb ħafna Malti ġie rispettat. bħala s-Salib tat-Tmien Ponot. nfusna b’mod limitat fl-1921 ika (kif xtaqu huma meta kon- l-Franċiż u t-Taljan barra l-InMa tawhulniex il-Kavallieri – u baqgħu jagħtuna u jeħdul- na kolonja)? Veru li xejn ma gliż u l-Malti. Iżda hemm num- Is-simboli kemm ħadniehulhom wara li telqu na l-kostituzzjoni sakemm jħassar li kienu hawn il-kolon- ru kbir minnhom li mingħali- jgħinu fl-identità? biex nuru li għalkemm fis-sekprattikament ħelsu minna jalisti Brittaniċi iżda meta se hom li l-Malti mhux importanti. meta raw li ma jridux jonfqu niddeċiedu li Valletta tkun ka- Jinsew li l-kostituzzjoni tgħid Huma l-qofol ta’ kollox għax lu 19 sirna kolonja Brittanika, iżjed fuqna. Sinċerament ma pitali tassew tal-Maltin? Il-bi- ċar u tond li l-Malti biss hu naz- bla kliem u bla sliem jagħtu il-vera identità tagħna kienet messaġġ. L-akbar problema se tibqa’ Maltija. Il-Kavallieri naqbilx mal-Integration li lanċ tal-monumenti fil-Belt hu zjonali. Ma jistudjawx il-Malti li għandna hu l-George Cross perpru dak is-salib fuq ilMintoff xtaq iġib, għal raġuni- kontra tagħna stess li ngħixu bis-serjetà waqt li jkunu l-isko- fuq il-bandiera li r-Re Ġorġ VI bjut Maltin għal 300 sena…iljiet validissimi ekonomiċi għal hawn. la u biex jgħattu dan in-nuqqas poġġieh waqt il-gwerra. Fuq Maltin għoġobhom (bħalma ta’ Malta, iżda meta tajniehom ma jurux rispett biżżejjed lejn bandiera li tgħodd mijiet kbar qabilhom kienu għoġbuhom test biex naraw hux tassew Għaliex taħseb li għad fadal ilsienna. Għad hawn stazzjoni- ta’ snin, waħda mill-eqdem l-aħmar u l-abjad tan-Norjixtiqulna l-ġid, beżqulna ħafna Maltin ma jaċċettawx manni) u għamluh tagħhom, jiet pubbliċi li ma jistgħux jif- fid-dinja, titqies ‘sagra’. dan l-argument tiegħek? fis-sunnara u rrifjutaw. Meta ksibna l-Indipenden- bħalma għamlu l-festa tal-Vihmu li l-virus hu Covid-Dsatax B’xorti ħażina fil-fehma tiegħi l-Belt Valletta għand- Ngħiduha kif inhi, mhux bil-Malti u jibqgħu jgħiduha za u sirna Repubblika messu torja avolja l-assedju kien na wisq monumenti kolonja- kulħadd. Hawn bosta li bl-Ingliż bħallikieku l-Malti ma għeb, iżda l-partiti fil-gvern dak tal-Kavallieri. Illum mill-futbol sal-arma li ta’ propaganda qarrieqa li jemmnu li għamilna snin twal jaqdiniex. Kull pajjiż fid-dinja iż-żmien beżgħu li jistgħu jnaffaċli ngħaddu mingħajrhom. nilagħqu lill-barrani u għad- qaleb isem dil-marda fil-lingwa fru ’l-votanti li kienu jaħdmu tal-Kardinal Grech, li għaBiżżejjed tara li għadna qisna dejna minn ġlidiet politiċi, xi tiegħu minnufih – aħna bqa- mal-Ingliżi jew jieħdu xi pens- du kemm għolla isem Malboloh, ferħanin b’xi sitt armi wħud imdemmija bħall-1919, jna bil-vizzji kolonjali. Ħafna joni tagħhom. Iżda llum spiċċa- ta fil-Vatikan, nużaw is-Salib tat-Tmien Ponot biex niftaħenormi tal-monarka Brittaniru li aħna Maltin. Ħadd ma ka, waħda minnhom quddiem juża l-George Cross. Jgħaddu il-gallerija tal-Palazz tal-Preskemm jgħaddu snin, jibqa’ ident Malti, li suppost huwa mpoġġi hemm mill-barrani u l-ogħla awtorità. L-uffiċċju jissimbolizza l-kolonjaliżmu, tiegħu jixraqlu ħafna iżjed tant mistmerr illum. Il-midalja rispett nazzjonali. kien ħaqqna żgur, iżda postMeta wara elezzjoni l-Prim hom fil-mużewijiet mhux fuq Ministru u l-President joħorġu il-bnadar. fil-gallerija tal-Palazz jifirħu Bil-mod u bla wisq taqlib imissna nibdew Qabel ma nifhmu nkunu bil-poplu, bla ma jridu jbaxxu infittxu dawk il-monumenti, plakki u tabelli li kburin b’dak li aħna, ħadrashom għall-arma Brittanika dieħor jibqa’ jara fina sens ta’ fuq il-Main Guard. Hemm armi fil-Barrakka ta’ Fuq jagħtu ġieħ lil nies li la kellhom inferjorità u dak żgur mhux se oħra bħal fuq l-Università jgħin fl-identità Maltija. x’jaqsmu ma’ Malta u wisq anqas mietu hawn l-qadima, fuq il-bini tal-Min-
20
13.12.2020
JASON FRIGGIERI JINTERESSA RUĦU FIT-TAJR SPEĊJALMENT FIL-KOKKI
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Personalment nibża’ jew ħa ngħid hekk għandi fobija minn kull għasfur jew annimal ieħor li jtir. Iżda, il-Malti jgħid il-baqra tinbiegħ kollha, għax min iħobb ħaġa u min oħra. Dan l-aħħar sirt naf b’individwu li hu ffissat u jinteressa ruħu fit-tajr speċjalment fil-kokki. Qed nirreferi għal Jason Friggieri. Twieled fir-raħal taż-Żejtun, fi triq dejqa li kulħadd ġej u sejjer għand xulxin. Bħala tfal kienu dejjem jilagħbu barra u bla periklu ta’ karozzi. Dak iż-żmien ma kellhom xejn, imma kellhom is-sempliċità li hija l-aħjar ħaġa li wieħed jista’ jkollu. Illum Jason għandu 44 sena. Bħala passatempi għandu l-bini tal-presepju. Fl-opinjoni tiegħu l-kotba u l-qari huma għodda li biha tikber u titgħallem. Ġej minn familja li fiha hemm nies magħrufa Malta li jħobbu jiktbu u Jason ukoll qed jipprova jibda ftit ftit. Jaħdem fil-qasam tat-turiżmu u dan jgħinu li jitħallat ma’ nies b’kulturi u b’ideat differenti minn tiegħu. Mistoqsi kemm ilu jinteressa ruħu fit-tajr speċjalment fil-kokka, Jason dlonk weġibni: “Minn dak li niftakar, il-ġibda lejn dan it-tajr partikolari li huma l-kokki bdiet mit-triq li kont noqgħod fiha fi tfuliti. Bħalma diġà għedtlek fi triq dejqa bħalma konna aħna, kienet xi ħaġa normali li aħna t-tfal immorru għand xulxin. Niftakar ċar kristall qisu llum li filbitħa ta’ familja mill-ġirien, darba fost l-oħrajn nara din it-tajra fuq zokk iċċassata u lanqas titniffes. Naturalment qatt ma kont rajt kokka u nnutajt li għajnejha l-anqas biss bdiet iċċaqlaqhom. Ovvjament bdejt immur iżjed spiss u ta’ tfal li kont bdejt kull stampa fejn ikun hemm kokka naqtagħha u kont nipprova npinġihom ukoll. Tista’ tgħid li ili interessat f’dawn it-tajr ’il fuq minn 20 sena sewwa issa,” beda jgħidli.
tervista, kont naf li l-kokki u t-tjur illum saru kollox għalih, fi kliem ieħor saru ħajtu. B’hekk xtaqt inkun naf eżattament x’jaffaxxinah fihom u x’sodisfazzjon personali jgħtuh. “Eżatt illum jew kważi minn meta bdejt saru parti minn ħajti. Fil-fatt meta saqsejtni x’passatemp għandi ma semmejtlekx dawn it-tip ta’ tajr, u ma semmejthomx għax dawn mhumiex passatemp, din stil ta’ ħajja li għażilt jew forsi kienet imfassla hekk għalija. Biex nispjegalek x’sodissfazzjon jagħtuni hija ftit diffiċli jekk ma tkunx fiha. Li tgħix ħafna mill-ġurnata tiegħek ma’ dawn it-tip ta’ tajr u daqshekk viċin tagħhom u tarahom li jidrawk, hija ħaġa sabiħa meta tqis li mhux faċli tarahom daqshekk faċli fis-selvaġġ. Nazzarda ngħid li hija sensazzjoni sabiħa, bħala faxxinu naħseb bħala tajra waħedha tiġbdek, nisIl-kokki u t-tjur illum ta’ ngħidlek li l-kokka l-bajda saru kollox għalih mniżżla mal-iżjed annimali sbieħ li jeżistu”. Qabel ma mort għal din l-inMistoqsi jekk fl-opin-
joni tiegħu hawnx bżonn ta’ ħafna edukazzjoni f’Malta dwar it-tajr, u mhux lakemm wieħed jaqbad u jibda jrabbi tajra, Jason ikkonferma miegħi li hawn bżonn ta’ edukazzjoni kbira fuqhom. “L-ewwel irridu nibdew miżżgħar. Dawn ħlief ġid ma jagħmlux u l-bidwi speċjalment jista’ jkollu alleat tajjeb pereżempju bil-barbaġann. Il-barbaġann jiekol medda ta’ żewġ jew tliet ġrieden kuljum, jiġifieri ara l-ġid li jagħmel. Inħeġġeġ lil kulħadd biex qabel iġib xi tajra ta’ dan it-tip, jaħsibha sewwa. Il-problema li nara dejjem fl-opinjoni tiegħi li hawn ħafna jaqbdu u jidħlu fuq l-internet, ifittxu ftit informazzjoni u daqshekk sirna nifhmu. Le, l-affarijiet ma jsirux hekk. L-ewwel mistoqsija li trid tistaqsi lilek innifsek hija għaliex trid kokka? Rajt lil xi ħadd b’xi waħda fuq Facebook u kellu ħafna likes? Għandek guva li int tista’ tidħol fiha komdu jew għandek gaġġa tal-pappagalli u titfagħha hemm? Gaġġa tal-pappagalli mhix
tajba għall-ebda kokka, insew x’rajtu f’Harry Potter, dak kien film u l-kokki kienu fil-gaġeġ għal dik il-biċċa filmat biss. Kokka tista’ tgħix sa 15-il sena u hemm razez li jgħixu ’l fuq minn 30 sena. Għandek commitment qawwi. Mistoqsija oħra hija jekk int tħobb issiefer ta’ spiss jew għandek xogħol b’ħinijiet twal iżjed min-normal, x’ser tagħmel? Tħalliha ħafna ħin waħedha? Għandek min iżommielek? U tħobb issiefer ta’ sikwit? Trid tnaddfilha kuljum, darbtejn żgur. Hemm il-problema tal-ikel, taf li dawn jieklu annimali oħra? Jekk ma togħġbokx ix-xena, x’ser tagħtiha tiekol?” beda jispjega fid-dettall Jason. Jaf kemm jaf dwarhom, iħoss li dejjem hemm x’jitgħallem aktar Kompla jgħidli li fuq l-ikel irid jiġbed l-attenzjoni, li l-ikel irid ikun dejjem mejjet qabel wieħed jagħlef. “Mhux rispett għall-priża li tingħata ħajja, la tajra hija captive mhux
aċċettabli li tagħlef il-ħaj. Iva, ħsara issir jekk taqbad iġġib kokka bla ma inti għandek esperjenza ta’ xejn. Jien personali mmur nagħmel xogħol volontarju f’bird park, biex b’hekk inkompli nitgħallem għax le qatt ma taf xejn. Nista’ nurik librerija sħiħa li għandi. Il-kotba u l-internet jekk ikun minn sors serju, it-tnejn tajbin imma dawn kollha flimkien għalxejn jekk qabel ma tmurx tipprova tagħmel ftit xogħol ma’ dawn l-annimali. Illum hawn ħafna parks u xi wħud minnhom jieħdu gost b’daqqa t’id,” żvela miegħi. Ta’ min jgħid li Jason ilu dilettant tat-tajr tal-priża ’l fuq minn 20 sena. Jiddedika ħafna ħin għalihom. Fil-fatt ta’ kull filgħodu jqatta’ bejn il-5am u s-7am magħhom qabel imur għax-xogħol, u ta’ kull filgħaxija jqatta’ mis6.30pm sal-11pm mat-tajr tiegħu wkoll. Mistoqsi x’jinvolvi eżattament dan il-ħin magħhom, weġibni: “Nipprova niddedika ħin kemm jista’ jkun, għax jien ukoll
21
13.12.2020 son jisħaq ħafna dwar il-ħin u l-commitment li persuna trid sabiex trabbi kokka. Filfatt naf ukoll li Jason stess għandu xi kokki li ġew adottati minnu minn xi familji. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan il-fatt. “Jekk ser titlaq bil-prinċipju ta’ sid ma naqbilx. Int trid tkun il-ħabib, u l-partner tagħhom, fis-sens li huma qed jaċċettawk fit-territorju tagħhom. Il-guva tiġi t-territorju tagħhom. Ovvjament nifhem li mhux kulħadd jaqbel miegħi forsi fuq din. Li jiġri huwa li jkun hemm każi ġenwini ta’ nies li ma jkunux jistgħu jżommuhom iktar, forsi minħabba xi mard jew sidhom imut. Imma hemm dawk li anke wara li tkun spjegajtilhom il-commitment li għandek magħhom xorta jixtruhom u wara ftit xhur ma jkunux jistgħu jżżomuhom iżjed. Jien nipprova nsibilhom dar ġdida. Ovvjament biex naċċetta rrid immur nara fejn ser iżommuhom min ikun jixtieq li jaddotta wieħed. Għandi żewġ anzjani issa ta’ ’l fuq minn 12-il sena u żammejthom jiena għax inħoss li hekk l-aħjar li nagħmel.” Sirt naf ukoll li ċertu tip ta’ kokki jafu jgħixu mal35 sena. Ħafna ma jaqblux li tajra jew għasfur għandhom jinżammu f’gaġġa ġewwa, iżda jgħidu li għandhom jinżammu liberi jtiru barra. Ħallejt f’idejh sabiex jikkumenta. “Iva, mela hemm kokki li jgħixu dik l-età u hemm min inqas. Ovvjament ir-rekords jittieħdu fuq captive breeding. Jien inħobb nisma’ l-opinjoni ta’ kulħadd, u nieħu pjaċir niddiskuti. Ikun hemm ħafna affarijiet li tista’ tgħid li naqbel ma’ dawn in-nies, imma l-captive breeding huwa importanti. Dejjem minn nies professjonali. Jien personalment la qatt ma għammart u lanqas ser ngħammar. Imma dik opinjoni tiegħi biss. Meta ngħidu captive breed dawn ikun ġejjin minn ġenerazzjoni twila ta’ captive breeding. Fl-Amerka snin ilu, ilbies, li huwa tip ta’ falkun, kien f’xifer li jispiċċa. Kieku ma kienx hemm falkuniera li taw dawn it-tip ta’ tajr li kienu tagħhom captive breed kien hemm ċans li jispiċċa, imma b’dak li għamlu dawn in-nies reġa’ beda jkattar. Meta l-affarijiet isiru bis-serJagħmilha kemm jetà, fl-opinjoni tiegħi joħroġ tal-ħabib, kif ukoll il-ġid. Kokka fis-selvaġġ tal-partner tagħhom timmaġinax li hija xi tajra li Importanti l-fatt ukoll, li Ja- l-ħin kollu tittajjar. Normalnaħdem. Inqum fil-5am u nagħmel sas-7am. Kif inqum nibda nipprepara l-ikel għalihom ta’ filgħodu. Naħsel il-guvi tagħhom kull filgħodu. Sakemm nieħu ftit kafè u nlesti jien ukoll, nara jekk ma kilux kollox u li jħallu nwarrbu biex narmih. Ir-raġuni hija li dawn jieklu ikel nej, u mhux tajjeb li tħallihulhom għal ħin twil speċjalment filjiem sħan tas-sajf. Filgħaxija għandhom l-istess rutina, jiġifieri għas-6pm nippreparalhom l-ikel nerġa’ u nerġa’ nagħlef. Nerġa’ naħsel il-guvi wkoll. It-tindif huwa importanti ħafna, indurhom biex nara li kollox sewwa, nara li d-dwiefer nodfa u jekk għandhomx bżonn ta’ ftit tnaqqis minnhom. Inħobb niżbrilhom iz-zkuk li jistrieħu fuqhom, imqar darba fil-ħmistax biex b’hekk dejjem ikollhom postijiet differenti. Nassigurak li l-ħin jgħaddi, iva ġieli l-11pm immishom, forsi mhux kuljum, imma ħafna drabi,” stqarr miegħi Jason. Mistoqsi fejn iżomm dawn it-tajr kollha, Jason ikkonferma miegħi li jżommhom f’guvi miftuħa għall-arja. “Fil-jiem tas-sajf għandhom sistema ta’ ilma li jwaddbilhom bħal raxx ta’ ilma matul il-ġurnata u jiffriskaw. Ovvjament għandhom ilma kemm iridu biex sewwa jixorbu, u sewwa biex jinħaslu. Irrid nipponta li l-kokka bħal kull animal ieħor għandha bżonn tixrob u trid tħallilha aċċess għal ilma frisk kuljum.” Miegħi Jason stqarr li jaf kemm jaf qatt ma jaf xejn filħajja, u l-istess dwar it-tajr u l-kokki. “Jekk tibda taħseb li sirt xi professur nassigurak li żball kbir tagħmel. Jaf jiġi tifel u jistaqsik xi ħaġa li lanqas tkun taf tweġibha. Jien tgħallimt li dan is-suġġett tant huwa vast li tinduna li dak li konna naħsbu li kien tajjeb sirna nafu li ma kienx u viċi versa. Meta bdejt jien kompjuter ma kellix, kont żgħir u kont nara kif nirranġa. Kont nipprova nsib xi kotba u forsi nsib indirizz ta’ barra u nipprova nibgħat ittra. Ħafna drabi għalxejn. Imma darba wieħed irrispondieni u bqajt nikteb lilu, għeni ħafna u llum il-ġurnata miet. Kif daħal il-kompjuter ma stajtx nixtrih mill-ewwel, imma kelli ħbieb li kont nuża ftit tagħhom. L-internet huwa għodda tajba jekk jintuża sewwa. Immur ukoll fl-iskejjel meta jistidnuni. Però nixtieq li iżjed skejjel jistidnuni, għax naħseb huwa ta’ ġid għat-tfal,” stqarr miegħi Jason.
ment iqattgħu ħafna minn ħajjithom fuq zokk, reqdin jew jistennew moviment ta’ xi priża.” Ta’ min jgħid ukoll, li Jason ħoloq paġna fuq Facebook bl-isem ta’ “Malta Owls Friends”. Ħoloqha biex jipprova mill-ftit li jaf, jagħti parir lil ħaddieħor qabel jintriga b’dawn it-tajr. “Ejja niftakru li dan it-tajr hu ħaj, ma tistax iġġibu u titilqu hemm, tagħlfu u daqshekk. Ħa nkun onest hemm ’il fuq min 100 membru, imma ftit
ikun hemm min verament juri interess. Nammetti li normalment meta jistaqsuni għal parir, ma jkunux iridu jisimgħu dak li ma jixtiqux jisimgħu. Imma jien la tlabtni parir ser ngħidlek dak li nemmen fih u li nħoss li jkun ta’ ġid għat-tajra mhux għalik. Ovvjament ma jerġgħux jistaqsu għax ikun hemm min irid jisma’ dak li xtaq jisma’,” sostna miegħi. Fl-aħħar nett, Jason xtaq jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “L-appell
tiegħi huwa wieħed - qabel ma ġġibu jew tixtru, hawn ħafna parks fejn tistgħu tmorru u tistaqsu għax-xogħol li jirrikjedu. Agħmlu xogħol volontarjat f’xi park bħalma għedt qabel ħa taraw kemm tifulħu għax-xogħol li tridu tibdew tagħmlu. Jekk jista’ jkun iġġibux par għax il-problema tikber iktar jekk taraw li ma tistgħux tibqgħu żżommuhom. Jalla servejt imqar farka ta’ ġid għal min qed jaqra dan l-artiklu,” temm jgħidli.
22
13.12.2020
IL-FIBROMYALGIA X’INHI? Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Hija kundizzjoni li forsi mhux ilkoll nafu dwarha sakemm ma tkunx messet lilna jew lil ta’ madwarna. Għalhekk ħsibt li naqsam ftit tagħrif dwar din il-kundizzjoni magħkom il-qarrejja. Tkellimt mat-Tabiba u Eks Radjografa Georgiana Farrugia Bonnici. Laħqet tabiba fl-2018 u bħalissa qiegħda fl-istadju li tipprattika l-professjoni tagħha f ’diversi oqsma differenti bħall-mediċina, il-kirurġija u l-psikjatrija sabiex tikseb aktar għarfien u esperjenza. Taspira li ssir tabiba tal-familja b’interessi speċjali fil-kardjoloġija jew pnewmoloġija. Għandha blogg mediku jismu: xBe Holistically Healthy, MDx fuq www.facebook.com/ be.heart.healthy sa mill-2015 li bdietu meta kienet għadha studenta tal-mediċina bl-iskop li taqsam tagħrif mal-pubbliku dwar prevenzjoni ta’ mard kroniku u fih tisħaq dwar l-importanza li lkoll ngħixu stil ta’ ħajja sana, li tinvolvi attenzjoni lejn il-qasam fiżiku, mentali u soċjali. Illum qasmet magħna tagħrif dwar il-fibromyalgia. Il-fibromyalgia hija kundizzjoni li hija kkaratterizzata
minn uġigħ qawwi fil-muskoli, li primarjament ikun preżenti fuq iż-żewġ naħat tal-ġisem, f ’partijiet kemm fuq kif ukoll taħt il-qadd, bħall-ispalel, id-dirgħajn, ix-xedaq, is-saqajn, l-għonq, id-dahar, is-sider jew anke ż-żaqq. Dan l-uġigħ normalment jibqa’ jippersisti għal aktar minn tliet xhur infila. Sintomi oħra relatati mal-fibromyalgia huma l-għeja, minkejja li wieħed jaf ikun raqad ammont tajjeb ta’ sigħat kuljum. Mill-banda l-oħra, l-irqad jista’ jkun qed jiġi interrott minn perjodi ta’ wġigħ. Xi pazjenti li jbatu mill-fibromyalgia jistgħu jesperjenzaw ukoll kundizzjonijiet oħra relatati mal-
irqad, bħal restless leg syndrome, jew sleep apnea. Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, persuni li jbatu mill-fibromyalgia ġeneralment jirrappurtaw ukoll tibdil kontinwu fil-burdati, jew saħansitra, nuqqas ta’ konċentrazzjoni jew memorja li hi wkoll imsejħa bħala brain/fibro fog. Diversi riċerkaturi jaħsbu li din il-kundizzjoni jista’ jkun tiżviluppa minħabba li jkun hemm diżordni fis-sistema ta’ kif il-ġisem jamplifika s-sinjali tal-uġigħ, li jkunu għaddejjin bejn ilmoħħ u s-sinsla tad-dahar. Filwaqt li l-ġenetika tista’ żżid ir-riskju li wieħed taqbdu din il-kundizzjoni, dawn
is-sintomi jistgħu wkoll jibdew wara xi avveniment partikolari fil-ħajja ta’ dak li jkun, bħal trawma, operazzjoni, infezzjoni jew stress qawwi. F’ċerti każijiet oħrajn, dawn is-sintomi, li ħafna drabi jillimitaw drastikament il-funzjoni tal-bniedem fil-ħajja tiegħu ta’ kuljum, jistgħu jakkumulaw mażżmien, minkejja li ma jkun hemm l-ebda triggers. Il-fibromyalgia hija klassifikata bħala diżordni ta’ esklużjoni, jiġifieri li t-tobba jaslu biex jagħmlu dijanjosi ta’ din il-kundizzjoni, wara li jkunu saru diversi testijiet tad-demm sabiex jeskludu xi kundizzjonijiet oħra li jistgħu jagħtu sintomi simili
Sintomi oħra relatati mal-fibromyalgia huma l-għeja, minkejja li wieħed jaf ikun raqad ammont tajjeb ta’ sigħat kuljum. Mill-banda l-oħra, l-irqad jista’ jkun qed jiġi interrott minn perjodi ta’ wġigħ. Xi pazjenti li jbatu mill-fibromyalgia jistgħu jesperjenzaw ukoll kundizzjonijiet oħra relatati mal-irqad, bħal restless leg syndrome, jew sleep apnea
bħal tal-fibromyalgia. Huwa magħruf li l-fibromyalgia, taffettwa iktar lin-nisa milli lill-irġiel. Barra minn hekk, il-fibromyalgia għandha tendenza li taffettwa iktar nies li jkunu jbatu minn tension headaches, diżordnijiet fil-ġogi tal-ħalq, Irritable Bowel Sydrome, lupus, rheumatoid arthritis, kif wkoll lil dawk li jbatu minn ansjetà jew dipressjoni. X’inhuma r-rimedji? Sfortunatament, għadha ma teżisti l-ebda kura direttament għall-fibromyalgia. Però, hemm xi rimedji li jistgħu jtaffu ftit mis-sintomi ta’ din il-kundizzjoni, bħall-mediċina kontra l-uġigħ, kontra t-tibdil fil-burdati u kontra n-nuqqas ta’ rqad. L-eżerċizzji ħfief li jżidu l-flessibilità u l-istamina, bħal yoga, mixi jew għawm u oħrajn bħal counselling, meditazzjoni, u fiżjoterapija jew aromaterapija jistgħu wkoll jgħinu biex itaffu ftit mill-istress li tista’ tikkawża din il-kundizzjoni. Wieħed għandu jara li jnaqqas it-tipjip, prodotti li fihom il-kaffeina, kif ukoll jiekol dieta bilanċjata. Minn tagħrif li rriċerka-
13.12.2020 08.11.2020
23
Il-fibromyalgia hija kklassifikata bħala diżordni ta’ esklużjoni, jiġifieri li t-tobba jaslu biex jagħmlu dijanjosi ta’ din il-kundizzjoni, wara li jkunu saru diversi testijiet tad-demm sabiex jeskludu xi kundizzjonijiet oħra li jistgħu jagħtu sintomi simili bħal tal-fibromyalgia
jt dwaru jien personalment, sibt li l-Fibromyalgia hija kundizzjoni kronika li kapaċi ddum għal ħajtek kollha. Jidher li jaf ma tiġix agħar mażżmien iżda tibqa’ bl-istess mod. Però bħal f ’kollox, qatt ma tista’ taqta’ linja. Jidher ukoll li banju sħun jista’ jgħin sew biex wieħed ineħħi l-ebusija tal-ġisem u jgħin biex id-demm jiċċirkola aħjar fil-vini. Tista’ wkoll tuża biċċiet imxarrbin b’ilma fietel jew sħun fil-partijiet li l-aktar tħoss l-uġigħ. Mill-banda l-oħra, hemm persuni li mbagħad iħossu l-uġigħ jittaffa billi jużaw kesħa jew pakketti mkessħin. Kull każ irid jittieħed fil-kuntest individwali tiegħu. Nirringrazzja lil Dr. Georgiana tal-informazzjoni li
għoġobha taqsam magħna ma’ din il-gazzetta. Tajjeb ngħidu li huwa ferm importanti li noqogħdu attenti kif nitkellmu għaliex kapaċi nweġġgħu lil xulxin. Donnu drajna nagħtu timbri lil nies li forsi f ’għajnejna jidhru differenti minna u nqisuhom strambi, imma wieħed ma jkunx jaf dak li jkun minn xiex għaddej. L-istigmi għandhom jispiċċaw f ’kull kuntest. Hemm min iqis li din il-kundizzjoni mhux veru hija eżistenti. Il-ħsieb nemmen li għandu jkun dan, trid tkun fiż-żarbun tal-persuna biex tifhem! Nemmen li rimedju importanti dejjem huwa li tiftaħ qalbek ma’ nies li verament tafda u li taf li jħobbuk. Minn hemm tibda l-passi lejn mumenti aħjar.
SKEDA ONE 07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40
TNEJN Pjazza ONE Sports 14-12 & Temp ONE News Prime Time Reboot Follow Up Gizelle ONE News Night Transmission
12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30
Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy
18:30 19:15 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 23:30 23:45
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 Better Living 10:30 Espresso 12:30 ONE News
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30 18:30
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Żona Sport Dak li Jgħodd Pjazza
19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:45 Ħabrikt - Reel 8 21:00 Mija - PL 22:15 Music Legends 22:50 Ondroad 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40
12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Teżori 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Distintivi 18:30 Pjazza
ERBGĦA 19:15 ONE 16-12 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
08:30 09:15 09:30 10:30 12:30
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum Pink Panther Telebejgħ Il-Kelma Espresso ONE News
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt - Reel 8
18:00 18:30 19:15 19:30 20:15 20:35 21:00 22:30 23:30 23:45
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Flimkien ma’ Nancy Espresso ONE News Teftif
12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30 19:15
Telebejgħ Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Indhouse Pjazza ONE Sports & Temp
19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Min Imissu?! 22:00 Kick OFF 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Indhouse Espresso ONE News Teftif
TLIETA 15-12
ĦAMIS 17-12
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak li jgħodd Espresso ONE News Teftif
SIBT 19-12
Mhux kemm taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Dirett Ilsien in-Nisa Reboot ONE News Night Transmission
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 Dak li jgħodd: 5in1 11:00 Indhouse 11:55 Telebejgħ
12:30 ONE News 12:35 Mhux kemm taf 13:10 Kick Off 14:45 Ħabrikt 15:00 The Local Traveller 15:30 ONE News 15:35 Reboot 16:00 Popcorn 16:30 Flimkien ma’ Nancy
17:30 18:00 18:40 19:15 19:30 20:10 20:30 23:30 23:45
07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30
12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Arani Issa 16:00 Durella 16:15 Mija 17:30 L-Argument 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News
20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Attività Politika 21:30 Min Imissu?! 23:30 ONE News
ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ ONE News
ĠIMGĦA 18-12
Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani issa ONE News Night Transmission
ĦADD 20-12
24
13.12.2020
reċensjoni tal-ktieb
KARMA RED Karma Red hi l-istorja ta’ Jade, tfajla ta’ erbatax-il sena, żeffiena u mimlija enerġija. Ir-rumanz jibda fl-aħħar tas-sajf, fil-bitħa tannanna, fejn naraw lil Jade u lill-kuġin tagħha Jamie jiktbu diski ġodda u jirrekordjawhom kif jafu huma. Iżda Jade kellha interessi oħra li ħadu post il-bitħa tan-nanna. Kellha date ma’ student Taljan, Mattia, li flimkien ma’ ħabibu Luke jintroduċiha ma’ post sigriet jismu Zeus – teatru abbandunat fejn kienu jiltaqgħu Luke u l-klikka tiegħu. Is-sitwazzjoni fid-dar ta’ Jade bdiet tħallilha ċertu vojt. Missierha daħħal is-sieħba l-ġdida tiegħu Natalie d-dar, filwaqt li ommha kien ser ikollha tarbija minn raġel ieħor. Il-vojt imlietu billi bdiet tiffrekwenta Zeus. Iżda minn ħolma romantika, Jade sabet ruħha f’avventuri ta’ riskji li qatt qabel ma kienet misset magħhom. Bejn Natalie u Jade tinħoloq relazzjoni speċjali, li tgħinhom jaraw il-ħajja minn lenti differenti mibnija fuq il-kuraġġ u l-imħabba. Karma Red jirrifletti l-effetti tal-għażliet tagħna (karma) u l-mod ta’ kif inħarsu lejhom. Jade għażlet li tħares lejhom b’kulur aħmar, sinonimu mal-kuraġġ, rieda u l-imħabba. Għaldaqstant Karma Red.
Mistoqsija: Fejn bdiet tiffrekwenta ta’ spiss Jade? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb KARMA RED. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb MICHAEL hija:
G. CAMILLERI - ŻABBAR
02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’tissejjaħ it-teknoloġija li tista’ ssolvi l-problema fit-tentattivi globali fl-aħħar fażi fil-ġarr tal-vaċċin?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
13.12.2020
L-GĦEJBIEN TA’ ŻEWĠ AĦWA BNIET – SHEILA U KATHERINE LYON L-EWWEL PARTI
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Sheila Mary Lyon u Katherine Mary Lyon kienu żewġt aħwa ta’ 12-il sena u 10 snin rispettivament. Il-bniet għebu fil-25 ta’ Marzu tal-1975 wara li marru qattgħu ftit sigħat iduru stabbiliment tax-xiri f’Wheaton f’Maryland, subborg li jinsab f’Washington D.C. fl-Istati Uniti. Huma dehru l-aħħar jitilqu mill-istabbiliment iżda d-dar ma waslu qatt. X’ġara dakinhar tal-għejbien tagħhom Fil-25 ta’ Marzu tal-1975, l-aħwa Lyon telqu mid-dar bejn il-11.00 a.m. u nofsinhar u reħewlha lejn il-Wheaton Plaza, stabbiliment tax-xiri li kien jinsab nofs mil ’il bogħod minn fejn kienu joqogħdu. L-aħwa marru
l-istabbiliment biex jaraw wirjiet talGħid u wara jmorru jieklu l-Orange Bowl, pizzerija fl-istess stabbiliment. Ommhom qaltilhom li mal-4.00 p.m. iridu jkunu d-dar iżda xħin rat li sas-7.00 p.m. kienu għadhom ma waslux, ċemplet lill-pulizija. Il-pulizija ħadu nota ta’ kif kienet imqassma l-ġurnata tal-bniet u bdew jistaqsu lil min seta’ rahom, bħal ħu l-bniet, li qal li ra lil ħutu jieklu pizza l-Orange Bowl għall-ħabta tas-2.00 p.m. Bejn is-2.30 p.m. u t-3.00 p.m., ħabiba tal-bniet qalet li rathom mexjin fit-triq lura lejn id-dar tagħhom u din l-istqarrija kienet l-aħħar waħda fuq id-dehra tal-bniet. Il-pulizija b’hekk xandru l-ħinijiet u fejn kienu t-tfajliet mal-pubbliku ħalli jekk xi ħadd ikun ra xi ħaġa jkun jista’ jikkuntattjahom.
Sheila u Katherine Lyon
Il-pulizija xandru l-avvenimenti bħal t’hawn isfel: Xi ħadd mit-tfal li kien hemm ra lill-bniet jitkellmu ma’ raġel barra l-Orange Bowl
11:00AM
01:00PM
Il-pulizija saru jafu mingħand tifel li għall-ħabta tas-1.00 p.m. raw il-bniet ikellmu raġel ħdejn l-Orange Bowl. Irraġel kien fih madwar sitt piedi tul, kellu bejn 50 u 60 sena u kien liebes libsa kannella. Ir-raġel kellu bagalja f’idu b’tape recorder ġo fiha. Apparti l-bniet kien hemm tfal oħrajn imdawrin ma’ dan ir-raġel għax beda jħallihom jitkellmu fil-mikrofonu li kellu. It-tifel għen lill-pulizija jpinġu lil dan ir-raġel.
02:00PM
2.30 – 3.00PM
Ħu l-bniet rahom jieklu pizza l-Orange Bowl
Il-bniet telqu mid-dar
L-investigazzjoni
Ħabiba tal-bniet rathom mexjin fit-triq lura lejn id-dar
Din it-tpinġija wasslet għal ħafna telefonati għax ħafna nies għarfuh iżda ma kinux jafu min kien. In-nies bdew jgħidu li dan ir-raġel kien deher f’diversi stabbilimenti bl-istess bagalja. Minkejja dawn it-telefonati, il-pulizija ma sabux min kien u l-informazzjoni li ġabru ma wasslithom imkien. Il-pulizija tkellmu wkoll ma’ ħabiba tal-bniet li qalet li rat ġuvni b’xagħru twil iħares lejn it-tfajliet u jiffissa lejhom. Hi qalet li xħin ratu ma qalax ħarstu minn fuqhom marret tgħidlu. Skontha, il-ġu-
L-omm iċċempel lill-pulizija u tibda t-tfittxija għalihom
04:00PM Il-bniet suppost kellhom jaslu d-dar iżda ma waslux
vni kien ta’ karnaġġjon ċar, kellu qrib l-20 sena jew ftit fuq l-20, kellu l-ponot f’wiċċu, farretti fuq il-warda x-xellugija ta’ wiċċu u kien liebes ilbies mitluq. Id-dehra ta’ dan il-ġuvni kienet totalment differenti minn dik tar-raġel bil-bagalja u jidher li t-tpinġija tad-dehra tiegħu ma xxandritx daqs dik tar-raġel l-ieħor. Wara ħafna ġimgħat mingħajr indikazzjoni ġdida, gruppi ta’ voluntiera bdew ifittxu f’binjiet battala. Magħhom ingħaqdu wkoll 122 uffiċjal nazzjonali iżda ma nstabitx traċċa waħda tal-bniet.
07:00PM
Wheat
on
Pl a za
Xhieda falza
It-tpinġija tad-dehra tal-ġuvni skont il-ħabiba tal-bniet ħdejn ritratt ta’ Welch
Ħmistax wara l-għejbien tal-bniet, xhud minn Manassas f’Virginia rrapporta li ra żewġt ibniet li kienu jixbhu lill-bniet Lyon fuq wara ta’ karozza, fejn kienu marbutin u kellhom ħalqhom mgħotti. Ix-xhud kompla jgħid li beda jsuq wara l-karozza iżda xħin is-sewwieq induna li qed isegwih, hu baqa’ għaddej minn fuq id-dwal ħomor tat-triq u qabad ir-rotta 234. Kompla jgħid li n-numru ta’ reġistrazzjoni fuq il-pjanċi kien ‘DMT-6**,’ iżda l-aħħar żewġ numri ma kienx jafhom. Il-pulizija għall-bidu emmnuh iżda wara indunaw li kien hemm probab-
biltà kbira li din kienet xhieda falza. Fost it-telefonati li bdew jirċievu l-pulizija, kien hemm ħafna minnhom li bdew jgħidu li l-bniet qegħdin għandhom u biex jirrilaxxawhom riedu somma flus. Il-missier saħansitra ġie kkuntattjat minn persuna li xħin qalilha li jrid jisma’ lil uliedu jitkellmu, hu ma reġax sema’ mingħandha. Kien hemm ukoll Lloyd Welch li qal lill-gwardjan tal-istabbiliment li ra lill-bniet ma’ raġel fl-istess post. Il-pulizija ġew infurmati iżda, meta lil Welch għamlulu lie detector test irriżulta li dan kien qed jigdeb.
26
13.12.2020
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
13.12.2020
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 359
S. CREMONA - L-IMQABBA
Bi 3 NUMRI 820 030 895 049 063 B’4 NUMRI 138 0074 245 0423 291 0653 324 1073 336 1769 345 1833 645 2113 799 2389 818 3022
3350 3638 3653 4042 4303 4720 5017 5037 5108 5289 5564 5643 5650
5783 6074 6781 6921 7065 8036 8039 8064 8065 8331 8387 8748 8810
9559 9580 9940
49773 61090 62842 63357 78140 78986 87572 98899
317020 323952 457896 602848 744525 849719 992155
B’5 NUMRI 01422 25765 31244 34734 B’7 NUMRI 41000 B’6 NUMRI 1469915 41423 049903 5323461 45887 156247 6442564 48747 233610 6456290
MIMDUDIN: 12. Taħt 19. 1. Sinjur (5) it-terrapien (6) 4. Mhu ċar xejn! (4) 16. Albert Borg A 20. 7,9. Għadda nastasi (1,1,1) żmienu (5) 18,21M. Jingħata 21. 9. Ara 7 f’għeluq 23. 10. Meħlus? (6) xi anniversarju? (5) 24.
Kulħadd bl-Ingliż (3) Dan materjal isaddad ħafna (5) Ara 18 Ara 3 Kulur (5)
WEQFIN: 1. Kompli l-qawl: F’Ġunju tidħol l-...... (6) 2. Ħares (3) 3,23. Titlob? (7) 5,15. Jista’ jkun ta’ San Ġwann (9)
Min ikun taħtu jbati!! (6) Ara 5 Mingħajr (3) Ara 12 wieqfa Espressjoni li aktarx ma tfisser xejn! (3)
6. Ġurdien Ingliż (3) 14. 8. Tikkontesta elezzjoni (9) 15 11,13. Tinxtorob ħafna 17. fis-sajf (5) 21. 12,21W. Tista’ tkun ta’ 22. karozza (5) 13. Ara 11
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Qarnu, 4,16.Inkeċċu, 7,9.Saqqi, 10.Awturi, 12.Mużika, 18.UK, 20.Tlajt, 21.Tar, 23.Rota, 24.Ibiża
WEQFIN: 1.Qaqoċċ, 2.Rai, 3.USA, 5,11.Nsumu, 6,19. Editur, 8.Awrikarji, 12,21W. Mutur, 13.Żul, 14.Atturi, 15.Frotta, 17,22.Ċraret
28
13.12.2020
VALURI TAL-KONVENJENZA Editorjal
Għall-konvenjenza biex jingħoġob mal-vittmi tal-vjolenza domestika, pubblikament dar dawra tond fl-argumenti tiegħu fuq is-suġġett favorit tad-divorzju
Snin t’abbuż mill-intelliġenza tal-poplu kixfu kif il-Partit Nazzjonalista qatt ma kien mibni fuq xi valuri, wisq inqas valuri sodi. Anke jekk ikollna nammettu li, mal-milja, għaraf kif ipinġi stampa differenti ħafna mħawra b’diskors u slowgans li jmissu l-kuxjenza, fl-istess waqt li ddemonizza lil min ma qabilx miegħu, partikolarment lill-Partit Laburista. Wara kwart ta’ seklu, li fih l-esponenti tiegħu iżjed milli sfruttaw il-poter bi spejjeż tal-interess nazzjonali, u snin oħrajn ta’ tkaxkiriet elettorati xorta għadhom ma tgħallmux x’qed jistenna mingħandhom iċ-ċittadin. Biddlu l-uċuħ u forsi rfinaw it-tattiċi, imma meta wieħed fi ħdanhom ittanta jagħmel l-affarijiet xi ftit differenti, malajr ivvintaw kolp ta’ stat intern biex jerġgħu jaqbdu l-istess triq passata. U issa b’Bernard Grech għandhom l-aħħar verżjoni perso nifi ka ta li tħaddan il-valuri skont iċċirkostanzi u skont kif jaqbel. Kull min sema’ d-diskors tal-Kap Nazzjonalista nhar il-
Ħadd li għadda, żgur stagħġeb u baqa’ jhewden fuq l-argument tiegħu biex koppji mifrudin ma jkomplux isofru għal tul ta’ erba’ snin, kif tispeċifika l-Liġi, qabel ikunu jistgħu japplikaw għad-divorzju. Ħassew min jgħidilhom li kien hemm xi ħaġa ħażina ħafna f’dak id-diskors, u bir-raġun! Kieku sirna nafu lil Grech illum, konna naslu nibilgħuha li hemm xi tip ta’ ġenwinità f’dak kollu li qal. Iżda konxji ħafna li, għall-konvenjenza biex jingħoġob mal-vittmi tal-vjolenza domestika, pubblikament dar dawra tond fl-argumenti tiegħu fuq suġġett li se jibqa’ mwaħħal miegħu. Inqas minn erba’ xhur ilu, sakemm kien għadu qed jikkampanja fit-tellieqa għal Kap, ukoll kien ħalliena perplessi fuq il-materja. Dakinhar sfaċċatament qalilna li m’għadux jaħsibha bħal disa’ snin ilu meta, bl-iżjed mod feroċi, ikkampanja kontra d-divorzju. Il-“valuri” li kien jemmen fihom dak iż-żmien dabu bħal ġelat fix-xemx t’Awwissu, hekk kif kulħadd fehem malajr li kien
beda jdur żugraga appena beda jduq il-flus mill-kawżi fil-Qorti tal-Familja bħala avukat bi professjoni. Allura x’jista’ jiswa l-paroli tiegħu ta’ nhar il-Ħadd li għadda biex issa jtaffi tbatija żejda li teżisti għal koppji separati jew meta pprova jargumenta li kollox wieqaf minħabba li l-Prim Ministru Robert Abela ma ċaqlaqx suba’ biex issir l-emenda meħtieġa fil-Liġi?! Fil-verità skoprejna li, bissaħħa tiegħu u estremisti bħalu, kienet iddaħħlet klawsola fil-Liġi li tobbliga li jrid ikun referendum ieħor li jiddeċiedi jekk dan id-dewmien, li qed jiġi kkontestat illum, jistax jitneħħa. Għalhekk kien meħtieġ li jinġiebu pariri legali, qabel issuġġett ittella’ quddiem il-Kabinett nhar l-Erbgħa li għadda u issa ġie ppubblikat l-abbozz ta’ liġi ġdid. Issa li kieku d-divorzju hu l-uniku argument li ħadd ma jaf fejn qiegħda l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fuqu, tgħid saħħa, imma s-sitwazzjoni ddisprata taffettwa l-politika sħiħa tad-Dar Ċentrali.
Mill-A saż-Ż! Kif argumentajna l-ġimgħa li għaddiet minn hawnhekk stess, jekk tistaqsihom x’jaħsbu dwar il-link permanenti bejn Malta u Għawdex, l-immigrazzjoni irregolari, x’inhi d-differenza bejn governanza tajba f’pajjiżna u dik fil-Bulgarija jew bejn il-ħatriet fil-ġudikatura llum u seba’ snin ilu, fost oħrajn, se tibqa’ mingħajr risposta ċara. Inkella stenna miljun verżjoni li lkoll jikkontradixxu lil xulxin. Mhix kumbinazzjoni li qed nitkellmu fuq l-istess ċorma li għal dawn l-aħħar snin għamlet l-impossibbli biex tiskredita t-tmexxija Laburista fil-Gvern, anke jekk din dejjem għaġnet lilha nfisha f’forma aħjar minn dik ta’ qabilha meta nstab li l-affarijiet setgħu saru aħjar. U dan jibqa’ jsir anke fil-Partit Laburista, ladarba għalina l-valuri jiswew ħafna u dejjem, mhux meta jaqbel biss. Illum Nazzjonalisti sinċieri wkoll jesprimu l-istess ħsibijiet u emozzjonijiet. Mur ħu għal Bernard u l-establishment ipokrita li qed imexxih llum!