LEAK MILL-PN
JIPPOSPONU KUNSILL ĠENERALI www.kullhadd.com Il-Ħadd, 14 ta’ Mejju, 2017
• MA JLESTUX IL-MANIFEST FIL-ĦIN MIFTIEHEM
Ħarġa Nru 1,244 Prezz €1
• JAQILGĦUHA BUSUTTIL U COMODINI CACHIA
MANIFEST FUQ ERBA’ PRINĊIPJI Il-mobbiltà soċjali, il-ġustizzja soċjali, Kungress Ġenerali tal-Partit Laburista, filwaqt li l-ugwaljanza u l-għaqda. Dawn huma l-erba’ l-prijoritajiet tal-Partit Laburista komplew jiġbdu prinċipji li fuqhom se jkun imfassal il-manifest l-appoġġ ta’ nies minn oqsma diversi tal-ħajja. elettorali tal-Partit Laburista. Ara paġni 3, 7-11 Ilbieraħ kompla jkun diskuss dan il-manifest fil-
Il-Partit Nazzjonalista kellu pjanat Kunsill Ġenerali għall-bieraħ iżda kellu jħassru wara li ma lestiex filħin maħsub il-manifest elettorali. Xi ħaġa li qed twassal għall-kritika interna indirizzata lejn il-Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil. Mhux biss għax dan qed juri li erba’ snin fl-oppożizzjoni ma kinux biżżejjed biex iħejji għall-elezzjoni ġenerali, iżda wkoll minħabba l-għażla li għamel biex jikteb dan il-manifest. Tkompli f’paġna 6
ĦADMA TAJBA • Jason Azzopardi innegozja dar għalih, fl-istess ħin li bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet beda l-proċess biex titħallas l-esproprjazzjoni ħa jserraħ rasu • Ħa f’ħames xhur dak li mijiet ta’ familji ma ħadux f’deċennji • Każ ieħor skandaluż fi żmien li Azzopardi kien responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet
Ara paġni 4 u 5
02
14.05.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 19°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Arja dgħajfa ta’ pressjoni għolja ser tippersisti fuq il-Gżejjer Maltin. Temp: Il-biċċa l-kbira msaħħab b’ċans ta’ xi ħalbiet iżolati tax-xita kultant. Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Grieg il-Lvant li jsir ħafif mill-Grigal. Il-Viżibbiltà: Moderata li ssir tajba. Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir ħafif. L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral li jsir ftit li xejn. It-Temperatura tal-Baħar: 18°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tnejn
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
22°C
UV 7
16°C
Il-Ħamis
23°C
UV 8
16°C
25°C
Il-Ġimgħa
UV 7
16°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
24°C
UV 9
16°C
24°C
UV 9
16°C
25°C
UV 9
17°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21225785 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293 Numri Importanti Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi – 21375373 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 112 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 21411438 Il-Pulizija ta’ Malta Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 2122 4001-9 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 2393 0000 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat Malta – 21455479
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat Għawdex – 21563233 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, is-Sannat Għawdex – 21564447 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
14.05.2017
kullhadd.com
PRINĊIPJI ĊARI FIL-MANIFEST TAL-PL Il-manifest elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali li ġejja huwa bbażat fuq erba’ prinċipji; il-mobbiltà soċjali, il-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza u l-għaqda. Qal dan il-Prim Ministru, Joseph Muscat, fi tmiem il-Kungress Ġenerali tal-Partit Laburista fejn tenna li l-manifest elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali se jkun ambizzjuż u superjuri. Bil-prijoritajiet lesti, il-Kungress Ġenerali serva biex jinkisbu iktar ideat li issa se jkunu kkunsidrati għall-manifest elettorali. Meta tkellem dwar il-mobbiltà soċjali, ilPrim Ministru qal li din il-ġenerazzjoni għandha jkollha dritt tkun aħjar minn ta’ qabilha u tenna li l-mobbiltà soċjali ma tistax tkun possibbli bil-politika tal-għira. “Il-ġid iġib il-ġid. Dan hu ċ-ċirku li bdejna nidraw fl-erba’ snin li għaddew,” qal ilPrim Ministru li tenna li jibbilanċja ma’ dan kollu, hemm il-ġustizzja soċjali. “Dan kien Gvern li wera lill-Ewropej li mhux veru dak li jingħad, li jew tkun kompetenti ekonomikament jew tkun responsabbli soċjalment. Urejna li fl-istess ħin tista’ tkabbar l-ekonomija u turi li taf x’qed tagħmel fil-finanzi filwaqt li tkun ġust u tara li jkun hawn progress soċjali,” qal il-Prim Ministru li tenna li l-moviment irid joħloq il-ġid biex iqassmu. “Lanqas aħna moviment populista li nonfqu dak li m’għandniex,” qal il-Prim Ministru li tenna li l-moviment irid jgħin lil min hu vulnerabbli. “Is-servizzi tas-saħħa rriduhom fejn ma tkunx ikkurat skont kemm għandek flus il-bank. Din mhux kull pajjiż jista’ jiftaħar biha,” qal Joseph Muscat li tenna kif dan hu marbut ukoll mal-prinċipju tal-ugwaljanza. Fil-qasam tal-ugwaljanza, qal il-Prim Ministru, l-edukazzjoni hi l-aqwa għodda għall-mobbiltà soċjali, il-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza. Sostna li l-pajjiż ma jrid jitlef l-opportunità ta’
INTERESS FIL-MINA LI JRIDU L-GĦAWDXIN Il-Prim Ministru Joseph Muscat żvela li l-Gvern kien avviċinat minn kumpaniji interessati fix-xogħol dwar il-mina bejn Malta u Għawdex. Xogħol li għalih se jkun hemm sejħa internazzjonali. Però dan l-interess bikri jħeġġeġ lillGvern biex jibqa’ miexi b’dan il-proġett. Il-Prim Ministru qal li s-sejħa tinsab fl-aħħar stadji tagħha. Joseph Muscat ta dawn id-dettalji meta kien ippreżen-
tat studju dwar l-impatt soċjali li fih deher biċ-ċar li 82% tal-Għawdxin jaqblu mal-ħsieb tal-mina bejn iż-żewġ gżejjer. Fil-fatt huma 13% biss li ma jaqblux ma’ dan. Partikolarment favur huma ż-żgħażagħ. Il-link permanenti bejn iżżewġ gżejjer ilha tissemma snin iżda kien biss dan il-gvern li ħa bis-serjetà u beda bl-istudji u t-tħejjijiet meħtieġa tant li għall-ewwel darba hija qrib ħafna li toħroġ sejħa għall-offerti.
JOHN ZAMMIT QATT MA ĊĊAQLAQ MILL-UFFIĊĊJU TIEGĦU MUSCAT JIPPROPONI LI TITNEĦĦA L-IMMUNITÀ PARLAMENTARI Il-Prim Ministru qal li gvern ġdid ineħħi l-immunità Parlamentari. “Hekk l-ebda ċittadin ma jkun jista’ jiġi msemmi fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u ma jkunux jistgħu jittieħdu passi. Illum jien imġarrab għax naf xi tfisser meta trid tagħmel sforz biex tnaddaf ismek,” qal il-Prim Ministru fi tmiem il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Laburista. Qal li għalhekk irid isir sforz biex iċ-ċittadin normali jkun protett għax il-membri Parlamentari m’għandhomx xi ħaġa iktar speċjali. ħadd. “L-ugwaljanza tfisser li nneħħu kull traċċa ta’ diskriminazzjoni bejn l-ulied ta’ dan il-pajjiż,” qal il-Prim Ministru. Żied li jemmen li fil-manifest għandu jkun hemm sforz bla preċedent biex titħassar kull forma ta’ diskriminazzjoni diretta jew indiretta. “Irridu nneħħu kull referenza bejn irġiel u nisa b’mod li tiddiskrimina kontra n-nisa,” qal Joseph Muscat li fil-leġiżlatura li jmiss irid diskussjoni dwar kwoti ta’ nisa Parlamentari. Qal li għalkemm saru avvanzi kbar, irridu nimxu iktar ‘il quddiem. “Fi ftit tal-ġimgħat irridu mmexxu liġi li l-unjoni ċivili ssir ugwali maż-żwieġ. Biex l-unika bidla li jonqos issir, dik tal-isem, issir ukoll,” qal Joseph Muscat. Muscat irid li fil-leġiżlatura li jmiss il-pajjiż jagħmel qabża liberali ’l quddiem. “Dan il-pajjiż
JPO KANDIDAT MAL-PL L-eks membru Parlamentari Nazzjonalista, Jeffrey Pullicino Orlando, issottometta l-kandidatura tiegħu mal-Partit Laburista fuq is-seba’ distrett elettorali. B’hekk Pullicino Orlando jingħaqad ma’ numru ta’ kandidati oħra li l-Partit Laburista għandu għal dan id-distrett, fejn bħal distretti oħra qed joffri kandidatura b’saħħitha. Ara l-kandidati tal-Partit Laburista f ’paġna 14.
irid jagħżel b’mod ċar jekk imurx lura taħt il-koalizzjoni tal-konfużjoni jew jagħmilx qabża ’l quddiem taħt dan il-moviment,” qal Joseph Muscat li tenna li l-moviment li jmexxi hu mhux kuntent li jibqa’ fejn hu. “L-ikbar appell li għandi huwa għaż-żgħażagħ. Ma waqaftx noħlom, nitlobkom ma tiqfux toħolmu intom. Għandi ħolma Maltija. Dan ilpajjiż jista’ jkun l-aqwa pajjiż fejn wieħed jista’ jaspira li jgħix,” qal Joseph Muscat li tenna li dan kollu jrid isir realtà f ’sens ta’ għaqda nazzjonali. “Għaqda nazzjonali li hemm min irid itellifna,” qal Joseph Muscat. “Se nkomplu ninsistu fuq l-għaqda,” qal Joseph Muscat li temm b’appell biex nagħrfu dak li jgħaqqadna mhux dak li jifridna.
John Zammit, li sal-aħħar tas-sena li għaddiet kien jitħallas minn fondi Ewropej biex jaħdem għall-Partit Nazzjonalista, qatt ma ċċaqlaq mill-uffiċċju tiegħu bħala impjegat tal-Partit Nazzjonalista. L-unika differenza kienet li minn wara li kienet eletta fil-Parlament Ewropew Therese Comodini Cachia, il-paga tiegħu bdiet toħroġ mill-Parlament Ewropew anke jekk il-ħidma ewlenija tiegħu baqgħet li jattakka u jikteb bl-iktar mod salvaġġ kontra l-Partit Laburista. Kienet din il-gazzetta li l-Ħadd li għadda żvelat kif bħala parti minn skema frodi tal-Partit Nazzjonalista kienu qed jitħallsu wkoll pagi ta’ nies li jaħdmu għall-Kap tal-Oppożizzjoni. Fosthom l-istrateġist ewlieni Zammit. Saħansitra l-KullĦadd għandha wkoll dokumenti li jipprovaw dan kollu. Imkejjen fid-Dar Ċentrali komplew jagħtuna tagħrif dwar dan il-każ b’mod partikolari wara ċ-ċaħdiet li qed titħaddem din
l-iskema. Ċaħdiet li jisfumaw fix-xejn għax għandna dokumenti li juru mod ieħor. Kienu l-istess sorsi li għaddewlna dawn id-dokumenti li qalulna wkoll kif John Zammit qatt ma ċċaqlaq mill-uffiċċju tiegħu bħala impjegat tal-Partit Nazzjonalista u media.link. “Minn hemm baqa’ jaħdem fi żmien li kienet tħallsu Comodini Cachia bi ħlas kontra r-regoli Ewropej,” qalu s-sorsi tagħna. Għaddew ġimagħtejn minn meta din il-gazzetta żvelat kif il-Partit Nazzjonalista jħaddem skemi ta’ frodi minn fondi Ewropej. L-ewwel metodu kien li flus maħsuba għall-uffiċini fil-lokalitajiet jgħaddu għand il-Partit Nazzjonalista. Xi ħaġa li għadha għaddejja sal-ġurnata tal-lum. It-tieni wieħed kien li titħallas il-paga diretta ta’ impjegati li jwieġbu għal Simon Busuttil. Quddiem dawn id-dikjarazzjonijiet saret sfida diretta lil Simon Busuttil biex imur quddiem l-uffiċċju ta’ kontra l-frodi tal-Unjoni Ewropea, l-OLAF. Sfida li sal-lum baqa’ jirrifjuta li jilqa’.
04
14.05.2017
kullhadd.com
UŻA L-KARIGA BIEX SERRAĦ RASU • NIŻVELAW DOKUMENTI LI JURU KIF MEXA JASON AZZOPARDI • MIJIET TA’ FAMILJI XTAQU LI JKUNU BĦALU
F’perjodu fejn Jason Azzopardi kien qed jinnegozja proprjetà għalih personali, bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet ra li jibda l-proċess biex dik id-dar ma tibqax fuq konvenju mal-Awtorità tadDjar kif kienet ilha għal snin twal. Naturalment, biex sar dan ħallas il-gvern. Dan ifisser li b’deċiżjonijiet tiegħu stess meta kien responsabbli politikament, Jason Azzopardi għalaq f ’ħames xhur proċess li għal eluf ta’ Maltin ma ngħalaqx fi tliet deċennji. Dokumenti u riċerki li għandha f ’idha din il-gazzetta jsegwu pass pass l-istorja tal-proprjetà numru 12 fi Triq Klematis, f ’Santa Luċija. Il-proprjetà b’veduta ta’ diversi għelieqi llum hi tax-shadow minister Nazzjonalista. Hija proprjetà li akkwista meta kien membru tal-Kabinett u skont tagħrif li għandha din il-gazzetta jirriżulta li
hemm xamma kbira ta’ abbuż koppja bil-kunjom Debono ta’ poter u nuqqas ta’ etika kbi- biex jixtri l-proprjetà tagħhom. Sa hemm xejn ħażin. ra min-naħa tiegħu. Iżda, mistoqsijiet kbar iqumu dwar kif waqt li kien għaddej Iżda, x’inhu l-każ? b’dawn in-negozjati, id-DiFl-imgħoddi, partikolarment partiment tal-Artijiet li tiegħu fis-snin sebgħin u tmenin, kien responsabbli hu pprepagvernijiet differenti esproprjaw ra valutazzjoni tal-art li fuq artijiet għal skop ta’ akkomo- parti minnha hi mibnija d-dar dazzjoni soċjali. Iżda minkejja li Azzopardi ried jagħmel li għaddew għexieren ta’ snin tiegħu. Stima li saret fuq l-2010 is-sidien oriġinali baqgħu qatt bil-prezzijiet tal-1983. Prezzima tħallsu. B’hekk il-familji li jiet ta’ 27 sena qabel. L-istima daħlu f ’dawn id-djar kien għad saret biex il-gvern iħallas tal-art ma kellhomx titlu tal-art u qatt u dak li kien fuq konvenju jsir ma sar kuntratt, tant li kienu kuntratt u b’hekk il-proprjetà li fuq konvenju. Bħal dawn għad ried jikseb Azzopardi tkun iktar fis-sod. hawn diversi każi. Din l-istima saret fit-2 ta’ Iżda, mhux hekk ġara fil-każ ta’ Jason Azzopardi. Fl-ew- Marzu tal-2010 u 13-il jum biss wel ġimgħat tal-2010 hu u wara Jason Azzopardi nnifsu, martu tefgħu għajnejhom fuq bħala Segretarju Parlamenproprjetà li riedu jagħmlu- tari, awtorizza li jibdew isiru ha tagħhom. Dar imdaqqsa l-preparamenti biex tinħareġ b’veduta ta’ għelieqi u r-raħal dikjarazzjoni tal-President fuq din l-art biex il-gvern iħallas ċkejken ta’ Ħal Għaxaq. B’hekk dik is-sena Jason Az- lis-sidien oriġinali u tingħata zopardi bdieha jinnegozja ma’ iktar valur.
Dan filwaqt li eluf ta’ familji oħra kienu għadhom qed jistennew li ssir din it-tip ta’ ġustizzja magħhom. Filwaqt li kien għaddej dan kollu, Jason Azzopardi kien qed jagħlaq mal-koppja Debono, tant li fis-7 ta’ April, dawn talbu lill-Awtorità tad-Djar biex jitħallew jittrasferixxu d-drittijiet li kellhom fuq il-konvenju mal-Awtorità tad-Djar lil Jason Azzopardi, li kien is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet. B’ħeffa liema bħalha, l-għada, wieġbet l-Awtorità li aċċettat li jsir dan it-trasferiment. Ladarba kien hemm din il-barka pronta, il-kuntratt bejn il-koppja Debono u Jason Azzopardi sar 21 jum wara. Il-proprjetà, Jason Azzopardi xtraha għal €298,160. Fil-5 ta’ Mejju, 11-il jum ieħor wara dan il-kuntratt, ħarġet id-dikjarazzjoni tal-President biex parti mill-art li fuqha kienet mibnija d-dar tkun akk-
wistata mill-gvern. Eventwalment l-art in kwistjoni ġiet trasferita mid-Dipartiment tal-Artijiet lill-Awtorità tad-Djar fis-17 ta’ Mejju. Filfatt, proprjetajiet fl-istess sitwazzjoni ta’ dik li kienet fiha l-proprjetà ta’ Jason Azzopardi hawn mijiet. Fil-fatt hawn bosta familji li għadhom fil-limbu u ma sarux sidien ta’ djarhom. Xi ħaġa li żżommhom ukoll milli jbigħu l-proprjetà tagħhom. Iktar tard sar il-kuntratt li bih l-art għaddiet għand Jason Azzopardi mingħand l-Awtorità tad-Djar. B’hekk, dak li kienu ilhom jiġġieldu għalih 36 sena l-koppja Debono, ingħalaq f ’ħames xhur biss b’Jason Azzopardi jmexxi proċess li kien jaf li se jgawdi minnu. Għax filwaqt li kien qed jinnegozja proprjetà għalih u għal martu kien qed juża l-poter ta’ Segretarju Parlamentari biex jara li t-titlu talart tkun kif jixtieq hu.
KIF ĠARA L-KAŻ FRAR 2010
Jason Azzopardi jinnegozja d-dar
8.4.2010
L-Awtorità tad-Djar irrispondiet lill-koppja Debono fejn aċċettat
2.3.2010
Id-Dipartiment tal-Artijiet, taħt Jason Azzopardi, jipprepara valutazzjoni
29.4.2010
Sar il-kuntratt bejn il-koppja Debono u Jason Azzopardi
15.3.2010
Jason Azzopardi awtorizza biex tinħareġ dikjarazzjoni tal-President fuq l-art
5.5.2010
Tinħareġ id-dikjarazzjoni talPresident biex tkun akkwistata l-art
7.4.2010
Is-sidien oriġinali talbu lill-Awtorità tad-Djar jittrasferixxu l-art lil Jason Azzopardi
17.8.2010
L-art ġiet trasferita mill-GDP, li kien jaqa’ taħt Azzopardi, lill-Awtorità tad-Djar Tkompli f ’paġna 5 >>
05
14.05.2017
kullhadd.com
AZZOPARDI JFISSER TMEXXIJA TA’ TAĦWID
Id-Dipartiment tal-Artijiet li kien jaqa’ taħt ir-responsabilità ta’ Jason Azzopardi talab valutazzjoni tal-art li fuq parti minnha kienet mibnija d-dar li Jason Azzopardi kien qed jinnegozja biex jixtri
Dan mhux l-uniku każ ta’ xamma ta’ abbuż u favoritiżmu mid-Dipartiment tal-Artijiet fi żmien it-tmexxija ta’ Jason Azzopardi. IL-FAMUŻ GARAXX LIL ERNEST TONNA B’firma ta’ Jason Azzopardi, Ernest Tonna, galoppin kbir tal-Partit Nazzjonalista, ingħata b’encroachment garaxx filBelt Valletta, il-lokalità fejn jgħix. Fit-talba tiegħu għal dan il-garaxx Ernest Tonna kiteb li hu xtaq dan il-garaxx għaliex jinsab ftit ’il bogħod minn fejn jgħix hu u fid-dawl li għandu problema ta’ mobilità. Dan anke jekk kien uffiċjal tas-sigurtà u taħt il-Partit Nazzjonalista kellu iktar minn impjieg wieħed. Illum il-garaxx m’għadux għand Tonna imma dan kien wieħed mill-ewwel każi li wera kif fi żmien li kien responsabbli Jason Azzopardi, mid-Dipartiment talArtijiet, ħa deċiżjonijiet li jqanqlu mistoqsijiet kbar. 100 ENCROACHMENT QABEL L-ELEZZJONI
13-il jum biss wara, Jason Azzopardi nnifsu, bħala Segretarju Parlamentari, awtorizza li jsiru preparamenti biex tinħareġ dikjarazzjoni millPresident fuq din l-art
Fi tliet xhur qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, meta Jason Azzopardi kien Ministru, Gvern Nazzjonalista ta l-ikbar numru ta’ artijiet b’encroachment, imqabbel mal-istess perjodu fis-snin ta’ qabel. Iżda, dan ma kienx biżżejjed. Għamel dan bi prezzijiet iktar baxxi mill-minimu stabbilit. Dan ħareġ ukoll minn rapport tal-Awditur Ġenerali, f ’dan il-każ ippreżentat f ’Novembru 2015. Ir-rapport ħares lejn l-encroachments li ngħataw midDipartiment tal-Artijiet bejn Diċembru 2012 u Marzu 2013. L-Awditur Ġenerali nnota kif il-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet, dak iż-żmien baqa’ joħroġ ilpermessi sa lejlet l-elezzjoni ġenerali. Fil-perjodu analizzat, ingħataw 25 permess ġdid. Filġimgħa tal-elezzjoni nħarġu seba’ permessi. Wieħed minnhom saħansitra fil-jum tal-elezzjoni ġenerali nnifisha. U permess wieħed seta’ inkluda numru t’encroachments. Mill-11-il permess li ħarġu fl-aħħar ġimagħtejn qabel l-elezzjoni, tmienja minnhom ġew awtorizzati mill-eks Ministru Azzopardi. Fir-rapport li kien ippubblika, l-Awditur innota b’mod partikolari l-indħil ta’ Jason Azzopardi f ’sejħa ta’ garaxx f ’Santa Luċija, lokalità mid-distrett li tiegħu huwa deputat. L-Awditur Ġenerali għamilha ċara li ma kellux ikun hemm indħil ta’ din il-kwalità. “NAO deems the intervention as unwarranted… intervention at this level should be avoided,” kien qal. Bl-Ingliż, biex nużaw kliemu b’mod preċiż. IL-FEKRUNA B’GĦADD TA’ MISTOQSIJIET X’JITWIEĠBU Ċertu Raymond Vella akkwista biċċtejn art bis-saħħa taleks Ministru Jason Azzopardi. Dawn jinsabu fis-Swieqi u l-Kappara, San Ġwann. Dan f ’deal b’valur ta’ €4.3 miljun milħuq ftit qabel l-elezzjoni ġenerali. L-artijiet Vella kien ħadhom bi tpartit għal biċċa art mitluqa li kellu fil-Fekruna x-Xemxija. Dwar dan, hemm pendenti rapport tal-Awditur Ġenerali, li mkejjen isostnu li dan huwa wieħed mill-agħar każi li saru taħt Jason Azzopardi. KISBA B’NEGOZJATI MBAŻWRA
11-il jum biss wara li Jason Azzopardi akkwista d-dar li xtaq inħarġet dikjarazzjoni tal-President biex l-art li fuq parti minnha kienet mibnija d-dar li xtara Jason Azzopardi, tkun akkwistata mill-gvern. Hekk kienet issiġillata l-esproprjazzjoni u Jason Azzopardi seta’ jgawdi l-proprjetà b’moħħu mistrieħ
Deal ieħor li l-Gvern ma tantx mar tajjeb minnu u li ma sarx bil-livelli xierqa ta’ trasparenza kien l-akkwist ta’ bini mingħand l-HSBC fil-Belt Valletta. Bħal fil-bejgħ jew kiri jew encroachments, lanqas fix-xiri ma morna tajjeb b’Jason Azzopardi. L-Awditur Ġenerali għamel rapport dwar dan id-deal fejn skont il-kuntratt tal-bejgħ, datat 22 ta’ Diċembru 2011, kien ilaħħaq iż-€2,220,000. Filwaqt li l-Gvern kellu wkoll iħallas lill-HSBC subċens annwali ta’ €69,071 għall-proprjetà, rivedibbli b’10 sa 30 fil-mija kull ħames snin. Fir-rapport aħħari tiegħu l-Awditur Ġenerali wera l-fehma li l-identifikazzjoni tal-proprjetajiet ma saritx b’mod trasparenti. Enfasizza li kellu jkun hemm proċess aktar miftuħ ta’ akkwist. Saħansitra f ’paġna 80 tar-rapport estensiv tiegħu, l-Awditur Ġenerali qal li l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba kienu jeħtieġu li jsiru attentati biex wieħed janalizza s-suq u jara jekk kienx hemm proprjetajiet simili li jindirizzaw il-ħtieġa tal-Gvern u forsi setgħu jinxtraw bi prezz iktar vantaġġjuż, xi ħaġa li ma kinetx il-każ.
06
kullhadd.com
14.05.2017
MARIO DE MARCO U METSOLA MA JĊEDUX • SE JIKKONTESTA GODFREY FARRUGIA Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario De Marco, ma ċediex għallpressjoni tal-grupp ta’ strateġisti biex jikkontesta fuq żewġ distretti elettorali, filwaqt li l-Membru talParlament Ewropew Roberta Metsola baqgħet twebbes rasha li ma tridx tkun kandidat għall-elezzjoni ġenerali. Mario De Marco żamm biss distrett elettorali wieħed. Hija l-prassi li l-viċi kapijiet jikkontestaw fuq żewġ distretti elettorali għax ilpartiti jkunu jridu nies ta’ profil għoli jinfirxu fuq kemm jista’ jkun lokalitajiet. Hekk għamel Beppe Fenech Adami li ħareġ fuq is-seba’ distrett elettorali flimkien mat-tmien distrett elettorali, il-bażi tradizzjonali tiegħu. Lil Mario De Marco l-istrateġisti riduh jikkontesta l-10 distrett elettorali. Iżda,
hu mill-ewwel ma riedx u rreżista iktar meta sar jaf li ħierġa Marlene Farrugia għax skont hi hemm bżonn kandidati sodi fuq l-10 distrett elettorali. Diżappunt ukoll filPartit Nazzjonalista kienet id-deċiżjoni ta’ Roberta Metsola li wara li ilha snin shadow minister għall-affarijiet barranin irrifjutat li tkun kandidat. B ’d i f f e r e n z a minn Therese C o m o d i n i Cachia li aċċettat l-istedina tal-Kap. Jirriżulta li Metsola hija fost dawk li jissemmew bħala kontestanti possibbli għallKap tal-Partit Nazzjonalista u mkejjen fid-Dar Ċentrali qed jgħidu li tfisser ħafna d-deċiżjoni ta’ Metsola. Intant, ilbieraħ kien
PJANIJIET LI JINBIDLU L-ĦIN KOLLU • KRITIKA LI MHIX MARBUTA BISS MAL-ĦIN
Minn paġna 1
ikkonfer mat li Godfrey Farrugia se jkun kandidat mal-Partit Nazzjonalista. Farrugia se jkun fost dawk li fejn isimhom se jkollhom miktub tal-oranġjo.
Fil-fatt l-għażla ta’ Simon Busuttil ilha snin li waqgħet fuq Therese Comodini Cachia, waħda mid-deputati favoriti tiegħu. Li kellu jsir Kunsill Ġenerali lbieraħ, ikkonfermaw l-imkejjen tagħna f ’kumitati sezzjonali differenti li kmieni fil-ġimgħa kellhom indikat li għandhom iħallu s-Sibt filgħaxija vojt biex jattendu l-Kunsill Ġenerali. Diversi tentattivi biex naqbdu lis-Segretajru Ġenerali Rosette Thake bit-telephone biex nistaqsuha dwar dan sfumaw fix-xejn. Imkejjen ta’ din il-gazzetta qalu li l-kritika mhix marbuta biss mal-ħin iżda wkoll mal-kontenut tal-manifest elettorali. Dan wara li fl-ewwel ġimagħtejn tal-kampanja Simon Busuttil inqabad jgħid li jagħti dettalji mitt jum wara l-elezzjoni ġenerali bħal fil-każ ta’ Għawdex. Filwaqt li ta dettalji ħżiena dwar proposti bħal dik tal-pensjonijiet u dwar il-programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment qal li mhux xogħlu.
TA’ GĦAWDEX: QED ISIRU JEW NOFS LEĦJA Nofs il-proposti li ssemmew fil-manifest elettorali dwar Għawdex tal-Partit Nazzjonalista jew diġà saru jew qegħdin isiru. Għalkemm uħud jispikkaw iktar minn oħrajn biex juru n-nuqqas ta’ tħejjija tal-Partit Nazzjonalista ta’ dan is-suppost manifest elettorali għal Għawdex. Hemm 10 minnhom li jispikkaw iktar minn oħrajn. Fost oħrajn proposta 19 tgħid li se jsir it-tieni fibre optic cable bejn iż-żewġ gżejjer meta din il-proposta hija parti millbaġit ta’ din is-sena u hemm il-flus ivvotati għaliha. Proposta 33 tgħid li tneħħi t-taxxa tal-boll fuq il-first time buyers f ’Għawdex meta din diġà qed issir. Bil-miżura tal-Partit Nazzjonalista tqum il-mistoqsija jekk din hix se ssir biss f ’Għawdex. Imbagħad hemm numru ta’ inizjattivi mibdija jew maħsuba u bil-flus ivvotati għalihom. Bħal proposta 40 tal-creativity hub fix-Xewkija u proposta 50 li tinbena skola fir-Rabat Għawdex. Proposta 80 tgħid li tinbena dar tal-anzjani f ’Għajnsielem meta kull min jasal Għajnsielem jista’ jara li din id-dar kważi lesta. Proposta 87 tgħid li se jinfetaħ il-mużew ta’ Għawdex. Mużew li diġà bdiet tinxtara l-pittura għalih, għalkemm l-ewwel akkwist ukoll spiċċa kkritikat mill-Partit Nazzjonalista. Proposta 96 tgħid li ssir pixxina għal Għawdex. Oħra, li x-xogħol fuqha tant hu avvanzat li hemm konsorzju magħżul u memorandum of understanding iffirmat. Jingħad ukoll li t-trasport pubbliku għall-anzjani jkun b’xejn meta l-Partit Laburista qed jipproponi li jkun b’xejn għall-anzjani f ’Malta kollha. Imbagħad hemm proposti oħra li juru n-nuqqas ta’ preparazzjoni. Proposta 61 tgħid: “inkomplu nsostnu l-użu tal-faċilitajiet ta’ video conferencing fil-kampus ta’ Għawdex tal-Università ta’ Malta.” Dan hu servizz li ilu jeżisti u msaħħaħ, b’min għamlilna din l-analiżi jistaqsi minn meta l-fatt li tkompli xi ħaġa li diġà teżisti, hija xi ħaġa ġdida. Għajr għal ftit proposti, ftit li xejn hemm stimi. Pereżempju proposti 70, 74, 89, 90 u 98 jipproponu li jitwaqqfu fondi għal setturi differenti. Iżda, fl-ebda wieħed ma jingħad kemm se jkun fihom. Imbagħad hemm it-twaqqif ta’ biżibilju fondazzjonijiet, madwar disgħa, li m’hemmx spjegat x’jagħmlu u min se jagħmilhom. B’hekk, l-iktar proposta li tispikka hi dik li jkeċċu lill-investituri privati mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
07
14.05.2017
kullhadd.com
ELEZZJONI 2017
L-GĦAŻLA QED ISSIR IKTAR ĊARA • NANALIZZAW IKTAR PRIJORITAJIET TAL-PARTIT LABURISTA • APPOĠĠ MIFRUX MINN FOST IS-SOĊJETÀ L-għażla qatt ma kienet ċara daqs illum. Ġimgħa oħra tal-kampanja elettorali għaddiet bil-kuntrast qawwi bejn iż-żewġ mexxejja jiskura bil-minuti. Fuq naħa waħda l-Prim Ministru Joseph Muscat b’ħames prijoritajiet oħra biex flimkien ngħixu l-aqwa żmien ta’ pajjiżna, waqt li fuq in-naħa l-oħra hemm Kap tal-Oppożizzjoni isteriku, bi proposti fażulli, kalkoli diżastrużi, u wegħdi diġà mwettqa. Kif tenna sewwa d-Deputat Prim Ministru Louis Grech, l-unika għażla f ’din l-elezzjoni ġenerali hi l-Partit Laburista. Għażla bejn min irid isaħħaħ in-negozji Maltin u Għawdxin billi jżidilhom l-aċċess għall-banek
u jinċentiva l-investiment, u min lest jistaġna l-ekonomija b’wegħdi popolisti u irresponsabbli. Bejn min irid ikompli jinvesti fis-saħħa tagħna u t’uliedna bi sptarijiet u faċilitajiet ġodda, u min ħalla l-anzjani tagħna jonqfu miljuni f ’mediċini li kienu tagħhom bid-dritt. Bejn min għandu viżjoni ċara biex jindirizza l-pjaga tat-traffiku, u min għamel 25 sena rieqed fuqha waqt li kisser kull fiduċja fittrasport pubbliku. Bejn min irid joffri protezzjoni kostituzzjonali lill-ambjent, u dawk li fl-aħħar ċans li kellhom naqqru ż-żoni ODZ u saħansitra ppjanaw li jibnu vilel f ’żoni barra l-iżvilupp. Bejn min irid joffri apprentistat imħallas lill-istudenti tagħna u
jaċċerta li ħadd ma jaqa’ lura, u min jitħallas hu ta’ lectures li ma jattendix għalihom. L-għażla hi bejn min iridna nilħqu l-aspirazzjonijiet tagħna, u min irid ireġġa’ l-arloġġ lura. Iżda d-differenza tmur lil hinn mill-proposti, u hija waħda minsuġa fil-prinċipji u l-valuri li jgħaqqduna bħala aħwa Maltin. Għaliex fi kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat, m’hemmx Malta ħażina u Malta tajba. Hemm biss Malta tagħna lkoll, Malta magħquda, Malta li qed tistenna l-aqwa żmien tagħha! Tkompli f ’paġni 8 u 9 >>
08
14.05.2017
kullhadd.com
1 FAVUR IN-NEGOZJI - FAVUR IL-ĦADDIEM Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat ikompli jsaħħaħ in-negozji Maltin u Għawdxin permezz tal-politika probusiness. Politika li l-Prim Ministru mexxa ’l quddiem flaħħar erba’ snin, u li wasslet għall-akbar tkabbir ekonomiku fl-istorja ta’ pajjiżna. Għaliex kundizzjonijiet li jiffaċilitaw l-investiment u t-tisħiħ tannegozji jkattru x-xogħol u x-xogħol ta’ kwalità. Kien għalhekk li fiċ-ċentru tat-tieni sett ta’ prijoritajiet talMoviment Laburista hemm in-negozji. Ewlenija fost ilproposti hemm dik li se tara
l-eżenzjoni mit-taxxa tad-dħul legali lill-inkwilin li jopera ħanut. togħla minn €14,000 għal Proposta li permezz tagħha €20,000. B’hekk, in-negozji jkun rikonoxxut l-investiment li mhux biss se jiffrankaw iktar spejjeż iżda se jgawdu wkoll “Meta inti tgħid li minn tnaqqis fil-burokrazija billi t-threshold se togħla, ma jkollhomx bżonn jibagħtu jiġifieri inqas negozji ħa l-formoli tal-VAT. jeħlu taxxa, allura iktar Fost l-ewwel li rreaġixxew għal jiżdiedu l-flus fl-idejn u din il-proposta kien hemm ilflus biex in-negozji stess GRTU, li esprimiet sodisfazzjon ikunu jistgħu jinvestu, għal mod kif din il-miżura se jimpjegaw, u jagħmlu tħalli iktar flus fil-but. xogħol ta’ negozju Proposta oħra milqugħa millli ovvjament huma GRTU hija dik li peremezz jkollhom bżonn il-fondi tagħha, Gvern Laburista ġdid għalih.” se jaġġorna l-liġi tal-kera bil- Abigail Mamo ħsieb li tingħata iktar saħħa Kap Eżekuttiv tal-GRTU
jkun sar fl-istabbiliment mikri, u li għaldaqstant toffri serħan il-moħħ lin-negozjanti. Din ilmiżura tkompli tibni fuq dak li diġà sar f ’settur tant kruċjali għal pajjiżna, bħall-iskema li offriet stabbiltà għan-negozji ta’ Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta, u dik li ppermettiet lis-sidien tan-negozji jagħżlu huma jekk jiftħux fil-Ħdud u l-festi. Gvern pro-business irid imexxi bl-eżempju, u għalhekk Gvern Laburista hu kommess li jħassar il-prassi li nbniet tul snin twal t’amministrazzjonijiet Nazzjonalisti u jibda jħallas linnegozji fil-ħin. B’hekk tiżdied
il-likwidità li hija tant importanti għall-operat tan-negozji, b’mod speċjali dawk żgħar u medji. Miżura oħra relatata ma’ dik ta’ qabilha li se tinċentiva aktar investiment hija dik marbuta mal-Bank Nazzjonali għallIżvilupp. Prijorità ewlenija, li permezz tagħha Gvern Laburista ġdid se jiffaċilità l-aċċess għall-kreditu biex aktar u aktar negozji jkomplu jinvestu f ’pajjiżna. L-investiment ikattar ix-xogħol u x-xogħol ikattar ilġid. Din hi l-politika ta’ Joseph Muscat. Politika li ma tiqafx nofs triq, iżda tkompli miexja lejn l-aqwa żmien ta’ pajjiżna.
REGGIE FAVA
Imprenditur Meta wieħed mhux jisma’ l-kliem iżda jara bil-fatti illi Gvern futur se jkun pro-business, min qed jaħdem u jopera f ’dan il-kamp ma jistax ma jkunx sodisfatt. Qed ngħid bil-fatti għaliex fil-passat il-Gvern dejjem uriena li hu pro-business u jien ninsab ċert li hekk se jkun fil-futur. Il-proposti li tkellem fuqhom Dr. Muscat juru kemm għandu fehma soda li jgħin lil min hu fin-negozju. Il-punti li semma bħalma huma aċċess għall-kreditu hija xi ħaġa li aħna ilna nitħabtu għaliha. Li taqbad il-pagamenti mill-Gvern fil-ħin hija miżura oħra importanti biex min hu fin-negozju jżomm il-cashflow miexi tajjeb. Il-liġi tal-kera biex tipproteġi n-negozji – dan huwa suġġett li ilna nitkellmu fuqu u huwa importanti li naraw li din tiġi riveduta kif qal Dr. Muscat biex nipproteġu lil min hu fin-negozju u lil min hu impjegat fin-negozju. It-threshold tal-Gvern li tiżdied it-tax exemption għal €20,000 hija ukoll punt pożittiv u l-iskemi tal-Micro Invest li minn €30,000 se jogħlew għal €50,000 hija importanti għaliex qed insibu li hemm ħafna negozji li għalkemm huma żgħar ma jistgħux jieħdu vantaġġ minnha. Kien hemm żewġ punti li jiena xtaqt inżid li forsi għadhom ma ssemmewx jew li għadhom se jissemmew fil-futur: it-tneħħija tas-SISA li sfortunatament ġiet imdaħħla fl-aħħar baġit li lilna qed toħloqilna problemi kbar, u li jkun hemm rata ta’ taxxa speċjali għal min jinvesti l-qligħ tiegħu biex minflok jieħdu jużah biex ikabbar in-negozju tiegħu u jimpjega aktar nies.
2 SAĦĦA B’XEJN – SERVIZZ LI JIXRAQLEK Is-settur tas-saħħa huwa wieħed li jmiss lil kulħadd. Sew jekk int anzjan, sportiv, jew xi koppja żagħżugħa li qed tistenna l-ewwel tarbija, xi darba jew oħra kulħadd imiss masservizz tas-saħħa. Jekk wieħed jipprova jħejji lista tal-kisbiet li rnexxielu jwettaq dan il-Gvern f ’erba’ snin jispiċċa b’teżi li m’għandhiex tmiem. Iżda li kieku kellna niġbruha f ’kelma waħda, din tkun ‘suċċess’. Joseph Muscat żamm kelmtu meta naqqas il-listi ta’ stennija, ħassar għal kollox il-problema tal-mediċini out of stock, żied il-mediċini b’xejn, indirizza l-kwistjoni tas-sodod fil-kurituri, investa f ’tagħmir ġdid, lesta l-isptar tal-onkoloġija, u l-lista tibqa’
sejra. Biżżejjed wieħed iqis li bl-eliminazzjoni tal-mediċini out of stock biss, dan il-Gvern mhux biss ta lill-anzjani dak li hu tagħhom bid-dritt, iżda poġġa lura mas-€16-il miljun f ’buthom li kienu jonqfu minħabba l-inkompetenza ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti. Wasalna? Żgur li le. Huwa għalhekk li ma rridux nieqfu nofs triq! Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat ikompli jinvesti fis-servizz tas-saħħa biex dan ikun wieħed li jixraqlek waqt li jagħmel minn Malta ċentru t’eċċellenza tasservizzi mediċi fil-Mediterran. Mhux bil-kliem, iżda bil-fatti, u eżempju ċar ta’ dan huwa l-introduzzjoni tal-hekk imsejjaħ remote patient monitoring, li
permezz ta’ din is-sistema ultra moderna tkun tista’ tkun invistat fil-kumdità ta’ darek. B’Joseph Muscat fit-tmun, Gvern ġdid jembarka bil-bini ta’ tliet sptarijiet ġodda fiż-żona ta’ Mater Dei biex itejbu l-kwalità tas-servizz għalik. Sptar ġdid għall-ommijiet u t-tfal, sptar ġdid tas-servizzi psikjatriċi, u binja ġdida tal-outpatients. Dan kollu waqt li bi Gvern Laburista jkompli l-investiment fl-isptar San Luqa u Karen Grech, waqt li jitlesta l-Isptar Ġenerali l-ġdid t’Għawdex biex l-Għawdxin ikollhom sptar aqwa minn Mater Dei. Dan kollu mistenni jindirizza wkoll il-problema li ħalla Gvern Nazzjonalista li bena
sptar ġdid li ma jiflaħx għal bżonnijiet tal-poplu Malti u Għawdxi. Iżda jekk inti xorta waħda tippreferi s-servizz privat, Gvern Laburista ġdid se jagħtik tax rebate fuq l-ammont imħallas għall-polza tal-assigurazzjoni privata. Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat ikompli wkoll bil-bini ta’ ċentri tas-saħħa ġodda madwar il-pajjiż, bi tlieta ewlenin f ’Raħal Ġdid, f ’Ħal Kirkop, u ieħor fit-tramuntana tal-pajjiż. Dan waqt li jitnieda l-patients charter, li jagħtik iddritt fundamentali biex jekk operazzjoni ma ssirlekx fil-ħin, din tagħmilha fi sptar privat għall-ispejjeż tal-Gvern. Din hi l-ġustizzja soċjali li tant jemmen fiha u qiegħda fiċ-ċentru
tal-politika ta’ Joseph Muscat. M’għandekx bżonn xi anġlu biex tinqeda fil-ħin, imma huwa d-dritt tiegħek li tingħata saħħa b’xejn, servizz fil-ħin, u servizz ta’ kwalità. Din hi l-ambizzjoni u l-ħolma Maltija ta’ Joseph Muscat. L-uniku Prim Ministru fl-istorja ta’ pajjiżna li għandu track record li jixhed għal kelma tiegħu. Ma’ Joseph Muscat taf fejn qiegħed, għaliex taf li dak li jwiegħed iwettqu. Simon Busuttil huwa theddida għall-investiment, u jreġġa’ l-arloġġ lura għal-listi twal ta’ stennija, binjiet żgħar u b’konkos dgħajjef, u mediċini out of stock. Bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil, jien nagħżel Joseph.
09
14.05.2017
kullhadd.com
3 EDUKAZZJONI AĦJAR – FUTUR AĦJAR L-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għall-progress u s-suċċess tal-ġenerazzjonijiet futuri. Ġenerazzjonijiet li mhux se jkunu mgħobbija bid-dejn li ħallew gvernijiet Nazzjonalisti, iżda bil-ġid u s-surplus li rreġistra u se jkompli jżid gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat. Lil hinn mill-investiment fi skejjel ġodda biex illum uliedna jgawdu mill-aqwa infrastruttura, Gvern Laburista ġdid ikompli jinvesti f ’dawk li jinsabu fiċ-ċentru tas-sistema edukattiva tagħna. Proprju l-istudenti u l-għalliema tagħhom. Wara li saħħaħ l-istipendji, ta stipendju lil min jirrepeti u żied l-għajnuna finanzjarja lill-istudenti Għawdxin, issa
jmiss lil dawk li jagħmlu apprentistat. B’vot ta’ fiduċja filPrim Ministru Joseph Muscat, dawk li jagħmlu apprentistat se jibdew jitħallsu tal-inqas il-paga minima billi din titnaqqas mit-taxxa ta’ min joffrilhom l-opportunità. B’hekk mhux biss igawdi l-istudent permezz t’esperjenza unika fis-suq tax-xogħol, iżda jgawdi l-istess stabbiliment li jkun qed jinvesti fil-ħiliet tal-ħaddiema prospettivi tiegħu. Din hi l-politika li tippremja l-bżulija. Politika li se tkompli ġġib aktar tkabbir ekonomiku waqt li ttejjeb il-livell tal-għajxien tal-familji tagħna. Miżura oħra bla preċedent hija dik li permezz tagħha se
jinqatgħu darba għal dejjem il-miżati tal-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC. B’hekk ikompli jonqos il-piż finanzjarju fuq il-familji Maltin u Għawdxin, li tabilħaqq jiċċaħdu mill-bżonnijiet personali tagħhom biex jaraw ’l uliedhom jimxu ’l quddiem. Dan kollu waqt li Gvern Laburista ġdid huwa impenjat li jieħu ħsieb l-għalliema biex itejbilhom il-kundizzjonijiet u jattira aktar studenti jagħżlu din il-karriera tant meħtieġa għas-soċjetà tagħna. Lil hinn mill-wegħdi fiergħa, Gvern immexxi minn Joseph Muscat jinvesti fl-għalliema kemm millat finanzjarju, iżda daqstant ieħor billi jagħti lura d-dinjità li
tixraq lil din il-professjoni tant kruċjali. Bi Gvern Laburista, fost miżuri oħrajn, is-supply teachers isiru tal-post u xogħolhom ikun garantit. Miżura milqugħa b’sodisfazzjon mill-Union Maltija tal-Għalliema li ilha snin timbotta għal titjib fil-kundizzjonijiet tal-għalliema. “Hija proposta pożittiva li ilna nimbuttaw għaliha, għaliex sa fl-aħħar se nħarsu lejn il-qasam edukattiv b’mod ħolistiku.” Dawn kienu l-ewwel kummenti taż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-Malta Union of Teachers, l-MUT, Franklin Barbara u Marco Bonnici. Żewġ kandidati li esprimew
sodisfazzjon ukoll għall-fatt li hemm prospettivi tajbin għal diskussjonijiet serji dwar ir-reviżjoni tal-ftehim kollettiv. Pass li mistenni jwassal għal titjib sostanzjali fil-kundizzjonijiet ta’ dawk kollha li jaħdmu fis-settur edukattiv. Fuq kollox, Gvern Laburista jaħseb ukoll fit-tfal permezz ta’ politika nazzjonali li timmira l-piż tal-basktijiet, l-ammont ta’ homework, u l-bidliet meħtieġa għas-sillabu attwali biex dan jerġa’ jagħti spazju għall-edukazzjoni vera. Din hija l-politika li verament tagħmel id-differenza f ’ħajjet il-familji u t-tfal tagħna. Din hija l-politika li se twassalna għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna.
CHARLES CARUANA CARABEZ
Edukatur Meta flejt il-proposti tal-Partit Laburista fil-qasam edukattiv sibt li ma joħolqu l-ebda periklu, jindirizzaw problemi reali u attwali li jolqtu faxx kbir ta’ nies, u li huma fattibbli, għalkemm uħud minnhom joffru sfida kbira għax iridu somom kbar ta’ flus u jiddependu, għat-twettiq, minn aktar minn Ministeru wieħed u anke mis-setturi privati u parastatali. Jidher ukoll, safejn wieħed jista’ jbassar, li joffru soluzzjonijiet effikaċi. Rajt ukoll li l-wegħdiet jixhdu ċerta intelliġenza għaliex huma marbutin b’tema, u t-tema hija l-indirizz ta’ dak li ser insejjaħlu t-trijanglu tal-istress. Dan it-trijanglu għandu, bħala tliet ponot: l-istudenti, il-ġenituri u l-għalliema. Dawn huma n-nies li fuqhom jaqa’ l-istress li jista’ jkun iġġenerat mis-sistema edukattiva. Nerġa’ ngħid, il-proposti jindirizzaw it-tliet stakeholders, it-trijanglu kollu, fis-settur edukattiv. Terġa’ u tgħid, xi wħud minnhom jista’ jkollom side-effects pożittivi f ’oqsma oħra. Biex nieħdu eżempju, jekk ċerti nies ikollhom xogħolhom magħmul fiss, dawn ikunu jistgħu jidħlu għal self mill-bank (li bħalissa mhuwiex possibbli) jew ikunu jistgħu jfasslu proġetti bħal, ngħidu aħna, jidħlu f ’kirjiet b’ċertu serħan il-moħħ). Il-proposti qed jimpenjaw lill-partit li għamilhom li joħloq gvern bi spallejn wesgħin u felħana, li qed jgħid li lest li jerfa’ l-piżijiet ta’ ċittadini varji fil-qasam edukattiv. Naturalment, il-vot, fl-aħħar mill-aħħar, huwa att ta’ fidi, u kollox jiddependi fuq kemm il-votant jemmen li min qed jipproponi jista’ jwettaq dak li qed iwiegħed. Dik hi ħaġa purament politika li jien m’iniex kwalifikat nitkellem fuqha. Mil-lat esklussivament tekniku, iżda, nerġa’ ntenni li jekk jitwettqu dawn il-proposti, numru konsiderevoli ta’ nies, ġenituri, studenti u ħaddiema fil-qasam, jaraw titjib fil-kwalità tal-ħajja b’mod ċert, tanġibbli u dirett.
JASON BONNICI
Tabib Il-proposti tal-manifest elettorali ta’ din is-sena, jien bħala tabib tal-familja li allura nara l-pazjenti fl-irħula u l-komunitajiet tagħna, laqtuni tlieta b’mod partikolari. Il-pakkett huwa pożittiv iżda b’mod partikolari li se jiżdiedu l-opportunitajiet għal mediċini ġodda bħall-ostrapolożi u mediċini ġodda għat-trattament tal-kanċer, mediċini li kien ilna nħossu l-bżonn li jiġu fil-formularju tal-Gvern, se jippermettu li firxa aktar wiesgħa ta’ pazjenti jkunu jistgħu jaċċessawhom minħabba d-diffikultajiet finanzjarji li jista’ jkollhom. Ladarba jkollhom aċċess għalihom jistgħu jkunu jieħdu ħsieb il-kura ta’ saħħithom u jgħixu ħajja ta’ kwalità aħjar. Ċerti parametri, eżempju l-livell t’ossiġnu fid-demm u l-livell taz-zokkor inkunu nistgħu narawhom bil-proċess ta’ telimetri u jibdew jittieħdu fid-dar tal-pazjent. Inkunu nistgħu narawhom fil-kliniċi għax jippermettu l-kura tal-pazjent dak il-ħin stess. Inkunu nistgħu naraw it-triq u nagħtu l-parir skont il-bżonn u n-numru ta’ servizzi addizzjonali li huma proposti. Dan kollu jagħti l-opportunità lilna t-tobba tal-familja biex nibagħtu l-pazjenti tagħna, lill-għeżież tagħna, f ’dawn is-servizzi ġodda ħalli jutilizzawhom u b’hekk titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħhom. Tkompli f ’paġni 10 u 11 >>
10
14.05.2017
kullhadd.com
4 PROTEZZJONI KOSTITUZZJONALI GĦALL-AMBJENT L-ambjent ma jħabbatx bibien ta’ politiċi, iżda huwa fid-dmir morali tagħna li nipproteġuh mhux biss għalina, iżda għall-generazzjonijiet li jridu jiġu warajna. Dmir li l-Prim Ministru Joseph Muscat irid inaqqax fil-Kostituzzjoni Maltija, li hija l-iktar liġi suprema biex b’hekk ħadd u xejn ma jkun jista’ jabbuża mill-wirt naturali tagħna lkoll. Protezzjoni Kostituzzjonali li tmur lil hinn millkliem fieragħ, u li tara li ż-żoni ta’ barra l-iżvilupp ikunu mħarsa mill-ispekulazzjoni u l-iżvilupp mhux sostenibbli. Bil-fatti, gvern immexxi minn Joseph Muscat jipproteġi l-ambjent għal uliedna u wlied uliedna.
VINCE ATTARD
Tant li huwa kommess li ma jsir ebda proġett pubbliku fuq art verġni barra ż-żona tal-iżvilupp, wara li l-uniku żvilupp ta’ dan it-tip fl-aħħar leġiżlatura kien dak marbut mal-Università Amerikana. Iżda hawn ukoll l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tipprova tirkeb karru politiku li ma jesagħhiex. L-istess Oppożizzjoni Nazzjonalista li f ’25 sena t’amministrazzjoni, kasbret u stuprat l-ambjent ta’ madwarna u neżżatu minn kull dinjità. Wieħed ma jridx imur wisq lura għaliex kien proprju fl-2006 meta Gvern Nazzjonalista naqqas iż-żoni ODZ bi spazju daqs il-konfini tas-Siġġiewi. U
President Nature Trust Naħseb li l-protezzjoni talambjent titniżżel fil-Kostituzzjoni ta’ Malta hija xi ħaġa importanti għax ilna snin nitolbu l-partiti politiċi li dan l-ambjent ma jibqax ballun politiku. Li inti tqiegħdha fil-Kostituzzjoni tagħti serħan ilmoħħ liċ-ċittadini futuri ta’ Malta li se jkollhom wirt naturali kif suppost. Ovvjament fuq l-ODZ nixtiequ naraw iktar għaliex sfortunatament f ’dawn l-aħħar snin l-ODZ kellu ħafna loopholes fis-sistema Maltija. Nixtiequ li l-ODZ jittieħed iżjed bis-serjetà għax aħna pajjiż limitat ħafna u hemm pressjonijiet kbar fuq il-ftit żoni li baqa’ u għalhekk għandna nibżgħu għalihom.
xi ngħidu għall-għażla tal-aktar żejt li jniġġes għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fl-aħħar leġiżlatura tal-Gvern Nazzjonalista? Għażla li marret kontra kull interess nazzjonali u ambjentali, u li ssodisfat biss lill-ftit li kellhom interess dirett fix-xiri taż-żejt. Korruzzjoni bil-provi, u mhux allegazzjonijiet infondati mingħajr farka evidenza! Mill-banda l-oħra, t-track record ta’ Joseph Muscat jitkellem waħdu. Wara 25 sena ta’ wegħdi fiergħa, għalaq il-power station tal-Marsa li kkawżat mard respiratorju fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Fuq kollox, żamm kelmtu u bena power station ġdida li taħdem bil-gass
naturali, riżorsa nadifa li ma tniġġiżx. Dan waqt li elimina l-użu tal-heavy fuel oil, u ħassar darba għal dejjem il-legat ta’ Simon Busuttil u sħabu u fuq l-interessi tal-familji u t-tfal tagħna, għażlu l-interessi personali tagħhom. L-aħbarijiet sbieħ għan-nofsinhar ta’ Malta u għall-ambjent ta’ madwarna komplew fl-aħħar jiem, biż-żarmar tat-tankijiet tal-ħażna f ’Birżebbuġa, li Gvernijiet Nazzjonalisti ħallew f ’nofs il-familji bil-perikli u t-tniġġis kollu li dawn iġibu magħhom. Saħansitra, uħud mit-tankijiet imorru lura għas-sena tas-Sette Giugno, 1919, u kien il-Prim Min-
istru Joseph Muscat li għal darb’oħra żamm kelmtu biex bħall-familji tal-Marsa, il-komunità ta’ Birżebbuġa tingħata lura spazju li sa ftit ilu kien biss sors ta’ kruha u tniġġis. Hekk ukoll se jgawdu l-familji ta’ Marsascala, li bi Gvern Laburista ġdid se jingħalaq l-impjant tar-riċiklaġġ biex dan ikun mibdul fi spazju ta’ rikreazzjoni għall-familji ta’ Wied il-Għajn u l-madwar. Din hi l-politika ta’ Joseph Muscat. Politika msejsa fuq il-konvinzjoni li Malta tassew jixirqilha l-aħjar. Politika mnebbħa mill-ħolma Maltija li l-aqwa żmien ta’ pajjiżna għadu ġej!
STEVE BORG
Ambjentalista Il-proposti Laburisti dwar l-ambjent huma ambizzjużi imma meħtieġa ħafna. Il-Gvern Laburista żamm mal-wegħda elettorali li jagħlaq il-power station tal-Marsa u jaqleb dik ta’ Delimara mill-heavy fuel oil għall-gass. B’hekk il-kwalità tal-arja f ’Malta tjiebet ħafna u dan ikkonfermawh l-aqwa xjentisti Ewropej u speċjalisti mediċi Maltin. Bit-titjib fin-nisġa nazzjonali tat-toroq, jiġifieri li l-karozzi jinstaqu b’inqas dewmien fuq gear baxx eventwalment se jirriżulta f ’inqas emissjonijiet tal-vetturi. U allura l-arja tkompli ssir aktar nadifa. Li tiddaħħal fil-Kostituzzjoni żżomm il-gvernijiet risponsabbli ta’ għemilhom. Li l-firxa tal-bini tieqaf għalkollox fl-ODZ (artijiet barra ż-żoni ta’ żvilupp) mhux biss hija aħbar tajba minħabba l-iżvilupp aktar sostenibbli, imma Gvern Laburista ġdid se jimpenja lilu nnifsu biex ikunu riġenerati nħawi urbani diġà mibnija u li huma fi stat estetikalment degradanti, u b’mod naturali l-periti se jkollhom sfidi akbar biex isir użu aktar għaqli tal-art biex tissodisfa proġetti li jkollu l-Gvern jew il-partikular. Jiena kont il-kordinatur ta’ seba’ kunsilli lokali fin-nofsinhar ta’ Malta meta ħloqna front ċiviku b’saħħtu fil-kwistjoni ta’ kif kien propost l-impjant ta’ riċiklaġġ f ’Sant Antnin f ’Wied il-Għajn. Dan huwa Gvern Laburista li jegħleb l-isfidi ambjentali, u dan huwa fatt ippruvat. Irid jissaħħaħ
l-impenn kemm taċ-ċittadini, tal-industrija kif ukoll tal-operaturi tar-ristoranti u mkejjen ta’ divertiment biex l-iskart iġġenerat jiġi mifrud b’mod effiċjenti, ħalli l-ammont ta’ skart mitfugħ fil-borża s-sewda jonqos drastikament, u l-waste stream, ta’ skart mhux organiku li jista’ jiġi riċiklat, ikun ddirezzjonata b’mod immedjat fil-post fejn wara li jitnaddaf, jiġi esportat. Minbarra li l-parti fejn hemm l-impjant tar-riċiklaġġ se tkabbar il-park eżistenti, wieħed ifakkar li l-Ministru Josè Herrera ffirma d-dokumentazzjoni biex ix-xtajta tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar, li ġie ddikjarat bħala park nazzjonali f ’Ottubru 2016 b’daqs akbar milli propost fl-2006, isir dominju pubbliku. Nemmen li bħall-Park Nazzjonali tal-Inwadar, li diġà huwa ħafna aktar nadif mill-miżbla li writna minn Gvern Nazzjonalista, li ħallieh biss proposta fuq il-karti, Gvern Labursita ġdid għandu jiddikjara aktar parkijiet naturali issa li l-poplu Malti u Għawdxi sar japprezza ħafna aktar is-sbuħija li taf toffri l-kampanja Maltija meta ndukrata bil-għaqal u b’viżjoni. Nawgura lill-elettorat biex jerġa’ jagħżel lil Joseph Muscat bħala Prim Ministru biex dawn il-proposti ambjentali jseħħu u jsiru realtà, għat-tgawdija tal-istess poplu.
11
14.05.2017
kullhadd.com
5 TRASPORT B’XEJN U B’SUPERVIŻJONI It-traffiku huwa pjaga li taffettwa lil kull pajjiż żviluppat fid-dinja. Huwa realtà li nħossu ta’ kuljum meta noħorġu għaxxogħol jew inwasslu lill-uliedna l-iskola. Iżda jekk hemm xi ħadd li jista’ jindirizza din il-problema bis-serjetà, dan hu biss Gvern immexxi minn Joseph Muscat. Gvern li reġġa’ lura l-fiduċja fit-trasport pubbliku wara l-frejjeġ t’Austin Gatt. Gvern li wettaq proġetti infrastrutturali fil-ħin u bl-inqas inkonvenjent. Gvern li għandu viżjoni ċara biex itaffi din ilproblema b’mod ħolistiku u sostenibbli. Fuq in-naħa l-oħra għandek Partit Nazzjonalista li f ’25 sena ta’ status quo, kien l-aġent u l-katalist ta’ din ilproblema, u llum qed jipprova jirkeb ilkarru politiku biex mingħalih jikseb ftit vantaġġ. Fuq din, għal darb’oħra Simon Busuttil m’għandu l-ebda kredibiltà. U allura, x’inhi l-viżjoni ta’ Joseph Muscat? Servizz ta’ trasport pubbliku effiċjenti u fil-ħin huwa kruċjali biex tiżdied il-fiduċja u l-patrunaġġ, biex effettivament jonqsu l-karozzi mittoroq. Fl-aħħar erba’ snin, il-patrunaġġ żdied b’mod konsistenti u llum għandna aktar min-nofs il-popolazzjoni Maltija li tagħmel użu minn Tallinja Card. Il-pass li jmiss huwa trasport pubbliku b’xejn għall-istudenti, għall-pensjonanti, u għall-persuni b’diżabilità kollha. Dan mhux f ’ħinijiet partikolari biss, iżda tul ilġimgħa kollha mingħajr ebda restrizzjoni
ta’ ħin jew ġurnata. Dan abbord karozzi moderni li jniġġsu anqas, u li ġew mgħammra bl-aqwa teknoloġija, inkluż wi-fi b’xejn u sistemi tas-CCTV. B’hekk mhux biss tivvjaġġa b’xejn, iżda tagħmel dan b’kumdità u b’sigurtà. Fl-istess waqt, Gvern Laburista ġdid se jkun qed jestendi t-trasport b’xejn għallistudenti tal-iskejjel privati u tal-knisja, f ’miżura li mistennija tħalli impatt qawwi fl-agħar ħinijiet tat-traffiku. Importanti f ’dan kollu huwa l-fatt li t-trasport b’xejn għall-iskejjel jingħata bis-servizz ta’ superviżjoni, biex b’hekk il-ġenituri jkollhom moħħhom mistrieħ li wliedhom se jaslu f ’ambjent sikur u li jixraq. Fuq kollox, il-viżjoni ta’ Gvern li jrid iħalli l-aqwa legat għall-ġenerazzjonijiet futuri hija msejsa fuq sistema ġdida ta’ trasport tal-massa li tieħu lil pajjiżna fis-seklu 21. Għalhekk, Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat iniedi b’mod immedjat proċess ta’ konsultazzjoni dwar proposti konkreti u studjati ta’ sistemi ta’ trasport tal-massa li jistgħu jsiru f ’pajjiżna, fosthom monorail, light rail, u underground. Lil hinn mill-kliem fieragħ tal-Oppożizzjoni, Joseph Muscat se jippreżenta proposti studjati li jistgħu jitwettqu, iżda dan wara proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ u matur li jwassal għall-aqwa għażla fl-interess nazzjonali. Għażla li flimkien mal-bqija, se tikkontribwixxi għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna.
12
14.05.2017
1
MADWAR kullhadd.com
L-ISTATI UNITI
FIL-QOSOR
1
DONALD TRUMP KEĊĊA LID-DIRETTUR TAL-FBI
2
Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, keċċa lid-Direttur tal-FBI James Comey. Dan minħabba l-mod kif tratta l-każ tal-emails żvelati taleks kandidata Presidenzjali Hillary Clinton. Aħbar li kienet ta’ xokk għal ħafna, filwaqt li oħrajn inġabru biswit il-White House biex jipprotestaw. Demokratiċi qalu li Comey tkeċċa għax l-FBI kienet qed tinvestiga l-allegati rabtiet bejn il-kumpanija ta’ Trump u r-Russja. Din hija t-tieni darba li direttur tal-FBI tkeċċa.
2
Il-BRAŻIL
3
XAQQ TA’ DAWL GĦALL-BRAŻIL
Il-Brażil temm l-istat t’emerġenza nazzjonali li l-pajjiż kien ilu fih sa minn Novembru tal-2015 minħabba l-virus Zika. Dan wara tnaqqis sostanzjali fin-numru ta’ każi rrapportati. Fil-fatt, bejn Jannar u April ta’ din is-sena, in-numru ta’ nies li ntlaqtu minn dan il-virus qerriedi naqas b’95% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Bejn Jannar u April ta’ din is-sena, kien hemm 7,911 każ ta’ Zika; mentri fl-istess perjodu s-sena l-oħra kien hemm 170,535 każ. U filwaqt li s-sena l-oħra mietu tmien persuni kawża tiegħu, din is-sena ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ mwiet kawża tal-istess virus.
FRANZA
PRESIDENT ĠDID GĦAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA
Il-poplu Franċiż beda l-ġimgħa bi president ġdid. Emanuel Macron rebaħ b’maġġoranza l-elezzjoni Presidenzjali fil-pajjiż biex fl-età ta’ 39 sena, huwa l-25 u l-iżgħar President tar-Repubblika Franċiża. Macron rebaħ b’66% lill-kandidata taċ-ċentru lemini Marine Le Pen, li kisbet kważi 34%. Ir-rebħa ta’ Macron ġabet fit-tmiem id-dominanza twila ta’ żewġ partiti tradizzjonalment tax-xellug u tal-lemin. Fl-ewwel reazzjonijiet tiegħu, Macron qal li se tinkiteb paġna ġdida li se tkun qed tibdel l-istorja Franċiża, ibbażata fuq tama u fiduċja fl-għaqda nazzjonali. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li jinsab ferħan li l-Franċiżi għażlu l-futur Ewropew.
R ID-DINJA
13
14.05.2017
kullhadd.com
6
L-AWSTRALJA
3 5
GĦAMLET DAK LI ĦADD QATT M’GĦAMEL
4
Is-Senatur Awstraljana Larissa Waters saret l-ewwel politika fil-kontinent li reddgħet lit-tarbija tagħha fil-Parlament nazzjonali. Waters, li tpoġġi mal-partit tal-Ħodor, reddgħet lil bintha ta’ xahrejn, Alia Joy, fil-mument li ttieħed l-ewwel vot f ’sessjoni plenarja. Kien is-sena l-oħra li s-Senat iddeċieda li jibda jippermetti ommijiet ireddgħu t-trabi tagħhom iżda sa din il-ġimgħa, ħadd qatt ma kien għamel dan. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara argument li kien inqala’ fl2015 meta l-Ministru Kelly O’Dwyer ġiet mitluba tikkunsidra li ma tibqax tredda’ lit-tarbija tagħha biex ma tonqosx fiddmirijiet parlamentari tagħha. Dak li għamlet Waters ġera mal-erbat irjieħ tad-dinja u s-Senatur kellha messaġġ għan-nisa li raw ir-ritratt: minkejja li jkollhom tarbija xorta waħda posthom jista’ jkun filParlament.
6
5 4
IL-KOREA T’ISFEL
L-INDJA
PRESIDENT ĠDID
META ĊELEBRAZZJONI TINBIDEL FI TRAĠEDJA
Minn tal-inqas 24 persuna nqatlu meta ċeda ħajt għal fuqhom waqt tieġ fin-naħa ta’ fuq talIndja. L-inċident seħħ f ’Bharatpur meta mijiet ta’ persuni kienu mistednin f ’dik li minn ċelebrazzjoni ta’ mħabba nbidlet fi traġedja. Minħabba x-xita qalila li bdiet nieżla, il-vittmi marru jistkennu taħt ħajt – li qajla kienu jbassru li kien se jfisser it-tmiem ta’ ħajjithom. Għexieren oħrajn indarbu, b’uħud minnhom serjament, hekk kif damu maqbuda għal xi ħin qalb it-tifrik.
Il-kandidat Liberali Moon Jae-In rebaħ l-elezzjonijiet Presidenzjali fil-Korea t’Isfel, biex issa se jkun fit-tmun tat-tmexxija tal-pajjiż. Dan wara li f ’elezzjoni li rat 13–il kandidat jissieltu għall-kariga, Jae-In kiseb 41 punt, 4% tal-voti. Elezzjoni li saret wara li skandlu ta’ korruzzjoni waqqa’ l-President tal-pajjiż. Il-kandidati kollha, inkluż dak rebbieħ, ikkampanjaw fuq wegħdi li jtejbu s-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż billi b’mod partikolari jnaqqsu n-nies li qed jirreġistraw għaxxogħol u jżidu l-impjiegi. Fl-ewwel kummenti tiegħu wiegħed li jgħaqqad il-pajjiż u jtejjeb l-ekonomija. Il-President il-ġdid tal-Korea t’Isfel, avukat tad-drittijiet umani t’64 sena, huwa magħruf għall-ħsibijiet liberali tiegħu u li jrid iżid il-kuntatt mal-Korea ta’ Fuq.
14
14.05.2017
kullhadd.com
IL-LISTA TAL-KANDIDATI LABURISTI 7
Distrett
Ilbieraħ għalqu n-nomini għall-kandidati għall-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju. Dawn huma l-kandidati tal-Partit Laburista għal din l-elezzjoni distrett, distrett.
1
Distrett
il-Belt Valletta, il-Floriana, il-Ħamrun, Tal-Pietà, Gwardamanġa, Santa Venera u l-Marsa
ATTARD, Joseph Matthew BUSUTTIL, Luciano CILIA, Joe DEBATTISTA, Deo FARRUGIA, Aaron
2
Distrett
il-Birgu, Bormla, l-Isla, il-Kalkara, Ħaż-Żabbar, ix-Xgħajra u parti mill-Fgura
ABELA, Carmelo AGIUS, Chris BEDINGFIELD, Glenn BUONTEMPO, Stefan CAMILLERI, Byron
3
Distrett
5
6
FEARNE, Chris GRECH, Etienne MIZZI, Konrad PARNIS, Silvio SAMMUT, Rita
Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Safi, iż-Żurrieq u Ħal Farruġ
BEDINGFIELD, Glenn BONNICI, Owen BUSUTTIL, Luciano CACHIA, Roderick CALLEJA, Mario CUTAJAR, Joseph FARRUGIA, Joseph
Distrett
MICALLEF, Edric MICALLEF, Jean Claude MIZZI, Joe MIZZI, Marion MUSCAT, Sebestian SPITERI, Kenneth
il-Gudja, Raħal Ġdid, Santa Luċija, Ħal Tarxien u parti mill-Fgura
GRIMA, Dominic BUONTEMPO, Stefan CAMILLERI, Byron CILIA, Joe ELLUL, Andy
Distrett
CAUSON, Mark DALLI, Helena DEBATTISTA, Deo MIZZI, Joe Muscat, Joseph
iż-Żejtun, Marsaskala, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk
ABELA, Carmelo AGIUS, Chris BONNICI, Owen CALLEJA, Mario DALLI, Helena FEARNE, Chris GRECH, Etienne GRIXTI, Silvio
4 Distrett
HERRERA, Josè PARNIS, Silvio SAMMUT HILI, Davina STIVALA, Carlo
FARRUGIA PORTELLI, Julia MICALLEF, Edric MUSCAT, Joseph MUSCAT, Sebestian SAMMUT, Rita STIVALA, Carlo ZRINZO AZZOPARDI, Stefan
ir-Rabat, Ħaż-Żebbug, l-Imġarr, l-Imtarfa u Ħad-Dingli
AGIUS DECELIS, Tony AZZOPARDI, Charles BORG, Ian CASTALDI PARIS, Ian FARRUGIA PORTELLI, Julia
8
Distrett
Birkirkara, Ħal Lija, l-Iklin u Ħal-Balzan
CARDONA, Chris CASTALDI PARIS, Ian CUTAJAR, Rosianne MUSCAT, Alex
9
Distrett
10
11
12
il-Mellieħa, San min-Naxxar
ATTARD, Joseph Matthew BARTOLO, Clayton BARTOLO, Evarist FARRUGIA, Michael GRIMA, Alfred
13
Distrett
GRIMA, Clifton MALLIA, Manuel MICALLEF, Jean Claude MIFSUD, Sigmund MIZZI, Marion
Ħ’Attard, il-Mosta, l-Imdina u Burmarrad
AGIUS DECELIS, Tony CARDONA, Chris FARRUGIA, Michael MUSCAT, Alex
Distrett
MIFSUD, Sigmund ZAMMIT ALAMANGO, Nikita ZAMMIT LEWIS, Edward
il-Gżira, Pembroke, Tas-Sliema, San Ġiljan, Paceville u parti min-Naxxar
ZAMMIT ALAMANGO, Nikita BARTOLO, Evarist BORG MANCHÉ, Conrad CAUSON, Mark FALZON, Michael
Distrett
SCICLUNA, Edward TUA, Rachel ZAMMIT LEWIS, Edward
il-Għargħur, l-Imsida, San Ġwann, is-Swieqi u Ta’ Xbiex
BORG MANCHÉ, Conrad FALZON, Michael GRIMA, Clifton MALLIA, Manuel
Distrett
GULIA, Gavin SCHEMBRI, Silvio SCICLUNA, Edward ZRINZO AZZOPARDI, Stefan PULLICINO ORLANDO, Jeffrey
SCHEMBRI, Deborah TUA, Rachel VELLA, Fleur
Pawl
il-Baħar
u
MERCIECA, Franco SCHEMBRI, Deborah SPITERI, Kenneth VELLA, Fleur
Għawdex
Ħal Luqa, Ħal Qormi u s-Siġġiewi
ABELA, Robert BORG, Ian CUTAJAR, Rosianne
GALDES, Roderick GULIA, Gavin SCHEMBRI, Silvio
CAMILLERI, Clint CAMILLERI, George Paul CARUANA, Justyne
MERCIECA, Franco REFALO, Anton CORDINA, Joe
parti
Ħidma ta’ 4 snin ta’ Gvern
fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu It-turiżmu huwa l-mutur ewlieni tal-ekonomija Maltija u matul dawn l-aħħar snin kompla jissaħħaħ ukoll bi friegħi ta’ industriji ġodda li indirettament jiddependu mit-turiżmu. Matul din il-leġiżlatura t-turiżmu esperjenza tkabbir rekord bla preċedent. Dawn huma wħud mir-riżultati li ksibna fil-qasam tat-turiżmu f’dawn l-aħħar erba’ snin. Żewġ miljun turist Żieda ta’ nofs miljun turist, jiġifieri iktar mill-popolazzjoni kollha ta’ Malta u Għawdex, f’erba’ snin biss l-isfida ta’ l-istaġjonalità, jiġifieri li t-turisti jonqsu fix-xitwa kkumparat mas-sajf, issa fl-aħħar ġiet megħluba u hija ħaġa tal-passat. Fl-ewwel erba’ snin ta’ din il-leġiżlatura, in-numru ta’ wasliet ta’ turisti u l-infiq turistiku f’pajjiżna kiber b’37%. Dan issarraf fi €382.5 miljun aktar fi dħul dirett fl-ekonomija Maltija.
Fl-2016 Malta rat tkabbir fin-numru ta’ turisti b’medja ta’ 10.5% filwaqt li l-medja Ewropea u r-reġjun tal-Mediterran kienet biss ta’ 1.4% u l-medja fost it-28 Stat Membru tal-UE, li kienet ferm inqas minnha, kienet ta’ 4.4%.
Edward Zammit Lewis
L-Akkomodazzjoni u l-effett li t-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma kellu fuq iż-żieda tal-investiment għal dan is-settur: Skont l-aħħar stħarriġ ikkummissjonat mill-MHRA, dwar l-andament tal-lukandi f’pajjiżna, jirriżulta li fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2016 meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel, il-lukandi ta’ 5 stilel żiedu l-Gross Operating Profit tagħhom bi 3%, filwaqt li dawk ta’ 4 stilel żiduh bi 11%. Fl-ewwel 9 xhur tal-2016, l-okkupanza f’lukandi ta’ 5 stilel żdiedet bi 3.2% filwaqt li f’ta’ 4 stilel żdiedet b’0.2%. L-MHRA ikkummissjonat stħarriġ li wera li l-lukandi ta’ 4 u 5 stilel ħallsu €3.4 miljun inqas fi ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma bejn Jannar u Settembru 2016 meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena ta’ gvern preċedenti.
Żidna Rotot Ġodda lejn u minn Malta għal żieda ta’ turisti F’din il-leġiżlatura Gvern Laburista żied 9 rotot ġodda li jfisser li fis-sena 2012 kellna konnettività minn 27 post differenti u li issa b’kollox jammontaw għal 36 rotta. L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ser ikun qed jinvesti €78 miljun fi proġetti fosthom estensjoni ta’ terminal u bini ta’ kumpless li se jġib l-isem ta’ SkyParks 2.
s m l i F l a t a j i tr
s u d n i l a n r a tt
Ka
L-EWWEL POLITIKA STRATEĠIKA GHAT-TKABBIR TAL-INDUSTRIJA TAL-FILMS F’MALTA
Din ġiet imfassla fuq numru ta’ parametri li huma meqjusa importanti fi ħdan is-settur bħall-infrastruttura tal-industrija, inċentivi finanzjarji, l-industrija indiġena, il-qasam tax-xogħol, l-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u screen tourism.
TNIEDA L-FOND TAL-FILMS F’MALTA Il-Malta Film Fund toffri żewġ elementi ta’ fondi, wieħed għall-iżvilupp u wieħed għall-produzzjoni, b’allokazzjoni totali ta’ baġit ta’ €300,000. Il-Kummissjoni Maltija għall-Films tħabbar total ta’ ħames skemi bl-introduzzjoni ta’ żewġ inizjattivi ġodda fi ħdan l-elementi ta’ fondi li għandha u se tagħti aktar għajnuna lil dawk il-proġetti li jikkwalifikaw. Tnedija tal-ewwel programm postgraduate li qed jiġi offrut f’Malta u li ser jiffoka esklussivament fuq l-arti u l-industrija ċinematografika, bl-isem ta’ Master of Arts in Film Studies. Il-ħsieb wara din l-M.A. huwa li min jiggradwa jingħata bażi prattika u teoretika soda fl-aspetti kollha taċ-ċinematografija sabiex wara dan il-programm ikun jista’ jispeċjalizza fil-qasam illi jidhirlu li jkun l-aktar opportun. Fost il-films li nħadmu tul dawn l-erba’ snin insibu 13 Hours, By the Sea, World War Z, Assasin’s Creed, Risen, The Dovekeepers, Limestone Cowboy, Entebbe u oħrajn.
Stima kemm ħallew flus f’Malta fi tliet snin Total: €159 miljun
L-Avjazzjoni Ftuħ
uffiċjali Tar-radar ġdid FIL-fawwara Dan ser iwassal biex pajjiżna jkun jista’ jidħol biex jikkompeti għal proġetti kbar ġodda bi qligħ. Il-MATS bniet irradar ġdid fil-Fawwara, proġett li jammonta għal €2.5 miljun.
Malta tiffirma
l-cape town convention Il-Cape Town Treaty huwa trattat internazzjonali intenzjonat sabiex jistabbilixxi standards internazzjonali fir-reġistrazzjoni ta’ contracts of sale, interessi ta’ sigurtà, kirjiet u varjazzjoni ta’ rimedji legali fuq ftehimiet finanzjarji li jfallu. L-emendi li saru fl-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Inġenji tal-Ajru Kap 503 innifsu u liġijiet oħra li huma anċillari għal dan l-Att, jikkunsidraw l-iżviluppi futuri f’dan is-settur sabiex Malta dejjem tkun iktar effiċjenti u minn ta’ quddiem fost il-pajjiżi li qegħdin jiffukaw fuq is-settur ta’ l-avjazzjoni. Is-settur tal-avjazzjoni esperjenza tkabbir sostanzjali f’dawn l-aħħar erba’ snin u għalhekk hemm iktar ħtieġa ta’ ħaddiema f’dan is-suq. Bħala parti minn dan l-isforz introduċejna emendi fil-liġijiet tat-taxxi sabiex inħeġġu ħaddiema barranin jidħlu fis-suq lokali.
Għawdex Fl-2016 in-numru ta’ viżitaturi barranin li żaru Għawdex laħaq iċ-ċifra ta’ €1.15 miljun. In-numru ta’ turisti barranin li għażlu li jqattgħu l-btala tagħhom jew parti minnha fil-gżira Għawdxija żdied bi kważi 15% meta mqabbel mal-2015. Infatti l-iljieli mqattgħin mit-turisti barranin f’Għawdex fl-2016 kiber b’40% mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura ’l hawn.
Cruiselining
Beda jopera minn Malta l-cruise liner ġdid Mein Schiff 3. Ġie mniedi servizz ta’ homeporting ġdid permezz tal-Mein Schiff 2 li beda jopera Malta to Malta cruise mill-2016. P&O Oceana cruise liner f’Malta permezz tal-homeporting tkun it-tieni kumpanija tal-cruise line li topera minn Malta b’permezz ta’ homeporting.
Cruise liners
Dawn il-cruise lines ġabu lejn Malta total ta’ 683,000 passiġġier fl-2016, 12% aktar mill-2012. Stħarriġ ikkummissjonat millValletta Cruise Port jgħid li din l-industrija ħalliet qligħ ta’ aktar minn €90 miljun fis-sena 2016, ċifra li meta kkumparata ma’ dik tal-2012 kellna żieda ta’ aktar minn 10%.
L-istitut għall-Istudji Turistiċi Mou bejn l-ITS u l-MHRA Bi ftehim li se jissarraf fi sponsorship ta’ studenti minn operaturi filqasam turistiku u tal-ospitalità, b’mod li sa mill-bidu nett meta l-istudenti japplikaw għal dan l-isponsorship, u tul l-isponsorship kollu, l-istudenti jkunu qed jiksbu esperjenza reali u diretta mill-industrija lokali.
Għotja ta’ €233 lil kull student tal-ITS L-istudenti tal-ITS bdew għall-ewwel darba jingħataw għotja ta’ €233 kull sena.
Kampus ġdid għall-ITS Il-Gvern ħabbar investiment ta’ €70 miljun f’kampus ġdid għall-ITS fi Smart City. Deskritt bħala state of the art, dan il-kampus ser iservi bħala ċentru t’eċċellenza tax-xorta tiegħu fil-Mediterran. L-ITS flimkien mal-Malta Enterprise, ser ikunu qegħdin iniedu inċentiv fiskali sabiex jgħinu stabbilimenti fis-settur tal-catering li jixtiequ jġibu kokijiet ta’ livell internazzjonali fejn ser jassisstu ħaddiema Maltin tas-settur biex itejbu l-kwalità tal-ħidma tagħhom. Din l-inizjattiva ser tieħu xejra ta’ on the job training, li se tagħti opportunità lill-Maltin jitħarrġu fuq l-aqwa livell.
POLICIES U INIZJATTIVI Foundation for tourism zone development L-għan ewlieni tal-fondazzjoni huwa sabiex titjieb l-attrazzjoni f’dawn iż-żoni turistiċi u jiġi assigurat li l-Gvern jilħaq l-objettivi ta’ ambjent turistiku sostenibbli li jappoġġja prospetti ta’ tkabbir fl-industrija, kif ukoll jiżgura l-effiċjenza u l-manutenzjoni f’kull żona pubblika. Proġett li tħabbar ftit ġimgħat ilu b’investiment ta’ €3.5 miljun fit-toroq ta’ Buġibba permezz tal-Kontribuzzjoni Ambjentali li nġabret għall-manutenzjoni u r-re-surfacing tul il-kosta mill-Qawra għal Buġibba sa San Pawl il-Baħar.
Il-politika nazzjonali għat-turiżmu 2015-2020 B’din l-inizjattiva l-Gvern wettaq żewġ wegħdiet elettorali: politika u viżjoni strateġika għat-turiżmu li twassal sal-2030, u politika speċifika għal Għawdex. Id-dokument tal-Politika Nazzjonali għat-Turiżmu huwa pass importanti fil-mixja tagħna biex inpoġġu din l-industrija fuq sisien aktar sodi u nkunu nistgħu nilqgħu għall-isfidi u l-opportunitajiet tas-snin li ġejjin.
Conventions Malta Ir-rwol ta Conventions Malta huwa li jippromwovi d-destinazzjoni u dak li għandna x’noffru fis-swieq li s’issa ma lħaqniex, filwaqt li nżidu x-xogħol minn dawk is-swieq li diġà nafu.
Policy dwar spazji miftuħa użati mill-istabbilimenti tal-ikel Din l-inizjattiva se ssarraf f’valur miżjud għall-istabbilimenti fil-qasam tal-catering fejn il-kwalità tas-servizz, l-ospitalità, kif ukoll l-ambjent tar-ristoranti għandhom jitkattru għall-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.
Insolvency Fund
Avviż legali li joffri protezzjoni lill-vjaġġaturi f’każ ta’ falliment ta’ kumpanija jew aġent tal-ivvjaġġar liċenzjat mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Justyne Caruana Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva
L-ewwel erba’ snin - garanzija għall-aqwa żmien għal pajjiżna Il-ħidma kotrana li wettaqna fl-oqsma tal-anzjani u tad-diżabilità, pajjiżna qatt ma ra bħalhom. Huma dawn l-istess persuni u l-familji tagħhom li jixhdu l-ġid li sar magħhom u għalihom. Bnejna sisien sodi biex fl-aqwa żmien għal pajjiżna l-Għawdxin u l-Maltin jistgħu jgħixu tassew f’soċjetà ġusta u ottimista.
Dawn li ġejjin huma wħud mill-proġetti jew inizjattivi li wettaq is-Segretarjat Parlamentari li kelli l-privileġġ li mmexxi.
GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ
Permezz tal-proġett ‘Soċjetà Ġusta’ qed inserrħu ras il-ġenituri u l-familji tal-persuni b’diżabilità.
· Għaxart idjar għal ħajja indipendenti. S’issa ftaħna djar fil-komunità għal ħajja indipendenti fis-Siġġiewi, fiż-Żurrieq, firRabat u f’Għajnsielem Għawdex, bixxogħol miexi sew għal oħrajn f’Pembroke u f’Ħaż-Żabbar, flimkien ma’ oħra għal persuni bl-ALS, kif ukoll tnejn oħra fin-Naxxar u l-Kalkara. · Impjiegi - irxuxtajna u infurzajna liġi qadima biex mal-elf persuna b’diżabilità sabu impjieg għal ħajja indipendenti u daħħalna skemi ġodda biex insaħħu programmi ta’ taħriġ għal dawn il-persuni. · Pensjonijiet - Irriformajna l-qasam tal-pensjonijiet b’mod li min isib impjieg ma jitlifx il-pensjoni tad-diżabilità waqt li żidna lil dawk li ma jistgħux jidħlu fid-dinja tax-xogħol biex il-pensjoni tibda tersaq lejn il-livell tal-paga minima. · Assistenza personali kif tħabbar fil-baġit li għadda. Vot ta’ miljun ewro li minnu jistgħu jibbenefikaw il-familji li jimpjegaw assistent personali. · Empowerment Scheme b’għajnuna finanzjarja lill-persuni b’diżabilità biex ikunu jistgħu jixtru apparat li jgħinhom jgħixu ħajja aktar indipendenti. · L-aċċessibilità hija kruċjali - daħħalna l-Istandards talAċċessibilità, b’regoli preċiżi biex niżguraw li jkun eliminat kulma b’xi mod ixekkel lill-persuni b’diżabilità milli jipparteċipaw u jersqu bħall-bqija tas-soċjetà. · Sar ftehim mal-Kunsill Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla biex niżguraw li kull istituzzjoni edukattiva tkun aċċessibbli għal kulħadd, kemm aċċessibilità fiżika u kemm mil-lat edukattiv billi jipprovdi tagħlim aċċessibbli b’diversi forom. · Sar ftehim mal-Istitut tal-Istudji Turistiċi biex l-istudenti jingħataw taħriġ dwar l-oqsma relatati mad-diżabilità.
· Sar ftehim mal-Kunsill Malti għaxXjenza u t-Teknoloġija biex il-proġett Esplora jkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom. · Sar ftehim mal-Awtorità tat-Turiżmu biex installajna passaġġi u apparat apposta filbajjiet tagħna biex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jgawdu daqs kulħadd il-ġmiel tal-bajjiet u l-baħar tagħna. · Sar ftehim ma’ Transport Malta biex dawn il-persuni jużaw it-trasport pubbliku bla ħlas. · Saħħaħna l-Malta Special Olympics li fetaħ fergħa ferm attiva f’Għawdex ukoll u ġab suċċessi internazzjonali għal bosta atleti b’xi diżabilità. · Manutenzjoni u tisbiħ fiċ-ċentri ta’ taħriġ madwar Malta u għall-ewwel darba f’Għawdex biex madwar 500 persuna b’diżabilità tibbenefika minn appartat neċessarju; qed nintroduċu diversi multi-sensory rooms li jintużaw regolarment. · Servizzi residenzjali lil aktar minn 170 persuna b’diżabilità f’disat idjar imqassmin madwar Malta u Għawdex, b’servizz individwalizzat ta’ trasport lejn ix-xogħol, attivitajiet soċjali jew istituzzjoni post-sekondarja u lura d-dar. · Ftaħna ċentri ġodda, l-aħħar wieħed f’Tas-Sliema bil-kunċett modern li t-taħriġ jingħata lil dawn il-persuni flimkien malqraba u l-carers tagħhom, biex ikun hemm kontinwità bejn iċ-ċentru u d-dar, u dan se jkun il-mudell għaċ-ċentri l-oħra.
Liġijiet
F’Għawdex
· Liġi biex stabbilejna l-Lingwa tas-Sinjali bħala lingwa uffiċjali Maltija għal dawk neqsin mis-smigħ; fl-istess nifs nedejna korsijiet apposta biex ikollna aktar interpreti ta’ din il-lingwa, f’postijiet pubbliċi u kull fejn ikun meħtieġ. · Liġi dwar il-firxa tal-awtiżmu għal aktar għarfien dwarha, b’kunsill u strutturi apposta biex dawn il-persuni jingħataw kull appoġġ u dinjità u mhux aktar emarġinati jew abbużati. · Liġi dwar il-Blue Badge, bil-forza daqs f’pajjiżi oħra Ewropej u li ma tkunx abbużata; stabbilejna aktar dixxiplina fir-rigward ta’ parkeġġ riservat għal dawn il-persuni, b’pieni ħorox għal min ixekkilhom jew jabbużahom. · Liġi dwar trusts soċjali biex il-ġenituri b’ulied b’diżabilità jkunu jistgħu jserrħu rashom dwar il-ġejjieni ta’ wliedhom. · Liġi li ħolqot il-kariga ġdida ta’ Kummissarju għad-Drittijiet talPersuni b’Diżabilità u bidlet ir-rwol tal-Kummissjoni għal dik ta’ regolatur, waqt li tajna stat legali lill-Aġenzija Sapport biex jipprovdi s-servizzi meħtieġa. · Liġi biex naddottaw il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda għadDrittijiet tal-Persuni b’Diżabilità bħala parti integrali mil-liġijiet ta’ Malta.
· Għall-ewwel darba ftaħna djar żgħar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità - Dar il-Fjuri, u bi ftehim ma’ Fundazzjoni ARKA infetħet Dar il-Ġublew tal-Ħniena. · Għall-ewwel darba f’Għawdex ftaħna fergħa tal-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità. · Għall-ewwel darba l-Aġenzija Sapport bdiet topera minn Għawdex permezz tal-proġett ġdid tal-Learning Hub f’Għajnsielem fejn għall-ewwel darba ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta ma’ din l-Aġenzija bdew jaħdmu Għawdex. · Għall-ewwel darba qed nipprovdu servizzi fil-komunità permezz ta’ ħaddiema mħarrġa biex jagħtu l-għajnuna fid-djar. · L-ewwel proġett ta’ sheltered employment u progett ta’ document scanning mal-Maltapost li ħoloq 80 post tax-xogħol għall-persuni b’diżabilità. · Waqqafna Special Olympics Gozo u ftehemna ma’ Xewkija Tigers FC biex l-atleti b’diżabilità jużaw il-faċilitajiet sportivi tax-Xewkija. · Introduċejna Hearing loop system għall-persuni neqsin missmigħ f’Ta’ Pinu. · Bdejna taħriġ għall-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom fitteknoloġija tal-informatika u fil-lingwa tas-sinjali.
GĦALL-ANZJANI Anzjanità attiva · Qed nimplimentaw l-istrateġija dwar l-anzjanità attiva u għalhekk ftaħna ċentri ġodda f’Santa Luċija, Raħal Ġdid, Swieqi u x-xogħol miexi għal oħrajn fil-Birgu u fin-Naxxar; ftaħna ċentru tal-università tat-tielet età filKottonera u l-Mosta. · Ftehim mal-Esplora u skema biex l-anzjani jkollhom l-opportunità jżuru ċ-ċentru. · Ftehim ma’ diversi entitajiet pubbliċi u privati għal taħrig fit-teknoloġija tal-informatika kif ukoll Kampanja LeħenDiġitali.
Għall-anzjani l-ħidma tal-Gvern hija mqassma bejn anzjanità attiva, djar residenzjali u kura fil-komunità.
Servizzi fil-komunità · Carer at home huwa proġett suċċess fejn il-familja tagħżel carer kwalifikat/a u l-Gvern iħallas sa massimu ta’ €5,200 fis-sena. · Għamilna riforma fil-HomeHelp għal servizz iktar effiċjenti u naqtgħu l-lista ta’ stennija. · Għamilna riforma u investejna fil-Meals on Wheels - menus varjati u addattati, prattici ġodda għas-saħħa u sigurtà u qtajna l-lista ta’ stennija. · Irriformajna, saħħaħna u kabbarna l-ikbar servizz fil-komunità - il-CommCare fejn noffru servizzi fid-djar ta’ nurses, care assistants, fizjoterapisti, occupational therapists, podiatrists, social work u issa wkoll konsulenti fil-ġerjatrija biex l-anzjan ikollu servizz komplut f’daru u b’xejn. · Saħħaħna u żidna sodod ta’ respite biex inserrħu lill-membri tal-familja li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom. · Se nibdew proġett ġdid ta’ respite at home kif imħabbar fil-baġit. · Ftaħna iktar night shelters għall-anzjani li jiddejqu jorqdu waħedhom billejl.
Servizzi residenzjali · Minkejja li għandna l-ikbar numru ta’ talbiet għal dawn is-servizzi, għandna l-inqas lista ta’ stennija. · Qed ninvestu miljuni f’xiri ta’ sodod ġodda u qed intejbu l-kundizzjonijiet għallgħoti tas-servizz mingħand il-privat. · Wettaqna programm ta’ xogħlijiet fid-djar tal-anzjani tal-Gvern - Imtarfa, Mosta, Żejtun, Bormla, Imsida u Floriana. Qed naħdmu wkoll fuq estenzjonijiet tad-djar fosthom l-Imtarfa u l-Imsida. · Introduċejna servizzi ġodda relatati mal-anzjanità attiva u servizzi ta’ diversi professjonisti kif ukoll tagħmir mediku u apparat meħtieġ.
San Vinċenz De Paul · Fil-Faċilità ta’ Kura fit-Tul f’San Vinċenz qed inwettqu trasformazzjoni sħiħa biex il-kumpless qegħdin nibdluh f’ċentru komprensiv għal anzjani ta’ dipendenza għolja u li llum jospita 1,200 klijent b’kumpliment ta’ 1,300 impjegat ta’ professjonijiet differenti. · Fl-aħħar tliet snin beda jew tlesta programm vast ta’ xogħol infrastrutturali f’seba’ swali, bl-ikbar proġett fil-kumpless Rużar Briffa, b’investiment ta’ miljuni kbar, minbarra immodernizzar tal-kċina, laundry, ġnien botaniku, cat cafè, imħażen moderni b’sistema diġitali għall-provvisti ta’ ikel u mediċini, kif ukoll sura iktar diċenti lill-kamra mortwarja. · Bnejna kliniċi u laboratorju għall-kura dentali bi sħab mal-Fakultà tad-Dentistrija tal-Università ta’ Malta, u żidna kliniċi għall-podjatrija, oftalmoloġija, pain-relief clinic, vascular surgery clinic, speech pathology kif ukoll apparat mediku bħal cardiac monitors u magna oħra għall-ECG, waqt li żidna tobba residenti oħra.
Dimensja · Qed nimplimentaw l-Istrateġija Nazzjonali dwar id-dimensja fuq medda ta’ disa’ snin. · Daħħalna s-servizz ta’ helpline 1771, 24 siegħa kuljum. · Waqqafna dementia intervention teams biex jevalwaw u jsegwu kull każ ġdid li jkun rappurtat - f’Malta u f’Għawdex. · Xerridna aktar għarfien dwar id-dimensja fost il-pubbliku, inklużi tfal u studenti, qraba u professjonisti, u għamilna swali apposta għall-anzjani bid-dimensja f’San Vinċenz u għaddejjin bil-proġett għal sala apposta fid-dar tal-Imtarfa. · Bdejna proġett-pilota fir-raħal ta’ San Lawrenz biex ikollna l-ewwel raħal dementia friendly bħala mudell nazzjonali. · Waqqafna u sponsorjana studju u riċerka f’livell ta’ Masters fl-Università ta’ Malta.
Abbuż u standards · Liġi apposta kontra kull forma ta’ abbuż fuq l-anzjani, inkluż dak tal-abbandun mill-qraba tagħhom. · Standards għad-djar kollha tal-Gvern, tal-privat u tal-Knisja, b’Awtorità apposta. · Għall-ewwel darba ħloqna l-post ta’ Kummissarju għall-Anzjani.
F’Għawdex · Għall-ewwel darba f’Għawdex ftaħna Dar Padova Night Shelter, inbeda x-xogħol għal ieħor fl-Għarb, bi ftehim lest għal ieħor fix-Xagħra. · Għall-ewwel darba qed noffru respite f’dar privata imħallas mill-Gvern. · Għall-ewwel darba xtrajna s-sodod mingħand il-privat għal servizzi residenzjali ghall-anzjani u qegħdin f’taħdidiet ma’ diversi operaturi privati biex niftħu djar oħra. · Saħħaħna s-servizzi tal-CommCare fejn għall-ewwel darba l-anzjani Għawdxin jistgħu jibbenefikaw misservizzi ta’ konsulent ġerjatriku. Assigurajna li s-servizzi jkunu tassew nazzjonali u allura Care at Home u s-servizzi kollha tal-CommCare jingħataw f’Għawdex ukoll. · Ftaħna Ċentri tal-Anzjanità Attiva fix-Xewkija, fir-Rabat, f’Sannat u issa dalwaqt fix-Xagħra u ż-Żebbuġ. · Proġett BeActive ma’ Kerċem Ajax FC b’risq anzjanità iktar sana u attiva. · Skema tal-opri u attivijiet kulturali biex l-anzjani jgawdu dawn l-attivitajiet. · Twaqqfet il-Kummissjoni Anzjanità Attiva Għawdex. · Għall-ewwel darba sar f’Għawdex kors tal-Care Assistants. · Qed naħdem għal aktar akkomodazzjoni għall-anzjani f’Għawdex bil-mira li jkollna 500 sodda ġdida.
22
14.05.2017
kullhadd.com
IDURU D-DINJA, QABEL JIŻŻEWĠU Romy għandha 31 sena, Kitba ta’ RAMONA PORTELLI minn San Pawl il-Baħar, gradwata bħala għalliema, Il-ħajja sabiħa meta persuna u kienet taħdem bħala lettkun taf tgawdiha. Ix-xog- tur l-MCAST Għawdex fejn ħol balzmu tal-ġisem, però kienet taqsam il-baħar kuldaqstant ieħor id-divertiment jum. Tħobb issiefer u tilgħab huwa importanti f ’ħajjitna. it-tennis. Tiddeskrivi lilha Id-dinja tant toffri meravil- nnifisha bħala tfajla soċjeji ta’ postijiet, li faċilment voli ħafna, tħobb l-avventuwieħed jitlaq kollox warajh ra, tħobb tiltaqa’ man-nies u u jiskopriha ftit ftit. Hekk tħobb tgħix ħajjitha daqslikgħamlu koppja Maltija li ieku l-aħħar jum. Luke għandu 29 sena, ddeċidew li jħallu l-familji tagħhom, u saħansitra anke mill-Imsida u huwa inġinix-xogħol u jitilqu għal għonq er, imma għal dawn l-aħħar it-triq flimkien iduru d-dinja erba’ snin kien bena business għal disa’ xhur sħaħ flimkien. ta’ konsulenza fuq l-effiċQed nirreferi għal Romilyn jenza. L-iktar ħaġa li jħobb jagħmel hija li jkollu diskussCaruana u Luke Desira.
jonijiet interessanti. Iħobb ukoll il-futbol u l-avventura. Min-naħa tiegħu, Luke jemmen li kulħadd għandu jgħix il-ħolm tiegħu. Il-passjoni kbira tiegħu huwa n-negozju u għalhekk jieħu gost ħafna meta jkun sors ta’ inspirazzjoni għal ħaddieħor biex jibda n-negozju tiegħu (jekk dik hija l-ħolma tal-persuna). Ħajtu jgħixha mhux ibbażata fuq kif ħaddieħor jaħseb li hu l-aħjar għalih, imma fuq kif hu jaħseb li hu l-aħjar. Dream believe and make it happen hija l-mantra tiegħu u ta’ Romy fil-fatt. Kemm Romy u anke Luke qabel ma ddeċidew li jitilqu
minn Malta u jibdew l-avventura tagħhom, it-tnejn kienu jaħdmu Malta. Fil-fatt iltaqgħu permezz ta’ ħabiba komuni u ddeċidew li jibdew iduru d-dinja. Telqu x-xogħlijiet tagħhom u ddeċidew li jduru d-dinja f ’disa’ xhur. Ħallejt f ’idejhom sabiex jelaboraw aktar. “It-tnejn ma konniex qed ngħixu l-ħajja li xtaqna. Il-motto tagħna hu: Dream, believe and make it happen. Imma ma konniex qed inwettqu dak li nemmnu fih. L-idea ħareġ biha Luke li ma nistgħux nibqgħu ngħixu ħajja f ’xogħol imdejqin u ħajja li tistenna s-soċjetà tagħna u ddeċidejna biex nitilqu minn xogħolna u nwettqu dak li nixtiequ f ’ħajjitna,” bdiet tgħidli Romy.
It-tnejn ma konniex qed ngħixu l-ħajja li xtaqna. Il-motto tagħna hu: Dream, believe and make it happen. Imma ma konniex qed inwettqu dak li nemmnu fih
L-ivvjaġġar: Passjoni tat-tnejn li huma Huma t-tnejn isostnu li għandhom ħafna in komuni, fosthom l-ivvjaġġar. Ftit ġimgħat oħra ser jingħaqdu fiż-żwieġ hawn Malta. Huma ser jiżżewġu fis-17 ta’ Ġunju li ġej u fil-fatt waqt din l-intervista kienu bdew il-mumenti ta’ ftit paniku. “Imnalla għandi żewġ wedding planners jgħinuni fl-ippjanar tat-tieġ. L-affarijiet importanti bbukkjajthom qabel tlaqna. Imma ħafna rqaqat qed ikidduni biex neħlishom minn hawn, għalhekk il-wedding planners importanti mmens.” Ta’ min jgħid li matul din l-avventura tagħhom kien hemm bosta pajjiżi li żaru. Fosthom kien hemm il-Kolombja, xahrejn l-Ewropa road trip fl-Albanija, il-Montenegro, il-Bożnija-Ħerzegovina, is-Slovenja, l-Awstrija, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, u sitt xhur l-Asja. “Bdejna mill-Indja għan-Nepal, u mit-Tajlandja għal Laos. Issa jonqos il-Vjetnam u l-Filippini. Din mhux btala biss, filgħodu nqumu naħdmu għax bil-mod il-mod dan il-vjaġġ qed jgħinha nindunaw aktar xi rridu. Waranofsinhar niskopru l-post. Insibu ħin wkoll għalina bħala koppja, naqraw xi ktieb flimkien pereżempju,” komplew jgħiduli. Ta’ min jgħid li Romy u Luke jagħmlu xogħol ta’ blogging u anke jagħtu pariri u inspirazzjonijiet dwar vjaggar lil ħaddieħor. Fil-fatt ħolqu Tag Along Travellers permezz ta’ paġna fuq facebook (https:// www.facebook.com/tagalong travellers/) fejn in-nies ikunu jistgħu jsegwu l-avventura tagħhom. Jiktbu wkoll bloggs fuq dawk il-postijiet li jżuru sabiex jgħinu lil dawk li sejrin fl-istess postijiet biex ikollhom btala iktar faċli (www. tagalongtraveller.com).
Ħajjithom hija xempju tat-twemmin tagħhom stess Infurmawni wkoll li bħalissa jinsabu fil-proċess li jiskopru iktar fuqhom infushom, qed jaraw x’inhuma l-affarijiet li jħobbu jagħmlu u jużaw it-talenti tagħhom. “Meta nkunu ċerti minn dawn iż-żewg affarijiet ser noffru servizzi li jkunu jistgħu jgħinu lin-nies. Aħna nemmnu li kulħadd għandu jgħix il-ħolma tiegħu, il-ħajja tagħna hija xempju ta’ dan it-twemmin,” sostnew mieghi. Ergajt qbadt nitkellem magħhom dwar it-tieġ, u Romy infurmatni li ser ikunu lura Malta xahar u nofs biss qabel it-tieġ u li min jaf kemm ser isibu ġenn. “Post għandna fejn noqogħdu għalissa, imma xogħol għadna le, irridu nibnu dak li nixtiequ bil-mod.” Minn din l-intervista kont konxja li waqt li kienu t-Tajlandja, Luke kiel diversi tipi ta’ ikel u ikel stramb ukoll bħal cockroaches, żringijiet u skorpjuni. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan il-fatt kemxejn stramb għal xi wħud. “Fl-Asja joffru dan it-tip ta’ ikel u jien fejn nara xi ħaġa differenti minn tassoltu, għid li jien ser nidħlilha. L-ewwel nett tajjeb ngħid li jaqluhom deep fried jiġifieri joqtlulhom il-mikrobi kollha. Barra minn hekk jagħmlulhom spray li għandu togħma ta’ crisps jiġifieri jkolli ngħid li huma tajbin ħafna. Il-maggots li għandhom differenti hu li meta tigdimhom jinfaqgħu f ’halqek qishom cherry tomatoes,” qalli bit-tbissi-
23
14.05.2017
kullhadd.com
ma Luke. Fi kliemhom, Romy u Luke jsostnu li peress li qed iqattgħu disa’ xhur dejjem flimkien minn filgħodu sa filgħaxija, dan huwa l-aqwa eżami tagħhom infushom flimkien bħala relazzjoni. Fi kliemhom din ma kinitx faċli. “Ġieli niġġieldu għalxejn għax ma jkollniex f ’min ninfexxu, ħlief f ’xulxin. Barra minn hekk, l-ivvjaġġar jinvolvi ħafna deċiżjonijiet li mhux dejjem naqblu fuqhom. Imma għalkemm ilna nkunu flimkien il-ħin kollu, veru ftit iġġilidna u veru qed naraw il-frott li tgħix ma’ xi ħadd 24/7. Awtomatikament qed insaħħu r-relazzjoni tagħna iktar għax qed insiru nafu ħafna iktar lil xulxin. Qed
nitgħallmu kif meta jkollna xi tip ta’ diżgwit, naraw kif ser insolvuh kemm jista’ jkun malajr. Fuq kollox f ’dawn l-aħħar xhur minn kif inħossuna li marru l-affarijiet, ċerti li rridu nqattgħu ħajjitna flimkien,” sostnew it-tnejn f ’daqqa. Qed jinvestu fir-relazzjoni tagħhom Ta’ min jgħid li għal ħafna persuni hemm barra, Romy u Luke bħal qishom ħarbu mir-realtà tal-ħajja. Iżda fi kliemhom stess, proprjament qed jinvestu fir-relazzjoni tagħhom. “Dak li hu normali għal persuna waħda mhux normali għal persuna oħra. Għalina kif ngħixu
l-ħajja tagħna hija importanti. Ħajjitna hija avventura u rridu li kuljum ngħixu qisha l-aħħar ġurnata ta’ ħajjitna. Hemm differenza bejn iż-żwieġ u t-tieġ. Iż-żwieġ, huwa l-wegħda li qed nagħmlu lil xulxin. It-tieġ huwa biss iċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ. Għalina ż-żwieġ huwa ferm aktar importanti mit-tieġ, allura ddeċidejna li minflok naħlu l-enerġija fuq ġurnata waħda, niffukaw l-enerġija fuqna nfusna fuq l-imħabba li għandna lejn xulxin,” sostnew Romy u Luke. Bħalissa Romy u Luke jistgħu jgħidu li jinsabu fil-pre-honeymoon. Dalwaqt it-tieġ, u naturalment immaġinajt li ser jagħmlu honeymoon u jerġgħu jsiefru.
Iżda dlonk skoprejt li xejn għadu ma huwa ppjanat, għalkemm l-idea li għandhom bħalissa hi li jmorru tliet xhur l-Amerka. “Hemm il-ħsieb li nżuru l-Messiku, Cuba u l-Jamaica, issa naraw. Hemm ħafna pajjiżi sbieħ fid-dinja. Imma aħna Maltin u nħobbu lil Malta. Apparti minn hekk hemm jgħixu l-familja u ħbieb tagħna. Allura ddeċidejna li nippostponu l-honeymoon bi tliet xhur. Jiġifieri, ingawdu s-sajf Malta u lejn Settembru mmorru għall-honeymoon. Bi tliet xhur tal-honeymoon tfisser li nkunu għamilna total ta’ sena avventura, u dan għadu l-bidu. Maż-żmien din l-avventura tkompli, bit tfal,” żvelaw miegħi. Fl-aħħar nett Romy u Luke
tkellmu dwar kif qed jgħixu l-ħolma tagħhom flimkien. “It-tnejn li aħna, konna ħlomna li xi darba ngħixu b’dan il-mod. Imma, biex qed ngħixu din il-ħajja, ħdimna u għadna qed naħdmu. Ħadd ma tana l-flus. Ħdimna, konna bilgħaqal u dejjem rajna kif għamilna biex wasalna fejn ridna. Kemm bħala individwi qabel iltqajna, u kemm bħala koppja. Dream, believe and make it happen. Iffukaw fuq x’tixtiequ tagħmlu filħajja u aħdmu kemm tifilħu biex twettquh. Jekk temmen u tkun determinat, tasal. Inti wkoll tista’ tasal. F’din il-paġna tas-sit nagħtu ħafna inspirazzjoni www.tagalongtravellers. com/inspire-me,” temmew jgħidu.
24
14.05.2017
kullhadd.com
NIEQES MID-DAWL IŻDA JEĊĊELLA FL-ATLETIKA U FID-DAQQ TAL-KITARRA Karl Abela - żagħżugħ li tilef id-dawl minħabba virus li qabdu meta kien għadu żgħir iżda li flok qata’ qalbu mill-ħajja, kompla jikkumbatti tant li llum jeċċella kemm fl-atletika kif ukoll fid-daqq tal-kitarra. Tħossok komdu ttellaq naf l-oġġett x’inhu, imma kapaċi nimxi waħdi fid-dlam. ma’ dawn in-nies? Tħoss xi żvantaġġ peress li huma jaraw? Minn mindu kont żgħir kont Drajt b’dil-ħajja? inħobb nilgħab bil-ballun u Hemm, iva, ċertu żvantaġġi. niġri. Naħseb li kienet l-unika Iva. Pereżempju fl-atletika jekk ħaġa li kont tajjeb fiha u anki taqbeż il-lane tiġi skwalifikat n-nies normali jsiru jħobbu xi Tħossok kuntent? U tixtieq li terġa’ tibda tara? u jien, meta ntellaq, noqgħod ħaġa għax ikunu tajbin fiha. ħafna attent li ma naqbiżx ilIva, inħossni kuntent. Għall- lane. Inkun konxju ħafna biex Għaliex għadek kif għedt mistoqsija jekk nixtiqx nerġa’ ma nagħmilhiex. Però jekk “nies normali”? Forsi nibda nara nista’ ngħid li bejn naqbeż il-lane, jew inkun se għax int nieqes midnixtieq u bejn ma nixtiqx. naqbiżha, m’hemm l-ebda mod dawl u tħoss li għandek Hemm ħafna benefiċċji meta kif ninduna. L-unika mod kif diżabilità? wieħed ikun jara sew. Kuntent nista’ ninduna hija tant kemm Mhux għax inħoss xi ħaġa kif jiena, imma jekk inkun drajt niġri dritt. Jekk niġri inqas, forsi kieku għedt il- nara, tant l-aħjar. Jekk tgħidli mgħawweġ se ninduna. Jekk maġġoranza kont inkun aktar tużax teknoloġija biex inkun nagħmel pass ħażin ninduna korrett. Meta jkollok diżabilità nista’ nara ngħidlek le għax wkoll. l-affarijiet tarahom differenti is-sistema qatt mhi se taħdem ħafna. Jien ħafna aktar kawt daqslikieku għandek bniedem Il-bastun l-abjad tużah? bħala bniedem. Ċerti affarijiet li jara b’mod naturali. Iva, meta noħroġ nużah. nikkunsidrahom ħafna aktar Ħa niġu għall-atletika. minn nies oħra. Inti tittrenja San Alwiġi u U fit-tlielaq ovvjament le. tittrenja ma’ xi klabb? Inti twilidt nieqes Le, fit-tlielaq ma nużahx. mid-dawl? Iva, nittrenja San Alwiġi. Kif tħares lejn il-mentalità Le. Tlift id-dawl minħabba tal-Maltin meta jħarsu lejn virus li qabadni meta kont Tikkompeti ma’ atleti li nies li għandhom xi tip ta’ għadni żgħir. Proprjament, m’għandhomx diżabilità? diżabilità? Kien hemm min m’għandix problemi qatagħlek qalbek? f ’għajnejja. L-għajnejn huma Iva wkoll. tajbin. Il-problema qiegħda Għad fadal ħafna xi jsir biex fis-sinjal ta’ bejn moħħi Ġieli jkun hemm drabi il-mentalità tinbidel. Nara u għajnejja għax il-virus li ġġib riżultati aħjar li n-nies jixxokkjaw ħafna minnhom? attakkali l-optic nerve. ruħhom. Ħafna nies jgħiduli li Iva. S’issa qatt ma ġejt ma tantx nidher li nieqes midIllum ma tara xejn? l-ewwel, għadni nibda u veru dawl. Kif ngħidilhom iħossu li hi problema. Għaliex għandha ftit ikkompetejt. Kważi xejn. tkun problema? Il-problema mhix għax jiddiskriminawni Bħala tlielaq, liema Tara d-dlam imma? imma jieħdu xokk. Ikun hemm kategoriji tikkompeti min isibha bi tqila jimxi miegħi Kapaċi ninduna bejn id-dlam fihom? kif jimxi ma’ nies oħra għax u d-dawl. Il-ftit li nara xorta jemmen li għandi problema. mhux biżżejjed biex inkun Ġieli l-100m u ġieli s-60m. M’hemmx affarijiet kbar xi jsiru. Għalija li jiħduni fit-track jekk huma jkunu sejrin hemm, diġà biżżejjed. Importanti li miegħi jimxu normali u mhux b’mod stramb jew differenti. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?
min mhix qiegħda daqshekk ġo fih. Kelli għalliema li jgħidu “għodd dan ma’ dan,” u jkun hemm miktub fuq il-board “2+2”. Jekk kulħadd qed jara “2+2”, għalfejn m’għandekx tgħajjatha? Ma tkun qed ittellef lil ħadd jekk din tgħidha. Rigward l-atletika, taħseb li jasal żmien li tmur tikkompeti barra minn Malta, forsi fil-Paralympics? Kollox nikkunsidra, però bħalissa l-aktar affarijiet li qegħdin fuq moħħi huma fejn se naħdem u affarijiet simili. Tibża’ li ma ssibx xogħol? Nibża’ u ma nibżax. Nibża’ għax hawn nies li jiġġudikawk meta tgħidilhom li int nieqes mid-dawl. Jixxokkjaw ruħhom. U ma nibżax għax sfortunatament hawn nies li huma inkompetenti u lanqas jindunaw, u jien nipprova nagħmel l-affarijiet kemm jista’ jkun bl-eżatt. Kapaċi ngħid li għandi bżonn l-għajnuna f ’biċċa xogħol jew li jien tajjeb f ’dak li qed nagħmel. Għalkemm għandi diżabilità, noħroġ b’ideat tajbin u nemmen li jien kreattiv. X’tikkunsidra li tagħmel bħala xogħol fil-futur? Jien kollox jogħġobni. Bħala A Levels għażilt isSoċjoloġija u l-Filosofija. Għandi l-Environmental Science, l-Edukazzjoni Fiżika u bħala lingwa għażilt l-Ingliż. Jinteressani kollox. Togħġobni ħafna l-matematika però m’għażilthiex. Nipprova nsib l-aktar affarijiet prattiċi li nista’ nagħmel fis-sitwazzjoni li ninsab fiha.
It-teknoloġija kif tgħinek Ġieli saqsejt il-mistoqsija: fil-ħajja? “Għaliex jien ġrali hekk?” Tgħinni u ma tgħinnix. L-aktar li nsibha bħala Ċerti aspetti teknoloġiċi problema mhux għax jien ġrali jgħinuni u oħrajn qegħdin hekk imma li fl-edukazzjoni hemm imma ħadd ma hawn ċertu nies li jsibuha bi jinvesti fihom. Ma narahomx tqila biex jakkomodaw lil xi żviluppati. Pereżempju ħadd bħali. Ma nistenniex li ma l-mobile huwa iPhone u ma jkunux komdi huma biex jien nsib l-ebda problema nuża inkun akkomodat. Imma jekk l-applikazzjonijiet li għandu, hemm mod kif takkomoda anzi jgħinuni ħafna. Però meta lil kulħadd billi pereżempju mbagħad niġi għall-Windows titkellem u tgħid x’hemm ACE, li huwa programm miktub fuq il-bord żgur li ma li jaqralek dak li tagħfas, tkun qed titlef xejn. Inħoss li l-effettività mhix daqshekk hawn nies li jkunu jridu jagħmlu kbira. Jekk pereżempju tagħfas minn kollox biex jien inħossni il-B, jaqrahielek. Il-kompjuter komdu, imma mbagħad issib jitkellem f ’dawn iċ-ċirkustanzi.
Għad fadal ħafna xi jsir biex il-mentalità tinbidel. Nara li n-nies jixxokkjaw ħafna ruħhom. Ħafna nies jgħiduli li ma tantx nidher li nieqes mid-dawl. Kif ngħidilhom iħossu li hi problema. Għaliex għandha tkun problema? Il-problema mhix għax jiddiskriminawni imma jieħdu xokk
Però bħalissa qed insib ħafna problemi b’dan is-software għax il-kumpanija li kienet tħaddmu bigħetu u s’issa jidher li m’hemmx investiment fih. Dan li hawn issa veru mhux tajjeb għax trid toqgħod tibdel il-programm il-ħin kollu u titgħallem commands ġodda l-ħin kollu. Il-Braille tużah? Iva. Il-braille hu l-inqas ħaġa li jenfasizzaw fuqu hawn Malta u hu l-aktar effettiv jekk inti ma tarax. Hawn min jgħidlek li bil-kompjuter tisma’ lillkompjuter jaqralek xi ħaġa imma bil-braille tkun qed taqra int fil-veru sens tal-kelma. Tagħmel il-kelma ġo moħħok bħall-maġġoranza tan-nies li jaqraw ktieb fil-ħajja normali ta’ kuljum. Bil-kompjuter int tkun qed tisma’ biss, jiġifieri l-moħħ ma jkunx qed iħaddem l-istess affarijiet daqs meta jkun qed jintuża l-braille. Li tgħallimt hu li l-braille kien xi ħaġa tajba ħafna u naf niktbu wkoll. L-isport kif jgħinek? Tqisu
25
14.05.2017
kullhadd.com
L-isport kif jgħinek? Tqisu bħala żvog? Kif jgħinek mentalment? Jien ma nittrenjax mal-Ispecial Olympics anki jekk ġieli trenjajt ftit magħhom. Inħoss li l-isport jgħinni ħafna nissoċjalizza man-nies, li nqisha bħala xi ħaġa importanti ħafna. Li nittrenja ma’ sħabi, li l-maġġoranza huma ikbar minni, huwa ta’ benefiċċju u dawn ma jiddiskriminawnix. Ħbieb għandi, però nfittex ħbieb partikolari. M’iniex xi wieħed li nħobb noħroġ postijiet bħal Paceville għal raġunijiet ovvji. Bħala aċċessibilità l-pajjiż għamel avvanzi jew għad fadal xi jsir? Rampi hawn biżżejjed?
Naħseb li l-pajjiż għamel avvanzi fl-istrutturi. Jekk hemm bżonn rampa għal xi ħadd li qiegħed fis-siġġu tarroti, hemmhekk dik saret. Anki fis-sistema ta’ benefiċċji, avvanz sar ukoll f ’dan irrigward. Però l-aktar ħaġa li jonqosna x’naqdfu hi li naċċettaw u nintegraw nies b’diżabilità. Inħoss li ħafna nies ma jaċċettawx lil kulħadd. U mhux edukazzjoni biss trid tkun. Faċli tgħid tedukahom imma naħseb irid isir sforz akbar biex nimbuttaw l i n - n i e s b’diżabilità biex
jitħalltu mal-oħrajn. Jekk ma jitħalltux kif se jkunu jafu realtajiet differenti mid-dinja tagħhom? Mill-awtoritajiet issib għajnuna? Jiena dejjem għal rasi tgħallimt. Meta ġrali li ġrali u kont l-iskola primarja, dejjem ġiet ommi, imma mbagħad fis-sekondarja kont nagħmel l-affarijiet waħdi. Drajt indipendenti. Kelli LSA li jagħtini daqqa t’id. Kellek kuntatt mal-Ispecial Olympics?
In-nies dejjem isibu xi ħaġa x’jgħidu. Dejjem jiġġudikaw, anki jekk tkun l-aktar persuna perfetta fid-dinja. Kulħadd għandu xi tip ta’ difett, anki jekk int meqjus “perfett”
mbagħad jien sensittiv għal affarijiet oħra, fost l-oħrajn Iva, darba kelli kuntatt għandi widna tajba għallmagħhom però mbagħad kont mużika. Moħħi ħafna waqaft għax kienu resqin l-O jieħu informazzjoni Levels. f ’d a q q a , anki żewġ Beħsiebek tmur tistudja barra? Nixtieq iva. Xi ħaġa oħra li nixtieq nagħmel hi li nkompli ndoqq il-kitarra. Narani tajjeb fiha. Kien għallimhieli xi ħadd u ma tgħallimthiex waħdi. Kulma nitgħallem u kulma nisma’ kapaċi nipproduċih. Tgħallimt ħafna mill-widna u sirt indipendenti fiha. Nixtieq li n-nies ma jarawhiex bħala xi ħaġa xokkanti li xi ħadd bħali jdoqq il-kitarra għax nemmen li kulħadd għandu xi ħaġa nieqsa. Min ħaġa u min oħra. U barra minn hekk, ma jfissirx li għax għandi diżabilità f ’għajnejja se jbatu affarijiet oħra għax narani li
affarijiet fl-istess ħin. Jekk pereżempju qed nitkellem ma’ xi ħadd u hemm xi ħadd ieħor jitkellem ħdejja, inkun qed nisma’ u nirreġistra kollox. F’dak is-sens il-moħħ jikkumpensa għall-vista. Anki fejn tidħol l-intelliġenza. Ċerti studenti jkunu intelliġenti mod imma jien, pereżempju, diffiċli tbellagħli xi ħaġa. Iċ-ċajt tal-ewwel t’April ma blajthomx mela! Le, fil-fatt iz-zija lil ommi bellgħatilha xi ħaġa u jien għedtilha li ma jistax ikun. Għaddi l-aħħar messaġġ lill-ġenituri li forsi qed jibżgħu jibagħtu lit-tfal tagħhom jibdew jipprattikaw xi sport jew idoqqu l-kitarra għax forsi jiġġudikawhom. Għaddi messaġġ ta’ tama lil dawn il-ġenituri. In-nies dejjem isibu xi ħaġa x’jgħidu. Dejjem jiġġudikaw, anki jekk tkun l-aktar persuna perfetta fid-dinja. Kulħadd għandu xi tip ta’ difett, anki jekk int meqjus “perfett”. Importanti ħafna li titħallat man-nies. Jien, għalkemm inkellem lil ħafna nies, ma nistax ngħid li għandi ħafna ħbieb. Jekk tista’ ssib ħbieb veri, li mhuwiex daqshekk faċli daqskemm wieħed jgħidha, u int tkun aċċettat, jirnexxilek tgħix ħajja isbaħ. L-atletika tgħinni ħafna f ’dan pereżempju.
26
14.05.2017
kullhadd.com
IL-PASSAT HU MERA TAL-FUTUR! MARLENE
MIZZI MEP
Ninsabu fl-eqqel ta’ kampanja elettorali. Fit-3 ta’ Ġunju li ġej għandna għażla ċara quddiemna. Irridu niddeċiedu jekk inkomplux bir-ritmu li għaddejjin bil-progress ma’ kullimkien jew jekk niqfux. Irridu nagħżlu jekk lill-pajjiż inkomplux nafdawh f ’idejn Joseph Muscat jew ngħadduh f ’idejn Simon Busuttil. Tat-tnejn li huma għandna prova xi jsarrfu. Minkejja kull pretenzjoni oħra li jipprova jagħti, Simon Busuttil mhux veru li hu ġdid fix-xena politika Maltija. Simon Busuttil kien l-awtur talaħħar żewġ Programmi Elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Kien hu li kiteb il-Programm Elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali tas-sena 2008 bħalma kien hu li kiteb dak għall-Elezzjoni Ġenerali tas-sena 2013. Anzi iżjed minn hekk. Għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ Marzu 2013 Simon Busuttil kien id-delegat speċjali taleks Prim Ministru Lawrence Gonzi. Eventwalment inħatar Viċi Kap. Kien il-perm tal-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Kien invo-
lut f ’kull deċiżjoni li kien qed jieħu l-Gvern Nazzjonalista. Kien il-vuċi ewlenija fl-attivitajiet tal-massa. Kien bis-sejf u t-tarka, jagħti u jiddefendi. Kampanja Elettorali li fiha Simon Busuttil jibqa’ magħruf għall-mod kif, pereżempju, iddefenda s-sitwazzjoni tal-mistħija maħluqa minn Gvern Nazzjonalista fejn jirrigwarda nuqqas ta’ mediċini li normalment jingħataw millistat. Ma kontx tisma’ ħlief ilfrażi “mediċini out of stock”, bid-difiża ta’ Simon Busuttil tkun li kien qed isir ħafna għagħa għalxejn għax fuq kollox anke jekk tmur għand talmerċa jaf jgħidlek li m’għandux bottijiet tal-piżelli għax qegħdin out of stock. Qed ngħid dan kollu biex jekk Simon Busuttil qed jaħseb li jista’ jbellagħha lil xi ħadd li hu ġdid fjamant, allura jkun jaf li mhux se jirnexxielu jidħak b’nies. Simon Busuttil tal-lum huwa l-istess Simon Busuttil tal-bieraħ. L-istess Simon Busuttil li Gvern Nazzjonalista li minnu kien jifforma parti ħalla aktar minn 8,000 persuna jirreġistraw għax-xogħol. L-istess Simon Busuttil li minħabba fih l-ewwel wieħed ma bqajniex fdati mill-Kummissjoni Ewropea. L-istess Simon Busuttil li kabbar id-deficit finanzjarju talpajjiż bl-aktar mod flagranti. L-istess Simon Busuttil li ħalla lill-pajjiż jegħreq fid-dejn. L-istess Simon Busuttil li dak li wiegħed ma wettqux. X’differenza fejn jirrigwarda lil
Joseph Muscat! Joseph Muscat għamel rivoluzzjoni fil-Partit Laburista. Daħħal ideat friski u innovativi. Joseph Muscat beda juri xi jsarraf hekk kif beda jibni u jittrasforma lill-Partit Laburista f ’moviment. Fl-ebda stadju Joseph Muscat ma rrenda ruħu negattiv waqt il-proċess tat-trasformar tal-Partit Laburista. Ħadem tarġa wara tarġa. Kollox f ’waqtu u f ’ħinu. U meta qorbot l-Elezzjoni Ġenerali ta’ Marzu 2013 inħareġ il-Programm Elettorali tal-Partit Laburista. Programm Elettorali b’impenji u riformi kbar li mill-ewwel deher li kienu se jaqilbu lill-pajjiż ta’ taħt fuq. Tant kienu impenji u riformi kbar, illi Simon Busuttil kien irrimarka għal darba darbtejn illi kieku kellu jitwettaq dak kollu mwiegħed mill-Partit Laburista kieku l-pajjiż kien jisfaxxa u jitfarrak. Simon Busuttil kien jipprova jbeżża’ lill-poplu li bi Programm Elettorali bħal dak tal-Partit Laburista, kieku kellu jitwettaq kieku l-pajjiż kien jitniżżel għarkupptejh. Kieku Malta kien ikollha tmur tittallab bailout. Kieku Malta kienet tispiċċa bħalma spiċċat il-Greċja mifnija b’miżuri ta’ awsterità, bi protesti ta’ kuljum fit-toroq, bil-qgħad jisplodi l-aktar fost iż-żgħażaġħ, bil-benefiċċji soċjali, fosthom il-pensjonijiet, jitnaqqsu. Il-poplu Malti u Għawdxi għajnejh f ’wiċċu u rasu fuq għonqu! Il-poplu ra u qiegħed jesperjenza jekk Joseph Mus-
Jekk Simon Busuttil qed jaħseb li jista’ jbellagħha lil xi ħadd li hu ġdid fjamant, allura jkun jaf li mhux se jirnexxielu jidħak b’nies. Simon Busuttil tal-lum huwa l-istess Simon Busuttil tal-bieraħ
cat wettaqx dak li wiegħed. Il-poplu jaf, għax qiegħed jesperjenza jekk il-livell ta’ ħajja li qiegħed jgħix hux wieħed aħjar minn dak li kien sa qabel Marzu 2013. Il-poplu jaf li minn ċifra ta’ kważi 8,000 ruħ ifittxu x-xogħol, illum għandna inqas minn 3,000. Il-poplu jaf jekk Joseph Muscat wettaqx dak li wiegħed fejn jidħlu kontijiet tad-dawl u ilma.
Il-poplu jaf jekk Joseph Muscat wettaqx il-wegħda li jkollna arja aktar nadifa. Il-poplu jaf jekk Joseph Muscat għalaqx il-power station tal-Marsa darba għal dejjem bħalma jaf jekk warrabx il-heavy fuel oil mill-power station ta’ Dellimara u bena waħda ġdida li taħdem bil-gass. Il-poplu jaf jekk Joseph Muscat wettaqx il-wegħda taċ-childcare b’xejn biex aktar nisa jkunu jistgħu jmorru jaħdmu. Il-poplu jaf jekk Joseph Muscat wettaqx il-wegħda li jibda jgħolli l-pensjonijiet. Il-poplu jaf jekk Joseph Muscat wettaqx il-wegħda li jkollna servizz tas-saħħa aħjar. Li ma jibqax ikollna pazjenti fil-kurituri flok fis-swali. Il-poplu jaf jekk Joseph Muscat wettaqx il-wegħda li jnaqqas it-taxxi u jħalli aktar flus fi bwiet in-nies. Kemm irrid aktar spazju biex inkompli nelenka dwar il-wegħdiet li għamel Joseph Muscat u jekk wettaqhomx jew le. Imma kelli spazju biżżejjed biex nuri bl-aktar mod ċar li d-differenza bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil hija waħda netta u li minnha bbenefika u se jkompli jibbenefika l-pajjiż. Issa l-għażla f ’idejna. Fit 3 ta’ Ġunju rridu nagħżlu jekk inkomplux mexjin ’il quddiem fit-triq tal-progress, talħolqien tal-ġid, ta’ aktar flus fil-but, jew nagħżlux li nbiddlu l-kaptan fit-tmun u ma nafux lejn fejn se nsalpaw. Tinsewx, il-passat hu mera tal-futur! Mela ħarsu sew!
MALTA FL-AQWA TAGĦHA AARON
FARRUGIA
Kandidat ġdid tal-Partit Laburista fuq l-1Distrett
Meta jien u sħabi konna qegħdin infasslu l-kampanja tiegħi, qbilna li rridu tema li tirrifletti x’inhu dak li verament in-nies kienet qegħda tivvota għalih, u fl-istess ħin, x’inhuma l-politika u l-għanijiet tiegħi. Huwa komuni li filwaqt li l-kandidati fi ħdan partit jaġixxu skont it-tema tal-partit li huma jirrappreżentaw, jagħżlu huma wkoll tema li tidentifika r-ruħ u l-għanijiet tal-politika tagħhom. Hekk jien ukoll ridt li nagħżel tema forma ta’ slowgan li tiddeskrivi bl-aħjar mod il-kandidatura tiegħi. Nistqarr illi ma kienx hemm bżonn wisq ħsieb, għaliex ir-risposta
kienet waħda naturali: “Malta fl-Aqwa Tagħha” – slowgan li jirrifletti l-fatt illi fl-aħħar erba’ snin, pajjiżna esperjenza tkabbir ekonomiku bla preċedent, inizjattivi ġodda li wasslu għal aktar impjiegi, miżuri soċjali innovattivi, u drittijiet ċivili li servew ta’ mudell għal pajjiżi oħrajn. Sa dak iż-żmien, il-Partit Laburista kien għadu ma nediex it-tema elettorali tiegħu “L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna”, u nistqarr illi meta għażilt tiegħi, jiena kont għadni ma nafx li dik kienet se tkun it-tema tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali li ġejja. Hemm min forsi jgħid illi t-tixbih bejn it-tema tal-Partit Laburista u t-tema tiegħi bħala kandidat kienet xi ħaġa pjanata, jew inkella kumbinazzjoni kbira. Fil-verità, din la kienet waħda u lanqas l-oħra. Nistqarr li għall-bidu anke jien kont sorpriż, u jien ukoll bdejt naħseb illi l-fatt li t-tema magħżu-
la minni tixbah ħafna lil dik magħżula mill-Partit Laburista hija biss koinċidenza kbira ħafna. Biss meta bqajt naħseb, biddilt fehmti. Irrealizzajt illi t-tixbih taż-żewġ temi xejn ma kien b’kumbinazzjoni. Anzi intbaħt illi t-tixbih taż-żewġ temi huma l-akbar prova tal-fatt illi kemm f ’livell ta’ partit kif ukoll f ’livell reġjonali, aħna qegħdin ilkoll nisimgħu l-istess kumment, illi Malta qiegħda tesperjenza l-isbaħ żmien fl-istorja. Ilkoll nafu bil-miżuri ta’ ġid illi dan il-Gvern ħa favur ix-xogħol, li ma hemmx bżonn għaliex nirrepetuhom. Biss “Malta fl-Aqwa Tagħha”, u “L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna” huma temi tajbin għax ma humiex biss temi deskrittivi, li jgħidu “x’għandna u x’għamilna”, iżda għax huma wkoll temi li jiddeskrivu x’se nagħmlu u fejn irridu naslu. Huma temi ta’ aspirazzjoni u prospett. Huma temi ottimisti, li
jagħżlu mhux li jħarsu lura, imma li jħarsu ’l quddiem. Li taspira għall-“aqwa” tfisser li tagħraf in-nuqqasijiet tiegħek u taħdem biex tegħlibhom.
Li taspira għall-“aqwa” tfisser li tagħraf in-nuqqasijiet tiegħek u taħdem biex tegħlibhom
Tfisser illi kontinwament taħdem biex titjieb, għaliex għall-“aqwa” m’hemmx limitu jew punt ta’ wasla. Niżbaljaw jekk f ’xi punt naħsbu li wasalna, għaliex hemmhekk huwa fejn naqgħu lura. Għad hemm nies li mhux ta’ bilfors qegħdin direttament iħossu l-ħidma tal-Gvern f ’darhom. Għad hemm nies li għadhom ibatu. Għad hemm nies li jħossu illi bħala pajjiż, nistgħu inkunu aħjar milli aħna, u aqwa millaqwa. Lil dawn in-nies ngħidulhom li ma nsejnihomx, u li l-aqwa żmien għalihom għadu wkoll ġej. Dan huwa għalfejn fit-3 ta’ Ġunju li ġej, għandna nivvutaw lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista. Għandna nivvutaw għall-għaqal u l-ottimiżmu. Għandna nivvutaw għat-tkomplija tat-triq ta’ suċċessi illi qbadna fl-aħħar snin. Għandna nivvutaw għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna, biex Malta tibqa’ u tkun Malta fl-Aqwa Tagħha.
27
14.05.2017
kullhadd.com
NGĦIXU L-AQWA ŻMINIJIET CATHERINE
FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Forsi bosta ħaduha b’ħasda u b’sorpriża t-tħabbira tal-elezzjoni ġenerali. U bir-raġun għax pajjiżna huwa tassew miexi ’l quddiem fejn rekords ta’ suċċess jinkisru ġimgħa wara ġimgħa bla preċedent. Imma la l-Oppożizzjoni ħalfet li għall-kilba tal-poter li tant trid bi dritt divin, lesta li tagħmel ħsara irreparabbli lil pajjiżna, il-Prim Ministru li hu mexxej li verament iħobb lil pajjiżu għaraf li biex ma tibdiex tinħass nuqqas ta’ kredibilità u inċertezza għandna nħallu l-verdett tal-poplu sabiex jagħżel jekk iridx taħt Joseph Muscat jibqa’ miexi ’l quddiem, f ’dan il-programm ta’ fejda għal pajjiżna, programm li bħalissa qiegħed nofs triq jew inkella jreġġa’ l-arloġġ lura bit-tmexxija tal-koalizzjoni tal-konfużjoni. Proposti konkreti. Proposti mibnija fuq prinċipju bħaddritt għax-xogħol u s-saħħa b’xejn. Kontra politika ta’
prinċipji double standards fejn tidħol kontroll fin-nefqa, investiment u governanza. Proposti tal-PN huma proposti mgħaġġla, meħudin f ’paniku u mingħajr ebda dettalji mogħtija, partikolarment kif u meta se jiġu implimentati u kif se jiġu ffinanzjati. Żewġ kapijiet, prinċipji miksura u proposti fantastiċi li mhumiex costed u jekk ifettillhom ifajru ċifra tmurilhom żmerċ bil-miljuni. Jidher li tal-PN inqabdu fuq sieq waħda, ma kinux preparati għall-elezzjoni avolja ilhom jgħajtu sabiex dan il-Gvern jitlaq il-barra. U kif jinqabdu li l-wegħdi fiergħa tagħhom qas biss kienu kapaċi jikkalkulaw l-ispiża tagħhom b’sempliċi somma aritmatika wieġbu billi qalu: u iva ma jimpurtax li n-nefqa tkun iktar, għand il-poplu sejrin. Prosit eh, dak għaqal bil-finanzi pubbliċi! Insomma imdorrijin bihom dawn l-istejjer fejn gvernijiet Laburisti jaraw kif se jibbilanċjaw il-kotba u l-pajjiż iġibuh ekonomikament stabbli.Dlonk kif jitilgħu n-Nazzjonalisti iħarbtu kull ċenteżmu fil-kaxxa u wara jibdew jiddejnu bla rażan u jissikkaw permezz ta’ miżuri fiskali, taxxi u kontijiet għoljin. In-Nazzjonalisti ma jiddejqu xejn iħarbtu flus il-poplu bla għaqal u pjan. Ma ninsewx li dawn huma
l-istess nies li qalulna li l-prezzijiet ma jimpurtax li jgħolew u li “money no problem” għax imbagħad id-dejn iħallsuh uliedna u wlied uliedna. Dawn huma l-istess nies li qas kienu kapaċi jrażżnu l-problemi finanzjarji fil-partit tagħhom stess, b’miljuni ta’ dejn li minkejja kemm ivvintaw skemi allegatament illeċiti b’tidwir mal-liġi tal-finanzjament tal-partiti, xorta baqgħu mgħerrqa fid-dejn. U allura jekk dawn f ’erba’ snin qas kienu kapaċi jġibu lil partit tagħhom fuq sisien sodi finanzjarji kif jippretendu li l-poplu jeħodhom bis-serjetà meta jiddiskutu l-ekonomija u meta jwiegħdu żiediet fantastiċi bħal dik tal-pensjoni meta dawn f ’25 sena sħaħ fil-gvern ma żidux il-pensjoni minima qas b’ċenteżmu wieħed! Missier li jħobb il-familja, ma jħobbx lill-uliedu billi jtihom kulma jridu u jberbaq kull sold li jkollu biex jikkuntentahom u mbagħad jispiċċa b’id waħda wara u l-oħra quddiem u ma jkollux biex imqar jitmagħhom. L-għaqal ta’ missier jitlob li joħloq il-ġid, anzi dak li ngħidulu prosperity with a purpose u mbagħad iqassam dan il-ġid b’mod sostenibbi, b’responsabbiltà fejn dawk li għandhom bżonn l-aktar, igawdu l-aktar.
Il-cavallo di battaglia tal-PN hija l-għajta tal-korruzzjoni. Tfigħ ta’ tajn kuljum mingħajr xrara ta’ evidenza. Sempliċiment jitfgħu d-dubju fl-imħuħ. Din sieħeb il-bużżieqa u l-agħa li qajmu fuq is-sikurezza tal-vot. Jiżirgħu dubju b’ħafna esaġerazzjonijiet ċiniċi ta’ kif jista’ jkun hawn min għandu l-intenzjoni li jbagħbas il-vot. Lesti donnhom biex jiddikjaraw li ma jaċċettawx ir-riżultat tal-elezzjoni ġaladarba il-poplu jħallihom fuq il-bankijiet ta’ l-oppożizzjoni kif jixraqilhom wara kollox. Xejn ġdid minn dan il-partit li 135 sena ilu ġie mwelled biex proprjament ixekkel il-progress u r-riforma f ’pajjiżna. Aħna nemmnu f ’Joseph Muscat. Hu jemmen fina, fil-potenzjal tagħna. Kliem tad-deheb tal-Prim Ministru waqt l-ewwel mass meeting f ’din il-Kampanja Elettorali: Dan huwa l-moviment li jemmen li kulħadd jista’ jikkontribwixxi. Il-ħolma tal-PM li Malta tkun l-aqwa pajjiż fejn uliedna jkunu jridu jibqgħu hawn jew jiġu lura mill-avventura tagħhom barra minn pajjiżna għaliex jemmnu li bħal Malta m’hawnx. U għaldaqstant jien tassew ħa nagħżel lil Malta għax ħa nagħżel lil Joseph Muscat għaliex tassew l-aqwa żmien ta’ Malta ġej.
Kliem tad-deheb tal-Prim Ministru waqt l-ewwel mass meeting f’din il-Kampanja Elettorali: Dan huwa l-moviment li jemmen li kulħadd jista’ jikkontribwixxi
du l-fiduċja taż-żgħażagħ. Min-naħa l-oħra, l-aħjar idea tal-Partit Nazzjonalista s’issa, kienet dik biex iġib l-ideat m’għand ħaddieħor. Idea tajba li kieku ma kinitx kważi awtoironika u satirika. Din il-kampanja ser tibqa’ mfakkra bħala l-iktar fqira fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista. Probabbli jippretendu li l-poplu jitħassarhom għaliex l-elezzjoni hija waħda bikrija u ma kinux preparati. Ta’ dan, ma jistgħu jwaħħlu f ’ħadd ħlief fihom infushom. Dawn l-erba’ snin li għamlu fl-oppożizzjoni s’issa ma felħuhomx, imma waqt li kienu mehdijin iwaddbu t-tajn u jivvintaw il-ħrejjef, fallew miżerjament li jippreparaw irwieħhom u joffru alternattiva plawsibbli jew mixtieqa minnha ż-żgħażagħ. B’hekk, b’wiċċna minn quddiem qed naħdmu biex ikollna “Next5 – Vot għal Joseph Muscat huwa investiment għall-futur tagħna ż-żgħażagħ.
Wara li rajna dawn is-suċċessi, irridu nkunu protagonisti għal suċċessi ikbar fis-snin li ġejjin
GĦALIEX “NEXT5”? NAOMI
CACHIA
Koordinatur
POLITIKU FŻL
Mill-erba’ snin li ili fl-eżekuttiv tal-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL), nista’ ngħid b’ċertezza li l-FŻL hija bil-bosta l-ikbar għaqda taż-żgħażagħ f ’Malta. Ma niqfux; mill-aġenda politika progressiva u b’viżjoni ċara għal pajjiżna, mera tal-ħidma tal-Gvern Laburista, sal-attivitajiet soċjali għall-eluf ta’ membri tagħna. Però bla dubju ta’ xejn il-qofol tal-ħidma tagħna huma l-kampanji elettorali. F’dan iż-żmien, il-membri attivi jittriplaw u l-uffiċċju qatt ma jkun nieqes mill-attività; minn kmieni filgħodu sal-ewwel sigħat taljum ta’ wara.
Ħafna ħasbu li ħa tkun sfida li naqbżu s-suċċessi tal-kampanja taż-żgħażagħ t’erba’ snin ilu, “I’m In”. Nammetti, ma kinitx faċli. F’din il-kampanja qed nużaw l-islogan “Next5”. Għalfejn? Iż-żgħażagħ ta’ pajjiżna raw lil dan il-pajjiż jintroduci diversi riformi importanti fi ftit snin: Mill-introduzzjoni ta’ numru sabiħ ta’ drittijiet ċivili, għall-investiment li qed isir biex ikollna arja iktar nadifa, u minn settur tatturiżmu b’saħħtu iktar minn qatt qabel, għal ekonomija li qed tikser kull rekord – rajna lil Malta tinbidel quddiem għajnejna. Din ir-rokna żgur ma tesagħnix li kieku kelli naqbad insemmi kull riforma li ġiet imwiegħda u saret, jew kull rekord li nqabeż sforz tal-għaqal fit-tmexxija tal-pajjiż. Iżda bħala żgħażagħ, aħna rridu mhux biss nirriflettu fuq dak li sar, imma li nħarsu ’l quddiem. Wara li rajna dawn is-suċċessi, irridu nkunu protagonisti għal suċċessi ik-
bar fis-snin li ġejjin. Irridu ħames snin oħra ta’ progress, t’opportunitajiet, u ta’ pożittività. Ninsabu kunfidenti li flimkien nistgħu nżommu dan il-momentum fil-pajjiż. Għalhekk qed nantiċipaw li s-snin li ġejjin jistgħu jkunu aħjar. Għalhekk lesti għan“Next5”. Kien slogan li ġie b’mod naturali: irridu iktar snin ta’ Gvern Laburista. Hemm forza oħra li qed timmotiva lilna ż-żgħażagħ jikkampanjaw għan-“Next5”: m’għandniex alternattiva! M’hemmx għalfejn tkun Laburist; żgħażagħ li jħarsu madwarhom u japprezzaw kemm dan hu verament L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna, jafu jagħfu li iktar snin ta’ Gvern Laburista huma garanzija ta’ aktar suċċessi, iktar investiment f ’pajjiżna, iktar proġetti imwiegħda u mwettqa. M’għadux żmien fejn jiġi mwiegħed kollox bl-addoċċ mis-sema ’l isfel biex terbaħ il-voti; il-Partit Laburista wriena li jwiegħed kollox bi ħsieb. B’hekk għan-
28
14.05.2017
kullhadd.com
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI
08.05 Reġa’ raħas il-fuel...lgħaxar roħs tal-fuel taħt Gvern Laburista.
09.05 Aktar minn 2,000 persuna b’diżabilità bdew igawdu minn żieda fil-pensjoni tagħhom.
10.05 Reġa’ raħas il-gass.
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
Il-Ħamis, 4 ta’ April Kemm ili ngħid li Marlene hija l-id il-leminija ta’ Simon tagħna! Mhux għalhekk Simon tagħna wegħeda li hi se tkun il-viċi prim ministru wara t-3 ta’ Ġunju! Alla biss jaf kemm se tagħtih keded lil Joseph Muscat f ’dawn l-erba’ ġimgħat! Diġà sfidatu għal dibattitu fil-ħames distrett. U jien ċert li mhix se tieqaf hawn. Jien smajt li diġà talbet lil Reno Bugeja biex jagħmlilha programm simili għal dak li għamel dil-ġimgħa meta intervista lil Simon tagħna u lil Joseph Muscat. Qiegħda titlob lil Peppi Azzopardi biex jeħodha ma’ Joseph Muscat f ’Xarabank u trid tmur ma’ Simon fl-aħħar dibattitu. Nispera li Simon ma jgħidilhiex le, għax ara kif iġibuh lil Joseph! Il-Ġimgħa, 5 ta’ Mejju
11.05 Il-lukandi rreġistraw żieda ta’ 4.5%.
12.05 Il-Eurostat irrappurtat li fl-2015 il-persuni f’riskju ta’ faqar f’Malta naqas b’9,000 persuna.
13.05 Tħabbar investiment ta’ 33 miljun ewro fil-Park tal-Avjazzjoni f’Ħal-Safi
14.05 Ġie deċiż li l-Foss ta’ taħt Bieb il-Belt jiġi mibdul fi ġnien pubbliku.
Joseph Muscat irid lil Simon tagħna jitkellem fuq il-proposti biex imbagħad joqgħod jgħajru bħalma għamel meta Simon tagħna, erba’ snin ilu, lin-nisa tad-dar qalilhom biex jaħslu l-ħwejjeġ billejl biex jiffrankaw mill-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Imma Simon tagħna illum qatagħlu l-għatx bil-perżuta u qallu li din mhix elezzjoni ta’ proposti, imma elezzjoni ta’ prinċipji. It-Tnejn, 8 ta’ Mejju Kultant iħawwadni Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. Ħaseb li għax Simon tagħna qal li din mhix elezzjoni ta’ proposti, imma elezzjoni ta’ prinċipji, Simon tagħna mhu se jressaq l-ebda proposti. Ara kif jista’ jkun li jkollok partit politiku li ma jagħmilx proposti fil-kampanja elettorali! Ara kif jista’ jkun li jkollok partit politiku li ma jagħmilx manifest elettorali! Anzi Simon tagħna se jkun qiegħed jagħmel ħafna u ħafna proposti. Wara li smajtu jressaq l-ewwel proposti, speċjalment dik tal-10,000 ewro lill-Għawdxin u dik ta’ childcare b’xejn għal kulħadd, qiegħed nistenna ħafna aktar proposti eċitanti. Nissuġġerilu li jwiegħed li jibgħat lill-ħaddiema l-paga d-dar, u ċ-children’s allowance anke lil dawk li m’għandhomx tfal.
Isa ħej, oqgħod għidilhom kif se nagħtu 10,000 ewro lill-Għawdxin u lill-Maltin li jmorru joqogħdu Għawdex! Tgħid mhux hekk! Biex imbagħad jikkuppjawna u jagħmluha huma. Simon tagħna jaf x’inhu jagħmel u mhu se jgħidilhom xejn. Se jħalli kollox għall-ewwel mitt jum ta’ meta jkun Kastilja. Imbagħad ngħidulhom id-dettalji. Anzi qal kelma żejda meta qalilhom biex jagħmlu X amount division by 10,000. Insomma, kelma żejda xejn għax il- It-Tlieta, 9 ta’ Mejju ġurnalisti tal-Labour, qishom Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, ma fehmu xejn. U niddubita jafux Minħabba t-tbagħbis fid-dokumenti tal-vot kont ftit down illum. Tant kont down li bdejt jagħmlu division! naħsibha naċċettahx id-dokument tal-vot u mnalla kien Beppe li qalilna biex naċċettawh. Is-Sibt, 6 ta’ Mejju Malli smajtu tgħidx x’kuraġġ għamilt. Fil-verità Nissaħħu ma’ kull jum li jgħaddi qegħdin, ma nafx għalfejn waqajt down għax żgur li man! L-ewwel Salvu Mallia, imbagħad Simon tagħna mhu se jħalli lil ħadd jisraqilna Marlene Farrugia, u issa Josie Muscat. Qabiżli l-elezzjoni. Diġà qalilhom li jistgħu jibqgħu d-dmugħ meta smajt l-aħbar li Josie reġa’ żguri li mhux se nħalluhom jisirquhielna. Erba’ ħiereġ magħna. Konvint li Josie Muscat se jġib ġimgħat oħra diġà nkunu bdejna ngawdu mitaktar voti minn Joseph Muscat, imma mhux tmexxija ta’ Simon tagħna u nibqgħu ngawdu dak l-importanti. L-importanti hu li Simon għal dejjem għax Simon tagħna determinat li tagħna jkollu aktar nies min jagħtih pariri tal-Labour jeqridhom għalkollox. tajbin. U għal daqshekk Josie Muscat m’hawnx prezzu. Speċjalment fejn tidħol il-vjolenza L-Erbgħa, 10 ta’ Mejju domestika. Espert fis-suġġett. Għadni niftakru qisu lbieraħ lil Josie Muscat jgħid li Insibuhom aħna wkoll! Min hu dal-Ministru n-nisa jistiednu l-vjolenza fuqhom infushom Ġermani li ġie jgħid li Malta hija l-Panama għax jipprovokaw lill-partners tagħhom. U fl-Ewropa biex ġie tefa’ dubju fuq dak li għamilna aħna. Ma jridx jgħid li Eddie l-Kbir mela joqogħdu jilagħbuha tal-vittmi! u Simon tagħna ma kinux jafu x’inhuma jagħmlu, hux, għal li jista’ jkun?! Ma jridx jgħid Il-Ħadd, 7 ta’ Mejju li kien Eddie l-Kbir li għamel lil Malta Panama Mill-ewwel beda jidher il-frott tal-pariri ta’ Josie fl-Ewropa?! Jekk mingħalik se tħammeg isem Muscat lil Simon tagħna. M’għandix dubju li pajjiżna, isem Malta tagħna, se jgħarralek, sur kien Josie Muscat li ta parir lil Simon tagħna Ministru Ġermaniż. Qallek Simon tagħna li biex fil-Birgu jitkellem dwar il-problema tad- se jkun qed idur id-dinja kollha biex inaddaf droga. Dwar id-droga fil-Kottonera Josie isem Malta. U ma telaqx minn issa għax Muscat għandu ħafna xi jgħid. U n-nies fuq qegħdin f ’kampanja elettorali. Għalkemm ma dawn il-problemi jridu jisimgħu, mela fuq il- nafx kemm se jkollu ħin idur id-dinja meta proposti, kif jaħseb Joseph Muscat, x’kull jkun prim ministru! Nispera li mhux qiegħed jiddubita! waħda!
29
14.05.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
ĦIN L-ISTEJJER SILTA MINN NOVELLA BANNI BANNOZZI
Kienu għadhom is-siegħa ta’ filgħodu. Għajnejn Mikiel kienu miftuħin waħda sew; kien jaf li rqad aktar ma hemmx għalih u, ladarba ma jorqodx, jibdew ġejjin salt ħsibijiet ta’ inkwiet f ’moħħu. Bilkemm jissogra jiċċaqlaq li ma jmurx iqajjem lil martu Vanna – ħaġa li kienet qed tiġri spiss – u wara erħilha tgorr għax jisfrattalha l-lejl. Qisu l-inkwiet qatt ma jonqos fid-dinja, imbagħad dan l-aħħar … Iva, inqalgħet biċċa inkwiet stramba. Kellhom żewġt ibniet: Luċija ta’ seba’ snin u Ġina ta’ ħamsa, u din iż-żgħira kienet qed iġġenninhom. Minn dejjem imqarqċa, mhux bħall-oħra li qisha sitta xaħam f ’karta. Ġina fuq ruħha u jkollha tgħidlek kelma ma taħsibhiex darbtejn; tirrispondi bl-addoċċ. Barra dan kollu, issa qabdet moda ġdida – meta jiftlilha taħrab mid-dar u kulħadd jispiċċa qisu miġnun ifittixha! Praspar ma jitwemmnux. Darba sa għand il-pulizija kellhom jirrikorru li, naturalment, bdew ifittxuha wkoll u fl-aħħar sabuha bosta kantunieri ’l bogħod mid-dar. Dik id-darba, Mikiel ħall iċ-ċintorin u spiċċa
taha xebgħa ġmielha biex forsi xi darba titgħallem u ma terġax taħrab mid-dar. Għax dan, kollox sew, joqogħdu b’seba’ għajnejn li l-antiporta msakkra, imma dik l-imqarba ssib irkaptu tiftaħha. Wara dik l-istorja reġa’ kien hemm oħra, u dik id-darba lanqas marru għand il-pulizija għax stħaw, u baqgħu jfittxuha huma ma’ xi ġirien: dik id-darba telqet ma’ tifel tal-ġara li kien tamparha. Issa x’setgħu jagħmlu aktar? U flimkien ma’ din li taħrab mid-dar kien hemm bużullotta oħra. Qabduha kemm-il darba bl-imqass f ’idejha taqta’ biċċiet minn xagħarha iswed tuta. Ommha ħassitha ser tiġġennen. Spiċċat issakkar mhux biss l-antiporta imma kull imqass li kien hemm fid-dar. Jaħasra, Mikiel beda jġib quddiem għajnejh meta Ġina kienet għadha iżgħar u l-gost tagħha meta hu jerfagħha fuqu u joqgħod jilgħab magħha u jagħmlu Banni Bannozzi. Issabiħa hi li fl-aħħar hu kien jinsisti u jgħid: “U lil Luċija ma nagħtuha xejn!” waqt li hi tgħajjat u ma taċċettax dik il-verżjoni għax tridha mod ieħor: “U lill-mamma ma nagħtuha xejn!” Kien jaraha
ftit stramba Mikiel din. Qisha t-tifla għandha fiha xi rabja moħbija għal ommha. Għamel żmien kien ħabat ser jiffissa fuqha, imma t-tfal malajr jikbru u addijo l-Banni Bannozzi. Beda l-inkwiet ta’ kif u għaliex Ġina tinsisti li taħrab mid-dar. U l-oħra, li ffissat li trid tqaċċat biċċiet minn xagħarha. Kultant kienu jdumu sigħat hu u martu matul il-lejl jippruvaw jiskopru għaliex dik binthom qed iġġib ruħha hekk; sa darba daħallu fellus f ’rasu lil Mikiel – tgħid kellha xi difett f ’moħħha li beda jidher kemm ilha li kibret ftit? Sa fejn jiftakar hu ma kienx hemm l-ebda sinjal ta’ mard tal-moħħ, la fil-familja tiegħu u lanqas ta’ martu … imma dan qatt ma tista’ tkun żgur minnu. Kultant jgħidulek li l-mard jaf jaqbeż ġenerazzjonijiet sħaħ; mur sib irkaptu! Waħħalha f ’rasu li, mingħajr ma jgħid xejn lil martu biex ma jinkwetahiex, jagħmel appuntament ma’ tabib magħruf f ’dak il-qasam. Mar, u damu jitkellmu bla ma ħareġ xejn, sa ma fl-aħħar Mikiel semmielu li meta kienet iżgħar kienu jilagħbu l-Banni Bannozzi u kif it-tifla kienet twieġeb.
Hawn it-tabib qallu ċar u tond li jista’ jkun li din kienet se ssibilhom tarf ta’ xi ħaġa. Beda jħajjar lil Mikiel biex jipprova jsib okkażjonijiet fejn ikun waħdu maż-żgħira u bilmod, mingħajr ma jirrabja jew juri li qed jinkedd, jibda jġib id-diskors dwar meta hi taħr-
ab mid-dar. Għaliex qed taħrab? X’qed tfittex? Biħsiebha tkompli sejra hekk? Taf li jistgħu jaqbduha xi nies brikkuni u joqtluha? Ma tantx kellu tama li b’daqshekk se jasal xi mkien, imma fl-istess ħin ma kellux triq oħra x’jagħżel. Kien biħsiebu jipprova bis-serjetà.
Mistoqsija: X’jisimha t-tifla li għandha seba’ snin ?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: ĦIN L-ISTEJJER Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 21 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba L-EWWEL huwa: A.DIMECH - il-Ħamrun
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
04
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Fejn ser isir il-meeting tal-lum? It-tweġiba:
Rebbieħ:
Isem:
Indirizz:
Numru tat-telefown:
30
14.05.2017
kullhadd.com
AVVIŻI AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water
pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. Ittiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL U MANUTENZJONI
xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason bin-numru 2143 2352 jew 9947 7167. AVVIŻI OĦRAJN
Pożizzjoni tax-xogħol: waiter / waitress. Ħtiġijiet Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, tax-xogħol: full-time jew ramel u siment, graffiato, part-time. Jitkellmu fluwenti żebgħa, xogħol fuq l-antik, bl-Ingliż u kapaċi jaħdmu
careers@ozogroup.com jew bilposta lill-OzoGroup Head Office, No6, Triq l-Iskultur, Ħal Qormi Attard Bros Group Meħtieġa bennejja biex jaħdmu bil-fattura fuq xogħol ta’ bricks u ġebel. Imħallsin Pożizzjoni tax-xogħol: Care Mark Malta qed ifittxu rati tajbin ħafna. Ċemplu fuq raġel għall-kariga ta’ Carer. 99869043 Ħtiġijiet tax-xogħol: full-time. Jitkellem fluwenti bl-Ingliż u Attard Bros Group - Meħtieġa għandu liċenzja tas-sewqan B. forklift drivers biċ-ċertifikat Is-salarju jibda minn €5.75 is- jaħdmu magħna fuq bażi siegħa. Biex japplika wieħed full-time. Nies b’esperjenza jista’ jibgħat CV flimkien ma’ jingħataw preferenza. Ċemplu Covering Letter bl-email lil 21415332 b’shift. Biex japplika wieħed jista’ jibgħat c.v bl-email lil careers@ozogroup.com jew bilposta lil OzoGroup Head Office, No6, Triq l-Iskultur, Ħal Qormi
31
14.05.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
S.AGIUS - il-Fgura
TISLIBA 174
Weqfin:
Mimdudin:
Bi 3 Numri 040 061 093 127 347 476 547 581 637 672 696 770 801 941 977 996 B’4 Numri
0162 0430 0483 0505 0549 0751 0813 0830 0903 0977 1477 1719 1976 1997 2027 2073 3010 3038 3735 3848 4013
4395 4461 4707 4861 5578 5923 6016 6203 7444 8011 8100 8131 8467 9237 9634
31884 45050 45118 55221 67866 71025 73268 74036 77364 78071 78447 82497 87448 89100 95439
B’5 Numri
B’6 Numri
00286 19716 29427
154872 237487 376773
455367 620370 024104 B’7 Numri
3419169 5535486 8741356 9426312 9566786
0927998 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. Għandu ħuh jew oħtu daqsu fiż-żmien (5) 4. Tajjeb ferm mal-ikel (4) 7. Secret Service (1,1) 9,21M. Tosti (6) 10. Ikun f ’wiċċ it-toroq! (6) 12. Bla xagħar (6) 16,21W. Tissiġilla biha (6) 18,23. Stenniet (6) 19. Mexxej (3) 20. Ġebla? (5) 21. Ara 9 23. Ara 18 24. Ikun hemm ħafna ċ-ċimiterju (5)
1. 2,17. 3,15. 5,6. 6. 8. 11. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Kompli l-qawl: Biex ...... l-flieles trid it-tlieles (xkejjer kbar) (6) ... il-Baħar – il-pjanta nazzjonali (6) Stikkja? (9) Materjal tal-borom ? (6) Ara 5 Partitarju (9) Nota mużikali (2) Klabb tal-futbol Ingliż? (1,1) Rosanne Tabone Labadie(1,1,1) Ħarab? (6) Ara 3 Ara 2 Ara 16 Fl-affermattiv (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1.Borma, 4.Isla, 9,19.Immuta, 10.Privat, 12.Intern, 16.APG, 18.RN, 20.Batut, 23.Ġrat, 24.Arani
1.Brimba, 2,7.Rampa, 3,21W. Appoġġ, 5,21M. Savona, 6,11. Anton, 8.Arġentina, 12,22.Igara, 13,17.Trapan, 14.Nutara, 15.Martri
32
14.05.2017
kullhadd.com
BUSUTTIL MA TWELIDX ILBIERAĦ EDITORJAL Il-Kap tal-Oppożizzoni – u ko-kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil mhuwiex wiċċ ġdid fix-xena politika. Ilu mdaħħal b’ruħu u ġismu snin twal fejn anke kien imbuttat bilkbir mill-kapijiet ta’ qablu, Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi. Kien fdat imexxi kampanji f ’isem il-Gvern u l-Partit Nazzjonalista. Saħansitra kien fdat anke jagħmel il-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalisa, kemm fl-aħħar elezzjoni, kif ukoll f ’dik ta’ qabilha, tas-sena 2008 meta b’falsità kbira konna mwiegħda tnaqqis fit-taxxa minn 35% għal 25%, wegħda li tħalliet fuq l-ixkaffa u kellu jkun Gvern Laburista li wettaqha. Fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, Simon Busuttil kien ukoll wieħed minn dawk li gawda bil-kbir anke finanzjarjament permezz ta’ għadd mhux żgħir ta’ direct orders. Dan kollu kien qabel intefa’ fuq quddiem nett bħala Viċi Kap tal-Partit
Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni ġenerali, meta n-Nazzjonalisti kienu qegħdin jittamaw li kien il-bniedem li seta’ jsalvahom. Aktarx li ma kinux ftit dawk li kienu jħarsu lejh bħala xi bniedem b’viżjoni. Illum nafu kemm hu bniedem negattiv. Kemm hu politiku li jifred. Kif kien għamel fil-kampanja elettorali ta’ erba’ snin ilu meta ħareġ “bl-uċuh ħomor u l-uċuh blu”; u kif qiegħed jagħmel anke f ’din il-kampanja elettorali meta saħansitra insulenta f ’wiċċhom lin-nies tal-Kottonera meta abbina magħhom problemi soċjali. Ċertament li Simon Busuttil huwa politiku li ma tistax toqgħod fuq it-tbassir tiegħu. Kemm qalilna erba’ snin ilu li l-wegħda tal-Gvern Laburista li jraħħas il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, kienet biss gimmick! Kemm qalilna li l-pjan li l-Partit Laburista kellu għall-qasam tal-enerġija, kien biss “Alice in Wonderland”! Kemm qalilna li kieku l-kontijiet taddawl u tal-ilma setgħu VERAMENT jitraħħsu, kienu jraħħsuhom huma. Kemm qalilna li bil-proposti tal-Partit Laburista konna se nitkaħħlu ma’ ħajt u nispiċċaw nitkarbu għall-bailout mal-Unjoni Ewropea! Ir-riżultati miksuba f ’dawn l-aħħar erba’ snin, jitkellmu
weħidhom. Il-Gvern Laburista mhux biss wettaq dak li wiegħed, imma wassal lil pajjiżna għal tkabbir ekonomiku sostenibbli; wassal lil pajjiżna għall-inqas rata ta’ nies ifittxu x-xogħol; wassal lil pajjiżna jirreġistra surplus għall-ewwel darba wara 35 sena. U dan kollu minkejja t-tfixkil kontinwu ta’ Simon Busuttil u ta’ sħabu, mhux biss f ’Malta, imma anke fl-Ewropa li nqeda bihom biex anke jipprova jwaqqaf l-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment. Skema li kien qal li jwaqqaf u li llum qiegħed jgħid li jaqbel magħha. X’kienet it-tweġiba tal-Kap tal-Oppożizzjoni għar-riżultati pożittivi miksuba mill-Gvern Laburista f ’dawn l-aħħar erba’ snin? Ipprova jimmonta kampanja qalila, saħansitra b’gideb sfaċċat, dwar il-governanza u t-trasparenza. Saħansitra ipprova jpinġi lilu nnifsu bħala ċ-champion tat-trasparenza tant li kien qalilna li mal-iċken dubju li xi ħadd fil-PN jkun għamel xi ħaġa suspettuża, hu jkun pront jurih il-bieb ta’ barra. Imma kif jgħid il-Malti, bejn il-kliem u l-fatti, hemm baħar jikkumbatti. Il-falsità ta’ Simon Busuttil spikkat meta baqa’ b’idejh fuq żaqqu quddiem id-dikjarazzjoni tal-Awditur Ġenerali li Jason Azzopardi kellu jerfa’ r-respons-
abbiltà politika fil-każ tal-art tal-Löwenbräu f ’Ħal Qormi. Il-falsità ta’ Simon Busuttil spikkat meta baqa’ b’idejh fuq żaqqu fil-konfront tad-deputat Toni Bezzina li, bil-provi, kien bagħat ħaddiema tal-gvern jagħmlu xogħol fil-każin Nazzjonalista taż-Żurrieq. Baqa’ b’idejh fuq żaqqu anke meta Toni Bezzina ġab fix-xejn il-proposti ta’ Simon Busuttil innifsu dwar l-ambjent, meta l-istess Toni Bezzina tefa’ applikazzjoni biex jibni f ’żona barra l-iżvilupp. Il-falsità ta’ Simon Busuttil kompliet tispikka bil-każ ta’ Capital One – il-kumpanija li kienet qiegħda tkun investigata dwar ħasil ta’ flus allegatament ġejjin mit-traffikar ta’ droga. Minn inkjesta mmexxija minn tliet imħallfin, irriżulta li l-investigazzjoni dwar il-kumpanija Capital One, twaqqfet hekk kif tfaċċa isem Beppe Fenech Adami. Fil-fatt, it-tliet imħallfin qalu li l-investigazzonijiet m’għandhomx jieqfu. Imma għal Simon Busuttil, qisu ma ġara xejn. Imma m’hemm l-ebda dubju li l-falsità ta’ Simon Busuttil tispikka l-aktar fil-każ tal-Grupp db li ntalab minn Simon Busuttil biex bi ksur tal-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti, iħallas is-salarji tal-ogħla żewġ uffiċjali tal-PN. Simon Busuttil kien
qal li hu kien se jmur quddiem il-Kummissjoni Elettorali għax ma kellu xejn x’jaħbi, imma mbagħad, b’falsità liema bħalha, mar il-Qorti biex iwaqqaf l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali. Biex jipprova jnessi l-fallimenti tiegħu, proprju fl-ewwel jiem tal-kampanja elettorali, Simon Busuttil qalilna biex ma nagħtux kas ir-riżultati, biex ma nagħtux kas il-proposti, imma nagħtu kas biss il-prinċipji. Ir-raġuni kienet li wara erba’ snin Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil ma kienx kapaċi jħejji proposti serji u konkreti. Tant li meta kien mistoqsi biex jagħti d-dettalji dwarhom, bħal fil-każ tal-wegħda ta’ 10,000 ewro lil kull min imur joqgħod Għawdex, Simon Busuttil qalilna, “imbagħad għada naraw”. Prova oħra ta’ kemm Simon Busuttil ma kienx kapaċi f ’erba’ snin iħejji pjani serji u konkreti, huma l-kalkoli dwar kemm tiswa l-wegħda tiegħu li jżid il-pensjonijiet. Simon Busuttil qal li din il-wegħda se tiswa tmien miljun ewro, meta fil-verità tiswa madwar 20 miljun ewro. Qabel jiddeċiedi fit-3 ta’ Ġunju, il-poplu se jkun qiegħed jibbaża l-ġudizzju tiegħu, fost affarijiet oħra, fuq dak li qal u għamel Simon Busuttil. Simon Busuttil li ma twelidx ilbieraħ.